{"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 24", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru 24", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-10:12 a.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 23, li saret fl-24 ta' Lulju 2020, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Joe Mizzi): Ngħaddu mal-ewwel għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda u nistieden lill-Ministru Farrugia, li ngħaqad magħna permezz ta' video conferencing, sabiex jagħmel l-introduzzjoni.", "AARON FARRUGIA (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar): Nibda billi nsellem lil kull min qiegħed jipparteċipa f'din il-laqgħa.", "Jiddispjaċini li ma nistax inkun preżenti magħkom fil-Kamra minħabba li nltabt nagħmel ftit tal-jiem kwarantina wara li l-ġimgħa li għaddiet kellna laqgħa ma' persuna li rriżultat pożittiva għall-COVID-19.", "Qiegħed hawnhekk sabiex ngħaddi l-messaġġ tiegħi dwar din l-istrateġija, li hija importanti ħafna.", "Kif nafu, ħafna mill-policies li nagħmlu sena wara sena, ikun f'liema portafoll ikun, ikunu short framed; kollha jimxu ma' ċikli ta' ħames snin, kultant għaxar snin.", "Il-Gvern ħass li din id-darba, flimkien mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), nagħmlu pjan strateġiku għall-ambjent, ovvjament fil-wisa kollha tiegħu, sal-2050.", "Ħafna jaħsbu li l-2050 huwa 'l bogħod ħafna, imma l-verità hija li l-2050 huwa biss 30 sena oħra.", "Din l-istrateġija issa għandha tiggwidana għal diversi raġunijiet.", "Fl-ewwel lok qegħdin nitkellmu dwar il-qasam ambjentali kollu kemm hu, imma mbagħad mill-objectives eventwalment se nimxu għal pjan ta' azzjoni li se jkun staggered fuq għaxar snin, għaxar snin u għaxar snin; 30 sena bi pjan strateġiku ta' għaxar snin kull darba.", "Dan huwa importanti biex wieħed ikollu pjan 'il quddiem u fit-tul, ikun hemm min ikun hemm fit-tmexxija tal-pajjiż, u allura nkunu nistgħu nibbaġġitjaw għalih b'għaqal u fit-tul.", "Jien naħseb li issa li għandna dawn l-objectives, li ħarġu wara konsultazzjoni wiesgħa ħafna mal-awtoritajiet, mad-dipartimenti, u anke man-nies, fejn sar stħarriġ li l-awtoritajiet illum preżenti jistgħu jispjegaw iktar minni dwaru… Ħadt pjaċir li d-dipartimenti, il-ministeri, u n-nies inġenerali, flimkien man-non governmental organisations (NGOs), għażlu l-istess viżjoni.", "Kulħadd poġġa quddiem għażla ta' erbgħa options, u n-nies, flimkien mal-awtoritajiet, flimkien mad-dipartimenti u l-ministeri għażlu l-wellbeing vision, jiġifieri kulħadd qabel li fl-2050, fejn jidħol l-ambjent, irridu nkunu f'post fejn il-wellbeing tagħna jiġi l-ewwel u qabel kollox, jew inkella kif inħobb ngħid jien, fejn l-ekonomija, il-qasam soċjali u ambjentali jkunu fuq l-istess pjattaforma, u ma jkunx biss il-Gross Domestic Product (GDP) li jiddeċiedi jekk proġett isirx jew le.", "Jiena nħoss li din hija the way forward.", "Kburi ħafna bid-deċiżjonijiet li ttieħdu u bil-pożizzjoni li ħadu n-nies, flimkien ma' kulħadd, li għażlu l-wellbeing visionI.", "Issa, wara li dawn l-objectives jiġu milqugħa, wieħed ikun jista' jimxi 'l quddiem għal pjan ta' azzjoni kull għaxar snin; l-ewwel wieħed jeħodna sal-2030, imbagħad ieħor sal-2040, u l-aħħar wieħed sal-2050.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lill-uffiċjali tal-ERA sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom.", "IL-PROF.", "VICTOR AXIAK (Chairman, ERA): Nirringrazzjak, Sur President, u nirringrazzja wkoll lill-Ministru, lilkom kollha u lil sħabi.", "Meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq rapporti, policies, viżjonijiet, eċċ, dak li jkun, ikun irid joqgħod attent li ma jaqax fin-nasba tal-kliem biss, jiġifieri huwa importanti ħafna li nuru li we mean business, u li bħala Awtorità nixprunaw bl-eżempju.", "Fl-2018, l-Awtorità ħadmet u ppubblikat l-iState of the Environment Report, skont kif hemm ipprovdut fl-Att li waqqaf l-istess Awtorità, li wera l-affarijiet kif inhuma b'mod oġġettiv.", "Nista' ngħid li dan ir-rapport intlaqa' tajjeb ħafna għax qisu X-Ray tas-sitwazzjoni ambjentali u r-riżorsi ambjentali ta' Malta.", "Kien hemm min ikkritikana għax qal \"So what?", "Imbilli qed tgħid x'hemm u x'm'hemmx?\", imma dak kien sempliċement preludju għal dan in-National Strategy for the Environment.", "Din l-istrateġija hija fit-tul u rridu naraw fejn sejrin, għalkemm mhuwiex faċli biex wieħed jagħmel dan.", "Kultant, anke jekk tkun miexi fit-triq u tħares fit-tul lejn fejn sejjer, tispiċċa tgħaffeġ xi ħaġa ta' xi kelb, jiġifieri trid toqgħod attent, anke għall-affarijiet immedjati.", "U din nesperjenzawha kuljum fl-Awtorità, jiġifieri kultant issibha diffiċli biex tħares fit-tul, imma jekk ma tħarisx fit-tul ma tkunx taf fejn sejjer.", "Din hija l-viżjoni li qegħdin nippreżentawlkom, u li l-Perit Piccinino u s-Sinj.", "Claire Cordina Borg se jkunu qegħdin jispjegaw fid-dettall kif wasalna għaliha u lejn fejn sejrin biha.", "Din hija viżjoni li turina direzzjoni, fejn nisperaw li ċ-ċiklu politiku jiġi sorvolat, anke permess ta' dan il-Kumitat, fis-sens li l-istess viżjoni tibqa' applikabbli ikun hemm min ikun hemm fil-gvern, inkella nkunu qegħdin induru fil-vojt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Claire Cordina Borg sabiex tagħmel il-preżentazzjoni.", "F'din il-preżentazzjoni se ngħidilkom xi tfisser din l-istrateġija, kif wasalna għaliha, u anke ma' min wasalna għaliha, kif aċċennaw il-Ministru Farrugia u l-Prof.", "Axiak qabli.", "Nibda biex ngħid, biex kulħadd ikun fuq l-istess paġna, li huwa importanti nifhmu li din hija viżjoni, mhux action plan, jiġifieri m'intomx se taraw x'se nagħmlu, meta se nagħmluh, min se jagħmlu, u x'baġit hemm allokat għalih.", "Qabel ma naslu hemmhekk importanti li jkun hemm qbil dwar il-pedament ta' fuq xiex se nibnu dawn l-azzjonijiet f'kull livell ta' decision making li għandu dan il-pajjiż.", "Diġà smajtu li din hija viżjoni li rridu nilħqu bil-mod il-mod sal-2050.", "Ma jfissirx li l-benefiċċju ta' din il-viżjoni se nilħquh fl-2050, imma jfisser li pass wara pass nibdew nilħqu l-mira u l-viżjoni li għandna quddiemna.", "Mir-remits kollha tagħkom li ġġibu madwar din il-mejda, illum il-ġurnata huwa ovvju li l-ambjent mhuwiex biss settur għalih, imma l-azzjonijiet ta' kull settur li juża l-ambjent, u anke tas-soċjetà li tuża l-ambjent, għandhom bżonn jieħdu rendikont u responsabilità tal-impatt li jkollhom fuq l-ambjent.", "Allura din il-viżjoni hija importanti li tiġi shared u owned minn kull settur, mhux biss mis-settur ambjentali jew mill-ERA.", "Ma tistax lanqas tiġi żviluppata f'vacuum, u allura mill-ewwel, fil-pjanijiet tagħna, rajna d-deċiżjonijiet li diġà ħa l-pajjiż fis-settur internazzjonali fejn jidħol is-sustainable development strategy u s-sustainable development strategies.", "Diġà hemm link qawwi bejn din il-viżjoni u lil fejn qegħdin jimmiraw internazzjonalment pajjiżna u pajjiżi oħra.", "Imbagħad nibdew neżlin ftit iżjed 'l isfel u naraw lil fejn qiegħda tmexxina l-Ewropa – nistgħu ngħidu li diġà hemm sinerġija bejn, pereżempju, il-prinċipji tal-Green Deal u l-istrateġija u l-viżjoni li għandna quddiemna – u n-Nazzjonijiet Uniti u l-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD).", "Tajjeb li ngħidu li l-metodoloġija li wżat l-ERA biex tiżviluppa din il-viżjoni hija dik ibbażata fuq riċerka tal-OECD u anke tal-United Nations Environment Programme (UNEP), li hija an emerging type of methodology u qiegħda ffukata fuq l-ambjent u fuq l-ippjanar għall-ambjent.", "Ħalli issa naraw x'inhuma l-prinċipji fundamentali ta' din il-viżjoni.", "Kif diġà aċċennajt, hemm bżonn ta' alignment across government, jiġifieri li kulħadd jieħu rendikont ta' fejn irridu naslu, u jintegraha fl-istrateġiji tematiċi li għandu responsabilità għaliha biex flimkien inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem għall-kwalità tal-ħajja.", "Importanti allura li s-silos li naħdmu fihom jiġu mħassra u blurred, u naħdmu iktar flimkien biex meta jimxi 'l quddiem l-ambjent, timxi 'l quddiem is-soċjetà u anke l-ekonomija; dawn ikunu at par ma' xulxin mhux wieħed jirkeb fuq l-ieħor.", "Allura importanti wkoll li l-metodu li aħna nkejlu bih is-suċċess f'pajjiżna ma jistax jibqa' dak ekonomiku biss, jiġifieri jekk aħna se nibqgħu nużaw il-GDP bħala l-kejl ta' suċċess ta' pajjiż se nkunu qegħdin nitilfu milli nagħrfu suċċessi oħra, bħall-kwalità ta' ħajja aħjar, li l-GDP ma jaqbdux bħala indikatur.", "Aħna qegħdin nużaw it-terminoloġija tal-OECD u tal-UNEP, li huwa moving beyond GDP.", "Issa qegħdin naraw idea iktar settorali ta' xi tfisser \"wellbeing first\".", "Ftit mis-setturi, bħall-climate change u n-natural capital, huma qishom sinks tal-ambjent, filwaqt li oħrajn, bħat-turiżmu, l-iskart, it-trasport u r-riċerka, huma d-drivers tal-ambjent, fis-sens li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fihom jimbuttaw lill-ambjent, jew lejn naħa, jew lejn oħra.", "Allura f'wellbeing first vision inkunu qegħdin naraw li f'ċerti setturi, bħal pereżempju t-turiżmu, we are moving towards healthy and sustainable equitable tourism, filwaqt li fejn tidħol riċerka naraw li din tkun qiegħda tagħti dik l-injezzjoni ta' innovazzjoni lill-ekonomija wkoll biex nindirizzaw l-environmental challenges.", "Dan qisu taster ta' x'se naraw iktar fid-dettall, jekk din il-viżjoni tiġi endorsed, biex nimxu 'l quddiem għall-miżuri.", "Kif diġà għedt f'fora oħrajn, il-ward għandu x-xewk ukoll, u huwa importanti nirrikonoxxu li mal-affarijiet sbieħ li aħna nixtiequ nilħqu b'din il-viżjoni, hemm ukoll aspetti li rridu nieħdu rendikont tagħhom, għax huma aspetti li jista' jkun li se nsibu tqal, però mhumiex impossibbli.", "U bħalissa qegħdin naraw elenku tal-isfidi, fosthom il-carrying capacity ta' pajjiżna u l-kultura tagħna, li tirrikjedi a behavioural change.", "Din ukoll tista' tiġi assorbita minħabba l-long term plan li għandha din il-viżjoni.", "Jista' jkun li meta aħna nkunu qegħdin nieħdu rendikont tal-veru cost tal-ħsara ambjentali u ninternalizzawha f'min qiegħed jiġġenera din il-bidla, insibuha bħala piż.", "Għalhekk hemm bżonn ta' sforz u taħriġ fil-mod kif id-decision makers at all levels, inkluż l-awtoritajiet, jinternalizzaw din il-viżjoni, u ċioè b'mind set changes fil-mod kif nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna.", "Policies li jiġu żviluppati b'din il-filosofija juru li l-ambjent hemm kollox fih.", "Is-soltu, aħna mdorrijin naraw concentric circles qishom bħal tal-olimpjadi, u l-iżvilupp sostenibbli jinqabad biss fil-biċċa tan-nofs, però fir-realtà, nagħmlu x'nagħmlu, kemm jekk aħniex qegħdin niġġeneraw l-ekonomija, kemm jekk aħniex qegħdin immexxu s-soċjetà 'l quddiem, kollu qiegħed isir fir-realtà tad-dinja li ngħixu fiha, id-dinja naturali.", "Allura ċ-ċirku ta' barra huwa ċ-ċirku tal-ambjent.", "Ma rridux inħarsu biss lejn il-kompromessi li jridu jsiru, imma rridu nħarsu wkoll lejn l-opportunitajiet li kull wieħed minn dawk is-setturi jista' jgawdi billi nimxu 'l quddiem b'dan il-mod.", "Ħalli nagħti żewġ eżempji.", "L-ewwel eżempju hu d-digital transformation.", "X'qegħdin naraw f'dan is-settur fejn jidħol l-ambjent u l-wellbeing?", "Diġà fil-fatt missejniha ftit b'idejna fejn daħal l-effett negattiv tas-social distancing u l-virus li qegħdin ngħixu bih, hemm ukoll ir-remote working, ir-remote service provision, u r-remote product sales.", "Jekk wieħed iħares lejn dawn l-aspetti kollha fis-settur tagħhom biss jara li dawn kollha huma avvanzi fis-settur li joħorġu minnu, però kollha kemm huma għandhom impatti pożittivi fuq l-ambjent, il-kwalità tal-arja, u l-konġestjoni tat-traffiku.", "Dan huwa li qegħdin infissru bil-wellbeing first vision.", "Eżempju ieħor huwa l-urban and rural regeneration and enhancement, fejn diġà qegħdin naraw xi inizjattivi bħal, pereżempju, meta ngħalqu ċerti toroq għat-traffiku, ir-riġenerazzjoni ta' ċerti lokalitajiet, li anke għamel il-Ministeru tagħna stess, tal-urban greening, u t-turiżmu, fejn dan l-aħħar kien hemm anke l-green transport allaċċjat ma' dan is-settur.", "These are not exactly what pops in mind meta naħsbu fuq environmental prosperity, imma kollha għandhom impatt lejn naħa jew oħra fuq is-suċċess u l-kwalità tal-ħajja tagħna u l-ambjent.", "Ħalli issa naraw kif wasalna hawnhekk.", "Kif aċċenna l-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu, din il-viżjoni ġiet magħżula, kemm minn esperti fis-settur, fejn anke kien hemm involuti key ministeries, kif ukoll l-akkademja minħabba li hemm viżjoni fil-futur.", "Staqsejna wkoll lill-pubbliku x'futur irid għall-ambjent tiegħu, u kulħadd għażel il-wellbeing first.", "Fil-fatt kellhom erba' xenarji minn fejn setgħu jagħżlu: is-sector first, fejn kull settur jaħdem għal rasu fejn jirrigwarda l-ambjent; il-me first, jien l-ewwel u qabel kollox; u l-market first, fejn ngħidu li s-suq isuq u d-deċiżjonijiet u l-problemi li għandna fil-pajjiż isolvihom is-suq.", "Meta staqsejna lill-esperti u lill-pubbliku xi jridu għall-futur tagħhom, kollha għażlu l-wellbeing first.", "Tajjeb però ngħidilkom x'hemm komuni bejn ix-xenarji li tajna fl-għażla u għaliex ħriġna bihom.", "Kif tistgħu taraw fuq l-iscreen bħalissa hemm il-four possible scenarios, fejn il-y-axis jirrappreżentaw kemm sejrin lejn, jew 'il hinn, mill-element tal-beyond GDP.", "Hemmhekk qegħdin naraw li fis-sector first u fil-wellbeing first hemm futuri li l-progress fis-soċjetà qed inkejluh mhux biss bil-GDP, filwaqt li fil-me first u fil-market first is-suċċess huwa mkejjel biss bil-GDP.", "L-x-axis imbagħad, qegħdin juru jekk naħdmux flimkien, jiġifieri l-wellbeing first u l-market first, jew inkella hux kulħadd jaħdem għal rasu, jiġifieri l-me first u s-sector first.", "Fil-wellbeing first, il-pilastri huma l-beyond GDP u l-holistic policy framework.", "Dik kienet il-presentation li kelli dwar din l-istrateġija u issa nistennew id-domandi u l-kummenti tagħkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nitlob issa lis-Sinj.", "Annick Cassar Bonello, għan-nom ta' Nature Trust, li tinsab magħna permezz tal-video conferencing, sabiex tagħmel il-kummenti u d-domandi tagħha.", "ANNICK CASSAR BONELLO: Grazzi, Sur President, bħala NGO, f'dan l-istadju m'aħniex se nagħtu opinjoni uffiċjali, però sal-20 ta' Settembru, u ċioè sakemm tagħlaq il-public consultation, se nkunu qegħdin nagħmlu s-sottomissjonijiet tagħna.", "Li nixtieq ngħid huwa li naqbel ma' dak li qalu l-Ministru, il-Prof.", "Axiak u s-Sinj.", "Cordina Borg fejn jirrigwarda strateġija fit-tul.", "Apparti li din hija ħaġa tajba, hija xi ħaġa ta' min wieħed jimxi fuqha għax hija strateġija fit-tul, u hekk għandu jkun.", "Bħala kunsill ta' Nature Trust se niddiskutu bejnietna d-dokument kollu mbagħad nagħmlu s-sottomissjonijiet tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Issa se ngħaddi sabiex nistieden lill-Membri tal-Kumitat sabiex jagħmlu d-domandi u l-kummenti tagħhom u nibda billi nsejjaħ lill-Onor.", "Cutajar, li wkoll qiegħed magħna permezz ta' video conferencing, sabiex jagħmel id-domandi tiegħu.", "KEVIN CUTAJAR: L-ewwel u qabel kollox nirringrazzja lill-uffiċjali tal-ERA tal-preżentazzjoni u tax-xogħol kollu tagħhom fir-rigward.", "Jien rajt id-dokument li ġie ċċirkolat u segwejt ukoll il-preżentazzjoni li saret.", "Irrid ngħid li fil-prinċipju l-Oppożizzjoni taqbel li għandu jkun hemm viżjoni fit-tul u li l-kwalità tal-ħajja llum f'pajjiżna hija ta' concern kbira – jista' jkun li hija l-ikbar concern li għandom in-nies – u dan naħseb li ġie rifless ukoll fl-opinjonijiet li nġabru biex ġiet ippreparata din l-istrateġija.", "Issa ngħaddi sabiex nagħmel xi domandi lill-uffiċjali preżenti.", "Nifhem li ġew analizzati erba' xenarji, li spjegat tajjeb is-Sinj.", "Cordina Borg, u li minnhom intagħżlet il-kwalità tal-ħajja.", "Issa jien hawnhekk nixtieq nistaqsi kif nistgħu neskludu li bejn l-erba' setturi, partikolarment is-settur tal-market first u tas-sector first, insibu bilanċ biex verament ikollna kwalità ta' ħajja aċċettabbli u li tkun tajba għal kulħadd.", "Naqbel li parti sostanzjali mill-kwalità tal-ħajja hija l-ambjent, però l-kwalità tal-ħajja hija wkoll dak li joffri s-suq, u dak li joffri s-settur, jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar jien, bħala persuna.", "Jiġifieri b'xi mod jew ieħor jien inħoss li jrid jintlaħaq xi forma ta' kompromess, mentri minn kif qrajt fid-dokument li ġie ċċirkolat, dan qisu qiegħed iħares b'ċertu xettiċiżmu lejn l-eventwalità li jintlaħaq dak il-bilanċ.", "Jien naqbel mal-Ministru li s-sena 2050 hija 'l bogħod, għalkemm fl-istess ħin mhijiex 'il bogħod wisq, imma jien nixtieq li mmorru pass oltre minn hekk u kull għaxar snin inġeddu l-viżjoni tagħna b'għaxar snin oħra.", "Jiġifieri meta, għall-argument, naslu fis-sena 2030, ma nibqgħux inħarsu biss sal-2050 imma nġeddu l-viżjoni tagħna b'għaxar snin oħra biex b'hekk il-pajjiż dejjem ikollu viżjoni ta' 30 sena quddiemu kull darba li niġu biex nistabbilixxu u noħorġu bi pjan ta' azzjoni.", "B'dan il-mod naħseb li nkunu qegħdin kontinwament inġeddu l-viżjoni tagħna sa x'ħin eventwalment naslu għall-post li jixraqlu l-ambjent fil-ħajja u fis-soċjetà tagħna.", "Għaldaqstant jien qiegħed nistaqsi jekk intomx qegħdin tqisu l-possibilità li kull għaxar snin testendu l-viżjoni b'għaxar snin oħra 'l quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "ANTON REFALO (Ministru għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali): Sur President, nixtieq inkun naf x'inhi l-viżjoni għall-gżira Għawdxija għall-2050 għax fid-dokument ma sibt xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn aktar domandi?", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Grazzi, Sur President.", "Qabel xejn irrid ngħid prosit lill-ERA tal-preżentazzjoni li taw, mhux biss tal-kontenut, imma anke tal-mod kif ġiet ippreżentata.", "Huwa sabiħ li nitkellmu fuq l-ambjent anke mill-aspett estetiku, għax ħafna drabi nintefgħu nitkellmu fuq policies u nintilfu fuq in-narrattiva, però kif nafu, l-ewwel ma tolqot hija l-għajn u għalhekk nixtieq ngħid prosit lill-uffiċjali tal-ERA tal-mod li bih għamlu l-ispjega tagħhom.", "Jien tajt titwila lil dan id-dokument li għandna quddiemna u nemmen li huwa meħtieġ li wieħed jibda jħares lejn l-ambjent mhux b'mod maqtugħ u 'l bogħod mill-aspett soċjali u ekonomiku, imma b'mod li jiġbor dawn it-tliet pilastri flimkien sabiex immorru għall-kelma \"sostenibilità\", li ħafna drabi naħseb li tiġi abbużata.", "Kwalità ta' ħajja aħjar ma titkejjilx biss b'kemm jirnexxielna naqilgħu flus, jew b'kemm l-ekonomija tal-pajjiż sejra tajjeb, però titkejjel ukoll bil-konservazzjoni ta' dak li diġà għandna.", "Ħafna drabi dejjem nitkellmu fuq titjib, però huwa sabiħ li jkollna politika li tirrispetta dak li diġà għandna u nikkonservawh, però mill-banda l-oħra ma tridx tkun irrilevanti għal dak li qed ngħixu u li se ngħixu.", "Għalhekk nilqa' b'mod tajjeb dak li qal il-Ministru Aaron Farrugia, u ċioè li wieħed se jkun qed jirrivedi din il-politika kull ammont ta' snin.", "Għoġobni wkoll il-paragun li ġab il-Prof.", "Axiak, fejn qal li jekk wieħed ikun qed iħares fit-tul, jaf anke jsib xi rigal mingħand xi kelb fil-viċin, u allura tajjeb li ma nirfsu xejn minn dan.", "U kif semmejna l-kelb laqatni ħafna ritratt li hemm f'paġna 39 tad-dokument, li pjuttost jiġbor dan kollu flimkien, u l-mod ta' kif irridu nħarsu lejn il-policy, u ċioè li l-policy tal-ambjent tolqot lil kulħadd, immaterjali jekk intix żgħir jew kbir.", "Huwa importanti li jinstab bilanċ bejn it-tgawdija u t-tniġġiż – u d-dokument, fost l-oħrajn, isemmi l-yacht marina – u rridu naraw li meta nfasslu l-policies inħarsu wkoll lejn il-lifestyle ta' dak li jkun.", "Kien hawn żmien fejn wieħed kien iħares lejn l-annimali bħal speċi ta' status symbol – u fil-fatt għad hawn min għadu jaħseb hekk, tant li f'pajjiżna hawn min saħansittra jiddelitta b'annimali eżotiċi biex iwassal dan il-messaġġ – però hemm bżonn li kemm dawn in-nies kif ukoll dawk li għandhom għal qalbhom l-annimali u l-biodiversità, nimxu t-triq 'il quddiem flimkien.", "Laqatni wkoll is-slide li kienet titkellem dwar ir-remote working fejn fiha, fost affarijiet oħra, kien hemm roof garden, xi ħaġa li naħseb hija mixtieqa ferm għal pajjiżna.", "Kif diġà ntqal, huwa inutli li jkollok il-policy, l-istudji, u l-istħarriġ imma mbagħad ma tingħatax direzzjoni politika, u għalhekk jien inħares 'il quddiem li jkollna skejjel li s-soqfa tagħhom jintużaw bħala ġonna.", "Bħalma aċċennajt kemm-il darba, ma jagħmilx sens li tkejjel it-titjib tal-kwalità edukattiva tagħna bħala soċjetà Maltija, b'kemm nibnu binjiet, imma b'kemm il-binjiet li għandna nagħmluhom jixhdu l-policies u d-direzzjoni politika.", "Allura nħares 'il quddiem li jkollna skejjel li fuq kollox jixhdu ambjent aħjar.", "Ħadt nota wkoll tal-istakeholders li kkonsultajtu u ma rajtx imniżżla n-National Commission for Persons with Disability (NCPD).", "Naħseb li jkun għaqli, li kif għadna f'dan l-istadju ta' konsultazzjoni, wieħed jinkludi l-persuni b'abbiltajiet differenti, għax kif intqal fil-preżentazzjoni, meta wieħed jiġi biex jara x'jippreferi, kulħadd se jkejjel b'xibru, u żgur li meta qed infasslu policy ma rridu nħallu lil ħadd barra f'dak ir-rigward.", "Jien nawgura li din l-istess preżentazzjoni tittieħed minn diversi dekasteri oħrajn, sabiex mhux biss jieqfu fuq il-policy, imma anke nkunu qegħdin nimplimentawha min-naħa tagħna, bħala politiċi, f'dan ir-rigward.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Nirringrazzjak, Sur President, u nirringrazzja wkoll lill-Prof.", "Axiak u anke lis-Sinj.", "Jien nista' ngħid li d-dokument qrajtu, u naħseb li huwa diffiċli ħafna li wieħed isib xi ħaġa fih li ma jaqbilx magħha.", "Jiġifieri bħala lejn fejn il-pajjiż għandu jibda miexi fl-2020 – u naħseb li qegħdin ħafna tard – m'hemm assolutament ebda disparità bejn il-viżjoni tal-Oppożizzjoni – u, jekk din hija l-viżjoni tal-Gvern, il-viżjoni tal-Gvern.", "Irrid ngħid, biex anke nserraħ moħħ il-Prof.", "Axiak, li jekk din hija l-viżjoni li se tiġi mplimentata, m'għandi ebda dubju li jkun min ikun fil-gvern se jkun wara din il-policy.", "Jien irrid nieħu l-anedottu li semma l-Prof.", "Axiak, dwar il-ħmieġ tal-kelb, u ngħid li hemmhekk fir-realtà għandna problema f'pajjiżna, fis-sens li suppost kulħadd irid jiġbor il-ħmieġ tal-kelb tiegħu mit-triq, u allura jekk persuna rifset xi ħmieġ, dan ifisser li hemm nuqqas ta' infurzar.", "U din hija problema li nara li għandna llum.", "Aħna diġà għandna liġijiet li suppost qegħdin hemm biex jagħmlu dan il-wellbeing first, fuq diversi livelli, però m'aħniex ninfurzawhom.", "Ħalli nieħdu, pereżempju, il-gwardjani lokali.", "Issir enfasi kbira, fir-rigward ta' infurzar fil-lokalitajiet, fuq nies li jipparkjaw fuq linja safra, u għandna gwardjani li jqumu fis-6:00 a.m. biex jagħtu l-multi qabel ma dak li jkun ikollu ċans imur ineħħi l-karozza, però mbagħad imkien ma tara gwardjani jagħtu multi fuq żibel li jintrema barra, jew fuq skart li jinħareġ f'nofsinhar meta dan ikun se jinġabar l-għada filgħodu.", "Ovvjament kull lokalità għandha d-diffikultajiet tagħha, imma l-punt li qed nagħmel jien huwa li jekk mhux se jkun hemm strateġija, politika reali, u mpenn min-naħa tal-awtoritajiet, fuq livell lokali u nazzjonali, ta' infurzar bis-serjetà, din se tibqa' biss ħolma.", "Il-ħolm huwa tajjeb u sabiħ, però jekk irridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem f'din it-triq, irridu minn issa nibdew ninfurzaw il-liġijiet u r-regolamenti li diġà hemm u li n-nies jafu li għandhom prattikament impunità fuqhom.", "Issa din l-impunità tista' tkun deċiżjoni politika, biex forsi ma ndejqux lin-nies, però huwa żball, daqskemm kien ikun żball kieku dan id-dokument kien qed iħares, pereżempju, lejn il-market first.", "Allura l-politiku li għandu l-poter eżekuttiv għax qiegħed fil-gvern, u hawnhekk qed inħares lejk, Ministru Farrugia, irid jaċċerta ruħu li l-liġijiet se jiġu nfurzati u mplimentati.", "Jien jinkwetani ħafna, pereżempju, dak li qrajt il-bieraħ f'The Times dwar il-każ tas-Sur Martin Saliba, fejn intqal li huwa kien qiegħed jippresedji l-Kumitat tal-Environment and Planning Review Tribunal (EPRT) waqt li kien għadu impjegat tal-Planning Authority (PA).", "Dawn huma affarijiet li jkissru l-fiduċja tan-nies fis-sistemi, fiċ-checks and balances li suppost aħna bħala soċjetà qegħdin niggarantixxu li jkun hemm biex l-affarijiet jimxu sewwa.", "U allura, filwaqt li huwa sabiħ, tajjeb, bżonnjuż u essenzjali li jkollna viżjonijiet bħal dawn li jagħtu dawl ta' fejn irridu naslu, ix-xogħol tagħkom, siewi u verament tajjeb – u nirringrazzjakom tax-xogħol li qegħdin tagħmlu – u litteralment jiġi sparpaljat jekk imbagħad deċiżjonijiet żbaljati bħal dawn jibqgħu jitħallew għaddejjin daqslikieku ma ġara xejn.", "Jien ma rajt ebda reazzjoni min-naħa tal-Gvern għal dak li ġie rrappurtat ilbieraħ, għalkemm jista' jkun li qabżitli.", "Jiġifieri filwaqt li a vision for 2050 is essential, u naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Cutajar, u ċioè li għandna naġġornawh u nġeddu l-viżjoni tagħna kull għaxar snin, ma rridux ninsew dak li rridu nagħmlu fix-short term.", "Chairman xi żmien ilu, meta kien qal \"short term, medium term u long term\".", "Id-deċiżjonijiet tagħna short term jridu jkunu importanti daqskemm hija l-viżjoni tagħna long term, voldieri ejjew ninfurzaw dak li diġà għandna, u ejjew naraw x'għandna bżonn nagħmlu, pereżempju, dwar karozzi li jaħdmu bl-elettriku.", "Il-punt tagħna huwa let us get moving now!", "Li jkollna viżjoni għall-2050 – u din il-viżjoni għandha l-appoġġ kollu tiegħi u tal-Oppożizzjoni – naħseb li huwa importantissimu, però hemm ħafna li nistgħu nagħmlu mil-lum.", "Ministru, jien xtaqt nara, pereżempju, li l-ERA jkollha veto fuq kwalunkwe żvilupp li jkun se jsir f'ODZ, mhux sempliċement vot normali jew konsultazzjoni, u jekk l-ERA tgħid li fit-tali ODZ ma jsirx żvilupp, allura ma jsirx żvilupp.", "Jekk irridu nieħdu l-ambjent bis-serjetà – u f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp naħseb li qegħdin f'sitwazzjoni ta' allarm, almenu dak huwa l-ħsieb tal-pubbliku inġenerali, mhux tal-iżviluppatur għax dak dejjem jgħid li mhux isir bini biżżejjed u li għandna bżonn iżjed permessi – irridu nħarsu lejn l-ERA bħala t-tarka tal-aħħar ftit widien, l-aħħar ftit postijiet ta' natura, u l-aħħar ftit postijiet li jinsabu fl-ODZ, biex tipproteġihom u tħarsihom.", "Allura nħossu li l-veto tal-ERA huwa essenzjali.", "Grazzi, Sur President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Jien nista' ngħid li ħdimt f'dan il-qasam u kont involut ħafna drabi fih; kont membru fuq il-bord tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) u kont għamilt, f'isem l-Oppożizzjoni, rapport dwar l-ambjent; u kont involut ukoll bħala Ministru f'affarijiet li ma tantx huma sbieħ fejn jidħol ambjent.", "Illum qegħdin nitkellmu dwar viżjoni, u jien ngħid li l-viżjoni trid tkun ta' kulħadd, għax jekk mhux se tkun ta' kulħadd, ma naslux.", "Jien qed nieħu pjaċir li hemm qbil li din għandha tkun viżjoni ta' kulħadd, u li jkun hemm min ikun hemm fit-tmexxija tal-pajjiż jaf li hemm dik il-viżjoni.", "Ovvjament se jkollna nbiddlu l-attitudni tagħna u l-mod kif naġixxu ma' xulxin, eċċ., imma hemm bżonn li din il-viżjoni tkun ta' kulħadd.", "Ħafna drabi fil-politika jkun hemm min tiġih it-tentazzjoni biex bil-paroli jgħid mod, imma meta jiġi għas-si u għan-no, għax forsi jkunu gergrulu l-kostitwenti, eċċ., imbagħad jagħmel mod ieħor.", "Għalhekk huwa importanti li l-viżjoni tkun ta' kulħadd, biex meta niġu biex inbiddlu ċerta attitudni, kulħadd jgħid li dik hija tiegħu ukoll, għax inkella ma naslux.", "Ovvjament irid ikun hemm min ikollu r-responsabilità li jmexxi dak li kulħadd ikun qabel dwaru ta' kif nimxu u fejn se naslu.", "Veru li mbagħad hemm ix-short, medium u l-long term, imma l-viżjoni tiġi l-ewwel, imbagħad minn hemmhekk immorru għar-realtà ta' kif se nibdew nimxu 'l quddiem.", "Għalhekk għandek l-element ta' issa, iktar 'il quddiem, u iktar tard, għax inti trid timxi skont iċ-ċirkostanzi, però għandek ukoll viżjoni u taf fejn trid tasal.", "Jien ħdimt favur l-ambjent u ħdimt f'setturi li jagħmlu ħsara lill-ambjent u allura nista' naraha miż-żewġ aspetti.", "Jien nemmen li deep down, il-poplu Malti u Għawdxi kollu jinteressah mill-ambjent għax dan jeffettwa s-saħħa tagħna u l-mod kif ngħixu.", "Il-messaġġ tiegħi huwa li din se tkun viżjoni ta' kulħadd, għandu jkun hemm involut kulħadd, u kulħadd jingħata l-opportunità li jsemma' leħnu u jgħid x'inhi l-opinjoni tiegħu.", "Ovvjament imbagħad il-gvern tal-ġurnata jrid ikun responsabbli biex dik il-viżjoni ta' kulħadd, u wara li jkunu saru diskussjonijiet ma' kulħadd, jara kif imexxiha 'l quddiem.", "Dejjem se jkun hemm min ma jkunx irid jimxi mal-affarijiet kif ikunu qegħdin isiru, imma hemm bżonn li joqgħod għalihom.", "Nagħti issa l-kelma lill-Perit Piccinino.", "IL-PERIT MICHELLE PICCININO (Kap Eżekuttiv, ERA): Grazzi, Mr Chairman.", "L-ewwel nett irrid ngħid li napprezza kull kumment li sar, speċjalment fir-rigward tal-professjonalità tal-mod kif saret din il-biċċa xogħol.", "Għalina din l-istrateġija hija importanti ħafna, fir-rigward tal-entità fiha nnifisha.", "L-Onor.", "Thake daħal anke fuq il-valur ta' din l-istrateġija u dak li qed iseħħ bħalissa.", "Bħala entità, qed nitfgħu input kbir f'din l-istrateġija għax naħseb li għal Malta hija xi ħaġa unika u li saret l-ewwel darba.", "Madwar erba' snin ilu, kien hemm il-qasma tal-MEPA fejn allura l-PA u l-ERA saru żewġ entitajiet differenti, xi ħaġa li wriet li l-leġiżlatur dakinhar ħass il-ħtieġa li jkun hemm strateġija ambjentali.", "Kif għedtu tajjeb intom kollha – u għalhekk il-ħtieġa li qegħdin hawnhekk u ta' din id-diskussjoni – din l-istrateġija tkun inutli jekk ma nibdewx mill-punt li dan il-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, ikollu ownership tagħha.", "Kemm meta ppreżentajniha lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità, kif ukoll meta ppreżentajniha lill-Kabinett, sħaqna fuq l-importanza li kull ministru u kull dekasteru jħoss li din l-istrateġija hija parti mill-istrateġija tiegħu.", "Dan huwa l-qafas li fuqha jridu jinbnew il-building blocks ta' kull ministeru b'mod individwali.", "Kif intqal, huwa tajjeb li ninfurzaw u nużaw l-għodda li għandna bħalissa biex intejbu s-sitwazzjoni, però dan mhux biżżejjed.", "Il-viżjoni li għandna aħna hija li l-metodu ta' kif qed isir illum mhux neċessarjament għandna nibqgħu għaddejjin bih.", "At this point in time, kulħadd irid jisfida lilu nnifsu fl-ambitu personali u fl-ambitu tal-post tax-xogħol tiegħu biex naraw x'nistgħu ntejbu, because going beyond GDP se jfisser li qed nisfidaw lilna nfusna.", "Ma nistgħux nibqgħu komdi fuq is-siġġu, imma rridu nagħmlu dik ix-xi ħaġa li hija differenti.", "Għalhekk nixtieq li hawnhekk immur ftit lura għax forsi nqasna milli nenfasizzaw kif issawret din il-viżjoni.", "L-ewwel nett din il-viżjoni ssawret b'citizen survey, jiġifieri morna għand iċ-ċittadin, għax meta tkun fil-massa, grupp, l-opinjonijiet jinbidlu, però meta inti tmur direttament għand l-individwu, hemmhekk tkun qed tisma' verament x'inhi l-ħtieġa u x'tixtieq il-persuna.", "Aħna morna għand dawk kollha li qegħdin f'pożizzjoni li jsawru deċiżjoni.", "Veru li d-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Gvern, però kulħadd madwar din il-mejda jaf li wara dawk id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Gvern ikun hemm numru kbir ta' nies tekniċi li jkunu qegħdin jinfluwenzaw dawk id-deċiżjonijiet.", "U dan l-eżerċizzju li ġejna nippreżentawlkom huwa mħejji anke ma' dawk in-nies.", "Aħna nafu li bejn il-kitba u dak li jiġi mwettaq normalment ikun hemm qasma, però aħna xtaqna li nikkonvinċu lil dawk kollha li qegħdin f'pożizzjoni li jifformulaw deċiżjoni u li jagħtu pariri fuq deċiżjoni, u ndaħħluhom f'dan il-proċess li qegħdin fih aħna.", "Il-viżjoni tal-2050, kif qal tajjeb il-Ministru, hija ambizzjuża għax qiegħda tħares lejn l-2050 u qiegħda maqsuma f'tappi ta' għaxar snin.", "Waħda mill-ikbar uġiegħ ta' ras, li kemm jien kif ukoll il-Prof.", "Axiak ikollna quddiemna, hija d-diversità u r-remit wiesa' li għandha l-ERA mad-diversi setturi li tmiss.", "Aħna, bħala Awtorità, skont il-liġi responsabbli wkoll, mill-Istate of the Environment Report (SoER).", "Allura inti għandek sistema li kull erba' snin qed tieħu stock ta' fejn sejjer il-pajjiż.", "Dan huwa eżerċizzju li tlajna bih hawnhekk u kellna diskussjonijiet li kienu interessanti ħafna waqt li konna għaddejjin bl-eżerċizzju, però tajjeb ħafna li kull entità u kull ministeru jibqa' jiftakar fihom.", "Aħna mmissu mas-setturi kollha, inkluż dawk tal-ilma u tal-enerġija, u d-deċiżjonijiet li jittieħdu jimpattaw fuq ħafna affarijiet.", "U sfortunatament, fil-ħajja qasira ta' gvern, jiġifieri f'ħames snin, ċerti deċiżjonijiet ikunu qegħdin jittieħdu fi span qasira u b'ċerta urġenza.", "Hemm bżonn li nħarsu fit-tul, għax jekk inbiddlu l-mod ta' kif naħsbu f'ħames snin, se nagħtu xokkijiet qawwijja lill-ekonomija u din se tbati.", "L-intenzjoni hi li ekonomija tajba, turiżmu b'saħħtu, u ambjent san jgħixu flimkien.", "U għalhekk semmejna l-beyond GDP.", "Forsi hawnhekk tajjeb li mmur għall-mistoqsija li saret fil-bidu, u ċjoè kif jista' jkun ma tħarisx lejn market first u tmur lejn wellbeing first, kif jista' jkun li viżjoni ta' wellbeing first mhijiex qed tħares lejn is-suq.", "Il-viżjoni ta' wellbeing first qed tħares lejn is-suq, imma ma tieqafx hemm, fis-sens li ma tieqafx fil-punt li lħaqt il-GDP, għax illum il-ġurnata mad-dinja kollha qed jidher li l-GDP waħdu mhux qed jilħaq l-aspettattivi tan-nies.", "Veru li jrid ikollok GDP tajjeb, però meta m'intix xogħol irid ikollok ambjent tajjeb li tista' tgawdi.", "Allura din il-viżjoni hawnhekk qed tipprova tikkombina dawk iż-żewġ aspettattivi.", "Naħseb li hija linja li llum il-ġurnata, kemm l-Ewropa, kif ukoll id-dinja iktar globalizzata, qed tħares lejha.", "Jekk tistaqsuni hijiex faċli ngħidilkom li le, ma naħsibx li hija faċli, anzi hija challenging għax hija xi ħaġa ġdida, kemm għalina li qegħdin naħdmu fiha, kif ukoll għal kull min qiegħed f'pożizzjoni li jieħu deċiżjoni, għax meta tkun qed tittieħed dik id-deċiżjoni ma tridx tħares biss lejn ix-short term.", "Pereżempju, jekk jien għandi bżonn li jkolli l-lukandi mimlijin bit-turisti, irrid nara xi kwalità ta' turisti se nġib u x'numri se ġġib ħalli ma jinħolqux problemi fuq l-infrastruttura tal-pajjiż.", "Din hija l-frame of mind li jrid ikollna, u ċioè li ma nibqgħux inħarsu lejn is-setturi individwali, imma li xi ħadd irid jgħaqqad kollox.", "U għalhekk imbagħad il-concentric circles li wriet Claire fil-bidu jiġu jibdew jagħmlu sens; inti għandek kwalità ta' ħajja aħjar.", "Fil-fatt ħafna mill-ministeri qed jaddottaw dan il-kunċett, u ċioè li inti tersaq lejn kwalità ta' ħajja aħjar, xi ħaġa li għandna bżonnha.", "Fil-fatt il-Prim Ministru stess semmiha fit-tnedija tal-policy tal-Gvern, però l-bażi ta' dawn is-setturi hija li d-deċiżjonijiet ma jkunux settorali imma jkunu qed jieħdu in konsiderazzjoni dak kollu li jgħaqqad u li jinfluwenza dik it-tip ta' deċiżjoni.", "Issa nħalli f'idejn Claire sabiex tirrispondi għad-domandi l-oħra li saru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sinj.", "CLAIRE CORDINA BORG: Dwar is-suġġeriment tal-Onor.", "Kevin Cutajar, u ċioè li jkun hemm estensjoni tal-viżjoni għal kull għaxar snin, irrid ngħid li the point has been noted u se niddiskutuha internament.", "L-Onor.", "Refalo staqsa dwar il-viżjoni għal Għawdex.", "Irrid ngħid li biex ħriġna b'dan id-dokument ikkonsultajna ma' iktar minn 150 entità jew rappreżentanttiv ta' setturi, u l-Ministeru għal Għawdex kien wieħed minnhom.", "Jiġifieri din il-viżjoni tinkludi wkoll il-gżira ta' Għawdex.", "IL-PERIT MICHELLE PICCININO: Dan kien punt ukoll li tqajjem fil-Kumitat Permanenti għal Għawdex għax kellna l-opportunità li nippreżentaw din il-viżjoni f'dak il-Kumitat.", "Ovvjament aħna nħarsu lejn il-viżjoni mingħajr konfini, jiġifieri għalina, il-viżjoni tal-istrateġija għandha tħares kemm lejn Malta kif ukoll lejn Għawdex.", "Aħna ma nagħmlux dik id-distinzjoni, però nemmnu u nifhmu li jeżistu realtajiet li, fuq livell lokali, huma differenti.", "Saħansittra anke f'Malta ssib postijiet li għandhom in-neċessitajiet u l-problemi ambjentali tagħhom – qabel bdejna b'mod formali din il-laqgħa konna qegħdin nitkellmu u ssemmiet lokalità partikolari li għandha problema partikolari – jiġifieri jekk għandek post li huwa iktar industrijali milli post ta' villeġġjatura, ikollok realtajiet differenti.", "U allura l-intenzjoni hija li fil-pjan ta' azzjoni dawn ikunu qed jiġu indirizzati b'mod speċifiku skont dawk in-neċessitajiet.", "Allura iva, jekk qed inħarsu lejn il-pjan ta' azzjoni, naraw li jkun hemm dik id-distinzjoni u anke dak li qed jeffettwa.", "Pereżempju, fir-rigward t'Għawdex nistgħu insemmu l-insularità doppja u anke l-fatt li l-post huwa iktar rurali minn Malta u allura għandek il-ħtieġa u d-dipendenza tar-residenti Għawdxin fuq ċerti servizzi li jittieħdu minn Malta.", "Naħseb li bħala viżjoni, din hija l-viżjoni strateġika li għandna nħarsu lejha.", "Imbagħad irridu naraw ukoll l-applikabilità ta' dik il-viżjoni fiċ-ċirkostanzi differenti, anke tal-gżira Għawdxija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment illum qegħdin nitkellmu dwar il-viżjoni, imbagħad mill-viżjoni nkunu rridu mmorru għal ċerti żoni speċifiċi, eċċ.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Xtaqt risposta dwar dak li staqsejt fir-rigward tal-NCPD.", "CLAIRE CORDINA BORG: F'paġna 42 tad-dokument hemm il-lista ta' entitajiet li ġew ikkonsultati.", "Xtaqt nagħmilha ċara, għax forsi ma kontx ċara fil-preżentazzjoni tiegħi, li biex żviluppajna l-istrateġija ma kkonsultajniex ma' min se nikkonsultaw f'iktar dettall meta niġu biex nagħmlu l-azzjonijiet.", "L-istakeholders li kkonsultajna magħhom kienu dawk li huma decision making forward looking bodies.", "Meta din il-viżjoni tiġi tradotta f'ten year action plans, il-konsultazzjoni trid tkun iktar iffukata fuq it-temi li se nkunu qegħdin nindirizzaw, u l-NCPD hija waħda mill-entitajiet li diġà elenkajna għat-tieni fażi ta' din il-konsultazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Issa nitlob lill-Ministru Farrugia sabiex jagħmel winding up qasir, ħalli mbagħad naslu għal deċiżjoni min-naħa tal-Kumitat.", "AARON FARRUGIA: Nirringrazzjak, Sur President, u nirringrazzja lil kull min ta kontribut f'din id-diskussjoni.", "Jien ħadt nota tal-kummenti, tas-suġġerimenti u anke tal-kritika, fejn kien hemm.", "Min-naħa tiegħi kien hemm żewġ punti li xtaqt nindirizza qabel nagħlqu.", "L-ewwel nett naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Cutajar, fis-sens li għandu jkun hemm direzzjoni ħolistika.", "Jekk wieħed iħares lejn il-policies tal-Gvern jara li m'aħniex nitkellmu biss dwar din il-policy, meta nħarsu lejn l-2050, iżda fl-aħħar ġimgħat kien hemm line up ta' policies li kollha ndirizzaw is-sena 2050, fosthom l-iStrategic Plan for the Environment and Development (SPED) li nafu li se jdum madwar tliet snin biex jitlesta u li se jagħti ħarsa fit-tul lejn x'tip ta' ippjanar se jkollu l-pajjiż, għal min, x'għandhom bżonn in-nies, eċċ. Hemm ukoll il-pjan għal zero carbon Malta, li wkoll huwa strateġija li tħares lejn l-2050.", "Dan huwa pjan pjuttost oriżżontali, għax imiss mal-qasam tal-enerġija, tat-trasport, tal-iskart, tal-agrikultura, u anke setturi oħra, u allura nistgħu ngħidu li kważi jmiss ma' kull settur.", "Hemm ukoll in-National Energy and Climate Plan (NECP) li wkoll huwa pjan li jħares fit-tul; l-ewwel tragward huwa l-2030, imbagħad ikompli jimxi sal-2050.", "Jiġifieri qegħdin naraw li l-approach tal-Gvern huwa ndirizzat lejn ċiklu fit-tul u mhux ċiklu ta' ħames snin, ma' kull elezzjoni ġenerali.", "Naqbel ukoll perfettament mal-punt li għamel l-Onor.", "Thake, fis-sens li jien m'iniex kuntent bl-infurzar li hawn bħalissa.", "Naħseb li din hija problema li ilha ġejja ħafna snin, u nixtieq li l-infurzar fil-pajjiż jimxi għal-livell li jmiss.", "Biex l-infurzar jilħaq il-livelli mixtieqa, naħseb li l-ewwel indirizz għandu jkun lejn il-frammentazzjoni li teżisti.", "L-Onor.", "Thake, semma wkoll issue li kienet fil-gazzetti l-bieraħ u ladarba m'għandu x'jaqsam xejn mas-suġġett tal-lum, jien se nkellem lill-Onor.", "Thake iktar tard dwaru u nispjegalu eżattament x'inhi l-opinjoni tiegħi dwar dan.", "Mr Chairman, jidher li bħala partiti rappreżentati fil-Parlament ninsabu fuq l-istess wavelength rigward din l-istrateġija.", "Nerġa' nirringrazzjakom tal-kontribut tagħkom, b'mod speċjali lill-Prof.", "Axiak, lill-Perit Piccinino u lis-Sinj.", "Cordina Borg tal-kontribut kbir li għamlu, kif ukoll lill-NGOs, lid-dipartimenti diversi u lill-poplu, li kollha qegħdin jemmnu fil-viżjoni li jidher li issa għandna għall-pajjiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija sabiex dan il-Kumitat japprova din l-istrateġija kif ippreżentata.", "L-istrateġija kif imressqa quddiem il-Kumitat għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Peress li l-Parlament jinsab fil-ferjat tas-sajf, se ngħaddu t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa lill-Ministru u lill-ERA, imbagħad meta jerġa' jiltaqa' l-Parlament inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport b'mod uffiċjali.", "Nerġa' nirringrazzja lil kulħadd.", "Nixtieq li qabel nagħlaq ngħid li dan kien suġġett interessanti, anke għax jolqot is-saħħa tan-nies.", "Kif għedt fil-bidu, din il-viżjoni hija ta' kulħadd, u jekk kulħadd jaċċetta dan, din tkun tista' titwettaq.", "Fil-11:19 a.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20200831_024d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU 24", "l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-10:12 a.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, Chairman tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Anton Refalo (Ministru għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali); u l-Onor.", "L-Onor.", "Kevin Cutajar kien preżenti permezz ta' video conferencing.", "Preżenti wkoll permezz ta' video conferencing kien hemm l-Onor.", "Aaron Farrugia (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar).", "L-Iskrivana tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 23, li saret fl-24 ta' Lulju 2020, ġew konfermati.", "Fil-bidu tal-laqgħa saret introduzzjoni mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-Onor.", "Aaron Farrugia, dwar id-dokument.", "Wara, is-Sinj.", "Claire Cordina Borg, unit manager fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, tat preżentazzjoni dwar l-istess strateġija (Dok.", "Minbarra l-Membri tal-Kumitat u s-Sinj.", "Cordina Borg, ħadu sehem ukoll fid-diskussjoni l-Professur Victor Axiak u l-Perit Michelle Piccinino, Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, rispettivament.", "Ħadet ukoll sehem fid-diskussjoni, permezz ta' video conferencing, is-Sinj.", "Annick Bonello Cassar għan-nom ta' Nature Trust.", "Il-Kumitat temm id-diskussjoni dwar din l-istrateġija u meta ċ-Chairman poġġa d-dokument, kif imressaq quddiem il-Kumitat, għall-vot, dan għadda b'mod unanimu mingħajr emendi.", "Fil-11:19 a.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20200831_024m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 2 ta' Settembru, 2020 fl-10:00 a.m.", "L-Onor.", "Justyne Caruana, President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Settembru, 2020 fl-10.00 a.m. ġewwa l-Gozo Innovation Hub b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Impatt tal-COVID-19 fuq Għawdex u t-triq 'il quddiem (Kont.); u", "Affarijiet oħra.", "24 ta' Awwissu 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20200902_011a_gpc.docx"} {"text": ["GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 2 ta' Settembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 2 ta' Settembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Gozo Innovation Hub, ix-Xewkija Għawdex, fl-10.13 a.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 10, li saret fit-28 ta' Lulju 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Justyne Caruana): Nilqagħkom u nilqa' lil dawk kollha li qegħdin isegwuna online fuq is-sit elettroniku tal-Parlament, kif ukoll dawk it-telespettaturi li mbagħad sussegwentament se jkunu qed isegwuna fuq l-istazzjon televiżiv tal-Parlament.", "Nerġa' nfakkar lil dawk kollha li se jkunu qed jipparteċipaw f'din il-laqgħa li dawn huma proċeduri pubbliċi.", "Dak li se jingħad u dak li se jiġi ppreżentat huwa ta' natura pubblika, u allura kull min ma jixtieqx li dan ikun hekk għandu jindikalna sabiex nieħdu l-miżuri kollha meħtieġa.", "Ninforma lill-Kumitat li rċevejna korrispondenza mingħand Dr Jimmy Vella, f'isem l-LSEs Għawdxin, biex jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat dwar issue li nqalgħet inkonessjoni mal-LSEs Għawdxin li jaħdmu Malta biex ikunu jistgħu jiġu posted ġewwa Għawdex.", "Se nitlob lill-Iskrivana tal-Kumitat tagħmel kopja ta' din il-korrispondenza għall-Membri biex, jekk ikun opportun, fi stadju ulterjuri tiġi diskussa hawnhekk.", "IMPATT TAL-COVID-19 FUQ GĦAWDEX U T-TRIQ 'IL QUDDIEM (KONT.)", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-laqgħa tal-lum hija maħsuba biex nagħmlu aġġornament tas-sitwazzjoni marbuta mal-COVID-19 ġewwa Għawdex.", "Għal-laqgħa tal-lum, għandna diversi mistednin: għandna lill-Prof.", "Charmaine Gauci, lil Dr Nadine Delicata u lis-Sur Joe Fenech, in rappreżentanza ta' Steward Health Care, kif ukoll is-Supretendent Maurice Curmi u s-Sinjura Christine Vella, biex jinformawna dwar il-proċeduri li qed jittieħdu inkonnessjoni mal-infurzar.", "Stedinna wkoll lis-Sur Joe Cordina, Chairperson tal-Gozo Channel, li informana li ma kienx disponibbli: però, dan bagħtilna dokument li jagħti tagħrif lill-Kumitat dwar il-miżuri li qed jittieħdu mill-Gozo Channel f'dan il-perjodu.", "Qed nippreżenta dan id-dokument lill-Kumitat:", "Sadattant, fuq il-linja magħna għandna lill-Professur Charmaine Gauci.", "CHARMAINE GAUCI (Supretendent tas-Saħħa Pubblika): Insellem lil kulħadd.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Gauci, kif ġejt informata, stedinnik biex tagħtina ftit aġġornament dwar is-sitwazzjoni marbuta mal-COVID-19 ġewwa Għawdex.", "Aħna insegwuk, però mixteqin u għatxana għal informazzjoni marbuta mas-sitwazzjoni ġewwa Għawdex.", "Nifhmu li meta tagħti l-aġġornamenti tagħtihom fuq bażi nazzjonali; però, ovvjament aħna, bħala Kumitat għall-Affarijiet ta' Għawdex, inkunu interessati fl-andament tas-sitwazzjoni ġewwa Għawdex.", "Nistiednek biex, jekk jogħġbok, tagħmel l-intervent tiegħek; imbagħad, bħalma jsir is-soltu, ikun hemm interventi mill-Membri tal-Kumitat biex inkunu nistgħu ninoltraw fid-diskussjoni dwar din il-materja.", "CHARMAINE GAUCI: Nirringrazzjakom ta' din l-istedina.", "Bħalma taraw, il-miżuri kollha li jittieħdu jkunu jirrigwardaw Malta u Għawdex.", "Qegħdin naraw ukoll kif l-impatt ta' dawk il-miżuri li jiġu maħdumin hawn Malta jkun fuq iż-żewġ gżejjer.", "Aħna kellna l-ewwel mewġa, fejn kellna numru peak ta' każijiet; imbagħad irnexxielna, bid-diversi miżuri li għamilna, innaqqsu dawn il-każijiet, tant li kellna tmint ijiem sħaħ li fihom ma kellna l-ebda każ li kien rrapportat.", "Ma jfissirx li matul dawk il-ġranet ma kien hemm ebda każijiet.", "Però mbagħad, ladarba aħna ridna niftħu l-arjuport u bdiet għaddejja ċerta attività oħra, speċjalment dik li hija relatata mad-divertiment, rajna sitwazzjoni fejn f'daqqa waħda żdiedu bosta l-każijiet.", "Meta nħares lejn din iż-żieda x'kienet, anke meta tħares lejn il-clusters li kellna fil-bidu ta' dan is-sajf, issib li fil-maġġorparti tagħhom kienu relatati ma' postijiet ta' divertiment, fosthom night clubs u anke ċerti postijiet oħrajn ta' divertiment, li l-iktar li kienu iffokati fiż-żona ta' Paceville, imma mhux hemmhekk biss.", "Allura fis-sitwazzjoni li konna, speċjalment f'dan il-pajjiż li huwa dens ħafna, fejn nafu li tradizzjonalment ħafna nies joħorġu fis-sajf, kellna bilfors ngħaddu għal miżuri oħrajn.", "Għalhekk, bħalma tafu, kellna nagħlqu n-night clubs u discos u kellna ndaħħlu l-kontrolli fuq il-bars, għaliex hemmhekk ikun hemm numru ta' nies li jkunu bilwieqfa, u l-fatt li jkunu qrib ta' xulxin iżjed hemm ċans li jkunu qed iferrxu l-virus.", "Il-miżuri kienu li fil-bars in-nies jistgħu jkunu biss bilqiegħda.", "Ma' dawn daħħalna iktar miżuri fuq għodda li issa xjentifikament anke l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qiegħda tagħmel iktar rakkomandazzjonijiet fuqha, li huwa l-użu tal-maskri.", "Kif bdiet ħierġa l-evidenza, mill-ewwel bdejna nagħmlu rakkomandazzjonijiet fuq l-użu tal-maskra.", "Fix-xenarju kif konna, b'dawk in-numri ta' każijiet għaddejjin fil-komunità, kienet ovvja li kienet trażmissjoni fil-komunità, u allura ħassejna li għandna nagħmlu l-miżura tal-użu tal-maskri mandatorju.", "Fosthom, li japplika ħafna wkoll għal Għawdex, li tkun mandatorja wkoll fuq il-vapur tal-Gozo Channel u fil-Gozo Terminal.", "Huwa importanti ħafna wkoll l-użu mandatorju tal-maskra fuq it-trasport pubbliku.", "Nafu li hemmhekk se jkollok nies li jiltaqgħu iktar ma' xulxin, kif ukoll f'postijiet pubbliċi.", "Aħna wkoll irrakkomandajna u b'mod ġenerali qegħdin ngħidu li, minkejja li mhux bil-liġi, jekk inti ħiereġ barra u taf li se tmur f'postijiet li diffiċli żżomm id-distanza soċjali, pereżempju, tkun għaddej minn xi triq prinċipali jew inkella qiegħed f'xi pjazza, jintużaw il-maskri.", "B'hekk dejjem inkunu qegħdin innaqqsu.", "Għamilna wkoll miżura oħra għax rajna li ġaladarba qegħdin innaqqsu n-numru ta' nies li jkunu jistgħu jidħlu fil-barijiet, hija ovvja li jista' jkollok iktar kongregazzjonijiet barra.", "Allura daħħalna liġi li ma jistax ikollok gruppi ta' iktar minn 15-il persuna flimkien meta qegħdin f'postijiet pubbliċi.", "Barra minn hekk ukoll, il-miżuri li kienu diġà qegħdin japplikaw fuq l-avvennimenti, dawk baqgħu hemmhekk.", "Dawn kellhom impatt fuq Malta kif ukoll fuq Għawdex.", "Issa qed naraw li l-avvennimenti jridu jkunu regolati strettament.", "L-ewwel nett, miżura li daħlet fil-liġi b'seħħ mit-28 ta' Awwissu kienet li ma jistax ikun hemm avvenimenti b'nies bilwieqfa.", "Kif semmejt qabel, dan huwa riskjuż.", "L-avvenimenti jridu jkunu stabbiliti skont il-post.", "In-numru massimu ta' persuni li jkunu f'avveniment li jsir ġewwa jkun ta' 100 persuna, u jekk se jsir barra jkun ta' 300 persuna.", "Però, bil-prinċipju ta' persuna għal kull erba' metri kwadri li dejjem jibqa' jgħodd.", "Dawk huma prinċipji bażiċi ħafna.", "B'dawn il-miżuri li daħħalna huwa evidenti li issa n-numri niżlin.", "Fil-fatt, qegħdin naraw li filli kellna dak il-peak ta' 'l fuq minn 70, imbagħad bdejna ninżlu għal 50.", "F'din l-aħħar ġimgħa kellna numri ta' madwar 20 persuna kuljum.", "Din hija sitwazzjoni fejn aħna rridu nkomplu nnaqqsu dawn il-każijiet.", "Fil-fatt, sal-bieraħ aħna kellna 444 każ attiv.", "Minn dawn, hemm disa' persuni li huma minn Għawdex.", "It-total ta' każijiet li kellna mill-bidu nett huwa ta' 1,909.", "Każijiet li fiequ kellna 1,453, imma sfortunatament kellna 13-il mewta, bl-aħħar waħda kienet proprju lbieraħ.", "Bil-mod il-mod, qegħdin nerġgħu ninżlu minn dak it-total ta' każijiet ġodda li qed ikollna kuljum.", "Irridu niftakru li dawn huma kollha b'riżultat tal-miżuri li ħadna, u anke bil-koperazzjoni tal-pubbliku.", "Huwa għalxejn li jkollok miżuri f'posthom jekk ma jkunx hemm kollaborazzjoni u koperazzjoni mingħand kulħadd.", "Irridu nsaħħu wkoll il-livell tal-edukazzjoni.", "Bħalissa ħafna mill-ħidma tagħna hija hemmhekk biex inkomplu nnaqqsu dawn il-każijiet.", "Kif għedt, flimkien, ma' kulħadd u bl-għajnuna tal-entitajiet kollha.", "Waħda mill-prijoritajiet li qed niffokaw fuqhom bħalissa hija li ngħinu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol billi qed nifformulaw linji gwida.", "Dawn huma lesti u daqt ikunu ppubblikati.", "Abbażi tagħhom, kull skola tkun tista' timplimenta kif se jkunu qegħdin jinfetħu l-iskejjel, u huma bbażati fuq prinċipji bażiċi, fosthom l-użu tal-maskri fl-iskola; li min ikun jkun ma jiflaħx jibqa' d-dar; li jkun hemm id-distanza soċjali bejn it-tfal fil-klassi stess; kemm jista' jkun innaqqsu l-kobor tal-klassijiet, u li t-tfal jibqgħu f'bubble.", "Din tista' tiġri fil-Primarja, waqt li fis-Sekondarja trid tara kif tista' tagħmel biex il-bubble kemm jista' jkun tkun żgħira.", "Dawn huma ftit mill-prinċipji li qegħdin fil-linji gwida, li abbażi tagħhom imbagħad l-iskejjel ikunu jistgħu jaraw kif se jimplimentaw biex jiftħu l-iskejjel.", "Għalhekk irridu nkomplu naħdmu biex kemm jista' jkun innaqqsu n-numru ta' każijiet u nnaqqsu r-rata ta' trażmissjoni li għandna fil-komunità, sabiex ladarba jinfetħu l-iskejjel l-impatt imbagħad ma jkunx daqshekk kbir.", "Nistgħu nistennew li se jkollna xi każijiet fl-iskejjel, ġaladarba inti għandek każijiet fil-komunità, it-tfal li jmorru l-iskola u l-edukaturi u l-istaff kollu li jmorru fl-iskola, hija ovvja li jkollna xi każijiet, hija xi ħaġa li nistennewha.", "L-iktar ħaġa importanti hija li nibqgħu nnaqqsu r-rata fil-komunità.", "Huwa importanti wkoll li kull każ li jista' jkun hemm naqbduh mill-ewwel sabiex inkunu nistgħu nnaqqsu l-firxa li jista' jkun hemm f'dawn is-settings, li issa rridu li jinfetħu wkoll.", "Overall naħseb li dak huwa l-aħħar aġġornament li kellna minn meta konna ltqajna wkoll f'dan l-aħħar Kumitat.", "Jekk hemm xi mistoqsijiet nitlobkom tagħmluhomli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Nirringrazzjak, Sinjura President, u nirringrazzja lilek Prof. Gauci talli għoġbok tkun magħna dalgħodu.", "Nirringrazzjak ukoll tal-ħidma kollha tiegħek u tat-tim tiegħek.", "Hawnhekk l-iktar li aħna konċernati dwaru huwa kif Għawdex qed jintlaqat bl-impatt tal-COVID-19.", "Wara li issa reġa' kellna ż-żieda fin-numri ta' persuni milquta mill-COVID-19, x'kienu n-numri tal-persuni milquta mill-COVID-19?", "Nistgħu nieħdu cut-off date tal-bidu ta' Lulju, meta qisu kellna n-numri li kienu niżlu, imbagħad f'daqqa waħda reġgħu bdew telgħin.", "Kif intlaqat Għawdex?", "X'kienu n-numri tal-persuni li kienu milquta mill-COVID-19 matul dawn ix-xahrejn?", "Għaliex ma kienx qed ikollna aġġornamenti speċifikament dwar Għawdex bħalma kien qed ikollna qabel, matul Marzu u Mejju, meta inti stess kont qed tagħmel dawk l-aġġornamenti ta' kuljum?", "Dawn huma mistoqsijiet li ħafna Għawdxin kienu qed jistaqsu li poġġew lill-Għawdxin – jiddispjaċini ngħid – f'ċertu nuqqas ta' ċertezza dwar x'kien qed jiġri madwarhom, u jekk kienx hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali.", "Anke min-naħa tagħna bħala politiċi jiddispjaċini ngħid li konna daqsxejn waħda fl-għama.", "Naf li semmejt ċifra, però nerġa' ngħid li napprezza kieku tista' tespandi ftit iktar fuqha.", "Minn dawk l-Għawdxin li ġew milquta mill-COVID-19 matul dawn ix-xahrejn, kellna lil xi ħadd li kellu bżonn kura fl-isptar?", "Nittamaw li le, Allaħares qatt!", "Fost dawk li tilfu ħajjithom kien hemm minnhom li kienu Għawdxin?", "Inti għamilt aċċenn għall-Gozo Channel, li huwa l-pont ta' aċċess prinċipali bejn Malta u Għawdex.", "Aħna bħalissa qegħdin fiż-żmien tas-sajf u mijiet ta' nies joħorġu u jiġu Għawdex anke bid-dgħajjes privati tagħhom: x'miżuri konna qed nieħdu – jekk konna qed nieħdu – f'dak ir-rigward biex nassiguraw u naraw li dawn in-nies li jidħlu b'mezzi privati ma jkollhomx fuqhom il-COVID-19 u allura b'riskju li jitħalltu mal-komunità lokali u jkomplu jinfettaw iktar nies?", "X'konsiderazzjonijiet ħadtu ta' dan?", "X'kienu l-miżuri – jekk ħadtu – f'dak ir-rigward?", "CHARMAINE GAUCI: Grazzi ta' dawn il-mistoqsijiet.", "Rigward l-aġġornamenti, irrid ngħid li huwa tajjeb li nifhmu li meta kienu qed isiru l-aġġornamenti ta' kuljum konna qegħdin nidħlu fid-dettall każ każ, u allura hemmhekk konna qegħdin ngħidu kull każ.", "Meta kienu jkunu minn Għawdex, konna qed ngħidu wkoll.", "Irridu niftakru li, meta qed tħares lejn epidemoloġija, iżjed ikun importanti fejn kienet il-persuna meta kienet infettata minn dan il-virus.", "Il-virus ma jħarisx jekk huwiex Malti jew Għawdxi.", "Bħalma għedt, bħalissa, mill-każijiet attivi li għandna, hemm disa' persuni li huma pożittivi.", "Ma kellniex imwiet ta' Għawdxin.", "Huwa tajjeb li ngħidu li meta nagħtu r-rendikont tal-każijiet tagħna, ikunu l-każijiet totali ta' Malta u Għawdex.", "Jekk intom tħossu li hemm il-ħtieġa li fir-rendikont li nagħmlu ta' kull ġimgħa nelenkaw kemm minnhom kienu minn Għawdex, aħna nistgħu naraw li dik l-informazzjoni niġbruhielkom u ngħadduhielkom għall-benefiċċju tan-nies li jixtiequ jkunu jafu din l-informazzjoni.", "Semmejt ukoll il-Gozo Channel u anke d-dgħajjes.", "Fuq il-Gozo Channel kien hemm diversi miżuri, mill-bidu nett.", "Għall-bidu, kien hemm restrizzjonijiet fuq in-nies li jirkbu fuq il-Gozo Channel; però mbagħad rajna li, ladarba naqsu l-każijiet hemmhekk, ma kienx hemm bżonn dawk ir-restrizzjonijiet.", "Però, xorta waħda baqgħu ċerti miżuri ta' prevenzjoni, fosthom li l-vapur ma jgħabbix it-total ta' kemm jiflaħ jgħabbi, l-użu ta' sanitiser u, kif semmejt qabel, l-użu obbligatorju wkoll tal-maskri fit-terminal kif ukoll fuq il-vapur.", "Rigward dgħajjes li jaqsmu bejn Malta u Għawdex, anke fuq is-sit elettroniku tagħna għandna l-istandards li jirrelataw ma' kif għandhom jittieħdu l-miżuri ta' prekawzjonijiet, li jinkludu prinċipji ta' kemm jistgħu jitgħabbew nies fuq id-dgħajjes, biex hekk tkun tista' dejjem tnaqqas ir-riskju li jista' jkun hemm trażmess minn persuna għall-oħra.", "KEVIN CUTAJAR: Prof. Gauci, mill-Għawdxin li sfortunatament intlaqtu mill-COVID-19, kien hemm minnhom każijiet li kellhom jiġu kurati l-isptar?", "Rigward il-Maltin u barranin li jiġu Għawdex bid-dgħajjes, huwa veru li huwa importanti li wieħed jara kemm jitgħabbew persuni fuq dawk id-dgħajjes.", "Imma jien qed nirreferi għall-punt xħin dawn jinżlu l-art u jitħalltu man-nies.", "Jekk kienu qed isiru kontrolli, x'kontrolli kienu jsiru hemmhekk?", "CHARMAINE GAUCI: Fuq admissions nista' niġborlok id-data mill-bidu nett kemm kien hemm każijiet li kienu qegħdin jiġu kkurati f'Għawdex.", "Però, fir-rendikonti li qed nagħti ta' darba f'ġimgħa ngħidu wkoll jekk kienx hemm każijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Dik tista' tingħata u nista' ngħaddilkom rendikont mill-bidu nett.", "Meta inti għandek nies li jinżlu minn fuq id-dgħajjes, bħalma jsir f'Malta jekk ġejjin nies bid-dgħajsa minn Għawdex għal Malta, jew inkella minn Malta għal Għawdex, aħna m'għandniex borduri, jiġifieri ma jsiru ebda verifiki fuq persuni.", "L-iktar ħaġa importanti huma l-miżuri ta' konteniment biex kemm jista' jkun in-nies ma jkunux qegħdin jitħalltu flimkien.", "Il-miżuri li hemm bħalissa, li jrid ikun hemm id-distanza soċjali, anke fuq il-bajjiet, ir-rakkomandazzjonijiet huma li inti ma jkollokx gruppi ta' nies ta' iktar minn 15-il persuna li jkunu qegħdin flimkien.", "Dawn huma miżuri ta' prevenzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "CLINT CAMILLERI (Ministru għal Għawdex): Nirringrazzjak u nirringrazzja wkoll lill-Professur Gauci tal-aġġornamenti li dejjem tagħtina.", "Jekk fhimt tajjeb, il-każijiet attivi li hawn bħala residenti ġewwa Għawdex huwa ta' disgħa.", "Tista' l-Professur Gauci tikkonferma dan?", "Qed nifhem ukoll li preżentament ma hemm l-ebda pazjent li qiegħed fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li huwa pożittiv għall-COVID-19.", "Jista' forsi wkoll, ta' kull ġimgħa, ikun hemm aġġornament ta' kemm hemm każijiet attivi ġewwa Għawdex?", "Qed ngħid dan għaliex anke bħala Ministru għal Għawdex kelli kemm-il darba noħroġ nikkjarifika numru ta' qlajjiet li ħafna drabi, sfortunatament, kienu qegħdin jinxterdu fuq il-midja soċjali, fosthom li waqt il-marċ ta' San Ġorġ kien hemm ħafna każijiet ta' persuni bil-COVID-19, u l-istess waqt il-festival Ħondoq by Night.", "Kien hemm qlajjiet li anke jien marid bil-COVID-19, u li s-Segretarjat kollu qiegħed fi kwarantina!", "Però, jista' jkun ukoll li kieku forsi min-naħa tagħkom imqar darba fil-ġimgħa tagħtu aġġornament ta' kemm hemm każijiet f' Għawdex, b'hekk inkunu nistgħu nevitaw ċerti qlajjiet, li sfortunatament donnu hemm min jieħu gost ixerridhom.", "Jien konvint li sħabi kollha, fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, jaqblu li għandu jkun hemm aġġornament ta' kemm hemm każijiet attivi ġewwa Għawdex.", "Dan, apparti bħala informazzjoni ġenerali għall-pubbliku, iservi wkoll ta' serħan il-moħħ, li hemm l-official force li qed jagħti l-informazzjoni korretta, u mhux ikun hemm min ixerred aħbarijiet foloz fl-aħħar mill-aħħar.", "Fl-aħħar nett, nirringrazzjak, Prof. Gauci, tax-xogħol siewi li qiegħda tagħmel f'din iċ-ċirkostanza partikolari li pajjiżna għaddej minnha.", "CHARMAINE GAUCI: Grazzi, Ministru.", "Nixtieq nirringrazzjak u nirringrazzja wkoll lill-Ministeru kollu tal-appoġġ kollu li tagħtuna u ta' kemm naħdmu tajjeb flimkien.", "Dan huwa importanti ħafna, Malta u Għawdex l-istess.", "Imma, għal ċerti ħteġijiet partikolari, li bl-għajnuna tagħkom dejjem qegħdin ittuna, fosthom l-appoġġ immedjat anke meta rajna li huwa importanti li ntellgħu l-hub hemmhekk, u fi ftit ġranet dan il-hub tlesta.", "Hemmhekk aħna qegħdin irressqu iktar is-servizzi lejn in-nies, inkluż dan f'Għawdex.", "Allura, issa meta jkun hemm bżonn test, dejjem konna qegħdin naraw li mill-ewwel isiru dawn it-testijiet.", "Il-kollaborazzjoni hija importanti ħafna.", "Rigward il-punt tal-qlajjiet li qed isiru, bħalma dejjem għedna, huwa importanti ħafna li nisimgħu mill-istatistika uffiċjali li tkun qed toħroġ.", "Dawn il-qlajjiet aħna ninvestigawhom xorta għaliex jista' jkun li ma tkunx waslet informazzjoni għandna.", "Però nappella biex ma jsirux qlajjiet għalxejn.", "Lilna jinvolvilna ħafna xogħol biex ikun investigat x'seta' ġara, jekk kienx hemm xi ħaġa li ma sirniex nafu biha aħna.", "Allura nappella biex jekk hemm xi informazzjoni tgħadduhielna u ninvestigaw, però l-qlajjiet jeħdulna ħafna ħin, ħin prezzjuż li rridu nużawh fuq affarijiet oħrajn.", "Naqbel magħkom li fl-aġġornament ta' kull ġimgħa li jien nagħti jien nista' nibda naqsam ukoll u nagħti indikazzjoni ta' kemm ikunu dawk il-każijiet attivi li ġejjin minn Għawdex.", "Allura hemmhekk ikollkom informazzjoni korretta.", "Nikkonferma wkoll li bħalissa, mill-każijiet li għandna, hemm disa' każijiet ġodda, jiġifieri mill-każijiet attivi, li huma 444, disgħa minnhom huma minn Għawdex.", "U bħalissa m'hemmx każijiet pożittivi li qed jiġu kkurati fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Rigward l-informazzjoni mill-bidu nett li talab l-Onor.", "Cutajar inkunu nistgħu naħdmuhielkom u ngħaddulkom kemm kien hemm każijiet mill-bidu nett ta' din il-pandemija.", "Irridu niftakru wkoll li, b'mod simili wkoll, anke f' Malta, meta l-pazjenti nkunu qed inżommuhom fl-isptar, hemm minnhom li nkunu qed inżommuhom l-isptar għaliex vera għandna bżonn il-kura medika, imma ġieli wkoll inżommu nies l-isptar, speċjalment l-Isptar Sir Paul Boffa jew inkella St. Thomas, għaliex ikun hemm ċirkostanzi partikolari.", "Pereżempju, waħda minnhom tkun li jkun hemm każ pożittiv ta' persuna li fid-dar tagħha jkun hemm xi anzjani, u din il-persuna ma jkollha mkien fejn toqgħod.", "Tgħidli accommodation?", "Hemmhekk mhuwiex akkomodazzjoni imma qed nagħtuh il-kura, u qegħdin nevitaw espożizzjoni żejda lil xi ħadd li jkun iktar f'riskju.", "Hekk inkunu qed nagħtu l-aħjar kura lill-familja kollha li tkun flimkien.", "Meta ninterpretaw in-numru ta' admissions li qed kollna, irridu ninterpretaw ukoll din il-hind sight, fejn aħna ġieli jkollna persuni li jinżammu l-isptar, speċjalment St Thomas, għal raġunijiet ulterjuri, li tkun oltre mill-kura klinika li għandu bżonn il-pazjent li huwa pożittiv.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Nirringrazzjak, Sinjura President, u nirringrazzja wkoll lill-Professur Gauci tal-informazzjoni li diġà tatna: però, iktar minn hekk, tax-xogħol enormi li qed isir min-naħa tal-uffiċċju tagħha.", "Se nibda fuq il-punt tal-istatistika dwar Għawdex.", "L-ispekulazzjonijiet, sfortunatament, jiġru minħabba nuqqas ta' informazzjoni.", "U huwa ħażin min jispekula f'dan it-tip ta' sitwazzjonijiet għax mhumiex sitwazzjonijiet taċ-ċajt.", "Allura, iva, naqbel mija fil-mija li b'effett immedjat fl-aġġornamenti li jkunu qed jingħataw ikun hemm sezzjoni li titkellem dwar is-sitwazzjoni f'Għawdex.", "Għalkemm huwa pajjiż wieħed, kif qalet il-Prof.", "Gauci, Għawdex huwa reġjun li huwa separat minn Malta bi ftit baħar; però allura huwa importanti li jkun hemm ukoll l-istatistika uffiċjali.", "Dan sabiex isserraħ moħħ l-Għawdxin, imma wkoll biex toqtol numru ta' spekulazzjonijiet li ħlief ħsara ma jagħmlux.", "Allura, nissoleċita li f'kull aġġornament li jingħata jkun hemm din is-sezzjoni dwar Għawdex.", "It-trasparenza m'hemm xejn isbaħ minnha.", "Forsi wkoll li l-problema li nqalgħet hi li kien hemm sitwazzjoni fejn fl-ewwel ġimgħat, bejn Marzu u April, kellna l-aġġornamenti kuljum dettaljati, kważi kważi każ każ, imbagħad morna għal perjodu fejn kien hemm silenzju totali, ma kien hemm ebda aġġornament, u issa morna għal aġġornament ta' darba fil-ġimgħa.", "Allura, dan minnu nnifsu jista' jqajjem numru ta' mistoqsijiet u jagħti lok għal spekulazzjonijiet li, kif għedt, mhumiex f'lokhom u m'għandhomx isiru għaliex ħlief ħsara ma jagħmlux.", "Inti spjegajt li preżentament hemm disa' każijiet attivi f'Għawdex u m'hemm ħadd li qiegħed fl-Isptar: forsi tista' tgħidilna mill-ewwel ta' Lulju sal-lum, f'dawn l-aħħar xahrejn, kemm kien hemm każijiet totali li ġew diagnosed pożittivament ġewwa Għawdex u kemm minn dawn fiequ.", "B'hekk ikun hemm stampa ta' dawk li ħarġu pożittivi u llum ħarġu minnha fl-aħħar xahrejn, biex insejħulha hekk, fil-mewġa li bdiet mill-bidu ta' Lulju 'l quddiem, fejn rajna numri li kienu kbar, li issa, kif spjegajt inti, qegħdin jistabbilizzaw.", "Dak huwa sinjal tajjeb.", "Norbot magħha: forsi tista' tgħidilna wkoll illum, waqt li qed nitkellmu, kemm hemm pazjenti fl-ITU li huma bil-COVID-19 fl-Isptar Mater Dei u fl-Infectious Desease Unit tal-istess sptar.", "Il-każijiet li kien hawn f'Għawdex kienu ġejjin minn clusters?", "Irriżultalkom li kienu ġejjin minn clusters jew kenux sporadiċi, jiġifieri kienu każ 'l hawn u 'l hemm jew inkella rriżultax li kien hemm xi cluster partikolari?", "Fil-preżentazzjoni li tajt spjegajt li kien hemm clusters li kienu ġejjin minn postijiet ta' divertiment f'Malta, anke minn xi marċi: kien hemm clusters li rriżultaw f'Għawdex, anke jekk kienu clusters żgħar ta' numri ferm iżgħar minn dawk li kienu f'Malta?", "Rigward il-swab tests f'Għawdex, irrid ngħid li l-ammont ta' swab tests li qed isiru llum jidher li żdied fuq dak li kien qed isir bejn Marzu u Mejju.", "Kien hemm ġranet li leħqu anke t-3,000, jekk m'iniex sejjer żball.", "In-numru ta swabs f'Għawdex, bħala medja, kemm qed ikun mill-bidu ta' Lulju sal-lum?", "Mhux ġurnata b'ġurnata, imma n-numru totali ta' swab tests li qed isir miċ-ċentru tax-Xewkija ta' ħdejn il-Heliport.", "Rigward id-djar tal-anzjani f'Għawdex, kemm dawk immexxija mill-Gvern u mill-privat, x'inhuma r-regolamenti li daħlu fis-seħħ?", "L-iktar importanti, x'tip ta' infurzar hemm?", "Min huwa responsabbli mill-infurzar biex jara li dawk ir-regolamenti qed jiġu attwati?", "Naħseb li taqbel miegħi li fost l-iktar nies vulnerabbli huma l-anzjani.", "Rajna li l-imwiet li kellna fl-aħħar ġranet huma ta' anzjani li sfortunatament tilfu ħajjithom bil-COVID-19, u allura hemm bżonn il-prevenzjoni biex ma nħallux il-virus jidħol fid-djar tal-anzjani anke f'Għawdex.", "Iktar importanti mir-regolamenti, x'infurzar qed isir?", "Ir-regolamenti huma importanti; però, fl-opinjoni tiegħi, iktar mir-regolamenti huwa importanti l-infurzar.", "B'hekk nassiguraw li d-djar tal-anzjani u l-anzjani tagħna jibqgħu mhux mimsusin.", "Punt ieħor huwa dwar it-teleworking.", "Aħna għandna madwar 3,500 ħaddiem Għawdxi li jaħdmu f'Malta.", "Dawn ovvjament biex imorru għax-xogħol iridu jirkbu l-vapur u mbagħad iridu jirkbu minibus f'Malta, ħafna minnhom f'confined space ma' xulxin f'minibus biex imorru għax-xogħol f'uffiċċju jew fuq il-post tax-xogħol.", "Id-Dipartiment qed jagħti pariri biex, tal-inqas għal numru ta' ġranet, dawn il-ħaddiema Għawdxin dak ix-xogħol li jistgħu jagħmlu minn Għawdex stess ikunu jistgħu jagħmluh mid-dar jew minn dipartiment f'Għawdex, biex allura jnaqqsu l-ivvjaġġar anke f'confined spaces, bħalma huma t-trasport pubbliku jew minibuses, tal-inqas jekk mhux il-ġimgħa kollha, għal numru limitat ta' ġranet matul il-ġimgħa, biex dejjem tnaqqas ir-riskju?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kwart tal-workforce Għawdxija li taħdem ġewwa Malta.", "L-aħħar punt huwa dwar il-Gozo Channel.", "Nafu li l-Gozo Channel huwa l-mod kif jaqsmu l-Għawdxin lejn Malta u l-Għawdxin u l-Maltin lejn Għawdex.", "Dan is-sajf kien hemm enfasi ġusta biex numru ta' Maltin jieħdu l-vakanza tagħhom ġewwa Għawdex.", "Inti spjegajt li issa fost il-postijiet fejn l-użu tal-maskra huwa mandatorju huwa fuq il-vapuri tal-Gozo Channel.", "Hawn ukoll, l-infurzar ta' dawn ir-regolamenti mandatorji, li jridu jiġu segwiti bilfors, min qed jagħmlu?", "Is-Supritendenza hija komda u kuntenta bit-tip ta' infurzar li qed isir fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?", "CHARMAINE GAUCI: Bażikament fuq l-aġġornamenti diġà għamilt nota biex inkunu nistgħu nagħtukom informazzjoni dwar il-każijiet attivi kif ikunu, u nkunu nistgħu nisseparaw dawk li jkunu ġejjin minn Malta u minn Għawdex.", "Rigward data dwar kemm kien hemm numru ta' każijiet Għawdex mill-bidu nett, kemm kienu qed isiru swab tests kuljum u kif kienu l-clusters inkun nista' ngħaddilkom l-informazzjoni.", "Irrid nitlob lin-nies biex jaħdmuhieli biex inkun nista' ngħaddihielkom.", "Għad-djar tal-anzjani ta' Malta u Għawdex qegħdin naħdmu fil-qrib mal-Ministeru responsabbli mill-anzjani u anke ma' dak id-Direttorat li huwa responsabbli għal-liċenzjar tad-djar tal-anzjani.", "Aħna għandna sitwazzjoni fejn għandek l-anzjani li huma l-iktar vulnerabbli, speċjalment dawk l-anzjani li jkunu qegħdin f'dar tal-anzjani, għaliex hemmhekk inti, jekk ma tieħux il-prekawzjonijiet meħtieġa, hemm riskju li jista' jiġi trasmess minn persuna għall-oħra.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat smajtu anke b'dar tal-anzjani hawn Malta fejn kellna numru ta' każijiet.", "Allura, eżatti kif rajna li bdew telgħin il-każijiet daħħalna iktar miżuri strinġenti.", "Min-naħa tagħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet li huma bbażati fuq l-evidenza u huma jkunu qed jimplementawhom.", "Waħda mill-iktar miżuri strinġenti li kellna nagħmlu hija li l-viżitaturi jkunu qegħdin jaraw lill-anzjani qraba tagħhom minn wara l-perspex.", "Dan għax, filwaqt li kellna numru qawwi ta' trażmissjonijiet fil-komunità, ma nistgħux inkunu qegħdin nesponu lill-viżitaturi li qegħdin fil-komunità u li allura jista' jkollhom il-virus u jgħadduh lill-anzjani.", "Barra minn hekk għamilna strict infection control measures fil-postijiet tal-anzjani, fosthom l-użu tal-maskri u anke li jkun hemm kontrolli fuq l-istaff, li għandhom jużaw il-PPE li huwa bżonnjuż, u anke bil-ħasil tal-idejn regolari, biex jekk ikun hemm każ jinqabad mill-ewwel.", "Dan huwa importanti ħafna.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet u anke l-infurzar ta' miżuri joħorġu wkoll minn dik l-entità li hija responsabbli mir-regolamentazzjoni u l-liċenzjar tad-djar tal-anzjani.", "Rigward it-teleworking, sa mill-bidu nett enfasizzajna li jekk inti għandek entità li ċertu xogħol jista' jsir bit-telework, l-impjegati flimkien mal-management ikunu qegħdin jiftehmu wkoll fuq strateġija kif huma jistgħu jaħdmu.", "Din tgħodd għal Malta, kif ukoll għal Għawdex.", "Inti għandek nies li jkunu qegħdin jirkbu t-trasport pubbliku – hemmhekk ukoll hemm il-kontrolli.", "Jekk inti għandek postijiet fejn tista' taħdem bit-telework, dak jista' jsir, dejjem bi ftehim ma' min qed iħaddem għaliex huwa jaf x'inhuma l-aħjar ċirkostanzi li jkun jista' jaħdem bihom.", "Rigward il-Gozo Channel, bħalma semmejt, diġà semmejna l-miżuri.", "L-infurzar tagħhom qed isir minn Transport Malta u mil-LESA.", "Rigward is-sitwazzjoni ta' admissions li għandna bħalissa, l-aħħar data li għandna hija li fl-IDU hemm seba' persuni, l-ITU hemm persuna waħda, fl-Isptar St Thomas għandna 14-il persuna, u fl-Isptar Sir Paul Boffa għandna disa' persuni.", "Bħalma semmejtilkom, qegħdin taraw numri pjuttost naqra ikbar fl-Isptar Sir Paul Boffa, kif ukoll fl-Isptar St Thomas, li jindikaw is-sitwazzjoni li jkollna nies li jkollhom bżonn ikunu rikoverati l-Isptar minħabba raġunijiet ulterjuri mis-sitwazzjoni klinika tal-persuna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-intervent tal-Ministru Refalo.", "ANTON REFALO (Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur): Prof Gauci, grazzi lilek u lill-frontliners kollha tax-xogħol li qegħdin tagħmlu fl-interess tagħna.", "Fil-bidu tal-pandemija kienu ħarġu struzzjonijiet biex ċertu tip ta' mediċina għal dawk il-persuni li huma anzjani u dawk li huma vulnerabbli tintbagħat mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar ta' Għawdex, u mbagħad jiġbruha minn hawn.", "Wara l-ewwel mewġa apparentament din il-miżura importanti nqatgħet u s-servizz m'għadux jingħata: tista' tara li dan is-servizz ikompli jingħata lil dawn il-persuni anzjani u vulnerabbli?", "Ma jistax ikun li dawn ikollhom jitilgħu Malta għal ħames minuti biex jiġbru mediċina u jerġgħu jinżlu.", "Hekk tkun qiegħed tesponihom ukoll għar-riskju tat-traġitt, li jridu jmorru l-Isptar Mater Dei u jiġu lura.", "Din kienet miżura tajba ħafna u ma nafx għaliex f'daqqa waħda, wara l-ewwel mewġa, spiċċa biex inqata' s-servizz!", "CHARMAINE GAUCI: Filkaż niċċekkja eżattament fuqha.", "Dawn huma mediċini tal-POYC jew inkella jinġabru speċifikament mill-Isptar Mater Dei?", "ANTON REFALO: Ċerti tip ta' mediċini li kienu jinġabru mill-Isptar Mater Dei b'mod dirett.", "Meta bdiet il-pandemija, ingħata s-servizz li dawn jintbagħtu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Wara l-ewwel mewġa ġie sospiż is-servizz u ma reġax ingħata.", "Ma jistax ikun li dawn il-persuni joqgħodu jmorru Malta f'din is-sitwazzjoni, jgħaddu ġurnata hemmhekk għal ħames minuti, jiġbru l-mediċina u jerġgħu jmorru Għawdex, speċjalment l-anzjani.", "CHARMAINE GAUCI: Niċċekkjalek fuqha u nkunu nistgħu naraw x'inhija s-sitwazzjoni wkoll.", "ANTON REFALO: Importanti għax din qed toħloq tbatija kbira lil dawn l-Għawdxin li huma anzjani u vulnerabbli.", "Dawn jiddejqu, jibżgħu jmorru Malta.", "CHARMAINE GAUCI: Se nidħol fiha u niċċekkjalek fuqha.", "ANTON REFALO: Nitolbok tinformana fuq din il-biċċa xogħol.", "CHARMAINE GAUCI: Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Gauci, l-ewwel nett, ningħaqad mal-Onor.", "Membri dwar il-ħtieġa li jkollna l-informazzjoni li tkun fil-ħin għaliex b'hekk inkunu nistgħu ninnewtralizzaw l-ispekulazzjoni u naċċertaw irwieħna li dik l-informazzjoni tkun korretta u reali, u allura wieħed ikun jista' jiggwida ruħu aħjar u jkun jista' jkun iktar seren.", "Allura, naprezza ħafna li mil-lum 'il quddiem se tibda tagħti l-informazzjoni speċifika dwar Għawdex biex anke aħna nkunu nafu fejn aħna.", "Hawn ukoll spekulazzjoni dwar il-fatt li għandna numru pjuttost contained.", "Kien hemm l-argument li hawn numru żgħir għaliex forsi mhux qed jiġu eżaminati biżżejjed nies.", "Allura huwa importanti li anke tingħata informazzjoni dwar in-numru ta' swab tests li qegħdin isiru biex dak li jkun ikun jaf ukoll li qed isir eżerċizzju estensiv, qed jiġu eżaminati eluf ta' Għawdxin, u allura mhuwiex il-każ li għandek numru żgħir għaliex mhux qed isiru biżżejjed testijiet.", "Naħseb li dak huwa messaġġ li jrid jitwassal, inkomplu nwasslu u kemm jista' jkun ninkoraġġixxu iktar nies biex jersqu 'l quddiem u jagħmlu s-swab test.", "Punt important li qam hawnhekk mill-Onor.", "Said huwa inkonnessjoni mal-ħaddiema Għawdxin.", "Aħna bħala Kumitat ukoll ressaqna proposta biex iktar ħaddiema Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu ġewwa Għawdex.", "Però, ovvjament, fil-kuntest tal-COVID-19 dan jagħmel iktar sens, huwa iktar importanti minħabba t-tixrid.", "Però ukoll, apparti l-ħaddiema, għandna tħassib hawnhekk ġewwa Għawdex dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-protokolli meħtieġa fis-settur edukattiv mal-ftuħ tal-iskejjel.", "Din hija xi ħaġa li hija qisha pertinenti iktar għal Għawdex minħabba d-daqs tal-iskejjel u l-klassijiet tagħna.", "Allura, forsi tagħtina xi informazzjoni dwar diskussjonijiet li għaddejjin, però dejjem limitatament għal Għawdex.", "Qam il-punt ukoll dwar il-persuni vulnerabbli.", "Il-persuni vulnerabbli huma l-anzjani u persuni li għandhom kondizzjonijiet, jiġifieri qed nitkellmu fuq firxa mhux żgħira tal-popolazzjoni.", "Aħna, filwaqt li meta nitkellmu fuq il-popolazzjoni ta' anzjani fuq bażi nazzjonali f'Malta inġenerali, għandek wieħed minn erba' persuni li huwa anzjan, f'Għawdex għandek persuna minn tlieta, u allura għandek id-demografija li dik l-age group hija iktar ikkonċentrata.", "Apparti però l-miżuri li jittieħdu fl-istituzzjonijiet relatati mal-kura fit-tul, għandna wkoll is-servizzi fil-komunità.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq is-servizzi li jingħataw lill-anzjani tagħna, il-morda tagħna ġewwa d-djar tagħhom stess, ġewwa l-komunitajiet, u allura wieħed jistaqsi x'miżuri qed jittieħdu biex naċċertaw irwieħna li meta l-persuni qed jieħdu s-servizz ġod-djar tagħhom qed ikunu protetti mir-riskji mingħand min jiġi biex jagħtihom is-servizz.", "L-Onor.", "Refalo semma l-punt tal-mediċini.", "Apparti dawn il-każijiet li semma l-Ministru Refalo kellna wkoll, pereżempju, is-servizzi li jingħataw lill-persuni li qegħdin fuq kura terminali ġod-djar tagħhom, bħas-servizzi tal-Hospice, u dan l-aħħar minħabba l-imxija tal-COVID-19 stajna nikkonstataw każijiet fejn il-kura fil-komunità forsi ma kenitx qed tingħata daqshekk regolari bħalma kienet qabel, u allura għad-detriment tal-benefiċjarji tas-servizz.", "Forsi bħala Sovrintendenza tas-Saħħa tistgħu tidħlu wkoll biex tistabbilixxu protokolli li jissiguraw servizz li jkun iktar sikur, kemm għall-benefiċjarju kif ukoll għal min jipprovdih, però li jkun hemm servizzi li jkunu iktar frekwenti għax f'dawn il-każijiet hemm ċirkostanzi mhux biss ta' tbatija psikoloġika, imma anke ta' tbatija fiżika, u allura huma servizzi importanti ħafna.", "Ningħaqad ukoll mal-kollegi tiegħi dwar it-tħassib li jista' jkun hawn inkwantu għall-infurzar.", "Għawdex jiddependi mit-turiżmu; kontinwament għaddejjin bi spinta biex ikun hemm moviment ta' turiżmu domestiku, turiżmu intern, speċjalment biex in-nies jiġu Għawdex għax l-ekonomija tagħna tiddependi minn dan l-influss.", "Però, ovvjament, fl-istess waqt irridu nassiguraw li jkun hemm ir-responsabbiltà.", "Allura l-messaġġ li rridu nwasslu, anke permezz ta' dan il-Kumitat huwa li, iva, Għawdex, għandu bżonn it-turiżmu domestiku, għandu bżonn ukoll li jkun hemm dan l-influss, però ovvjament irid ikun hemm bilanċ u trid tkun ir-responsabbiltà ta' dawk kollha li jiġu ġewwa Għawdex u jkun hemm is-salvagwardji f'posthom biex kemm jista' jkun nimminimizzaw ir-riskju.", "Allura d-diskussjoni li konna qegħdin nagħmlu rigward il-miżuri fuq il-Gozo Channel – però anke dak li semma l-Onor.", "Cutajar – biex ikun hemm is-serħan tal-moħħ li l-imxija tal-COVID-19 tkun taħt kontroll.", "Fl-aħħar mill-aħħar, iktar ma jkun hawn ċertezza iktar dak li jkun ikun jista' jiffunzjona u jopera b'mod normali.", "Hija normalità ġdida li rridu naddattaw għaliha għax ma jistax ikun li kulħadd ikun segregat.", "Però, hemm il-messaġġ tar-responsabbiltà li għandu jibqa' u għandu jkun hemm.", "Jiġifieri, min-naħa tagħna ningħaqdu mal-Uffiċċju tiegħek, mal-messaġġ tiegħek li dejjem tagħti biex inkunu responsabbli.", "Fl-aħħar nett, nixtieq nirringrazzja lilek u lit-tim kollu tiegħek tal-ħidma kontinwa u ta' dak kollu li rnexxielkom takkwistaw u tilħqu, tar-riżultati tajba li rnexxielkom tilħqu f'dawn l-aħħar xhur.", "Però, ovvjament, waħedhom intom dan ma tistgħux tagħmluh għax tridu l-koperazzjoni ta' kull persuna li hawn ġewwa pajjiżna, kemm il-kbir u kemm iż-żgħir.", "Allura, filwaqt li nagħtik l-opportunità biex tagħlaq, inkunu wkoll nistgħu ngħaddu anke għall-mistednin li jmiss, jekk m'hawnx iktar mistoqsijiet.", "Għandkom iktar mistoqsijiet?", "Tajjeb.", "Prof. Gauci, nitolbok tagħmel il-kummenti konklussivi tiegħek biex inkunu nistgħu mbagħad nipprosegwu bil-laqgħa.", "Grazzi.", "CHARMAINE GAUCI: Grazzi, Sinjura President, napprezza ħafna.", "F'isem it-tim kollu, aħna qed nagħmlu ħilitna kollha, però rridu l-għajnuna ta' kulħadd u kulħadd irid jikkopera.", "Aħna nistgħu niggwidaw, u r-responsabbiltà qiegħda fil-livelli kollha, individwali, komunità u anke fuq il-Ministeru għas-Saħħa, imma anke fuq il-Gvern kollu.", "Fuq l-informazzjoni, bħalma wegħedtkom, nista' nibda nagħti informazzjoni anke x'ikun qed jiġri f'Għawdex kull nhar ta' Ġimgħa meta nkun qiegħda nagħmel il-briefing tiegħi.", "L-informazzjoni li tlabtuni nkun nista' ngħid lid-Data Management Team tagħna biex ikunu jistgħu jgħadduli l-informazzjoni u nkun nista' ngħaddihielkom, flimkien ma' dettalji wkoll ta' kif kienu l-każijiet sa mill-bidu tal-pandemija, u anke n-numru ta' swab tests li qed isiru f'Għawdex.", "Reġgħu issemmew l-iskejjel, u aħna se nkunu qegħdin proprju nippubblikaw il-linji gwida biex l-iskejjel jkunu qegħdin jimxu fuq dawk il-prinċipji li semmejt qabel.", "Huwa importanti li dawn huma prinċipji li nafuhom mill-evidenza li nafu s'issa għaliex, bħalma tafu, fil-maġġor parti ta' pajjiżi l-iskejjel għalqu hekk kif bdiet il-pandemija, bħalma ġara l-istess hawn Malta, u allura esperjenza ma tantx hemm.", "Għalhekk, aħna rridu nibqgħu nitgħallmu dejjem u nkunu nistgħu naraw x'qiegħed jiġri.", "Però, il-fatt li t-tfal għandhom id-dritt għall-edukazzjoni kulħadd jifhimha, u allura kulħadd irid jagħmel l-almu tiegħu biex nibqgħu nnaqqsu l-każijiet kemm nistgħu.", "Imma, anke abbażi tal-evidenza li nafu biha, l-iskejjel ikunu jistgħu jieħdu l-punti minn dawn il-linji gwida biex ikunu jistgħu japplikawhom.", "Semmejt ukoll is-servizzi li jingħataw lil diversi persuni, speċjalment lill-anzjani fid-djar.", "Din ġiet diskussa wkoll mal-Ministeru responsabbli mill-anzjani.", "Aħna nħossu li ġaladarba din hija sitwazzjoni li ġejja fit-tul, u nafu li dawn l-persuni għandhom bżonn dawn is-servizzi – hemm minnhom servizzi mediċi u hemm oħrajn servizzi ta' għajnuna – allura ħassejna li dawn is-servizzi għandhom jibqgħu għaddejjin.", "Però, għal min vera għandu bżonn, jiġifieri jkun qed jitlob il-persuna li jkollha bżonn kontinwità ta' dawn is-servizzi, imma dejjem isiru l-prekawżjonijiet, bħaż-żamma tad-distanza soċjali minn dik il-persuna, il-ħasil tal-idejn b'sanitisers, u anke permezz tal-użu tal-maskri.", "Huwa importanti ħafna li, ladarba se ddaħħal lil xi ħadd minn barra d-dar tiegħek, iżżomm f'moħħok li dik il-persuna kienet fil-komunità u allura dejjem trid tassumi li dan jista' jkollu l-virus u tieħu l-prekawzjoni.", "Fuq is-servizzi għal Għawdex, din dejjem kienet il-ħidma tal-Ministeru li aħna nqarrbu iktar is-servizzi lejn Għawdex, u allura rridu nkomplu nsaħħu li s-servizzi jibqgħu jingħataw b'mod li huwa l-iktar sikur.", "Min-naħa tiegħi, l-ewwel nett, nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-opportunità li nkun nista' nwassal din l-informazzjoni u anke niddiskutu x'qiegħed jiġri proprju f'Għawdex.", "Aħna kwalunkwe rakkomandazzjonijiet li dan il-Kumitat joħroġ bihom nilqgħuhom b'idejna miftuħin ħalli nkomplu ntejbu s-sitwazzjoni tal-COVID-19 kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "ANTON REFALO: Prof. Gauci, ippermettili waħda, ħu paċenzja.", "Waħda mill-mediċini, pereżempju, qaluli li hija l-Lenalidomide tal-50mg.", "CHARMAINE GAUCI: Tajjeb, grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Prof. Gauci, talli kont magħna, u nibdew nistennew il-briefing ħalli tinformana dwar Għawdex.", "Grazzi ħafna.", "Ngħaddu issa għall-intervent li jmiss.", "Għandna lil Dr Nadine Delicata u lis-Sur Joseph Fenech minn Steward Healthcare Malta.", "Nistedinkom tingħaqdu magħna, jekk jogħġobkom.", "Qed nifhem li għandna PowerPoint presentation, hux hekk?", "Nistaqsikom jekk għandkomx xi oġġezzjoni li l-materjal li se turuna u tipprovdulna jkun aċċessibbli għall-pubbliku?", "Nistgħu nagħtuh jekk niġu mistoqsijin għalih?", "DR NADINE DELICATA: M'hemmx oġġezzjoni.", "Grazzi lilkom.", "Bonġu lil kulħadd.", "Grazzi tal-istedina u tal-opportunità li nipprovdu update mill-aħħar preżentazzjoni.", "L-aħħar preżentazzjoni għadha relevanti, fis-sens li kien fiha ħafna dettall, kważi kważi sala b'sala, tax-xogħlijiet li saru ġewwa l-Isptar ta' Għawdex.", "Ovvjament, jien ma erġajtx irrevedejt dak il-livell ta' dettall.", "Dik il-preżentazzjoni għadha disponibbli jekk xi ħadd ikun jixtieqha.", "Illum se nippreżenta lill-Kumitat:", "Din il-preżentazzjoni hija aġġornament fuq ix-xogħol li sar prattikament minn Mejju, meta kienet saret il-preżentazzjoni, sal-lum.", "Irrid nippreċiża fuq il-mistoqsijiet li saru lill-Prof.", "Gauci li minn din l-aħħar imxija, mill-1 ta' Lulju 'l hawn, admissions fil-wards tal-Campus pożittivi bil-COVID-19 ma kienx hemm.", "Naf li saret il-mistoqsija.", "Kif dejjem għedna, bażikament aħna qed nibqgħu nimmonitorjaw is-sitwazzjoni, kemm dik nazzjonali, kif ukoll dik globali.", "Qabel, meta kellna l-ewwel imxija u, biex ngħid hekk, kien hawn ċertu nuqqas ta' preparament fil-pajjiż kollu, anke fuq direzzjoni tad-Diviżjoni tas-Saħħa, ħafna xogħol tal-Isptar – mhux tagħna biss imma ta' kullimkien – kien ġie curtailed u konna qegħdin naraw l-emerġenzi biss.", "Bażikament, issa qed ngħixu normalità ġdida, jew dik li jsejħu new normal, fejn aħna qegħdin nagħmlu dak kollu li hu possibbli biex noffru s-servizzi kollha tal-isptar, b'mod sikur safejn hu possibbli, waqt li nibqgħu ggerjati li nikkejterjaw għall-COVID-19.", "U dan qed nagħmluh billi ħadna pożizzjoni soda ħafna li niżolaw kemm kull min jidħol l-Isptar, li huwa admission jew query admission, li jrid jiġi swabbed u jinżamm f'post sikur biex, qabel ma jiġi rilaxxat f'sala ġenerali, inkunu ċerti li dan qed jittestja negattiv u hekk nimmitigaw l-espożizzjoni għall-pazjenti li diġà qegħdin l-Isptar, kif ukoll għall-istaff tagħna.", "Sintendi, ħadna miżuri oħrajn sabiex il-query COVIDS u l-COVID-positives ukoll jinżammu f'postijiet separati, u għal darb'oħra dan biex dejjem nimmitigaw l-espożizzjoni.", "Irrid insemmi li l-parent company tagħna, kif jaf kulħadd, hija Steward Health Care li hija bbażata l-Amerika.", "Irrid ngħid li kienu għajnuna kbira ħafna, kemm fl-ewwel imxija, u anke issa.", "Mill-bidu nett, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ħloqna contingency task force jew tactical team li baqa' jiltaqa' b'mod regolari.", "It-tmexxija ta' Steward, kemm ta' Malta, kemm tal-International, kif ukoll tal-Amerika, huma f'kuntatt regolari biex ikunu ċerti li kwalunkwe livell ta' sapport ikun jista' jiġi offrut b'mod immedjat.", "U issa nispjega kif svolġa dan is-sapport.", "Kif għedt ukoll, bħalissa t-tim ta' Għawdex qed jiffoka fuq in-normalità l-ġdida, li l-mira tagħha hi li noffru s-servizzi kollha tal-isptar kemm jista' jkun possibbli dejjem b'mod li huwa sikur, kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-istaff tagħna, għax ma rridux ninsew li anke staff ikollna min hu vulnerabbli, u oħrajn li għandhom nies vulnerabbli d-dar, u allura aħna obbligati li nipproteġu lilhom ukoll.", "Aħna qed nagħmlu dan waqt li nibqgħu ggerjati biex, jekk tiġi mxija oħra ta' Coronavirus, inkunu f'pożizzjoni li nistgħu nittrattaw b'żewġ cohorts, ħalli ngħid hekk.", "Kif spjegajt l-aħħar darba, aħna l-isptar għandna search plan measures, jiġifieri s-sigriet tal-Isptar ta' Għawdex li jkun flessibbli, fis-sens li għalkemm jien nista' nikkejterja għal iktar minn 100 sodda għall-COVID-19, u sa 25 sodda b'ventilator għall-COVID-19, ovvjament dawn m'għandix bżonnhom illum, imma huwa importanti li bnejna din il-flessibbiltà fil-pjan ta' kontinġenza tagħna.", "Irrestrinġejna l-aċċess.", "L-ewwel l-Onor.", "Said semma anke l-importanza li nipproteġu n-nies vulnerabbli u l-anzjani.", "Fil-fatt, kull fejn għandna nies anzjani d-dħul tal-vizitaturi qed isiru b'mod miftiehem mad-Dipartiment tas-Saħħa skont linji gwida li ħarġu huma, li bażikament isiru b'appuntament li jkun skedat minn qabel.", "Hemm barriera bil-perspex, u kull min jidħol l-isptar irid jilbes maskra, jew visor, jew it-tnejn.", "F'perjodi ta' lockdown fejn irrestrinġejna d-dħul tal-viżitaturi, aħna nvestejna f'tagħmir elettroniku biex il-qraba jkunu jistgħu jċemplu lill-qraba tagħhom.", "Dan sar bi ftehim mal-Awtorità lokali tas-Saħħa.", "Aħna dejjem nibqgħu nimxu id f'id mal-Prof.", "Gauci u l-kollegi tagħna fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll dawk fis-Saħħa Pubblika, u naraw li jibqa' għaddej it-taħriġ tal-istaff u, kif għedt qabel, nissapportjaw l-istaff li huma vulnerabbli billi daħħalna sistemi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jaħdmu jew sigħat differenti jew minn postijiet li mhumiex kliniċi u allura nnaqqsulhom l-espożizzjoni, kif ukoll ikunu jistgħu jaħdmu mid-dar.", "Anke għat-taħriġ daħħalna sistema biex ikunu jistgħu jkunu ma' sħabhom b'mod virtwali mid-dar.", "Min-naħa ta' Steward Health Care irrid ngħid li tawna ħafna sapport fuq crisis management, fuq strateġiji ta' trattament, isolament u konteniment, kif ukoll fuq kif nużaw il-Personal Protective Equipment.", "Għenuna ħafna ukoll – u din semmejtha anke l-aħħar darba – biex Għawdex irnexxielu jakkwista 25 ventilator ġdid fi żmien meta kien hawn nuqqas mad-dinja kollha.", "Jiġifieri ma kenitx faċli, użajna l-medja li għandu Steward Health Care, li għandu 40 sptar l-Amerika, u allura għandu supply chain kbira ħafna.", "U dawn għenuna b'top of the range ventilators tal-marki GE u Philips fiż-żmien meta d-dinja kollha kienet qed tfittex il-ventilators.", "L-istess ġara fuq personal protective equipment.", "Illum nista' ngħid li għandna rasna mistrieħa li għandna ħażna ta' personal protective equipment għal kulma jista' jinqala'.", "Sistema oħra interessanti ħafna kienet din tal-EITU, fejn bażikament l-ITU tal-COVID-19 ġie amalgamat ma' sistema li għandhom fl-isptarijiet tal-Amerika, fejn hemm central console, jiġifieri hemm tim ta' speċjalisti tal-ITU li jkun anestetisti u intensivisti li huma disponibbli 24 siegħa.", "U dan ġie amalgamat permezz ta' sistemi ta' elettronika biex l-anestetisti tagħna hawnhekk dejjem ikollhom is-sapport ta' xi ħadd li huwa tal-istess speċjalità tagħhom.", "Din għamilniha anke għax milli rajna l-Italja ħafna mit-tobba li mardu kienu dawn l-anestetisti stess, li ovvjament huma l-iktar li jittrattaw ma' nies l-iktar morda mill-COVID-19 minħabba mard respiratorju.", "Din ħadmet tajjeb ħafna u lilna tatna wkoll serħan il-moħħ li, jekk aħna jkollna restrizzjoni – ħalli ngħid hekk – fis-supply ta' tobba, jkollna dan il-backup li jserraħ ras l-ispeċjalisti tagħna.", "Kif spjegajt l-aħħar darba, nistgħu nitilgħu sa 25 sodda COVID-ITU, u sa mal-120 sodda fil-COVID Infectious Disease Unit.", "L-infrastruttura tal-isptar ġiet mibdula biex dawn is-sodod kollha jkunu koperti b'negative pressure system u sistema ta' air changes per unit.", "Jien m'inix inġinier, però dan jiżgura li l-arja tiġi ċċirkolata u tinbeżaq 'il barra fuq bażi regolari, anke biex il-virus ma jinfirixx.", "Bħalissa qed naħdmu mill-Outpatients biex noffru s-servizzi tal-emerġenza.", "Hemmhekk hemm 13-il cubicle, li jista' jitla' sa 25, u l-outpatient qed jingħata mill-Iskola Medika ta' Barts, u din konna għamilniha biex kemm jista' jkun pazjenti li m'għandhomx għalfejn jidħlu l-isptar, speċjalment pazjenti vulnerabbli li għandhom bżonn trattament tal-onkoloġija li huma immune suppressed, eċċ., narawhom f'ambjent fejn kemm jista' jkun ma jiġux esposti għall-COVID-19.", "Kif għedt qabel, ipprovdejna t-tagħmir, l-ilbies protettiv, kif ukoll ħafna ħafna tagħmir ieħor li għandu x'jaqsam mal-COVID-19.", "Jien semmejt il-ventilators, imma magħhom hemm patafjun ta' tagħmir ieħor, fosthom monitors u nxtraw żewġ magni speċjalizzati għar-renal dialysis, dejjem fuq pariri tekniċi minn barra.", "Warrabna wkoll 70 resident biex kemm jista' jkun ma jiġux esposti għall-clinical areas fl-isptar u, kif tafu, dawn qegħdin f'faċilità oħra.", "Irranġajna wkoll ħafna supporting areas, bħat-teatri fejn jiġu mwellda t-tfal, ir-Renal Dialysis, il-laboratorju u l-mortwarja.", "Dan dejjem b'kollaborazzjoni sħiħa mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, mal-Prof.", "Gauci u t-tim tagħha, u mal-kollegi tagħna tal-Isptar Mater Dei.", "Sar ukoll ħafna investiment fi critical plant, jiġifieri fil-mechanical and engineering biex inżidu l-kapaċità tal-isptar, insaħħu s-sistemi kemm għal vakum, għall-ossiġnu, kif ukoll għall-medical area.", "Hawnhekk hawn breakdown tas-sodod, li diġa spjegajt, jiġifieri s-sodod li kellu l-isptar normali bis-sodod li jista' jitla' għalihom illum.", "Irrid ngħid li normalment, bħala ratio ta' ventilators ma' popolazzjoni, jkun hemm 20 ventilator għal kull 100,000 popolazzjoni, jiġifieri qed ngħid ventilator għal kull 5,000 ruħ.", "Aħna għandna 30 ventilator għal popolazzjoni ta' bejn 30,000 u 40,000 ruħ.", "Żgur li l-poplu Għawdxi m'għandux għalfejn jinkwieta li m'hawnx supply ta' ventilators fuq il-gżira ta' Għawdex.", "Bħala ossiġnu, f'Mejju kont għedtilkom li se jiġi nstallata sistema ġdida għal Għawdex.", "Din ġiet installata issa, għandna ċilindru ta' 20,000 litru, ċilindru li jieħu riserva ta' liquid oxygen, li kumbinazzjoni ġie topped illum.", "Naħseb li missejt ma' kollha kemm intom f'sitwazzjonijiet mhux ta' COVID-19 imma ta' Influwenza fix-xitwa, fejn bis-sistema ta' ċilindri li kellna ġieli kellna kriżijiet fil-provvista tal-ossiġnu, u kien ikollna norganizzaw vjaġġi żejda tal-Gozo Channel biex proprju nkopru din il-problema.", "Din issa se tiżgura li mir-riserva ta' tlett ijiem tlajna għal riserva ta' tliet ġimgħat, u allura maltemp u surges ta' influwenza u mard respiratorju ieħor mhumiex se jagħtuna l-uġigħ ta' ras li kien ikollna.", "Fuq l-air ambulance tkellimna ukoll: illum għandna żewġ helicopters, wieħed backup tal-ieħor biex niżguraw li jkollna supply ta' 24 siegħa.", "Bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' refurbishment tad-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Kif għedt, dawn is-servizzi bħalissa qed jingħataw mill-Outpatients, u hekk tatna l-opportunità biex inkunu nistgħu ndaħħlu sistemi ta' negative pressure anke fl-Emerġenza l-antika, biex niftehmu hekk.", "Din se nkabbruha wkoll biex ikun hemm iktar spazju għall-pubbliku, u se jinbidel il-flow biex dak li jkun ma jdumx daqshekk jistenna.", "Se jkun hemm sistema kif suppost ta' triage, kif ukoll fast track clinics biex min ġie għal każ ta' natura minuri ma jkollux għalfejn jistenna daqshekk meta jkun hemm xi ħaġa daqsxejn iktar serja.", "L-iktar data tard għat-tlestija ta' dan hija l-aħħar ta' Ottubru li ġej, u wara dan hu maħsub li s-servizzi tal-emerġenza mbagħad ovvjament se jmorru fl-Emerġenza kif ippjanat, waqt li l-Outpatients jerġa' jirritorna l-isptar.", "Dan ukoll għaliex qegħdin nantiċipaw li l-iskola ta' Barts, jekk il-Bambin irid, terġa' tilqa' lill-istudenti u allura jkun opportun li nerġgħu nagħtuhom l-ispazju lura.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lill-Queen Mary University u lit-tmexxija ta' l-Iskola Medika ta' Barts tal-koperazzjoni sħiħa tagħhom.", "Ir-residenza Sant'Anna ukoll ġiet retro-fitted: ma kenitx biċċa xogħol żgħira, tista' tifhmu li f'binja li tkun inbiet numru ta' snin ilu jkun hemm sfidi, però nstallajna wkoll sistemi ta' negative pressure, air changes, remote monitoring and support biex tkun tista' tintuża għall-kura tal-COVID-19, u fil-fatt diġà qiegħda tintuża.", "Dan huwa proprju t-tank li ġie nstallat u li jiżgura riserva jew supply ta' ossiġnu ta' tliet ġimgħat – ix-xogħolijiet li qed isiru fl-Emerġenza – hawnhekk hawn stampi taż-żoni li ġew refurbished biex inkunu nistgħu nilqgħu għall-pazjenti li huma pożittivi għall-COVID-19, kif ukoll xi wħud mill-ventilators il-ġodda, u s-servizzi li qed jingħataw mill-Iskola Medika ta' Barts.", "Bażikament, naħseb li dan kien aġġornament fuq ix-xogħlijiet li kienu saru f'Mejju.", "Li ridt niġbed l-attenzjoni dwaru huwa li s'issa l-ispiża biex għamilna dan ix-xogħol kollu, l-ispiża għas-sena 2020 hi maħsuba li tilħaq is-€6 miljun.", "Jiġifieri ma kienx investiment żgħir – €4 miljun minnhom huwa tagħmir u xogħlijiet ta' natura kapitali.", "Aħna nkomplu niffokaw fuq il-wellbeing tal-komunità Għawdxija u ta' kull min jagħmel użu mis-servizzi tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Se nkomplu naħdmu id f'id ma' Prof. Gauci u mat-tim tagħha, kif ukoll mal-ispeċjalisti tal-Isptar Mater Dei biex nkunu ċerti li l-miżuri kollha li nieħdu jkunu konformi kemm mal-miżuri nazzjonali, dawk tas-saħħa, mal-bżonnijiet tal-poplu Għawdxi, kif ukoll mal-evidenza bbażata fuq ix-xjenza medika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna, Dr Delicata, talli qegħdin magħna hawnhekk, però wkoll tal-ħidma li tagħmlu kull ġurnata.", "Illum naħseb se nsemmi xi ħaġa żgħira, imma l-fatt li qegħdin nilbsu l-maskri u l-inkonvenjent li dan kollu jġib miegħu forsi wieħed jirrealizza kemm il-membri u l-persuni li joperaw fis-settur tas-saħħa jgħaddu minn tbatijiet u inkonvenjenzi.", "Aħna bħalissa qegħdin nissubixxu din, imma intom it-tobba, l-infermiera u dawk kollha involuti fis-saħħa kontinwament għaddejjin bil-ħidma tagħhom.", "Jiġifieri, komparat magħkom ...", "DR NADINE DELICATA: Napprezza li qajjimt dan il-punt għaliex l-istaff tal-isptar veru ħa din is-sitwazzjoni b'mod mill-iktar responsabbli, kellna koperazzjoni sħiħa.", "Mhux faċli taħdem shift ta' 12-il siegħa l-ħin kollu bil-maskra.", "Aħna nilbsuha sagħtejn ukoll tibda … Grazzi tal-apprezzament u se nwassal l-apprezzament tiegħek lit-tim kollu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dwar il-preżentazzjoni li għadek kemm għamilt għandi żewġ mistoqsijiet prattikament, ħalli nkunu nistgħu niftħu d-diskussjoni.", "Qed tgħidilna li min jiġi ammess l-isptar jew jidħol l-isptar jiġi ttestjat qabel ma jiġi rilaxxat f'sala normali.", "Forsi tista' tinformana dwar it-timeframe bejn is-swab test u l-ħin li joħroġ ir-riżultat, kemm idum?", "Jekk it-testijiet isirux inhouse ġewwa l-isptar Ġenerali ta' Għawdex jew isirux banda oħra?", "U semmejtilna wkoll l-Iskola Medika ta' Barts, li bħalissa qed tintuża bħala service centre minħabba s-servizzi li hemm bżonn: però, x'qed isir rigward l-istudenti, jekk reġgħux marru lura, jekk hux qed jingħataw tuition bnadi oħra b'mod differenti?", "Ukoll, imbagħad, il-prekawzjonijiet li qed jittieħdu biex mhux biss il-pazjenti, imma l-ħaddiema … Qed insemmu l-protective equipment, jiġifieri li għandna investment li sar biex il-ħaddiem jiġi salvagwardat fuq il-post tax-xogħol – forsi tagħtina iktar informazzjoni għax fl-aħħar mill-aħħar intom il-frontliners, il-persuni involuti fis-settur tas-saħħa, intom l-iktar li jkollhom kuntatt dirett mal-mard, speċjalment fejn jidħol il-COVID-19.", "Huma l-impjegati li jridu jaħdmu, però għandhom il-familji tagħhom ukoll, u allura forsi tagħtina ftit informazzjoni dwar il-ħidma kollha li qed issir biex appuntu niddefendu l-interessi tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "DR NADINE DELICATA: Ħalli nibda mis-swab tests.", "Dwar swabbing, aħna esprimejna x-xewqa li jsiru inhouse; però, kienet deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa li s-swab tests kollha jiġu pproċessati ġewwa l-Laboratorju tal-Isptar Mater Dei.", "Bażikament, isiru xi 4 jew 5 runs kuljum, u għandna sistema ta' couriering li aħna dejjem jitlaq courier biex jiżgura li s-swabs jintlaħqu mar-run li jkun imiss.", "Dewmien mhux qed ikollna, u fi 3 jew 4 sigħat ikollna r-riżultat.", "Jiġifieri, assolutament m'hemmx dewmien.", "Fil-fatt, din l-ġimgħa kelli konverżazzjoni ma' kollega tiegħi l-Amerika li qalli li jixtieq li qiegħed fil-pożizzjoni tiegħi għaliex huma għandhom dewmien ta' 48 siegħa biex jieħdu riżultat.", "Jiġifieri, huwa żmien raġjonevoli u tajjeb ħafna.", "Il-mistoqsija l-oħra kienet fuq l-istaff.", "L-istaff, apparti l-personal protective equipment, ikollhom taħriġ regolari.", "Kif għedt, fejn ikun hemm żona assenjata għall-COVID-19, ikun hemm sistema ta' segregazzjoni bejn iż-żona ta' ġewwa fejn ikun hemm il-pazjenti, u ż-żona ta' barra, u jaħdmu b'żewġ timijiet biex t-tim ta' barra li ma jkunx espost għall-COVID-19 ikun b'mod remot jista' jiggwida u jissapportja lit-tim ta' ġewwa.", "Dawn jinbidlu kull tlieta jew erba' sigħat biex b'hekk niżguraw li ħadd ma jagħmel perjodu itwal minn erba' sigħat ġo sitwazzjoni li jrid jilbes il-full PPE.", "U hekk jissapportjaw lil xulxin.", "Spjegajt li hemm sistema biex staff li huwa vulnerabbli jew għandu lil xi ħadd vulnerabbli d-dar jiġi ssapportjat.", "Dan billi jew jingħata xogħol f'area li mhijiex klinika, u allura l-espożizzjoni tiegħu għar-riskju huwa ħafna inqas, jew inkella hemm staff li għandu faċilità li jaħdem bit-telework.", "Anke dwar taħriġ irranġajna sistemi li permezz tagħhom l-istaff li qed jaħdem mid-dar jista' jingħaqad ma' sħabu b'mod virtwali biex żgur li ma jitilfu l-ebda taħriġ.", "Sar ukoll risk assessment fl-uffiċini kollha biex inkunu ċerti li l-uffiċċju jkun jista' jospita n-numru ta' staff jew jittieħdu miżuri biex l-istaff ikun salvagwardjat.", "Jiġifieri, fejn għandek shared office isir risk assessment li dan l-uffiċċju jista' jieħu, pereżempju, sitta min-nies.", "Jekk ma jistax, jista' jieħu erbgħa b'mod sikur, mela jkun hemm rotation u tnejn jaħdmu mid-dar u l-erbgħa l-oħra jaħdmu l-uffiċċju, u jbiddlu bejniethom biex hekk kulħadd ikollu l-istess opportunità.", "Dawn saru kullimkien, f'kull klinika u f'kull uffiċċju.", "L-aħħar mistoqsija kienet dwar l-Iskola Medika ta' Barts.", "Huwa antiċipat li l-istudenti jiġu lura.", "Fi żmien ta' lockdown kien qed ikollhom tagħlim online, bħalma kien qed ikollhom il-kollegi tagħhom fl-Ingilterra.", "Jiġifieri, qed nantiċipaw li l-iskola se tiftaħ.", "Li jista' jkun li jiġri huwa li, sakemm tiċċara ftit is-sitwazzjoni, jista' jkun li ċerti clinical placements jiġu posposti għall-2021, flok jibdew fl-aħħar quarter ta' 2020, anke biex nevalwaw naqra l-impatt tal-COVID-19 fl-isptarijiet, kif ukoll għax irridu nipproteġu lil dawn l-istudenti wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nibdew bil-mistoqsijet.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Grazzi, Sinjura President, u grazzi lilek ukoll, Dr Delicata.", "Nirringrazzjak tal-preżentazzjoni li għoġbok tagħtina u talli għoġbok tiġi għal din il-laqgħa dalgħodu.", "Antiċipatni f'xi mistoqsijiet l-Onor.", "Caruana; però, għandi xi mistoqsijiet oħrajn.", "Ħalli nibda b'mistoqsija dwar l-istaff.", "Kien hemm xnigħat li meta bdew jerġgħu jiżdiedu n-numri minn Lulju sa issa kien hemm membri tal-istaff li rriżultaw pożittivi: tista' tikkonfermaha din u, f'każ li sfortunatament kien il-każ, x'kienu l-effetti fuq il-ħidma tal-isptar minħabba din iċ-ċirkostanza?", "Dik l-ewwel mistoqsija.", "Smajtek issemmi wkoll is-servizzi u l-mod kif addattajtu biex tkunu tistgħu tipprovdu s-servizzi.", "Jiġifieri, inti qiegħda f'pożizzjoni li tikkonferma li llum l-Isptar ta' Għawdex qed jerġa' joffri s-servizzi kollha li kien joffri, ovvjament bl-addattamenti neċessarji li kien joffri qabel ma beda l-COVID-19?", "Semmejt ukoll il-flessibbiltà u forsi ma fhimtx tajjeb jien, għalhekk se nagħmillek mistoqsija fuqha.", "Minn kif spjegajt inti jien fhimt li hemm numru ta' sodod li oriġinarjament ġew iddedikati għall-każijiet tal-COVID-19 f'każ li jkun hemm, però dawn is-sodod jistgħu jiġu kkonvertiti għal funzjonijiet oħrajn.", "Jekk fhimt tajjeb, allura jfisser li dawk bħalissa – anke kif smajna lill-Prof.", "Gauci u anke kif ikkonfermajt inti – minħabba li ma kienx hemm ammissjonijiet bil-COVID-19 fl-aħħar żmenijiet, ifisser li dawk is-sodod bħalissa qed jintużaw għal affarijiet oħrajn?", "U, f'każ ta' bżonn, jekk inhuwa l-każ, kemm qed nitkellmu bħala timeframes biex dawk jiġu kkonvertiti ħalli jkunu jistgħu jaqdu l-bżonn oriġinali tagħhom li jservu pazjenti bil-COVID-19?", "Rigward l-anzjani tar-Residenza Sant'Anna, nafu li waqt l-imxija tal-COVID-19 dawn kellhom jiġu rilokati għal ġewwa lukanda fir-Rabat, Għawdex.", "Issa ovvjament, bin-numri qed jerġgħu jiżdiedu, anke l-inkwiet marbut ma' dawn in-numri, x'inhi t-triq 'il quddiem fir-rigward ta' dawn l-anzjani, xi pjan hemm?", "Se nagħmel l-aħħar mistoqsija.", "Fl-aħħar tal-preżentazzjoni tiegħek semmejt iċ-ċifri, il-finanzjament ta' dawn il-miżuri ta' dawn l-addattamenti li kellhom isiru, x'kienet l-għajnuna – jekk kienx hemm għajnuna wara kollox – li ħareġ il-Gvern Malti biex naturalment dawn l-addattamenti jkunu jistgħu jsiru u l-ispiża tkun tista' tiġi koperta?", "Nirringrazzjak.", "DR NADINE DELICATA: Dwar l-istaff irrid ngħid li minn Lulju 'l hawn ittestja pożittiv membru wieħed tal-istaff, li kien tabib, u meta sar il-contact tracing ħareġ biċ-ċar li waqt li kien qiegħed jaqdi dmirijietu fl-Isptar ta' Għawdex dan kien dejjem liebes il-PPEs kif suppost, u fil-fatt dan nistgħu nassumuh ben tajjeb għaliex pażjenti li ttestjaw pożittiv wara li ħareġ pożittiv dan it-tabib ma kellniex.", "Hu kien jgħix ma' tabib ieħor ġo l-istess appartament, u allura bħala prekawzjoni lil sieħbu bagħatnih fuq kwarantina b'mod immedjat.", "Jiġifieri, minn Lulju 'l hawn dak kien l-uniku membru tal-istaff li kellna pożittiv.", "Bħala servizzi sakemm huwa b'mod sikur, iva, qegħdin bil-mod il-mod inżidu s-servizzi kollha li kien joffri l-isptar qabel – jekk hu teatru, jekk inhuma operazzjonijiet, kif ukoll jekk inhu outpatients.", "Ma jidhirli li hemm l-ebda servizz li huwa sospiż bħalissa.", "Se nagħmel kwalifika żgħira biex nifhmu ftit.", "Jista' jkun li, pereżempju, jekk għandi tabiba li hija vulnerabbli minħabba xi kondizzjoni tagħha, jista' jkun li din tibqa' toffri s-servizz remotely.", "Din jista' jkun li l-pazjenti tagħha tibqa' ssegwihom remotely.", "Dan ifisser li s-sitwazzjoni tal-individwu hija tali li aħna rridu nipproteġu lilha wkoll.", "Però, kemm is-servizzi ta' outpatients, kemm servizzi ta' operazzjonijiet, kif ukoll servizz ta' day surgery kollox reġa' beda.", "Fuq flessibbiltà, iva, kif għedt tajjeb inti, bħalissa għandna numru ta' sodod li qed jintużaw għal query COVID u COVID positives; imma hemm numru ta' sodod oħrajn li jintużaw għal skopjiet oħra li jekk ikollna bżonn inkunu nistgħu ndawruhom f'sodod għall-COVID-19.", "U dan jista' jsir b'mod immedjat; nieħdu d-deċiżjoni llum u l-għada jinqalbu għall-COVID-19.", "Fuq Residenza Sant'Anna rrid ngħid li, iva, hemm pazjenti li qegħdin f'lukanda barra l-Kampus.", "Il-pjan s'issa huwa li sakemm ikollna l-imxija tal-COVID-19 għadha għaddejja b'mod attiv, sakemm ikollna dawn in-numri trickle, jew numri iżgħar jew ikbar fil-komunità, kemm jista' jkun dawn in-nies vulnerabbli nħarsuhom billi nżommuhom bogħod mill-isptar.", "Il-finanzjament għal dan sar minn Steward Health Care, waqt li l-Istat ipprovda l-faċilità barra l-Kampus.", "KEVIN CUTAJAR: Mistoqsija supplimentari, jekk jogħġbok.", "Nirringrazzjak tat-tweġibiet tiegħek.", "Is-servizzi li qed tgħid, u allura anke l-flessibbiltà u l-adattament li kien hemm bżonn biex dawn jingħataw, kif jirriżultalkom allura mbagħad fl-għoti ta' dawn is-servizzi?", "Qed ikun hemm dewmien, qed ikun hemm listi ta' stennija minħabba l-flessibbiltà u l-adattamenti?", "Nimmaġina – ikkoreġini jekk għandi żball – li jista' jkun hemm bżonn ta' aktar żmien biex dawn jingħataw?", "DR NADINE DELICATA: Id-dewmien li kien hemm naħseb iktar nistgħu nispjegawhom peress li fi żmien l-ewwel imxija għamilna żmien pjuttost mhux qasir fejn is-servizzi ġew curtailed għal dawk li huma urġenti biss.", "U dan kien b'direzzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Ovvjament, dan ikkrea jew tawwal xi ftit il-lista ta' stennija għal ċerti interventi.", "Però, issa qed isir kull sforz biex kemm jista' jkun nerġgħu naqbdu r-ritmu ħalli l-listi ta' stennija jerġgħu jiġu lura għal dak li huwa stabbilit bħala aċċettabbli.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-Onor.", "Said biex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "CHRIS SAID: Grazzi, Onor. Caruana.", "Grazzi ukoll lil Dr Delicata u lis-CEO tal-preżentazzjoni li saret.", "Ħa mmiss ħames punti.", "L-ewwel punt huwa fuq l-Iskola Medika ta' Barts.", "Mill-preżentazzjoni rriżulta – u ovvjament nafu – li l-iskola ta' Barts qed tintuża għal ċerti servizzi li qabel kienu jingħataw mill-binja tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, biex allura ġie evitat li jkun hemm iffollar eċċ, kif spjegajt tant tajjeb inti fil-preżentazzjoni.", "Ngħid sew li allura jekk Barts fi żmien ftit ġimgħat jibdew is-sena skolastika tagħhom u jġibu l-istudenti lura – għax l-istudeni bħalissa mhux qegħdin Għawdex – intom se terġgħu tirrilokaw kollox għal ġol-Isptar Ġenerali?", "U ma' Barts tkellimtu meta għandhom f'moħħhom jew għandhomx data fissa meta se jibdew jerġgħu il-klassijiet mill-iskola tagħhom f'Għawdex u ma jibqgħux b'mod online kif kienu qed isiru fl-aħħar xhur?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex ovvjament din b'xi mod taffettwa wkoll l-ekonomija ta' Għawdex għax preżentament dawn l-istudenti mhumiex f'Għawdex u qegħdin fil-pajjiżi tagħhom, u allura din il-ħaġa taffettwa wkoll.", "It-tieni mistoqsija hija dwar ir-Residenza Sant'Anna.", "Fil-preżentazzjoni rajna li f'Sant'Anna hemm numru ta' sodod li sal-lum huma liberi biex ikunu jistgħu jintużaw f'każ ta' bżonn minn pazjenti ta' COVID-19: imma preżentament f'Sant'Anna jew f'xi parti minnha għad hemm l-anzjani?", "Inti tajt figura ta' 70 anzjan li ġew rilokati għal-lukanda fir-Rabat, Għawdex, u spjegajt ukoll li dawn se jibqgħu hemm sakemm din l-imxija tibqa' fostna.", "Però, mill-informazzjoni li għandi almenu – jew inti tista' tikkonferma, hemm iżjed minn 70 anzjan fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex – allura parti mill-anzjani ġew rikolati lejn din il-lukanda u parti oħra mill-anzjani għadhom fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Fejn qed jinżammu dawn l-anzjani?", "Hemm parti minnhom f'Residenza Sant'Anna stess, u allura x'jiġri jekk f'Residenza Sant'Anna dawn is-sodod li huma assenjati għall-pazjenti bil-COVID-19 ikunu qed jiġu użati?", "Kont se nistaqsi meta ser jerġgħu lura dawk li qegħdin fil-lukanda, li ovvjament ġiet addattata, però inti tajt it-tweġiba diġà, li dawn jerġgħu lura meta din l-imxija tkun għaddiet għal kollox.", "It-tielet mistoqsija hija dwar ir-rapport tal-NAO.", "Ftit ilu ħareġ rapport tal-NAO li kellu konklużjonijiet serji.", "Ovvjament, ma kontux involuti intom bħala Steward Health Care, però kienu involuti l-predeċessuri tagħkom, dawk li intom ħadtu l-konċessjoni tal-isptarijiet mingħandhom, inkluż l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Il-mistoqsija f'moħħ ħafna Għawdxin hi kif dan r-rapport qed jaffettwa lilkom fl-operat tagħkom.", "Nafu wkoll, għax għedtilna fl-aħħar preżentazzjoni, li għaddejjin diskussjonijiet mal-Gvern biex ikun hemm reviżjoni tal-kuntratt: dawn id-diskussjonijiet magħluqa?", "U hemm qbil?", "Tista' tgħidilna jekk dawn id-diskussjonijiet mal-Gvern fuq reviżjoni tal-kuntratt tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet, mhux biss ta' Għawdex imma ta' Karen Grech u ta' San Luqa wkoll, jekk waslu fl-aħħar, ingħalqux, ġie ffirmat xi ftehim ġdid, eċċ?", "Marbut ukoll ma' dan huwa l-bini ta' sptar ġdid.", "Fir-rapport li ħareġ jirriżulta li dan l-isptar kellu jinbena sa Ġunju tal-2018.", "Ovvjament, kien l-obbligu ta' Vitals Global Healthcare u llum huwa l-obbligu ta' Steward Health Care, għax intom dħaltu fiż-żarbun ta' Vitals.", "Nafu li l-isptar ma tlestiex sa' Ġunju tal-2018 u fl-opinjoni tiegħi naħseb li kieku kien lest dak l-isptar ma kienx ikollna bżonn li nużaw l-Iskola ta' Barts u ma kienx ikollna bżonn lukanda fir-Rabat, Għawdex, għall-anzjani!", "Però dik hija assunzjoni li qed nasal għaliha jien minn kif insegwi l-affarijiet.", "Però, li jinteressa żgur hu li hemm obbligu li jinbena sptar ġdid ġewwa Għawdex.", "Dan l-obbligu kien fil-kuntratt, kellu jistlesta sa Ġunju tal-2018, illum qegħdin iżjed minn sentejn wara u mhux lest!", "Forsi tgħidilna fiex wasal?", "U iktar importanti minn fiex wasal huwa meta l-Għawdxin għandhom jistennew li jkunu jistgħu jibdew jużaw dan l-isptar il-ġdid li kien parti mill-kuntratt ta' privatizzazzjoni tal-isptarijiet.", "U se nagħmel l-aħħar mistoqsija.", "Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm kwestjoni dwar l-infermiera Għawdxin li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa f'Malta.", "Kienet kwestjoni wkoll mal-union li tirrappreżentahom.", "Mhux se noqgħod nidħol fid-dettalji, però l-pożizzjoni kienet li dawn ikun imisshom jiġu Għawdex bħal diversi dipartimenti oħra tal-Gvern u allura nħolqot il-kwestjoni li Steward jidher li kellu xi nuqqas ta' ftehim mal-Gvern dwar kif għandhom jinġiebu Għawdex dawn l-infermiera.", "Din il-kwestjoni ġiet solvuta?", "U jekk ġiet solvuta, kif ġiet solvuta, kemm mal-union tagħhom, kif ukoll ma' dawn l-infermiera stess?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dottoressa, napprezza l-ispirtu li bih saru dawn il-mistoqsijiet: però rridu nżommu kollox fil-kuntest tad-diskussjoni.", "Naf li hemm talba biex niddiskutu l-isptarijiet, jiġifieri dak se jkun mertu ta' diskussjoni eżawrjenti.", "Però naħseb li llum huwa opportun li niffokaw daqsxejn fuq il-COVID-19.", "Jiġifieri, fil-kontest tal-mistoqsijiet li saru, jekk jogħġbok orbothom mal-kuntest tal-laqgħa tal-lum.", "Se terġgħu tiġu mistiedna intom, flimkien ma' mistednin oħrajn, biex tiddiskutu dan is-suġġett li qajjem l-Onor.", "Però, mhux l-iskop tal-laqgħa tal-lum, biex ma niddevjawx għax inkella nispiċċaw niftħu ħafna.", "CHRIS SAID: Dawn huma mistoqsijiet li l-Għawdxin qed jistennew li jkollhom spjegazzjoni għalihom!", "IĊ-CHAIRPERSON: M'iniex qed ngħidlek biex ma tagħmilx il-mistoqsijiet; li qed nipprova ngħid hu li peress ...", "CHRIS SAID: Qed tgħidilha biex ma tweġibhomx!", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, għandna tema u nintrabtu magħha.", "Taf li kien hemm l-elenku tas-suġġetti li se jiġu ttrattati, u din hija waħda minnhom.", "Jiġifieri, mhux qed ngħidlek li mhux se jkun hemm lok ta' diskussjoni, imma kemm jista' jkun illum norbtu daqsxejn mas-suġġett, għax inkella nispiċċaw ...", "CHRIS SAID: Però l-preżentazzjoni kellha affarijiet li ma kenux marbutin strettament mal-COVID-19.", "IĊ-CHAIRPERSON: It-talba min-naħa tagħna kienet preżentazzjoni marbuta mas-suġġett.", "Issa ovvjament jien qed niġbed il-punt bħala Chairperson, għandi d-dover li nirregola daqsxejn l-andament tal-laqgħa u rrid norbot mat-tema li għandna llum, li wara kollox ġiet maqbula.", "Dwar is-suġġett iktar b'mod ġeneriku dak se jkun hemm laqgħa oħra: però, ovvjament, id-Dottoressa tista' twieġeb kif tħoss.", "DR NADINE DELICATA: Ma nafx x'ippreżentajt li m'għandux x'jaqsam mas-suġġett.", "CHRIS SAID: Pereżempju, is-slide dwar 'Progress refurbishment of Gozo General Hospital Emergency Department' m'għandhiex x'taqsam direttament mal-COVID-19.", "Jekk il-Kumitat ma jridx iwieġeb dawn il-mistoqsijiet ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien ġbidt l-attenzjoni fil-fatt, iżda ma waqqaftekx mill-mistoqsijiet tiegħek.", "Però, li xtaqt niġbed l-attenzjoni tal-membri kollha dwaru hu li llum għandna aġenda li ġiet maqbula minn qabel u li ġiet ikkomunikata minn qabel biex kemm jista' jkun inżommu mas-suġġett.", "Fuq is-suġġett iktar miftuħ għalhekk għamilt id-dikjarazzjoni, jekk tista' ssejħilha hekk, li għandna diskussjoni iktar eżawrjenti fuq is-suġġett biex żgur ma nagħti lil ħadd x'jifhem li se neskludi jew mhux qed nippermetti lil xi ħadd jagħmel xi mistoqsijiet jew jagħmel xi mistoqsija.", "Imma, peress li għandna aġenda, naħseb kulħadd jifhem ir-rwol ta' chairperson x'inhu.", "Mhux biex noħnoq id-diskussjoni, imma huwa obbligu tiegħi li nzomm mal-aġenda.", "DR NADINE DELICATA: Napprezza.", "Fuq il-punt li qajjem, li r-refurbishment tal-Emerġenza m'għandu x'taqsam xejn mal-COVID-19, nippreċiża li rranġajna l-outpatients biex ikun jista' jilqa' għal servizzi ta' emerġenza fi żmien il-COVID-19.", "L-ebda area fl-Emerġenza jew fl-Outpatients ma kellhom il-kmamar neċessarji ta' negative pressure li għandna bżonn għall-COVID-19.", "Issa qed nagħmlu l-emerġenza sikura għall-COVID-19.", "Jiġifieri, naħseb li tirrelata ħafna mas-suġġett tal-lum, biex nippreċiża.", "Fuq l-Iskola Medika ta' Barts, għad m'għandix data ta' meta ġejjin l-istudenti.", "Iva, il-pjan huwa li s-servizzi tal-Outpatients imorru lura, u meta titlesta l-Emerġenza s-servizzi tal-emerġenza jmorru hemm.", "Ovvjament, l-Emerġenza trid tiċċaqlaq l-ewwel biex imbagħad imorru lura l-Outpatients.", "Però Barts assikurawna li kif qed naħdmu minn ġo Barts jista' jkun li anke bl-istudenti xorta naħdmu għax qed nokkupaw ends differenti tal-bini.", "Jiġifieri din mhux se tkun issue.", "Fuq ir-Residenza Sant'Anna rrid ngħid li, iva, bħalissa għandna 16-il pazjent anzjan li qegħdin fir-residenza.", "Dawn huma cohorted b'mod sikur ħafna, hemm separazzjonijiet, barrieri eċċ mill-bqija ta' Sant'Anna, sar it-tibdil infrastrutturali kollu meħtieġ.", "Il-kwestjoni kienet li l-faċilità li ħarġet 'il barra mill-Isptar ma kellhiex l-ispazju neċessarju biex jittieħdu l-anzjani kollha.", "Hemm anzjani wkoll fin-naħa tax-xjuħ irġiel.", "Il-pjan huwa li kif ikollna l-ewwel pazjent pożittiv għall-COVID-19 tiskatta biċċa oħra minn pjan, u se niżguraw li dawn ir-residenti anzjani jitneħħew u jitqiegħdu f'post sikur, mhux f'żona COVID.", "Jiġifieri l-pjan huwa magħmul minn fażijiet, li jeskala skont kemm se jkollna nies morda bil-COVID-19 u kemm se jkunu każijiet severi.", "S'issa, nirringrazzjaw lill-Mulej, pazjenti morda severament ma tantx kellna.", "Fuq l-assunzjoni li kieku għandna sptar ġdid m'għandniex bżonn affarijiet oħrajn, irrid ngħidlek li ma naħsibx li inti korrett.", "Ippermettili bir-rispett kollu ngħidlek li l-preparamenti kollha u x-xogħol infrastrutturali li esiġa dan il-virus ma seta' jipproġettah ħadd.", "Tant hu hekk li anke l-Isptar Mater Dei, li safejn naf jien huwa sptar li relattivament niddeskrivuh bħala state of the art, kellu bżonn ukoll l-Isptar Sir Paul Boffa u l-Isptar St Thomas biex jospita l-pazjenti.", "Ma nistgħux nibdew nassumu li għax kieku għandna sptar ġdid dan iċ-ċaqliq ma kellux isir.", "L-imxija tal-COVID-19 ħadd ma seta' pprepara għaliha, ħadd ma kien qed jistenniha.", "Illum nitkellmu mod ieħor għax illum, with hind sight, nafu x'xogħlijiet infrastrutturali se jkun hemm bżonn.", "Irrid nippreċiża wkoll li Steward Health Care ħadet over mill-VGH.", "Veru li r-rapport tal-NAO lilna ma mpattaniex fl-operat tagħna u li l-mandat li tana l-Gvern Malti kien li nibnu l-ewwel l-Iskola Medika ta' Barts, u dak huwa preċiżament dak li għamilna.", "Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "Fuq l-infermiera nirrispondik ukoll.", "Kien hemm kwestjoni għaliex il-Gvern ma setax jirrilaxxa infermiera Għawdxin biex jiġu jaħdmu Għawdex fi żmien il-COVID-19, u dan nifhmuh għaliex Malta kien hemm il-problemi bil-COVID-19 ukoll.", "Aħna ġibna l-ftehim mill-Ministeru għas-Saħħa biex nġibu għaxar infermiera li nsejħulhom third country nationals, jiġifieri ma jkunux Għawdxin biex żgur ħadd ma jieħu l-idea li dawn b'xi mod sejrin jibdlu infermiera Għawdxin.", "Niggarantilek jien li bħala Għawdxija l-ewwel preferenza tiegħi se tkun dejjem li nġibu persuni Għawdxin li jaħdmu Malta lejn Għawdex.", "Il-ftehim huwa li, hekk kif il-Gvern ikun f'sitwazzjoni li jirrilixxa l-Għawdxin li jmisshom fuq il-famuża lista li jiġu Għawdex, dawn l-għaxar third country nationals jien inkun nista' nħaddimhom fi sptar ieħor ta' Steward Health Care, jiġifieri Karin Grech.", "Naħseb li rrispondejt il-mistoqsijiet kollha.", "CHRIS SAID: Għandi mistoqsija waħda.", "Jiġifieri l-kwestjoni tal-ħaddiema Għawdxin f'Malta tiddependi fuq il-gvern, mhux fuqkom?", "DR NADINE DELICATA: Tiddependi fuq meta l-Gvern ikun f'pożizzjoni li jirrilaxxa ...", "CHRIS SAID: Il-problema hi li l-Gvern ma rrilaxxahomx?", "DR NADINE DELICATA: Ma kienx f'pożizzjoni … Ejjew inkunu ġusti: il-Gvern ma kienx f'pożizzjoni li jirrilaxxahom, ovvjament minħabba x-xogħol żejjed li ħoloq il-COVID-19.", "Aħna ridna l-għajnuna xorta għall-infermiera tagħna għax il-COVID ħoloq ix-xogħol żejjed għalihom ukoll, u bi ftehim mal-Gvern ġibna ...", "CHRIS SAID: Il-mistoqsija li għamlu l-Għawdxin hija din: Għaliex il-Gvern ma ħaddimx hu t-third country nationals f'Malta u bagħat lill-Għawdxin f'Għawdex meta hemm postijiet vakanti f'Għawdex?", "It-tweġiba għandu jirrispondiha l-Gvern - fair enough - imma dik hija l-mistoqsija li għamlu.", "Jekk għandek ħaddiema li qed jaqsmu kuljum lejn Malta biex imorru għax-xogħol, u posthom ħaduhulhom third country nationals li huma infermiera kkwalifikati, ma setgħux ġew impjegati huma bħal infermiera oħrajn third country nationals li qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei jew f'San Vincenz de Paul jew fi sptarijiet oħrajn f'Malta fejn jaħdmu l-Għawdxin, u l-Għawdxin jintbagħtu Għawdex?", "Ovvjament, nifhem li ma tistax tirrispondiha inti.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel huwa fuq il-kwestjoni tal-bini tal-isptar ġdid.", "Ma naqbilx miegħek għaliex … Naqblu li xħin ikun hemm sptar ġdid se jkun hemm ħafna iżjed sodod f'Għawdex milli hemm illum, mhux hekk?", "Għax minn 250 sodda se jitilgħu għal 450 sodda.", "Almenu hekk qiegħed il-kuntratt.", "DR NADINE DELICATA: Ma jfissirx li biex tissalvagwardja l-persuni vulnerabbli … Kieku l-isptar inbena mingħajr l-għarfien tal-COVID-19 u n-negative pressure systems … L-Isptar Mater Dei ukoll kellu jagħmel ħafna emendi.", "Jiġifieri li qed nipprova ngħid huwa li l-COVID-19 ġab sitwazzjoni li ħadd ma seta' jipproġettaha, u allura s-suppożizzjoni tiegħek li li kieku kellna l-isptar lest … xorta ma kienx se jkun immirat għall-COVID-19.", "Dak il-punt tiegħi.", "CHRIS SAID: Il-punt huwa li kien se jkollok żewġ sptarijiet, l-isptar eżistenti u l-isptar ġdid, u allura kien se jkollok ħafna iżjed fejn timmanuvra kieku kellek din il-faċilità lesta, għax kien se jkollok sptar li tista' tħallih għall-COVID-19 u sptar li tista' tħallih COVID free.", "DR NADINE DELICATA: Mhijiex kwestjoni ta' spazju; hija wkoll kwestjoni ta' xogħlijiet infrastrutturali li riedu jsiru.", "Allura, għal darb'oħra, kieku kelli l-isptar kollu mimli b'xi mod trid iċċaqlaq in-nies biex inti tagħmel ix-xogħlijiet infrastrutturali neċessarji.", "CHRIS SAID: Meta hu mistenni li jitlesta l-isptar l-ġdid?", "Għax ma weġibtnix!", "CHRIS SAID: Tajjeb, mhux se tirrispondini!", "L-aħħar mistoqsija hija marbuta ma' dak li weġibt.", "Inti għedtilna li fl-isptar baqa' fih numru ta' anzjani, 16-il pazjent.", "Ġie kkonsidrat li għal dawn, bħalma nħarġu s-70 l-oħra u ttieħdu f'post ieħor, ikun hemm faċilità oħra – li ma tkunx ġol-isptar – għalihom?", "Ġiet kkonsidrata dik il-possibbiltà?", "Il-qraba ta' dawn il-persuni jkellmuna lilna u jgħidulna: \"Mela tajjeb!", "Dawk is-70 ħadu ħsieb biex joħorġuhom minn ġol-isptar għax jista' jkun hemm periklu għalihom, imma dawn is-16 għadhom hemm għax ma kienx hemm spazju għalihom fil-faċilità!\"", "DR NADINE DELICATA: Anke jien sorpriża għax dawk is-16 ipprovajna nieħdu minnhom fil-faċilità l-oħra, iżda ma jridux jiċċaqilqu għax qegħdin komdi.", "Il-feedback li għandi jien huwa daqsxejn differenti.", "CHRIS SAID: Kellmuna familjari li qed jistaqsu għaliex dawn is-16 … Jekk kien hemm periklu għall-oħrajn, m'hemmx periklu għalihom ukoll?", "DR NADINE DELICATA: Bħalissa le.", "IS-SUR JOSEPH FENECH (Direttur Eżekuttiv, Sptar Ġenerali ta' Għawdex): Il-feedback li qed nieħu jien mill-qraba huwa differenti.", "Kellna ċirkostanzi fejn, iva, xtaqna li nċaqilqu xi nies li bħalissa qegħdin ġo parti mir-Residenza Sant'Anna u qalulna li jixtiequ jibqgħu hemm, u aħna rrispettajna x-xewqa tagħhom.", "Jekk hemm xi qraba li jixtiequ jkellmuna, javviċinawna u niddiskutu.", "CHRIS SAID: Sur Fenech, din mhix kwestjoni tax-xewqa ta' min irid imur u ma jmurx.", "Din hija kwestjoni li lis-70 persuna li mexxejtu għal-lukanda fir-Rabat ma qgħadtux tistaqsuhom iridux imorru jew le, rajtu li hemm periklu u mexxejtuhom, mhux hekk?", "Ma qgħadtux tistaqsuhom jekk iridux imorru fil-lukanda fir-Rabat?", "Issa lil dawn is-17 qed tistaqsuhom jekk iridux imorru?", "Qed tagħmlu din id-distinzjoni?", "DR NADINE DELICATA: Irrid inserraħ ras kulħadd li, iva, dawn is-16 jibdew jitnaqqru bil-mod il-mod, u ftit ftit jiġu mċaqilqin għall-faċilità l-oħra wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nieħu l-opportunità għax jien għandi daqsxejn esperjenza f'dan is-settur.", "Kultant ikollok diskrepanza bejn x'jixtiequ l-familjari u dak li jixtieq il-klijent, u anke s-service provision li trid tiġi mqabbla mal-esiġenzi.", "Jiġifieri f'ċirkostanzi bħal dawn nappella biex meta jkun hemm istanzi bħal dawn ikun hemm qbil dwar il-mod ta' kif se nimxu 'l quddiem biex la jiġi preġudikat il-pazjent, la jiġi mxekkel l-operat ta' min irid jipprovdi s-servizz, u wkoll ikun hemm koperazzjoni sħiħa u miftuħa wkoll mal-qraba, għax dak jiffaċilita ħafna l-andament.", "Wara kollox għandna ċ-charters u għandna wkoll l-istandards li jirregolaw ukoll il-mod ta' kif għandha ssir il-komunikazzjoni, biex dejjem naslu għall-aħjar deċiżjoni skont il-każ u skont il-bżonn tar-resident.", "Dik ħassejtni fid-dmir li kelli nippreċiżaha.", "Nistaqsi jekk hawnx iktar mistoqsijiet.", "ANTON REFALO: L-ewwel nett, irrid ngħid grazzi lis-CEO tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex, is-Sur Fenech, u lil dawk kollha li jaħdmu fl-isptar għax ħafna drabi dawn ilaqqtu kritika, u x-xogħol kbir li jagħmlu ma jiġix apprezzat.", "Jien il-mistoqsijiet tiegħi huma dawn: issemmew il-ventilators – mingħalija 25 – tista' Dr Delicata tassigurana li dawn kollha qegħdin Għawdex u jiffunzjonaw?", "Issemmew iż-żewġ helicopters: tista' tassigurana li dawn qegħdin standby 24 siegħa?", "Hemm xi pjan B jekk tinqala' xi kriżi, speċjalment issa li qegħdin nersqu għax-xhur ta' Ottubru u Novembru?", "Issemmew ukoll l-infermiera u l-istaff: huwa tajjeb li jkollok il-mekkaniżmu, però dawn qegħdin jingħataw xi forma ta' taħriġ biex fil-każ ta' xi kriżi jew jiżdiedu l-każijiet dawn ikunu istruwiti sewwa biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sew?", "U l-aħħar mistoqsija, li tinkwetani wkoll, hija dwar il-viġilanza li hemm bejn l-Iskola u dan l-post li ssemma fejn hemm issa anzjani residenti hemm.", "Jien li tinkwetani hija li dawn tant kemm hemm viċin xulxin li hemm bżonn li naraw li jkun hemm segregazzjoni bejn it-tfal u l-ħaddiema u l-viżitaturi ta' dan il-post.", "Jista' jkun hemm ħsieb jew pjan biex naraw li kemm jista' jkun it-tfal tagħna, l-istudenti li jmorru f'din l-iskola, ikunu protetti, speċjalment jekk dawn, jekk jien mgħarraf tajjeb, se jkunu mingħajr maskra wkoll?", "DR NADINE DELICATA: Fuq il-ventilators u l-helicopters irrid ngħid li, iva, ventilaturi bħalissa preżenti fl-isptar hemm 15 ġodda u hemm 10 oħrajn in storage, imma qegħdin lesti għal meta jkollna bżonnhom.", "Il-helicopters huma t-tnejn on standby u dejjem ikun hemm backup ta' wieħed minnhom f'każ li l-ieħor ikollu down time, kemm jekk inhi skedata u kemm jekk ikun down time mhux mistenni.", "Fuq kwestjoni ta' plan B, iva, kif spjegajt qabel, hemm pjan ta' eskalazzjoni ta' miżuri li jiġi miftiehem mad-Dipartiment tas-Saħħa u mal-Professur Gauci, li jiddependi fuq kemm ikollna numri ta' pazjenti pożittivi bil-COVID-19, kif ukoll fuq is-severità tagħhom.", "U dak il-pjan huwa miftiehem u approvat mill-imsieħba kollha.", "Fuq infermiera, staff u taħriġ, dan għaddej b'mod kontinwu, kemm dak li huwa taħriġ fuq ilbies protettiv, però wkoll taħriġ dwar kura ta' pazjenti bil-COVID-19 u taħriġ dwar tagħmir mediku ġdid li nxtara.", "U kien hemm ħafna entużjażmu għaliex inxtara numru kbir ta' tagħmir mediku.", "Fuq l-iskola u l-approssimazzjoni għal fejn qegħdin l-anzjani m'iniex nara riskju.", "Il-viżitaturi li jidħlu fis-sala tal-anzjani ma jistgħux jiġu f'kuntatt dirett mal-anzjani.", "Hemm separatur tal-perspex u l-viżitatur irid jagħmel hand sanitisation u jkun liebes maskra, jew visor, jew it-tnejn.", "Jiġifieri m'iniex nara riskju għat-tfal fil-viċinanzi għaliex m'hemmx kuntatt.", "Ma nafx jekk fhimtx il-mistoqsija.", "ANTON REFALO: U l-ħaddiema li jaħdmu hemm xħin joħorġu?", "DR NADINE DELICATA: Ifhimni, fil-każ tal-ħaddiema li jaħdmu ġor-Residenza, xħin joħorġu r-riskju huwa l-istess bħal kwalunkwe ħaddiem għax inti, jekk se tmur id-dar, iltqajt mat-tfal ġejjin mill-iskola, mort fil-ħanut hemm it-tfal, jiġifieri m'hemmx riskju speċifiku minħabba l-ġeografija tal-post, huwa riskju l jinsab fil-komunità normali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistaqsikom jekk hawnx iktar mistoqsijiet.", "Nirringrazzjakom talli erġajtu kontu magħna.", "Grazzi tal-ħidma u nitlobkom twasslu messaġġ lill-impjegati kollha tagħkom li aħna mhux biss napprezzaw il-ħidma kollha li qed issir, imma nirringrazzjawhom tal-ħidma u l-ġid li qed isir għall-ġid tal-komunità Għawdxija inġenerali.", "Grazzi.", "Aħna ħerqana li nergġħu narawkom.", "DR NADINE DELICATA: Grazzi.", "Inwasslu l-messaġġ żgur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-mistieden li jmiss.", "L-iskop ta' din l-istedina huwa biex is-Sur Curmi jispjegalna ftit il-ħidma li qed isir mill-Forzi tal-Ordni inkonnessjoni mal-COVID-19.", "Il-Professur Gauci semmietilna diversi miżuri u wkoll interventi leġiżlattivi li saru biex il-komunità inġenerali tiġi protetta, u żgur li r-rwol tal-Pulizija f'Għawdex huwa kruċjali biex nassiguraw l-infurzar.", "U allura l-iskop ta' din l-istedina huwa biex tagħtina ftit informazzjoni dwar dik il-ħidma li qed issir, u ukoll dwar taħriġ li ngħata lill-Korp tal-Pulizija, peress li jkollhom kuntatt ukoll mal-pubbliku inġenerali, x'miżuri ttieħdu biex il-membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu salvagwardjati fil-ħidma tagħhom, u kull informazzjoni oħra li tħoss li tista' tkun utli u rilevanti għal din il-laqgħa tal-lum.", "Nieħu l-opportunità mhux biss biex nirringrazzjaw lilek, imma lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija għaliex apparti l-COVID-19 il-ħidma l-oħra tibqa' għaddejja, u allura żgur li poġġiet stress qawwi anke fl-operat tagħkom, fil-ħajja tagħkom ta' kuljum.", "Allura, grazzi ħafna tal-ħidma.", "Nistiednek issa biex tieħu l-kelma.", "MAURICE CURMI: Grazzi.", "Minn Lulju 'l hawn ir-rwol tagħna kien primarjament li nassistu lill-awtoritajiet konċernati f'dan il-qasam biex ninforzaw il-miżuri li ttieħdu rigward il-COVID-19.", "L-awtoritajiet huma primarjament l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u anke d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, li qed naħdmu magħhom id f'id.", "Fir-rigward tat-tagħmir li ngħata lill-membri tal-Korp tal-Pulizija … Anke t-taħriġ ngħata wkoll mit-tabib li huwa inkarigat mis-saħħa ambjentali f'Għawdex.", "Konna għażilna tim ta' xi ħamsa min-nies li kienu qed jassistu kuljum bl-ispot checks li kienu qed jagħmlu dak iż-żmien, fil-bidu ta' Marzu, biex jiżguraw li dawk li kienu taħt kwarantina u dawk li kienu infettati kienu qed joqogħdu d-dar u jobdu d-direttivi li kienu qed jingħatawlhom.", "Bħalma għedt tajjeb inti, ix-xogħol tagħna ma waqafx, baqa' għaddej normali, però minn Lulju 'l hawn konna qed nassistu wkoll fl-ispezzjonijiet li kienu qed isiru kemm mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, spezzjonijiet li kienu qed isiru kuljum bażikament għax sal-lum hemm lista mhux ħażin ta' nies li ġew minn barra u kienu rikjesti li jagħmlu l-kwarantina – dawk il-ħmistax-il ġurnata d-dar – kif ukoll dawk li hemm infettati, dawk id-disgħa li hemm infettati bil-COVID-19.", "Issa qed isiru wkoll spezzjonijiet flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali f'bars u ristoranti li jistgħu jiftħu llum il-ġurnata.", "L-uniku disco li kellna, is-sidien tiegħu kienu għażlu minn jeddhom stess biex ma jiftħux, u allura m'għandniex dik il-problema ta' nies li qed jinġabru f'rassa u jiżfnu, jiġifieri dik il-problema eliminajniha.", "Però, bħalma għedtlek, qed ikollna problemi f'bars fejn xi uħud mis-sidien forsi mhumiex qed josservaw il-miżuri li ġew implimentati f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Allura, f'dan ir-rigward qed immorru aħna biex nassistu lill-ispetturi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.", "Jien s'issa naħseb li l-miżuri li qed jittieħdu f'Għawdex qed ikollhom ċertu riżultat għax, safejn naf jien, dan in-numru ta' 10 infettati ilu hekk għal ġimgħatejn tal-inqas.", "Mill-banda l-oħra, ovvjament aħna nkunu għaddejjin bil-patrols u ma jfissirx li, għax ma jkollniex l-ispetturi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, ma neħdux il-miżuri li hemm bżonn jekk naraw forsi xi ġemgħa ta' iktar minn 15-il ruħ.", "Ġieli waqafna u ċċekkjajnihom u nwissuhom biex kemm jista' jkun iżommu d-distanza, u anke fejn hemm bżonn, skont fejn ikunu, li jintlibsu l-maskri.", "Naf li kien hemm xi bookings, naf li nħarġu xi ċitazzjonijiet – xi numru żgħir – però qed nipprovaw nillimitawh għal dawk il-każijiet li vera jibqgħu kontinwament ma jobdux l-ordnijiet li jingħatawlhom.", "Jien nista' ngħid li s'issa – touch wood – ħadd mill-membri tal-Korp tal-Puliżija ta' Għawdex ma ġie infettat kemm ilha li ħarġet minn Frar 'l hawn, u nispera li nkomplu mexjin hekk ħalli nkunu nistgħu nagħmlu xogħolna.", "Ix-xogħol tagħna normali ma waqaf xejn – anzi, pjuttost qed jiżdied – u nkunu nistgħu nagħmluh b'mod iktar effiċjenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan l-aħħar ukoll smajna bl-interventi li saru mill-Pulizija fuq il-Gozo Channel: tista' forsi tispjegalna x'sar u ma sarx?", "MAURICE CURMI: Iva, ġieli assistejna lill-membri ta' Transport Malta, kif ukoll tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fejn immorru nagħmlu żewġ traġitti jew tnejn magħhom biex naraw li l-passiġġieri kollha qed jilbsu u jobdu d-direttiva li tintlibes il-maskra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet tal-membri tagħna.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Supretendent, nirringrazzjak talli qiegħed magħna llum u talli għoġbok tagħtina din il-preżentazzjoni.", "L-ewwel nett, nirringrazzjak tal-ħidma tagħkom, mhux biss inkwantu tal-COVID-19, imma b'mod inġenerali fil-qasam Għawdxi.", "Għandi żewġ mistoqsijiet fil-każ tiegħi.", "Minħabba naturalment l-esiġenzi li daħlu, ta' osservar ta' miżuri, miżuri ġodda li hemm bżonn, ta' infurzar, eċċ. li ġew introdotti minħabba l-imxija tal-COVID-19, x'kien l-effett fuq l-Korp tal-Pulizija f'Għawdex inkwantu tan-numru ta' pulizija?", "Kien hemm bżonn li n-numru jiżdied?", "Sodisfatti bil-complement preżenti li għandkom biex tlaħħqu ma' dan it-tip ta' xogħol?", "U jekk le, minħabba l-miżuri tal-COVID-19, hemm il-ħtieġa ta' aktar complement?", "Tinsiex li dan il-Kumitat qed jiddiskuti proprju l-COVID-19 relatat mal-kwestjoni ta' Għawdex, u allura nkunu nistgħu anke nagħmlu r-rakkomandazzjoni jekk ikun hemm il-bżonn ta' aktar complement biex tlaħħqu mat-tip ta' sitwazzjoni.", "It-tieni domanda tirrigwarda fejn inti semmejt x-xogħol ta' infurzar li qed tagħmlu anke inkwantu l-Gozo Channel b'mod partikolari: smajna anke fl-aħbarijiet dan l-aħħar … Jekk nieħdu l-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-lum, meta reġa' kellna ż-żieda fin-numru tal-persuni infettati bil-COVID-19 u allura anke kellna ċertu ammont ta' traffiku ta' nies ġejjin minn Malta għal Għawdex, partikolarment Maltin li jiġu jagħmlu l-vakanza tagħhom Għawdex u anke għax fetaħ l-ajurport għat-turisti, tista' tagħtina l-medja ta' ksur tal-liġi li ltqajtu magħhom rigward il-mizuri tal-COVID-19 f'ġimgħa fuq perjodu ta' xahar u l-multi li qed jingħataw?", "Għaliex fuq din ma jidhirlix li qed ikun hemm informazzjoni pubblika, u naħseb li jkun jagħmel sens li din l-informazzjoni tiġi mxandra ħalli wieħed ikun jista', anke aħna bħala politiċi, nkunu f'pożizzjoni li nidderieġu ruħna dwar x'talbiet nagħmlu u x'miżuri nħossu li jkun hemm bżonn li nirrakkomandaw.", "Grazzi.", "MAURICE CURMI: L-ewwel nett, fuq il-complement tal-pulizija f'Għawdex, nimmaġina li kull supretendent, u anke l-Kummissarju, jixtiequ li jkollhom complement aktar għax ix-xogħol dejjem qed jiżdied u dejjem qed isir kkomplikat, u allura jrid ikollok nies dedikati għal ċerti xogħlijiet.", "Però, f'Għawdex ngħid li minkejja li kellna impenn iktar relatat mal-COVID-19, mill-banda l-oħra, ukoll minħabba li l-festi ġew ikkanċellati, allura stajt nuża dawk il-pulizija li normalment tużahom għall-festi biex ninforzaw.", "Bħala complement Għawdex ma konniex daqshekk batuti.", "L-ispezzjonijiet li qed isiru bħalissa flimkien mal-MTA, l-MTA qed tħallas għalihom hi, jiġifieri dawn ikunu nies li normalment ikun off duty u jmorru jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet flimkien mal-MTA.", "Jiġifieri, l-operat tal-pulizija ta' Għawdex baqa' għaddej normali.", "Fir-rigward tat-tieni mistoqsija tiegħek fuq iċ-ċitazzjonijiet li qed jinħarġu, irrid ngħid li jien ċ-ċifri ma nistax nagħtihomlok bħalissa għaliex il-biċċa kbira minn Lulju 'l hawn iċ-ċitazzjonijiet qed joħorġuhom jew l-MTA direttament jew inkella d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.", "Dawn għandhom .… f'dak li għandu x'jaqsam ma' ksur ta' dawn ir-regolamenti li ġew implimentati riċenti.", "Kien hemm każijiet fejn il-pulizija ħarġu ċ-ċitazzjonijiet ukoll; però, jiddispjaċini li f'dan l-istadju ma nistax ngħaddihomlok għax m'għandix iċ-ċifri.", "Li nixtieq nagħmel enfasi dwaru huwa li dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu għad iridu jidhru quddiem it-Tribunal, jiġifieri r-riżultat tagħhom ma nistax ngħidu lanqas jien.", "Qed tingħata l-impressjoni li qed jingħataw numru ta' ċitazzjonijiet meta fil-fatt wieħed ikun qed jiġi mħarrek biex jidher quddiem it-Tribunal.", "Dan bħal meta tingħata ċitazzjoni ta' karozza.", "Ladarba jiġi deċiż mit-Tribunal, imbagħad inkun nista' ngħidlek iċ-ċifri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri hemm il-possibilità bħal kull ċitazzjoni oħra li tiġi kkontestata?", "MAURICE CURMI: Tiġi kkontestata u wieħed jew jiġi lliberat jew jista' jinstab ħati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa tajjeb li nispjegaw il-proċeduri.", "Forsi napprofitta ftit mill-preżenza tiegħek biex ninformaw ftit lill-pubbliku l-proċedura x'inhi.", "MAURICE CURMI: F'dawn il-każijiet ta' ksur ta' dawn il-liġijiet li ġew implimentati riċentement rigward il-COVID-19, l-pulizija jew l-ispetturi tas-sanità jieħdu d-dettalji bħal kull każ ieħor, imbagħad jinħarġu l-akkużi aktar 'il quddiem.", "Jiġifieri, normalment f'dawn il-każijiet jinstemgħu quddiem it-Tribunal tal-Ġustizzja, jiġifieri fiċ-Ċentru tal-Għarb.", "KEVIN CUTAJAR: Nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari u ta' kjarifika.", "Nifhimha li trid tieħu l-proċess jekk kien hemm ksur u multa; imma jekk kien hemm ksur u ngħatat multa, naħseb li għall-finijiet ta' statistika tidher xi mkien, irrispettivament mir-riżultat li jkun hemm xħin din titressaq quddiem it-Tribunal, le?", "MAURICE CURMI: Il-każ irid jiġi deċiż mill-Kummissarju tal-Ġustizzja … Jien ma nistax, f'dan l-istadju ...", "KEVIN CUTAJAR: Imma la l-multa tkun ħarġet, ħarġet, le?", "MAURICE CURMI: Jiddispjaċini m'għandix dawk iċ-ċifri.", "Għax imbagħad, terġa', dawn tas-Sanità jmorru l-LESA, jiġifieri lanqas jien ma jkolli r-rekords f'idi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nieħdu nota biex ikollna rappreżentant tal-LESA biex jagħtina din l-informazzjoni.", "Issa jew nitolbuhielhom permezz ta' e-mail jew ikollna laqgħa ulterjuri biex inkunu nistgħu niġbru din l-informazzjoni.", "KEVIN CUTAJAR: Biex aħna nkunu nistgħu nidderieġu ruħna fejn aħna sejrin, irid ikollna stampa tal-affarijiet, ta' kemm multi nħarġu.", "Dik is-sustanza tal-mistoqsija tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tkun sodisfatt jekk nitolbuha permezz ta' e-mail u jagħtuna din l-informazzjoni?", "CHRIS SAID: Irrid nagħmel żewġ osservazzjonijet.", "L-ewwel ħaġa, irrid nirringrazzja lis-Supretendent u lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija f'Għawdex għax-xogħol li qed jagħmlu, anke f'dawn is-sitwazzjonijiet differenti, mhux normali ta' dawn l-aħħar xhur, minn Marzu 'l hawn.", "Apparti ċ-ċitazzjonijiet, li hu daqsxejn inkwetanti hu li anke dawk li ngħataw fil-bidu f'Marzu, April, eċċ., kważi kważi għadu ma nstama' xejn minnhom quddiem it-Tribunal.", "Sewwa, huwa veru li kien hemm żmien meta t-Tribunal kien wieqaf, imma issa t-Tribunal ilu li beda jaħdem ukoll.", "U allura aħna nafu li kultant l-infurzar huwa importanti ħafna iżjed mir-regolamenti, għaliex li jkollok regolamenti fuq il-karta u ma jiġux infurzati, in-nies jeħduha for granted li kważi jistgħu jagħmlu li jridu.", "Għalkemm naf li ma tiddependix minnek, tiddependi mis-sistema tal-LESA, però l-appell tiegħi hu wkoll li dawn jitressqu, min għandu jikkontesta jikkontesta, jekk ikollu raġun jingħata r-raġun.", "Dan anke biex jingħata l-messaġġ li dawn l-affarijiet ma jistgħux jittieħdu lightly.", "Dawn l-affarijiet ma tistax teħodhom for granted għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, mhux is-saħħa tiegħek biss hemm fin-nofs, imma hemm is-saħħa ta' ħaddieħor.", "It-tieni punt, u inti għamilt referenza tajba ħafna għalih meta għedt li dan is-sajf għalkemm żdied l-ammont ta' xogħol min-naħa l-oħra naqsu l-festi, naqsu l-attivitajiet tal-massa, naqsu l-parties u d-discos, huma kollha pprojbiti, u dawn kienu jieħdu ħafna xogħol lill-Pulizija.", "Allura, minn Lulju 'l hawn biex tindirizza anke s-sitwazzjoni differenti u mhux normali li għandna – mhux f'Għawdex biss, imma f'Malta ukoll, imma fil-każ tagħna f'Għawdex – ħadt passi biex ikun hemm tibdil fit-tqassim tal-pulizija li għandek assenjati taħt ir-responsabbiltà tiegħek f'Għawdex?", "Biex ninftiehem aħjar, mela għandna din il-problema li ma rridux inħallu nies jinġabru f'post wieħed, kulħadd jaf fejn huma l-hot spots fejn jistgħu jinġabru n-nies ġewwa Għawdex, il-Korp, u inti responsabbli mit-tqassim f'Għawdex, fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni u fid-dawl li naqas ċertu xogħol imma żdied ċertu xogħol ieħor, kien hemm xi tibdil fit-tqassim tal-membri tal-Pulizija?", "Dan l-aħħar waħda mill-problemi, biex insejħilha hekk, kien Marsalforn.", "Dan il-post kienu qed jinġabru ħafna nies ta' nazzjonalitajiet differenti, minn kull ġens ta' nies, u jidher li hemmhekk kellna waħda mill-problemi fejn setgħu jinġabru n-nies fi gruppi ta' aktar minn ħmistax-il persuna.", "U allura waħda mill-miżuri li ħadt li din l-għassa, li qabel kienet issir minn raġel wieħed biss, ipprovajna, speċjalment filgħaxijiet, matul il-ġimgħa kollha mis-6.00 pm sas-6.00 am jagħmluha għallinqas tnejn, u fi tmiem il-ġimgħa mill-Ġimgħa sat-Tnejn filgħodu, apparti li jkun hemm tnejn fix-xiftijiet kollha, jkun hemm ukoll surġent stazzjonat Marsalforn biss.", "Issa, ovvjament fejn stajna wkoll – jien mhux Marsalforn biss għandi – ħafna mill-irħula l-kbar, speċjalment ix-Xagħra, ix-Xewkija, in-Nadur, kif ukoll ix-Xlendi u l-Imġarr ipprovajna nżommuhom bl-għases miftuħa l-ġurnata kollha ħalli dak li jkun ikun jista' jinqeda.", "Ix-Xlendi wkoll qed ikun post pjuttost popolat minn ħafna nies li jinżlu hemmhekk għall-baħar, ristoranti u bars.", "Ipprovajna kemm jista' jkun immexxuhom b'iktar minn pulizija wieħed fejn stajna.", "Imbagħad, ovvjament għandi n-nies tal-Mobile Squad bil-karozzi l-ħin kollu għaddejjin jagħmlu patrol ma' Għawdex kollu, u kif ukoll it-traffiku.", "It-traffiku saħħaħnih: issa għandi għaxra min-nies erġajt hemmhekk, qed ikolli nies bi tliet xiftijiet, jiġifieri f'xi ħin jista' jkollok tlieta jew erba' muturi tat-traffiku li nutilizzawhom għal dak li jkun hemm bżonn, apparti t-traffiku.", "Permezz ta' dawn il-mizuri li qed nieħdu naħseb li qed ikun hemm iktar preżenża qawwija ta' pulizija fit-toroq, li tidher u li jista' jkollha riżultati effettivi.", "Għax anke jien stess ninduna, indur u nagħqad u nara ċerti nies iwaqqfuk għal xi ħaġa żgħira, li kieku ma kienx hemm pulizija dan fejn kien se jmur għal din l-għajnuna?", "Huma affarijiet żgħar, imma naħseb li n-nies tapprezza, imqar li tara preżenza almenu.", "CHRIS SAID: Għandi l-aħħar mistoqsija.", "Id-dinamika se tinbidel minn hawn u ftit ġimgħat oħra, jiġifieri minn hawn u ftit ġimgħat oħra l-probabbiltà hi li n-nies li jinġabru f'dawn il-hot spots, b'mod partikolari Marsalforn u x-Xlendi, jonqsu: però, se tibda l-iskola.", "Nafu li qed issir preparazzjoni biex tibda l-iskola: intom bħala Korp qed tiġu involuti fil-preparazzjoni – issa mhux li tidħlu fl-iskola, għax hemmhekk m'għandkomx responsabbiltà – imma xħin it-tfal jinġabru barra l-iskola xħin jispiċċaw l-iskola?", "MAURICE CURMI: S'issa m'aħna involuti fl-ebda taħditiet ta' dak it-tip.", "IĊ-CHAIRPERSON: Normalment tiġi involut fit-taħditiet fil-ġranet ta' qabel ma tiftaħ l-iskola minħabba l-immaniġġar tat-traffiku.", "MAURICE CURMI: Tkun sfida għalina wkoll għax tkun diffiċli biex fl-istess ħin tieħu ħsieb l-iskejjel kollha ta' Għawdex.", "Din il-kwestjoni ewlenija tiegħi tkun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minħabba ċ-ċirkostanzi nappellaw biex dawn id-diskussjonijiet din is-sena jibdew ħafna iktar kmieni.", "Normalment, f'dik il-ġimgħa ta' qabel jibdew id-diskussjonijiet u jieħdu sehem stakeholders differenti, fosthom il-LESA, il-Pulizija u Transport Malta.", "Però, minħabba ċ-ċirkostanzi, id-diskussjonijiet naqbel li għandhom jibdew qabel, u min-naħa tagħna bħala Kumitat inkunu nistgħu nagħmlu rakkomandazzjoni biex illum qabel għada jibdew dawn id-diskussjonijiet bl-involviment kruċjali tal-Pulizija.", "Ir-rwol tagħkom jidħol f'kull qasam u f'kull livell tal-ħajja.", "Huwa importanti li tkun on board sa mill-bidu nett tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex tkunu tistgħu tutilizzaw ir-riżorsi ħafna aħjar u tkunu tistgħu tagħtu servizz mhux biss fil-ħin, imma anke intom bħala Korp tal-Pulizja taħdmu b'iktar mod seren.", "Nappellalek, però, li dejjem tkompli titlob ir-riżorsi, mhux tgħid li għax din is-sena ma kellekx il-festi allura ħdimt tajjeb, għax hawnhekk il-bżonnijiet huma dawk li huma.", "Għawdex għandu l-bżonnijiet tiegħu u allura rridu niġbdu ħabel wieħed biex nitolbu ħafna iktar riżorsi biex is-sezzjoni f'Għawdex tkun iktar mibnija aħjar.", "MAURICE CURMI: Nifhem il-kwestjoni tal-manpower Għawdex.", "Anke Malta, jien qabel ġejt Għawdex kont stazzjonat il-Qawra, u hemmhekk diġà kellna nuqqas, għallinqas fl-aħħar bagħatli erba' surġenti oħrajn, jiġifieri ......", "CHRIS SAID: Inti bħala Supretendent responsabbli minn Għawdex trid tuża l-argument li Għawdex lill-Korp proporzjonalment qed jagħtih ħafna iżjed membri minn kull reġjun ieħor f'Malta.", "Allura m'għandux iħallina neqsin!", "MAURICE CURMI: F'Malta hemm stazzjonati daqskemm hawn Għawdex.", "Persważ minn dan il-Kummissarju li jassistina.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insellimlu minn hawn u persważa li se jifhem il-ħteġijiet u l-esiġenzi ta' Għawdex.", "Hawnhekk bħala Kumitat, aħna mhux fil-kamp tal-Pulizija biss, tal-Forzi tal-Ordni, imma f'kull kamp, aħna dejjem pronti biex niġbdu l-ħabel lejn Għawdex, għaliex ovvjament il-bżonnijiet huma dawk li huma.", "Allura nkunu qegħdin ngħaddu dan il-messaġġ ukoll.", "Grazzi ħafna lilek u lill-membri tal-Korp tal-Pulizija kollha għax, fl-aħħar mill-aħħar, intom frontliners ukoll u allura qegħdin tagħtu s-servizz f'kuntest ta' sfidi ta' saħħa u sigurtà.", "Nitolbok tgħaddi r-ringrazzjament tagħna lill-membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "ANTON REFALO: Nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija u lill-uffiċjali tal-MTA.", "Naħseb li l-ispezzjonijiet qegħdin isiru b'mod impekkabbli – rajthom Marsalforn – b'mod li l-poplu jiġi edukat, ikun iktar mgħarraf pubblikament dwar l-importanza li jieħu dawk il-prekawzjonijiet neċessarji.", "Naħseb li huwa sewwa li kemm il-Pulizija, kif ukoll l-MTA, qed jagħtu dan l-għarfien pubbliku biex in-nies li jkunu ġo ristoranti jagħrfu l-importanza li jieħdu l-miżuri neċessarji.", "Jien li nixtieq inkun naf huwa sempliċement kemm ħarġu ċitazzjonijiet inkonnessjoni ma' ksur ta' regolamenti tal-COVID-19.", "MAURICE CURMI: In-numri m'għandix f'idejja.", "Skont minn meta tridha, jekk tridhiex mill-bidu ...", "MAURICE CURMI: Bħalma għedtlek, dawn imorru l-LESA.", "Li ħriġna aħna nista' ngħidlek jien, minn Marzu 'l hawn.", "KEVIN CUTAJAR: Skużani.", "Sinjura President, naħseb li huwa importanti ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għalhekk staqsejt x'tip ta' informazzjoni teħtieġu, sabiex imbagħad inkunu nistgħu nirregolaw irwieħna.", "KEVIN CUTAJAR: Huwa importanti li tiddistingwi x'inhija l-kompetenza tagħkom, x'inhija tal-LESA, biex aħna nifhmu wkoll.", "Ngħid għalija qed inħossni ftit fil-għama.", "MAURICE CURMI: Għandek raġun.", "Ħalli nipprova nispjega għax forsi ma spjegajtx ruħi biżżejjed qabel.", "Nista' ngħid li minn Marzu sa Ġunju, meta l-miżuri li kienu qed jittieħdu bdew jiġu kkanċellati, iċ-ċitazzjonijiet li ħarġu primarjament min-naħa tal-Pulizija kienu fejn kien kienu qed jinġemgħu nies fi gruppi ta' iktar minn tlieta.", "Jiġifieri, jien kont involut direttament u kien hemm tal-inqas tliet każijiet fejn suppost ma kenux qed jinġemgħu gruppi ta' iktar minn tlieta u kienu ħamsa jew sitta.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Il-gatherings.", "MAURICE CURMI: Il-ġemgħat.", "Dak li ħriġna primarjament.", "Jekk m'iniex sejjer żball bl-amment, kien hemm xi żewġ każijiet oħra fejn dak li jkun kien ordnat jagħmel kwarantina, għamilna spot checks u ma nstabx.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Ħalli nieħdu ftit lura.", "Inħarġu l-avviżi legali bil-miżuri.", "Li qed jistaqsuk il-Membri hija x'inhi r-responsabbiltà tal-Pulizija, x'inhi r-responsabbiltà tal-LESA u dik ta' entitajiet oħrajn?", "MAURICE CURMI: Minn Marzu sa madwar Ġunju, il-Pulizija ħarġet dan it-tip ta' ċitazzjonijiet, fejn ikun hemm ħafna ġemgħat jew inkella marru jagħmlu spezzjoni ta' xi ħadd li suppost qiegħed taħt kwarantina u ma nstabx id-dar.", "Jidhirli li kien hemm xi tnejn jew tliet każijiet.", "Madanakollu, dawn ma ġewx ipproċessati minna.", "Aħna noħorġu ċ-ċitazzjoni u mbagħad tintbgħat lil-LESA biex tiġi appuntata quddiem it-Tribunal.", "Minn Lulju 'l hawn l-ispezzjonijiet li konna qed nagħmlu primarjament kienu ristoranti u bars, u tas-Sanità kienu qed joħorġu ċ-ċitazzjonijiet huma stess.", "Aħna sempliċement konna mmorru magħhom għall-bonordni.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Jiġifieri l-Pulizija kienet hemm biex tagħti l-assistenza u biex tiffaċilita l-proċess ta' infurzar mill-entitajiet l-oħrajn.", "MAURICE CURMI: Hekk hu.", "Jiddispjaċini, m'għandix ċifri jien.", "KEVIN CUTAJAR: Jiġifieri dak kien ir-rwol tagħkom.", "MAURICE CURMI: Primarjament dejjem hekk kien, li aħna nassistu lill-ispetturi tas-Sanità biex nassiguraw li ma jkunux f'xi periklu.", "CHRIS SAID: Anke fil-każ tal-kwarantina?", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Allura f'dan il-każ irridu nitolbu din l-informazzjoni lil-LESA u lil tas-Sanità.", "MAURICE CURMI: Però, fl-ewwel xhur, minn Marzu 'l hawn, dak it-tip ta' ċitazzjonijiet inħarġu min-naħa tagħna, fejn kien hemm iktar minn grupp ta' tlieta miġbura flimkien, u kien hemm xi żewġ każijiet jew tlieta fejn il-persuna ma nstabitx id-dar meta suppost tqiegħdet taħt kwarantina.", "Minn Lulju 'l hawn, kemm l-MTA u kemm tas-Sanità għandhom il-poter li joħorġu ċ-ċitazzjonijiet huma direttament.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: Le) Nirringrazzjak, Supretendent Curmi, u grazzi tal-ħidma kollha tagħkom.", "MAURICE CURMI: Grazzi lilkom.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Nistiednu issa lis-Sinjura Christine Vella, Senior Head MTA-Gozo.", "Kif diġà għedt, is-settur tat-turiżmu huwa pilastru importanti fl-ekonomija tagħna: però, ovvjament il-miżuri leġiżlattivi li nħarġu għandhom komponent importanti ta' infurzar.", "Ovvjament, fejn għandek stabbilimenti turistiċi, hemm iktar possibbiltà ta' ġemgħat għaliex in-natura tal-operat tal-istabbilimenti fih innifsu huwa dak.", "Allura, hemm il-ħtieġa ta' intervent min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti biex jassiguraw li dawn il-miżuri jiġu applikati u infurzati.", "Sinjura Vella, nitolbok huwiex permess li din il-preżentazzjoni li għandek tintuża b'mod pubbliku.", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Iva, dażgur.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Għandna l-permess.", "Nistiednek biex tagħmel l-intervent tiegħek.", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Sinjura President, nirringrazzjak tal-istedina tiegħek.", "Nirringrazzja wkoll lill-Ministru u lill-Membri Parlamentari tal-ħidma tagħkom, speċjalment fi ħdan dan il-Kumitat.", "Hawnhekk qed nirrappreżenta lill-uffiċċju tal-MTA ta' Għawdex, u ovvjament se nitkellmu fuq Għawdex.", "Nixtieq nippreżenta lill-Kumitat din il-PowerPoint presentation:", "Qabelxejn, qabel ma mmur direttament għax-xogħol li qed nagħmlu relatat mal-COVID-19, nixtieq li nagħmel daqsxejn ta' introduzzjoni.", "Ix-xogħol li għamilna u l-figuri li se nippreżenta jridu jittieħdu fil-kuntest ta' kemm għandna stabbilimenti liċenzjati.", "Għaldaqstant, se nagħti ftit data f'dak is-sens.", "L-uffiċċju tagħna jinsab ġewwa Pjazza Indipendenza.", "Għandna uffiċċju tal-informazzjoni turistika, kif ukoll is-sezzjonijiet tal-amministrazzjoni, tal-infurzar u tal-liċenzji.", "L-għan tal-MTA f'dawn l-aħħar snin saħħet ħafna lil dan l-uffiċċju, anke b'żieda ta' staff complement li kellna reċentament.", "Bħala MTA, l-għan tagħna huwa dejjem li l-operatur Għawdxi, in-nies Għawdxin, it-turisti li qegħdin Għawdex, jinqdew mill-uffiċċju tal-MTA daqslikieku marru l-Head Office jew f'xi uffiċini oħra li issa għandna Malta.", "B'hekk qed jitnaqqas dak l-inkonvenjent li jekk wieħed irid japplika għal liċenzja jew joħroġ permess irid joqgħod jitla' l-Head Office tagħna li jinsab ġewwa l-Kalkara.", "Għaldaqstant, hemm daqsxejn distanza mhux ħażin.", "Però, nista' ngħid li llum il-ġurnata jista' jinqeda mill-uffiċċju ta' Għawdex stess.", "Imbagħad ikun hemm kordinazzjoni diretta mad-direttorati rispettivi ġewwa Malta, biex imbagħad ikomplu jipproċessaw min-naħa tagħhom.", "L-uffiċċju tagħna jagħmel l-ispezzjonijiet finali u l-awditjar finali biex joħroġ il-permess.", "Rigward l-infurzar, li huwa s-suġġett li qed nittrattaw illum, aħna għandna ħames persuni li jagħmlu xogħol ta' infurzar: tlieta huma senior enforcement executive u tnejn huma assistant enforcement officers.", "Dak huwa l-istaff complement tagħna, li jaħdmu on a day in, day out basis.", "Għaldaqstant, b'dan il-mezz inkopru tmiem il-ġimgħat kif ukoll festi pubbliċi.", "Fl-Uffiċċju Informazzjoni tagħna jiġu mas-60,000 turist.", "Għandna wkoll Satellite Information Office ġewwa l-Harbour Terminal tal-Imġarr, fejn naqdu 25,000 turist.", "Hawnhekk nagħtu servizz ta' cash office, arrears collection, ninvestigaw l-ilmenti kollha relatati mat-turiżmu li jidħlu fl-uffiċini tagħna f'Malta u direttament għandna ġewwa Għawdex.", "Dawn isiru fuq bażi ta' kuljum, anke f'ċirkostanzi li mhumiex COVID-19: isir infurzar tal-farmhouses liċenzjati, infurzar fuq tables and chairs encroachments, legal guiding, diving, eċċ. Bis-saħħa ta' Kap 409 u leġiżlazzjoni oħra, dan l-uffiċċju joħroġ ukoll avviż ta' nfurzar u administrative fine notices fejn insibu ksur.", "Bħalma għedtilkom, huwa importanti li jkollkom idea ta' x'għandna permessi u stabbilimenti liċenzjati, biex wieħed japrezza x-xogħol li sar relatat mal-COVID-19.", "Bħala lukandi, guest houses u hostels wieħed isib 28 stabbiliment.", "Għandna wkoll 'il fuq minn 2,000 sodda.", "Farmhouses u appartamenti, dawk li nsibuhom bħala holiday furnished premises, li huma sewwa 'l fuq minn elf, li jissarrfu 'l fuq minn 6,000 sodda.", "Wieħed ukoll jinnota l-qabża li kellna dan l-aħħar fil-liċenzjar, fl-ammont ta' units bħala holiday furnished premises, kif ukoll is-sodod.", "Ovvjament, jekk jiżdiedu l-units qed jiżdiedu wkoll is-sodod.", "Skont l-istatistika, ristoranti, snack bars, bars u kiosks b'kollox għandna kważi mat-300.", "Bħala spezzjonijiet relatati mal-COVID-19, wieħed irid jibda minn Marzu, meta kien ħareġ l-Avviż Legali 76 tal-2020 dwar l-għeluq tal-istabbilimenti konċernati.", "Dan daħal fis-seħħ fis-17 ta' Marzu; għaldaqstant aħna, mill-Erbgħa 18 ta' Marzu, bdejna bl-ispezzjonijiet tagħna kontinwi day in, day out.", "Ix-xogħol tal-infurzar kien iffokat fuq hekk biss.", "Konna noħorġu tim jew żewġ timijiet ta' mill-inqas żewġ persuni kull filgħodu, fil-ħin tal-lunch u fil-ħin tad-dinner – ġranet sħaħ, kienu jibqgħu barra sal-għaxra ta' filgħaxija, u anke iktar tard.", "Il-miżuri li konna qegħdin nispezzjonaw kienu relatati ma' bars, klabbs u każini li riedu jkunu magħluqin, u mbagħad kellna wkoll l-istabbilimenti tal-ikel, jiġifieri r-ristoranti u snack bars.", "Konna nivverifikaw l-operat ta' dawk li baqgħu miftuħin għaliex, skont l-Avviż Legali li ħareġ, kienu jistgħu biss joperaw is-servizz ta' take away.", "Hemmhekk sar ħafna xogħol.", "Wieħed jinnota n-numru ta' spezzjonijiet, li mhuwiex ftit.", "Nista' ngħid li fuq medja ta' jumejn, tlieta, konna nkunu dorna lil Għawdex kollu.", "Għandek postijiet bħal Marsalforn u x-Xlendi li tal-inqas darba kuljum kienu jiġu spezzjonati, ġeneralment darbtejn, kemm lunch kif ukoll dinner, peress li dawk huma l-iktar postijiet li kienu popolari u frekwentati min-nies.", "Meta mbagħad dħalna f'Mejju, u bdejna naraw li bdew joħorġu l-protokolli … Kien iż-żmien ta' reopening u transitioning, u allura hemmhekk in-natura tax-xogħol tagħna inbidlet u, fejn qabel konna qed ninforzaw li nsibuk magħluq, li naraw li l-imwejjed u s-siġġijiet inġabru u ħadthom ġo garaxx jew ġew marbuta b'xi katina, hawnhekk ix-xogħol kien iktar pjaċevoli għaliex ovvjament qed nerġgħu niftħu u nerġgħu naraw lill-operaturi u l-ekonomija titħarrek.", "Għandna l-protokolli relatati ma' dan l-operat tal-catering li għadu fis-seħħ anke llum.", "Sar awditjar lil kull stabbiliment.", "Hemmhekk ħdimna magħhom sakemm eventwalment ingħatat il-quality label sticker ta' COVID-19 Compliant li ħarġet l-MTA.", "Dak kien jinvolvi ħafna xogħol għaliex hemmhekk l-ispezzjoni kienet qed tieħu fit-tul ħafna; sakemm wieħed jispjega eżatt il-protokolli li aħna nippretendu mingħand l-operaturi x'irid isir, u kellna wkoll ċerti problemi dwar l-operaturi kif iġibu affarijiet bħal sanitisers u ħwejjeġ protettiv.", "F'Għawdex ħassejniha għaliex ċertu stock dam ma daħal Għawdex.", "Ovvjament kien qed jittieħed kollu Malta.", "Kellna ftit problemi hemmhekk, imma bil-mod il-mod ukoll ġew solvuti.", "Ġaladarba saru dawn il-full audits – u għandna wkoll xi ftit għadhom għaddejjin – ix-xogħol tagħna ġie konċentrat bħala spot checks, fejn hemmhekk qed naraw li l-istabbilimenti qegħdin jaderixxu mal-protokolli u mal-avviżi legali li għandna fis-seħħ.", "L-ispot checks isiru ta' kuljum, speċjalment matul il-ġurnata.", "Bil-lejl nibqgħu għaddejjin sal-ħdax ta' bil-lejl u skont il-bżonn, anke iktar tard mill-ħdax ta' bil-lejl.", "Bħalma semma s-Supretendent Curmi qabli, qed isiru spezzjonijiet konġunti mal-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-Sur Joseph Borg, li jmexxi l-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika f'Għawdex, għax-xogħol kbir li qed jagħmlu l-uffiċjali tiegħu.", "Qed naħdmu ħafna id f'id ma' xulxin, u nħoss li bir-riżorsi li għandna qed noffru l-aħjar li nistgħu.", "Ovvjament, il-Pulizija qed jakkumpanjawna għall-ksur ta' bonordni, eċċ.", "Nixtieq naċċenna wkoll li qed nivverfikaw avvennimenti, bħal tiġijiet, xi attivitajiet li kienu għadhom għaddejjin tal-kunsilli lokali, xi bands, gigs, eċċ. Bejn l-1 ta' Ġunju u s-26 ta' Awwissu kellna total ta' 780 spot check; kellna 480 spezzjoni li kienu magħmulin mill-enforcement officers tal-MTA waħedhom; u kellna 350 spezzjoni li saru b'mod konġunt mal-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika, li għadni kif irreferejt għalihom, u mal-Pulizija.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Grazzi, Sinjura Vella, tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Napprezzaw il-ħidma li qed issir, mhux biss mill-MTA, imma anke b'mod kollettiv u l-kollaborazzjoni li qed issir bejn diversi entitajiet.", "Ninnota b'sodisfazzjon żieda ta' sodod, kif ukoll ta' stabbilimenti liċenzjati.", "Il-ħidma tagħkom hija marbuta mal-istabbilimenti li huma liċenzjati magħkom, hux hekk?", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Nixtieq nippreċiża li matul dan il-perjodu tal-COVID-19 aħna qegħdin nagħmlu spezzjonijiet f'kull stabbiliment.", "Jista' jkun każin, klabb tal-banda, kull min qiegħed bil-bieb miftuħ jopera għan-nies qed jiġi spezzjonat mill-uffiċjali tagħna.", "B'hekk naċċertaw li kull stabbiliment għandu l-protokolli neċessarji, u għaldaqstant huwa sigur li tmur fih.", "M'aħniex immorru biss f'dawk li huma liċenzjati.", "Din hija kwestjoni ta' saħħa pubblika u allura qed nagħmlu spezzjonijiet ta' klabbs u każini li għandhom liċenzji ta' klabbs.", "Normalment ma jaqgħux taħt id-dekasteru tagħna.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Hawnhekk toħroġ ukoll il-ħidma addizzjonali li qed issir mill-Awtorità anke fejn jidħlu stabbilimenti ...", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Iva, anke kiosks ta' hawkers, eċċ.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: L-ispot checks ovvjament isiru għall-għarrieda.", "X'inhuma l-proċeduri u l-protokolli li hemm attivi biex isiru dawn l-ispezzjonijiet; il-mod ta' kif jiġu proċessati biex post jiġi ddikjarat li huwa sigur?", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Bħalma għedt, xħin erġajna bdejna niftħu, id-Direttorat għas-Saħħa Pubblika ħareġ il-protokolli u anke ċ-check lists.", "Aħna nimxu magħhom ġaladarba nagħmlu l-awditjar tal-istabbiliment.", "Dik hija l-ispezzjoni inizjali.", "Hemmhekk tieħu fit-tul u ġeneralment kellna bżonn ta' follow-up visits ta' darbtejn jew tliet darbiet f'kull stabbiliment.", "Ġaladarba wieħed ħa l-compliant label, li jfisser li huwa fully compliant għall-protokolli, trid appuntu tagħmel follow-ups bħala spot checks biex wieħed ikun jaf li qed jaderixxu ruħhom mal-leġiżlazzjoni li għandna in force.", "Għaldaqstant, l-ispot checks isiru at random, però ovvjament, jekk imbagħad morna x-Xlendi dorna l-istabbilimenti kollha, anke biex timxi b'mod ġust ma' kulħadd.", "Dan isir billi tidħol fl-istabbiliment u titkellem mal-operatur jew mal-manager in charge.", "Għandna lista tagħna.", "In-nies tagħna saru esperti ħafna, u allura iktar qed inħaffu f'ċerti spot checks, ovvjament mingħajr ma jkun hemm deterjorazzjoni ta' kwalità tal-ispezzjoni.", "Niċċekkjaw ħafna d-distanza ta' bejn l-imwejjed u s-siġġijiet, u fejn ikun hemm bżonn inkejlu wkoll.", "Fuq ġewwa għandek distanza neċessarja ta' tliet metri bejn mejda u oħra, waqt li fuq barra huwa mitlub li jkollok żewġ metri.", "Qed niċċekkjaw ukoll li qed tintlibes il-maskra, li għandhom is-sanitisers, it-tindif tat-toilets li jrid isir kull siegħa, li qed jintlibes ilbies protettiv kif neċessarju, menus ikunu disposable jew tal-inqas laminati li jistgħu jintmesħu, u għandek il-condiments li jridu jkunu individual one use.", "Dawk huma l-affarijiet ewlenin li niċċekkjaw.", "Jimxu minn stabbiliment għall-ieħor.", "Nippjanaw xogħol ta' ġimgħa biex inkunu ċerti li koprejna lil Għawdex kollu, anke iktar minn darba.", "Ovvjament, fi tmiem il-ġimgħa jiġu mmirati l-iktar dawk il-hot spots, dan l-aħħar speċjalment il-bars, fosthom fl-Imġarr, Marsalforn, ix-Xlendi, in-Nadur u x-Xagħra, li huma l-iktar postijiet li mmorru frekwentament nagħmlu ċ-checks tagħna.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Dan il-Kumitat kellu diskussjoni mal-Gozo Tourism Association, u kien qam punt dwar is-self catering u dwar il-ħtieġa ta' protokolli li għandu jkun hemm f'posthom.", "Intervjenejna wkoll mas-Suprintendenza tas-Saħħa Pubblika.", "Dawn il-protokolli ġew maħduma biex imbagħad ikun hemm iktar gwida ċara ta' kif wieħed għandu jaġixxi u jimxi.", "F'dan il-każ partikolari tas-self catering, x'inhija l-ħidma tagħkom bħala Awtorità dwar il-protokolli, il-funzjonabbiltà tagħhom, kemm huma prattiċi ...?", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Forsi ma għamiltx riferenza għax intfajt ftit iktar fuq l-istabbilimenti tal-ikel; però saru wkoll diversi spezzjonijiet u full audits fuq holiday furnished premises, fil-lukandi kollha, li nimmonitorjawhom mill-viċin.", "Hemmhekk isiru follow-up inspections ġewwa l-lukandi b'mod regolari.", "Imbagħad għandek il-farmhouses, fejn saru diversi verifiki.", "Is-sistema kienet volontarja jekk wieħed japplikax jew le għall-COVID-19 compliant label.", "Kull min wera interess għamilnilu l-ispezzjoni u mxejna miegħu sakemm eventwalment laħaq l-istandards neċessarji u ħarġet il-label.", "Qed nagħmlu wkoll xi random checks, fejn niċċekkjaw farmhouses li huma mingħajr liċenzja, u fl-istess ħin ukoll naraw il-livelli ta' protokolli li qed jaderixxu magħhom.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Jiġifieri, inkwantu għall-protokolli li ġew imħabbra u qed jiġu applikati, min-naħa tagħkom tħossu li huma suffiċjenti, jew forsi hemm bżonn li wieħed imur ftit oltre minn hekk?", "Normalment fis-self catering ikollok ħin fi xħin jidħlu n-nies u fi xħin joħorġu, it-tindif ...", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Napprezza l-mistoqsija tiegħek, però din hija mistoqsija li trid tiġi indirizzata lis-Suprintendenza għas-Saħħa Pubblika għaliex huma n-nies professjonali li jifhmu fil-COVID-19.", "Aħna dejjem kellna konsultazzjonijiet mas-Saħħa, is-CEO tiegħi ma' Prof. Gauci.", "Il-protokolli ħadmu flimkien, però fl-aħħar mill-aħħar huma l-esperti tas-saħħa pubblika, tagħna jkunu suġġerimenti, imbagħad huwa f'idejn għan-naħa tas-Suprintendenza ...", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Hekk hu, imma intom il-persuni li tkunu on the ground.", "Forsi meta tkunu on the ground tiltaqgħu ma' kwestjonijiet jew diffikultajiet li kieku ma tkunux intom li twassluhom, forsi ma … (Interruzzjonijiet)", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Fil-fatt huwa tajjeb li wieħed jinnota li l-protokolli ġew aġġornati għal iktar minn darba.", "Hemmhekk kien qed jingħata feedback min-naħa tal-MTA, appuntu x-xogħol li niltaqgħu miegħu u l-feedback li nieħdu mingħand l-operaturi.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Min-naħa tagħna, bħala Kumitat, għandek xi suġġerimenti li tixtieq li permezz taċ-channels tagħna nkunu nistgħu nwasslu?", "Fil-laqgħat preċedenti kellna din it-tip ta' diskussjoni mal-GTA.", "Permezz tas-suġġerimenti li għamlu huma imbagħad ġew channelled u ovvjament kien hemm protokoll li kien iktar addattat għaċ-ċirkostanzi attwali ta' Għawdex.", "Forsi bl-intervent tiegħek ...", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Filkaż inkun nista' ngħaddilkom xi suġġerimenti anke bl-e-mail.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Tajjeb ħafna.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Nirringrazzjak, u nirringrazzjak, Sinjura Vella, talli għoġbok tiġi magħna llum u ttina din il-preżentazzjoni.", "Jekk fhimtek tajjeb inti aċċennajt għal żieda fix-xogħol li għandkom minħabba ċ-ċirkostanzi tal-COVID-19 minħabba li issa tridu tagħmlu spezzjonijiet f'postijiet li qabel strettament ma kenux jaqgħu taħt il-kompetenza tagħkom.", "Semmejt il-każini, pereżempju.", "Jekk fhimt tajjeb, il-line of demarcation huma postijiet li b'xi mod jew ieħor joffru catering u jilqgħu n-nies fosthom.", "Bil-complement li għandkom ġewwa Għawdex – tajtna spjegazzjoni fil-bidu tal-preżentazzjoni tiegħek – qegħdin tlaħħqu ma' dan l-ammont ta' xogħol, jew jista' jkun li b'iktar complement tkunu tistgħu tlaħħqu iktar mad-domanda tax-xogħol li għandkom?", "Għamilt aċċenn ukoll għal meta kienu qed isiru l-audits fil-bidu, li kien hemm ammont ta' tagħmir li Għawdex dam ma wasal għaliex kienu qed jeħduh kollu Malta, jekk fhimtek tajjeb: x'kienet ir-raġuni għaliex Għawdex sofra dan l-iżvantaġġ?", "Jekk fhimtek tajjeb, l-audits għadhom għaddejjin?", "Issa li ilna prattikament xahrejn li erġajna lura għall-ftuħ ta' dawn l-istabbilimenti u l-audits għadhom ma ġewx konklużi, jekk fhimtek tajjeb, forsi tippreċiża f'dak is-sens.", "Rigward l-ispezzjonijiet li qed isiru, tista' tagħtina overview ta' medja ta' xi ksur ta' liġi qed issibu?", "Kemm qed jingħataw multi?", "Rigward il-COVID-19 Compliant Label, inti għedt \"dawk kollha li applikaw għaliha\": qed nifhem tajjeb li mhux kulħadd qiegħed japplika għaliha?", "F'Għawdex kemm qed insemmu li qegħdin japplikaw għal din it-tip ta' kwalifika?", "Lil kemm ngħatat?", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Rigward il-COVID-19 Compliant Label jien fil-fatt għamilt aċċenn fil-preżentazzjoni ta' kemm tajna stickers.", "Illum il-ġurnata ħriġna 'l fuq minn 250.", "L-audits għadhom għaddejjin għaliex, kif anke semmejt inti stess, jien irreferejt li kienet xi ħaġa volontarja li tapplika għal din l-isticker.", "Il-liġi qiegħda hemm.", "Il-protokolli kulħadd irid josservahom.", "Jekk immorru fi stabbiliment li ma applikax għall-isticker, xorta wieħed jista' jieħu l-passi neċessarji bħala kontravenzjoni.", "Però, li wieħed japplika għall-isticker kienet u għadha volontarja; ħriġna 'l fuq minn 250 sticker.", "U għadhom għaddejjin ċerti audits għaliex hemm min wara ddeċieda u ħass li wasal biex japplika għal din l-isticker.", "Kellna wkoll, pereżempju, ċerti lukandi li reċentement reġgħu fetħu, allura ovvjament talbuna reċentement biex nagħmlu l-full audit.", "Xi ftit iva, dejjem baqagħlna dawk il-ftit li jkunu għadhom għaddejjin.", "KEVIN CUTAJAR: Skużani, allura ngħid jien, jekk bniedem jgħaddi mill-audit mhux awtomatikament għandha tinħariġlu l-label?", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Bdejna nagħmlu l-audits dejjem fuq talba.", "IS-SA CHRISTINE VELLA: L-implimentazzjoni tal-audit hija fuq bażi volontarja, li aħna nagħtuk l-isticker.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Bejn it-talba u bejn attwalment il-ħruġ tal-isticker, bejn wieħed u ieħor għaliex ovvjament jiddependi mill-każ, kemm iddumu?", "IS-SA CHRISTINE VELLA: L-ewwel nett, wieħed irid jara kemm indumu bejn li daħlet it-talba u morna nagħmlu l-ewwel spezzjoni.", "Kważi kważi kien qed jirnexxilna mmorru mil-lum għall-għada.", "Hemmhekk saret ħidma kbira ħafna min-naħa tagħna.", "Imbagħad, skont l-istabbiliment kif issibu.", "Kellna operaturi li qabdu l-protokolli u fehmuhom; kien hemm min sibnih konformi mill-ewwel – kienu ftit – waqt li oħrajn ridna nerġgħu mmorru.", "Imbagħad, huwa f'idejn l-operatur kemm kien qed jadegwa ruħu malajr mal-protokolli.", "Aħna ovvjament għamilnilhom pressjoni kbira li jridu jadegwaw ruħhom mill-iktar fis possibbli; però, mbagħad wieħed jagħmel distinzjoni.", "Jekk kien jonqsu protective equipment bħala apron, li se jintuża biss jekk jinqalgħalek każ ta' COVID-19 dak il-ħin fir-ristorant, intenni li dik mhijiex urġenti daqskemm kieku disposable menus.", "Allura trid tidħol ċerta prattiċità.", "Aħna għandna l-għarfien biżżejjed biex nafu kif għandna naħdmu dan it-tip ta' xogħol.", "Huwa xogħolna.", "Allura hemmhekk jien ma nistax ngħid li ta' kulħadd sar f'jumejn, tlieta, jew ġimgħa: kien hemm min dam ftit iktar, jiddependi minn kemm qed jikkollabora magħna wkoll l-operatur.", "KEVIN CUTAJAR: Hemm xi ħsieb li l-audit isir mandatorju?", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Ikun hemm diskussjonijiet għaddejjin, imbagħad l-MTA tkun se tħabbarha iktar 'il quddiem jekk ikun hemm dan it-tip ta' żviluppi.", "Bħala staff complement għandna ħames persuni fuq infurzar.", "F'April daħħalna persuna oħra, għalkemm mhux fuq infurzar, li mbagħad ħa f'idejh ċertu xogħol li qabel kellhom l-uffiċjali tal-infurzar, li ma kienx strettament relatat ma' infurzar.", "Issa qegħdin iffokati totalment fuq infurzar.", "Din il-persuna li żidna setgħet tieħu dak ix-xogħol tagħhom fejn jidħlu affarijiet iktar tal-uffiċċju.", "Ġie approvat ukoll l-overtime, u għaldaqstant fejn hemm bżonn jiskatta l-overtime.", "S'issa ma ħassejtx neċessarjament li hemm bżonn żieda fil-complement.", "Ovvjament, iktar ma jkollok nies iktar taħdem, iktar ittejjeb il-performance tiegħek.", "Però ninsab sodisfatta li għandna performance tajba u għaddejjin tajjeb ħafna b'dan l-istaff complement li għandna bħalissa.", "Fejn jien irreferejt li kellna xi problemi biex wieħed seta' jixtri affarijiet, bħal ħwejjeġ prottettivi, sanitisers u maskri, din hija r-realtà ta' Għawdex.", "Naħseb li lkoll nafuha din.", "Il-provvisti tagħna jiġu kollha minn Malta, l-aġenti ewlenin huma Maltin; allura, sakemm kien hemm biżżejjed provvisti għal kulħadd domna xi ftit, però ma domniex ħafna.", "Kien hemm kwestjonijiet li ġew riżolti fi ftit ġranet, u kien hemm oħrajn li ħadu forsi ftit iktar minn ġimgħa.", "CHRIS SAID: Sinjura Vella, minn Lulju 'l hawn l-ispezzjonijiet li għamiltu kien hemm bżonn toħorġu kontravenzjonijiet?", "Jekk iva, kemm inħarġu, u fuq xiex kienu?", "IS-SA CHRISTINE VELLA: F'Ġunju l-MTA ħadet ħsieb li b'mod legali l-protokolli li ħarġu jiġu inklużi bħala kondizzjonijiet tal-liċenzja, għax jekk ma jkunux kondizzjonijiet tal-liċenzja aħna ma nkunux nistgħu mmexxu imma jkunu jistgħu imexxu tas-Sanità.", "Informajna lill-operaturi kollha permezz ta' żewġ ittri, dorna wkoll l-istabbilimenti kollha, qassamna l-ittra by hand u spjegajnilhom eżattament xi tfisser.", "Dakinhar innotajna ċertu ksur u fil-fatt inħarġu xi multi.", "S'issa nħarġu żewġ multi, li huma administrative fine notices.", "Hemmhekk għandhom żmien ta' 21 ġurnata biex jappellaw.", "Dawn joħorġu direttament mill-MTA.", "Immorru biss għand il-Pulizija jekk ma jitħallsux, biex toħroġ it-taħrika u ntellgħuhom il-Qorti talli ma ħallsux il-multa.", "Peress li mbagħad bdejna noħorġu flimkien mal-uffiċjali tas-Saħħa, ovvjament mhux se nħarrek jien u mbagħad iħarrku tas-Saħħa wkoll fuq l-istess ksur, u allura hemmhekk qed imexxu b'tas-Saħħa bħala ħruġ ta' multi.", "Jekk inkunu qed nagħmlu spezzjonijiet waħidna, li ġieli nagħmlu wkoll, hemmhekk immexxi bi ksur tal-kondizzjonijiet tal-liċenzja.", "Il-multa tiġi fuq €1,000.", "Għandna proċeduri skont kif joħroġ minn Kap 409.", "Fejn qed immorru mal-uffiċjali tas-Saħħa, bi ftehim, peress li primarjament huma ksur ta' liġijiet tas-Sanità, hemmhekk iċ-ċitazzjonijiet qed joħorġu min-naħa tas-Sanità.", "Bħalissa qegħdin b'diskussjonijiet magħhom għax l-ispetturi tagħna tal-MTA jkunu se jixhdu fil-każ, u allura jrid ikun hemm qbil qabel ma dawn joħorġu.", "Fil-jiem li ġejjin ikunu ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet.", "Hemmhekk nerġa' nirreferi għas-Sur Joseph Borg, il-kap tas-Sanità ta' Għawdex.", "Forsi wieħed jista' jindirizza dawn il-mistoqsijiet direttament lilu li qed jaħdem direttament fuqhom.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: Le) Nirringrazzjak talli kont magħna llum.", "Grazzi tal-ħidma.", "IS-SA CHRISTINE VELLA: Grazzi lilkom.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Għal-lum m'għandniex iktar mistednin.", "Għal-laqgħat sussegwenti rridu nidentifikaw il-mistiedna li se jkollna.", "Is-Sinjura Vella semmiet lis-Sur Borg, li huwa l-Kap tal-Uffiċċju tal-Sanità ta' Għawdex.", "Rigward informazzjoni dwar infurzar u każijiet oħrajn, issemmiet il-LESA.", "Fi stadju iktar bikri konna għedna li nitolbu informazzjoni ...", "CHRIS SAID: Il-LESA jistgħu jibgħatu l-informazzjoni bil-miktub, m'hemmx għalfejn ...", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Hija statistika li nistgħu nitolbuha bil-miktub.", "Naħseb li huwa opportun għaliex sakemm konna waqt il-laqgħa rċevejt korrespondenza mingħand il-GTA, li wkoll jixtiequ jiddiskutu l-iżviluppi li kien hemm ukoll f'dawn l-aħħar ġimgħat mill-aħħar li ltqajna.", "Allura huwa opportun li nergġħu nistiednu, jekk mhux lill-mistednin kollha, nidentifikaw lil min se nkunu nistiednu biex nagħmlu follow up tad-diskussjonijiet li għamilna u anke r-rapport li sar.", "KEVIN CUTAJAR: Naħseb li jkun interessanti li l-GTA jiffokaw ftit fuq l-aħħar stħarriġ li għamlu, li kien ippubblikat ġimgħa ilu.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Fil-fatt, is-Sur Muscat irrefera b'mod partikolari għal dan l-istħarriġ.", "Għalhekk qed insemmiha issa, għax kienet e-mail li rċevejt waqt li konna għaddejjin b'din is-seduta.", "Is-seduta tal-lum qanqlet interess biex ikun hemm diskussjoni ulterjuri.", "Dan ifisser li d-diskussjoni u t-taħdidiet li qed ikollna mhux biss qed iqanqlu interess, imma wkoll qed iwasslu għal ċertu riżultat.", "Sadanittant, jekk jogħġobkom, indikawli lil min taħsbu li għandna nsejħu, jekk mhux il-ġimgħa d-dieħla, ta' wara.", "Ma nafx jekk għandniex il-possibbiltà nerġgħu niltaqgħu hawnhekk jew inkella niltaqgħu Malta.", "CHRIS SAID: Kieku aħjar!", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Din irrid niddiskutiha mal-Iskrivan tal-Kamra.", "CHRIS SAID: Bla dubju ta' xejn, meta ssir hawn, anke l-mistednin li jkollna biex jagħmlu preżentazzjoni ...", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Tkun iktar faċli.", "CHRIS SAID: U nistgħu wkoll, fl-opinjoni tiegħi, dejjem anke minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19, naraw kif nagħmlu biex ċerti rappreżentanti ta' msieħba soċjali jew għaqdiet ikunu jistgħu jsegwu jew anke jintervjenu; anke jekk ma jkunux mistednin biex jagħmlu l-preżentazzjoni, imma għall-inqas jistgħu jkunu preżenti.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Irrid niċċekkja mal-Iskrivan tal-Kamra għaliex forsi dawk li qegħdin isegwuna ma japprezzawx ix-xogħol kollu involut biex tagħmel laqgħa ta' dan it-tip.", "Fil-kamra ta' ħdejna qisna xi control room tax-xandir!", "CHRIS SAID: Bilfors, m'għandix dubju.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Nirringrazzja wkoll lit-tekniċi li kienu qed jassistuna llum.", "Ovvjament, irrid niddiskuti mal-Iskrivan tal-Kamra minħabba r-riżorsi li jkunu meħtieġa u li hemm allokati għalina.", "Sadanittant, naħseb li kienet diskussjoni utli ħafna.", "KEVIN CUTAJAR: Ma tkellimniex fuq tal-LSEs u l-korrispondenza li kellek fil-bidu.", "IĊ-ĊHAIRPERSON: Nirringrazzja lil dawk kollha li kienu fostna u lil dawk li segwewna u lill-Membri.", "Naġġorna din il-laqgħa għal seduta oħra, li d-data tagħha tiġi kkomunikata iktar tard.", "Fis-1.15 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20200902_011d_gpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "LAQGĦA NRU 11", "L-Erbgħa, 2 ta' Settembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex iltaqa' ġewwa l-Gozo Innovation Hub, ix-Xewkija Għawdex, fl-10.13 a.m.", "L-Onor.", "Justyne Caruana, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali l-Onor.", "Anton Refalo, il-Ministru għal Għawdex l-Onor.", "Kevin Cutajar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 10, li saret fit-28 ta' Lulju 2020, ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Justyne Caruana fetħet il-ħdax-il laqgħa ta' dan il-Kumitat billi infurmat lill-mistednin għal din il-laqgħa li l-proċedimenti huma kollha pubbliċi u ser jiġu mxandra fuq is-sit tal-Parlament ta' Malta u anke fuq it-television channel tal-Parlament.", "Infurmathom ukoll li l-preżentazzjonijiet li jsiru u jiġu ppreżentati lill-Kumitat, huma wkoll pubbliċi sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.", "Il-President infurmat li l-Membri tal-Kumitat irċevew ittra mingħand l-Avukat Jimmy John M. Vella fejn hu rrefera għall-kwestjoni li nqalgħet inkonessjoni mal-Learning Support Educators Għawdxin li jaħdmu ġewwa Malta, biex dawn ikunu jistgħu jiġu stazzjonati ġewwa Għawdex.", "Il-President tal-Kumitat qalet li hekk kif ikun opportun, fi stadju ulterjuri, din il-kwestjoni kellha tiġi diskussa f'laqgħa tal-Kumitat.", "L-IMPATT TAL-COVID-19 FUQ GĦAWDEX U T-TRIQ 'IL QUDDIEM (KONT.)", "Il-President infurmat li din il-laqgħa kienet qed tinżamm bħala aġġornament tas-sitwazzjoni marbuta mal-COVID-19 ġewwa Għawdex.", "Il-President infurmat ukoll li għal din il-laqgħa, ġie mistieden is-Sur Joe Cordina, Chairman Eżekuttiv tal-Gozo Channel, però peress li ma kienx disponibbli biex jattendi, huwa bagħat lill-Kumitat sommarju li juri l-miżuri li qed jittieħdu mill-Gozo Channel f'dan il-perjodu.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Charmaine Gauci, Supretendent tas-Saħħa Pubblika, biex tagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett permezz ta' video conferencing.", "Wara l-preżentazzjoni mill-Prof.", "Gauci, il-Membri għamlulha numru ta' mistoqsijiet u suġġerimenti fosthom li meta jsir aġġornament fuq il-każijiet tal-COVID-19 ġewwa Malta, tingħata wkoll informazzjoni fuq il-każijiet attivi ġewwa Għawdex.", "Wara, il-Kumitat stieden lil Dr Nadine Delicata, Direttur Eżekuttiv u President ta' Steward Health Care Malta, u lis-Sur Joseph Fenech, Direttur Eżekuttiv tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, sabiex jagħtu l-preżentazzjoni tagħhom fuq is-suġġett.", "Dr Nadine Delicata tat Powerpoint presentation u ppreżentat lill-Kumitat:", "Wara l-preżentazzjoni minn Dr Delicata, il-Membri għamlulhom numru ta' mistoqsijiet.", "Wara, il-Kumitat stieden lis-Supretendent Maurice Curmi sabiex jagħti l-preżentazzjoni tiegħu fuq is-suġġett.", "Wara l-preżentazzjoni mis-Supretendent Curmi, il-Membri għamlulu numru ta' mistoqsijiet.", "Il-Kumitat stieden lis-Sinjura Christine Vella, Senior Head tal-Malta Tourism Authority ġewwa Għawdex.", "Is-Sinjura Christine Vella tat Powerpoint presentation u ppreżentat lill-Kumitat:", "Wara l-preżentazzjoni mis-Sinjura Vella, il-Membri għamlulha numru ta' mistoqsijiet.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-Kumitat qabel li għandha ssir laqgħa oħra, possibilment minn ġewwa Għawdex, fejn ikun hemm segwitu tad-diskussjonijiet li diġà saru fuq is-suġġett.", "Fis-1.15 p.m., il-President tal-Kumitat aġġornat il-laqgħa għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20200902_011m_gpc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 9 ta' Settembru 2020 fid-9.30 am", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Settembru 2020 fid-9.30 am fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Joseph Pirotta għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għall-Qatar.", "7 ta' Settembru 2020 Skrivan tal-Kamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20200909_015a_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 9 ta' Settembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 9 ta' Settembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-9.40 a.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14, li saret fl-10 ta' Awwissu 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Insellmilkom u nirringrazzja lill-membri ta' dan il-Kumitat li waqt il-vaganzi tas-sajf xorta jsibu ħin biex inkomplu l-ħidma tagħna bħala membri parlamentari f'dan il-Kumitat.", "Illum għandna quddiemna n-nomina ta' Dr Joseph Pirotta għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għall-Qatar.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR JOSEPH PIROTTA GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR TA' MALTA MHUX RESIDENTI GĦALL-QATAR", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob lil Dr Pirotta biex jingħaqad magħna.", "Dr Joseph Pirotta daħal fil-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Pirotta, dan il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi huwa mwaqqaf permezz tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Skont dan l-istess Att, il-Membri jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati mat-tweġibiet bil-miktub li inti bgħattilna.", "Ninformak ukoll li, skont l-istess Liġi, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom, kemm-il darba l-Kumitat ma jipprovdix xort'oħra, isiru pubbliċi.", "Qabel niftaħ id-diskussjoni, nixtieq ninformak li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live fuq il-website tal-Parlament, u anke mxandra live fuq it-television channel tal-Parlament.", "Għalhekk, dak kollu li jingħad huwa pubbliku.", "Qabel insejjaħ għal rimarki, nitolbok tintroduċi lilek innifsek.", "DR JOSEPH PIROTTA: Nirringrazzjakom ħafna.", "Qed nieħu gost li ninsab fostkom.", "Naf lill-maġġor parti minnkom, għax ilqtajt magħkom hawn Malta u anke f'pajjiżi oħra meta kont posted barra minn Malta.", "Jien għamilt tliet kwarti, jekk mhux iżjed, miż-żmien tiegħi bħala diplomatiku inservi barra minn Malta.", "Naħseb li l-itwal perjodu kien fiċ-Ċina, fejn għamilt għaxar snin komplessivament.", "Però mbagħad kelli ċ-ċans naħdem fil-Libja għal ħames snin, waqt l-għawġ li kien għaddej, fejn stajt nara l-Libja fl-ewwel tliet snin qabel ir-rivoluzzjoni.", "Hemm kont fuq il-forefront biex evakwajna madwar 17,000 ruħ għal Malta.", "Jien ġejt mal-aħħar vapur li kien hemm disponibbli, wara li x-xogħol tiegħi kien proprju fuq quddiem nett fl-ajruport ta' Tripli nipprova nevakwa lill-Maltin u lill-barranin.", "Kienet esperjenza iebsa ħafna għalija.", "Naħseb li l-aktar żewġ mumenti ebsin fil-karriera tiegħi kienu l-evakwazzjoni minn Tripli - għax kienet biċċa xogħol perikoluża ħafna – u ż-żmien meta, wara li għal tliet xhur kont inkarigat biex niftaħ konsolat ġewwa Benghazi, li hija t-tieni l-ikbar belt fil-Libja, meta Gaddafi lanqas kien għadu nqabad, ħdimt għal sentejn kważi l-ħin kollu f'żona ta' gwerra.", "Benghazi baqgħet ma stabbilizzatx ruħha, għalkemm ipprovajna b'ħilitna kollha.", "L-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra kienu fetħu missjoni għal dan il-għan.", "Aħna konna fortunati u għamilna xogħol tajjeb f'Benghazi.", "Naħseb li l-poplu Libjan għadu jirrikonoxxi x-xogħol li konna għamilna għaliex, apparti t-Taljani li kienu joperaw on and off, aħna konna l-unika missjoni li bqajna ngħinuhom biex joħorġu mil-Libja, sakemm fl-aħħar kelli niġi ħabta u sabta evakwat għax kien imiss lili li nkun fil-mira.", "Kienu qatlu lil Chris Stevens, li kien ħabib personali tiegħi - konna niltaqgħu flimkien bħala l-ftit diplomatiċi li kien hemm; kien hemm forsi 12-il diplomatiku b'kollox - … Niftakar li wara li qatlu lil Stevens, kienu sparaw fuq il-Konslu Taljan, imma fortunatament ma qatluhx.", "Inċidentalment, il-Konslu Taljan wara laħaq Ambaxxatur għall-Qatar.", "Imbagħad, wara l-Franċiż kien imiss lili.", "Nirringrazzja lill-Gvern Malti li dakinhar stess ġejt evakwat b'ajruplan speċjali f'nofsillejl.", "Dak kien it-tmiem tal-avventura tiegħi f'Benghazi ħabta u sabta.", "Sa dakinhar kont għadni qed naħdem l-uffiċċju, meta ġejt informat li għandi nwarrab kemm jista' jkun malajr.", "Imbagħad intbgħatt l-Awstralja, li kien xogħol totalment differenti u li tani viżjoni oħra tax-xogħol diplomatiku.", "Kull ambaxxata hija dinja għaliha, u aħna l-Maltin ikollna l-problemi tagħna u x-xogħol partikolari tagħna f'dik l-ambaxxata.", "Mort hemmhekk għal disa' xhur u wara, fl-2017, mill-Awstralja mort Abu Dhabi fejn ftaħt l-ambaxxata li għandna llum.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Mizzi qalli ħafna kummenti sbieħ dwarek, anke li titkellem biċ-Ċiniż qisek qed titkellem bil-Malti.", "DR JOSEPH PIROTTA: Fil-fatt, id-dar nitkellem biċ-Ċiniż u mhux bil-Malti!", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Dr Pirotta, naf li għandek esperjenza f'ħafna pajjiżi, u kelli x-xorti li niltaqa' miegħek ħafna drabi.", "DR JOSEPH PIROTTA: Id-diplomazija fiċ-Ċina mhijiex biċċa xogħol ħafifa lanqas.", "JOE MIZZI: Naf li mhijiex faċli.", "Dr Pirotta, għandek esperjenza fil-Libja u Abu Dhabi.", "Fis-sitwazzjoni tal-lum, inkluż bid-diffikultà tal-COVID-19, kif tara r-rwol tiegħek fil-Qatar?", "Kif taħseb li tista' tkun ta' benefiċċju aktar għal pajjiżna?", "DR JOSEPH PIROTTA: L-ewwel nett, din hija nomina għal ambaxxatur non-residenti.", "Meta tkun non-residenti għandek żvantaġġ kbir li m'intix qiegħed on the ground.", "Id-differenza bejn ambaxxatur residenti u non-residenti hija kbira.", "Meta tkun ambaxxatur non-residenti trid tagħmel l-istess xogħol ta' rappreżentanza ta' pajjiżek u ta' titjib tar-relazzjonijiet f'kull sens, bħal fl-aspetti ekonomiċi u kulturali.", "Imma, ġaladarba qiegħed 'il bogħod mill-pajjiż trid tinqeda bil-kuntatti li għandek.", "Meta tkun ambaxxatur residenti fil-pajjiż, tkun ibbumbardjat mill-midja tal-pajjiż, ikollok konferenzi stampa, tkun taf kif jaħsibha l-Gvern tal-pajjiż, tkun taf kif jaħsbuha l-ambaxxati l-oħra, u tkun taf il-missjoni tal-Unjoni Ewropea.", "Aħna d-diplomatiċi bejnietna dejjem nistaqsu, pereżempju, kemm hu importanti li nattendu għal-laqgħat.", "Il-laqgħat tal-Unjoni Ewropea mhumiex ftit – u hemmhekk ikun hemm il-heads of mission - u mbagħad ikun hemm ukoll laqgħat mis-setturi kollha, bħas-settur kulturali fost l-oħrajn.", "Meta kont l-Awstralja kont nattendi l-laqgħat kollha.", "Fl-Awstralja għandna staff kbir, peress li x-xogħol konsulari fl-Awstralja huwa kbir immens.", "Biżżejjed ngħidilkom li noħorġu madwar 200 passaport fix-xahar.", "Fil-fatt, daħħalna l-Consul on the move ħalli, barra li n-nies jiġu għandna, il-konslu jmur ġewwa belt f'data partikolari u n-nies jinqdew fil-belt tagħhom, minflok ma jkollhom jgħaddu mill-ispiża li jsiefru.", "B'dan il-mod ikun bniedem wieħed biss li jsiefer, jieħu laptop apposta miegħu u jilqa' l-applikazzjonijiet, jittieħdu l-finger prints u affarijiet oħra relatati.", "Fl-Awstralja din l-inizjattiva ħadmet ħafna, għaliex dan huwa pajjiż kbir.", "Fil-Kanada u fl-Amerika ħadmet tajjeb ħafna wkoll.", "F'pajjiżi iżgħar, din is-sistema ma tantx taħdem għax, pereżempju, biex tmur Ruma minn Milan, tista' taqbad train.", "Meta ma tkunx qed taħdem f'ambaxxata, tkun non-residenti kif se nkun jien, ikollok tuża l-kuntatti li jkollok.", "Fortunatament, minħabba li ħdimt f'ħafna pajjiżi, hemm ħafna nies mill-ambaxxati tal-Qatar li huma posted in key positions, kif ukoll fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, li lesti jgħinuni.", "Però dan seta' ma kienx il-każ.", "Jien, la għandi dawn il-kuntatti, se nipprova nużahom.", "Kif ikunu jafu li ġejt maħtur bħala ambaxxatur, ovvjament dawn se jkunu ħerqana li jgħinuni.", "Naturalment, se jgħinuni ferm issa, wara din il-rift li kien hemm fil-Golf, fejn hemm ġlieda fir-reġjun li ilha ġejja 50 sena bejn l-Arabja Sawdija u l-Iran dwar min huwa l-aktar influenti u potenti.", "Naturalment, l-Arabja Sawdija, fiż-żmien meta nħolqu l-Emirati, il-Bahrain u l-Qatar, ipprovat tieħu taħt ġwejnħajha dawn il-pajjiżi kollha.", "Fil-fatt, hekk għamlet.", "Però l-Qatar, minn xi 40 sena ilu 'l hawn, beda jattwa politika li bdiet toqros xi ftit lill-Arabja Sawdija.", "Fost l-oħrajn, ried relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Iran, li huwa l-ikbar għadu.", "Il-Qatar ġie akkużat ukoll li jgħin lill-gruppi militanti, bħall-Istat Iżlamiku u l-Al-Qaeda.", "Biex ngħid il-verità, kull fejn qrajt dwar dan, ma tantx nara provi tanġibbli.", "Però l-Qatar ammetta li hemm il-Muslim Brotherhood.", "Tinsewx li l-Eġittu llum għandu lil El-Sisi bħala President, imma erbat ijiem ilu kellhom lil Morsi mill-Muslim Brotherhood.", "Fiż-żmien meta kien hemm Morsi, il-Qatar kien viċin tal-Eġittu.", "Illum il-folja nbidlet, għax inbidel il-President u l-Eġittu allea ruħu mal-Arabja Sawdija.", "Qed ngħid dan kollu bħala background, għaliex bħala pajjiż aħna dejjem lgħabna parti newtrali, ta' bilanċ.", "Naħseb li l-pożizzjoni tagħna fir-rigward tal-politika barranija hekk għandha tkun.", "Naħseb li ż-żewġ partiti politiċi dejjem qablu fuq il-linji prinċipali fir-rigward ta' ċerti alleanzi.", "Bħala pajjiż, lanqas jaqblilna li nalleaw ruħna ma' naħa jew m'oħra, għax din hija ħaġa purament interna tal-pajjiżi tal-Golf.", "Bħala pajjiż, dejjem sostnejna li l-Golf għandhom isolvu din il-problema.", "Aħna, minkejja li pajjiż żgħir, nistgħu nkunu pajjiż katalist, bħalma dejjem konna fil-passat, biex insibu kemm jista' jkun soluzzjoni għall-problema.", "Hemm soluzzjoni għaliha din il-problema?", "Meta nqala' l-inkwiet fil-5 ta' Ġunju 2017, in-naħa tal-Arabja Sawdija u n-naħa tal-Emirati għamlulhom sett ta' 13-il punt.", "Jien inzertajt kont Abu Dhabi meta nqala' dan l-inkwiet, u niftakar li kienet qisha waqgħet bomba atomika politika.", "Din hija ġlieda bejn l-aħwa, għax dawn huma l-istess stokk ta' nies.", "Għandhom ħafna żwiġijiet imħallta bejniethom.", "Ħamsin sena ilu kien hemm deżert u llum hemm Dubai u Doha.", "Jekk tmur Abu Dhabi, tiskanta kemm qed jiddeversifikaw.", "Dawn huma pajjiżi li bbażaw l-ekonomija tagħhom fuq iż-żejt.", "Il-Qatar huwa pajjiż żgħir ħafna, b'popolazzjoni li lanqas tlaħħaq it-tliet miljuni.", "One-tenth minnhom huma nies Qatari u nine-tenths minnhom huma kollha nies barranin, bħalma hemm fl-Emirati, tant li taħsbek qiegħed New Delhi u mhux f'pajjiż Għarbi.", "Dan għaliex il-mano d'opera hija kollha mis-sub-kontinent Indjan, fejn tant nies sabu xogħol hemmhekk.", "Il-Qatar, barra li għandu ż-żejt, huwa wkoll it-tieni l-ikbar esportatur ta' LNG fid-dinja, u għandu l-ikbar gas field li teżisti.", "Għandu GDP għoli ħafna, però sab ruħu f'diffikultajiet minħabba s-sanzjonijiet.", "Biżżejjed ngħid li għalqulu l-ispazju tal-ajru u jrid iniżżel l-arjuplani kollha tal-Qatar Airways minn żewġ kurituri żgħar.", "L-Eġittu għalaqlu l-ispazju tal-ajru u, li ma kienx għall-Iran u għat-Turkija, kważi jista' jżomm l-ajruplani tal-Qatar Airways fl-ajruport.", "Il-Qatar qed iħallas prezz għoli ħafna.", "Irid ibaxxi wkoll l-altitude tal-ajruplani, u allura qed jaħli ħafna iżjed fuel biex jopera.", "Dawn huma sitwazzjonijiet fejn, bħala pajjiż, irridu naraw x'pożizzjoni għandna nieħdu.", "Naħseb li għandna nżommu sitwazzjoni ta' bilanċ u kawtela, għaliex fil-verità, lanqas għandna idea kif din is-sitwazzjoni tista' tiżviluppa 'l quddiem.", "S'issa l-Qatar ma ġiex dahru mal-ħajt li jkollu bżonn pajjiżi oħra.", "It-Turkija daħlet fix-xena u għandha bażi militari żgħira.", "Din hija waħda mid-diffikultajiet li għandu l-Qatar.", "Il-pajjiżi l-oħra qalulu li jrid jagħlaq din il-bażi militari biex jibdew jinnegozjaw u jiġu għal fejn kienu qabel.", "Talbuh ukoll biex jagħlaq l-istazzjon televiżiv Al Jazeera, li huwa verament influenti fil-Lvant Nofsani.", "Talbuh ukoll biex ma jibqax jassisti lill-gruppi militari.", "Il-Qatar qed jiċħad dan u qed jgħid li hu qed jgħin lill-Muslim Brotherhood biss u li m'għandux x'jaqsam mal-Istat Islamiku.", "Però bażikament is-sitwazzjoni qiegħda ddur ma' din il-kwestjoni.", "Il-Qatar, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed iżid fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Iran.", "Din hija xi ħaġa li l-Arabja Sawdija u l-pajjiżi l-oħra ħaduha bi kbira.", "Tant hu hekk, li l-Arabja Sawdija f'ħin minnhom qalet li fir-rigward tal-unika fruntiera li għandha mal-Qatar, beħsiebha tagħmel kanal biex taqta' lill-Qatar minn peninsula u ġġibu gżira.", "B'hekk żgur ma jkollhiex x'taqsam miegħu.", "S'issa ma għamlitx dan, però jekk tara l-midja tagħhom, tara li dawn il-ħin kollu jattakkaw u jagħtu l-gambetti lil xulxin.", "Ġejja t-Tazza tad-Dinja u qed jipprovaw jagħmluha diffiċli għall-Qatar, imma l-Qatar baqa' għaddej b'saħħtu.", "L-ekonomija sofriet xi ftit fl-ewwel xahrejn, tlieta, però rkuprat mill-ewwel.", "Ovvjament, dan għax jistgħu jserrħu fuq l-esportazzjoni tal-gass.", "Issa, bħala pajjiż, meta qed insaħħu r-relazzjonijiet, xi gwadann jista' jkollna?", "L-ewwel nett, fil-Qatar - u b'mod inġenerali dan jgħodd għall-pajjiżi kollha, inkluż Abu Dhabi u l-Emirati - meta jkollok Ambaxxatur ġdid ħabrieki, żgur li jkollna riżultati tajbin.", "Din taħdem ħafna.", "Jien ċert li dawn il-pajjiżi qegħdin fl-istess sitwazzjoni, li ma jridux jibqgħu jiddependu fuq l-esportazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass.", "L-ewwel nett qed jaraw li d-domanda tista' tonqos.", "Dan f'daqqa waħda jista' jiġri xi ħaġa u jekk tibbaża biss fuq dan is-settur, l-ekonomija tista' ssofri.", "Għalhekk bdew jiddiversifikaw l-ekonomija tagħhom.", "L-Emirati ilhom li bdew jagħmlu dan u qed jirnexxilhom.", "Fil-fatt, minn deżert illum daħlu f'inizjattivi ta' standard Ewropew li huma tal-ogħla livell.", "Hawn mhux qed nirreferi biss għal dak li huwa bini, infrastruttura u skyscrapers, imma qed jidħlu wkoll f'setturi oħra, bħas-setturi kulturali u sportivi.", "Qed jorganizzaw affarijiet li qatt ma konna noħolmuhom.", "Il-Qatar se jagħmel l-istess u fil-fatt diġà beda jinvesti fl-edukazzjoni.", "Kif għedt, ninth-tenths tal-popolazzjoni huma barranin, però ma jixtiqux li 'l quddiem il-pajjiż jiġi ddominat mill-barranin, għall-inqas fl-amministrazzjoni u key positions.", "Kull pajjiż jixtieq li ċerti pożizzjonijiet ma jitteħdux mill-barranin.", "Għalhekk iridu jinvestu ħafna fl-edukazzjoni u qed jirnexxilhom jagħmlu dan.", "Fil-fatt għandhom speċi ta' education trust li qed tiġbed ħafna istituzzjonijiet edukattivi mid-dinja kollha.", "Naħseb li, bħala pajjiż, aħna għandna ċans nidħlu fil-qasam edukattiv speċjalizzat, bħall-ITS.", "Huma qed jipprovaw jiżviluppaw a very high class quality tourism.", "It-turiżmu għadu niċċa żgħira li jikkontribwixxi persentaġġ żgħir lill-ekonomija, però bl-esperjenza tagħna, nistgħu nagħmlu ftehimiet magħhom u nħarrġulhom in-nies fl-ospitalità.", "Fl-edukazzjoni għandna ċentri ta' eċċellenza, bħall-International Maritime Law Institute (IMLI) u diversi istituzzjonijiet oħra li permezz tagħhom nistgħu ngħinuhom f'dan l-istadju meta huma għadhom ma għamlux rabtiet ma' ħafna pajjiżi.", "Se jinvestu ħafna fl-innovazzjoni u fl-enerġija alternattiva.", "Dwar dan nistgħu nitkellmu iżjed 'il quddiem.", "Jien nemmen ħafna li għandha tiġi stabbilita kummissjoni mħallta bejn iż-żewġ pajjiżi, li tkopri diversi setturi.", "Din ħadmet ma' ħafna pajjiżi u naħseb li tista' taħdem anke mal-Qatar.", "Pereżempju, din il-kummissjoni tista' tiltaqa' darba f'Doha u darba l-Belt Valletta biex naraw fejn waslu dawn id-diversi setturi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nifhmek tajjeb li f'ċerti sitwazzjonijiet, il-politika ta' newtralità u non-allinjament għandha tibqa' l-bażi tal-politika barranija ta' pajjiżna fejn ikun hemm dawn il-konflitti?", "DR JOSEPH PIROTTA: Iva, naħseb li l-pożizzjoni tagħna għandha tibqa' hekk.", "Ma tantx nistgħu nagħmlu paraguni.", "Imma anke l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-kwestjoni tal-Golf hija pjuttost waħda kwieta.", "Għalkemm l-Unjoni Ewropea hija verament importanti għall-pajjiżi tal-Golf, għax hija l-ikbar trading partner għall-Qatar u l-fifth major market, jiġifieri hemm ċerta importanza, però l-Qatar ma jqisx lill-Ewropa bħala potenza deċiżiva.", "L-ewwel nett, l-Ewropa ma tridx tidħol f'xi kwalità ta' azzjoni militari.", "L-Ewropa dejjem tagħti importanza l-ewwel u qabel kollox lid-djalogu.", "Il-Qatar iqis li, minkejja li għandu relazzjoni tajba ma' kważi l-pajjiżi kollha tal-Ewropa, għandu relazzjoni speċjali mal-Ġermanja li huwa l-pajjiż number one tagħhom.", "Però nzerta li l-Ġermanja lanqas biss għandha siġġu permanenti fin-Nazzjonijiet Uniti.", "L-uniċi żewġ pajjiżi li għandhom siġġu huma l-Ingilterra u Franza u issa l-Ingilterra lanqas ma hija parti mill-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li għall-Qatar l-Ewropa hija partner kbir, però a silent partner.", "Min-naħa l-oħra, l-Amerika għandha bażi kbira u enormi fil-Qatar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien ninsab pjanament sodisfatt bir-risposti.", "Bħall-Onor.", "Joe Mizzi kelli l-opportunità diversi drabi li niltaqa' ma' Dr Pirotta f'xi vjaġġ partikolari.", "Bħala Oppożizzjoni, m'aħniex se nġibu xi oġġezzjoni għall-ħatra tiegħek.", "Hemm sitwazzjoni diffiċli u delikata ħafna u għalhekk naħseb li hija ħaġa tajba li qed jintgħażel diplomatiku veteran biex ikun jista' jieħu ħsieb din is-sitwazzjoni.", "Wieħed irid joqgħod attent x'jgħid u x'ma jgħidx u kif jersaq lejn il-persuni involuti.", "DR JOSEPH PIROTTA: Nirringrazzjakom ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr Pirotta.", "Issa nitolbok biex, jekk jogħġbok, tirtira mill-Kamra sakemm il-Membri jiddiskutu bejniethom.", "Dr Joseph Pirotta ħareġ mill-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Membri, għandna quddiemna n-nomina ta' Dr Joseph Pirotta għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għall-Qatar.", "Hawn qbil unanimu dwar din in-nomina.", "Insejjaħ lil Dr Pirotta biex jidħol lura ħalli nikkomunikaw id-deċiżjoni tagħna.", "Dr Joseph Pirotta daħal fil-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Pirotta, ninformak li dan il-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tiegħek bħala Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għall-Qatar skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien ma' dan il-parir jintbagħtu wkoll il-Minuti ta' din il-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Nawgurawlek ħafna xogħol għal pajjiżna.", "Minn din il-laqgħa ħareġ li inti bniedem kapaċi u li se tagħmel unur lil Malta.", "Nirringrazzjawk talli aċċettajt li tieħu din il-kariga.", "Nafu ċert li se tagħmel ġid lil pajjiżna.", "Din il-laqgħa hija konkluża.", "Nirringrazzjakom u l-Kumitat huwa aġġornat.", "Fl-10.08 a.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20200909_015d_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 15", "L-Erbgħa, 9 ta' Settembru 2020", "IlKumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi ltaqa' filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fid-9.40 am.", "PREŻENTI", "Il-Membri tal-Kumitat li kienu preżenti għal-laqgħa kienu l-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14, li saret fl-10 ta' Awwissu 2020, ġew ikkonfermati.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR JOSEPH PIROTTA GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR TA' MALTA MHUX RESIDENTI GĦALL-QATAR", "Il-President tal-Kumitat informa lil Dr Joseph Pirotta li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Dr Joseph Pirotta ta ħarsa ġenerali dwar l-esperjenza tiegħu fid-diversi Ambaxxati li huwa serva fihom matul il-karriera diplomatika twila tiegħu.", "Huwa tkellem dwar is-sitwazzjoni politika fil-Qatar, ir-relazzjonijiet tal-Qatar mad-diversi pajjiżi fir-reġjun u lil hinn minnu u l-isfidi li l-pajjiż qed jiffaċċja.", "Huwa qal li l-Qatar qed jibda jiddiversifika l-ekonomija tiegħu u semma kif Malta tista' tibda tesplora possibilitajiet ta' investiment fil-setturi tal-edukazzjoni u t-turiżmu, fost oqsma oħra.", "Dr Pirotta ppropona li titwaqqaf Kummissjoni Mħallta bejn Malta u l-Qatar li tiltaqa' kull sentejn sabiex jiġu segwiti l-iżviluppi fil-qasam tal-kummerċ li jkunu qed iseħħu fil-pajjiż.", "Wara li ġiet konkluża d-diskussjoni, il-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra ta' Dr Joseph Pirotta bħala Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għall-Qatar skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Fl-10.08 am id-diskussjoni kienet konkluża u l-Kumitat ġie aġġornat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20200909_015m_hat.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 11", "It-Tnejn, 14 ta' Settembru 2020 fid-9.30 am", "IlPresident talKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika javża li lKumitat se jiltaqa' nhar t-Tnejn, 14 ta' Settembru 2020 fid-9.30 am filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Konferma talMinuti", "3 Xogħol ieħor", "9 ta' Settembru 2020 Skrivan talKamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20200914_011a_spl.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 11", "It-Tnejn, 14 ta' Settembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Laqgħa Nru 11", "It-Tnejn, 14 ta' Settembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fid-9.34 a.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 10, li saret fis-17 ta' Awwissu 2020, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Qabel ma nidħlu għad-diskussjoni fuq is-suġġett prinċipali, irrid ngħid li wara l-aħħar laqgħa, kif ġie maqbul u kif ġejt awtorizzat, jien ktibt lill-Onor.", "Joseph Muscat biex ninfurmah bl-eżitu tad-diskussjoni fuq il-każ Nru 19 u li l-Kumitat kien qed jifhem illi l-ittra tiegħu datata 14 ta' Awwissu 2020 kienet tammonta għal apoloġija a tenur tal-Artikolu 28(d)(ii) tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, u li l-każ issa kien qed jitqies bħala magħluq.", "Qed ngħaddilkom kopja ta' din l-ittra:", "Ittra datata 17 ta' Awwissu 2020 mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati lill-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, kien hemm xi tweġiba?", "Kif osservajt inti, jekk ikun hemm tweġiba wieħed jara, imma ma kienx hemm u għalhekk il-każ huwa magħluq.", "Għaddejtilkom ukoll dawn id-dokumenti li ġejjin:", "Ittra datata 24 ta' Awwissu 2020 lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati mingħand ilKummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar l-estensjoni tal-perjodu tassitt xhur fil-każijiet K/017, K/021 u K/022, mibgħuta għall-finijiet tal-artikolu 24(2) tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika; u", "Rapport dwar investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards K/024 – Posting of political and offensive comments on Facebook datat 1 ta' Settembru 2020 fuq ilment li ġie mqajjem mis-Sur Matthew Caruana Galizia.", "L-ittra tal-24 ta' Awwissu li rċevejt mingħand il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika tittratta l-estensjoni.", "Din hija xi ħaġa proċedurali, imma se ninformakom fuq it-tliet każijiet.", "Ovvjament, il-Kummissarju se jkollu bżonn aktar ħin biex jikkonkludi, u allura ġegħelnieh jidħol fil-perjodu ta' żmien li hemm stipulat fl-artiklu 24 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għallĠustizzja, lUgwaljanza u lGovernanza): Saret talba għal estensjoni?", "L-ISPEAKER: L-estensjoni hija xi ħaġa proċedurali, imma ninformakom dejjem.", "Ir-rapport tal-investigazzjonijiet li ġew konklużi mill-Kummissarju dwar posting of political and offensive comments on Facebook bir-referenza 0024, datat l-1 ta' Settembru 2020 dwar l-ilment li tqajjem mis-Sur Matthew Caruana Galizia, ġie ppubblikat mill-Kummissarju dakinhar stess.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dan ġie ppubblikat wara l-aħħar laqgħa u informajnieh b'mezzi elettroniċi, hux hekk?", "L-ISPEAKER: Hekk hu.", "RAPPORT TAL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA REVISING THE CODES OF ETHICS FOR MEMBERS OF THE HOUSE REPRESENTATIVES AND FOR MINISTERS AND PARLIAMENTARY SECRETARIES", "L-ISPEAKER: Illum qegħdin hawn biex niddiskutu r-rapport mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar revising the codes of ethics for Members of the House of Representatives and for Ministers and Parliamenary Secretaries, li hu rrakkomandat taħt l-artiklu 13, kif il-Kummissarju huwa awtorizzat li jagħmel, tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "Dan ir-rapport dwar ir-reviżjoni tal-Kodiċi ta' Etika tal-Membri Parlamentari u tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari, għadda għandna fid-29 ta' Lulju 2020, u lkoll kemm intom għandkom kopja tiegħu.", "Irrid ngħid ukoll li, kif qbilna fl-aħħar laqgħa li saret, illum ġie mistieden il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jagħmel preżentazzjoni qasira tar-rapport, imbgħad isiru l-mistoqsijiet min-naħa tagħkom, u forsi min-naħa tiegħi wkoll, biex imbagħad jirrispondina.", "Irrid ngħid ukoll li fil-folder li għandkom quddiemkom poġġejna dawn id-dokumenti:", "L-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra li fiha l-Kodiċi ta' Etika tal-Membri Parlamentari viġenti llum", "Dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tal-15 ta' Lulju 2015 li jinkludi l-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri", "Proposti għal emendi għall-Kodiċi ta' Etika ta' Membri Parlamentari li kien għamel l-Uffiċċju tal-Ispeaker fl-2015 għall-4th Evaluation Round tal-GRECO.", "Issa bil-permess tal-Kumitat, nistieden lil Dr Hyzler biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu.", "DR GEORGE HYZLER (Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika): Sur President, kif għedt tajjeb, illum qegħdin niltaqgħu sabiex isiru proposti ta' tibdil jew ta' reviżjoni għall-Kodiċi ta' Etika li jirregola l-Membri Parlamentari, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, abbażi tad-dokument li ippreżentajtilkom fid-29 ta' Lulju, 2020.", "Dan id-dokument ġie ppreparat insegwitu biex naqdi l-obbligu li għandi, li nagħmel rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-Kodiċi ta' Etika li hemm fl-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żewġ Kodiċi u mhux wieħed.", "Hemm il-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari u l-Kodiċi li jirregola l-kondotta tal-Membri Parlamentari inġenerali.", "Biex għamilna dan l-eżerċizju, ħarisna lejn x'jiġri f'pajjiżi oħra, ħarisna lejn il-proposti li kienu għamlu l-GRECO u ħadt inkonsiderazzjoni l-esperjenza tiegħi f'din is-sena u nofs li ili fil-kariga, dak li jista' jissejjaħ best practice.", "Jien inħoss id-dover li nimmira għal standards aktar għolja, għax kieku mhux hekk, kieku m'għandix x'nagħmel hawn.", "L-iskop huwa li nistedinkom - għax fl-aħħar mill-aħħar, intom tridu tiddeċiedu dwar it-tibdil – biex tikkonsidraw dawn il-proposti.", "Naf li xi wħud mill-proposti se jkunu kontroversjali, xi wħud naħseb li huma ovvji, filwaqt li xi wħud huma sempliċement tibdil għal skopijiet ta' stil u forsi minn żmien għal żmien wieħed jgħid li aħjar inpoġġuhom b'dan il-mod.", "Naturalment, id-dokument huwa daqsxejn aktar voluminuż milli kien il-Kodiċi ta' qabel.", "Ma ninsewx li hemm raġuni għalfejn għandu jkun hemm Kodiċi ta' Etika.", "L-iskop aħħari huwa li nżidu l-kontabilità u t-trasparenza biex kemm jista' jkun nevitaw sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess, però hemm ukoll ir-raġuni li rridu nilħqu l-aspettattiva tal-poplu.", "Meta l-poplu jħares lejn il-politiċi, jippretendi ċertu livell ta' kondotta.", "Issa din hija l-ewwel darba – u hawnhekk insellem lill-Kamra – li l-Abbozz ma sarx mill-Membri stess li se jivvotaw fuqu, imma ġie fdat f'idejn uffiċċju li mhuwiex Membru tal-Kamra tad-Deputati, allura forsi kelli l-vantaġġ li stajt inħares lejn il-Kodiċi minn lenti ftit differenti.", "Allura nistieden lill-Kamra tikkonsidra dawn il-proposti favorevolment, anke għax apparti li rridu nissodisfaw u nilħqu l-aspettattiva tal-poplu inġenerali, għandna ċerti obbligi internazzjonali li naħseb li għandna nżommu quddiem għajnejna bħala pajjiż, speċjalment fiċ-ċirkostanzi li għaddejjin minnhom, fejn għandna bżonn nagħmlu sforz komuni biex intejbu r-reputazzjoni internazzjonali tagħna.", "Ma rrid nitfa' l-ebda dell, però huwa fatt li Malta għaddejja minn perjodu fejn għandha bżonn tagħmel sforz ikbar mis-soltu.", "Dan l-isforz għandu jibqa' jsir dejjem u xi ħaġa minn ewl id-dinja hi li minn żmien għal żmien wieħed għandu jaġġorna r-regoli tiegħu biex jilħaq il-livelli ta' barra minn Malta.", "Bħala ħsieb, ipprovajt ma ngħabbix iż-żejjed bir-regoli, allura kemm jista' jkun użajt a value-based system, fejn trid tagħmel prinċipji ġenerali.", "Xi ħaġa li ma kenitx teżisti qabel hi li ħriġna wkoll linji gwida, bl-intenzjoni li eventwalment jiġu riprodotti f'handbook biex ikun aktar faċli għad-deputati li jikkonsultaw ruħhom u jifhmu aħjar x'inhu nistenni minnhom.", "Ejja ma ninsewx li kieku kellek tiġbor fil-qosor il-Kodiċi ta' Etika huwa sempliċi, għax trid tagħmel dak li hu sewwa.", "Kieku nistgħu nagħmlu kollox f'linja waħda, imma l-problema hija li dak li hu sew huwa pjuttost soġġettiv.", "Ma tistax tgħid li huwa oġġettiv, fis-sens li dak li hu sew għalija, forsi mhuwiex sew għalik, allura l-iskop ta' Kodiċi ta' Etika huwa li kemm jista' jkun ikollna regoli jew prinċipji li naqblu fuqhom, li mbagħad jiġu interpretati minn xi ħadd.", "Bħala dak ix-xi ħadd, il-Parlament waqqaf dan l-uffiċċju, li jien imbagħad ngħaddilkom għall-ġudizzju tagħkom, għax fl-aħħar mill-aħħar ma niddeċidix jien, imma tiddeċiedu intom.", "Kieku wieħed kellu jħares daqsxjen lejn x'hawn ġdid fil-kodiċijiet, hemm numru ta' prinċipji li ma kenux jeżistu qabel.", "Dak li kien jeżisti qabel, ipprovajt inżommu u nsaħħu, però pprovajna nintroduċu xi affarijiet ġodda.", "Naħseb li kieku kelli ngħid x'inhuma l-aktar affarijiet li għandhom jolqtuna, għax hemm diversi, hija s-sistema ta' reġistri li qegħdin nipproponu għal dawk li huma rigali, benefiċċji u ospitalità.", "Minn dejjem kien jeżisti prinċipju dwar ir-rigali, imma qatt ma kien ġie spjegat u qatt ma kien hemm l-obbligu li jitniżżel.", "Hawn m'iniex nivvinta r-rota, għax dawn huma affarijiet li jiġru fil-pajjiżi kollha tad-dinja ċivilizzata, u hija xi ħaġa li għandna nagħmluha.", "Hemm reġistru fuq l-interessi li jiġi aġġornat minn żmien għal żmien – dak li aħna nsejħulu tat-trasparenza – u reġistru dwar il-lobbying.", "Jien ipprovajt noħloq xi tip ta' bilanċ, għax ma rridx ngħabbi lid-Deputati tal-Kamra tar-Rappreżentanti b'obbligi ta' xejn.", "L-iskop huwa li ma ngerrxux nies milli jidħlu fil-politika.", "Aħna għandna bżonn nies tajbin biex jidħlu fil-politika u ċertament m'għandi l-ebda intenzjoni li nagħmel xi regoli biex ingerrex lin-nies mill-politika.", "Anzi rrid li bis-saħħa ta' dawn ir-regoli, nittrasmettu l-ħsieb li l-poliitka hija xi ħaġa tajba u li n-nies li qegħdin fil-politika wkoll huma soġġetti għar-regoli, allura jekk ikollok intenzjoni tajba, m'hemm l-ebda diffikultà li tidħol għall-politika.", "Fl-aħħar mill-aħħar, huwa fl-interess ta' kulħadd li nattiraw l-aħjar nies.", "F'dan l-istadju ma naħsibx li għandi nidħol fid-dettall, sakemm ma tixtiqux li nagħmlu hekk, però apparti l-punt tar-reġistri, li ma naħsibx li huwa daqshekk kontroversjali, xtaqt insemmi l-punt l-ieħor li naf li huwa kontroversjali.", "Qed nirreferi għall-proposta li filwaqt li llum għandna biss id-dikjarazzjonijiet tal-assi tad-Deputat, jibdew jidħlu wkoll tal-konjuġi.", "Anzi qed immur oltre, għax qed ngħid li apparti tal-konjuġi, għandhom jidħlu tal-partners ukoll.", "Illum irridu naċċettaw ir-realtà li hemm persuni li jistgħu jkunu miżżewġin u hemm oħrajn li ma jkunux miżżewġin formalment, però għal skopijiet ta' trasparenza, ta' kontabilità u ta' konflitt ta' interess, għandna ninkluduhom ukoll.", "Naf li hija skomda, għax ovvjament ir-reazzjoni naturali hija li m'għandix ngħabbi lis-sieħba jew is-sieħeb tiegħi b'dawn il-pizijiet meta mhumiex membri tal-Parlament, però għalija, ma tistax titkellem fuq trasparenza jekk tħalli barra lil xi ħadd li huwa intimament marbut miegħek.", "Issa naf ukoll li kienet diġà parti mill-Kodiċi l-antik li kien sar fl-1995 li kien tneħħa fl-2014, però jien tal-parir li dak għandu jidħol.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna xi ħaġa oħra, għax din forsi ma ġietx miftiehma minn xi setturi.", "Irridu niddistingwu dak li nitlob bħala informazzjoni fil-qadi tal-funzjoni tiegħi, fejn taħt subartiklu 13 (1) subinċiż (a) jien għandi l-obbligu li neżamina, u jekk ikun hemm bżonn, nivverifika d-dikjarazzjoni tal-assi.", "Dik l-informazzjoni hija għalija, biex niġbor informazzjoni dwar xi ħadd biex inkun nista' nivverfika dak li qiegħed jgħid – għax jekk ma nagħmilx hekk, x'suppost nivverifika? – imbagħad id-dikjarazzjonijiet jiġu ppreżentati lill-Kamra u jitqiegħdu fl-Uffiċċju tal-President tal-Kamra.", "Jiġifieri dak li qed nipproponi hawn hu dak li għandu jidħol fid-dikjarazzjonijiet tal-assi, li diġà qiegħed hemm bil-liġi u jista' jinbidel biss bil-kunsens tagħkom.", "X'nitlob jien għall-iskopijiet tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħi, frankament ma tistgħux tindaħluli intom.", "Fis-sens li sta għalija x'nitlob.", "Naturalment, mhux se nesponiha in the public domain, ħlief f'każ ta' investigazzjoni fejn ikolli bżonn nagħmel xi rapport fuq xi ħadd, però jekk pereżempju ngħidlek li għandi bżonn nara l-bank accounts, ma tistax tgħidli li l-liġi ma tagħtinix is-setgħa li narahom, għax il-liġi tagħtihieli dik is-setgħa.", "Ma tagħtinix is-setgħa li nbiddel id-dikjarazzjoni li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, li allura hija disponibbli għall-midja u għall-Membri tal-Parlament l-oħra.", "Li kieku kelli nagħsar fil-qosor liema huma ż-żewġ aspetti l-iktar importanti mill-ħafna proposti li hemm, kont nillimitaha għal dawn it-tnejn, però kif qed ngħidu hemm ħafna iktar minn hekk, u forsi nidħlu fihom iktar fid-dettall.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Qabel ma ngħaddi għad-domandi, nixtieq nirringrazzjak tax-xogħol u tar-rapport dettaljat li għamilt.", "Jien dħalt fih sew u rrid ngħidlek li għamilt sew li dħalt ukoll f'mudelli ta' pajjiżi li qegħdin fil-Commonwealth bħall-Awstralja, il-Kanada, l-Ingilterra b'mod partikolari, u New Zealand, kif ukoll ir-referenza għar-rapport tal-GRECO u dak li joħroġ mir-rapporti tal-OECD.", "Punt li laqatni mill-ewwel hu d-definizzjoni ta' rigal, fejn qed ngħidu li jekk ikun jiswa minn €250 'l fuq għandu jiġi reġistrat.", "Ir-reġistru tat-trasparenza wkoll huwa importanti, biex kemm jista' jkun tnaqqas dak li diġà għandna esperjenza tiegħu fil-ħajja pubblika, fejn wieħed irid jara kif jindirizzah, u hemm ukoll reġistri oħrajn.", "Rigward id-dikjarazzjoni tal-assi, ovvjament dak huwa suġġett li tridu tiddiskutuh, għax hemm il-kwestjoni ta' meta għandek konjuġi, jew għandek is-separazzjoni tal-assi diġà qiegħda hemmhekk, sakemm ikun hemm komunjoni, però dan hu għad-diskussjoni ovvjament.", "Jidhirli li fir-rapport semmejt il-proposta li għandu jkun hemm ukoll id-dikjarazzjoni tat-tfal li mhumiex maġġorenni.", "Din wieħed irid jidħol fiha wkoll.", "Irrid nirringrazzjak tax-xogħol li għamilt.", "Kien rapport interessanti ħafna, speċjalment x'ħin dħalt biex tiddiskuti li qed tagħmel dan kollu fuq il-prinċipji li aħna nemmnu fihom bħala membri sħaħ tal-Commonwealth, in-Nolan Principles.", "Dawk is-seba' prinċipji li jekk wieħed se jkun fil-ħajja pubblika jrid ikun onest, għandu jkun miftuħ, u hemm vauri oħrajn bħall-oġġettività, il-kontabilità, eċċ.", "Dan huwa suġġett għal qalbi ħafna, imma se jkolli nieqaf hawn għax rrid nara l-Membri tal-Kumitat jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom u jagħmlu d-domandi lilkom.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Li xtaqt li jsir proċeduralment, biex inkunu qegħdin naqblu, naf li għamilna abbokkament informali jien u l-Onor.", "Aqulina, imma jekk se nistaqsu d-domandi at this stage, aħna t-tnejn irridu nmorru għand il-Grupp Parlamentari rispettiv u dan jiġi diskuss b'mod aktar ampju, imbagħad niġu bil-proposti tagħna b'mod informali.", "L-ISPEAKER: Skużani, għax irrid nagħmel osservazzjoni li kważi qbilna fuq kollox, imma għandi r-riservi fuq ħaġa waħda.", "Inti semmejt paragrafu mir-rapport tiegħek – ma niftakarx sew in-numru, jekk hux 7.12 – fejn għedt li jista' jkun hemm raġunijiet fejn ikun ġustifikat li Ministru jkun akkumpanjat mill-mara tiegħu.", "Nixtieq inkun naf fejn hemm in-neċessità pubblika li l-mara ta' Ministru takkumpanjah.", "Sakemm il-mara tal-President issiefer mal-President ma ġara xejn, imma mhux il-mara tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.", "Tista' ttellagħha l-mara.", "Jien ġieli tellajtha l-mara, imma nħallsilha.", "Dik hi l-osservazzjoni li għandi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Xtaqt nagħmel osservazzjoni fuq il-kwestjoni tal-konjuġi, għax aħna diġà tkellimiha b'mod informali.", "Jien nifhem dak li qed jgħid il-Kummissarju, li biex ikollu stampa ċara jrid ikollu l-informazzjoni, għax inkella ma jistax jagħmel vetting.", "Il-Kummissarju kien aċċertana li din ma ssirx għall-konsum pubbliku, imma biex isiru l-verifiki min-naħa tiegħu.", "Li xtaqt niċċara hu li din hija informazzjoni teknika li rridu nġibuha minn terzi persuni – jiġifieri għandek dak l-aspett li wieħed irid jikkonsidrah – u jekk tapplikax meta għandek is-separazzjoni tal-beni.", "Jien ngħid li jekk se tagħmel il-prinċipju, wieħed jiddiskuti li jkollu japplika, għax inkella kulħadd jagħmel is-separazzjoni tal-beni.", "Xtaqt kumment fuq dan.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-lobbying.", "Qed nifhmek li trid issir liġi, fejn irid ikun hemm framework biex tirregola l-lobbying.", "Hemm ukoll il-fakultà li l-Membri Parlamentari - naf li tidher ċar mil-liġi eżistenti – ġieli jkollhom sitwazzjonijiet li jkunu jridu gwida biex jirregolaw ruħhom għas-sitwazzjoni li jkollhom quddiemhom.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi jekk ħsibtx għal xi mekkaniżmu ċar biex il-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jiġu għandek biex f'xi sitwazzjoni li forsi ma tkunx daqshekk ċara – għax jiġu sitwazzjonijiet li ma jkunux daqshekk ċari quddiemhom – ikun jista' jkollhom gwida min-naħa tiegħek dwar kif għandhom jirregolaw ruħhom f'dak ir-rigward.", "Nirringrazzjak.", "DR GEORGE HYZLER: Ħalli nibda bl-aħħar punt.", "Il-Liġi tipprovdi għal negative clearance.", "Jiġifieri jekk Membru li jaqa' taħt dan l-Att ikollu diffikultà dwar xi sitwazzjoni, għandu s-setgħa li jitlob negative clearance taħt subartiklu 13 (1) subinċiż (c) li hija l-approvazzjoni negattiva, u ladarba jkollu dik l-approvazzjoni negattiva – jiġifieri deċiżjoni mingħandi, u diġà kelli żewġ okkażjonijiet fejn għamluhom dawn – ħadd ma jista' jgħid li għamel ħażin skont dan il-Kodiċi.", "Li tagħmilha forma ta' konsultazzjoni ma tantx jien kuntent, lanqas ma jien daqshekk akkanit għall-proposta li għamlulna l-GRECO, fejn qed jgħidu li għandu jkun hemm qisu another body li jagħti dawn it-tip ta' pariri, għax immaġina kieku niġu f'sitwazzjoni fejn tkun teżisti xi tip ta' awtorità li tagħti l-pariri, imbagħad il-każ jiġi quddiemi u jidhirli li dak l-aġir mhuwiex korrett, allura jkun hemm kunflitt.", "Qisu xi ħadd qed jgħidli li għandu jkun hawn xi awtorità governattiva li tagħti parir lin-nies dwar drittijiet ċivili.", "Inti tmur għand avukat u jagħtik parir.", "Issa jista' jkollu raġun u jista' ma jkollux.", "Dak il-Qorti tiddeċidih.", "Jiġifieri filwaqt li informalament jistgħu jsiru ċerti diskussjonijiet, ma naħsibx li għandna ndaħħlu fil-liġi xi sistema fejn wieħed ikun marbut b'dak il-parir, ħlief fil-kuntest ta' approvazzjoni negattiva, li hija ittra formalizzata.", "Jien ħadt nota tat-talba tiegħek dwar dan l-aġir u fl-opinjoni tiegħi, dan ma jikkostitwixxix ksur jew il-kontra.", "La nkun ħriġtha – diġà kelli żewġ okkażjonijiet li nagħmilha – jien stess inkun marbut biha.", "Voldieri jien imbagħad ma nistax immur f'dawk iċ-ċirkostanzi identiċi ngħid li dak l-aġir mhuwiex korrett, jekk inkun ilħaqt għedt li huwa korrett.", "Irrid ngħid xi ħaġa dwar il-konjuġi.", "Naf li hija kontroversjali u skomda li toqgħod titlob dikjarazzjoni lis-sieħeb jew sieħba tiegħek – u nenfasizza s-sieħeb jew sieħba, mhux neċessarjament il-konjuġi, għax hawn ukoll ma tantx naqblu – indipendentement mill-eżistenza tal-komunjoni tal-akkwisti.", "Sur President, jien miżżewweġ u għandi s-separazzjoni tal-beni.", "Meta niġi biex nagħmel ir-return tat-taxxa, irrid u ma rridx, s'issa – għax taf tinbidel – irridu nagħmluha flimkien.", "Jiġifieri ma nistax ngħid lill-mara tiegħi li ma rridx ngħidilha x'għandi, jew hi tgħidli li ma tridx tgħidli x'qed taqla', għax għal skopijiet ta' income tax, xorta rridu nagħmlu dikjarazzjoni flimkien.", "Jiġifieri din l-iskuża li ma nistax inġib dik l-informazzjoni, ma naħsibx li hija kredibbli għal din ir-raġuni, għax illum diġà qed tagħmilha permezz tar-return tal-income tax.", "Issa jekk huwiex sew jew le għall-income tax, hija kwestjoni oħra, għax frankament jien ma naqbilx li għal skopjiet ta' income tax għandhom ikunu flimkien, ladarba għażilt is-sistema tas-separazzjoni tal-beni, però għal skopijiet ta' etika, fejn il-konsiderazzjonijiet huma kompletament differenti, jien nista' nagħmel valutazzjoni u ngħidlek pereżempju li inti ma stajtx xtrajt pittura ta' €100,000 – biex nesaġeraw – la għandi d-dikjarazzjoni ta' kemm qed taqla' u kemm għandek fil-bank, għax mad-daqqa t'għajn ngħid: Kif jista' jkun li xtara pittura ta' €100,000?", "Forsi naqra fil-gazzetta jew xi ħadd jgħidli li dik tahielu xi ħadd għax għamillu pjaċir, imbagħad hu jgħidli li xtraha hu, u meta nistaqsih kif xtraha, jgħidli li xtraha bil-flus tal-mara, imbagħad meta nistaqsih fejnhom il-flus tal-mara, jgħidli li ma jistax jgħidli.", "Allura mhux fejn konna bqajna?", "U min huma n-nies li nistgħu naħbu l-flus għandhom?", "Dawk li huma l-iktar viċin tagħna, li normalment huma s-sieħba tagħna.", "Issa jien, għall-ewwel li ssuġġerejtha fl-uffiċċju tiegħi, lanqas għedt il-konjuġi jew is-sieħba – parnters or spouses – imma għedt spouses and/or partners, għax jista' jkun hemm mument fil-ħajja fejn inti legalment tkun għadek miżżewweġ u fl-istess ħin tkun qiegħed f'relazzjoni.", "Mela fl-istess mument inti tkun miżżewweġ u f'relazzjoni.", "Qed ngħid hekk, għax jien nemmen li jekk irridu nkunu trasparenti, għandna npoġġu dawn l-affarijiet fuq il-mejda.", "Issa qed ngħidlek li mhux qed nivvinta r-rota, għax f'pajjiżi oħra dawn huma ovvji.", "Biex inkunu għedna kollox, mhux il-pajjiżi kollha jagħmluha, però f'pajjiż fejn irridu nagħmlu sforz ikbar minn ħaddieħor biex insaħħu l-kredibilità u r-reputazzjoni tagħna, naħseb li għandna nagħmlu dak l-isforz.", "Fir-rigward tat-tfal minuri, l-istess ħaġa.", "L-iktar ħaġa faċli hi li nagħmel dikjarazzjoni għat-tfal.", "Jien għandi kontijiet, li kont insejthom, b'xi €50 fihom li kelli f'isem it-tfal meta kienu żgħar, għax iz-zija tkun tathom xi rigal u kont poġġejthom fil-kont tagħhom.", "Nispera li mhux qed jisimgħuni, għax jiftakru li għandhom €50 fil-kont!", "Apparti ċ-ċajt, il-verità hija li l-iktar mod faċli li twarrab xi flus biex ma jidhrux hu li ma tpoġġihomx fuq ismek.", "KAROL AQUILINA: Grazzi ta' dan ir-rapport, għax naħseb li huwa wieħed mill-aħjar rapporti li saru mill-Uffiċċju tiegħek u l-iktar wieħed utli li pproduċa l-Uffiċċju tiegħek kemm ilu li twaqqaf.", "Hemm numru ta' kwestjonijiet li nħoss li għandi niġbed l-attenzjoni għalihom biex forsi wieħed jagħmel pass'il quddiem fuq ċerti affarijiet, u se nsemmihom.", "M'hemm l-ebda ordni ta' importanza.", "Hemm il-kwestjoni ta' meta wieħed issirlu offertà ta' rigal, imma dik l-offerta ma tiġix aċċettata.", "Naf li fil-Kodiċi kif qed tippreżentah inti, hemm l-obbligu li wieħed jirrapporta meta jkun qed isir undue influence jew theddid lill-Ispeaker, imma naħseb huwa l-każ ukoll li meta wieħed issirlu offerta ta' rigal u hu b'mod dirett jew b'mod diplomatiku ħafna ma jaċċettahx, naħseb li hemmhekk għandu jkun hemm ukoll l-obbligu li wieħed jirreġistra dik l-offerta li tkun saritlu, għax minnha nnifisha dik l-offerta, anke jekk mhux aċċettata, tista' tpoġġi lil dak li jkun f'sitwazzjoni fejn ikollu jaġixxi mod u mhux mod ieħor.", "Anke biex tevita sitwazzjoni fejn l-offerta fiha nnifisha tista' tkun twassal għal rikatt.", "It-tieni punt huwa fuq il-kwestjoni ta' min ikollu pożizzjoni eżekuttiva, li l-Kodiċi tal-Ministri jsemmi l-obbligu li sa tliet snin wara ma jkollhomx karigi, imma hemm l-anomalija li wħud mid-Deputati, bis-saħħa tal-liġi – xi kultant anke mingħajr ma l-liġi hija abbażi tagħha – jiġu maħtura f'pożizzjonijiet li jistgħu jkunu eżekuttivi jew semi-eżekuttivi, u se nagħti eżempju.", "Pereżempju, min hu maħtur Membru tal-Bord tal-MEPA għandu responsabbiltà kbira li fejn jidħol ippjanar, irid joħroġ permess.", "Pereżempju, min hu maħtur fil-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet għandu rwol eżekuttiv u jieħu deċiżjonijiet dwar rikonoxximenti, qsim u dawn l-affarijiet kollha jitilgħu quddiem il-Bord.", "Uħud minnhom saħansitra jkunu membri ta' kumitati delegati mill-bord eżekuttiv biex jagħmlu ċertu xogħol.", "Issa vera, f'dak il-każ id-Deputat iktar għandu rwol ta' oversight, imma hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn ikollu rwol ta' deċiżjoni f'idejh li tħoll u torbot.", "Naħseb li hemmhekk għandu jkun hemm daqsxejn ċarezza biex nevitaw sitwazzjonijiet fejn ir-regola tapplika għal meta tkun Ministru, imma fl-istess waqt min ikollu poter kważi iżjed mill-Ministru, ma tapplikax għalih.", "Rigward il-kwestjoni tal-konjuġi hemm daqsxejn ta' kumplikazzjoni fejn jidħol ir-regime biex wieħed jagħżel.", "Jiġifieri bħalissa l-anomalija l-kbira mhijiex fejn għandek is-separazzjoni tal-beni, għax s-separazzjoni tal-beni kulħadd iżomm tiegħu u daqshekk, ħlief dak li huwa komuni, imma dik wieħed jista' jdur magħha billi jkollu dik li jgħidulha l-korsa.", "Issa naf li din tintuża rarament, imma fil-verità jekk wieħed irid idur ma' din ir-regola, juża l-korsa u hu qisu m'għandux sehem.", "Ikollu sehem biss meta tiġi mħollija s-sistema.", "Hemmhekk wieħed irid joqgħod attent.", "Jien naqbel li jkun hemm kemm il-konjuġi, il-partners, eċċ. Li forsi wieħed irid ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Skużani, irrid niċċara li meta għamilt id-domanda m'għedtx li ma naqbilx, għax jien, l-Onor.", "Camilleri u intom qed nirrappreżentaw il-Grupp Parlamentari.", "Jiġifieri kien hemm ċerti sentimenti li ddiskutejthom informalment.", "Din mhux neċessarjament hija l-opinjoni tiegħi, imma aħna qegħdin hawn biex inressqu l-opinjonijiet ta' ħaddieħor ukoll.", "KAROL AQUILINA: Li forsi wieħed irid jiċċara fir-rigward tal-konjuġi jew tal-partners huma fuq dawk l-affarijiet li huma parafernali għax naħseb li f'dan il-każ wieħed irid jagħmilha ċara li dik id-dikjarazzjoni ma tapplikax għal affarijiet li huma parafernali.", "Jekk imbagħad l-affarijiet parafernali jinbiegħu, jagħtu l-frott, eċċ. hemmhekk naħseb li iva, għandu jkun hemm obbligu, però jekk xi ħaġa hija parafernali, … Ħalli nagħti eżempju.", "Ejjew ngħidu li jiena writt parti mid-dar tal-ġenituri tiegħi, imma ommi għadha toqgħod hemm.", "Dik hija xi ħaġa parafernali, u l-mara tiegħi ma tidħol xejn fiha daqskemm jekk il-mara tiegħi tiret id-dar tal-ġenituri tagħha ma nidħol xejn fiha jien.", "Għalhekk naħseb li hawnhekk irridu nkunu ċari għax inkella we will be overstepping ċerti sitwazzjonijiet.", "Dwar il-kwestjoni tan-negative clearance, jien naħseb li biex nevitaw ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw minn min ma jkunx għamel it-talba, dawn għandhom jibdew jiġu ppubblikati.", "Xejn xejn dawn ikunu qed iservu wkoll bħala forma ta' gwida.", "Pereżempju, lili forsi m'għadditlix minn moħħi li għandi niċċara mal-Uffiċċju tiegħek jew nitlob clearance lill-Uffiċċju tiegħek, kif kelli nagħmel, u allura jekk inkun naf li kollega tiegħi għamel hekk, … Aħna nafu kif nagħmlu; nimxu fuq il-prattiċi ta' xulxin, u allura jekk jiġu ppubblikati, għalkemm mhux neċessjament jiġu ppubblikati bid-dettalji tal-persuni eċċ., l-affarijiet ikunu ħafna aktar faċli għalina.", "L-aħħar ħaġa, li jien dejjem ikkonsidrajtha daqsxejn tad-daħk, hija l-kwestjoni tad-data tad-dikjarazzjoni tal-assi tagħna.", "Il-verità hi li din id-data hija marbuta mal-aħħar ġurnata tas-sena.", "Issa fl-aħħar tas-sena wieħed jista' jagħmel mod li jkollu €10 fil-kont bankarju u jista' jagħmel mod li saħansitra ma jkollu xejn!", "Għalija hija anomalija kbira li jien irrid ngħid x'kelli proprju fl-aħħar ġurnata u ma rridx ngħid x'kelli matul is-sena.", "Issa li jiġri fir-realtà huwa li kulħadd imur jiġbor l-istatements tal-bank u jgħid: \"Dakinhar jien kelli daqshekk\".", "Però dakinhar huwa riflessjoni ta' x'kelli matul is-sena?", "Din hija xi ħaġa li jien dejjem rajtha daqsxejn stramba u naħseb li għandu jkun hemm daqsxejn ta' kjarifika dwarha biex anke fid-dikjarazzjonijiet li nagħmlu, wieħed dejjem ikun jista' jħoss li qed jagħmel dikjarazzjoni ġusta, korretta u li qed tkopri kollox.", "Għaliex qed ngħid li wieħed għandu jħoss li d-dikjarazzjoni li jagħmel tkun tkopri kollox?", "Għar-raġuni li xi kultant wieħed jinsa x'ikollu għax ċerti affarijiet, li jkunu ġejjin minn affarijiet oħra, huwa ma jmisshomx, anzi jaħrab 'il bogħod minnhom!", "Jien l-ewwel wieħed lest li biex nevita li tiġri sitwazzjoni bħal din, jekk nagħmel dikjarazzjoni nawtorizza minn qabel lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex ikun jista' jivverifika d-dikjarazzjoni tiegħi ma' kull min irid għax jista' jkun hemm affarijiet oħra li jien għandi u li dawn ma jkunux għand istituzzjonijiet pubbliċi jew semi-pubbliċi imma jkunu għand istituzzjonijiet privati.", "Jien naħseb li din għandha tkun il-prattika; mhux li nagħmel id-dikjarazzjoni jien stess u l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jkollu joqgħod fuqha, ħlief għal forsi xi ftit verifiki li jkun jista' jagħmel, imma li wieħed jawtorizza lil min jivverifika x'assi għandu.", "B'hekk nevitaw sitwazzjonijiet fejn wieħed jipprova jilgħab logħba b'din id-dikjarazzjoni fejn jitfgħek naħa biex inti ma tmurx naħa oħra.", "Dan hu dak li kelli xi ngħid.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwel nett, Sur President, nixtieq ningħaqad ma' sħabi u ngħid \"prosit\" lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ta' dan ir-rapport għax permezz tiegħu poġġejna ħafna punti għad-diskussjoni li ilhom pendenti żmien twil.", "Jien naħseb li wieħed mill-punti li r-rapport għandu jelenka huwa mil-liema linja ta' prinċipju għandu jitlaq Ministru jew Deputat tal-Parlament.", "Għalkemm ma naqblux magħhom fuq ħafna affarijiet, jien inħoss li l-linja Żvediża ta' kif għandu jġib ruħu Deputat jew Ministru għandha sservi ta' mudell jew b'xi mod għandha tiġi elenkata hawnhekk.", "Pereżempju, hawnhekk il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika elenka l-prinċipji tal-onestà u tat-trasparenza, però l-prinċipju tal-umiltà mhuwiex miktub direttament, anzi minflok għandek direzzjoni opposta!", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax hawnhekk il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed jgħid li:", "Issa jien nieħu pjaċir ikolli elenku tal-poteri u l-privileġġi li għandi għax ma tantx hu twil!", "Hawnhekk qed nifhem li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed jibgħat messaġġ biex il-Ministri jġibu ruħhom sewwa, però jien naħseb li f'dawn iċ-ċirkostanzi aħjar niktbu bil-preċiż li, pereżempju, ħadd m'għandu jieħu vantaġġ fuq is-sistema u għax huwa Deputat jaqbeż il-kju imma li għandu jistenna bħal ħaddieħor biex jinqeda.", "Anke għal dawk li huma applikazzjonijiet ta' benefiċċji min-naħa tal-Istat, għandna niktbu li Deputat għandu joqgħod lura u m'għandux jippretendi li minħabba l-pożizzjoni tiegħu, għandu jinqeda qabel ħaddieħor.", "Pereżempju, għandna niktbu preċiż li jekk Membru Parlamentari jagħmel applikazzjoni għal xi ħaġa partikolari, m'għandux jippretendi li għax hu Deputat allura fil-każ tiegħu għandha ssir eċċezzjoni u l-applikazzjoni tiegħu tiġi pproċessata aktar malajr minn dik ta' ħaddieħor.", "Jien nittama li anke aħna nibdew inħaddnu dan il-mudell Żvediż għax naqbel li għandna nelenkaw b'mod ċar li Ministru jew Deputat għandu joqgħod lura u m'għandux idaħħal lilu nnifsu f'sitwazzjonijiet ferjn ikun hemm ċerta spavalderia min-naħa tiegħu.", "Imbagħad f'dan ir-rapport hawn ukoll numru ta' punti li nixtieq li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jispjegahom ftit aktar fid-dettall.", "Pereżempju, hawnhekk hawn miktub li:", "Filwaqt li jien naħseb li qed nifhem x'irid jgħid il-Kummissarju hawnhekk, wieħed irid ikun aktar ċar.", "Ma rridux ninsew li fil-Kamra tad-Deputati jidħlu kwantità kbira ta' nies, u allura l-binarji jridu jkunu miktuba għax biex ngħidu hekk, altru l-impressjoni tal-poteri u l-privileġġi ta' Deputat u altru kif wieħed hu mistenni li jġib ruħu f'soċjetà demokratika!", "Għalhekk xtaqt li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jitkellem ftit dwar din il-ħaġa.", "Imbagħad qed tiddaħħal l-idea innovattiva tal-perjodu tat-tliet snin, fejn hawnhekk il-Kummissarju qed jgħid li meta xi ħadd huwa Ministru jew Deputat … Issa jien naħseb li hawnhekk għandu jkun hawn distinzjoni fis-sens li Ministru għandu poteri eżekuttivi li jista' jabbuża minnhom li Deputat m'għandux.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Karol Aquilina, hemm sitwazzjonijiet fejn meta Deputat isib ruħu chairperson ta' xi ħaġa jingħata poteri eżekuttivi li wieħed jista' jużahom jew għall-vantaġġ personali tiegħu jew inkella għall-vantaġġ tal-grupp ta' nies li huwa jaħseb li jkunu qegħdin jappoġġjawh politikament.", "Jien naħseb li l-idea li Ministru jkun marbut għal ċerti restrizzjonijiet għal tliet snin after leaving office f'dak li għandu x'jaqsam ma' mpjiegi hija waħda mill-aktar ideat innovattivi, però hawnhekk wieħed irid iżomm f'moħħu żewġ binarji; irid iżomm f'moħħu lil dawk li qegħdin fil-ħajja pubblika u jrid iżomm f'moħħu wkoll lil dawk li se jispiċċaw mill-ħajja pubblika jew għax ma jiġux rieletti jew inkella għax jixbgħu.", "Fil-fatt kellna numru ta' Deputati li għal xi raġuni jew oħra ħassew li m'għadux posthom hawnhekk u riedu jitilqu.", "Għalhekk f'dan il-każ wieħed irid jibni qafas aktar dettaljat.", "Pereżempju, fil-Ġermanja kien hemm l-iskandlu ta' Prim Ministru li meta spiċċa mill-kariga tiegħu qabad u daħal f'kumpanija li tagħmel il-gass mill-Ġermanja għar-Russja.", "Almenu mingħalija l-pajjiż ir-Russja kien.", "Allura hawn wieħed irid jagħmel binarju u jżomm f'moħħu li dan jista' jkun ta' deterrent.", "Għaliex?", "Pereżempju, wieħed jista' jiddeċiedi li ma jibqax imdaħħal fil-politika għax din tista' tħalli ċerti konsegwenzi fuq il-professjoni tiegħu.", "Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika pprattika bħala avukat bħali u għalhekk jista' jifhimni tajjeb għax għadda minnha wkoll.", "Pereżempju, jien hekk kif sirt Ministru l-klijenti kollha li kelli spiċċaw u meta ma bqajtx Ministru u erġajt bdejt nipprattika l-professjoni legali tiegħi mhux il-klijenti kollha reġgħu ġew għandi.", "DR GEORGE HYZLER: U l-kawżi li ħallejt sibthom fejn kienu!", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, għall-grazzja ta' Alla dan ma kienx il-każ għax billi kien hemm Ministru tal-ġustizzja tajjeb dawn kienu laħqu nqatgħu!", "Xi waħda jew tnejn biss baqgħu mwaħħlin, u nista' ngħidlek liema huma, għax mill-bqija kollha nqatgħu.", "Bis-serjetà qiegħed ngħidlek!", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-ospitalità, liema kwestjoni jien qed nifhem li tqajmet minħabba l-preokkupazzjonijiet tal-Kummissarju wara ċerti sitwazzjonijiet jew rapporti li huwa għamel.", "L-ewwel nett hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jagħti indikazzjoni ċara.", "Pereżempju, jekk xi ħadd għandu ħabib li għandu appartament xi mkien u dan jistiednu biex imur jistrieħ hemmhekk, dik tfisser ospitalità?", "Jew inkella jekk xi ħadd jistedinni għall-ikel filgħaxija u jien immur niekol għandu, dik hija ospitalità?", "Għalhekk hawn wieħed irid jagħmel xi tip ta' benchmark għax, pereżempju, jien nifhem li jekk korporazzjoni multinazzjonali tistieden ministru biex imur iqatta' ġimagħtejn xi mkien barra minn Malta u tħallaslu hi, dik hija kwestjoni oħra, però hawnhekk għandek sitwazzjonijiet differenti.", "Pereżempju, ejjew ngħidu li jien għandi ziju tar-rispett li għandu dar xi mkien u dan qiegħed joffrihieli.", "Għalhekk, kif għedt diġà, naħseb li hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jagħmel xi tip ta' benchmark.", "Imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni tat-trusts, liema sitwazzjoni tista' ma tkun relevanti xejn u tista' wkoll tkun relevanti.", "Kien hemm mumenti fejn kien hemm l-opinjoni li meta xi ħadd isir Ministru, għandu jqiegħed il-portafoll ekonomiku tiegħu fi trust.", "Jien m'għandix din il-problema, imma ħaddieħor jista' jkollu l-problema li, pereżempju, ikollu investimenti f'diversi kumpaniji, u allura kien hemm l-idea li bħala good practice dak il-Ministru kellu jqiegħdhom fi trust.", "Jien nistieden lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jara ż-żewġ naħat tal-munita, jiġifieri din għandha tkun xi ħaġa mandatorja jew jeżistu sitwazzjonijiet fejn it-trust tista' wkoll tagħti lok għal abbuż biex ċerti assets ma jiġux għad-dawl tax-xemx?", "Fl-aħħar nett lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika nixtieq ngħidlu \"prosit\" u nirringrazzjah.", "Proprjament għandi xi punti oħrajn x'nagħmel, però naħseb li abbużajt biżżejjed mill-ħin ta' dan il-Kumitat!", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "DR GEORGE HYZLER: L-ewwel punt li għamel l-Onor.", "Karol Aquilina kien li attentati biex jingħataw rigali għandhom jiġu rrapportati.", "Jien żgur li naqbel ma' kull proposta li tgħolli l-istandards, jiġifieri ġaladarba bla ebda dubju din il-proposta hija ntiża biex ikollna standards ogħla, jien żgur se naqbel magħha.", "Madanakollu rrid dejjem inżomm saqajja mal-art biex ma nagħmilx is-sistema peżanti żżejjed - għal daqshekk biss - però li jiġi xi ħadd id-dar, iġiblek rigal u l-mara tiegħek tgħidlu: Skużani, imma għandna ordni biex ma naċċettawx rigali ...!", "Issa ovvjament dan jiddependi minn x'ikun ir-rigal, x'valur għandu, eċċ. Ma ninsewx ukoll li fil-kodiċijiet hemm elenkati l-prinċipji, u l-linji gwida jamplifikaw jew jispjegaw aħjar.", "Il-linji gwida, għax huma linji gwida, dawk noħroġhom jien u mhux neċessarjament irid ikolli l-approvazzjoni tal-Parlament biex noħroġhom.", "Għalhekk wieħed jista' jidħol anke f'dawn it-tip ta' dettalji u jżid jew inaqqas skont l-esperjenza tagħna, però nerġa' ngħid li fil-prinċipju jien favur kwalunkwe proposta li tgħolli l-istandards.", "Apprezzajt il-punt tan-nomini ta' Membri tal-Parlament fuq bordijiet eċċ. Ta' min jgħid li dan il-punt japplika għaż-żewġ naħat tal-Kamra għax hemm numru ta' bordijiet li fihom hemm rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra, u nifhem li d-Deputati li qegħdin fuq dawn il-bordijiet jista' jkollhom ċerta influwenza.", "Għalhekk forsi tkun idea tajba jekk il-prinċipju tar-revolving doors ikun japplika wkoll għall-Membri tal-Parlament.", "Naturalment meta ġejna biex infasslu l-kodiċijiet aħna għamilna distinzjoni bejn il-Membri tal-Parlament ordinarji u l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, però jista' jkun il-każ li dan il-prinċipju għandu jiġi estiż.", "Rigward il-punt l-ieħor li qajjem l-Onor.", "Karol Aquilina dwar il-beni parafernali, bir-rispett kollu, jien ma tantx naqbel miegħu.", "Veru li m'għandniex nindagaw iżżejjed, però jekk l-iskop huwa trasparenza u kontabbiltà, ikun daqsxejn perikoluż li nħallu twieqi miftuħin minn fejn wieħed ikun jista' joħroġ.", "Nifhem li m'għandniex ngħabbu żżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Jew tagħmel dikjarazzjoni.", "Fil-kwestjonarju li jien iċċirkolajt hemm dawn il-mistoqsijiet, però dawn ma sarux bil-ħsieb li jiġu ppubblikati.", "Biex jien ikolli l-istampa kollha u biex inkun nista' nibni l-profil .… Għax fil-verità l-eżerċizzju li għamilt s'issa għamiltu bil-għan li nibni profil, u dan billi bil-mod il-mod niġbor informazzjoni fuq il-Membri ħalli nagħmel dak li normalment jissejjaħ \"risk assessment\".", "B'hekk meta niġi biex ninvestiga - għax m'iniex se ninvestiga lil kulħadd, u mhux dak huwa l-iskop fl-aħħar mill-aħħar - ninvestiga l-aktar lil dawk li l-iżjed ikunu qed jixegħlu bozoz ħomor.", "Issa hawn forsi wieħed jistaqsi: X'inhuma l-bozoz ħomor?", "Hija xi ħaġa normali li l-fatt li tkun Ministru jkabbarlek ir-riskju li jinxtegħlulek aktar bozoz ħomor milli jekk tkun Deputat.", "Anke l-fatt, pereżempju, li l-midja titkellem fuqek, ukoll jagħmel differenza kbira.", "Tgħidli: Se toqgħod tagħti kas x'tgħid il-midja?", "Iva, tagħti kas x'inhi tgħid il-midja, mela le, u allura hemmhekk tkun qed tinxtegħel bozza!", "Anke l-fatt li, pereżempju, inti ma tiddikjarax id-dħul tiegħek jew ma tibgħatx id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħek jagħmel differenza.", "Jien m'iniex se niġi naqbdek minn għonqok u ngħidlek li trid tibgħat dawn id-dikjarazzjonijiet bilfors, però meta inti ma tibgħatlix dawn id-dikjarazzjonijiet awtomatikament tkun qed tesponi ruħek għal aktar punti kontra tiegħek!", "Jien fuq medda ta' snin … Ma għandkomx tinsew li din hija esperjenza ġdida għalija u għall-pajjiż, jiġifieri jien qed nibni r-regoli jew il-prattika man mano ma' dak li huwa għaddej.", "Matul din l-aħħar sena u nofs jien għamilt dan l-eżerċizzju, li rrid ngħid li la huwa pubbliku u lanqas se jkun pubbliku.", "Probabbilment wara din il-laqgħa se jkun hemm min jikkritikani li jien ma npoġġix kollox fid-dominju pubbliku, però jien irrid inżomm quddiem għajnejja wkoll li filwaqt li għandi bżonn inkun naf ċerti affarijiet, għandi nirrispetta l-privatezza tad-Deputati tagħna.", "Dwar l-istatements tal-bank jien naf x'ried jgħid l-Onor.", "Fil-fatt din kienet trick antika li kienet issir minn qabel żmieni.", "Meta d-Dipartiment tat-Taxxi Interni kien jgħidilhom biex jibgħatulu statement tal-bank, kulħadd kien jibgħat l-istatements tal-aħħar tas-sena, li kienu joħorġu l-għada li jkunu neħħew il-flus mill-bank, u mbagħad kulħadd kien jerġa' jpoġġihom f'Jannar!", "Jien nissuġġerixxi biex fir-reġistru tal-interessi jiddaħħal l-obbligu li tinnotifika within 28 days.", "B'hekk kull darba li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tinbidel m'għandekx toqgħod tistenna d-dikjarazzjoni tal-aħħar tas-sena imma tkun trid tinnotifikani li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tkun inbidlet!", "Mela jekk, pereżempju, inti xtrajt pittura ta' €100,000 - hawnhekk se nerġgħu mmorru għal dan l-eżempju, li hu daqsxejn esaġerat - ma għandekx tistenna li tinformani b'dan fl-aħħar tas-sena imma trid tinformani within 28 days li tkun xtrajtha.", "Ir-reġistru tal-interessi huwa ħaj u kważi kważi d-dikjarazzjonijiet isiru irrelevanti għax inti tkun qiegħed dejjem tagħmel updates perjodikament.", "Kellna anke diskussjonijiet interni dwar kemm għandu jingħata żmien biex wieħed jinformani b'dan, u frankament aktar ma tagħti żmien twil, bħal ngħidu aħna sitt xhur, iċ-ċans huwa li dak li jkun jinsa jinformani.", "Min-naħa l-oħra l-perjodu ta' jumejn huwa qasir wisq, u għalhekk għażilna l-perjodu ta' 28 days, li għalkemm huwa perjodu pjuttost arbitrarju, huwa perjodu li ssibu anke f'pajjiżi oħra.", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-privileġġi.", "Naħseb li għandu jkun prinċipju li l-privileġġi li jeżistu … Għax anke l-fatt li inti, pereżempju, titkellem fil-Kamra b'mod liberu u ħadd ma jkun jista' jfittxek bil-qorti talli tkun għedt xi ħaġa fuq xi ħadd, dak tradizzjonalment nirreferu għalih bħala privileġġ.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hija responsabbiltà wkoll!", "DR GEORGE HYZLER: Veru, imma jien ma nistax ma nissolleċitax lid-Deputati li wieħed għandu joqgħod daqsxejn aktar kawt meta jiġi biex jitkellem fuq terzi persuni li mhumiex Membri ta' din il-Kamra.", "Anke meta jagħmel allegazzjonijiet fuq terzi persuni li mhumiex Membri ta' din il-Kamra, wieħed għandu joqgħod attent kif jagħmel dawn l-allegazzjonijiet għax hemm barra hemm nies, kumpaniji, eċċ., li jistgħu jweġġgħu b'dak li jingħad f'din il-Kamra.", "Pereżempju, jien nista' nqum u ngħid li t-tali kumpanija qed tbigħ prodotti ħżiena u għalhekk wieħed qed jagħmel ħażin li jixtri mingħandhom.", "Din hija xi ħaġa li tista' tgħidha f'dan il-Parlament, imma fl-opinjoni tiegħi jekk tagħmel hekk tkun qed twettaq abbuż.", "Bl-istess mod tista' litteralment toqtol reputazzjoni ta' persuna.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien wieħed minn dawk li naqbel li għandu jkun hemm il-protezzjoni tal-privileġġ għad-Deputati għax huwa importanti li d-Deputati jkunu jistgħu jitkellmu bil-libertà, però mbagħad għandha tiġi minnhom ukoll li jżommu daqsxejn lura u joqogħdu attenti kif jitkellmu fuq terzi persuni.", "Jekk wieħed jistaqsini kemm hawn privileġġi nista' ngħid li m'hawnx ħafna, però mbagħad hemm ukoll il-prinċipju li tkellem fuqu l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici; dak ta' abbuż imwettaq minn Deputat minħabba l-pożizzjoni li għandu.", "Waħda mir-regoli hija proprju li inti m'għandekx tabbuża mill-pożizzjoni tiegħek bħala Deputat.", "Lanqas f'ittra, inti bħala avukat ma tistax tikteb lill-klijent tiegħek u, pereżempju, tgħidlu: \"Jien qed ngħidlek dan bħala Membru Parlamentari\" jew inkella \"Ftakar li jien Membru Parlamentari\"… Riċentement fl-Ingilterra kien hemm każ fejn ministru kellu jirriżenja għax meta kiteb lil xi ħadd li kellu jagħti flus lil missieru qallu: \"Tinsiex li jien Deputat u li allura nista' nagħmillek ħajtek diffiċli!\"", "KAROL AQUILINA: Suppost lanqas għandek tniżżel li inti Membru Parlamentari f'dan il-każ!", "DR GEORGE HYZLER: Eżatt, u fil-fatt dan il-ministru kellu jirriżenja.", "Għalhekk għalkemm naturalment kull każ ikun irid jiġi vvalutat, jien naqbel mal-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li Deputat m'għandux jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu fl-oqsma kollha, u dik hija xi ħaġa li qiegħda mniżżla.", "Dwar dik li hi ħajja privata, il-prinċipju hu li inti m'għandekx tpoġġi lilek innifsek f'pożizzjoni ta' rikatt jew ta' pressjoni, għalkemm naf li din hija xi ħaġa soġġettiva ħafna.", "Għaliex?", "Għax anke f'affarijiet li jistgħu jkunu legali, … Pereżempju għalija billi mmur fit-tali post ma nkun qed nagħmel xejn ħażin filwaqt li għalik huwa ħażin ħafna għax jekk il-mara tiegħek issir taf li mort hemmhekk taqlagħlek widnejk!", "Mela allura inti f'daqqa waħda poġġejt lilek innifsek f'sitwazzjoni fejn dak li ġie miegħek f'dak it-tali post jew min rak hemmhekk jista' jirrikattak.", "Għalhekk jien qed ngħid li wieħed għandu jevita dawk is-sitwazzjonijiet li fihom ikun qed jesponi lilu nnifsu għal rikatt jew inkella għal pressjoni mhux dovuta.", "Biex inkun għedt kollox, dan mhuwiex xi prinċipju li jinsab f'postijiet oħra imma huwa prinċipju innovattiv li meta pproponejtu u ddiskutejnieh kien hemm qbil dwaru għax jagħmel sens.", "Issa sta għalikom naturalment!", "Il-kwestjoni tar-revolving doors diġà semmejtha meta kont qed niddiskuti l-proposti tal-Onor.", "Dwar dan hemm xi tgħid, speċjalment meta nikkonsidraw kemm Malta hija żgħira.", "Pereżempju, ejjew nieħdu l-eżempju li ġab l-Onor.", "Karol Aquilina ta' Deputat li jkun qiegħed fuq bord, f'daqqa waħda jitlaq minn din il-kariga u l-għada jiġi mpjegat … Jew ejjew nimmaġinaw li l-Ministru Edward Zammit Lewis kien ministru tat-turiżmu, f'daqqa waħda spiċċa minn ministru tat-turiżmu u l-għada ġie mpjegat ma' kumpanija kbira tal-lukandi.", "Din il-ħaġa żgur li se ddarras lil ħafna.", "Issa hawn wieħed jista' jistaqsi: Imma b'daqshekk għamel xi ħaġa ħażina?", "Mhux neċessarjament, imma allura biex nevitaw dawn is-sitwazzjonijiet, ladarba mhux kull individwu joqgħod lura minn dawn l-affarijiet - u dan qed ngħidu anke minn esperjenzi li kellna fil-passat fejn dawn l-affarijiet ġraw u għalija huma ħżiena - huwa tajjeb li nagħmlu regola dwar dan.", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-ospitalità.", "Hawnhekk il-bilanċ huwa kollox, jiġifieri jien m'iniex se nesaġera u ngħid li jekk ħu Deputat jistiednu x'imkien, dik hija ospitalità!", "L-ospitalità trid teħodha fil-kontest tal-pożizzjoni tiegħek bħala Deputat jew Ministru, jiġifieri l-kwestjoni tal-ospitalità tapplika meta xi ħadd jistiednek proprju għax inti Deputat jew Ministru biex imbagħad ikun jista' jieħu xi ħaġa lura mingħandek.", "L-ewwel nett ejjew nagħmlu distinzjoni.", "Hemm rigali, benefiċċji u tipi ta' ospitalità li Deputat jew Ministru m'għandu qatt jaċċettahom, indipendement mill-valur tagħhom, jiġifieri jekk xi ħadd jiġi jagħtik ballpen li tiswa €1 imma mbagħad talli tak din il-ballpen huwa qed jippretendi xi ħaġa mingħandek, allura f'dak il-każ inti m'għandekx taċċettaha.", "Min-naħa l-oħra jekk dak li jkun mhu qed jippretendi xejn lura talli dak din il-ballpen, allura tista' taċċettaha.", "Jien qed nipproponi li jekk il-valur tar-rigal ikun aktar minn €250 allura trid tirreġistrah, anke jekk dan ir-rigal jingħata lill-membri tal-familja tad-Deputat jew tal-Ministru u mhux lid-Deputat jew lill-Ministru direttament.", "Imma issa tistgħu tiddeċiedu intom fuq l-ammont, jiġifieri għalkemm jien qed nipproponi li r-rigal għandu jiġi reġistrat meta jkollu valur ta' aktar minn €250, l-ammont jista' jkun differenti.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nagħmilha ċara wkoll li anke jekk minflok ma ta ballpen ta' €1 lid-Deputat direttament, wieħed ta par imsielet lill-mara tiegħu, dawk il-par imsielet iridu jiġu reġistrati wkoll.", "Xi ħaġa oħra li qed nipproponi u li hija daqsxejn innovattiva hija li Deputat jew Ministru għandu jirreġistra anke r-rigali li jagħti u mhux biss dawk li jirċievi.", "Għaliex?", "Għax jien irrid nevita sitwazzjonijiet fejn ministru - u hawnhekk aktar qed nirreferi għall-Ministri milli għad-Deputati - jagħti rigali lil persuni jew - issa hawn se nkun daqsxejn goff! – lil entitajiet partikolari biex iżommhom milli jikkritikawh.", "Ejjew ngħidu li għall-grazzja tal-argument il-Ministru Edward Zammit Lewis, bħala l-Ministru responsabbli mill-ġustizzja, għandu lill-Kamra tal-Avukati li qiegħda tikkritikah fuq xi ħaġa, xi ħaġa li jien meta kont President tal-Kamra tal-Avukati kont nagħmel regolarment!", "Mela allura f'dan il-każ il-Ministru Edward Zammit Lewis jista' jiddeċiedi li jagħtini rigal, bħal pereżempju xi safra, biex jagħlaqli ħalqi.", "Fil-fatt jien għalhekk qed nipproponi li għandhom jiġu reġistrati anke dawk ir-rigali li inti tagħti.", "Nerġa' ngħid li din hija idea innovattiva li safejn naf jien ma teżistix f'pajjiżi oħra.", "Biex inżid daqsxejn aktar id-doża, anke jekk il-Ministru ma jagħtix dawn ir-rigali hu direttament imma jqabbad lil ħaddieħor biex jagħtihom hu, dawn ir-rigali xorta waħda jridu jiġu reġistrati.", "Mela ejjew ngħidu li l-ministru tal-ġustizzja jrid jagħlaq ħalq il-president tal-Kamra tal-Avukati u biex jagħmel hekk iqabbad kumpanija ħabiba tiegħu u jgħidilha: \"Lil dak agħtih dik il-ħaġa!\"", "L-istess jista' jiġri fir-rigward ta' każin tal-banda.", "Lill-każin tal-banda nista' ma nkunx qed nagħtih ir-rigal jien u minflok inqabbad lil xi ħaddieħor biex jagħti rigal lill-każin tal-banda, imma mbagħad il-membri ta' dak il-każin tal-banda jirringrazzjaw lili xorta waħda.", "Qed nuża dan l-eżempju għax naf li dawn huma affarijiet li ġieli ġraw f'każini tal-banda.", "M'iniex qed ngħid li din hija xi ħaġa li ma nistax nagħmilha, imma dak ir-rigal li nkun qabbadt lil ħaddieħor jagħti lill-każin tal-banda nkun irrid nirreġistrah għax l-iskop huwa t-trasparenza.", "Ejjew ngħidu li jien inkun irrid nagħti rigal lil klabb tal-boċċi partikolari u allura nqabbad kumpanija li għandi kunfidenza magħha u ngħidilha: \"Agħmilli pjaċir; agħti sponsorship ta' €2,000 lit-tali klabb tal-boċċi għax se jieħu sehem f'dik il-kompetizzjoni!\", imma mbagħad il-klabb tal-boċċi jiġi jirringrazzja lili.", "Għalhekk dan l-isponsorship irid jiġi reġistrat ukoll.", "Sur President, qed nagħmilha ċara li jien hawnhekk m'iniex qed nissuġġerixxi projbizzjoni għal dawn it-tip ta' rigali imma qed nissuġġerixxi biss li dawn jiġu reġistrati fir-reġistru tar-rigali, tal-benefiċċji u l-ospitalità biex ikun hemm it-trasparenza.", "Mill-bqija m'għandix problemi f'dan ir-rigward.", "Niġi issa għall-aħħar punt li għamel l-Onor.", "Jien pjuttost favur sistema fejn fil-perjodu li bniedem ikun fil-politika, speċjalment bħala Ministru, huwa għandu jiddistakka ruħu minn dak il-business li huwa aċċettat - biex insejjaħlu hekk - u dan mhux biex jaħbi jew jistaħba wara - anzi t-trust għandha tkun trasparenti - imma biex hu jiddistakka ruħu mill-amministrazzjoni u ma jkunx involut … Ħalli nagħti eżempju.", "Ejjew ngħidu li għandek dar tal-familja u inti trid twaqqagħha biex tibni blokk appartamenti; xi ħaġa li tiġri fir-realtà.", "Teknikament billi l-Ministri ma jistgħux jagħmlu xogħol ieħor jibda jitqajjem daqsxejn ta' dubju.", "Din hija xi ħaġa aċċettata u tista' ssir, però inti għaliex għandek inti ssib ruħek f'sitwazzjoni fejn inti u tagħmel dan l-iżvilupp allaħares qatt jaqa' l-bini ta' maġenbek jew jiġri xi ħaġa oħra bil-konsegwenza li dan l-iżvilupp imur ħażin u allura jsiru kawżi personali kontra tiegħek?", "Jekk ikollok amministratur u dan jamministralek at arm's length inti tkun iddistakkajt ruħek minn dak l-iżvilupp jew minn dik il-biċċa negozju li hija \"aċċettata\" għax hawnhekk ma rridux ninsew li bħala regola l-Ministri ma jistgħux jidħlu f'negozji oħra.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jien għandi żewġ kummenti fuq dak li għedt inti, u kumment minnhom jirrigwarda l-kwestjoni tar-rigali.", "Aħna konna pproponejna li l-benchmark ikun dak ta' €150.", "(Interruzzjonijiet) Imma dak hu d-dokument.", "M'iniex qed ngħid ...", "DR GEORGE HYZLER: Tajjeb.", "L-ISPEAKER: Niftakar li meta morna l-GRECO, u anke meta jiġu mill-Parlament Ewropew, jgħidulek mal-ewwel li, pereżempju, dak ir-rigal ma jiswiex aktar minn €150, però mbagħad ovvjament sta għalikom.", "Huwa importanti wkoll - għax għalkemm din hija xi ħaġa li ġiet imsemmija fir-rapport, fid-diskussjoni ma ssemmietx - li meta għal xi raġuni jew oħra Membru Parlamentari jkun qed jiġi mhedded, harassed jew intimidat, huwa għandu jirrapporta lis-Sedja mill-aktar fis possibbli ħalli mbagħad din tkun tista' tieħu azzjoni.", "Naħseb li dan huwa punt importanti li fir-rapport huwa msemmi b'mod ċar.", "Dwar dak li qal il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika għal meta Ministru jew Membru Parlamentari jqabbad lil xi ħaddieħor biex ikun jista' jagħti rigal, huwa importanti li ngħidu wkoll li dan jista' anke jqabbad lobbying group għax nafu li ġieli saret, jew jekk ma saritx b'mod dirett, saret b'mod indirett.", "Jista' jkun, pereżempju, li Ministru jew Membru Parlamentari jkollu influwenza fuq ċerti membri tal-press u allura jgħidilhom biex jiktbu artiklu fuq it-tali filwaqt li mbagħad jieħu ħsieb jara li jżomm lil dawn il-membri tal-press happy!", "Dawn huma eżempji ta' każijiet innovattivi, u allura huwa importanti li nesiġu t-trasparenza anke f'każijiet bħal dawn.", "Jien nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika talli kien preżenti għal din il-laqgħa għax b'hekk nistgħu nkunu f'pożizzjoni li nimxu fuq ħafna minn dak li għedna dwar il-kontenut.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, naħseb li l-understanding kien li issa, wara li smajna lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, aħna bħala Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra nkunu f'pożizzjoni li mmorru lura għand il-gruppi parlamentari rispettivi tagħna u nidħlu f'ċertu dettall magħhom billi nagħmlu presentation aħna stess.", "Imbagħad nazzarda ngħid li f'Novembru għandna nikkonkludu dan l-item.", "Naturalment l-ewwel tkun trid issir laqgħa speċifika f'dan ir-rigward u sadanittant f'dan il-Kumitat nistgħu nibqgħu għaddejjin niddiskutu suġġetti oħra, imma naħseb li jekk f'Novembru nagħmlu din il-biċċa xogħol, anke in vista tal-Baġit eċċ., inkunu qed nagħmlu xi ħaġa raġjonevoli.", "L-ISPEAKER: Ħalli ngħidilkom x'se nagħmel.", "Jien se nordna li jkollna t-traskrizzjoni ta' dak kollu li sar illum ħalli intom tkunu abreast ma' dak dak kollu li ntqal waqt din il-laqgħa tal-Kumitat, jiġifieri kemm mal-osservazzjonijiet, kemm mad-domandi li saru kif ukoll mat-tweġibiet li ngħataw mill-Kummissarju.", "Imbagħad intom tkunu tistgħu tikkonsultaw mal-grupp parlamentari rispettiv tagħkom u nimxu minn hemmhekk.", "DR GEORGE HYZLER: Nixtieq nagħmel punt żgħir.", "Naturalment jien altru milli jien dispost li niltaqa' mal-gruppi parlamentari, kemm separatament kif ukoll maż-żewġ gruppi parlamentari flimkien, imma nimmaġina li aktar jagħmel sens li jkunu gruppi żgħar.", "Jekk tridu li niltaqgħu f'working groups, jien dispost li niltaqa' magħkom bil-qalb kollha.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzja lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika filwaqt li ngħidlu li jista' jirtira mill-kumplament ta' din il-laqgħa.", "Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika rtira mill-Kumitat.", "L-ISPEAKER: Nixtieq nara jekk naqblux fuq xi data dwar meta se nerġgħu niltaqgħu.", "Ovvjament issa nerġgħu niltaqgħu wara li jispiċċa r-recess tas-sajf u jerġa' jibda l-Parlament.", "KAROL AQUILINA: Tajjeb li nistabbilixxu data fissa ħalli b'hekk din il-laqgħa ma taħbatx ma' affarijiet oħra.", "L-ISPEAKER: Naqbel.", "KAROL AQUILINA: Pereżempju, jien nissuġġerixxi li l-laqgħa tibda tkun nhar ta' Tnejn fl-4.30 p.m. wara l-ħin tal-mistoqsijiet.", "L-ISPEAKER: Imma jiġifieri niltaqgħu dejjem nhar ta' Tnejn?", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li l-aqwa li jkollna data fissa.", "Il-punt tal-Onor.", "Karol Aquilina jien fhimtu għax jista' jkun li, pereżempju, ikun hemm xi rapport li jkollna bżonn niddiskutuh.", "Aħna ħalli niffissaw data għal-laqgħa li jmiss u mbagħad nistgħu nżommuha u jista' jkun ukoll li ma jkollniex għalfejn inżommuha.", "KAROL AQUILINA: S'issa ġiet imħabbra d-data tal-Baġit jew le?", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Fid-data li se nagħti mhux se niddiskutu s-suġġett tal-lum.", "Mela jekk se nibqgħu fuq il-ġurnata tat-Tnejn, allura l-laqgħa li jmiss tista' ssir nhar it-Tnejn, 12 ta' Ottubru fl-4.30 p.m. u mbagħad naraw minn hemmhekk.", "(Onor. Membri: Iva) Nirringrazzjakom ħafna.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Ottubru 2020, fl-4.30 p.m.", "Fil-10.50 a.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20200914_011d_sta.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "LAQGĦA NRU 11", "ItTnejn, 14 ta' Settembru 2020", "IlKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fid9.34 a.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallĠustizzja, lUgwaljanza u lGovernanza, lOnor.", "Edward Zammit Lewis, ilMinistru għallIntern, isSigurtà Nazzjonali u lInfurzar talLiġi, lOnor.", "Karol Aquilina u lOnor.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 10 tas17 ta' Awwissu 2020 ġew ikkonfermati.", "Matul illaqgħa lIspeaker informa lillKumitat b'numru ta' dokumenti li huwa kien irċieva mingħand ilKummissarju għallIstandards millaħħar laqgħa u li kienu diġà ġew mibgħuta lillMembri:", "L-Ispeaker informa wkoll lill-Kumitat illi wara l-aħħar laqgħa huwa kien kiteb lill-Onor.", "Joseph Muscat fejn infurmah bid-deċiżjoni tal-Kumitat illi kien qed jifhem illi l-ittra tiegħu datata 14 ta' Awwissu 2020 kienet tammonta għal apoloġija a tenur tal-Artikolu 28(d)(ii) tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, u li l-każ issa kien qed jitqies bħala magħluq.", "Huwa qassam kopja ta' din l-ittra lill-Membri tal-Kumitat.", "RAPPORT TAL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA REVISING THE CODES OF ETHICS FOR MEMBERS OF THE HOUSE OF REPRESENTATIVES AND FOR MINISTERS AND PARLIAMENTARY SECRETARIES A RECOMMENDATION UNDER ARTICLE 13 OF THE STANDARDS IN PUBLIC LIFE ACT", "L-Ispeaker qassam numru ta' dokumenti li kienu relevanti għad-diskussjoni ta' dakinhar.", "Bil-permess tal-Kumitat l-Ispeaker stieden lil Kummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika, Dr George Hyzler sabiex jingħaqad mal-mejda u jagħmel il-preżentazzjoni tarrapport tiegħu magħmul ai termini tal-Art.", "13 (g)(i) tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar reviżjoni tal-kodiċi ta' etika tal-Membri Parlamentari u dak tal-Ministri u Segretarji Parlamentari.", "Fuq talba ta' Dr Hyzler il-Kumitat qabel li madwar il-mejda jiġi mistieden ukoll idDirettur Ġenerali flUffiċċju talKummissarju talIstandards filĦajja Pubblika sSur Charles.", "Wara l-preżentazzjoni mill-Kummissarju, l-Ispeaker irringrazzjah tar-rapport dettaljat li kien ipprepara, u stieden lill-Membri sabiex jagħmlu r-rimarki u l-mistoqsijiet tagħhom.", "Il-Kummissarju wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu u wara illi l-Ispeaker u l-Membri tal-Kumitat irringrazzjaw lill-Kummissarju għax-xogħol tiegħu fuq dan ir-rapport, il-Membri qablu illi għandhom jikkonsultaw mal-gruppi parlamentari rispettivi tagħhom qabel ma l-Kumitat ikompli bil-konsiderazzjoni ta' dan ir-rapport.", "L-Ispeaker irringrazzja lill-Kummissarju u talbu jirtira mill-Kumitat.", "Fil10.50 a.m. ilKumitat aġġorna għal nhar itTnejn, 12 ta' Ottubru 2020 fl4.30 p.m., liema laqgħa ssir jekk il-Kumitat ikollu rapporti x'jiddiskuti.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20200914_011m_sta.docx"} {"text": ["GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 16 ta' Settembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 16 ta' Settembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Gozo Innovation Hub, ix-Xewkija Għawdex, fl-10.15 a.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 11, li saret fit-2 ta' Settembru 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Justyne Caruana): Nilqagħkom fil-gżira Għawdxija.", "Din hija t-12-il laqgħa tal-Kumitat u t-tieni laqgħa li qegħdin nagħmlu minn hawnhekk.", "Infakkar lil dawk kollha li qegħdin isegwuna u lill-mistednin tagħna li dawn huma xandiriet pubbliċi, u allura dak li se jingħad u li se jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat huwa pubbliku, sakemm ma jkunx hemm xi ħadd li ma jkunx jixtieq li xi dokument ikun pubbliku.", "Min se jkun qiegħed jesebixxi dokument irid jgħidilna jekk hijiex ix-xewqa tiegħu jew tagħha li jintwera.", "Ninforma lill-Kumitat li wara l-laqgħa li għaddiet, erġajna għamilna kuntatt mas- Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof.", "Charmaine Gauci, li bagħtitilna l-informazzjoni li tlabna mingħandha, b'mod partikolari dwar is-swabs li jsiru fiċ-ċentru t'Għawdex, u bagħtitilna l-graph ukoll.", "Kellna wkoll komunikazzjoni mal-LESA fejn ġejna informati li bejn it-13 ta' Marzu u l-31 ta' Awwissu 2020 ġie rrekordjat total ta' 1,859 infringement f'Għawdex, li 42 minnhom saru f'Għawdex u 1,817 saru f'Malta.", "Rigward il-punt li qam biex ikun hemm iktar kontrolli u ġemgħat tal-pulizija, sar kuntatt mal-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafa, li informana li din il-kwestjoni qed tiġi diskussa internament.", "L-IMPATT TAL-COVID-19 FUQ GĦAWDEX U T-TRIQ 'IL QUDDIEM (KONT.)", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum se nkomplu niddiskutu l-impatt tal-COVID-19 fuq Għawdex u t-triq 'il quddiem.", "Għandna diversi mistednin, però qabel xejn ippermettuli nirringrazzja lis-Sur John Borg, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, li qiegħed fostna llum.", "Xtaqt nirringrazzjah f'isimkom tal-koperazzjoni sħiħa li qegħdin insibu bl-input tiegħu personali, għax kieku kien ikun iktar diffiċli li jsiru l-laqgħat f'Għawdex.", "Sur Borg, nirringrazzjak f'isem il-Kumitat.", "Għandna lil Dr Jimmy John M. Vella, li se jkun qiegħed jingħaqad magħna f'isem il-grupp tal-LSEs Għawdxin li jaħdmu Malta biex jagħmlilna preżentazzjoni.", "Se jkollna wkoll lis-Sa Pauliana Said mill-Gozo Federation Persons with Disability, Dr Denise Mifsud li hi l-Prinċipal tal-Kulleġġ ġewwa Għawdex, is-Sur Muscat u s-Sur Scicluna, rappreżentanti tal-Gozo Tourism Association, u s-Sur Joseph Borg u s-Sur Daniel Borg, rappreżentanti tal-Gozo Business Chamber.", "Nibdew bl-ewwel intervent li għandna u nistieden li Dr Jimmy John M. Vella.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA (Rappreżentant ta' grupp ta' LSE's Għawdxin): L-għodwa t-tajba.", "Qed tisimgħuni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nisimgħuk tajjeb ħafna.", "Grazzi talli ngħaqadt magħna.", "Aħna rċevejna korrispondenza mingħandek fejn issollevajt diversi kwestjonijiet relatati mal-inkonvenjenti li għandhom l-LSEs Għawdxin li jaħdmu Malta, u allura ħassejna li wara din il-korrispondenza kellna nistednuk biex tagħmel espożizzjoni eżawrjenti biex il-Kumitat mhux biss jkun jista' jieħu nota tagħhom, imma fejn huwa possibbli nkunu nistgħu naġixxu dwarhom.", "Għandek il-ħin tiegħek biex tagħmel il-preżentazzjoni.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Nirringrazzjakom.", "Kif semmejt tajjeb, il-korrispondenza hija dik tas-17 ta' Awwissu, li tqajjem il-punti kollha li xtaqt nagħmel illum wara l-istedina tagħkom.", "Bażikament, f'dan l-istadju jien nirrappreżenta 13-il LSE Għawdxin li jaħdmu Malta.", "Il-kwestjoni prinċipali hija li teżisti lista ta' seniority, fejn suppost meta tinqala' vakanza għal LSE f'Għawdex, tiġi trasferita LSE Għawdxija minn Malta skont din il-lista.", "Li kien qed jiġri u dak li konna qed ninnotaw, u dak li l-LSEs ilhom jikkumbattu dwaru qabel ma ġew għandi, hu li jeżisti proċess fejn LSE tista', tramite bord mediku, wara li tagħmel applikazzjoni u tiġi assessjata minn dan il-bord, tinqabeż fil-lista tas-seniority fuq bażi hekk imsejħa umanitarja.", "Nafu b'diversi każijiet li huma ġenwini f'dan is-sens u m'għandna l-ebda kwestjoni ma' dawn l-każijiet li huma ġenwini – anzi napprezzaw x'qed jiġri f'dak is-sens.", "Però, irrealizzajna wkoll – mhux b'dubju raġjonevoli biss, imma anke minn diskors li ntqal lill-klijenti tiegħi – li kien hemm xi każijiet li jistgħu ma jkunux daqshekk ġenwini.", "Ovvjament, meta l-LSEs li huma klijenti tiegħi raw hekk, ħadu diversi azzjonijiet, inkluż li marru għand il-Kummissarju tal-Edukazzjoni, Dr Caruana Carabez.", "Dan għamel investigazzjoni li matulha żammna informati b'kull pass li kien qed jagħmel, u ltaqa' magħna fl-uffiċini tiegħu fil-Belt; però, sfortunatament, il-konklużjoni tiegħu kienet, kif anke inkludejt jien mal-ittra tiegħi tas-17 ta' Awwissu, li huwa stess ma setax jikkonkludi kif qed jittieħdu dawn id-deċiżjonijiet mill-Bord Mediku.", "Hu għadda l-kumment li, kuntrarjament għall-prassi, dan il-bord mediku jpoġġi fuqu tabib wieħed biss li ilu fuq dan il-bord għal diversi snin; però, ma ngħatax iktar informazzjoni, la min huwa t-tabib u lanqas kif jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Wara dan kollu, inqalgħet il-kwestjoni li dawn l-LSEs klijenti tiegħi kollha kemm huma huma impjegati fis-settur u jagħmlu diversi korsijiet matul is-snin, inkluż bħalissa, filwaqt li qegħdin jagħmlu degree in inclusive education sabiex jilħqu l-grad ta' LSE 3.", "Il-kwestjoni hija li iktar ma jkollhom kwalifiki, iktar jiġu 'l quddiem fis-seniority tagħhom.", "Però issa li qiegħed jiġri huwa li LSEs li mhumiex impjegati fis-settur, għax m'għandhomx ir-rabta tal-impjieg bħalma għandhom il-klijenti tiegħi, qed jirnexxilhom jagħmlu dan il-kors fuq bażi full-time.", "Allura, l-LSEs li qed jiggradwaw qabel il-klijenti tiegħi f'dan il-kors, jidher li se jkunu qegħdin jingħataw trasferiment qabilhom meta jinqala' l-bżonn ta' xi trasferiment.", "Il-klijenti tiegħi, ġustament, qegħdin jgħidu li huma għandhom tant esperjenza fis-settur u dejjem jagħmlu l-korsijiet biex jibqgħu aġġornati, u mbagħad qed jiġri li persuni oħra li huma iżgħar u b'inqas esperjenza, għax jistgħu jagħmlu l-kors full-time se jaqbżuhom u kull darba l-klijenti tiegħi qegħdin jaqgħu lura, irrispettivament mis-snin li għandhom fil-kamp operattiv u l-korsijiet li qed jibqgħu jagħmlu.", "Aħna, wara li rajna d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju Dr Caruana Carabez, ma kienx baqgħalna wisq alternattivi għajr li jew nieħdu l-via ġudizzjarja, li ma xtaqniex nagħmlu, stante li għall-klijenti tiegħi impjegati fis-settur il-via ġudizzjarja jkollha tolqot, jew inkella nipprovaw nitkellmu ma' min jirrappreżenta lil Għawdex, ossia l-Kumitat li tirrappreżentaw intom, u għaldaqstant bgħatna dik l-ittra tas-17 ta' Awwissu.", "Li jixtiequ l-LSEs ovvjament hu li huma ma jibqgħux jinqabżu fil-lista tas-seniority u li, jekk ikun hemm bżonn ta' reliever LSEs Għawdex, minflok ma jintbagħtu relievers għal perjodu qasir biss u jerġgħu jittieħdu lura Malta – li hu ta' inkonvenjent anke għall-istudenti li tinbidel l-LSE f'nofs is-semester – ikun hemm pool of LSE relievers.", "Nifhmu li din il-ħaġa ilha tiġi diskussa, però s'issa għadha ma saritx.", "Għall-kumplament, nista' nistrieħ fuq l-ittra tas-17 ta' Awwissu, għax finalment tispjega dawn il-punti kollha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa ngħaddu għall-interventi tal-kollegi tiegħi.", "CHRIS SAID: Dr Vella, grazzi għall-preżentazzjoni li għamilt għan-nom ta' numru ta' LSEs li jaħdmu Malta.", "Li nixtieqek tiċċara huwa dan: meta għedtilna li min-naħa tiegħu l-Ombudsman ma setax jasal għall-konklużjoni, fhimt sew li għax id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew il-bord ma tawhx informazzjoni biżżejjed?", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Dr Said, nirringrazzjak tad-domanda, għax dan huwa punt importanti ħafna li lili sfuġġieli.", "Effettivament, il-Kummissarju Dr Caruana Carabez bagħtilna d-deċiżjoni tiegħu datata 13 ta' Lulju 2020 bin-numru referenzjali UT0028, fejn fost affarijiet oħrajn huwa jgħid li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hu marbut bid-direzzjonijiet li jingħata mill-Bord Mediku, u jkompli jgħid li l-Bord huwa appuntat mill-People and Standards Division fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Issa jien sibt kuntatt tal-People and Standards Division u kkomunikajt magħhom: però, li rajt daqsxejn stramb – forsi jien m'iniex nifhem il-mekkaniżmu intern– hu li r-reazzjoni li rċevejt kienet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Mela allura jidher li qisu l-People and Standards Division li qed tappunta l-Bord Mediku mhijiex indipendenti mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Fil-fatt, ir-risposta li rċevejt via email kienet iffirmata mid-Direttriċi tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Il-Kummissarju qal li kellu diffikultajiet kbar biex jingħata ċerti risposti li kien qed ifittex, u jinkludi li kien pjuttost frustrat meta jgħid:", "Hu qed jgħidilna li ma setax jingħata l-informazzjoni li kellu bżonn biex jgħid li mhuwiex ċar x'inhu jiġri, jew huwa ċar x'qiegħed jiġri imma jħoss hekk, eċċ. Qiegħed jgħid li ma ngħatax dak li kellu bżonn.", "Ma nafx jekk irrispondejtx lill-Onor.", "L-aħħar punt min-naħa tiegħi hu jekk ġietx diskussa s-soluzzjoni li intom ressaqtu quddiem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, u jekk ingħatajtux risposta fuqha.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Aħna ltqajna darba mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, però ma setax jiltaqa' magħna l-Ministru Owen Bonnici, u minfloku ltaqa' magħna Dr Francis Fabri u diversi persuni oħrajn involuti f'din il-biċċa xogħol.", "Dr Fabri dakinhar assigurana li kien se jagħmel mezz li t-trasferimenti kollha li saru jiġu reviewed.", "Aħna ovvjament dak il-ħin staqsejna jekk hux diġà hemm mekkaniżmu biex jiġu reviewed, għax jekk tiġi trasferit fuq kwestjoni ta' injury, forsi nifhmu li jekk tkun injury permanenti, m'hemmx għalfejn tiġi reviewed.", "Imma jekk, pereżempju, ikun hemm każ partikolari ta' ansjetà jew dipressjoni, dik tista' tameljora ruħha biż-żmien, bit-terapija, eċċ. Allura aħna ġustament staqsejna jekk hemmx diġà mekkaniżmu ta' review, u hu qalilna li dawn suppost jiġu reviewed kull tant snin.", "Qalilna wkoll li se jipprova jdaħħal mekkaniżmu daqsxejn iktar ta' skrutinju fejn kull sena ssir review ġenerali.", "Aħna staqsejnieh ukoll għalfejn min qiegħed jagħmel l-applikazzjonijiet bħalissa quddiem il-Bord Mediku m'għandux jgħaddi minn skrutinju aħjar, u hu qalilna m'għandux risposta; però, ovvjament, dawn huma punti li jitqajmu anke mal-Bord Mediku.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Dr Vella, grazzi tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Għandi domanda żgħira biex nippreċiżaw punt.", "Waqt il-preżentazzjoni tiegħek, inti semmejt li hemm il-kwestjoni tas-seniority għax min qiegħed jagħmel il-kors full-time minn barra qiegħed jiġi ppreferut iktar mil-LSEs li qegħdin Malta u qed jagħmlu l-kors part-time.", "X'response kellkom mill-awtoritajiet meta qajjimtuha din?", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Qed tgħid tajjeb, Dr Cutajar.", "Iva, hekk jidher.", "Tant jidher hekk li aħna bdejna billi kellna biss aċċenn min-naħa ta' persuna involuta fit-trasferimenti, fejn l-aċċenn kien li jista' jagħti l-każ li dawk li se jiggradwaw qabilkom se jiġu trasferiti u ppreferuti għat-trasferiment qabilkom.", "Aħna, xħin rajna hekk, tħassibna ftit; allura, kien diġà kellna appuntament biex nagħmlu online meeting mad-Direttriċi, Dr McNamara.", "Xħin l-LSEs ċempluli u qaluli li qed jisimgħu li l-persuni li qed jagħmlu l-kors full-time se jiggradwaw qabilhom se jiġu ppreferuti aktar minnhom, dak il-ħin stess bgħattilha email fejn għedtilha li qed jaslilna s-segwenti u ninsabu inkwetati ferm b'dan.", "Hi qaltli li nistgħu niddiskutu meta niltaqgħu online, imma ftit jiem wara kien hemm trasferiment ta' LSE li ggradwat qabel il-klijenti tiegħi, għax il-kors għamlitu full-time, u ġiet trasferita malli nqala' l-bżonn.", "Ovvjament, jien erġajt ktibt lil Dr McNamara dak il-ħin stess, fejn għedtilha li nafu li sar trasferiment u ma nħossux li dan huwa ġust għax aħna għadna lanqas biss iddiskutejnih dan il-punt u nħossu li, anke jekk niddiskutuh, dawn qed jiggradwaw qabilna għax aħna marbutin bl-impjieg.", "Aħna qegħdin naħdmu fis-settur u qegħdin nagħmlu dan il-kors ta' LSE 3 minn butna u fil-ħin tagħna biex nibqgħu aġġornati skont il-bżonn tas-settur.", "S'issa għad m'għandix risposta għal dik l-email, però għandi meeting skedat lejn il-bidu ta' Ottubru ma' Ms McNamara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Vella, punt finali min-naħa tiegħi.", "Qed nifhem sew li, at this point, il-kontestazzjoni hija li hemm min qiegħed jagħmel il-kors full-time u qed jiggradwa qabel dawk li għandhom l-esperjenza, u allura qed tinqabeż il-list of seniority?", "Dan ġara għax matul is-snin kien hemm żviluppi, u llum, in konsegwenza tar-riforma, is-seniority qed tinqabeż minn dawk li jikkwalifikaw l-ewwel.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Jien li nista' ngħid hu li kien hemm build-up.", "Fil-bidu nett kien hemm ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Segwini ftit, għax forsi ma spjegajtx ruħi tajjeb.", "Il-kontestazzjoni li għandna quddiemna llum hi li min hu LSE għandu so many years of experience u, għax qed jaħdem fis-settur, il-kwalifika ma jistax iġibha malajr daqs dawk li qegħdin barra.", "Sadanittant, dawk li qegħdin barra jistgħu jagħmlu l-kors liberalment u qed jaqbżu lill-oħrajn għax qegħdin jikkwalifikaw qabilhom.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Dr Caruana, naqbel ma' dak li qed tgħid; però mhuwiex il-punt uniku u kruċjali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik hija kwestjoni ta' inġustizzja, biex insejħulha hekk, imma hemm il-kriterju tal-kwalifika.", "Meta ma kienx hemm ir-riforma tal-edukazzjoni – jien nista' nitkellem għax ilni nisma' b'dawn il-każijiet għal dawn l-aħħar 20 sena – u ma kellniex dan il-kriterju tal-kwalifika, xorta waħda kien hemm każijiet fejn xi LSEs kienu jiġu qabel oħrajn.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Tramite l-Bord Mediku li, kif spjegajt, ilu jiġi challenged min-naħa tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ġieli tramite l-Bord Mediku, u ġieli le.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Li naf jiena tramite l-Bord Mediku.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-każ ta' dawn l-aħħar istanzi, intom bħala rappreżentazzjonijiet, x'intom tagħmlu?", "Għax, fir-rigward tal-ewwel biċċa – tal-kwalifika – qed nifhem li tkellimtu mal-Ombudsman.", "Però, fil-kwestjoni tal-aħħar waħda, il-klijenti tiegħek x'azzjoni ħadu matul is-snin?", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Rigward il-kors ta' LSE 3 li qed isir bħalissa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Din hi kwestjoni li qamet bħalissa u għadna fil-bidu nett.", "Kif spjegajt, tkellimna ma' Ms McNamara u għandna l-appuntament biex nitkellmu b'mod ulterjuri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nifhem li inti għadek kemm dħalt f'dan il-każ.", "Però, tinsab infurmat jekk il-klijenti tiegħek fil-passat – mhux neċessarjament fil-passat viċin, imma jista' jkun fil-passat remot, jiġifieri snin ilu – ħadux xi tip ta' azzjoni?", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Dażgur!", "Huma, qabel ma ġew għandi, kienu diġà bdew il-proċeduri quddiem l-Ombudsman u kienu tkellmu ma' diversi entitajiet oħrajn fuq din il-kwestjoni, anke mal-Ministeru għal Għawdex, back in the years.", "Din mhijiex xi ħaġa riċenti.", "Jien bdejt nikteb l-ittri f'dawn l-aħħar sentejn, jekk mhux fl-aħħar sena; però, huma ilhom għaddejjin 'il fuq minn sitt snin, milli nista' nifhem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Għandkom iktar domandi?", "Dr Vella, grazzi talli kont magħna u ressaqt dawn l-ilmenti f'isem il-klijenti tiegħek.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Jien, in vista ta' din il-preżentazzjoni li saret u tal-punti li tqajmu minn Dr Vella għan-nom ta' LSEs Għawdxin, nissuġġerixxi li bħala segwitu ta' din il-problema, fil-laqgħa li jmiss nitolbu lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew lil Dr Fabri ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Wara li rċevejna l-korrispondenza mingħand Dr Vella, aħna għaddejnieha lil Dr Fabri biex ikun jista' jagħmel il-verifiki u l-argumenti tiegħu, biex ikun jista' jagħtihom lura lill-Kumitat.", "Ovvjament, irridu nistennew; però, malli jkollna l-feedback inkunu nistgħu naqsmuha mal-Kumitat u ngħadduha lil Dr Vella biex ikun jista' jikkomunika bl-eżitu mal-klijenti tiegħu.", "CHRIS SAID: Jien se mmur pass oltre u nissuġġerixxi li Dr Fabri u min hu responsabbli mil-LSEs – għax Dr Fabri huwa s-Segretarju Permanenti – fil-laqgħa li jmiss ikunu mistiedna biex inkunu nistgħu nagħmlulhom mistoqsijiet fid-dawl ta' dak li semma Dr. Vella ħalli jiċċaraw eżatt x'inhi l-policy għall-benefiċċju ta' dawn l-LSEs.", "Infakkar li n-numru ta' LSEs Għawdxin li jaħdmu Malta mhuwiex żgħir, għax jekk m'iniex sejjer żball hemm 'il fuq minn 200, u allura qed nitkellmu fuq 200 familja Għawdxija li huma milqutin minn din il-ħaġa.", "Ma jfissirx li hemm post għalihom kollha biex jaħdmu Għawdex; imma, bla dubju ta' xejn, aħna stess li konna naħdmu Malta jew għandna lil xi ħadd fil-familja li hu pulizija, LSE, għalliem jew infermier, nafu li dejjem tara l-lista ta' meta se jmissek tiġi taħdem Għawdex, u allura nistgħu nifhmu l-ansjetà ta' dawn in-nies.", "Ninsab infurmat li hemm min ilu iktar minn għaxar snin jew 12-il sena jaħdem Malta bħala LSE.", "Minn sena sa ħames snin tissaportihom, imma meta jibda għaddej iż-żmien tibda tara meta se jmissek.", "Hemm ukoll numru minnhom li qed jitilqu, u dan meta l-Gvern għandu bżonn aktar ħaddiema f'dak is-settur.", "Naf żgur li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni għandu nuqqas ta' ħaddiema f'dan is-settur, u għalhekk inkunu nistgħu nagħmlu xi mistoqsijiet biex niċċaraw x'inhi l-policy.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien naqbel li għandha ssir laqgħa ad hoc.", "Matul din il-ġimgħa rċevejna korrispondenza mingħand l-LSEs li jivvjaġġaw lejn Malta, li wkoll qajmu ċerti kwistjonijiet.", "Fil-fatt, stedinnihom biex ikunu magħna; però, ma ħassewhomx komdi li jiġu jitkellmu magħna quddiem il-cameras, u allura nissuġġerixxi li jkun hemm laqgħa appożita fejn tiġi diskussa din il-materja biss li għaliha nistiednu lil dawk kollha li huma konċernati biex ikunu jistgħu jqajmu l-kwestjonijiet tagħhom f'dan il-kumitat u nipprovaw insibu s-soluzzjonijiet, kif dejjem nagħmlu.", "Iva, nistgħu nimxu b'dak il-mod.", "Dr Vella, inżommuk infurmat.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Sinjura President, nixtieq nagħmel rimarka finali.", "Il-klijenti tiegħi huma ddedikati ħafna fuq xogħolhom u dejjem jagħmlu l-korsijiet biex jibqgħu aġġornati.", "Però, kif aċċenna l-Onor.", "Said, jekk smajt sew, ħafna minnhom qed ifittxu alternattivi oħra għax qed iħossu li it's not right on them.", "Naf li s-settur għandu bżonn LSEs, għax lili jkellmuni l-ġenituri u forsi se nkun qed nieħu passi f'isem xi ġenituri.", "Naf ukoll li hemm diversi tfal fl-iskejjel Għawdxin li għandhom bżonn LSEs u mhumiex qed jingħataw dan is-servizz.", "Riċentement, saħansitra kelli nagħmel appell għax tifel li ilu ddikjarat 'il fuq minn 12-il sena, f'daqqa waħda jidher li se jiġi with a shared LSE.", "Lit-tifel nafu personalment u nista' ngħid li mhuwiex ta' shared LSE, imma għandu bżonn LSE għalih.", "Il-kwestjoni hi li nafu li hawn ħafna bżonn, u min-naħa l-oħra ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Vella, napprezza dan il-punt, però aħna ma nistgħux nissostitwixxu ruħna mal-panel tal-esperti li jagħmlu d-dikjarazzjoni tat-tfal.", "Nitolbok tifhem il-pożizzjoni tagħna.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Mitt darba u elf.", "Dak hu l-kumment finali tiegħi.", "Biex nikkonkludi ngħid li l-klijenti tiegħi dan ix-xogħol iħobbuh, però jixtiequ jħossu li dak li qed jagħmlu jwassalhom għal xi ħaġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nieħu l-opportunità biex nirringrazzjahom tad-dedikazzjoni u tal-ħidma tagħhom, għax naf x'jirrikjedi dan is-settur.", "DR JIMMY JOHN M. VELLA: Se nwasslilhom il-kumment.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Ngħaddu għat-tieni intervent.", "Issa għandna lis-Sa Pauliana Said li qed tirrappreżenta lill-Gozo Federation Persons with Disability.", "Grazzi talli ngħaqadt magħna.", "Jien se nkompli ma' dak li qal Dr Vella; però min-naħa tal-ġenituri qed ikollna ħafna ilmenti minħabba nuqqas ta' LSEs.", "Ridt nagħmel din il-laqgħa magħkom speċifikament minħabba li għandna bżonn pool of LSEs, għax it-tfal qed jintbagħtu lura lejn id-dar jew iċemplulhom mill-amministrazzjoni tal-iskejjel biex ma jmorrux l-iskola jekk l-LSE tkun ma tiflaħx jew tkun bil-leave.", "Għalija din mhijiex aċċettabbli u nixtieq l-għajnuna tagħkom biex naraw kif insolvu din il-problema.", "Jien ili nipprpova nimbotta fuq din tal-pool of LSEs, imma s'issa għadu ma sar xejn.", "Bħalissa, speċjalment f'dawn iż-żmenijiet meta t-tfal ilhom sitt xhur mingħajr skola, ma nimmaġinawx li meta neħduhom l-iskola se jgħidulna li ma jistgħux jaċċettawhom għax l-LSE ma tiflaħx.", "Hemm ġenituri li kienu ilhom jagħmlu tliet ġimgħat jew xahar bit-tfal id-dar għax l-LSE tkun ma tiflaħx, imma għalija dan mhuwiex ġust.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-pool of LSEs kienu pprovaw jagħmluha bin-nisa li jkunu bil-maternity, imma ma ħadmitx għax dawn ikunu temporanji.", "Irridu pool of LSEs li tkun fissa għal Għawdex.", "CHRIS SAID: Mill-esperjenza, kemm tikkalkulaw li għandkom bżonn?", "IS-SA PAULIANA SAID: Ma nafx ngħidlek, minħabba li ma jkollniex dik id-data.", "Jien naf x'jiġifieri għax ngħaddi minnha bħala omm ukoll.", "Naf x'jiġifieri meta tkun libbist lit-tifel għall-iskola u tkun lestejtlu l-basket, imbagħad iċemplulek biex jgħidulek li ma tistax tieħdu l-iskola.", "Dan mhuwiex ġust.", "Inkella ġieli nieħdu l-iskola u jwaqqfuni fil-bieb u jgħiduli biex nistenna barra għax ma jaħsbux li jistgħu jżommuh l-iskola.", "Dan mhuwiex sew.", "L-aċċess għall-edukazzjoni għandu jkun għal kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sinjura Said, se jagħmillek xi domandi l-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Bonġu, Sinjura Said.", "Nirringrazzjak talli qiegħda magħna u talli qsamt din is-sitwazzjoni magħna.", "Min-naħa tiegħi, għandi domanda waħda.", "Rigward din it-talba biex ikun hemm pool ta' relievers f'Għawdex, nixtieqek tinforma lill-Kumitat jekk s'issa saritx lill-awtoritajiet u x'rispons kellkom min-naħa tal-awtoritajiet li qegħdin tindirizzaw din il-kwestjoni magħhom speċifikament.", "IS-SA PAULIANA SAID: Mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, mal-Ministru Owen Bonnici u ma' Dr Fabri.", "Konna ltqajna darba maċ-Chief of Staff tal-Ministru Owen Bonnici fi Frar li għadda, u s'issa ma kellna rispons ta' xejn.", "Nibagħtilhom email kważi kull xahar u bqajna bla rispons.", "IĊ-CHAIRPERSON: Lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ma kkuntattjajtuhomx?", "IS-SA PAULIANA SAID: Dawk qed jaħdmu magħna wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ninsab informata li għaddej xi eżerċizzju.", "IS-SA PAULIANA SAID: Ovvjament, huma għandhom ħafna iktar kwestjonijiet, u allura mhux qed jimbottaw daqskemm kieku nimbottaw aħna bħala Għawdxin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm persuna li hija ddedikata esklussivament għall- kwestjonijiet edukattivi.", "Jiġifieri waqt l-intervent tiegħek, illum nistgħu nagħmlu kuntatt mas-Sur Oliver Scicluna u mas-Sur Borg biex inkunu nistgħu naraw li jkun hemm eżitu għat-talbiet li qegħdin tagħmlu.", "Magħna llum għandna lil Dr Denise Mifsud li hija l-Prinċipal tal-Kulleġġ ġewwa Għawdex li qed tisma' l-ilmenti li ressaqt illum.", "Il-ħsieb tagħna, kif għadna kif tkellimna, hu li jkollna seduta li tkun tista' tiffoka esklussivament fuq din il-materja.", "Bla dubju ta' xejn, ilkoll kemm aħna nemmnu fl-edukazzjoni inklussiva; però, din mhijiex kwestjoni li temmen u titkellem biss, imma trid taraha tiġi attwata bl-iktar mod xieraq, kemm għat-tfal infushom u għall-ġenituri, kif ukoll għas-sistema edukattiva b'mod ġenerali.", "Jekk m'għandniex iktar domandi, nistgħu nirringrazzjaw lis-Sinjura Said.", "Kultant noqogħdu ngergru fil-kantuniera, imma jkun tajjeb li jkollok lil xi ħadd li jippreżenta ruħu u jitkellem.", "Napprezza ħafna li int qed tkun il-vuċi ta' dawn il-ġenituri, u nħarsu 'l quddiem li jerġa' jkollna kuntatt miegħek sabiex niddiskutu din il-kwestjoni aktar fil-profond.", "Grazzi ħafna.", "Ngħaddu issa għal Dr Denise Mifsud, il-Prinċipal tal-Kulleġġ ġewwa Għawdex, li se tingħaqad magħna għall-preżentazzjoni tagħha.", "Qed nifhem li għandna video conference, u allura nitlob lit-tekniċi jassistuna biex din il-preżentazzjoni tkun tista' tidher on screen.", "Dr Mifsud, il-preżentazzjoni tiegħek tista' tiġi shared?", "DR DENISE MIFSUD (Prinċipal tal-Kulleġġ ta' Għawdex): Iva.", "IĊ-CHAIRPERSON: L- Onor. Cutajar.", "KEVIN CUTAJAR: Sakemm isiru l-arranġamenti għall-preżentazzjoni li jmiss, naħseb li wara dak li smajna jkun opportun li nistiednu rappreżentant min-naħa tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ħalli naraw x'rispons qed ikollhom min-naħa tagħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-ewwel nagħmlu kuntatt magħhom ħalli ngħaddulhom it-transcript tas-Sinjura, flimkien mal-materjal li għadditilna, u mbagħad eventwalment inkunu nistgħu niddiskutu magħhom.", "Jien li nixtieq hu li niddiskutu l-aspett u s-sitwazzjoni tad-diżabilità f'Għawdex, mhux biss fil-kuntest tal-edukazzjoni, imma b'mod iktar eżawrjenti.", "Naħseb li dan is-suġġett jimmerita li niffukaw ftit fuqu mhux ħażin.", "Rigward l-edukazzjoni, nifhem li għandha tkun inkluża fl-aġenda; però, se nikkomunikaw mas-Sur Oliver Scicluna u mas-Sur George Borg fi ħdan il-Kummissjoni biex jagħtuna l-feedback u, jekk taqblu, inkunu nistgħu niddiskutu magħhom.", "Nimxu hekk?", "Tajjeb ħafna.", "Għandek għaxar minuti.", "DR DENISE MIFSUD: Bonġu lil kulħadd.", "Se nitkellem dwar il-preparamenti li qed isiru fl-iskejjel t'Għawdex.", "Għal dan il-għan, se nippreżenta lill-Kumitat:", "Wara li l-Ministeru għas-Saħħa ħareġ il-linji gwida għad-dħul fl-iskejjel primarji u sekondarji, u lbieraħ anke tal-Kindergarten, il-MEDA ħarġet School Logistics and Operations Implementation Plan for the Re-opening of Schools.", "Din hi lista ta' rakkomandazzjonijiet li kull skola għandha ssegwi biex l-ambjent ikun sigur għall-istudenti, għall-edukaturi u għall-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-iskejjel.", "Qabel ma jinfetħu l-iskejjel, se jsir risk assessment ħalli niżguraw li l-miżuri kollha qegħdin f'posthom.", "Li se jiġri, biex innaqqsu l-gathering tal-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji, hu li se jkun hemm staggered arrival time għall-istudenti u se jintużaw entraturi differenti.", "Malli l-istudenti jidħlu l-iskola se titteħdilhom it-temperatura u se jintalbu jużaw is-sanitizer mis-sanitizing stations li se jkun hemm f'kull entratura.", "L-istudenti tal-primarja jmorru l-breakfast club, li din is-sena se jkun differenti mis-soltu.", "Malli jidħlu l-iskola, l-istudenti se jsibu l-breakfast, jeħduh u jmorru fil-klassi tagħhom jew fid-designated area.", "Meta l-istudenti kollha jidħlu fl-iskola, se tibqa' miftuħa entratura waħda biss għall-authorized visitors.", "Unauthorized visitors ma jistgħux jidħlu fl-iskola.", "Ħaġa oħra li se ssir hija li se jkun hemm sistema ta' one-way flow traffic fil-common areas.", "Bħalissa għaddej eżerċizzju fejn qed jitwaħħlu stickers mal-art b'distanzi ta' żewġ metri, ħalli t-tfal u l-edukaturi jimxu magħhom.", "Fil-common areas, l-istudenti tal-primarja minn tliet snin 'il fuq qed jintalbu jilbsu l-maskra, filwaqt li l-istudenti tal-middle school u tas-sekondarja jridu jilbsu maskra jew visor anke x'ħin ikunu fil-klassijiet.", "Sintendi, l-edukaturi u l-ħaddiema wkoll se jilbsu maskra jew visor, u kull edukatur se jiġi pprovdut b'visor mill-MEDE għal kull term.", "Biex kemm jista' jkun inżommu mad-distanza soċjali u n-nuqqas ta' kuntatt, mhux se jkun hemm assemblies filgħodu, imma dawn jistgħu jsiru online.", "Il-meetings tal-edukaturi u s-subject meetings mid-Dipartiment, li qabel kienu jsiru wiċċ imb wiċċ, kemm jista' jkun se jsiru online.", "Fejn jidħlu meetings mal-ġenituri, bħalma huma l-parents' evenings, se jsiru online.", "Fejn għal xi raġuni jew oħra jkun impossibbli li dawn jsiru online, se tiġi rispettata d-distanza soċjali u se jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Qed isir dak kollu possibbli biex l-istudenti fil-klassi jkunu seated b'distanza soċjali ta' 1.5 metri.", "Nista' nassigurakom li dan sar f'Għawdex, għax mort jien personalment indur l-iskejjel u l-klassijiet mal-Precinct Officer ħalli nara li jsir.", "Ħaġa oħra li se ssir hi li se jitwaħħlu stickers tondi taħt is-siġġijiet tal-istudenti biex niżguraw li tibqa' tinżamm id-distanza soċjali ta' 1.5 metru.", "Il-faċilitajiet sanitarji, flimkien mal-common areas, se jkunu mnaddfin iktar frekwenti mis-soltu.", "F'kull faċilità sanitarja se jkun hemm disposable paper towels u, fil-każ tas-sinkijiet li m'hemmx distanza ta' żewġ metri bejniethom, qed jitwaħħal tape aħmar fuqhom biex l-istudenti żgur ma jużawhomx, u qed jitwaħħlu stickers mal-art ħalli l-istudenti jiftakru jżommu d-distanza soċjali.", "L-outings ma jistgħux isiru, ovvjament minħabba raġunijiet ta' distanza, transport, eċċ.", "Xi ħaġa li se ssir fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji hi li, minbarra l-istaggered entrance u d-dismissal times li tkellimt dwarhom, se jkun hemm ukoll staggered playtime fejn qed jintuża l-kunċett tal-bubbles.", "Meta nitkellmu fuq bubbles, pereżempju, fil-klassi tal-primarja, il-klassi tkun il-bubble u kemm jista' jkun trid tinżamm il-bubble biex l-istudenti ma jitħalltux, u għalhekk se jintużaw żoni differenti tal-iskola biex kull klassi tibqa' bubble.", "Fis-sekondarja, dik il-bubble tikber, u għalhekk qed terġa' tinħadem it-timetable b'tali mod li l-istudenti jkollhom breaks f'ħinijiet differenti ħalli ma jkunx jistgħu jiltaqgħu.", "Kif użajna entraturi differenti fl-iskejjel, se jkun hemm ukoll staggered dismissal time u se jerġa' jintuża ħruġ minn postijiet differenti.", "Meta jiġu għat-trasport tal-iskola, l-istudenti jridu jilbsu l-face masks u ġiet maħduma b'mod li jkun hemm id-distanza fiżika.", "Meta niġu għal-libreriji, qed jiġi nkoraġġit ħafna l-użu tal-ebooks jew inkella jibbukkjaw il-ktieb minn qabel ħalli jilħaq jagħmel 72 siegħa kwarantina.", "Id-desks tal-istudenti u l-uċuħ kollha, is-switches, ir-railings tat-taraġ, eċċ., se jkunu mnaddfin tal-inqas darba kuljum, filwaqt li l-faċilitajiet sanitarji se jiġu mnaddfin tal-inqas tliet darbiet kuljum.", "Il-cleaners se jkollhom apparat apposta biex inaddfu l-outside areas b'mod speċifiku.", "Barra minn hekk, ġew ingaġġati numru addizzjonali ta' cleaners.", "Kull skola se jkollha isolation room; f'każ li jkun hemm xi student jew membru tal-istaff bis-sintomi tal-COVID-19, sakemm it-tfal jinġabru mill-ġenituri, dawn jinżammu fl-isolation room.", "Il-klassijiet kollha se jkollhom is-sanitizer u fil-common areas se jkun hemm il-hand sanitizing stations.", "Kull skola se jkollha contact person tal-COVID-19, u hemm ukoll contact person u email address fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr Denise.", "Nibdew bil-mistoqsijiet.", "Infakkarkom li bejn wieħed u ieħor għandna siegħa, għax illum għandna time limit u baqgħalna żewġ mistednin oħra.", "KEVIN CUTAJAR: Dr Mifsud, l-ewwel nett, nirringrazzjak talli ġejt fostna u tajtna din il-preżentazzjoni, kif ukoll tal-ħidma tiegħek.", "Jien għandi żewġ mistoqsijiet.", "Waħda tirrigwarda speċifikament il-preżentazzjoni li għamilt inti, fejn għedt li kemm jista' jkun se jipprovaw iżommu l-kunċett ta' bubble, u fis-sekondarja, b'differenza mill-primarja, il-bubble se tikber.", "Tista' tispeċifika x'qed infissru b'dik il-ħaġa?", "Jien persuna b'diżabilità, u t-tieni mistoqsija tiegħi tirrigwarda l-istudenti b'diżabilità li llum nafu li hemm ħafna minnhom fil-mainstream.", "Dawn id-direttivi u l-preparamenti kollha li qed isiru, kif qed jassigura d-Dipartiment tal-Edukazzjoni li dawn id-direttivi se jkunu jistgħu jiġu segwiti minn ħafna studenti b'diżabilità li għandna fil-mainstream?", "Qegħdin isiru l-adattamenti neċessarji u l-preparazzjoni tat-tfal li għandhom diżabilità biex ikunu jistgħu jsegwu dawn id-direttivi?", "DR DENISE MIFSUD: Għall-ewwel mistoqsija dwar il-kunċett tal-bubbles, nista' nwieġbek, filwaqt li t-tieni waħda se ngħaddiha lid-Direttur Ġenerali, Ms McNamara, li hi Direttur għas-Servizzi Edukattivi.", "Fil-primarja, il-kunċett tal-bubbles huwa ħafna eħfef biex jinħadem, għax kull klassi hija contained mal-għalliema tagħha.", "Sintendi, fil-middle school u fis-sekondarja ma tistax iżżomm il-bubble bħalma tista' żżommha fil-primarja għal ħafna raġunijiet li kollha esperjenzajna.", "Dan minħabba li fil-middle school u s-sekondarja għandna l-lingwi u għandna s-subject options, u dawn, kieku f'sena skolastika normali, l-istudenti jkunu qegħdin imorru minn klassi għall-oħra skont it-timetable li jkollhom.", "Din is-sena t-timetable inħadmet b'mod li l-istudent ikollu l-home plus – pereżempju, hawn qed nitkellem fuq Form 1.1 – fejn l-istudenti jitqassmu fi gruppi b'tali mod li kemm jista' jkun iżommu dik il-bubble.", "It-timetables qed jinħadmu bħalissa mill-kapijiet tal-iskola.", "KEVIN CUTAJAR: Jekk qed nifhmek sew, bażikament ir-raġuni hija minħabba li fis-sekondarja jkun hemm aktar taħlit ta' tfal, allura l-bubble se tikber.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHRIS SAID: Dr Mifsud, nirringrazzjak tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Se nagħmel ftit punti żgħar.", "Inti għedtilna li se jkun hemm staggered arrival time u entraturi differenti.", "L-istaggered arrival time diġà nħadem, jew għad iridu jiġu informati dwaru?", "DR DENISE MIFSUD: Insejt ngħidilkom xi ħaġa oħra, li l-ġenituri se jirċievu ċirkolari b'din l-informazzjoni.", "Issa, l-istaggered arrival and dismissal time se jiġi deċiż mill-Kap tal-iskola skont il-popolazzjoni tal-istudenti li jkollu, u skont in-numru ta' entraturi li għandha l-iskola.", "CHRIS SAID: L-iskejjel kollha għandhom entraturi differenti f'Għawdex?", "DR DENISE MIFSUD: Kulma hemm – l-iskola tax-Xewkija u taż-Żebbuġ – li għandhom entratura prinċipali waħda.", "L-oħrajn kollha għandhom tnejn, tlieta, jew anke erbgħa.", "CHRIS SAID: L-aktar ħaġa li qed tinkwetani lili personalment hija kif it-tfal se jżommu l-maskri l-ħin kollu għal ġurnata sħiħa fl-iskola.", "DR DENISE MIFSUD: It-tfal tal-primarja mhumiex bil-maskri.", "CHRIS SAID: Le, it-tfal tas-sekondarja.", "Tas-sekondarja agħar, għax jibdew iż-żmien tar-ribelljoni, aħseb u ara r-ribelljoni bil-maskra.", "Kif se tiġi segwita din?", "Għax din hija diffiċli.", "Jien nara mit-tfal tiegħi.", "Ħalli nitkellem fuq it-tfal tiegħi, biex ma nkun qed nitkellem fuq ħadd.", "Jien personali ma rridx inkun xagħra f'ras l-għalliema jew l-uffiċjali fi skola li jridu jaraw kif se jinforza din il-miżura, għax naħseb li se tkun nightmare.", "Kif qed taħsbu għaliha?", "Fl-ewwel ġranet se jkun hemm xi tip ta' lezzjonijiet mat-tfal biex ifissrulhom sew l-importanza tal-maskra, jew sempliċiment se jidħlu u jgħidulhom li jridu jilbsuha?", "DR DENISE MIFSUD: Xi ħaġa oħra li nsejt insemmi – għax bħalissa hawn ħafna affarijiet għaddejjin – hi li fl-iskejjel se jitwaħħlu posters dwar l-importanza tal-hand sanitizing u l-użu tal-maskri.", "Kulħadd irid jitgħallem jgħix din ir-realtà ġdida tal-COVID-19 u, fl-ewwel ġranet tal-iskola, dawn l-affarijiet se jiġu repetuti lill-istudenti.", "CHRIS SAID: Xorta naraha daqsxejn diffiċli, imma nifhem li dan ma jiddependix minnkom.", "Qed tgħidilna wkoll li trid tinżamm id-distanza soċjali.", "Għoġbitni tal-Kap tal-iskola tar-Rabat jew ta' xi skola oħra li biddlilha l-isem minn distanza soċjali għal distanza oħra, għax it-tfal xorta jridu jissoċjalizzaw.", "Id-distanza soċjali fi skola primarja bħal ta' San Lawrenz hi possibbli, għax in-numru ta' studenti huwa żgħir.", "Però ma nafx kif tista' tiġi pprattikata fl-Iskola Primarja tar-Rabat, fejn kulħadd jaf li n-numru ta' studenti huwa ħafna iżjed milli tiflaħ dik l-iskola.", "Fl-Iskola Primarja tar-Rabat, li hija l-ikbar skola primarja li għandna f'Għawdex, x'miżuri se jittieħdu biex tkun tista' tinżamm din id-distanza?", "DR DENISE MIFSUD: Nista' nserraħlek moħħok li mort jien personalment biex inqis id-distanza ta' metru u nofs.", "F'kull skola tal-Gozo College il-klassijiet inbidlu skont il-popolazzjoni tal-istudenti, u nista' ngħidlek li se tiġi segwita d-distanza ta' metru u nofs bejn student u ieħor.", "Li ġara hu li użajna l-ispazji kollha tal-iskola.", "Fl-iskola tal-Qala u fl-Iskola Primarja tar-Rabat biss kien hemm żewġ klassijiet li ma stajniex nagħmluhom bid-distanza ta' metru u nofs, u allura l-klassi nqasmet biex tinżamm din id-distanza.", "CHRIS SAID: Semmejt li mhux se jkun hemm outings.", "Forsi t-tfal ta' klassi tal-primarja li qiegħda f'bubble tista' tinħareġ f'post fejn jibqgħu fil-bubble?", "Jew ittieħdet deċiżjoni li ma jsirux outings matul is-sena skolastika sakemm tibqa' din is-sitwazzjoni?", "DR DENISE MIFSUD: Iva, skont il-linji gwida tal-Ministeru għas-Saħħa.", "CHRIS SAID: Rigward l-użu tal-maskra fuq it-trasport tal-iskola u l-physical distancing, għandi nifhem li jekk se jkun hemm il-physical distancing fuq l-ischool transport se jiżdiedu n-numru ta' buses u mini buses li jittrasportaw it-tfal, hux hekk?", "DR DENISE MIFSUD: Iva, jew jiżdiedu t-trips, għax kull min joqgħod 1.5 km 'l bogħod mill-iskola huwa intitolat għal trasport b'xejn.", "CHRIS SAID: Hemm dawk tas-sekondarja li jiġu ttrasportati mill-irħula.", "DR DENISE MIFSUD: Iva, tas-sekondarja hija sitwazzjoni differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minħabba l-istaggering tal-ħinijiet ta' dħul u ħruġ.", "KEVIN CUTAJAR: Min se jsegwiha s-sorveljanza?", "CHRIS SAID: Fuq dik kont se ngħid.", "Il-mistoqsija hi min se jissorvelja d-distanza fuq it-trasport tal-iskola.", "Nafu x'jagħmlu t-tfal fuq it-trasport tal-iskola, għax huwa mument ta' liberazzjoni.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kif konna nagħmlu aħna.", "CHRIS SAID: Jiġifieri f'kull trip se jkun hemm supervisor, anke fuq tas-sekondarja?", "DR DENISE MIFSUD: Din il-mistoqsija se nieħu nota tagħha u ngħaddiha lid-DG Maria Galea.", "CHRIS SAID: Sal-lum kien ikun hemm supervisor fuq it-trasport tal-primarja, fejn kien ikun hemm għalliem jew onboard supervisor.", "Imma fuq it-trasport tas-sekondarja qatt ma kien hemm.", "DR DENISE MIFSUD: Fuq tal-primarja kien ikun hemm biss għall-istudenti tal-kindergarten fi żmenijiet normali.", "CHRIS SAID: Naf żgur li fit-trasport tas-sekondarja, sa meta waqfet l-iskola f'Marzu, qatt ma kien hemm onboard supervisor.", "DR DENISE MIFSUD: Din il-mistoqsija se ngħaddiha lil Ms Maria Galea.", "CHRIS SAID: Tajjeb.", "L-aħħar mistoqsija tiegħi hi dwar l-isolation room f'kull skola.", "X'inhu l-iskop tagħha?", "DR DENISE MIFSUD: L-iskop tal-isolation room hu biex jekk student ikun wasal fl-entratura tal-iskola u t-temperatura tiegħu tkun ta' aktar minn 37.2 degrees, jekk ikun għad hemm il-ġenituri preżenti barra, se jiġu informati biex jeħduh id-dar u jikkuntattjaw lit-tabib huma, skont kif hemm fil-linji gwida tal-Ministeru għas-Saħħa.", "Filwaqt li jekk student jiżviluppa sintomi tal-COVID-19 waqt il-ġurnata tal-iskola, dan se jittieħed fl-isolation room biex joqgħod hemm sakemm jiġu jiġbruh il-ġenituri jew il-guardians tiegħu.", "CHRIS SAID: Grazzi.", "Daqshekk min-naħa tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għandi ftit mistoqsijiet ukoll.", "Said, għax tfal għandna.", "Għandi waħda fil-middle school u l-ieħor fil-primarja.", "Waħda bi problemi mod u l-ieħor bi problemi mod ieħor.", "Jiġifieri għalkemm qed ngħidu li t-tfal tal-primarja mhux se jilbsu l-maskri, naħseb wieħed għandu jara jekk huwiex opportun li min jista' jilbisha, jilbisha.", "Ovvjament, nifhem li din hija diskussjoni aktar wiesgħa.", "Għadek kemm semmejt li t-tfal se titteħdilhom it-temperatura; jekk jirriżulta li jkollhom temperatura għolja u l-ġenituri jkunu għadhom hemmhekk, allura dawn jeħduhom lura, filwaqt li jekk jilħqu jitilqu, jiġu kkuntattjati.", "Peress li se jkun hemm ħinijiet differenti biex it-tfal jitwasslu l-iskola u peress li l-indikazzjonijiet li qed ningħataw minn issa huma li nwasslu t-tfal l-iskola u nitilqu 'l hemm kemm jista' jkun malajr, minħabba dan li għadek kemm semmejt, se jkun hemm a five minute window sakemm tittieħed it-temperatura ħalli jekk ikun hemm xi ħaġa, it-tifel jew it-tifla jittieħdu lura mill-ġenituri jew mill-guardians.", "Qed jiġi diskuss dan?", "DR DENISE MIFSUD: Din il-mistoqsija se ngħaddiha lid-Director General għall-Operations and Logistics.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li mil-lat ta' loġistika tagħmel sens, għax inutli jkollok it-tifel jew it-tifla hemmhekk u l-ġenituri jkunu laħqu telqu u jkollhom jerġgħu jiġu għalihom, għax kull minuta tkun kruċjali minħabba li jistgħu jiġu kontaġġjati tfal oħra.", "Il-kwestjoni tal-bubbles mhux biss irridu ninforzawha – għax l-infurzar irid ikun kullimkien u d-dixxiplina trid tkun kullimkien – però fil-każ tal-middle school, fejn għandek il-houses, il-houses jimxu bil-points.", "Jista' jkun hemm xi mekkaniżmu li biex tgħin l-infurzar tidħol fir-regoli tal-points tal-houses?", "DR DENISE MIFSUD: Jista' jkun.", "Dik hija xi ħaġa partikolari għall-middle school tal-Gozo College.", "IĊ-CHAIRPERSON: Eżatt, għax they are quite keen li l-houses tagħhom, kemm jista' jkun, itellgħu l-punti.", "Forsi tista' tkun superfiċjali, li naħseb li mhijiex, imma naħseb li tgħin.", "Meta jkun hemm tfal li jkollhom jibqgħu d-dar minħabba kwarantina jew sintomi, x'se jiġri?", "Għax fuq dan għadna ma smajna xejn.", "DR DENISE MIFSUD: Dik il-ħaġa għadha qed tiġi diskussa mal-awtoritajiet tas-saħħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa tajjeb li nkunu nafu.", "Fil-każ tiegħi, pereżempju, iż-żgħir din is-sena jasal għall-benchmark.", "Huwa tajjeb li niġu informati x'se jiġri u ma jiġrix.", "DR DENISE MIFSUD: Dawk se ngħaddihom lid-DG, Dr Fabri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa importanti li l-ġenituri jkunu jafu minn qabel x'se jiġri u ma jiġrix.", "Qed isiru wkoll diskussjonijiet informali – f'Malta aktar minn hawnhekk, imma naħseb li hawnhekk għandhom isiru wkoll – dwar l-għażla tal-ġenituri jekk jibagħtux lit-tfal l-iskola jew le fl-ewwel ġranet biex jaraw l-andament u l-eżitu.", "Intom bħala Kulleġġ ta' Għawdex, tinsabu konxji li qed isiru dan it-tip ta' taħditiet informali bejn il-ġenituri, u jekk tafu, x'opinjoni għandkom u x'messaġġ tgħaddu lill-ġenituri f'dan ir-rigward?", "L-aħħar punt li rrid nagħmel hu fuq il-continuous assessments.", "Aħna nafu li l-attivitajiet li jagħmlu t-tfal fl-iskola huma parti mill-assessments li jirċievu fl-aħħar tas-sena.", "F'dan ir-rigward, jekk ikollok każ ta' kontaġġ fil-bubble u jittieħdu l-prekawzjonijiet, allura sakemm jgħaddi ż-żmien ta' prekawzjoni t-tfal kollha jiġu mneħħija mis-sistema edukattiva.", "F'dan il-każ se jiġi interrott il-continuous assessment.", "X'se jiġri f'dak il-każ?", "DR DENISE MIFSUD: Ħalli nibda mill-aħħar.", "Fit-termini tal-mistoqsija li staqsejtni fuq il-continuous assessments, dik hi kwestjoni kurrikulari li għadha qed tiġi diskussa.", "Niġi għaIl-mistoqsija l-oħra, fejn staqsejtni nwassal messaġġ lill-ġenituri Għawdxin.", "Lill-ġenituri Għawdxin li jibagħtu lit-tfal tagħhom il-Gozo College, irrid inserrħilhom rashom li l-iskejjel tal-Gozo College kollha qed jimxu mal-miżuri neċessarji kif maħruġin mill-Ministeru għas-Saħħa ħalli t-tfal u l-edukaturi jkunu jistgħu jerġgħu jirritornaw l-iskola.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però għadna ma dħalniex l-iskola.", "Bħalissa qegħdin fl-istadju ta' preparazzjoni.", "Inkwantu għall-preparazzjoni, bħala kulleġġ ninsabu ppreparati.", "Ovvjament, trid tgħaddi messaġġ lill-ġenituri li ladarba t-tfal jidħlu l-iskola, dik il-preparazzjoni kollha li saret se tiġi attwata u fl-aħħar se tiġi implimentata u infurzata.", "Jien bħala ġenitur hemmhekk irrid is-serħan tal-moħħ u mhux issa.", "Issa naf li qed isir ix-xogħol, però as from day one li t-tfal tiegħi se jmorru l-iskola, jista' jkun hemm ir-riskju li ċċempluli u tgħiduli biex niġi għal xi ħadd mit-tfal għax xi ħadd fil-bubble tiegħu jew tagħha għandu l-virus.", "F'dak il-punt irid ikun hemm serħan il-moħħ għalina l-ġenituri.", "DR DENISE MIFSUD: Serħan il-moħħ hemm.", "Il-preparamenti qed isiru, u mbagħad dejjem nimxu skont il-gwidi tal-Ministeru għas-Saħħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kull persuna għandha tkun responsabbli b'dak il-mod.", "Però are you geared biex jekk ikun hemm ħtieġa ta' miżuri addizzjonali u ta' manpower addizzjonali, il-Kulleġġ ta' Għawdex jaġixxi fil-pront?", "DR DENISE MIFSUD: Ma nafx jekk fhimtx il-mistoqsija.", "Meta qed tgħid \"manpower\" xi trid tfisser?", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna s'issa qegħdin insegwu r-regolamentazzjoni biex nippreparaw ruħna għall-iskola, u qegħdin nikkontemplaw din is-sitwazzjoni meta l-iskola għadha ma fetħitx.", "Xħin tiftaħ l-iskola se nibdew nisimgħu b'xi każijiet 'l hawn u 'l hemm.", "Ma nistax nimmaġina li se mmorru l-iskola u mhu se jinqala' xejn.", "F'dak il-każ, ladarba jiskatta dan kollu, x'serħan il-moħħ tista' tagħti minn hawn lill-ġenituri Għawdxin?", "DR. DENISE MIFSUD: Meta nstabu l-każijiet fi SkolaSajf, ittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji, sar kuntatt mat-tfal mill-Ministeru għas-Saħħa biex jagħmlu t-testijiet, u sar diżinfettar tal-post.", "Hekk ukoll aħna ninsabu rrankati għal dan.", "Sintendi, il-Gozo College, bħal kull kulleġġ ieħor f'Malta, jimxi mad-direzzjonijiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'tista' tgħidli fir-rigward ta' tfal li jibqgħu d-dar?", "DR. DENISE MIFSUD: Rigward tfal li jibqgħu d-dar hemm affarijiet li għadhom qed jiġu diskussi mis-superjuri tiegħi.", "Ngħaddilhom il-mistoqsija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni kif se jassigura li s-sidien li ħadu l-kuntratt ikunu qed inaddfu l-minibuses, il-buses u l-coaches bejn vjaġġ u ieħor?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jien ma nibgħatx it-tfal l-iskola, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jagħmel kuntatt miegħi, irrid nagħti spjegazzjoni, u jekk ma tkunx sodisfaċenti jista' jibda proċeduri legali fil-konfront tiegħi bħala ġenitur.", "F'dan ix-xenarju kollu, x'jiġri jekk ikun hemm ġenitur li jieħu d-deċiżjoni li ma jibgħatx lil uliedu l-iskola għax ma jridx jieħu riskju?", "DR. DENISE MIFSUD: L-attendance policy qed tiġi riveduta fit-terminu tas-sitwazzjoni tal-COVID-19.", "Għadhom qed isiru d-diskussjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri rridu nistennew.", "Qed nagħmillek dawn id-domandi ...", "DR DENISE MIFSUD: Nifhem li qed tistaqsu għas-serħan il-moħħ.", "Grazzi tad-domandi u l-interess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn ħafna domandi li qed jagħmlu l-ġenituri u li ħadd ma huwa qed jagħtihom it-tweġiba.", "Se nidħlu l-iskola ftit ġranet oħra.", "Jekk ma jkollokx l-informazzjoni, se tagħti lok għal spekulazzjoni.", "Allura jien qed nipprova nagħmillek id-domandi, fejn taf inti ovvjament weġibt inti, però importanti li jkollna tweġibiet għal dawk id-domandi li trid tirreferi lill-entitajiet oħra sabiex dan il-Kumitat ikun jista' jservi ta' pjattaforma ta' informazzjoni.", "Serħan il-moħħ aħna m'aħniex f'pożizzjoni li nagħtu, għax tridu tagħuh intom; imma, informazzjoni hemm bżonn li nagħtu, għax hija kwestjoni ta' ġranet, u dak li jkun, anke ġenitur, irid jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu abbażi tal-informazzjoni li jkollu.", "Aħna dejjem nitkellmu fuq deċiżjoni informata.", "Naħseb li f'dan il-kuntest deċiżjoni infurmata trid tittieħed żgur.", "It-tfal iridu jissoċjalizzaw, iridu jkunu parti mill-istrutturi edukattivi u jridu jkunu parteċipi.", "Il-ħsara li saret lit-tfal f'dawn l-aħħar xhur hija xi ħaġa li ħadd ma jista' jimmaġina.", "Dan kollu jrid isir f'kuntest sigur.", "Jien nieħu l-opportunità biex nirringrazzjak talli kont magħna.", "Nirringrazzja lill-edukaturi kollha, lil dawk kollha li jaħdmu fi ħdan il-Kulleġġ ta' Għawdex, però anke fil-qafas edukattiv kollu kemm hu.", "Intom tissostitwixxu lilna meta t-tfal ikunu fl-iskejjel tagħna.", "KEVIN CUTAJAR: Biex ngħinu lil Dr Mifsud, peress li hemm numru ta' domandi li xtaqet tirreferi lil entitajiet oħra, forsi nistgħu nibagħtulha l-lista tad-domandi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa nibagħtulha t-transcript.", "KEVIN CUTAJAR: Tajjeb ħafna.", "DR DENISE MIFSUD: Kont qed inżomm in-noti imma issa tlift il-fil!", "IĊ-CHAIRPERSON: Nibagħtulek it-transcript.", "Id-domandi joħorġu minn hemm.", "Imbagħad tkun tista' tagħtina feedback billi jew tibagħtilna r-risposti permezz ta' email, jew inkella tgħaddihomlna fil-laqgħa li jkollna biex niddiskutu l-edukazzjoni.", "Hemmhekk inkunu nistgħu nistiednu lill-persuni kkonċernati f'dan il-qasam.", "Meta tweġibna, nitolbok tindikalna wkoll il-persuni li nkunu nistgħu nistiednu hawnhekk biex inkunu nistgħu nikkjarifikaw.", "Malli jkolli t-transcript, nagħmel lista tad-domandi, nikkopjaha lis-Sa.", "Tanti u ninformakom dwar min huma l-persuni konċernati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "DR. DENISE MIFSUD: Grazzi tal-istedina u tal-interess.", "KEVIN CUTAJAR: Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inkomplu bl-aġenda tagħna.", "Nistieden lis-Sur Joe Muscat, CEO tal-Gozo Tourism Association u lis-Sur Paul Scicluna, Chairman tal-GTA.", "Nerġa' nilqagħkom magħna.", "Mhux l-ewwel darba li ġejtu tiddiskutu ma' dan il-Kumitat.", "Huwa dejjem ta' pjaċir li tkunu hawn.", "Il-preżentazzjoni li għandkom hija għall-konsum pubbliku jew għalina biss?", "IS-SUR JOE MUSCAT: Tista' tiġi mxandra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela nistedinkom tibdew bil-preżentazzjoni tagħkom.", "Nixtieq li ngħaddi ftit informazzjoni biex din il-preżentazzjoni tiġi mifhuma fil-kuntest li se nispjega, waqt li ngħaddi lill-Kumitat:", "Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 bdiet taffettwa lis-settur turistiku f'Malta u Għawdex preċiżament mit-22 ta' Frar, meta bdew jidħlu l-ewwel restrizzjonijiet tal-passiġġieri li kellhom jidħlu Malta mill-Italja, miċ-Ċina u minn Singapor.", "Dawn ir-restrizzjonijiet baqgħu sejrin sat-18 ta' Marzu.", "Hemmhekk imbagħad twaqqaf ukoll is-servizz tal-Virtu Ferries bejn Malta u Sqallija, u mbagħad fil-21 ta' Marzu ġew sospiżi t-titjiriet mid-destinazzjonijiet kollha.", "Dawn damu sospiżi sal-1 ta' Lulju, jiġifieri bejn il-21 ta' Marzu u l-1 ta' Lulju bażikament bniedem ma setax jidħol f'pajjiżna għal skopijiet turistiċi.", "Ħmistax wara, fil-15 ta' Lulju, tneħħew ir-restrizzjonijiet għal titjiriet mid-destinazzjonijiet li bdew jinfetħu.", "Din il-preżentazzjoni u l-figuri li se nuru għandhom jittieħdu f'dan il-kuntest.", "Issa se ngħaddi għall-preżentazzjoni.", "Fl-ewwel slide nistgħu naraw ċifri li jittrattaw turisti barranin li qagħdu f'Għawdex bejn Jannar u Ġunju.", "Hawnhekk għandna statistika komparattiva ta' sena sena, jiġifieri tal-2018, l-2019 u l-2020.", "Rigward collective accommodation irrid ngħid li din hija ta' madwar 2,000 sodda u qed nitkellmu fuq sodod li hemm fil-lukandi f'Għawdex.", "Hawnhekk għad m'għandix statistika ta' dak li ġara fis-settur tas-self- catering, għax l-NSO tippubblika din l-istatistika darba fis-sena.", "Kif qegħdin naraw hawnhekk, għal dawk li huma arrivals tal-barranin, kif aċċennajt fl-aħħar preżentazzjoni li għamilt lil dan il-Kumitat fil-bidu ta' Lulju li għadda, fl-2019 rajna kemmxejn tnaqqis fuq l-2018, però fl-2020 meta kkomparat mal-2019 rajna drop qawwija ta' 82%.", "Ma ninsewx li hemmhekk hemm Jannar, Frar u parti minn Marzu, meta t-turiżmu kien bażikament miftuħ.", "In-naħa l-oħra għandna statistika tal-bed nights li qattgħu fostna dawn il-barranin bejn Jannar u Ġunju tal-aħħar tliet snin, mill-2018 'l hawn.", "Hemmhekk ukoll naraw li fl-2020 kien hemm tnaqqis ta' 83% meta kkomparat mal-2019.", "Jekk issa nħarsu lejn il-kategorija ta' collective accommodation, jiġifieri x'ġara fil-lukandi tagħna bejn Jannar u Ġunju tal-2018-2020, naraw li t-tnaqqis li kien hemm ma kienx daqs dak li kien hemm fejn jidħlu l-barranin.", "Dan hu dovut għall-fatt li wara l-konferenza stampa li kien għamel il-Prim Ministru fl-1 ta' Mejju, meta tneħħiet ir-restrizzjoni li kien hemm fuq Maltin li rieu jaqsmu lejn Għawdex għal skopijiet ta' vaganza, bdejna naraw li f'Mejju u Ġunju għadd ta' Maltin bdew jiġu Għawdex għal skopijiet ta' vaganza.", "Dak is-suq ġie rifless f'dawn il-figuri u għalkemm ma lħaqniex il-figuri tal-2019, it-tnaqqis ma kienx daqs dak tas-suq turistiku minn barra l-pajjiż.", "Bl-istess argument hemm ukoll il-kwestjoni ta' bed nights tal-2020 komparati mal-2019.", "Jekk naraw l-istampa tal-collective accommodation tal-Maltin u l-barranin flimkien, naraw li għandna 66% drop f'dawk li huma wasliet u 70% drop f'dawk li huma bed nights.", "Hawnhekk hawn slide li turi l-expenditure tat-turisti f'Għawdex f'dawn l-aħħar erba' snin, maqsuma bejn is-suq tal-barranin u dak domestiku.", "Din is-slide daħħalnieha hawnhekk biex nuru d-dħul ġenerat fil-gżira Għawdxija, u allura kemm Għawdex se jkun imċaħħad minn din il-kategorija ta' dħul għaliex ma kellniex il-livell ta' turiżmu li kellna fis-snin preċedenti.", "Hemmhekk qegħdin naraw li bejn wieħed u ieħor għandna €190 miljun fis-sena li jiġi ġġenerat mit-turiżmu barrani u domestiku.", "Slide li, għalkemm mhijiex sorpriża, kif taraha tixxokkjak, hija din li tagħti l-istampa tat-tieni kwart ta' din is-sena, bejn April u Ġunju tal-2020 komparat mal-2019 għal dak li hu s-suq barrani u s-suq domestiku.", "Hawnhekk naraw li fejn jidħol it-turist barrani bejn April u Ġunju, kull ma kellna kien l-ammont negliġibbli ta' 96 persuna; tnaqqis ta' 99% għaliex f'dawk ix-xahrejn bażikament ma setgħux jiġu fostna barranin.", "Mis-suq domestiku kellna 3,381 u dan juri li, għalkemm m'għandniex figuri f'idejna, is-settur tas-self-catering seta' mar aħjar milli mar dak tal-collective accommodation.", "Qegħdin nistennew il-figura li toħroġ l-NSO għaliex din probabbilment se turi li l-għażla ppreferuta tas-suq domestiku għall-akkomodazzjoni kienet dik fis-self-catering.", "Dan għaliex forsi kien hemm l-idea li d-distanza fiżika hija aktar possibbli f'individual units milli fil-collective accommodation.", "F'din is-slide nistgħu naraw it-tnaqqis li kien hemm anke fil-bednights.", "Irriżulta li l-average length of stay tal-barrani niżlet – kif dejjem kienet nieżla – filwaqt li tad-domestiku telgħet.", "Kellna Maltin li qagħdu għal iktar fit-tul minn weekends ġewwa Għawdex u l-figura ssuperat it-2.4.", "Dan ix-xenarju ġie minħabba l-COVID-19, għax minn dan il-lat il-COVID-19 hija l-oppost tat-turiżmu, fis-sens li l-COVID-19 titlob il-physical distancing, filwaqt li t-turiżmu brings people together.", "Sinjura President, f'dan ix-xenarju aħna għamilna online survey fost il-membri tagħna fl-aħħar ġimgħa ta' Awwissu tal-2020 biex ovvjament nifhmu iktar l-impatt tal-COVID-19 bejn il-perjodu ta' bejn Marzu u Lulju fuq l-istabbilimenti Għawdxin, u ovvjament fuq it-turiżmu b'mod ġenerali f'Għawdex.", "Kellna rispons tajjeb ħafna ta' 102.", "Tajjeb li nispeċifika li l-lukandi kollha, kif ukoll il-maġġoranza tal-boutique hotels, tal-B&Bs u s-self-catering irrispondew dan l-istħarriġ.", "Meta nitkellmu fuq is-self-catering, nafu li hemm numru ta' stabbilimenti li meta jirrispondu huma jkunu qegħdin jirrappreżentaw numru sostanzjali ta' sodod li għandna f'dan is-settur.", "Ir-ristoranti wkoll irrispondew, kif ukoll kumpaniji tad-diving, tat-trasport, destination management companies (DMCs), tour operators u anke tourist attractions.", "Dawn kienu l-kategoriji li rrispondew dan l-istħarriġ.", "L-ewwel mistoqsija li għamilna f'dan il-istħarriġ kienet: How do you rate l-ammont ta' dħul li n-negozju tiegħek iġġenera fil-perjodu Marzu-Lulju 2020, meta kkomparat mad-dħul fl-istess perjodu tal-2019?", "F'din is-slide qegħdin naraw kif irrispondew: 38% sa 10% tal-bejgħ tal-2019; 24% qalu li kellhom sa 20% tal-bejgħ tal-2019; 28% rrispondew li kellhom sa 50% tal-bejgħ, u 9% sa 75% tal-bejgħ tal-2019.", "Kien hemm imbagħad 1% li rrispondew li kellhom iktar mill-bejgħ tal-2019, għax attwalment kien hemm xi stabbilimenti li rreġistraw iktar bejgħ minn tal-2019.", "It-tieni mistoqsija kienet: Kemm taħseb li f'dan ix-xenarju n-negozju tiegħek jista' jkompli jopera?", "Hawnhekk ukoll qegħdin naraw li sal-aħħar ta' Settembru, 47% qalulna li għandhom il-kapaċità li jkomplu għaddejjin; kważi 30% qalulna li sal-aħħar ta' Diċembru; 9% qalulna sal-aħħar ta' Marzu 2021; 6% sal-aħħar ta' Ġunju 2021; u kien hemm 9% oħra li indikaw brackets differenti; min qalilna sal-aħħar ta' Ottubru 2020 u min qalilna li m'għandux idea għax hija unpredictable.", "Kien hemm min qalilna wkoll li mingħajr l-għajnuna tal-Gvern ma jistax ikompli f'din iċ-ċirkostanza.", "Staqsejniehom ukoll x'inhu l-ikbar uġigħ ta' ras jew x'inhu ta' inkwiet fin-negozju tagħhom bħalissa.", "Kellna 18% li semmew in-nuqqas ta' dħul; 14% l-ispiża tal-ħaddiema; 3% li jiġbru d-djun li għandhom; 8% il-kera; 10% dawl u ilma.", "Li semmew il-pagamenti tal-liċenzji kien hemm 8%; pagamenti tal-VAT u t-taxxi 12%; l-inċertezza 14%; ir-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-COVID-19 10%, filwaqt li 3% taw raġunijiet oħra, fosthom ir-repayment tal-loans, l-assigurazzjoni tan-negozju u li l-volum tat-turisti huwa baxx.", "Kellna mbagħad il-mistoqsija dwar x'deċiżjonijiet se jkollhom jimplimentaw bħala negozju sal-aħħar tas-sena, u kellhom għażla.", "Kien hemm 38% li rrispondew \"tkompli kif inti\"; dawk li rrispondew \"tinvesti f'xi ħaġa ġdida\" kienu 1%; dawk li rrispondew \"tbiddel is-servizzi li n-negozju qed joffri\" kienu 9%; dawk li rrispondew \"tagħlaq l-istabbiliment\" kienu 18%; kien hemm 3% li rrispondew \"investiment fl-e-commerce\" u \"online marketing\"; 20% li għażlu r-risposta \"tibda tagħti s-sensji\", u dawk li għażlu \"raġunijiet oħra\" kienu 11%.", "Fost dawn ir-raġunijiet insibu li wieħed jaqta' l-ispejjeż, li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu ġurnata b'ġurnata, u li wieħed jibda jirreklama u jippromwovi biex iżid is-servizz tat-take away.", "Mistoqsija oħra kienet: Kemm kellek impjegati li inti għamilt redundant minn Marzu 2020 minħabba l-COVID-19?", "Għal din il-mistoqsija, kien hemm 80% li għall-grazzja t'Alla qalu li ma tawx sensji, waqt li 20% qalu li kellhom jagħtu s-sensji lill-ħaddiema tagħhom.", "Lil dawk li taw is-sensji staqsejniehom: X'persentaġġ tal-workforce tiegħek inti tajt is-sensji minħabba riżultat ta' din il-pandemija?", "Kien hemm 39% li rrispondew li kellhom jagħtu s-sensja lil sa 5% tal-workforce; sa 10% tal-workforce kien hemm 17%; sa 20% tal-workforce kien hemm 22%; iktar minn 20% kien hemm 6%, u mbagħad kien hemm 16% li taw persentaġġi oħra bħal 30%, 35% u 40%.", "Staqsejniehom ukoll: Impjegajtu ħaddiema ġodda wara d-9 ta' Marzu? 32% qalulna iva waqt li 68% qalulna li ma mpjegawx.", "Staqsejna wkoll jekk il-pakkett finanzjarju li estenda l-Gvern lill-istabbilimenti kienx ta' għajnuna għalihom, u kemm kien ta' għajnuna għalihom.", "Għidnielhom jagħmlu ranking billi jagħtu bejn 1 - li jindika l-inqas livell li ħassew li kien ta' għajnuna - u 5, li huwa l-ogħla livell ta' għajnuna għalihom.", "Kien hemm 12% li għamlu l-ewwel għażla; 11% bit-tieni għażla; 21% bit-tielet għażla; 23% bir-raba' għażla; u 32% bil-ħames għażla.", "Nistgħu ngħidu li l-maġġoranza qiesu l-għajnuna tal-Gvern bħala waħda sodisfaċenti.", "Staqsejniehom ukoll humiex joperaw minn proprjetajiet mikrija u r-risposta li rċevejna kienet kważi nofs bin-nofs: 44% qalulna li qegħdin joperaw minn postijiet mikrija, filwaqt li 56% qegħdin joperaw minn proprjetà li huma għandhom it-titolu tagħha.", "Mistoqsija oħra kienet: Kif tikklassifika l-assistenza ta' €2,500 grant li ħabbar il-Gvern.", "Kien hemm 23% minn dawk li qegħdin fi proprjetà mikrija li qalu li hija assistenza negliġibbli; 12% qalu li hija sodisfaċenti, u 4% qalu li hija tajba.", "Hawnhekk il-kumplament ma weġbux għax mhumiex fil-kera.", "Staqsejna wkoll jekk jistgħux ikomplu joperaw l-istabbilimenti tagħhom mingħajr l-għajnuna finanzjarja tal-Gvern wara Ottubru tal-2020.", "Għal din il-mistoqsija 12% qalulna li jistgħu joperaw, però 88%, li hija maġġoranza qawwija ħafna, qalu li huwa impossibbli li jkomplu joperaw mingħajr l-assistenza tal-Gvern.", "Waħda mill-miżuri kienet il-vouchers ta' €100 li qassam il-Gvern lil kull resident f'Malta u Għawdex ta' 'l fuq minn 16-il sena.", "Meta staqsejniehom kemm minnhom qed jaċċettaw il-vouchers, 86% qalulna li qegħdin jaċċettawhom, u 14% qalulna li mhumiex jaċċettawhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ingħatajtu raġunijiet għaliex mhux qed jiġu aċċettati?", "IS-SUR JOE MUSCAT: Iva, għax kien hemm min mhux qed joffri servizz fully fledged.", "Kien hemm min qal li mhuwiex ikklassifikat li jaċċetta dawn il-vouchers.", "Kellna stabbilimenti li waqgħu in grey areas, għax la huma akkomodazzjoni u lanqas catering.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li dan huwa punt importanti ħafna.", "Jekk hemm persentaġġ qawwi li qed jgħid li qed jaċċettaw il-vouchers, u persentaġġ mhux żgħir li ma jaċċettawhomx, jista' jkun li forsi bi ftit tweaking u intervent – anke min-naħa tagħna – jkunu jistgħu jibdew jaċċettaw u jibbenefikaw ukoll minnhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar, din hija għajnuna li qed tingħata mill-Gvern.", "IS-SUR JOE MUSCAT: Fl-intervent li għamilna l-bieraħ waqt il-Kabinett sħaqna li dawn il-miżuri jerġgħu jiġu implimentati u li jkun hemm irfinar ta' ċerti affarijiet biex kemm l-istabbilimenti kif ukoll il-konsumatur ikunu jistgħu jibbenefikaw.", "Grazzi għal dan il-Kumitat, waħda mill-irfinaturi li saru kienet tirrigwarda l-kwestjoni tad-diving.", "Kieku mhux għax qajjimna l-punt hawnhekk ma kien jiġri xejn.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qegħdin nitkellmu fuq 13-il stabbiliment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistgħu nidentifikawhom b'mod kunfidenzjali?", "Aħna mhux se noqogħdu nxandru ismijiet.", "IS-SUR JOE MUSCAT: Nagħmlu lista tal-istabbilimenti li huma ristretti u li waqgħu in a grey area.", "It-trasport huwa wieħed minn dawn is-setturi.", "(Interruzzjonijiet)", "KEVIN CUTAJAR: Forsi se mai tinħoloq kategorija oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għall-iskop tagħna m'hemmx problema li jiġu identifikati bl-isem u l-kunjom, imma biex ikunu jistgħu jiġu kkategorizzati, bilfors irid isir eżerċizzju ta' dan it-tip.", "Hawnhekk għandna l-fakultà li nistgħu nidħlu fid-dettall.", "IS-SUR JOE MUSCAT: Il-vouchers kienu speċifikati b'mod li l-ewwel erbgħa ta' €20 setgħu jintużaw għall-akkomodazzjoni u ristoranti; l-€20 l-oħra setgħu jintużaw f'dawk l-istabbilimenti li kienu affettwati bl-għeluq.", "Jista' jkun li kien hemm stabbilimenti li ma kenux affettwati sa ċertu punt bl-għeluq; wieħed minn dawn hom kien it-trasport.", "Dawn ma setgħux jaċċettaw il-vouchers.", "Jien naħseb li anke l-fatt li l-wage supplement qiegħed jintrabat man-NACE Code, ħafna drabi mhux dejjem qed jolqot ċerti brackets jew areas.", "Nerġa' ngħid li każ partikolari kien dak tad-diving.", "Dan ukoll ma kienx wieħed mis-setturi elenkati li jistgħu jaċċettaw il-vouchers, però wara intervent tal-Ministru għat-Turiżmu, dawn il-vouchers bdew ikunu aċċettati anke fid-diving retail outlets.", "Tajjeb li meta jiġu mħabbra dawn il-miżuri wieħed jiddiskuti ftit qabel ħalli meta niġu għall-implimentazzjoni tagħhom, ma jkunx hemm dawn-il ħafna grey areas.", "IS-SUR PAUL SCICLUNA (Chairman, Gozo Tourism Association): Fuq il-wage supplement irridu nsemmu wkoll il-kwestjoni marbuta mad-9 ta' Marzu.", "Qed ngħid għall-fatt li dawk l-impjegati ġodda li qegħdin wara d-9 ta' Marzu li mhumiex qed jiġu intitolati … (Interruzzjonijiet)", "IS-SUR JOE MUSCAT: Min-naħa tagħna se nagħmlu lista ta' dawk l-istabbilimenti li, kif ġraw l-affarijiet, mhumiex inklużi biex jistgħu jsarrfu dawn il-vouchers.", "B'hekk wieħed ikun jista' jeħodhom inkonsiderazzjoni jekk jerġgħu joħorġu l-vouchers.", "Finalment, staqsejniehom x'persentaġġ ta' dħul iġġeneraw dawn il-vouchers.", "Kellna 29% li qalu li 10% tal-introjtu tagħhom kien mill-vouchers; 8% qalu li 15% tad-dħul tagħhom kien ġej mill-vouchers; 6% irrapportaw li 20% mid-dħul tagħhom; 6% qalu li 25% tad-dħul; 5% irrapportaw 30% tad-dħul li ġej mill-vouchers; 35% qalu 3% tad-dħul; 3% qalu 40% tad-dħul; 9% qalu 50% tad-dħul; 6% irrapportaw 60% tad-dħul; 10% qalu 75% tad-dħul, u l-persentaġġ ta' dawk li mhux qed jaċċettaw vouchers huwa kważi l-istess bħalma kellna fis-slide ta' qabel.", "IS-SUR PAUL SCICLUNA: Din tista' tkun ftit misleading għaliex dan kien għall-ewwel li ħarġu l-vouchers; kienu għadhom fl-ewwel xahar.", "Ma konniex qegħdin nibbenefikaw bis-sħiħ minnhom fl-ewwel ġranet.", "IS-SUR JOE MUSCAT: Jekk m'iniex sejjer żball, fir-realtà l-vouchers ġew imqassma fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għad fadal min għadu qed iċempel fuq ir-radjijiet għax għadu ma ħadhomx.", "IS-SUR JOE MUSCAT: Aħna bħala rappreżentanti tas-settur, on a daily basis ikollna ħafna lmenti u stabbilimenti li jirrapportawlna dwar bżonnijiet u għajnuniet li jeħtieġu..", "Aħna niżżilna wħud minn dawn.", "Fosthom hemm li fl-2021 irridu nerġgħu ninsistu li l-MTA tagħmel waiving tal-ħlas tal-liċenzji.", "Barra minn hekk, irridu naraw kif lill-ERWS, ir-regolatur tal-enerġija u s-servizzi tal-ilma b'xi mod jew ieħor nikkonvinċuh jaħfer il-liċenzji tal-pixxini għas-sena 2021.", "Aħna għandna diversi operaturi li għandhom numru ta' stabbilimenti li kollha għandhom il-pixxina.", "Hemmhekk qegħdin niltaqgħu ma' stabbilimenti li għandhom spiża ta' bejn €12,000 u €15,000 liċenzji pagabbli lill-ERWS, u dan meta ovvjament bħalissa t-turiżmu huwa ristrett.", "Hemm ukoll il-ħlas ta' encroachments li ħafna mill-istabbilimenti Għawdxin iħallsu lil-Lands biex joperaw bl-imwejjed fuq barra; dan l-użu huwa iktar u iktar importanti llum meta hemm ir-restrizzjonijiet tad-distanzi fiżiċi.", "Hemm bżonn ukoll li jerġgħu jiġu differiti l-ħlas tal-kontribuzzjoni tan-National Insurance, VAT u taxxi oħra sa April 2021.", "Ovvjament, issa d-dħul se jkun baxx …", "Hemm talba wkoll biex tiġi estiża l-wage supplement tal-inqas sa Marzu 2021.", "Forsi sa dak iż-żmien nibdew naraw ukoll ftit dawl mill-pandemija.", "Kif semma diġà s-Sur Scicluna, jeħtieġ li l-wage supplement ma tkunx pagabbli biss lil dawk il-ħaddiema li kienu fl-impjieg qabel id-19 ta' Marzu 2020, imma anke għal dawk il-ħaddiema li ġew impjegati biex wieħed seta' jopera matul dan il-perjodu bir-restrizzjonijiet kollha li ġab miegħu.", "F'din il-kategorija hemm numru ta' stabbilimenti, fosthom id-diving schools li jimpjegaw il-ħaddiema tagħhom fuq bażi staġjonali biex ikunu jistgħu joperaw; dawn ma ħadux il-wage supplement.", "Allura wieħed jirrakkomanda li jkun hemm dan it-tip ta' modifika wkoll.", "Hemm talba biex l-iskema tar-rifużjoni fuq il-kontijiet tad-dawl, li issa ħarġet l-applikazzjoni għaliha, tkun estiża b'mod li tkopri wkoll l-2020.", "Huwa importanti wkoll li l-capping li hemm - li biex inti tibbenefika minn skont fil-kont tal-elettriku għal iktar minn meter wieħed, l-istabbiliment tiegħek irid jimpjega iktar minn disa' impjegati - fil-każ ta' Għawdex huwa importanti li jitneħħa, għaliex għandna numru ta' stabbilimenti li għandhom numru ta' units li mhumiex jibbenefikaw ħlief minn meter wieħed, għaliex għandhom, pereżempju, sitt impjegati magħhom.", "Din il-miżura żgur mhijiex Gozo friendly.", "Nerġa' ngħid, il-capping s'issa hu li stabbiliment irid ikun jimpjega iktar minn disa' persuni biex jibbenefika iktar minn meter wieħed biex ikollu skont fuq il-kont tal-elettriku.", "Kellna wkoll ħafna kummenti rigward l-assistenza ta' €2,500 fil-kera.", "Din ukoll hija figura baxxa meta wieħed jikkunsidraha mal-ammont ta' kera u ta' rati ta' kera li qegħdin iħallsu l-istabbilimenti turistiċi f'Għawdex.", "Qegħdin nipproponu wkoll li l-VAT fuq l-akkomodazzjoni tinżel għal 5%, u tas-servizzi l-oħra tinżel għal 10%.", "Nixtiequ naraw li jerġa' jkun hemm sett ta' vouchers oħra li jistgħu jissarrfu fi stabbilimenti turistiċi, b'mod speċjali għall-perjodu li ġej, u li r-reduced ferry fares għat-turist domestiku matul il-ġimgħa jiġu estiżi wkoll għall-perjodu tax-xitwa.", "Dawn huma kollha miżuri li aħna klassifikajniehom bħala miżuri short term.", "Rigward miżuri fit-tul qegħdin nitkellmu fuq pjan ħolistiku ta' kif it-turiżmu f'Għawdex għandu jirkupra, u dan jinkludi marketing campaign għad-destinazzjonijiet kemm fuq livell lokali, kif ukoll overseas, iktar u iktar meta l-possibilità ta' promozzjoni u reklamar din is-sena hija negliġibbli b'mod fiżiku, għaliex il-fieri internazzjonali ta' din is-sena kollha ġew ikkanċellati.", "Tal-inqas sal-World Travel Market l-opportunitajiet li wieħed jirreklama b'mod fiżiku bħalissa huma sospiżi.", "Qed nipproponu wkoll li jkun hemm skema ta' taħriġ għal ħaddiema barranin b'mod speċjali fis-settur turistiku li jiffoka iktar fuq il-kultura, l-istorja u l-aspett soċjali ta' Għawdex, kif ukoll korsijiet fil-lingwa Maltija u Ingliża biex dawn il-ħaddiema barranin ikunu kapaċi jikkomunikaw mat-turist barrani u lokali.", "Qegħdin nissuġġerixxu li titnaqqas ir-rata ta' income tax fuq l-overtime u fuq il-part-time jobs fis-settur tat-turiżmu biex ninkoraġġixxu iktar ħaddiema f'dan is-settur.", "Qed nipproponu li ninċentivaw ukoll lill-pensjonanti li għadhom jaħdmu fis-settur tat-turiżmu billi neliminaw l-ammont ta' dħul li ma jkunx taxxabbli fuq il-pensjoni.", "Xi ħaġa li ilna ninsistu ħafna fuqha hija l-carrying capacity assessment study fuq it-turiżmu li jkun jiffoka fuq it-tendenzi ġodda li għandha din l-industrija, kif ukoll nagħtu linji gwida lill-investiment tat-turiżmu b'faċilitajiet li f'Għawdex huma nieqsa.", "Irridu ninċentivaw l-istabbilimenti turistiċi Għawdxin li huma liċenzjati mill-MTA sabiex itejbu l-prodott tagħhom bi skema li tkun iffinanzjata mill-Gvern u minn fondi Ewropej.", "Hemm bżonn ukoll li naġġornaw il-famuż Gozo Diving Masterplan biex insaħħu d-diving sector.", "Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, irridu niddiversifikaw l-ekonomija Għawdxija u ma nħalluhiex tant dipendenti fuq is-settur turistiku.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Muscat.", "Ngħaddu issa għall-preżentazzjoni tal-Gozo Business Chamber.", "Id-diskussjoni dwar dan kollu ssir waqt laqgħa oħra.", "Peress li issa qed jiġi finalizzat l-ewwel qafas tal-Baġit, nissuġġerixxi li dan id-dokument ngħadduh lill-Budget Office mill-ewwel sabiex ma nitilfux żmien utli.", "Nistieden issa lis-Sur Daniel Borg, CEO, u lis-Sur Joseph Borg, President tal-Gozo Business Chamber, biex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom.", "IS-SUR JOSEPH BORG (President, Gozo Business Chamber): Grazzi għall-istedina li għal darb' oħra għamiltulna bħala Kamra tan-Negozju għal Għawdex.", "It-tema li qed tiġi diskussa hija l-impatt tal-COVID-19 fuq Għawdex.", "Aħna, bħala Kamra tan-Negozju qed inħarsu 'l quddiem.", "Ta' min jgħid – u nifirħilkom – li intom bħala Kumitat għamiltu xogħol importanti hekk kif matul il-pandemija stħarriġtu l-impatt tal-COVID-19 fuq l-entitajiet kollha li jaħdmu f'Għawdex u ppreżentajtu wkoll rapport ħolistiku.", "Kif tixhed din il-maskra li qegħdin nilbsu, il-pandemija għadha magħna.", "Għalhekk wieħed għandu japprezza u jappoġġja l-inizjattiva ta' dan il-Kumitat li jkompli jistħarreġ il-qagħda tal-ekonomija Għawdxija.", "Ma kienx żmien faċli għalina, imma bl-għajnuna u bl-impenn ta' kulħadd komplejna mexjin.", "L-għajnuna mogħtija mill-Gvern kienet kruċjali f'dan kollu, u għalkemm mhux kulħadd kien intitolat għaliha, żgur għenet lil min kien l-iktar batut u milqut b'mod ħażin.", "Jidher ukoll il-bżonn li dawn l-għajnuniet jibqgħu għaddejjin.", "Dan jixhdu l-istħarriġ li għamilna.", "Is-Sur Daniel Borg, li huwa l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra, se jagħmel preżentazzjoni li fiha se juri kif qed iħossuhom in-negozji Għawdxin waqt din il-burraxka li għaddejjin minnha.", "X'qed nipproponu għall-quddiem?", "Żgur li mhux se jkun żmien faċli.", "Bqajna għaddejjin minn mumenti li ma nafux x'se jiġri, imma aħna nemmnu li bil-koperazzjoni u bl-għajnuna ta' kulħadd nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Jien naħseb li ż-żmien tal-pandemija serva bħala żmien ta' riflessjoni li għandu jgħinna biex nirriflettu x'hemm bżonn inbiddlu fl-ekonomija Għawdxija.", "Li huwa ċert huwa li rridu naraw li biex Għawdex jimxi 'l quddiem ma nistgħux nibqgħu niddependu biss mis-setturi bħat-turiżmu, tal-kostruzzjoni u tar-real estate, kif smajna qabel mill-GTA.", "Dan ilna nisħquh għal żmien twil.", "Huma setturi tajbin - tifhmuniex ħażin - imma għall-futur, jekk verament irridu naraw li Għawdex jagħmel passi konkreti 'l quddiem, għandna bżonn ninxteħtu fuq setturi ġodda, bħad-diġitalizzazzjoni u inizjattivi oħra li jippromwovu s-sostenibilità, fosthom dak tal-enerġija rinovabbli.", "Il-post li qegħdin fih illum huwa xhieda ta' din il-bidla li nixtiequ naraw.", "Sar investiment sostanzjali biex dan il-proġett jinbidel fi proġett uniku għall-gżira tagħna, imma dan jisfa fix-xejn jekk hawnhekk jibqa' vojt.", "Issa jmiss il-pass sussegwenti, li nħajru kumpaniji jistabbilixxu ruħhom hawnhekk permezz ta' inċentivi b'saħħithom f'dan il-qasam.", "Dawn l-inċentivi pproponejniehom, imma s'issa għadu ma sar assolutament xejn.", "Għalhekk, qabel ma nħalli f'idejn il-Kap Eżekettiv, is-Sur Daniel Borg, biex jagħti l-preżentazzjoni tiegħu, nixtieq nagħlaq b'dan l-appell: Ejja naħdmu flimkien biex inġibu lil Għawdex 'il quddiem.", "Din il-pandemija għandha timbuttana biex inwarrbu l-biżgħat tagħna u nħarsu b'ottimiżmu u b'ottika ġdida għall-futur, jiġifieri li nimirħu għal għanijiet li forsi qabel konna nibżgħu minnhom.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR DANIEL BORG (Kap Eżekuttiv, Gozo Business Chamber): Grazzi, Sinjura President.", "Nirringrazzjakom talli erġajtu stedintuna bħala Kamra tal-Kummerċ.", "Jien se nippreżenta lill-Kumitat:", "Nallaċċja mill-ewwel ma' dak li qal is-Sur Borg fl-aħħar, li hemm bżonn l-input mhux biss tagħna bħala negozji imma ta' kulħadd, inkluż l-input tas-soċjetà ċivili.", "F'dan iż-żmien hemm bżonn li nuru solidarjetà u anke kreattività fil-mod ta' kif naħsbu l-affarijiet.", "Dan jibni wkoll fuq il-miżuri li aħna pproponejna bħala Kamra, l-economic structure ta' Għawdex.", "Bażikament, f'Għawdex nistgħu ngħidu li għandna reliance kbira fuq dak li huwa s-settur pubbliku, business units li huma żgħar.", "Għandek kważi 61% ta' business units li jimpjegaw bejn wieħed sa disa' persuni, kif ukoll prodott gross domestiku li, skont l-aħħar statistika uffiċjali li għandna disponibbli tal-NSO, kien ta' 64% tal-ekonomija nazzjonali.", "Kellna average rate of growth bejn l-2014 u l-2018 li għalkemm kienet waħda tajba għal Għawdex, kienet inqas minn dik ta' Malta, u meta kkomparat ma' Malta, hemm over-reliance ikbar fuq dawn is-setturi.", "F'settur minnhom, pereżempju, is-settur tal-kostruzzjoni, fejn f'Malta, jiġifieri l-main island of Malta, hemm reliance fil-gross value added ta' 3.5%, f'Għawdex ir-reliance hija ta' 7.5%.", "L-istess fir-real estate; f'Malta hemm reliance ta' 4.6%, u f' Għawdex hemm reliance ta' kważi 9%.", "Mhux qed ngħidu li dawn huma setturi ħżiena, imma hemm over-reliance li hija sostanzjali.", "Għat-turiżmu huwa stmat li Għawdex jikkontribwixxi madwar 50%.", "Hawnhekk nallaċċja wkoll mal-preżentazzjoni li saret ftit ilu.", "Id-dħul ewlieni ġej mill-foreign arrivals, imma jekk wieħed jara l-arrivals li kien hemm anke fl-2019, naraw li kellna iktar turiżmu domestiku milli barrani.", "Kellna ammont kbir ukoll ta' day trippers u kulħadd jaf li l-impatt ekonomiku tagħhom huwa wieħed minimu.", "Aħna mhux qed ngħidu li dawn huma setturi ħżiena, imma rridu niddiversifikaw.", "Il-mudell li għandna preżentament mhuwiex mudell sostenibbli.", "Għamilna wkoll stħarriġ żgħir bejn id-9 u l-14 ta' Settembru fuq is-setturi li aħna bħala Kamra nirrappreżentaw.", "Fl-ewwel slide wieħed jista' jara d-diversi setturi li rrispondew għal dan il-stħarriġ.", "Ovvjament, xorta kien hemm maġġoranza ġejjin mit-turiżmu, għaliex dan mhux biss huwa settur kbir, imma għandu impatt anke fuq is-setturi l-oħrajn kollha.", "Wieħed hemmhekk jara li 5 kien dominanti, li l-effett fuqhom kien verament negattiv, segwit minn 4 u 3.", "Dawn mhumiex sinjali sbieħ.", "Imbagħad staqsejna dwar dawk li huma t-tliet skemi prinċipali tal-Gvern u staqsejniehom l-effett kienx pożittiv, kienx negliġibbli, kienx minimu, kif ukoll kienx hemm dawk li mhumiex intitolati għalihom għax skont il-Gvern ma kinux affettwati daqstant.", "L-ewwel slide tittratta l-COVID-19 wage supplement; kważi 60% qalu li din l-iskema kellha impatt pożittiv, 11% qalu li kien impatt negliġibbli, u kważi 31% qalu li ma kenux intitolati għal dan il-benefiċċju.", "Rigward iż-żewġ skemi l-oħra li l-Gvern għadu qed joffri, wieħed għad irid iħoss l-impatt tagħhom.", "Pereżempju, fuq ir-Rent Refund Scheme kien hemm 22.2% li qalu li l-impatt tagħha kien pożittiv, 13.3% qalu li l-impatt kien negliġibbli jew minimu, u 64% qalu li ma kinux intitolati għal dan il-benefiċċju.", "Jekk inħarsu lejn l-Electricity Bill Refund Scheme, naraw li kien hemm 26.7% li qalu li l-impatt tagħha kien pożittiv, 33.3% qalu li l-impatt kien negliġibbli jew minimu, u 40% li qalu li ma kinux intitolati għal dan il-benefiċċju.", "Hawnhekk importanti li nifhmu l-kuntest.", "Din il-mistoqsija għamilnieha għaliex ġieli smajna kummenti fejn wieħed jattakka n-negozji u jgħid li n-negozji dejjem iridu mill-Gvern.", "Ovvjament, il-Gvern ra dawk is-setturi li huma impattati; imma kien hemm setturi oħrajn li, għalkemm kienu impattati negattivament, dawn baqgħu mixjin under their own steam.", "Rigward l-impatt tal-iskema tal-vouchers, 35.6% wieġbu li kien pożittiv, 15.6% qalu li kien negliġibbli jew minimu, u 48.9% qalu li ma kenux intitolati għal dan il-benefiċċju.", "Għalina li nirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' negozji u mhux turiżmu biss, din iċ-ċifra hija understandable.", "Dan kollu juri li, għalkemm l-impatt kien negattiv, in-negozji Għawdxin baqgħu joperaw.", "Imbagħad għamilna mistoqsija ġenerali li wieħed hawnhekk għandu jeħodha fil-kuntest tagħha.", "Waqt li l-miżuri l-oħrajn kienu speċifiċi, wieħed seta' jistaqsi dwar l-impatt tagħhom, imma mbagħad għamilna mistoqsija ġenerika u allura ma stajniex nagħtu l-istess options għat-tweġiba tagħha.", "Għal din il-mistoqsija ġenerika, 25% qalu li l-impatt ta' dawn il-benefiċċji kien pożittiv, waqt li 75% qalu li x'aktarx ma kenux intitolati għal dawn il-benefiċċji.", "On the way forward, tajniehom it-tliet options li setgħu jagħżluhom it-tlieta.", "Fuq l-inċentivi li huma l-iktar sostanzjali, 75.6% qalu li għandhom jiġu estiżi anke għal wara Ottubru.", "Fi stħarriġ kien hemm min anke ssuġġerixxa li dawn ikomplu sejrin sa Marzu u April.", "Kien hemm anke professjonisti li għamlu kuntatt magħna u qalulna bid-diffikultà li qed ikollhom li mhux qed jirċievu ħlas mingħand in-nies, u allura qed ibatu.", "Għalhekk kien hemm min talab li dawn il-benefiċċji jiġu reviewed to include other categories of work.", "IĊ-CHAIRPERSON: Se nerġa' nagħmel l-istess kumment li għamilt lis-Sur Joe Muscat.", "Jekk inkunu iktar speċifiċi nkunu nistgħu nkunu iktar effettivi.", "IS-SUR DANIEL BORG: Dan il-kumment l-aktar li kien ġej kien mill-accountancy profession, li ovvjament jaħdmu ħafna man-negozji.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-legal profession issemmihiex għax it-tliet membri li qegħdin hawnhekk kollha avukati u allura jista' jkollna kunflitt ta' interess!", "Niċċajtaw ftit.", "IS-SUR DANIEL BORG: Kont qed ngħid li dan il-kumment ġie l-iktar mill-accountancy profession għax l-accountants ikunu qed jaħdmu mill-qrib ħafna man-negozji u jimlew ħafna applikazzjonijiet.", "Għawdex nafu kif aħna: m'hemmx firms kbar, l-accountant ġeneralment jaħdem freelance ma' kumpaniji, jimlilhom l-applikazzjonijiet u jgħinhom.", "Però dawn qed ibatu biex jitħallsu tas-servizzi tagħhom.", "Kien hemm 64.4% li ssuġġerew li l-Gvern għandu joħroġ another round of vouchers.", "Hawnhekk wieħed jista' jeħodha f'kuntest li, għalkemm forsi ma kenux eliġibbli huma, il-fatt li l-Gvern qed jagħti l-vouchers ovvjament ikollu ripple effect fuq negozji oħrajn.", "Kif għedna fil-proposti li qed nagħmlu għall-Baġit u li se nkunu qed noħorġu b'mod uffiċjali, dawn kienu kollha miżuri tajbin u l-Gvern għandu jibqa' on the lookout biex jara kif se jkomplu jiġu rolled out in the coming period.", "Aħna ma ħassejniex li għandna nidħlu f'dawn il-miżuri b'mod speċifiku; urejna l-ħtieġa tagħhom, urejna li hemm bżonn li jkun hemm assessment kontinwu, għax nifhmu anke l-overall picture li għandu l-Gvern, imma bħala way forward … (Interruzzjonijiet) Mhijiex ċara min-naħa tagħkom … (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma għandna bżonnha b'mod speċifiku għax, kif se nagħmlu fil-każ tal-GTA, importanti li jkollna rakkomandazzjoni ċara sabiex inkunu nistgħu ngħadduha lill-Budget Office.", "(Interruzzjonijiet) Onestament, jien issa qed naraha.", "IS-SUR DANIEL BORG: Aħna qed ngħidu li huma miżuri tajbin, u li l-Gvern għandu jkompli jaħdem fuqhom.", "Imma l-erba' setturi li qed naraw li huma urġenti għal Għawdex huma s-settur diġitali, l-infrastruttura pubblika, is-sostenibilità, u t-trasport u l-konnettività.", "Fis-settur diġitali qed ngħidu li għandna l-infrastruttura meħtieġa, imma jekk aħna mhux se nagħtu l-inċentivi lill-kumpaniji jkun għalxejn għax dawn mhux se nġibuhom.", "Irid ikun hemm inċentivi konkreti bħal tax holidays lil kumpaniji fis-settur diġitali u sussidju fuq il-kera, anke biex jistabbilixxu ruħhom hawnhekk fid-digital innovation hub.", "Iridu noffrulhom inċentiv u ngħinuhom jistabbilixxu ruħhom hawnhekk.", "Jekk jiġu biex jagħżlu bejn Għawdex u Malta, irid ikollhom that something extra li tinċentivahom biex jiġu hawnhekk.", "Prattikament dan irid jinħoloq ma' strateġija sħiħa fejn ikun hemm eko-sistema ta' inċentivi.", "Pereżempju, illum bħala Kamra tal-Kummerċ qed naraw persuna Għawdxija li qed tinvolvi ruħha fir-riċerka, tixtieq tistabbilixxi ruħha hawnhekk, imma l-prezzijiet għaliha huma għoljin immens.", "Għaliex tixtieq tistabbilixxi ruħha hawnhekk?", "Għax hi kieku tibbenefika minn networking li jista' jinħoloq f'dan il-post.", "Huma jaħdmu b'dan il-mod bħala kumpaniji fis-settur diġitali.", "Għalhekk wieħed irid jaraha bħala strateġija ħolistika.", "Fl-infrastruttura pubblika kellna lill-Barts, imma issa l-pass huwa li jkollna l-isptar il-ġdid għal Għawdex.", "Bżonn urġenti li ilna nisħqu fuqu għal snin huwa l-bżonn ta' underground multi-storey parking għar-Rabat.", "Dan huwa lment li aħna rċevejna minn ħafna negozji fir-Rabat, speċjalment mis-settur tar-retail.", "Il-bini tal-iskola, għalkemm xi ħaġa tajba, però ħadet parti mill-parkeġġ li kien hemm fir-Rabat.", "Illum nafu li teknikament multi-storey carpark hija soluzzjoni valida u tista' ssir f'dik li hija l-parkeġġ eżistenti tar-Rabat.", "Dan il-proġett narawh urġenti f'dan l-istadju, kif naraw ukoll il-breakwater ġdid ta' Marsalforn.", "Ħafna negozji u ristoranti hemmhekk mal-iċken maltemp qed ikollhom ħafna ħsarat.", "Hemm bżonn ta' iktar serħan il-moħħ għan-negozji f'waħda mill-iktar hubs importanti għal Għawdex.", "Fil-qasam tas-sostenibilità, bħala Kamra aħna dejjem argumentajna li dan huwa qasam li fih naraw potenzjal kbir għal Għawdex.", "Il-COVID-19 tatna opportunità li nimirħu lil hinn minn dak li qed naħsbu bħalissa.", "Għawdex irid ikun aħjar u speċifiku.", "Għalhekk qed nipproponu li l-leased ferry li hemm bħalissa mal-Gozo Channel, ġaladarba jiġi permanenti, ikun wieħed hybrid u li din is-soluzzjoni nikkonsidrawha anke għall-flotot l-oħra.", "Għalfejn aħna qed nagħfsu ħafna fuq dak li huwa trasport fil-qasam tas-sostenibilità?", "Qed nagħmlu hekk għaliex Għawdex għandu waħda mill-iktar rati għolja ta' car ownership fil-pajjiż kollu, u t-trasport għandu impatt kbir, anke t-trasport bejn iż-żewġ gżejjer.", "Għalhekk ukoll qed ngħidu li għandu jkun hemm iktar inċentivi fuq refunds fuq xiri ta' electric vehicles, u li fejn jidħol it-trasport bejn Għawdex u Malta l-electric vehicles għandu jkollhom a reduced fare.", "F'dak li huwa trasport u konnettività huwa importanti li jitkompla l-proġett tal-permanent link bejn Għawdex u Malta - aħna qed narawh bħala essenzjali - kif ukoll ikompli jsir xogħol anke fuq il-links l-oħrajn.", "Aħna bħala Kamra dejjem għidna li għalina l-permanent link mhux biss hija importanti u essenzjali, imma huwa importanti li Għawdex ikun magħqud anke b'links oħrajn mhux biss fil-baħar, imma wkoll fl-ajru.", "Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din il-preżentazzjoni li qed tgħaddilna se ngħadduha lill-Budget Office.", "Għal-lum se nieqfu hawn għax m'għandniex ħin għad-diskussjoni.", "Nipposponu d-diskussjoni għal laqgħa oħra.", "Għal darb'oħra nirringrazzjakom talli ngħaqadtu magħna u talli qsamtu l-ħsibijiet tagħkom magħna.", "Insellem lil dawk kollha li ngħaqdu magħna għal din il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex minn ġewwa Għawdex stess.", "Il-Kumitat issa huwa aġġornat.", "F'12.10 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20200916_012d_gpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "LAQGĦA NRU 12", "L-Erbgħa, 16 ta' Settembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex iltaqa' ġewwa l-Gozo Innovation Hub, ix-Xewkija Għawdex, fl-10.15 a.m.", "L-Onor.", "Justyne Caruana, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Kevin Cutajar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 11, li saret fit-2 ta' Settembru 2020, ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Justyne Caruana fetħet il-ħdax-il laqgħa ta' dan il-Kumitat billi infurmat lill-mistednin għal din il-laqgħa li l-proċedimenti huma kollha pubbliċi u ser jiġu mxandra fuq is-sit tal-Parlament ta' Malta u anke fuq it-television channel tal-Parlament.", "Infurmathom ukoll li l-preżentazzjonijiet li jsiru u jiġu ppreżentati lill-Kumitat, huma wkoll pubbliċi sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.", "Il-President infurmat li wara l-laqgħa preċedenti, ġiet ikkuntattjata l-Professur Charmaine Gauci, Suppretendent tas-Saħħa Pubblika, sabiex tibgħat lill-Kumitat informazzjoni dwar kemm saru swab tests ġewwa s-swabbing centre ta' Għawdex, u fil-fatt, il-Prof.", "Gauci bagħtet graph b'din l-informazzjoni lill-Membri.", "Infurmat ukoll illi ġew ikkuntattjati l-LESA fir-rigward ta' kemm ħarġu ċitazzjonijiet minħabba ksur ta' regolamenti relatati mal-COVID-19 ġewwa Malta u Għawdex bejn it-13 ta' Marzu 2020 u l-31 ta' Awwissu 2020, u qalet li l-informazzjoni mitluba ntbagħtet lill-Kumitat.", "Fir-rigward tal-punt li qam fil-laqgħa preċedenti dwar jekk bdewx id-diskussjonijiet mal-pulizija li jkunu posted mal-iskejjel sabiex ikun hemm iżjed kontrolli ħalli ma jkunx hemm ġemgħat kbar ta' nies, il-President infurmat li ġie ikkuntattjat il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafa'.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija informa li din il-materja kienet ser tiġi diskussa internament.", "F'din il-laqgħa tal-Kumitat kien mistieden is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, is-Sur John Borg, li ġie rringrazzjat formalment tal-koperazzjoni tiegħu u tal-Ministeru għal Għawdex sabiex dawn iż-żewġ laqgħat tal-Kumitat setgħu jinżammu ġewwa Għawdex.", "L-IMPATT TAL-COVID-19 FUQ GĦAWDEX U T-TRIQ 'IL QUDDIEM (KONT.)", "Il-Kumitat stieden lil Dr Denise Mifsud, Prinċipal tal-Kulleġġ ta' Għawdex, sabiex tagħti l-preżentazzjoni tagħha fuq is-suġġett.", "Dr Denise Mifsud tat Powerpoint presentation u ppreżentat lill-Kumitat:", "Wara l-preżentazzjoni minn Dr Mifsud, il-Membri għamlulha numru ta' mistoqsijiet.", "Il-Membri u Dr Mifsud qablu li għandha tintbagħtilha t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa sabiex id-diversi mistoqsijiet u punti li tqajmu, ikunu jistgħu jiġu riferuti lill-uffiċjali konċernati sabiex jgħaddu l-informazzjoni mitluba lill-Kumitat.", "Wara, il-Kumitat stieden lis-Sur Joe Muscat, CEO, u lis-Sur Paul Scicluna, Chairman tal-Gozo Tourism Association, sabiex jagħtu l-preżentazzjoni tagħhom fuq is-suġġett.", "Is-Sur Joe Muscat ta Powerpoint presentation u ppreżenta lill-Kumitat:", "Minħabba nuqqas ta' ħin, il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq din il-preżenatzzjoni ssir f'laqgħa oħra.", "Il-Kumitat qabel ukoll li din il-preżetazzjoni għandha tintbagħat lill-Budget Office sabiex il-punti mqajma jiġu kkunsidrati waqt li jkun qed jitħejja l-Budget 2021.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Daniel Borg, CEO, u lis-Sur Joseph Borg, President tal-Gozo Business Chamber, sabiex jagħtu l-preżentazzjoni tagħhom fuq is-suġġett.", "Is-Sur Daniel Borg u s-Sur Joseph Borg taw Powerpoint presentation u ppreżentaw lill-Kumitat:", "Minħabba nuqqas ta' ħin, il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq din il-preżenatzzjoni ssir f'laqgħa oħra.", "Il-Kumitat qabel ukoll li din il-preżetazzjoni għandha tintbagħat lill-Budget Office sabiex il-punti mqajma jiġu kkunsidrati waqt li jkun qed jitħejja l-Budget 2021.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-Kumitat stieden lill-Avukat Dr Jimmy John M. Vella sabiex jagħti l-preżentazzjoni tiegħu f'isem il-grupp ta' Learning Support Educators li hu kien qed jirrappreżenta, permezz ta' video conferencing.", "Il-kwestjoni kienet tirrigwarda Learning Support Educators (LSEs) Għawdxin li jaħdmu ġewwa Malta li kienu qed jitolbu li jiġu stazzjonati ġewwa Għawdex.", "Wara l-preżentazzjoni minn Dr Vella, il-Membri għamlulu numru ta' mistoqsijiet.", "Il-Kumitat stieden ukoll lis-Sinjura Pauliana Said, rappreżentanta tal-Gozo Federation Persons with Disability, sabiex tagħti l-preżentazzjoni tagħha permezz ta' video conferencing fir-rigward tal-bżonn li jkun hemm grupp ta' LSEs relievers ġewwa Għawdex sabiex jissostitwixxu LSEs li għal xi raġuni jew oħra, ikunu assenti.", "Wara l-preżentazzjoni mis-Sinjura Said, il-Membri għamlulha numru ta' mistoqsijiet.", "Il-Kumitat qabel li t-traskrizzjoni tal-intervent tas-Sinjura Said għandu jintbagħat lis-Sur Oliver Scicluna, Kummissarju għall-Persuni b'Diżabilità, u lis-Sur George Borg fi ħdan l-istess Kummissjoni.", "F'12.10 p.m., il-President tal-Kumitat aġġornat il-laqgħa għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20200916_012m_gpc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 37", "It-Tlieta, 29 ta' Settembru 2020 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 29 ta' Settembru, 2020 fis-2.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Rapporteurs tal-Kunsill tal-Ewropa Greta dwar it-Traffikar tal-Bnedmin; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20200929_037a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 37", "It-Tlieta, 29 ta' Settembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 37", "It-Tlieta, 29 ta' Settembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-2.00 p.m.", "LAQGĦA MA' RAPPORTEURS TAL-KUNSILL TAL-EWROPA GRETA DWAR IT-TRAFFIKAR TAL-BNEDMIN", "IĊ-CHAIRPERSON (L-Onor.", "Etienne Grech): Nixtieq nilqa' lill-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għal din il-laqgħa tal-lum fejn se niddiskutu t-traffikar tal-bnedmin mar-rapporteurs tal-Kunsill tal-Ewropa GRETA.", "Fuq talba tal-mistednin din il-laqgħa mhijiex se tiġi rekordjata.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li laqgħat ta' dan it-tip jinżammu fil-magħluq minħabba n-natura tagħhom.", "Magħna madwar din il-Mejda għandna lis-Sinjura Julia Planitzer Head of Delegation, is-Sur Mesut Bedirhangolu Segretariat of the Council of Europe u s-Sinjur Kevin Hyland Delegate Council of Europe li se jsegwi din il-laqgħa b'mod virtwali minħabba li ma setax jingħaqad fiżikament magħna hawnhekk.", "Issa nitlob lit-tekniċi tagħna sabiex jitfu l-mikrofoni ħalli nagħtu bidu għal din il-laqgħa in camera.", "Grazzi.", "Fis-2.51 p.m il-laqgħa ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20200929_037d_soc.docx"} {"text": ["IT-TLETTAX IL-PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 37", "It-Tlieta, 29 ta' Settembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament fis-2.00 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech ippresieda l-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Rosianne Cutajar, Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, l-Onor.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti wkoll l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MA' RAPPORTEURS TAL-kUNSILL TAL-EWROPA GRETA DWAR IT-TRAFFIKAR TAL-BNEDMIN", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti s-Sinjura Julia Planitzer Head of Delegation, is-Sur Mesut Bedirhanoglu Segretariat of the Council of Europe u s-Sinjur Kevin Hyland Delegate Council of Europe, li segwa l-laqgħa virtwalment.", "Fuq talba tal-mistednin din il-laqgħa nżammet in camera u għaldaqstant iċ-Chairperson ordna lit-tekniċi sabiex jitfu l-mikrofoni.", "Wara li l-Membri preżenti għamlu introduzzjoni qasira dwar ix-xogħol Parlamentari tagħhom, ir-rapporteurs bdew iressqu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Kumitat.", "Fis-2.51 p.m il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li għandhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20200929_037m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 30", "L-Erbgħa, 30 ta' Settembru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 30", "L-Erbgħa, 30 ta' Settembru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:09 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 29 li saret fil-5 ta' Awwissu 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IX-XANDIR", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 361 tat-Tnejn, 20 ta' Lulju 2020, il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Onor. Membri, nilqagħkom għal din il-laqgħa sabiex ikompli jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir.", "Infakkarkom li l-klawsoli 4 u 8 kienu ġew posposti.", "Infakkarkom ukoll li fl-aħħar laqgħa konna bdejna niddiskutu l-klawsola 14 u għaldaqstant illum nistgħu nkomplu minnha.", "Klawsola 14 (Posposta fil-Laqgħa Nru 29)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA (Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Sur President, insellem lill-kollegi, lir-rappreżentanti tal-Awtorità tax-Xandir kif ukoll lil Dr Luciano Busuttil li f'każ ta' bżonn, se jkun qiegħed jassistina mill-aspett legali.", "Insellem ukoll lil dawk li qegħdin isegwu din il-laqgħa.", "Permezz tal-klawsola 14 se nkunu qegħdin nissostitwixxu l-artikolu 16O tal-Att dwar ix-Xandir, Kap. 350.", "Dan l-artikolu jittratta l-obbligi ta' fornituri ta' servizzi on-demand tal-midja awdjoviżiva u bażikament permezz tiegħu l-ewwel nett se nkunu qegħdin nimplimentaw l-artikolu 6 tad-Direttiva li qed indaħħlu fil-liġijiet tagħna permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u t-tieni, se nkunu qegħdin niġu in line mal-Att dwar il-Midja u l-Malafama, Kap. 579, li kien għadda dan il-Parlament.", "Mill-bqija din il-klawsola hija minimum harmonisation tad-Direttiva.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 – Żieda ta' artikolu ġdid 16Q mal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, permezz tal-klawosla 15 se nkunu qegħdin indaħħlu l-artikolu ġdid 16Q fl-Att dwar ix-Xandir, dwar l-użu ta' koregolamentazzjoni u awtoregolamentazzjoni.", "Dan l-artikolu wkoll huwa minimum harmonisation però din id-darba tal-artikolu 4 tad-Direttiva.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz t'a Liġi.", "Klawsola 16 – Żieda ta' intestatura ġdida wara l-artikolu 16Q.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, permezz ta' klawsola 16 se nintroduċu intestatura ġdida fl-Att dwar ix-Xandir.", "Din se tkun taqra hekk:", "\"Taqsima III Ċ – Dispożizzjonijiet Applikabbli għas-Servizzi ta' Pjattaforma ta' Video-Sharing\".", "Id-dettall dwar din it-Taqsima ġdida jinsab fil-klawsola sussegwenti.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 – Żieda ta' artikoli ġodda 16R u 16S mal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, il-klawsola 17 hija klawsola pjuttost twila għax permezz tagħha se ndaħħlu l-artikoli ġodda 16R u 16S fl-Att dwar ix-Xandir u kif għedt, dawn se jkunu parti mit-Taqsima III Ċ li daħħalna bil-klawsola preċedenti.", "Kemm l-artikolu 16R kif ukoll l-artikolu 16S jirreferu għall-artikolu 28 tad-Direttiva.", "Tajjeb ngħid li anke hawnhekk morna għall-minimum harmonisation ta' dak li d-Direttiva tpoġġi bħala obbligu fuq l-istati membri.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 17.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 – Żieda ta' artikolu ġdid 22A mal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, fi klawsola 18 qegħdin nipproponu li għandu jiżdied l-artikolu ġdid 22A fl-Att dwar ix-Xandir li jikkonċerna l-ilmenti dwar aċċessibbiltà.", "Id-Direttiva titkellem b'mod ċar dwar il-prinċipju tal-aċċessibbiltà però tħalli f'idejn l-istati membri biex jaraw kif l-aħjar li jimplimentaw dan il-prinċipju li tpoġġi bħala obbligu fuqhom.", "Allura fl-artikolu 22A hawn id-dettall ta' kif ilment għandu jasal għand l-Awtorità u primarjament jingħad li kull ilment għandu jsir bil-miktub u jintbagħat lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità u mbagħad il-Kap Eżekuttiv jara dak l-ilment u jiddeċiedi x'għandu jkun il-pass li jmiss.", "Jekk il-Kap Eżekuttiv iħoss li dak l-ilment għandu jasal għand il-Bord tal-Awtorità, allura jmur għand il-Bord tal-Awtorità u mbagħad id-deċiżjoni finali tkun tal-istess Bord.", "Nerġa' ngħid però li l-ilmenti dwar l-aċċessibbiltà jew in-nuqqas tagħha għandhom jaslu bil-miktub għand il-Kap eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 – Emenda tat-Tielet Skeda tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, permezz tal-klawsola 19 qegħdin nemendaw it-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.", "Dak li għandna f'din il-klawsola wkoll ġej mid-Direttiva u għal darb'oħra qed immorru għall-minimum harmonisation.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, nixtieq inkun naf x'inhuma l-ispots iżolati.", "F'din il-klawsola qed jingħad li spots iżolati jistgħu jsiru f'avvenimenti sportiżi imma ma jistgħux isiru f'affarijiet oħrajn.", "Allura spots iżolati x'inhuma eżattament?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Joanna Spiteri biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR JOANNA SPITERI (Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir): Spots iżolati huma spots qosra.", "KARL GOUDER: Jiġifieri spots ta' 30 sekonda?", "DR JOANNA SPITERI: Ġeneralment ikunu inqas.", "KARL GOUDER: Jiġifieri huma adverts?", "DR JOANNA SPITERI: Iva, huma adverts imma huma adverts qosra ħafna.", "Ġeneralment dawn ikunu fi programmi sportivi u jkunu adverts ta' ħames sekondi, pereżempju.", "Dan ma jfissirx li huma pprojbiti u ma jistgħux isiru f'ġeneri oħra imma idealment ma jkunux f'ġeneri oħra.", "Fil-fatt, għalhekk id-Direttiva qed tagħżel dawk iż-żewġ istanzi partikolari, fosthom it-trasmissjonijiet ta' avvenimenti sportivi għax ħafna drabi hemmhekk ikunu dawn l-ispots iżolati.", "KARL GOUDER: Grazzi.", "Qed nifhem sew li f'din il-klawsola qed jingħad li waqt it-trasmissjoni ta' films l-advert breaks jistgħu jsir biss wara kull nofs siegħa?", "DR JOANNA SPITERI: Iva, l-istess waqt l-aħbarijiet u l-programmi tat-tfal.", "KARL GOUDER: Fl-aħbarijiet diġà ssir, jiġifieri li qed nagħmlu huwa li nżiduha għall-films.", "DR JOANNA SPITERI: Anke għall-films u x-xogħlijiet ċinematografiċi diġà ssir.", "Dak li qed jingħad f'din il-klawsola kollu qiegħed fl-Att preżenti.", "KARL GOUDER: Mela aħna qed ngħidu li fit-trasmissjonijiet ta' films, programmi tat-tfal u fl-aħbarijiet trid tgħaddi 30 minuta sakemm tagħmel advert break.", "DR JOANNA SPITERI: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Klawosla 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 – Sostituzzjoni tal-Ħames Skeda tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, permezz tal-klawosla 20 se nkunu qegħdin nissostitwixxu b'mod sħiħ il-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.", "Bażikament din l-Iskeda tittratta l-offiżi li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Awtorità tax-Xandir.", "Irrid nagħmilha ċara però li għalkemm qegħdin nissostitwixxuha, fil-maġġornaza tagħha l-Ħames Skeda baqgħet l-istess.", "Dan ifisser li anke l-penali msemmija fit-Tieni Kolonna u fit-Tielet Kolonna baqgħu l-istess, jiġifieri la kien hemm ċaqliq 'il fuq u lanqas 'l isfel fil-penali.", "Li qed nagħmlu huwa li qed inżidu ċerti artikoli li huma frott dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Il-fatt li qed indaħħlu xi artikoli ġodda, li huma riżultat tad-Direttiva, – l-istess kien ġara fil-passat u għalhekk għandna l-Ħames Skeda – u li għandhom penali marbuta magħhom kien jirrikjedi li ndaħħluhom ukoll f'din l-Iskeda.", "Il-penali għall-artikoli l-ġodda ġew deċiżi fuq l-artikoli li huma viċin tagħhom.", "Ħalli nagħti eżempju; jekk il-penali marbuta mal-artikolu 16F huma ta' €1,160 fit-Tieni Kolonna u ta' €930 fit-Tielet Kolonna, jekk daħal artikolu ġdid li huwa viċin ta' dak l-artikolu l-Awtorità żammet il-penali viċin tal-penali tal-artikolu 16F.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Il-penali naqsu kollha hux hekk?", "CARMELO ABELA: Le, il-penali baqgħu l-istess.", "Il-Ħames Skeda hija maqsuma fi tliet kolonni; fl-Ewwel Kolonna hemm in-numru tal-artikolu, fit-Tieni Kolonna hemm il-penali f'każ li xi ħadd jikkontesta l-akkuża tal-Awtorità u jitlef, u fit-Tielet kolonna hemm il-penali li akkużat jeħel meta ma jikkontestax.", "Il-penali fit-Tielet Kolonna huma inqas mit-Tieni Kolonna u allura qisu dak li jkun ikollu discount jekk ma jikkontestax!", "Dik hija d-differenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Minħabba li emendajna xi klawsoli f'dan il-Kumitat, partikolarment il-klawsola 10 li għandha x'taqsam mat-tqegħid tal-prodott, u kellna wkoll diskussjoni dwar il-pop ups, xtaqt inkun naf jekk il-penali fit-Tieni Kolonna u fit-Tielet Kolonna hux se jkunu relevanti għalilhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "CARMELO ABELA: Kif għedt, il-Ħames Skeda qed tiġi sostitwita kollha mhux għax kien hemm xi tibdil drastiku imma għax hemm artikoli li minħabba li qegħdin nilleġiżlaw fuqhom u daħlu konċetti ġodda frott id-Direttiva, dawk l-istess artikoli bilfors kellhom jidħlu f'din l-Iskeda biex f'każ li jkun hemm infringement tagħhom, ikun hemm il-penali għalihom.", "Mela f'każ li xi ħadd jikser l-artikolu relevanti, mhux biss l-artikolu dwar il-pop ups imma anke fuq affarijiet oħrajn, ovvjament hawn il-penali hawnhekk.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Jiġifieri se jibqgħu relevanti kif inhuma?", "IĊ-CHAIRPEROSN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 4 (Posposta fil-Laqgħa Nru 28)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, għall-klawsola 4 jien kont ippreżentajt emenda li kienet għaddiet nem. con. f'dan il-Kumitat però konna qbilna li ma nivvotawx fuq il-klawsola sħiħa kif emendata.", "Għamilna dan għaliex fil-klawsola 4 hemm id-definizzjonijiet u allura ddeċidejna li nħalluha miftuħa biex fil-każ li jkollna bżonn li nemendaw jew indaħħlu xi definizzjonijiet, inkunu nistgħu nagħmlu dan.", "Issa li bl-eċċezzjoni tal-klawsola 8 lestejna l-Abbozz ta' Liġi kollu, mhux qed nara l-bżonn li jew inbidlu jew inżidu jew innaqqsu xi definizzjoni, però dik hija l-opinjoni tiegħi u ma nafx il-kollegi humiex tal-istess opinjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, jidhirli li għal kull definizzjoni li kellna xi diffikultà biha għamilna l-emenda meħtieġa però ma nafx jekk ir-rappreżentanti tal-Awtorità tax-Xandir ħadux xi notamenti u forsi jridu jbiddlu xi ħaġa min-naħa tagħhom peress li għamilna emendi għal xi klawsoli oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Spiteri.", "DR JOANNA SPITERI: Le, m'għandniex tibdiliet min-naħa tagħna.", "THERESE COMODINI CACHIA: Mela nistgħu nipproċedu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 8 (Posposta fil-Laqgħa Nru 28)", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-Laqgħa Nru 28, li saret fis-27 ta' Lulju, il-Kumitat kien qabel li l-klawsola 8 tiġi diskussa fi stadju ulterjuri.", "Għaldaqstant insejjaħ il-Ministru biex jagħmel ir-rimarki tiegħu dwar din il-klawsola ħalli tkun tista' ssir id-diskussjoni neċessarja.", "CARMELO ABELA: Sur President, permezz tal-klawsola 8 se nkunu qegħdin nissostitwixxu l-artikolu 16K tal-Att dwar ix-Xandir.", "F'dan l-artikolu nsibu d-dispożizzjonijiet li japplikaw għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi.", "Hawnhekk ukoll qegħdin immorru għall-minimum harmonisation u l-artikolu korrispondenti għal dan fid-Direttiva huwa l-artikolu 9.", "Jekk niftakar tajjeb l-ewwel darba li ltqajna bħala Kumitat biex nikkonsidraw dan l-Abbozz ta' Liġi konna tlabna lill-Awtorità tax-Xandir jekk tistax toħroġ linji gwida.", "Meta staqsejt x'fadlilna pendenti qabel ma ġejt għal-laqgħa tal-lum ġejt informat – u nitlob il-konferma tal-Awtorità dwar dan – li fit-tieni laqgħa li kellna, ċjoè l-laqgħa preċedenti għal dik tal-lum, saru xi emendi u allura l-Awtorità qed tistenna l-eżitu konklussiv ta' dan il-Kumitat biex imbagħad, abbażi ta' dak li l-Kumitat ikun iddeċieda u approva, l-Awtorità tkun tista' tipproċedi għal-linji gwida li konna tlabniehom fl-ewwel laqgħa li kellna bħala Kumitat.", "Dik hija l-pożizzjoni bħalissa però ovvjament il-Membri huma ħielsa li jagħtu l-kummenti tagħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, fuq din il-klawsola konna diġà għamilna l-kummenti tagħna u kien hemm ukoll xi kummenti li kienu bbażati fuq mistoqsijiet, kummenti u anke xi talbiet li kienu għamlu l-media houses infushom.", "Għalhekk, konna kkonkludejna li jkun tajjeb kieku jkollhom il-linji gwida f'idejhom.", "As such dan l-Abbozz ta' Liġi huwa minimum transposition tad-Direttiva u allura għandna l-obbligu li ngħadduh però jidhirli li kif qal il-Ministru, konna pposponejnieha din il-klawsola biex naraw x'inhuma l-linji gwida.", "Nifhem il-pożizzjoni tal-Awtorità tax-Xandir li m'għandhiex il-linji gwida lesti, allura ma nafx jekk għandniex nipproċedu billi naqblu li dan huwa l-Abbozz ta' Liġi u l-Awtorità mbagħad tħejji l-linji giwda.", "Madanakollu l-Awtorità għandha tgħidilna kemm għandha bżonn żmien biex tagħmilhom il-linji gwida għax għandna deadline għal meta jrid jgħaddi dan l-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Il-Ministru.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, id-deadline kien l-20 ta' Settembru.", "Aħna nifhmu li l-Parlament jibda l-ewwel sessjoni tiegħu nhar it-Tnejn, 5 ta' Ottubru, però x-xogħol tal-Kumitat baqa' għaddej u jien dejjem għedt ċar u tond li m'hemmx għaġla biex nimplimentawha din id-Direttiva ħlief id-deadline li ġej min-naħa tal-Unjoni Ewropea.", "Madanakollu jkolli nistqarr li ninsabu f'fażi tajba bħala pajjiż.", "Tajjeb ngħid ukoll li kif probabbilment jiġri f'każijiet oħrajn, il-Kummissarju Ewropew responsabbli minn dan il-qasam kiteb lill-istati membri kollha biex jara f'liema proċess waslu minħabba d-deadline tal-20 ta' Settembru.", "Aħna rrispondejna li l-proċess parlamentari għaddej u li ninsabu fl-istadju ta' Kumitat biex nikkonsidraw fid-dettall l-Abbozz ta' Liġi.", "Dik hija r-risposta li aħna tajna lill-Kummissjoni għax dak huwa fejn waslu l-affarijiet.", "Allura hawnhekk ikolli bżonn li l-Awtorità tindikalna ftit kemm għandha bżonn żmien.", "M'għandi l-ebda oġġezzjoni għal dak li semmiet l-Onor.", "Jidher li l-Abbozz ta' Liġi lestejnieh u jidher li hemm qbil unanimu dwar kull klawsola, għajr għal klawsola waħda imma l-bqija m'għandniex diffikultajiet.", "Issa m'hemmx żmien partikolari għal meta jgħaddi t-Tielet Qari għaliex hemm xogħol intern li jrid isir bejn il-Parlament u n-nies li ħadmu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi biex jaraw li l-Abbozz ta' Liġi, inkluż l-emendi li għaddejna, ikun korrett qabel naslu għat-Tielet Qari u allura f'dan il-perjodu l-Awtorità tajjeb li taħdem ftit fuq il-linji gwida.", "Ma nafx x'inhu ż-żmien li għandha bżonn l-Awtorità biex tagħmel dan, imma forsi tista' tagħtina daqsxejn indikazzjoni, anke jekk il-linji gwida forsi ma jkunux konklussivi, imma almenu jkollna idea tal-linji gwida x'se jkunu jew kif l-Awtorità se tkun qed tinterpreta ċerti affarijiet aktar milli biss linji gwida għax ovvjament kulħadd irid jimxi mal-liġi imma mbagħad hemm l-interpretazzjoni li l-Awtorità se tkun qed tagħti tal-liġi.", "Għalhekk, forsi jindikawlna ftit kemm ikollhom bżonn żmien biex ikollna xi forma ta' abbozz ta' linji gwida.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Aħna konna tlabna l-linji gwida biex nagħtu aktar ċertezza lill-istakeholders billi jkunu jafu x'inhuma r-regolamenti li issa jridu joqogħdu magħhom, kif se jiġu interpretati, u kif se jiġu applikati.", "Jidhirli li l-Awtorità kienet qalet li se jkun hemm transition period però inutli tagħtihom transition period jekk f'dak it-transition period ma jkunux jafu x'inhuma l-linji gwida.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Forsi r-rappreżentanti tal-Awtorità jistgħu jindikawlna kemm għandhom bżonn żmien, jekk hux xahar, xahrejn, tliet xhur eċċ.", "DR JOANNA SPITERI: Sur President, qabelxjen nixtieq niċċara ftit il-fatt li fl-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat bħala Awtorità konna għedna li se nkunu qed nagħmlu linji gwida u anke information sessions għall-istakeholders.", "Bil-mod kif ipproċeda l-Kumitat, partikolarment fit-tieni laqgħa, rajna li dan ma stajniex nagħmluh mill-bidu nett għax l-affarijiet kienu qegħdin jinbidlu.", "Fil-fatt, fit-tieni laqgħa tal-Kumtiat kienu nbidlu xi affarijiet u allura rajna li ma stajniex nagħmlu information sessions mill-bidu nett, kif konna qegħdin nippjanaw, peress li dan l-Abbozz ta' Liġi kien għadu ma ġiex iffinalizzat.", "Issa ladarba jkun iffinalizzat, qed nifhem li jkun hemm dan il-perjodu sakemm isir it-Tielet Qari u aħna, bħala Awtorità, jkollna idea aktar ċara ta' kif …", "THERESE COMODINI CACHIA: Mhux qed ninftiehmu.", "Jien ma nistax niffinalizza jekk m'għandix abbozz ta' linji gwida.", "Aħna qed nitolbu l-linji gwida biex l-istakeholders ikollhom ċertu ċertezza u allura jekk se niffinalizza, at some point se jkolli nivvota, inkluż fl-istadju tat-Tielet Qari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-linji gwida huma fil-kompitu ta' dan il-Kumitat li jiddiskutihom bħala parti mill-Abbozz ta' Liġi jew le?", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, hawnhekk iffaċċjajna ruħna b'sitwazzjoni fejn …", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Sur President, ejja nagħtuha ċans tispiċċa lil Dr Spiteri.", "DR JOANNA SPITERI: Bil-mod kif żvolġiet it-tieni laqgħa wieħed jifhem li aħna ma nistgħux nagħmlu linji gwida fuq product placement f'magazine programmes, pereżempju, għax imbagħad dawn sparixxew mill-Abbozz ta' Liġi.", "Għaldaqstant aħna rajna li ma stajniex dawn il-linji gwida fuq xi ħaġa li kienet għadha fluwida.", "Issa għandna idea aktar ċara, jiġifieri minn issa 'l hemm jidher li għandna stampa aktar ċara ta' kif nistgħu nagħmlu l-linji gwida.", "Tajjeb ngħidilkom li għal kull query li qed ikollna mill-istakeholders li hemm bħalissa, anke dwar l-iskedi l-ġodda, dejjem qed nipprovaw nibnu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi u mhux fuq l-Att preżenti.", "Pereżempju fir-rigward tad-deċiżjoni fuq il-quantitative rules diġà qed ngħidulhom x'se tkun il-way ahead skont dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ovvjament ma nistgħux ngħidulhom li minn għada għax dan id-dokument irid jiġi ffinalizzat, imma meta jiġu għandna queries diġà qegħdin nagħtuhom linja gwida skont dan id-dokument.", "Pereżempju jistaqsuna ħafna dwar il-product placement f'magazine programmes imma ma nistgħux ngħidulhom li dak li hawn miktub hawnhekk huwa fatt; fil-fatt fit-tieni laqgħa nbidel kompletament il-provvediment dwar il-product placement f'magazine programmes.", "Punt ieħor li rrid nagħmel jittratta l-grace period.", "Dan ovvjament għadu hemmhekk u jiddependi minn meta dan l-Abbozz ta' Liġi jidħol fis-seħħ.", "Fl-ewwel laqgħa konna għedna sitt u allura dawk is-sitt xhur issa mxew.", "Rigward il-linji gwida però you have to bear with us għax dan l-Abbozz ta' Liġi żgur li se jkun qed jinqasam f'diversi biċċiet bħal, pereżempju, ir-reklamar, l-on-demand, l-aċċessibbiltà u l-video-sharing platforms, fost l-oħrajn.", "Dawk diġà huma erba' kategoriji minħabba li hemm pjattaformi differenti u żiedna oħrajn ġodda.", "Għaldaqstant dawn żgur mhux se jkun qed jieħdu ġimgħat biss, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq xhur.", "Madanakollu jekk ikun hemm queries as we go along, se nkunu qegħdin noħorġu ċirkolari, bħalma ħriġna fil-passat, u dawn ikunu linji gwida fihom infushom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Sur President, nifhem il-bżonn tal-proċess u naħseb li kull wieħed u waħda minna fuq din il-Mejda jirrikonoxxi dan, però fl-istess ħin għandna nqisu l-fatt li hemm diversi media houses li qegħdin jistennewna biex ma nibqgħux nittitubaw.", "Kemm stajna rajna li nirfinaw u bil-parteċipazzjoni ta' kulħadd wasalna għal dan il-qbil.", "Li jkun hemm linji gwida huwa imperattiv, però ma naħsibx li għandna nħallu l-linji gwida li se jkunu qegħdin jiġu fformolati jżommuna milli ngħaddu minn dan l-istadju.", "Għaldaqstant naħseb li għandna nikkonkludu din il-klawsola u b'hekk, inkunu kkonkludejna dan l-istadju u nkunu nistgħu mmorru għat-Tielet Qari.", "U bejn dan l-istadju u l-istadju tat-Tielet Qari l-Awtorità tkun tista' tippreżenta linji gwida aktar ċari.", "Jekk xejn, wieħed ma jibqax jagħti informazzjoni fl-ajru, jew ta' x'jista' jkun, imma jagħti informazzjoni fuq il-fatti.", "Dan jiddependi minna li nkunu qegħdin nivvotaw għal dan l-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, wasalna s'hawn u naħseb li qegħdin naqblu kważi fuq kollox, però l-linji gwida jistgħu jagħmlu differenza fuq l-eżitu finali.", "Għandna kollox magħluq ħlief għal din il-klawsola u jkun aħjar li naraw il-linji gwida l-ewwel, aktar milli għalina għall-istakeholders.", "Kulma għandna klawsola waħda u mbagħad kif naraw il-linji gwida, ngħadduha din il-klawsola u nistgħu nibqgħu telgħin għat-Tielet Qari.", "Bħala Oppożizzjoni nippreferu naraw il-linji gwida għax jekk hemm xi affarijiet li nkunu rridu nbiddluhom għal din il-klawsola partikolari, inkunu nistgħu jekk se nħallulha miftuħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kull darba li jinbidlu l-linji gwida jrid jiltaqa' l-Kumitat u jiddiskutihom?", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa r-rwol tal-Awtorità li tagħmel il-linji gwida imma huwa r-rwol tagħna, bħala Kumitat, li niċċekkjaw dawk il-linji gwida?", "Jekk se nintrabtu li niċċekkjaw il-linji gwida, kull darba li dawn jinbidlu jridu jitilgħu quddiemna?", "Qed nistaqsi biex niddefinixxu x-xogħol tagħna x'inhu u niddistingwuh mix-xogħol tal-Awtorità.", "CARMELO ABELA: Sur President, naħseb qed ngħidu l-istess ħaġa u forsi m'aħniex qed ninftiehmu sew.", "Aħna għandna l-klawsola 8 biss miftuħa u din hija marbuta mal-artikolu 16K tal-Att dwar ix-Xandir.", "Issa jekk naraw it-temi li fih dan l-artikolu nsibu li dawn mhumiex temi ġodda u li matul is-snin l-Awtorità diġà tat il-ġudizzju tagħha u linji gwida dwarhom.", "Jiġifieri hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li hija ġdida u speċjalment min qiegħed fil-mestier jaf li jekk qed nitkellmu fuq ir-reklamar tal-alkoħol, pereżempju, diġà hemm linji gwida dwar xħin jista' jsir reklamar ta' ċertu mod.", "Jiġiferi ħafna mit-temi li jinsabu fil-klawsola 8 matul is-snin diġà ġew trattati mill-istess Awtorità.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li jekk m'hemmx emendi għall-klawsola 8, nivvotaw fuqha u allura x-xogħol tal-Kumitat ikun lest.", "Se nagħmilha on record però li ma mmurx għat-Tielet Qari qabel ma nitkellmu informalment mal-Oppożizzjoni u wara li nkunu tkellimna mal-Awtorità biex naraw jekk hemmx il-ħtieġa ta' xi ħaġa addizzjonali ma' dak li diġà hawn f'dan l-Abbozz ta' Liġi in vista tal-linji gwida li se jsiru.", "Jekk ikun hemm il-ħtieġa li nemendaw xi ħaġa f'dan l-Abbozz ta' Liġi, bil-permess tal-Kamra nkunu nistgħu nagħmlu recommittal u nerġgħu niġu f'dan il-Kumitat.", "Mela jien qed nintrabat li ma mmurx għat-Tielet Qari ħalli jekk naraw li hemm bżonn li nbidlu xi ħaġa fl-Abbozz ta' Liġi, bil-permess tal-Kamra nagħmlu recommittal u nbidlu fejn wieħed jindika.", "THERESE COMODINI CACHIA: Naqbel għax dak jippermetti li meta naslu għall-aħħar vot ikun hemm ċerta ċertezza, anke fost l-istakeholders.", "Il-Kummissjoni Ewropea diġà ħarġet xi linji gwida u allura wieħed jista' jfittex hemmhekk u l-queries li qed ikollha l-Awtorità tax-Xandir naħseb li tista' tiġborhom fil-linji gwida wkoll però l-importanti huwa li ladarba qegħdin nagħmlu dawn it-tibdiliet, veru li dawn qed isiru minħabba d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea imma almenu ma nerġgħux niġu ffaċċjati bis-sitwazzjoni li ġejna ffaċċjati biha fil-bidu meta ftaħna din id-diskussjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, naħseb li b'dan se nkunu qed nibagħtu messaġġ hemm barra li għandna fiduċja fl-Awtorità tax-Xandir u fil-linji gwida li se tkun qed tagħmel.", "Hemm ċertu responsabbiltà però minn dak li għadhom kemm qalu issa, u l-fatt li diġà qegħdin jagħtu parir u qegħdin jiggwidaw jindika li issa hija kwestjoni ta' li jifformalizzaw il-pariri li qegħdin jagħtu.", "Jiġifieri qegħdin hemm.", "Ovvjament imbagħad it-Tielet Qari jagħlaq kompletament il-liġi u allura naħseb li l-proposta tal-Ministru hija tajba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Sur President, aħna rridu nifhmu l-istakeholders kollha u l-maġġoranza tagħhom qed jgħidu li din il-liġi hemm bżonn li tidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.", "Apparti minn hekk, jien mhux biss għandi fiduċja fl-Awtorità tax-Xandir imma tant għandi fiduċja fiha li komdu biżżejjed biex nivvota fuq din il-liġi biex tgħaddi għall-istadju li jmiss u fil-perjodu transitorju l-Awtorità li għandi fiduċja fiha tilħaq tlesti l-linji gwida.", "L-ewwel nett hekk ma nkunux qed nitilfu l-ħin u t-tieni, hemm ħin biżżejjed biex wieħed jifformola tajjeb dawn il-linji gwida, anke mis-sitwazzjonijiet li qegħdin niffaċċjaw f'dan il-perjodu.", "Ilkoll nafu li minn din il-ġimgħa bdiet skeda televiżiva ġdida u allura ejja naraw li ma noħolqux anomaliji u jkollna sitwazzjoni fejn wieħed jitressaq għall-penali issa u sakemm tidħol fis-seħħ din il-liġi jinbidlu.", "Wieħed mhux biss irid iqis dak li qed titlob minna l-Unjoni Ewropea, li kif spjega l-Ministru, kieku din il-liġi setgħet daħlet ilbieraħ kien ikun aħjar, imma anke sitwazzjonijiet oħrajn li l-Awtorità se tkun qed tiffaċċja kif se jiffaċċja s-suq lokali.", "Nappella lill-Oppożizzjoni biex nimxu b'dak il-mod u mbagħad immorru għat-Tielet Qari meta jkun hemm il-linji gwida.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "CARMELO ABELA: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar ix-Xandir, Kap. 350\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "CARMELO ABELA: Sur Presdient, nixtieq nirringrazzja l-kollegi kollha u lill-Awtorità tax-Xandir tax-xogħol tagħhom kif ukoll lil dawk ħadmu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-ftehim li rreġistrajna hawnhekk jien kommess li nimxi miegħu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela l-ftehim hu li l-Ministru jkollu l-feedback mill-Awtorità tax-Xandir, jagħmel id-diskussjonijiet mal-Oppożizjzoni, imbagħad immorru għat-Tielet Qari.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-2.49 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20200930_030d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 30", "L-Erbgħa, 30 ta' Settembru 2020.", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt iltaqa' fil-Parlament fis-2.09 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 29 li saret fil-5 ta' Awwissu 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IX-XANDIR – ABBOZZ NRU 145 – KONT.", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 361 tat-Tnejn, 20 ta' Lulju 2020, il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Bil-permess tal-Kumitat Dr Joanna Spiteri (Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir) ġiet mistiedna biex tintervjeni.", "KLAWSOLA 14 (Posposta fil-Laqgħa Nru 29)", "KLAWSOLA 14 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLI 15, 16, 17, 18, 19 u 20 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 4 (Posposta fil-Laqgħa Nru 28)", "KLAWSOLA 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Carmelo Abela, talab li jiġi rreġistrat il-punt li t-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi għandu jsir wara li l-Awtorità tax-Xandir toħroġ il-linji gwida b'rabta mat-tħaddim ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Dan sabiex jekk ikun meħtieġ li jsir xi tibdil addizzjonali għal dan l-istess Abbozz ta' Liġi, ikun jista' jsir recommittal u jiġu emendati l-klawsoli neċessarji.", "KLAWSOLA 8 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLI 1 u T-TITOLU għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar ix-Xandir, Kap. 350\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Fis-2.49 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20200930_030m_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 30", "It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2020 fit-3.00 p.m.", "LIspeaker tal-Kamra tad-Deputati u President talKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2020 fit-3.00 p.m. filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "1 ta' Ottubru 2020 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20201005_030a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 30", "It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 30", "It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3.11 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 29, li saret fis6 ta' Lulju 2020, ġew ikkonfermati.", "MIŻURI KONTRA L-FIRXA TAL-COVID-19 FIL-PARLAMENT", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Qabel ma ngħaddi għax-xogħol tal-Kamra, nixtieq nagħmel osservazzjoni dwar il-miżuri li qed jittieħdu sabiex tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19 fil-binja tal-Parlament.", "Għaldaqstant, nixtieq nirrapporta li aħna qegħdin il-ħin kollu f'kuntatt mal-Awtoritajiet tas-Saħħa.", "Kif ilkoll tafu, din il-pandemija għadha magħna sew.", "Il-Parlament se jerġa' jibda jiffunzjona b'mod regolari mil-lum wara l-waqfa tas-sajf, u għalhekk nixtieq infakkar lill-Whips, biex imbagħad min-naħa tagħhom jgħaddu l-messaġġ lill-Membri kollha, dwar il-miżuri li diġà ġew introdotti u li se jibqgħu in vigore f'din il-binja.", "Fil-binja tal-Parlament insibu s-sanitizers li qegħdin f'diversi punti fil-binja, u nappella sabiex dawn jintużaw regolarment.", "Fil-binja qed isir ukoll tindif aktar regolari fil-common areas.", "Dwar l-impjegati tal-Parlament għandna l-estensjoni tat-teleworking, u din hija xi ħaġa li qed nieħu ħsiebha jien.", "Dejjem huwa opportun fiċ-ċirkostanzi li jiġu mħarsa dawn l-osservazzjonijiet.", "Pereżempju, qegħdin nieħdu passi b'mod regolari sabiex jiġi limitat id-dħul ta' barranin fl-iStrangers' Gallery, però qegħdin nagħtu permess lill-membri tal-Press sabiex ikunu jistgħu jidħlu.", "Din hija xi ħaġa li diġà konna tkellimna dwarha.", "Għal-laqgħat tal-kumitati, qegħdin ngħidu li għandhom jattendu biss dawk il-persuni li jkunu ġew mistiedna.", "U peress li, mill-aħħar darba li tkellimna sal-lum, l-affarijiet kif inhuma jidhru li mhux se jillaxkaw f'dak li għandu x'jaqsam mal-pandemija, qiegħed nifhem li dawn se jibqgħu jiġu osservati.", "Mela, kif għedt, għall-kumitati jattendu biss dawk ix-xhieda li se jidhru quddiem il-kumitat jew dawk il-barranin li jiġu mistiedna mill-kumitat.", "Ovvjament, dawk li ma jkunux jistgħu jattendu fiżikament għal-laqgħat, fosthom nies vulnerabbli, jistgħu jipparteċipaw b'mod virtwali.", "L-ISPEAKER: Qed ngħidu wkoll li m'għandhomx jiġu organizzati attivitajiet fil-binja.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, dwar dak li għadek kif semmejt dwar il-limitazzjoni ta' barranin fl-iStrangers' Gallery, minħabba li għada għandna sitwazzjoni partikolari, forsi wieħed jista' jikkonċedi …", "L-ISPEAKER: Irridu nżommu d-distanza soċjali.", "ROBERT CUTAJAR: Hawnhekk qiegħed nirreferi għall-familjari tal-Kap tal-Oppożizzjoni waqt l-għoti tal-ġurament tiegħu.", "L-ISPEAKER: Jekk taqblu, m'għandhiex tkun problema.", "Nagħmlu eċċezzjoni għal għada.", "ROBERT CUTAJAR: Ma naħsibx li ġejjin xi folol, imma kull min jidħol fil-binja għandu jilbes il-maskra u jimxi mar-regolamenti stabbiliti.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qiegħed nifhem li se tiġi l-familja stretta tiegħu.", "Jidher li qegħdin naqblu li din hija eċċezzjoni.", "Bħala miżuri oħra qed ngħidu li attivitajiet fil-binja mhux se jsiru.", "L-aħħar attività li kellna kien il-Parlament tan-Nanniet li għamilnieha b'mod virtwali.", "Għalissa mhux se jkunu aċċettati aktar żjarat minn studenti u mill-pubbliku inġenerali.", "U dan qed isir wara konsultazzjoni li saret mas-Supretendent tas-Saħħa.", "Dwar l-użu tal-maskri u l-visors fil-binja, f'dawn l-aħħar jiem għamilt studju mal-pajjiżi kollha tal-Ewropa u jidher li meta tinżamm id-distanza, mhijiex obbligatorja li tintlibes il-maskra.", "Imma importanti li tinżamm id-distanza ta' metru u nofs.", "Pereżempju, fil-Parlament tal-Belġju, fil-Bundestag, fil-Parlament tal-Litwanja, eċċ., jimponu dawn ir-regolamenti.", "Imbagħad hemm pajjiżi oħra li ma jimponu xejn.", "Meta ma jkunx hemm distanza ta' metru u nofs huwa rrakkomandat li tintlibes il-maskra.", "ROBERT CUTAJAR: Fil-Plenarja.", "L-ISPEAKER: Hekk hu, fil-Plenarja.", "Anke kif qegħdin bħalissa, qegħdin inżommu d-distanza.", "Meta wieħed ikun se jitkellem jista' jneħħi l-maskra, filwaqt li jara li tinżamm ċerta distanza minn oħrajn.", "Dan dejjem fuq informazzjoni li diġà għandi kopja tagħha hawnhekk u li ġbart ukoll mill-pajjiżi kollha nazzjonali tal-Parlament Ewropew.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, min-naħa tiegħi m'għandi l-ebda oġġezzjoni dwar l-użu tal-maskra; però, nixtieq inqajjem żewġ issues.", "Ġustament inti semmejt li min ikun se jitkellem jista' ineħħi l-maskra.", "Issa, peress li m'għandniex seats li huma assenjati lilna b'mod permanenti, hemm lok li l-Parlament jara li minn ġurnata għal oħra l-mikrofoni tal-Plenarja jiġu sanitized?", "Inti wkoll kont ħadt id-deċiżjoni li tiffumiga l-post.", "Qiegħed tikkonsidra li terġa' tiffumigah il-post?", "L-ISPEAKER: Il-post diġà ġie ffumigat, u dan jibqa' tajjeb għal ċertu ammont ta' żmien.", "Imma, fuq dak li qed tgħid inti, nikkonsidraw din it-talba wkoll.", "Aħna hawnhekk deħlin f'post li diġà ġie mnaddaf.", "ROBERT CUTAJAR: Imma minn ġurnata għal oħra se jibqa' jsir?", "L-ISPEAKER: Issa nieħu nota.", "Meta ssir fumigazzjoni għandek għaxart ijiem, u mbagħad isiru testijiet biex tara jekk l-arja baqgħetx kif suppost.", "Jiġifieri dak kollu sar b'mod regolari u dejjem imxejna fuq id-direzzjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, li kontinwament inżommu kuntatt magħha.", "Għalhekk, irridu nkomplu bil-miżuri li semmejna aktar qabel, ħlief għal għada fejn qegħdin ngħidu li se jkun hemm in-nies fl-iStrangers' Gallery …", "GLENN BEDINGFIELD: Qegħdin ngħidu l-familja stretta.", "L-ISPEAKER: Mhux problema ladarba qegħdin naqblu.", "ROBERT CUTAJAR: U t-tieni ħaġa: jekk niġu f'sitwazzjoni fejn ikun irid jittieħed vot, nafu li s-Supretendent tas-Saħħa qalet li ma jistax ikun hemm gruppi ta' iktar minn għaxar persuni f'post wieħed; allura din se tgħodd ukoll għall-Parlament?", "L-ISPEAKER: Din ma tgħoddx għal meta jkollna xi vot għax qed ngħidu li trid tintlibes il-maskra.", "Ilum u għada m'għandniex voti u dwar il-voti nilħqu niftehmu.", "Għadu kif ingħaqad magħna l-Onor.", "Fearne u nixtieq ninformah dwar l-issue li għadu kif qajjem l-Onor.", "Robert Cutajar dwar id-direttiva li ma jistax ikollok gruppi ta' aktar minn għaxar persuni f'post wieħed.", "U allura xtaq ikun jaf x'se jiġri meta jkollna vot fil-Plenarja.", "Jien qed ngħid li fejn ma tinżammx id-distanza soċjali għandha tintlibes il-maskra.", "Qiegħed ngħid sew?", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Dak post pubbliku.", "L-ISPEAKER: Dak kollu li kelli xi ngħid dwar il-miżuri sabiex nikkontrollaw il-firxa tal- COVID-19 fil-binja tal-Parlament.", "Issa nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa sabiex, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kumitat dwar il-programm tax-xogħol tal-Gvern.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Bħalma tafu intom, matul dan ix-xahar se jkollna l-Baġit u allura ħafna mix-xogħol se jkun relatat proprju miegħu.", "U għaldaqstant se nitlob lill-Whip sabiex jagħtina rendikont ta' dawn il-15-il ġurnata xogħol.", "GLENN BEDINGFIELD: Qabel dan il-Kumitat iltqajna jien u l-Whip tal-Oppożizzjoni fejn għaddejtlu l-pjan leġiżlattiv tal-Gvern sal-aħħar ta' Diċembru, jiġifieri sa meta jerġa' jieqaf il-Parlament għall-ferjat tal-Milied.", "Għal din il-ġimgħa għandna Abbozzi 150, 148 u 160.", "Il-ġimgħa d-dieħla għandna wkoll żewġ abbozzi li għadhom mhumiex ippubblikati u li l-Ewwel Qari tagħhom se jitressaq illum.", "It-titolu tagħhom għaddejtu lill-Whip tal-Oppożizzjoni u informajtu wkoll li l-ħsieb tal-Gvern hu li fid-19 ta' Ottubru jitressaq il-Baġit.", "Imbagħad, fis-26 ta' Ottubru jirrispondi l-Kap tal-Oppożizzjoni, u fis-27 ta' Ottubru jkun hemm il-kontro-replika min-naħa tal-Prim Ministru u jittieħed il-vot, kif dejjem isir.", "Imbagħad, mill-għada, 28 ta' Ottubru sas-6 ta' Novembru, jsiru s-seduti relatati mal-ministeri rispettivi.", "Se jsiru żewġ seduti kuljum ħlief għal ġurnata waħda u, ċjoè, l-4 ta' Novembru, fejn dakinhar se jkollna tliet seduti.", "Qbilna wkoll li l-ħinijiet tas-seduti tad-19, tas-26 u tas-27 ta' Ottubru, kif dejjem isir, il-Parlament, minflok jiltaqa' fl-4.00 p.m. jiltaqa' fis-6.00 p.m. u jkollna l-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari bħas-soltu.", "Dwar il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari fis-seduti l-oħrajn, ilħaqna qbil li jkun hemm il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari f'seduta darba waħda, però qed nissuġġerixxi li dan ikun filgħodu.", "Qiegħed nissuġġerixxi wkoll – u kien hemm qbil dwar dan min-naħa tal-Oppożizzjoni – li l-ħin tal-aġġornament jittieħed filgħodu minflok filgħaxija.", "ROBERT CUTAJAR: Nikkonferma dan kollu, imma bqajna li rridu naraw li l-prassi hekk kienet, jiġifieri li jkollna l-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari f'sessjoni waħda biss ...", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, ċċekkjajt u l-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari wieħed, u anke l-aġġornament.", "ROBERT CUTAJAR: Dwar l-iskeda nikkonferma li l-kollega tiegħi għaddihomli bil-fomm u napprezza jekk ikolli l-iskeda bil-miktub.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma tajthielekx billi kienet għadha mhijiex ikkonfermata peress li jista' ikun hemm xi tibdiliet.", "CHRIS FEARNE: Jiena miftuħ għal kollox, imma la qed issemmi …", "CHRIS FEARNE: Is-soltu l-prassi tkun, safejn niftakar, li jkun hemm il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari filgħodu u l-aġġornament ikun filgħaxija.", "Imma, jekk tippreferu li l-aġġornament isir filgħodu, nistgħu nagħmlu hekk ukoll.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ipproponejt l-aġġornament filgħodu ...", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Fl-aħħar Baġit ma kellniex aġġornamenti.", "GLENN BEDINGFIELD: Minn hemmhekk kienet.", "CHRIS FEARNE: Ma tagħmillix differenza.", "GLENN BEDINGFIELD: Fl-aħħar Baġit ma kienx hemm aġġornamenti.", "L-ISPEAKER: Mela, il-ġurnata tal-Baġit se tkun nhar it-Tnejn, 19 ta' Ottubru, bis-seduta tibda fis-6.00 p.m. Nifhem li sakemm niġu mill-Uffiċċju tal-President is-seduta se tkun sospiża għal ftit minuti minħabba l-proċedura tas-soltu.", "CHRIS FEARNE: U tkun miftuħa għall-media bil-feed tingħata mill-PBS.", "L-ISPEAKER: Ninforma wkoll lill-Kumitat li, peress li għadu għaddej ir-restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru, irridu mmorru l-Palazz ta' San Anton, u allura se jkun hemm ftit aktar ħin sakemm naslu.", "Is-seduti li fihom se jitkellmu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Prim Ministru se jibdew fis-6.00 p.m.", "GLENN BEDINGFIELD: Is-seduta li fiha jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni se ssir fis-26 ta' Ottubru, u l-għada, 27 ta' Ottubru, jkun hemm is-seduta b'risposta mill-Prim Ministru.", "L-ISPEAKER: U qegħdin ngħidu li s-seduti jibdew fis-6.00 p.m.", "GLENN BEDINGFIELD: Hekk hu.", "Is-seduta tibda fis-6.00 p.m. bil-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari sas-6.30 p.m., u mbagħad tibda d-diskussjoni li tieħu sat-8.30 p.m.", "L-ISPEAKER: Nistaqsi liż-żewġ naħat tal-Kamra dwar kif se jinżammu l-press conferences f'din il-binja: se jinżammu f'din il-binja minħabba l-gruppi parlamentari?", "GLENN BEDINGFIELD: Min-naħa tiegħi, għadni m'iniex informat dwar dan.", "Però, matul dawn l-aħħar snin, ma kinux qegħdin isiru f'din il-binja min-naħa tal-Gvern.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Dwar l-iStrangers' Gallery se jibqgħu jgħoddu dawk ir-regolamenti tas-saħħa li diġà semmejna.", "XOGĦOL IEĦOR", "Xandir tad-diskorsi konnessi mal-Budget 2021", "L-ISPEAKER: In konnessjoni mas-seduti li għandhom x'jaqsmu mal-Baġit, nixtieq nara jekk hawnx qbil ukoll, bħalma għamilna dejjem fis-snin preċedenti.", "Ovvjament, aħna għandna l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament; imma dejjem kienet il-prassi li jkun hawn il-PBS.", "Jiġifieri naqblu li nimxu fuq l-istess proċedura?", "CHRIS FEARNE: Il-PBS jagħti l-feed li mbagħad jistgħu jużawh stazzjonijiet oħrajn.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Fis-sala tal-Parlament, b'żieda mal-cameras tal-Parlament, se jiżdiedu l-cameras tal-PBS għall-ewwel tliet seduti, u l-istess PBS jagħti clean feed lil kull stazzjon televiżiv li juri x-xewqa li jxandar dawn is-seduti.", "Il-PBS irid jagħti wkoll clean feed lil kull service provider li jkun jixtieq ixandar dawn is-seduti online.", "Isiru wkoll l-arranġamenti neċessarji biex waqt it-trażmissjonijiet imsemmija jkun hemm servizz għall-persuni neqsin mis-smigħ.", "Din hija xi ħaġa li joffriha l-PBS.", "U fil-bidu tal-ewwel tliet seduti li semmejna aktar qabel, se jitħallew jidħlu għall-ewwel ftit minuti l-fotografi, kif ukoll il-cameramen.", "Dawn se jkunu jistgħu joqogħdu kemm fil-parti tal-Kamra li tiġi wara s-Sedja, jiġifieri warajja, kif ukoll fl-area riservata għall-media fit-tieni sular.", "Jekk taqblu, nikkomunika mal-PBS – u dan mill-guidelines li għamilna kull sena – sabiex fejn jidħlu reaction shots ikun hemm tqassim ekwu kemm f'dik li hija alternanza kif ukoll fit-tul ta' ħin, u li tali shots li ma jkunux close-ups fuq xi Membru partikolari, iżda jkunu jinkludu Membri oħrajn li jkunu wara dak il-Membru Parlamentari partikolari li jkun qed jitkellem.", "Dawn huma l-istess guidelines li għamilna fis-snin preċedenti.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Is-soltu nqassmu l-biljetti għall-ewwel tliet seduti bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Din is-sena mhux se jkun hemm tqassim ta' biljetti minħabba r-regoli li għandna fuq l-iStrangers' Gallery.", "GLENN BEDINGFIELD: Hekk hu, peress li l-iStrangers' Gallery se tkun magħluqa.", "DAVID AGIUS: Din mhijiex l-iskeda uffiċjali, hux hekk?", "DAVID AGIUS: Għandek is-seduta tal-Erbgħa, 4 ta' Novembru, trid tinbidel żgur, għax għandek żewġ seduti qegħdin fl-4.00 p.m.", "GLENN BEDINGFIELD: Għalhekk m'għaddejthiex għaliex kienet draft.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Għalhekk importanti li taslu fi qbil meta se ssir din id-diskussjoni.", "L-ISPEAKER: Imma trid tipprepara mozzjoni biex nagħmluha.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Il-mozzjoni trid tkun għandna tlett ijiem qabel.", "(Interruzzjonijiet) M'intomx taqblu dwar id-dati?", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, dwar id-dati qegħdin naqblu.", "Imma jrid ikolli tal-ministeri differenti.", "Jien qed nipproponi filgħodu għar-raġunijiet li diġà semmejt.", "DAVID AGIUS: Dwar it-tul tas-seduti irridu nitkellmu għax xi kultant kellna daqsxejn ta' problema peress li f'ċerti okkażjonijiet m'għandniex bżonn daqshekk ħin, waqt li f'oħrajn forsi nkunu rridu nżidu ftit ieħor.", "Imma dwar dan imbagħad nitkellmu.", "CHRIS FEARNE: Ġieli jkun hemm ministeru li jkun ftit itwal u dak nistgħu niddiskutuh.", "DAVID AGIUS: Imbagħad nitkellmu fuq il-ħin u t-tul biss.", "CHRIS FEARNE: M'għandniex problema.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-każ nagħmlu ftehim ad hoc.", "Min ikun imissu jew marbutin bil-mozzjoni?", "DAVID AGIUS: Għandek ċerti ministeri fejn ikun hemm kelliem wieħed, u għandek ministeri oħra fejn ikollok sitta jew tmien kelliema.", "ROBERT CUTAJAR: Meta ltqajna iktar kmieni llum kien hemm punt dwar jekk fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadx fadal l-ammont ta' responsabbiltajiet li kien hemm sa sena ilu, u allura jekk il-ħinijiet għandhomx jibqgħu ħames sigħat jew le.", "L-ISPEAKER: Din jista' isir abbokkament fuqha.", "GLENN BEDINGFIELD: Nistgħu nagħmlu ftehim ad hoc minkejja l-mozzjoni.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Il-mozzjoni stess tgħid li bi qbil jista' ikun hemm tibdil …", "L-ISPEAKER: Nippreparaw mozzjoni li jrid iressaqha d-Deputat Prim Ministru.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Mela l-aġġornamenti fis-seduti ta' filgħodu.", "L-ISPEAKER: Nistgħu nkomplu?", "Nirringrazzjakom.", "Pjani Finanzjarji tas-Servizz Parlamentari għas-Snin 2020 u 2021", "L-ISPEAKER: Nixtieq infakkarkom li dan il-Kumitat għad irid jiddiskuti l-Pjan Finanzjarju tas-Servizz Parlamentari għas-sena 2020, sabiex wara l-Kamra tkun tista' tapprova l-Estimi abbażi tal-mozzjoni relattiva.", "Inħoss li m'għandniex inħallu iktar żmien jgħaddi, u għalhekk nitlobkom tagħtuni data li fiha jista' jiltaqa' il-Kumitat ħalli nistiednu lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.", "Imbagħad għandna wkoll il-Pjan Finanzjarju tas-Servizz Parlamentari għas-sena 2021.", "Jekk taqblu, nistgħu nabbinawhom.", "CHRIS FEARNE: Iva, nistgħu nagħmluhom it-tnejn f'salt.", "L-ISPEAKER: Sadanittant, araw issibux data u għadduhieli.", "CHRIS FEARNE: L-20 u l-21.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Jekk se nabbinawhom data waħda jkollna bżonn.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "GLENN BEDINGFIELD: Irid ikun il-House Business Committee ...", "L-ISPEAKER: Importanti li Gvern u Oppożizzjoni jaqblu fuq data ħalli niddiskutuh.", "Sadanittant, nixtieq ninforma lill-Kumitat li, wara proċesss ta' tender, is-Servizz Parlamentari kien qiegħed jikkonkludi kuntratt ta' sena ma' RSM Malta għall-outsourcing ta' ċerti servizzi ta' accounts, primarjament f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni ta' sistema ġdida sabiex is-Servizz jaqleb minn sistema li hija cash-based għal waħda bl-accruals.", "B'hekk jiġu ppreżentati financial statements professjonali kif ġie rrakkommandat f'rapporti preċedenti mill-Awditur Ġenerali fl-audit tas-Servizz Parlamentari tal-2018.", "Għalhekk, bi pjaċir ngħid li dan qiegħed in order u dan l-eżerċizzju se jgħin ukoll sabiex il-pjan finanzjarju jitfassal b'mod iktar professjonali u fuq bażi aktar soda.", "Fil-frattemp, diġà bdejna d-diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, u fil-folder li għaddejtilkom għandkom issibu l-allokazzjoni finanzjarja għas-sena d-dieħla.", "Nixtieq niġbdilkom l-attenzjoni dwar l-ingaġġ ta' staff ġdid kemm amministrattiv kif ukoll dak direttament konness mas-support tal-istaff u tal-Membri.", "Hemm ukoll ftehim li l-ammont allokat f'dan ir-rigward ikun jista' ivarja biex dejjem jaħseb għal dak li jista' jiġi deċiż minn dan il-Kumitat.", "L-ISPEAKER: Nixtieq nonformakom li għandna wkoll il-Pjan Finanzjarju tal-Ombudsplan 2020-2021.", "Fis-seduta tal-5 ta' Ottubru, se nkun qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ombudsplan tal-2020-2021 li ġie ppreżentat lili madwar l-14 ta' Settembru.", "Kif tafu, dan id-dokument qed jiġi diskuss ukoll f'dan il-Kumitat qabel ma jiġi approvat mill-Kamra, u allura hawnhekk ukoll irridu nsibu data biex inkunu nistgħu niddiskutuh.", "Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika", "L-ISPEAKER: Nixtieq ninformakom li l-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika għaddhieli kopja tal-Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju tiegħu għas-sena 2021.", "Min-naħa tiegħi, qiegħed ngħaddilkom kopja tiegħu.", "Peress li l-liġi tgħid biss li dan il-pjan għandu jiġi approvat mill-Kamra tad-Deputati imma ma jispeċifikax kif għandu jsir, qiegħed nissuġġerixxi li nimxu mal-mudell tal-Ombudsplan u tal-Estimi tas-Servizz Parlamentari.", "Jiġifieri l-ewwel jiġi diskuss minn dan il-Kumitat – ovvjament ikun hawn preżenti l-Kummissarju – u mbagħad issir mozzjoni fil-Kamra għall-approvazzjoni tal-istess pjan.", "CHRIS FEARNE: Sur President, iva naqblu u jista' ikun li l-Kumitat jiddeċiedi li, jekk ikun hemm bżonn, meta titressaq il-mozzjoni jkollna seduta għalih fil-Plenarja.", "L-ISPEAKER: Hekk hu.", "Jekk ikun hemm il-ħtieġa, isir hekk.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li kkomunika miegħi l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, l-Onor.", "Evarist Bartolo, dwar attività proposta sabiex tiġi mnedija n-National Action Plan on Women, Peace and Security.", "Ġie propost li din l-attività ssir, bejn wieħed u ieħor, fl-20 anniversarju mir-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 tal-31 ta' Ottubru 2000 dwar ir-rwol importanti li għandhom in-nisa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti, u tagħmel enfasi fuq il-bżonn li jipparteċipaw b'mod sħiħ fiż-żamma u l-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà fid-dinja.", "Għalhekk, nieħu din l-opportunità sabiex nitlob lill-Whips jgħadduli isem ta' Membru miż-żewġ naħat tal-Kamra għal din l-attività.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, min-naħa tal-Gvern ninnominaw lill-Onor.", "L-ISPEAKER: U min-naħa tal-Oppożizzjoni?", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nikkonfermalek.", "L-ISPEAKER: Ħalli f'dik il-ġurnata nieħdu ftit ħin mis-seduta biex isiru diskorsi qosra miż-żewġ kelliema proposti.", "Rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell", "L-ISPEAKER: L-aħħar item li xtaqt niddiskuti magħkom huwa fuq ir-rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell, is-Sur Ian Paul Bajada.", "Nixtieq ninformakom li l-ħatra tiegħu se tagħlaq din is-sena.", "Is-Sur Bajada ma tantx seta' jaħdem minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 u x-xogħol kollu sar permezz tal-video conferencing.", "Min-naħa tiegħi, nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzjah tax-xogħol li wettaq u li baqa' għaddej xorta waħda.", "Fil-fatt, illum se nqiegħed xi rapporti li għaddielna fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif għamilna fil-każijiet preċedenti, se nitlob l-approvazzjoni tal-Kumitat sabiex il-kuntratt tas-Sur Bajada jiġi mġedded għas-sena 2021.", "Hawn qbil dwar dan?", "CHRIS FEARNE: Sur President, m'għandniex oġġezzjoni.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjakom.", "Hemm xi items oħrajn?", "L-Onor.", "Ħatra ta' Membru ġdid u Kap tal-Oppożizzjoni", "ROBERT CUTAJAR: Diġà ivverbalizzajna l-arranġament mal-Iskrivan tal-Kamra lbieraħ stess, imma nixtieq li jiġi verbalizzat anke hawn dak li se jkun qed iseħħ f'dawn it-tlitt ijiem li ġejjin.", "Illum fl-4.30 p.m. se jkun qiegħed jagħti l-ittra tar-riżenja tiegħu l-Onor.", "Ivan J. Bartolo, u għada, fl-istess ħin, se jkun qiegħed jieħu l-ġurament l-Onor.", "Bernard Grech bħala Membru ta' din il-Kamra, permezz ta' mozzjoni mill-Prim Ministru li ġejt mogħti kopja tagħha mill-Parlament.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-mozzjoni se ssir għada stess?", "L-ISPEAKER: Iva, il-mozzjoni se ssir għada.", "GLENN BEDINGFIELD: Nimmaġina li fil-ħin tal-mozzjonijiet, hux hekk?", "L-ISPEAKER: Fl-4.30 p.m.", "CHRIS FEARNE: Ma tagħmlilniex differenza jekk ikunx il-Prim Ministru jew il-Leader of the House li jressaqha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Jagħmilha l-Leader of the House.", "ROBERT CUTAJAR: Jien għandi kopja tal-aħħar okkażjoni, jiġifieri m'għandix problema.", "L-importanti li tkun fl-4.30 p.m. kif ftehemna.", "GLENN BEDINGFIELD: Qed nitkellmu fuq il-mozzjoni tal-co-option.", "ROBERT CUTAJAR: Hekk hu.", "L-aħħar waħda li kellna kienet tal-Onor.", "Jiġifieri nistgħu nagħmluha bl-istess mod kif kienet saret tal-Onor.", "Imbagħad l-Erbgħa Dr Bernard Grech jieħu l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni fl-Uffiċċju tal-President, u wara jidħol fil-Parlament bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Nifhem li llejla se tkunu qegħdin tinformawhom dwar il-mozzjoni.", "ROBERT CUTAJAR: Hekk hu.", "Imbagħad, tintbagħat ittra uffiċjali min-naħa tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit, kif isir normalment, fejn il-persuna tiġi informata li se tkun qiegħda tieħu post ħaddieħor.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Dik hija l-proċedura li nistgħu nimxu magħha.", "Fadal xi items oħra?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: It-talba biex tidħol il-media.", "L-ISPEAKER: Hekk hu: dik hija importanti.", "Nifhem li għal għada hemm talba għall-media.", "ROBERT CUTAJAR: Għall-ġurament.", "L-ISPEAKER: Hekk hu, fil-ħin li jkun qed jittieħed il-ġurament.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: L-aħħar darba l-media daħlu minn meta beda jaqra l-mozzjoni.", "L-ISPEAKER: Jiġifieri waqt li qed jaqra l-mozzjoni.", "Nistgħu nimxu minn hemm.", "Nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'din il-laqgħa.", "Grazzi.", "Il-Kumitat huwa aġġornat", "Fl3.41 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20201005_030d_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 31", "It-Tlieta, 6 ta' Ottubru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 31", "It-Tlieta, 6 ta' Ottubru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:14 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 30 li saret fit-30 ta' Settembru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 276 tat-Tnejn, 11 ta' Novembru 2019, il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Nagħti merħba lil kull min hawn preżenti għal din il-laqgħa tal-lum.", "Bħal kull laqgħa oħra ta' dan il-Kumitat, din il-laqgħa qiegħda tiġi video streamed b'mod dirett u qiegħda tiġi trasmessa fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament b'mod dirett ukoll.", "Is-Segretarja tal-Kumitat se tkun qiegħda tqassmilkom kopja tal-Abbozz ta' Liġi li se nkunu qegħdin niddiskutu llum.", "Peress li qegħdin grupp kbir nitlobkom tagħmlu l-mobile phone fuq silent mode.", "Nitlobkom ukoll biex inżommu t-tradizzjoni ta' rispett lejn xulxin.", "Għaldaqstant nirringrazzja lill-Ministru Edward Zammit Lewis, lis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius, lill-Onor.", "Clyde Puli, lill-Eks Ministru Tonio Borg u lil kull min hawn preżenti; fostkom qed nara lil Dr Micallef Stafrace u lil diversi avukati oħrajn.", "Nirringrazzjakom kollha li ġejtu.", "Kulħadd se jingħata l-ispazju kollu neċessarju biex iressaq l-argumenti tiegħu.", "Din hija d-dar tad-demokrazija u kulħadd se jingħata l-ispazju biex jagħmel l-argumenti tiegħu, jiġifieri m'għandniex għalfejn nipprovaw ngħaġġlu għaliex naħsbu li mhux se ningħataw l-ispazju.", "Magħna wkoll hawn Dr Desireè Attard u Dr Cheryl Azzopardi li se jgħinuna f'dak kollu li se jkollna bżonn.", "Il-proċedura hija li l-Ministru jippreżenta klawsola klawsola, jispjegalna dik il-klawsola fiex tikkonsisti u mbagħad ngħaddu għad-diskussjoni fuqha.", "Dawk kollha li jixtiequ jagħmlu l-punti tagħhom jagħmlulna sinjal u kulħadd se jingħata tliet minuti.", "Hawn madwar 20 persuna hawn fuq u hemm madwar 20 persuna oħra isfel, fir-reception area, u jekk kulħadd jitkellem fuq kull klawsola, nagħmlu klawsola waħda biss.", "Hawn ukoll nies li qegħdin isegwuna permezz taż-Zoom u minn hawnhekk insellmilhom u nsellem ukoll lil dawk il-persuni li hemm isfel, li wkoll se jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-interventi tagħhom.", "Din se tkun laqgħa interessanti ħafna.", "Infakkarkom li fl-aħħar laqgħa li kellna dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, il-klawsola 6 u l-klawsola 14 kienu ġew posposti biex issir aktar riċerka u diskussjoni fuqhom u konna wasalna biex nibdew klawsola 26.", "Qabel ma ngħaddu għal din il-klawsola però rrid ninforma lill-Kumitat li fil-laqgħa tal-bieraħ, 5 ta' Ottubru 2020, tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra ġie deċiż li għall-kumitati għandhom jattendu biss dawk il-persuni li huwa strettament neċessarju li jkunu preżenti biex il-Kumitat ikun jista' jiltaqa'.", "Dawn jinkludu wkoll mistiedna li jintalbu jipparteċipaw fil-Kumitat, iżda f'kull każ huwa rakkomandat li dawn jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fil-laqgħat b'mod virtwali.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, nirringrazzja lilek, lill-Membri ta' dan il-Kumitat kif ukoll lil dawk li għoġobhom jingħaqdu magħna llum.", "Naċċertakom li kulħadd se jingħata l-ispazju biex jagħmel il-veduti tiegħu.", "Naf li l-klawsola 4 u l-klawsola 14 kienu ġew posposti fil-laqgħa preċedenti u naf li hemm kontestazzjoni dwarhom għaliex iddiskutejniehom però għal fini ta' proċedura, irridu nibdew mill-klawsola 26 u nimxu minn hemmhekk.", "Imbagħad jekk dawk iż-żewġ klawsoli nerġgħu niġu lura għalihom, għandkom tħossukom liberi li tgħidu dak li għandkom tgħidu.", "Jidher li hemm klawsoli li m'hemmx kontestazzjoni dwarhom, però dan ma jfissirx li l-Abbozz ta' Liġi se jingħalaq imma nibqgħu niddiskutu biex anke bl-għajnuna tagħkom, naslu għal soluzzjoni billi nipprovaw nirrikonċiljaw l-interessi ta' kulħadd.", "Naf li din mhux xi ħaġa faċli fuq dan l-Abbozz ta' Liġi partikolari, però naċċertakom li jien u s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar għandna kull interess li nagħmlu liġi tajba u b'saħħitha favur l-ugwaljanza u kontra kull diskriminazzjoni, imma wkoll li nibqgħu niftħu u nagħmlu djalogu strutturat.", "Nirringrazzja b'mod partikolari lill-Onor.", "Claudette Buttigieg tal-koperazzjoni li wriet u lill-Membri tal-Oppożizzjoni li ssenjalaw fejn hemm bżonn ta' aktar diskussjoni.", "Madanakollu l-klawsoli li huma ċari u jistgħu jgħaddu, ejja ngħadduhom mingħajr ma l-Abbozz ta' Liġi jkollu għalfejn jingħalaq u fl-istess ħin intom tistgħu tgħidu dak li għandkom kull dritt li tgħidu quddiem dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nixtieq nagħmel kjarifika dwar il-vot tiegħi fuq il-klawsola 7.", "Fil-laqgħa preċedenti l-klawsola 7 kienet għaddiet bi qbil unanimu u kien hemm inkluż anke l-vot tiegħi.", "Għaldaqstant irrid nikkjarifika li meta aħna ħadna dak il-vot konna bdejna niddiskutu l-conscientious objection mat-tobba u jien fhimt li kważi l-Gvern kien qed jasal.", "Allura meta ħadna dak il-vot, il-vot tiegħi kien kważi soġġett għall-fatt li l-conscientious objection konna qisna qegħdin naqblu fuqha.", "F'dik il-laqgħa jien ħassejt li fil-prinċipju kważi konna qed naqblu fuq il-conscientious objection u li aktar fuq il-wording eżatt ma konniex qed naqblu.", "Qed nagħmel din ir-rimarka għaliex irridu noqogħdu attenti li meta nivvotaw, irridu nirrimarkaw li nkunu qegħdin nivvotaw mhux għax naqblu mal-liġi kollha kemm hi.", "It-tieni, irrid nagħmel din ir-riżerva; jekk mhux se jkollna qbil fuq il-conscientious objection, kieku jien ma kontx nivvota favur il-klawsola 7.", "M'iniex qed ngħid li dak il-vot se jitħassar però rrid ngħid li minkejja li hemm ċerti klawsoli li qed naqblu fuqhom, jekk dawk il-klawsoli aħna u niddiskutuhom inħalluhom fl-arja, jista' jkun li nkunu qegħdin nikkondizzjonaw il-voti fuq dawk l-istess klawsoli li kien jidhrilna li għandna naqblu dwarhom.", "Għalhekk, jekk se niddeċiedu li ċerti klawsoli li fihom kontenut importanti ma niddiskutuhomx issa, allura nirriżerva d-dritt li ma nivvotax anke fuq il-klawsoli li naqblu dwarhom biex mhux niġu għall-vot fl-istadju tat-Tielet Qari u xi ħadd jgħidli, \"Imma inti vvotajt favur fl-istadju ta' Kumitat\" u nispiċċa nippreġudika l-vot fit-Tielet Qari, ikun xi jkun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Vassallo, dak huwa dritt tiegħek.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, hawnhekk qed nara lil Dr Simon Micallef Stafrace, li qiegħed jirrappreżenta lill-Kunsill Mediku, kif ukoll lil Dr Martin Balzan u lil Dr Karl Briffa mill-Medical Association of Malta (MAM) u allura forsi jistgħu jagħmlu l-pożizzjoni tagħhom, nisimgħuha u nimxu 'l quddiem.", "Jien fhimtu l-punt tal-Onor.", "Vassallo u nifhem ukoll li kellu jivverbalizzah.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nispera li kulħadd għandu hard copy tal-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu.", "Il-proċeduri hija li l-Ministru jippreżenta l-klawsola, imbagħad l-Oppożizzjoni u l-Membri kollha tal-Kumitat jagħmlu l-argumenti tagħhom, imbagħad jekk ikun hemm xi ħadd minnkom li jrid iressaq l-argumenti tiegħu, nitolbu jagħmilli sinjal.", "Fl-aħħar nerġgħu nagħtu l-kelma lill-Ministru jew lis-Segretarju Parlamentari biex jagħmlu r-rimarki konklussivi.", "Għaldaqstant wara dawn ir-rimarki introduttorji nistgħu nibdew id-diskussjoni u ngħaddu għall-klawsola 26.", "Klawsola 26 – Ħatriet għal korpi pubbliċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 26 timponi l-obbligu fuq il-Gvern li mill-inqas 40% tal-ħatriet magħmula għal korpi maħturin uffiċjalment ikunu nisa.", "Il-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza se jkollha d-dritt li titlob informazzjoni u anke rapporti biex ovvjament dan it-tragward tara li qiegħed jintlaħaq.", "Nixtieq nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 26, il-kliem \"mal-ewwel ħatriet magħmula wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att\" għandhom jiġu mħassra.", "L-għan ta' din l-emenda huwa li nagħtu ċ-ċans li jekk ma tkunx mal-ewwel ħatra preċiżament mad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, tkun f'ħatriet sussegwenti.", "Dan il-għan huwa ispirat minn dak li bil-Latin insejħulu 'ad impossibilia nemo tenetur' għax jista' jkollok bordijiet, jew ħatriet bi speċjalizzazzjoni partikolari, li sfortunatament ma ssibx min jimliehom.", "Għalhekk, ridna nagħtu ċertu breeding space biex il-mira tintlaħaq għaliex hija tajba, però mhux bilfors tintlaħaq mal-ewwel ħatra li tkun meħtieġa li ssir wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, naf li qegħdin niddiskutu l-klawsola 26 però din il-klawsola kif tiġi affettwata mill-fatt li din hija liġi suprema?", "X'differenza jagħmel dan?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex f'kull pass li se nagħmlu f'din il-liġi se jkollna l-mannara kontinwament fuq rasna li din hija liġi suprema.", "Ma nixtieqx li naqdfu fil-vojt u nibqgħu fl-istess post. F'kull klawsola li se titla' quddiemna sakemm niġu għall-klawsola 32, se jkollna din il-problema.", "F'dan il-Kumitat hawn ħafna avukati u nistaqsihom: Il-fatt li din se tkun liġi suprema x'differenza jagħmel?", "Jekk din ma tkunx liġi suprema, is-settur pubbliku x'jagħmel, u jekk tkun, x'differenza tagħmel?", "Nitlob lill-avukati li kitbu din il-liġi biex jispjegawlna għax naħseb huwa xieraq li nkunu nafu x'differenza tagħmel jekk din tkun liġi suprema u jekk ma tkunx fuq kull klawsola li se niddiskutu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Desireè Attard biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR DESIREÈ ATTARD (Konsulent Legali, Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, ma nafx jekk għandniex nispjegaw fid-dettall is-supremacy clause meta naslu għall-klawsola 32 però f'dan il-każ speċifiku, m'hemm l-ebda liġi oħra li timponi din il-kwota, jekk irridu nsejħulha hekk, fuq is-servizz pubbliku.", "Li jista' jiġri huwa li jekk ikun hemm liġi oħra li tiddettalja l-kostituzzjoni ta' kwalunkwe korp pubbliku, dan l-Att se jkun suprem fuqha, jiġifieri jekk ikun hemm liġi li timponi li ċertu kunsill tal-Gvern ikollu disgħa minn għaxar membri rġiel, dik tkun kontra l-ispirtu tal-Att dwar l-Ugwaljanza u għaldaqstant dak l-artikolu ta' dik il-liġi ma jkunx japplika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden lis-Sur Peter Cassar Torregiani biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SUR PETER CASSAR TORREGIANI: Sur President, xtaqt sempliċement nistaqsi jekk f'post hemm WC tan-nisa u hemm ieħor tal-irġiel u xi ħadd minflok ma jmur f'wieħed jgħidli li jrid imur fl-ieħor, din l-istanza hija koperta b'din il-liġi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, il-punt ittieħed.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, se nkompli fuq dak li qalet l-Onor.", "Bħall-Membri tal-Gvern, aħna issa ilna x-xhur niltaqgħu ma' ħafna NGOs u l-inkwiet tiegħi huwa li eventwalment se naslu f'punt fejn jiġu quddiemna l-affarijiet li huma ħafna aktar kruċjali, fosthom il-kwestjoni li semmiet l-Onor.", "Jien assolutament m'għandix problema bil-klawsola li qegħdin niddiskutu bħalissa, li jinkwetani, kemm f'din il-klawsola kif ukoll f'kull klawsola li se nagħmlu minn issa 'l quddiem, huwa li għandna żewġ xenarji differenti; għandna x-xenarju ta' bħalissa, fejn għandna s-supremacy clause, u għandna x-xenarju fejn ma jkollniex supremacy clause.", "Issa ejja ngħidu li nivvotaw favur din il-klawsola kif inhi bħalissa, tagħmel differenza però tkunx hemm jew le s-supremacy clause jew either way se jkollha l-istess effett eżatt din il-klawsola?", "Għax jekk se jkollha l-istess effett eżatt m'għandniex problemi.", "Il-problema tiegħi hija jekk eventwalment niġu biex niddiskutu s-supremacy clause u jkollna nerġgħu niftħu kollox mill-ġdid.", "Jekk mhux se jkollha effett ta' xejn mhux problema, imma Dr Attard qalet li jista' jkun hemm liġi oħra li tgħidlek li fuq kunsill partikolari għandu jkollok disa' irġiel u mara u din il-liġi se tieħu over, iżda jekk imbagħad inneħħu s-supremacy clause l-liġi l-oħra tieħu over.", "Dan ifisser li għandna żewġ xenarji differenti u fl-aħħar mill-aħħar se jwasslu għal outcomes totalment differenti.", "Qed ngħid sew?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR DESIREÈ ATTARD: Dik hija n-natura tas-supremacy clause.", "Jiġifieri jekk dan l-Abbozz ta' Liġi mhux se jkun superjuri għal kwalunkwe dispożizzjoni li hija diskriminatorja, tali dispożizzjoni diskriminatorja se tibqa' fis-seħħ.", "Ovvjament wieħed dejjem jista' jikkontestaha.", "CLYDE PULI: Hekk hu!", "Tista' anke temendaha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Tista' temenda dik il-liġi fejn hemm diskriminazzjoni.", "CLYDE PULI: Eżatt.", "Jekk ma jkollniex is-supremacy clause l-proċess ikun daqsexejn aktar laborjuż għax inkunu rridu nemendaw aktar minn liġi waħda.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dan il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi ilu għexieren ta' snin jimxi bil-proċedura li jiddiskuti klawsola klawsola.", "L-impenn tal-Oppożizzjoni fuq il-klawsola 32 nifhmu u dik se niddiskutuha wkoll u jekk ma naslux, nibqgħu niddiskutuha mal-persuni li għandna quddiemna, imma jekk f'kull klawsola li se nagħmlu se joqogħdu jgħidulna bil-klawsola 32, niggarantilhom li b'dak il-mod l-ebda liġi ma kienet tgħaddi minn dan il-Kumitat għaliex xorta klawsola klawsola rridu nimxu!", "Il-punt tagħhom fhimnieh.", "Bil-klawsola 26 il-Gvern qiegħed jipprova jilħaq l-objettiv li jkun hemm aktar gender balance fil-korpi pubbliċi u onestament ma naħsibx li taffettwaha s-supremacy clause.", "KARL GOUDER: Fuq dak naqblu Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Meta naslu għall-klawsola 32, għandna commitment li ma nagħlqux l-Abbozz ta' Liġi biex inkomplu niddiskutu, però jekk għal kull klawsola se toqogħdu tgħiduli bis-supremacy clause, ma nistgħux nipproċedu fil-Kumitat!", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nifhem il-preokkupazzjoni tal-Ministru u naqbel miegħu iżda ladarba għadna ma ddiskutejniex is-supremacy clause u allura ma nafux l-effett finali ta' din il-liġi x'se jkun għax bdejna niddiskutu klawsoli oħra minflok, bħala Oppożizzjoni bilfors ikollna nagħmlu dawn ir-rimarki u nistaqsu x'effett se jkollha kull klawsola kemm jekk tibqa' s-supremacy clause kif ukoll jekk le.", "Pereżempju s-subklawsola (3) ta' din il-klawsola tgħid hekk:", "\"(3) Għall-finijiet ta' dan l-artikolu, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li titlob u tingħata informazzjoni dwar, u mill-korpi maħturin uffiċjalment.\"", "Kif anke għedna fl-istadju tat-Tieni Qari, jekk il-Gvern irid jibqa' jmexxi biex din il-liġi tkun suprema, allura din il-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza se tkun super Kummissjoni!", "Għaldaqstant qabel ma nivvota favur jew kontra din il-klawsola rrid inkun naf jekk din il-Kummissjoni, li se tkun maħtura b'liġi suprema, kif se taffettwa jekk jispiċċa jkollha d-dritt għal kwalunkwe informazzjoni fuq kull korp maħtur uffiċjalment.", "Jien il-biża' tiegħi hija kemm f'dan il-pajjiż se jkun ġust u kemm verament se niġġieldu d-diskriminazzjoni jekk se jkollna Kummissjoni mwaqqfa b'liġi suprema.", "Ġaladarba għandi l-biża' li b'liġi suprema jista' jkollna d-diffikultajiet, u ġaladarba għadni ma nafx jekk hijiex se tkun liġi suprema jew le, allura bilfors irrid nistaqsi fuq kull klawsola x'se jkunu l-effetti tagħha kemm jekk din il-liġi tkun suprema u kemm jekk ma tkunx.", "Għall-Gvern tista' ma tkunx biża' imma għalina hija biża' li jekk din il-liġi se tkun suprema, allura dawn il-klawsoli mhux se jibqgħu ta' liġi ordinarja imma se jkunu supremi fuq liġijiet oħrajn.", "Jidhirli li l-Ministru qal li ma tagħmilx differenza u allura jekk ma tagħmilx differenza, ejja nneħħuha minn liġi suprema la xorta kollox jibqa' kif inhu, imma jien naħseb li l-Ministru jridha tagħmel differenza la jridha liġi suprema!", "U la jridha tagħmel differenza, might as well inkunu nafu x'effetti se jkollha din il-klawsola u dawk kollha li ġejjin wara ladarba ma ddiskutejniex u ma nafux jekk din hijiex se tkun liġi suprema jew le.", "Hekk forsi nserrħu moħħna, għalkemm jien moħħi mhu se jkun mistrieħ qatt.", "Dan bħal xħin għamilt l-argument biex spjegajt il-vot tiegħi fuq il-klawsola 7; jien ivvutajt favur bil-ħsieb li konna se naqblu fuq l-conscientious objection però mbagħad ma qbilniex u issa naf li hawn kontestazzjoni, kif tajjeb li jkun hawn.", "Għalhekk, illum bdejt ninkwieta u għedt li rrid noqgħod attent kif se nivvota fuq kull klawsola għax finalment għalija se tagħmel differenza l-liġi jekk hux se tkun suprema, jew jekk hux se jkun hemm l-objezzjoni tal-kuxjenza eċċ.", "Din il-liġi hija importanti u se tagħmel bidla radikali fil-ħajja ta' ħafna nies, kif wara kollox irridu li tagħmel, imma ejja noqogħdu attenti li l-bidla radikali tkun kontra d-diskriminazzjoni u favur l-ugwaljanza u mhux bil-kontra.", "Jien xogħli hu li nara li din il-liġi ma tintużax biex tinħoloq diskriminazzjoni.", "U jien dik hi l-biża' tiegħi.", "Allura ppermettulna nagħmlu dawn it-tip ta' rimarki u dawn it-tip ta' mistoqsijiet.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq liġi fluwida għall-aħħar u li tiżloq minn kullimkien!", "M'hemm ħajt ta' kenn imkien!", "Għalhekk, tajjeb li nagħmluhom dawn il-mistoqsijiet u ningħataw ir-risposti u mhux ngħidu li kollox xorta.", "Kieku kollox xorta konna nagħmluha liġi ordinarja.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: M'għednilekx hekk.", "Dik hija konklużjoni tiegħek gratwita!", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Sur President, aħna favur din il-klawsola u allura l-argumentazzjoni tagħna tista' tgħid li għandha żewġ naħat; in-naħa l-oħra hija li b'dak qed jingħad hawnhekk aħna qed inħossuna assigurati li anke jekk din il-liġi ma tkunx suprema, xorta nistgħu nagħmluha flimkien.", "Veru li forsi nieħdu ftit aktar xogħol, u niltaqgħu f'aktar kumitati, u forsi ngħaddu 20 liġi, imma tista' ssir.", "Allura l-argument hawnhekk huwa li kull vot huwa kkundizzjonat.", "L-ingredjenti tal-kejk qegħdin kollha hemm imma jekk insajruh ħażin storja oħra!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Irridu nimxu proċeduralment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inthom kollha veterani hawnhekk u tafu li dejjem hekk imxejna.", "EDWIN VASSALLO: Mhux il-proċedura imma l-kontenut.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, se nikkwota l-aktar ħaġa li tingħad ġo dan il-Parlament: Bi qbil kollox tagħmel!", "CLYDE PULI: Eżatt!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jien diġà għamiltha din ir-rimarka u ma nixtieqx nirrepeti però iva, kull kwalsola hija kkondizzjonata.", "Kieku kienet fil-bidu din l-issue konna nindirizzawha fil-bidu nett imma qiegħda fil-klawsola 32.", "U hemm problemi kbar biha.", "Naħseb li tliet kwarti min-nies li qegħedin hawnhekk, qegħdin hawnhekk proprju għaliex qiegħed jingħad li din hija liġi suprema.", "Issa jew nipposponu l-problema jew nindirizzawha!", "IĊ-CHAIRPERSON: Se naslu għaliha.", "Ejja nimxu biċċa biċċa.", "ROSIANNE CUTAJAR (Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi): Sur President, għadna kif qbilna li l-proċedura dejjem hekk kienet imma mbagħad noqogħdu ngħaddu kummenti bħal li qegħdin nippruvaw nipposponu!", "Qegħdin nippruvaw nipposponu jekk aħna sejjaħna laqgħa tal-Kumitat, qed nagħtu ċans lil kulħadd biex jitkellem … (Interruzzjonijiet)", "Qegħdin nipposponu li niffaċċjaw il-fulkru ta' din il-liġi!", "ROSIANNE CUTAJAR: Ma tantx hemm x'nipposponu!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Qegħdin nipposponu li niffaċċjaw l-aktar ħaġa importanti li hemm f'din il-liġi, ċjoè jekk hijiex se tkun liġi suprema jew le.", "Dak li qed nipposponu!", "IĊ-CHAIRPERSON: Kulħadd għandu dritt jgħid kollox.", "Kulħadd se jingħata l-ispazju biex jitkellem.", "Nistieden lil Dr Claire Bonello biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR CLAIRE BONELLO (Rappreżentanta taċ-Church Schools Association u taċ-Church Schools' Parents' Association): Sur President, jien naqbel ħafna mal-kelliema ta' qabli li jeħtieġ li jkollna kjarifika dwar l-istatus ta' din il-liġi.", "Madanakollu se nagħmel kumment speċifikament fuq din il-klawsola.", "L-emenda li ppropona l-Ministru taqra hekk:", "\"… il-kliem \"mal-ewwel ħatriet magħmula wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att\" għandhom jiġu mħassra.\".", "Jekk din il-frażi tiġi mħassra, imbagħad il-klawsola tiġi taqra \"fejn l-applikazzjoni ta' dan l-artikolu ma jkunx possibbli, il-Kummissjoni tista', skont il-każ, tagħti konċessjoni ...\" u allura qisna neħħejna l-obbligu fuq il-Gvern jew fuq il-korpijiet pubbliċi li jagħmlu dawn il-ħatriet skont dawn il-quotas għax m'hemmx limitu ta' żmien imma sempliċement hemm il-frażi \"ma jkunx possibbli\".", "Ma jkunx possibbli f'liema każijiet?!", "Din il-liġi se timponi ċerti obbligi u ċerti doveri fuq il-privat, fuq l-NGOs u fuq l-iskejjel eċċ. u allura mbagħad naraha ftit anomala li l-Amministrazzjoni Pubblika qiegħda prattikament tiġi eżentata.", "Hawnhekk sempliċement qed ngħidu \"ma jkunx possibbli\", imma ma jkunx possibbi għaliex?", "Irid ikun hemm ċerti kriterji, u jrid ikun hemm ċerti indikazzjonijiet, u jrid ikun hemm ċertu timetable għal meta se jkun possibbli, inkella l-intenzjoni ta' din il-klawsola se tiġi annullata.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dik hija osservazzjoni korretta għax jekk tneħħi dik il-frażi, m'hemmx time limit.", "Madanakollu ma rridux ninsew li fis-subklawsoli (3) u (4) qed nagħtu time limits għal rapporti mis-servizz pubbliku lill-Kummissjoni.", "Jiġifieri l-Kummissjoni xorta għandha d-diskrezzjoni, kif għandu jkollha, li timponi time limits fuq l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Issa aħna minflok m'għażilna li tkun ex lege, jiġifieri fil-liġi, tajna d-diskrezzjoni lill-Kummissjoni – infakkarkom li din il-Kummissjoni mhux se tkun organu tal-Gvern imma se tkun maħtura mill-Parlament; dik hija xi ħaġa li rridu naslu għaliha bl-Abbozz ta' Liġi nru 97 – li tara li jkun hemm dawn ir-rapporti u li tagħmel dawn it-time limits.", "Ħassejna li jagħmel aktar sens hekk milli naqbdu u nimponu tragwardi fil-liġi.", "Nerġa' ngħid, jista' jkollok sitwazzjonijiet ta' bordijiet li jkunu pjuttost speċifiċi fl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom u allura, sfortunatament, f'dan il-mument partikolari, għalkemm qed noħorġu minnha soċjalment u anke akkademikament, ma tkunx tista' tintlaħaq il-kwota tal-ġeneru ta' 40%.", "DR CLAIRE BONELLO: Xorta waħda qed nara ċertu assimetrija bejn id-doveri u l-obbligi li se jkunu imponuti permezz ta' din il-liġi fuq is-settur privat u fuq l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Hemm diskrepanza u r-responsabbiltà tal-Amministrazzjoni Pubblika, li suppost tagħti l-eżempju u tkun fuq quddiem nett fil-promozzjoni tal-ugwaljanza, se tonqos.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Huwa possibbli li jkun hemm xi tip ta' sunset clause bħalma hemm fis-subklawsola 26(4)?", "Ovvjament mhux qed ngħid li għandna ndaħħlu t-terminu ta' għaxar snin kif hemm fis-subklawsola 26(4), imma forsi nagħmlu xi terminu ta' żmien.", "DR DESIREÈ ATTARD: Din l-emenda qiegħda tiġi proposta sempliċement għaliex ladarba dan l-Att jidħol fis-seħħ, din il-klawsola tibda tapplika mal-ewwel round ta' ħatriet.", "Mela jekk hemm aġenziji li jmisshom jagħmlu ħatriet is-sena d-dieħla, pereżempju, dawn mill-ewwel iridu jinfurzaw din il-klawsola.", "Għaldaqstant l-emenda qed tagħti l-konċessjoni li l-Kummissjoni tpoġġi bilqiegħda magħhom u jiġi abbozzat pjan ta' azzjoni u l-infurzar ta' din il-klawsola jiġi estiż lil hinn mill-ewwel ħatra.", "Dan ifisser li jekk inti mal-ewwel ħatra ma rnexxilekx tilħaq il-kwota tal-40%, il-Kummissjoni mhux se tgħidlek biex tinsa kollox imma titolbok tagħtiha pjan ta' azzjoni dwar kif mal-ħatra li jmiss se tiħaq dak it-tragward.", "Dik hija l-emenda li qed tiġi proposta.", "Ovvjament dan għaliex nafu li mhux kull korp jiġi appuntat f'ċerti dati.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Però m'hemmx indikazzjoni.", "Madanakollu fl-istess subklawsola (2) qed jingħad \"il-Kummissjoni tista', skont il-każ, tagħti konċessjoni\" u dan ifisser li l-Kummissjoni tista' wkoll tirrifjuta li taċċetta tali falliment.", "KARL GOUDER: Jekk ikun hemm bordijiet li f'ħatra wara l-oħra wara l-oħra jgħidu li ma jistgħux jilħqu l-gender balance kif propost f'din il-klawsola, il-Kummissjoni tista' tagħtihom konċessjoni li ma jilħqux għall-mitt sena li jmiss, pereżempju?", "DR DESIREÈ ATTARD: Iva, però tali konċessjoni trid tkun marbuta mal-ħolqien ta' pjan ta' azzjoni sabiex kemm jista' jkun jintħalaq dak il-għan.", "Kif qal il-Ministru, hemm korpi li huma niche ħafna.", "KARL GOUDER: Jekk fhimtha sew Dr Bonello però qalet li qisu b'din l-emenda jekk l-Amministrazzjoni Pubblika għal xi raġuni ma tilħaqx il-gender balance, qed nagħtuha ċertu leeway biex ma tilħqux.", "DR DESIREÈ ATTARD: Qed nifhem il-punt, Onor. Gouder, però dan huwa obbligu li bħalissa fuq il-privat ma jeżistix, allura jekk hemm żbilanċ, huwa żbilanċ kontra l-Istat għaliex dan l-obbligu tal-40% qed jiġi impost fuq l-Istat biss.", "KARL GOUDER: Jien li qed ngħid huwa li din il-klawsola forsi mhix biżżejjed biex eventwalment nilħqu xi forma ta' gender balance f'dan il-pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi, għadna lura ħafna.", "KARL GOUDER: Huwa pass biżżejjed però?", "Dik hija l-mistoqsija tiegħi!", "Fil-fatt, naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Buttigieg u forsi l-Gvern jista' jgħidilna jekk huwiex qiegħed jikkonsidra li sa erba' snin jew ħames snin oħra, pereżempju, jara li bilfors jintlaħqu dawn it-tragwardi.", "B'hekk almenu nkunu nafu li fil-ħames snin li ġejjin se nilħqu tali tragward, inkella nistgħu naslu f'punt li jgħaddu 20 sena oħra, ikollna din il-liġi tajba iżda l-iskop tagħha nkunu bqajna ma lħaqniehx.", "Aħna onestament naqblu magħha din il-klawsola u fiha skop tajjeb b'riskju li ma jintlaħaq qatt.", "DR DESIREÈ ATTARD: Is-sunset clause hija ta' għaxar snin.", "Mela jekk għaxar snin oħra jkun hemm il-bżonn li din il-kwota tintlaħaq b'mod obligatorju u mingħajr ebda konċessjoni, dik hija fid-diskrezzjoni tal-Parlament.", "KARL GOUDER: Hekk hu, għalhekk tlabt lill-Gvern jgħidilna huwiex jikkonsidra xi terminu ta' żmien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jidher li hawn xi mistoqsijiet jew rimarki min-naħa tal-persuni li qed jipparteċipaw f'din il-laqgħa permezz taż-Zoom.", "Filwaqt li nsellmilhom, infakkarhom biex jgħidu x'jisimhom, lil min qed jirrappreżentaw u li għandhom tliet minuti ċans biex jagħmlu r-rimarki u l-mistoqsijiet tagħhom.", "Nistieden lis-Sur Reginald Fava biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SUR REGINALD FAVA (Rappreżentant tal-Pharmacy Council): Sur President, fl-opinjoni tiegħi, qabel ma tkomplu tiddiskutu huwa importanti li wieħed ikun jaf jekk din hijiex liġi suprema fuq liġijiet oħra jew le.", "Filwaqt li din il-liġi qiegħda tipprova teqred id-diskriminazzjoni, qiegħda fil-fatt tiddiskrimina kontra l-professjoni tiegħi u professjonijiet oħra.", "Ma nistax nifhem kif wieħed jagħmel liġi biex jeqred id-diskriminazzjoni u fl-istess ħin ikun qiegħed jiddiskrimina.", "Lili b'din il-liġi se tneħħuli l-libertà tal-kuxjenza, li jien inħoss li hija dritt sagrosant tiegħi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden lis-Sur Ivan Grech Mintoff biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF (Rappreżentant ta' Abortion in Malta?", "Not in my name! u Fight Against Gender Indoctrination): Sur President, jien illum apparti li se nkun qiegħed nitkellem f'isem iż-żewġ għaqdiet li ġejt nirrappreżenta se nkun qiegħed nitkellem ukoll f'isem ħafna Kristjani u ħafna Kattoliċi.", "Bħas-Sur Fava jien ukoll irrid nagħmel punt dwar is-supremazija tal-liġi għax ħafna min-nies li qegħdin hawnhekk illum f'moħħhom diġà jinsabu rrassenjati u qed jaraw li d-drittijiet li għandhom fil-preżent se jiġu meħuda lilhom b'din il-liġi, li għalina hija liġi moqżieża ħafna.", "Għalhekk, biex nenfasizza l-punt u anke biex in-nies hemm barra jifhmu li din il-liġi qed toħdilhom id-drittijiet li fil-preżent qegħdin igawdu minnhom, nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet lil Dr Attard u lill-Ministru sabiex jiċċarawlna ċerti affarijiet li se tkun qed toħloq din il-liġi.", "L-ewwel nett nitlobhom jikkjarifikaw x'jiġri jekk kwalunkwe organizzazzjoni, skont it-twemmin tagħha, jista' jkun reliġjuż jew xi tip ta' twemmin ieħor, tiċħad servizz, ikun xi jkun, abbażi tal-orjentazzjoni sesswali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Grech Mintoff, għandek dritt titkellem u se nagħtuk iċ-ċans, però għandek rimarki fuq din il-klawsola?", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Fuq is-supremazija rrid nitkellem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qassamna kopja tal-Abbozz ta' Liġi biex kulħadd isegwi.", "Kulħadd se jkollu dritt jitkellem.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Meta kont isfel u kont qed insegwi l-Kumitat rajt li tqajmet din il-kwestjoni ta' supremazija.", "Fuq dik xtaqt nitkellem, u għalhekk qiegħed nitkellem issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma ġara xejn.", "Se jkollok dritt li titkellem.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: F'dak il-każ nitlobkom il-permess minn issa biex meta jiġi l-waqt, inkun nista' nitkellem fuq is-supremazija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Se jkollok id-dritt titkellem u tressaq l-argumenti li trid.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Kollox sew, grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din hija d-dar tad-demokrazija; m'aħna se nżommu lil ħadd milli jitkellem u jressaq l-argumenti tiegħu, tinkwetax, imma fuq il-klawsola 26 għandek x'tgħidilna?", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Le, għalkemm il-mistoqsijiet li għandi jaffettwaw anke din il-klawsola, anzi fil-verità jaffettwaw il-klawsoli kollha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejja nimxu biċċa biċċa għax se nibqgħu fuq din il-klawsola u m'aħna se naslu qatt għall-klawsola 32.", "Se jkollok dritt titkellem imbagħad.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 26 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"L\" għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 26 kif emendata.", "Klawsola 26, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ivvotajt kontra għaliex ma rridx nikkundizzjona l-vot tiegħi b'dak li ma nafx.", "Diġà għamilt hekk fi klawsola 7 u ma ridtx nerġa' nagħmel l-istess ġaladarba ma ddiskutejniex il-klawsoli li l-aktar li se jikkundizzjonaw din il-liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tivvota b'riżervi.", "EDWIN VASSALLO: Iva, għalhekk ivvotajt kontra għax kieku kont nivvota favur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR TONIO BORG (Avukat, LifeNetwork Foundation Malta): Sur President, nistgħu mmorru biex niddiskutu l-klawsola 32 sabiex titneħħa l-ansjetà li hawn?", "Il-klawsola 27 hija dwar ir-rapport annwali u ma naħsibx li hawn xi ħadd li se jkun kontra r-rapport annwali!", "Madanakollu xorta hemm ċerti affarijiet li huma relatati mas-supremazija għax dik tolqot kollox.", "Pereżempju l-klawsola 28 naf li se titħassar u se jkollna bord li mhuwiex imwaqqaf b'din il-liġi imma b'liġi oħra u allura bilfors irridu nagħmlu ftit referenza għal liġijiet oħrajn.", "Għalhekk, ġaladarba, skont kif qal xi ħadd, tliet kwarti minna hawnhekk jixtiequ jitkellmu fuq is-supremazija, u hemm min huwa favur u hemm min huwa kontra, ejja neħilsuha l-klawsola tas-supremazija!", "Din tista' tmur jew vi jew va u ovvjament imbagħad hemm il-proċess demokratiku u kulħadd jivvota.", "Forsi jinstab kompromess ukoll, u naf li l-Ministru diġà għandu emenda fuq is-supremazija, però tal-inqas that could clear the air.", "L-affarijiet l-oħrajn imbagħad jgħaddu.", "Ovvjament xorta hemm il-kwestjoni tal-kuxjenza eċċ. Dan huwa biss is-suġġeriment tiegħi u għandek dritt timxi klawsola klawsola, Ministru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk taqbel l-Oppożizzjoni, għax ovvjament il-Kumitat huwa ffurmat minn Membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni, u billi hawn ħafna nies li jixtiequ jitkellmu fuq il-klawsola 32, nistgħu nisimgħuhom però ma jitteħidx vot.", "B'hekk, ma nkunux qlajna n-nies għal xejn.", "Ejjew nisimgħuhom u mbagħad nivvotaw fuq il-klawsola 32 f'laqgħa oħra.", "Jekk proċeduralment jaqblu l-Membri tal-Oppożizzjoni, nistgħu nimxu hekk.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: M'għandniex problema.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mela qed naqblu li mmorru għall-klawsola 32, qed naqblu li mhux se nieħdu vot u nissuġġerixxi li għalissa nisimgħu n-nies u mhux noqogħdu nikkummentaw aħna.", "EDWIN VASSALLO: Jekk ma nispiċċawx illum, inkomplu darb'oħra.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Vassallo, naċċertak li mhux se nispiċċaw illum!", "EDWIN VASSALLO: Ministru, jien kelli nivvota kontra l-klawsola 26 abbażi tal-argument li għamilt u allura rrid nirringrazzjak talli ddeċidejt li mmorru għall-klawsola tas-supremazija, kif talbet oriġinarjament l-Onor.", "Buttigieg, u naqblu li ma jitteħidx vot.", "Tal-inqas hekk nistgħu nkunu nafu fejn se nistradaw din il-liġi u kull klawsola nifhmuha fl-ambitu proprju tagħha.", "Grazzi.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ministru, minbarra n-nies li hawn hawnhekk u n-nies li hemm fuq iż-Zoom, hemm ukoll in-nies li qegħdin isegwuna mir-reception area tal-Parlament u allura forsi jkun tajjeb li xi ħadd jieħu nota ta' min minnhom jixtieq jitkellem sabiex wara li jitkellmu n-nies minn hawnhekk, jitkellmu huma wkoll.", "Sfortuntament l-ispazju u s-sitwazzjoni tal-COVID-19 ma jippermettulniex li nkunu kollha flimkien.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqblu.", "Għaldaqstant nipproponi li d-diskussjoni fuq il-klawsoli 27, 28, 29, 30 u 31 tiġi posposta u ngħaddu minnufih biex niddiskutu l-klawsola 32 mingħajr ma jittieħed vot.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li jgħaddi għall-klawsola 32 u li l-vot fuq din il-klawsola jittieħed f'laqgħa oħra.", "Klawsola 32 – Applikazzjoni ta' dan l-Att.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Membri, sinjuri, il-Ministru se jkun qiegħed jiftaħ id-diskussjoni fuq il-klawsola 32 u mbagħad se nagħtu ċ-ċans lil kull min jixtieq biex jagħmel il-kummenti tiegħu.", "Kulħadd se jkollu d-dritt li jgħid li jrid u li jogħġbu imma ejja nirrispettaw lil xulxin għax jista' jkollna opinjonijiet differenti.", "Il-Mulej ħalaqna kollha differenti u kulħadd għandu d-drittijiet tiegħu.", "Dak huwa l-bażiku tad-demokrazija li nemmnu fiha.", "Din hija d-dar tad-demokrazija, allura rridu nimxu ma' dawk ir-regoli.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nifhem li hawn qbil li nisimgħu lis-sinjuri li għandna quddiemna, lil dawk li qed isegwuna b'mod virtwali, kif ukoll lil dawk li hemm isfel.", "Mhux se noqgħod naqraha l-klawsola għax naħseb li kulħadd qraha u hija popolari biżżejjed, però rrid nipproponi din l-emenda:", "\"M\" Klawsola 32 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (3) tagħha, minnufih wara l-kliem \"minbarra l-Kostituzzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \", l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea,\"; u", "(b) fis-subklawsola (4) tagħha, minflok il-kelma \"L-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"Mingħajr ħsara għall-Att tal-2020 dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, l-Att\".", "Infakkar li l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap. 319, kien daħal fil-Liġijiet ta' Malta permezz tal-Att Nru XIV tal-1987.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nibdew billi nisimgħu lil dawk li qegħdin jipparteċipaw permezz taż-Zoom u nsejjaħ lis-Sinjura Mary Anne Sant Fournier.", "IS-SA MARY ANNE SANT FOURNIER (President tal-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta): Sur President, aħna għamilna s-sottomissjonijiet tagħna imma issa nixtieq nitkellem speċifikament fuq il-klawsola 32.", "Il-Kamra tal-Ispiżjara hija inkwetata ħafna minħabba l-fatt li din il-liġi hija suprema.", "Filwaqt li naqblu li għandu jkun hemm strument bħal din il-liġi, li jassigura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, nemmnu li jista' jkun li jkun hemm is-supremazija fuq il-liġijiet li jiggvernaw il-farmaċija.", "Hemm ħafna minn dawn il-liġijiet u allura ninsabu konċernati.", "Aħna naħsbu li m' għandux ikun hemm liġi suprema imma għandu jkun hemm liġi li tassigura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fil-liġijiet tagħna.", "Barra minn hekk, hemm affarijiet oħra li jinkwetawna u għaldaqstant nixtiequ li l-klawsola 32 tiġi riveduta mill-fatt li din tassigura s-supremazija fuq liġijiet oħrajn.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR BENJAMIN CAMILLERI (Avukat, LifeNetwork Foundation Malta): Sur President, b'rabta ma' din il-klawsola li tittratta s-supremazija ta' din il-liġi jien nixtieq nitlob kjarifika ċara u tonda għal żewġ mistoqsijiet.", "Nixtieq tweġiba għalihom jekk hux iva jew le.", "Jista' jkun li tgħiduli li għandhom aktar x'jaqsmu ma' xi klawsola oħra, f'dak il-każ naċċetta u jiġu diskussi fi stadju ulterjuri, però se nistaqsihom hawnhekk għax naħseb li għandhom relevanza u rabta mas-supremazija.", "L-ewwel mistoqsija hija din: Jekk għall-grazzja tal-argument fotografu li jiġbed ir-ritratti fit-tiġijiet – hawnhekk qed nirreferi għal kwalunkwe fornitur ta' kwalunkwe servizz u qiegħed sempliċement insemmi l-fotografu bħala eżempju – jintalab biex jagħti s-servizzi tiegħu f'ċerimonja tat-tieġ ta' koppja tal-istess sess u dan ma jaċċettax għax jemmen fit-tagħlim tal-Knisja Kattolika li l-atti omosesswali huma ħżiena u allura minħabba l-kuxjenza tiegħu ma jkunx jixtieq jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjoni ta' din il-ħaġa, dan il-fornitur tas-servizz jista' jinstab ħati ta' diskriminazzjoni skont dan l-Abbozz ta' Liġi?", "Jekk ir-risposta hija le, allura nagħmel it-tieni mistoqsija tiegħi.", "Jekk dan il-fornitur ta' servizz ma jistax jinstab ħati ta' diskriminazzjoni talli aġixxa skont il-kuxjenza tiegħu, liema hija d-dispożizzjoni speċifika f'dan l-Abbozz ta' Liġi li tipproteġih, partikolarment jekk qed ngħidu li din il-liġi hija suprema fuq kull liġi oħra?", "Min-naħa tiegħi dak kollox.", "Jekk wieħed iħoss li aktar jagħmel sens li dawn iż-żewġ mistoqsijiet jiġu mwieġba waqt id-diskussjoni fuq klawsola oħra, bħal pereżempju fuq il-klawsola 6, nifhem u lest li naċċetta li nirċievi r-risposti f'dak il-mument.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Aħna se nkunu qed nisimgħu l-mistoqsijiet kollha u mbagħad l-esperti se jweġbuhom u meta jweġbuhom intom se tkunu hemm magħna.", "Jekk imbagħad tħossu l-ħtieġa li terġgħu tistaqsu biex tkomplu tikkjarifikaw, se tingħataw dak id-dritt.", "Jidher li m'hawnx aktar rimarki min-naħa ta' dawk li qegħdin jipparteċipaw permezz taż-Zoom.", "Allura nistaqsi jekk hawnx rimarki min-naħa ta' dawk hawn preżenti?", "DR TONIO BORG: Sur President, il-Ministru qal diversi drabi pubblikament li b'din il-liġi ma jridx jagħmel legali affarijiet li llum huma illegali.", "Jien m'għandi l-ebda dubju mis-sinċerità tiegħu meta jgħid hekk u dan anke għedtu pubblikament.", "Madanakollu jekk din il-klawsola tibqa' kif inhi, minkejja l-emenda li qed jissuġġerixxi u minkejja l-intenzjonijiet tajba tiegħu, dan jiġi li ma jkunx veru.", "U eżempji nista' nagħtikom kemm tridu.", "Pereżempju l-MAM qalet li jekk din il-liġi tibqa' suprema, kif jidher li se tibqa' għax l-emenda tal-Ministru ma tbiddel xejn mis-supremazija … L-emenda tal-Ministru tittratta l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea u allaħares din il-liġi tirbaħ fuq dak l-Att għax imbagħad xi ħadd imurlek quddiem il-Qorti Ewropea u jaqlibhielek!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Qed nipproponu dik l-emenda aktar bħala protezzjoni milli biex insolvu din il-kwestjoni.", "DR TONIO BORG: Is-supremazija se tibqa' hawnhekk.", "Kien issemma l-każ tal-abort u pereżempju jien nista' ngħid: Tajba din, min huwa sinjur imur jagħmel l-abort l-Ingilterra għaliex mhuwiex reat f'Malta li inti tmur l-Ingilterra u tagħmel abort, u min m'għandux il-flus ma jistax jagħmel dan; mela din hija diskriminazzjoni u allura għandu bżonn jidħol l-abort taħt din il-liġi.", "Jien naf li l-Ministru u l-Gvern huma kontra l-introduzzjoni tal-abort, għall-inqas pubblikament il-Prim Ministru din qalha bl-aktar mod ċar u qalha l-Ministru Zammit Lewis ukoll, imma altru x'ngħidu u altru x' hawn miktub hawnhekk.", "Din il-liġi mhux il-Gvern se japplikaha imma kwalunkwe assoċjazzjoni.", "U hawn irrid nagħmel punt ieħor; mela Malta kollha trid tipprova l-interess ġuridiku biex tagħmel xi kawża kontra l-Gvern u kontra xi ħadd però b'din il-liġi, kwalunkwe assoċjazzjoni u NGO tista' tagħmel kawża mingħajr ma tipprova l-interess ġuridiku!", "Issa jien ktibt kontra l-interess ġudiku fid-dritt pubbliku, imma ridt li jkun kontra għal kulħadd u mhux kulħadd se jibqa' marbut bl-interess ġuridiku ħlief fil-każ ta' din il-liġi!", "Se nagħti eżempju ieħor: is-surrogate motherhood, li mhuwiex każ estrem bħall-każ tal-abort.", "Jista' jkun li jiġi xi ħadd u jgħid: Filwaqt li l-koppji eterosesswali jistgħu jagħmlu l-IVF, aħna ma nistgħux nagħmlu l-IVF għax aħna tal-istess sess u din hija diskriminatorja.", "Veru li dawn jistgħu jaddottaw għax il-liġi tagħtihom li jaddottaw imma jista' jkun li dawn ma jkunux iridu jaddottaw imma jkunu jridu li miż-żerriegħa tagħhom ikollhom tarbija tagħhom.", "Mela jekk dawn huma żewġt irġiel, l-uniku mod li dan jista' jsir huwa billi jikru l-ġuf, kif għamel Elton John.", "F'ċerti pajjiżi dan huwa aċċettat.", "Il-punt hu però li dawn se jarawha bħala forma ta' diskriminazzjoni taħt dan l-Att u allura s-surrogate motherhood ikollha tidħol għax din il-liġi hija suprema.", "Jekk il-Gvern irid idaħħal is-surrogate motherhood, kif donnu kien se jagħmel u mbagħad qal li se jagħmel dan b'Abbozz ta' Liġi appożitu li ma ġie qatt, u jekk il-Gvern irid idaħħal l-abort, – u jien naf li ma jridx idaħħlu – imur il-Parlament u jagħmel dan, imma mhux juża din il-liġi biex minn wara l-bieb jidħlu affarijiet li llum mhumiex permessi!", "Jekk affarijiet li llum mhumiex permessi rridu nippermettuhom, immorru l-Parlament, imbagħad jekk jgħaddu b'liġi u jien jidhirli li jmorru kontra l-Kostituzzjoni, nattakkahom taħt il-Kostituzzjoni jew taħt l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea!", "It-tieni, din mhux l-Unjoni Ewropea talbitna biex nagħmluha.", "Qed ngħid hekk għax f'dan l-Abbozz ta' Liġi qed jingħad li dan qed isir biex nimplimentaw Direttiva u Regolament tal-Unjoni Ewropea.", "Imkien ma ssib li din il-liġi trid tkun suprema fid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "It-tielet, din il-liġi se tirbaħ fuq l-Att dwar l-Unjoni Ewropea wkoll.", "Mela tajjeb, ħafna mill-affarijiet qed nintroduċuhom minħabba l-Unjoni Ewropea u mbagħad din il-liġi se tirbaħ fuq l-Att dwar l-Unjoni Ewropea!", "Din il-liġi m'hemmx għalfejn nagħtuha s-supremazija u tajjeb naraw liema huma l-liġijiet suprema; ovvjament hemm l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea għax inkella jekk ma tagħtihx is-supremazija n-nies xorta jispiċċawlek imorru fi Strasburgu u jirbħu l-każ fi Strastburg, u hemm ukoll l-Att dwar l-Unjoni Ewropea għax ġaladarba dħalna fiha u nipparteċipaw fil-liġijiet li tagħmel, imbagħad kif nistgħu aħna ma nosservawx il-liġijiet tagħna stess?!", "Allura għaliex se nagħmlu din il-liġi wkoll suprema, u f'kamp daqshekk vast?", "Jaħasra kieku din titneħħa jew tiġi mxellfa serjament, għalkemm għalija għandha titneħħa, ikun aħjar imma se mai nintroduċu l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni wkoll sabiex jiġu salvagwardjati.", "Issa jekk il-Gvern irid jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, jemendah, imma jemendah b'wiċċu minn quddiem u jgħid li huwa favur is-surrogate motherhood u jkollna diskussjoni fuq is-surrogate motherhood!", "Kieku din il-klawsola tas-supremazija tispiċċa, ħafna mill-affarijiet l-oħrajn wieħed jista' jsib kompromess fuqhom.", "Il-libertà tal-kuxjenza dejjem hija importanti imma bil-klawsola tas-supremazija hija importanti aktar.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CLAIRE BONELLO: Sur President, naqbel ħafna ma' dak li qal Dr Borg u nixtieq inżid li peress li din il-liġi ordinarja qed tingħata status ta' supremazija, jekk permezz ta' sentenzi fuq l-ugwaljanza mbagħad ikunu permessi ċerti prattiċi jew affarijiet li bħalissa huma illegali, dawk se jkollhom l-effett li jxejnu l-conscientious objection clauses f'liġijiet ordinarji oħrajn.", "Pereżempju Dr Borg semma s-surrogate motherhood.", "F'dak il-każ, il-conscientious objection clause taħt il-liġi ordinarja tal-Att dwar il-Protezzjoni ta' Emrbijuni tiġi mxejna.", "Għaldaqstant jekk irid ikun hemm diskussjonijiet fuq liġijiet ordinarji oħrajn, nagħmluhom, imma nagħmluhom separatament u not by stealth through this legislation.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR MARTIN BALZAN (Rappreżentant tal-Medical Association of Malta): Sur President, fl-opinjoni tagħna s-supremacy clause għandha titneħħa u se ngħid għaliex.", "It-tobba llum ma jistgħux jiddiskriminaw.", "Jiġifieri jien ma nistax ngħid li lilek se narak għax għandek l-istess orjentazzjoni sesswali tiegħi u lill-ieħor ma narahx għax differenti.", "Jekk nagħmel hekk, jibgħat għalija l-Kunsill Mediku.", "Tabib ma jistax jiddiskrimina, la fuq reliġjon, la fuq ġeneru u fuq xejn.", "Għalhekk, l-intenzjoni ta' din il-liġi hija tajba.", "Naqbel ma' Dr Borg però li għandha an unwanted side effect.", "Inutli jkollok l-aqwa vaċċin għall-COVID-19 jekk se jħallilek effetti kollaterali li huma agħar mill-effetti tal-COVID-19.", "It-tabib irid jagħti l-kura, irid ikollu rapport fiduċjarju u ħafna drabi jagħmel proċeduri wkoll.", "Jien kelli pazjenti li talbuni l-ewtanasja u allura jekk illum qiegħda fil-Kodiċi Kriminali, kontra l-kuxjenza tiegħi għalfejn għandi nissugra li naqla' multa ta' €10,000?", "Naħseb li dan huwa an unwanted side effect.", "Jekk jiġi l-mument li l-Parlament Malti jkun irid jillegalizza l-ewtanasja, jagħmel liġi fuq l-ewtanasja imma mhux tidħol b'kumbinazzjoni minħabba liġi li kienet intenzjonata għal xi ħaġa oħra.", "Aħna naħsbu li fil-mument li titneħħa s-supremacy clause jista' jkun li lanqas ikollna bżonn klawsola dwar il-conscientious objection għaliex ġaladarba jiġi pazjent għandi u jgħidli biex nirranġalu għall-abort, jien se ngħidlu li ma nistax għaliex huwa illegali skont il-Kodiċi Kriminali.", "Kif għedt, kelli pazjenti li talbuni l-ewtanasja u jien għedtilhom li nista' nġibilhom counsellor u li nista' nġibilhom qassis imma ma nistax nagħmlilhom l-ewtanasja għax tmur kontra l-Kodiċi Kriminali.", "Is-supremacy clause jista' jkollha ħafna effetti kollaterali; vaċċin jista' jipprevjeni l-COVID-19 mingħajr effetti kollaterali u allura, fl-opinjoni tagħna, importanti ħafna li din titneħħa għax tiftaħ ħafna xenarji.", "Issemmew l-abort u s-surrogacy iżda barra dawn, hemm ħafna grey areas.", "Jekk hemm grey area, wieħed għandu jagħmel liġi speċifika u jindirizza dik il-grey area.", "U jekk illum għandna liġi ħażina, mhux toqogħdu tagħmlu liġi oħra dwar kif dik il-liġi għandha tiġi interpretata fil-Qorti imma tmorru l-Parlament u temendawha dik il-liġi.", "Il-pożizzjoni tagħna hija li s-supremacy clause għandha titneħħa.", "Aħna naħsbu li fejn tidħol il-prattika medika, bil-liġijiet kif inhuma llum il-bżonn tal-conscientious objection mhuwiex urġenti jew strettament neċessarju, però jekk is-supremacy clause tibqa' kif inhi jew tkun b'mod kosmetiku, we can't live with it.", "Ma jistax ikun hemm tabib li jemmen li m'għandux isir abort u xi ħadd jagħtih multa għax jesprimi dik l-opinjoni.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR ELENA SALIBA (Rappreżentanta tad-Doctors for Choice Malta): Sur President, smajt xi persuni jgħidu li jixtiequ li jiddaħħlu l-conscientious objection clauses.", "Bħala NGO, id-Doctors for Choice hija kontra l-conscientious objection clauses.", "Aħna naqblu ma' dan l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza, naqblu li ħadd m'għandu jiġi diskriminat u nafu li finalment jekk ikun hemm il-possibbiltà tal-conscientious objection, il-persuni li se jiġu affettwati huma l-persuni LGBTIQ u n-nisa.", "Għalkemm qed jingħad li ħadd m'għandu jiġi diskriminat, nixtieq infakkarkom li bħalissa nisa li jfittxu l-morning after pill ġewwa l-ispiżeriji qed jiġu rrifjutati li jingħataw din il-pillola minħabba l-conscientious objection li diġà teżisti.", "Allura bħala NGO, il-conscientious objection kif qed jippreżentaha l-Kunsill Mediku aħna kontriha.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHARLES PACE (Senior Lecturer in Social Policy): Sur President, li kieku din il-liġi kienet ċara f'xi trid, kieku nafu liema liġijiet se tbiddel, imma din fiha ħafna u ħafna affarijiet.", "Aħna ma nafux x'se jiġri meta jiġi xi ħadd u jgħid: L-Ingilterra tista' tagħmel abort u Malta ma tistax.", "F'dak il-każ min se jiddeċiedi?", "Se jiddeċiedi l-Bord jew minħabba li qed jingħad li l-Kummissjoni biħsiebha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet se jkun ifisser li l-Gvern se jiddeċiedi?", "U l-Gvern jiddeċiedi fejn hemm vag billi jagħmel avviżi legali?", "F'dak il-każ x'jagħmel fuq affarijiet bħall-ewtanasja, jew l-abort, jew il-finanzjament tal-partiti?", "F'pajjiżi differenti dawn l-affarijiet huma deċiżi b'modi differenti.", "Irridu nqisu li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa tewmi u t-tewmi l-ieħor huwa l-Abbozz ta' Liġi Nru 97 u dan f'żewġ istanzi differenti qed jgħid li l-Kummissjoni se timxi fuq prattiċi u prinċipji internazzjonali.", "Issa aħna nafu li meta jkollok l-imħallfin fil-kju fl-Amerika, pereżempju, ikunu jafu mħallef ma' min iżomm u x'ideat għandu.", "Mela minflok ma l-Parlament qed jilleġiżla, qiegħed iħalli f'idejn nies li ma nafux min huma għax ma nafux jekk hux se jkun il-Bord li se jiddeċiedi dawn l-affarijiet importanti.", "Li inti tgħid \"malli ssemmi d-diskriminazzjoni jaqa' kollox\" ikun ifisser li għandna naqbdu l-liġijiet Maltin kollha, nagħtuhom daqqa ta' sieq u niftgħuhom mit-tieqa 'l barra għax issa, malli nisimgħu li xi mkien, anke f'xi pajjiż ieħor, saret xi ħaġa, il-Bord, jew il-Gvern b'avviż legali, jew ma nafx min, se jiddeċiedi dak li l-Parlament mhux biħsiebu jiddeċiedi!", "Mela sakemm hemm is-supremacy clause, għandna l-akbar blank cheque li wieħed jista' jimmaġina, u dan meta ma jistax ikun li tagħti blank cheque għax dak ikun ir-riċetta għad-diskriminazzjoni.", "Hekk din se tiġi liġi tad-diskriminazzjoni u mhux liġi tal-ugwaljanza.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR REGINALD FAVA: Sur President, jien qiegħed nirrappreżenta l-Pharmacy Council u meta aħna ggradwajna bħala spiżjara, ħadna ġurament li għandna nimxu skont ix-xjenza u l-kuxjenza.", "Jien ma naħsibx li l-Istat qatt tgħaddilu minn xi kantuniera ta' moħħu li lili ġegħelni nieħu ġurament falz!", "Il-kuxjenza għalina fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħna, bħal fi professjonijet oħra, hija l-aktar ħaġa importanti biex immexxu x-xogħol tagħna tajjeb u professjonalment.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Sinjura Norma Camilleri.", "IS-SA NORMA CAMILLERI (Rappreżentanta tal-Association of Speech-Language Pathologists): Sur President, bħalma qalet aktar kmieni l-kollega s-Sa Mary Anne Sant Fournier, bħala health care professionals aħna kollha marbutin bil-Health Care Professions Act u marbutin ukoll bil-Kodiċi tal-Etika.", "Niskużi ruħi għan-nuqqas ta' għarfien dwar il-liġijiet però għadha mhijiex ċara għalina u hija ta' concern kbir għalina jekk b'din is-supremacy clause li qed tissemma, il-Kodiċi tal-Etika u dak li jingħad fil-Health Care Professions Act huwiex se jiġi mwarrab għall-ġenb.", "Din għalina hija ta' concern għax il-Kodiċi tal-Etika u l-liġi li tirregola l-professjoni tagħna qegħdin hemm proprju biex jissalvagwardjaw is-servizz li qed jingħata liċ-ċittadin.", "Allura aħna nixtiequ li din il-kwestjoni tiġi ċċarata u jiġi ċċarat ukoll li aħna xorta se nibqgħu marbutin bil-liġijiet tagħna, li jikkonċernaw il-professjonijiet tagħna, u anke bil-Kodiċi tal-Etika.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CLAIRE SHOEMAKE (Rappreżentanta tal-Pharmacy Council): Sur President, nixtieq ngħidilkom li l-Pharmacy Council qiegħed joġġezzjona b'qawwa kbira l-istatus ta' supremazija ta' din il-liġi hekk kif ikkontemplat fil-klawsola 32 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Inħossu li dan ixejjen ir-rwol tal-istess Kunsill fir-regolamentazzjoni tal-professjoni tagħna u tal-Kodiċi tal-Etika li dan iħaddan.", "Rigward il-conscientious objection nixtieq nirrispondi lill-kollega tiegħi mid-Doctors for Choice u ngħidilha li l-Pharmacy Council iħoss li din il-liġi, li suppost tippromwovi l-ugwaljanza, hija fil-fatt diskriminatorja lejna l-professjonisti.", "Tirriduċina għal kważi robots u tneħħilna d-dritt li naħsbu, li nixtarru, li niddeċiedu u li naġixxu skont il-kuxjenza tagħna u skont il-ġurament li ħadna, kif qal tant tajjeb is-Sur Fava.", "Barra minn hekk, huwa dejjem possibbli, fi ħdan il-modus operandi tal-ispiżjar, li jekk jien qed noġġezzjona abbażi ta' kuxjenza, nirreferi l-pazjent tiegħi għand kollega li lest li jagħti dak is-servizz.", "Allura ma narax li qed issir diskriminazzjoni fil-konfront tal-pazjent u tan-nisa, speċjalment fir-rigward tal-morning after pill li ddeċidiet li ssemmi l-kollega tiegħi mediku.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "FR JIMMY BARTOLO (Rappreżentant tas-Secretariat for Catholic Education): Sur President, qabelxejn nirringrazzjak tal-ħin li qegħdin tagħtuna.", "Nibda billi nagħmel premessa importanti: f'kull kontribut li se nagħmlu f'isem l-iskejjel tal-Knisja tajjeb li tifhmu li aħna favur l-ugwaljanza u nixtiequ naħdmu magħkom biex tinqered kull forma ta' diskriminazzjoni.", "Forsi tgħiduli: Ovvja, kieku m'intix hawn!", "Però tajjeb li nagħmluha ċara għaliex aħna qed naqblu ħafna ma' dan l-isforz li qed isir mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni biex nimxu f'din il-linja.", "F'isem l-iskejjel tal-Knisja però rrid ngħid li għandna oġġezzjoni kbira ħafna għal li din il-liġi tkun suprema.", "Allura xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk din il-liġi hijiex ibbażata fuq xi liġi oħra barra minn Malta.", "Fl-opinjoni tiegħi, u mill-ftit riċerka li għamilt, l-ebda liġi simili mhija suprema, jiġifieri l-ebda Equality Bill barra minn Malta m'għandu din il-qawwa ta' liġi suprema taħt il-Kostituzzjoni.", "Li jkun hemm il-liġi tal-ugwaljanza mitt darba u elf, imma li din tkun suprema taħt il-Kostituzzjoni għandna oġġezzjonijiet kbar.", "Kif semmew il-kollegi, fosthom Dr Claire Bonello li tirrappreżenta kemm lilna kif ukoll lill-ġenituri, hemm ħafna u ħafna inkwiet fost il-ġenituri u anke fost l-għalliema, mhux biss dwar kwestjonijiet li huma mediċi imma anke dwar kwestjonijiet ta' edukazzjoni across the board.", "Kif tafu, apparti l-kollegi mid-dinja medika u paramedika hemm ukoll id-dinja tal-edukazzjoni li hija affettwata ħafna.", "Tajjeb ngħid hawnhekk li m'iniex qed nitkellem biss fuq skejjel tal-Knisja imma qed nitkellem ukoll fuq l-iskejjel indipendenti, li wkoll ippreżentaw l-oġġezzjonijiet tagħhom, inkluż fuq din il-klawsola.", "Għaldaqstant nixtieq li s-subklawsola (3) tal-klawsola 32 tkun eliminata kompletament.", "Ovvjament il-President u l-Prim Ministru qed jgħidu li ma jkunx hawn abort.", "Ejja ngħidu li qegħdin nafdaw dak li qed jgħidu verbalment, imma imbagħad jien li jinteressani huwa dan: jien naħseb li fi ftit snin oħra dawn id-dibattiti xorta se jibqgħu attivi u għalkemm ikun hawn il-liġijiet li jkun fihom id-dritt tal-oġġezzjoni tal-kuxjenza bħala klawsola, din il-liġi se tannullahom kollha.", "Din il-liġi tannulla kompletament il-liġijiet l-oħra kollha u bħal f'xi pajjiżi oħra, se jkun hemm konsegwenzi kbar.", "Għaldaqstant nirribadixxi li s-subklawsola (3) tal-klawsola 32 għandha tkun eleminata.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR IAN BALDACCHINO (Rappreżentant tal-Kunsill Mediku): Sur President, jien qiegħed nirrappreżenta l-Kunsill Mediku, li huwa l-Kunsill regolatorju li jirregolarizza t-tobba u d-dentisti f' Malta.", "Aħna inkwetati wkoll fuq il-klawsola 32 għaliex bħala Kunsill Mediku diġà għandna Bord u nirregolarizzaw l-etika f'Malta għal dak li għandu x'jaqsam mat-tobba, mal-professjonisti fil-qasam tal-health care u mad-dentisti u din il-liġi qed toħloq bord paralleli magħna.", "Aħna diġà professjonisti fl-ambitu tagħna u diġà nifhmu eżattament il-pazjenti u saħansitra għandna pazjenti magħna fuq il-Bord u allura aktar awtomoni minn hekk ma nistgħux inkunu.", "Għalhekk, din il-liġi qed toħloq diverġenza magħna u ma' kull professjonist ieħor ġewwa Malta, kif qalu wkoll l-ispiżjara.", "Aħna inkwetati wkoll fuq l-oġġezzjoni tal-kuxjenza għax ma nafux kif se ninterpretaw il-liġi f'dan l-aspett.", "Aħna nafu li l-kuxjenza hija dritt fundamentali tal-bniedem u allura ridna li fuq livell individwali, kull tabib ikollu d-dritt tal-indipendenza professjonali tiegħu, fil-fatt diġà nħarġu avviżi legali fuq dan, imma fl-istess ħin aħna nissalvagwardjaw ukoll il-pazjent.", "Għaldaqstant aħna mhux se noħorġu twissijiet kontra pazjenti.", "Din hija xi ħaġa li ridna niċċarawha.", "Tajjeb ngħid ukoll li kull liġi li tiġi diskussa, bħala Kunsill Mediku aħna nikkonsidrawha u noħorġu aktar dettall u l-linji gwida tagħna.", "Fl-ebda mument il-Kunsill Mediku ma jrid jiddiskrimina meta din hija mniżżla fil-Kodiċi tal-Etika tiegħu.", "Ma tagħmilx sens.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SA MARY ANNE CIAPPARA (Membru tal-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta): Sur President, ħafna mill-kollegi tiegħi diġà għamlu ħafna mill-punti li kont se nqajjem.", "Nixtieq niċċara però li bħala spiżjara aħna kontinwament nieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza, fuq il-prinċipji etiċi li jirregolaw il-professjoni tagħna, u fuq il-kuxjenza.", "Għaldaqstant din il-klawsola aħna qegħdin noġġezzjonaw għaliha għax din se ttajjar kwalunkwe liġi, kif semmew sħabi qabel, il-Kodiċi tal-Etika li jħaddan fih klawsola dwar l-oġġezzjoni fuq bażi ta' kuxjenza, u kif semmew is-Sur Fava u Dr Shoemake, il-ġurament li nieħdu meta niggradwaw, fejn ngħidu li rridu naġixxu skont il-kuxjenza tagħna.", "Din il-liġi, kif inhi bħalissa, tbeżżagħna wkoll għaliex fl-assenza ta' proviso dwar il-conscientious objection fi klawsola 6, l-oġġezzjonijiet li qed jissemmew fil-paragrafu (i) tal-istess klawsola 6 qed jingħad li m'għandhomx japplikaw għall-klawsoli 7 u 8.", "Din il-klawsola tbeżżagħna ħafna għax b'hekk, se niftħu t-toroq beraħ biex fi kwalunkwe liġi li se tgħaddi 'l quddiem, l-ispiżjara u professjonisti oħra mhux se jkollhom id-dritt li jimxu skont tal-kuxjenza tagħhom.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Nirringrazzjakom talli qed tiddiskutu l-aktar suġġett importanti f'din il-liġi, ċjoè s-supremazija.", "Bħalma kont qed ngħid qabel, u bħalma qed tisimgħu wkoll mill-kollegi tiegħi, kulħadd huwa mħasseb ħafna fuq din il-liġi.", "Ilkoll kemm aħna qed inħossu li din il-liġi se tieħu ħafna mid-drittijiet li llum il-ġurnata ngawdu minnhom, aktar u aktar jekk din il-liġi se tkun suprema.", "Fil-fehma tagħna, il-liġi kollha m'għandhiex tiġi aċċettata mill-Parlament imma aktar u aktar m'għandhiex tiġi aċċettata jekk se tkun liġi suprema.", "F'isem il-gruppi li qiegħed nirrappreżenta, jiġifieri Abortion in Malta?", "Not in my name! u Fight Against Gender Indoctrination, kif ukoll f'isem diversi Kattoliċi u Kristjani eċċ., se nagħmel xi mistoqsijiet sabiex ikollna risposta ċara u li tkun recorded għax ninsabu mħassbin ħafna li l-liġi li qed toħolqu se tikkaġuna n-nuqqas tad-drittijiet tagħna.", "Partikolarment nixtieq nistaqsi lil Dr Attard, għax diġà semmejtha qabel imma kien hemm ċerta ambigwità u allura nixtieq li niċċarawha darba għal dejjem: Organizzazzjoni, jew persuna, tista' skont it-twemmin tagħha – dan jista' anke jkun twemmin reliġjuż bħat-twemmin Kristjan, jew Musulman eċċ. – tiċħad servizz, ikun xi jkun, abbażi tal-orjentazzjoni sesswali ta' min qed jistaqsi għas-servizz?", "Ejja ngħidu koppja omosesswali tmur fuq l-Arċisqof … Naf li qed ixxengel rasek, Dr Attard, imma nixtieq niċċara jekk ma jimpurtax!", "Importanti però li niċċarawha għax illum ngħidu mod imma persważ li se jqumu ħafna ambigwitajiet 'il quddiem.", "Nixtieqek tweġibni Dr Attard.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Grech Mintoff, jekk jogħġbok għamel il-mistoqsijiet kollha tiegħek u mbagħad jitwieġbu kollha fl-aħħar.", "Jekk imbagħad inti ma tkunx komdu bit-tweġibiet, tkun tista' terġa' tiġi u titkellem.", "Aħna se nerġgħu nagħtu d-dritt lil kulħadd jistaqsi li jrid.", "U jekk ikun hemm xi nies li qed jarawna u jitħajru li darb'oħra jingħaqdu magħna u jiddiskutu magħna mhux problema.", "Tista' tkompli.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Tista' persuna, jew organizzazzjoni, skont it-twemmin tagħha, huwa x'inhuwa, reliġjuż, politiku eċċ., tiċħad servizz, li llum tiċħdu, abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, reserved characteristic, jew whatever, ta' min qed jistaqsi għal dak is-servizz?", "Dik hija l-ewwel mistoqsija.", "Niġi għat-tieni mistoqsija tiegħi.", "Illum jien nista' ngħid quddiem il-cameras mingħajr riperkussjonijiet li aħna nemmnu li abortion is murder.", "Dik illum jien għandi d-dritt li ngħidha mingħajr riperkussjonijiet għax verament nemmen li abortion is murder.", "Wara li tgħaddi din il-liġi però, peress li jkollha s-supremazija, jekk xi ħadd iħossu offiż jista' jieħu azzjoni kontrija, iva jew le?", "Niġi għat-tielet mistoqsija tiegħi.", "Jien nemmen bil-kuxjenza tiegħi li ż-żwieġ għandu jkun bejn mara u raġel u li l-affarijiet l-oħrajn huma fażulli.", "Jien persważ li xi ħadd joffendi ruħu jekk ngħid hekk minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu eċċ. u allura wara li toħroġ din il-liġi se jibqagħli d-dritt li għandi li ngħid li jien nemmen li ż-żwieġ għandu jkun bejn mara u raġel u li l-affarijiet l-oħrajn huma fażulli?", "Persważ li se jkun hawn minn dawn il-mistoqsijiet wara li tgħaddi din il-liġi.", "Jistgħu jkunu fuq l-orjentazzjoni sesswali, jew fuq il-preferenzi sesswali eċċ., u jistgħu jkunu fuq reliġjonijiet eċċ., imma dan huwa żgur suġġett jaħraq hawn Malta.", "Jien nemmen li bħala sessi hemm is-sess maskili u s-sess femminili.", "L-affarijiet l-oħrajn la huma ppruvati xjentifikament, la huma ppruvati fattwalment u d-dibattitu fuqhom għadu hemm barra, jiġifieri m'hemmx a conclusive answer, però dak huwa t-twemmin tiegħi.", "Persważ li se noffendi lil xi ħadd jekk jien noħroġ u niddikjara li dak huwa dak li jien nemmen u allura nixtieq inkun naf jekk b'din il-liġi jistax xi ħadd jieħu azzjoni kontrija fuq dikjarazzjoni bħal din.", "Qed nistaqsi biex inkunu ċari għax jekk hawnhekk se jiġi irreġistrat li ma jistax, mela 'l quddiem aħna se nkunu protetti.", "Jien nemmen b'qalbi kollha li l-Gvern ta' Malta bħalissa qed jieħu d-dritt tal-ġenituri u qed jgħallem affarijiet lit-tfal tagħna mingħajr ma l-ġenituri jafu u mingħajr il-kunsens tagħhom, liema affarijiet imorru kontra t-twemmin tal-ġenituri tagħhom.", "Dak huwa t-twemmin tiegħi u naħseb li huwa t-twemmin ta' ħafna min-nies hawnhekk ukoll.", "U dawn l-affarijiet jafuhom għax esperjenzawhom.", "Dak huwa li qed jiġri f'dan il-pajjiż.", "Jien fil-preżent għandi d-dritt li nuża l-liġijiet Ewropej, it-trattati Ewropej, id-drittijiet umani u l-liġijiet ta' Malta, li llum inbidlu imma dak iż-żmien meta ftaħna l-kawżi kienu hemmhekk, u għandi dritt nieħu azzjoni fuqhom.", "Jekk din il-liġi dwar l-ugwaljanza tkun suprema u allura l-ġenituri għandhom liġijiet li ma jistgħux jużawhom, dawk ma jistgħux iħossuhom diskriminati?", "Jien u ħafna nies hawnhekk qed nirrappreżentaw gruppi li jemmnu li din il-liġi se toħdilhom id-drittijiet li għandhom fil-preżent.", "Jien għamilt tliet mistoqsijiet u nixtieq tweġibiet speċifiċi għalihom, jekk hux iva jew le.", "Dan għaliex nemmnu b'qalbna kollha li din il-liġi se toħdilna drittijiet li bħalissa għandna, aħseb u ara jekk se tkun liġi suprema fuq il-liġijiet l-oħra!", "U meta tgħid \"suprema\", suprema fuq il-Kostituzzjoni wkoll?", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Mela għalfejn qed tirraġunaw bħala politikanti?!", "Jekk il-Kostituzzjoni u d-drittijiet umani fil-preżent jiggarantixxu d-drittijiet tal-ġenituri eċċ., għaliex qed toħolqu liġi li se tieħu dawn id-drittijiet u li tmur kontra l-Kostituzzjoni ta' Malta u d-drittijiet umani?!", "Jien persważ li din il-liġi hija fażulla.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skużani, Sur Grech.", "It-tliet minuti ilhom li għaddew.", "Se nagħtuk id-dritt terġa' titkellem u tagħmel il-punti tiegħek kollha.", "Naf ċert li ħadu nota tal-punti li għamilt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna mhu se nżommu lil ħadd milli jiġi hawnhekk u jesprimi ruħu.", "Kulħadd se jkollu dritt li jesprimi dak li jaħseb.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Iva, dik persważ minnha; persważ li aħna għandna d-dritt li nitkellmu!", "Però aħna li għandna bżonn hija kjarifika speċifika.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, se jkollok kjarifika għal kull mistoqsija li għamilt u t-tweġibiet se jkunu rrekordjati.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR MIRIAM SCIBERRAS (Chairperson, LifeNetwork Foundation Malta): Sur President, fil-fehma tagħna s-subklawsola (3) tal-klawsola 32, li tipprovdi li din il-liġi hija suprema, għandha titneħħa fl-interità tagħha.", "Din hija liġi tal-ugwaljanza li fil-verità tibda billi toħloq diżugwaljanza hija stess għax tgħolli lilha nnifisha fuq kull liġi ordinarja oħra.", "Għaliex għandha tkun 'il fuq minn liġijiet ordinarji oħra jekk m'hemmx intenzjonijiet li liġijiet ordinarji oħra, li diġà għandhom il-klawsoli tagħhom, u li diġà ġew studjati, ma jiġux affettwati?", "Huwa proprju għalhekk li hawn ħafna concern fost ħafna entitajiet, inkluż il-Kamra tal-Ispiżjara u l-Kunsill Mediku.", "Dawn huma kollha entitajiet li għandhom is-salvagwardji, l-etika u t-tmexxija tagħhom.", "Allura jekk inti toħloq din il-liġi tal-ugwaljanza u mbagħad timponi, speċjalment fuq affarijiet ta' etika u kuxjenza, hemmhekk toħloq diżgwid kbir.", "U dan huwa inkwiet mhux biss ta' min qiegħed f'din il-kamra imma ta' kull min titkellem miegħu jekk titkellem miegħu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza.", "Niġi għat-tieni punt.", "Biex tagħmel kwalunkwe każ ta' drittijiet umani għandek bżonn tipprova interess ġuridiku.", "Aħna għaddejjin minnha bħalissa għax għandna l-każ tal-morning after pill, jiġifieri naf eżatt għax għadna fil-fażi li nippruvaw l-interess ġuridiku, u allura għaliex fil-każ ta' din il-liġi wieħed m'għandux għalfejn jipprova interess ġuriku?", "Għaliex mhux qegħdin nimxu bl-istess mod?", "Din hija liġi tal-ugwaljanza li minnha nnifisha lanqas hija ugwali ma' liġijiet oħra.", "It-tielet punt li rrid nagħmel jittratta l-conscientious objection.", "Anke jekk titneħħa s-subklawsola 32(3) fl-interità tagħha, id-dritt fundamentali tal-oġġezzjoni tal-kuxjenza jrid ikun kopert.", "Il-klawsola 7 tiddetermina x'inhuma goods and services u rrid ngħid li aħna hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq affarijiet redikoli, bħal pereżempju li bniedem imur jixtri xi ħaġa, jew li ma ngħixux ma' xulxin għax aħna differenti!", "Aħna llum poplu matur u n-nies li jemmnu, in-nies li ma jemmnux u n-nies ta' orjentazzjoni mod ieħor kapaċi ngħixu flimkien.", "Kif wara kollox diġà qed ngħixu illum.", "Diġà ngħixu lkoll flimkien imma din il-liġi li huwa inkwetanti fiha huwa li minn tolleranza u aċċettazzjoni qed timxi għal promotion and endorsement.", "Hemmhekk qiegħed il-gwajj tagħha.", "U għalhekk hemm bżonn tad-dritt tal-kuxjenza.", "Jekk inti għandek il-fidi, jew jekk inti skola tal-Knisja, jew jekk inti professjonist u inti marbut li timxi ma' kodiċi ta' etika, allura mhux se jiġi xi ħadd u jgħidlek li b'din il-liġi trid tagħmel hekk u tagħmel hekk, għax inti timxi b'mod serju u morali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ninformakom li fl-4.00 p.m. se tibda s-seduta tal-Parlament u llum se jinħatar Membru Parlamentari l-Kap tal-Oppożizzjoni u allura se jkollna nwaqqfu dan il-Kumitat fl-4.00 p.m. biex ninżlu fil-Kamra ħalli kif inhuwa sewwa u xieraq, nonoraw din il-ħatra.", "Ħadna pjaċir ħafna li intom ipparteċipajtu u nixtiqukom tibqgħu tipparteċipaw.", "Għal kull laqgħa li se jkun hawn, peress li issa ħarġu wkoll regolamenti ġodda, nitolbukom li tingħaqdu magħna permezz taż-Zoom sabiex xorta tkunu tistgħu tipparteċipaw u tagħtu l-kontribuzzjoni tagħkom.", "Tajniekom kopja tal-Abbozz ta' Liġi anke biex dawk li ma jilħqux u jixtiequ jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom, ikunu jistgħu jibagħtuhomlna sabiex inkunu nafu l-pożizzjoni ta' kull għaqda.", "Iż-Zoom se jkun miftuħ għal kulħadd u kull darba li se niltaqgħu aħna se jkollkom iċ-ċans li tipparteċipaw u tagħmlu l-intervent tagħkom permezz tiegħu.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, kif diġà tkellimt mal-Ministru, nissuġġerixxi li l-laqgħa li jmiss issir fil-plenarja jekk ovvjament issir xi darba l-Ħamis, sabiex ikun hemm wisa' għal kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kien hemm sett ta' regoli li ġew diskussi lbieraħ u kien hemm qbil li lanqas ġurnalisti ...", "EDWIN VASSALLO: Kollox sew imma jekk bħala President tal-Kumitat forsi tista' tara li nagħmluha fil-Plenarja jkun aħjar biex ikun hawn kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma nsibx problema.", "Dan huwa pajjiżna u kulħadd għandu jħoss li qed jingħata l-ispazju biex jersaq 'il quddiem u jgħid fiex jemmen.", "Aħna m'aħniex se nkunu hawn biex inżommu lil xi ħadd milli jesprimi t-twemmin tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR MARTIN BALZAN: Sur President, nixtieq sempliċement nagħmel point of information.", "Jekk jien niddeċiedi li ma narax pazjent jew li ma nipprovdix servizz fuq bażi ta' orjentazzjoni, il-Kunsill Mediku llum jiddixxiplinani.", "Jista' anke jeħodli l-liċenzja u mhux neħel €10,000 multa.", "Allura ladarba nneħħu s-supremacy clause, dawn l-affarijiet kollha li diġà qegħdin hemm, xorta se jibqgħu hemm!", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kulħadd jista' jkollu opinjoni differenti, però rridu nirrispettaw lil xulxin.", "Point of information importanti ħafna.", "DR IAN BALDACCHINO: Sur President, aħna diġà għandna l-Kodiċi tal-Etika li jgħid li ma tistax tiddiskrimina kontra orjentazzjoni sesswali u kontra affarijiet oħra.", "Mhija l-intenzjoni tal-ebda tabib jew tal-ebda membru tal-Kunsill Mediku li aħna niddiskriminaw abbażi tal-orjentazzjoni sesswali.", "Proprju għalhekk hemm il-liġijiet u aħna nimponuhom fuq tobba oħra.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SA CAROLINE MIFSUD (Rappreżentanta tal-Parents' Rights Movement): Sur President, il-concerns tiegħi fuq din il-liġi huma bħala ġenitur.", "L-ewwel nett nixtieq inkun naf jekk din il-liġi, li se tkun suprema, hux se tieħu d-dritt bażiku tal-ġenituri li jagħżlu x'jiġu mgħallma t-tfal fil-kurrikulu tal-Personal, Social and Career Development (PSCD) ġewwa l-iskola.", "Jien se nkun nista' nagħżel skont il-valuri tiegħi bħala ġenitur?", "Se nkun nista' nagħżel jekk indaħħalx it-tfal tiegħi għal-lezzjonijiet tal-PSCD jew inkella għal-lezzjonijiet tar-Reliġjon, li huma bbażati fuq il-kelma ta' Alla u fuq it-twemmin tal-individwu?", "U peress li din hija liġi suprema, hija suprema anke fuq il-ġenituri?", "Id-drittijiet tagħna u l-għażliet tagħna bħala ġenituri se teħodhomlna?", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CLAIRE SHOEMAKE: Sur President, se naqralkom biċċa mill-wegħda li nieħdu meta aħna nsiru spiżjara:", "B'hekk, dak li qal il-kollega nħoss li ma jreġġix.", "Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR MELVIN FARRUGIA (Rappreżentant tal-Facebook page Parents' and Children's Rights Movement): Sur President, qegħdin fis-sena 2020 u aħna għandna lment kbir li se nkun qed inressqu f'isem ġenituri Maltin li ġejjin minn kull qafas soċjali, politiku u reliġjuż u li jixtiequ li d-drittijiet tagħhom fuq uliedhom jiġu mħarsa.", "Aħna nixtiequ nuru t-tħassib tagħna fuq din il-liġi, li tidher li se tkun ta' theddida għal kull ċittadin Malti f'soċjetà demokratika, għax se ġġib fix-xejn il-valuri, il-prinċipji u l-kuxjenza tal-individwu.", "Aħna, bħala ġenituri, fid-dmir u fid-dritt li nissalvagwardjaw l-aqwa interess ta' wliedna.", "Għalhekk, aħna nixtiequ serħan il-moħħ u minn hawn qed nitolbu biex ikollna garanzija bl-iswed fuq l-abjad fuq din il-liġi li bħala ġenituri jkollna l-aħjar għażla għall-interess ta' wliedna fl-iskejjel kollha Maltin.", "Aħna nixtiequ li l-ġenitur ikollu dritt għall-kunsens, u sabiex dan il-kunsens ikun ukoll bil-miktub.", "Dan sabiex il-ġenitur ikollu d-dritt li jaċċetta jew jirrifjuta ċertu tagħlim fis-suġġetti kollha, speċjalment tagħlim indottrinattiv u tagħlim li jissesswalizza lit-tfal tagħna, u li jmur kontra l-valuri, il-prinċipji u l-kuxjenza tal-ġenituri, u jiġi mgħoddi mingħajr il-kunsens tagħna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "PASTOR EDWIN CARUANA (Rappreżentant tal-Knejjes Evanġeliċi u Kristjani): Sur President, l-għan tagħna huwa li ngħixu flimkien f'ugwaljanza, jiġifieri aħna rridu li ngħixu flimkien u li nħobbu and we cherish each other, imma fl-istess ħin hawnhekk qed nisma' ċertu diskors li permezz tiegħu qed inħoss li jien m'iniex salvagwardjat fuq dak li nemmen.", "Ma nistax nifhem għalfejn hemm dan l-għagħa kollu kontra l-conscientious objection.", "Qed isiru argumenti qisu aħna biss neżistu u allura ħadd mhuwa se jsib is-servizz!", "Jekk jien inħossni antipatiku nagħmel xi ħaġa, għaliex inti trid iġġegħelni nagħmliha bilfors?", "Dik li ma nistax nifhem!", "Għaliex għandi neħel il-multa jekk ma nagħmilx xi ħaġa li jien inħossni antipatiku nagħmliha u li l-kuxjenza tiegħi ma tħallinix nagħmilha?", "Hemm mija oħra li jagħmluha l-istess ħaġa!", "Hija xi ħaġa daqshekk bi kbira li jien inkun salvagwardjat?", "Hemm ħafna li jaħsbu l-istess ħaġa.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR ADRIAN COPPINI (Rappreżentant tal-Catholic Voices Malta): Sur President, se nkun qiegħed nitkellem f'isem il-Catholic Voices Malta kif ukoll f'ismi bħala ġenitur ta' tifel li jmur fi skola tal-Knisja.", "Kelli żewġt itfal oħra li marru fi skola tal-Knisja u naħseb li se nkun qed nitkellem ukoll f'isem dawk is-17,000 tifel u tifla li jattendu skola tal-Knisja.", "Il-Catholic Voices Malta hija għaqda Nisranija u aħna nsostnu u naffermaw it-twemmin tagħna fid-dinjità tal-bniedem maħluq xbieha ta' Alla.", "Għalhekk, ma nistgħux naċċettaw ebda diskriminazzjoni inġusta kontra xi ħadd, hija x'inhija l-fehma tiegħu u huma x'inhuma l-karatteristiċi protetti l-oħra tiegħu.", "Mela biex inkunu ċari, aħna ma nistgħux naċċettaw diskriminazzjoni kontra ħadd u ma naċċettawhiex.", "Nibżgħu però li hemm punti fl-Abbozz ta' Liġi li minflok jassiguraw l-ugwaljanza, jassiguraw aktar li kulħadd jaħseb l-istess u jkun l-istess.", "Dan mhuwiex aċċettabbli f'soċjetà demokratika.", "Aħna nibżgħu li dan l-Abbozzi ta' Liġi minflok mhu se jkun qed jagħti d-drittijiet liċ-ċittadini, se jkun qed inaqqas id-drittijiet taċ-ċittadini.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti ħafna aktar u aktar meta l-Abbozz ta' Liġi huwa l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza u huwa Abbozz ta' Liġi li skontkom, qed jiġi diskuss fid-dar tad-demokrazija ta' Malta.", "Qed niddiskutu Abbozz ta' Liġi li minflok se jkun qed jassigura li ma jkunx hawn diskriminazzjoni, jekk xi ħadd jaħseb li qed jiġi offiż, se jkun jista' jiġi mdawwar biex jiddiskrimina kontra xi ħadd li għandu twemmin partikolari, fil-każ tagħna twemmin Nisrani.", "Aħna rridu nassiguraw li t-tfal li jmorru fi skejjel tal-Knisja ma jiġux imxekkla u lanqas ma jiġi mxejjen id-dritt tal-ġenitur li jassigura tagħlim ibbażat fuq l-ethos u l-fidi tagħna.", "U l-fidi tagħna hija fidi sempliċi ħafna; aħna nixtiequ li t-tfal tagħna, tal-inqas dawk li jattendu skola tal-Knisja, jikbru biex ikunu jistgħu jkollhom relazzjoni ma' Ġesù.", "Aħna rridu nassiguraw li t-tagħlim tal-ethos tal-Knisja Kattolika ma jiġix limitat biss għal-lezzjoni tar-Reliġjon.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jagħti ftit eċċezzjonijiet imma aħna nħossu u nemmnu li l-għażla li għamilna meta bgħatna t-tfal tagħna fi skola tal-Knisja kienet ibbażata mhux fuq jekk dik l-iskola għandhiex tagħlim tajjeb, jew jekk f'dik l-iskola possibbilment wieħed iġib riżultati tajbin; aħna għamilna dik l-għażla għaliex ridna t-tfal tagħna jattendu realtà fejn il-karattru tagħhom jiġi ffurmat, u ma jiġix iffurmat fuq xi liġijiet jew drittijiet speċifiċi imma jkun ibbażat fuq l-ethos u relazzjoni ma' Ġesù.", "Jekk se nħallu dan l-Abbozz ta' Liġi jgħaddi kif inhu, u bil-klawsola 32 se nkunu qed nagħtuh is-supremazija fuq kwalunkwe liġi oħra ħlief il-Kostituzzjoni, se nkunu qed nissugraw li jekk skola partikolari tkun qed tgħallem xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-ethos tagħha u xi ħadd, ikun min ikun, iħossu offiż, dan jista' jaqbad u jtella' l-Qorti lill-għalliem jew lill-iskola u jġegħelhom jipprovaw – għax issa l-piż tal-prova m'għadux fuq min qed jakkuża imma waqa' fuq min qed jiġi akkużat – li ma kinux qed joffendu d-drittijiet tiegħu.", "Hemm numru ta' punti li aħna xtaqna nagħmlu imma ladarba għandi tliet minuti biss, dan se jkun diffiċli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Coppini, tistgħu xorta tippreżentawhomlna.", "Fil-website tal-Parlament hemm l-għażla 'Contact your MP' u allura l-ideat kollha li tixtiequ li aħna nkunu nafu bihom, tistgħu tippreżentawhomlna.", "Fil-fatt, diġà rċevejna ħafna feedback.", "Tista' tkompli.", "IS-SUR ADRIAN COPPINI: Aħna rridu ngħidu b' mod pubbliku li nappoġġjaw l-emendi li l-Knisja kienet ipproponiet fid-dokumentazzjoni tagħha u nixtiequ li dawk l-emendi jiġu inklużi f'dawn l-Abbozzi ta' Liġi.", "Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sinjuri, sfortunatament sar il-ħin u rridu mmorru għas-seduta tal-Parlament.", "Nirringrazzjakom kollha.", "Laqgħat oħrajn se tkunu tafu bihom għaliex se jkunu kkomunikati lilkom u d-darba li jmiss se tkunu tistgħu tkunu magħna permezz taż-Zoom.", "Il-proposti kollha li tixtiequ li nkunu nafu bihom preżentawhomlna.", "L-argumentazzjoni kollha ibagħtuhielna.", "Ħadna pjaċir bil-parteċipazzjoni tagħkom u saru ħafna punti importanti li fihom ħafna food for thought.", "Żgur li kull punt li ressaqtu se nagħtuh konsiderazzjoni u l-valur li għandu bżonn.", "Il-Kumitat qed jiġi aġġornat għal data li tiġi mħabbra aktar 'il quddiem.", "Grazzi.", "Fl-4.03 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta u aġġornata għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201006_031d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 31", "It-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt iltaqa' fil-Parlament fis-2.14 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 30 li saret fit-30 ta' Settembru 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA – ABBOZZ NRU 96 – KONT.", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 276 tat-Tnejn, 11 ta' Novembru 2019, il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Bil-permess tal-Kumitat, ġew mistiedna biex jintervjenu: Dr Desireè Attard (Konsulent Legali, Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza), is-Sur Peter Cassar Torregiani, Dr Claire Bonello (Rappreżentanta taċ-Church Schools Association u taċ-Church Schools' Parents' Association), is-Sur Reginald Fava (Rappreżentant tal-Pharmacy Council), is-Sur Ivan Grech Mintoff (Rappreżentant ta' Abortion in Malta?", "Not in my name! u Fight Against Gender Indoctrination), Dr Tonio Borg (Avukat, LifeNetwork Foundation Malta), is-Sa Mary Ann Sant Fournier (President tal-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta), Dr Benjamin Camilleri (Avukat, LifeNetwork Foundation Malta), Dr Martin Balzan (Rappreżentant tal-Medical Association of Malta), Dr Elena Saliba (Rappreżentanta tad-Doctors for Choice Malta), Dr Charles Pace (Senior Lecturer in Social Policy), is-Sa Norma Camilleri (Rappreżentanta tal-Association of Speech-Language Pathologists), Dr Claire Shoemake (Rappreżentanta tal-Pharmacy Council), Fr Jimmy Bartolo (Rappreżentant tas-Secretariat for Catholic Education), Dr Ian Baldacchino (Rappreżentant tal-Kunsill Mediku), is-Sa Mary Anne Ciappara (Membru tal-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta), Dr Miriam Sciberras (Chairperson, LifeNetwork Foundation Malta), Dr Neil Falzon (Direttur, Aditus Foundation), is-Sa Caroline Mifsud (Rappreżentanta tal-Parents' Rights Movement), is-Sur Melvin Farrugia (Rappreżentant tal-Facebook page Parents' and Children's Rights Movement), Pastor Edwin Caruana (Rappreżentant tal-Knejjes Evanġeliċi u Kristjani) u s-Sur Adrian Coppini (Rappreżentant tal-Catholic Voices Malta).", "L-Onor.", "Edwin Vassallo għamel dikjarazzjoni dwar il-vot tiegħu fuq il-klawsola 7 fil-Laqgħa Nru 26 tal-11 ta' Marzu, 2020.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis, u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, l-Onor.", "Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 26, il-kliem \"mal-ewwel ħatriet magħmula wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att\" għandhom jiġu mħassra.", "L-Emenda \"L\" għaddiet.", "KLAWSOLA 26, kif emendata, għaddiet u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo għamel dikjarazzjoni dwar il-vot tiegħu fuq il-klawsola 26.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li jgħaddi għall-klawsola 32 u li l-vot fuq din il-klawsola jittieħed f'laqgħa oħra.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi ressqu din l-Emenda \"M\":", "Klawsola 32 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (3) tagħha, minnufih wara l-kliem \"minbarra l-Kostituzzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \", l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea,\"; u", "(b) fis-subklawsola (4) tagħha, minflok il-kelma \"L-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"Mingħajr ħsara għall-Att tal-2020 dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, l-Att\".", "Fl-4.03 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta u aġġornata għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201006_031m_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 25", "L-Erbgħa, 7 t'Ottubru, 2020 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 7 t'Ottubru, 2020 fl-4:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "16 ta' Settembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20201007_025a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 25", "L-Erbgħa, 7 t'Ottubru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru 25", "L-Erbgħa, 7 t'Ottubru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 24, li saret fil-31 t'Awwissu 2020, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Joe Mizzi): Nagħti merħba lil kull min hawn preżenti għal din il-laqgħa u nistgħu mal-ewwel ngħaddu għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-ewwel nett tajjeb infakkar li sena ilu, eżattament fid-19 t'Ottubru, dan il-Kumitat kien iddiskuta dan il-partial review u kienu saru wkoll xi rakkmandazzjonijiet lill-Awtorità tal-Ippjanar (PA), u ċioè li minimu ta' ħames metri mit-13-il metru proposti għar-ring road għandhom ikunu ddedikati għal-landscaping, u li l-parti triangolari ta' ħdejn il-parti mmarkata bir-roża fuq il-pjanta tas-sit, kif ippreżentanta mill-PA fil-laqgħa li kienet saret dakinhar, tiġi kkunsidrata għal public open space b'mod speċifiku biex tintuża bħala parkeġġ pubbliku.", "Nixtieq li waqt il-preżentazzjoni niġu mgħarrfa x'sar minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet.", "Se nibda billi nsejjaħ lill-Ministru sabiex jagħmel l-introduzzjoni tiegħu, imbagħad wara jkunu jistgħu jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom l-uffiċjali tal-PA, u fl-aħħar nett nistieden lill-Membri tal-Kumitat sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "AARON FARRUGIA (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar): Grazzi, Sur President.", "Insellem lill-kollegi Membri kif ukoll lil kull min hawn preżenti għal din il-laqgħa.", "Se nibda billi nagħmel ftit sommarju ta' kif issawwar dan ir-review.", "F'Ottubru 2018 is-Segretarju Parlamenti kien talab li jiġi rivedut l-Action Plan ta' Ta' Qali sabiex ikun jista' jiġi rezoned u ma jibqax jinkludi fih użu industrijali imma jsir għall-użu kummerċjali, jiġifieri uffiċini, retail u catering.", "Il-ħsieb tal-Gvern kien sabiex l-użu industrijali ma jibqax iħalli impatt negattiv fuq l-akkwati u fuq l-ambjent tal-madwar.", "It-talba kienet sabiex isir rezoning tal-area u minn industrial zone jiġi mibdul f'commercial zone, u li l-height limitation, minn 11-il metru jitla' għal 17.5 metri, ovvjament suġġett għal terracing u setbacks, eċċ. F'Novembru ta' dik is-sena, jiġifieri xahar wara, dan il-pjan ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika, u f'Marzu 2019, is-Segretarju Parlamentari ta' dak iż-żmien, ħa in konsiderazzjoni s-submissions li daħlu waqt il-konsultazzjoni pubblika, u anke l-concerns min-naħa tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PA, u emenda l-objettivi tal-Gvern b'mod li fl-użi żiedu storage and distribution, medical clinics, u education and supermarkets, u allura dawn saru parti mil-lista aċċettabbli għall-użu ta' dik l-art.", "Bejn Settembru u Ottubru 2019 kien hemm imbagħad public consultation oħra dwar id-draft il-ġdid tal-pjan, fejn minbarra ż-żieda fl-użi u fl-għoli tal-bini, kif semmejt, ġie propost dan li ġej: Li jkun hemm a landscape buffer li jikkonsisti minn green belt u perimeter road minimu ta' 13-il metru sabiex jimmitiga l-impatt viżwali ta' dan l-ODZ; li ssir kontinwazzjoni tat-triq mas-Southern boundary tal-perimeter lejn il-Western boundary tal-perimeter u allura ssir ring road sħiħa; li jkun hemm miżuri ta' green infrastructure, u li jkun hemm planning gain ta' €25 għal kull metru kwadru skond il-gross developable floorspace (GDF).", "Imbagħad wasalna għal dan l-istadju li ninsabu fih bħalissa, u ċioè li f'Settembru, jiġifieri x-xahar li għadda, ir-revised draft policy reġgħet ħarġet għall-public consultation, bil-main change tkun il-preparazzjoni ta' masterplan għas-sit kollu kif meħtieġ fil-comprehensive development tal-Western part u l-conventional development of the Eastern part, biċċa footprint ekwivalenti għal 40% tal-comprehensive area tal-landscape open space in the detailed road layout.", "Dak huwa s-sommarju dwar il-ħsieb wara dan il-proċess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lill-uffiċjali tal-PA sabiex jagħtu l-preżentazzjoni dwar dan il-pjan.", "IS-SUR IVAN FAVA (Uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar): L-iskop ta' din il-preżentazzjoni hi sabiex nispjegaw x'kienu r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-ewwel draft li saret wara l-pubblikazzjoni tal-oġġettivi u x'inhu t-tibdil fid-draft policy minn dawk maħruġin fl-ewwel draft.", "Qegħdin nitkellmu fuq area li bħalissa, skond il-pjan ta' azzjoni eżistenti, għandha użu industrijali u hija aċċessibbli minn Vjal l-Istadium Nazzjonali, u fuq in-naħa tal-lemin tagħha hemm l-Ambaxxata Amerikana.", "Il-konsultazzjoni pubblika dwar it-tieni fażi saret bejn it-12 ta' Settembru u l-25 t'Ottubru 2019, u l-Awtorità rċeviet total ta' 22 submission.", "Dawn is-submissions ġew kategorizzati skond it-temi li kienu miktubin fihom, u ta' min wieħed jinnota li, bħalma jiġri f'dawn il-każijiet, kultant is-sottomissjonijiet fuq kull tema setgħu kienu konfliġġenti bejniethom, fis-sens li jkun hemm min jippreferi ċertu użu, u oħrajn jippreferu użi oħra.", "It-temi li ġew identifikati mill-public consultations, b'mod ġenerali, huma maqsumin fuq land use zoning, fuq l-għoli tal-bini u l-veduti li dawn jiġġeneraw, fuq trasport u mobilità madwar is-sit, fuq konsiderazzjonijiet ambjentali, fuq land ownership kif ukoll fuq il-planning gain.", "B'mod ġeneriku, l-iktar kummenti li spikkaw dwar land use zoning kienu li l-Class 2C, li huma educational facilities, mhumiex kompatibbli minħabba li fis-sit adjaċenti hemm ambaxxata.", "Kien hemm imbagħad sottomissjonijiet oħrajn li jgħidu li użi aktar kompatibbli mal-Park Nazzjonali jinkludu faċilitajiet relatati ma' sports, crafts u mużewijiet.", "Dwar l-għoli tal-bini rċevejna sottomissjonijiet fejn intqal li l-iktar bini baxx fl-iskema għandu jiżdied għal 12.5 metri u kien hemm ukoll kummenti oħrajn fejn ġibdu l-attenzjoni li dan huwa edge of development u l-kuntest tiegħu u l-veduti mill-Imdina għandhom jiġu rispettati.", "Dwar trasport, fost il-kummenti li rċevejna kien hemm dawk li s-service road, li kienet proposta fl-ewwel draft tal-policy, se teffettwa bini eżistenti fis-sit, u anke li l-parking fil-boundaries tas-site għandu jiġi mitigated b'additional planning gain.", "Kien hemm kummenti relatati ma' konsiderazzjonijiet ambjentali, fosthom li l-iżvilupp għandu jikkunsidra l-użu ta' ġwiebi kif ukoll il-possibilità li tiġi replenished il-water table.", "Irċevejna wkoll kummenti dwar il-land ownership u l-planning gain, fosthom li l-planning gain kif proposta, jiġifieri €25 għal kull metru kwadru, mhijiex adegwata u n-nuqqas ta' assessment tal-impatt b'mod komprensiv fuq l-area jista' jagħti lok ta' freehand lill-iżviluppaturi.", "Tajjeb li nfakkar ftit x'kienu l-oġġettivi tal-policy, u ċioè li s-site, li bħalissa hija koperta b'Policy NWTQ32 tinbidel f'area kummerċjali; li d-designation tal-area ta' quddiemha suġġetta għall-Policy NWTQ33 tinżamm bħala parking area u jiżdied il-provvediment ta' landscaping; li l-uses allowable ikunu dawk ta' Category D u jiġi projbit intensifikazzjoni ta' użi oħra; u li jkun hemm framework li jimmitiga l-impatti negattivi minn din ir-redesignation tas-site, suġġett li l-għoli tal-bini ma jaqbiżx is-17.5 metri, li dan l-għoli għandu jiġi mtarraġ għall-għolijiet li jikkombaċu mal-ambaxxata li tinsab fuq in-naħa tal-lemin tas-site, u li r-recesses għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li s-sit jidher mill-Imdina.", "L-objettivi jgħidu wkoll li għandhom jiġu emendati, jew jitneħħew, provvedimenti oħra fil-policy kurrenti li jkunu kkunsidrati li jmorru kontra dawn l-oġġettivi u li ma jkunx hemm blank party walls.", "Kif intqal qabel, meta saru l-ewwel konsultazzjonijiet, kien hemm reviżjoni ta' dawn l-objettivi fejn żdiedu wkoll, bħala użi, supermarkets, medical and educational facilities, kif ukoll storage and distribution facilities.", "Dawn l-użi ġew ikkunsidrati li huma kompatibbli mal-goals li finalment f'din iż-żona jkun hemm area kummerċjali.", "Issa se ngħaddi għar-revisions li saru mill-ewwel draft u nibda billi nuri l-policy map li bħala Awtorità qegħdin nipproponu.", "Id-differenza prinċipali mill-mappa li kien hemm fl-ewwel draft hi li s-sit qiegħed jinqasam f'żewġ żoni prinċipali, żona minnhom in-naħa ta' fejn hemm miktub Ta' Sufarelli, jiġifieri n-naħa tal-punent, għandha tkun ippjanata u żviluppata b'mod komprensiv, filwaqt li n-nofs l-ieħor tas-site, minħabba li diġà hemm commitments, tista' tkun ippjanata u żviluppata b'mod konvenzjonali.", "Iż-żewġ partijiet tas-sit għandhom jiġu mifrudin b'extension ta' Triq l-Istadium Nazzjonali, li hija t-triq li tgħaddi minn bejniethom, u b'hekk tkun qed tipprovdi wkoll element ta' frontages anke n-naħa tal-conventional site biex jiġu evitati l-blank party walls, li kienet waħda mill-oġġettivi ta' din ir-reviżjoni.", "Imbagħad qegħdin nipproponu li l-kumplament ta' Triq Idwart, fejn bħalissa min-naħa tal-Ambaxxata Amerikana ddur għal fuq in-naħa ta' wara tas-sit, titwessa' parzjalment – sakemm tkun tilħaq mal-istandards mitluba minn Transport Malta – biex it-traffiku min-naħa tal-ambaxxata jkun jista' jidħol fis-sit, joħroġ mit-triq ċentrali u jibqa' ħiereġ lejn Triq l-Istadium Nazzjonali.", "Fil-mappa li qegħdin naraw bħalissa jidher li fuq in-naħa tal-ODZ huwa ppjanat u mitlub li fl-applikazzjonijiet li jidħlu jkun hemm green belt biex ikun hemm proviżjoni ta' delinjament bejn l-iżvilupp u l-ODZ u jkun hemm mitigar tal-impatti fuq il-views.", "Il-mappa turi wkoll, li kif kien ġie diskuss qabel f'dan il-Kumitat, u anke ssuġġerit, l-area tan-naħa ta' fuq tas-sit se tinżamm għall-parkeġġ pubbliku, u ġew ukoll identifikati public walkways biex ikun imtejjeb il-pedestrian access madwar is-sit.", "Fejn qegħdin taraw underlined huma l-main changes fil-policy mill-ewwel draft għal din id-draft li bħalissa qiegħda għall-public consultation.", "Bħala policy baqgħet li ż-zoning jibqa' ta' commercial area, bid-differenza li ġew identifikati żewġ żoni distinti fis-site, waħda li għandha tkun ippjanata u żviluppata b'mod komprensiv u l-oħra b'mod konvenzjonali.", "Il-policy tkompli kif kienet qabel u tikkonkludi li applikazzjonijiet fl-area komprensiva li jfixklu milli jkun hemm ippjanar komprensiv fuqha, mhux se jkunu kkunsidrati mill-Awtorità.", "Bħala criteria, kemm il-conventional kif ukoll il-comprehensive sites huma kif kienu ppreżentati fil-preżentazzjoni ta' qabel, fosthom l-acceptable land uses, fejn qed ngħidu li f'dawn is-sites jista' jkun aċċettabbli żvilupp ta' supermarkets, faċilitajiet ta' health and education, u Category D li huma uffiċini, retail, food and drink establishments kif ukoll il-provvediment ta' storage and distribution.", "Il-policy tgħid ukoll li l-intensification ta' dawk il-uses li diġà huma eżistenti fis-sit però ma jaqgħux f'din il-lista, ma jkunux aċċettabbli.", "Dwar building heights il-policy ftit li xejn inbidlet; xorta għadha bil-provvediment li l-bini li jħares fuq l-ODZ ikollu faċċata għolja tmien metri, u l-bini li jħares fuq l-ambaxxata u fuq il-car park ikollu għoli tal-faċċata ta' 11-il metru.", "Id-differenza fil-policy hi li ddaħħlet il-kelma \"massimu\" biex jiġi ċċarat li l-ogħla parti tal-bini, 'il fuq minn dawn il-livelli baxxi, jistgħu jiġu mtarrġin sa 17.5 metri, suġġett li waqt l-applikazzjonijiet ikun hemm visual impact assessment.", "Bħalissa qegħdin naraw il-bidla fil-policy u qiegħda tiddeskrivi kif għandu jkun is-site coverage u l-open space fil-parti tas-site li hija identifikata għal żvilupp komprensiv.", "Hawnhekk il-policy tgħid li l-massimu ta' coverage li għandu jkun permess m'għandux jaqbeż is-60%, filwaqt li 40% tas-sit għandhom jibqgħu open space.", "Dawn l-40% jinkludu l-landscaping buffers u r-road spaces li wrejna fil-policy map.", "It-tabella turi s-site areas u l-persentaġġi li, kif għedna, huma 40% u 60%, bl-40% ikun open space.", "Dwar site and architectural treatment, il-policy kulma biddlet hu li jkun hemm ir-riferenza għall-policy map u li ma jkunx hemm site fragmentation fil-comprehensive development area.", "Il-kumplament titratta l-metodu ta' kif għandu jiġi ddisinjat, speċjalment li jkun hemm treatment arkitettoniku u interessanti u li m'għandux jitħalla żvilupp li jiġġenera blank party walls.", "Dettalji tal-bini fil-commercial areas, speċjalment dak li jinkludi signage u lighting, m'għandhomx joħolqu impatt viżiv biex ma jkunx hemm impatt negattiv fuq l-area of high landscape value.", "Kif għedna qabel, l-applikazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għall-visual impact assessment.", "Għar-rigward ta' landscaping, kif rajna mill-mappa fl-ewwel slides, kien hemm bidla mill-proposta ta' ring road mad-dawra tas-site għal triq ċentrali li mbagħad tkompli mat-triq eżistenti u ċjoè Triq Idwart.", "Din il-parti tal-policy titkellem fuq landscape buffer, però tagħmilha ċara li dan il-green belt għandu jkun jikkonsisti, b'mod prinċipali, minn siġar u arbuxelli fl-areas murija fil-policy map u dan biex ikun hemm mitigazzjoni tal-impatt viżiv fuq in-naħa tal-ODZ u anke views ta' dan l-iżvilupp mill-Imdina.", "Dan il-mitigation m'għandux ikun biss limitat għall-buffer zone, imma l-policy tinkoraġġixxi wkoll miżuri oħrajn bħal, pereżempju, green walls u green roofs u tesiġi li mal-applikazzjonijiet għandu jkun hemm sottomissjoni ta' landscaping scheme li tikkonsisti prinċipalment f'siġar u arbuxelli.", "Tajjeb infakkar li l-40% open space, tneħħi l-parti identifikata bħala triq, għandhom ikunu suġġetti għal dan it-tip ta' landscaping.", "Bħala trasport, din il-policy biddlet is-suġġeriment tal-policy ta' qabel li jkun hemm ring road mad-dawra tas-site u, kif spjegajt qabel, qegħdin nipproponu li jkun hemm triq ċentrali li tkun linked ma' Triq Idwart.", "Il-policy tagħmilha ċara li Infrastructure Malta għandhom jimxu mal-layout muri fil-policy map, u li skont il-parking standards fil-policies viġenti, il-parking requirements għandhom ikunu allokati fis-site boundary.", "Fejn jidħol sustainability din il-policy baqgħet l-istess, fis-sens li hemm il-provvediment ta' green infrastructure fis-site biex ikun hemm improvement tal-environmental sustainability.", "L-iskop u l-intenzjoni ta' dan huma sabiex ikun hemm konsiderazzjoni tal-kuntest tas-site, speċjalment il-fatt li hija mdawra bl-ODZ u tinsab f'national park.", "Bħala planning gain, f'din il-policy hawn differenza, fis-sens li għalkemm il-provvediment li għal kull metru kwadru ta' GDF ġdid għandu jkun hemm kontribuzzjoni ta' €25 baqa' l-istess, qiegħed jiżdied ukoll li kull żviluppatur ikun mitlub iħallas ammont, li jinħadem skont kemm se jiżviluppa frontage, bħala kontribuzzjoni għax-xogħlijiet li għandhom isiru fir-road and junction improvements.", "Dawn il-costs ġeneralment jiġu kkalkulati minn Transport Malta, imbagħad jiġu subdivided skond il-porzjon effettwat minn kull applikazzjoni ta' żvilupp proposta fuq is-site.", "Il-policy NWTQ33 titkellem dwar il-parking u tiċċara wkoll id-diskussjoni li kienet saret f'dan il-Kumitat, u ċjoè li s-sit tan-naħa ta' fuq tas-site għandu jitħalla għall-parking.", "Il-mappa li qegħdin naraw tikkonferma li din is-site – li hija murija bil-kulur roża – qiegħda titħalla bħala parkeġġ u li m'għandux ikun hemm żvilupp ieħor fiha.", "Dawk kienu fil-qosor il-bidliet li qegħdin nipproponu f'din id-draft policy.", "Nagħlaq billi ngħid li bħalissa għaddejja public consultation dwar din l-istess policy li se tibqa' miftuħa sas-16 t'Ottubru.", "Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nitolbok tinforma lill-Kumitat x'sar mir-rakkmandazzjonijiet li kien għamel l-istess Kumitat f'Ottubru tas-sena l-oħra.", "IS-SUR IVAN FAVA: Waħda mir-rakkmandazzjonijiet kienet li l-area indikata titħalla għall-parkeġġ, u fil-fatt il-policy map turi li dik l-area qiegħda tiġi designated bħala parking.", "DAVID THAKE: Dan se jkun multi-storey parking?", "IS-SUR IVAN FAVA: Le, dan huwa public parking, però l-policy tesiġi li kull żvilupp li jsir fis-sit għandu jipprovdi parking, skont il-parking requirement standards fil-proprjetà.", "Jiġifieri wieħed m'għandux jippretendi li għax se jkun hemm parkeġġ fl-area indikata, allura ma jipprovdix parking, għax dan il-parking huwa għall-pubbliku.", "Ir-rakkmandazzjoni kienet li jkun hemm landscaping buffer, li wkoll qiegħed jiġri pprovdut u ndikat fil-policy map.", "Id-differenza fir-ring road mid-draft ta' qabel hija, li minflok li r-ring road qiegħda ddur bil-mod kif qiegħed nuri u jkun hemm landscaping buffer magħha, qiegħda titħalla l-landscaping buffer u r-ring road qiegħda tkompli b'\"dan\" il-mod.", "Ir-raġuni li saret din il-proposta kienet sabiex ikun hemm circulation aħjar u jkun hemm diviżjoni tas-sit mill-parti komprensiva għal dik konvenzjonali.", "Barra minn hekk, bis-saħħa ta' din it-triq se jkun hemm frontage li abbażi tagħha jistgħu jinbnew żviluppi jħarsu fuq it-triq u allura jitgħattew il-blank party walls.", "Il-policy qed tipproponi wkoll li l-ischemed road li qiegħed nurikom bħalissa tiġi estiża sakemm tiltaqa' ma' fejn qiegħed nurikom sabiex it-traffiku, speċjalment…", "KEVIN CUTAJAR: Tista', jekk jogħġbok, issemmi l-ismijiet tat-toroq?", "Il-policy qiegħda tipproponi li Triq l-Istadium Nazzjonali tiġi estiża b'tali mod li taqsam is-sit suġġett għal din il-policy minn nofs, jiġifieri jkun hemm extension ta' Triq l-Istadium Nazzjonali li tgħaddi minn nofs is-sit u din it-triq tibqa' testendi san-naħa ta' wara tas-sit sakemm tiltaqa' ma' Triq Idwart.", "Illum il-ġurnata, Triq Idwart hija pjuttost dejqa, u l-parti minnha li hija kkunsidrata bħala schemed hija biss dik ta' quddiem l-Ambaxxata Amerikana.", "Il-policy qiegħda tipproponi li l-parti ta' Triq Idwart, sa nofs in-naħa ta' wara tas-sit, testendi sakemm tilħaq l-istandards ta' Transport Malta, jiġifieri approximately ten metres, u jkun hemm continuation bejn Triq l-Istadium Nazzjonali fis-sit ma' Triq Idwart.", "Li kont qed nispjega qabel hu li vetturi kbar, permezz ta' din it-traffic flow, ikunu jistgħu jidħlu fis-sit min-naħa tal-Ambaxxata Amerikana, jgħaddu minn Triq Idwart u joħorġu mit-triq ċentrali proposta u jibqgħu ħerġin għal Triq lstadium Nazzjonali.", "Ir-raġuni li ppreferejna nipproponu din il-layout minflok ring road madwar is-sit hija minħabba li rajna li jekk titwessa' Triq Idwart kompletament, ikun hemm iktar land take up fl-ODZ.", "Dak kien l-iskop prinċipali ta' din il-proposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Fil-lista tal-oġġezzjonijiet, sejħilhom li trid, ma semmejtx xi ħaġa li jiena nikkunsidra li hija pjuttost importanti li wieħed iqisha.", "Qed nirriferi għal dak li qalet l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), u ċioè li qiskom ma tajtux importanza l-mod kif dan ir-rezoning se jeffettwa, jew l-impatt li għandu vis-à-vis l-iStrategic Plan for the Environment and Development (SPED).", "Nixtieq inkun naf għalfejn m'intomx qed tagħtuha importanza.", "IS-SUR IVAN FAVA: L-iSPED jgħid li employment generating uses għandhom ikunu allokati fil-principal urban areas u fl-areas li diġà huma identifikati għall-iżvilupp.", "Din l-area, bħalma naraw fil-pjan ta' azzjoni eżistenti, hija designated for industrial uses, jiġifieri xorta huwa sit li jiġġenera employment, u b'hekk m'aħniex naraw li fil-prinċipju din iċ-change in zone tmur kontra l-iSPED.", "DAVID THAKE: Jiġifieri qed ngħidu li issa bdejna nikkunsidraw li żvilupp industrijali u żvilupp kummerċjali huma l-istess?", "IS-SUR IVAN FAVA: Mill-kuntest ta' employment generating uses it-tnejn qegħdin jiġġeneraw employment, jiġifieri b'hekk qed ngħid li fil-prinċipju mhux qed tmur kontra l-iSPED.", "DAVID THAKE: Imma jekk qegħdin nitkellmu fuq żoni speċifiċi li huma industrijali, kummerċjali, urban, u residenzjali, naħseb li rridu nkunu leali lejn id-definizzjonijiet għax inkella jekk se ngħidu li kulma jiġġenera employment f'daqqa waħda sar l-istess tip ta' żona…", "IS-SUR IVAN FAVA: Hemm ukoll il-fatt li, kif intqal fil-bidu tad-diskussjoni, is-sit qiegħed maġenb national park u l-użu industrijali ġie kkunsidrat bħala li mhuwiex daqshekk kompattibbli maż-żona tal-madwar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar domandi?", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: L-ewwel u qabel kollox nirringrazzjak, Sur Fava, tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Għandi xi mistoqsijsiet dwar dak li għedt u anke dwar id-dokument li ġie ċċirkolat; ma nafx jekk tkunx int l-aħjar li tirrispondi jew il-Ministru.", "Ovvjament, tapprezzaw il-fatt li meta saret l-ewwel diskussjoni jien ma kontx qiegħed hawn u allura bilfors irrid nistaqsi x'inhi r-raġuni għalfejn din iż-żona industrijali waslana biex naqilbuha għal waħda kummerċjali.", "Din iż-żona m'għandhiex użu fil-preżent, jew hemm xi raġunijiet oħra wara din il-bidla?", "Xtaqt nistaqsi wkoll jekk iż-żona oriġinali li llum għandha skop industrijali hijiex se tibqa' l-istess, anke jekk jinbidel l-iskop għal wieħed kummerċjali.", "Għar-rigward l-għoli fhimt li se jkun hemm massimu ta' 17.5 metri u minimu ta' 11-il metru bl-għoli jkun imtarraġ.", "Fhimt ukoll li ttieħed il-kejl ta' 17.5 metri minħabba li fiż-żona hemm il-bini tal-Ambaxxata Amerikana li għandu dak l-għoli.", "Hemm xi raġuni għalfejn għażilna li l-iżvilupp li se jsir f'din iż-żona jkun tal-istess għoli tal-bini tal-Ambaxxata Amerikana u mhux ta' bini ieħor fil-madwar?", "Issemma wkoll li f'dan is-sit ġew identifikati żewġ żoni, waħda għall-iżvilupp komprensiv u oħra għall-iżvilupp konvenzjonali.", "Jien m'iniex tekniku u allura napprezza li tispjegalna ftit id-differenza bejn dawn it-tnejn u anke tgħidilna jekk l-għoli propost huwiex se jkun japplika għal dawn iż-żewġ żoni jew inkella hemmx ħsieb differenti.", "Fil-pjan hemm ukoll proposti ħwienet għal din iż-żona.", "Meta ngħidu li se jkun hemm ħwienet, qegħdin neskludu li jkun hemm attivitajiet li joħolqu storbju, bħal pereżempju postijiet ta' divertiment, jew hemm il-ħsieb li eventwlament dawn ikunu nklużi wkoll la se jkun hemm skop kummerċjali warajha?", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-aċċess.", "L-ispjegazzjoni li ngħatat dwar l-aċċess għal din iż-żona timplika li hemm possibilità li jiżdied l-influss ta' vetturi li se jgħaddu mil-lokalità li qiegħda viċin, li hija Ħ'Attard.", "Tista' tgħidilna jekk ġiex analizzat l-impatt li żvilupp eventwali f'din iż-żona jista' jkollu fuq dik il-lokalità mil-lat ta' influss ta' vetturi?", "L-aħħar domanda li kelli kienet dwar l-iSPED, imma diġà staqsa dwarha l-kollega tiegħi, l-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nitlob lis-Sur Fava sabiex, jekk jogħġbu, jirrispondi għal dawn id-domandi li saru.", "IS-SUR IVAN FAVA: Rigward ir-raġunijiet taċ-change in zoning kif ukoll l-għoli indikat nista' ngħid li dawn kienu parti mill-oġġettivi li bdejna naħdmu fuqhom.", "Jiġifieri l-Awtorità rċeviet dawn l-oġġettivi mingħand il-Gvern u aħna fassalna din id-draft policy skont dawk l-istess oġġettivi.", "Kif għedt ukoll, ir-raġuni wara l-bdil taż-zoning kienet primarjament li l-użu industrijali ma deherx li hu idoneu ma' dak tas-sit tal-madwar, jiġifieri n-National Park.", "Dan il-pjan ma jbiddilx l-area tas-site boundaries, imma jiffoka fuq l-area li diġà hija designated bħala żona industrijali, jiġifieri l-area ma ġietx estiża.", "Rigward l-għoli nista' ngħid li dan ivarja minn minimu ta' tmien metri, li huwa l-għoli ta' faċċata li tkun tħares fuq ODZ, għal 11-il metru għall-faċċati li jħarsu fuq il-car park u fuq l-Ambaxxata Amerikana, bil-possibilità li permezz ta' stepping dan l-għoli jista' jitla' sa massimu ta' 17.5 metri, però l-policy tesiġi li jkun hemm visual impact assessment li minnu jista' jirriżulta li l-massimu ta' 17.5 metri ma jintlaħaqx.", "Ngħaddi issa għad-domanda rigward id-differenza bejn comprehensive u conventional uses.", "Meta qegħdin ngħidu conventional planning u conventional development qegħdin infissru li jekk għandek sit ta' ċertu kobor, minflok dan jinqasam f'porzjonijiet u kull porzjon ikun suġġett għal applikazzjoni differenti, iż-żona kollha, jiġifieri bejn wieħed u ieħor nofs is-sit, trid tkun ippjanata u żviluppata fl-istess ħin u mhux biċċa biċċa.", "L-iskop ta' dan il-provvediment huwa sabiex ikun hemm aktar possibilità ta' improved design, għax meta qed tiddiżinja żvilupp b'mod sħiħ minflok biċċa biċċa aktar għandek il-fakultà li tiddiżinja u tippjana b'mod aħjar, speċjalment meta qegħdin nitkellmu fuq open spaces.", "Il-fatt li l-policy tesiġi li jkun hemm 40% tas-sit imħollija bħala open space, bi pjan u żvilupp komprensiv, aktar hemm il-possibilità li dan il-provvediment tal-policy jintlaħaq sew.", "Mill-banda l-oħra, żvilupp konvenzjonali huwa the everyday development li tinkludi art li tkun diġà spezzettata fi plots differenti, kemm minħabba commitments li jkun hemm, kemm minħabba ownerships differenti, u anke minħabba permessi li jkunu diġà nħarġu.", "Minħabba f'hekk ma rajniex li jkun possibbli u achievable li nesiġu li jkun hemm ippjanar b'mod komprensiv fuq dik il-parti tas-sit partikolari.", "Għalkemm il-policy xorta tagħti sett ta' provvedimenti, fosthom land uses, height limitations u provvedimenti dwar design, jistgħu jidħlu applikazzjonijiet individwali fuq plots individwali f'dak il-porzjon tas-sit.", "Dik hija d-differenza bejn comprehensive u conventional.", "Mil-lat ta' uses, il-policy qed tistabbilixxi użi li jaqgħu taħt Category B, Category D, Category F u supermarkets.", "Il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Cutajar tiffoka fuq l-użu kummerċjali.", "Il-policy tistabbilixxi Category D bħala Class 4A - offices, Class 4B - retail, Class 4C u 4D – food and drink.", "Tgħid ukoll li l-intensification of uses li ma jaqgħux taħt din il-lista ma jiġux permessi, jiġifieri jekk wieħed iħares lejn din il-lista jara li din teskludi l-entertainment facilities.", "Rigward l-aċċess, milli rajna u milli osservajna fuq is-sit, il-maġġoranza tat-traffiku li javviċina dan il-post juża Triq l-Istadium Nazzjonali.", "L-ammont ta' karozzi li biex imorru f'dan is-sit jgħaddu mil-lokalità ta' Ħ'Attard, naħsbu li huma r-residenti li joqogħdu Ħ'Attard stess, jiġifieri mhuwiex maħsub li dan se jżid traffiku fuq iċ-ċentru ta' Ħ'Attard.", "KEVIN CUTAJAR: Imma dan huwa sempliċement ħsieb?", "Saret xi forma ta' analiżi?", "IS-SUR IVAN FAVA: Jekk qed tistaqsini sarx traffic impact assessment, ngħidlek li ma sarx, però l-policy ma teskludix li jekk fis-sit, wara li tiġi approvata din il-policy, ikun hemm applikazzjoni li minħabba l-iskala tagħha l-istandards tal-ippjanar jitolbu li jkun hemm studju fuq l-impatt tat-traffiku, dan ma jkollux isir.", "Jiġifieri l-policy ma teskludix il-fatt li jekk ikun hemm proposta ta' żvilupp maġġuri li jikkwalifika għal traffic impact assessment, dan ma jsirx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nagħti issa l-kelma lill-Ministru sabiex jagħmel kummenti tal-aħħar.", "AARON FARRUGIA: Sur President, nirringrazzjak u nirringrazzja lill-kollegi tiegħi tal-mistoqsijiet u tal-interess li ħadu, għax jien ukoll ħarist sew lejn dan il-pjan u naqbel li fiċ-ċirkostanzi l-fatt li se tiddipartixxi minn kunċett ta' industrija viċin park li jgawdu l-familji u jkunu jridu jgawdu t-tfal tagħna u tmur lejn xi ħaġa kummerċjali li tikkumplimenta b'xi mod, aktar minn industrija, lil dan is-sit, is a win win situation.", "Għandi s-soljev li dan il-pjan għadda minn għarbiel tajjeb, jiġifieri saru tlieta, jekk mhux erba', konsultazzjonijiet pubbliċi u kien hemm min għamel suġġerimenti u dawn is-suġġerimenti ntlaqgħu u allura nemmen li din hija direzzjoni li se ttejjeb iċ-ċirkostanzi li għandna quddiemna.", "Din mhijiex art verġni li se ssir art kummerċjali, jew li se tintuża għal skop kummerċjali, imma kif qal tajjeb ukoll ir-rappreżentant tal-PA, din hija art industrijali li se toħloq ix-xogħol, se timxi għal-lat kummerċjali mingħajr l-impatt, u allura se tnaqqas u timmitiga l-impatt ta' eyesore li jkollok meta jkollok sit industrijali bħalma hemm illum.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Qed nieħu pjaċir nara li r-rakkmandazzjonijiet li saru minn dan il-Kumitat s-sena l-oħra ttieħdu on board, xi ħaġa li hija pożittiva.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Mr Chairman, id-deċiżjoni tal-Oppożizzjoni għal dan il-pjan kienet suġġetta għal numru ta' mistoqsijiet u r-risposti li ħadna għalihom.", "Għalhekk, nitolbok sabiex ġentilment tikkonċedi lili u lill-Onor.", "Thake nirtiraw mill-Kamra għal ftit minuti sabiex niddiskutu bejnietna u nidħlu lura bil-pożizzjoni tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, il-laqgħa hija sospiża.", "Il-Kumitat ġie sospiż fil-5:26 p.m. u rriżuma żewġ minuti wara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Kumitat jirriżumi.", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Sur President xtaqt nagħmel rimarka żgħira.", "Jien naħseb li huwa importanti li, kemm dan il-Kumitat kif ukoll l-Awtorità, nagħtu sinjal li t-triq li pajjiżna jrid jaqbad għall-electrification tal-flotta tan-nies trid tkun xi ħaġa tanġibbli, u għalhekk hemm bżonn li nibdew nagħmlu limitazzjoni fejn jirrigwarda parkeġġi, fis-sens li, pereżempju, ngħid li 10% tal-parkeġġ irid ikun riżervat jew indikat bħala charging stations għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku.", "Dak huwa l-kumment li nixtieq inżid, mill-bqija l-Oppożizzjoni qiegħda taqbel mal-pjan kif propost u naħseb li eventwlament ikun anke ta' ġid għar-residenti tal-inħawi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqbel miegħek, u jekk il-Kumitat jaqbel għandna nagħmlu rakkmandazzjoni li fil-parkeġġ għandu jkun hemm post riżervat għall-charging stations għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku; naħseb li għandu jsir f'kull parkeġġ imma bħalissa qegħdin nitkellmu dwar dan il-proġett.", "Jidher li hawn qbil dwar din ir-rakkmandazzjoni għalhekk se npoġġi l-pjan, kif imressaq quddiem il-Kumitat, u r-rakkmandazzjoni li semmejt, għall-vot.", "Il-pjan kif imressaq quddiem il-Kumitat, flimkien mar-rakkmandazzjoni kif verbaliżżata miċ-Chairman, ġew approvati unanimament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fil-5:31 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20201007_025d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU 25", "L-Erbgħa, 7 t'Ottubru 2020.", "l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4:40 p.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, Chairman tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Anton Refalo (Ministru għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali); u l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll, u ħa sehem fid-diskussjoni, l-Onor.", "Aaron Farrugia (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar).", "L-Iskrivana tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 24, li saret fil-31 t'Awwissu 2020, ġew konfermati.", "Fil-bidu tal-laqgħa saret introduzzjoni mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-Onor.", "Aaron Farrugia, dwar il-pjan.", "Wara, is-Sur Ivan Fava, uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar, ta preżentazzjoni dwar l-istess pjan (Dok.", "Fil-5:26 p.m. fuq talba tal-Onor.", "Kevin Cutajar, iċ-Chairman issospenda l-Kumitat sabiex il-Membri tal-Oppożizzjoni jkunu jistgħu jikkonsultaw bejniethom dwar il-pożizzjoni tagħhom fuq il-pjan.", "Fil-5:28 p.m. il-Kumitat irriżuma.", "L-Onor.", "David Thake issuġġerixxa li l-Awtorità tal-Ippjanar tikkunsidra li 10% tal-parkeġġ li hemm maħsub fil-proġett ikun riżervat u indikat bħala charging stations għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku.", "Il-Kumitat qabel ma' dan is-suġġeriment u ċ-Chairman qal li kien se jagħmel rakkmandazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar f'dan is-sens.", "Id-diskussjoni dwar dan il-pjan, f'dan l-istadju, intemmet u meta ċ-Chairman poġġa d-dokument, kif imressaq quddiem il-Kumitat, għall-vot, dan għadda b'mod unanimu.", "Fil-5:31 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20201007_025m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 12", "It-Tnejn, 12 ta' Ottubru 2020 fis-2.30 pm", "IlPresident talKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 12 ta' Ottubru 2020 fis-2.30 pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Konferma tal Minuti", "Rapport dwar Investigazzjoni mill Kummissarju għall Istandards (Każ K/022)", "Xogħol ieħor", "7 ta' Ottubru 2020 Skrivan talKamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20201012_012a_spl.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 12", "It-Tnejn, 12 ta' Ottubru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Laqgħa Nru 12", "It-Tnejn, 12 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2.37 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 11, li saret fl14 ta' Settembru 2020, ġew ikkonfermati.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILLKUMMISSARJU GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA (KAŻ K/022)", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lillKumitat li din illaqgħa ssejħet biex skont artiklu 27 talAtt dwar Standards filĦajja Pubblika, Kap. 570 ilKumitat jikkonsidra u jiddeċiedi jekk jadottax ilkonklużjonijiet u rrakkomandazzjonijiet tarrapport talKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika (Rapport K/022) li ġie mgħoddi lillMembri talKumitat nhar itTnejn, 5 ta' Ottubru 2020.", "Ta' min jgħid li dan il-każ li ġie investigat mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jirrigwarda lment dwar allegat abbuż ta' poter fil-ħatra tal-eks Ministru Konrad Mizzi mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ta' Malta (MTA) kif mitlub mill-Perit Carmelo Cacopardo bħala Chairperson tal-Partit Alternattiva Demokratika.", "Dan ir-rapport ġie mgħoddi mal-ewwel lilkom il-Membri ta' dan il-Kumitat il-ġimgħa li għaddiet.", "F'dan l-istadju r-rapport għadu mhuwiex pubbliku u jistgħu jarawh biss il-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Issa kif tafu intom stess, wara laqgħa li konna għamilna way back fit-3 ta' April, 2019 fejn konna ddiskutejna numru ta' proposti mressqa minn Dr George Hyzler, li hu l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, konna għedna li la r-rapport ikun għadu mhuwiex pubbliku s-Sedja tkun trid tingħata kjarifika mingħandkom dwar jekk il-laqgħa nkompluhiex in camera jew le.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jien naħseb li l-Membri ta' dan il-Kumitat kollha qraw dan ir-rapport, u allura naħseb li kemm minħabba l-konklużjonijiet li wasal għalihom il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika f'dan ir-rapport kif ukoll minħabba li r-rapport fih innifsu jirrakkmanda li dan jiġi rilaxxat, aħna qed nipproponu li dan jiġi rilaxxat immedjatament u mbagħad inkomplu bil-proċedura darb'oħra.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Zammit Lewis.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, il-punt tal-Onor.", "Karol Aquilina jien fhimtu, però nixtieq li jiġi verbalizzat mill-Iskrivan tal-Kamra l-ħin preċiż li fih huwa rċieva dan ir-rapport.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA (Is-Sur Raymond Scicluna): Dan ir-rapport intbagħat lill-Uffiċċju tal-Ispeaker mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika nhar il-5 ta' Ottubru, 2020 fit-7.50 p.m.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, dak li qed jgħid l-Onor.", "Aquilina huwa argument totalment differenti mis-sitwazzjoni li għandna quddiemna llum.", "Hawnhekk illum għandna sitwazzjoni pjuttost sui generis fis-sens li fil-mument li ġie rilaxxat ir-rapport il-persuna li hija s-suġġett ta' din l-indaġini; Dr Joseph Muscat, ma ma kinitx għadha taqa' fil-parametri tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "Biex wieħed jikkonferma dak li qed ngħid huwa biżżejjed li wieħed jara artikli 2 u 3 tal-istess Kap. Tant hu hekk li Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, qagħad attent ukoll - u jien ngħid li għamel sew - li fl-istess rapport meta tkellem fuq żewġ persuni li huma funzjonarji tal-MTA; fuq Mr Johann Buttigieg u Dr Gavin Gulia, huwa qal li għalkemm huwa ra x'kien l-aġir tagħhom, ma jistax jikkummenta dwar tali aġir.", "Għaliex?", "Għax dawn iż-żewġ persuni ma jaqgħux fil-parametri ta' Kap. 570.", "Għalhekk apparti mill-kwestjoni li qajjem l-Onor.", "Aquilina u li rridu niddiskutuha wkoll … Għax illum kollox huwa pubbliku u, ngħidu x'ngħidu, dan ir-rapport xorta se jispiċċa jkun pubbliku.", "L-ISPEAKER: Irrid ngħid li l-Perit Carmel Cacopardo diġà talabhuli.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Il-Perit Carmel Cacopardo huwa dak li qajjem l-ilment quddiem l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubbika dwar l-allegat abbuż ta' poter fil-ħatra tal-eks Ministru Konrad Mizzi mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ta' Malta (MTA), jiġifieri naħseb li għandu dritt għalih.", "L-ISPEAKER: Fil-fatt il-Perit Cacopardo ċempilli dakinhar stess.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Tajjeb ngħid li r-riżenja ta' Dr Joseph Muscat ukoll saret fil-5 ta' Ottubru 2020, jiġifieri fl-istess jum li ġie rilaxxat ir-rapport, però żgur li huwa rriżenja qabel it-7.50 p.m. Fil-fatt dakinhar jien kont preżenti fil-Kamra fuq xogħol ta' liġijiet li ngħaddi fuq bażi regolari u jidhirli li Dr Joseph Muscat ta r-riżenja tiegħu għall-ħabta tas-6.55 pm għax imbagħad niftakar li kien għamel l-intervent tiegħu s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Parnis, li kien tana l-Aġġornament.", "KAROL AQUILINA: .. li tana aktar minn 90 sekonda.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għalfejn 90 sekonda?", "KAROL AQUILINA: Għax ma qabiżx id-90 sekonda!", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri hawnhekk l-Onor.", "Aquilina qed jikkonferma li sat-7.50 pm Dr Joseph Muscat kien diġà rriżenja!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dan huwa punt teoritiku, jiġifieri hawnhekk jien se nkun ċar li din qed ngħidha biss fir-rigward tas-sanzjonijiet.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Karol Aquilina, ir-rapport hu li hu u l-argument li rridu niddiskutu huwa jekk naddottawx ir-rapport jew le.", "Però li m'għandhomx japplikaw sanzjonijiet fuq il-persuna li ġiet investigata naħseb li huwa ...", "L-ISPEAKER: Naħseb inti qed tagħmel referenza għal artiklu 28 ta' Kap. 570, hux hekk?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hekk hu.", "Biex inkun eżatt, qed nirreferi għal artikli 27 u 28 ta' Kap. 570.", "L-ISPEAKER: Imma quddiemna għandna żewġ talbiet; l-ewwel nett jekk nagħmlux irrapport talKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika (Rapport K/022) pubbliku u ngħaddu kopja tiegħu lill-Perit Carmel Cacopardo immedjatament, ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Aħna qegħdin on air?", "L-ISPEAKER: Mela, qegħdin on air s'issa għax intom m'għidtulix jekk tridux li mmorru in camera jew le.", "KAROL AQULINA: Għalfejn immorru in camera?", "L-ISPEAKER: Jien qiegħed biss nistaqsi, kif nagħmel dejjem.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: M'għandniex għalfejn.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Mela nistgħu nkomplu.", "Imma jien qed nistaqsikom minħabba li kif għedt diġà, f'laqgħa li konna għamilna f'April 2019 konna għedna li sakemm rapport ma jkunx pubbliku, intom tridu tiddeċiedu jekk il-laqgħa tkunx in camera jew le.", "KAROL AQUILINA: Però għadna ma dħalniex fil-mertu tar-rapport.", "L-ISPEAKER: Le, le, hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, inti rreferejt għal żewġ talbiet; l-ewwel talba sabiex dan ir-rapport ikun pubbliku u mbagħad kien hemm talba oħra.", "X'inhi din it-talba jekk jogħġbok?", "L-ISPEAKER: It-tieni talba hi rigward l-eċċezzjoni ...", "KAROL AQUILINA: Però dik mhijiex talba.", "L-ISPEAKER: Le, f'dan il-każ qed tintalab direzzjoni.", "KAROL AQUILINA: Issa wieħed jara.", "Jien ma naqbilx, imma ...", "L-ISPEAKER: Aħna għalhekk qegħdin hawn; biex naraw it-talbiet ta' kulħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien ngħid li issa l-proċess huwa eżawrit ...", "KAROL AQUILINA: Ma naħsibx li l-liġi tgħid hekk, imma issa wieħed jara.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien m'iniex qed ngħid li l-liġi tgħid hekk.", "Il-liġi titkellem dwar Membri Parlamentari.", "KAROL AQUILINA: Mhux biss!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Inkella allura lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se nagħtuh il-poter li jekk tkun għaddejja persuna minn hawn barra jagħmel rapport fuqha wkoll!", "KAROL AQUILINA: Le, jien m'iniex qed ngħid hekk.", "Jien qed ngħid li l-liġi tagħmel distinzjoni bejn is-sanzjoni li għandha tingħata lil Membru Parlamentari meta l-Kummissarju jsib li dan kiser xi liġi, xi kodiċi ta' etika, eċċ. u s-sanzjoni li għandha tingħata lil persuna oħra li però taqa' taħt ir-reġim ta' din il-liġi.", "Jien dwar dan irrid niġbed l-attenzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: U din fejn qiegħda fil-liġi jekk jogħġbok?", "KAROL AQUILINA: F'artiklu 28 fejn hemmhekk insibu kategoriji differenti ta' sanzjonijiet.", "Issa l-argument tal-Ministru huwa li ġaladarba l-eks Deputat Dr Joseph Muscat ma baqax Membru Parlamentari, l-effetti ta' din il-liġi fil-konfront tiegħu m'għadhomx fis-seħħ.", "Jien naħseb li huwa eżattament l-oppost għax ġaladarba inti għamilt xi ħaġa partikolari fiż-żmien li kont Deputat, Membru Parlamentari, f'Segretarjat, eċċ, din il-liġi tibqa' tapplika għalik minkejja li tkun irriżenjajt għax aħna hawnhekk qed nitkellmu dwar fatt li inti għamiltu waqt li kont għadek Membru Parlamentari.", "Huwa minn dan il-lat li jien qed ngħid li din il-liġi tibqa' tapplika għalik, aktar u aktar f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm konklużjonijiet li jirreferu għal ksur ta' liġi.", "F'każ ta' ksur ta' kodiċi ta' etika b'xi mod wieħed jista' jħares lejha b'mod ftit differenti, imma fir-rigward ta' ksur ta' liġi l-kwestjoni hija differenti ħafna.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li għandna nikkonkludu din il-kwestjoni issa, imma trid issir diskussjoni ċara dwarha għax naħseb li l-ispirtu tal-liġi huwa ferm differenti minn dak li qed isemmi l-Ministru.", "Naturalment jien soġġett għal dibattitu bejnietna wkoll.", "GLENN BEDINGFIELD: Artiklu 28 jagħmel referenza biss għall-Membri tal-Kamra.", "KAROL AQUILINA: Dan ma jfissirx li jekk inti tispiċċa minn Deputat Parlamentari u tkun wettaqt każ waqt li kont Membru Parlamentari ma jistax ikun hemm sanzjonijiet fil-konfront tiegħek.", "Uħud mis-sanzjonijiet ma jistgħux jiġu applikati jekk inti ma tkunx għadek Membru tal-Kamra, però mbagħad hemm sanzjonijiet u konsegwenzi oħra li xorta jistgħu jiġu applikati.", "Nispera li l-Onor.", "Bedingfield mhux qed jgħid jew jissuġġerixxi li jekk inti tkun għamilt xi ħaġa illegali waqt li kont Membru Parlamentari u mbagħad tirriżenja, f'dak il-każ dan ifisser li ...!", "GLENN BEDINGFIELD: Le, m'iniex qed ngħid hekk, anzi hawnhekk irrid infakkrek li konna aħna li neħħejna l-preskrizzjoni minn fuq l-atti ta' korruzzjoni!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien m'iniex qed ngħid hekk lanqas, u fil-fatt għalhekk qgħadt attent jien u nispjega dak li rrid ngħid.", "Jien qed nirriferi għal dawk il-każijiet li ma jaqgħux fil-mansjoni tal-parametri ta' Kap. 570, jiġifieri jekk wieħed ikun għamel xi ħaġa li tant hi illegali li għandu jintbagħat il-file lill-Kummissarju tal-Pulizija, f'dak il-każ l-argument tiegħi ma japplikax.", "Li qed ngħid jien huwa li jekk fil-parametri ta' Kap. 570 - jiġifieri fil-mansjonijiet tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika li aħna bħala Kumitat qed nissorveljaw - hemm dawk is-sitwazzjonijiet, dik imbagħad ħaġa oħra.", "KAROL AQUILINA: Jien li nissuġġerixxi huwa li dan il-Kumitat jaqbel li r-rapport jiġi ppubblikat minnufih, anke jekk hemm bżonn ngħidu lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jkun preżenti f'laqgħa ta' dan il-Kumitat li se ssir fil-viċin biex nisimgħu dak li għandu xi jgħid, inkluż dwar dan il-punt, għax wara kollox ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Aħna m'aħniex qed nadottaw dan ir-rapport daqslikieku kien tagħna.", "KAROL AQUILINA: Le, le, jien mhux fuq l-addozzjoni qed nitkellem!", "L-ISPEAKER: Ovvjament biex ir-rapport jiġi addottat, irid ikun hemm ftehim mill-Membri kollha.", "Jekk le, allura nkunu rridu naraw kif se nimxu.", "F'dan l-istadju naqblu li r-rapport għandu jiġi ppubblikat?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien ma nsibx problema li jiġi ppubblikat, però naħseb aktar jagħmel sens li nippubblikawh wara li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jkun preżenti f'waħda mil-laqgħat ta' dan il-Kumitat ħalli jkun hemm id-depożizzjoni tiegħu.", "L-ISPEAKER: Għallinqas naqblu li nibagħtu kopja ta' dan ir-rapport lill-Perit Carmel Cacopardo ġaladarba huwa l-complainant?", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk m'aħniex se nippubblikawh online imbagħad ikun jista' jippubblikah hu.", "L-ISPEAKER: Jien qiegħed sempliċement nistaqsi.", "KAROL AQUILINA: Fl-aħħar sentenza tal-istess rapport il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed jirrakkmanda li l-Kumitat għandu jirrilaxxa r-rapport fl-iqsar żmien prattikabbli fl-interess tat-trasparenza.", "Issa bil-frażi \"fl-interess tat-trasparenza\" hu żgur mhuwiex qed jirreferi biss għall-persuna li għamlet l-ilment u għall-persuna li sar l-ilment kontra tagħha imma għall-pubbliku inġenerali.", "L-ISPEAKER: Fil-fatt jien laqqajt lill-Kumitat f'inqas minn ġimgħa minn mindu ħareġ ir-rapport.", "KAROL AQUILINA: Diġà kellna laqgħa skedata, jiġifieri antiċipajnieha.", "L-ISPEAKER: Le, imma anke li kieku ma kellniex laqgħa skedata għax dak huwa l-karattru tiegħi.", "Fil-fatt jien qiegħed on record li ma tantx naħli ħin.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jien inkwetat fuq l-ispekulazzjoni dwar dan ir-rapport.", "Naħseb li l-fatt li dan ir-rapport jiġi ppubblikat immedjatament ma jagħmel ebda ħsara ta' xejn u mhux se jbiddel l-eżitu tal-affarijiet.", "Se jkun qiegħed barra għad-diskussjoni; se jkun hemm min jaqbel miegħu u min le, però m'għandniex nittrattjenuh aktar għax inkella l-pressjoni se tkompli tiżdied filwaqt li se tingħata l-impressjoni li ż-żewġ naħat tal-Kamra ma jridux li dan ir-rapport jiġi ppubblikat.", "Fl-opinjoni tiegħi ma jagħmilx sens li nibqgħu nżommu lil dan ir-rapport milli jiġi ppubblikat għax finalment dan xi darba jew oħra xorta se jiġi ppubblikat, u allura aħjar jiġi ppubblikat mal-ewwel ħalli jkun qiegħed hemm barra għal min irid jara l-affarijiet.", "Huwa tajjeb li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jiġi jagħti l-ispjegazzjonijiet tiegħu hawnhekk u jsirulu d-domandi li għandhom isirulu għax bħalma qal tajjeb l-Onor.", "Aquilina, altru qed nitkellmu fuq il-kontenut tar-rapport u altru qed nitkellmu fuq il-pożizzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika fil-konfront ta' Dr Joseph Muscat kif ukoll tal-Onor.", "Konrad Mizzi, għax dawn iż-żewġ persuni t-tnejn huma involuti f'dan il-każ.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Skużani jekk se ninterrompik, Onor. Mifsud Bonnici, imma minn kif fhimt ir-rapport jien l-applikazzjoni tal-artikli 27 u 28 huma diretti biss fil-konfront ta' Dr Joseph Muscat.", "Fil-fatt jien għalhekk semmejt lilu biss.", "KAROL AQUILINA: Il-konklużjoni hija dwar Dr Joseph Muscat, però dan ma jfissirx li f'affarijiet oħra … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jien se nagħmel referenza għal dak li konna tkellimna u ddeċidejna fuqu f'April 2019 biex inkunu ċari.", "Dakinhar konna ddeċidejna li fil-każ tal-ewwel xenarju; jiġifieri fejn ikun hemm sejbien prima facie ta' aġir li jmur kontra l-Att, fil-każ tat-tielet xenarju; jiġifieri fejn ikun hemm sejbien prima facie ta' reat kriminali jew att ta' korruzzjoni - li għad irridu naraw huwiex il-każ - u fil-każ tal-ħames xenarju; jiġifieri fejn ma tinstab l-ebda bażi fuq xiex jinfetaħ każ għal investigazzjoni, il-Kummissarju m'għandux jippubblika r-rapporti tiegħu.", "Fil-każ tat-tieni xenarju; jiġifieri fejn ikun hemm sejbien prima facie ta' aġir li jmur kontra lAtt iżda mhux ta' natura gravi, hemmhekk ma ntlaħaqx ftehim dwar il-pubblikazzjoni tar-rapporti u għaldaqstant id-diskussjoni dwar dan il-punt qatt ma ġiet konkluża.", "Fil-każ tar-raba' xenarju; jiġifieri fejn ma jinstab ebda nuqqas ta' ebda tip wara investigazzjoni, hemmhekk iddeċidejna li l-Kummissarju għandu jippubblika r-rapport fuq is-sit elettroniku tal-uffiċċju tiegħu hekk kif jikkonkludi l-investigazzjoni.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk qed infakkar x'konna ddeċidejna f'April li għadda.", "L-ISPEAKER: Jien naħseb li f'dan l-istadju għandna niftiehmu li jiġi l-Kummissarju hawnhekk.", "U fil-każ ma niħdux il-vot.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jidhirli li issa dan ir-rapport ilu għandna minn bħal-lum ġimgħa, u għalhekk naħseb li ma nistgħux nittrattjenu aktar.", "L-ISPEAKER: Għalija nistgħu niltaqgħu anke għada!", "KAROL AQUILINA: Jien naħseb li jkun ġust ma' kulħadd jekk ir-rapport jiġi ppubblikat mal-ewwel ...", "KAROL AQUILINA: … u min-naħa tiegħu l-Kummissarju jiġi hawn u jagħti l-ispjegazzjonijiet tiegħu.", "Irridu nqajmu wkoll il-punt li semma l-Ministru.", "Imbagħad inkunu nistgħu nipproċedu minn hemmhekk.", "Però naħseb li għandna obbligu lejn in-nies hemm barra kif ukoll lejn min għamel l-ilment u lejn min sofra l-ilment li jkun informat b'dan kollu u mhux nibqgħu għaddejjin b'ħafna spekulazzjonijiet, li frankament ma jwasslu għal imkien.", "Aħna hawn qed nitkellmu fuq il-fatti li hemm fir-rapport.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Nistgħu niftiehmu ġurnata matul din il-ġimgħa stess, jekk jogħġobkom?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed naqblu li r-rapport jiġi ppubblikat u nagħmlu seduta mal-ewwel.", "L-ISPEAKER: Le, mhux ippubblikatj.", "Jekk se nimxu ma' dak li ddeċidejna, il-pubblikazzjoni mhux se ssir issa.", "KAROL AQUILINA: Jien nissuġġerixxi li f'dan il-każ partikolari l-pubblikazzjoni għandha ssir mal-ewwel.", "L-ISPEAKER: Imma mbagħad inkunu qed immorru kontra l-guidelines ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nistgħu nagħmluha din il-ġimgħa stess, bħal pereżempju nhar l-Erbgħa.", "L-ISPEAKER: Anke għada jekk tridu, però mis-2.00 p.m. sat-3.00 p.m. se jkolli laqgħa mal-Ministru tal-Albanija.", "L-ISPEAKER: Mela nagħmluha nhar l-Erbgħa jew inkella għada filgħodu.", "GLENN BEDINGFIELD: Għada filgħodu għandna l-Kabinett.", "KAROL AQUILINA: Se jkollna ninsistu dwarha din.", "Issa jekk m'hemmx qbil imbagħad wieħed jara.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna qed ngħidu li minflok ma r-rapport jiġi ppubblikat illum nisimgħu lil Dr Hyzler ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ovvjament aħna rridu nkunu dejjem favur il-pubblikazzjoni, u dan mhux biss f'dan il-każ imma f'ħafna affarijiet oħra.", "Li għandna nagħmlu huwa li nassumu li l-affarijiet se jkunu ppubblikati għax hekk għandu jkun, però naħseb li jkun aktar ġust li nippubblikaw ir-rapport wara li jiġi Dr Hyzler hawnhekk u forsi jkun hemm ix-xhieda tiegħu ħalli mbagħad nippubblikaw kollox f'daqqa u mhux pezzi bukkuni.", "Hekk jew hekk m'hawnx daqstant għatx għal dan ir-rapport li Malta ma tiflaħx tissaporti sa nhar il-Erbgħa biex tarah!", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dr Hyzler ikun jista' jiġi?", "L-ISPEAKER: Fil-każ inċempillu issa stess.", "KAROL AQUILINA: Normalment ikun disponibbli ħafna.", "L-ISPEAKER: Hekk hu.", "Normalment huwa jkun disponibbli.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għalija jekk nagħmluha l-Erbgħa … Ara jekk se nagħmluha xahar ieħor I tend to agree with him ħalli nkun ċar!", "KAROL AQUILINA: Jien naħseb li se nkunu qed nagħtu impressjoni ħażina ħafna ta' dan il-Kumitat jekk ma nippubblikawx ir-rapport.", "GLENN BEDINGFIELD: Għall-kuntrarju, jien naħseb li, jekk xejn, qed nimxu mal-proċedura li kienet adottata mill-istess Kumitat u allura jekk nippubblikawh ma nkunux konsistenti!", "Kieku qed niftiehmu għal xahar ieħor jew inkella għal tliet xhur oħra nifhimha, imma aħna qed niftiehmu għal bejn illum u nhar il-Erbgħa.", "KAROL AQUILINA: Allura jekk bejn illum u nhar il-Erbgħa ma tagħmilx differenza, nagħmluha llum!", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk nagħmluha llum ma nkunux konsistenti mal-proċedura li adottajna.", "Dan huwa l-punt kollu!", "KAROL AQUILINA: Kif għedt diġà, dan huwa proċess li ma jolqotx biss lil dan il-Kumitat imma hemm interess pubbliku wkoll fin-nofs.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mhux ovvja?!", "KAROL AQUILINA: Jien qed ngħid li l-interess pubbliku jiġi servut aħjar jekk ir-rapport jiġi ppubblikat illum minflok nhar il-Erbgħa.", "Naħseb li n-nies għandhom dritt ikunu jafu x'kienu l-konklużjonijiet tal-Kummissarju kif ukoll x'inhuma l-fatti.", "KAROL AQUILINA: Naħseb li aħjar nagħmluha llum milli nagħmluha nhar l-Erbgħa.", "Naħseb li m'hawn ħadd madwar din il-mejda li ma jridx li n-nies ikunu jafu x'ġara u ma ġarax!", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna konna qed ngħidu li fir-rispett ta' dak li kien adottat minn dan il-Kumitat ...", "KAROL AQUILINA: Issa jien qed niġbed l-attenzjoni li għandna … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jien għamilt referenza għall-guidelines għar-raġuni li konna qbilna fuqhom għax jekk, pereżempju, wara li nagħmlu d-domandi neċessarji lill-Kummissarju jirriżulta li l-Każ K/022 ma jaqax taħt wieħed mill-parametri li semmejt, jista' jkun li r-rapport jiġi skartat.", "M'iniex qed ngħid li se jiġri hekk, imma rridu nagħtu l-benefiċċju tad-dubju.", "GLENN BEDINGFIELD: Eżatt.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Le, għax jekk isiru domandi lill-Kummissarju u wara l-Kumitat jaqbel li hemm ċerti affarijiet li minħabba fihom wieħed jista' jargumenta li dan ir-rapport mhuwiex konklużiv biżżejjed jew jibagħtu lura, eċċ, f'dak il-każ ma tkunx tista' ssir pubblikazzjoni tiegħu.", "KAROL AQUILINA: Imma diġà għandek il-konklużjoni.", "L-ISPEAKER: Jien m'iniex qed ngħid li … (Interruzzjonijiet) Onor. Aquilina, jien qed ngħid dan biex inkun preċiż.", "(Interruzzjonijiet)", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Aħna ma nistgħux inċemplulu lill-Kummissarju?", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Ministru.", "Hawnhekk għandi l-Minuti approvati tal-laqgħat li saru f'Marzu u April 2019 fejn konna qbilna li ssir il-pubblikazzjoni tar-rapport f'xenarju fejn ikun hemm sejbien prima facie ta' aġir li jmur kontra lAtt, iżda mhux ta' natura gravi.", "Aquilina għadu jinsisti li r-rapport jiġi ppubblikat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nistgħu nċemplu lill-Kummissarju issa.", "Naraw il-ħin li jkun konvenjenti għalih u għall-kollegi tiegħi ...", "L-ISPEAKER: Ħalli nikkomunikaw miegħu.", "L-ISPEAKER: Tajjeb jiġi rreġistrat li l-Onor.", "Karol Aquilina talab li l-Kumitat jikkonsidra li r-rapport jiġi ppubblikat minnufih.", "Is-Sedja għamlet referenza għall-Minuti u l-guidelines li l-Kumitat kien qabel fuqhom fil-laqgħa li saret f'Marzu/April tas-sena l-oħra.", "Għaldaqstant hawn qbil li l-laqgħa fuq dan ir-rapport titkompla nhar il-Erbgħa fis-2.30 p.m. fejn se jkun hawn preżenti wkoll il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Dr George Hyzler biex iwieġeb għal kull kumment u domanda li tista' ssirlu mill-Membri kollha ta' dan il-Kumitat.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Jekk din il-laqgħa tal-Kumitat tkunx in camera tiddeċiedu dakinhar?", "L-ISPEAKER: Imbagħad niddeċiedu dakinhar.", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx aktar rimarki, nistgħu naġġornaw għal nhar il-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020 fis-2.30 p.m. meta jkun preżenti lKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika sabiex jagħmel preżentazzjoni dwar irrapport tiegħu dwar ilKaż K/022.", "Fit3.04 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20201012_012d_sta.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "LAQGĦA NRU 12", "ItTnejn, 12 ta' Ottubru 2020", "IlKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fis2.37 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallĠustizzja, lUgwaljanza u lGovernanza, lOnor.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 11 tal14 ta' Settembru 2020 ġew ikkonfermati.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILLKUMMISSARJU GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA (KAŻ K/022)", "LIspeaker informa lillKumitat li llaqgħa ssejħet biex skont lartikolu 27 talAtt dwar lIstandards filĦajja Pubblika ilKumitat jikkonsidra u jiddeċiedi dwar jekk jadottax ilkonklużjonijiet u rrakkomandazzjonijiet tarrapport talKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika (Rapport K/022) li ġie mgħoddi lillMembri talKumitat nhar itTnejn, 5 ta' Ottubru 2020.", "Fuq talba talOnor.", "Edward Zammit Lewis, lIskrivan talKamra informa lill-Kumitat illi rrapport kien intbagħat lill-Uffiċċju tal-Ispeaker millUffiċċju talKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika, nhar itTnejn, 5 ta' Ottubru 2020 fit7.50 p.m. L-Onor.", "Zammit Lewis argumenta li ġaladarba meta ntbagħat ir-rapport Dr Joseph Muscat ma kienx għadu Membru tal-Kamra is-sanzjonijiet kontemplati fl-Att dwar il-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubbliku m'humiex applikabbli.", "In-naħa tal-Oppożizzjoni irreġistrat nuqqas ta' qbil ma' din il-pożizzjoni.", "Karol Aquilina u l-Onor Carmelo Mifsud Bonnici rrimarkaw li lfehma talOppożizzjoni kienet illi r-rapport għandu jkun ippubblikat b'mod immedjat.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield sostnew li r-rapport ma għandux ikun ippubblikat qabel ma ssir il-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "LIspeaker fakkar lill-Membri tal-Kumitat illi skont kif maqbul millistess Kumitat fillaqgħa numru 3 tiegħu tat3 ta' April 2019 waqt diskussjoni fuq memorandum ippreparat mill-Kummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika, meta l-Kummissarju jsib prima facie aġir kontra lAtt dwar lIstandards filĦajja Pubblika, 'ilKummissarju għandu jibgħat irrapport lillKumitat dwar lIstandards filĦajja Pubblika u jinforma b'dan lil min qajjem lilment u lillpersuna li tqajjem lilment dwarha.", "IlKumitat imbagħad jiddeċiedi hu meta għandu jirrilaxxa rrapport'.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat ukoll li fil-laqgħa numru 6 tas-26 ta' Lulju 2019, il-Kumitat kien qabel li għandhom jiġu pubblikati rapporti li jaqgħu taħt it-tieni xenarju tal-memorandum tal-Kummissarju li jirrigwarda sejbien prima facie ta' aġir li jmur kontra l-Att dwar l-Instandards fil-Ħajja Pubblika li iżda ma jkunx meqjus ta' natura gravi.", "Wara diskussjoni lKumitat qabel li rrapport dwar ilKaż K/022 għandu jerġa' jiġi trattat mill-Kumitat millaktar fis possibbli fejn ikun jista' jiġi mistieden ilKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika.", "Fit3.04 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar lErbgħa, 14 ta' Ottubru 2020 fis2.30 p.m għal liema laqgħa għandu jkun preżenti lKumissarju għallIstandards filĦajja Pubblika sabiex jagħmel preżentazzjoni dwar irrapport tiegħu dwar ilKaż K/022.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20201012_012m_sta.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 13", "It-Tlieta, 13 ta' Ottubru, 2020 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Justyne Caruana, President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar It-Tlieta, 13 ta' Ottubru, 2020 fl-4:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "L-Impatt tal-COVID-19 f'Għawdex u t-triq 'il quddiem (kont.) u materja oħra li tikkonċerna s-settur tal-edukazzjoni; u", "Affarijiet oħra.", "8 ta' Ottubru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20201013_013a_gpc.docx"} {"text": ["GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 13", "It-Tlieta, 13 ta' Ottubru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "Laqgħa Nru 13", "It-Tlieta, 13 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12, li saret fis-16 ta' Settembru 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Justyne Caruana): Nilqa' lil dawk kollha li qegħdin isegwuna kemm online fuq is-sit elettroniku tal-Parlament ta' Malta, kif ukoll permezz tat-television channel tal-Parlament.", "Ninforma lill-mistednin ta' din il-laqgħa li dawn huma proċedimenti pubbliċi, u allura dak li jingħad huwa pubbliku, sakemm ovvjament ma tkunx ix-xewqa tal-persuna li tkun qed tintervjeni li dak li jkun se jingħad ma jkunx għall-konsum pubbliku.", "Ninforma lil dan il-Kumitat li t-traskrizzjoni tal-laqgħa tas-16 ta' Settembru 2020 ġiet mgħoddija lill-Prinċipal tal-Kulleġġ ta' Għawdex, Dr Denise Mifsud, sabiex id-diversi mistoqsijiet li ressaq dan il-Kumitat waqt it-tali laqgħa jiġu mgħoddija lill-uffiċjali kkonċernati.", "Dan il-Kumitat irċieva parti mill-informazzjoni mitluba.", "L-IMPATT TAL-COVID-19 FUQ GĦAWDEX U T-TRIQ 'IL QUDDIEM (KONT.)", "MATERJA OĦRA LI TIKKONĊERNA S-SETTUR TAL-EDUKAZZJONI", "IĊ-CHAIRPERSON: Ninforma lill-Kumitat li, wara l-laqgħa tas-16 ta' Settembru 2020, kien hemm kuntatt mas-Sur Oliver Scicluna, Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, fir-rigward tal-kwestjoni li ġiet diskussa matul il-laqgħa preċedenti dwar il-bżonn li jkun hemm grupp ta' LSE relievers ġewwa Għawdex.", "Is-Sur Scicluna ppropona li l-Kumitat jistieden lis-Sinjura Josanne Ghirxi, Direttur tan-National School Support Services u lis-Sinjura Catherine Falzon, Education Officer fin-National School Support Services, sabiex tiġi diskussa din il-kwestjoni.", "Għalhekk, dan il-kumitat ħa s-suġġeriment tas-Sur Scicluna u stieden lis-Sinjura Ghirxi u lis-Sinjura Falzon sabiex jagħtu preżentazzjoni f'din il-laqgħa.", "Però ġejna informati li bħalissa huma jinsabu għaddejjin b'diskussjonijiet mal-unions fir-rigward tal-LSEs u kien għaqli li jagħtu l-preżentazzjoni tagħhom wara li jiġu finalizzati tali diskussjonijiet.", "Però hekk kif ikun hemm eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet, huma se jiġu hawnhekk u jagħtuna l-informazzjoni opportuna.", "Illum se jkollna l-kontinwazzjoni tad-diskussjoni li konna bdejna f'Għawdex stess.", "Wieħed irid jirrimarka li konna ltqajna f'Għawdex u, matul dan is-sajf, il-Kumitat baqa' għaddej jaħdem.", "Għal-laqgħa tal-lum għandna preżenti lis-Sur Joseph Borg u lis-Sur Daniel Borg, President u CEO tal-Gozo Business Chamber (GBC) rispettivament, kif ukoll lis-Sur Joe Muscat, CEO tal-Gozo Tourism Association (GTA), li se jkun qiegħed jingħaqad magħna permezz ta' video conference.", "Illum se nkunu qegħdin niddiskutu l-preżentazzjonijiet li saru lil dan il-kumitat matul il-laqgħa li għaddiet, liema preżentazzjonijiet bgħatniehom ukoll lill-Budget Office biex jiġu kkonsidrati għall-Baġit 2021.", "Għalhekk, issa l-pass li jmiss hu li l-Kumitat ikun jista' jagħmel id-diskussjoni opportuna mal-mistednin li għandna preżenti magħna llum.", "Nixtieq nistieden l-ewwel lis-Sur Joseph Borg u lis-Sur Daniel Borg, ir-rappreżentanti tal-GBC, sabiex jindirizzaw lill-Kumitat, jew forsi jridu jżidu ma' dak li ġie diskuss matul l-aħħar laqgħa.", "Eventwalment, imbagħad se jkun hemm ukoll il-mistoqsijiet min-naħa tal-Membri biex b'hekk mhux biss inkunu qegħdin nagħtu l-possibilità tad-diskussjoni, imma eventwalment inkunu qegħdin ukoll ngħaddu r-rakkomandazzjonijiet tagħna f'dan ir-rigward.", "L-ewwel nett, nirringrazzja lis-Sur Joseph Borg u lis-Sur Daniel Borg talli llum jinsabu preżenti magħna hawnhekk.", "L-ewwel ħaġa li se nistaqsihom hija jekk jixtiqux jerġgħu jirrikapitolaw malajr malajr dak li kienu qalu meta konna għamilna l-laqgħa tal-Kumitat ġewwa Għawdex, jew forsi għandhomx xi ħaġa xi jżidu ma' dak li kienu qalu dakinhar.", "IS-SUR JOSEPH BORG (President tal-Gozo Business Chamber): L-ewwel ħaġa, nirringrazzjakom talli għal darb'oħra stedintuna biex inkunu preżenti hawnhekk magħkom bil-għan li nikkontribwixxu għall-ġid komuni tal-gżira tagħna.", "Matul l-aħħar laqgħa, is-Sur Daniel Borg, is-CEO tal-GBC, għamel preżentazzjoni ta' survey li dak iż-żmien konna għadna kemm għamilna mal-membri tagħna.", "Imbagħad wara aħna komplejna nlaħħmu dak is-survey bil-Budget proposals li se nkunu qed nippreżentaw lil dan il-kumitat aktar tard, jiġifieri fi ftit kliem il-Budget proposals tagħna jikkonsistu fil-preżentazzjoni li għamilna dakinhar u magħha żidna the actual Budget proposals.", "Bażikament, nistgħu ngħidu li l-Budget proposals li għamilna huma mibnija fuq erba' kolonni.", "L-ewwel nett, dawn il-Budget proposals huma mibnija fuq it-trasport u l-konnettività, żewġ oqsma li huma essenzjali u importanti għall-gżira tagħna.", "It-tieni nett, huma mibnija fuq l-infrastruttura pubblika, u hemmhekk b'mod partikolari semmejna tliet proġetti kbar li nixtiquhom jitwettqu kemm jista' jkun malajr fil-gżira tagħna.", "Fost l-oħrajn, semmejna l-proġett ta' sptar ġdid għal Għawdex, proġett li huwa ppjanat u li suppost diġà sar.", "Għalhekk, aħna nittamaw li dan il-proġett jitwettaq kemm jista' jkun malajr għax il-pandemija tal-COVID-19 urietna li għandna bżonn dan l-isptar, kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll għall-bżonn tal-gżira tagħna.", "Semmejna wkoll il-proġett ta' underground multi-storey car park fir-Rabat, li naħsbu mhuwiex importanti għar-Rabat biss, imma għal Għawdex kollu, u dan għal diversi raġunijiet.", "It-tielet proġett kbir li semmejna huwa dak tal-breakwater ta' Marsalforn.", "Imbagħad komplejna nitkellmu fuq iż-żewġ kolonni l-oħra li l-Budgetary proposals tagħna huma mibnija fuqhom.", "Ta' min jgħid li dawn mhux biss aħna qed nipproponuhom, imma anke l-Unjoni Ewropea, u dan bil-għan li jiddiversifikaw l-ekonomija Għawdxija.", "B'mod partikolari qed insemmu s-sostenibilità, u fil-fatt għandna diversi proposti dwar is-sostenibilità għal Għawdex.", "Imbagħad, l-aħħar kolonna tikkonsisti fl-iżvilupp u fl-establishment tas-settur diġitali f'Għawdex.", "Nitkellmu anke fuq diversi inizjattivi li għandhom jittieħdu biex id-digital hub, fejn iltqajna dakinhar, effettivament jiġi popolat u l-industrija diġitali fil-gżira tagħna tibda sseħħ.", "Bażikament, dawk huma l-Budgetary proposals tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: L-ewwel nett, nirringrazzja ħafna lis-Sur Joseph Borg u lis-Sur Daniel Borg talli reġgħu ngħaqdu magħna u talli għoġobhom ikomplu jispjegaw il-Budgetary proposals tagħhom.", "Jien li nixtieq nistaqsihom huwa proprju dan: Issa li pajjiżna ilu għaxar xhur maħkum mill-imxija tal-COVID-19, il-Budgetary proposals tagħhom qegħdin jindirizzaw din ir-realtà biex wieħed ikun jista' jattakkaha fl-immedjat, jew inkella dawn il-proposti qed iħarsu lil hinn mill-imxija tal-COVID-19 biex, jekk il-Bambin irid, ma jdumx ma jgħaddi kollox u nkunu nistgħu nibdew nippjanaw fi żminijiet ta' aktar normalità, biex ngħidu hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Daniel Borg.", "IS-SUR DANIEL BORG (Chief Executive Officer, Gozo Business Chamber): Bażikament, id-dokument li fih aħna qed nagħmlu l-Budgetary proposals tagħna jħares lejn żewġ fatturi.", "L-ewwel nett, qed iħares lejn l-immedjat, u fil-fatt kien għalhekk li aħna ħadna l-main proposals – li fost l-oħrajn huma l-COVID-19 wage supplement u inizjattivi maġġuri oħra li ħa l-Gvern – kif ukoll tlabna l-feedback tal-business community u għamilna survey.", "Imbagħad, abbażi ta' dak il-feedback aħna staqsejna lill-business community x'jaħsbu li kieku dawn il-miżuri kellhom jitwalu għall-futur minħabba s-sitwazzjoni preżenti, u hemmhekk indirizzajna l-immedjat għax ħafna negozji wrewna li hemm bżonn li dawn il-miżuri jiġu sostnuti matul ix-xhur li ġejjin biex ikomplu jkunu kapaċi jiffaċċjaw l-isfidi li qed iġġib magħha s-sitwazzjoni li ninsabu fiha.", "Fil-fatt, fid-dokument li qed nippreżentaw aħna għedna li l-Gvern għandu jagħti kas tal-analiżi u s-survey li għamilna meta jiġi biex jikkonsidra li jestendi l-miżuri tiegħu.", "Imbagħad, id-dokument li fih aħna qegħdin nagħmlu l-Budgetary proposals tagħna qed iħares ukoll long term, għax il-pandemija tal-COVID-19 urietna li l-ekonomija Għawdxija għandha problemi inerenti li qed idgħajfuha.", "Għalhekk aħna qbadna l-aktar problemi li nħossu li għandhom jiġu solvuti b'mod urġenti, u dawn tkellimna fuqhom.", "Din il-pandemija wrietna wkoll li ma nistgħux nibqgħu naħsbu kif konna qed naħsbu qabel, u ċjoè li l-ekonomija tagħna tiddependi wisq fuq it-turiżmu.", "M'hemmx xi ngħidu li s-settur tat-turiżmu ħoloq ħafna ġid għal pajjiżna; imma pajjiżna huwa dipendenti wisq fuq dan is-settur.", "Biżżejjed ngħid li 'l fuq minn 50% tal-ekonomija u madwar 20% tal-impjiegi diretti u indiretti tagħna jiddependu fuq is-settur tat-turiżmu.", "Għalhekk, b'dak li ġara matul dawn l-aħħar xhur din l-industrija sofriet ħafna u d-dipendenza żejda tagħna fuq din l-industrija ġiegħlet lil Għawdex isofri wkoll.", "Mil-lat pożittiv, dan is-sajf id-domestic tourism għenna nkomplu għaddejjin, imma din mhijiex sitwazzjoni li tista' tkompli ssostni ruħha.", "Aħna rridu naraw lil hinn minn hekk, u huwa għalhekk li l-proposti tagħna qed jikkonċentraw fuq dawk l-erba' oqsma li semma l-kollega tiegħi s-Sur Joseph Borg.", "Aħna għażilna oqsma li nistgħu naħdmu aktar fuqhom.", "Pereżempju, fost l-oħrajn aħna għażilna s-settur diġitali minħabba l-fatt li diġà għandna l-infrastruttura in place – diġà għandna l-Gozo Innovation Hub u s-second fibre optic cable, jiġifieri issa jonqos biss il-pass li jmiss.", "Aħna qed naraw li Għawdex jista' jkun hu li juri t-triq 'il quddiem u li fil-futur iġib anke industriji f'dan il-qasam, naturalment dejjem b'mod sostenibbli.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dik li hi konnettività.", "Aħna bħala Kamra dejjem emminna f'dan il-qasam, u għalhekk qed ngħidu li l-proġetti relatati mal-konnettività għandhom ikomplu biex 'il quddiem ikunu jistgħu jagħtuna s-serħan tal-moħħ li l-ekonomija tagħna tista' tibqa' fuq saqajha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Filwaqt li nirringrazzja lis-Sur Daniel Borg tar-risposta tiegħu, nixtieq nistaqsih biss mistoqsija oħra fuq dak li għadu kemm qal.", "Meta l-GBC ikkonsidrat il-proposti tagħha, hija kkonsidrathom f'xenarju fejn is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija tal-COVID-19 se tibqa' magħna fit-tul, jew inkella kkonsidrathom fl-eventwalità li dan ix-xenarju jgħaddi u allura, biex ngħidu hekk, nerġgħu lura għan-normalità l-antika?", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Daniel Borg.", "IS-SUR DANIEL BORG: Wara li qisna l-problemi eżistenti, aħna kkonsidrajna l-proposti tagħna anke f'xenarju long-term.", "Jekk il-problemi jiġu mgħottija, wara ċertu żmien dawn il-problemi xorta se jerġgħu joħorġu u jkomplu jikbru, kemm bis-sitwazzjoni tal-COVID-19, kif ukoll b'fatturi oħra, u allura aħna emminna li għandna nħarsu long term ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Joseph Borg.", "IS-SUR JOSEPH BORG: Aħna qed inħarsu lejn ix-short term fis-sens li jekk is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 tibqa' ttul, l-għajnuniet li qed jagħti l-Gvern iridu jtulu wkoll.", "Eventwalment nittamaw li din is-sitwazzjoni ma ttulx, li ma jibqax ikun hemm bżonn aktar l-għajnuniet tal-Gvern u li l-ekonomija tkun tista' tkompli tiġġenera ruħha kif kienet diġà qed tagħmel qabel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: Le) Mela, la m'hawnx aktar rimarki, nitlob lis-Sur Joseph Borg u lis-Sur Daniel Borg biex jippreżentaw lill-Kumitat id-dokument imsemmi.", "IS-SUR JOSEPH BORG: Jien, flimkien mal-kollega tiegħi s-Sur Daniel Borg, f'isem il-Gozo Business Chamber, nippreżentaw lill-Kumitat:", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien, min-naħa tiegħi, li nista' nassigura hu li, bħalma għamilna fil-laqgħat preċedenti, se nkunu qegħdin ngħaddu dan id-dokument lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji biex il-proposti li fih ikunu jistgħu jiġu kkonsidrati wkoll.", "Dawk id-dokumenti li intom tajtuna fl-aħħar laqgħa diġà għaddejniehom u naf li rawhom, u ovvjament aktar ma nibagħtu malajr dan id-dokument li intom ippreżentajtu lil dan il-kumitat illum aktar aħjar.", "Aħna hawnhekk għandna l-hard copy.", "Ma nafx jekk bgħattux soft copy lill-Clerk ta' dan il-kumitat ħalli nkunu nistgħu nibagħtuha lill-Ministeru.", "IS-SUR DANIEL BORG: Mela issa nibagħtu soft copy lill-Clerk.", "Nixtieq biss nagħmel sottomissjoni qasira, jekk ma jimpurtax.", "F'dan id-dokument qed insemmu wkoll ir-raġunijiet li għalihom qed nagħmlu dawn il-proposti, jiġifieri m'aħniex sempliċement qed nitfgħu l-proposti fih, imma għamilna wkoll analiżi ekonomika biex nuru għaliex nixtiequ naraw li dawk il-proposti jitwettqu.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Aħna nittamaw li 'l quddiem tkomplu tiddiskutu magħna għax ovvjament l-informazzjoni li tagħtuna intom tkun ġejja direttament min-nies involuti fin-negozju, u allura ntom tkunu qed twasslulna d-diffikultajiet li qed jgħixu huma ta' kuljum, filwaqt li aħna min-naħa tagħna nkunu nistgħu ninkorporawhom fid-dokumenti u fir-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "Nirringrazzjakom.", "Issa nixtieq nistieden fostna lis-Sur Joe Muscat, li huwa Chief Executive Officer tal-Gozo Tourism Association (GTA) u li ngħaqad magħna permezz ta' video conference.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insellmulek aħna wkoll, filwaqt li nirringrazzjawk talli erġajt ingħaqadt magħna.", "Se nibda billi anke lilek nistaqsik tixtieqx tirrikapitola malajr dak li kont għedtilna matul l-aħħar laqgħa, anke għall-benefiċċju ta' dawk li qegħdin isegwuna llum u li forsi ma segwewx il-laqgħa li għaddiet.", "Nixtieq nistaqsik ukoll jekk għandekx xi update li tixtieq tinforma lill-Kumitat dwarha.", "Matul l-aħħar laqgħa li kellna, aħna għamilna preżentazzjoni dwar is-sitwazzjoni li kienet qed tiżviluppa fis-settur turistiku Għawdxi bl-effetti tal-pandemija, skont kif ġiet irrapportata lilna b'mod ċar ħafna mill-membri tagħna sal-aħħar ta' Awwissu.", "Però qabel tajna stampa ta' kif kienet is-sitwazzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin minn Jannar sa Ġunju, dejjem skont figuri li ġew maħruġa min-National Statistics Office (NSO).", "Fil-fatt, minn dawn il-figuri kien ħareġ ċar li fl-2020 in-numri diġà kienu neżlin tant li n-numri li kellna fl-2019 kienu inqas minn dawk tal-2018.", "Għalhekk, kemm bit-tnaqqis li kellna fl-2019 meta kkomparat mal-2018, kif ukoll bil-pandemija li affettwat lis-settur turistiku matul dawn l-aħħar xhur urejna li s-sitwazzjoni tista' tkun aktar akuta milli wieħed qiegħed jaħseb.", "Madanakollu, tajjeb ngħidu hawnhekk li l-miżuri li introduċa l-Gvern matul ix-xhur li għaddew biex itaffu l-effetti tal-pandemija ħallew riżultati pożittivi fuq is-settur turistiku Għawdxi.", "Infatti, wara l-preżentazzjoni li għamilna aħna, kellna żjara mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, l-Onor.", "Silvio Schembri, u meta dorna l-istabbilimenti tax-Xlendi, dawn kollha wrewna l-effett pożittiv li ħallew il-€100 vouchers li ħareġ il-Gvern fuq l-istabbilimenti Għawdxin.", "Biżżejjed infakkar li 207,000 voucher ġew imsarrfa fl-istabbilimenti Għawdxin, li more or less ifissru ripple effect ta' €5 miljun fl-ekonomija Għawdxija.", "Minn hawnhekk, bħala Assoċjazzjoni rridu ngħidu u nsaħħu l-argument tagħna li ma naqblux ma' dak li ġie rrapportat minn entitajiet oħra biex, minflok ma noħorġu l-vouchers għall-konsum tagħna bħala Maltin u Għawdxin fl-istabbilimenti tagħna, nagħtuhom lil-linja nazzjonali tal-ajru biex inġibu t-turisti hawnhekk bi prezz ridott jew inkella b'xejn.", "Aħna bħala Assoċjazzjoni issa għandna figuri f'idejna li qed juruna biċ-ċar li dawn il-vouchers mhux biss għenu lil min kien qiegħed isarrafhom minħabba li seta' jonfoqhom f'lukandi, f'ristoranti u fi ħwienet oħra, imma għenu anke lill-istabbilimenti tagħna jkomplu jdawru r-rota ekonomika Għawdxija.", "Dawn kienu ċ-ċirkostanzi li nbidlu mill-aħħar laqgħa li kellna sal-lum.", "Sadanittant, apparti l-preżentazzjoni li għamilna matul l-aħħar laqgħa li kellna fis-16 ta' Settembru 2020, aħna qed nippreżentaw lil dan il-Kumitat:", "Dan id-dokument diġà bgħattu lill-Kumitat b'mod elettroniku.", "Ta' min jgħid li wħud mill-proposti li nsibu f'dan id-dokument huma bbażati fuq il-miżuri li jridu jittieħdu b'mod immedjat minħabba l-pandemija, filwaqt li oħrajn huma medium u long-term.", "Dik hija s-sitwazzjoni min-naħa tagħna dwar kif bażikament żviluppaw l-affarijiet matul dan l-aħħar xahar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Muscat, meta bgħattilna s-soft copy tad-dokument bil-proposti aħna għaddejnieh lill-Budget Office.", "Jiġifieri jekk hemm xi ħaġa addizzjonali li tixtiequ tippreżentaw aħna nkunu nistgħu ngħadduha min-naħa tagħna wkoll.", "IS-SUR JOE MUSCAT: Jien għaddejtilkom soft copy ta' dan id-dokument illum stess.", "Ta' min jgħid li f'dan id-dokument hemm xi 34 proposta, liema proposti mhumiex marbutin biss mal-pandemija, imma huma marbutin aktar u aktar ma' viżjoni long-term.", "Il-proposti tagħna huma bbażati fuq konnettività, prodott turistiku u anke riżorsa umana.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tirreferi għad-dokument li bgħattilna ftit minuti ilu, hux hekk?", "IS-SUR JOE MUSCAT: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela, anke f'dan il-każ, aħna se nibagħtuh lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lis-Sur Muscat talli għoġbu jerġa' jingħaqad magħna u jagħtina din l-ispjegazzjoni.", "Lis-Sur Muscat se nagħmillu l-istess domanda li għamilt lill-uffiċjali tal-GBC, però naturalment din id-darba f'ambitu strettament turistiku, li huwa l-qasam li tkopru intom.", "Meta s-Sur Muscat u l-kollegi tiegħu tal-GTA ħarġu b'dawn il-proposti li għadhom kemm ġew ippreżentati lil dan il-kumitat, huma kkonsidrawhom fid-dawl ta' xenarju maħkum mis-sitwazzjoni tal-COVID-19 li tista' ttul, jew eventwalment ħarsu wkoll lejn sitwazzjoni fejn, jekk il-Bambin irid, il-pandemija tal-COVID-19 tiġi superata u nerġgħu lura għan-normalità mill-ġdid?", "Din hija d-domanda tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Joe Muscat.", "IS-SUR JOE MUSCAT: Huwa dejjem ta' pjaċir għalina li niġu f'dan il-Kumitat sabiex inwasslu l-veduti tagħna għas-settur turistiku Għawdxi.", "Kif diġà semmejt, il-proposti tagħna huma marbuta mal-miżuri biex jimmitigaw l-effett tal-pandemija, però hemm ukoll miżuri oħra li matul is-snin aħna dejjem ħassejna li għandna nkomplu nitkellmu fuqhom.", "Pereżempju, għalkemm aħna responsabbli mis-settur turistiku, f'dan id-dokument qed intennu li rridu niddiversifikaw l-ekonomija Għawdxija u ma nħalluhiex daqstant dipendenti fuq is-settur turistiku.", "Il-pandemija tal-COVID-19 għallmitna li m'għandniex nibqgħu niddependu żżejjed fuq is-settur turistiku għax, wara kollox, l-aktar settur li laqtet din il-pandemija kien is-settur turistiku peress li l-ivvjaġġar ġie milqut b'mod drastiku.", "Aħna l-Għawdxin fortunati għax matul is-snin dejjem ħadna ħsieb immantnu s-suq domestiku.", "Fil-fatt, is-suq domestiku kien il-lifeline għall-istabbilimenti Għawdxin għax, li kieku ma kienx għal dan is-suq, l-impatt negattiv ta' din il-pandemija fuq is-settur turistiku Għawdxi kien ikun ferm agħar milli huwa illum.", "Għalhekk, huwa importanti li nkomplu nieħdu ħsieb is-suq domestiku, filwaqt li fl-istess nifs niddiversifikaw l-ekonomija tagħna u ma nħalluhiex tant dipendenti fuq dan is-settur.", "Naturalment, irridu wkoll inkomplu nsaħħu s-settur turistiku, u meta ngħidu li rridu niddiversifikaw dan ma jfissirx li għandna ninsew lis-settur turistiku u ma nagħtuhx importanza.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' human resources aħna qed nipproponu skemi sabiex lill-impjegati barranin li għandna jaħdmu f'Għawdex mhux biss ngħallmuhom il-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża, imma nagħtuhom ukoll xi ftit għarfien dwar il-kultura u l-istorja tal-poplu tagħna.", "Dan huwa importanti sabiex is-settur turistiku jkompli jħares 'il quddiem anke lil hinn mill-pandemija, għax aħna ninsabu ċerti li matul is-snin li ġejjin irridu nkomplu naħdmu b'impjegati barranin, sew b'impjegati li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll b'impjegati li ġejjin barra mill-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad, hemm ukoll miżuri oħra li huma marbuta mal-konnettività u li ilhom fuq l-aġenda ta' Għawdex għal xi 50 sena sħaħ, bħal, pereżempju, il-kwestjoni ta' air link bejn Malta u Għawdex.", "Illum li qegħdin ngħixu fis-sena 2020 u bil-problemi kollha li ninsabu fihom naħseb li hemm bżonn nagħtu kas u nassiguraw li l-air link qiegħda fuq l-aġenda tagħna, u dan lil hinn minn dak li diġà għandna f'dik li hi konnettività, b'mod speċjali f'dik li hi konnettività fissa.", "Jien naħseb li l-konnettività permezz tal-air link hija xi ħaġa li għandna niddiskutuha bis-serjetà sabiex eventwalment inkunu nistgħu nintroduċuha.", "Fl-aħħar mill-aħħar, fis-snin tmenin kellna servizz bil-helicopter, u allura llum, 30 sena wara, għaliex m'għandux jerġa' jkollna dan l-istess servizz?!", "Il-proposti tagħna mhumiex marbutin biss mal-effetti tal-pandemija, imma huma wkoll proposti li għandhom l-għan li jkomplu jtejbu s-settur turistiku.", "Qegħdin nagħmlu wkoll aċċenn li rridu niddiversifikaw l-istabbilimenti u l-ekonomija tagħna.", "Hemm ukoll proposta oħra li nixtieq li l-Membri Parlamentari preżenti jimbottaw 'il quddiem, dik sabiex il-leġiżlazzjoni tal-1999 li waqqfet it-Tourism Act, kif ukoll il-Malta Tourism Authority, terġa' titressaq quddiem il-Parlament ħalli tiġi riveduta.", "Illum din il-liġi ilha hemm 20 sena, u għalhekk issa wasal iż-żmien li tiġi aġġornata biex tirrifletti s-sitwazzjoni turistika preżenti fil-gżejjer Maltin, inkluż f'Għawdex, għax għandna diversi prodotti fis-settur turistiku li mhumiex koperti taħt din il-liġi.", "Għalhekk aħna nixtiequ li din il-liġi terġa' titressaq quddiem il-Parlament biex tiġi aġġornata u, hopefully fl-ewwel kwart tas-sena 2021, tkun in vigore għall-istaġun tas-sajf tal-2021, li nisperaw illi jkun wieħed normali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: Le) Min-naħa tagħna jidher li m'hawnx aktar rimarki, u allura qed nikkonsidra din id-diskussjoni bħala eżawrita.", "Però, qabel ma nikkonkludi din il-parti tal-laqgħa, nixtieq nitlob il-permess tas-Sur Joe Muscat sabiex id-dokument li ppreżenta lill-Kumitat jiġi mqiegħed fuq il-website tal-Parlament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tajjeb ħafna.", "Kif għedt diġà, id-dokument li bagħtilna ftit minuti ilu s-Sur Joe Muscat se jkun qed jintbagħat ukoll lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji bħala update tad-dokument li kien bagħtilna preċedentement.", "Sur Muscat, nirringrazzjak mill-ġdid talli kont magħna.", "Kif għedt qabel lill-uffiċjali tal-GBC, aħna nkunu ħerqanin biex naraw li jkun hemm anke l-parteċipazzjoni tal-GTA fid-diskussjonijiet li jkunu qegħdin isiru, u għalhekk nirringrazzja lill-uffiċjali tal-GTA għad-disponibilità tagħhom, kif ukoll għall-ħidma tagħhom b'risq is-settur tat-turiżmu Għawdxi.", "IS-SUR JOE MUSCAT: Jien nirringrazzja lilkom tal-istedina tagħkom.", "AFFARIJIET OĦRA", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq infakkarkom li nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru, għandna laqgħa informali mal-E.T. l-Isqof Anton Theuma fil-5.00 p.m. ġewwa l-uffiċċju tal-Moviment ta' Kana f'Għawdex biex inkomplu niddiskutu miegħu affarijiet pertinenti għal Għawdex.", "Jekk m'għandkomx aktar punti xi tqajmu, naħseb li nistgħu naġġornaw din il-laq]a il-kumitat għal data oħra li tiġi kkomunikata aktar tard.", "CHRIS SAID: Sinjura President, issa li għalaqna d-diskussjoni dwar l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq Għawdex, ikun tajjeb li naraw x'inhu s-suġġett li dan il-kumitat imissu jiddiskuti.", "Kif nafu, matul il-ġranet li ġejjin se jkun hemm il-Baġit, u għalhekk bla dubju ta' xejn il-budget għal Għawdex għandu jkun fuq l-aġenda ta' waħda mil-laqgħat ta' dan il-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li għad irridu niddeċiedu huwa jekk din il-laqgħa ssirx waqt li jkunu għaddejjin id-diskussjonijiet tal-Baġit fil-Plenarja jew inkella wara.", "CHRIS SAID: Jien naħseb li jkun aħjar jekk din il-laqgħa ssir wara li jkunu saru d-diskussjonijiet tal-Baġit fil-Plenarja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu, anke għax fil-ħin li jkollhom il-kelliema għad-dispożizzjoni tagħhom waqt id-diskussjonijiet tal-Baġit li jkunu qed isiru fil-Plenarja mhux dejjem ikollhom ċans jgħidu dak kollu li jkollhom xi jgħidu, u allura fil-każ li jiġri hekk dawn l-istess kelliema jkunu jistgħu jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-punti kollha tagħhom matul din il-laqgħa.", "ONOR.CHRIS SAID: Però hemm suġġetti oħra li konna ssuġġerejna.", "Fil-każ nistgħu naraw liema suġġett imiss u nikkomunikaw xi jmissna niddiskutu permezz ta' email.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fatt, hemm lista tas-suġġetti li rridu niddiskutu, liema lista diġà kien hemm qbil fuqha.", "Issa li rridu naraw huwa li niddiskutu dawn is-suġġetti skont il-prijorità tagħhom.", "Wara d-diskussjonijiet li għamilna fuq l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, aħna konna bdejna diskussjoni dwar il-fondi Ewropej: però mbagħad issospendejnieha biex nerġgħu niddiskutu l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19.", "Jiena personalment nixtieq li nerġgħu naqbdu din id-diskussjoni biex ikollna dokument li joħroġ minn dan il-kumitat u li jkun jista' jservi ta' pjattaforma għall-bżonnijiet ta' Għawdex, għax b'hekk inkunu nistgħu nsostnu l-argumenti tagħna.", "Għalhekk, jekk hawn qbil, nixtieq li nkomplu d-diskussjoni dwar il-fondi Ewropej, kif ukoll isiru laqgħat dwar il-Baġit fir-rigward ta' Għawdex, għax dawn iż-żewġ suġġetti diġà qegħdin on the table u allura jkun tajjeb li wieħed imexxihom 'il quddiem.", "Ovvjament, imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni tal-ġranet li fihom se niffissaw il-laqgħat tagħna; però ma naħsibx li din għandha tkun ta' problema għax dejjem qbilna fuq ġranet.", "CHRIS SAID: Le, m'għandhiex tkun problema, anzi naħseb li huwa tajjeb li nkomplu niddiskutu l-materja tal-fondi Ewropej biex naraw kif dawn qed jintużaw f'Għawdex u anke x'hemm ippjanat għax, bla dubju ta' xejn, dan huwa qasam li jħalli impatt enormi.", "CHRIS SAID: Hekk hu, u allura aħna nħallu f'idejk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela, hawn qbil li l-laqgħat ta' dan il-kumitat jiġu sospiżi sakemm ikunu għaddejjin id-diskussjonijiet tal-Baġit u mbagħad wara jkompli jiġi diskuss is-suġġett tal-fondi Ewropej, kif ukoll isiru laqgħat dwar il-Baġit fir-rigward ta' Għawdex?", "Mela għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk.", "Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li kienu qegħdin isegwuna, naġġorna l-laqgħa għal data li se tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "Fil-5.16 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20201013_013d_gpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "LAQGĦA NRU 13", "It-Tlieta, 13 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta fl-4.40 p.m.", "L-Onor.", "Justyne Caruana, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali l-Onor.", "Kevin Cutajar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12, li saret fis-16 ta' Settembru 2020, ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Justyne Caruana fetħet it-tlettax-il laqgħa ta' dan il-Kumitat billi infurmat lill-mistednin ta' din il-laqgħa li l-proċedimenti huma kollha pubbliċi u ser jiġu mxandra fuq is-sit tal-Parlament ta' Malta u anke fuq it-television channel tal-Parlament.", "Infurmathom ukoll li l-preżentazzjonijiet li jsiru u jiġu ppreżentati lill-Kumitat, huma wkoll pubbliċi sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.", "Il-President infurmat li t-traskrizzjoni tal-laqgħa tas-16 ta' Settembru 2020 ġiet mgħoddija lill-Prinċipal tal-Kulleġġ ta' Għawdex, Dr Denise Mifsud, sabiex id-diversi mistoqsijiet li ressaq dan il-Kumitat waqt it-tali laqgħa jiġu mgħoddija lill-uffiċċjali konċernati.", "Infurmat lil dan il-Kumitat irċieva parti mill-informazzjoni mitluba.", "L-IMPATT TAL-COVID-19 FUQ GĦAWDEX U T-TRIQ 'IL QUDDIEM (KONT.)", "U MATERJA OĦRA LI TIKKONĊERNA S-SETTUR TAL-EDUKAZZJONI", "Il-President infurmat lill-Kumitat illi wara l-laqgħa tas-16 ta' Settembru 2020 kien hemm kuntatt mas-Sur Oliver Scicluna, Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, fir-rigward tal-kwestjoni li ġiet diskussa fil-laqgħa preċedenti dwar il-bżonn li jkun hemm grupp ta' LSE relievers ġewwa Għawdex.", "Is-Sur Scicluna ppropona li l-Kumitat jistieden lis-Sinjura Josanne Ghirxi, Direttur tan-National School Support Services u lis-Sinjura Catherine Falzon, Education Officer ġewwa n-National School Support Services, sabiex tiġi diskussa din il-kwestjoni.", "Il-President infurmat illi dan il-Kumitat ħa s-suġġeriment tas-Sur Scicluna u stieden lis-Sinjura Ghirxi u lis-Sinjura Falzon sabiex jagħtu preżentazzjoni f'din il-laqgħa, però nfurmaw li bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet mal-unions fir-rigward tal-LSEs u kien għaqli li jagħtu l-preżentazzjoni tagħhom wara li jiġu finalizzati tali diskussjonijiet.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Joe Borg, President, u lis-Sur Daniel Borg, CEO tal-Gozo Business Chamber, jipparteċipaw fil-laqgħa tal-Kumitat sabiex isirulhom domandi mill-Membri ta' dan il-Kumitat fuq il-preżentazzjoni li kienu taw fil-laqgħa li nżammet fis-16 ta' Settembru 2020.", "Is-Sur Joe Borg u s-Sur Daniel Borg ippreżentaw lill-Kumitat:", "Wara, il-Kumitat stieden, permezz ta' video conference, lis-Sur Joe Muscat, CEO tal-Gozo Tourism Association, sabiex isirulu domandi mill-Membri ta' dan il-Kumitat fuq il-preżentazzjoni li kien ta fil-laqgħa li nżammet fis-16 ta' Settembru 2020.", "Is-Sur Muscat ippreżenta lill-Kumitat:", "Il-Kumitat, bi qbil mas-Sinjuri Borg u s-Sur Muscat, qabel li d-dokumenti li huma ressqu quddiem dan il-Kumitat ser jintbagħtu ukoll lill-Budget Office.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-President infurmat bil-laqgħa informali mal-Isqof ta' Għawdex, l-E.T. Mons Anton Teuma nhar il-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 2020 fil-5:00 p.m. ġewwa Ta' Kana Għawdex.", "Il-Kumitat qabel li sakemm ikunu għaddejjin id-diskussjonijiet tal-baġit il-laqgħat tal-Kumitat għandhom ikunu sospiżi u wara jkompli jiġi diskuss s-suġġetti tal-fondi Ewropej kif ukoll isiru laqgħat dwar il-baġit fir-rigward ta' Għawdex.", "Fil-5.16 p.m., il-President tal-Kumitat aġġornat il-laqgħa għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20201013_013m_gpc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 16", "It-Tlieta, 13 t'Ottubru, 2020 fil-5:00 p.m.", "L-Onor.", "Chris Fearne, President tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 13 t'Ottubru, 2020 fil-5:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Stqarrijiet Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2019 u Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2021.", "29 ta' Settembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees nao", "source": "Extracted from 20201013_016a_nao.docx"} {"text": ["KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 16", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Laqgħa Nru 16", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5:01 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 15, li saret fid-29 ta' Lulju 2020, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Chris Fearne, Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ngħaddu mal-ewwel għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda.", "STQARRIJIET FINANZJARJI TAL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA 2019 U ESTIMI FINANZJARJI TAL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA 2021.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob lill-Awditur Ġenerali sabiex jagħmel introduzzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Sur President, biex inkunu innovattivi kemm jista' jkun, u biex il-messaġġ tagħna jasal b'mod aħjar, minn din is-sena it-tim tagħna tal-IT beda jagħmel dawn il-video clips żgħar inhouse dwar ċerti rapporti.", "U nixtieq li, bħala introduzzjoni, naqsam magħkom wieħed minn dawn il-video clips, li juri eżattament dwar dak li wettaq l-Uffiċċju tagħna fl-2019.", "Il-Kumitat segwa l-video clip magħmul mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjawkom.", "Nistiednek issa sabiex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek fuq iż-żewġ dokumenti li għandna fuq l-aġenda.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Grazzi, Sur President.", "Bħas-soltu, nibdew l-ewwel bl-Audited Financial Statements għas-sena 2019, awditjati minn Ernst & Young, kif appuntati minn dan il-Kumitat.", "Dawn l-statements ġew iffirmati mis-Sur Christopher Balzan, li huwa wieħed mill-partners ta' din l-audit firm, fis-27 ta' April 2020.", "Għandi pjaċir ngħid – u bħas-soltu nixtieq nirringrazzja lill-Manager, Finance and Administration tagħna, is-Sur Ian Rizzo, li jinsab preżenti hawnhekk – li l-Uffiċċju għal darb'oħra ngħata opinjoni tajba mill-awdituri; essenzjalment l-istatements finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjara tal-Uffiċċju sal-31 ta' Diċembru 2019.", "Dan jgħodd ukoll għall-financial performance u cash flows kif iċċertifikati skont l-International Financial Reporting Standards.", "Aħna nemmnu li, dak li kontinwament nippromovu fix-xogħol tagħna, jiġifieri governanza tajba, għandu jiġi qabel xejn ipprattikat fl-Uffiċċju tagħna stess.", "Ma nixtieqx noqgħod indejjaqkom b'ħafna figuri – hekk jew b'hekk dawn huma murija fil-financial statements li diġà għandkom kopja tagħhom.", "Ngħid biss li fis-sena 2019 l-Uffiċċju spiċċa b'surplus ta' €119,862.", "Bħal dejjem qgħadna attenti ħafna, kif inhu d-dover tagħna, biex l-infiq tagħna jkun wieħed bil-għaqal u kif assolutament meħtieġ, mingħajr spejjeż żejda.", "Matul din is-sena l-Uffiċċju baqa' għaddej bil-programm modest ta' refurbishment fl-uffiċini tagħna, inizjattiva li konna bdejna s-sena ta' qabel.", "Il-binja fejn jinsab in-National Audit Office (NAO) kienet mibnija mill-Gvern Ingliż iżjed minn 100 sena ilu, bil-faċilitajiet maħsuba għall-akkomodazzjoni tal-membri tas-Servizzi Ingliżi ta' dak iż-żmien.", "Aħna mpenjati li l-impjegati tagħna nagħtuhom ambjent adattat u xieraq minn fejn ikunu jistgħu jaħdmu bl-iżjed mod effiċjenti u effettiv.", "F'dan il-kuntest, aħna għamilna kulma stajna biex lill-istaff tagħna – mingħajr dubju l-aqwa riżorsa tagħna – nagħtuhom l-aqwa għodda u taħriġ biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol tagħhom bl-aktar mod professjonali u kompetenti.", "Għal dan il-għan, matul is-sena komplejna wkoll bil-programm ta' taħriġ għall-istaff ġewwa l-Uffiċċju tagħna.", "Kif jindika b'mod ċar ħafna r-Rapport Annwali tagħna għal din is-sena, li kopja tiegħu qiegħed nippreżenta lil dan il-Kumitat, matul l-2019 għal darb'oħra sar ħafna xogħol siewi min-nies tagħna.", "M'iniex se ndejjaqkom b'ħafna dettalji li jinsabu f'dan ir-rapport estensiv u nformattiv, ngħid biss li minbarra numru konsiderevoli ta' audits, li prattikament missew kull ministeru, organiżżajna b'suċċess żewġ konferenzi internazzjonali, kif ukoll seminar li norganizzaw kull sena bi sħab mal-European Court of Auditors.", "Jien inħoss li dawn l-attivitajiet huma importanti ħafna għax apparti li jsaħħu l-istima lejn l-Uffiċċju tagħna, anke fuq livell internazzjonali, iservu wkoll ta' opportunità importanti ħafna ta' networking għall-istaff tagħna.", "Nixtieq biss nikkwota minn dak li ktibt fil-ftuħ ta' dan ir-Rapport, u ċioè li \"mingħajr dubju dan ix-xogħol estensiv sar bis-saħħa tat-team tajjeb ħafna li għandna fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, team li dejjem wera dedikazzjoni, ħeġġa u serjetà fil-ħidma tiegħu\".", "Għax ejjew ngħiduha kif inhi, għalxejn taddotta l-aqwa sistemi ta' xogħol jew takkwista l-aqwa equipment jekk ma jkollox staff motivat, kompetenti u ddedikat fix-xogħol tiegħu, u team li ma jibżax jiġġedded u jidħol għal sfidi ġodda biex nibqgħu dejjem intejbu s-servizz li aħna nagħtu biex tissaħħaħ dejjem aktar il-governanza tajba fis-Settur Pubbliku.", "Fil-qosor ħafna, ngħaddi issa għall-andament finanzjarju għal din is-sena fejn għal darb'oħra huwa stmat li se nonfqu €3.6 miljun bħala spiża rikorrenti u €120,000 bħala spiża kapitali.", "Il-Ministeru għall-Finanzi kien tana wkoll ammont addizzjonali ta' €200,000 biex isiru r-riċerki u l-pjanti meħtieġa għal bini ta' estensjoni ġdida li jkun fiha faċilitajiet li tant għandna bżonn fix-xogħol tagħna.", "Għal din is-sena, huwa stmat li l-ispejjeż marbuta ma' dan il-proġett jammontaw għal €50,000.", "L-Uffiċċju ddeċieda li jassorbi dan l-ammont mit-€3.6 miljun allokat fuq l-ispiża rikorrenti u b'hekk effettivament jiffranka lill-Gvern il-€200,000 li ġew allokati għal din l-ispiża speċifika.", "Il-medja tal-impjegati matul is-sena mistennija tkun ta' 64 persuna, għalkemm fil-verità l-ammont ta' full time equivalents hija biss ta' 59 persuna.", "Kif mistenni, in-nuqqas fl-ispiża operattiva ta' din is-sena huwa dovut essenzjalment għall-pandemija COVID-19 li effettwat kull aspett tal-ħajja tagħna, mhux b'anqas id-dinja tax-xogħol.", "Kif indikat, qegħdin nistmaw li sal-aħħar tas-sena se jkollna savings ta' €70,000 fuq spejjeż amministativi meta mqabbel mas-sena ta' qabel.", "Għandi pjaċir ngħid li minkejja bosta sfidi iebsa matul dan il-perjodu diffiċli tal-pandemija, il-management u l-istaff tagħna qam għall-okkażjoni u fil-fatt irnexxielna nwettqu x-xogħol kollu ppjanat.", "Biżżejjed ngħid li sakemm dan il-Parlament aġġorna għall-ferjat tas-sajf, konna diġà ppublikajna 12-il rapport u għandna ppjanat li sal-aħħar ta' din is-sena noħorġu għaxra oħra.", "Fost dawn insibu r-rapport annwali fuq il-finanzi pubbliċi kif ukoll dak fuq is-settur tal-Gvern Lokali, u t-tieni edizzjoni għal din is-sena ta' bosta follow-up audits fejn fihom essenzjalment analizzajna kemm ġew imwettqa rakkmandazzjonijiet tagħna matul dawn l-aħħar snin.", "Hawnhekk nixtieq nenfasizza punt importanti ħafna.", "L-effettività tal-Uffiċċju tagħna tiddependi ħafna fuq kemm id-dipartimenti u l-entitajiet tal-Gvern jindirizzaw bl-aħjar mod possibbli n-nuqqasijiet li aħna nkunu identifikajna fix-xogħol tagħna.", "Ninnutaw b'sodisfazzjon li dawn ir-rapporti ta' follow-up, bħall-Governance Action Report maħruġ dan l-aħħar mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, b'mod konsistenti jindikaw ammont sodisfaċenti ta' 'l fuq minn 80% ta' twettieq.", "Ikun hawn min jistaqsina jekk dan huwiex biżżejjed.", "U r-risposta tagħna hija waħda ċara: Napprezzaw dak li qed isir, imma jonqos iżjed xogħol mill-auditees tagħna biex jiġu ndirizzati l-findings kollha tagħna għax, fl-aħħar mill-aħħar, it-taxpayers tagħna ħaqqhom l-aqwa servizz possibbli.", "Apparti l-ħidma ewlenija tagħna ta' awditjar tad-dipartimenti u entitajiet pubbliċi, din is-sena wettaqna bosta xogħol ieħor ta' fejda, u se nagħti ftit eżempji fil-qosor.", "Ippreżentajna lill-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta' Malta, bosta suġġerimenti għal emendi kostituzzjonali bil-għan li l-Uffiċċju tagħna jkun fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-mandat kostituzzjonali tiegħu fiċ-ċirkostanzi preżenti.", "Barra minn hekk, ħafna uffiċjali tagħna ħadu sehem attiv f'bosta kumitati governattivi mwaqqfa biex jindirizzaw materji jew proġetti partikolari.", "Sar ukoll ħafna xogħol tajjeb mis-sitt timijiet interni li waqqafna fis-sena ta' qabel.", "Dawn huma mmexxijja minn managers u bi staff minn kull sezzjoni ġewwa l-NAO, sabiex ftit ftit nibdew nimplimentaw aspetti differenti mill-istrateġija tal-Uffiċċju tagħna li konna nedejna fl-2018, wara proċess estensiv ta' konsultazzjoni.", "Dan diġà beda jwassal għal titjib fil-mod kif naħdmu u kif nikkomunikaw mal-istakeholders u l-auditees tagħna.", "Ngħaddi finalment għall-estimi tas-sena 2021, fejn it-talba dettaljata lill-Ministeru għall-Finanzi kienet ta' €3.75 miljun.", "Kif tistgħu taraw bqajna prattikament fuq l-istess livell tas-snin ta' qabel u mingħajr ebda varjazzjonijiet sostanzjali fl-ispejjeż operattivi.", "Kif diġà għedt, din il-pandemija effettwat ħafna l-mod kif naħdmu.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi ġodda, bi qbil mal-Ministeru għall-Finanzi, din is-sena m'aħniex se nitolbu fondi biex nibdew il-binja ppjanata li, kif diġà għedt, taħseb biex ikollna ċerti faċilitajiet tant bżonnjużi, imma ftehemna li se nirrevedu l-pjanijiet tagħna u eventwalment, aktar tard din-sena, il-perit tagħna jagħmel applikazzjoni għall-permessi neċessarji.", "Ta' dan, il-Ministeru għall-Finanzi, apparti s-subvention rikorrenti ta' €3.75 miljun, se jagħtina wkoll €100,000 oħra għal ħtiġijiet ta' pjanti ġodda u permessi.", "Matul is-sena li ġejja, se nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna biex inkomplu nwettqu l-azzjonijiet meħtieġa biex nilħqu l-objettivi strateġiċi tagħna skont il-pjan tal-NAO għas-snin 2019-2023.", "Fost ħafna inizjattivi, beħsiebna niltaqgħu ma' kull segretarju permanenti biex, fil-qafas tal-awtonomija sħiħa li jgawdi l-Uffiċċju tagħna, insaħħu dejjem aktar il-komunikazzjoni u l-koperazzjoni ta' bejnietna.", "B'hekk nassiguraw li s-servizz ta' awditjar li nagħtuhom ikun wieħed li eventwalment jgħinhom isaħħu l-governanza tajba fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħthom.", "Aktar qabel aċċennajt għall-bżonn li aħna stess għandna d-dover li dejjem nippruvaw insiru aktar effiċjenti u effettivi fil-ħidma tagħna.", "Għaldaqstant, b'sens ta' maturità u responsabilità, permezz ta' eżerċizzju impenjattiv ħafna mmexxi mis-Sur Rizzo, imsejjaħ Performance Management Framework, qegħdin inpoġġu taħt skrutinju l-operat tagħna stess bil-għan li nsaħħu dejjem aktar il-proċeduri nterni tagħna u nkunu nistgħu nagħtu servizz aħjar qua awdituri esterni tas-Servizz Pubbliku.", "Ovvjament, jekk ma tikkritikax lilek innifsek, ma tista' titjieb qatt.", "Fuq kollox, għas-sena li ġejja diġà għażilna numru ta' audits li għandhom ikunu ta' interess għaċ-ċittadini tagħna, bħal dejjem b'enfasi speċjali fuq l-oqsma l-aktar importanti, bħall-edukazzjoni, saħħa, servizzi soċjali u ambjent.", "Kif tistgħu taraw, aħna qed nagħmlu kulma nistgħu biex nibqgħu nibnu u nsaħħu x-xogħol tajjeb li twettaq mill-predeċessuri tagħna, speċjalment mindu l-Uffiċċju ġie mogħti awtonomija sħiħa fl-1997 bi ftehim unanimu, anzi jien ngħid storiku, bejn Gvern u Oppożizzjoni.", "Umilment inħoss li għaċ-ċokon tagħna, imxejna ħafna, anke f'oqsma tekniċi, imma oġġettivament nammetti li fadal ħafna xi jsir biex inkunu fl-aħjar pożizzjoni biex nilqgħu l-isfidi ġodda li qegħdin niffaċċjaw, fosthom id-dħul tal-accrual auditing wara li dan l-aħħar il-Gvern beda proċess ta' tħaddim ta' accrual accounting fid-dipartimenti u l-entitajiet pubbliċi.", "Dwar dan se jidħol aktar fid-dettall id-Deputat Awditur Ġenerali.", "Nixtieq nenfasizza li apparti l-pjanijiet operattivi u finanzjarji tagħna, jiena sinċerament nemmen li l-viżjoni tal-Uffiċċju tagħna għandha tkun dejjem, u mingħajr eċċezzjoni, iffukata fuq il-bżonn fundamentali li nħarsu b'kull mod possibbli l-fiduċja sħiħa li l-Parlament u ċ-ċittadini tagħna għandhom fl-istituzzjoni tagħna.", "Ovvjament dan jitfa' piż kbir fuq it-tmexxija tal-Uffiċċju tagħna.", "Ix-xogħol tagħna jrid jibqa' jsir dejjem u mingħajr ebda eċċezzjoni bl-aktar mod oġġettiv, ġust, indipendenti u professjonali.", "Mingħajr dubju, huwa d-dover tagħna li nippruvaw dejjem norganizzaw irwieħna aħjar u nużaw l-aqwa sistemi biex insiru dejjem aktar effiċjenti u noffru servizz aħjar, imma dan ma jkun jiswa xejn jekk ma jirnexxilniex inħarsu l-fiduċja sħiħa li jgawdi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent qasir tiegħi billi bħas-soltu nirringrazzja lil dan il-Kumitat.", "Aħna napprezzaw is-sorveljanza tal-operat tal-Uffiċċju tagħna minn dan il-Kumitat għax dan jgħinna nkunu dejjem aktar trasparenti u kontabbli fil-governanza tagħna.", "Dan, wara kollox, għandu jservi ta' mudell għall-entitajiet l-oħra governattivi.", "Nixtieq ukoll nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja mill-ġdid lid-Deputat Awditur Ġenerali, lill-management u t-team kollu tagħna li jaqdu d-doveri tagħhom b'tant dedikazzjoni, kompetenza u ħeġġa.", "Dan hu neċessarju biex aħna nkunu nistgħu nibqgħu nagħtu assigurazzjoni lill-Parlament u liċ-ċittadini tagħna, skont il-mandat kostituzzjonali tagħna, li r-riżorsi pubbliċi qed jintużaw bl-aħjar mod possibbli.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nitlob issa lis-Sur Camilleri sabiex jagħmel ir-rimarki tiegħu, imbagħad wara nkunu nistgħu niddiskutu u nagħmlu d-domandi.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI (Deputat Awditur Ġenerali): Sur President, bħalma nagħmel normalment fid-diskors qasir tiegħi, sejjer nelabora naqra iktar fuq kif żvolġa l-operat tal-Uffiċċju matul din l-aħħar sena.", "Kif qal l-Awditur Ġenerali, il-ħidma tal-Uffiċċju hija xprunata mill-istrateġija li fassalna għas-snin 2019-2023, li issa ser inkunu qed nidħlu fit-tielet sena tagħha.", "Nista' ngħid li fl-aħħar sena u nofs kellna diversi gruppi ta' nies jaħdmu fuq diversi partijiet tal-pjan t'azzjoni li ħareġ mill-imsemmija strateġija.", "Kellna b'kollox sitt workstreams li trattaw aspetti strateġiċi, tekniċi, u ta' operat relatati mal-Uffiċċju.", "Mhijiex l-intenzjoni tiegħi li nidħol fid-dettall dwar dan, però naħseb li huwa doveruż li nagħti lil dan il-Kumitat idea ta' fejn l-Awditur Ġenerali, flimkien miegħi, u l-management tal-Uffiċċju qed nippruvaw li nieħdu din l-organiżżazzjoni fis-snin li ġejjin.", "Għal bosta xhur mis-sena li għaddiet, u anke din is-sena, konna qegħdin naħdmu fuq 'l hekk imsejjaħ Performance Measurement Framework, li semmih ukoll is-Sur Deguara.", "Dan huwa qafas onoruż ħafna li miegħu tista' titkejjel il-performance tal-Uffiċċju ma' linji gwida u best practices indikati mill-International Organisation of Supreme Audit Institutions (INTOSAI).", "Jiġu assessjati diversi aspetti tal-Uffiċċju, bħal dawk legali, tekniċi, kif ukoll oħrajn marbuta direttament mal-operat.", "L-għan huwa li b'mod oġġettiv naraw fejn aħna, fejn jeżistu n-nuqqasijiet, u fejn nistgħu ntejbu.", "Diġà osservajna aspetti li nistgħu ntejbu u għaldaqstant, la jispiċċa dan l-eżerċizzju, inkunu nistgħu nibdew naħdmu fuqhom minnufih.", "Xogħol importanti ieħor li sar kien relatat ma' kif l-Uffiċċju jindirizza l-effort ta' awditu tiegħu lejn fejn hemm l-iktar riskju għall-fondi pubbliċi.", "Fil-fatt l-istrateġija tagħna ssemmi l-elementi ta' materjalità u riskju.", "Ħdimna u għadna qed naħdmu sabiex ikollna qafas intern fuq kif nistgħu nidentifikaw dawn ir-riskji.", "Is-sena d-dieħla ser inkomplu nelaboraw dan il-qafas bit-tama li nkunu nistgħu nagħmlu użu minnu meta niġu biex nippjanaw ix-xogħol annwali tal-Uffiċċju fis-snin li ġejjin.", "Hawnhekk ippermettuli niftaħ parentesi żgħira.", "Bħala Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għandna l-obbligu u d-dover li nidħlu fejn naraw, jew naħsbu, li hemm ir-riskji.", "L-ikbar valur miżjud li l-Uffiċċju jista' jagħti huwa meta jidħol f'areas fejn jara l-problemi u b'mod oġġettiv jirrapporta u jirrikkmanda azzjonijiet li jistgħu jittieħdu mill-amministrazzjoni f'dan ir-rigward.", "Ix-xogħol ewlieni ta' awditur huwa proprju dak.", "L-istakeholders tal-Uffiċċju huma varji.", "Wieħed jista' jsemmi l-Parlament, id-dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi, il-midja, is-soċjetà ċivili u n-non governmental organisations (NGOs).", "Għaldaqstant, hekk kif jitolbu l-istandards tal-awditjar pubbliku, irridu nkunu miftuħa biex nisimgħu u nikkonsultaw ma' dawn l-istakeholders fuq suġġetti li nkunu qed nittrattaw fix-xogħol tagħna.", "Irridu niffaċilitaw il-proċess u noffru l-mezzi ta' kif wieħed jista' jissuġġerixxi awditi, filwaqt li nissalvagwardjaw l-indipendenza tal-Uffiċċju.", "Għandna workstream li qed taħdem apposta għal dan il-għan.", "Minn din is-sena ser nibdew ukoll nitolbu lill-auditees tagħna jagħtuna feedback u jkejlu l-prestazzjoni tal-uffiċjali tagħna, kemm abbażi tax-xogħol tal-awditjar innifsu, kif ukoll fuq il-kwalità u l-livell tar-rappurtaġġ.", "Dan bil-għan li nkunu nistgħu ntejbu dejjem is-servizzi li noffru.", "Permezz ta' workstream oħra qed nikkonsolidaw ir-relazzjonjiet, li diġà huma tajbin, mal-auditees tagħna, b'mod speċjali mas-segretarji permanenti.", "Kien biħsiebna li nibdew niltaqgħu magħhom darbtejn fis-sena biex flimkien magħhom niddiskutu l-pjanijiet tal-awditu tagħna, u min-naħa tagħhom ikunu jistgħu jżommu l-Uffiċċju infurmat bl-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fil-ministeri tagħhom.", "Qed inħarsu wkoll lejn dawn il-laqgħat bħala mezz li bih inkomplu nfiehmu x-xogħol tagħna.", "Nemmnu li għad fadal ħafna xogħol xi jsir f'dan ir-rigward.", "Sfortunatament, minħabba l-pandemija, dawn il-laqgħat kellhom jiġu posposti u issa biħsiebna nkompluhom iktar tard din is-sena.", "Biex nagħlaq din il-parti fuq il-pjan t'azzjoni nsemmi wkoll dak li ħadem fuqu grupp li għall-ewwel darba pproduċa video clips relatati ma' rapporti maħruġa mill-Uffiċċju.", "Dawn il-video clips huma mod effettiv ta' kif nilħqu firxa iktar wiesgħa tas-soċjetà Maltija.", "Grupp ieħor analizza u ħareġ b'database tal-aħjar sorsi ta' informazzjoni li nistgħu nużaw għall-awditi tagħna.", "Ta' min wieħed isemmi li dawn l-inizjattivi jmorru 'il hinn mix-xogħol prinċipali ta' awditu tal-Uffiċċju.", "Filwaqt li qed inniedu dawn l-inizjattivi u nimplimentawhom, sena wara sena qed jirnexxielna ntejbu l-produttività tagħna bħala Uffiċċju, mhux biss f'terminu ta' numru ta' awditi tagħna, iżda wkoll bl-impatt li tali rapporti jħallu fl-operat tal-Gvern.", "Dan nistgħu ngħiduh b'wiċċna minn quddiem fejn issa ilna għal dawn l-aħħar tliet snin inkejlu l-prestazzjoni tagħna fuq kull audit li nagħmlu.", "Ninsabu f'pożizzjoni fejn nafu eżatt in-numru ta' sigħat li jittieħdu għal kull awditu, stadju bi stadju, fuq liema settur tal-Gvern, ministeru u dipartiment.", "Mis-sena li għaddiet daħħalna wkoll target budget hours, fejn għal kull audit ikollna baġit, u qegħdin naħdmu sabiex fil-ġejjieni qrib infasslu numru ta' key performance indicators (KPIs), kemm fuq livell t'Uffiċċju, kif ukoll fuq livell individwali għall-impjegati tagħna.", "Il-pandemija laqtet lid-dinja kollha tax-xogħol mhux b'inqas ix-xogħol tagħna.", "Mil-lejl għan-nhar kellna nittrasferixxu l-operat tagħna minn ġewwa l-uffiċċji għal ġewwa d-djar.", "Fortunatament ninsabu f'mestjier li jippresta ruħu tajjeb għal dan, u kif diġà qal qabli l-Awditur Ġenerali, għal darb'oħra se jerġa' jkollna sena oħra ta' suċċess.", "Ix-xogħol baqa' għaddej.", "Il-COVID-19 m'għallmitniex biss inkunu reżiljenti iżda wkoll innovattivi.", "Minbarra li għenitna niskopru prattiċi ġodda ta' xogħol, aċċellerat ukoll l-investiment teknoloġiku li kien biħsiebna nagħmlu fis-snin li ġejjin.", "Mil-lat purament ta' xogħol t'awditjar, l-istrateġija tagħna kienet li kemm jista' jkun, filwaqt li nkomplu għaddejjin b'ħidmietna, ma ntellfux lill-awtoritajiet kompetenti fil-ħidma tagħhom biex jikkumbattu l-pandemija.", "Għaldaqstant, żammejna kemmxejn 'il bogħod milli nidħlu b'xogħol t'awditjar f'ċerti oqsma.", "Madanakollu, kif wieħed jista' jimmaġina, l-effett tal-COVID-19 fuq il-finanzi u l-operat tal-Gvern kien wieħed massiv u allura ma jistax jonqos li fil-pjanijiet tagħna fil-futur qrib se jkun hemm aspetti ta' awditjar direttament relatati ma' attivitajiet, inizjattivi u miżuri meħuda mill-Gvern marbuta mal-COVID-19.", "Kif tafu tajjeb, bħala Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għandna l-obbligu bil-liġi li kull sena niċċertifikaw u nagħtu l-opinjoni tagħna fuq il-kontijiet tal-Gvern abbażi tal-metodoloġija wżata minnu.", "Madanakollu, dan l-Uffiċċju dejjem saħaq li għal stampa iktar ċara tal-finanzi, il-Gvern għandu jaqleb fuq metodoloġija ta' accrual accounting.", "Hija direzzjoni li minn dejjem kien hemm qbil fuqha miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Essenzjalment il-Gvern mhux biss għandu jkun f'pożizzjoni li jkun jaf il-valur tal-assi u d-djun tiegħu, iżda għal fini ta' kontabilità u trasparenza, jirrapporta fuqhom u fuq il-prestazzjoni tiegħu b'din il-metodoloġija.", "Filwaqt li napprezzaw il-progress f'dan ir-rigward, fejn anke kien hemm investiment ta' 'l fuq minn €12-il miljun f'sistema ġdida, ninnutaw li s-Servizz Pubbliku għadu mhuwiex imħejji u attrezzat għal din il-bidla.", "Ninsabu mħassba li l-proġett jista' jirriduċi ruħu biss għal tibdil ta' sistema – minn software package għal ieħor – aktar milli f'bidla tant bżonjuża fil-metodoloġija mħaddma mill-Gvern li tkun tista' tirrendi fi ppjanar aħjar, transparenza akbar fl-operat u rappurtaġġ komprensiv tal-figuri finanzjarji tiegħu.", "Fuq kollox, ninsabu mħassba li filwaqt li l-proġett ta' implimentazzjoni miexi ġmielu, il-mindset fid-dipartimenti tal-Gvern ftit li xejn qed jinbidel.", "Il-benefiċċji tal-qalba minn cash għal accruals għadhom mhux mifhuma u l-proġett huwa strettament \"xi ħaġa tal-Finanzi\".", "Napprezzaw li tranżizzjoni ta' dan it-tip tieħu s-snin.", "Bħal kif ġara f'pajjiżi oħra fejn normalment l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jkollu rwol f'din il-bidla, b'rispett assolut lejn l-indipendenza tiegħu, aħna wkoll lesti li nibqgħu nikkontribwixxu bis-sehem tagħna f'dan ir-rigward.", "Sur President, nagħlaq dan id-diskors qasir tiegħi billi nsemmi t-tliet pilastri strateġiċi li kemm ilna li ngħatajna l-mandat biex immexxu l-Uffiċċju, kemm l-Awditur Ġenerali kif ukoll jien, dejjem rajna li għandhom isejsu l-futur tal-Uffiċċju tagħna.", "Dawn huma li nissudaw il-kapaċità interna tal-Uffiċċju, li ninfetħu għall-partijiet interessati fix-xogħol tagħna mingħajr ma nxejnu l-indipendenza tal-Uffiċċju, u li nibqgħu nkunu proattivi u rilevanti fis-servizz li nagħtu lil din il-Kamra, lill-Amministrazzjoni u lis-soċjetà kollha Maltija.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn domandi jew rimarki?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Nirringrazzjakom ta' dawn ir-rapporti li għaddejtulna.", "Ngħidulkom prosit tat-tajjeb kollu li tagħmlu u j'Alla tkomplu għaddejjin hekk, però jien nemmen li dan it-tajjeb jista' jissaħħaħ jekk kemm-il darba jkollok staff li jkun jista' jaħdem b'mod professjonali.", "Jien se mmur għat-tabella li hemm f'paġna 13 u minn dak li hemm fiha qed nifhem li mill-2009 s'issa, l-average staff complement kien bejn 57 u 65 persuna.", "Ma nafx kemm minnhom ma jaħdmux direttament fuq awditjar.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Madwar tmienja.", "DAVID AGIUS: Il-medja ta' rapporti li jsiru hija bejn 11 u 17 fis-sena, u hemm lista ta' rapporti li għad iridu jsiru.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Audits tal-Public Accounts Committee (PAC) pendenti kulma hemm huma tnejn: tal-Vitals, li sa April u Mejju nkunu ħriġna ż-żewġ partijiet li fadal, u ta' St. Vincent De Paule Residence (RSVP), li wkoll sa Mejju, Ġunju nkunu lestejnih.", "DAVID AGIUS: Li qed nistaqsi huwa jekk intix qiegħed tara li, bl-ammont ta' staff li għandek illum, l-Uffiċċju hux qiegħed f'pożizzjoni li jlaħħaq mat-talbiet li jkollkom u li għad jista' jkollkom, u anke jkun f'pożizzjoni li jieħu inizjattivi minn jeddu, iktar milli joqgħod jistenna li xi ħadd jitolbu, fis-sens li tkunu iktar pro-attivi milli tistenna lill-PAC jew lil xi ħadd partikolari jitolbok tagħmel investigazzjoni partikolari.", "Inti semmejt erba' setturi l-iktar importanti, li huma l-ambjent, is-servizzi soċjali, l-edukazzjoni u s-saħħa.", "Jiġifieri inti se tiffoka fuq dawk, jew għandek xi affarijiet oħrajn f'moħħok, bħala Uffiċċju, li se tiffoka fuqhom?", "Il-mistoqsija ta' kemm staff huwa biżżejjed, hija l-istess bħall-mistoqsija ta' meta hija biżżejjed il-paga!", "Aħna, bħala Uffiċċju, we have to practice what we preach; ma nistgħux noqogħdu ngħidu lid-dipartimenti biex joqogħdu attenti fl-infiq imbagħad aħna ndaħħlu n-nies bl-addoċċ.", "Aħna nħossu dan is-sens ta' responsabilità b'mod akbar, u rridu naraw li jekk indaħħlu bniedem, inkunu ċerti li dak il-bniedem huwa okkupat full time.", "Irrid ngħid li l-Uffiċċju tagħna huwa maqsum f'żewġ sezzjonijiet kbar: financial and compliance, u performance auditing.", "Dawk li jaħdmu fil-financial and compliance huma accountants by profession u nistgħu ngħidu li ġejja mewġa kbira fuqhom minħabba l-accrual auditing.", "Allura hemmhekk iva, mingħajr dubju se jkollna nżidu n-nies u se jkollna bżonn ta' nies ta' kwalità, għalkemm f'dan l-istadju għadu kmieni wisq biex niddeteriminaw kemm.", "Nixtieq ngħid li f'Uffiċċju bħal tagħna, għandna bżonn nies professjonisti, u diġà hija sfida – li ngħaddu minnha kuljum – biex inżommu lin-nies professjonisti li għandna, meta għandna kompetizzjoni kbira mill-kundizzjonijiet li joffru l-\"big 4\".", "Aħna ma nistgħux nikkompetu magħhom, però nirringrazzjaw 'l Alla, żammejna lill-impjegati tagħna motivati, tajnihom taħriġ qawwi, u nagħmlu kull ma nistgħu biex kemm jista' jkun inżommuhom magħna.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar sentejn irriżenja biss impjegat wieħed biex mar ma' kumpanija privata.", "Issa, minbarra li rridu naraw li nżommu dawk li għandna, irridu anke nżidu ma' dawk li diġà għandna.", "Għar-rigward tal-performance auditing irrid ngħid li hemmhekk is-suġġetti tal-audit niddeċieduhom kollha aħna.", "Is-Sur Camilleri joħroġ statement dettaljat tal-audits li nkunu se nagħmlu s-sena li ġejja u diġà għandna ppjanat 'il fuq minn 60 audit.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Normalment immissu madwar 80 audit differenti għax ikun hemm xi audits li jkunu ġejjin mis-sena ta' qabel.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ovvjament il-ministeri l-kbar, il-big spenders, huma s-saħħa, il-benefiċċji soċjali, u l-edukazzjoni.", "Imbagħad hemm l-ambjent, li għalkemm ma jonfoqx daqstant, inħarsu lejh b'ċertu interess u nsegwuh ukoll.", "Il-benefiċċji soċjali jieħdu kważi terz tal-ispiża rikorrenti, u għalhekk l-enfasi tagħna hija hemmhekk.", "Jien niddejjaq meta mmorru għand is-segretarji permanenti b'ħafna audits, imma l-verità hija li l-materjalità hemmhekk qiegħda.", "Having said this, aħna nkopru wkoll entitajiet oħra iżgħar u li jonfqu inqas.", "Kemm jista' jkun nippruvaw li bejn wieħed u ieħor inżommu paragun ma' dak li jkun hemm ipprovdut fl-estimi u l-ħin li niddedikaw fuq kull ministeru, għalkemm mhux dejjem jirnexxielna.", "Pereżempju, din is-sena nafu kif inhu għaddej il-Ministeru għas-Saħħa biex jiġġieled il-pandemija, u allura żammejna lura minn ċerti audits.", "'Il quddiem ovvjament se jkollna nkopru ċerti areas, imma naf li l-enfasi tagħhom bħalissa qiegħda x'imkien ieħor.", "Għandna mbagħad sezzjoni ċkejkna ta' tmien persuni, li x-xogħol primarju tagħhom huwa l-PAC u l-audits li semma l-Onor.", "Ġeneralment dawk huma l-aktar audits li jingħataw attenzjoni mill-midja, però għalina kull audit huwa importanti u kull audit irid isir sewwa, irid isir bis-serjetà u jrid isir tajjeb.", "U hemmhekk, kif diġà għedt, ħdimna ħafna u jonqos biss l-aħħar żewġ partijiet tar-rapport tal-Vitals, li jekk Alla jrid sa Mejju jkunu lesti, u jonqosna wkoll ir-rapport dwar l-SVPR.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Aħna ma nqassmux l-audits sempliċement bħala ministeri jew dipartimenti, imma nżommu data wkoll fuq il-klassifikazzjoni tal-Gvern b'setturi.", "Naraw, pereżempju, education, social protection, general public service, public order and safety, eċċ., u jista' jkun hemm parti minn ministeru li tagħmel parti minn classification, u parti oħra li tagħmel parti minn classification oħra.", "Aħna nippruvaw nindirizzaw l-effort tagħna għax għandna biex inkejlu – u meta ngħidu \"effort\" inkun qed nirriferi għal ħafna sigħat – fejn hemm l-iktar bżonn u fejn hemm ir-riskji, imma generally speaking l-audits kollha nagħżluhom aħna, ħlief dawk li jqabbadna nagħmlu l-PAC.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri m'intomx qed tagħmlu talba għal iktar impjegati u l-Gvern qed jgħidilkom le.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, għax maż-żieda fl-impjegati hemm marbuta wkoll l-issue ta' spazju.", "Aħna diġà kellna l-pjanti lesti għal dak il-bini, però l-mod kif qed naħdmu issa waqt il-pandemija – imma xorta qed nippjanaw għal wara l-pandemija – huwa differenti minn kif konna naħdmu qabel.", "Irridu nirranġaw il-pjanti tagħna biex ma ndaħħlux lill-Gvern fi spejjeż żejda u bla bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Nirriferikom għat-tabella li hemm f'paġna 13 tal-estimi fejn jidher li r-riżorsi finanzjarji mitluba min-naħa tagħkom along the years intlaqgħu.", "Qed naraw li fl-2009 minn baġit annwali mitlub ta' €2.1 miljun – li de facto kien ta' €1.8 miljun – issa tlajtu għal €3.8 miljun, li huwa aktar mid-doppju.", "Jidher ukoll li mill-2016 'il quddiem intom qed tagħmlu surplus żgħir fil-baġit tagħkom.", "Hemmhekk qegħdin tagħmlu sistema ta' retained earnings anke b'antiċipazzjoni għal dan il-proġett kapitali li għandkom f'moħħkom?", "Jiġifieri kontu qed taraw li tibdew tfaddlu għal dan l-investiment kapitali?", "Pereżempju, dawk il-€200,000 li ffrankajna lill-Gvern marru lura fil-fond konsolidat.", "Sur President, nixtieq hawnhekk ngħaddi kumment dwar dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Jien niftakar li meta mort l-NAO fl-2008 kien hemm sitwazzjoni tal-biki, fis-sens li kienu qegħdin jirriżenjaw medja ta' tmienja jew disa' impjegati kull sena, tant li kien hemm instance fejn iċ-Chairman tal-PAC, dak iż-żmien in-Nutar Charles Mangion, kien qal lill-Awditur Ġenerali biex jara x'jagħmel għax inkella l-Uffiċċju kien se jiġi żvujtat.", "Kien hemm żmien fejn l-Uffiċċju kien qed jaħdem bi 18 jew 19-il awditur inqas minn dak li kellna bżonn.", "Imbagħad bdew diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Finanzi, u bil-koperazzjoni tagħhom żidna ftit il-pakkett renumerattiv tal-impjegati tagħna, għax inkella ma kienx se jirnexxielna nżommu n-nies.", "Ma ninsewx li qegħdin nitkellmu fuq accountants, ekonomisti, statisticians, u nies bil-Ph.D. Kif se żżomm persuna li għandha l-Ph.D. miegħek jekk ma tagħtihiex ċerti kundizzjonijiet?", "U dak l-avvanz li ġustament irrimarka fuqu l-Onor.", "Muscat kien dovut… Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn l-operational and maintanence expenses jara li dawn baqgħu l-istess għal dawn l-aħħar 15-il sena; żdiedu ftit il-personal emonuments minħabba dan li għadni kemm semmejt.", "Jekk ma tagħmilx hekk ma tiġbidx lejk l-aqwa nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar domandi?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien naħseb li fl-audits li tagħmlu jkun hemm min jagħtihom koperazzjoni, u jkun hemm oħrajn li jkunu ftit inqas koperattivi magħkom.", "X'jagħmel l-Uffiċċju f'każijiet bħal dawn tal-aħħar?", "Għandu saħħa biżżejjed, jew għandu bżonn jissaħħaħ minn dak l-aspett?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: L-Uffiċċju tagħna għandu s-saħħa li tagħtih il-liġi, però kif għedt fid-diskors tiegħi, dawn iż-żmenijiet qegħdin niffaċċjaw sfidi ġodda.", "Diġà għamilna proposti qawwijin ħafna biex ikun hemm emendi kostituzzjonali, tajnihom lill-President f'Jannar li għadda, u qegħdin jiġu kkunsidrati però m'għandniex feedback dwar jekk humiex se jittieħdu on board.", "Lilna jinkwetana ħafna l-fatt li ma nafux jekk in-nies tagħna humiex sanctionable.", "Pereżempju, jekk jien noħroġ rapport fuq ditta partikolari, u din id-ditta tfittex lin-nies tagħna għad-danni, aħna protetti?", "Ħafna drabi nagħmmlu audits, speċjalment dawk li niġu mqabbda nagħmlu mill-PAC, li jkunu dwar suġġetti kontroversjali ħafna.", "Aħna nidħlu fil-fond, kif inhuwa d-dover tagħna li nagħmlu, u ma noqogħdux nibżgħu nidħlu fejn għandna nidħlu, u għalhekk iddiskutejna u ħassejna li l-uffiċjali tal-Uffiċċju tagħna għandhom ikunu protetti.", "Hemm imbagħad affarijiet oħra, bħal pereżempju, jekk għandniex dritt ninvestigaw kif ikunu ntnefqu fondi mogħtija lill-privat mill-Unjoni Ewropea.", "Dwar dan m'hemm xejn ċar fil-liġi, anke għaliex il-liġi li waqqfet l-Uffiċċju tagħna saret qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea, u allura hija dgħajfa ftit fejn jidħol awditjar ta' fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jistgħu jkunu fondi motgħija mill-Gvern ukoll.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu, jistgħu jkunu tal-Gvern ukoll bħal, pereżempju, meta l-Gvern jagħti fondi lill-NGOs jew lill-privat.", "Jiġifieri hemm ħafna issues.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Aħna nħossu li jekk xi ħadd ikun ħa flus tal-Gvern bħala grant, eċċ., bħala Uffiċċju ma nistgħux infittxu fl-accounts tagħhom biex naraw x'ġara minn dawk il-flus.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: F'dan il-kuntest nixtieq ngħid li nsibu koperazzjoni kbira mill-Korp tal-Pulizija.", "Għalkemm aħna ma nfittxux kriminalità, għax l-enfasi tagħna hija fuq il-governanza tajba, jekk fix-xogħol tagħna niltaqgħu ma' suspetti ta' ċerti affarijiet, immorru għand il-Pulizija li mbagħad jieħdu over huma għax huma għandhom l-għodda biex jinvestigaw kif suppost.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nieħu pjaċir ħafna nara li qed tkunu pro-attivi, mhux biss fl-audits li tagħmlu imma anke fil-laqgħat li qegħdin tagħmlu mas-segretarji permanenti tal-ministeri.", "Qed nifhem ukoll li intom ma tistennewx li jsir id-\"delitt\" qabel ma toħorġu l-kundanna, imma jekk issibu xi ħaġa, anke f'dawn il-laqgħat li qed ikollkom, li mhijiex għall-altezza ta' dak li tixtiequ intom, tiġbdu l-attenzjoni qabel ma jsir il-fatt.", "Naħseb li dik hija funzjoni importanti u forsi ftit ġdida li intom qegħdin tagħtu lill-Uffiċċju tagħkom, u li aħna, bħala Kumitat u anke bħala Parlament, ċertament li għandna ninkoraġġixxu.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Sur President, kif qed tgħid tajjeb int, sa għaxar snin ilu, mhux lokalment biss imma fid-dinja tal-auditing, l-audit office kien qiegħed hemm biss biex jagħmel l-audits u biex jipponta subajh u jieqaf hemm.", "Dan il-ħsieb illum qed jinbidel.", "Aħna nemmnu li jekk għandna informazzjoni, għarfien, jew esperjenza, għandna naqsmuha mas-Servizz Pubbliku, għax fl-aħħar mill-aħħar l-iskop tagħna huwa li tissaħħaħ il-governanza tajba fis-Servizz Pubbliku.", "Aħna ħadna gost bl-inizjattiva li ħadu riċentement l-Awtorità tal-Artijiet fejn ħarġu linji gwida ġodda u proċedura stabbilita dwar kif għandha tingħata l-proprjetà tal-Gvern.", "Huma ġew għandna u aħna tajnihom il-parir tagħna u ddiskutejna flimkien biex kemm jista' jkun is-sistema tkun waħda trasparenti.", "Minkejja dan xorta rridu noqogħdu attenti, fis-sens li jekk għada pitgħada niġu biex nagħmlu audit ta' qasam, rridu nżommu ċerta indipendenza, però jien nemmen li b'rieda tajba nistgħu nsibu mod kif ngħinu lis-Servizz Pubbliku u lill-entitajiet isaħħu l-governanza tagħhom qabel, kif għedt tajjeb inti, iseħħu ċerti affarijiet.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: L-ikbar problema li għandna hija li meta mmoru nagħmlu audit dak li jkun jaħseb li l-Awditur se jara kollox, mentri l-Awditur se jmur fejn hemm il-problemi.", "Huwa inutli li mmorru fejn hemm it-tajjeb, imma rridu mmorru fejn naħsbu li hemm ħażin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħalma Ġesù Kristu mar fejn il-midimbin!", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Hekk hu.", "Huwa inutli li mmur fejn naf li huwa tajjeb għax mhux se nagħti ebda valur miżjud.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iktar rimarki?", "Ma jidhirx li hawn aktar rimarki għalhekk se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-approvazzjoni tal-Istqarrijiet Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2019.", "L-Istqarrijiet Finanzjarji għas-sena 2019 ġew approvati unanimament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija l-approvazzjoni tal-Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2021.", "L-Estimi Finanzjari għas-sena 2021 ġew approvati unanimament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fil-5:47 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees nao", "source": "Extracted from 20201013_016d_nao.docx"} {"text": ["KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5:01 p.m.", "L-Onor.", "Chris Fearne, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet), kienu preżenti.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 15 li saret fid-29 ta' Lulju 2020, kienu konfermati.", "RAPPORT ANNWALI U STQARRIJIET FINANZJARJI TAL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA LI TAGĦLAQ FIL-31 TA' DIĊEMBRU 2019 (Dok.", "32) U ESTIMI FINANZJARJI TAL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA 2021 (Dok.", "Kopji tar-Rapport Annwali u tal-Estimi Finanzjarji kienu ġew ċirkolati lill-Membri tal-Kumitat.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali, u lis-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali, jieħdu parti fil-Kumitat sabiex ikunu jistgħu jsirulhom xi mistoqsijiet u osservazzjonijiet dwar ir-rapport u l-estimi.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu s-Sur Deguara wera filmat żgħir dwar il-ħidma tal-Uffiċċju tiegħu (Dok.", "Huwa ppreżenta wkoll lill-Kumitat kopja tan-National Audit Office Annual Report and Financial Statements 2019 (Dok.", "Wara li l-Awditur Ġenerali spiċċa d-diskors tiegħu, is-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali, għadda sabiex jagħmel id-diskors tiegħu.", "Ir-Rapport Annwali u Stqarrijiet Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2019 u l-Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2021, ġew approvati unanimament.", "Il-Kumitat qabel ukoll li ċ-Chairman jippreżenta mozzjoni fil-Parlament fejn jirrikkmanda lill-Kamra sabiex tapprova dak li kien deċiż fil-Kumitat.", "Fil-5:47 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees nao", "source": "Extracted from 20201013_016m_nao.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020 fis-2.30 pm", "IlPresident talKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika javża li lKumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020 fis-2.30 pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Konferma tal-Minuti", "Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Każ K/022) (Kont.)", "Xogħol ieħor", "12 ta' Ottubru 2020 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20201014_013a_spl.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2.36 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12, li saret fit-12 ta' Ottubru 2020, ġew ikkonfermati.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILLKUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA (KAŻ K/022) – KONT.", "Il-Kumitat irriżuma mit-12 ta' Ottubru 2020 id-diskussjoni fuq dan ir-Rapport.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nilqagħkom għal din il-laqgħa li fiha se niddiskutu r-Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Każ K/022).", "Kif ftehemna l-aħħar darba, nistieden lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jingħaqad magħna hawnhekk ħalli jippreżenta r-rapport tiegħu.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, suppost dan ir-rapport ma kellux ikun pubbliku, imma kif qed naraw ir-rapporti qed jispiċċaw bits and pieces fuq il-midja ...", "L-ISPEAKER: Dik hija responsabbiltà ...", "GLENN BEDINGFIELD: Dik hija responsabbiltà ta' kull min jara r-rapport u jkollu r-rapport f'idejh.", "L-ISPEAKER: Hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jien li nista' ngħidlek huwa li minn din in-naħa tal-Kamra ħadd minna ma għaddieh lill-istampa.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, lanqas aħna!", "(Interruzzjonijiet) (Off microphone)", "L-ISPEAKER: Jien rajtha fil-midja dalgħodu, imma min-naħa tiegħi żgur li le.", "GLENN BEDINGFIELD: Xi ħadd irid ikun!", "L-ISPEAKER: Imma għamilt sew li qajjimtha din.", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: … li la min-naħa tagħna u lanqas min-naħa tal-Oppożizzjoni ma llijkjaw dan ir-rapport!", "Xi ħadd li għandu dan ir-rapport f'idejh illijkjah lill-istampa, u dan meta aħna f'din il-Kamra qbilna li m'għandux ikun pubbliku.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma tajjeb inkunu nafu li kemm il-Membri min-naħa tal-Gvern kif ukoll il-Membri min-naħa tal-Oppożizzjoni qed jiddikjaraw li ma llijkjawhx.", "L-ISPEAKER: Anke s-Sedja għamlet din id-dikjarazzjoni, liema dikjarazzjoni se tiġi minuted.", "Mela llum iltqajna biex inkomplu nikkonsidraw ir-rapport li għandna quddiemna, li ġie mgħoddi lilkom il-ġimgħa l-oħra u li bdejna niddiskutu nhar it-Tnejn li għadda.", "Infakkar li fl-aħħar laqgħa ma kienx intlaħaq qbil li dan ir-rapport isir pubbliku.", "Ovvjament aħna mxejna fuq il-modus operandi tal-guidelines li konna qbilna fuqhom fil-memorandum li kien ipprepara l-istess Kummissarju dwar x'għandu jiġi ppubblikat jew le sakemm ma niħdux ċertu deċiżjonijiet.", "Issa, in vista li f'dan l-istadju dan ir-rapport għadu mhux pubbliku, qabel ma nimxu nixtieq kjarifika mingħandkom - bħalma għamilt l-aħħar darba fil-bidu tas-seduta - dwar jekk din il-laqgħa għandhiex titkompla in camera jew le.", "L-aħħar darba ddeċidejna li nibqgħu għaddejjin, imma anke llum nixtieq din il-kjarifika mingħandkom.", "KAROL AQUILINA: Jien naħseb li għandna nibqgħu għaddejjin.", "L-ISPEAKER: Qed naqblu li għandna nibqgħu għaddejjin?", "Għiduli intom għax jekk se jibdew nibqgħu għaddejjin allura mhu se nitlob lil ħadd biex jirtira minn din il-laqgħa, imma jekk se nagħmluha in camera allura jkolli nitlob lil kulħadd jirtira minn din il-laqgħa.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, ovvjament aħna għadna ma qbilniex li r-rapport ikun ippubblikat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Allura huwa naqra kontro-sens li ...", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk se niddiskutu l-kontenut tar-rapport ...", "L-ISPEAKER: Ma nafx, araw intom, imma jien rrid nimxi eżatt mal-proċedura.", "GLENN BEDINGFIELD: Imbagħad ġaladarba naqblu li r-rapport ikun pubbliku ...", "L-ISPEAKER: Forsi nistgħu nissospendu ftit u mbagħad nerġgħu nkomplu?", "KAROL AQUILINA: Sur President, l-aħħar darba jien għalhekk insistejt li dan ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u mbagħad nisimgħu lill-Kummissarju, għax ma jagħmilx sens li dan il-Kumitat jiltaqa' in camera, jisma' lill-Kummissarju filwaqt li jibqa' mdendel dwar x'fih u x'ma fihx dan ir-rapport.", "Jien jidhirli li huwa l-obbligu ta' dan il-Kumitat li jippubblika r-rapport immedjatament.", "Illum nisimgħu lill-Kummissarju … Il-Kumitat dejjem jista' jeżerċita d-dritt li ma jadottax dak ir-rapport.", "Il-Kumitat għandu dritt jippubblika r-rapport, jisma' lill-Kummissarju u mbagħad jekk irid jadotta dak ir-rapport u jekk irid ma jadottahx!", "L-ISPEAKER: Imma l-aħħar darba għamilna referenza wkoll għal dak li l-Kumitat iddeċieda dwar il-guidelines li għandna nimxu fuqhom, u din taqa' proprju taħt waħda minnhom.", "Għalhekk f'dan l-istadju r-rapport m'għandux jiġi ppubblikat sakemm niddeċiedu mod ieħor.", "Però, kif għedtilkom diġà, intom tridu tiddeċiedu.", "Skont il-memorandum li adottajna aħna s-sena l-oħra dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport o meno s'issa f'dan l-istadju żgur m'aħniex f'pożizzjoni li nippubblikaw ir-rapport sakemm niddeċiedu jekk bħala Kumitat għandniex nadottaw ir-rapport jew le.", "Issa jekk wieħed jistaqsini kif inhu l-aħjar mod li nimxu, jien naħseb li għandna nieħdu a hybrid approach billi meta għandna nkunu in camera nkunu in camera filwaqt li meta m'għandniex inkunu in camera ma nkunux in camera.", "Kif iddeċidejna matul l-aħħar laqgħa, illum żgur qegħdin f'pożizzjoni li nagħmlu xi domandi lill-Kummissarju u nistaqsuh għal xi kjarifiki fuq ir-rapport u mbagħad wara naraw.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien naħseb li minn hemm irridu nibdew, Sur President.", "L-ewwel nisimgħu lill-Kummissarju u mbagħad nieħdu d-deċiżjonijiet opportuni.", "L-ISPEAKER: Imma qabel ma nisimgħu lill-Kummissarju, li diġà qiegħed jistenniena hawnhekk, aħna kif se nimxu; in camera jew le?", "GLENN BEDINGFIELD: Ġaladarba se niddiskutu d-dettalji, jien naħseb li għandna nimxu in camera.", "KAROL AQUILINA: Jien naħseb li mhux biss għandna obbligu lejna nfusna, imma lejn kulħadd li dan ir-rapport jiġi ppubblikat.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi l-ewwel għandna nisimgħu lill-Kummissarju u mbagħad il-Kumitat għandu jiddeċiedi jadottax ir-rapport jew le.", "Naħseb li aktar trasparenti minn hekk ma nistgħux inkunu għax qegħdin immorru għall-estrem l-ieħor imbagħad!", "L-ISPEAKER: Le, le, m'aħniex qed immorru għall-estrem!", "Jien qed nifhem lil kulħadd, imma rrid nimxi ma' dak li ddeċidejna diġà, u ċjoè li r-rapport jiġi ppubblikat meta jiġi adottat mill-Kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma ninsewx li qed nitkellmu fuq persuna li m'għadux Membru ta' din il-Kamra.", "L-ISPEAKER: Għalhekk ejjew nimxu ma' dak li ftehemna.", "Wara kollox aħna mxejna mal-guidelines li tana l-Kummissarju, jiġifieri m'aħniex qed immorru kontra dak li … Għalhekk naħseb li f'dan l-istadju għandna mmorru in camera, u m'għandniex għalfejn indumu biex nagħmlu dan.", "Kif għedt diġà, il-Kummissarju diġà qiegħed hawnhekk.", "Nistaqsu dak li għandna nistaqsu lill-Kummissarju u mbagħad nimxu minn hemmhekk.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqblu.", "L-ISPEAKER: Wara kollox se nimxu ma' dak li ddeċidejna u m'aħna qed inżidu xejn.", "Dawk kienu l-Minuti li ġew approvati mill-Kumitat lura f'April tas-sena l-oħra.", "Tajjeb?", "KAROL AQUILINA: Aħna ma naqblux, imma ġaladarba l-Kumitat qed jiddeċiedi hekk ...", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Mela l-Kumitat qed jiddeċiedi li l-laqgħa titkompla fil-magħluq.", "Nissospendu sakemm joħorġu n-nies li mhux se jibqgħu fil-Kumitat.", "Fis-2.43 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u l-laqgħa kompliet in camera.", "Fit-3.23 p.m. l-Ispeaker irringrazzja lill-Kummissarju għall-preżentazzjoni tiegħu u talbu jirtira mil-laqgħa.", "Wara li sema' u ddiskuta r-rapport tal-Kummissarju, il-Kumitat qabel illi r-rapport K/022 għandu jsir pubbliku, b'riżerva mressqa mill-Onor.", "Edward Zammit Lewis dwar l-addozzjoni tal-istess rapport u l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet skont artikli 27 u 28 tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, liema aspetti għandhom ikunu diskussi fil-laqgħa li jmiss dwar dan ir-rapport.", "Fit3.38 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20201014_013d_sta.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "LAQGĦA NRU 13", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020", "IlKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fis2.36 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallĠustizzja, lUgwaljanza u lGovernanza, lOnor.", "Għal din il-laqgħa kien preżenti wkoll il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 12 tat12 ta' Ottubru 2020 ġew ikkonfermati.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILLKUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA (KAŻ K/022) – KONT.", "Il-Kumitat iltaqa' sabiex skont lartikolu 27 talAtt dwar lIstandards filĦajja Pubblika ikompli jikkonsidra u jiddeċiedi dwar jekk jadottax ilkonklużjonijiet u rrakkomandazzjonijiet tarrapport talKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika (Rapport K/022) li ġie mgħoddi lillMembri talKumitat nhar itTnejn, 5 ta' Ottubru 2020.", "Kif maqbul fil-laqgħa preċedenti, għal din il-laqgħa ġie msejjaħ il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sabiex jippreżenta r-rapport tiegħu.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield irrimarka li minkejja li fil-laqgħa ta' qabel il-Kumitat kien qabel illi d-dokument ma jkunx rilaxxat, xorta dehru rapporti fil-media dwar il-kontenut tiegħu, u li n-naħa tal-Gvern żgur ma kinitx irrilaxxatu min-naħa tagħha.", "In-naħa tal-Oppożizzjoni wkoll irrimarkat li dan ma kienx rilaxxat min-naħa tagħha.", "Il-Kumitat iddiskuta jekk il-laqgħa għandhiex titkompla in camera, fejn in-naħa tal-Gvern qalet li għandha titkompla in camera, u n-naħa tal-Oppożizzjoni qalet li l-laqgħa għandha tkompli fil-miftuħ.", "L-Ispeaker fakkar lill-Kumitat dwar il-proċedura maqbula fil-Kumitat f'April 2019 dwar pubblikazzjoni ta' rapporti li jaqgħu taħt l-ewwel xenarju elenkat fil-memorandum ippreżentat mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, ċjoè li rapport għandu jsir pubbliku wara li jaqbel il-Kumitat.", "Il-Kumitat għalhekk qabel li l-preżentazzjoni mill-Kummissarju u d-diskussjoni dwaru għandha ssir fil-magħluq.", "Fis-2.43 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u l-laqgħa kompliet in camera.", "Fit-3.23 p.m. l-Ispeaker irringrazzja lill-Kumissarju għall-preżentazzjoni tiegħu u talbu jirtira mil-laqgħa.", "Wara li sema' u ddiskuta r-rapport tal-Kummissarju, il-Kumitat qabel illi r-rapport K/022 għandu jsir pubbliku, b'riżerva mressqa mill-Onor.", "Edward Zammit Lewis dwar l-addozzjoni tal-istess rapport u l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet skont artikli 27 u 28 tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, liema aspetti għandhom ikunu diskussi fil-laqgħa li jmiss dwar dan ir-rapport.", "Fit3.38 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20201014_013m_sta.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 38", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020 fis-4:45 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Ottubru, 2020 fis-4.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mal-Fondazzjoni Nanniet Malta; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20201014_038a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 38", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 38", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.48 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Rosianne Cutajar): Nagħti merħba lil kull min hawn preżenti għal din il-laqgħa.", "Bħal kull laqgħa oħra ta' dan il-Kumitat, din il-laqgħa qiegħda tiġi video streamed u se tkun trażmessa wkoll fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament fi stadju ulterjuri.", "Illum se nkun qiegħda nippresjedi din il-laqgħa minflok l-ex-kollega tiegħi ta' dan il-Kumitat, Dr Etienne Grech, li mexxa dan il-Kumitat għal dawn l-aħħar snin u li f'dan il-perjodu ddiskuta diversi temi ta' natura importanti fl-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Nixtieq nibdew din il-laqgħa tal-lum billi nsellmu lil Dr Etienne Grech u nirringrazzjawh tal-ħidma parlamentari tiegħu kollha, kemm tal-ħidma li ta fid-distrett tiegħu, kif ukoll tal-ħidma li wettaq fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: L-ewwel laqgħa li ppresieda Dr Etienne Grech kienet fid-9 ta' Awwissu, 2017.", "F'isem l-Oppożizzjoni jiena wkoll nixtieq nirringrazzjah tax-xogħol kollu li wettaq f'dan il-Kumitat.", "Jiddispjaċini ngħid li tlifna kollega u nawgurawlu fid-deċiżjoni li ħa li ma jibqax aktar Deputat Parlamentari.", "Nixtieq ukoll nirringrazzjah tax-xogħol kollu li wettaq kemm f'dan il-Kumitat kif ukoll fil-Parlament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn iktar kummenti?", "Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali): Jien ukoll nixtieq nirringrazzja lil Dr Etienne Grech tax-xogħol li għamel f'dan il-Parlament, li ħafna minnu ma jidhirx imma kien f'ħafna Kumitati oħra.", "Dr Grech għamel ħafna xogħol ukoll għall-Parlament u għall-poplu Malti barra minn xtutna, fejn attenda għal diversi delegazzjonijiet.", "Għalhekk nixtieq nawguralu suċċess biex ikompli bil-professjoni tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Nixtieq nirringrazzja lil Dr Etienne Grech għaliex apparti milli huwa kollega fil-professjoni medika u anke hawnhekk fil-Parlament, kien ta' gost li naħdem miegħu għaliex dejjem kien imexxi l-laqgħat ħarir.", "Nawguralu kull suċċess fil-professjoni tiegħu jew jekk se jieħu xi pożizzjoni oħra aktar 'il quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar kummenti?", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lil Dr Etienne Grech, l-ewwel nett tal-ħbiberija sinċiera tiegħu li ilha s-snin u anke għaliex f'dan il-Kumitat, kull meta tajna xi ideat mill-ewwel kien ikun lest li jilqa' dawn is-suġġerimenti u kien jilqa', jisma' u jattwa billi nressqu l-aġenda 'l quddiem.", "Nirringrazzjah ħafna u nixtieq nurih ukoll is-solidarjetà tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar kummenti?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, irridu nifirħu lilek ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Huwa pjaċir tiegħi li nippresjedi dan il-Kumitat għaliex huwa għal qalbi ħafna minħabba d-diversi suġġetti li jitratta.", "Ngħaddu issa għall-konferma tal-Minuti.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 36 u 37 li saru nhar l-Erbgħa, 26 ta' Awwissu u nhar it-Tlieta, 29 ta' Settembru 2020 ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq ninformakom li rċevejna din il-korrispondenza mingħand is-Sur Joe Gerada u mingħand Dr Lara Said, li tinsab għaddejja mill-marda kiefra tal-kanċer u li qajmet mistoqsijiet u punti tassew importanti.", "Ittra mingħand is-Sur Joe Gerada datata 2 ta' Ottubru 2020;", "Ittra mingħand Dr Lara Said datata 6 ta' Ottubru 2020.", "Nixtieq inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kumitat dan ir-rapport annwali tal-Parole Board:", "DISKUSSJONI MAL-FONDAZZJONI NANNIET MALTA", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għad-diskussjoni tal-lum u għalhekk nistieden lis-Sur Philip Chircop sabiex jingħaqad magħna madwar il-mejda, jippreżenta lilu nnifsu u jgħidilna wkoll xi ħaġa dwar il-Fondazzjoni Nanniet Malta qabel ma jagħtina l-preżentazzjoni tiegħu.", "IS-SUR PHILIP CHIRCOP (President tal-Fondazzjoni Nanniet Malta): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina, b'mod partikolari għaliex smajt li qegħdin full house llum.", "Dan juri rispett kbir u apprezzament lejn dak li se niddiskutu llum.", "Infakkar li l-Fondazzjoni Nanniet Malta ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar seba' snin, proprjament twaqqfet fit-23 ta' Settembru, 2013.", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia malli kellimtu fil-15 ta' Awwissu qalli mill-ewwel li se jagħtina l-għajnuna tiegħu u fil-fatt żamm kelmtu għaliex kemm ilha mwaqqfa din il-fondazzjoni, kull sena f'Jum in-Nanniet, nagħmlu l-Parlament tan-Nanniet.", "Mhux biss imma sitt xhur wara, dan il-Parlament, unanimament approva li t-tieni Ħadd ta' Ottubru jkun Jum in-Nanniet f'pajjiżna.", "Rajna apprezzament ukoll mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, kemm mill-Parlament u kemm mill-President ta' dak iż-żmien, l-Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, fejn fuq inizjattiva tagħha llum in-nanniet għandhom monument iddedikat għalihom.", "Dan niftaħar bih għaliex għandna monumenti ta' eks prim ministri, presidenti, eċċ. u l-Istat ħass il-bżonn ukoll li jkun hemm dan l-apprezzament permezz ta' monument għan-nanniet għall-irwol li jwettqu fis-skiet b'mod volontarju.", "50% tal-volontarjat huwa xogħol li jsir mill-azjani u aħna nagħmlu differenza.", "Issa mhux in-nanniet kollha huma anzjani u mhux l-anzjani kollha jistgħu jkunu nanniet.", "Għandi ħuti reliġjużi fis-Soċjetà tal-Mużew li jieħdu ħsieb it-tfal tat-tfal tagħna u t-tfal ta' ħaddieħor u mhumiex nanniet!", "Kważi kważi dawn qegħdin jagħmlu xogħol iktar minna u ta' dan aħna grati lejhom.", "Grati wkoll għal dan l-apprezzament.", "Bħala Fondazzjoni għamilna petizzjoni u fil-fatt din il-laqgħa hija wkoll riżultat ta' dik il-petizzjoni.", "Iltqajna xi darbtejn mal-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet u dakinhar fakkart li l-Qorti Ewropea ddeċidiet b'mod pożittiv favur nanna li fil-Bulgarija ressqet rikors quddiem il-Qorti Ewropea għaliex kienet qed tiġi mċaħħda milli tara n-neputi tagħha li kien qiegħed jgħix il-Greċja.", "Din rebħet dan il-każ u l-Qorti ddeċidiet li din in-nanna mill-Bulgarija tista' tmur fil-post li huwa r-residenza permanenti tat-tifel fil-Greċja, fejn kien qiegħed joqgħod ma' missieru.", "Ovvjament il-ġenituri ta' dan it-tifel kienu separati.", "Allura din in-nanna rebħet il-każ, bid-dritt li tatha l-Qorti, li żżur lin-neputi tagħha u viċi versa.", "Jiena nitkellem fuq in-nanniet, però hawnhekk xtaqt li kelli miegħi lit-tifla li għandha l-OneVoice Malta li jagħtu vuċi lit-tfal.", "Ħafna drabi ninsew li t-tfal għandhom dritt sagrosant quddiem iċ-Charter tad-Drittijiet tat-Tfal u permezz ta' liġijiet oħrajn, li jżuru lill-ġenituri tagħhom meta jkunu separati u li jżuru l-extended family tagħhom, li huma n-nanniet.", "Jekk dan neħduh mill-binarju tat-tfal suppost m'hemmx diffikultà għaliex dawn il-povri tfal jispiċċaw ballun bejn il-ġenituri li jkunu qegħdin fi stadju ta' separazzjoni u jkun hemm min irid ipattiha lill-kunjata, jew ikun hemm min irid ipattiha lil ommu u lil missieru għax forsi jkunu taw xi pariri jew inkella jwaħħlu fina n-nanniet li forsi nkunu ndħalna żżejjed jew li qegħdin inrabbuhom aħna!", "Imma żgur li ma tagħtiniex tort għaliex in-neputijiet tagħna, minn ġuf ommhom, jispiċċaw f'ħoġorna u jkollna nżommuhom aħna biex il-ġenituri jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu t-tnejn.", "Illum qam pandemonju fil-pandemija dwar x'se jagħmlu t-tfal!", "Se jmorru għand in-nanniet jew le?", "Il-Professur Charmaine Gauci qalet li huwa riskjuż li t-tfal imorru għand in-nanniet.", "Għandek tfal li ma jattendux l-iskola u n-nanniet jibdew jindukrawhom mis-7.00 a.m. minflok mis-2.30 p.m.!", "Dan huwa x-xenarju li ninsabu fih aħna.", "Jien dejjem qed nitkellem fuq dawk in-nanniet li huma idonei u mhux fuq dawk in-nanniet li joħolqu l-problemi u li sfortunatament bl-indħil tagħhom, bin-negliġenzi tagħhom, bin-nuqqas ta' għarfien u bin-nuqqas ta' edukazzjoni … U din il-Fondazzjoni għalhekk waqqaftha għaliex huwa importanti li nedukawhom lin-nanniet, mhux biex jagħmlu l-GCEs imma biex naraw kif inkampaw fiż-żmenijiet tal-lum, bit-teknoloġija moderna u bl-iżvilupp tal-ħajja soċjali tal-familja.", "Imma dawk in-nanniet li qatt ma kellhom tort imma sempliċement għax isseparaw it-tfal tagħhom jispiċċaw jeħlu huma għax l-omm tmur għand il-familja tagħha imma ma tmurx għand il-familja tar-raġel tagħha!", "Kellna każ ta' nanna li llum għandha żewġ cancers u li din tkellmet fil-Parlament tan-Nanniet.", "Issa aħna meta nagħmlu l-Parlament tan-Nanniet ma jfissirx li qegħdin nagħmluh biex nagħmlu xi show jew biex noqogħodu nparlaw biss u ma jsir xejn!", "Din in-nanna tilfet lil binha u spiċċat tilfet ukoll lin-neputijiet!", "Ovvjament jien jekk mietet il-mara se mmur għand ommi u mhux għand il-kunjata.", "Allura din in-nanna xtaqet twassal l-esperjenza tagħha.", "And so I took the cue u fuq pariri ta' ħaddieħor, inkluż tal-Ispeaker, għamilna din il-petizzjoni li ffirmawha 2,000 ruħ.", "Aħna għandna 2,000 nanniet reġistrati magħna u fuq il-facebook page tagħna għandna eluf aktar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Toffru servizzi speċifiċi?", "Jiġifieri jekk ikun hemm nannu jew nanna li jixtiequ jingħataw xi servizz partikolari, intom tagħtu servizzi one-to-one lil dawn in-nanniet?", "IS-SUR PHILIP CHIRCOP: Iva, però nistqarr li ma rridux inkunu prużuntużi għax avolja aħna nanniet u avolja għandna dak il-patrimonju tal-esperjenza tal-ħajja u għandna l-università tat-triq u tal-familja, imma aħna m'aħniex esperti f'kollox.", "Ngħid għalija jiena bniedem kwalunkwe, eks bankier, jiġifieri la jien avukat, la jien psikologu u ma jien xejn, però f'dawn is-seba' snin tgħallimt ħafna - ma rridx ngħid iktar minn dawn in-nies - għax għandi hands-on experience.", "Pereżempju għandna l-Befriending Pogrammes.", "Kulma nagħmlu huwa indirizzat lejn is-solitudini, l-abbandun u l-iżolament tan-nanniet tagħna.", "Hemm maġġoranza tajba ta' nanniet li huma romol, kemm irġiel u kemm nisa, li mingħalihom li issa li għandhom il-ħin fuq idejhom se jkunu jistgħu jiddedikaw iktar ħin għall-familja tagħhom u biex jgħinu lit-tfal tagħhom fit-trobbija tat-tfal, però sfortunatament it-tfal tagħhom jgħidulhom biex iżommulhom it-tfal imma m'għandhomx jindaħlulhom!", "Hawnhekk mhux qed ngħid xi jgħidu uliedi avolja mhux neżlin mis-sema imma lanqas jien mhu nieżel mis-sema għax għandi d-dnubiet tiegħi wkoll u għandi d-difetti tiegħi!", "Fuq kollox jien bniedem tad-demm u l-laħam, però jgħidulek biex ma tistennix li se jrabbu lil uliedhom kif trabbew huma!", "Issa dawn ikunu laħqu fil-professjoni tagħhom permezz tas-sagrifiċċji kbar li nkunu għamilna aħna meta konna qegħdin inrabbuhom.", "Aħna konna niċċaħdu mill-affarijiet u llum huma għandhom djar aħjar minn tagħna!", "Ovvjament irridulhom kull ġid possibbli u noqogħdulhom mat-tfal għaliex nafu li għandhom bżonn l-għajnuna biex ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu.", "Illum mhuwiex kapriċċ li ż-żewġ ġenituri jaħdmu u dan jagħmluh għall-ġid tal-familja.", "Pereżempju dan l-aħħar ġejt mitlub immur inżur anzjan minn social worker fl-Isptar Karen Grech li kienet qiegħda tieħu ħsiebu.", "Dan l-anzjan ta' ċerta età ma kienx bedridden imma kien f'wheelchair għax ma kienx daqshekk stabbli u kien qed jokkupa sodda hemmhekk sakemm il-Gvern isiblu post f'dar tal-anzjani.", "Jien mort inżuru u xtaq li nieħdu ritratt flimkien.", "Jien kont bil-ħsieb li se nibqgħu mmorru nżuruh u kont se nibgħat ukoll lin-nies tagħna ħalli jagħmlu daqsxejn ħbieb miegħu, kwarta kollox minħabba l-pandemija.", "Dan l-anzjan qalli li xtaq li jkollu ftit tal-kumpanija għax ma kellu lil ħadd f'Malta u għalhekk għedtlu li issa għandu lilna.", "La qaluli bih jien irrispondejt avolja qiegħed nirriskja u wieħed irid jikkonsidraha din il-biċċa wkoll!", "U minn hawnhekk insellem lill-frontliners kollha li qegħdin jieħdu ħsieb l-anzjani tagħna għax din mhijiex ċajta!", "Dak ir-ritratt li ħadt ma' dak l-anzjan tellajtu facebook u wara għaxart ijiem, għall-grazzja t'Alla, xi ħadd semagħna u dan l-anzjan ġie trasferit fir-residenza ta' St Vincente de Paule.", "Hemmhekk konna ta' ġid mhux għal dak l-anzjan personali għax hu kien qiegħed tajjeb l-Isptar Karen Grech imma l-Gvern iffranka sodda minn hemmhekk li seta' jużaha ħaddieħor li kien aktar fil-bżonn.", "U dak l-anzjan sab ruħu San Vinċenz fejn hemmhekk l-anzjani jiġu ndukrati tajjeb ħafna.", "Aħna nipprovaw nikkoperaw u dawn il-Befriending Programmes nagħmluhom biex nindirizzaw is-solitudini.", "L-anzjani jċemplulek fuq iċ-ċaħda tat-tfal.", "L-iktar li ċempluli nies hu għax ikunu mċaħħda milli jaraw lin-neputijiet tagħhom u aħna nassistuhom.", "Pereżempju ġieli jkellmuna preżentaturi u jistaqsuna jekk għandniex xi nanna li tixtieq tirrakkonta l-esperjenza tagħha fuq dan is-suġġett u għalhekk aħna nibagħtulhom dawn in-nanniet.", "Din in-nanna partikolari tkellmet fuq kif wara li rabbiet it-tarbija hi ġiet imċaħħda minnha f'salt wieħed għax il-boyfriend tat-tifla ddeċieda li t-tarbija ma jġibuhiex aktar għandha!", "Imbagħad dawn isseparaw f'daqqa u spiċċat kellha tieħu ħsieb tat-tifla tagħha u tan-neputija wkoll!", "Issa aħna ma nafux ngħidu le.", "They play with our emotions, kif qegħdin jagħmlu issa fil-pandemija, fejn in-nanniet mhux kapaċi jgħidulhom le.", "Kien għalhekk li tlabt lil Professur Charmaine Gauci sabiex tagħtina linji u protokolli ċari għax in-nanniet, – u minn hawnhekk insellem lin-nanniet kollha – tant għandhom qalbhom tajba li jinsew saħħithom, jinsew li qegħdin jeżistu u jinsew kollox, bil-konsegwenza li jistgħu jipperikolaw saħħithom sabiex ikomplu jżommu lin-neputijiet.", "Jien m'iniex kontra li nżommu n-neputijiet magħna imma fiċ-ċirkostanzi din hija xi ħaġa perikoluża.", "L-ewwel trid tibża' għal saħħtek u mbagħad inkun nista' nibża' għalik u għal saħħet it-tfal tiegħi u saħħet in-neputijiet.", "Dwar din taċ-ċaħda wasalna fi stat li kellna xi ħaġa għaddejja mal-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet, u grazzi għall-Ispeaker, li ltqajt miegħu l-ġimgħa l-oħra, f'salt wieħed irċevejna dan l-invit min-naħa ta' dan il-Kumitat biex niddiskutu din il-petizzjoni.", "Li xtaqt ngħid hu li ladarba hemm preċedent fil-Qorti Ewropea, u ladarba dan l-aħħar kien hemm deċiżjonijiet mill-Qorti Ewropea favur il-privat, u sfortunatament l-Istat tilef ċerti kawżi u allura l-Istat kellu joqgħod għalihom!", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għall-housing fejn id-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti Ewropea are being acknowledged.", "Issa tajjeb jew ħażin, il-Gvern, l-Istat jew il-prosekutur tilef dawn il-kawżi u rebaħhom il-privat u qed jagħmlu r-rikorsi fil-Qorti biex jieħdu l-proprjetà tagħhom lura għax kienu qegħdin jitħallsu bil-boqxiex ta' 50 sena ilu!", "Well and good imma ma naqbilx li l-maġġoranza ta' min qed jispiċċa bla saqaf huma nies anzjani!", "Dawn dak iż-żmien kellhom 20 sena, issa għaddew 50 sena minn fuqhom u llum għandhom 70 sena!", "Għandek preċedent qawwi approvat mill-Qorti Ewropea, fejn qed tgħid li wara li semgħet ix-xhieda tagħha … Ovvjament ikunu semgħu x-xhieda tal-ġenituri għax ma ħallewhiex tibqa' tara lit-tifel tagħha u semgħet lin-neputi wkoll u din in-nanna rebħet.", "Allura l-Gvern x'qed jistenna?!", "Aħna pajjiż Ewropew u n-nanniet kollha Ewropej!", "Nhar il-Ħadd li għadda ltqajt mal-Prim Ministru u l-ġimgħa l-oħra għamilt maratona sħiħa bħala anzjanità attiva b'differenza.", "Fejn qabel kont nieħu lin-nanniet fuq il-muturi, insiefru, nagħmlu line dancing u dinner dances, issa dawn l-affarijiet kollha ma nistgħux nagħmluhom.", "U għalhekk għedt li rrid nikkomemora l-anzjanità attiva b'mod differenti u ltqajt mal-Ispeaker, mal-President ta' Malta, mal-Prim Ministru, mal-Kap tal-Oppożizzjoni, mal-Onor.", "Maria Deguara, mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis kif ukoll mal-Kummissarju tal-Anzjani.", "Dan huwa wkoll sinjal ċar li dawn in-nies qegħdin japprezzaw x'qegħdin nagħmlu għaliex li kieku Philip Chircop u l-Fondazzjoni tiegħu hija laqxa, hija non-entità, żgur li ħadd ma kien jinteressa ruħu fina.", "Onorevoli Membri preżenti, għalfejn m'għandniex nibdew dan il-proċess ladarba għandna dan il-preċedent?", "M'iniex qed ngħid li din hija xi ħaġa li se ssir mil-lum għal għada.", "Nistgħu nagħmlu Private Members Bill li l-Ispeaker semmieli kif hu diġà ressaq ħames liġijiet permezz ta' Private Members Bill.", "U nibdew il-proċess biex fl-aħħar naslu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn mistoqsijiet?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur Chircop, naħseb hemm bżonn li mmorru fil-konkret.", "B'rabta mal-ittra li għandna tas-Sur Joe Gerada minn Ħaż-Żabbar li titratta l-ulied, il-ħlas tal-manteniment u jekk xi parti mill-ġenituri ma tarax lit-tfal, u fejn qiegħed jitlob ukoll tibdil fil-liġijiet tagħna, nixtieq li nagħmlu eżerċizzju fejn naraw id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea li semmejt inti Sur Chircop, u jkollna kopja tagħha f'dan il-Kumitat.", "Nissuġġerixxi wkoll li l-laqgħa tal-lum tiġi transcribed u ngħadduha lill-Kummissarju tat-Tfal kif ukoll lill-Kummissarju tal-Anzjanità Attiva ħalli jagħtuna l-feedback tagħhom dwar dan is-suġġett.", "Jiena naħseb li din irridu narawha wkoll mill-aspett tat-tfal.", "Nemmen ħafna fid-dritt tat-tfal li jaraw lin-nanniet tagħhom u nżid ukoll li jaraw lill-extended family tagħhom bħal pereżempju z-zijiet, xi ħaġa li semmejtha wkoll mal-Kummissarju tat-Tfal.", "Inħoss ukoll li l-kuġini jifformaw parti mill-isfera Maltija.", "Allura jekk bis-saħħa ta' dak li qed jagħmel is-Sur Chircop nestenduha ftit ukoll mhux biss għan-nanniet imma forsi wkoll indaħħlu z-zijiet u l-kuġini … Issa naraw il-wording kif jista' isir u f'dan kollu jkollna l-għajnuna tal-Avukat Ġenerali biex inkunu nistgħu nressqu lill-Gvern jew lil dan il-Parlament Private Members Bill jew xi ħaġa oħra, naraw xi qbil ikun hemm u safejn jirnexxilna naslu flimkien.", "U b'hekk inkunu nistgħu nagħmlu dan l-ewwel pass, jiġifieri li jkollna xi ħaġa strutturata li biha nibdew nagħmlu l-passi meħtieġa u mhux inħalluha fl-ajru, tgħaddi minn dan il-Kumitat u mbagħad ninsewha.", "Irridu nieħdu azzjoni konkreta u naraw x'għandhom xi jgħidu l-Kummissarju tat-Tfal kif ukoll il-Kummissarju tal-Anzjani u jkollna f'idejna d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea.", "Jekk hemm bżonn ikollna abbozz min-naħa tal-Avukat Ġenerali jew minn avukat li jifhem f'dan il-qasam u nipproponuha.", "Naraw ftit jekk għandniex il-fakultà bħala persuni li l-Parlament jista' jipprovdi biex litteralment jekk ikun hemm bżonn niktbu l-liġi aħna.", "Hawnhekk aħna m'aħniex avukati u allura rridu lil xi ħadd jassistina se mai biex inwasslu u naslu għal dan il-punt.", "Naraw nistgħux nieħdu l-opinjoni ta' dawn il-persuni mhux biss fuq dak li qal is-Sur Chircop hawnhekk imma anke fuq l-extended family u fuq il-kwestjoni tal-manteniment li qed jiktbilna dwaru s-Sur Joe Gerada.", "Qabel nikkonkludi nixtieq li bħala Kumitat nibagħtu ittra ta' acknowledgement kemm lis-Sur Joe Gerada kif ukoll lil Dr Lara Said biex ngħidulhom li aħna rajna l-ittri tagħhom u se nitolbu l-parir fuq dak li qegħdin jiktbulna dwaru.", "Rigward dak li kitbitilna Dr Said nistgħu forsi nieħdu r-reazzjoni tas-Sinjura tal-President li tieħu ħsieb il-Malta Community Chest Fund u tgħidilna ftit x'inhi l-pożizzjoni llum.", "U jekk nistgħu wkoll naraw ftit x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern illum fuqha.", "Jidher li din l-ittra ntbagħtet ukoll lill-Ministru tas-Saħħa, però bħala Kumitat nixtiequ nkunu nafu x'reazzjoni hemm dwarha.", "Pereżempju jgħidulna li s-sitwazzjoni llum hija din u jgħidulna x'jista' isir biex fil-każ aħna bħala Kumitat nagħmlu s-suġġerimenti tagħna biex kif qalet Dr Said stess, \"I just want somebody of you to care enough for me and all other citizens\", nassigurawha li aħna bħala Kumitat we care.", "Allura nistgħu nibagħtulha acknowledgement jekk ovvjament hawn qbil mill-kollegi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bla ebda dubju.", "Ma nafx jekk hawnx kollegi oħrajn li jixtiequ jistaqsu xi ħaġa?", "Sur Chircop, forsi tista' tgħidilna ftit jekk għandkomx xi pjanijiet futuri, anke vis-à-vis l-COVID-19.", "Naf li qegħdin ftit limitati f'dak li tistgħu torganizzaw minħabba r-restrizzjonijiet preżenti u anke għaliex intom, fl-aħħar mill-aħħar, taqgħu fil-kategorija tal-vulnerabbli imma tista' tgħidilna ftit xi proġetti għandkom għall-futur?", "IS-SUR PHILIP CHIRCOP: Sinjura President, qabel xejn nixtieq nippreċiża ċerti affarijiet li semma tant tajjeb l-Onor.", "David Agius, fis-sens li fil-petizzjoni, fil-kors taż-żewġ laqgħat li għamilna mal-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet, – naħseb l-Onor.", "Ivan Bartolo kien preżenti dakinhar – meta semmejt din tal-Ewropa waqafna bil-viżjoni li l-Kumitat kellu jindaga ftit dwar din id-deċiżjoni tal-Qorti.", "Meta ltqajt mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat jiena kont diġà għamilt naqra soundings u wasal għal widnejja li kemm lill-Ministru ta' dak iż-żmien, kif ukoll lill-Kummissarju għat-Tfal, kien hemm ħafna nies li avviċinawhom u kienu kollha tal-istess fehma … Issa din mhux kritika, fis-sens kemm kellhom il-fehmiet tagħhom, kienu tal-istess fehma, kif għedt inti … Anzi llum m'azzardajtx insemmi zijiet u kuġini kif għamilt inti Onorevoli u li jagħmel sens.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Ir-risposta li waslitli through the grapevine kienet li jekk tiftaħ il-bieb għan-nanniet se tiftaħ għal kulħadd.", "Jien ma narahiex hekk, però anke jekk stess dik il-preżunzjoni hija valida, u jien flimkien mal-ex Prim Ministru tkellimna dwarha u għamilna madwar 50 minuta nitkellmu Kastilja.", "Dakinhar qalli li jinstab xi ftit xettiku għax se tieħu fit-tul imma jien għedtlu li ma kontx qed nippretendi li ssir mil-lum għal għada.", "Għedtlu li jekk inti se tiftaħ il-bieb u ma tridx li jgħaddi n-nemus, trid tagħmel il-wire netting mal-bieb!", "U skont kemm tagħmilhom kbar jew żgħar it-toqob se tippermetti lin-nemus jew il-friefet jgħaddu.", "Jiġifieri tiddeċiedi inti xi tħalli jidħol.", "Allura mhux bl-iskuża li jekk niftħu għaz-zijiet se jqumu z-zijiet l-oħra u l-pro-zijiet, eċċ, u n-nanniet jibqgħu jsaffru meta huma l-protagonisti tal-weġgħat li qed ikollna!", "Fil-fatt li qed jiġri hu li ma nieħdux lit-tfal għand in-nanniet imma z-zijiet xorta qegħdin igawduhom għax huma mhumiex involuti fl-equation tas-separazzjoni tal-ġenituri!", "Mela aħna qegħdin inrabbu lin-neputijiet tagħna, qed ikollhom iktar għożża u n-nanniet jgħidulek li ilhom ma jaraw lin-neputijiet 16-il sena, minn mindu twieldu jew mill-praċett jew mill-griżma!", "Bir-rispett kollu naqbel u j'alla jgawdi kulħadd imma ma rridx li nipproponi xi ħaġa hekk.", "J'alla tipproponuha intom u tgħaddi, imma jekk nipproponiha jien se jiġu fuqi u jgħiduli mela issa min-nanniet se ddaħħalli z-zijiet u l-pro-zijiet u sebaħ u dalam!", "U nerġgħu nieqfu hawnhekk.", "Dik waħda.", "It-tieni; dwar id-deċiżjoni tal-Qorti suppost li l-Kumitat kien qiegħed jindaga fuqha.", "Din mhux illum semmejtha l-ewwel darba u suppost hemm id-dokumentazzjoni li kellhom jarawha.", "Ma' Dr Robert Abela kont tkellimt privatament mhux b'mod uffiċjali meta kien għadu mhuwiex Prim Ministru ta' Malta u erġajt kellimtu nhar il-Ħadd li għadda, fejn qalli biex inħalli l-Baġit jgħaddi u nerġgħu nitkellmu.", "Fil-fatt wegħedni li se jaħdmu fuqha għaliex hija kwestjoni li tweġġa' lil ħafna nies.", "U jien komplejt ngħidlu li din qiegħda tweġġa' lil faxxa ta' nies li their days are counted!", "Din il-mara li tkellmet fil-Parlament qalet li hi kellha żewġ kanċers u allura ma setgħetx tistenna ħamsa jew għaxar snin oħra biex tgħaddi din il-liġi jew almenu biex nibdew nagħmlu xi ħaġa fuqha!", "Jekk nibdew xi darba se jkun hemm tmiem.", "Kompliet tgħidli li hi marida u se tmut bil-piena li ma tistax tara lin-neputijiet.", "Ħalliha li issa rranġaw is-sitwazzjoni tagħhom u qiegħda terġa' tarahom.", "Fil-fatt aħna intervjenejna - għax inti staqsejtni fuq jekk nintervjenux aħna f'dawn il-każijiet – anke permezz tal-avukati u l-family doctors.", "Imma issa ma naħsibx li għandna għalfejn indumu niddiskutu fuq x'se nagħmlu.", "Ejja nibbażaw fuq in-nanniet.", "Jekk trid tinfetaħ iktar well and good għax jien m'iniex egoist li ma nħallix lil ħaddieħor igawdi n-neputijiet jew viċi versa imma s-sitwazzjoni tal-biki hija għalina n-nanniet.", "Dawn aħna rabbejniehom u tajna saħħitna għalihom.", "Għandna pensjoni qisha tal-lastiku u hawnhekk jien nagħmel ukoll differenza bejn in-nanniet u l-anzjani l-oħra għax jekk ġej birthday trid tixtri rigal, jekk iridu jixtru l-uniformijiet nipprovaw ngħinu … Ilbieraħ il-mara għamlet ġurnata sħiħa tiġri man-neputija biex tixtri l-kotba tal-Junior College u ma tatx każ saħħitha u ma tatx każ li jien bniedem vulnerabbli għax għandi sleep apnea, għandi d-dijabete u għandi wkoll mard tal-qalb, u li allura jekk jaqbadni dan il-virus nispiċċa six feet under jew nispiċċa gravi!", "Ovvjament għamlet hekk il-mara tiegħi għax tħobb lin-neputija u din hija xi ħaġa naturali.", "Issa l-pensjoni kemm tista' iġġebbed fiha!", "Din hija xi ħaġa li z-zijiet m'għandhomx u lanqas anzjani oħra.", "Jiġifieri ejjew nikkonċentraw fuq dan il-preċedent u nikkonċentraw fuq dak li qal il-Prim Ministru meta qal li din hija materja li rridu nagħtu kasha.", "Jien li qed nitlob hu li ma ndumux inkarkru aktar.", "Meta għandna dan kollu iswed fuq abjad ejjew nibdew, jibda l-prosekutur, l-avukat, il-Membru Parlamentari, hu min hu imma xi ħadd has to set the ball rolling ħalli dawn l-eluf li qegħdin iweġġgħu … Aħna magħna għandna 2,000 nanniet u fuqha biss jitkellmu u mhux fuq il-pensjoni!", "Qabel konna nitkellmu fuq il-pilloli meta nitkellmu fuq l-anzjani imma llum jistaqsuna meta se neħduhom fuq xi cruise jew meta se nsiefru jew noħorġu x'imkien.", "Hekk sejrin għall-grazzja t'alla.", "U għandna l-anzjanità attiva fejn qegħdin jikkoperaw u jikkontribwixxu fis-soċjetà tagħna.", "Żgur li mhijiex ċajta li 50% tal-volontarjat f'Malta jagħmluh l-anzjani!", "Allura m'għandniex nirrikonoxxuhom lil dawn in-nies?", "Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Chircop, l-ewwelnett nirringrazzjawk tal-mod passjonat li bih titkellem dwar dan is-suġġett.", "Naf li dan huwa suġġett għal qalbek għax fuq kollox inti nannu wkoll u tiltaqa' ma' ħafna nanniet oħra li lkoll jgħaddu minn weġgħat differenti, fiċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.", "Bla dubju hawnhekk se ssib l-appoġġ tagħna bħala Kumitat.", "Jiena nemmen li kemm l-Onor.", "Maria Deguara kif ukoll l-Onor.", "Silvio Parnis, li huwa responsabbli mill-anzjani tagħna, jistgħu joħorġu b'ħafna punti importanti u li bihom jistgħu jwasslu sabiex ikollna qafas leġiżlattiv li jiġi mressaq fil-Parlament.", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li tkun idea tajba u xi ħaġa sabiħa li tiltaqgħu bejnietkom, inti, l-Onor.", "Maria Deguara kif ukoll l-Onor.", "Silvio Parnis u flimkien bħala Gvern u Oppożizzjoni jkun hemm qbil unanimu dwar suġġett daqstant importanti.", "Grazzi ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Jiena ltqajt kemm-il darba mas-Sur Chircop għaliex naħseb li ilna iktar minn erba' snin niddiskutuha and now it's the time li aħna, bħala Kumitat, inġibu kopja ta' din il-kawża li qed isemmi s-Sur Chircop u nibagħtuha lill-avukati responsabbli biex jaraw legalment, skond il-Liġi Maltija, tistax tiġi rranġata u tinqata' darba għal dejjem jekk għandniex ċans nimxu biha jew le.", "Kull meta niddiskutuha kulħadd jgħid li għandna nibdew naħdmu fuqha imma s'issa għadni qatt ma smajt jekk hemmx ċans li din tiġi rranġata.", "Jekk hija xi ħaġa li assolutament ma tistax titranġa, allura naqtgħu qalbna.", "Min-naħa l-oħra nemmen li jekk nafu x'inhi l-problema, anke tal-parental deprivation, inġibu l-comparisons u naraw fejn nistgħu naddottaw, eċċ. Jiena tip ta' persuna li jekk nista' nimxi ngħidlek se nimxi u jekk m'hemmx ċans ngħidlek din insieha u nieqfu hemmhekk.", "Inutli ilna erba' snin sejrin biha u ma wasalna mkien!", "Jien m'għandi xejn kontra li n-nanniet jaraw in-neputijiet għax kif qal tajjeb is-Sur Chircop, it-tfal ġieli jintużaw bħala ping-pong biex uliedhom jieħdu dak li jridu.", "Aħna bħala tobba nafu x'inhu jiġri.", "Min jaf kemm-il darba tmur it-tifla għand missierha jew għand ommha u tgħidilhom li għandha bżonn €1,000 biex tagħmel xi ħaġa u jekk il-ġenituri ma jkollhomx minn fejn jagħtuha dik is-somma din tispiċċa theddidhom bin-neputijiet u tgħidilhom li mhux se jarawhom aktar!", "U din hija xi ħaġa li ssir ta' kuljum!", "Kien hemm koppja kienu se jagħlqu 40 sena miżżewġin u r-raġel xtaq imur sal-Awstralja imma t-tifla tagħhom qalet lil ommha li jekk tmur l-Awstralja ma kenitx se tarahom aktar lin-neputijiet!", "U dan għaliex din in-nanna kienet iżżomm it-tfal tat-tifla tagħha.", "Din il-mara, ta' imbeċilli li kienet, minflok imxiet ma' żewġha, baqgħet id-dar biex tieħu ħsieb it-tfal tat-tifla.", "U r-raġel bagħtilha mill-Awstralja biex jgħidilha li hu ma kienx se jinżel lura Malta talli hi għoġobha tagħżel lit-tfal u mhux lilu!", "Jiġifieri din il-mara, fl-età ta' 70 sena, spiċċat waħedha u llum, li għaddew sitt snin, u t-tfal tat-tifla li kienet tieħu ħsieb issa għandhom 16-il sena, qalulha li issa m'għandhomx bżonnha aktar għax issa kapaċi jimxu waħedhom.", "B'hekk din il-mara spiċċat b'dipressjoni u ħlief pilloli tad-depression mhux tieħu!", "Jiena tlabtha biex iġġemma' xi ħaġa tal-flus u titla' ħdejn żewġha għax jekk dan se jsibha wara l-bieb żgur li se jerġa' jingħaqad magħha.", "Dawn ma kellhomx problemi qabel imma sempliċement li r-raġel qalilha li jekk se żżomm mat-tfal hu ma kienx se jmur lura.", "U ried iżomm kelmtu.", "Dawn huma affarijiet reali li niltaqgħu magħhom kuljum.", "IS-SUR PHILIP CHIRCOP: Onor. Deguara, inti semmejt il-COVID-19 u filwaqt li din tippreżenta problemi partikolari għalina, aħna qegħdin nirrispondu għas-sitwazzjoni u mhux qed nagħtu biss lip service.", "U dan li nixtieq jien u ċjoè li ma jkunx hemm biss lip service kemm mill-Parlament, kemm mill-għaqdiet kif ukoll min-naħa tagħna.", "Aħna qegħdin nintroduċu internet għal kulħadd.", "Tlabt lill-Prim Ministru sabiex jagħti wi-fi b'xejn lil dawk li għandhom dħul baxx għax inutili n-neputi jmur għand in-nanna u ma jsibx internet!", "Hekk almenu jilgħab.", "Issa tgħidli allura se jmur għand in-nanna biex joqgħod jilgħab?", "Imma almenu qiegħed hemm u qed jaraha u jista' jistaqsiha jekk għandhiex bżonn xi ħaġa.", "U min-naħa tan-nanna qiegħda tieħu gost tbusu u tgħannqu avolja bħalissa l-pandemija qed iżżommna lura milli nagħmlu dan!", "Imma anke f'din il-pandemija qed ikollna dawn il-problemi.", "Dwar dak li semmiet l-Onor.", "Deguara kelli telefonati proprju fuq il-pandemija peress li ngħatajna l-parir li huwa riskjuż li nżommu n-neputijiet.", "U ċempliltli waħda biex tgħidli li t-tifla ġġieldet magħha u mhux se teħdilha aktar lin-neputijiet!", "Vilment it-tifla tagħha qaltilha \"Issa tibqa' tarahom it-tfal!\"", "U dan kollu għax ommha qaltilha li hi issa għandha 80 sena u jkun aħjar li għalissa ma ġġibhomx aktar it-tfal.", "Bintha ħadet għaliha għax qaltilha hekk ommha u qaltilha li t-tfal ta' ħuha kienet iżżommomlu.", "Qaltilha \"Tiegħi mhux se żżomm għax għandi bżonn nibda naħdem?!\"", "Jiġifieri ara x'dilemma qed jiġu fihom dawn in-nanniet!", "Din il-pandemija qiegħda toħloq dawn il-problemi għax aħna qegħdin nipprovaw nibżgħu għal saħħitna u minflok qegħdin niġu interpretati li qisna qegħdin nagħmlu l-preferenzi għax qabel kont inżomm it-tfal ta' Deo u issa mhux se nżomm it-tfal ta' David!", "Imma skużi issa ċ-ċirkostanzi nbidlu.", "Qabel kien hemm 20 każ attiv.", "Qabel il-pandemija konna nżommu t-tfal ta' kulħadd.", "Din il-mara nzertat se tibda taħdem issa imma minflok lil ommha qaltilha għandek raġun, qagħdet issemmilha li hi kienet iżżomm it-tfal ta' ħuha qabel!", "B'hekk inqala' pandemonju u din il-povra nanna se jkollha żżomm lit-tfal bilfors biex ma taqlax l-inkwiet u se tispiċċa tirriskja saħħitha.", "Dik hi s-sitwazzjoni preżenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Chircop, nirringrazzjawk ħafna ta' din il-preżentazzjoni.", "Min-naħa tagħna naġġornaw din il-laqgħa għal data u b'aġenda li tiġi mħabbra lilkom aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fil-5.28 p.m il-laqgħa ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20201014_038d_soc.docx"} {"text": ["IT-TLETTAX IL-PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 38", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament fil-4.48 p.m.", "L-Onor.", "Rosianne Cutajar ippresediet il-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Għal din il-laqgħa kien preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 36 u 37 li saru nhar l-Erbgħa, 26 ta' Awwissu u nhar it-Tlieta, 29 ta' Settembru 2020 ġew ikkonfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kumitat dawn iż-żewġ ittri;", "Dok 59 Ittra mingħand is-Sur Joe Gerada datata 2 ta' Ottubru 2020;", "Dok 60 Ittra mingħand Dr Lara Said datata 6 ta' Ottubru 2020.", "Ġie mpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali għas-sena 2019 tal-Parole Board;", "DISKUSSJONI MAL-FONDAZZJONI NANNIET MALTA", "Għal din il-laqgħa kien preżenti is-Sur Philip Chircop, President tal-Fondazzjoni Nanniet Malta, li ressaq il-preżentazzjoni tiegħu lill-Membri preżenti.", "Wara din il-preżentazzjoni l-Membri preżenti ressqu diversi mistoqsijiet lis-Sur Philip Chircop.", "Fil-5.28 p.m il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li għandhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20201014_038m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 68", "L-Erbgħa, 14 t'Ottubru, 2020 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 t'Ottubru, 2020 fis-2:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar il-Follow-up Report 2019 maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - Free Childcare Scheme (paġni 36 – 44).", "12 t'Ottubru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201014_068a_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 68", "L-Erbgħa, 14 t'Ottubru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 68", "L-Erbgħa, 14 t'Ottubru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:12 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 67, li saret fl-1 ta' Lulju 2020, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Nilqagħkom għal din l-ewwel laqgħa wara l-ferjat tas-sajf u ngħaddu mal-ewwel għall-main item li għandna fuq l-aġenda llum.", "DISKUSSJONI DWAR IL-FOLLOW-UP REPORT 2019 MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA – FREE CHILDCARE SCHEME", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-prassi ta' dan il-Kumitat hija li s-suġġetti jalternaw – suġġett jintgħażel mill-Membri tan-naħa tal-Gvern u s-suġġett ta' wara jintgħażel mill-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni – u s-suġġett li għandna llum huwa magħżul mill-Membri tal-Kumitat tan-naħa tal-Gvern.", "Nibda billi nitlob lir-rappreżentanti tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali sabiex jersqu madwar il-Mejda.", "Tanya Mercieca u s-Sur Orland Bonavia, Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali, Assistent Awditur Ġenerali u Audit Manager, rispettivament, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Awditur, għal din l-ewwel session fuq dan is-suġġett intlabtu tagħmlu preżentazzjoni ġenerali ta' dak li hemm fir-rapport u għalhekk nistiednek sabiex tibda bil-preżentazzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ewwel nett nibda biex ngħid fil-qosor ħafna fiex jikkonsisti x-xogħol tagħna.", "Aħna essenzjalment insibu xi entità pubblika jew dipartiment biex nawditjaw, imorru n-nies tagħna u jagħmlu audit, jiġifieri jieħdu snapshot tas-sitwazzjoni f'ħin partikolari.", "Naturalment, fil-maġġoranza tal-audits li jsiru, jinsabu numru ta' shortcomings – jekk ma jsibu xejn tant l-aħjar għax ngħidu li huwa każ ta' good governance – għax aħna nies umani.", "Li ssib in-nuqqasijiet hija parti ċkejkna mix-xogħol ta' awditur, anzi, ix-xogħol proprju ta' awditur huwa li jagħmel proposti kif dawn in-nuqqasijiet jistgħu jiġu ndirizzati.", "U l-valur tax-xogħol tal-Uffiċċju tagħna huwa kemm dawk il-proposti tagħna jittieħdu on board.", "Jekk ikun hemm uffiċċju bħal tagħna, li jagħmel audits tajbin imma ħadd ma jagħti kashom, fl-opinjoni tiegħi ikun ħela ta' fondi pubbliċi.", "Sentejn ilu konna bdejna dan l-eżerċizzju, li kif jindika l-isem stess tar-rapport huwa follow-up audit, fejn qbadna xi issues minn dawk li konna sibna f'audit preċedenti li konna għamilna – dawn nagħmluhom f'kull settur, jiġifieri fil-performance, fil-financial and compliance, u fl-IT – u rajna kemm minnhom ġew indirizzati.", "Fil-fatt, dan l-audit partikolari kien wieħed mill-iktar follow-up audits pożittivi li qatt għamilna.", "Meta aħna mmorru niċċekkjaw biex naraw xi jkun sar mir-rakkmandazzjonijiet li nkunu għamilna, naqsmu l-findings tagħna f'sitt kategoriji: fully implemented, partly implemented, significant progress, insignificant progress, not implemented u not accepted.", "F'dan il-każ konna għamilna 13-il rakkmandazzjoni prinċipali, li minnhom sebgħa ġew fully implemented, erbgħa ġew partly implemented, u tnejn kien hemm significant progress dwarhom.", "Jiġifieri t-tliet kategoriji negattivi ta' insignificant progress, not implemented u not accepted, did not feature.", "Kieku l-follow-up audits tagħna jkollhom dawn ir-riżultati, nista' ngħid li nkunu kuntenti ħafna għax ikun sinjal li x-xogħol tagħna jkun qed jittieħed inkonsiderazzjoni u apprezzat u li tkun qed tittieħed azzjoni fuq dak li nipproponu aħna.", "Dik kienet l-introduzzjoni fil-qosor li kelli jien, u issa, kemm jien kif ukoll l-uffiċjali l-oħra li jinsabu madwar il-mejda, lesti nwieġbu l-mistoqsijiet li tistgħu tagħmlulna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: X'kienu l-main findings tal-follow-up audit?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ħalli qabel nirrispondi għal din id-domanda nagħti ftit background.", "Is-sistema tal-free childcare bdiet tiġi mplimentata fl-2014, u l-iskop kien biex il-ġenituri, l-aktar in-nisa, ikunu jistgħu jirritornaw fil-ħajja tax-xogħol.", "Fil-bidu nett tal-ftuħ tagħhom fl-2015, jiġifieri meta għamilna l-ewwel audit, sibna li ma kienx hemm \"inadequate internal controls\".", "Dak iż-żmien kienu qed jattendu dawn iċ-ċentri 2,700 tifel u tifla, filwaqt li meta għamilna dan il-follow-up audit fl-2019, kienu qed jattendu 6,300 tifel u tifla, jiġifieri kważi tliet darbiet iżjed.", "Għar-rigward ta' ċentri, fl-2015 kien hemm 83, filwaqt li fl-2019 kien hemm 136, jiġifieri d-doppju.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Minn fejn qed tikkwota, jekk jogħġbok?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Minn paġna 36 tar-rapport.", "Qiegħed insemmi dawn il-figuri biex nagħti kuntest ta' xi żviluppi kien hemm bejn l-2015, meta għamilna l-ewwel audit, u l-2019 meta ċċekkjajna kemm minn dawk ix-shortcomings ġew indirizzati.", "Kif diġà għedt, shortcoming minnhom kien \"inadequate internal controls\".", "Fil-bidu konna sibna li kien hem ċerti childcare centres li kienu qegħdin jabbużaw minħabba li ma kienx hemm kontrolli min-naħa tal-Edukazzjoni.", "Fil-fatt, din l-issue ġiet indirizzata.", "Fil-bidu, jiġifieri fl-2015, kien hemm ukoll l-issue li ma kienx hemm riżorsi umani biżejjed biex jagħmlu monitoring tal-performance taċ-childcare centres.", "Fil-fatt kien hemm biss persuna waħda, u aħna ħassejna li persuna waħedha ma setgħetx tagħmel monitoring ta' 83 ċentru.", "GLENN BEDINGFIELD: X'kienet in-nefqa?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Oriġinarjament kienet €11-il miljun.", "Meta mbagħad għamilna dan il-follow-up report sibna li kien hemm team ta' ħames min-nies li kien qed jieħu ħsieb il-monitoring; manager, żewġ full-time senior clerks u żewġ impjegati oħra.", "Kif tafu daqsi, jekk ma jkunx hemm moniteraġġ tajjeb fuq is-sistema, kważi tkun qed tistieden ċerti abbużi.", "U din kienet l-azzjoni li ttieħdet biex din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata.", "GLENN BEDINGFIELD: U ġiet indirizzata?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kif għedt fl-bidu, kieku kull follow-up report li nagħmlu jkun bħal dan, verament jagħtina sodisfazzjon għax ngħidu kemm qed tittieħed azzjoni fil-ħin.", "Jien inqis dan il-każ bħala wieħed of good practice għax minn 13-il rakkmandazzjoni kien hemm sebgħa li ttieħdu in full, erbgħa ttieħdu kważi in full u tnejn oħra li dwarhom sar progress sinifikanti.", "M'iniex qed ngħid li ma jonqosx xi jsir, għax dejjem ikun jonqos, imma l-konklużjoni tagħna hija ċara – u nikkwota minn paġna 44 tar-rapport – fejn qed ngħidu:", "Kif qegħdin ngħidu, il-Gvern qed jonfoq ammont sinifikanti – nimmaġina li llum qed jonfoq ħafna iżjed minn dak iż-żmien – u jekk ma jkunx hemm moniteraġġ tajjeb u kontroll tajjeb, tkun qed tistieden l-abbuż.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Il-mudell ta' kif qed jiġi offrut iċ-childcare bla ħlas għal kulħadd f'pajjiżna nistgħu kważi nsejħulu public/private partnership (PPP) għax għandek is-service provider, li huwa fornitur privat, u l-Gvern li qiegħed jixtri s-servizz mingħand dak is-service provider.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Strettament mhuwiex mudell ta' PPP għax ir-riskju...", "ALEX MUSCAT: Mela to rephrase it b'mod differenti, il-Gvern qed jaħdem bi sħab mal-privat u qed jixtri dan is-servizz.", "Bħala disclaimer irrid ngħid li jien personalment nużah għax nieħu t-tifla tiegħi ġo wieħed minn dawn iċ-ċentri.", "Li rrid nistaqsi hu jekk l-audit tagħkom waqafx san-nefqa tal-Gvern jew jekk dħaltux ukoll vis-à-vis l-operaturi u kif huma qed jitħallsu.", "Sa liema dettall dħaltu?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ilbieraħ, waqt laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika – u inti, Onor. Muscat taf għax kont preżenti wkoll – jien u d-Deputat Awditur Ġenerali għedna – u skużawni li se nirripeti – li meta nagħżlu audit nidentifikaw fejn hemm ċerti riskji.", "Issa din kienet inizjattiva ġdida, u bħal kull inizjattiva ġdida – din kienet set up sentejn qabel għamilna l-audit – ikun fiha ċerti riskji.", "U huwa proprju għax kien proġett ġdid li kellu ċertu riskju, apparti l-materjalità tal-ispiża, li aħna, lura fl-2015, għażilna biex nagħmlu dan l-audit.", "U meta għamilna l-audit dħalna fl-aspetti kollha mill-qasam ta' compliance fejn tidħol nefqa pubblika, jiġifieri jekk kien hemm expenses fejn ċerti ċentri kienu qed jabbużaw mill-fob – mekkaniżmu li bih it-tfal jiġu recorded li daħlu jew ħarġu fiċ-ċentru –… Fil-bidu nett konna sibna ċertu nuqqas ta' kontroll għax kien hemm każijiet fejn ċertu fobbing, li suppost jagħmluh il-ġenituri tat-tfal li jkunu qed jattendu ċ-ċentri, kien qed isir minn min ikun qed jieħdu ħsieb lit-tfal.", "M'iniex qed ngħid li kull ċentru abbuża, imma kien hemm lok għal abbuż għax ma kienx hemm kontrolli.", "CLAYTON BARTOLO (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali): Xi ħaġa hekk kif ittestjajtuha biex qbadtuha?", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri għamiltu on site inspection?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dażgur.", "Anke fil-follow-up audit għamilna on site inspection.", "Naturalment aħna m'aħniex se mmorru għand entità, nistaqsuhom x'għamlu wara r-rakkmandazzjonijiet tagħna u noqogħdu fuq li jgħidulna, għax inkella ma nkunx nista' nissejjaħ awditur imma nkun iblah.", "Pereżempju, iċ-ċentri għandhom limitu kemm jistgħu jdaħħlu tfal, mhux minħabba l-COVID-19 imma kienet hekk sa mill-bidu tal-ftuħ tagħhom, però fl-ewwel audit sibna li mhux kollha kienu qegħdin jimxu mar-regoli.", "Meta n-nies tagħna reġgħu marru, waqt il-follow-up audit, f'sitt ċentri u għamlu inspections sabu li s-sitta li huma kienu qegħdin iżommu ma' din il-capacity rule biex ma jkunx hemm tfal fuq xulxin.", "Dawn ngħidulhom compliance audits, jiġifieri l-iżjed aspett importanti fihom ikun kemm ikunu qed jinżammu r-regolamenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Camilleri.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI (Deputat Awditur Ġenerali): Jien nixtieq ngħid li ħadna pjaċir li ntgħażel dan ir-rapport biex jiġi diskuss f'dan il-Kumitat, għall-fatt li it was a case of good practice, fis-sens li l-auditee kkollabora ħafna and they followed up ir-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "Kien ukoll a case of good practice min-naħa tagħna għax identifikajna riskju – li kienet xi ħaġa ġdida – dħalna kmieni, għamilna audit and we followed it up.", "Allura kien daqsxejn ta' textbook case ta' kif normalment għandhom isiru l-audits.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Jien qed nifhem li intom, apparti li għamiltu audit f'dak li għandu x'jaqsam mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, li kien l-owner tal-proġett, għamiltu audit ukoll fuq is-service provider.", "Kif kienet ir-reazzjoni tal-operatur privat?", "Għax dawn mhumiex familjari magħkom.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: M'iniex se noqgħod indur mal-lewża; min kien qed jabbuża ma ħax gost bina, però l-maġġoranza ma kenux qed jabbużaw.", "Fil-fatt, fil-bidu nett kien hemm ċertu feedback bħal li dawn qed jagħtuna servizz u jekk indejquhom, jagħlqu u jirrovinawna.", "Imma fil-fatt ma ġarax hekk għax, kif għedt fil-bidu u apposta għedtha, minn 83 childcare centre li kien hawn dak iż-żmien, illum hawn 136.", "Irridu niftakru li dawn mhumiex qed jagħmlu karità, imma għandhom marġini ta' profitt.", "Jien naħseb li min hu serju, meta jara s-serjetà u l-affarijiet isiru b'ċertu kontroll u ċertu moniteraġġ ma jiddejjaqx; jiddejjaq bil-moniteraġġ min ma jkunx qed jagħmel l-affarijiet sew.", "Fil-fatt iċ-childcare centres irduppjaw u l-ammont ta' tfal li jattendu żdied bi tliet darbiet aktar, minn 2,700 għal 6,300.", "Jiġifieri l-Gvern pjuttost iffranka ammont ta' fondi għax inqatgħu ċerti abbużi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar domandi?", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: F'paġna 98 tar-rapport tal-2015 jingħad li l-Ministeru għall-Edukazzjoni joqgħod kompletament fuq l-informazzjoni li jipprovdu ċ-childcare centres u li:", "Din is-sitwazzjoni ġiet irranġata?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, dażgur.", "Dik, għalina hija importantissima.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Immaġina bniedem li għandu negozju, jirċievi l-invoices u jibda jħallas.", "In-nies ma jagħmlux hekk.", "L-ewwel nett, il-procurement regulations jitolbu li dak li jkun jivverifika l-invoices qabel ma jgħaddihom għall-ħlas, imma tajjeb ukoll li jkun hemm ċertu moniteraġġ.", "ALEX MUSCAT: Il-fobbing kien hemm mill-bidu nett?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, però fil-bidu, jiġifieri fl-2014 kienet tintuża sistema manwali, imbagħad fl-2015 iddaħlet iċ-childcare information system (CIS) li kienet taħdem b'mod komputerizzat.", "ALEX MUSCAT: Mill-esperjenza personali tiegħi, l-istruzzjonijiet li jkollna aħna l-ġenituri llum il-ġurnata huma li t-tag li nużaw biex nirreġistraw, għandna neħduha magħna.", "Allura ladarba neħduha magħna, meta jien nieħu t-tifla, nirreġistraha u meta niġborha filgħaxija, nerġa' nirreġistraha.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Però fil-bidu nett kien hemm min, pereżempju, ikun nesiha u allura biex ma jinsewhiex kienu jiġu mħajjra jħalluha ma' min ikun qed jieħu ħsieb lit-tfal fiċ-childcare centre.", "ALEX MUSCAT: U forsi jirreġistraw xi nofs siegħa żejda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien m'għandix tfal żgħar, imma qed nikber u nitgħallem.", "Milli qed nifhem, hemm sistema fejn ikollok card and you register your entry, u intom kontu identifikajtu xi forma ta' abbuż, fis-sens li l-card holder kien iħalliha ċ-ċentru.", "Kif ġiet indirizzata din l-issue on the ground?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ġiet indirizzata billi saret information campaign qawwija diretta lejn il-ġenituri – u qed nieħu gost li fost il-Membri tal-Kumitat hawn żewġ ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f'dawn iċ-ċentri li qegħdin jikkonfermaw dan – biex jgħidulhom li t-tag m'għandhomx jitilquha minn idejhom.", "Fil-bidu nett ħafna mill-ġenituri ma kenux jafu li riedu jżommuha huma, u jekk taċ-childcare centre kienu jgħidulhom biex iżommuhielhom huma ħalli ma jinsewhiex, kienu jagħtuhielhom.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Deguara, ir-riskju hemmhekk huwa li t-tfal li ma jmorrux f'tali ġurnata – pereżempju, nhar ta' Sibt ikun hemm inqas tfal għal raġunijiet ovvji – u l-ġenituri jkunu ħallew it-tag fiċ-ċentru, dawn ikunu jistgħu jużawha – u m'iniex qed ngħid li kulħadd jagħmel hekk – u jirreġistraw lit-tfal daqslikieku marru.", "Għax iċ-childcare centres jitħallsu skont l-ammont ta' tfal li jattendu.", "Jiġifieri dak l-abbuż instab?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, dak l-abbuż sibnih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien staqsejt kif ġie indirizzat.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Billi l-ġenituri ma jitilqux it-tag minn idejhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn aktar domandi?", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Kien hemm żmien meta s-sistema kienet taħdem b'tali mod – ma nafx jekk għadhiex hekk – li jekk ma tibgħatx lit-tfal għal aktar minn 25% tas-sigħat, inti trid tħallas.", "U allura l-ġenituri kien jaqblilhom li jħallu l-card mal-persuna li jkun hemm iċ-childcare għax taħdem b'vantaġġ both ways.", "Jien qed ngħid biss fejn kien hemm l-abbuż, m'iniex qed ngħid li kulħadd abbuża, biex ma ninftiehemx ħażin.", "Ma nafx jekk illum għadhiex hekk, imma żgur li s-sistema kienet tali li jekk tagħmel booking ta', pereżempju, 100 siegħa fix-xahar u ma tibgħatx lit-tifel jew lit-tifla tiegħek iċ-ċentru għal aktar minn 25 siegħa, trid tħallas.", "Hemmhekk kien jidħol l-ewwel tip ta' ħlas, u nifhem għalfejn sar hekk, biex il-ġenituri ma jaqbdux u jagħmlu booking ta' sigħat għalxejn u jkunu qed jieħdu post tfal oħra li kienu jkunu, almenu fil-bidu tagħhom, fuq waiting list biex jidħlu f'ċentru.", "Sur Awditur, jekk is-sistema għadha l-istess, kemm intom sodisfatti li m'għandekx din it-tip ta' collusion bejn xi ġenituri u l-operaturi tal-childcare centres?", "U nerġa' ngħid li u m'iniex qed niġġeneralizza, imma qed nitkellem biss fuq min irid jabbuża mis-sistema.", "Jekk is-sistema għadha hekk, hija ta' vantaġġ għat-tnejn, jiġifieri wieħed se jitħallas ta' dawk is-sigħat allavolja t-tfal ma jkunux attendew, u l-ġenitur mhux se jkollu jħallas flus talli qabeż ċertu threshold ta' sigħat.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Nista' ngħid li mis-site visits li għamilna – u ma ninsewx li meta nagħmlu audit dejjem nieħdu sample għax ma nistgħux immorru f'kull childcare centre – sibna li fil-maġġoranza tal-każi l-ġenituri qegħdin iżommuha t-tag.", "Dik il-bad practice li t-tag tibqa' fiċ-childcare centre tidher li nqatgħet, almenu fil-postijiet li morna aħna.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Barra minn hekk, l-uffiċjali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jagħmlu wkoll site inspections u spot checks u aħna konna sodisfatti li ħadu dik l-azzjoni biex jimmitigaw…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-bidu nett konna sibna każ fejn żewġt itfal kienu qishom qed jattendu żewġ childcare centres.", "Kif għedt qabel, ma jistax ikun li timmoniterja sistema bħal din – u fil-bidu kien hemm 80 ċentru – bi bniedem wieħed.", "U fejn ma jkunx hemm monitoraġġ tajjeb jiġru dawn l-affarijiet.", "Aħna konvinti li waħda mir-raġunijiet għalfejn tjieb il-moniteraġġ hija għax issa hemm team ta' ħamsa jew sitta min-nies li qed jagħmel dan ix-xogħol u b'hekk l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-proċess ta' benchmarking ta' din is-sistema mxejtu fuq xi mudell partikolari?", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Le, aħna rajna kif suppost qed taħdem is-sistema u jekk hemmx il-kontrolli kollha li hemm bżonn, jiġifieri m'għamilniex benchmarking ma' xi sistemi oħrajn barranin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nistaqsi għax jien fhimt li bħala parti minn dan l-audit l-Uffiċċju tagħkom daħal f'dak li għandu x'jaqsam ma' standards ta' dawn iċ-childcare centres.", "Qed ngħid sew?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, rajna jekk kienx hemm compliance ma' dawk l-istandards.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri qed nifhem li hemm standards stabbiliti mill-Gvern għaċ-childcare centres u l-eżerċizzju li għamiltu intom kien qed jara jekk iċ-centri humiex compliant ma' dawk l-istandards.", "Ma dħaltux fl-eżerċizzju jekk dawk l-istandards humiex…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma kienx l-iskop ta' dan l-audit.", "ALEX MUSCAT: Fir-rapport tagħkom tal-2015 għedtu li l-monitoring system min-naħa tal-Ministeru ma kienx adegwat.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fost affarijiet oħra.", "In-nuqqas ta' kontroll jiġi għax ma jkunx hemm moniteraġġ tajjeb.", "ALEX MUSCAT: Kif ġiet indirizzata dik l-issue?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-fatt li twaqqaf team organizzat ta' ħamsa min-nies u ċerti entitajiet fil-Ministeru għall-Edukazzjoni saru responsabbli għal ċerti areas, il-moniteraġġ tjieb waħdu, fis-sens li jekk inti tkun iżjed organiżżat u jkollok iżjed riżorsi u tista' ssegwi u tagħmel spot checks… Ma ninsewx li fil-bidu l-Gvern kellu dan l-oġġettiv li jipprovdi childcare centres mingħajr ma jibni hu, għax il-Gvern seta' mar għall-option li jibni hu ċentri ġodda, b'capital expenditure qawwi, u jkunu ċ-ċentri tiegħu bħalma huma l-iskejjel l-oħra.", "Imma l-għażla tal-Gvern kienet – u dik hija kwestjoni ta' policy li aħna ma nidħlux fiha għax lanqas nistgħu nidħlu f'policies – li jmur għall-mudell li minflok jibni hu, jaħdem mal-privat.", "U allura ġiet ivvintata din is-sistema, b'ċerti standards u kundizzjonijiet, fosthom li l-ispazju jkun wieħed adegwat.", "Jiġifieri ma jistax ikun li jien ikolli garaxx kemm indaħħal karozza u nagħmlu childcare centre u nitfa' t-tfal fih għax dak mhuwiex iġeniku għat-tfal.", "U m'iniex qed nitkellem minħabba s-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum tal-COVID-19.", "Fil-bidu l-Gvern kien jiddependi ħafna minn dawn iċ-childcare centres u forsi ma kienx hemm moniteraġġ biżżejjed, u kien tajjeb li dħalna fil-bidu għax stajna mill-ewwel nidentifikaw dawn ix-shortcomings.", "Nirringrazzjaw 'l Alla li dawn ix-shortcomings, fil-maġġor parti tagħhom, ġew indirizzati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom dħaltu fil-financials tal-operatur privat, fis-sens ta' jekk hemmx costs li jibqgħu dejjem hemm indipendentement mill-kobor taċ-childcare centre?", "Jiġifieri dħaltu fl-eżerċizzju ta' x'inhu l-mudell ideali tal-kobor ta' childcare centre biex ikun vijabbli?", "X'inhu l-break even point li għandek bżonn?", "Pereżempju, jekk ikun hemm inqas minn għaxart itfal, ikun vijabbli?", "Dan kien compliance audits li ffoka fuq jekk il-ftehim li hemm bejn il-Gvern u l-privat ġiex imwettaq u jekk il-commitments li daħal fihom il-privat sarux verament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Irriżultalkom jekk hemmx childcare centres li daħlu fl-iskema però minħabba ċ-ċokon jew il-kobor tagħhom jew minħabba l-faċilitajiet li jipprovdu…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, dak ma kienx parti mill-compliance audit li għamilna.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Aħna ħarisna aktar lejn kif il-Gvern qed iħaddem is-sistema aktar milli mil-lat li qiegħed tgħid inti, Sur President.", "F'dan it-tip ta' audit ħarisna lejn jekk is-sistema hijiex qed taħdem kif suppost, jekk il-Gvern hux qed iħallas kemm suppost iħallas, jekk hux qed iħallas sew, jekk hemmx overpayments, eċċ. Naturalment, kieku kellna nagħmlu audit ta' tip ieħor, konna nagħmluh differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta nitkellmu fuq 6,000 student li jattendu dawn iċ-childcare centres ifisser li huma, pereżempju, 80% of potential customers?", "X'inhu l-massimu tal-potenzjal?", "Jiġifieri hemm possibilità ta' 20,000 tifel u tifla li jistgħu jattendu, u qed jattendu 6,000, jew...?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma staqsejniex imma mill-kuntatti li kellna mill-Ministeru għall-Edukazzjoni jidher li d-domanda hija milqugħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq etajiet ta' bejn zero to three, jiġifieri with a birth rate of 4,000 a year, teoretikament hemm potenzjal ta' 12,000 tifel u tifla li jistgħu jattendu.", "Dan ifisser li qegħdin 50%…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma ninsewx li t-trend moderna hija li ħafna istituzzjonijiet kbar, anke istituzzjonijiet tal-Gvern, ikollhom childcare centre għat-tfal tal-impjegati tagħhom.", "CLAYTON BARTOLO: L-Università għandhom.", "ALEX MUSCAT: Hawn il-ħsieb li anke jsir wieħed hawnhekk stess, fil-Parlament.", "CHARLES DEGUARA: Aħna darba kkunsidrajniha għat-tfal tal-impjegati tagħna imma sibna li ma kenitx feasible għax m'għandniex tfal biżżejjed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma meta nitkellmu fuq 6,000 qisna qegħdin nitkellmu fuq 50% of potential attendees.", "CLAYTON BARTOLO: Naf x'qed tgħid, però triq tqis ukoll – u meta kont għadni naħdem fil-professjoni kont għamilt studji fuq iċ-childcare centres – li meta għandek toddlers trid ċertu ammont ta' carers magħhom u allura l-ammont ta' tfal per carer ikun ħafna iżgħar, pereżempju carer ma' żewġt itfal, mentri mill-età ta' sena sa sentejn jista' jkollok carer ma' erbat itfal, imbagħad ma' tfal ta' etajiet minn sentejn sa tliet snin jista' jkun hemm carer ma' ħamest itfal.", "Allura hemmhekk jimpatta l-business model li jkun qed jitħaddem.", "Għalkemm forsi jista' jkun veru li…", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri hemm lok ta' tkabbir.", "ALEX MUSCAT: Jien jidhirli li l-ammont huwa ta' inqas 50% li potenzjalment jistgħu jużaw dawn iċ-ċentri.", "Forsi f'laqgħat futuri xi ħadd mill-Edukazzjoni jkun jista' jagħtina aktar informazzjoni dwar dan.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Qatt ma staqsejna din id-domanda, però mid-diskussjonijiet li kellna mal-Education qatt ma ħareġ il-punt li m'għandhomx biżżejjed childcare centres.", "ALEX MUSCAT: F'dan l-eżerċizzju għamiltu xi ħaġa simili kif kontu għamiltu fl-audit li għamiltu dwar a tablet per child?", "ALEX MUSCAT: Li qed nistaqsi hu jekk rajtux x'kienet il-feedback tal-ġenituri li qegħdin jużaw dawn iċ-ċentri.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri intom rajtu kif inhu ġestit mill-privat dak l-investiment ta' €12-il miljun li sar.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Eżatt, u anke jekk il-privat huwiex qed iżomm mal-commitments tiegħu skont dak li hemm fil-ftehim li għamel mal-Gvern.", "L-audit li semmejt inti, Onor. Muscat, huwa IT audit, li huwa tip ta' audit differenti minn dan u kien aktar ikkonċentrat fuq is-sistema tal-IT per se, kien iżjed tekniku, u bħala parti minn dak l-audit kienet saret survey mal-ġenituri.", "ALEX MUSCAT: Tikkunsidraw li fil-futur tagħmlu xi ħaġa simili għaċ-childcare, jiġifieri taraw xi tkun il-feedback tal-ġenituri?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kumbinazzjoni għadna kemm iffinalizzajna l-audit plan tagħna għas-sena li ġejja.", "Ma jfissirx li jekk jaqa' xi wieħed minn dawk l-audits ma ndaħlux wieħed bħal dan li qed issemmi, imma kif jgħid l-Evanġelju, il-ħsad huwa kbir imma l-ħaddiema huma ftit, u allura rridu niffukaw fuq dak li semmejt qabel, jiġifieri l-materjalità u r-riskji, biex kemm jista' jkun nagħżlu audits li jkunu interessanti għall-Gvern u fejn, jekk il-Gvern se jagħmel savings, hemm materjalità.", "Jiġifieri aħna dejjem ikollna l-audit scope u aħna normalment nimxu miegħu.", "Normalment ikollna dak l-iscope and once we've scoped the audit nippruvaw kemm jista' jkun nimxu miegħu biex ma niżvijjawx.", "Jiġifieri l-ewwel ikollna d-domanda, imbagħad naraw x'se nagħmlu eżattament u fejn se nawditjaw, nagħmlu l-audit scope, u bbażat fuq dak l-audit scope nidderieġu.", "It-tendenza hi li tiżvijja għax tibda ssib affarijiet 'l hawn u ħsieb 'l hemm, imma aħna nippruvaw nagħlqu kemm nistgħu għax inkella tibqa' għaddej.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dan għax huwa punt importanti.", "Xi kultant aħna niġu kkritikati ġustament – u fejn niġu kkritikati ġustament aħna nirranġaw, jiġifieri m'iniex qed ngħid li ma naċċettawx kritika – imma drabi oħra niġu kkritikati inġustament – u qed nieħu gost li hawn Membru tal-Kumitat li huwa awditur għax se jifhimni żgur.", "Pereżempju, immorru nawditjaw dipartiment \"X\" u niffukaw fuq l-audit scope, kif qed jgħid id-Deputat Awditur Ġenerali, u forsi xi xahar wara li nispiċċaw l-audit tqum xi ħaġa f'dak l-istess dipartiment li tkun kompletament differenti minn dak li nkunu ħdimna fuqu aħna, u jgħidulna: mortu hemm u awditjajtuh u ma ndunajtux!?", "Qisna aħna mmorru f'dipartiment u nawditjaw dak kollu li jkun hemm fih!", "L-audit system ma taħdimx b'dak il-mod, imma taħdem b'mod fejn ikollok audit scope u tiffoka fuqu.", "Issa jekk tkun iffortunat biżżejjed u taqbad dik ix-xi ħaġa partikolari, tkun qbadtha, imma jiġru każijiet fejn ma taqbadhiex għax ma jkunx l-iskop tal-audit tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fir-rapport oriġinali kontu osservajtu li kull min japplika biex jiftaħ childcare centre kellu bżonn jindika l-capacity ta' kemm jista' jieħu l-post partikolari, u kontu nnotajtu li filwaqt li kollha ndikaw kemm kellhom capacity meta ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom, kienu biss 45% tal-applikanti li ppreżentaw is-supporting documentation – bħal forsi pjanti, health and saftey reports eċċ. – u għedtu li mhuwiex korrett li jkollok 45% biss ta' dawk li applikaw li ppreżentaw supporting documentation biex jipprovaw bħala evidenza li effettivament għandhom il-capcity li qed jiddikjaraw.", "Din il-materja ġiet indirizzata?", "U jekk ġiet indirizzata, kif ġiet indirizzata?", "Il-Ministeru llum huwa f'pożizzjoni li jserraħ moħħ kulħadd li l-capcity ddikjarata hija in line mal-istandards mitluba?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Meta l-Gvern kien kommess b'din l-inizjattiva u xtaq li jkun hemm ħafna childcare centres, ma kienx qed isir checking u fir-rapport tagħna aħna għedna li this is not on. Però f'Ġunju tal-2016, jiġifieri wara l-audit tagħna:", "Jiġifieri minn Ġunju tal-2016, twaqqfet section apposta, id-Directorate for Quality Standards, u dawn mhux biss bdew jitolbu d-dokumenti, imma bdew jagħmlu wkoll site inspections biex jaraw b'għajnejhom stess li dak li hemm fuq id-dokumenti huwa korrett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma lanqas dokumenti ma kien hemm.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, fil-bidu ma kienx hemm dokumenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mill-follow-up report jirriżultakom li d-dokumentazzjoni ġiet sottomessa lill-Ministeru?", "U aktar importanti minn hekk, jirriżultalkom li d-dokumenti jirriflettu dak li fil-fatt hemm fir-realtà?", "Fil-fatt f'paġna 43 tal-rapport tagħna għedna hekk:", "Jiġifieri saru spezzjonijiet u ġew iċċertifikati, mhux sempliċement raw id-dokumenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nifhem li kien hemm spezzjonijiet random, mhux ta' kull skola.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kien hemm 126 spezzjoni, li huwa sample sinifikattiv.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minn kemm?", "TANYA MERCIECA (Assistent Awditur Ġenerali): Fl-2019 kien hemm 136 ċentru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri saret spezzjoni fuq iċ-ċentri kollha minbarra għaxra?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Skont ir-rapport tagħna l-għaxra li kien fadal ġew spezzjonati s-sena ta' wara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri llum nistgħu nserrħu moħħna li sar physical check taċ-childcare centres kollha u kollha nstabu li huma compliant.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, saru dawn l-ispezzjonijiet mis-sezzjoni tal-QAD fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi se noħroġ ftit mis-suġġett, però mill-esperjenza tagħkom, intom li dħaltu fil-parametri li stabbilixxa l-Gvern, fid-dinja tal-lum, jiġifieri l-COVID-19 era, taħsbu li dawn l-istandards għandhom jiġu riveduti?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma nistax inwieġbek għal din id-domanda għax dan l-audit għamilnih fil-bidu tal-2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Napprezza, però hemm xi ħadd fl-Uffiċċju tagħkom li jkun daħal fil-ground work ta' dan ir-rapport fuq…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Meta għamilna dan ir-rapport lanqas konna noħolmu bil-COVID-19.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment, però jekk illum jirriżulta li l-ikbar childcare centre hija, pereżempju, ta' 100 metru kwadru, u bil-parametri pre-COVID-19 dak kien ifisser li jista' jieħu \"X\" amount of students, fid-dinja tal-lum jista' jiġi kkwantifikat l-impatt?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Nistgħu xi darba nawditjaw dan għax ukoll huwa suġġett tajjeb, però sal-lum m'għandniex din id-data.", "Naħseb li data bħal din tkun għand il-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "Barra minn hekk, mhux il-ġenituri kollha qed jibagħtu lit-tfal l-iskola, f'kull livell, jiġifieri d-demand għal dawn is-servizzi naqset żgur.", "Fil-fatt waħda mill-problemi li għandna l-Uffiċċju tagħna hija li għandna ġenituri li ma jibagħtux lit-tfal tagħhom l-iskola.", "ALEX MUSCAT: Ħalli nistaqsikom ftit fuq il-flus.", "ALEX MUSCAT: Kif intnefqu dawk it-€12-il miljun?", "Jiġifieri l-Gvern kif jixtri s-servizz?", "Jixtri childcare sħiħa, jew jixtri tant sigħat?", "Kif taħdem is-sistema?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma nafx inwieġbek bl-amment għax ma nkunx ħdimt fuqha jien, imma nistgħu nġibulek l-informazzjoni f'laqgħa oħra.", "TANYA MERCIECA: Jidhirli li jħallas per hour per child on the booked hours, jiġifieri hemm sa 25% li t-tfal jistgħu jkunu absent u ċ-childcare centres xorta jitħallsu tagħhom.", "ALEX MUSCAT: Safejn naf jien, fejn jidħlu sanità u daqs, hemm protokoll wieħed.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: … għalhekk huwa importanti li t-tag tibqa' għand il-ġenituri għax jekk tkun għand iċ-childcare centre…", "ALEX MUSCAT: L-età tagħmel differenza?", "Jien lit-tifla tiegħi kont neħodha ta' tmien xhur, u kif qal l-Onor.", "Bartolo, tfal ta' tmien xhur ikollhom bżonn \"X\" amount of carers, filwaqt li meta jkollha sentejn u nofs tkun tiġri ma' kullimkien u taqleb id-dinja.", "Il-Gvern xorta l-istess rata jibqa' jħallas?", "TANYA MERCIECA: Rata waħda kellhom.", "Probabbilment wieħed ipatti mal-ieħor.", "CLAYTON BARTOLO: Imbagħad jiddependi l-business model li wieħed ikun qed jara.", "ALEX MUSCAT: Mill-audit li għamiltu vverifikajtu li kien hemm x'juri fuq xiex intnefqu dawk it-€12-il miljun u li s-sors kien verifiable?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Mill-audit tagħna sibna li kien hemm ammont ta' abbużi li kienu riflessi f'dawk it-€12-il miljun.", "Jiġifieri, fi kliem ieħor, kieku ma kienx hemm ammont ta' abbużi l-Gvern kien jiffranka minn dawk it-€12-il miljun.", "ALEX MUSCAT: Kemm tikkalkulaw li seta' kien l-ammont?", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri kienu sistematikament f'kull ċentru, kienu f'10% taċ-ċentri, jew kienu ġo żewġ ċentri biss?", "TANYA MERCIECA: Aħna sample ħadna għax aħna għamilna audit fuq is-sistema u kkritikajna s-sistema.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: F'dan it-tip ta' audit niċċekkjaw x'internal controls hemm.", "Fit-teorija jista' jkun li ma jkunx hemm internal controls u ma jkun hemm abbużi xejn.", "Il-bżonn ta' internal controls jinqala' għax, sfortunatament, it-tendenza li wieħed jabbuża qiegħda hemm.", "Fi kwalunkwe sistema li jkollu l-Gvern aħna ma jkunx jinteressana kemm mill-10ċ li qed jinfoq qed jinsterqu, imma jekk hemmx kontrolli biżżejjed li jagħtu serħan il-moħħ li mhux se jkun hemm abbuż.", "L-esperjenza wrietna li kien hawn entitajiet li kellhom l-aqwa kontrolli fid-dinja u xorta sar l-abbuż.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Deguara, milli qed nara mill-follow-up report, il-maġġoranza tal-miżuri li identifikajtu intom were fully implemented.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kien hemm sebgħa li ġew fully implemented, erbgħa li ġew partly implemented, u tnejn li fihom kien hemm significant progress.", "TANYA MERCIECA: Significant progress għalina huwa aktar minn partly implimented.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-kategoriji ta' insignificant progress, not implimented, u not accepted ma kien hemm xejn.", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri ma kien hemm ebda proposta li ġiet injorata jew li ma sar xejn dwarha.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ikollna xi istanzi fejn entità jew dipartiment ma jaċċettax rakkmandazzjoni tagħna, imma dawn ikunu waħdiet.", "F'dan il-każ ma kienx hemm.", "CLAYTON BARTOLO: Jidher ċar li aktar m'għadda ż-żmien, id-dipartiment tgħallem minn ċerti problemi li kien hemm fil-bidu, u dawn l-isfidi ngħelbu, biex ovvjament il-Gvern illum il-ġurnata qiegħed jieħu iktar value for money għal dawk il-flus li qiegħed jonfoq.", "Irridu nirrikonoxxu, minkejja li forsi ma kienx l-iskop tal-audit, li l-flus li l-Gvern tefa' fiċ-childcare centres kien investiment tajjeb, għax effettivament illiberajna ħafna iżjed il-work force.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna konna għedna li hemm metodu kif din is-sistema, li mingħajr dubju jaqbel magħha kulħadd, tista' ssir aħjar, u fil-fatt qiegħda ssir aħjar.", "CLAYTON BARTOLO: Fil-fatt dak huwa l-punt li ridt nasal għalih: li minn meta bdejna sal-lum kien hemm titjib.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Onor. Bartolo, kieku kull follow-up audit huwa bħal dan, għandkom biex tiftaħru li kull ċenteżmu li qegħdin tagħtu lill-NAO qed jissarraf f'valur.", "Diġà għedt, u nibqgħu ngħiduha, li nirringrazzjaw lil Alla li madwar 80% tar-rakkmandazzonijiet tagħna qegħdin jittieħdu on board.", "Naturalment dan mhuwiex biżżejjed għalina għax idealment jittieħdu kollha on board.", "IĊ-CHAIRPERSON: Toqgħodx tgħajjat għax jisimek l-Ombudsman u jieħu għalih!", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għaliex?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax dak jilmenta li ma jeħdux ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "CLAYTON BARTOLO: Però, jekk miniex sejjer żball, anke fejn il-Gvern mhux qed jieħu on board ir-rakkmandazzjonijiet, qed jgħid għaliex, jiġifieri they are not simply being ignored.", "Għax hemm differenza bejn li tinjora lil xi ħadd...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kieku noħorġu follow-up report, u God forbid it, ir-rakkmandazzjonijiet kollha jkunu not implimented, nagħtikom parir tagħlqu l-NAO għax tkunu qegħdin taħlu €3.5 miljun.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: And the follow-up reports li nagħmlu are quite rigorous, jiġifieri it's not a matter li mmorru għand il-ministeru u nistaqsuhom jekk wettqux dak li rrikkmandajna aħna u jekk jgħidulna iva neħduha bħala li għamluha, imma nitolbu d-dokumentazzjoni u nikkonfermaw li dak li ridna ngħidu huwa attwalment dak li għamlu.", "U nagħmlu wkoll site visits.", "CLAYTON BARTOLO: Xtaqt immur ftit għar-rapport oriġinali tal-2015, minn paġni 93 'l quddiem.", "Mill-ewwel tabella li hemm f'paġna 96 jidher li fl-2014 u l-2015 kien hemm qabża pjuttost kbira bejn l-original budget u dak li attwalment tħallas.", "Jirriżultalkom li kien hemm xi ħadd min-naħa tal-Finanzi li pprova jżomm lura milli jalloka iktar fondi?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien ma nafx x'inhi r-raġuni, u r-raġunijiet jistgħu jkunu ħafna.", "Pereżempju, jista' jkun li l-budgeted figure ta' €8 miljun kienet understated.", "CLAYTON BARTOLO: Għax mill-2014 għall-2015 diġà hemm qabża fl-ammont budgeted.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien ma jien avukat ta' ħadd u ma jien qed naqbeż għal ħadd, u fil-fatt lanqas naf min għamel dawn l-estimi, però ma rridux ninsew li min għamilhom kien qed jagħmel stimi fuq inizjattiva totalment ġdida u ma kellux ma' xiex jikkompara.", "Irrid ngħid ukoll li mill-feedback li għandi, fil-bidu anke t-take-up taċ-childcare centres kien ogħla milli mistenni.", "CLAYTON BARTOLO: Però imbagħad it-tieni tabella li hemm fl-istess paġna turi li l-average number of booked hours per child per month, minn 89 fl-2014 żdied għal 112.59 fl-2016.", "Mill-audit li għamiltu jirriżultalkom jekk dan kienx riżultat tal-fatt li n-nies qishom bdew jafdaw iktar is-sistema, jew inkella għoġbithom iktar is-sistema?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dażgur, fil-fatt fl-ewwel paġna tal-follow-up audit għedna li fl-2015 kien hemm 2,700 tifel u tifla jattendu ċ-ċentri, filwaqt li fiż-żmien li konna qegħdin nagħmlu l-follow-up audit kien hemm 6,800 tifel u tifla jattendu.", "Jiġifieri mingħajr dubju kienet suċċess.", "CLAYTON BARTOLO: Però apparti li żdied l-ammont ta' tfal li jattendu, żdiedu wkoll is-sigħat li t-tfal idumu fiċ-ċentri.", "TANYA MERCIECA: Fir-rapport tagħna għedna wkoll li fl-2018 kien hemm 1.4 miljun booked hours li t-tfal m'attendewx għalihom, u dawn swew lill-Gvern madwar €5 miljun.", "Irridu ngħidu però li t-tfal jimirdu, u allura ħafna minn dawn is-sigħat li m'attendewx għalihom huma ġustifikati.", "CLAYTON BARTOLO: Allura x'tirrikkmandaw li għandu jsir biex innaqqsu dan l-ammont ta' sigħat li ma jagħmlux użu minnhom?", "TANYA MERCIECA: Sfortunatament hemm il-capping ta' 25%.", "Kif ċerta li taf, għax għandek tfal żgħar, it-tfal jimirdu ħafna speċjalment għall-bidu li jibdew jattendu ċ-ċentri jew l-iskola u allura jkun hemm każijiet fejn l-assenza tkun ġustifikata, però xtaqt niġbed l-attenzjoni li fl-2018 din swiet lill-Gvern €5 miljun.", "TANYA MERCIECA: Ovvjament ma tistax tħallashom skont l-attendenza, għax il-carers xorta jkunu hemmhekk.", "Aħjar li ma jkunx hemm, imma...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kif naħseb li taf inti, mill-esperjenza tiegħek ta' awditur, min jaħdem tajjeb u tmur tiċċekkjah jieħu gost, anzi jilqgħek u jgħidlek biex jekk issib xi ħaġa tinfurmah ħalli jkun jaf.", "Mill-banda l-oħra, min ikollu x'jaħbi, u min forsi jkun qed jabbuża, ma tantx se jieħu gost b'awditur.", "Nista' ngħid li fil-bidu kien hemm ftit tal-konfront mal-awdituri tagħna.", "TANYA MERCIECA: Speċjalment f'każijiet fejn il-Ministeru jew l-Foundation for Social Welfare Service (FSWS) ikun approva, pereżempju, spazju għal 26 tifel u tifla, u morna aħna u sibna 80.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jiġifieri fil-bidu kien hemm affarijiet bħal dawn, u nibqa' ngħid li dan ġara għax ma kienx hemm kontrolli.", "ALEX MUSCAT: U f'dak il-każ id-differenza kien qed iħallas għaliha xorta l-Ministeru?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dażgur.", "TANYA MERCIECA: Għax ir-rata hija per hour per child.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: U l-abbużi naqsu għax il-Ministeru għall-Edukazzjoni induna li dan l-investiment jirrikjedi ċertu ammont ta' moniteraġġ.", "CLAYTON BARTOLO: Huwa evidenti li l-monitoring kien nieqes għax meta suppost ikun hemm fobbing ta' 20 tifel jew tifla, u tara li hemm 60 tifel u tifla mal-ewwel jiġik f'moħħok li hemm xi ħaġa ħażina.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu, ma kienx hemm monitoring, u l-affarijiet tjiebu għax twaqqaf tim ta' sitt persuni biex jieħu ħsieb il-monitoring.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Fil-bidu kien hemm xi żbalji ta' manual interventions mingħajr audit trail.", "Aħna ssuġġerejna li jekk se jsiru manual intervertions fis-sistema, li dejjem se jkollok minnhom, ikun hemm audit trail ta' kif għandhom isiru.", "U nista' ngħid li din ġiet implimentata.", "TANYA MERCIECA: Fl-audit oriġinali sibna każijiet fejn il-ġenitur ikun ibbukkja erba' sigħat għat-tifla tiegħu, u din tiġi rranġata manwalment, min-naħa taċ-childcare centre, għal tmien sigħat.", "CLAYTON BARTOLO: U given li ma kienx hemm il-fobbing system inti ma stajtx tikkontrolla jekk hux veru t-tifel jew tifla għamlu tmien sigħat.", "TANYA MERCIECA: Jew għax it-tag kienet tkun għand iċ-childcare centre.", "IS-SUR ORLAND BONAVIA (Audit Manager, NAO): Jekk huma jaraw li xi ħadd ikun ilu assenti għal ammont ta' żmien, pereżempju jkun hemm ġimgħa fejn qatt m'attenda, jiġbdu l-attenzjoni taċ-ċentru, imma imbagħad kull xahar jaraw kollox, anke fejn isiru emendi, jiġifieri jagħmlu sintesi ta' kollox.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri hemm sistema ta' moniteraġġ in real time, jew hemm sistema ta' moniteraġġ fl-aħħar tax-xahar?", "IS-SUR ORLAND BONAVIA: Jistgħu jaraw is-sistema in real time, imma l-iktar li jagħmlu enfasi fuqu huwa fl-aħħar tax-xahar meta joħorġu l-kontijiet, fejn imbagħad jaraw kollox.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però s-sistema adoperata hija sistema li tista' tiġi emendata, fis-sens li f'tali ġurnata jkunu mmarkaw għaxar sigħat, imbagħad fl-aħħar tax-xahar meta jagħmlu l-eżerċizzju jindunaw li tkun saret korrezzjoni?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, jekk jiġu fobbed għaxar sigħat, ma jistgħux...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri m'hemmx mod kif jirranġawhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura meta semmejtu li ġew emendati manwalment, x'ridtu tfissru?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għax fl-2014 kien hemm sistema manwali, imbagħad fl-2015 daħlet is-sistema elettronika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma dak li jiġi rreġistrat bit-tag jittrażmetti ruħu in real time lill-Ministeru?", "Jiġifieri jekk jien għandi tifla tattendi wieħed miċ-ċentri, ma nistax inwassalha fit-8:00 a.m. u mmur għaliha fis-1:00p.m. u wara li nitlaq xi ħadd jagħmel li damet sal-5:00 p.m. Għalhekk huwa importanti li t-tag tinżamm għand il-ġenitur, għax b'hekk tassigura li jkun hemm it-timing in and out tajjeb.", "ALEX MUSCAT: Dħaltu fuq prinċipju ta' value for money?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, għax dan kien compliance audit, u dik hija sezzjoni totalment differenti.", "Nistgħu xi darba nagħmluh, anke jekk forsi tiġi bħala talba mingħand dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min-naħa tal-Ministeru ma' min kellkom l-aktar interacting waqt dan l-eżerċizzju?", "Hemm xi unit partikolari li hija responsabbli?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna dejjem nikkorrispondu mal-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, u dan huwa Ministeru fejn is-Segretarju Permanenti jieħu parti attiva fid-diskussjonijiet li jkun hemm mal-Uffiċċju tagħna.", "Imma imbagħad ovvjament, kif semmejt qabel, hemm sezzjonijiet u direttorati differenti li jieħdu ħsieb aspetti partikolari, però dejjem jgħaqqad kollox l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.", "ALEX MUSCAT: Bħala rapport ġenerali, u anke b'mod partikolari għall-Ministeru, sibtu koperazzjoni fuq dan l-audit?", "Kellhom bżonn l-audits ikunu dejjem bħal dawn għax kieku aħna nkunu sodisfatti ħafna.", "Id-diffikultajiet mal-auditees ġeneralment iqumu meta nitolbu ċerta informazzjoni u d-data ma tkunx tinżamm bil-format li nitolbu aħna u allura ndumu ftit sakemm inġibu d-data.", "L-iskop tal-awditur huwa li jara r-riskji u jidħol fihom, u xi kultant ma niftehmux dwar dak għax forsi jkun hemm min jgħidilna: Nagħmel daqstant affarijiet tajbin ma semmejthomx, u se ssemmili l-affarijiet li nagħmel ħżiena!?", "Imma naturalment dak huwa x-xogħol tal-awditur.", "Jiġifieri jkollna those kind of issues, imma altrimenti għandna relazzjoni sana ħafna mal-auditees.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Sur President, ma nixtieqx ninftiehem ħażin u ma nixtieqx nindaħal fl-aġenda ta' dan il-Kumitat, ngħid biss li ħriġna bosta performance audits tajbin u dan il-Kumitat ilu ftit ma jaqbad wieħed biex jiddiskutih.", "Filwaqt li qed ngħid hekk, nerġa' ngħid li bl-ebda mod ma rrid nidħol fl-aġenda tal-Kumitat, għax dik hija prerogattiva tagħkom però, kif għedt, aħna noħorġu audits tajbin u interessanti u ħafna drabi dan il-Kumitat ma jiddiskutihomx.", "Nista' ngħid li għamilna wieħed fuq l-ambjent, għamilna wieħed fuq is-saħħa, għamilna wieħed fuq il-vjolenza domestika, u għamilna oħrajn ukoll.", "Dawn huma temi, li għalkemm mhumiex neċessarjament fejn hemm materjalità qawwija, huma importanti ħafna għax huma dwar social issues.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Ma jidhirx li hawn aktar rimarki għalhekk il-Kumitat huwa aġġornat għal ġurnata li tiġi komunikata iktar 'l quddiem.", "Fit-3:18 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201014_068d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 68", "L-Erbgħa, 14 t'Ottubru, 2020.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:12 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali), l-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet), u l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 67, li saret fl-1 ta' Lulju 2020, ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-FOLLOW-UP REPORT 2019 MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA - FREE CHILDCARE SCHEME (Dok.", "Minbarra is-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali, li għamel introduzzjoni dwar ir-rapport, ħadu sehem fid-diskussjoni s-Sur Noel Camilleri, is-Sinj.", "Tanya Mercieca, u s-Sur Orland Bonavia, Deputat Awditur Ġenerali, Assistent Awditur Ġenerali, u Audit Manager, rispettivament.", "Waqt id-diskussjoni saret ukoll riferenza għar-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2015, partikolarment għas-sezzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-3:18 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201014_068m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 16", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2020 fl-4.30 pm", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2020 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Mario Farrugia Borg għall-ħatra ta' Kummissarju Għoli għall-Awstralja.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Raymond Spiteri għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għas-Senegal.", "23 ta' Ottubru 2020 Skrivan tal-Kamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201028_016a_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 16", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 16", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4.33 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 15, li saret fid-9 ta' Settembru 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Illum il-Kumitat għandu quddiemu żewġ nomini; dik tas-Sur Mario Farrugia Borg għall-ħatra ta' Kummissarju Għoli għall-Awstralja u l-oħra tas-Sur Raymond Spiteri għall-ħatra ta' Ambaxxatur mhux residenzjali għas-Senegal.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAS-SUR MARIO FARRUGIA BORG GĦALL-ĦATRA TA' KUMMISSARJU GĦOLI GĦALL-AWSTRALJA", "IĊ-CHAIRPERSON: Nibda bl-ewwel nomina tas-Sur Mario Farrugia Borg li bħalissa jinsab Melbourne, l-Awstralja u nistednuh jingħaqad magħna permezz ta' video conferencing.", "Is-Sur Mario Farrugia Borg ingħaqad mal-Kumitat permezz ta' video conferencing.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insellmulek, Sur Borg.", "Magħna hawn l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Qegħdin hawnhekk biex niddiskutu n-nomina tiegħek.", "Sur Farrugia Borg, ninformak li dan il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi huwa mwaqqaf permezz tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u, skont dan l-istess Att, il-Membri jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati mat-tweġibiet bil-miktub li inti bgħattilna.", "Ninformak ukoll li skont l-istess liġi, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom, kemm-il darba l-Kumitat ma japprovax xort'oħra, isiru pubbliċi u jkun jaf bihom il-poplu billi min ikun interessat jidħol fis-sit elettroniku tal-Parlament.", "Qabel niftħu d-diskussjoni nixtieq ninformak li din il-laqgħa qiegħda tiġi trażmessa b'mod dirett fuq il-website tal-Parlament ta' Malta u qed tiġi rrekordjata biex eventwalment tiġi mxandra fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament.", "Qed ngħidlek hekk għaliex naf li qed issegwina mill-Awstralja.", "Dak kollu li jingħad hawnhekk huwa pubbliku għax in-nies għandhom dritt ikunu jafu x'qegħdin ngħidu u nagħmlu.", "Nitolbok tintroduċi lilek innifsek, tgħidilna ftit fuq ix-xogħol u l-esperjenza tiegħek fl-Awstralja, imbagħad niftħu d-diskussjoni fost il-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Għalhekk, Sur Farrugia Borg, inħalli f'idejk biex tibda bir-rimarki tiegħek.", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: Jiena Mario Farrugia Borg, għandi 50 sena u ilni għal dawn l-aħħar kważi sentejn nokkupa l-kariga ta' Konslu Ġenerali għall-Istat ta' Victoria.", "Filwaqt li din hija kariga li torbot ħafna mal-Kummissjoni Għolja – għaliex fl-aħħar mill-aħħar aħna għandna missjoni waħda; il-High Commission u l-Konsulati – tiffoka ħafna fuq il-konsulari, jiġifieri servizzi li nagħtu lill-Maltin; servizzi ta' passaporti, ċittadinanza, prokuri, eċċ. Dak hu x-xogħol li kont qed nagħmel matul dawn l-aħħar sentejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur Farrugia Borg, qabel bdejt tagħmel dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar sentejn, kont tagħmel xi xogħol simili forsi f'xi areas oħrajn jew inkella bdejt sentejn ilu?", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: Le, din hija l-ewwel esperjenza tiegħi fi rwol diplomatiku.", "Jekk immur aktar lura, jien bdejt il-karriera tiegħi fil-qasam finanzjarju, kont naħdem ma' bank kummerċjali fejn għamilt kważi 22 sena.", "Imbagħad fl-2013 kont membru tas-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru.", "JOE MIZZI: Se tibqa' tagħmel l-istess xogħol jew se jkun differenti minn dan ix-xogħol li qed tagħmel bħalissa?", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: Le, il-,kariga ta' Kummissarju Għoli, kemm-il darba niġi approvat, hija differenti mill-kariga ta' Konslu Ġenerali.", "L-ewwel nett, il-Kummissarju Għoli jkun għall-Awstralja kollha jiġifieri inti trid tiffoka mhux biss fuq l-Istat ta' Victoria, imma fuq il-pajjiż kollu.", "Barra minn hekk, id-differenza bejn il-ħidma ta' Kummissjoni Għolja u ta' Konsolat hija li Kummissjoni Għolja tiffoka fuq relazzjonijiet diplomatiċi, fuq relazzjonijiet politiċi bejn il-pajjiżi, fuq investiment, fuq kummerċ, eċċ., filwaqt li l-ħidma Konsulari hija aktar limitata, proprju dik li semmejt jien ftit qabel, jiġifieri servizzi li nagħtu lil ċittadini Maltin, bħal servizzi ta' ċittadinanza, passaporti, prokuri; u servizzi għall-barranin li, pereżempju, ikunu jridu japplikaw biex jiġu Malta, japplikaw għal Schengen visas, eċċ. Dak huwa x-xogħol konsolari imma x-xogħol tal-Kummissjoni Għolja huwa ħafna iktar wiesa' minn hekk.", "Jiġifieri għalkemm ix-xogħol tal-Konsolat, pereżempju xogħol li għandu x'jaqsam mal-viża, jiġi offrut anke mill-Kummissjoni Għolja, il-ħidma tal-Kummissjoni Għolja tiftaħ ħafna iktar minn hekk.", "JOE MIZZI: Waqt dan il-perjodu kellek kuntatti oħrajn ma' konsulati f'areas oħrajn?", "Jiġifieri kontu tikkoordinaw?", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: Meta qed tgħid konsulat, ta' Malta jew ta' pajjiżi oħrajn?", "JOE MIZZI: Ta' Malta l-aktar.", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: Bħala set-up fl-Awstralja għandna l-Kummissjoni Għolja f'Canberra li hija l-kapitali, imbagħad għandna Konsulat Ġenerali f'Melbourne - il-kariga ta' Konslu Ġenerali li nokkupa jien - u għandna Konsulat Ġenerali ieħor fi New South Wales, fil-kapitali Sydney.", "Dak huwa s-set-up ta' Konsulati Ġenerali li strateġikament tagħmel sens għaliex għandna l-ikbar ammont ta' Maltin f'dawn iż-żewġ stati.", "Fejn m'għandniex Konsulati u allura m'għandniex Konsli Ġenerali, imma għandna Konsli Onorarji li l-ħidma tagħhom hija somewhat ftit iktar limitata, aħna nikkoperaw magħhom.", "Naf ukoll li anke min-naħa tal-Kummissjoni Għolja – għaliex aħna nżommu kuntatt regolari mal-Kummissjoni Għolja – jagħmlu laqgħat regolari ma' dawn il-Konsli Onorarji biex wieħed jaġġorna dwar il-ħidma li jkunu għaddejjin biha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Farrugia Borg, aħna hawnhekk ikollna rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra li b'mod liberu jistaqsu l-mistoqsijiet supplimentari li jridu, imbagħad wara niddiskutu bejnietna jekk għandniex napprovaw in-nomina tiegħek jew le.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Karol Aquilina biex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "KAROL AQUILINA: Sur Farrugia Borg, nirringrazzjak għad-disponibilità tiegħek biex nagħmlu din is-sessjoni miegħek.", "Għandi żewġ mistoqsijiet.", "L-ewwel nett, mill-esperjenza li ksibt f'dawn l-aħħar kważi sentejn, kemm tħossok kunfidenti li se tidħol f'dan ir-rwol u se tkun kapaċi taqdi rwol tajjeb?", "M'hemmx learning curve, trid tkun kapaċi mill-ewwel, biex ngħid hekk.", "It-tieni mistoqsija tiegħi hija - nitolbok tapprezza li aħna għandna obbligu li nagħmlu skrutinju hawnhekk – jekk hemmx xi ħaġa fil-passat jew fil-preżent marbuta miegħek li b'xi mod tista' timbarazza lil min qed jipproponik, lil dan il-Kumitat jew lill-Korp Diplomatiku b'mod ġenerali.", "Qed nistaqsik din il-mistoqsija bħala opportunità biex jekk hemm xi diffikultà, wieħed jgħidha u jkun onest dwarha.", "M'hemmx konsegwenzi, imma naħseb li għandi obbligu nistaqsik: Hemm xi ħaġa li tista' timbarazzak jew tpoġġik f'sitwazzjoni antipatika?", "Naf li rrispondejt il-mistoqsija dwar il-konflitt ta' interess imma mhux qed nistaqsik dwar konflitt ta' interess.", "Din hija domanda differenti ħafna minn hekk.", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: It-tweġiba għat-tieni mistoqsija hija: Le, ma nista' naħseb f'xejn.", "Safejn naf jien m'hemm l-ebda ħaġa li tista' timbarazza la lili u lanqas lill-Gvern li qed jinnominani.", "Biex niġi għar-risposta għall-ewwel mistoqsija, kif diġà spjegajt, il-ħidma tal-Kummissjoni Għolja hija differenti minn dik tal-Konsulat, imma fl-istess ħin il-ħidma tal-Konsulat tkun ukoll qed tagħtik ċerta esperjenza.", "Kif diġà għedt, fl-aħħar mill-aħħar il-Konsulat huwa parti mill-missjoni tagħna fl-Awstralja u allura ma tistax taqta' l-ħidma tal-Konsulat mill-ħidma tal-Kummissjoni Għolja u aħna nżommu kuntatt regolari.", "Xi ħaġa importanti ħafna f'din il-ħidma hija d-determinazzjoni li inti tagħmel biċċa xogħol tajba.", "Jien għandi dik id-determinazzjoni.", "Nassigurakom li kieku ma kienx hemm dik id-determinazzjoni min-naħa tiegħi u kieku jien ma kontx konvint li se nidħol biex nagħmel biċċa xogħol tajba, ma kontx se naċċetta nomina bħal din.", "Onor. Aquilina, ma nafx jekk weġibtekx.", "KAROL AQUILINA: Iva weġibtni, Sur Farrugia Borg.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Farrugia Borg, nixtieq nistaqsik kurżità, bħala Malti.", "Kif intom sejrin bis-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Awstralja, speċjalment fil-komunitajiet fejn hemm il-Maltin?", "Tisma' ħafna aħbarijiet, imma first hand information naħseb tkun aktar ta' servizz għan-nies li jsegwu l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament.", "JOE MIZZI: Jien għandi interess għaliex għandi ħija joqgħod Melbourne.", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: L-Istat ta' Victoria kien l-aktar stat żvinturat, biex ngħid hekk, f'dak li għandu x'jaqsam mal-COVID-19 pandemic u konna fl-aħbarijiet mad-dinja kollha, saħansitra anke fuq portals Maltin għaliex jien ovvjament insegwi l-ħin kollu.", "F'Marzu, meta faqqgħet il-COVID-19, bħala Konsulat kellna paniku mhux ħażin għaliex Malta bdiet toħroġ stqarrijiet biex min qiegħed barra minn Malta jmur lura Malta.", "Imbagħad fl-istess ġimgħa l-Prim Ministru Awstraljan kien għamel stqarrija u qal li dawk il-barranin li qegħdin hawnhekk fuq vaganza aħjar imorru lura lejn pajjiżhom.", "Allura kellna ħafna Maltin f'paniku biex jirranġaw il-flights, eċċ. Però mbagħad wara li l-Gvern waqaf jorganizza r-repatriation flights, kien hemm dawk il-Maltin li weħlu hawnhekk u allura kellhom japplikaw għal extension visas li hawnhekk tista' tapplika għalihom biss online.", "Ikun hemm ħafna Maltin li jgħidulek li ma jużawx internet eċċ., imma dik il-problema solvejnieha.", "L-ewwel mewġa tal-virus bdiet tbatti u konna wasalna sa stage 3 lockdown li jfisser li jiftħu l-ħwienet, imma b'ħafna social distancing, iżda ċerti ħwienet xorta ma fetħux.", "Sal-aħħar ta' Ġunju s-sitwazzjoni bdiet tiġi għan-normal.", "Jien dejjem qed nitkellem fuq Victoria għaliex dak iż-żmien jien kont Konslu għal Victoria.", "Imbagħad fil-bidu ta' Lulju faqqgħet it-tieni mewġa li kienet ħafna iktar aggressiva mill-ewwel waħda.", "Biex nagħtikom idea, l-akbar numri li kien qed ikollna fl-ewwel mewġa kienu jkunu forsi bejn 80 u 90 każ kuljum, però fit-tieni mewġa beda jkun hawn bejn 70 u 750 każ kuljum, jiġifieri kienet xi ħaġa ħafna aktar aggressiva.", "Meta bdew jipprovaw jaraw minn fejn ġejja din it-tieni mewġa, identifikaw li kien hemm flaw fis-sistema dwar kif huma bdew jipprovaw jikkontrollaw il-virus.", "Dan għaliex iddeċidew li kull min jidħol lura l-Awstralja jrid jagħmel ġimagħtejn kwarantina f'lukanda magħżula mill-Gvern imma mħallsa minn min se joqgħod fiha.", "Dawn kienu bl-għassa magħhom, jiġifieri litteralment ma kontx tista' toħroġ mil-lukanda jekk tkun qiegħed kwarantina.", "Li ġara kien li ddeċidew li minflok joqogħdu għassa magħhom il-pulizija, ikun hemm kumpaniji tas-sigurtà privati, u dawn sabu li kien hemm ħafna ksur ta' regolamenti mill-uffiċjali tas-sigurtà stess.", "Saħansitra identifikaw uffiċjali tas-sigurtà li bdew jitħalltu regolarment ma' dawk li kienu qegħdin kwarantina u rriżulta li kien hemm każ partikolari fejn uffiċjal tas-sigurtà raqad ma' waħda li kienet qiegħda kwarantina.", "Imbagħad waslu għall-konklużjoni li din it-tieni mewġa bdiet minn lukanda partikolari u minn uffiċjal tas-sigurtà.", "Jiġifieri ara kemm jittieħed il-virus!", "Minn persuna waħda nfirex mal-Istat ta' Victoria kollha.", "Kien hemm inkjesti maġisterjali u kien hemm talba biex anke l-Premier jirriżenja.", "Irriżenjat il-Ministru tas-Saħħa, però issa jidher li s-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll.", "To be fair, ikkontrollawha tajjeb ħafna.", "Biex nagħtikom idea, jekk xahrejn u nofs ilu kien qed ikollna 750 każ kuljum, matul dawn l-aħħar ġranet kellna daqqa ebda każ, daqqa każ wieħed u daqqa żewġ każijiet.", "Jiġifieri l-virus issa jidher li huwa taħt kontroll.", "Melbourne għadha kemm fetħet, fil-fatt ilbieraħ reġa' fetaħ ir-retail, u t-target tagħhom hu li sal-Milied qegħdin jgħidu li jrid ikollhom a COVID normal Christmas, jiġifieri normali safejn wieħed jista' jkun normali fiċ-ċirkostanzi tal-mument.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna tal-update tiegħek.", "Jekk ma jimpurtax, issa rridu naqtgħu ftit it-trażmissjoni ħalli kulħadd ikun jista' jitkellem u niġu għall-vot ta' bejnietna, imbagħad nerġgħu nikkomunikaw miegħek biex ngħidulek ir-riżultat ta' dak li nkunu ddeċidejna.", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa se naqtgħu l-komunikazzjoni minn mas-Sur Farrugia Borg.", "Is-Sur Mario Farrugia Borg ħareġ mill-video conference.", "Fl-4.49 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fl-4.51 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onorevoli Membri, se npoġġi l-mistoqsija fuq il-ħatra tas-Sur Farrugia Borg bħala Kummissarju Għoli għall-Awstralja.", "Ladarba m'hawn ebda oġġezzjoni, nistgħu nikkomunikaw mill-ġdid mas-Sur Farrugia Borg u ninformawh bid-deċiżjoni tagħna.", "Is-Sur Mario Farrugia Borg ingħaqad mal-Kumitat permezz ta' video conferencing.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Farrugia Borg, nilqgħuk lura magħna.", "Ninformak li issa ngħaqad magħna wkoll l-Onor.", "Clyde Puli għaliex kien qiegħed fuq xogħol ieħor fil-Parlament stess imma kien qiegħed isegwi x'konna qegħdin ngħidu.", "Hawn ukoll is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo.", "Sur Farrugia Borg, ninformak li dan il-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur in-nomina tiegħek għall-kariga ta' Kummissarju Għoli għall-Awstralja skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Skont l-istess provvediment, flimkien ma' dan il-parir għandhom jintbagħtu wkoll il-Minuti ta' din il-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej", "Sur Farrugia Borg, nawgurawlek u l-kumplament tal-lejl it-tajjeb.", "IS-SUR MARIO FARRUGIA BORG: Grazzi.", "Fil-fatt hawnhekk bħalissa l-ħin huwa t-2.50 a.m. Nirringrazzjakom tal-ħidma tagħkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Awguri.", "Mela nistgħu naqtgħu din it-trażmissjoni minn mas-Sur Mario Farrugia Borg.", "Is-Sur Mrio Farrrugia Borg ħareġ mill-video conference.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAS-SUR RAYMOND SPITERI GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR TA' MALTA MHUX RESIDENTI GĦAS-SENEGAL", "IĊ-CHAIRPERSON: Onorevoli Membri, il-Kumitat issa għandu quddiemu n-nomina tas-Sur Raymond Spiteri għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenzjali għas-Senegal.", "Għalhekk insejjaħ lis-Sur Spiteri.", "Is-Sur Raymond Spiteri daħal fil-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Spiteri, nilqgħuk magħna.", "Hawnhekk preżenti hawn l-Onor.", "Karol Aquilina, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Sur Spiteri, dan il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi huwa mwaqqaf permezz tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497, u skont dan l-istess Att, il-Membri jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati mat-tweġibiet bil-miktub li inti bgħattilna.", "Ninformak ukoll li skont l-istess liġi, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom, kemm-il darba l-Kumitat ma jiddeċidix xort'oħra, isiru pubbliċi.", "Qabel niftaħ id-diskussjoni, nixtieq ninformak li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live fuq il-website tal-Parlament u anke rrekordjata ħalli eventwalment tixxandar fuq it-television channel tal-Parlament u għalhekk dak kollu li jingħad huwa pubbliku.", "Nitolbok tintroduċi lilek innifsek u tgħidilna xi ħaġa dwarek.", "IS-SUR RAYMOND SPITERI: Jien ilni għal dawn l-aħħar 35 sena nimraħ fis-swieq tal-Afrika.", "Naħdem mal-kumpanija Foster Clark li naħseb li kollha smajtu biha, kumpanija li hija ċ-champion ta' Malta fuq l-esportazzjoni.", "Fil-passat bdejna fil-Lvant Nofsani u f'dawn l-aħħar 18-il sena – kemm ili mal-kumpannija - bdejna niżviluppaw swieq ġodda ġewwa l-Afrika.", "Inqis li bl-esperjenza li rnexxieli nakkumula f'dawn it-18-il sena ġewwa s-swieq fl-Afrika - kontinent diffiċli immens - nista' forsi nkun ta' pjattaforma għal kumpaniji oħrajn.", "Ovvjament naħseb li kollha għandhom interess li jżidu l-esportazzjoni u jien forsi nista' nkun katalist biex niggwida kumpaniji oħra tramite Trade Malta permezz ta' ċerti arranġamenti.", "Kif għedtilkom, l-Afrika huwa kontinent ta' opportunitajiet kbar imma naħseb li sfortunatament dawn mhux qed nisfruttawhom.", "Il-kumpanija Foster Clark kellha l-kuraġġ li timraħ f'dawn is-swieq.", "Bażikament is-Sub-Sahara hija l-area tagħna, mill-Maghreb 'l isfel fejn hemm kważi 48 stat li aħna diġà qed nesportaw lejn 30 pajjiż minnhom.", "Jien immur regolarment għax il-kumpanija Foster Clark bdiet fl-Afrika kemm ilni naħdem magħha jien.", "Nista' ngħid li fi 18-il sena rnexxielna nkattru n-negozju b'mod sostanzjali f'dik iż-żona li, kif għedtilkom, mhijiex daqshekk faċli.", "L-ewwel pajjiż li bdejt immur fih kien in-Niġerja - naħseb smajtu ħafna affarijiet fuqu - li huwa pajjiż diffiċilissimu.", "Bdejt immur hemmhekk madwar 35 sena ilu, jiġifieri qabel ma twaqqfet il-kumpanija Foster Clark.", "Darba kont fuq ajruplan tat-tip 747 li fuqu kien hemm kważi 400 ruħ u jien kont l-uniku wieħed ta' karnaġjon abjad.", "Niftakar li kien ġie missjunarju jtaptapli fuq dahri u qalli: Nawguralek.", "Speċi ried jgħidli: X'sejjer tagħmel?", "Taf ma' min se tiltaqa'?", "Kienet ħasda totali.", "Ma kelli kuntatti ta' xejn.", "Litteralment mort fi swieq informali.", "Tajjeb li nkunu nafu li fl-Afrika 98% ta' kull tip ta' business li hemm huwa informali.", "Inti trid issib iċ-channel informali biex jirnexxilek tinfiltra fil-pajjiż.", "Fil-passat kont immur missjonijiet, kont nattendi maċ-Chamber of Commerce, imma d-diffikultà kienet tkun li meta tmur one-on-one meetings u tiltaqa' mal-Kamra tal-Kummerċ l-oħra, fuq il-mejda ma tasalx biex tbigħ u ssib swieq ġodda.", "Il-kumpanija bdiet billi mmorru nimirħu fis-suq, naraw l-opportunitajiet u nipprovaw naddattaw għas-suq t'hemmhekk.", "Pereżempju Foster Clark tesporta ħafna powder drinks; għax inti trid taddatta għal pajjiż fejn il-purchasing power huwa baxx ħafna.", "Hemmhekk jgħixu, kif kważi jaf kulħadd, b'$5 kuljum li bihom iridu jixtru l-provisions, zokkor bi kwantità żgħira u the main basic items to make up for the day, imbagħad imorru fid-djar isajru.", "Għalhekk trid issib prodott li huwa konvenjenti għall-konsumatur biex jixtrih.", "Infatti we broke down the packet size, inżilna għal 50 gramma, biex ikun konvenjenti u jistgħu jixtruh.", "Hawnhekk tidħol l-esperjenza li nista' ngħaddi lil kumpaniji oħrajn.", "L-ewwel trid tmur fil-pajjiż, tara l-kultura tagħhom u ssib niċeċ ta' opportunitajiet differenti.", "Aħna qegħdin fil-fast-moving consuming goods (FMCG).", "F'Malta hawn ħafna kumpaniji oħrajn u s-suċċess li għamlet Foster Clark nistgħu nifirxuh f'kumpaniji oħrajn.", "Dan jirrikjedi vjaġġi regolari u kuraġġ għax il-pajjiżi li mmorru fihom huma challenging.", "Pereżempju f'pajjiżi bħal Guinea-Bissau inzertajt kolp ta' stat darbtejn.", "Meta tmur Sierra Leone tkun fit-triq tipprova tfittex kuntatti u distributuri u dawn litteralment jiftaħru li jkunu qatgħu jdejn ta' xi 60 ruħ li kienu eks ribelli!", "Għalihom din hija xi ħaġa … Trid taddatta u trabbi ċerta qoxra.", "Jiġifieri bl-esperjenza li għandi fl-Afrika issa naf min huma d-distributuri u ċ-channels kif tippenetra fis-suq partikolari.", "Naħseb li din nista' naqsamha ma' industrijalisti potenzjali f'Malta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jien għandi mistoqsija li nistaqsi lil kull min jiġi quddiem dan il-Kumitat.", "Hemm xi ħaġa li forsi tista' timbarazza lil min qed jipproponik, lil dan il-Kumitat, lill-Gvern Malti u lil pajjiżna?", "Hemm xi ħaġa fil-background tiegħek li tħoss li għandek tgħidilna dwarha?", "Qed nistaqsi dan mhux biex nagħmel ġudizzju fuqek.", "KAROL AQUILINA: Ejja nkunu ċari.", "Irridu nevitaw sitwazzjonijiet fejn xi ħadd jiġi quddiem dan il-Kumitat, jippreżenta ruħu, jiġi nominat, imbagħad wara niskopru li kien hemm xi ħaġa.", "Għalija din hija opportunità ħalli jekk hemm xi ħaġa, titkellem dwarha u wieħed jara ftit kemm hija serja, eċċ. M'għandi indikazzjoni ta' ebda ħaġa.", "IS-SUR RAYMOND SPITERI: Nifhem; nista' nassigurakom li l-prinċipji tiegħi huma li huma.", "L-integrità hija sagra għalija u hija ħaġa importanti.", "Qatt ma kont involut f'sitwazzjoni li nimbarazza lill-kumpanija fejn kont naħdem u lill-pajjiż.", "Kif qed ngħid, jien nagħmel kważi 200 ġurnata barra minn Malta.", "Din qatt ma kienet li għamilt sitt xhur Malta!", "Fil-fatt qed inħossni skomdu.", "Nista' nikkonfermalek li l-intenzjonijiet tiegħi huma li nixtieq nikkontibwixxi.", "Ilni mmur dan iż-żmien kollu, naf il-kontinent kif inhu u naf il-kultura.", "Mhuwiex faċli, imma lest li naqsam l-esperjenza li għandi ma' kumpaniji oħra.", "Dik hija l-intenzjoni tiegħi.", "Kif tafu, dan ir-rwol mhuwiex ta' ambaxxatur residenti fis-Senegal.", "Jien ma nħossx li f'dan l-istadju hemm bżonn li jkun hemm ambaxxata.", "Bħalissa l-esportazzjoni totali ta' Malta lejn dan il-pajjiż hija ta' $5 biljun, li huma kollha min-naħa ta' Foster Clark.", "Jekk inkabbru l-opportunitajiet imbagħad jista' jkun hemm lok li forsi jkun hemm ambaxxata permanenti.", "Senegal is feeding litteralment lill-Mauritania, lill-Mali, lill-Giunea-Bissau u lil Burkina Faso, fost oħrajn.", "Ovvjament hemm pajjiżi bħall-Ivory Coast imma m'hemmx stabilità politika.", "Hemm il-Ghana fejn hemm ambaxxata Maltija u nista' ngħid li naħseb li sejrin mhux ħażin, għax il-gaming hemmhekk diġà qed jiġġenera xi $6 miljun.", "Hemm kumpanija oħra minbarra Foster Clark li nesportaw lejn il-Ghana.", "Naħseb li this would be an added value għall-pajjiż għax jien inkun nista' nikkontribwixxi.", "Din hija xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam ma' poltika; jien se naħdem fl-interess ta' Malta.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Spiteri, sibtu interessanti ferm dak li għadek kif għedt.", "Liema huma dawk is-swieq Afrikani li inti espert fihom li tara li l-Maltin jistgħu jidħlu fihom?", "IS-SUR RAYMOND SPITERI: Ma nafx jekk qattx mortu l-Afrika.", "Mort xi erba' postijiet?", "Fin-Niġerja mort Lagos jew Abuja?", "Meta ssemmi Abuja tkun qisek qed issemmi Bern fl-Iżvizzera għax hija żviluppata, hemm ħafna sky scrapers u hija l-kapitali finanzjarja.", "Ma tistax tikkompara l-Afrika ma' hemmhekk.", "Inti trid tmur Lagos, Maiduguri, Sokoto biex tara s-sitwazzjoni kif inhi.", "Niġi għall-mistoqsija tal-Onor.", "L-opportunitajiet huma vasti.", "Jien niftakar li l-ewwel darba li kont mort in-Niġerja mas-Sur Charles Busuttil li beda l-Foster Clark, dan bażikament kien qalli ħaġa waħda: F'dan il-kontinent tista' tbigħ kwalunkwe ħaġa, litteralment, jekk tmur bi struttura u tkun tifhem is-suq kif inhu.", "L-opportunitajiet huma enormi fl-Afrika fuq kwalunkwe oġġett.", "F'dan l-istadju naħseb li nista' nbigħ kwalunkwe ħaġa imma hemm sistema kif tmur tbigħha.", "L-ewwel nett trid tipprova tara kemm jiswa l-prodott.", "Inutli jien ngħidlek li dan il-prodott se jiswa €16 per carton meta inti taf li hemm il-kompetizzjoni u qed jinbiegħ b'€10 CIF per carton.", "L-ewwel nett trid tidentifika x'kompetizzjoni hemm fis-suq.", "Imbagħad tipprova timxi minn isfel għal fuq u you set up a price structure.", "Pereżempju jien illum immur f'market informali u nara pakkett ta' kompetitur, u meta nara l-prezz - naf kemm huma d-duties, eċċ - kapaċi nasal għall-prezz finali.", "Imbagħad inqabbel prezzijiet oħra u nista' nasal għal prezz f'moħħi.", "Sfortunatament kumpaniji Maltin ipprovaw jesportaw lejn in-Niġerja imma ħadd ma rnexxa.", "Inti trid tara x'hemm fis-suq, id-domanda x'inhi, imbagħad titla' 'l fuq.", "Però trid tkun kapaċi wkoll li tgħaddi ċertu żmien hemmhekk.", "Meta bdejna fin-Niġerja kont qed nagħmel kważi sitt vjaġġi fis-sena u kull vjaġġ kien ikun ta' tliet ġimgħat.", "Litteralment kont immur ġewwa, fis-swieq.", "Ma nafx kif nista' nispjegalkom il-pajjiż.", "Hemmhekk 96% tan-negozju huwa informali.", "Kulma hemm 3% modern trade, jiġifieri supermarkets u ħwienet kif hawn Malta.", "Dawn huma expatriates li għandhom ċertu purchasing power, imma l-bqija l-purchasing power tal-popolazzjoni, tal-popolin, hija verament baxxa.", "Allura trid issib niċċa partikolari biex issib dak is-suq, u dan mhuwiex faċli.", "Trid tgħaddi ċertu żmien fiżikament hemmhekk.", "Jekk ikolli l-opportunità, l-idea tiegħi hi li naqsam l-esperjenza tiegħi ma' Trade Malta, inlaqqgħu xi industrijalisti u mmorru nagħmlu żjarat, mhux one-on-one meetings.", "Jiġifieri jekk dawn ġejjin bil-perċezzjoni li se jibqgħu l-uffiċċju in a comfort zone, nista' ngħid li din ma taħdimx hemmhekk.", "Hemm problema oħra għax ċertu negozju hemmhekk huwa mmexxi mil-Lebaniżi li jien kultant ngħidilhom in-\"NATO\" li tfisser no action, talk only.", "Dawn jgħidulek li huma interessati u li se jixtru imma ma tasalx magħhom.", "Dak huwa s-suċċess ta' Foster Clark.", "Hawnhekk stampajt ftit ritratti tas-suq fejn immorru biex nagħtikom stampa ta' x'inhi l-Afrika u fejn immur jien.", "Il-popolin hemmhekk qed imur jixtri.", "Dawn huma l-ħwienet li hemm fl-Afrika, imma jekk inti m'intix kapaċi tmur hemmhekk, m'intix se tirnexxi.", "Jien naħseb li nista' naqsam din l-esperjenza tal-kumpanija tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Iktar mistoqsijiet?", "Sur Spiteri nitolbok biex, jekk jogħġbok, tirtira mill-Kamra sakemm il-Membri jiddiskutu bejniethom.", "Is-Sur Spiteri ħareġ mill-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Membri, se npoġġi l-mistoqsija fuq il-ħatra tas-Sur Raymond Spiteri bħala Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għas-Senegal.", "Jidher li hawn qbil unanimu.", "Se nsejjaħ lura lis-Sur Spiteri.", "Is-Sur Raymond Spiteri daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Spiteri, ninformak li dan il-Kumitat Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tiegħek bħala Ambaxxatur mhux Residenti għas-Senegal skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Skont l-istess provvediment, dan il-parir flimkien mal-Minuti ta' din il-laqgħa tal-Kumitat jintbagħtu lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Grazzi u awguri.", "IS-SUR RAYMOND SPITERI: Nirringrazzja lilkom.", "Is-Sur Raymond Spiteri ħareġ mill-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: B'hekk lestejna x-xogħol li kellu quddiemu l-Kumitat illum.", "Nerġgħu niltaqgħu meta jkollna aktar nomini x'niddiskutu.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nixtieq inqajjem punt imma rrid nagħmilha ċara li mhu qed nagħmel l-ebda referenza lejn xi persuna partikolari.", "Jien naħseb li fejn jidħlu persuni li jkunu ġejjin miċ-Ċivil jew li jkunu missew maċ-Ċivil, għandna nibdew nitolbu li naraw il-personal file tagħhom taċ-Ċivil.", "Mod nitkellmu dwar xi ħadd li ġej minn barra ċ-Ċivil bħas-Sur Spiteri jew whoever, li allura wieħed irid joqgħod fuq ċerti affarijiet, u hija ħaġa oħra meta jkun xi ħadd ġej miċ-Ċivil.", "Inħossu l-bżonn li biex nevitaw sitwazzjonijiet ħżiena nibdew naraw il-personal file ta' dak li jkun.", "Nifhmu li dan m'għandux ikun aċċessibbli għall-pubbliku imma għandu jkun aċċessibbli biss għall-Membri tal-Kumitat u allura ma jiġi ppubblikat xejn minnu.", "Però nħossu li biex dan il-Kumitat jagħmel xogħol ta' skrutinju kif suppost u jgħaddi l-ġudizzju li għandu jgħaddi, għandna nibdew nitolbu li naraw il-personal file ta' dak li jkun.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, ma nafx jekk għandux xi ħaġa partikolari f'rasu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLYDE PULI: L-ewwel nett forsi jitressaq xi ħadd u jkollok rapporti tal-midja li jistgħu jkunu inġusti.", "Qed nitkellmu minn hawn 'il quddiem, mhux minn hawn lura, biex niftiehmu.", "Aħna qed ngħidu li jekk wieħed ikun ħadem diġà fis-settur pubbliku - meta ngħidu ċ-Ċivil jiġifieri s-settur pubbliku kollu - naraw il-personal file tiegħu.", "Aħna rridu nagħtu l-approval tagħna ta' ċerti nies li, biex inkunu ċari u tondi, ma nafuhomx.", "GLENN BEDINGFIELD: Nifhem jew nassumi li qabel jasal f'dan l-istadju, fejn ikun hemm impjegati taċ-Ċivil naħseb li l-Ministeru jkun għamel l-iskrutinju.", "CLYDE PULI: M'hemmx dubju, il-Gvern ikun għamel l-iskrutinju, imma dan huwa skrutinju parlamentari.", "Kieku lanqas skrutinju Ewropew ma nagħmlu, ma nagħmlu ebda skrutinju.", "Jiġifieri meta għamilna din il-liġi l-Gvern u l-Parlament qal li l-ħatriet tal-Gvern għandu jiskrutinizzahom il-Parlament.", "Jien ma nistax noqgħod totalment fuq xi ħadd li kien hemm … Għaldaqstant, biex nagħtu ftit aktar peace of mind …", "GLENN BEDINGFIELD: Allura għaliex se titolbu l-personal file ta' min jaħdem maċ-Ċivil u mhux se titolbu ta' min ma jaħdimx maċ-Ċivil?", "KAROL AQUILINA: Għax ma jeżistux personal files ta' min jaħdem ma' kumpaniji privati.", "CLYDE PULI: Tal-Foster Clark, pereżempju?", "GLENN BEDINGFIELD: Naħseb li kull kumpanija għandha file dwar l-impjegati tagħha għax inkella se niġu qisna qegħdin …", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura jien nissuġġerixxi li nagħmlu laqgħa mal-Ispeaker.", "Forsi għandu jkun hemm ċerti kriterji, pereżempju l-kondotta.", "KAROL AQUILINA: Il-problema li qed naraw aħna hija li aħna qed nagħmlu numru ta' mistoqsijiet u qed noqogħdu fuq ir-risposti.", "Issa jien mhux qed ngħid li jkun hemm affarijiet li ma jkunux veri.", "Pereżempju, illum staqsejt mistoqsija komuni għal żewġ persuni.", "Naturalment sodisfatt bir-risposta, u kieku kont naf xi ħaġa fuq xi ħadd kont niġbed l-attenzjoni.", "Però jien naħseb li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn dak li jkun ikollu l-obbligu li lil dan il-Kumitat jgħidlu: Jien fil-passat kont involut f'din il-ħaġa imma ġiet settled.", "Jew inkella jgħidlu: Jien għandi din l-\"imma\" imma nista' nispjega.", "Naħseb li jkun tajjeb li niġu trattati b'ċertu rispett u li jekk nieħdu deċiżjoni nieħdu deċiżjoni informata u mhux b'għajnejna magħluqin.", "Issa jien qed ngħid għaż-żewġ naħat.", "Jien m'għandix dubju li kull min jitressaq hawnhekk qed jitressaq in good faith, però ma naħsibx li huwa sew li dan il-Kumitat qisu jħalli l-affarijiet jaħdmu waħedhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma nafx jekk nistgħux nagħmlu hekk u jekk hemmx xi regoli taċ-Ċivil li jipprekludu li dan isir.", "KAROL AQUILINA: Jien, bħala Oppożizzjoni, nista' nistaqsi lill-persuna konċernata: Inti għandek diffikultà tagħti l-kunsens tiegħek li jitressaq il-personal file tiegħek?", "Imma naħseb li din tkun daqsxejn … Għalhekk jien qed nissuġġerixxi li dan il-Kumitat - biex l-affarijiet ikunu ugwali għal kulħadd, kulħadd ikun jista' jara l-affarijiet u ma jkunx hemm diffikultà – jagħmel regola li meta jkun hemm persuni li jkunu missew maċ-Ċivil, nibdew nitolbu l-personal file.", "Dan jiġi meqjus bħala dokument konfidenzjali, ma jkunx aċċessibblil għall-pubbliku, aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-iskrutinju tiegħu u daqshekk.", "B'dan il-mod almenu ma jkollniex affarijiet iddikjarati biss.", "Għax hawnhekk x'qed jiġri?", "Hawnhekk ikollna sett ta' mistoqsijiet, tweġibhom il-persuna li tkun ġiet proposta u daqshekk.", "Aħna noqogħdu fuq il-kelma ta' dak li jkun imma naħseb li għandna nimxu ftit oltre minn hekk.", "Għandna l-vantaġġ li ċ-Ċivil għandu sistema ta' filing dwar il-persuni li jaħdmu fiċ-Ċivil.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien nifhem l-ispirtu ta' din it-talba u forsi fil-laqgħa li jmiss iċ-Chairperson ikun jista' jippronunzja ruħu dwarha wara li jkun iċċekkja l-affarijiet, però bħalissa qed naħseb fuq żewġ affarijiet.", "L-ewwel waħda hija li se nesponu file personali ta' persuna li taħdem fiċ-Ċivil meta persuni oħra li ma jaħdmux fiċ-Ċivil mhux se naraw il-personal history tagħhom, allura dan jista' jpoġġi lill-persuni taċ-Ċivil f'sitwazzjoni fejn ma jkunux bħall-oħrajn.", "KAROL AQUILINA: Hemm mod ieħor kif nistgħu nagħmuha din u rridu nagħmluha daqsxejn bl-esperjenza.", "Naħseb li ħafna minn dawn il-mistoqsijiet li nagħmlu jkunu wisq ġeneriċi u r-risposti neħduhom daqsxejn à la leggera, biex inpoġġiha hekk.", "Naħseb li wieħed jista' jagħmel questionnaire li jkun komuni għaż-żewġ naħat tal-Kamra, li nippretendu li jwieġbu in komuni, biex inkunu fair.", "Tkun min tkun il-perusna, dan il-questionnaire trid twieġbu.", "Biex nagħti eżempju, l-MFSA tagħmel questionnaire lid-diretturi ta' ċerti kumpaniji u mbagħad tiddeċiedi jekk dak li jkun ikunx fit and proper.", "Il-vantaġġ ta' persuni li jaħdmu fiċ-Ċivil jew fis-settur pubbliku huwa li nafu li hemm personal file tagħhom.", "Issa jien m'iniex interessat li nkun naf jekk wieħed ikunx ħa leave jew le, jew jekk ikunx użufruwixxa minn xi skema jew le.", "Jien interessat li nkun naf il-karattru tal-persuna u jekk din tkunx idonea għal dik il-kariga.", "Ħafna mill-affarijiet li qed nistaqsu ma jagħtux lok li dak li jkun se jiġi hawn u jgħid: Jien għandi diffikultà b'din.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma xejn ma jżomm lill-membri milli jagħmlu dawk it-tip ta' mistoqsijiet.", "CLYDE PULI: Imma hawn qed nitkellmu fuq ir-risposta mhux fuq id-domanda.", "Id-domanda nistgħu nagħmluha imma, l-ewwel nett, trid tifhem li l-membri ta' dan il-Parlament, sfortunatament - se nieħu l-opportunità la qegħdin nitkellmu dwar dan – għadhom part-time u mhux full-time, għad m'għandhomx assistenti, għadhom mhux kapaċi jagħmlu riċerka u allura jridu joqogħdu fuq ċerti affarijiet.", "Għalhekk hawn ir-responsabilità kbira ta' dan il-Kumitat li qed jagħti l-endorsement lil nies li ma jafhomx.", "Issa, biex inkun ċar, uħud minnhom nafhom imma wħud minnhom lanqas qatt ma rajthom b'għajnejja u qed noqgħod fuq il-kelma tagħhom għax lanqas għandi min imur u jirriċerka.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li jekk hemm nies fiċ-Ċivil u fis-settur pubbliku li diġà jkun hemm il-file personali tagħhom … Għax inkella jista' jkun hemm każijiet fejn xi darba xi ħadd ikun kiteb xi ħaġa, tagħmel Google search u jitla' isem ta' wieħed u tibda tgħid: Imma din vera, din mhux hekk?", "B'hekk l-ewwel nett ma ċċappasx nies għalxejn u, it-tieni nett, tassigura li tkun qed tieħu deċiżjoni verament informata.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Naħseb li ladarba wieħed ikun qed jiġi rakkomandat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, il-Ministeru għandu jieħu ħsieb jara li l-affarijiet ikunu kif suppost.", "Naħseb li hemmhekk għandu jkun hemm dan l-obbligu u mhux hawnhekk.", "L-assumption hija …", "CLYDE PULI: Onor. Mizzi, nifhem li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qed jagħmel l-skrutinju tiegħu, kieku mhux qed iressaqhom hawnhekk.", "Ħadd mhu qed jiddubita mill-intenzjoni tiegħu.", "Il-Ministru huwa bniedem serju u nafu li qed jipprova jressaq nies tajbin.", "Però min-naħa l-oħra, ladarba b'din il-liġi dan il-Parlament iddeċieda li dak l-iskrutinju jgħaddi fuqna, mela r-responsabilità għaddiet fuqna li qegħdin hawnhekk nivvotaw.", "Ladarba din għaddiet fuqna, aħna jrid ikollna l-iskrutinju tagħna.", "Aħna ma mmorrux ngħidu lill-Ewropej: Fuq il-leġiżlazzjoni tiegħek konvint li inti serju, Sur Kummissarju, għaddejtha mill-istrutturi kollha tieħgek u issa jien bħala Malta ma niskrutinizzax.", "Nagħmlu l-iskrutinju tagħna, u l-istess hawnhekk.", "Inti serju kemm trid, imma jien se nagħmel l-iskrutinju tiegħi.", "Naħseb li din hija xi ħaġa ġusta għal kulħadd; ġusta għan-nies li jiġu u ġusta għalina li qed nintalbu li nieħdu din id-deċiżjoni għax jien, sal-lum, … (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Biex inkun għedtilkom kollox, din ilni naħseb fuqha.", "Ma ridtx inqajjimha qabel iż-żewġ intervisti li kellna llum għax deherli li ma kienx ikun fair.", "Allura għedt li malli jgħaddu dawn l-intervisti, inqajjimha biex forsi wieħed ikollu …", "CLYDE PULI: Imma din mhijiex relatata ma' dawn it-tnejn!", "M'għandhiex x'taqsam.", "Jien qed ngħid li jekk irridu nagħmlu r-rwol ta' dan il-Kumitat tajjeb, naħseb li jkun ġust li nagħmlu hekk ladarba l-informazzjoni tkun available.", "Jekk mhijiex available …", "IĊ-CHAIRPERSON: Taqblu li niltaqgħu mal-Ispeaker u nitkellmu miegħu fuqha?", "KAROL AQUILINA: M'għandix diffikultà.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'għandix diffikultà.", "Bħalissa, at this stage, mhux se ngħid li għandi pożizzjoni kontra imma se ngħid li għandi ċerti riżervi.", "Ejja naraw ftit forsi niddiskutu fid-dettall u ċ-Chairperson jiltaqa' mal-Ispeaker u forsi aħna wkoll inġibu xi kjarifiki.", "Imbagħad il-Kumitat jippronunzja ruħu f'seduta oħra.", "KAROL AQUILINA: Jekk tridu, jien lest li nagħmel draft dwar x'naħseb li għandna nagħmlu - jiġifieri dawn iż-żewġ affarijiet li semmejt - u nagħti idea ta' x'għandu jkun fih dan il-questionnaire.", "Dan għandu jkun questionnaire tal-Kumitat, mhux ta' din in-naħa jew ta' dik in-naħa għax naħseb li hawnhekk kulħadd qed jerfa' r-responsabilità.", "CLYDE PULI: Jien se nżid biċċa ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Apparti li għandna r-responsabilità aħna għax aħna se nagħmlu l-endorsement tagħhom, dan huwa biss il-proċess pre il-ħatra tagħhom għax post il-ħatra tagħhom jista' xorta jagħmilha l-Kummissarju tal-Istandards.", "Qed ngħid dan biex inkunu qed nifhmu li bażikament mhu qed nagħmlu xejn ta' barra minn hawn.", "Però ladarba se nagħmel endorsement ta' dak li jkun jien, ma rridx li jiġi xi ħadd u jgħidli: Inti kont taf x'inti tagħmel?", "GLENN BEDINGFIELD: Naħseb li ċ-Chairperson għandu jiddiskutiha mal-Ispeaker u anke mad-Data Protection Commissioner.", "CLYDE PULI: Nifhem ir-restrizzjonijiet politiċi li jista' jkollkom, imma dwar l-argument li għamel il-kollega tiegħi, li jien qed nagħmel endorsement tiegħu bis-sħiħ, naħseb li dan huwa l-mod ta' kif għandna nimxu bħala proċedura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien naħseb li għandkom tagħmlu l-proposta bil-miktub, jien immur biha għand l-Ispeaker, naraw x'jgħidilna u wara nagħmlu laqgħa biex naraw il-feedback tiegħu x'ikun u jekk ikun hemm bżonn jiġi magħna …", "KAROL AQUILINA: Jekk se jsir hekk, napprezza li peress li din se nkun ktibtha jien, jekk ma ssibx diffikultà, jien inkun preżenti ħalli nispjegahielu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jista' jinħatar xi ħadd jew inkella jekk irid jista' jiġi l-Whip, tiġi inti u mmorru nkellmu lill-Ispeaker wara li tkun għamilt dawn il-proposti.", "KAROL AQUIULINA: M'għandix diffikultà.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela dik hija l-way forward.", "Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fil-5.26 p.m. id-diskussjoni il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201028_016d_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 16", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2020", "IlKumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi ltaqa' filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fl-4.33 pm.", "PREŻENTI", "Il-Membri tal-Kumitat li kienu preżenti għal-laqgħa kienu s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali l-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru15, li saret fid-9 ta' Settembru 2020, ġew ikkonfermati.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAS-SUR MARIO FARRUGIA BORG GĦALL-ĦATRA TA' KUMMISSARJU GĦOLI GĦALL-AWSTRALJA", "Fl-4.35 pm il-Kumitat stieden, permezz ta' video conference, lis-Sur Mario Farrugia Borg ħalli jingħaqad mal-Kumitat sabiex isirulu mistoqsijiet supplimentari skont l-artikou 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Il-President tal-Kumitat informa lis-Sur Farrugia Borg li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-istess liġi.", "Is-Sur Farrugia Borg ta ħarsa ġenerali dwar l-esperjenza tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn bħala Konslu Ġenerali għall-Istat ta' Victoria, l-Awstralja, u s-servizzi li jingħataw lil ċittadini Maltin fl-Awstralja, b'mod partikolari matul din is-sena in vista tal-isfidi li l-COVID-19 ġabet magħha.", "Anthony Agius Decelis irringrazzja lis-Sur Farrugia Borg u informah li kienet se tinqata' l-komunikazzjoni għal ftit mumenti sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta tas-Sur Farrugia Borg.", "Fl-4.51 pm, irrizumiet il-komunikazzjoni mas-Sur Farrugia Borg, u l-President tal-Kumitat informah li l-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tas-Sur Mario Farrugia Borg bħala Kummissarju Għoli għall-Awstralja skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAS-SUR RAYMOND SPITERI GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR MHUX RESIDENTI GĦAS-SENEGAL", "Fl-4.55 pm il-Kumitat stieden lis-Sur Raymond Spiteri sabiex jidher quddiem il-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari skont l-artikou 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Il-President tal-Kumitat informa lis-Sur Raymond Spiteri li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Is-Sur Spiteri tkellem dwar l-esperjenza tiegħu mas-settur privat, b'mod partikolari mil-lat ta' esportazzjoni li l-kumpanija Maltija li ilu jaħdem magħha għal numru ta' snin, tagħmel fil-kontinent Afrikan.", "Huwa tkellem dwar l-opportunitajiet li l-Kontinent tal-Afrika jista' joffri lil kumpaniji Maltin u kif l-esperjenza li huwa akkwista matul is-snin, jista' jgħaddiha lil kumpaniji oħra Maltin li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq Afrikan.", "Fil-5.09 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lis-Sur Spiteri u talbu sabiex jirtira mill-Kamra tal-Kumitat sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta tas-Sur Spiteri.", "Fil-5.13 pm, il-President tal-Kumitat stieden lis-Sur Spiteri jidħol fil-kamra fejn informah li l-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tas-Sur Raymond Spiteri bħala Ambaxxatur mhux Residenti għas-Senegal skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "L-Onor.", "Karol Aquilina, f'isem il-Membri tal-Oppozizzjoni, ippropona li fil-każ ta' persuni nominati li jkunu ġejjin miċ-Ċivil jew mis-servizz pubbliku, jew li jkunu missew mas-settur pubbliku, minn dakinhar 'il quddiem, il-Kumitat jibda jitlob għall-personal file ta' dik il-persuna.", "Huwa kompla jgħid li dan il-file m'għandux ikun aċċessibbli għall-pubbliku u m'għandux jiġi ppubblikat.", "Huwa qal li b'hekk il-Kumitat ikun jista' jwettaq b'mod aħjar ir-rwol tiegħu ta' skrutinju u jkun jista' jieħu deċiżjoni informata.", "L-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li jiġi formulat questionnaire li jkun maqbul mill-kumitat u komuni għaż-żewġ naħat tal-Kumitat, u dan bħalma tagħmel l-MFSA ma' diretturi ta' ċerti kumpaniji.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel li dawn il-proposti għandhom isiru bil-miktub sabiex wara ssir konsultazzjoni mal-Ispeaker.", "Fil-5.26 pm, id-diskussjoni kienet konkluża u l-Kumitat ġie aġġornat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201028_016m_hat.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 31", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Novembru 2020 f'nofsinhar", "LIspeaker tal-Kamra tad-Deputati u President talKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Novembru 2020 f'nofsinhar filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "4 ta' Novembru 2020 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20201106_031a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 31", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Novembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 31", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, f'12.17 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 30, li saret fil5 ta' Ottubru 2020, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nitlob lid-Deputat Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jaġġornana fuq ix-xogħol tal-Kamra.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa): Sur President, illum se nispiċċaw id-dibattitu tal-Baġit dwar il-voti ta' kull ministeru, u allura min-nhar it-Tnejn nistgħu nibdew xogħol ieħor relatat ma' abbozzi oħrajn.", "Għaldaqstant, nitlob lill-Whip tal-Gvern sabiex jagħtina update dwar ix-xogħol li se jkollna quddiemna minn nhar it-Tnejn li ġejjin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Fl-aħħar House Business Committee li kellna, jiena, flimkien mal-Whip tal-Oppożizzjoni, konna qbilna fuq pjan ta' xogħol; però, minħabba esiġenzi ta' liġijiet li jridu jgħaddu, se nkunu qegħdin nibdlu xi ftit dak il-pjan oriġinali li kellna.", "Għalhekk, se nkunu qegħdin nipproponu li nhar it-Tnejn, 9 ta' Novembru, tkompli d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 5) – Abbozz 172, li jittratta l-età tal-irtirar tal-ġudikatura.", "Dan l-abbozz huwa miftuħ diġà u għalhekk irridu nkompluh.", "Se jkomplu bid-diskussjoni n-naħa tal-Oppożizzjoni u mbagħad wara mmorru għall-istadju ta' Kumitat fil-Kamra.", "Ministru, inti żewġ klawsoli għandek għalih dan l-abbozz?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Din hija emenda f'żewġ dispożizzjonijet tal-Kostituzzjoni u huma żewġ klawsoli li bażikament jaqraw l-istess.", "Jien diġà kelli abbokkament mal-Onor.", "Jason Azzopardi u fil-prinċipju qbilna li, minħabba ċerti skadenzi, dan għandu jiġi tackled on the 9th, kemm fil-Plenarja kif ukoll fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "DAVID AGIUS: Għalkemm għandu x'jaqsam mal-Kostituzzjoni, dan jirrikjedi maġġoranza sempliċi?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Le, jitlob maġġoranza ta' żewġ terzi.", "DAVID AGIUS: Maġġoranza minn stadju għall-ieħor?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-iStanding Orders jgħidu li biex tgħaddi minn stadju għall-ieħor trid biss simple majority.", "Li hemm bżonn iż-żewġ terzi huwa fil-vot finali.", "GLENN BEDINGFIELD: Issa l-vot finali qegħdin nipproponu li jkun nhar l-Erbgħa.", "L-ISPEAKER: Jiġifieri nhar l-Erbgħa li ġejjin.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nikkonferma, imma nista' ngħidlek iva.", "L-ISPEAKER: Qed ngħidu nhar l-Erbgħa, 11 ta' Novembru.", "Ovvjament, nhar l-Erbgħa jrid ikun hemm iż-żewġ terzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk nhar it-Tnejn nagħlqu l-istadju tat-Tieni Qari u l-istadju tal-Kumitat, inkunu nistgħu niftħu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Iskrinjar Nazzjonali tal-Investiment Dirett Barrani – Abbozz 164.", "Din il-liġi hija tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Warajha mbagħad hemm l-Abbozz ta' Liġi tal-2020 li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja – Abbozz 174, li hija liġi tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.", "Din il-liġi se temenda l-proċeduri tal-Pulizija fil-mod ta' kif jinħarġu ċ-ċitazzjonijiet biex dawn jibdew isiru b'mod elettroniku bħalma jużaw il-gwardjani lokali.", "Imbagħad, wara għandna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Gvern Lokali (Emenda Nru 2) – Abbozz 175, li hija liġi tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa biex il-kunsilliera jkunu jistgħu jintervjenu permezz tal-audio visual waqt il-laqgħat tal-kunsill tagħhom.", "ROBERT CUTAJAR: Kif diġà tkellimna aktar qabel, nixtieq ninformakom dwar it-talba biex dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi malajr kemm jista' ikun biex niffaċilitaw il-laqgħat tal-kunsilli lokali minħabba l-issue tal-COVID-19.", "Għalhekk, huwa possibbli li dan l-abbozz nitfgħuh fuq il-fast track ħalli ngħadduh malajr kemm jista' ikun?", "Fuqu ma jidhirx li hemm issues.", "GLENN BEDINGFIELD: Min-naħa tagħna hekk nixtiequ.", "Dawn huma kollha abbozzi ta' liġi li għandna bżonn li ngħadduhom malajr kemm jista' ikun.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "Jekk ma jkunx hemm problemi dwar xi emendi ...", "ROBERT CUTAJAR: Min-naħa tagħna żgur li m'hemmx problemi u dawn qed jistennew din il-liġi bħall-erwieħ tal-purgatorju.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak kien ix-xogħol l-aktar urġenti li għandna.", "Imbagħad, hemm xogħlijiet oħra li, kif jidher hawnhekk, għandna lista ta' abbozzi ta' liġijiet u oħrajn li nkunu qegħdin niftehmu dwarhom fil-ġimgħat li ġejjin.", "ROBERT CUTAJAR: Però, jekk tista', nitolbok tagħtini mqar tnejn oħra …", "GLENN BEDINGFIELD: Nispera li dawn l-erba' ngħadduhom fi tlett ijiem.", "Jekk iva, wara nistgħu ngħaddu għall-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Riforma tal-Ġustizzja tal-Proċedura Ċivili – Abbozz 169.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dik tista' tmexxi fuqha għax hemmhekk għandna emendi proċedurali għall-appell bi tliet imħallfin.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela s'issa semmejt ħames abbozzi.", "Dak għall-ġimgħa ta' wara, jiġifieri għall-ġimgħa li tibda fis-16 ta' Novembru.", "Imbagħad għandna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika – Abbozz 156, li nistgħu ntellgħuh ukoll.", "Dan l-abbozz kellna niddiskutuh l-għada tal-Baġit u huwa kontinwazzjoni peress li konna diġà bdejna niddiskutuh.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Imma jridu jitkellmu l-Oppożizzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri dak nistgħu neħduh ukoll.", "Imbagħad wara għandna l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħatra ta' Persuni ta' Fiduċja – Abbozz 159.", "ROBERT CUTAJAR: Dan l-abbozz diġà kellna data dwaru.", "GLENN BEDINGFIELD: Hekk hu.", "Dwar Abbozz 156 u 159 kellna data, imma rrimandajnieha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jista' jitressaq ukoll l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Professjoni Notarili u Arkivji Nutarili li se jiġi ppubblikat illum.", "Dan qiegħda tieħu ħsiebu s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "L-ISPEAKER: Imma, la se jiġi ppubblikat illum, jista' …", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: Għandna sat-tliet ġimgħat li ġejjin covered.", "Imbagħad, is-seduta l-oħra li tkun bil-voti, qed nantiċipa li tkun l-aħħar seduta ta' qabel ir-recess tal-Milied, u ċjoè fis-16 ta' Diċembru.", "ROBERT CUTAJAR: Qed tgħid tal-estimi kollha?", "GLENN BEDINGFIELD: L-estimi kollha u jekk ikun hemm xi voti oħra.", "Għandna vot fil-11 ta' Novembru.", "L-ISPEAKER: Jiġifieri għandna l-vot nhar l-Erbgħa, 11 ta' Novembru, u mbagħad fis-16 ta' Diċembru.", "GLENN BEDINGFIELD: Hekk hu, jiġifieri nieħdu l-estimi kollha u xi voti oħrajn li titolbu.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Dejjem sakemm ma jinqalax il-bżonn ta' xi vot konsegwenzjali.", "L-ISPEAKER: Kif qed jgħid l-Iskrivan tal-Kamra, u ċjoè, minħabba dik il-proċedura, bilfors irid ikun hemm vot ieħor.", "DAVID AGIUS: Il-vot jittieħed fis-7.00 p.m.?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Il-vot tas-16 ta' Diċembru x'ħin se jkun għax l-Onor.", "Fearne qed jgħid li se nieħdu s-seduta kollha?", "GLENN BEDINGFIELD: Naħseb se jkollna ħafna voti.", "Nistgħu nieħdu seduta filgħodu.", "CHRIS FEARNE: Jiddependi kemm-il darba se tissejjaħ division.", "Intom ġieli ssejħu division fuq kull waħda.", "ROBERT CUTAJAR: Għall-ministeri kollha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, id-Deputat Prim Ministru għandu raġun li nibdew fl-4.00 p.m.", "L-ISPEAKER: Jien hekk nifhimha wkoll.", "GLENN BEDINGFIELD: Ġieli għamilnieha filgħodu.", "CHRIS FEARNE: Jien nissuġġerixxi li l-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari jsir xorta waħda, u mill-4.30 p.m. nieħdu l-voti.", "L-ISPEAKER: Jekk hemm ftehim ma naħsibx li għandu jkun hemm problema.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Dik hi s-soluzzjoni: fuq kull ministeru iva, imma mhux fuq kull riżoluzzjoni.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Hemm madwar 60 vot.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: M'intix qed tikkalkola voti oħrajn.", "CHRIS FEARNE: Għandna tliet sigħat.", "ROBERT CUTAJAR: Is-sena l-oħra konna prattiċi u kien hemm numru ta' voti li bqajna għaddejjin bihom.", "L-ISPEAKER: Onor. Cutajar, xorta trid il-ħin.", "ROBERT CUTAJAR: Imma konna rbaħna ħafna ħin.", "L-ISPEAKER: Hekk hu.", "CHRIS FEARNE: Jien qed nissuġġerixxi li fis-16 ta' Diċembru, is-seduta ta' filgħaxija, wara l-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari, immorru għall-voti.", "U wisq probabbli l-aġġornament ma jitteħidx.", "Jekk taqblu – però jista' ikun li jekk ikun hemm bżonn nagħmlu seduti oħrajn, skont ix-xogħol li jkun għad fadal – inkunu nistgħu nagħmlu seduti jew filgħodu jew wara nofsinhar.", "Imma mbagħad niddeċiedu aktar 'il quddiem.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Hemm abbozz partikolari li diġà kien hemm abbokkament mal-Ministru Zammit Lewis, kemm min-naħa tiegħi kif ukoll max-Shadow Minister responsabbli – u hawnhekk qed nirreferi għall-Abozz 166.", "Nixtieq nistaqsi jekk intix f'pożizzjoni li tgħidilna jekk dan l-abbozz huwiex se ntellgħuh qabel is-16 ta' Diċembru?", "S'issa m'hemmx qbil fuqu – jalla ma nibqgħux – u allura dak ukoll jirrikjedi vot.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ħalli nispjega ftit.", "L-Abbozz 166 huwa emenda Kostituzzjonali li tirrikjedi ż-żewġ terzi tal-Kamra.", "Issa, din in-naħa tal-Gvern qed tgħid żewġ affarijiet: l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni mhuwiex eżatt mal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni, u aħna xtaqna nġibu dan l-artikolu pari passu mal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni minħabba targets u senjalazzjoni li għamlet il-MoneyVal tal-Kunsill tal-Ewropa.", "U dan għaliex istituzzjonijiet importanti f'pajjiżna, fosthom il-Malta Financial Services Authority u l-Malta Gaming Authority, mhux qed ikollhom saħħa minħabba żewġ sentenzi Kostituzzjonali li ngħataw.", "Dawn is-sentenzi huma tal-Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) tal-2016, u ta' Rosette Thake noe vs Kummissjoni Elettorali tal-2018, liema sentenzi mhux iħallu lil dawn l-entitajiet jagħtu piena kbira ta' flus imma jridu jmorru l-Qorti.", "Mal-Oppożizzjoni naf li mhux qed naqbel u fil-fatt kien hemm xi skambji bejni u bejn l-eks-Deputat Prim Ministru Tonio Borg.", "Ovvjament, mhux qed naqblu fuqha teoritikament.", "Min-naħa tal-Gvern, meta jkun hemm il-bżonn, se nibqgħu niddiskutu mal-Oppożizzjoni; però, għandna obbligu – għax dan huwa objettiv tal-MoneyVal u aħna naqblu miegħu – li l-abbozz irressquh 'il quddiem.", "Min-naħa tiegħi, nimpenja ruħi li nagħmel li nista' sabiex insib qbil mal-Oppożizzjoni għax dan il-vot jirrikjedi ż-żewġ terzi tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Dik għaddiet illejla.", "XOGĦOL IEĦOR", "DAVID AGIUS: Sur President, qabel ma ngħaddu għall-item li jmiss, nixtieq insellem lil Dr Joseph Ellis li ħa l-ħatra tiegħu llum bħala Membru Parlamentari, u nirringrazzja lill-Parlament talli kien spedit fil-ħatra tiegħu.", "Din hija l-ewwel darba li qegħdin niltaqgħu f'dan il-Kumitat mill-mewt tal-Onor.", "Frederick Azzopardi, u għalhekk nixtieq insellem il-memorja tiegħu, filwaqt li nilqgħu magħna lil Dr Joseph Ellis.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Onor. Agius, ningħaqad miegħek jien ukoll u, f'isem dan il-Kumitat, nirreċiprokaw dak li qed tgħid inti u nsellmu l-memorja tal-Onor.", "Frederick Azzopardi, filwaqt li nilqgħu magħna lil Dr Joseph Ellis bħala Membru Parlamentari ġdid.", "CHRIS FEARNE: Sur President, ningħaqad miegħek sabiex min-naħa tal-Gvern insellmu l-memorja tal-Onor.", "Frederick Azzopardi, u nilqgħu magħna lil Dr Joseph Ellis bħala Membru Parlamentari ġdid.", "Kompożizzjoni ta' kumitati u delegazzjonijiet", "L-ISPEAKER: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tagħkom li, wara t-tibdil li kellna fil-kompożizzjoni tal-Kamra matul dawn l-aħħar ġimgħat, hemm numru ta' postijiet battala fil-kumitati u delegazzjonijiet imwaqqfa b'mozzjoni u li għalhekk irridu nimlewhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Tlabt lista biex inkun nista' nissostitwixxi wieħed mill-Membri; jiġifieri hekk kif ikolli dik il-lista nkun nista' niddiskutiha internament u mbagħad ngħaddilek l-ismijiet.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: In-naħa tal-Oppożizzjoni issa trid tirregola ruħha billi għandha Membru Parlamentari ġdid.", "Parlament taż-Żgħażagħ 2020", "L-ISPEAKER: Dwar il-Parlament taż-Żgħażagħ 2020, nixtieq ninforma lill-Kumitat li s-sessjoni tal-Parlament taż-Żgħażagħ ta' din is-sena se ssir b'mod virtwali nhar is-Sibt, 14 ta' Novembru.", "Din se tixxandar live fuq l-istazzjon tal-Parlament.", "Nifhem li bħala Whips diġà ġejtu kkuntattjati mir-rappreżentanti tal-Kunsill taż-Żgħażagħ sabiex tinnominaw Membru Parlamentari jew tnejn jew aktar ħalli jieħdu sehem f'din id-diskussjoni.", "Kif għedtilkom, din is-sessjoni se ssir b'mod virtwali u se tittratta erba' temi prinċipali, li huma: l-immigrazzjoni irregolari, l-attiviżmu taż-żgħażagħ fil-politika, il-konsegwenzi ekonomiċi in konnessjoni mal-mixja tal-COVID-19, u l-opportunitajiet ta' sports u arti f'Malta.", "Għaldaqstant, qiegħed nitlobkom, kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni, kif ukoll min-naħa tal-Gvern, sabiex tagħtuni l-ismijiet tal-Membri nnominati.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri din is-sessjoni se tkun simili bħal dik tal-Parlament tan-Nanniet?", "L-ISPEAKER: Eżatt, u se ssir b'mod virtwali.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Jekk il-Membri li se jipparteċipaw jixtiequ jiġu hawnhekk …", "L-ISPEAKER: Idealment, il-Membri li se jipparteċipaw ikunu hawnhekk.", "Però, jekk ma jistgħux, naraw kif nirranġaw.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Min-naħa tagħna qed nikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħna.", "Issa xtaqt nitlobkom kopja uffiċjali tal-aġenda għax li għandna hija biss abbozz.", "L-ISPEAKER: Dik ikkonfermata.", "ROBERT CUTAJAR: Jiġifieri fiha l-ħinijiet, eċċ?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Diġà kkomunikat magħkom min-naħa tal-Kunsill taż-Żgħażagħ.", "GLENN BEDINGFIELD: Insejt min kellimna, imma jien kont irċevejt.", "L-ISPEAKER: U naqblu li jkunu f'din l-ordni li tajtha jien, hux hekk?", "ROBERT CUTAJAR: Mela kkonfermata.", "L-ISPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li rċevejna stedina mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Parliamentary Association (CPA) sabiex jiġu nnominati żewġ żgħażagħ ta' bejn it-18 u d-29 sena, aspiring parliamentarians, sabiex jieħdu sehem fil-Virtual Commonwealth Youth Parliament li se jsir bejn l-14 u t-18 ta' Diċembru 2020.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Dawn għandhom ikunu aspiring parliamentarians, jiġifieri li beħsiebhom jidħlu għall-politika.", "L-ISPEAKER: Hekk hu, żgħażagħ li beħsiebhom jidħlu għall-politika u li għandhom bejn it-18 u d-29 sena.", "DAVID AGIUS: Kemm irid ikollna?", "L-ISPEAKER: Wieħed minn kull naħa.", "GLENN BEDINGFIELD: Lanqas għandna aħna.", "DAVID AGIUS: Sur President, sa meta rridu navżawk?", "L-ISPEAKER: Sat-13 ta' Novembru tridu tagħtuni l-isem għax dik hija l-cut-off date.", "Kif għedtilkom, din se ssir b'mod virtwali u diġà għaddejnielkom kopja tal-istedina.", "L-ISPEAKER: Nixtieq ninformakom li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej kien informani li – jien kont żort il-Kazakhstan mal-Onor.", "Frederick Azzopardi u mal-Onor.", "John Attard Montalto – ġiet diskussa l-possibilità li jitwaqqaf Friendship Group bejn il-Parlament Malti u dak tal-Kazakhstan.", "Jien diġà kelli laqgħa ta' kortesija fi Frar tal-2019.", "Għalhekk nitlob liż-żewġ naħat sabiex tindikaw jekk għandhiex tintlaqa' jew le din it-talba.", "Din hija xi ħaġa importanti.", "Infakkar lill-Kumitat li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej nieda n-National Action Plan on Women, Peace and Security fit-30 ta' Ottubru.", "Din se taħbat ukoll l-20 anniversarju mir-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 tal-31 ta' Ottubru dwar ir-rwol importanti li għandhom in-nisa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti, u tagħmel enfasi fuq il-bżonn li jipparteċipaw b'mod sħiħ fiż-żamma u l-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà.", "Matul il-laqgħa li għaddiet konna qbilna li fil-Kamra jitfakkar dan l-avveniment billi jsir diskors qasir miż-żewġ naħat tal-Kamra wara l-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari f'seduta fl-aħħar ġimgħa ta' Ottubru.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield kien informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Gvern kienet se tieħu sehem is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "Issa, min-naħa tal-Oppożizzjoni, għad irrid nirċievi l-isem tal-Membru li se jieħu sehem.", "Nifhem li din it-tifkira kellna nipposponuha ftit minħabba l-Baġit, imma issa trid issir.", "GLENN BEDINGFIELD: Jidhirli li diġà kienet ġiet iffissata data.", "L-ISPEAKER: Imma kellna nipposponuha u allura nqabżet.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Nagħmluha nhar it-Tnejn fil-ħin tal-Mozzjonijiet u tieħdu ħames minuti kull naħa?", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, nistgħu nagħmluha nhar it-Tnejn.", "L-ISPEAKER: Mela t-tifkira se ssir nhar it-Tnejn, 9 ta' Novembru, wara l-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari.", "Onor. Cutajar, nitolbok biex imbagħad tagħtini l-isem ta' min se jieħu sehem.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Qabel nikkonkludu forsi ssibu ftehim dwar meta se jiltaqa' l-Kumitat biex tiddiskutu l-Ombudsplan u l-Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Nixtieq ninformakom ukoll li mietet omm Dr Hyzler, u l-funeral tagħha se jsir għada fid-9.30 a.m. fil-Knisja ta' Stella Maris.", "GLENN BEDINGFIELD: Min-naħa tal-Gvern nibagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Dr Hyzler u lill-familja tiegħu.", "CHRIS FEARNE: Nistgħu nagħtu data fil-ġranet li ġejjin.", "Ovvjament, irridu niddiskutuhom b'mod separat.", "Jiġifieri għall-Ombudsplan nistiednu lill-Ombudsman u t-tim tiegħu, u għall-Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, nistiednu lill-Kummissarju.", "Niftehmu dwar data u nħabbruha aktar tard.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'din il-laqgħa tal-lum.", "Grazzi.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fis-12.41 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20201106_031d_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 13", "It-Tlieta, 10 ta' Novembru 2020 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Grixti, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 10 ta' Novembru 2020 fl-4:30 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni tal-Minuti.", "Diskussjoni.", "(Kontinwazzjoni).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20201110_013a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 13", "It-Tlieta, 10 ta' Novembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru 13", "It-Tlieta, 10 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.56 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12 li saret fl-24 ta' Ġunju 2020 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI FUQ IL-5G (KONTINWAZZJONI)", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Silvio Grixti): Fl-ewwel laqgħa dwar il-5G konna smajna l-perspettiva min-naħa tas-Saħħa, bi preżentazzjoni mingħand is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci u mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, Dr Christine Balucci.", "Illum għandna esperti mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni li se jagħtuna l-preżentazzjoni tagħhom dwar il-5G mil-lat teknoloġiku.", "Għandna magħna wkoll is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali, l-Onor.", "Clayton Bartolo, li taħt id-dekasteru tiegħu taqa' l-ekonomija diġitali, innovazzjoni u riċerka.", "Għalhekk issa nistieden lill-Inġinier Antoine Sciberras, Chief Spectrum Management and Technology u lill-Inġinier David Scerri, Manager Market Shaping, sabiex jagħtuna l-preżentazzjoni tagħhom dwar il-5G.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, minħabba ċ-ċirkostanzi tal-COVID-19, il-pubbliku kif jista' jipparteċipa f'dawn il-laqgħat?", "Inti semmejt ċerta proċedura imma ma semmejt xejn dwar kif il-pubbliku inġenerali jista' jipparteċipa.", "Jimporta tispjegalna ftit jekk jogħġbok?", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-pubbliku jista' jingħaqad magħna permezz ta' video link.", "Jistgħu jidħlu fil-website tal-Parlament u jsegwu live dan il-Kumitat.", "GODFREY FARRUGIA: Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija waħda passiva jew attiva?", "Dan huwa Kumitat li mingħajr ma trid huwa intiż sabiex il-pubbliku …", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, din mhijiex konsultazzjoni pubblika!", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, din hija konsultazzjoni pubblika!", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, safejn naf jien din mhijiex konsultazzjoni pubblika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, mhijiex konsultazzjoni pubblika.", "Jistgħu jitolbu sabiex jiġu hawnhekk.", "GODFREY FARRUGIA: Le, ma jistgħux jiġu hawnhekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma jistgħux jiġu hawnhekk bħalissa minħabba l-COVID-19.", "GODFREY FARRUGIA: Ma jistgħux jiġu hawnhekk u allura jien qiegħed nistaqsi kif il-pubbliku jista' jipparteċipa f'dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandek xi weblink li tista' tgħaddili ħalli nsemmih hawnhekk?", "IS-SINJURA ANNA COLEIRO (Segretarja tal-Kumitat): Jekk jistaqsuna jkunu jistgħu jipparteċipaw.", "DEO DEBATTISTA: Jistaqsuna u jkunu jistgħu jipparteċipaw permezz ta' Zoom jew Teams.", "GODFREY FARRUGIA: Kien hemm min staqsa biex jieħu sehem?", "IS-SINJURA ANNA COLEIRO: Le, s'issa ma kienx hemm requests.", "Staqsewna tal-Human Rights jekk jistgħux jagħmlu preżentazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: U kkwotaw lilek ukoll Onor. Farrugia.", "GODFREY FARRUGIA: Ma jimpurtax għax staqsewni kienu wkoll.", "Ma fiha xejn imbilli kkowtawni għax jien persuna pubblika u għandi kull dritt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li jridu josservaw ir-regolamenti imma.", "GODFREY FARRUGIA: Għalhekk qed nistaqsi x'inhuma r-regolamenti.", "Ma fiha xejn imbilli qed nistaqsi għalihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-email li bagħtu kien fiha wkoll it-theddid!", "GODFREY FARRUGIA: Jekk kien fiha t-theddid ħażin.", "Għalhekk nitolbok taqralna l-email.", "La dħalt jien fiha u kien hemm it-theddid nitolbok taqraha għax jien ma kontx ikkupjat fiha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din l-email intbagħtet mill-NGO Human Health Alliance u rċevejnieha fl-10 ta' Novembru.", "Mela dawn qed jgħidulna hekk;", "GODFREY FARRUGIA: Fejn ġejt imsemmi jien?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax ċemplulna wkoll.", "GODFREY FARRUGIA: Mhux imsemmi fl-email.", "CLAYTON BARTOLO (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali): Naħseb meta qalu \"our MP\" riedu jirreferu għalik.", "GODFREY FARRUGIA: Staqsewni fuq il-5G għax jien dejjem interessani bħala topic u meta ġew hawnhekk staqsewni …", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma mhux li jridu jiġu bilfors u jagħmlu pressjoni!", "Meta kien hemm il-pubbliku setgħu jiġu imma ma jistgħux jaqbdu u jagħmlu hekk qisna qegħdin il-bandli, kulħadd jagħmel li jrid!", "GODFREY FARRUGIA: Skużani imma ħadd ma semma li qisna l-bandli hawnhekk!", "Jien għamilt sempliċi mistoqsija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Huma hekk riedu!", "Riedu jagħmlu li jridu!", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, hemmhekk m'għamlux theddida!", "IS-SINJURA ANNA COLEIRO: Qalu li se jġibuha fuq is-social media.", "GODFREY FARERUGIA: Għandhom kull dritt bħala ċittadini.", "Aħna għandna kull dritt li ċ-ċittadini nservuhom.", "Aħna servili lejhom u mhux huma lejna.", "Huma għandhom kull dritt mhux aħna.", "Jien illum smajtha l-ewwel darba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistgħu ngħaddu għall-ewwel intervent tal-lum u għalhekk insejjaħ lill-Inġinier Antoine Sciberras.", "ANTOINE SCIBERRAS (Chief Spectrum Management and Technology Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni): Sur President, magħna għandna wkoll lill-Inġinier David Scerri li huwa manager fit-taqsima tiegħi u via video link għandna l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità s-Sur Jesmond Bugeja.", "Il-ftuħ tal-preżentazzjoni, kif tistgħu taraw mit-titlu, titratta l-EMF regulations for Electronic Communications Networks and Services.", "Ir-raġuni għalfejn għażilna dak it-titlu għall-preżentazzjoni tagħna hi li l-5G, mill-perspettiva regolatorja li hija responsabbli minnha l-Awtorità, hija teknoloġija oħra tat-telekomunikazzjoni.", "Aħna marbutin bil-qafas regolatorju li r-regolamentazzjoni tagħna tkun kemm newtrali vis-à-vis is-servizzi kif ukoll newtrali vis-à-vis it-teknoloġiji.", "U allura r-regolamentazzjoni tagħna tapplika ugwalment għal kull teknoloġija tal-komunikazzjoni, kemm dik magħmula minn mobajl, jiġifieri 2G, 3G, 4G u 5G, kif ukoll trasmissjonijiet ta' komunikazzjoni oħra.", "Min-naħa tagħna se nibdew billi nagħtu ftit background dwar l-EMF, fuq is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, l-istandards rispettivi li huma applikabbli fuq livell Ewropew kif ukoll hawn Malta, il-qafas regolatorju u l-ħidma tal-Awtorità sabiex niżguraw il-compliance f'dawn l-aspetti.", "Huwa importanti li nispjega daqsxejn x'inhi radjazzjoni elettromanjetika.", "Ir-radjazzjoni hija fenomenu naturali u hawnhekk nista' inġibilkom l-eżempju tax-xemx u l-vitamina D. Ir-raġġi ultravjoletti li nieħdu mix-xemx biex il-ġisem jiġġenera l-vitamina D ġejja mir-radjazzjoni.", "Il-komunikazzjoni tiġġenera wkoll radjazzjoni u f'din l-islide elenkajt numru ta' affarijiet li nsibu fil-ħajja ta' kuljum li jiġġeneraw ir-radjazzjoni, fosthom light bulbs, il-linji tal-elettriku, telephone lines, electrical appliances, mobile phones u base stations.", "Importanti li nsemmi u nikkwalifika li hawnhekk qed nitkellmu fuq non-ionizing radiation għax hemm żewġ tipi ta' radjazzjoni; ionizing radiation u non-ionizing radiation.", "Issa t-telekomunikazzjoni tagħmel parti biss min-non-ionizing radiation.", "Hemm ħafna sorsi u fonti oħrajn ta' non-ionizing radiation li, ovvjament mhux qiegħed nitratta f'din id-diskussjoni għax ma jaqgħux taħt il-fakultà tal-Awtorità.", "Ir-remit tal-Awtorità huwa limitat għar-radjo-komunikazzjoni.", "Bħala eżempji ta' affarijiet li jemettu r-radjazzjoni elettromanjetika li nsibuhom fid-djar tagħna nsibu computers, vacuum cleaners, coloured televisions, powerlines li jikkonnettjaw id-djar tagħna kif ukoll base stations.", "Kif spjegajtilkom qabel l-ispettru ta' frekwenzi huwa wieħed wiesa' ħafna.", "Fuq nett, kif tistgħu taraw, hemm l-X-rays, il-gamma rays u l-ultraviolet li jintużaw ukoll f'kontesti mediċi.", "Dawk huma ionizing radiation għax they break atomic bonds.", "Taħt il-visible light hemm ir-radiowaves, l-infrared mix-xemx kif ukoll ir-radiowaves li jintużaw għall-komunikazzjoni u hemm il-powerlines u l-low voltage.", "Mill-infrared 'l isfel, inkluż id-dawl, ir-radjazzjoni hija ta' natura non-ionizing u l-focus tagħna llum titratta proprju dik ir-range, li hija ta' bejn 100 kilohertz u 300 gigahertz, li tipikament hija użata għas-servizzi ta' komunikazzjoni.", "Importanti li nikkwalifika li l-5G juża biss frekwenzi partikolari f'dik ir-range.", "Hemmhekk insibu komunikazzjoni minn satelliti, insibu komunikazzjoni bħal two-way radios, eċċ. Hemm ħafna communication apparatus li nsibu f'dik ir-range.", "Kif tistgħu tapprezzaw, biex il-pubbliku u l-ekonomija jkollhom servizzi ta' komunikazzjoni rridu naslu b'dak is-servizz fid-device li qed tuża l-persuna biex tikkomunika u dan nagħmluh permezz ta' spectrum.", "Dak l-ispectrum li jintuża u dawk il-frekwenzi li jintużaw ħafna drabi huma regolati, fil-każ tal-mobile huma armonizzati minn deċiżjonijiet Ewropej u, kif spjegajtilkom qabel, għalkemm ir-range hija kbira, tibda minn 100 kilohertz u tibqa' sejra sa 300 gigahertz, tipikament is-servizzi tal-mobile kemm f'Malta kif ukoll fil-bqija tad-dinja jużaw il-frekwenzi ta' bejn 800 megahertz u 3.6 gigahertz.", "U llum hemm xi frekwenzi li huma aktar għoljin u li jaqgħu fit-26 gigahertz range.", "Issa kif issir din it-trasmissjoni?", "Issir billi l-mobile li nużaw biex nikkomunikaw jaqbad ma' transmission site u dawk it-transmission sites, kif qed nuri f'dik l-istampa, ħafna drabi jkunu located f'żoni urbani.", "Dawn ikunu stallati jew fuq arbli, jew fuq bjut viċin iż-żoni minn fejn se jkun hemm użu ta' dawn is-servizzi.", "Is-saħħa mhijiex kompetenza tal-Awtorità imma xtaqt nagħti stampa ħafifa tal-istandards li hemm fil-liġi tagħna …", "GODFREY FARRUGIA: Skużani imma mhumiex standards.", "ANTOINE SCIBERRAS: Il-guidelines li hemm fil-liġi tagħna huma fuq livell leġiżlattiv u fuq livelli statutorji u jridu jiġu osservati fuq livell nazzjonali.", "Forsi minn dik il-perspettiva xtaqt nagħmel osservazzjoni; l-industrija m'għandhiex il-prerogattiva li ma ssegwix dawk il-linji gwida għax ladarba dawk il-linji gwida ġew aċċettati mill-World Health Organisation, u mbagħad sussegwentement ġew endorsed bir-rakkomandazzjoni tal-Unjoni Ewropea, liema rakkomandazzjoni ġiet riflessa fil-qafas legali Malti, mela dawk il-linji gwida tal-body li hemm imsemmija hemmhekk, l-International Commission on Non-Ionizing Radiation Protection, għandhom saħħa regolatorja u l-industrija trid tosserva l-limiti hekk kif stipulati fl-ICNIRP.", "Il-WHO kienet nediet proġett li kien jismu EMF Project, fejn kienet analizzat ir-radjazzjoni mit-telekomunikazzjoni u kienet irrikonoxxiet lill-ICNIRP bħala l-linji gwida li qed tagħmel l-endorsing tat-termini ta' limiti kemm għall-pubbliku inġenerali kif ukoll fuq l-occupational levels.", "Fil-fatt l-ICNIRP tagħmel studju kemm fuq occupational levels kif ukoll fuq livelli għall-pubbliku inġenerali.", "Importanti li nippreċiża li l-Awtorità mhijiex l-awtorità kompetenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-occupational aspects għax ir-remit tagħna jirrigwarda l-exposure u l-livelli tal-pubbliku.", "Il-Kummissjoni Ewropea matul iż-żmien, bil-kumitat tagħha, is-Scientific Committee on Emerging and Newly Identified Health Risks, kienet analizzat il-linji gwida tal-ICNIRP u kienet ħarġet council recommendation fejn kienet qed tirrakkomanda lill-istati membri sabiex jadottaw l-ICNIRP bħala l-limiti ta' livelli fuq bażi nazzjonali.", "Ta' min isemmi li fid-direttiva li nħarġet fl-2018 u li titratta l-komunikazzjoni, il-Communications Code, l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea reġgħu enfasizzaw fuq l-importanza tal-applikabilità tal-ICNIRP sabiex tiġi żgurata s-saħħa pubblika u talbu wkoll li jkun hemm proċess ta' notifika formali mill-pajjiżi li ma jsegwux il-livelli tal-ICNIRP lill-Unjoni Ewropea.", "L-aħħar darba li l-linji gwida ġew reviewed mis-Scientific Committee tal-Unjoni Ewropea, li huma l-ICNIRP standards, kien fl-1998 u issa l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tiġi mitluba sabiex tagħmel review tal-linji gwida l-ġodda tal-2020 li l-ICNIRP ippubblikat reċentement.", "Hawnhekk, għall-benefiċċju tagħkom, għandkom iż-żewġ regolamenti tal-Unjoni Ewropea li jirreferu għall-ICNIRP.", "GODFREY FARRUGIA: Għaliex ġodda?", "ANTOINE SCIBERRAS: L-ICNIRP tat-2020 ġew ippubblikati.", "GODFREY FARRUGIA: Jiġifieri m'għadhomx tal-1999?", "ANTOINE SCIBERRAS: Le, m'għadhomx dawk.", "GODFREY FARRUGIA: U hemm tibdil minn dawk tal-1999 għal dawk li hemm illum?", "ANTOINE SCIBERRAS: Ħa niġi għaliha dik imma nista' ngħid li l-livelli baqgħu l-istess, jiġifieri l-ICNIRP ikkonfermat l-istess livelli għall-bands tat-telekomunikazzjoni tal-mobile li kellha fil-verżjoni tal-1999.", "GODFREY FARRUGUIA: Fl-1999 meta kelli mobile kien fih daqshekk mentri llum il-mobajl huwa ħafna aktar intensive use u ħafna aktar widespread.", "Qabel kont tabib u forsi kont fula f'qara' li kelli mobile ta' dak it-tip.", "Issa meta niġu biex inkejlu l-emissjonijiet mid-devices infushom jew l-emissjonijiet li jaslu għand il-persuni per se, mill-1999 sal-lum baqgħu l-istess meta nafu li l-emissjonijiet 'il fuq minn dawk naturali żdiedu mill-inqas 20 darba?!", "Ma nistax nifhem mill-apsett ta' xjenza, meta nafu wkoll li l-International Agency for Research on Cancer (IARC) kienet ikkwalifikat l-emissjonijiet bħala group 2B mill-aspett ta' saħħa fl-2011!", "Illum qegħdin fl-2020; fl-1999 kienu mod, imbagħad fl-2011 sibna mod ieħor u l-konċentrazzjoni u d-densità llum żdiedu imma l-Aġenzija Ewropea ħalliet l-istess linji gwida tal-1999!", "Għalija, id-differenza bejn standard u linji gwida hija proprju dik għax standard jieħu inkonsiderazzjoni l-impatt fuq is-saħħa filwaqt li linji gwida qatt ma jieħu l-impatt fuq is-saħħa.", "Din hi d-differenza li rridu nifhmu hawnhekk meta niġu għall-konsumatur u għad-drittijiet tiegħu.", "U għalhekk li jien bħala tabib tkellimt dwarha għax bil-linji gwida huwa biss daħk fil-wiċċ!", "Kieku nitkellmu bl-istandard għandek linji gwida plus l-impatt fuq is-saħħa.", "Issa nifhem li l-liġi intom hekk tgħidilkom u bħala Awtorità ma jinteressakomx mill-aspett tas-saħħa …", "ANTOINE SCIBERRAS: Mhux ma jinteressaniex imma m'aħniex kompetenti.", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu, m'intomx kompetenti.", "Meta kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat - u naħseb li intom tirrisponduhom il-mistoqsijiet li jsiru lill-Ministru – dwar dak li qalet is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika fil-laqgħa preċedenti is-saħħa, ir-risposta kienet ċara; aħna m'aħniex kompetenti biex naraw mill-aspett ta' saħħa.", "Jiġifieri dak li qalet is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika sena ilu f'dan il-Kumitat ma jgħoddx għall-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni!", "Jien ma nistax nifhem bis-sens komun mill-aspett ta' xjenza dan ir-raġunament!", "Issa mhux għalikom qed ngħid għax intom qegħdin tosservaw dak li qalet l-Ewropa.", "ANTOINE SCIBERRAS: Li tgħid li dak li qalet il-Professur Gauci ma jgħoddx għall-Awtorità huwa statement inkorrett!", "L-Awtorità għandha legal remit u l-legal remit tagħha hu li tiżgura li l-livelli preskritti fil-liġi jiġu osservati.", "Bħala Awtorità m'għandniex il-kompetenza li niddeċiedu x'inhuma dawn il-livelli.", "GODFREY FARRUGIA: Fhimtek imma dik hi l-liġi Maltija għax hemm pajjiżi oħrajn li huma wkoll stati membri tal-Unjoni Ewropea, li minkejja l-linji gwida li toħroġ l-Ewropa, xorta għandhom linji gwida tagħhom li huma aktar strinġenti.", "Pereżempju għandek Franza u l-Italja li ħarġu l-linji gwida tagħhom.", "Jien qed nifhem li l-liġi tagħna hija fqira meta mqabbla ma' dawk ta' pajjiżi oħra stati membri tal-Unjoni Ewropea.", "Ma nistax nifhem ħaġa waħda u din iddejjaqni u tinkwetani; il-fatt li mill-1999 sal-lum dawn il-linji gwida baqgħu l-istess u ma nbidel xejn!", "Dawn taf xi jgħidu?", "Jgħidu li l-mobile jrid ikun 10 ċentimetri 'l bogħod minnek bħala miżura, li t-temperatura qatt ma trid taqbeż il-41 ċentigradi, li l-konversazzjoni qatt ma tkun aktar minn sitt minuti – għiduli min jitkellem biss għal sitt minuti – u li r-ras trid tkun ta' 10 kilos!", "Mela trabi u tfal żgħar mhumiex inklużi.", "U l-livell ta' radjazzjoni li huma tajbin għall-bniedem, bħala linji gwida, mill-1999 lil hawn baqgħu l-istess.", "Ma nistax nifhem u din ħadd ma tani spjegazzjoni tagħha u nixtieq li ningħata spjegazzjoni.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Sciberras, il-liġi tagħna hija in line ma' dik tal-Unjoni Ewropea?", "GODFREY FARRUGIA: Ovvja li iva!", "CLAYTON BARTOLO: Jekk ma jimpurtax nixtieq li jirrispondi l-Inġinier Sciberras.", "Għalik għandi wkoll mistoqsija Onor. Farrugia, serraħ rasek.", "Il-liġi tagħna hija in line mal-linji gwida u mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea?", "INĠ.", "ANTOINE SCIBERRAS: Hemm Council Recommendation li tagħraf l-ICNIRP bħala l-livell li għandu jiġi adottat u l-liġi Maltija tirrifletti dik il-Council Recommendation.", "CLAYTON BARTOLO: Onor. Farrugia, jiġifieri bi kliemek qed tgħid li l-Council Recommendation tal-Unjoni Ewropea hija fqira?", "GODFREY FARRUGIA: Mhux fqira imma bażwija!", "Ifisser li l-istati membri ma ħadux ħsieb l-interessi taċ-ċittadini!", "Tant hu hekk li hemm stati membri oħrajn li jiġu jaqgħu u jqumu minn dak li tgħid l-Ewropa u għamlu l-linji gwida tagħhom.", "CLAYTON BARTOLO: Bir-rispett kollu dawk huma affarijiet li mhumiex fil-kompetenza tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, għax il-liġi tagħna hija fqira.", "CLAYTON BARTOLO: Meta qed ngħidu m'għandhiex kompetenza fuqhom l-MCA ma jfissirx li dak li qed tgħid is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika huwa irrelevanti għall-MCA!", "Mhux hekk qegħdin ngħidu.", "Aħna qegħdin ngħidu x'inhu r-remit tal-MCA li huwa remit ċar.", "GODFREY FARRUGIA: Ċar u fqir!", "CLAYTON BARTOLO: L-MCA tagħmel xogħol tajjeb ħafna.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qatt m'għedt hekk.", "Skont il-limiti tagħha l-MCA tagħmel ix-xogħol kif suppost, imma l-limiti, u aħna bħala leġiżlaturi u policy-makers hawnhekk din in-naħa tal-Kamra mhijiex dik in-naħa tal-Kamra, għandna d-dmir u d-dover li l-liġijiet li jħarsu ċ-ċittadin, mill-aspett ta' konsumatur, ikunu jirriflettu r-realtà.", "Dik hi d-differenza u għalhekk qed jissejjaħ dan il-Kumitat!", "Dan il-Kumitat qed jissejjaħ mhux biex iċanfar lill-MCA imma biex nidħlu daħla fina nfusna u nistaqsu bħala leġiżlaturi u bħala policy makers jekk il-liġi tagħna hijiex tajba meta mqabbla ma' dik Taljana.", "Il-liġi tagħna hija tajba meta mqabbla ma' dik ta' Franza?", "Nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni tagħna meta nafu li l-linji gwida tal-Ewropa huma antikwati u bażwijin?", "Tat-telegrafija bidlithom mill-1999 għall-2019 imma tat-telefonija ħallithom l-istess.", "Hemmhekk fejn jidħol il-ħsieb jew l-intenzjoni li jista' jkun hemm aġenda moħbija.", "Aħna pajjiż dense u l-intensità tagħna hi dik li hi u rridu nibżgħu għas-saħħa tal-poplu għax l-affarijiet ma nafuhomx!", "Nafu żgur li l-World Health Organisation fl-2011 kienet diġà poġġietha fil-kategorija 2B.", "CLAYTON BARTOLO: Onor. Farrugia, inti għandek xi studji li jikkontradixxu dak li qed tgħid il-Kummissjoni Ewropea fid-direttiva u fir-rakkomandazzjoni tagħha?", "Fittex ir-riċerka, anke permezz ta' Google u tara x'inhi l-liġi ta' Franza.", "Jien qed nitkellem fuq jekk hemmx studju uffiċjali u mhux fuq Google!", "Inti tista' tidħol Google jew Facebook u ssib minn kollox.", "GODFREY FARRUGIA: Le, jien se nikkwotalek il-liġi Franċiża!", "CLAYTON BARTOLO: Jien mhux qiegħed hawn biex niddefendi lil xi ħadd imma qiegħed hawn biex ngħid li l-liġijiet ta' pajjiżna huma in line mal-European Recommendation.", "Kien ikun hemm xi ħaġa ħażina li kieku mhux qegħdin in line imma aħna in line qegħdin.", "U issa nixtieq li dawn is-sinjuri jkomplu għaddejjin bil-preżentazzjoni tagħhom għax fadlilhom aktar xi jgħidulna.", "GODFREY FARRUGIA: Onor. Bartolo, fi kliemek żbaljat.", "CLAYTON BARTOLO: Nerġa' niċċara l-punt li l-MCA m'għandhiex remit fuq is-saħħa.", "Dak hemm is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika, li qiegħda tagħmel biċċa xogħol tajba ħafna u nerġa' nisħaq fuq il-fatt li għalkemm l-MCA m'għandhiex remit fuq is-saħħa ma jfissirx li dak li tgħid is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika mhuwiex relevanti imma l-MCA tassigura ruħha li l-liġijiet ta' pajjiżna, u anke dak li qed isir f'pajjiżna, ikunu in line mar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "GODFREY FARRUGIA: Il-punt li ma fhimtx jien u se nieqaf hawnhekk u mhux se nerġa' nirrepeti ruħi … Nifhem li l-MCA qiegħda tagħmel l-almu tagħha u dak qatt ma merejtu jien, imma l-punt tiegħi hawnhekk huwa wieħed; m'iniex qed nipponta subgħajja lejn dik in-naħa imma qed nipponta subgħajja lejn in-naħa tagħna għaliex bħalma għamlu pajjiżi oħra li rrealizzaw li dak li qed tgħid il-Council of Europe tista' tiġi ameljorata u hemm stati membri fl-Unjoni Ewropea li l-liġijiet tagħhom għamluhom aktar strinġenti biex iħarsu s-saħħa tal-poplu.", "Dak li qed ngħid jien.", "(Interruzzjonijiet) Meta għandek pajjiż li d-densità tiegħu hi kif inhi ma tistax tkun aktar lenient.", "DEO DEBATTISTA: Ejja nieħdu l-pestiċidi …", "GODFREY FARRUGIA: X'għandhom x'jaqsmu l-pestiċidi mal-EMF!", "DEO DEBATTISTA: Qed inġiblek eżempju.", "GODFREY FARRUGIA: M'hemm l-ebda pajjiż li huwa aktar lenient fl-EMF.", "DEO DEBATTISTA: Pereżempju, aħna għandna pestiċidi li mhumiex skont …", "GODFREY FARRUGIA: M'għandux x'jaqsam!", "DEO DEBATTISTA: M'għandux x'jaqsam?!", "GODFREY FARRUGIA: X'għandu x'jaqsam ir-radjazzjoni mal-pestiċidi?", "X'għandhom l-ionizing and non-ionizing radiation il-pestiċidi?!", "DEO DEBATTISTA: Jien qed ngħidlek fuq il-liġijiet.", "Anke s-sunlight qiegħda class 1 …", "GODFREY FARRUGIA: Skużani imma d-dawl tax-xemx tmienja jew għaxar sigħat fil-ġurnata mentri l-EMF 24 siegħda kull ġurnata tal-ġimgħa!", "Tgħidx ħmerijiet!", "DEO DEBATTISTA: Dawn is-sinjuri qed jimxu ma' dak li huwa konformi … Aħna m'għandniex laboratorji li jistabbilixxu x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin.", "M'għandniex laboratorji u allura bilfors irridu nimxu ma' tal-Ewropa.", "F'dak is-sens qed nitkellem jien u mhux fuq jekk huwiex tajjeb jew ħażin.", "M'għandniex laboratorji li jistabbilixxu x'inhuma t-toxic levels.", "Anke f'affarijiet oħra rridu nirreferu għal dawk in-normi li tagħtina l-Unjoni Ewropea.", "Dażgur li hemm l-estrem f'kollox.", "Hemm min mhuwiex konformi ma' dak li tagħti l-Unjoni Ewropea imma dawn is-sinjuri qegħdin jimxu mal-liġijiet li tagħtina l-Ewropa għaliex aħna m'għandniex laboratorji li jistabbilixxu otherwise.", "Inti semmejt Franza.", "Franza għandha wkoll impjanti nukleari!", "Kollox għandha Franza imma mbagħad għandhom biex jaraw jekk jistgħux ikunu kontra.", "Aħna m'għandniex din l-għażla u allura dawn is-sinjuri bilfors iridu jikkonformaw.", "Jien qed nitkellem fuq l-irwol ta' dawn is-sinjuri u mhux qed nidħol fil-qasam ta' jekk issirx ħsara jew le.", "Dawn is-sinjuri bilfors iridu jkunu konformi mal-linji gwida li tagħtina l-Unjoni Ewropea.", "M'għandniex għażla.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa nkomplu bil-preżentazzjoni u mbagħad nagħmlu l-mistoqsijiet wara.", "GODFREY FARRUGIA: Onor. Deo Debattista, żbaljat imma se nieqaf hawn.", "INĠ.", "ANTOINE SCIBERRAS: L-ICNIRP huwa body li jagħmel ir-review ta' informazzjoni li hija pubblikata fuq is-saħħa.", "Qed insemmi dan l-aspett għax aħna, bħala Awtorità, ma nidħlux fuq il-mekkaniżmi tar-reviewing fuq l-aspetti tas-saħħa hekk kif tagħmilhom l-ICNIRP.", "Bħala Awtorità, il-prijorità tagħna hi li ladarba l-livelli stabbiliti fil-liġi huma tal-ICNIRP, l-outcome mir-review tagħha hija relevanti għalina għax huma l-livelli li jridu jiġu osservati mill-industrija fuq it-trasmissjonijiet lokali.", "Importanti li nsemmi wkoll li l-ICNIRP iżżomm koordinazzjoni ma' numru ta' internationally recognised organisations, inkluż l-IEC kif ukoll mal-WHO u gruppi xjentifiċi u teknoloġiċi oħrajn.", "Kif spjegajtilkom, l-ICNIRP, wara li tagħmel ir-review toħroġ b'outcome, bħal dik iċ-chart li qegħdin taraw f'din l-islide.", "Hemmhekk, fuq in-naħa t'isfel, hemm il-frekwenzi li qegħdin jintużaw għat-trasmissjoni u fil-ġnub hemm il-livelli applikabbli.", "Il-parti ċ-ċatta tal-graph tirrigwarda l-frekwenzi li jintużaw għall-mobile, mill-100 kilohertz sat-300 gigahertz u l-livell hemmhekk, f'dik il-linja l-blue fil-parti orizzontali, huwa ta' 61 volts per metre.", "Il-limiti għal 2G, 3G, 4G, 5G u fil-futur jekk ikun hemm is-6G, eċċ. huwa ta' 61 volts per metre.", "Dak huwa l-livell għall-pubbliku.", "Fil-miżuri li nagħmlu naggregaw is-sources kollha minn kull frekwenza u minn kull teknoloġija, inkluż fil-futur il-5G, imma bħalissa t-2G, it-3G u l-4G, biex naraw li l-livelli huma ta' 61 volts per metre.", "Fejn jinstab li hemm xi concern ta' stallazzjoni ġdida li tista' ma tkunx konformi għandna l-għodda fil-liġi tagħna sabiex nordnaw lil dik l-industrija tagħmel it-tibdil meħtieġ ħalli tiġi konformi.", "Jekk ikun hemm istanza fejn il-livell ikun ogħla għandna l-poter permezz tal-liġi sabiex nordnaw li dak is-servizz jiġi mitfi!", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-livelli, importanti li nitkellmu wkoll fuq l-istandard tal-metodoloġija biex jiġi mkejjel il-livell.", "Hemmhekk hemm numru ta' standards ippubblikati kemm mill-International Telecommunications Union kif ukoll mill-Institute for European Standards (IEC) li jippubblikaw l-istandards li jispeċifikaw fid-dettall il-metodoloġiji ta' kif għandhom isiru l-miżuri.", "U hemmhekk qiegħed nelenka numru ta' standards relevanti, l-IEC 62669 u l-IEC 62232 kif ukoll l-istandards tal-ITU li jintuża fil-ħidma tagħna sabiex nanalizzaw il-livelli.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-qafas regolatorju.", "Kif semmejtilkom qabel, hemm il-Council Recommendation u issa hemm l-EU Directive li t-tnejn li huma jagħmlu referenza għall-ICNIRP standard.", "Importanti li nsemmi wkoll li reċentement, fid-9 ta' Ottubru, il-kumitat Radio Spectrum Policy Group fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Body of European Regulators for Electronic Communications (BEREC) li hija aġenzija Ewropea, ħarġu joint paper fuq spectrum related EMF.", "Din il-paper issemmi numru ta' affarijiet u tagħmel referenza għall-ICNIRP standards, tagħmel referenza għall-importanza tas-servizzi tal-komunikazzjoni kemm għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija u tilqa' kull żviluppi li jistgħu jsiru fil-kamp tal-EMF.", "Imma tagħmel ukoll enfasi fil-kontest ta' ċerti inċidenti li kien hemm f'numru ta' pajjiżi Ewropej fuq il-miżinformazzjoni, speċjalment fuq is-social media, rigward l-EMF u l-5G.", "Il-qafas regolatorju li jaqa' taħt ir-responsabilità tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni jagħmel diversi referenzi għall-ICNIRP u hawnhekk xtaqt nagħtikom ftit viżibilità ta' dawn ir-referenzi.", "Bħalissa f'Malta hemm in vigore l-ICNIRP u allura l-ħidma tagħna bħala Awtorità hu li tiżgura li l-livelli jibqgħu inqas minn dawk kif stipulati fl-ICNIRP.", "Il-liċenzji tal-ispectrum tagħna għandhom ukoll numru ta' klawsoli li jpoġġu l-obbligi li l-industrija tkun compliant ma' dawn l-istandards u ma' dawn il-linji gwida, inkluż l-ICNIRP.", "Hawnhekk importanti li nagħmel enfasi dwar l-obbligu li l-livelli aggregati jibqgħu taħt dawk stabbiliti mill-ICNIRP u dan huwa obbligu fuq kull min jittrasmetti, fosthom il-mobile operators imma mhux biss.", "Kif tafu stallazzjonijiet ta' trasmissjonijiet hawn ħafna, għandek apparat marittimu, apparat ta' avjazzjoni, eċċ., jiġifieri kulħadd irid ikun konformi ma' dawn il-livelli.", "Bħala Awtorità aħna ma nieqfux hemmhekkk, ma nieqfux fil-punt fejn inpoġġu l-obbligu fuq l-industrija imma għandna struttura ta' awditjar biex niżguraw li l-industrija qiegħda tosserva dak l-obbligu u dawk il-liġijiet li hija sezzjoni li se nitkellem fuqha issa u ċjoè ensuring compliance.", "Compliance mal-aspetti leġiżlattivi tal-EMF li jaqgħu taħt radjokomunikazzjoni huwa rekwiżit bil-liġi.", "Bħala Awtorità aħna nżommu team ta' esperti mħarrġa b'investiment f'għodda speċifika li tintuża biex isir il-kejl tal-EMF.", "Fil-fatt importanti li nagħmel intervent żgħir hawnhekk u nsemmi li dan is-suġġett mhux l-ewwel darba li qed jiġi diskuss.", "Fil-fatt kien ġie diskuss f'Kumitat Parlamentari ieħor snin ilu meta ġie mniedi t-3G u dak iż-żmien l-Awtorità kienet ukoll tagħmel dan ix-xogħol.", "Qiegħed nagħmel enfasi fuq dan il-punt sabiex nispjega lill-pubbliku inġenerali li l-Awtorità għandha esperjenza twila fil-metodoloġiji tal-miżuri li tagħmel in ensuring compliance fuq dan ix-xogħol.", "Apparti milli nagħmlu l-audits fuq l-operaturi, nagħmlu wkoll il-miżuri in publicly accessible places bl-għodda tagħna u bl-esperti tagħna li jieħdu l-livelli u dawn il-livelli mbagħad jiġu kollha ppubblikati fuq is-sit elettroniku tagħna.", "Mela kull membru tal-pubbliku jista' jidħol fuq is-sit tagħna, jagħżel il-lokalità fejn joqgħod u f'dik il-lokalità jitilgħu numru ta' toroq fejn nagħmlu l-miżuri bil-limitu fejn jaqgħu fil-livelli tal-ICNIRP.", "Dawn il-livelli, dawn il-pre-established test points, mhumiex magħżulin randomly imma huma magħżulin kemm jista' jkun b'mod strateġiku biex niżguraw li qed nagħmlu sampling tal-postijiet fejn il-livelli huma l-aktar għoljin.", "Imbagħad il-proċess wara li nagħmlu l-miżuri nikkomparawhom mal-livelli tal-ICNIRP dejjem b'mod aggregat u naraw li jibqgħu taħt il-limiti stabbiliti.", "Fejn insibu li mhuwiex il-każ, ovvjament insibu s-sors ta' trasmissjoni li, kif spjegajt qabel, jista' jkun 2G, 3G u 4G imma jista' jkun ukoll anyhthing else, jista' jkun broadcast, jista' jkun amateur radio, eċċ., u nieħdu azzjoni biex nindirizzaw dak il-livell.", "Il-metodoloġija hija bbażata fuq l-IEC standards u l-ITU standards rispettivi kif ukoll fuq l-ECC Recommendation.", "L-ECC hija scientific body li tagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea u importanti li nżid li aħna mhux biss nagħmlu l-miżuri tagħna ta' rutina fil-postijiet li huma aċċessibbli għall-pubbliku imma l-pubbliku jista' jiġi għandna wkoll u aħna nagħmlu miżuri fil-postijiet fejn il-pubbliku jista' jkollu xi concern bil-livelli ta' radjazzjoni.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li l-esperti tagħna jmorru fuq il-bjut tan-nies, pereżempju, għax il-ġar tagħhom jistalla antenna u hemmhekk nagħmlu l-miżuri tagħna u mbagħad dak ir-rapport ngħadduh b'mod trasparenti lil min ikun talabna l-miżuri kif ukoll ngħaddu dak ir-rapport lis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika.", "Importanti li nsemmi wkoll li r-riżultati huma riżultati li niġbru u li jissimulaw full transmission capacity jew capability.", "Meta mmorru nagħmlu l-kejl b'mod instantanju minħabba l-infrastruttura u minħabba li t-teknoloġija avvanzat b'mod u manjiera li llum it-trasmissjonijiet isiru b'inqas saħħa milli kienu jsiru qabel, it-trasmissjonijiet jistgħu jvarjaw skont l-ammont ta' demand u l-ammont ta' users li jkun hemm f'area partikolari.", "Mela allura meta nagħmlu l-analiżi tagħna nestrapolaw biex nistimulaw fil-miżura tagħna sitwazzjoni li kieku dawk is-sorsi ta' trasmissjonijiet qegħdin jintużaw with full load.", "B'hekk jekk inkunu nzertajna morna nagħmlu miżura bil-lejl u bil-lejl forsi ma tantx hemm domanda u allura l-livell ikun wieħed baxx, fl-aritmetika tagħna nagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa biex nistimulaw at full load.", "Kif spjegajtilkom qabel ir-riżultati jiġu ppubblikati u jgħaddu wkoll għand il-Public Health Directorate.", "Importanti li issa nagħmel daqsxejn ta' parentesi dwar x'inhi l-5G.", "Jiena bdejt bil-premessa li x-xogħol li nagħmlu aħna huwa newtrali kemm lejn it-teknoloġija kif ukoll lejn is-servizz.", "Il-5G juża l-istess frekwenzi li jintużaw - in general terms u importanti li nispeċifikaha din - illum il-ġurnata mill-4G, 3G u 2G.", "Dawn il-frekwenzi huma covered bl-istess qafas regolatorju li għadni kif spjegajt u bl-istess council decisions u direttivi rispettivi.", "Il-5G devices ukoll iridu jsegwu l-istess conformance requirements bħalma jsegwu l-4G, 3G u 2G.", "Il-5G juża teknoloġiji ġodda biex iżid l-effiċjenza, uħud minnhom għandhom x'jaqsmu ma' beam forming, jiġifieri fejn qabel forsi s-sinjal mill-antenna kien sinjal ġenerali, il-5G kapaċi jiddirezzjona s-sinjal tal-antenna lejn min għandu bżonn iktar domanda għall-komunikazzjoni.", "Mela s-sinjal jista' jiġi steered fid-direzzjoni ta' min qiegħed juża s-servizz.", "U ma' dik il-parentesi norbot li forsi mal-5G jista' jkun hemm numru ta' assessment challenges, jiġifieri jekk inti għandek il-beam tal-antenna qed tiċċaqlaq u meta jien qed nieħu l-miżura, kif naf jekk hux qiegħed fil-beam jew le biex niżgura li l-livelli huma conformant?", "U hemm numru ta' punti li dawn mhux qed toħroġ l-Awtorità bihom imma huma ppubblikati fl-istandards tal-IEC li semmejtilkom aktar qabel, fejn qed issir ħidma mill-istandards making institute ħalli tikkrea metodoloġiji ġodda to be published in 2022 ħalli l-miżuri jirriflettu l-livelli fir-realtà.", "Mela l-5G iġib miegħu more complex EMF compliance assessments minħabba l-beam steering.", "Id-design tas-sit, fejn qabel wieħed kien jibni s-sit bħala standard practise u mbagħad wieħed imur jagħmel il-miżuri, issa qegħdin naraw li x-xogħol tagħna, from a compliance perspective, irid jibda jidħol iktar fid-dettall fid-design tas-sit u qabel ma jinxtegħel biex niżguraw li l-livelli se jkunu skont kif stabbiliti fit-tresholds għaliex aħna konxji miċ-challenges li hemm fl-urban environment ta' Malta, fejn il-bini kontinwament tielà u allura l-landscape qiegħda tinbidel kontinwament.", "Hemm ħidma kif spjegajtilkom għaddejja mill-ITU u mill-IEC fuq dawn l-istandards li aħna bħala Awtorità, minħabba li ovvjament jaffettwaw il-metodoloġija ta' kif nagħmlu l-miżuri tagħna, qegħdin insegwu b'mod akkurat.", "Hemm ukoll numru ta' pożizzjonijiet li ħadna u importanti li nsemmihom vis-à-vis it-test licence li ħriġna riċentement lil wieħed mill-operaturi tal-5G.", "Ovvjament semmejtilkom li aħna nagħmlu xogħol ta' compliance u x-xogħol ta' compliance li nagħmlu rridu nagħmluh bis-serjetà.", "Hija realtà li dak li ma nistgħux nieħdu miżuri tiegħu ma nistgħux nikkontrollawh u allura fejn jidħlu l-beam forming antennas, kif spjegajtilkom qabel, sakemm ma jkollniex is-safeguards neċessarji biex niżguraw il-metodoloġija ta' miżuri jirriflettu l-livell fil-beam tal-antenna, l-użu ta' dawk l-antenni, ta' beam forming, jista' jiġi pprojbit mill-Awtorità sakemm l-operatur mhux qed juri evidenza - bil-metodoloġija li qed jieħu għall-miżuri - li hemm is-safeguards rispettivi abbinati mal-beam forming.", "U r-raġuni għalfejn bħala Awtorità ħadna dik il-pożizzjoni hi minħabba li l-IEC, li hija l-istandard making body li tippubblika l-metodoloġija, għadha għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex taġġorna l-istandard ħalli tkun tista' tirrifletti dawn is-sitwazzjonijiet.", "Ovvjament qabel ma jkollna l-istandards f'idejna ma nistgħux insegwu l-metodoloġija biex niżguraw il-compliance.", "U allura minn dik il-perspettiva żidna numru ta' klawsoli fil-liċenzji tagħna li jillimitaw l-użu tal-beam steering.", "Dawn il-klawsoli qegħdin hemmhekk u huma available għall-pubbliku.", "Min-naħa tagħna m'għandniex aktar x'inżidu u jekk għandkom xi mistoqsijiet x'tagħmlulna, tistgħu tagħmluhomlna.", "STEPHEN SPITERI: L-ewwelnett nixtieq ngħidilkom prosit tal-preżentazzjoni.", "Jiena naħseb li dan il-Kumitat iġib ismu miegħu għax jitratta temi marbutin mas-saħħa u naħseb li huwa ta' interess kbir f'dan il-Kumitat, anke għalina bħala tobba, li nifhmu aktar fuq dawn l-affarijiet.", "Issa fir-rigward ta' saħħa, bħala Awtorità you liase with the Superentendent of Public Health?", "ANTOINE SCIBERRAS: Kif spjegajt qabel, bħala Awtorità m'aħniex kompetenti sabiex nesprimu opinjoni fuq aspetti reletati ma' saħħa.", "L-unika opinjoni li nistgħu noffru hija jekk il-livell li qegħdin nieħdu l-miżuri tiegħu jaqax taħt il-limitu hekk kif stabilit fil-qafas legali u nieqfu hemmhekk għax m'għandniex il-kompetenza biex nanalizzaw l-affarijiet tas-saħħa.", "U minħabba f'hekk għandna proċess, anke kif inkludejt fil-preżentazzjoni tiegħi llum, fejn ir-rapporti li nikkompilaw, mhux dawk ta' rutina, li nagħmlu ta' kuljum biex naraw il-livelli jekk humiex within the limits, imma dawk li jiġu commissioned u li minnhom ikollna mhux ħażin … Fil-fatt dan ix-xahar kellna ħames miżuri fil-ġimgħa f'residenzi privati, bħala servizz lill-pubbliku.", "Dawk ir-rapporti fid-dettall kollu tagħhom aħna nibagħtuhom kemm lill-individwu li jkun talbu kif ukoll lid-Direttorat tas-Saħħa Pubblika.", "GODFREY FARRUGIA: Jiena naħseb li l-punt l-ieħor għamiltu u issa se ndur fuq l-Awtorità nnifisha.", "Id-dmir tagħna hu li nibdlu l-limiti tal-Awtorità.", "Inti semmejt operatur li diġà applika għall-5G u dan kulħadd jaf min hu għax tkellmu fil-pubbliku.", "Dan l-operatur, fil-pubbliku, qal li la jidħol il-5G jista' jkopri għaxar darbiet aktar devices bit-teknoloġija li diġà teżisti mill-antenna!", "Issa fil-preżentazzjoni tiegħek inti għedtilna li meta tkejlu l-emissjonijiet mill-antenna tieħdu l-kejl tagħkom at full capacity.", "F'Diċembru tal-2019, daqt nagħlqu sena, kont staqsejt diversi mistoqsijiet lill-Ministru konċernat u waħda minnhom kienet dwar l-emissjonijiet li hemm f'kull lokalità hekk kif imkejla mill-MCA.", "U tawna lista ġmiela ta' lokalitajiet.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira għax qed ninnota li ħafna mir-readings saru 'l bogħod minn fejn hemm intensità tal-popolazzjoni u mit-toroq skont il-lokalitajiet li hawn imniżżla.", "L-ICNIRP tikkwota fil-gwidi tagħha - mhux fl-istandards bħalma kien hemm miktub fit-text - li dawn għandhom ikunu ta' 1% li jfisser ekwivalenti għal 100,000 microwatts per square metre!", "U huwa għalhekk li jien għedt li l-liġi tal-Unjoni Ewropea hija bażwija u nerġa' ngħid l-istess!", "Aħna pajjiż żgħir u għandna l-limitazzjonijiet tagħna u qegħdin nimxu skont il-liġi Ewropea, li mhijiex waħda idonea.", "Issa l-kompetenza tagħkom tasal sa hemm imma l-liġi tagħna, li għamilha l-leġislatur, hija nieqsa.", "Dan il-1% tal-ICNIRP huwa ekwivalenti għal 100,000 microwatts per square metre u mhux 100 microwatts per square metre kif suppost hu skont ir-riżoluzzjoni tal-Council of Europe!", "U dan tistgħu tarawh fir-Resolution 1815.", "Sur President, meta ħarist lejn t-tariffi hawnhekk bdejt nara l-Għargħur bi 12.2%, Ta' Qali b'8.89%, San Gwann b'7%, Paceville b'7.57%, il-Baħrija b'5.68%, eċċ. Mela għandna xi ħaġa ħażina!", "Aktar u aktar meta dawn il-persentaġġi huma tal-2019 meta l-5G, u l-operatur tal-Melita lanqas biss kien għadu applika għal din is-sistema.", "U issa hu stess qiegħed jgħid li bl-antennas li se jkollu se jkopri 10 darbiet iktar milli qiegħed ikopri llum!", "Dan operatur wieħed għax kif nafu għandna operaturi oħrajn.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, meta l-liġi tagħna ma tħarisx lejn is-saħħa u meta s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, għalkemm infurmata m'għandhiex il-mezzi biex timponi l-affarijiet kif suppost, ma taħsibx li aħna li qegħdin fil-politika, li aħna bħala l-policy makers f'dan il-Parlament, suppost għandna nħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini hemm barra?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għalfejn is-Supretendent m'għandux il-mezzi meħtieġa?", "GODFREY FARRUGIA: Għax ir-rapport jasal fuq il-mejda tiegħu bħal tal-Ombudsman imma ma jista' jagħmel xejn għax il-liġi tieqaf s'hemm!", "L-MTA tinfurmah imma s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, minkejja l-istatement li għamlet f'dan il-Kumitat stess dwar il-5G u anke t-tħassib tagħha, xorta waħda ma tista' tagħmel xejn.", "Ir-rapport huwa submitted, hekk jagħmlu u sewwa jagħmlu imma sa hemm tista' tieqaf għax il-liġi ma tagħtix is-saħħa.", "Għalhekk l-ewwel għedtilkom biex tfittxu u tara xi tgħid il-liġi ta' Franza u biex taraw l-affarijiet li saru fl-Italja u l-passi tremendi li wettqu.", "Aħna pajjiż żgħir u nifhem il-limitazzjonijiet tagħna, fejn ġieli nikkuppjaw liġijiet oħrajn barranin, imma meta niddependu fuq l-operatur sabiex jagħtina r-readings hu stess … Hekk għadu kemm intqal …", "INĠ.", "ANTOINE SCIBERRAS: Skużani ftit imma tikkwotanix għax jien m'għedtx hekk.", "Jien għedt li l-operaturi għandhom ir-responsabiltà u l-obbligu legali li jiżguraw li l-livelli tagħhom jibqgħu fil-limiti hekk kif stabiliti u li l-Awtorità tmur lil hinn minn hekk għaliex tagħmel l-auditing tagħhom.", "Apparti minn hekk nieħdu miżuri oħra, indipendentement mill-operaturi, sabiex niżguraw li l-livelli huma in line.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa fuq ir-referenza għar-rakkmandazzjoni.", "Qiegħed nifhmek sew li r-rakkmandazzjoni hija tal-Council of Europe u mhux tal-European Council?", "Onor. Farrugia, fl-intervent tiegħek kont qed tenfasizza li huwa ta' concern li l-livelli tal-MCA ta' 1%, 5%, 20% … Importanti li nenfasizza li l-liġi Maltija tgħid li l-pubbliku jista' jkun espost għal 100%!", "Jiġifieri dawk il-livelli li hemm fir-rapport tagħna, fejn qegħdin ngħidu 1% jew 5% tal-public exposure tal-ICNIRP … Jien se mmur aktar lil hinn minn hekk u nsemmi 99.9% tal-livell tal-ICNIRP.", "Dak ukoll huwa livell sigur għall-pubbliku hekk kif stipulat fil-liġi tagħna għax il-liġi tagħna tgħid li l-livelli għandhom ikunu in line mal-ICNIRP, u l-ICNIRP tgħid li 61 volts per metre huwa l-limitu.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qiegħed ngħid li l-livelli tagħna mhumiex safe għalina!", "Meta taqbad kollox b'mod ħolistiku ssib li l-livelli fl-1999 u fl-2020 baqgħu l-istess.", "X'ġara fl-2011?", "Kif żdiedet l-intensity use tal-apparat, u bil-5G se tiżdied aktar, u wieħed mill-operaturi qed jgħidlek li se jżid il-kapaċità tad-devices by ten times as much li kellna fl-1999?!", "Meta naraw dan kollu jidher li l-leġiżlatur u l-policy maker … Hawnhekk mhux qed ngħid fuq l-Awtorità għaliex naf li intom qegħdin timxu skont il-liġi, b'mod ret, u ta' dan nirringrazzjakom.", "Meta niġu mill-aspett ta' leġiżlazzjoni, u dan huwa l-punt prinċipali tiegħi, fejn qiegħed nappella lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni, li jien nagħmel parti minnha, sabiex inpoġġu bilqiegħda - u minn dan il-Kumitat joħroġ xi ħaġa tajba - u nħarsu lejn il-liġi u nagħmlu eżerċizzju, anke bis-saħħa tal-konsulenza tagħkom li jagħmilha min-naħa tal-Ministeru u s-Segretarju Parlamentari, li jien għandi kull rispett lejh għax naf kemm huwa bniedem ħawtiel u bieżel, ħalli naraw l-affarijiet kif inhuma u naraw kif nistgħu nipproteġu aktar lill-konsumatur filwaqt li nħallu l-kompettività kif inhi.", "Jien mhux qed ngħid li għandna nwaqqfu l-5G imma ejjew naraw l-affarijiet kif għandhom ikunu.", "Jien mhux qed ngħid li għandna nwaqqfu l-progress tal-pajjiż imma hemm bżonn li jkun hemm is-salvagwardji meta niġu għas-saħħa tal-poplu.", "Jekk aħna - u hawnhekk se nikkwota lill-Onor.", "Deo Debattista - għandna regoli ħafna iktar strinġenti meta niġu għall-pestiċidi minn pajjiżi oħra, mela it is about time li aħna jkollna regoli iktar strinġenti bħalma għamlu Franza u bħalma għamlu l-Italja u pajjiżi oħra meta niġu f'dan ir-rigward.", "Jien ma rridx inwaqqaf il-kompetittività jew l-ekonomija imma l-liġi tagħna hija dgħajfa u għandha ċerti parametri li huma nieqsa.", "Jekk tqabbilha mal-liġi Franċiża, u se nsemmi lilha għax hija avant guarde ħafna anke fir-riċerka dwar is-suġġett, tara kemm dak li ħolqot l-Ewropa u t-traspożizzjonijiet li għamilna aħna fil-liġi tagħna huma fixfixu fir-realtà għax qegħdin ngħixu fl-2020 u l-affarijiet in the next ten years se jerġgħu jkunu agħar milli huma llum!", "Dan huwa l-appell ġenwin tiegħi li nixtieq nagħmel hawnhekk u xejn iktar.", "Għandi lista ta' mistoqsijiet li xtaqt nagħmel imma meta nagħsar kollox li rrid hu li jkun hemm serħan il-moħħ dwar l-indoor pollution, it-tniġġis tal-arja, issa jekk huwiex mill-EMF, jekk huwiex minħabba n-nitrate oxide, jekk huwiex minħabba l-particulate matter jew jekk huwiex minħabba l-ground ozone, li dawn kollha huma ġġenerati mit-traffiku u affarijiet oħrajn, irridu naraw li nnaqqsuhom.", "Dawn li semmejt kollha huma relatati mal-mard respiratorju.", "Issa t-tniġġis mill-EMF, b'mod partikolari l-5G billi l-mewġa tiegħu hija totalment differenti mill-4G u mit-3G għax jaħdem in pulses, u bħalma ntqal hawnhekk ifittex l-operatur, l-affarijiet huma differenti u qegħdin fil-limbu!", "Jiġifieri ma nafux il-konsegwenzi tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem.", "Ma rridx nagħmilha tal-babaw imma hemm bżonn li aħna l-politiċi nidħlu fina nfusna u naraw dak li hu.", "Jien ma nifhimx f'hekk bħala tabib imma ilni naqra fuq dawn l-affarijiet għal dawn l-aħħar tliet snin u ma dħaltx fuq facebook kif semmejtu u li xi kultant ma jagħmilx ġustizzja lill-MCA u lil aġenżiji oħrajn bħalkom.", "Imma hemm bżonn li l-liġi tkun imlaħħma u dan huwa d-driving point li nixtieq li l-President ta' dan il-Kumitat jirrakkmanda lill-Gvern biex isir.", "Il-liġi għandha tiġi studjata biex tkun iktar aħjar minn kif inhi bħalissa u b'hekk l-MCA jkollha kompetenza iktar wiesa' u forsi anke dwar id-drittijiet ta' konsultazzjonijiet ma' awtoritajiet oħra, inkluż is-saħħa pubblika.", "Jiġifieri mhux li tagħti rapport biss.", "Il-konklużjoni li nixtieq niġbed huwa li dan il-Kumitat għandu joħroġ sentenza żgħira fejn jagħti rakkmandazzjoni lill-Gvern u mbagħad sta għall-Gvern tal-ġurnata jekk jaċċettax jew le dik ir-rakkmandazzjoni biex jifli l-liġi kif inhi.", "U għalkemm iħalli l-kompetittività u l-progress għaddej, imma jekk vera rridu nieħdu ħsieb is-saħħa tal-poplu, mela hemm bżonn li niflu l-liġi u naraw ukoll meta tidħol fl-indoor pollution min-naħa tal-EMF.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, inti qed tikkwota ħafna l-liġi Franċiża; taf tgħidilna x'inhuma jagħmlu Franza?", "GODFREY FARRUGIA: Franza għandhom regoli ħafna iktar strinġenti u kważi huma world leaders fiha l-biċċa tax-xogħol!", "Following closely hemm l-Italja fuq dak li għandu x'jaqsam mal-EMF u l-liġi tagħhom hija waħda iktar komprensiva.", "Il-liġi tagħna mhijiex daqshekk komprensiva.", "U għalhekk l-MCA qiegħda timxi skont il-kompetenza tagħha.", "Jien lil dawn is-sinjuri li għandna magħna llum ninżalhom il-kappell imma l-Kumitat qiegħed hawnhekk u l-funzjoni tiegħu hi li jirrakkmanda lill-Kamra sabiex tħares lejn din il-liġi għax hawnhekk għandek is-saħħa tal-poplu fin-nofs.", "Din hija enerġija li ħadd ma jara!", "Din mhijiex enerġija bħall-visible spectrum li ssemma fil-bidu tal-laqgħa, fejn tista' tara d-dawl imma hija enerġija li qiegħda hemm u l-effetti tagħha … Hawn min huwa iktar sensittiv minn ħaddieħor u hawn min setgħet - kien hemm każijiet legali li ntrebħu, b'mod partikolari fl-Italja – kienet ta' kaġun għall-kanċer b'mod dirett!", "Min-naħa tiegħi se nieqaf hawnhekk għax naħseb li l-punt għamiltu.", "Jien ma rrid inwerwer lil ħadd imma l-ħsieb tiegħi huwa ġenwin; ejjew inħarsu s-saħħa tal-poplu minn kwalunkwe tniġġis, b'mod partikolari minn tniġġis li ma narawx!", "STEPHEN SPITERI: Jien inħossni inkwetat ftit u ddisturbat bil-kummenti li għamel l-Onor.", "Godfrey Farrugia għaliex naħseb li bħala Kumitat il-concern tagħna hija proprju s-saħħa pubblika, b'mod speċjali rridu naraw li dak li qiegħed tressaq inti bħala possibilment allegazzjonijiet relatati mal-kanċer u ma' mard ieħor ikollna evalwazzjoni tagħhom.", "Jien inħossni responsabbli bħala tabib li qiegħed fil-Parlament u li qiegħed ukoll f'dan il-Kumitat.", "Jien l-ewwel x'ħin għamilt l-intervent tiegħi, bdejt nitkellem fuq dawn is-sinjuri u x-xogħol tagħhom għax il-kompitu tagħhom hu li jaraw li jiġu osservati l-guidelines Ewropej u mhux li jaraw jekk dawk il-guidelines humiex ġusti jew le.", "Fil-fatt huma m'għandhomx dik il-kapaċità.", "GODFREY FARRUGIA: Dak huwa d-dmir tal-politiku.", "Issa jekk hemm xi ħaġa ħażina f'dak li għedt nitlobkom tikkoreġuni.", "STEPHEN SPITERI: L-Awtorità għamlet xogħolha.", "INĠ.", "ANTOINE SCIBERRAS: Lanqas xejn.", "Jien kont se nagħmel referenza għall-qafas legali li ppreżentajtilkom qabel, fejn il-liġi tagħna tistipula li l-livelli preskritti fuq livell nazzjonali huma jew l-ICNIRP jew any other standard jew any other regulation kif jistgħu jiġu infurzati minn awtorità kompetenti f'dik l-area.", "Fil-qosor li kieku għada l-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi li tippubblika regolamentazzjoni fejn taddotta livell ġdid, il-qafas legali tagħna diġà qiegħed lest biex jaddotta dak il-qafas.", "Jiġifieri m'hemmx tibdil fix-xogħol tagħna imma se nibqgħu għaddejjin bix-xogħol tagħna u bil-ħidma tagħna kif għaddejjin biha llum il-ġurnata u minflok inkejlu l-livell kurrenti nibdew inkejlu l-livell l-ieħor.", "GODFREY FARRUGIA: Jien nifhimkom imma l-fatt jibqa' li f'21 sena r-reviżjoni min-naħa tal-ICNIRP baqgħu l-istess!", "Il-guidelines mhumiex l-istandards.", "Fil-fatt l-istess aġenzija, l-ICNIRP, tgħidlek in bold li hi ma tistax tiġi mfittxija fuq affarijiet li jirrigwardjaw is-saħħa tal-bniedem!", "Tgħidlek hi stess u tagħmilha ċara li tagħmel exception għall-gwidi tagħha!", "Għalfejn?", "Għax il-gwidi tagħha mhumiex standards peress li biex ikollok standards iridu jkunu relatati mas-saħħa tal-bniedem.", "U dan huwa l-fażul tagħha din is-sitwazzjoni!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-Franċiżi għandhom standards?", "GODFREY FARRUGIA: Il-Franċiżi għamlu linji gwida għalihom u huma aktar rigorużi minn dawk tal-Unjoni Ewropa.", "L-istess ħaġa għamlu t-Taljani.", "DEO DEBATTISTA: Imma f'kollox hekk il-Franċiżi.", "Naqbel miegħek għax anke fejn jidħlu l-pestiċidi għandhom ban fuq a wider variety ...", "GODFREY FARRUGIA: Bħala pestiċidi aħna wieħed mit-top bħala pajjiżi.", "DEO DEBATTISITA: Fejn jidħlu fireworks għandhom iktar ...", "GODFREY FARRUGIA: Qegħdin iktar min-norm tal-Unjoni Ewropea.", "Issa mhux qed ngħid li għandna nkunu daqshekk imma għandna nħarsu lejhom ...", "DEO DEBATTISTA: L-ewwel bdejna nitkellmu fuq ix-xogħol li jagħmlu dawn is-sinjuri u x-xogħol li jagħmlu …", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, jien xtaqt nirringrazzja lill-Inġiniera Antoine Sciberras u David Scerri kif ukoll lis-Sur Jesmond Bugeja, kif ukoll lit-tim kollu tal-MCA għax-xogħol li qegħdin jagħmlu.", "Ħafna drabi t-", "telecommunication sector wieħed iħares lejh bħala xi ħaġa mhux daqshekk importanti għall-pajjiżna imma fil-verità għandu rwol importantissimu.", "Dan rajnieh b'mod partikolari fil-pandemija, fejn apprezzajna aktar l-importanza tal-bandwith u l-MCA kienet strumentali biex assigurajna li l-bandwith tkun biżżejjed biex seta' jsir ix-xogħol li kien qed isir mid-dar peress li ħafna nies bdew proprju jaħdmu mid-dar.", "Irrid nirrimarka wkoll li l-internet u l-bandwith huma t-tieni l-iktar fattur importanti li jqisu l-investituri barranin meta jiġu Malta u allura naħseb li l-MCA għandha rwol importanti wkoll biex bħala pajjiż inkomplu nattiraw l-aqwa investiment lejn pajjiżna.", "Mill-ġdid nirringrazzjakom kollha tax-xogħol tagħkom u naħseb li għandna nkunu grati lejkom għax-xogħol li qegħdin tagħmlu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xtaqt ningħaqad mal-Onor.", "Bartolo u nirringrazzjakom talli għaddejtulna din l-informazzjoni illustrattiva.", "Xtaqt ukoll nirringrazzja lill-Membri preżenti kif ukoll lill-istaff.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt naċċenna għalija, jekk hawn qbil dwarha, hi li għal-laqgħa li jmiss ta' dan il-Kumitat nistiednu lill-Human Health Alliance biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nirringrazzjak u niskuża ruħi mal-mistiedna ta' dan il-Kumitat jekk forsi tkellimt b'daqsxejn passjoni imma jiena minni hekk.", "L-istess ħaġa nagħmel meta nitkellem fil-Parlament; nitkellem b'passjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qabel nagħlqu l-laqgħa nixtieq insejjaħ ftit lis-Sur Bugeja.", "IS-SUR JESMOND BUGEJA (CEO Malta Communications Authority): Li xtaqt inżid għaliex forsi ma ħariġx ċar fid-diskussjoni hu li l-livelli li għandna stabbiliti Malta huma ħafna iżjed baxxi minn dawk stabbiliti.", "Jiġifieri jekk aħna l-livell huwa 100 mhux qed ngħidu biex nagħmluh 90 imma qegħdin taħt l-20 kif jista' jinformana l-Onor.", "Farrugia bid-dokumenti li għandu f'idejh.", "Jiġifieri għalkemm qed tgħid li l-livelli ta' Malta mhumiex daqshekk strinġenti ma nistax ngħid li naqbel miegħek mija fil-mija.", "Barra minn hekk sfortunatament m'għandniex id-dokumenti li qiegħed issemmi inti fuq ta' Franza u tal-Italja.", "Ovvjament wara din il-laqgħa se nidħlu fid-dettall tagħhom u forsi aktar 'il quddiem inkunu nistgħu neżaminawhom ukoll biex naraw fejn nistgħu naslu aħna wkoll.", "Kollox ma' kollox nista' ngħid li kienet diskussjoni interessanti ħafna u ta' dan nirringrazzjakom.", "Il-kummenti tagħkom ħadniehom u ovvjament se nkomplu bil-ħidma tagħna biex nassiguraw li l-proċessi tagħna jibqgħu fis-seħħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, jekk tista' tgħaddilna d-dokumenti nkunu nistgħu nirreferuhom lill-Parlament.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-6.21 p.m. il-laqgħa ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna bl-istess aġenda u għal data li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20201110_013d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 13", "It-Tlieta, 10 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.56 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Grixti, President tal-Kumitat ippresieda.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali l-Onor.", "Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12 li saret fl-24 ta' Ġunju 2020 ġew konfermati.", "Il-Kumitat dwar is-Saħħa rriżuma mill-20 ta' Novembru 2019 id-diskussjoni fuq il-5G.", "Il-Kumitat stieden lill-Inġinier Antoine Sciberras u lill-Inġinier David Scerri, Chief Spectrum Management & Technology u Manager Market Shaping rispettivament mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni sabiex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Il-President tal-Kumitat irrimarka li waqt din il-laqgħa tal-Kumitat dwar is-Saħħa, kien se jkun hemm intervent permezz ta' video conferencing.", "Għaldaqstant il-Kumitat ukoll stieden lis-Sur Jesmond Bugeja, CEO tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, b'mod virtwali.", "Bil-permess tal-Kumitat, l-Inġ.", "Sciberras ippreżenta Powerpoint Presentation intitolata:", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lill-mistednin.", "Fis-6.21 pm il-Kumitat aġġorna bil-istess aġenda għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20201110_013m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 69", "L-Erbgħa, 11 ta' Novembru, 2020 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Novembru, 2020 fis-2:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar il-Follow-up Report 2019 maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - Free Childcare Scheme (paġni 36 – 44).", "5 ta' Novembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201111_069a_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 69", "L-Erbgħa, 11 ta' Novembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 69", "L-Erbgħa, 11 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:04 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 68, li saret fl-14 ta' Ottubru 2020, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat irċevejt ittra mingħand is-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, fejn ippreżentalna proposta dwar a possible way forward f'dak li għandu x'jaqsam ma' write offs ta' uncollectable arrears of revenue.", "Din il-proposta ġiet iċċirkolata lill-Membri ta' dan il-Kumitat u jien nissolleċita lill-kollegi sħabi sabiex jagħtuha daqqa t'għajn ħalli biex forsi jiġi l-mument li f'xi laqgħa ta' dan il-Kumitat niddiskutu dak li qed jiġi propost.", "Ngħaddu issa għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR IL-FOLLOW-UP REPORT 2019 MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA - FREE CHILDCARE SCHEME.", "IĊ-CHAIRPERSON: Infakkar li din it-tema – li ġie magħżula mir-rappreżentanti tan-naħa tal-Gvern – diġà bdiet tiġi diskussa fil-laqgħa preċedenti ta' dan il-Kumitat.", "Illum ġiet imsejħa s-Sinj.", "Alexia Vella sabiex tagħti d-depożizzjoni tagħha u nitlob sabiex tissejjaħ fil-Kamra.", "Alexia Vella daħlet fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, sempliċement xtaqt ngħid li dan il-Kumitat ma ltaqax fil-ġimgħat li għaddew minħabba li kienet għaddejja d-diskussjoni dwar il-Baġit.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Kif qed jgħid sew l-Onor.", "Bedingfield, bħal-lum ġimgħa ma ltqajniex għax fil-ħin li jiltaqa' dan il-Kumitat, jiġifieri fis-2:00 p.m., kellna seduta fil-Plenarja.", "Issa ladarba spiċċat id-diskussjoni dwar il-Baġit nistgħu nerġgħu nibdew niltaqgħu fuq bażi ta' darba fil-ġimgħa.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Sur President, xtaqt infakkarkom fl-invit li bgħattnielkom aktar kmieni għall-konferenza virtwali li se tiġi organiżżata bħal-lum ġimgħa bejn l-Uffiċċju tagħna u l-European Court of Auditors (ECA), u fejn il-keynote speaker se jkun is-Sur Leo Brincat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fatt, biex norbot ma' dan, xtaqt infakkar lill-Kumitat li nhar it-Tlieta 17 ta' Novembru fl-4.30 p.m. is-Sur Leo Brincat se jagħmel il-preżentazzjoni annwali tiegħu fl-laqgħa konġunta bejn dan il-Kumitat, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Eknomiċi u Finanzjarji, u jien u nissolleċita lill-Membri ta' dan il-Kumitat sabiex nattendu u nipparteċipaw, kemm f'din il-laqgħa li semmejt, kif ukoll fis-seminar li qed jorganiżża l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.", "Ngħaddu issa sabiex nagħtu l-ġurament lix-xhud li għandna llum.", "ALEXIA VELLA: Jiena, Alexia Vella, naħlef li ngħid is-sewwa, is-sewwa kollu u xejn ħlief is-sewwa, hekk Alla jgħinni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Vella, kif taf, is-suġġett tal-lum huwa n-nefqa tal-Gvern fuq iċ-childcare centres u l-policy li daħħal dan il-Gvern li jagħti free childcare.", "L-ewwel nett, bħala preambolu, kif twieldet din il-policy?", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi qabel tibda jkun tajjeb li tagħtina ftit il-background tiegħek.", "ALEXIA VELLA: Bħalissa jiena ċ-Chief Executive Officer (CEO) ta' Jobsplus.", "Mill-2017 sa Marzu ta' din is-sena kont Department Manager nieħu ħsieb l-implimentazzjoni tal-iskema taċ-childcare b'xejn taħt il-kappa tal-Jobsplus.", "GLENN BEDINGFIELD: Tista' tgħidilna kif twieldet il-policy tal-free childcare?", "ALEXIA VELLA: Il-policy tal-free childcare nibtet minn policy aktar wiesgħa li kien jisimha \"Making Work Pay\", fejn kien hemm sensila ta' policies u kien hemm anke ftehim li jmur lura għall-2013.", "Bejn l-2012 u l-2013, il-Gvern, flimkien mal-Oppożizzjoni u s-social partners kollha tal-pajjiż iffirmaw ftehim fuq sensila ta' policies li permezz tiegħu, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern wara l-2013, dawn il-policies kellhom jiġu mplimentati, u l-free childcare kienet waħda minn dawn il-policies taħt il-kappa ta' \"Making Work Pay\".", "Il-free childcare scheme hija an active labour market measure, li qiegħda hemm biex tistimula s-suq tax-xogħol u tagħti aktar ċans lil dawk li forsi kienu qegħdin isibuha diffiċli biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol li l-maġġoranza tagħhom kienu nisa li kien għad kif kellhom it-tfal.", "Irridu niftakru li lura fl-2012/2013, siegħa childcare kienet tiswa, bejn wieħed u ieħor, €2.50 kull siegħa għal kull tifel jew tifla, li meta pparagunata mal-paga minima ta' dak iż-żmien, kienet tammonta għal aktar minn nofsha.", "U qiegħda nsemmi l-paga minima għax jekk dik l-omm, biex toħroġ taħdem, trid tħallas kważi l-paga kollha f'childcare, jekk nieħdu l-paga minima, tirrealizza li mhijiex vijabbli, u ħafna drabi n-nisa kienu jibqgħu d-dar ħafna sakemm it-tfal ikunu tal-età li jmorru l-kindergarten.", "Din ukoll kienet miżura tajba ħafna li bdiet ħafna snin qabel u kienet ukoll an active labour market measure; il-free childcare għalqet dan il-gap li kien hemm u inċentivat li ommijiet ta' tfal minn tliet xhur sa tliet snin ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu b'mod li jkun finanzjarjament vijabbli.", "Ovvjament, dan is-servizz offra wkoll il-benefiċċju ta' bilanċ fil-ħajja, fis-sens ta' għajnuna biex waqt li l-ġenitur ikun qed jaħdem u javvanza fil-karriera tiegħu, ikollu moħħu mistrieħ li hemm min qiegħed jieħu ħsieb it-tfal tiegħu.", "GLENN BEDINGFIELD: Semmejt li fl-2013 il-cost kien €2.50 per hour per child.", "Illum kemm jiswa?", "ALEXIA VELLA: Fl-2013 il-Gvern daħal fi ftehim ma' childcare centres privati – dak iż-żmien kien hemm 69 ċentru f'Malta – li kien jgħid li l-Gvern jixtri s-servizz mingħandhom għal €3 per hour per child.", "Fil-preżent ir-rata qiegħda ta' €3.95 għal kull siegħa għal kull tifel u tifla.", "CHRIS SAID: Jiġifieri €3.95 huwa l-ammont li qed iħallas il-gvern għal kull siegħa għal kull tifel jew tifla.", "ALEXIA VELLA: Iva, hija uniformi fiċ-ċentri li joffru free childcare, għax imbagħad hemm persentaġġ minimu ta' childcare centres li mhumiex fil-free childcare scheme.", "ALEXIA VELLA: Sal-aħħar t'Ottubru kien hemm 142, filwaqt li fil-preżent hawn 146.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri f'Novembru fetħu erbgħa ċentri ġodda, jew ilħaqtu ftehim ma' erbgħa ċentri ġodda?", "ALEXIA VELLA: Ġew illiċenzjati erbgħa ġodda aktar milli fetħu, għax biex joffru servizz tal-free childcare kull ċentru bilfors irid ikun irreġistrat.", "CHRIS SAID: Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li mhumiex ċittadini Maltin u li jaħdmu f'Malta huma ntitolati għall-free childcare?", "Kull min jgħix u jaħdem Malta u jipprova li għandu liċenzja tax-xogħol skont kif titlob…", "CHRIS SAID: Jiġifieri tmur oltre ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea?", "CHRIS SAID: Jiġifieri persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi u għandhom il-permess li jaħdmu Malta u allura huma rreġistrati u jħallsu s-social security contributions eċċ., għandhom dritt għall-free childcare ukoll?", "ALEXIA VELLA: Iva, għax dik hija in line mal-access to schooling.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Tista tagħtina daqsxejn background ta' x'kien l-ammont ta' tfal tal-età ta' qabel il-kindergarten li kienu jattendu childcare centres qabel bdiet l-iskema?", "ALEXIA VELLA: Fl-2013 kien hemm 1,800 tifel u tifla jattendu ċ-childcare centres.", "IĊ-CHAIRPERSON: U llum kemm hemm?", "ALEXIA VELLA: Fl-aħħar tal-2019 kien hemm 7,341 u llum, f'Novembru 2020, għandna 6,446 tifel u tifla jattendu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din is-sena l-ammont niżel minħabba l-COVID-19?", "ALEXIA VELLA: Probabbilment fl-aħħar tas-sena nlaħqu s-7,000, jew inqarrbuhom.", "Naturalament il-COVID-19 effettwa xi ftit.", "IĊ-CHAIRPERSON: Effettwa b'madwar 15%.", "ALEXIA VELLA: Fl-aħħar ta-sena nkunu nistgħu nikkomparaw eżatt like with like.", "S'issa nistgħu ngħidu li l-ammont ta' tfal jattendu ċ-ċentri huwa ta' 6,446, filwaqt li s-sena l-oħra kien ta' 7,300.", "IĊ-CHAIRPERSON: U qiegħed isir l-eżerċizzju ta' għal fejn?", "Fis-sens li inti għandek żewġ xenarji, jew l-ommijiet qed jaħdmu mid-dar u allura jistgħu jżommu t-tfal id-dar, jew inkella l-ġenituri jinsabu nkwetati u ma jridux jibagħtuhom iċ-ċentri.", "Ma nafx jekk hux qed isir dan l-eżerċizzju.", "ALEXIA VELLA: Le, s'issa mhux qed isir.", "Li nista' ngħidlek huwa li qabel il-COVID-19, jiġifieri sa Frar/Marzu 2020, kien ikollna bejn 4,000 u 4,500 applikazzjoni miftuħa on a daily basis, depending on the month, u llum għandna 3,955 applikazzjoni miftuħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għadni ma fhimtx x'inhi applikazzjoni miftuħa.", "ALEXIA VELLA: Applikazzjoni miftuħa jiġifieri ġenitur ikun kiteb lit-tifel jew lit-tifla tiegħu fiċ-ċentru taħt il-free childcare scheme imma ma jkunx qiegħed jibagħtu kuljum, għax f'dawn iċ-ċentri m'hemmx għalfejn tibgħathom kuljum lit-tfal, hija f'idejn il-ġenituri biex jaraw kemm għandhom bżonn jibagħtuhom, jew kif iqassmu l-ġimgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però ngħid sew li kien hemm żmien, ma nafx jekk għadhiex, fejn kien hemm xi forma ta' penalisation jekk tkun suppost qed tibgħat lit-tfal u ma tibgħathomx?", "Jekk niftakar tajjeb kien hemm regola li jekk inti tkun irreġistrajt lit-tifel għaċ-childcare u għal xi raġuni mhux ġustifikata dan it-tifel ma tibagħtux, u allura teoretikament il-Gvern ikun qed iħallas €3 kull siegħa għal tifel li mhux qed jattendi, teħel xi forma ta' penali.", "Kif taħdem din ir-regola?", "ALEXIA VELLA: Jekk tippermettili, se nibda billi nispjega pass qabel.", "Aħna nitkellmu fuq entitled hours, jiġifieri kull tifel jew tifla għandhom entitlement ta' ċerti sigħat ibbażati fuq is-sigħat li taħdem l-omm.", "Pereżampju, jekk l-omm taħdem 100 siegħa, allura aħna nikkalkulaw li kull xahar ikollha entitlement ta' 100 hours, plus 10%, plus another 20 hours, li jiġu 130 siegħa.", "Jiġifieri dak huwa l-massimu li dik l-omm tista' tibgħat lit-tfal tagħha fiċ-ċentri li qegħdin fl-iskema.", "Minn dawk il-130 siegħa għandna dak li ngħidulu absence entitlement, li huwa 25% u jaħdem eżatt kif jaħdem il-leave u s-sick leave ta' impjegat, fis-sens li bħalma jiġri meta jkun hemm impjegat li jaħli s-sick leave u l-leave kollu u allura ma jibqax jitħallas, l-istess jiġri f'dan il-każ; jekk dak il-25% jinqabeż, aħna inħallsu liċ-ċentru fuq l-attended hours minflok fuq il-booked hours.", "ALEXIA VELLA: Kull sena mill-2016, konsistentement, kellna 4.2 miljun siegħa booked per year, attended kellna 3.3 miljun siegħa, u ħallasna għal 4.1 miljun siegħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri dawn ikunu waqgħu taħt il-25%.", "ALEXIA VELLA: Huwa l-istess kull sena.", "Fil-fatt fl-2107 kien hemm 5 miljun siegħa booked, 3.9 miljun siegħa attended, u paid for 4.9 miljun siegħa.", "Imbagħad fl-2018 kien hemm 6.2 miljun siegħa booked, 4.7 miljun siegħa attended, u 6.1 miljun siegħa paid for.", "Jiġifieri t-trend hija ċara ħafna.", "Ovvjament, aktar ma jkollok tfal aktar se jkollok booked hours.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għad hemm potenzjal għat-tkabbir?", "Kemm tikkalkulaw li hemm tfal li potenzjlament jistgħu jattendu u ma jattendux?", "ALEXIA VELLA: Jekk nieħdu l-birth rate, li hija bejn wieħed u ieħor ta' 4,000 tarbija kull sena, nikkalkulaw li hemm potenzjal ta' 12,000 tifel u tifla.", "Minn dawk it-12,000, kull sena qegħdin naraw li jkollna, kif kellna s-sena l-oħra, 'il fuq minn 7,000.", "IĊ-CHAIRPERSON: And we are at?", "Hemmhekk kellna qabża tajba ħafna, anke meta kkomparat mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.", "Qiegħda dejjem insemmi l-2013 għax hija sena qabel ma bdiet l-iskema, u issa se nagħtikom rendikont ta' wara li ġiet imnedija l-iskema.", "Mis-sena li bdiet il-free childcare scheme, f'April 2014, jiġifieri lanqas kien għad kellna sena sħiħa, il-persentaġġ ta' nisa jaħdmu tela' għal 54.3%.", "Dan il-persentaġġ illum tela' għal 66%, filwaqt li l-EU average huwa ta' 67.9%.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHRIS SAID: M'għandix dubju li s-servizz taċ-childcare b'xejn għen ħafna biex iżjed nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, però meta nqabblu ċ-ċifri – ma nafx jekk taqbilx miegħi fuq dan il-punt – wieħed irid jikkunsidra li aħna kellna ġenerazzjoni fejn il-mara kienet tibqa' d-dar tieħu ħsieb l-affarijiet tal-familja.", "U allura jekk tieħu ċ-ċifri ta' kemm kien hemm nisa jaħdmu qabel l-2013, issib li fil-cohort ta' minn 18 sa 40 sena, kellek 70% tan-nisa jaħdmu – qed nivvinta ċ-ċifri għax ma niftakarhomx bl-amment – filwaqt li jekk tħares lejn dawk ta' bejn l-40 u s-60 sena ssib li ċ-ċifra tinżel għal 20%.", "Ovvjament, iktar ma jgħaddi ż-żmien, dawk li huma fl-age bracket ta' fuq qed jispiċċaw, jew ikunu ħarġu bil-pensjoni, filwaqt li dawk li huma iżgħar – anke jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri tal-istudenti li hemm fl-Università, li hija indikazzjoni, però mhijiex waħedha, jara li hemm aktar nisa minn irġiel li jkomplu l-istudji terzjarji – qed titla' dejjem 'il fuq u ftit ftit qiegħda ttella' ċ-ċifra tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "M'hemmx dubju li biex aħna jkollna pensjonijiet sostenibbli fil-pajjiż, wieħed mill-pilastri li rridu naħdmu fuqu – u dan huwa fejn iċ-childcare b'xejn żgur li għen – huwa li jkollok l-ikbar workforce possibbli għax b'hekk ikollok l-ikbar kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn ammont ikbar ta' nies.", "Fl-għaxar snin qabel l-2013, kemm kienet qed tiżdied kull sena, bħala medja, ir-rata tan-nisa fid-dinja tax-xogħol?", "ALEXIA VELLA: M'għandix din l-informazzjoni hawnhekk.", "CHRIS SAID: Forsi tkun tista' tibgħathielna ħalli wieħed ikun jista' jikkompara aħjar x'effett reali għamlet din l-iskema taċ-childcare.", "Meta tħares dawn iċ-ċifri at face value tara li għamlet effett ta' 2% kull sena, u allura f'madwar seba' snin għandek żieda ta' kważi 16%.", "ALEXIA VELLA: Offhand ngħid li żgur li ma kienx hemm din it-tip ta' curve.", "CHRIS SAID: Bla dubju, fil-fatt il-premessa li bdejt biha kienet li żġur li effettwat, imma biex wieħed ikun jista' jkejjel eżatt l-effett ta' din l-iskema jrid jara ċ-ċifri ta' bejn is-seba' u l-għaxar snin qabel ma bdiet, u jikkomparahom mas-seba' snin ta' wara li bdiet titħaddem l-iskema ħalli jara kemm kienet qed tiżdied ir-rata ta' nisa fl-impjieg ma' kemm żdiedet f'dawn is-seba' snin.", "Naħseb li b'hekk ikollna aktar stampa reali, għax meta taraha hekk tgħid li żdiedet b'14%, però fil-verità parti minnha kienet żieda naturali, fis-sens li kellek dawk li kienu ta' ċerta età li qegħdin jaslu għall-età pensjonabbli u posthom qed jeħduh il-ġenerazzjoni iktar żgħira.", "Jekk wieħed iħares lejn li llum għandhom 'il fuq minn 50 sena u li kienu jaħdmu għaxar snin ilu tara li kienu persentaġġ verament żgħir.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Vella, kif ċert li taf, jeżistu żewġ skemi oħra li kienu ġew introdotti qabel l-2013, u ċioè t-3 to 16 club u l-breakfast club.", "Min-naħa tagħkom, x'tagħmlu biex taraw li l-proċess ikun smooth kemm jista' jkun għall-ġenituri sabiex minn din l-iskema tal-free childcare imorru għal dawn iż-żewġ skemi li kienu ġew introdotti f'pajjiżna lura fl-2012?", "Kif tingħata l-informazzjoni lill-ġenituri biex possibbilment dawn it-tfal li jkunu qegħdin fl-iskema tal-free childcare jgħaddu biex ikomplu mbagħad jattendu f'dawn il-faċilitajiet l-oħra biex b'hekk il-ġenituri li jkunu daħlu fid-dinja tax-xogħol jistgħu jkomplu jaħdmu mingħajr problemi?", "ALEXIA VELLA: Bħala amminstrazzjoni tal-free childcare scheme, aħna mill-ewwel ninfurmaw lill-ġenituri sa meta se jibqgħu eliġibbli taħt l-iskema.", "L-eleġibilità tinħadem skont meta tkun twieldet it-tarbija, u allura meta t-tifel jew tifla jkunu eliġibbli għall-intake tal-kindergarten 1, jiġifieri jekk hux f'Settembru jew fi Frar; dawk li jagħlqu tliet snin sa Diċembru ta' dik is-sena jidħlu f'Settembru u dawk li jagħlqu tliet snin Mejju tas-sena ta' wara jidħlu fi Frar.", "Aktar ma jibda joqrob iż-żmien li t-tfal jieqfu mill-free childcare biex jibdew jattendu kindergarten 1, nerġgħu nikkomunikaw direttament mal-ġenituri ta' dawk it-tfal u ngħidulhom xi jridu jagħmlu għall-pass li jmiss.", "Ma nistax ngħid li nagħtu xi informazzjoni per se dwar il-Breakfast Club u l-Club 3 to 16.", "Ovvjament nagħtu informazzjoni jekk jistaqsuna, però dawk huma skemi li iktar jitħaddmu mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni ladarba t-tfal jibdew jattendu kindergarten 1.", "ROBERT CUTAJAR: Għandek data li turi jekk hemmx domanda iktar mill-bżonn li hemm jew minn dawk li huma eliġibbli li jistgħu japplikaw?", "Jekk malli t-tfal jagħlqu t-tliet snin il-ġenituri jsibu li ma jkunx hemm post f'dik l-iskola partikolari fejn it-tfal ikunu qegħdin jattendu, ma jsirx xi tip ta' koordinament biex it-tfal awtomatikament jidħlu fl-iskemi l-oħra ħalli b'hekk jibqgħu jiġu mogħtija l-benefiċċji lil dawk il-ġenituri anke wara li t-tfal jagħlqu t-tliet snin?", "ALEXIA VELLA: Il-free childcare tibqa' għaddejja sakemm it-tfal jibdew jattendu l-kindergarten.", "ROBERT CUTAJAR: Jiġifieri t-tfal ikollhom bejn wieħed u ieħor tliet snin.", "Jiġifieri jekk it-tifel jew tifla jagħlqu sninhom f'Ġunju, dawn jibqgħu jieħdu l-free childcare sa Settembru li wara.", "GLENN BEDINGFIELD: Naħseb li qed jistaqsi l-Onor.", "Cutajar hu jekk ġaladarba t-tfal ma jibqgħux eliġibbli biex jattendu ċ-childcare centres, jidħlux awtomatikament fil-breakfast club, jew jekk iridux jitolbu biex jagħmlu dan.", "ALEXIA VELLA: Iva jridu jitolbu għax dawk huma mħaddmin mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni permezz tal-Foundation for Education Services (FES).", "Il-Breakfast Club jiftaħ siegħa qabel ma tiftaħ l-iskola normali, jiġifieri t-tfal ikunu jistgħu jmorru l-iskola fis-7:00 a.m. minflok fit-8:00 a.m. (Interruzzjonijiet) Huwa extension ta' care services għat-tfal li jkunu daħlu aktar fir-rotta skolastika.", "CHRIS SAID: Jikkombaċċja mal-ħinijiet tax-xogħol.", "ALEXIA VELLA: Hekk hu.", "(Interruzzjonijiet) Trid issir applikazzjoni mad-dipartiment li jmexxi dik l-iskema.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet)): Sinj.", "Vella, inti għedtilna li fir-rigward ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, illum qegħdin inqarrbu l-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Fejn konna vis-à-vis l-medja tal-Unjoni Ewropea qabel ma beda jingħata ċ-childcare b'xejn?", "ALEXIA VELLA: Il-medja tal-Unjoni Ewropea kienet 65.3%, u aħna konna 52%.", "ALEX MUSCAT: Mir-riċerka tagħkom, kemm minn din iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol tista' tiġi attribwita għall-miżura taċ-childcare bla ħlas?", "ALEXIA VELLA: Riċerka speċifika li din hija l-unika contributing factor...", "ALEX MUSCAT: Ma naħsibx li hija l-unika.", "ALEXIA VELLA: Fil-ftehim li aċċennajt għalih iktar kmieni, kien hemm ukoll inizjattivi oħra minbarra l-free childcare, bħal pereżempju l-inwork benefit u t-tapering of social benefits.", "Jiġifieri jista' jkollok persuna li tkun ibbenefikat mill-iskema tat-tapering of social benefits, però imbagħad tkun ibbenefikat ukoll mill-free childcare scheme.", "Jiġifieri hemm ħafna variables li kkontibwixxew għaż-żieda li kellna fl-ammont ta' nisa fid-dinja tax-xogħol.", "ALEX MUSCAT: Imma bla dubju tat kontribut importanti żgur, però ma tafux kemm huwa l-persentaġġ ta' dak il-kontribut.", "ALEXIA VELLA: Naturalment hemm nies li bbenefikaw biss mill-iskema tal-free childcare.", "ALEX MUSCAT: Dik iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol – u m'iniex qed neskludi li kien hemm anke rġiel li wkoll ħarġu jaħdmu – qatt ikkwantifikajtu xi ġġenerat fl-ekonomija Maltija?", "X'attività ekonomika ġġenerat dik iż-żieda fil-persentaġġ tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol?", "ALEXIA VELLA: M'għandix dik l-informazzjoni għalkemm jista' jkun li jkun sar xi studju min-naħa...", "ALEX MUSCAT: Qed nistaqsik għax at one point kien hemm statistika – m'iniex ċert jekk hijiex ta' Jobsplus – li turi li l-investiment u n-nefqa li qed jagħmel il-Gvern kull sena fiċ-childcare ġiet maqbuża b'dak li qed tħalli fl-ekonomija ż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa.", "Intom qatt għamiltuh dan l-eżerċizzju?", "Biex isir dak l-eżerċizzju jrid ikun involut żgur il-Ministeru għall-Finanzi.", "GLENN BEDINGFIELD: X'inhi l-ispiża annwali?", "ALEXIA VELLA: Fl-2014 l-ispiża kienet ta' €5.2 miljun u kopriet minn April sa Diċembru.", "Fl-2015 l-ispiża telgħet għal €10 miljun li kopriet 12-il xahar, jiġifieri rduppjaw ix-xhur u rduppat l-ispiża.", "Irrid ngħid ukoll li fl-2014 kien hemm 3,800 tifel u tifla li bbenefikaw, filwaqt li fl-2015 kien hemm iktar minn 5,800 tifel u tifla li bbenefikaw.", "Imbagħad fl-2016 l-ispiża telgħet għal €12.6 miljun, u kien hemm madwar 5,900 tifel u tifla jattendu.", "Fl-2017 intnefqu €15.6 miljun, u kien hemm 6,445 tifel u tifla jattendu, fl-2018 kien hemm 6,737 tifel u tifla li bbenefikaw, b'nefqa ta' €20.4 miljun, u fl-2019 l-ispiża kienet ta' €26.4 miljun għal 7,300 tifel u tifla.", "Ma ninsewx li apparti li kien hemm żieda fin-numru ta' tfal, hemm ukoll żieda fir-rata.", "ALEX MUSCAT: Għandkom il-figuri tal-medja tas-sigħat li jagħmlu kull ġimgħa kull tifel u tifla li jużaw iċ-childcare centres?", "ALEXIA VELLA: Bħala medja, across the board, aħna nikkalkulaw li kull tifel u tifla jiswewnna €4,000 fis-sena.", "ALEX MUSCAT: U nifhem li dik l-ispiża qabel kienet tinġarr minn dik il-familja individwalment.", "Kemm-il siegħa jagħmlu bħala medja fil-ġimgħa t-tfal fiċ-childcare centres?", "Kif kont qed nispjega, on average, l-extended hours jammontaw għal 4 miljuni f'sena.", "ALEX MUSCAT: Però għandek il-kalkolu ta' kemm jattendu medja ta' sigħat kull tifel u tifla kull ġimgħa?", "ALEXIA VELLA: It's usually between 25 to 35 hours per child, imbagħad ovvjament ikollok grupp ieħor li forsi juża 45 hours a week.", "ALEX MUSCAT: Ftit aktar kmieni għedtilna li kull childcare centre li tkunu qed tixtru servizzi mingħandu jrid ikun liċenzjat.", "Min jieħu ħsieb dan?", "Kif taħdem?", "ALEXIA VELLA: Bażikament hemm dipartiment fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, li huwa d-Department of Quality and Standards in Education (DQSE), li jivverifika abbażi tan-National Standards for Child Daycare Centres tal-2006.", "Naturalment hemm ċerti kriterji li ċ-ċentru jrid jilħaq, bħala ċerti standards ta' saħħa u sigurtà, eċċ. Id-DQSE jivverifika li dawn il-kriterji veramnet ġew implimentati, jara kif inhu mqassam il-post, jara jekk hemmx health hazards għat-tfal, eċċ. Ġaladarba dan id-dipartiment jara li ċ-ċentru jkun laħaq l-istandards meħtieġa, joħroġlu registration certificate, li mingħajru wieħed ma jistax joffri servizz ta' childcare.", "Dan isir biex aħna nżommu ċertu standard.", "ALEX MUSCAT: Kif ninsabu llum fir-rigward tal-kapaċità taċ-ċentri lliċenzjali meta mqabbel mad-domanda?", "ALEXIA VELLA: Bħalissa għandna 146 childcare centre li bejniethom jistgħu jieħdu, bħala approved capacity, iktar minn 5,800 tifel u tifla at any one time.", "Jekk ninsew ftit in-numru tal-lum fis-sitwazzjoni tal-pandemija, u mmorru lura għal Frar, meta kien hemm bejn 4,000 u 4,500 tifel u tifla rreġistrati fil-free childcare scheme, naraw li the demand is meeting the supply.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm operaturi ta' childcare centres li ma laħqux il-kriterji?", "ALEXIA VELLA: Ma tantx nista' nirrispondi għal din id-domanda għax m'iniex involuta direttament fil-proċess.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri l-Ministeru għall-Edukazzjoni lilkom jgħaddulkom il-lista taċ-childcare centres li jistgħu joperaw.", "ALEXIA VELLA: Eżatt, u nista' ngħid li għandna a very good working relationship ma' dan id-dipartiment.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma l-kriterji ma tagħmluhomx intom.", "Għax huma qishom ir-regolatur.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri intom tħallsu l-ammont per child, imbagħad ma jkollhom x'taqsmu ma' xejn iktar.", "ALEXIA VELLA: Aħna għandna rata fissa li noffru, li hija ugwali għal kulħadd, lil min ikun jixtieq jidħol bħala provider magħna.", "GLENN BEDINGFIELD: Huma l-ġenituri li jagħżlu ċ-ċentru fejn jibagħtu lil uliedhom?", "ALEXIA VELLA: Iva, il-ġenitur huwa liberu li jagħżel f'liema childcare centre jixtieq jibgħat lit-tfal tiegħu.", "Hemm variables differenti kif ġenitur jagħżel ċentru minflok ieħor.", "Jista' jkun li jkun irid jibgħathom fil-lokalità li jgħix fiha, jew inkella fil-lokalità fejn ikun jaħdem, jew forsi għax is-sigħat tal-ftuħ huma aktar konvenjenti għalih.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri m'hemmx restrizzjonijiet bħalma hemm fl-iskejjel.", "ALEXIA VELLA: Le, tista' tkun tgħix il-Mellieħa u tibgħat lit-tfal f'ċentru f'Marsaskala.", "GLENN BEDINGFIELD: Kif inhuma mqassmin iċ-childcare centres?", "Forsi tista' tgħidilna li, pereżempju, fin-north ta' Malta hemm iktar milli hemm fis-south, jew inkella li f'Għawdex hemm ftit.", "F'Malta nista' ngħid li ċ-ċentri huma distrubuted pretty fairly.", "Meta bdejna forsi ċ-ċentri kienu jinsabu f'lokalitajiet ċentrali, imma llum jinsabu mqassma ma' Malta kollha.", "GLENN BEDINGFIELD: Jista' jkun li, pereżempju, hemm aktar ċentri fil-lokalitajiet fejn hemm aktar postijiet tax-xogħol?", "ALEXIA VELLA: Iva, hemm f'Birkirkara u Ħ'Attard, li huma żoni...", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm ukoll childcare centres inhouse ġo ażjendi.", "Dawk jaqgħu taħtkom ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm xi mudell li nimxu fuqu bħal, pereżempju, fuq kemm għandu jkun kbir childcare centre, jew kemm għandu jkun hemm tfal jattendu?", "ALEXIA VELLA: Dwar dan ma nafx nirrispondik għax jaqa' taħt ir-remit… (Interruzzjonijiet) Iva hemm standards, li ma nafx ngħidlek huwa fuq liema mudell huma maħduma.", "Pereżempju, żgur li ma jistax ikollok childcare centre mingħajr outdoor space.", "IĊ-CHAIRPERSON: U f'termini ta' età, kif tinħadem?", "ALEXIA VELLA: Jistgħu jattendu tfal bejn zero to three years, imma mbagħad hemmhekk fejn jidħol iċ-child to carer ratio.", "Ħafna ċentri għandhom ukoll baby room.", "Din hija kollha parti mir-review li għamlu d-DQSC, bħala regolatur, qabel ma japprovawlhom il-post.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura that imposes a limitation fuq li kulħadd jibgħat lit-tfal fejn jixtieq hu.", "Mhux hekk?", "ALEXIA VELLA: Jien kont qiegħda nitkellem bħala għażla ta' lokal.", "Pereżempju, jekk jien inkun nixtieq ċentru \"A\", imma dan ikun fully booked, iċ-ċentru jkunu jistgħu jżommuk fuq il-waiting list, but most of the time parents choose another centre.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura tagħmel skaletta ta' għażla meta tapplika?", "Qatt m'għażilt childcare centre jien!", "IAN CASTALDI PARIS: Sinj.", "Vella, bħala average occupancy, iċ-childcare centres kollha l-istess ikunu?", "IAN CASTALDI PARIS: Mil-lat ta' kemm ikollhom tfal.", "ALEXIA VELLA: Le, għandna childcare centres li jesgħu 120 tifel u tifla...", "IAN CASTALDI PARIS: Mhux kemm jesgħu, imma kemm ikollhom tfal jattendu fihom.", "ALEXIA VELLA: Ivarjaw.", "IAN CASTALDI PARIS: Taraw għalfejn ikun hemm minnhom li jkunu mimlijin u wħud li forsi ma jilħqu qatt il-full occupancy?", "ALEXIA VELLA: Aħna ma nidħlux fiha.", "GLENN BEDINGFIELD: Intom bażikament tħallsu skont kemm jattendu tfal; qisha l-parti amministrattiva.", "ALEXIA VELLA: Hekk hu.", "Aħna naraw li l-operatur ikun inħariġlu r-registration certificate u li baqa' in line.", "Jiġifieri r-registration certificate ma joħroġx darba ad aeternum.", "Childcare centres ġodda wara sitt xhur iridu jerġgħu jagħmluhom review, imbagħad jerġgħu jagħmluhulhom kull sena, u kull ċentru jrid isirlu review biex jerġgħu jġeddulu l-liċenzja.", "Jiġifieri ċ-childcare centres qegħdin ikunu monitored anke minn livell, kemm ta' standards kif ukoll ta' occupancy.", "GLENN BEDINGFIELD: Kemm iħaddem nies dan is-settur?", "ALEXIA VELLA: Dan is-settur iħaddem bejn 200 u 300 impjegat.", "ALEXIA VELLA: Kollox, jiġifieri managers, childcarers u owners.", "GLENN BEDINGFIELD: U ċ-childcarers irid ikollhom xi warrant?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri jeżistu korsijiet speċifikament għaċ-childcare.", "ALEXIA VELLA: Hekk hu.", "Dawn huma korsijiet li joffruhom kemm Jobsplus, kemm il-Malta College for Arts, Science and Technology (MCAST), kif ukoll il-privat.", "GLENN BEDINGFIELD: U tipprevedu growth fih?", "Kemm ikun hemm studenti li jidħlu għal dan il-kors?", "ALEXIA VELLA: S'issa konna qegħdin naraw growth sostanzjali, imma din is-sena… Bdejna minn 1,800 tifel u tifla jattendu ċ-childcare centres u tlajna għal 'il fuq minn 7,300, u din is-sena, għalkemm għandna l-pandemija, xorta lħaqna attendenza ta' 6,446 tifel u tifla.", "GLENN BEDINGFIELD: U fetħu erba' ċentri oħra.", "ALEXIA VELLA: Iva, matul dan l-aħħar xahar fetħu erba' childcare centres oħra.", "ALEX MUSCAT: X'inhi t-trend ta' kif żdiedu s-supply u d-demand?", "Il-kurva bdiet tiċċattja, jew baqgħet tiela' bl-istess rittmu?", "Kien hemm domanda kbira fil-bidu u issa kkalmat, jew baqgħet tiela' dejjem minn sena għall-oħra bl-istess mod?", "ALEXIA VELLA: Qisu qed tiġi ftit iktar constant.", "Ħalli nitkellmu sal-2019 ħalli nikkomparaw full years.", "Kif bdejna, f'April 2014, tlaqna minn 1,800 tifel u tifla, u matul l-aħħar ftit xhur tas-sena 2014 kien hemm 'il fuq minn 3,800 parteċipant, jiġifieri l-uptake irduppjat fi ftit xhur.", "Is-sena ta' wara kellna 5,800 parteċipant fl-iskema, u t-trend baqgħet tiela' però mhux bl-ammonti li kienu fl-ewwel sentejn; qisu qiegħda tistabbilixxi ruħha.", "ALEX MUSCAT: Il-ħlas għas-servizz isir minn Jobsplus jew mill-Ministeru għall-Edukazzjoni?", "ALEXIA VELLA: Il-ħlas per se isir mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, filwaqt li l-amministrazzjoni ssir min-naħa ta' Jobsplus.", "ALEX MUSCAT: U kif taħdem is-sistema?", "Diġà tkellimna ftit dwar dan mal-Awditur Ġenerali fil-ġimgħat li għaddew imma xtaqtek tgħidilna x'tip ta' monitoring ikun hemm biex taraw li t-tfal ikunu qegħdin effettivament jattendu ċ-ċentru, kemm-il siegħa jagħmlu hemmhekk, eċċ.", "ALEXIA VELLA: Bħala skema, għandna a dedicated information system, li hija fully online, fejn nirċievu applikazzjonijiet, naraw li jsir il-vetting tagħhom, naċċettawhom, imbagħad we monitor through there.", "Dak kollu jiġi recorded fis-sistema tal-IT li qed insemmi, iċ-Child Information System (CIS), u fl-aħħar tax-xahar is-sistema tieħu stock tal-ins and outs kollha għal kull parteċipant għal kull ċentru, tagħmel il-kalkoli tagħha vis-à-vis ir-rata ta' dik is-sena u toħroġ il-pagament eliġibbli bil-variables kollha li fuqha hija bbażata s-sistema, jiġifieri li nħallsu fuq il-booked hours u jekk ikun hemm xi absents, dan jitnaqqas ħalli b'hekk dejjem inżommu rendikont.", "Fl-aħħar tax-xahar tinġibed id-data tal-pagamenti ta' kull ċentru u jgħaddi għand l-accounts office tal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex jinħarġu l-pagamenti through bank transfers.", "ALEX MUSCAT: U dawk il-verifiki jkunu qegħdin isiru min-naħa tagħkom.", "Jiġifieri jekk hemm Childcare \"X\" li kull xahar jagħmel billing tal-ammont ta' sigħat li jkun ta, intom tivverifikaw through the CIS li dawk is-sigħat veru għamluhom hemmhekk it-tfal?", "ALEXIA VELLA: Iva, aħna nimxu skont il-fobbing li jkun sar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nifhem sew li biex tifel jew tifla tattendi childcare centre irid ikun hemm both parents working?", "ALEXIA VELLA: Iva, irid ikun hemm both parents working, and in case of a single parent, ovvjament dak il-ġenitur irid ikun qed jaħdem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri aħna nħarsu lejn din l-iskema biss bħala facilitator biex persuna toħroġ taħdem, jew naraw valur fiha nnifisha li tfal ta' bejn zero and 3 years jattendu childcare centre?", "Għax inkella qegħdin ngħidu li x-xogħol ta' mara jew raġel fid-dar m'għandux valur, u qegħdin ngħidu wkoll li tifel jew tifla ta' bejn zero u tliet snin li m'għandhiex il-ġenituri jaħdmu, ma tistax tgawdi bil-value added tal-fatt li marret ġo childcare centre.", "X'inhu l-prinċipju?", "Huwa wieħed ekonomiku biss?", "Is it only a vehicle biex in-nisa joħorġu jaħdmu?", "Jekk inhu hekk allura qegħdin inneħħu kwalunkwe valur, whatever it may be, ta' persuna li taħdem id-dar, u qegħdin ukoll inċaħħdu zero to three year olds milli jattendu a childcare centre għas-sempliċi fatt li none of their parents work.", "ALEXIA VELLA: Se nirrispondik fuq tan-nisa jaħdmu mid-dar.", "IĊ-CHAIRPERSON: U anke dawk li nsejħulhom \"nisa tad-dar\", li fih innifsu għandu valur ekonomiku.", "ALEXIA VELLA: Dawk in-nisa li jaħdmu mid-dar bħala remote working jew teleworking xorta huma eliġibbli.", "Dik ma tistax tikkwalifika minn din l-iskema?", "X'inhi l-ġustifikazzjoni tagħha, jekk hemm?", "Għax ma rridux ninsew li l-ġenituri jistgħu jkunu qegħdin jistudjaw, u dan sar biex ninċentivaw lin-nies ikomplu jistudjaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però omm li għar-raġunijiet tagħha ma tistax tmur taħdem – u m'għandix dubju li dawn jeżistu –...", "GLENN BEDINGFIELD: F'dak il-każ għandha dritt għall-Pensjoni tal-Wens.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux neċessarjament.", "Ommi, Alla jaħfrilha, qatt ma ħadet Pensjoni tal-Wens u qagħdet id-dar trabbi t-tfal.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma dak iż-żmien ma kenitx għadha teżisti.", "Illum il-ġurnata min joqgħod id-dar biex jieħu ħsieb membri tal-familja...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nirriferi għal dawn in-nies li ma jmorrux jaħdmu għax...", "GLENN BEDINGFIELD: Għax ma tridx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le.", "CLAYTON BARTOLO (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali): Illum hemm ukoll nisa li, għal xi raġuni jew oħra, qatt ma ħadmu u l-Gvern xorta qed jagħtihom xi forma ta' għajnuna.", "GLENN BEDINGFIELD: Hija mistoqsija valida.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien m'iniex qed nipprova niskorja punti politiċi, imma qed nistaqsi għalfejn tifel jew tifla ta' tliet snin li ommha jew missierha huma tant għażżenin li ma jridux imorru jaħdmu, għandhiex tiġi diskriminata b'dan il-mod.", "Jiġifieri t-tifel jew tifla qed iħallsu prezz għal nuqqas, abbuż, għażż, jew raġuni valida tal-omm u l-missier.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, nixtieq norbot mistoqsija ma' dan li qed tgħid ħalli nkompli fuq l-argument tiegħek.", "Forsi kien hemm il-biża' li jkun hemm min jagħżel li \"jipparkja\" t-tfal fiċ-childcare centres, a skapitu ta' nisa li jagħżlu li joħorġu jaħdmu, fejn li eventwalment ma tgawdix biss il-mara, imma tgawdi l-familja kollha kemm hi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nifhem li hemm valur fih innifsu...", "Jien hekk nimmaġina, għalkemm forsi jista' jkun hawn min jgħidli li xjentifikament dak li jitgħallem f'dawk it-tliet snin ma jiswa xejn għall-ħajja, għax dak li jkun tgħallem fi tliet snin jista' jitgħallmu fi kwarta meta jkollu ħames snin.", "Jista' ikun hemm dak l-argument, però ma naħsibx.", "ALEXIA VELLA: Il-kriterji biex tfal jibbenefikaw mill-Free Childcare Scheme huma dawk, u dan sar biex ma nħallux in-nies ikunu passive u għażżenin u jibqgħu d-dar.", "Huwa għalhekk hemm dawn l-iskemi, bħat-tapering of benefits u free childcare, ħalli lin-nies tinċentivahom to make work pay.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però sar studju tal-valur taċ-childcare għall-finijiet tat-tfal?", "ALEXIA VELLA: Min-naħa ta' dan l-uffiċċju, le.", "IĊ-CHAIRPERSON: For all I know, jista' jkun li ma jagħmillux ġid li jmur fiċ-childcare centres, imma tagħmillu l-ħsara għax għandu bżonn il-mummy.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk ikollok ġenituri li jkunu qegħdin jaħdmu u allura jikkwalifikaw għall-free childcare u xi ħadd minnhom jitlef l-impjieg, jitilfu awtomatikament id-dritt għal dan il-benefiċċju?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri hija marbuta mal-impjieg.", "ALEXIA VELLA: Iva, għax jekk ma tagħmilx dik, kif rajna f'pajjiżi oħra fosthom l-Irlanda u l-Ingilterra… Pereżempju, fl-Irlanda, li ġieli ġew Malta biex jitgħallmu mill-iskema tagħna, joffru free childcare għal min qiegħed fuq social benefits, u ladarba dik il-persuna tidħol fid-dinja tax-xogħol – li l-maġġoranza tad-drabi jkunu entry level jobs with entry level wages – jitwaqqfulha l-free childcare benefit.", "Allura li jiġri hu li dawn ma jmorrux jaħdmu ħalli jibqa' jkollhom il-free childcare.", "This is a poverty trap, u kien għalhekk li fil-Jobsplus agreement tal-2013, li semmejt aktar qabel, iddaħħal il-prinċipju bażiku li l-ġenituri jridu jkunu jaħdmu, proprju to get Malta out of the passive state fejn kien hemm ħafna nies relying on social welfare because it did not pay you to get off it.", "U għalhekk ukoll hemm it-tapering of social benefit.", "Il-maġġoranza tan-nies li jkunu fuq social benefits, jekk se jidħlu fid-dinja tax-xogħol, il-probabbiltà kienet li se jkollhom income inqas, jew ugwali għal dak li jieħdu f'benefiċċji, u allura ma kienx hemm inċentiv biex dawn jidħlu jaħdmu.", "ALEX MUSCAT: Kif għedt inti, il-free childcare twieled frott il-politika making work pay, imma lura fl-2017 kien hemm il-proposta li l-free childcare jibda jingħata irrispettivament minn jekk il-ġenituri t-tnejn jaħdmux, jiġifieri it's a change in political direction.", "Kif taħdem dik?", "X'impatt ikollha fuq din il-policy?", "ALEXIA VELLA: Ikollha impatt żgur, u naħseb li jkun ftit negattiv mil-lat ta' impatt fuq active labour market measure.", "Meta m'hemmx l-incentive effect jista' jkun li timpatta negattiv mhux fuq l-iskema biss, imma anke fuq affarijiet oħra, ripple effect so to say, fejn forsi dak li jkun ma jinċentivax ruħu li jsib xogħol.", "Aħna ma nagħmlu restrizzjoni ta' xejn fuq l-ammont ta' sigħat li jaħdem il-ġenitur.", "Jista' ikun li persuna taħdem ħames sigħat fil-ġimgħa u xorta tkun eliġibbli, b'dik l-equation li rriferejt għaliha iktar kmieni, għal sigħat ta' free childcare pro rata.", "Jiġifieri aħna ma ngħidux li dak li jkun bilfors irid jaħdem full time, imma nħalluhom liberi biex ninċentivaw lin-nies u nuruhom li hemm benefiċċji meta persuna tkun fid-dinja tax-xogħol.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma m'hemmx eżerċizzju biex ikejjel the benefit for the child.", "Kif qed tgħid inti, jekk omm taħdem għaxar sigħat fil-ġimgħa, probabbli t-tifel se jkun entitled for one hour of childcare.", "Jien naħseb li għandu jsir eżerċizzju ta' x'inhu l-benefit for the child because I think there are benefits.", "If I had to suggest something, ngħid li għandu jsir analiżi ta' x'inhu l-benefiċċju u x'inhuma l-minuses ta' tifel jew tifla li jattendu childcare centre.", "Kemm hu l-ammont ta' sigħat ideali li t-tfal għandhom jattendu?", "ALEXIA VELLA: Jeżistu studji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma jidher li l-criteria of admission bl-ebda mod m'huma marbutin ma'...", "Jien iktar qed nitkellem fir-remit...", "Għax sistema ta' childcare waħda hemm, m'hemmx skema oħra.", "Kif diġà spjegajt din hija amministrata mill-FES, l-istess nies li jamministraw il-Club 3 to 16 u Skolasajf.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li tikkejterja għal kemm?", "ALEXIA VELLA: M'għandix id-dettalji eżatt, però I know it is means tested, to reach certain cohorts kif kont qed tispjega inti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kieku kelli nagħti parir – nerġa' ngħid li m'iniex espert – ngħid li għandha ssir analiżi ta' x'inhu l-ideali għal tfal fl-età ta' bejn zero to three years.", "ALEXIA VELLA: Dawn it-tip ta' studji qegħdin isiru, però…", "IĊ-CHAIRPERSON: Min ikun jista' jgħidilna.", "ALEXIA VELLA: Dawn l-istudji jaqgħu taħt il-kappa tal-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC).", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kieku kellna nġibu lil xi ħadd hawnhekk biex jispjegalna dwar dan, lil min tissuġġerixxi?", "ALEXIA VELLA: Xi ħadd żgur minn naħa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din is-sistema tikkejterja b'mod partikolari għal tfal bi bżonnijiet speċjali?", "Nafu li hemm tfal bi bżonnijiet speċjali, anke ta' din l-età, which have to be addressed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ġenitur li għandu tifel ta' xahrejn bi bżonnijiet speċjali, u għandu bżonn l-għajnuna...", "GLENN BEDINGFIELD: Hawn ċentri apposta għalihom, jew jistgħu jmorru f'kull ċentru li jkun mgħammar biex jilqa' lil dawn it-tfal?", "Jew inkella kull ċentru huwa mgħammar għal hekk?", "ALEXIA VELLA: Mill-ftit esperjenza li għandi, għax jien m'iniex esperta fil-qasam ta' children with special needs, nista' ngħid li ħafna drabi t-trabi forsi jkollhom bżonn ftit aktar attenzjoni jew kura ta' ċertu tip, però il-kura prinċipali hija l-istess bħal dik li tingħata lil tarbija oħra.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri m'hemmx childcare centres speċjalizzati.", "IĊ-CHAIRPERSON: But in a special way?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nista' nimmaġina problemi ta' mothers li għandhom tfal under three years li probabbilment ma jmorrux jaħdmu, jew għandhom a higher hurdle minħabba li għandhom tfal li għandhom bżonnijiet speċjali.", "ALEXIA VELLA: Ġieli jkun hemm każijiet fejn tfal li jkollhom xi tip ta' special needs, ikunu iktar prone li, pereżempju, jimirdu.", "F'dak il-każ aħna ngħinu billi jekk ikollhom bżonn absence ta' iktar minn 25% of the booked hours, the parents are not penalised.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri xorta jistgħu jagħżlu any centre.", "U x'jiġri attwalment fil-ħin li jkun hemm it-tfal fiċ-childcare centre?", "Huwa regolat minn xi tip ta'...?", "ALEXIA VELLA: Jiġifieri mil-lat ta' activities u edukazzjoni?", "ALEXIA VELLA: Dak ukoll huwa rregolat min-naħa tal-QSE u huwa parti mill-eżami li jsirilhom biex tingħata l-liċenzja.", "Jiġifieri min ikun qed jagħmel l-assessment ma jarax biss kemm hi kbira l-kamra u kemm hi kbira l-bitħa, imma jara ukoll x'materjal edukattiv għandhom, x'attivitajiet jistgħu jipprovdu.", "Jiġifieri huma jaraw li ċ-ċentru għandu l-istandards kollha relatati mal-edukazzjoni u l-kura.", "Huwa għalhekk li aħna ma naċċettaw lil ħadd b'ċentri li mhumiex liċenzjati, biex dejjem noffru servizz li nafu li huwa ta' standard tajjeb.", "ROBERT CUTAJAR: L-eżerċizzju fiżiku huwa nkluż fid-day-to-day activities li jkollhom dawn it-tfal?", "Jiġifieri jkollhom xi tip ta' eżerċizzju fiżiku fejn joħroġu barra fil-bitħa u mhux joqogħdu l-ħin kollu fil-klassi?", "Huma parti mill-kriterji li jrid ikollok spazju miftuħ fejn it-tfal ikunu jistgħu jistgħu joħorġu fihom f'ħinijiet differenti tal-ġurnata?", "ALEXIA VELLA: Iva, wieħed mill-kriterji huwa li jrid ikollhom outdoor space, ovvjament biex ikun jista' jintuża mit-tfal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma jidhirx li hawn aktar mistoqsijiet, għalhekk nirringrazzja lis-Sinj.", "Vella u nitlobha tirtira mill-Kamra.", "Qabel naġġornaw xtaqt nerġa' nfakkarkom li nhar it-Tlieta li ġej għandna Joint Committee li fih se jkun qiegħed jindirizzana s-Sur Leo Brincat.", "Għaldaqstant inħeġġeġ lill-Membri kollha ta' dan il-kumitat sabiex jattendu.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fit-3.22 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201111_069d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 69", "L-Erbgħa, 11 ta' Novembru, 2020.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:04 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali), l-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet), l-Onor.", "Robert Cutajar (sostitut tal-Onor.", "L-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, u d-Deputat Awditur Ġenerali, is-Sur Noel Camilleri, kienu preżenti għal din il-laqgħa.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 68, li saret fl-14 t'Ottubru 2020, ġew konfermati.", "Iċ-Chairman fakkar lill-Kumitat li huwa kien irċieva ittra, datata 4 t'Awwissu 2010, mingħand is-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, rigward proposta dwar a possible way forward għar-write offs ta' uncollectable arrears of revenue.", "Kopja ta' din l-ittra kienet intbagħtet lill-Membri kollha tal-Kumitat.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR IL-FOLLOW-UP REPORT 2019 MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA - FREE CHILDCARE SCHEME (Dok.", "Id-diskussjoni rriżumiet minn Laqgħa 68 tal-14 t'Ottubru 2020.", "Fis-2:09 p.m. is-Sinj.", "Alexia Vella ġiet imsejħa sabiex tidħol fil-Kamra tal-Kumitat u, wara li ngħatat il-ġurament, bdiet tagħti x-xhieda tagħha.", "L-Onor.", "Chris Said talab li l-Kumitat jingħata informazzjoni dwar kemm żdiedet kull sena, matul l-aħħar għaxar snin, ir-rata tan-nisa fid-dinja tax-xogħol f'pajjiżna.", "Fit-3:21 p.m. is-Sinj.", "Vella spiċċat tagħti x-xhieda tagħha.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-3:22 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat bl-istess aġenda għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201111_069m_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZARJI", "LAQGĦA NRU 17", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru 2020.", "Din kienet laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, li ltaqgħu fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:37 p.m.", "Din il-laqgħa konġunta kienet preseduta mill-Onor.", "PREŻENTI:", "Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi: Il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Clayton Bartolo (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali); l-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet).", "Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji: Il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Clayton Bartolo (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali); l-Onor.", "Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej: L-Onor.", "Evarist Bartolo (Ministru għall-Affarijiet Barranin); l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Għal din il-laqgħa attenda ukoll l-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "PREŻENTAZZJONI MIS-SUR LEO BRINCAT, MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI, DWAR IR-RAPPORT ANNWALI U R-RAPPORT FUQ L-ATTIVITAJIET TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI GĦAS-SENA 2019", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lis-Sur Romuald Kayibanda, Head of Cabinet, u lis-Sinjura Annette Farrugia, Attachè tal-Cabinet tas-Sur Brincat, sabiex jagħtu preżentazzjoni dwar ir-rapport annwali u r-rapport fuq l-attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2019.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sur Brincat poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Wara l-preżentazzjoni saru numru ta' mistoqsijiet mill-Membri preżenti lis-Sur Brincat.", "Fis-5:50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20201117_017m_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU 21", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru 2020", "Din kienet laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, li ltaqgħu fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:37 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Onor.", "Evarist Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali l-Onor.", "Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kien hemm is-Sa Emma Terribile, Manager II (Research) mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "PREŻENTAZZJONI MIS-SUR LEO BRINCAT, MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI, DWAR IR-RAPPORT ANNWALI U R-RAPPORT FUQ L-ATTIVITAJIET TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI GĦAS-SENA 2019", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lis-Sur Romuald Kayibanda, Head of Cabinet, u lis-Sinjura Annette Farrugia, Attache tal-cabinet tiegħu, biex jagħtu preżentazzjoni dwar ir-rapport annwali u r-rapport fuq l-attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2019.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sur Brincat poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-5.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20201117_021m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 70", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 70", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:37 p.m.", "Din kienet laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "PREŻENTAZZJONI MIS-SUR LEO BRINCAT, MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI, DWAR IR-RAPPORT ANNWALI U R-RAPPORT FUQ L-ATTIVITAJIET TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI GĦAS-SENA 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Jean Claude Micallef): Nagħti merħba lil kulħadd għal din il-laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji li fiha se nkunu qegħdin nilqgħu lis-Sur Leo Brincat, membru fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Sur Brincat, nagħtik merħba u nagħtik il-kelma.", "IS-SUR LEO BRINCAT: (Awditur tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri): Grazzi, Sur President.", "L-ewwel nett nibda biex insellem lil kull min qiegħed madwar din il-mejda, kemm kollegi antiki kif ukoll Deputati li ma kellix il-fortuna li nilħaqhom meta kont għadni fil-Parlament.", "Onor. President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, Onor. Presidenti tal-Kumitati, u Onor. Membri, bħal dan iż-żmien sena ppreżentajtilkom ktejjeb dwar l-awditu annwali tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-qosor fl-isfont tal-ħatra ta' Kummissjoni Ewropea ġdida u ta' Parlament Ewropew ġdid.", "Din is-sena qed inressaq il-ktejjeb 2019 Awditu Annwali tal-Unjoni Ewropea fil-qosor fi żmien meta, kif tafu, madwar l-Ewropa kollha, u anke lil hinn minnha, għadu jinħass sew l-effett tal-pandemija COVID-19 li ħakmitna sa mill-ewwel kwart ta' din is-sena.", "Din il-pandemija ħolqot b'mod dirett sfidi, u jien ngħid anke opportunitajiet, dwar kif kellna noperaw u naqdu d-dmirijiet statutorji tagħna b'rispett sħiħ lejn l-obbligi tagħna li joħorġu mit-Trattat ta' Lisbona.", "Ir-Rapport Annwali għas-sena 2019 huwa l-aħħar rapport għas-sena 2014-2020.", "Bħas-snin ta' qabel ikkonkludejna li l-kontijiet tal-UE jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja, iżda fil-każ tal-compliance audit, li huwa l-ivverifikar tal-legalità u r-regolarità fin-nefqa, għall-kuntrarju tal-aħħar tliet snin li għaddew, fejn konna ħriġna opinjoni kwalifikata, din is-sena ħriġna b'opinjoni avversa.", "Minkejja li l-istima tagħna għar-rata ta' żball ġenerali fin-nefqa hija ta' 2.7% – jiġifieri kulma varjat mis-sena li għaddiet kien biss 0.1% – u minkejja l-iżviluppi pożittivi fin-nefqa tal-amministrazzjoni tal-UE u parti mir-riżorsi naturali, kien hemm oqsma bħall-koeżjoni, il-kompetittività, u parti mill-qasam tar-riżorsi naturali, li rriżultaw f'rata ta' żball pjuttost għoli.", "U se nagħtikom eżempju biex tifhmuni aħjar.", "Veru li niddejjaq nagħti persentaġġi, imma jekk ma nagħtix persentaġġi wieħed ma jifhimx eżattamennt għalfejn din id-darba wasalna għall-opinjoni avversa.", "Ir-raġuni hija minħabba l-mod kif inhu kompost il-baġit tal-UE u kif jevolvi matul is-snin.", "Il-proporzjon tan-nefqa fil-popolazzjoni awditjata kien ta' riskju ogħla.", "L-istima ta' żball għal din it-tip ta' nefqa kien ta' 4.9%, meta s-sena ta' qabel kien ta' 4.5%.", "Is-soltu, kif jinqabeż it-threshold ta' 3% tibda tixgħel il-bozza.", "Kif tafu, f'Ġunju 2020, il-Kunsill Ewropew laħaq ftehim politiku dwar il-finanzjament multiannwali, il-Multiannual Financial Framework (MFF), għall-2021-2027, u l-istrument ta' irkupru temporanju, in-Next Generation EU (NGEU).", "Fil-fehma tagħna u ta' ħafna, dan il-ftehim jimmarka bidla storika fil-finanzi tal-UE.", "L-Unjoni Ewropea se żżid l-infiq tagħha b'mod sinifikanti meta kkomparat mal-perjodu tas-seba' snin preċedenti, biex l-ewwel nett tindirizza l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi COVID-19, bil-pagamenti tal-UE jiżdiedu kważi darbtejn fl-ewwel snin.", "F'dawn iż-żmenijiet ta' kriżi huwa vitali li l-infiq tal-UE jagħti riżultati malajr u b'hekk juri l-valur miżjud tal-koperazzjoni u s-solidarjetà Ewropea, idealment bil-fatti.", "B'hekk, il-ġestjoni tal-finanzi tal-UE b'mod sod u effettiv isir aktar importanti għax jinvolvi responsabilitajiet akbar, kemm għall-Kummissjoni, kemm għall-istati membri, kif ukoll għalina fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Fis-snin li ġejjin se nkomplu nkunu attivi u viżibbli fl-appoġġ ta' responsabilità u trasparenza għal kull forom ta' finanzi tal-UE li jħarsu kemm lejn il-baġit tal-UE kif ukoll lejn l-appoġġ finanzjarju pprovdut permezz tal-istrument NGEU.", "Ninsabu resqin lejn it-tmiem tal-aħħar ġimgħat tal-istrateġija attwali tal-Qorti li kienet għat-tliet snin 2018-2020.", "Huwa mistenni li mill-bidu tas-sena l-ġdida jibda jkollna strateġija għal ħames snin, minflok għal tliet snin, sabiex tgħinna nippjanaw aħjar u aktar għat-tul.", "It-tir tagħna huwa li jkollna strateġija anke dwar l-etika.", "Matul is-sena rajna li jsir peer review tal-istrateġija li waslet biex tintemm sabiex tagħtina input qawwi fit-tfassil ta' dik ġdida.", "Dan sar mill-organiżżazzjonijiet nazzjonali tal-awditu tal-Olanda, id-Danimarka u l-Istati Uniti.", "Għażilna dawn it-tlieta għax huma meqjusin fost l-aktar supreme audit institutions li għandhom standing għoli fl-Ewropa, fost ħafna oħrajn.", "Matul l-2019 rajna din il-foresight strategy tagħna tintegra ruħha dejjem aktar fl-awditu tagħna, u għal dan il-għan waqqafna Strategy and Foresight Advisory Panel.", "Intensifikajna l-ħidma tagħna flimkien mal-istakeholders istituzzjonali, mingħajr ma xellifna l-indipendenza tal-operat tagħna, kif jista' jixhed is-Sur Deguara għall-mod kif naħdmu man-National Audit Office (NAO).", "Saħħaħna, sa minn qabel il-pandemija, l-użu tal-video conferencing u tat-teknoloġija tal-informatika, għall-interazzjoni aħjar mal-auditees tagħna, kif ukoll għall-kisba ta' data sigura u kondiviża ta' dokumenti.", "Ħidmietna għenet biex tiġi mħarsa aħjar l-accountability chain tal-UE permezz ta' rapporti, reviews u opinjonijiet tagħna.", "It-twaqqif tad-Digital Steering Committee, li tiegħu jien membru, se jħaffef il-proċess ta' trasformazzjoni li għaddejja minnha l-qorti.", "L-istess jista' jingħad għall-isforz tagħna sabiex nersqu aktar qrib in-normi ta' awditjar sostenibbli permezz ta' dak li aħna qed insejħu sustainability reporting.", "Għadna bidu, imma mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Bħal dejjem jien inħobb nagħmel riferenza għal Malta fir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "L-ewwel riferenza hija l-kwestjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja li huma relatati mal-baġit 2019, li tistgħu ssibuha f'Annex 2.1.", "Ir-rata ta' assorbiment tal-European Structural and Investment Funds (ESIF) kienet ftit aktar baxxa fis-sena finanzjarja 2019 meta mqabbla mal-2012, is-sena korrispondenti tal-MFF preċedenti.", "Dan ifisser li Malta tinsab ftit inqas mill-medja Ewropea; 2019 b'39.6%, u fl-2012 b'46.4%.", "Rigward l-open points fuq riżorsi proprji tradizzjonali, dawk li ngħidulhom traditional own resources u riżervi tal-VAT, ma kienx hemm żviluppi ġodda – Malta għandha erba' open points fil-kuntest ta' traditional own resources magħmulin primarjament minn dazji doganali – għal dak li jirrigwarda nuqqasijiet li seta' kien hemm fil-kontrolli interni fil-ġlieda għad-dazji dovuti.", "Il-Kummissjoni tagħti żmien lill-awtoritajiet rispettivi fl-istati membri biex jindirizzaw dawk in-nuqqasijiet u tneħħi r-riżervi wara li tkun ittieħdet azzjoni xierqa.", "Ir-riżerva tal-VAT imwaqqfa fl-2018 tirrelata għall-perjodu 2014-2016 u tirriferi għall-infringements billi Malta, bħal Ċipru u l-Greċja, kienu qalulna li ma ġabrux l-ammont korrett ta' VAT fuq il-provvediment tal-yachts.", "Fiż-żmien 2014-2020 fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, ġew eżaminati seba' tranżazzjonijiet f'Malta u ma nstab l-ebda żball kwantifikat, jiġifieri żball li għandu impatt finanzjarju dirett u li jista' jitkejjel fuq l-ammont tal-oġġett ittestjat.", "Dan ovvjament fil-kuntest ta' €88 miljun f'kontribuzzjoni tal-fondi mill-UE.", "Fil-qasam tar-riżorsi naturali, għall-2019 Malta rċeviet l-inqas ammont ta' fondi meta kkomparata mat-28 stati membri l-oħra.", "Bħala membru fi ħdan Chamber 3 tal-Qorti, li hija responsabbli għall-azzjoni esterna, sigurtà u ġustizzja, ġejt allokat żewġ awditi importanti ħafna, li forsi nista' naġġornakom dwarhom.", "Dawn huma l-Aġenzija Frontex u r-Returns Policy tal-UE, u t-tnejn jinsabu fi stadju avvanzat ħafna u mistennija li jiġu ppubblikati s-sena d-dieħla.", "Bi tħejjija għalihom, kelli okkażjoni niltaqa' mal-ogħla uffiċjali Taljani, kemm ministerjali kif ukoll mal-kmandanti ġenerali tal-Guarda di Finanza, il-Capo della Polizia, u l-ogħla diriġenti tal-Guarda Costiera, filwaqt li f'Berlin, ftit ġimgħat ilu, iltqajt mas-Segretarju tal-Istat għall-Intern u ma' uffiċjali tekniċi għoljin tal-istess ministeru li jaħdmu fuq il-politika tar-ritorn.", "Fl-isfont tar-rapport li qed inħejji kelli laqgħat produttivi ħafna kemm mal-Kummissajru għall-Affarijiet Interni, Ylva Johansson, kif ukoll mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Promozzjoni tal-Ħajja Ewropea, Margaritis Schinas .", "Żammejt din id-drawwa tiegħi li nikkonsulta dwar il-ħidma tiegħi mal-Parlamentari Ewropej, mhux biss wara li nippubblika r-rapporti tiegħi, kif jagħmlu ħafna membri oħrajn, iżda anke waqt li dawn ikunu qed jiġu mħejjija.", "Hekk għamilt fl-ewwel xhur ta' din is-sena, apparti li aċċettajt li nagħmel preżentazzjoni tax-xogħol tiegħi lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew.", "Ftit tal-ġimgħat ilu ħadt sehem ukoll f'video conference mal-Working Party dwar il-politika tal-migrazzjoni tal-Partit tal-Ħodor tal-istess Parlament.", "Min-naħa tiegħi dejjem fittixt li ninvolvi l-gruppi politiċi kollha, u fil-fatt nista' ngħid li dejjem kellna rispons pożittiv anke tramite ż-żewġ MEPs Maltin, Miriam Dalli għal dak li huwa s-Socialist Group, u Roberta Metsola għal dak li huwa l-European People's Party, li kull meta tlabnihom kienu strumentali biex organizzawlna laqgħat mal-persuni speċjalizzati fl-oqsma li aħna konna nteressati fihom.", "Apparti minn dawn iż-żewġ rapporti nħtart membru rapportatur fuq opinjoni b'rispons lejn emenda fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-pjattaforma dwar il-protezzjoni ċivili fuq livell Ewropew.", "Dan għaliex meta għandek reazzjoni għall-pandemija, l-UE trid tkompli tiżgura li tkun tista' tipprovdi appoġġ aħjar f'każ ta' kriżi u ta' emerġenza liċ-ċittadini tagħha, kemm fl-Ewropa kif ukoll 'il barra minnha.", "Dwar dan se nkellimkom fit-tmiem din il-preżentazzjoni.", "Apparti milli ġejt maħtur mill-ġdid membru alternattiv tal-Kumitat tal-Etika tal-Qorti, għadni kemm ġejt magħżul membru tal-kumitat li jħares il-kontroll tal-kwalità tal-awditjar tal-Qorti, imsejjaħ the Audits Quality Control Committee.", "Fil-bidu tas-sena, ovvjament qabel ma faqqgħet il-pandemija, kelli l-unur li nilqa' fil-Qorti lill-Prof.", "Simone Borg mill-Università ta' Malta, fejn apparti minn laqgħat oħra u working lunch, għamlet preżentazzjoni interessanti ħafna għall-ħaddiema kollha tal-Qorti dwar Pathways to Carbon Neutrality - A Journey to Unchartered Territory.", "Ftit ġimgħat ilu, ipparteċipajt b'mod attiv f'konferenza jisimha Boosting Investments in the EU, fejn bħala moderatur ta' sessjoni mill-konferenza ppreżentajt diskussjoni dwar jekk il-European Investment Bank huwiex qed jissostitwixxi l-finanzjament tas-suq privat jew le.", "F'Ġunju l-Qorti ħatritni rappreżentant tagħha fuq dak li aħna nsejħulu Knowledge Node.", "Dan ikun qiegħed hemmhekk bħala forum for knowledge sharing.", "Dan in-Knowledge Node, li jien rappreżentant tal-Qorti fuqu, għandu t-task li jagħmel tracking tar-rispons Ewropew mill-istituzzjonijiet kollha, b'mod partikolari l-Kunsill u l-Kummissjoni, lejn il-pandemija.", "B'hekk fil-Qorti ħloqna forum ta' knowledge sharing dwar l-iżviluppi kollha, jiġifieri policy developments, li qed isiru f'dan l-isfont tul is-sena kollha speċjalment żviluppi fl-UE.", "Minħabba dan ix-xogħol inħtart ukoll bħala rappreżentant tal-Qorti ta' working group tal-Economic Cooperation Organization of Supreme Audit Institutions (ECOSAI), li l-NAO Maltija hija familjari magħha.", "L-ECOSAI organizzat sensila sħiħa ta' webinars dwar l-awditjar bħala tweġiba għall-isfidi tal-pandemija COVID-19.", "Naf li l-NAO Malti kienu attivi ħafna fiha u aħna, bħala a European auditing body, ġejna mitlubin nagħtu l-input tagħna.", "Sur President, dik kienet il-preżentazzjoni tiegħi.", "Issa nixtieqkom tiggwidawni dwar kif nistgħu naħdmu.", "Biex ma neħdilkomx ħafna ħin jien għamilt riferenzi żgħar għas-suġġetti li naħseb li jistgħu jkunu ta' interess għalikom.", "Waħda hija update fuq l-audit preview li qed nagħmlu dwar il-Frontex u r-returns policy tal-migration, u riferenza żgħira għall-opinjoni li għamilna bħala Qorti, mhux jien personali imma ovvjament bil-backing ta' kulħadd, fuq ir-recovery and resilience facilities, u għamilt ukoll riferenza telegrafika għall-opinjoni li semmejt aktar kmieni li kont responabbli għaliha tal-Union Civil Protection Mechanism.", "Sur President, nitolbok tiggwidani ftit dwar jekk nagħmilx riferenza għalihom u tagħmluli l-mistoqsijiet fl-aħħar, jew inkella neħduhomx biċċa biċċa.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk neħduhom f'daqqa jkollkom aktar ħin biex forsi tagħmlu l-mistoqsijiet, imma inħalli f'idejk biex tiggwidani.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-ewwel nett nirringrazzjak ta' dik il-ħarsa dettaljata li tajtna u tal-ħidma mpenjattiva li semmejt.", "Jekk il-Membri għandhom xi mistoqsijiet jew kummenti dwar dak li għadu kemm qasam magħna s-Sur Brincat, nitlobkom tagħmlu sinjal, u jekk le se nkun qed nimxi għall-item li jmiss sabiex is-Sur Brincat ikun jista' jagħtina ħarsa telegrafika dwar il-punti kollha li jara li huma ta' interess, imbagħad, jekk ikun hemm bżonn, finalment isiru l-mistoqsijiet rilevanti.", "IS-SUR LEO BIRNCAT: Grazzi, Sur President.", "Se nispjega fil-qosor ħafna x'nemmnu meta ngħidu audit preview.", "Qabel konna nużaw il-kunċett ta' audit brief u minflok konna ngħinu lin-nies konna nħawduhom aktar biha għax dak li jkun kien jistaqsi kif qed ngħidu in brief x'se jkun fih l-audit jekk l-audit ikun għadu ma sarx, u forsi dak li jkun jaħseb li għandna kollox lest minn qabel u kollox huwa stage managed.", "Allura għedna li t-titlu huwa misleading mhux ix-xogħol tagħna, u biddilna t-titlu minn audit brief għal audit preview.", "Audit preview qisu għandek trailer ta' film mingħajr ma taf kif se jiżviluppa, imma xorta nagħmlu l-enfasi fejn se nkunu qegħdin niffukaw, jiġifieri mingħajr ma nagħtu ħjiel tal-konklużjonijiet u r-rakkmandazzjonijiet nuru ċar x'se jkun il-main thrust ta' dak li nkunu qegħdin nagħmlu.", "Fil-każ tal-audit preview tal-Frontex, li qiegħed fi stajdu avvanzat, bħal m'għamilna f'każi oħrajn, se nkunu qegħdin nagħtu background u l-kuntest u l-focus tal-audit innifsu.", "Fuq il-Frontex m'iniex se noqgħod nagħmel storja fuq kif evolviet tul is-snin għax naħseb li b'Google search sempliċi wieħed isib dan kollu, imma naħseb li l-main thrust tal-eżerċizzju tagħna se jkun biex naraw jekk il-Frontex, f'dak li għandu x'jaqsam ma' primary activities tagħhom, humiex effettivi biżżejjed biex jissapportjaw l-implimentazzjoni ta' dak li għandu jkun l-EU Integrated Border Management, u l-aktar ħaġa importanti, jekk fil-fehema tan-nies tekniċi tagħna – għax wara kollox aħna nikkordinaw l-audit; aħna m'aħniex awdituri – il-Frontex humiex jaqdu dmirhom bl-aktar mod effiċjenti u effettiv, speċjalment meta, kif tafu intom, qegħdin lejliet li din issir forsi l-ikbar organiżżazzjoni fl-EU b'labour force ta' madwar 10,000 persuna.", "Kien għalhekk li aħna żorna pajjiżi bħall-Italja u l-Polonja u anke ltqajna ma' Leggeri, id-Direttur Eżekuttiv ta' Frontex, biex ikollna ħjiel aktar aħjar fuq dan is-suġġett.", "Ir-rapport suppost li joħroġ qabel is-sajf li ġej.", "Dwar il-migrant return policy żgur li taqblu miegħi li huwa l-aktar suġġett sensittiv fl-UE.", "Kif kelli okkażjoni nispjega lbieraħ meta kont għand l-NAO, aħna la aħna policy makers u lanqas aħna l-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) fejn jidħlu l-issues tad-drittijiet umani.", "M'iniex qed ngħid li niġu naqgħu u nqumu mid-drittijiet umani, ħalli ma niġix miżinterpretat, imma mhumiex parti mill-kompitu tagħna.", "Id-dmir tagħna huwa li naraw li naraw x'kienu l-oġġettivi, l-għanijiet u l-istrateġiji tal-UE, u jekk wettqitx dak li wiegħdet jew le, imbagħad minn hemmhekk noħorġu b'rakkmandazzjonijiet li aktar milli biex noqogħdu nippuntaw subgħajna lejn wieħed u l-ieħor, noħorġu best practices li idealment, kif ġralna pożittivament meta kellna rapport ieħor dwar il-migration management, inkunu nixtiequ li jekk jista' jkun ikollna l-understanding u l-apprezzament tal-Kummissjoni wkoll, għalkemm ġieli jkun hemm każi fejn il-Kummissjoni tgħid li ma tħosshiex komda ma' dawk it-tip ta' rakkmandazzjonijiet.", "Imma dik hija prerogattiva tagħhom.", "Aħna fuq il-migration return policy ippruvajna nieħdu l-fehma ta' firxa wiesgħa kemm jista' jkun ta' nies, u peress li konna ristretti fl-ivvjaġġar minħabba l-pandemija, iffukajna fuq pajjiżi importanti bħall-Ġermanja, Franza u Spanja, u ffukajna anke fuq pajjiżi terzi, pajjiżi ta' oriġini – għax inutli titkellem fuq l-UE u l-pajjiżi tal-madwar u ma tqisx il-pajjiżi ta' transit u l-pajjiżi tal-oriġini – biex b'hekk ikollna stampa kemm jista' jkun wiesgħa.", "Waħda mill-osservazzjonijiet li għamilna qabel bdjena l-audit kienet li l-UE m'għandhiex a clear overview tal-EU funding għall-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi fuq dik li hija re-admission tal-migrants imma xorta hemm madwar 60 proġett sparpaljat li huma marbuta mar-re-admisison u r-re-integration tal-immigranti li b'kollox jitilgħu għal madwar €641 miljun.", "Kif spjegajt, għamilna video conferences ma' dawn il-pajjżi u nittamaw li r-rapport jitlesta għall-ħabta tal-bidu tas-sajf tas-sena li ġejja.", "Dan għandu x'jaqsam mal-migrazzjoni, imma jien nipprova nwieġeb kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollkom.", "Ir-Recovery and Resilience Facility huwa importanti ħafna għax huwa l-hub ekonomiku u finanzjarju ta' dak li huwa maħsub min-naħa tal-Kummissjoni għall-hekk imsejjaħ NGEU li hija l-qalba ta' dak kollu li hemm ippjanat.", "Kif tafu, ir-Recovery and Resilience Facility għandha l-ikbar rwol fi ħdan l-NGEU u għandha għad-distribuzzjoni, bejn grants u loans, madwar €600 biljun iddiżinjati biex joffru large scale financial support.", "Forsi hawnhekk ikun hawn min jistaqsini jekk wasalniex għal xi konklużjonijiet fuq dan, u jien ngħid li iva, dażgur li wasalna għax inkella ma stajniex nagħtu opinjoni.", "U tajna opinjoni minflok audit għas-sempliċi raġuni li ma tistax tawditja xi ħaġa li għadha ma seħħitx, u allura aħna nagħtu opinjoni u noqogħdu attenti li ma nagħmlux statements kategoriċi għax ma tistax tagħmel xi ħaġa ipotetika, fis-sens li jekk awditur jgħidlek I think or I feel, diġà jkun qed imur kontra r-remit tiegħu.", "Allura aħna, minflok ngħidu I think or I feel u nagħmluha qisna qed inbassru, xi ħaġa li mhijiex kompitu tagħna, nagħmlu highlighting ta' dawk li jidhrilna li huma l-potential risk areas li jistgħu jseħħu u jistgħu ma jseħħux.", "U dak huwa aċċettabbli għal kulħadd, anke għal min qiegħed fil-business ta' awditur.", "Waħda mill-konklużjonijiet li ħassejna li tista' isseħħ hija li għandha l-potenzjal – u hawnhekk qed nitkellem fuq il-pożittiv – li tagħti appoġġ tajjeb lill-Istati Membri biex ittaffi l-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-pandemija.", "Aħna lqajna tajjeb il-mekkaniżmi li kien hemm ipprovduti u jidhrilna li s-sehem tal-Istati Membri, kif qiegħed imfassal f'din il-proposta, jista' iwassal anke għal żieda ta' sense of ownership u joffri l-possibilità li jieħu in konsiderazzjoni dawk li huma country specific circumstances.", "Fejn forsi kellna ftit riżervi kien li l-iskop u l-għanijiet tal-Recovery and Resilience Fund (RRF) dehrilna li kienu wesgħin wisq u jistgħu jwasslu għal overlap ma' ċerti funding instruments oħrajn u lanqas kienu jirriflettu fedelment l-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.", "Allura f'dan il-kuntest aħna ħassejna l-ħtieġa li nitkellmu dwar il-bżonn li jkun hemm timely implementation li ma jiġix ikkumplikat bil-problemi li diġà jeżistu ta' absorption.", "Illum hemm problemi kbar across the EU fuq dik li hija absorption at Member State level, u ma ridniex li meta għandek problemi ta' absorption ir-recovery and resilience plan toħloq proċeduri ġodda kumplessi li jnaqqsu aktar ir-rittmu tal-proċess, għax inkella nispiċċaw li dawk li l-iktar għandhom bżonn il-flus ikunu l-inqas nies li jibbenefikaw.", "Però fl-istess kuntest – u hawnhekk trid tagħmel bilanċ li mhuwiex faċli – trid tħaffef il-proċess mingħajr ma tagħti blank cheque, għax meta għandek a crisis situation – u din m'hemmx għalfejn nistennew il-pandemija tiġi biex inkunu nafuha – iċ-chances li jkollok fraudulent behaviour jew irregularities jikbru għax hemm it-tentazzjoni li bl-iskuża tan-knee-jerk reactions inti tipprova tkisser is-sistemi u tabbuża iktar biex tgħaddi, mhux biss mit-tieqa, imma anke mill-ventilatur.", "Għalhekk, fil-konklużjoni, il-messaġġ ewlieni tagħna hu li meta nitkellmu dwar valur miżjud, li hija kelma sabiħa imma wiesgħa u kultant diffiċli biex tiddefiniha, irridu naraw li nkunu qed nitkellmu dwar kif il-fondi jistgħu jiġu allokati bl-iktar mod effettiv lill-għanijiet li huma verament ambizzjużi min-naħa tal-UE.", "U forsi hawnhekk ikun hawn min jistaqsi x'se jiġri fil-prattika.", "Fl-opinjoni tiegħi, kif ukoll tal-kollegi tiegħi u ta' membri tekniċi oħrajn, l-allokazzjoni tal-financial contributions lill-Istati Membri, to a large extent, se tiġi determinata mill-pre-COVID-19 situation, u aħna qegħdin nittamaw li dawn l-issues jiġu indirizzati b'mod ekwu.", "Aħna elenkajna ħames osservazzjonijiet dwar kif dan il-pakkett jista' jiġi mtejjeb.", "L-ewwel nett għandu jkun hemm żvilupp ta' mekkaniżmi xierqa għal koordinazzjoni aħjar bejn il-funding u anke biex ikun hemm additionality aħjar; linkage aħjar bejn l-oġġettivi tal-RRF u l-allokazzjoni; simplifikazzjoni tal-proċeduri, għax jekk ikollok proċeduri kumplessi l-proċess jimxi aktar bil-mod, u kif għedt iktar kmieni, ixxekkel l-assorbiment minflok tiffaċilitah; il-bżonn li r-reporting u l-evaluations ikunu iktar frekwenti u t-timing ikun iktar spiss mhux tistenna li l-froġa tkun saret biex tibda tidħol f'dawn l-affarijiet, u l-bżonn li jkun hemm definizzjoni aktar ċara tar-rwol tal-Parlament fil-budgetary process li jitkellem anke dwar xi ħaġa importanti ħafna li huma l-audit rights tal-Qorti Ewropea.", "L-aħħar kumment li xtaqt nagħmel jikkonċerna dak li semmejt fil-bidu, il-Union Civil Protection Mechanism.", "Illum kelli laqgħa interessanti ħafna mas-civil protection authorities Maltin għax għallinqas stajna nisimgħu min-nies on the ground il-problemi, l-isfidi u d-diffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw, imma l-iktar li ħadt gost kien li dehru familjari ħafna ma' dak kollu li qed tipprovdi l-UE f'dan il-qasam.", "Kważi lanqas kelli għalfejn nispjegalhom jien għax dehru on the ball ħafna f'dak li kienu qegħdin jgħidu.", "Il-Union Civil Protection Mechanism huwa mezz kif fid-dawl tal-pandemija jinstabu mezzi aktar ambizzjużi, effettivi u wide ranging biex il-crisis management system fl-UE tkun waħda iktar effettiva.", "Aħna ovvjament ma dħalniex fin-nitty gritty operational għax aħna ma nidħlux fis-civil protection, imma ħarisna lejn l-impatt li jista' ikun hemm fuq l-aspett finanzjarju, u rajna wkoll il-performance potential li dan il-mekkaniżmu jista' ikollu.", "Qegħdin nagħmlu hekk għax il-baġit, minn €1.4 biljun kellu jitla' għal €3.5 biljun, u għalkemm wieħed jieħu gost jara l-baġit jiżdied b'€2 biljun, dan mhux biss iġib miegħu responsabilitajiet ġodda, imma anke bżonn ta' ħarsien ġdid.", "Pereżempju, aħna mhux biss fittixna li jkun hemm feasibility study, imma staqsejna jekk sarx dak li ngħidulu a proper needs assessment meta l-baġit tellgħuh minn €1.4 biljun għal €3.5 biljun.", "U fil-fatt qalulna li ma sarx, jiġifieri kienet diġà bdiet tixgħel daqsxejn il-bozza; m'iniex qed ngħid li kien hemm l-abbuż, imma kien hemm nuqqas.", "Meta tlabnihom biex jiġġustifikaw il-ħtieġa taż-żieda ma tawniex argumenti ġustifikati.", "Nerġa' ngħid li m'iniex qed ngħid li ż-żieda mhijiex meħtieġa, imma ma ġietx artikolata tajjeb bl-ebda mod konvinċenti.", "Għalhekk aħna ma stajniex ngħidu jekk il-baġit huwiex tajjeb biex jilqa' għall-oġġettivi tal-UE meta ma nafux eżattament x'inhuma l-oġġettivi fid-dettall; qishom qegħdin jitolbu blank cheque anke jekk għandhom raġun għal dak li qegħdin jitolbu.", "Ħafna drabi l-management tas-civil protection isir mill-Member States, u l-UE tidħol biss bħala forċina, imma din id-darba riedu jdaħħlu l-kunċett li d-direct procurement, jekk ikun hemm bżonn, tibda tagħmlu l-Kummissjoni stess taħt il-kappa li jibdew iħaffu l-crisis response min-naħa tagħhom, speċjalment meta jkollok ċerti pajjiżi li m'għandhomx the right infrastructure biex jipproċessaw dawn l-affarijiet.", "Aħna ma sibna l-ebda diffikultà li dawn ikollhom din it-tip ta' awtorità biex iħaffu l-proċess, imma min-naħa l-oħra dehrilna li filwaqt li fl-imgħoddi kien hemm garanziji dwar kif isiru l-affarijiet, din id-darba lanqas taw dawn it-tip ta' garanziji u aħna għednielhom biex almenu jsibu sistema fejn ikun hemm regular risk assessments ħalli mhux l-affarijiet isiru bl-għaġġla mbagħad ngħidu li kien hemm l-abbuż fil-fondi u li nkissru r-regolamenti, u mal-ħażin jeħel it-tajjeb.", "Min jifhem fis-suġġett – li jien m'iniex espert tiegħu – jgħidlek li t-tliet pilastri tas-civil protection huma prevention, preparedness and response.", "Fl-imgħoddi dejjem kien hemm ix-xewqa li jekk jista' ikun, il-fondi, anke jekk huma €1 biljun, jiġu mqassmin b'mod adegwat u bilanċjat.", "Aħna għednilhom li fl-imgħoddi kien hemm xi forma ta' garanzija li jkun hemm mill-inqas a minimum share, li ma tistax waħda minn dawn it-tliet pilastri jkollha inqas minn 20% jew 30%.", "Din id-darba din neħħewha kompletament u aħna għednilhom li jista' ikollok tripod b'sieq waħda jew b'żewġ saqajn u jikkollassalek kollox, jew ma jkunx ekwu.", "Meta rajna hekk, aħna ma ridniex niġġamjaw il-proċess u allura għednilhom biex almenu jippruvaw joħolqu mekkaniżmu fejn ir-reporting isir, jekk mhux in real time, kemm jista' ikun malajr, ħalli jekk ikun hemm bżonn nixegħlu l-bozza l-ħamra, mhux nixegħluha wara li tkun saret il-froġa.", "U jidher li mexjin f'dik id-direzzjoni t-tajba.", "Staqsejna wkoll biex naraw jekk ikunx hemm xi gaps fis-sistema tal-monitoraġġ.", "Forsi mingħajr ma rridu, meta nitkellmu fuq civil protection – għallinqas jien bħala layman forsi għadni naħsibha daqsxejn l-antika – jiġuna f'moħħna l-fire engines u l-fire fighting, etc., imma llum, fil-pandemija, l-iktar prijorità, speċjalment ma' pajjiżi industrijalizzati, fosthom ir-Repubblika Ċeka… Dan l-aħħar dawn kienu verament iddisprati għax filli kellhom standards u benchmarks għoljin ħafna u filli spiċċaw kważi l-agħar bir-rata ta' infezzjoni li kellhom – u hawnhekk m'iniex qed nikkritikahom għax tista' tiġri lil kull pajjiż – u tant qabadhom paniku li riedu at all costs lill-pajjiżi jgħinuhom biex kemm jista' ikun jibagħtulhom ventilators għax ma setgħux ilaħħqu.", "Imma mbagħad kien hemm pajjiżi, fosthom l-Awstrija u l-Olanda, li kienu lesti jgħinu imma ma kienx hemm the right means biex iwasslulhom l-affarijiet fil-ħin.", "U hawnhekk skattat dik li jgħidulha l-Emergency Response Coordination Centre tal-EU.", "U l-istess ħaġa rajniha anke fil-każ tal-Western Balkans li ovvjament m'għandhomx l-infrastruttura li għandhom pajjiżi oħra tal-UE – u qegħdin jiġuni f'moħħi North Macedonia, Montenegro, eċċ – u kellhom bżonn l-apparat, u għalkemm kienu lesti jgħinuhom pajjiżi fosthom is-Slovakkja, ma kienx hemm mezz kif iwassluhulhom, però iġbed minn hawn u iġbed minn hemm, b'dan il-mekkaniżmu Ewropew wassluhulhom.", "Dik kienet verament ħarsa telegrafika lejn id-diversi setturi u rapporti li aċċennajt għalihom.", "Feel free li tagħmlu d-domandi; m'hemmx għalfejn sekwenza fuq sections jew rapport \"A\" jew \"B\".", "Any questions li tixtiequ tagħmlu, dment li nistgħu nweġbuhom min-naħa tagħna, nippruvaw nagħmlu hekk to the best of our ability.", "Grazzi tal-attenzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna lilek ta' din l-ispjega.", "Nirringrazzja wkoll lis-Sur Romuald kif ukoll lil Dr Farrugia mill-istess uffiċċju li jirrappreżentaw kemm lit-tekniċi u l-bqija ta'...", "IS-SUR LEO BRINCAT: Skużani, Mr Chairman, kien nuqqas min-naħa tiegħi.", "Preżenti miegħi hawn Romuald, li huwa l-Head of Cabinet tiegħi, u Annette Farrugia, li hija l-Attaché tiegħi.", "Issa ndur fuqkom, għeżież kollegi, u nistaqsikom jekk għandkomx domandi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Grazzi, Sur Brincat.", "Sur President, jiena wieħed minn dawk li lħaqt lil Leo Brincat għal leġiżlatura u biċċa.", "Jien naħseb li din is-sena hija verament sena partikolari, li bdiet mod imbagħad kellkom taddattaw għas-sitwazzjoni tal-COVID-19, li bla dubju effettwat kull pajjiż u kull istituzzjoni fl-UE u żgur li effettwat dak li kontu qegħdin tipprevedu x'se jiġri fil-futur immedjat u fil-futur iktar 'il bogħod.", "Fir-rapport hemm indikat li wieħed mill-effetti tal-COVID-19 huwa li ġab sitwazzjoni fl-UE fejn hemm il-bżonn ta' iktar likwidità u aktar flessibilità.", "U jien xtaqt ir-reazzjoni tiegħek fuq il-kwestjoni tal-flessibilità, iktar mill-kwestjoni tal-likwidità.", "Kif nafu, wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-mod ta' kif tiffunzjona l-UE u l-mod kif jiġu wżati l-fondi tal-UE huwa proprju n-nuqqas ta' flessibilità.", "Sal-lum aħna mdorrijin b'regoli stretti, watertight, li nittamaw li jpoġġu lill-pajjiżi kollha fl-UE on a level playingfield.", "U dak hu s-sabiħ tagħha għax ma jistax ikollok pajjiż li jiddeċiedi jonfoq il-fondi Ewropej mod, u pajjiż ieħor jonfoq il-fondi Ewropej mod ieħor.", "Ir-realtà hi li llum kellna naddattaw għas-sitwazzjoni, u qegħdin nitkellmu fuq il-kunċett ta' flessibilità.", "Allura xtaqtek telabora ftit fuq x'nifhmu eżattament meta nitkellmu fuq flessibilità, għax flessibilità tfisser li r-regolamenti li kienu japplikaw kienu joħolqu a sense of fairness, fis-sens li tista' tuża l-fondi \"hekk\" u mhux \"hekk\", imma ma tistax tabbuża mill-fondi, u ma jistax ikollok element ta' state aid.", "Quddiem dan il-bżonn ta' flessibilità kif qegħdin taraw li tista' teffettwa l-mod kif topera l-UE?", "Kritika ewlenija fil-konfront tal-UE hija li mhijiex flessibbli.", "Jien naħseb li n-nuqqas ta' flessibilità u ta' regolamenti li jirregolaw il-mod kif jintnefqu l-fondi huwa mertu, mhux nuqqas ta' mertu tal-UE, però xtaqtek telabora ftit fuq dan is-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR LEO BRINCAT: Aħna sibna li l-iktar ħaġa importanti hija li meta jkollok sitwazzjoni bħal din – u għamel sew li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Fenech Adami aċċenna għaliha –… Imma ħalli nibda mill-aħħar parti.", "Sal-lum it-trattati ma jipprovdux biex aħna nħarsu lejn frodi u risk management, għax dak kien awtomatikament id-domain tal-European Anti-Fraud Office (OLAF), però meta ġew biex jitolbuna l-opinjonijiet tagħna u anke jitkellmu fuq ix-xogħol futur tagħna, il-Kunsill, il-Kummissjoni, u anke l-Parlament Ewropew urew il-ħeġġa li xtaqu li aħna nibdew inħarsu iktar lejn l-aspett tal-frodi u l-aspett tar-risk assessment, għalkemm, to be fair, it-trattati ma jipprovdux għal dan.", "Imma aħna ma ridniex niġu f'sitwazzjoni fejn qisna qed ngħidulhom biex iħalluna bi kwietna għax għandna x'nagħmlu, u allura ridna noħolqu xi forma ta' bilanċ dwar dan kollu.", "At the same time ridna kemm jista' ikun li l-flessibilità ninkoraġġuha, imma ma ninkoraġġuhiex, kif għedt iktar kmieni, b'tali mod li naslu biex nagħtu blank cheque.", "Min-naħa l-oħra aħna konxji tal-fatt li, kif qal l-Onor.", "Fenech Adami, l-UE… Għax aħna nitkellmu fuq il-burokrazija fis-Servizz Pubbliku fi Stati Membri, imma l-burokrazija fl-UE naħseb hija daqsxejn iktar akuta, u aħna ma rridux li din it-tip ta' burokrazija twassal għal devjazzjoni min-normi nfushom.", "Sfortunatament aħna ma nistgħux inbiddlu l-parametri ta' kif qed taħdem il-UE, imma nistgħu nagħmlu biss rakkmandazzjonijiet fuq dawk li huma best practices.", "Għalhekk, f'kull rapport li konna qegħdin nagħmlu… Illum il-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) qajjmulna, b'mod intelliġenti ħafna, il-każ tal-istate aid.", "Jekk lilna tistaqsina jekk l-istate aid hijiex burokratika jew le, ngħidulek li bla dubju hija burokratika ħafna, imma min-naħa l-oħra, minflok aħna għednilhom li għandhom ibiddlu l-metodi tagħhom – xi ħaġa li ma nistgħux nagħmlu għax dan qisu għandek l-Awditur Ġenerali li ma jaqbilx ma' xi ħaġa li jkun għamel il-Gvern u lill-Gvern jgħidlu li jrid jagħmel \"hekk\" –… Meta jiġri hekk, l-Awditur Ġenerali – u jekk jien żbaljat jikkoreġini s-Sur Deguara – jgħid lill-Gvern li hu jissuġġerixxi li jsir \"hekk\", imbagħad at the end of the day l-Eżekuttiv jerfa' ir-responsabilità.", "Jiġifieri aħna ma nistgħux niddettaw lill-Eżekuttiv, li hija l-Kummissjoni, dwar x'għandha tagħmel, imma hija r-responsabilità tagħna li nindikawlhom ċerti nuqqasijiet.", "Allura għamilna proġett pilota li qed jiffoka fuq issues bħall-istate aid u affarijiet burokratiċi oħrajn, li permezz tagħhom beħsiebna nagħmlu highlighting ta' dawn it-tip ta' shortcomings li qed isemmi l-Onor.", "Fenech Adami, u ladarba jkollna dan it-tip ta' rapport li m'għandux għalfejn jieħu ċiklu sħiħ ta' audits – is-soltu audit jieħu xhur sħaħ, imma dan ikun fuq medda ta' ftit ġimgħat jew ftit xhur – u permezz tar-rakkmandazzjonijiet tagħna nittamaw li nkunu f'pożizzjoni li aktar milli ngħidulhom x'għandhom jagħmlu, permezz ta' dan l-iswot analysis nagħmlu highlighting tax-shortcomings tagħhom, u ngħidulhom x'konna naħsbu li għandu jsir differenti.", "Dwar il-kwestjoni tal-frodi, nerġa' ngħid li meta tawna dan l-inkarigu kellna tliet għażliet, jew ngħidu signor si u nbaxxu rasna mingħajr ma nafu għalxiex dħalna, jew ngħidu le għax it-trattati jgħidulna li dak mhux remit tagħna, jew nippruvaw insibu t-triq tan-nofs.", "U kienet x'kienet l-intenzjoni tagħhom li jinvolvuna fiha – u mhux soltu jinvolvuna, anzi s-soltu jħobbu jżommuna 'l bogħod għax l-ebda amminstrazzjoni ma tieħu gost tinvolvi l-awdituri ż-żejjed – aħna bdejna ngħidu li għandna nsibu t-triq tan-nofs, li hija prattika, u għednilhom li dak li nistgħu nagħmlu aħna huwa li meta jkollna rapport għaddej, li mhux bilfors huwa COVID-19 related imma jista' ikun dwar any subject under the sun, mingħajr ma jiġbdilna l-ispaga ħadd, apparti milli naraw l-audits, jekk l-affarijiet sarux kif suppost kemm mill-aspett ta' compliance kif ukoll mill-aspett ta' performance, naraw jekk il-proġett li nkunu qegħdin neżaminaw għandux xi inherent risks li jistgħu potenzjalment iwasslu għal opportunitajiet ġodda ta' frodi.", "Ma jfissirx li aħna se nsibu, imma nkunu nistgħu ngħidu li s-sistema kif inhi tirrendi l-frodi attraenti, jew potenzjalment hemm aktar ċans li jiżviluppaw.", "U b'dan il-mod qisu we are factoring in il-component tal-frodi li qabel ma kien jissemma kważi xejn fir-rapporti speċjalizzati, ħlief jekk inkunu għamilna xi rapport ad hoc speċifiku fuq il-frodi nfushom.", "Jekk wieħed ifittex fuq il-website tagħna jsib li hemm diversi rapporti fuq il-frodi – fil-fatt kellna żewġ rapporti interessantissimi – imma li jkollok ingrained on a horizontal basis riferenzi għal frodi u risk management huwa kunċett li qed indaħħlu issa, proprju f'dawn il-ġranet.", "Li qal tajjeb l-Onor.", "Fenech Adami huwa l-ħtieġa li jkun hemm simplifikar, li lanqas hemm għalfejn isir dan it-tip ta' eżerċizzju.", "Lilna ddejjaqna l-burokrazija amministrattiva, kif ċert li ddejjaq lilkom anke fuq livell nazzjonali, u għalhekk qegħdin nippruvaw nirriduċu kemm jista' ikun the administrative burden kif ukoll niffaċilitaw l-absorption.", "L-ewwel semmejt l-absorption forsi f'kuntest Malti, imma l-absorption hija problema across the board fejn anke l-EU average naqas matul is-snin, u aħna ma nixtiequx li l-absorption ixxekkel l-affarijiet għax inkella tiġi f'sitwazzjoni fejn l-iktar pajjiżi li għandhom bżonn il-fondi – u qed immur in extremis fuq l-iktar li għandhom bżonnhom –… Pereżempju, bħalissa qed jiġu f'moħħi l-Italja u Spanja – mingħajr ma nkun kritiku lejhom għax għandi kull rispett għalihom u nissimpatizza mad-diffikultajiet li jinsabu fihom – li jekk wieħed iħares lejn l-absorption rates tagħhom isib li huma l-ifqar fl-Ewropa.", "Allura għandek l-iktar żewġ pajjiżi, fost l-oħrajn, li l-iktar li għandhom bżonn il-fondi li jistgħu jiġu f'pożizzjoni li jkunu l-iktar leggards biex jassorbu l-fondi.", "Kif jinħoloq dan il-bilanċ, on paper forsi jinstema' ideali, imma fil-prattika jrid ikun hemm hands-on commitment, and to be fair, l-istituzzjonijiet ewlenin, id-doers u l-movers – u hawnhekk qed nirriferi għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Kunsill meta jiġi biex jieħu deċiżjonijiet, għax ħafna pajjiżi jimxu bil-konsiderazzjonijiet nazzjonali – iridu jneħħu l-għamad tas-soltu u jirrealizzaw li meta ngħidu business as usual is not an option, tapplika wkoll għall-mod kif jiddeċiedu ċerti affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Brincat.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Grazzi Sur President, u nirringrazzja wkoll lis-Sur Brincat.", "Xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet, waħda minnhom forsi aktar mil-lat personali milli mil-lat ta' awditur.", "Kif qed tara li l-COVID-19 se jeffettwa l-finanzi tal-UE fis-snin li ġejjin?", "Bla dubju ta' xejn il-pajjiżi kollha għaddejjin minn sfidi kbar, u l-UE bħalissa qiegħda tgħin ħafna pajjiżi biex joħorġu minn din l-isfida, imma l-EU wkoll m'għandhiex bir bla qiegħ.", "It-tieni mistoqsija li xtaqt nagħmel hija dwar il-frodi.", "Fir-riżultati tagħkom intom qegħdin tgħidu li minn over 740 cases li kellkom, disa', li jiġu ftit aktar minn 1%, irrappurtajtuhom lill-OLAF.", "IS-SUR LEO BRINCAT: Ħalli l-ewwel nagħti r-reazzjoni dwar l-economic impact tal-COVID-19.", "Aħna qegħdin nagħmlu eżerċizzju dwar l-economic response biex naraw jekk dak li qed tipprovdi l-UE jwassalx għal rispons adegwat jew le għall-isfidi ekonomiċi li qegħdin jevolvu minħabba l-pandemija.", "Hawnhekk trid tapprezza li jekk għandna 27 Stat Membru ma jfissirx li għandna pożizzjoni uniformi bejnietna, għax mingħajr ma trid kulħadd jaħseb bil-mentalità tiegħu differenti.", "L-istess fuq il-pandemija.", "Hemm pajjiżi li jgħidulek li l-pandemija hija estensjoni tal-influwenza, hemm pajjiżi oħra li jgħidulek li wasalna f'tarf id-dinja, imbagħad hemm pajjiżi oħra li huma realistiċi u jgħidulek li din hija xi ħaġa unknown u nkunu prużuntużi jekk naħsbu li l-unknown jista' ikun an easily known subject.", "Li nara differenti minn kriżijiet oħrajn – u bħalissa qed tiġini f'moħħi l-kriżi tal-2008 –.… Pereżempju jkun hemm membri tagħna stess li jgħidulna li diġà kellna l-Ebola, imma bir-rispett kollu, l-Ebola m'għandha x'taqsam xejn ma' dan il-każ, għax kienet iktar lokalizzata u l-firxa tagħha ma kenitx daqshekk wiesgħa u estensiva.", "Min-naħa l-oħra hemm min jgħidlek li kellna l-kriżi finanzjarja tal-2008, imma dik il-kriżi finanzjarja kienet triggered minn kunsiderazzjonijiet finanzjarji mbagħad ekonomiċi.", "F'dan il-każ irridu nżommu f'moħħna li l-punt tat-tluq kien a health factor, jiġifieri ma nistgħux ngħidu li this is a purely economic issue triggered by economic criteria.", "Tista' tagħmel paragun dwar l-impatt, imma l-kawża żgur mhijiex identika ma' dik li kien hemm qabel.", "U llum ġejna f'sitwazzjoni li tant hija fluwida li fi żmien xahar taf tibdel dak kollu li għedt qabel.", "Kellna gvernijiet li biddlu l-pożizzjoni tagħhom f'perjodu ta' ġimgħa jew ġimgħatejn, min jgħidlek no lockdown at all u min, bħall-Awstrija, jgħidlek total lockdown.", "Jiġifieri l-perċezzjoni qed tinbidel skond iċ-ċirkostanzi.", "L-istess nistgħu ngħidu dwar l-economic impact.", "Studju li rajt din il-ġimgħa – ma nafx kemm hu korrett – hu li l-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD) qed tgħid li jekk il-vaċċin jidħol kif ippjanat u dawn l-options kollha li qegħdin jissemmew jgħaddu mill-pre review u ma jibqgħux biss statements, qegħdin jantiċipaw li l-ekonomija matul is-sena li ġejja tista' tikber, jew id-defiċjenza tagħha tonqos, bi 2%, jiġifieri titjieb bi 2%.", "Whether this is guess work or a guesstimate ma nazzardax ngħid, imma bla dubju ta' xejn li l-impatt ekonomiku kien wieħed devastanti, u jekk fl-UE kien hemm il-complaint li anke fi żmien ta' tkabbir l-inugwaljanza kienet qawwija – u m'iniex qed nitkellem biss fil-kuntest ta' north u south – huwa fatt magħruf li l-inequalities, bil-pandemija, ġew aċċentwati ħafna iktar.", "Dwar il-kwestjoni tal-frodi, li jkun hemm 1% mhijiex xi ħaġa inkwetanti as such.", "Kif semmejt iktar kmieni, aħna m'aħniex parti mill-EU's anti-fraud set up, jiġifieri dan li talbuna dan l-aħħar kienet xi ħaġa over and above.", "Allura hawnhekk forsi wieħed jistaqsi kif nindirizzaw il-frodi jekk m'aħniex parti mis-set up tal-frodi.", "Aħna nħarsu lejn ħames metodoloġiji partikolari.", "Għal dawk li huma guidelines ma nivvintawhomx aħna imma għandna nies tekniċi u jaraw jekk l-approach tagħna fuq il-frodi hijiex in line mal-International Audit Standards, jiġifieri ma nippruvawx nivvintaw ir-rota; naraw l-istandards x'inhuma u naraw jekk humiex konformi jew le.", "Normalment, meta jkollna suspett ta' każ ta' frodi, ma niddeċidix jien, imma għandna legal service effettiv ħafna u li huwa ssapportjat minn grupp ta' esperti fuq il-frodi li jeżistu fiċ-chambers, li jiddeċiedu.", "Għalkemm aħna qegħdin 27 membru, għandna ħames chambers, u kull chamber għandha n-nukleu tekniku tagħha u għandha l-esperti tal-frodi li jiġbru l-ideat tagħhom flimkien b'mod tekniku tajjeb ħafna.", "Kif semmejt fil-bidu, sa ftit ilu l-frodi lanqas kienet tissemma mkien fil-Qorti, imma matul dawn l-aħħar sentejn jew tliet snin kellna żewġ special reports interessanti ħafna fuq il-frodi, li wieħed jista' isibhom ukoll online.", "Għaldaqstant nista' ngħid li llum, permezz tax-xogħol li għamilna u anke bil-legal services li we beefed up, assumejna ċertu, mhux expertise għax ma tistax overnight tispiċċa espert fuq is-suġġett, imma għandna an advisory expertise on matters of fraud fejn jidħlu biss l-EU's financial interests.", "Jiġifieri jekk jidħlu into play national interests, ma nidħlux fihom aħna.", "Din bħall-kwestjoni tal-infringements.", "Aħna nħarsu lejn infringements li jeffettwaw l-EU Budget.", "Jekk ikun hemm infringements triggered minn national budget, jidħol fihom l-Awditur Ġenerali, għax aħna, bħala Qorti tal-Awdituri, ma nidħlux fihom.", "Meta jkollna każi ta' suspected fraud nirrappurtawhom lill-OLAF, imma ħafna drabi huwa diffiċli biex tiddetermina l-intenzjoni għax m'aħniex investigators.", "Ix-xogħol tal-investigazzjoni kien, għadu u jibqa' tal-OLAF.", "Jiġifieri aħna bl-ebda mod m'aħna qegħdin nidħlu fuq dak li jagħmlu huma.", "Dwar jekk l-OLAF tagħtiniex feedback nista' ngħid li tagħmel hekk biss meta jidhrilha u meta jaqblilha, imma fis-sustanza – almenu minn dak li nifhmu aħna – jiġu lura meta jkun hemm każi ta' financial revenues, jew biex jgħidulna li l-każi li rriferejnilhom kienu żgħar u lanqas kienu worth it biex jinvestigawhom, jew biex jgħidulna li l-każ huwa closed, imma feedback dettaljat mhux neċessarjament li jagħtuna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar domandi?", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Grazzi, Sur President, u nirringrazzja wkoll lilek, Sur Brincat, tal-preżentazzjoni li tagħmlilna ta' kull sena.", "Xtaqt nagħmillek xi domandi dwar l-audit preview rigward l-EU Migrant Return Policy.", "Li hemm interessanti f'dan id-dokument, mill-analiżi li ġiet ippreżentata s'issa, huwa li bħala medja jkun hemm madwar nofs miljun persuna fis-sena fl-Ewropa li tkun daħlet irregolarment u li tinħarġilha ordni biex toħroġ.", "Jekk qed nifhem sew, minn dawn, on average, fit-third countries minn fejn oriġinaw, joħorġu biss madwar 36%, u dan il-persentaġġ jerġa' saħansitra jaqa' għal 25% meta l-pajjiż li jkunu ġejjin minnhom ikun lil hinn mill-Ewropa.", "Mingħajr ma tagħtini l-konklużjonijiet li wasaltu għalihom, tista' tgħidli, minn dak li qed taraw s'issa, għalxiex taħseb li n-numru huwa daqshekk baxx?", "Din hija nuqqas ta' koperazzjoni mill-pajjiżi ta' oriġini?", "Nuqqas ta' kordinazzjoni interna Ewropea bejn il-pajjiżi?", "X'qed taraw li huma l-iktar kawżi għalfejn ir-rata hija daqstant baxxa?", "IS-SUR LEO BRINCAT: Id-domanda hija interessanti ħafna u kien proprju għalhekk li aħna ddeċidejna li meta nagħmlu dan l-eżerċizzju ma noqogħdux biss fuq il-Kummissjoni.", "Ma jfissirx li m'għandniex fiduċja fil-Kummissjoni għax qatt ma kellna każi fejn il-Kummissjoni ppruvat tingannana, imma jekk tisma' qanpiena waħda biss, abbli ssib ġustifikazzjoni ta' dak li għamlet, speċjalment meta l-figuri huma baxxi u ovvjament meta l-Kummissjoni għandha kull interess li tipprova timpressjona li marret aħjar milli fil-fatt setgħet marret.", "Tajjeb ngħid li meta aħna konna għamilna audit, li kont irrappurtajt dwaru hawnhekk madwar sena ilu, dwar il-hotspots għall-Greċja u l-Italja, biex wessajna r-remit tagħna konna ħarisna lejn migration management, u għalkemm dakinhar ma dħalniex fil-fond fuq il-kwestjoni tar-returns, ħarisna ftit lejn ir-returns imma ma tistax titkellem fuq migration management mingħajr ma tara l-iktar triq zoppa li hemm fl-UE fuq il-migration.", "U dakinhar – issa din hija xi ħaġa li għadha lanqas ħarġet fir-rapport il-ġdid, jiġifieri se nirriferi għal dak li ġie ppubblikat fir-rapport tas-sena li għaddiet – meta ppruvajna nistaqsu lilna nfusna x'kienu r-raġunijiet għal-low returns konna identifikajna mill-inqas tmienja jew disa' raġunijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala returns qed tgħid.", "Dan kien parti minn eżerċizzju wiesgħa, imma issa qed nagħmlu l-audit specifically fuq returns, li huwa proċess li jieħu 16-il xahar jew ftit inqas.", "Aħna dehrilna li minflok nitkellmu biss mal-Kummissjoni, nitkellmu ma' xi stati membri għax bdejna nieħdu l-impressjoni, u naħseb li hija ġustifikata, li ċerti stati membri jaslu fuq ir-returns policy iktar milli tasal l-UE, minħabba l-famuża burokrazija li semmew il-kollegi tiegħi l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor.", "Allura aħna għedna li minflok nisimgħu qanpiena waħda, nitkellmu ma' stati li huma direttament involuti f'migration issues, u morna għand il-Ġermaniżi f'Berlin, iltqajna mal-Franċiżi, iltqajna mal-iSpanjoli, u ltqajna ma' pajjiżi tal-countries of origin, għax ma tistax titkellem fuq migration u titkellem biss mal-Ewropej u ma titkellimx mal-countries of transit u l-countries of origin.", "Veru li qatt ma jkollok stampa sħiħa imma hekk almenu jkollok stampa kemm jista' jkun aktar amplifikata.", "Issa se ngħid fil-qosor x'inhuma d-disa' raġunijiet li semmejt aktar qabel, u huwa interessanti li, bla ma nikxef xejn mill-findings tagħna, dawn huma affarijiet li smajnihom anke fl-aħħar ġimgħat.", "Ir-raġunijiet huma: Id-dewmien li qed ikun hemm fil-proċess tal-ażil; il-missing links li hemm bejn l-asylum u l-return procedures li qegħdin ixekklu l-coordination u l-information sharing; in-nuqqas serju ta' robust and integrated return case management system; in-nuqqas ta' mutual recognition u nuqqas ta' ebda recording sistematiku tad-deċiżjonijiet dwar ir-returns meħuda fl-UE; l-absconding u d-diffikultà li ħafna drabi jkun hemm to locate returnable migrants, li ħafna drabi jinkludi t-tracking ta' departures li jkunu saru volontarjament; insufficient capacity għal dawk li jgħidulhom il-pre removal detention centres; id-diffikultà kbira biex tikkopera mat-third countries of origin migrants – ħafna drabi d-diffikultajiet ikunu kbar, għax min jippretendi li twieżnu iktar, min ikollu diffikultajiet għax is-suġġett ma jkunx irid imissu għax huwa taboo u jista' jiddistabilizza l-gvernijiet tagħhom, u ħafna raġunijiet oħra – u l-Assistent Voluntary Returns and Reintegration (AVRR), li once again il-performance tagħha hija waħda baxxa ħafna.", "Dawn huma fost il-punti ewlenin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura l-mistoqsija li ssegwi tkun: Kemm hawn pajjiżi li verament jagħmlu dan l-assessjar?", "Però ħalli għalissa ngħaddi biex nistieden lill-Onor.", "Debono sabiex tagħmel id-domandi tagħha.", "KRISTY DEBONO: Grazzi, Sur President, u nirringrazzja lis-Sur Brincat tal-appuntament annwali li dejjem iżżomm magħna.", "Ovvjament bħalissa qegħdin fl-iktar żmien importanti fejn jidħlu l-fondi Ewropej, però sas-sena li għaddiet l-absorbtion rate tal-fondi kienet għadha batuta.", "Din is-sena, li hija sena aktar kruċjali minn qatt qabel, kemm qegħdin tbassru li titjieb l-absorbtion rate, mhux ġo pajjiżna biss imma madwar l-Ewropa kollha?", "L-average bħalissa hija ta' 39.6% u pajjiżna għandu rata aktar baxxa minn hekk.", "X'inhuma l-ostakli u xi sforzi qed isiru biex din titjieb?", "Għax hija verament ħasra li wara li jsir il-proċess kollu, li huwa kumpless, sabiex kull pajjiż jikkonvinċi lill-UE biex ikollu pakkett finanzjarju tajjeb, jidher li kull pajjiż xorta waħda qed jeħel biex jassorbi l-fondi allokati għalih.", "X'inhuma l-iktar areas li qegħdin inbatu fihom biex nassorbu dawn il-fondi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Brincat.", "IS-SUR LEO BRINCAT: Domanda f'waqtha ħafna u domanda li wieħed jistenniha f'dawn iż-żmenijiet meta suppost hemm din il-ħeġġa kollha biex il-flus jintnefqu.", "Sfortunatament, jekk inħarsu lejn il-figuri komparattivi naraw li l-medja Ewropea tbaxxiet tul l-aħħar snin, u m'iniex qed ngħid hekk b'konsolazzjoni, għax jekk inti tkun qed taqa' lura ma tistax tikkonsla b'ħaddieħor, imma lanqas tista' tħares lejk innifsek b'mod iżolat.", "Jiġifieri jekk inħarsu lejn il-figuri tal-2019 u nikkomparawhom ma' dawk tal-2012 insibu li hemm decline pjuttost notevoli.", "Bl-eċċezzjoni ta' pajjiż jew tnejn, din kienet streak across the board, u ovvjament Malta kienet waħda mill-pajjiżi milqutin.", "Fil-fehma tagħna, u fil-fehma tan-nies tekniċi, il-low absorbtion rate ġejja mill-fatt li s-sistema tal-EU għandha time lag li huwa marbut mal-bidu ta' programming period li imbagħad jibqa' għaddej sal-operational programmes li jiġu negozjati.", "Minħabba dan it-tip ta' dewmien li jkun hemm biex jiġu assorbiti r-remaining parts mill-programm l-antik, il-proċess jaqa' lura.", "Issa din lilna tinkwetana fuq livell Ewropew, iktar milli fuq livell nazzjonali, għax jekk l-Ewropa se tiġi fis-sitwazzjoni… Jien semmejt lil Franza u lil Spanja mhux biex nikkonsla, imma għax dawn huma żewġ pajjiżi li l-iktar li sofrew f'din il-pandemija u għandhom bżonn il-fondi b'mod immedjat.", "Jekk se jkun hemm ċirkostanzi fejn minħabba l-absorbtion capacity inadegwat tagħhom l-ewwel idumu ma jaslu l-fondi imbagħad il-fondi ma jiġux assorbiti, hemm potenzjal li jiġu distabilizzati s-sistemi interni tagħhom, u b'konsegwenza ta' dan jista' jiġi fuelled anke sentiment ġdid popolista anti-Ewropew li jimmina 'l hekk imsejjaħ proġett Ewropew innifsu.", "Issa forsi qed inkun daqsxejn fatalista imma naħseb li mhijiex xi ħaġa li wieħed għandu jiddistanza kompletament.", "Jiġifieri huwa fl-interess tal-UE stess li tara li l-istati membri jkollhom il-fondi kemm jista' jkun malajr u li jitqassmu b'mod ġust u trasparenti, u fl-istess ħin tinkoraġġixi li l-absorption tagħhom isir b'mod aktar effettiv u effikaċi.", "Jekk ma jsirx dan jien naħseb li se jkun hemm problemi fuq l-RRF.", "Xi ħadd, in a tongue in cheek way, dan l-aħħar qal li jekk din l-issue mhix se tiġi ndirizzata, jekk il-vaċċin li qed jiġi mwiegħed iseħħ nistgħu niġu fis-sitwazzjoni ironika – u jalla niġu f'din is-sitwazzjoni – li parti mill-problema tal-virus tkun qed tiġi ndirizzata, u l-famużi fondi li għandhom bżonn dawn għall-għajxien tagħhom ikunu għadhom lanqas biss bdew igawdu minnhom.", "Issa dan huwa forsi l-worst, jew best, case scenario, ħares lejha kif trid, imma hija realtà, għax jekk se jkun hemm dawn it-time lags… Nerġa' ngħid li t-time lags kienu jeżistu anke pre-COVID-19 – iċ-ċifri li kkwotajna huma kollha pre-COVID-19 – aħseb u ara issa meta s-sitwazzjoni hija totalment differenti u fejn il-miżinn inqaleb kompletament ta' taħt fuq.", "Jiġifieri jekk din l-issue mhijiex se tittieħed bis-serjetà, u kulħadd, jiġifieri l-Kummissjoni, il-Kunsill, il-gvernijiet nazzjonali, il-viġilanza min-naħa tal-auditing bodies, u l-internal audit bodies, jibda jeħodhom bis-serjetà kollha… U dan huwa punt li qajjimna lbieraħ mal-Awditur Ġenerali, u ċjoè li aħna qegħdin nantiċipaw li minħabba l-COVID-19 se jkun hemm bżonn – u m'iniex qed nitkellem fuq Malta imma qed nitkellem in ġenerali – li l-audited bodies jibdew jidħlu ħafna iktar fuq COVID-19 related issues biex jaraw li anke fejn jidħlu fondi ikun hemm il-facilitation ta' dan il-proċess biex ma niġux f'sitwazzjoni li d-deterioration li kien hemm matul is-snin fuq l-absorbtion capacity, minflok ma titjieb, tkompli sejra għall-agħar.", "Din il-kwestjoni hija highlighted fir-rapport u hija indirizzata lill-istati membri kollha, hija issue għal dak li huwa l-front loading tal-RRF, u meta niġu għall-perjodi… Kif tafu, l-MFF kien għall-perjodu 2014-2020, u issa l-ġdid se jkun għas-snin 2020-2027.", "Jien naħseb li jekk ikun hemm iktar enfasi fuq fraud u performance naħseb li naslu f'sitwazzjoni li l-fondi jistgħu jintnefqu – u qed nuża l-kelma \"jistgħu\" għax hija ipotetika – b'mod iktar effettiv u effikaċi.", "Imma jien naħseb, li kif semmejt iktar kmieni f'kuntest totalment differenti, ma nistgħux nibqgħu nistennew il-monitoraġġ isir on a daily basis, għax by the time li tkun għaddiet sena tkun ħlejt sena sħiħa.", "Jiġifieri mingħajr m’għandi l-bakketta maġika, u mingħajr ma nirrikkmandaha bħala Qorti – qed nitkellem b’mod personali; ma nista’ norbot lil ħadd fuq din – il-feeling tiegħi huwa li jekk mhux se jkun hemm monitoragg effettiv ongoing li jagħtik idealment stampa, jekk mhux in real time, kemm jista’ jkun malajr, dan is-slippage se nindunaw bih meta s-sitwazzjoni tkun diġà kompliet taħarbilna minn idejna.", "Jien napprezza li saret id-domanda għax din hija issue prijoritarja li kważi hija importanti iktar minn kemm ġew allokati fondi lill-pajjiż \"X\" u lill-pajjiż \"Y\", għax jekk l-absorption capacity tibqa’ biss fuq il-karta u ma jintlaħqux dawn il-miri, ħafna minn dak li qed nitkellmu fuqu jkun biss hype li ma jissarrafx fir-realtà.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni tal-pandemija li għadha għaddejja u ma nafux eżattament meta se tispiċċa jew meta ssib il-livell tagħha, qed tirrendi din l-issue topika ħafna u ħadd minna, bħala stakeholders, la fuq livell Ewropew u lanqas fuq livell nazzjonali, ma nistgħu naffordjaw il-lussu li nagħtuha l-ġenb jew nagħtuha biss dak li jgħidulu lip service.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Sur Brincat, u nikkondividi ħafna minn dak li għedt.", "Jekk tippermettili se nagħmillek xi domandi jiena wkoll.", "Ġibt l-eżempju tajjeb tal-Union Civil Protection Mechanism fejn l-istess Qorti tal-Awdituri ssuġġeriet il-mod ta' kif wieħed jista' jtejjeb l-operat.", "Jien jinkwetani jekk l-istess stil ta' operat jidħol ukoll f'funds bħall-European Regional Development Fund (ERDF), u b'hekk allura jkun jista' jinħoloq żbilanċ.", "Filwaqt li l-interess, anke kif aċċenna fil-bidu l-Onor.", "Fenech Adami, jibqa' li wieħed jipprova jimxi b'mod ekwu u bbilanċjat – l-istess Qorti Ewropea qed tgħid li hemm overlapping ta' funding – jista' jagħti l-kas li jkun hemm pajjiżi li se jiġu ppreferuti għax jirnexxilhom jaqbżu s-sistema.", "Kif aċċennajt inti, Sur Brincat, jista' jsir flagging min-naħa tagħkom, però imbagħad l-investigazzjoni ssir mill-OLAF.", "Jien xtaqt nistaqsi x'jiġri wara.", "Sempliċement tirrikkmandaw mingħajr ma jsir titjib?", "IS-SUR LEO BRINCAT: Se nagħtik eżempju li mhuwiex direttament marbut ma' dak li qiegħed tgħid inti imma li japplika għalih ukoll.", "L-UE, meta tiġi biex tniedi proġetti fuq skala kbira mhemmx bħalha, imma sfortunatament, meta mbagħad tiġi għall-implimentazzjoni, ħafna drabi jinħolqu burokraziji ġodda, u jkun hemm xkiel minflok facilitation.", "Issa hawnhekk qiegħed inkun ġeneriku, jiġifieri m'iniex qed ngħid li din tfixkel.", "Se nagħtikom eżempju, li għalkemm mhux marbut ma' dan, se tindunaw kemm huwa importanti dak li qed tgħid inti, Sur President.", "Kif tafu kien hemm il-famuż Yunker Plan, il-European Fund for Strategic Investment (EFSI), li tiegħu jien kont membru rapportatur u kont għamilt ukoll preżentazzjoni dwaru lil dan il-Kumitat madwar sentejn ilu.", "Dan il-pjan, fil-prinċipju ma stajniex nikkritikawh, mhux għax ma kellniex dritt, imma għax il-prinċipju kien tajjeb u nħoloq fi żmien meta fl-Ewropa kien hemm nixfa kbira ta' investiment u meta kien hemm bżonn li jkun hemm stimolu għall-investiment wara l-krizi tal-2008.", "Jien inħobb immur f'pajjiżi individwali biex nara kif qed jirreaġġixxu għall-Yunker Plan, u fost l-oħrajn żort Bratislava fejn niftakar li s-Slovakki kienu qaluli li kienu ħerqana ħafna sabiex jingaġġjaw, imma l-proċess biex wieħed japplika għall-fondi tant huwa kkumplikat li ma kenux jafu minn fejn se jibdew u allura they gave up because it's not worth it.", "Meta fittixna biex naraw jekk kienx hemm strutturi ta' facilitation, sibna li kien hemm dak li jgħidulu l-European Investment Advisory Hub, imma meta mbagħad morna naraw kif jaħdem fil-prattika sibna li la kien hemm riżorsi u lanqas kien hemm strutturi effettivi, kien mainly lip service biex taparsi jagħmlu xi ħaġa.", "Ma kienx hemm lanqas hand holding għal min kien fil-bżonn, u meta rajna l-istatistika sibna li l-iktar pajjiżi li marru lura kienu dawk li ma kellhomx l-advisory hub.", "Issa bdew jiċċaqilqu imma l-froġa kienet diġà saret.", "Dan l-aħħar proprju aħna stess għamilna audit, mhux fuq l-EFSI għax jekk għamilna audit fuqu sentejn ilu ma konniex se nerġgħu nagħmlu audit fuqu mill-ġdid, imma proprju fuq dan l-advisory hub ħalli naraw kemm verament il-UE qed tiffaċilita lin-nies biex jibbenefikaw minn fondi li hi stess allokat.", "Għax inkella tiġi f'sitwazzjoni li tniedi proġett sabiħ imbagħad tieqaf half way.", "Din hija marda li l-UE trid tegħlibha darba għal dejjem.", "Aħna darba kellna rapport – qed niddevja ftit imma ridt nagħtikom idea ta' dan li qiegħed ngħid –… Il-UE tagħmel l-infringements, u l-loġika tgħidlek li jekk inti għamilt infringement, huwa fl-interess tiegħek li tara l-proċeduri kif imxew, jekk imxewx b'mod ibbilanċjat, fiex waslu, jekk hux qed tagħmel monitoring, eċċ. U madwar sentejn ilu aħna konna għamilna review, li fih ma ħarisniex lejn pajjiżi individwali, fejn għamilna eżami ta' kemm kienet effettiva l-Kummissjoni magħha nnifisha, fis-sens li għamilna eżerċizzju biex naraw il-Kummissjoni Ewropea kemm kienet effettiva fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istess infringements li mponiet hi.", "Jiġifieri sar l-infringement u waqaft hemm, jew segwejt biex tara l-affarijiet kif mexjin u timxi b'mod ekwu u ma timxix b'double standards u b'mod effettiv?", "U bil-punti li enfasiżżajna tant qajjimna dibattitu li kienu kkuntattjawna minn jeddhom id-Direttorat tal-Ambjent, li huwa tradizzjonalment magħruf li huwa l-iktar direttorat li jkollu infringements tul is-snin, u talbuna biex nagħmlu presentation lill-Kummissjoni.", "Dan lilna tana sodisfazzjon għax għedna li minflok ħadu qatgħa bix-xogħol tagħna – u għall-bidu ma tantx kienu keen b'dan l-eżerċizzju – raw kif jistgħu jieħdu ftit best practices.", "U kien ta' sodisfazzjon għalina li niltaqgħu mad-direttorat li l-iktar qiegħed under fire fuq din l-issue.", "U l-istess jiġri għal din il-kwestjoni li semmejt inti stess, Sur President.", "Mhux biżżejjed li l-UE titlaq b'brain childs sbieħ li conceptually jagħmlu ħafna sens, imma trid tara t-trickle down effect x'se jkun u jekk humiex se jagħtu riżultati xierqa jew le.", "Jekk tistaqsi, ħafna membri jgħidulek li l-istakeholders huma l-Parlament u l-Kummissjoni, imma bir-rispett kollu jekk m'aħniex se noħorġu minn din il-famuża Brussels bubble, għalkemm aħna Luxembourg bubble għax m'aħniex qegħdin Brussels… Aħna rridu nirrealizzaw li the ultimate stakeholder huwa ċ-ċittadin ta' hemm barra li jista' jkun li dan kien xettiku fuq ċerti affarijiet, mhux għax huwa Ewro-xettiku imma għax qiegħed jara strutturi li għalkemm huma tajbin fuq il-karta, fil-prattika jaħdmux kif suppost.", "Jien naħseb li kull punt li qajjimtu hawnhekk, jekk fil-prattika mhux se jiġi ndirizzat, se jkun hemm frustrament.", "Meta aħna għamilna rapport fuq il-migration – u f'kull rapport trid tagħmel lait motif fit-title – m'għedniex li l-objectives tal-Kummissjoni huma ħżiena, għax they are very difficult to fault, u ħafna drabi l-Kummissjoni tasal iktar magħha fil-prinċipju milli mal-Kunsill, għax il-Kunsill kulħadd jiġbed għal xawwatu, imma meta tqabbel ir-riżultat mal-objectives issib li r-riżultati huma mismatched ħafna mal-istess objectives.", "U jekk il-Kummissjoni f'kull ħaġa li qed tagħmel, f'kull qasam, ma tiżgurax li jkun hemm a fair balance between the objectives and the results, din il-problema nibqgħu nitkellmu fuqha u tibqa' recurring over the years.", "Ma rridx inkun negattiv imma qed ngħid dan b'sens ta' responsabilità.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qiegħed tkun fattwali u prattiku kemm jista' jkun, u ta' dan nirringrazzjawk.", "Nirringrazzja wkoll lill-Membri tal-Kumitat, li wrew mhux biss interess imma anke qajmu diversi punti interessanti.", "Grazzi lis-Sur Romuald, lis-sinjura Farrugia u anke lill-Awditur Ġenerali li kienu preżenti għal din il-laqgħa.", "IS-SUR LEO BRINCAT: Sur President, jekk tippermettili nirringrazzjak tal-kumplimenti min-naħa tagħkom.", "Billi qegħdin waqt pandemija u t-travelling mhux daqshekk faċli li jsir bħalma kien isir qabel, xtaqt ngħidilkom li jekk joħorġu xi rapporti li huma pandemic linked, jew li jistgħu jkunu ta' interess, kemm nibagħtu l-links lis-Segretarji tal-Kumitat u dawn ikunu jistgħu jiċċirkolawlhom.", "Jekk imbagħad ikollkom xi diffikultajiet m'hemmx għalfejn tistennew li niġu hawnhekk għal laqgħa formali, imma tistgħu tibagħtu l-mistoqsijiet tagħkom direttament lilna, u aħna nippruvaw inweġbukom to the best of our knowledge.", "Għalkemm bħalissa qegħin nippruvaw nevitaw li nivvjaġġaw, il-flow of information hija importanti u ma tistgħux tibqgħu tistennew sena tgħaddi biex ikollkom l-informazzjoni.", "Iktar ma jkun hemm near real time sharing of information naħseb li jkun ta' benefiċċju għalikom u għall-Kamra nnifisha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjawk u nawgurawlek ħidma sfieqa.", "Is-serata t-tajba lil kulħadd.", "Fis-5:50 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201117_070d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 32", "L-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 32", "L-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:07 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Nibda billi nagħti merħba lil kull min hawn preżenti għal din il-laqgħa tal-lum, fosthom il-Ministru Edward Zammit Lewis, is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, l-Onor.", "Nirringrazzjakom talli għoġobkom tiġu għal din il-laqgħa importanti.", "Illum, biex insegwu l-istruzzjonijiet li tana l-Ispeaker, lil dawk kollha li xtaqu jipparteċipaw tlabniehom biex jingħaqdu magħna permezz taż-Zoom.", "Ninsab informat li s'issa għandna madwar 26 parteċipant fuq iż-Zoom, li hija attendenza b'saħħitha ħafna.", "Importanti li meta jkollna liġijiet ta' ċertu importanza jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-poplu.", "Kif tafu, għandkom function li permezz tagħha tindikaw li tixtiequ titkellmu.", "Jekk jogħġobkom agħfsu dik il-function u se naraw li kulħadd jingħata ċ-ċans jitkellem kemm-il darba jrid u fuq xiex irid.", "Aħna ma nżommu lil ħadd milli jitkellem.", "Kif għedna l-aħħar darba, din hija d-dar tad-demokrazija u hawnhekk id-demokrazija tiġi pprattikata b'mod b'saħħtu.", "Hawn xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, il-Minuti rajthom u jistgħu jiġu kkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, marbuta mal-Minuti u ma' dak li għadek kemm għedt, fl-aħħar laqgħa naħseb li kollettivament inqasna daqsxejn lil ċerti nies.", "Veru li aħna fil-libertà li nesprimu ruħna, imma naħseb sar ċertu diskors li seta' weġġa' lil ħafna nies, speċjalment persuni LGBT.", "Għalhekk, filwaqt li għandna nħallu lil kulħadd jesprimi ruħu, ikun tajjeb li niġbdu l-attenzjoni ta' kull min qed jipparteċipa għall-kawtela.", "Dan id-diskors ma kinux il-Membri ta' dan il-Kumitat li għamluh imma nies oħrajn li attendew.", "U qed ngħid dan għaliex ġibduli l-attenzjoni diversi nies imweġġgħin b'dak li sar f'dan il-Kumitat.", "Kif għadek kemm għedt inti, Sur President, din hija l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u naħseb li bħala tali, il-libertà rridu nagħtuha imma rridu nwissu wkoll li għandu jkun hemm il-prudenza.", "Naħseb ħin minnhom konna anke qegħdin niksru l-Kostituzzjoni daqskemm beda jintqal diskors dispreġattiv fuq persuni LGBT.", "Għaldaqstant naħseb inkunu qed nonqsu jekk dan ma niġbdux l-attenzjoni dwaru.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "ROSIANNE CUTAJAR (Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi): Sur President, ningħaqad mal-kollega f'dak li qalet.", "Ejja ma nħallux il-libertà tal-espressjoni tevolvi fi kliem ta' mibegħda.", "Il-kliem ta' mibegħda mhux biss huwa kundannabbli imma huwa wkoll illegali u jġorr miegħu diversi pieni.", "Nappella allura biex kulħadd jesprimi ruħu imma jagħmel dan b'ċertu kawtela sabiex ma nonqsu lil ħadd bil-lingwaġġ tagħna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqbel magħkom li għandu jkollna rispett lejn xulxin u hawn kunsens fil-Kamra kollha li rridu nirrispettaw lil xulxin.", "Nerġa' nistaqsi jekk hawnx xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 31 li saret fis-6 ta' Ottubru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 276 tat-Tnejn, 11 ta' Novembru 2019, il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Membri, infakkarkom li fl-aħħar laqgħa konna qegħdin niddiskutu l-klawsola 32 u għaldaqstant nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, jgħidilna kif se nipproċedu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, in segwitu tal-aħħar laqgħa ningħaqad ma' dak li qalet l-Onor.", "Claudette Buttigieg u li sostniet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar in kwantu d-diskors li ntqal.", "Madanakollu żgur li dik kienet laqgħa importanti għaliex ħadna feedback fuq ċerti affarijiet importanti.", "Irrid niġbed l-attenzjoni li l-klawsoli li baqgħu pendenti huma l-klawsoli 6, 14 u minn klawsola 27 'il quddiem, però biex jiġu ċċarati ċerti affarijiet, anke għal min ingħaqad magħna elettronikament, u minn hawnhekk insellimlu, xtaqt li nibdew billi nkomplu d-diskussjoni fuq il-klawsola 32, li hija l-klawsola li qed nirreferu għaliha bħala \"s-supremacy clause\".", "Jekk hawn qbil, nibda minnha u mbagħad inkomplu mill-klawsola 27 'il quddiem.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "KLAWSOLA 32 (Posposta fil-Laqgħa Nru 31)", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, nitolbok tagħmel l-argumenti tiegħek dwar din il-klawsola, imbagħad nieħdu l-feedback tal-Oppożizzjoni, imbagħad niftħu l-floor għal dawk li qegħdin jipparteċipaw permezz taż-Zoom biex jekk hemm xi ħadd fosthom li jixtieq jikkontribwixxi, nagħtuh iċ-ċans ukoll.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola hija intitolata \"Applikazzjoni ta' dan l-Att\" għaliex fl-Abbozz ta' Liġi li tressaq quddiem l-Iskrivan tal-Kamra, u allura fl-Abbozz ta' Liġi kif inhu bħalissa, il-ħsieb huwa li dan l-Att għandu jkun suprem fuq il-liġijiet ordinarji tal-pajjiż u jkun fuq l-istess livell ta' liġijiet li nqisuhom supremi bħalma huma l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea u l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Jien se nkun qed nipproponi emenda f'dan is-sens però nibqa' nisħaq li din hija l-ewwel liġi ħolistika fejn tidħol l-ugwaljanza.", "Din hija l-ewwel liġi f'pajjiżna, u naħseb li hija waħda mill-ewwel liġijiet fuq livell Ewropew ukoll, li qed tiġbor fiha l-karatteristiċi protetti fir-rigward ta' dawk li huma d-diskriminazzjoni b'mod legali u l-ġlieda li għandna nagħmlu kontra d-diskriminazzjoni.", "Minkejja dan, xorta waħda se nkunu qed inqisuha liġi ordinarja, fis-sens li trid tiġi ttestjata mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li aħna ilna firmatarji tagħha, mal-Kostituzzjoni ta' Malta u sa ċertu punt, anke mal-Att dwar l-Unjoni Ewropea, li jidhirli kien daħal fis-seħħ fl-2004, għax hemmhekk ukoll assorbejna dak li kien applikabbli bħala liġi tad-dritt Ewropew u dak li b'mod tekniku hemm referenza għalih bħala l-acquis communautaire.", "L-emenda li se nkun qiegħed nipproponi għall-klawsola 32 se tneħħi s-supremazija ta' din il-liġi.", "M'hemmx dubju li din se tgħinna biex nistradaw id-diskussjoni fuq il-klawsoli l-oħrajn għaliex mill-feedback li ħadna, kemm mill-Oppożizzjoni kif ukoll mill-pubbliku, u nirringrazzjahom tal-feedback li tawna, din hija emenda importanti ħafna biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem u kemm jista' jkun nagħlqu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Avukat tal-Istat, Dr Chris Soler, kif ukoll lill-membri tas-Segretarjat u liż-żewġ avukati mill-Human Rights Directorate, Dr Cheryl Azzopardi u Dr Desirée Attard, li ħadmu ħafna fuq din il-liġi.", "Sur President, f'ismi u f'isem is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar nipproponi din l-emenda:", "\"N\" Klawsola 32 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) is-subklawsola (3) tagħha għandha tiġi mħassra u s-subklawsola (4) tagħha għandha tiġi rinumerata bħala subklawsola (3); u", "(b) fis-subklawsola (3) tagħha, kif rinumerata, minflok il-kelma \"L-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"Mingħajr ħsara għall-Att tal-2020 dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, l-Att\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, jekk qed nifhem sew b'din l-emenda se tkun qiegħda titneħħa s-subklawsola (3), li kienet qed tagħti supremazija lil din il-liġi, u qed issir ukoll rinumerazzjoni.", "Però mbagħad hemm il-parti l-oħra li tgħid hekk:", "\"… minflok il-kelma \"L-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"Mingħajr ħsara għall-Att tal-2020 dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, l-Att\"\".", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dik qiegħda ssir biex it-test ikun jagħmel sens fil-kuntest.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Grazzi.", "Naħseb hawnhekk qed jirbaħ il-bonsens għaliex kien hawn oġġezzjonijiet kbar għal li din il-liġi tkun suprema.", "Biex inkun daqsxejn l-avukat tax-xitan ngħid li jien fl-aħħar mill-aħħar nista' nifhem li seta' kien hemm intenzjoni tajba u din kienet saret biex nassiguraw li l-ugwaljanza tidħol, imma qed nieħu pjaċir li din is-subklawsola qiegħda titneħħa għaliex l-oġġezzjonijiet kienu kbar.", "Jekk nieħdu t-tobba, l-infermiera u l-ispiżjara, pereżempju, l-aspett importanti li tkellmu fuqu kien li huma diġà għandhom il-liġijiet tagħhom li jirregolawhom u bdew iħossu li din ma tistax tkun superjuri għal dawk il-liġijiet.", "Għan-naħa tal-Oppożizzjoni naħseb li din hija aħbar tajba ħafna u naħseb nistgħu nipproċedu b'aktar serenità fuq il-bqija tal-liġi għaliex kienet stumbling block pjuttost iebsa.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Qabel dan il-Kumitat kellna laqgħa organizzata tajjeb ħafna mis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar fejn tkellimna ma' rappreżentanta tal-ispiżjara u kien hemm ukoll rappreżentanti tal-iskejjel tal-Knisja u ovvjament spjegajnielhom il-bidla fil-pożizzjoni u kienu kuntenti ħafna.", "Kien hemm ukoll Dr Martin Balzan, Dr Jeffrey Bonnici u Dr Karl Briffa li wkoll spjegajnielhom il-pożizzjoni tagħna kif inbidlet, wara li ħadna l-pariri tagħna, u kienu kuntenti għax everything will fall into place ġaladarba l-klawsola 32 tiġi emendata hekk kif tkellimna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, infakkrek li fl-aħħar laqgħa kontu diġà ressaqtu emenda għall-klawsola 32 u jidher li dak li ngħad f'dik l-emenda qiegħed jiġi ripetut fl-emenda li ressaqt inti llum.", "Għaldaqstant nipproponi li l-Emenda \"M\", imressqa fl-aħħar laqgħa, tiġi rtirata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li l-Emenda \"M\", imressqa fil-Laqgħa Nru 31 tas-6 ta' Ottubru 2020, tiġi rtirata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ninformakom li l-emenda proposta mill-Ministru u mis-Segretarju Parlamentari għall-klawsola 32 ġiet ukoll ċirkolata lil dawk li qegħdin jipparteċipaw permezz taż-Zoom.", "DR TONIO BORG (Avukat, LifeNetwork Foundation Malta): Sur President, jien segwejt dak kollu li ntqal u nixtieq ngħid prosit lill-Membri għad-diskorsi li għamlu llum.", "Fil-fatt, jien nassoċja ruħi kemm ma' dak li qalet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, kemm ma' dak li qal il-Ministru Edward Zammit Lewis kif ukoll ma' dak li qalet l-Onor.", "Claudette Buttigieg dwar kummenti żejda li jista' jkun li saru minn xi nies fl-aħħar laqgħa.", "Jien ma nistax nifhem x'differenza hemm bejn barbier li jaqta' xagħar persuna gay u persuna straight.", "Naħseb li dawn l-istess xagħar għandhom!", "Għaldaqstant qed nieħu gost ħafna li qed isir appell għall-moderazzjoni għaliex kien hemm ukoll nies oħrajn li sofrew ħafna kritika ta' bigoti u żeloti u fundamentalisti sempliċement għaliex iddefendew id-dritt tal-iskejjel tal-Knisja li jgħallmu s-suġġetti mhux b'diskriminazzjoni, imma minn ottika kattolika.", "Qed nieħu gost ukoll li s-subklawsola (3) se titneħħa.", "Fl-aħħar laqgħa jien kont għedt lill-Ministru biex nibdew niddiskutuha l-klawsola 32, u l-Ministru ġentilment kien laqa' s-suġġeriment tiegħi, għaliex jekk il-kwestjoni relatata ma' din il-klawsola tiġi solvuta, naturalment jifdal problemi oħrajn imma għall-inqas problema kbira tkun tneħħiet.", "Fl-aħħar laqgħa li saret tista' tgħid li l-NGOs kollha, li kienu ġejjin minn setturi u dixxiplini differenti, tkellmu kontra din is-subklawsola u l-periklu tagħha u allura ladarba se titneħħa, se nkunu qed nfitħu t-triq għal approvazzjoni forsi aktar unanima, jekk mhux f'kollox f'ħafna mill-klawsoli, ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-fatt li qiegħda titneħħa juri wkoll li din kienet żejda għaliex li kieku kienet meħtieġa b'regolamenti tal-Unjoni Ewropea, kieku ma nistgħux inneħħuha.", "Għalhekk, kif diġà għedt, f'dan l-Abbozz ta' Liġi hemm affarijiet li jmorru oltre mid-Direttivi Ewropej.", "Mela ejja ma nużawx l-Unjoni Ewropea biex ngħidu li dawn l-affarijiet tridhom l-Unjoni Ewropea u mbagħad niskopru li mhux veru tridhom l-Unjoni Ewropea!", "U din il-klawsola tant ma tridhiex l-Unjoni Ewropea, u tant mhijiex parti mil-liġijiet tal- Unjoni Ewropea, li l-Ministru se jneħħiha.", "Kieku kienet parti mil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, kieku l-Ministru ma jistax ineħħiha.", "Dan ifisser li l-affarijiet kollha li hemm fl-Embryo Protection Act, pereżempju, u li mhumiex permessi llum, se jibqgħu mhumiex permessi b'din il-liġi.", "Issa rrid inkun ġust mal-Ministru u ngħid li huwa kien qal li dak li huwa illegali llum mhux se jsir legali permezz ta' din il-liġi.", "Madanakollu fl-aħħar laqgħa jien kont għedt li jekk din il-liġi se tkun suprema, se jkun hemm affarijiet illegali li se jsiru legali u allura issa li se titneħħa s-supremazija, dak li kien kontra l-liġi se jibqa' kontra l-liġi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ninformakom li kulħadd se jkollu żewġ minuti.", "IS-SA CYNTHIA CHIRCOP (Rappreżentanta tal-Malta LGBTIQ Rights Movement): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Claudette Buttigieg, lis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar u lill-Ministru Edward Zammit Lewis talli rrimarkaw dwar il-kummenti li saru fl-aħħar laqgħa.", "Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li għedtu li għamiltu konsultazzjoni mal-istakeholders dwar is-supremazija ta' din il-liġi imma milli jidher l-istakeholders li tkellimtu magħhom kienu kontra s-supremazija.", "Jien tal-opinjoni li biex ikun hemm bilanċ, tridu titkellmu maż-żewġ naħat.", "Inħoss li magħna, bħala NGO responsabbli għad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ, u ma' NGOs oħrajn ma kienx hemm diskors dwar dan kollu.", "Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni għal dak li ntqal, ċjoè li mhux sempliċement naqbdu mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea u ngħidu li din il-liġi qed issir għall-Unjoni Ewropea.", "Kif qalet tajjeb f'artikolu li kitbet il-Kummissarju għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), is-Sa Renee Laiviera, il-problema hi li hemm distakk bejn il-prinċipji tat-trattament ugwali u l-mod kif il-liġijiet tagħna qegħdin jimplimentaw it-trattament ugwali f'kull servizz.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nirringrazzja lis-Sa Chircop tal-intervent tagħha.", "Aħna bl-ebda mod ma ridna noffendu lil xi ħadd.", "Fl-aħħar laqgħa kulħadd semma leħnu, jiġifieri l-pożizzjonijiet konna nafuhom, u jidhirli li s-Sa Chircop kienet tkellmet f'dik il-laqgħa wkoll u allura smajniehom.", "Inutli niltaqgħu ma' dawk li qed jaqblu għaliex aħna nemmnu li l-liġi kienet b'saħħitha u għadha b'saħħitha favur id-drittijiet.", "Għalhekk, bl-ebda offiża imma b'mod prattiku ngħid li kieku kellna nerġgħu nistiednu lin-nies kollha li kienu preżenti l-aħħar darba biex nipprovaw niftiehmu, ma konniex naslu biex qegħdin hawnhekk illum u biex nimxu 'l quddiem fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Niskuża ruħi però jekk b'xi mod ħassitha offiża bl-imġiba tagħna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, filwaqt li nirrimarka li għamilna avvanz, nixtieq nagħmel mistoqsija biex forsi l-Avukat tal-Istat ikun jista' jagħtina ftit aktar għarfien dwar dak li qed nagħmlu.", "B'din l-emenda, li hija waħda pożittiva, u issa li qegħdin ngħidu li dak li jsir bi ksur ta' din il-liġi jkun qed isir bi ksur ta' liġi ordinarja, meta wieħed jikkonsidra l-klawsoli 5, 6 u 7 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, jista' l-Avukat tal-Istat jispjega fil-qosor x'se jkun l-effett tagħhom?", "Qed nistaqsi biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar u biex l-ispjegazzjoni tkun parti mit-traskrizzjoni ta' dan id-dibattitu.", "B'hekk, ikollna wkoll stampa ċara tal-bidla li qed issir u ta' kif se tolqot lin-nies li qegħdin isegwuna u sussegwentement dawk li għad iridu jiġu warajna u jkunu soġġetti għal din il-liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Chris Soler biex jintervjeni.", "DR CHRIS SOLER (Avukat tal-Istat): Sur President, biex nirrispondi lill-Onor.", "Vassallo ngħid li f'dan is-sens naħseb li wieħed irid jikkonsidra li ġaladarba din il-liġi se jkollha effett ta' liġi ordinarja u allura mhux se tkun liġi suprema kif inhuma supremi l-Kostituzzjoni, l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea – Kap. 319 – u l-Att dwar l-Unjoni Ewropea – Kap. 460 – fil-materja tal-applikazzjoni tad-dritt komunitarju, wieħed jista' jirrikorri għal dawk li huma l-avenues, jew ir-rimedji, jew il-miżuri li jistgħu jittieħdu skont il-liġijiet Maltin.", "Tajjeb ngħid li fil-materja tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza, il-Liġi Maltija tikkontempla diversi avenues u wieħed jista' wkoll jilmenta quddiem l-awtoritajiet kompetenti konċernanti dwar allegat ksur tad-drittijiet tiegħu u dwar allegat att diskriminatorju biex jingħata rimedju f'dan is-sens.", "Għalhekk, l-effett se jkun – u qed nifhem li hawn kunsens ġenerali u dan, kif qal l-Onor.", "Vassallo, huwa pass pożittiv ħafna 'l quddiem – illi din il-liġi mhux se tikkozza, u mhux se tivvjola, u mhux se tkun qed tikkumbatti l-ebda liġi oħra u allura jekk b'xi mod jew ieħor ikun hemm applikazzjoni simultanja kuntestwali, mhux se jkun hemm ċirkostanza fejn ikun hemm potenzjali kunflitt.", "Se nagħti eżempju.", "Hemm liġijiet ordinarji oħrajn li għandhom supremacy clause bħal, pereżempju, l-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza, Kap. 178, u f'każ ta' applikazzjoni simultanja, ma jkunx hemm kunflitt.", "Naħseb dik hija importanti ħafna għaliex l-artikolu 6 tal-Kostituzzjoni tagħna huwa ċar f'dak is-sens.", "Barra minn hekk, kien hemm raġunijiet li nistgħu ngħidu li huma gravi ħafna biex is-supremacy clause li intom iddiskutejtu, ma tiġix inserita f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CLAIRE BONELLO (Rappreżentanta taċ-Church Schools Association u taċ-Church Schools' Parents' Association): Sur President, kif kellna l-okkażjoni ngħidu diversi drabi, aħna nħaddnu u naqblu mal-għanijiet u l-oġġettivi ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, li huwa kontra d-diskriminazzjoni u favur l-ugwaljanza, u għalhekk qegħdin nilqgħu din l-emenda.", "Din hija emenda pożittiva ħafna peress li se tneħħi l-possibbiltà ta' kunflitt ma' diversi liġijiet ordinarji.", "Nirringrazzjaw lill-istakeholders kollha kif ukoll lil-leġiżlaturi li taw widen lill-concerns ta' ħafna nies.", "Fil-fatt, madwar 80% tar-rappreżentazzjonijiet u s-sottomissjonijiet li saru fil-laqgħa preċedenti, kienu f'dan ir-rigward.", "Kien hemm concerns kbar fuq din is-\"supremacy clause\" u allura l-fatt li din se titneħħa permezz tal-emenda, qegħdin nilqgħuh b'mod tajjeb ħafna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "FR JIMMY BARTOLO (Rappreżentant tas-Secretariat for Catholic Education): Sur President, nissieħeb ma' Dr Bonello u nirringrazzjakom talli smajtu u tajtu widen lil ħafna organizzazzjonijiet.", "Nerġa' nenfasizza li aħna favur li jkun hemm liġi dwar l-ugwaljanza, li aħna kontra kull forma ta' diskriminazzjoni f'pajjiżna u nixtieq nagħmilha ċara li bħala Kattoliċi u Ġiżwiti, m'għandna assolutament x'naqsmu xejn ma' min jgħid li hu Kattoliku u mbagħad jitkellem kontra l-gays.", "Għalkemm aħna Kattoliċi, l-eżempji li ngħataw fil-laqgħa preċedenti tal-fotografu, tal-barbier u tal-kejk, assolutament ma naqblux magħhom.", "Aħna ma naqblux ma' dak it-tip ta' diskors.", "Inżid ngħid ukoll li fl-iskejjel tagħna, il-komunità LGBTIQ hija parti integrali.", "Fil-fatt, għandna nies minn din il-komunità li huma Assistant Heads tal-iskejjel tagħna.", "Dawn huma milqugħin, qegħdin jagħtu kontribut siewi ħafna u huma apprezzati ħafna.", "U dan qed ngħidu biex meta nitkellmu f'isem il-Kattoliċi, jekk jogħġobkom ejjew nagħmlu distinzjoni.", "Ċerti diskorsi li saru, anke fil-laqgħa preċedenti, bl-ebda mod ma nistgħu nassoċjaw u nidentifikaw ruħna magħhom.", "Aħna favur din il-liġi imma naturalment irridu nkomplu nemendawha biex issir aktar b'saħħitha.", "Aħna kontra kull forma ta' diskriminazzjoni però rridu naraw li din tkun liġi li tirrispetta l-opinjoni, id-drittijiet u l-awtonomija tagħna bħala skejjel tal-Knisja.", "Dan jgħodd ukoll għal skejjel oħrajn għaliex skejjel indipendenti wkoll tkellmu u jekk hija skola Musulmana jew ta' xi denominazzjoni oħra, l-istess.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF (Rappreżentant ta' Abortion in Malta?", "Not in my name! u Fight Against Gender Indoctrination): Sur President, l-ewwel nett anke jien nikkundanna ċertu diskors li sar u t-tieni, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kumitat li wara d-dibattitu li sar l-aħħar darba kien hemm ħafna u ħafna mibegħda, theddid u anke kliem ta' intimidazzjoni mill-ġurnali, fosthom il-ġurnal MaltaToday, għalija personali kif ukoll għal nies oħrajn.", "Għalhekk, nitlob lill-Ministru biex jikkundanna dan l-aġir ukoll.", "Aħna ġejna hawnhek biex niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi b'mod ċivili u għaliex aħna ma naqblux man-naħa l-oħra ma jfissirx li aħna omofobiċi, jew li aħna minn wara l-muntanji.", "Lili saħansitra ċempluli edituri u heddewni u għalija dik hija xi ħaġa kundannabbli.", "Nixtieq li dan il-Kumitat japprezza li dan it-tip ta' diskors mhuwiex ta' dehen għaż-żewġ naħat.", "Għaldaqstant nixtieq li l-Ministru għall-Ugwaljanza jieħu nota ta' x'inhu jiġri fuq in-naħa l-oħra u fir-rigward ta' nies li ma jaqblux magħhom u jekk jogħġbu jikkundanna dan l-aġir u jekk hemm bżonn anke jieħu azzjoni għaliex persważ li aktar ma jgħaddi l-ħin, aktar se jiżdied dan it-tip ta' theddid u insinwazzjonijiet koroh.", "Jien noġġezzjona bil-kbir li jċempilli editur u jgħidli li jien omofobiku għaliex qed niddiskuti fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jekk hu għandu provi li jien omofobiku, iressaqhom imma ma jċempillix u jheddidni b'dak il-mod.", "U anke ċertu diskors li sar dwar nies bħall-Onor.", "Jekk jogħġobkom nixtieq kundanna.", "Il-mistoqsija tiegħi hija ladarba din il-klawsola se taqa', is-sitt mistoqsijiet li jien irbatt ma' din il-klawsola fl-aħħar laqgħa, se jiġu mwieġba?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Infakkarkom li għandkom żewġ minuti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Memberi: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 32 kif imressqa mill-Ministru Edward Zammit Lewis u mis-Segretaraju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "L-Emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 32 kif emendata.", "Klawsola 32, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola tikkontempla l-obbligu tal-Gvern li jippreżenta rapport annwali dwar l-objettivi tiegħu li jdaħħal u litteralment jimponi miżuri li jiġġieldu d-diskriminazzjoni, inkluż fi strutturi tiegħu stess.", "Din il-klawsola tikkontempla l-obbligu li jkun hemm rapport annwali anke biex il-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza tkun taf jekk dawk l-istess objettivi humiex qegħdin jintlaħqu jew le.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ministru, fis-subklawsola (3) tal-klawsola 27 qed jingħad li r-rapport għandu jitressaq sa mhux aktar tard minn xahar mill-kompilazzjoni tiegħu.", "Meta ma jkollniex gwida ta' data, jekk inkunu qed ngħidu li r-rapport għandu jiġi ppreżentat darba fis-sena u dik is-sena tkun is-sena kalendarja, pereżempju, jista' jkun li jkun hemm daqsxejn tlajjar – ovvjament naf li dawn l-affarijiet mhux dejjem tista' timxi magħhom bil-ħin – biex isir rapport bħal dan.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Buttigieg, dak li qed tistaqsi int jitwieġeb permezz tas-subklawsola (1).", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għandek raġun, nirtira dak li kont se ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Fis-subklawsola (4) qed jissemma l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Kamra u naf li dan issa ġie mgħobbi b'ħafna issues differenti.", "Niftakar kien hemm żmien meta kien mgħobbi b'issues li llum lanqas għadna nitkellmu dwarhom, fosthom l-immigrazzjoni.", "Fil-fatt, meta kellna dibattitu dwar l-immigrazzjoni, konna qbilna bħala Parlament li naħtru kumitat apposta fuq l-immigrazzjoni irregolari.", "Kellna wkoll dibattitu fuq il-familja u issa għandna l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja.", "Allura materji dwar l-ugwaljanza għaliex m'għandhomx jiġu diskussi f'kumitat apposta, anke ad hoc, jekk l-ugwaljanza qegħdin inqisuha daqshekk importanti?", "Jien qiegħed sempliċement nistaqsi għaliex ħafna drabi fil-Parlament nispiċċaw biex naqblu fuq xi ħaġa u ngħidu li għandu jkun hemm Kumitat tal-Kamra dwar dik il-ħaġa.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Onor. Vassallo, inti qed tissuġġerixxi li dan ikun parti mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, jiġifieri jkun speċi ta' sottokumitat tiegħu?", "EDWIN VASSALLO: Kont qed naħseb li jkun kumitat ad hoc għaliex jekk il-klawsola 27 wieħed irid jeħodha bis-serjetà, din tittratta ħidma li tkun qed issir u allura tajjeb li dik il-ħidma ma tiġix diskussa darba biss, jew tkun trid taqa' fix-schedule tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Ovvjament kull Kumitat isib spazju skont kemm jaħdem imma jekk ikun Kumitat li jaħdem, wieħed jista' jsib it-tkaxkir tas-saqajn biex jasal eżatt fejn ikun irid.", "Madanakollu din hija biss proposta tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Vassallo għas-suġġeriment tiegħu.", "Il-Kumitati Permanenti tal-Kamra ġew stabbiliti meta kien President tal-Kamra Dr Lawrence Gonzi u naħseb li dak kien esperiment tajjeb ħafna għaliex fil-Kumitati jsir ħafna xogħol.", "Fil-fatt, maż-żmien dawn baqgħu jiġi miżjuda.", "Ma nafx kif jifhmuha l-kollegi tiegħi tan-naħa tal-Gvern imma jien personalment għandi daqsxejn riżervi dwar kemm għandna nagħmlu kumitati ad hoc għaliex la għandna struttura li qed taħdem, ma nara li hemm xejn li jwaqqaf milli dan ir-rapport imur quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Kif għedt inti, Onor. Vassallo, l-esperjenza għallmitna li ħafna drabi l-kumitati jaħdmu daqskemm jaħdmu l-membri u ċ-chairpersons tagħhom; hemm min jiltaqa' ħafna u jagħmel ħafna xogħol u hemm min b'xorti ħażina jagħmel inqas.", "Għalhekk, ma narax li l-klawsola għandha tinbidel.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – Dritt ta' azzjoni quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, f'ismi u f'isem is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar nipproponi din l-emenda:", "\"O\" Klawsola 28 għandha tiġi mħassra.", "Sur President, qiegħed nipproponi din l-emenda biex il-klawsola 28 tiġi mħassra b'mod totali wara diskussjoni li kelli waħdi – dan għaliex dan l-Abbozz ta' Liġi kien sar fl-2019 – mal-Onor.", "Claudette Buttigieg, fejn bażikament iddiskutejna li l-klawsola 28 qed tgħid żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett qed tgħid li għandu jkun hemm individual petition lill-Prim'Awla, Sede Kostituzzjonali, għaliex elevajna d-dritt ta' kontra d-diskriminazzjoni bħala dritt fundamentali tal-bniedem.", "Jiġifieri d-dritt tal-ugwaljanza llum huwa human right u jekk huwa human right, il-liġi tagħna diġà tipprovdi li wieħed jista' jmur quddiem il-Prim'Awla, Sede Kostituzzjonali, u jagħmel kawża kostituzzjonali biex jasserixxi dak id-dritt u jgħid li kellu ksur ta' dak id-dritt u jitlob rimedji, imbagħad tiddeċiedi l-Qorti Kostituzzjonali, li hija l-ogħla Qorti bi tlett imħallfin.", "Wieħed jista' wkoll imur quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "It-tieni punt huwa li l-Abbozz ta' Liġi Nru 97, jiġifieri l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, liema Abbozz se nkunu qegħdin niddiskutuh wara dan, iwaqqaf il-Bord għall-Ugwaljanza u allura se nkunu qegħdin nagħtu avenue ieħor f'dan ir-rigward.", "Dan il-Bord se jkollu poteri kważi ġudizzjarji biex ikun hemm rimedji effikaċi għall-vittmi tad-diskriminazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nixtieq inżid li l-Onor.", "Therese Comodini Cachia kienet ġibdet l-attenzjoni li din il-klawsola setgħet toħloq kunflitt, kif għadu kemm spjega tajjeb ħafna l-Ministru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda mressqa mill-Ministru u mis-Segretarju Parlamentari biex il-klawsola 28 tiġi mħassra.", "L-Emenda \"O\" għaddiet nem. con. u l-klawsola 28 ġiet imħassra.", "Klawsola 29 – Dritt ta' azzjoni quddiem il-Bord.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola tasserixxi dak li għedt fuq il-klawsola 28 fir-rigward tal-Bord għall-Ugwaljanza, ċjoè li se jkun hemm dan il-Bord u li dan se jkollu dritt ta' azzjoni mingħajr preġudizzju għal rimedji oħrajn, kif diġà spjegajt.", "F'din il-klawsola qiegħed jingħad ukoll min huma l-persuni li jistgħu jressqu lment quddiem dan il-Bord u tirreferi – din hija xi ħaġa innovattiva ħafna – għall-jedd ta' assoċjazzjonijiet li jistitwixxu tali proċeduri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri hawnhekk qegħdin nifhmu sewwa li dan il-Bord, li se jkun ġudizzjarju ...", "ROSIANNE CUTAJAR: Kważi ġudizzjarju.", "EDWIN VASSALLO: Le, il-Ministru \"ġudizzjarju\" qal.", "ROSIANNE CUTAJAR: \"Kważi ġudizzjarju\" qal il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Kważi ġudizzjarju se jkun, Onor. Vassallo.", "Il-mistoqsija mhux fuq hekk.", "Jien irrid kjarifika mingħand il-Ministru għaliex quddiem dan il-Bord jistgħu jidhru persuni li jiġu mħarrka u dan il-Bord jista' jikkostitwixxi sentenzi fil-konfront tagħhom.", "S'issa quddiem il-qrati tagħna setgħet tressaq ilment biss il-persuna li tkun ġiet aggravata però f'din il-klawsola, addizzjonali ma' dak li diġà għandna, qed ngħidu li tista' tressaq ilment assoċjazzjoni wkoll.", "Mela sal-lum, Edwin Vassallo kien seta' jidher quddiem il-Qorti biex jagħmel taħrika imma issa, Edwin Vassallo jista' ma jinstema xejn imma jmur għand il-Federazzjoni tal-Industrija, pereżempju, jew xi assoċjazzjoni oħra, jew xi NGO, u tidher biss hi.", "Għaldaqstant l-ewwel mistoqsija tiegħi hija din: Kif se nikkwalifikaw l-assoċjazzjoni li bis-subklawsola (2) tal-klawsola 29 se jkollha dritt tressaq quddiem dan il-Bord ġudizzjarju l-akkuża tagħha?", "It-tieni, ma taħsbux li issa qegħdin niftħu u nwessgħu aktar għaliex issa tista' tressaq ilment mhux biss il-persuna li tħossha aggravata imma mal-persuna jista' jkun hemm ukoll entità li tista' tħossha aggravata?", "Fil-fatt, fl-emenda li naf li se jressaq il-Ministru qed jingħad \"Kull assoċjazzjoni, organizzazzjoni, jew entità legali, tista' tippreżenta lment lill-Kummissjoni f'isem jew bl-appoġġ tal-persuna li temmen li hija l-vittma ...\".", "Allura ma taħsbux li se mmorru oltre minn dak li huwa permessibbli sal-lum bil-liġi fir-rigward ta' min jista' jressaq taħrika fuq allegat diskriminazzjoni?", "Nixtieq ftit serħan tal-moħħ fuqha din.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, l-ewwel nett niskuża ruħi li ma ġbidtx l-attenzjoni mill-ewwel li se nkun qiegħed inressaq emenda għal din il-klawsola biex intejbu d-diċitura tagħha.", "It-tieni, dwar il-mistoqsija li qed jagħmel l-Onor.", "Vassallo ngħid li huwa appuntu għalhekk li qegħdin inbiddlu.", "Aħna rridu li kull entità jkollha d-dritt li taċċerta li hemm konformità ma' din il-liġi għaliex din il-liġi mhux biss se tkun qiegħda hemmhekk biex tasserixxi drittijiet ta' individwi imma wkoll biex tagħti rimedji aktar effettivi minn dawk tal-istruttura li hemm illum, ċjoè l-NCPE, u minn hawnhekk insellem lill-Kummissarju Renee Laiviera u lill-membri kollha li hemm magħha f'din il-Kummissjoni.", "Onor. Vassallo, taf x'inhi s-sitwazzjoni llum?", "Illum l-NCPE tgħidlek li għandek raġun u tibqa' bir-raġun!", "Ovvjament mhux għaliex iridu hekk huma imma għaliex il-liġi ma tagħtihomx rimedji aħjar minn hekk.", "Għalhekk, it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek hija iva, se nwessgħu, però ovvjament is-subklawsola (2) għamilnieha b'intenzjoni.", "Aħna nixtiequ nwessgħu u nagħtu dan id-dritt ta' azzjoni lill-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Forsi jkun aħjar jekk naraw daqsxejn l-emenda tal-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, għandek raġun.", "Kien imessni ressaqtha fil-bidu.", "Għaldaqstant f'ismi u f'isem is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar nipproponi din l-emenda:", "\"P\" Klawsola 29 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"Kwalunkwe persuna\" għandhom jidħlu l-kliem \"Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju ieħor fi kwalunkwe liġi oħra, kwalunkwe persuna\";", "(b) is-subklawsola (2) tagħha għandha tiġi sostitwita kif ġej:", "\"(2) Kull assoċjazzjoni, organizzazzjoni, jew entità legali, tista' tippreżenta lment lill-Kummissjoni f'isem jew bl-appoġġ ta' persuna li temmen li hija vittma tal-ksur tad-dritt għal trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni, bil-kunsens ta' tali persuna, fejn titlob lill-Bord sabiex jinbdew il-proċeduri meħtieġa skont dan l-Att.\"; ...", "– B'dan naħseb li l-Onor.", "Vassallo għandu s-serħan tal-moħħ li assoċjazzjoni mhux tqum filgħodu u taqbad u tagħmel azzjoni imma jrid ikollha l-kunsens tal-persuna li għandha interess għaliex qed tallega li hija vittma ta' nondiskriminazzjoni.", "Jiġifieri parzjalment irrestrinġejnieha ftit hawnhekk biex ikun hemm dan l-interess li aħna l-avukati ngħidulu \"interess ġuridiku\". –", "… (ċ) minnufih wara s-subklawsola (2) tagħha, kif sostitwita, għandha tidħol subklawsola ġdida kif ġej:", "\"(3) Kwalunkwe assoċjazzjoni, organizzazzjoni, jew entità legali tista' tippreżenta lment ukoll f'dawk il-każijiet fejn ma hemmx persuna speċifika li hija identifikata bħala l-vittma tal-ksur tad-dritt għal trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni:", "Iżda l-ilment għandu jkun ta' interess pubbliku jew dwar settur jew grupp partikolari tas-soċjetà.\"; u", "(d) is-subklawsola (3) tagħha għandha tiġi rinumerata bħala subklawsola (4).", "Dan ifisser li m'għandux ikun hemm kawżi ipotetiċi.", "Ħalli nagħti eżempju; ejja ngħidu li fis-Servizz Pubbliku nqalgħet kwestjoni dwar Executive Officers (Eos) f'dipartiment partikolari.", "Ovvjament hemmhekk wieħed irid jindika x'inhi l-problema u anke juri li at face value hemm ilment sostanzjali u mhux noqogħdu nagħmlu l-kawżi minn ottika teoretika.", "Dak hu l-għan u allura biex inwieġbek, Onor. Vassallo, iva, aħna wessajna minn kif inhi l-liġi bħalissa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Ministru, inti użajt il-frażi \"kawżi ipotetiċi\" u l-frażi \"interess ġuridiku\".", "Ejjew nifhmu qabel ma nivvotaw!", "Inti rrispondejtni li iva, jien għedt sewwa li se niftħu aktar u dan fir-rigward ta' min jgħid li qed iħossu ddiskriminat.", "Allura se jkun hemm dan il-Bord, li intom qed tgħidu li huwa semiġudizzjarju, però minkejja dak kollu li qed ngħidu, m'hemm l-ebda klawsola li tista' żżomm milli titressaq quddiemu kawża ipotetika.", "Allura f'dan il-kuntest, meta qegħdin ngħidu \"interess ġuridiku\", dak li s'issa fil-qrati tagħna kien interess ġuridiku mogħti lill-persuna li tħossha aggravata issa se jkun interess ġuridiku aktar wiesa' u min qiegħed jitkellem, jiġifieri l-leġiżlatur, qed jifhem li qiegħed jagħmel aħjar.", "U huwa aħjar, però r-riżultat ta' dan kollu jista' jkun li biex innaqqsu d-diskriminazzjoni, noħolqu diskriminazzjoni oħra għaliex dan se jkun il-mod ta' kif insikktu; qegħdin noħolqu l-probabbiltà li bniedem ma jitkellimx għaliex issa mhux biss se jkun hemm l-interess ġuridiku imma se jkun hemm ukoll interess li qed jiġi mwessa' għal kull assoċjazzjoni.", "Mela allura l-probabbiltà li xi ħadd jiġi mressaq quddiem dan il-Bord għaliex jista' jkun hemm diskriminazzjoni se tkun ferm aktar wiesgħa minn dik tal-lum.", "Għal-leġiżlatur jista' jkun tajjeb però s-side effect jista' jkun ukoll attakk fuq dik li hija l-libertà tal-espressjoni.", "Dak huwa l-biża' tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-ewwel nett iva, se nwessgħu.", "It-tieni, għedt ċar li jrid ikun hemm bażi għal azzjoni.", "It-tielet, għandna awtorità kważi ġudizzjarja li se tara l-każ, jiġifieri billi jitressaq każ ma jfissirx li se jintlaqa'.", "Ir-raba', din il-liġi ma tittrattax opinjonijiet u allura l-fatt li persuna tgħid l-opinjoni tagħha ma jaqax fil-parametri ta' azzjoni li tista' tittieħed taħt din il-liġi.", "Għalhekk, persuna bħall-Onor.", "Vassallo, li l-morali tiegħu huma li huma u anke jesprimihom fil-Kamra, se tibqa' libera li tesebixxi l-morali tagħha għaliex temmen f'dak li temmen u mhux se tiġi milquta minn din il-liġi partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MIRIAM DALLI: Sur President, min-naħa tiegħi nitlob li ma jkunx hemm emendi ulterjuri għal dak li għandna hawnhekk għaliex id-diċitura tas-subklawsola (3) naħseb li tgħid b'mod ċar ħafna li inti ma tindirizzax każijiet ipotetiċi għaliex titkellem speċifikament dwar każijiet ta' interess pubbliku u titkellem dwar settur jew grupp partikolari tas-soċjetà.", "Jiġifieri qed tittargittja każijiet ta' diskriminazzjoni li huma ċari u mhumiex ipotetiċi.", "Bis-sistema ġuridika tagħna wkoll, jekk ikollok każ frivolu jiġi mwaqqaf mill-qrati tagħna, jiġifieri s-smigħ ta' dik il-kawża ma jitkompliex.", "Aktar minn hekk, jien inħoss li din il-klawsola qed tagħti drittijiet lil dawk in-nies li individwalment se joqogħdu pass lura milli jieħdu azzjoni meta jkollhom id-drittijiet tagħhom mhux imħarsa kif suppost.", "Issa hawnhekk il-key word għalija hija l-kelma \"legali\" għaliex fl-emenda tal-Ministru qegħdin nitkellmu dwar \"assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet, jew entitajiet legali\" u allura m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi entità li titfaċċa minn xi mkien u li tkun qed tirrappreżenta l-interess ta' individwu li jħossu rappreżentat aħjar b'dak il-mod.", "Għaldaqstant il-jargon li għandna bħalissa f'din il-klawsola lili jagħtini s-serħan il-moħħ li dawk in-nies aħna qegħdin nipproteġuhom aktar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRIS SOLER: Se nagħmel din ir-rimarka aktar bħala punt ta' kjarifika jew biex nifhem aħjar jien.", "Fis-subklawsola (2), tenut kont tal-fatt li l-kunsens huwa rekwiżit legali importanti ħafna, anke fil-kamp kuntrattwali, irrid nistaqsi jekk il-kunsens li qegħdin nirreferu għalih hawnhekk jistax jiġi interpretat bħala l-parteċipazzjoni ta' persuna bħala membru f'assoċjazzjoni, organizzazzjoni, jew entità legali.", "Din il-parteċipazzjoni tista' tiġi mifhuma, jew interpretata, jew ikkonsidrata bħala li dik il-persuna hija a konoxxenza ta' dak il-kunsens litteralment bil-preżenza stess.", "Allura mingħajr ma jkun hemm kunsens bil-miktub, naħseb jeżisti r-riskju li effettivament l-assoċjazzjoni, l-organizzazzjoni, jew l-entità legali tkun tista' tippromwovi lment mingħajr ma jkollha l-kunsens espliċitu tal-persuna u naħseb dak mhuwiex l-għan ta' din l-emenda.", "Għalhekk, tenut kont tal-fatt li f'din il-liġi m'hemmx interpretation clause li tiddefinixxi x'inhu kunsens imma naturalment il-kelma \"kunsens\" għandha riperkussjonijiet legali enormi, anke fil-Kodiċi Ċivili, partikolarment fil-kamp kuntrattwali, u tenut kont ukoll tal-fatt illi fis-subklawsola (3) qed inwessgħu dan il-poter, ma nafx hux il-każ li ngħidu li l-kunsens għandu jkun bil-miktub.", "Qed nagħmel din ir-rimarka sempliċement għall-konsiderazzjoni tagħkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nemmen li l-Avukat tal-Istat għandu raġun u qiegħed jiggwidana biex nevitaw sitwazzjonijiet fejn xi assoċjazzjoni tgħid li l-persuna tat il-kunsens però ma jkun hemm xejn li jurik tali kunsens.", "L-idea ta' din il-klawsola kienet – din m'għedthiex qabel imma spjegata tajjeb l-Onor.", "Miriam Dalli – li noħolqu dik li jsejħulha \"ekonomija tal-ġudizzju\".", "Ħalli nagħti eżempju; ejja ngħidu li hemm struttura fis-Servizz Pubbliku li hija diskriminatorja, bħal, pereżempju, il-mod li bih tinħadem il-paga tan-nisa.", "Għalkemm din ma tkunx saret apposta, il-kriterji użati jkun qed iwasslu għal diskriminazzjoni.", "Għalhekk, minflok ma kulħadd joqgħod jiftaħ kawża, bil-fatt li jkollok il-kollettività din l-istruttura tiġi rranġata u nevitaw sitwazzjoni li kull persuna toqgħod tattakka xi ħaġa li hija antidiskriminatorja.", "Fil-fatt, l-Abbozz ta' Liġi stess jagħti għajnuna biex dak li jkun, jekk għandu struttura li hija diskriminatorja, – nerġa' ngħid li mhux bilfors ikun għamilha apposta imma jista' jkun li jkunu żviluppaw ċerti affarijiet, jew fil-business tiegħu jkun dejjem ħadem hekk – tiġi rranġata ħalli mhux kull wieħed joqgħod jagħmel kawża u jkollna ħafna kawżi.", "L-intenzjoni hija tajba, fis-sens li l-kollettiv jolqot lill-vittmi kollha u allura ma jkunx hemm il-ħtieġa li kull wieħed, b'mod separat, jiftaħ kawża għal rasu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, l-ewwel nett nirringrazzja lill-Avukat tal-Istat talli ġibed l-attenzjoni li assoċjazzjoni – din tista' tkun anke l-Assoċjazzjoni ta' min iħaddem – irid ikollha bil-miktub li għandha d-dritt titkellem f'isem dak li jkun.", "Dak diġà huwa avvanz importanti 'l quddiem.", "Madanakollu jien għandi dubju kbir dwar dak li inti dejjem tgħid u ilek tirreferi għalih għax issostnih u temmnu, Ministru, ċjoè li opinjoni ma tistax tikkostitwixxi ksur ta' din il-liġi.", "Issa jekk inħarsu lejn l-ewwel klawsoli ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nsibu li dawn jiddefinixxu fejn m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni u liema huma dawk l-atti li persuna tista' tiġi mħarrka fuqhom.", "Aktar minn hekk, u apparti milli persuna tista' tħarrek persuna oħra, qed ngħidu li anke assoċjazzjoni tista' tħarrek persuna għax tkun wettqet diskriminazzjoni abbażi tal-klawsoli 4, 5, 6, 7 u kull fejn hemm il-karatteristiċi protetti u r-raġunijiet li fuqhom tista' sseħħ diskriminazzjoni.", "Għalhekk, filwaqt li faċilment ngħidu li opinjoni ma tistax tkun il-bażi ta' litigazzjoni jew ta' taħrika quddiem dan il-Bord, jekk jien nitkellem fuq is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, pereżempju, opinjoni tkun u jekk hija titkellem fuqi, opinjoni tkun ukoll.", "Mela allura permezz ta' dik l-opinjoni jien nista' nkun qed nagħmel hate speech kontra s-Segretarju Parlamentari!", "Jiġifieri faċli ngħidu opinjoni ma tistax tikkawża taħrika imma hija opinjoni l-bidu ta' kull hate speech, jew ta' kull att diskriminatorju … (Interruzzjonijiet) Tgħidulix \"U le, Edwin!\" għax b'dak li kien qed jgħid Edwin, l-Avukat tal-Istat diġà sab fejn nistgħu nikkoreġu!", "Li kieku jien ma tkellimtx, konna nibqgħu għaddejjin.", "Huwa fatt li fejn qabel kienet persuna li għandha interess ġuridiku li tista' tressaq ilment kontra persuna oħra, b'din il-liġi anke entità se tkun tista' tressaq ilment.", "Issa l-entità se ngħidulha li jrid ikollha sottomissjoni bil-miktub, u dik diġà aħjar, imma ejja ma nkunux daqshekk ħfief li ngħidu li fuq opinjoni persuna ma tistax titressaq quddiem il-Bord għax kull fatt jista' jitressaq bħala att ta' diskriminazzjoni.", "Att ta' diskriminazzjoni jista' jkun jew att fih innifsu lejn persuna oħra b'mod fiżiku, jew hate speech, jew forsi xi ħadd iżomm lil xi ħadd milli jitħallas paga ġusta, imma l-punt hu li hemm diversi fatti li jistgħu jitressqu quddiem dan il-Bord ġudizzjarju.", "ROSIANNE CUTAJAR: Però mbagħad sta għall-Bord jekk jilqax jew le dak l-ilment.", "EDWIN VASSALLO: Ejjew nifhmu li b'dan il-Bord, li intom sejjaħtulu \"semiġudizzjarju\", qegħdin inwessgħu l-probabbiltà ta' min jista' jżomm milli tittieħed azzjoni u allura wieħed jista' joqgħod lura milli jitkellem jew jekk jitkellem, nistgħu faċilment intellgħuh quddiem dan il-Bord għax jiġi allegat li għamel hate speech.", "S'issa kulħadd qed jgħid li le, imma dan il-Bord se jiġi mwaqqaf biex jaħdem u l-parti l-kbira tal-ħidma tiegħu se tkun proprju biex inaqqas dik li s'issa hija l-libertà tal-espressjoni.", "L-abbuż jien ma naqbilx miegħu, u d-diskriminazzjoni jien kontra tagħha, però l-biża' tiegħi hi li Bord bħal dan ma tantx għandu limiti sa fejn jista' jasal meta jiġi biex jikkostitwixxi jew jagħti s-sentenza jew id-deċiżjoni tiegħu.", "Fil-fatt, wieħed mill-ewwel argumenti tagħna bħala Oppożizzjoni fl-istadju tat-Tieni Qari kien li din hija liġi fluwida ħafna u allura dan il-Bord jien narah perikoluż jekk se jaħdem b'dan il-mod għax l-opinjoni ta' persuna xorta tista' tkun il-bażi ta' taħrika quddiem dan l-istess Bord, aktar u aktar issa li taħrika tista' ssir mhux biss minn persuna li għandha interess ġuridiku imma anke minn assoċjazzjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa se niftaħ il-floor għal dawk li qegħdin jipparteċipaw biż-Zoom.", "Infakkarkom li għandkom żewġ minuti.", "Nitlobkom biex tagħmlu l-punt tagħkom u biex ma nirrepetux ruħna.", "DR TONIO BORG: Sur President, se nagħmel punt dwar l-opinjoni.", "L-ewwel nett ħadt gost li l-Ministru qal li l-opinjonijiet ma jaqgħux taħt din il-liġi għaliex xi konsulenti fil-Ministeru tiegħu qalu l-kuntrarju.", "Għaldaqstant nieħu l-opportunità biex nistaqsi lill-Avukat tal-Istat x'jiġri fil-każ li xi ħadd jesprimi opinjoni li relazzjoni mhijiex skont il-liġi naturali.", "M'iniex qed ngħid li naqbel ma' min jgħid hekk, biex nagħmilha ċara, però nixtieq inkun naf jekk dik taqax taħt din il-liġi.", "Xi ħadd fil-Ministeru tal-Ministru Zammit Lewis qal li lanqas għandna bżonn din il-liġi għaliex min jgħid hekk, nistgħu nressquh fuq hate speech!", "Mhux qed ngħid li min jiġġenera l-mibegħda m'għandux jiġi kkastigat imma fil-każ li wieħed ikun qiegħed jesprimi opinjoni, naqblu jew ma naqblux magħha, naħseb li s-sitwazzjoni hija differenti.", "Voltaire kien qal: Jien nista' ma naqbilx miegħek imma lest li mmut biex nipproteġi d-dritt tiegħek li tesprimi ruħek.", "Għalhekk, jekk jien ngħid li ċerti relazzjonijiet mhumiex skont il-liġi naturali, se titqies bħala reat kriminali taħt din il-liġi?", "Nixtieq li jweġibni l-Avukat tal-Istat.", "It-tieni, ġaladarba qed insemmu l-Bord, nixtieq inkun naf jekk dan jistax jimponi pieni amministrattivi.", "Qed nistaqsi għaliex hemm tliet sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali li jgħidu li qorti biss tista' timponi pieni amministrattivi.", "It-tielet, veru li se nneħħu l-interess ġuridiku imma għaliex hawnhekk biss se nneħħuh?", "Jekk irrid nattakka liġi għax tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem, irrid nipprova l-interess ġuridiku.", "Jiġifieri jekk ipotetikament tidħol il-liġi tal-abort f'Malta, jien ma nistax nattakkaha dik il-liġi; irid jattakaha xi ħadd li għandu interess ġuridiku.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li l-interess ġuridiku se jitneħħa.", "Prosit, imma neħħuh għal kollox mhux għal hawnhekk biss!", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRIS SOLER: Jekk fhimt sew, din il-liġi mhu se jkollha l-ebda ġuriżdizzjoni penali, fis-sens li persuna mhux se titressaq il-Qorti taħt din il-liġi b'mod dirett.", "Se mai, f'dan l-Abbozz ta' Liġi għandna emenda konsegwenzjali għall-artikolu 82A tal-Kodiċi Kriminali u allura jekk ikun hemm ir-rekwiżiti fil-liġi sabiex persuna titressaq, wara li jkun hemm id-denunzja, ir-rapport jew il-kwerela skont il-Kodiċi Kriminali, u jekk l-uffiċjal investigattiv – eventwlament se jkun l-Avukat Ġenerali u mhux aktar il-Pulizija – iressaq il-persuna, ma naħsibx li din il-liġi b'xi mod se tkun qed taffettwa il-lite proceduralis li tista' twassal għall-imputazzjoni penali quddiem qorti penali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CLAIRE BONELLO: Sur President, irrid nagħmel xi mistoqsijiet.", "L-ewwel nett din il-klawsola qisha qiegħda tneħħi għalkollox ir-rekwiżit tal-interess ġuridiku u qed nifhem ukoll li anke f'każijiet fejn m'hemmx vittmi, se jkun hemm il-possibbiltà ta' prosekuzzjoni quddiem dan il-Bord.", "Kif naraw mill-Abbozz ta' Liġi Nru 97, dan il-Bord se jkollu l-mandat li jimponi multi ta' natura penali.", "Qed ngħid hekk għax minkejja li d-diċitura tal-Abbozz ta' Liġi tgħid li dawn huma multi amministrattivi, dawn jammontaw għal massimu ta' €10,000 u allura huma ekwivalenti għal pieni ta' natura penali.", "Nixtieq nitlob ukoll il-leġiżlatur jispjega għaliex m'hemmx kriterji biex jissalvagwardjaw li jkun hemm prosekuzzjonijiet frivoli u li jippersegwitaw in-nies.", "Jista' jkollna każijiet ta' assoċjazzjonijiet, jew saħansitra xi entità legali minn barra, li jkunu jistgħu jressqu prosekuzzjoni ta' individwu Malti, bil-fire power legali kollha li jkollhom dawn l-assoċjazzjonijiet jew l-entità barranija, u dan jirriżulta f'persekuzzjoni ta' prosekuzzjonijiet.", "Nixtieq nitlob ukoll lill-Ministru sabiex jagħtina xi eżempji ta' ċirkostanzi ta' dan it-tip, jiġifieri ċirkostanzi fejn jista' jitressaq ilment fuq interess pubbliku, jew fuq kwestjoni ta' nondiskriminazzjoni, li mhux ipotetiku.", "F'liema każijiet jistgħu jitressqu?", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR MIRIAM SCIBERRAS (Chairperson, LifeNetwork Foundation Malta): Sur President, nixtieq kjarifika dwar jekk l-opinjonijiet humiex esklużi jew le.", "Qed ngħid hekk għax bħalma qal Dr Tonio Borg, dan l-aħħar fuq il-midja soċjali kien hemm min ikkummenta, inkluż nies ta' statura legali, u qal li l-artiklu li nkiteb mill-Prof.", "Jien mhux qed ngħid li naqbel mal-kliem kif ġie poġġut, però kien hemm min ikkummenta f'dan is-sens, u dawn kienu kummenti serji, tant li ġew deskritti bħala omofobiċi eċċ. mill-ġurnalisti.", "Allura hawnhekk tqum din il-mistoqsija kbira: Opinjoni se tkun eskluża jew le?", "Jiġifieri bniedem se jibqa' liberu li jikteb l-opinjoni tiegħu?", "Nixtieq li tkun iċċarata din.", "Issa nixtieq nagħmel punt dwar l-interess ġuridiku.", "Fuq l-interess ġuridiku jrid ikollna kjarifika ċara.", "Pereżempju bħalissa l-Morning After Pill qed jintqal ħafna fuqha fil-gazzetti u għaliex aħna qed nagħmlu kawża fuqha, naf li wieħed irid jipprova l-interess ġuridiku.", "Allura jekk l-interess ġuridiku se jitneħħa hawnhekk, għandu jitneħħa għal-liġijiet kollha għax imbagħad il-liġi tal-ugwaljanza se tkun aktar ugwali minn liġijiet oħra!", "Jew il-liġijiet se jkunu ugwali u allura ngħidu li din hija liġi li se tippromwovi l-ugwaljanza, jew inkella se ngħidu li din hija liġi tal-ugwaljanza li hi stess mhijiex ugwali għal liġijiet oħra!", "Nixtieq risposta dwar dan.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR IAN BALDACCHINO (Rappreżentant tal-Kunsill Mediku): Sur President, il-Kunsill Mediku huwa l-kunsill regolatorju tat-tobba u d-dentisti u nixtieq inqajjem xi paralleli u xi kwestjonijiet oħra li konna qegħdin insemmu waqt din id-diskussjoni.", "L-ewwel nett se jkun interessanti l-fatt li dan il-Bord se jkollu rwol investigattiv, speċjalment f'oqsma ta' natura sensittiva, – fost il-karatteristiċi protetti hemm il-mediċina u s-saħħa u allura aħna nifhmu li jista' jkun hemm areas li jkunu daqsxejn sensittivi – u li se jkun hemm rappreżentanza barranija.", "Mela jekk, pereżempju, tabib jew dentist jittella' quddiem dan il-Bord, dan se jkollu quddiemu mhux biss il-klijent tiegħu stess imma wkoll rappreżentanza barranija.", "Issa fil-każ tagħna mhux biss inkunu qegħdin naraw mod ta' xogħol imma nkunu qed naraw ukoll b'mod individwali l-persuna.", "Dan ifisser li NGO tista' tmexxi bis-saħħa finanzjarja u soċjopolitika tagħha kontrik għaliex inti tkun qed tagħmel xogħlok, u inti tista' tittella' quddiem dan il-Bord mhux darba biss imma tista' tittella' aktar minn darba, u dan apparti milli jkollok il-burden of proof kontrik.", "Għalhekk, aħna qed naraw li hemm daqsxejn saħħa żejda f'ċerti ċirkostanzi, speċjalment meta hemm l-individwu kkonċernat.", "Ma ninsewx li din il-liġi qed issir minħabba raġunijiet ta' xogħol u ugwaljanza; din il-liġi kienet bdiet biex naraw li jkun hemm ugwaljanza fuq ix-xogħol.", "Niġi għall-aħħar punt.", "Din il-klawsola ma ssemmi xejn jekk l-akkużat għandux id-dritt li jkollu lil xi ħadd jirrappreżentah.", "Jekk qed nagħtu saħħa fuq naħa waħda biss u l-akkużat m'għandux min jgħinu u jirrappreżentah, kemm b'mod individwali kif ukoll bħala membru ta' xi assoċjazzjoni, u jekk m'għandux min jiddefendih fuq punt ta' etika u għall-mod ta' kif hu jipprattika, diġà hemm ċerta saħħa aktar fuq in-naħa l-oħra.", "U li jinkwetana wkoll …", "IĊ-CHAIRPEROSN: Dr Baldacchino, niskuża ruħi però qbiżt il-ħin.", "IS-SUR CLAYTON MERCIECA (Rappreżentant tal-Allied Rainbow Communities): Sur President, qed jitqajmu ħafna concerns fuq l-opinjonijiet u mhux opinjonijiet.", "Opinjoni hija li tgħid \"Jien jogħġobni l-kafé u mhux it-te\", imma li tgħid affarijiet kontra persuni u l-eżistenza tagħhom ma nqisuhiex bħala opinjoni.", "U huwa hemmhekk fejn naraw li ħafna drabi persuni li huma f'minoranzi jkunu qegħdin jiġu mċaħħda minn xi drittijiet, jew ikunu qegħdin jiġu mgħajra jew trattati ħażin u ma jkollhom lil ħadd min jaqbeż għalihom.", "Għalhekk, din hija klawsola importanti għaliex tagħti l-poter lill-organizzazzjonijiet biex jieħdu passi f'isem dawn l-individwi li jkunu qed jiġu ddiskriminati jew li jkunu qed jiffaċċjaw inugwaljanzi.", "Fil-każijiet li naraw aħna hemm bżonnha ħafna din il-klawsola għaliex min qiegħed f'minoranza, diġà għandu ħafna ostakli fil-ħajja u li jiffaċċja ħafna battalji waħdu hija l-inqas ħaġa li jrid.", "Allura li jkun hemm assoċjazzjoni li tista' tgħinu biex iressaq il-każ hija importanti.", "U ma nimmaġinax li saħħa finanzjarja NGO jkollha wisq fil-maġġor parti tal-każijiet; l-aktar li tista' toffri huwa li żżomm idejn il-persuna sabiex tressaq il-każ quddiem il-Bord.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR IVAN GRECH MINTOFF: Sur President, jidher ċar li hawn inċertezza kbira dwar xi tfisser \"opinjoni\" u aħna qed nifhmu li iva, opinjoni fil-mument tista' twassal għal taħrika quddiem dan il-Bord.", "Għaldaqstant naħseb li wasal il-ħin li niċċaraw eżatt jekk opinjoni tistax twassal għal taħrika jew le, u magħha nżid ukoll it-twemmin.", "It-twemmin huwa karatteristika protetta u allura jekk jien nemmen f'xi ħaġa u nesprimiha, dik tista' twassalni għal taħrika jew le?", "Naħseb importanti li niċċaraw dan il-punt għax jidher ċar li hemm min għalih tkun opinjoni u hemm min għalih ma tkunx.", "Kulħadd qed jagħti l-interpetazzjoni tiegħu u allura jeħtieġ li niċċarawha.", "Fir-rigward tal-punt li min qed iħossu offiż issa jista' jkollu l-backing ta' gruppi internazzjonali, li jistgħu jkunu gruppi estremisti u li għandhom il-fondi biex ikunu jistgħu jiddefenduh, għalija huwa ta' tħassib kbir għax jew jien qed inressaq l-ilment jew inkella jien se nressaq l-ilment biex imbagħad jidħol xi ħaddieħor u jifqa' lil min ikun qed jiġi akkużat.", "Ma ninsewx li min ikun akkużat, skont din il-liġi, ikun misjub ħati sakemm huwa jipprova ruħu li mhuwiex.", "Dik hija xi ħaġa tal-waħx ukoll, apparti li hemm multi ta' €10,000 u mingħalija hemm ukoll piena ta' ħabs.", "L-istess il-fatt li l-Qorti se tkun marbuta li tmexxi d-deċiżjoni li tittieħed minn dan il-Bord.", "Allura naħseb li hemm ħafna layers ta' one-sided legal strength.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR PETER CASSAR TORREGIANI: Sur President, naseb li bħala poplu għandna nkunu iżjed konxji li l-Parlament tagħna jrid jaħdem għall-ġid tal-bniedem fil-futur u wisq nibża' li dħalna fil-gwerer għall-kontroll li hemm għaddejjin fid-dinja u dħalna fihom b'mod mhux għaqli.", "U din il-liġi naħseb tesprimi dan l-iżball.", "Aħna ġibna l-gwerra tad-dinja hawnhekk!", "Din qiegħda fil-kamra tagħkom, fuq il-mejda tagħkom, u allura l-Parlament qed ikun żvijat.", "Aħna mhux se nwasslu lill-bnedmin il-ġenna b'dan il-mod imma nistgħu nagħmlu infern fl-art għal xulxin.", "Dan ma jgħoddx; ikun ħafna aktar għaqli jekk ir-rispett għall-minoranza jkun billi jsir iżjed fil-fond id-djalogu bejn min għandu opinjoni differenti.", "Allura go easy, u go slow għaliex hemm ġid kbir x'joħroġ minn dawn il-problemi, però dejjem jekk id-djalogu jsir bi spirtu tajjeb.", "Mela isimgħuhom lil dawk li qed ikollhom dubji serji għax b'hekk, il-Parlament jgħin ħalli d-djalogu jkun ta' ġid għall-futur tal-bniedem f'Malta.", "Jalla jkun ta' ġid għad-dinja wkoll imma almenu jkun ta' ġid fostna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR JOE GRIMA (Rappreżentanta tal-Malta LGBTIQ Rights Movement): Sur President, nixtieq nirrimarka li kumbinazzjoni kważi kull min qed jitkellem qiegħed jagħmel referenza għall-komunità LGBT daqslikieku aħna komunità perikoluża u li tixtieq tippersegwita.", "L-evidenza però turi li s-sitwazzjoni hija waħda kompletament opposta.", "Nixtieq ukoll nirrimarka li kulħadd qed jgħid li ma jaqbilx ma' dak id-diskors li sar u allura jkun ideali li jekk ma naqblux, dak id-diskors ma nagħmluhx mill-ewwel.", "Rigward is-saħħa ekonomika li qed tgħidu li għandhom l-NGOs jew l-assoċjazzjonijiet, nista' niggarantilkom li għad-dispożizzjoni tagħna għandna biss fondi limitati ħafna u nonfqu parti sostanzjali minnhom fuq social work u fuq il-counselling li jsir minħabba l-fatt li s-soċjetà tippersegwita lill-komunità LGBT u mhux bil-kontra.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Claudette Buttigieg, lill-Ministru, lis-Segretarju Parlamentari u lin-nies kollha li kkummentaw li ma qablux ma' dak id-diskors li sar fil-laqgħa preċedenti.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jidher li ma fadal ħadd li jixtieq jikkummenta fuq din il-klawsola minn fost dawk li qegħdin jipparteċipaw biż-Żoom u għalhekk nistaqsi jekk hawnx aktar rimarki min-naħa tal-Membri qabel ma niġu għall-vot?", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, nixtieq nagħmel ftit kummenti fuq dak li smajna u fuq dak li qegħdin niddiskutu.", "L-ewwel nett fir-rigward tal-interess ġuridiku jien mhux qed nifhem li qed inneħħuh imma qed nifhem li qed inwessgħuh ftit.", "Dan sabiex jekk, pereżempju, jien qiegħed niġi ddiskriminat imma forsi minħabba l-karattru tiegħi, jew ħaġa jew oħra, nibża' nitkellem u mmur quddiem dan il-Bord, b'din il-liġi, jekk hemm assoċjazzjoni li nħossni rappreżentat fiha, din l-assoċjazzjoni tista' tirrappreżentani.", "Jekk huwa hekk, u nixtieq li l-Ministru jikkonferma, allura naħseb li qed nagħmlu pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Barra minn hekk, fuq suġġeriment ta' Dr Soler qed ngħidu li dan il-kunsens irid ikun bil-miktub, u jien naqbel għax jista' jkun li jkun hemm assoċjazzjonijiet li jabbużaw u allura jekk jien inħossni ddiskriminat, immur għand l-assoċjazzjoni, nagħtiha l-kunsens tiegħi bil-miktub u din tkun tista' tirrappreżentani.", "Mela hemmhekk qed niftiehmu u naqblu li jekk nagħmlu hekk, qegħdin innaqqsu d-diskriminazzjoni?", "Dik hija l-ewwel mistoqsija tiegħi.", "It-tieni mistoqsija tiegħi tittratta xi ħaġa li rreferew għaliha s-Sur Clayton Mercieca u b'mod partikolari s-Sur Joe Grima.", "Naħseb li f'dan il-pajjiż irridu nieqfu nitkellmu fuq l-opinjoni bil-mod kif qed nitkellmu fuqha.", "Mid-diskorsi li smajna fl-aħħar laqgħa u ftit illum, hawn min f'dan il-pajjiż, u anke hawn ġew, mhux f'din il-Kamra imma fuq iż-Żoom, qiegħed jabbuża bil-kelma \"opinjoni\".", "Jien ma nistax nagħmel statement fejn niddiskrimina kontra xi ħadd u ngħid li dik hija l-opinjoni tiegħi, jew li dak huwa dak li nemmen fih!", "Għalhekk, nissuġġerixxi lil Dr Soler biex jekk nistgħu nagħmlu xi forma ta' definizzjoni biex nieqfu nabbużaw bil-kelma opinjoni darba għal dejjem.", "Mhux qed ngħid li ssir illum, imma naħseb li it is about time li ssir għaliex din il-ħaġa li naqbdu u ngħidu li din hija l-opinjoni tiegħi u allura niddiskriminaw u ngħidu li rridu naħseb li m'għandhiex tkun.", "It-tielet, Dr Ian Baldacchino, li qiegħed jirrappreżenta l-Kunsill Mediku, naħseb li għamel punt importanti u li għandna neħduh inkonsiderazzjoni.", "Dr Baldacchino qed jgħid li jekk jien tabib u għandi pazjent li qed iħossu li jien iddiskriminajt kontrih, dan jista' jressaqni quddiem dan il-Bord u bl-emendi li qed nagħmlu jista' jkollu assoċjazzjoni tiddefendih.", "Allura l-biża' tiegħu hija li jien se jkolli pazjent li għandu assoċjazzjoni li qed tiddefendih imma jien, bħala tabib, se nkun waħdi.", "Għalhekk, it-tielet mistoqsija tiegħi hija din: It-tobba nafu li għandhom l-assoċjazzojnijiet tagħhom u allura dawn jistgħu jkunu involuti biex jiddefendu t-tobba tagħhom ħalli quddiem il-Bord ikollna like with like?", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, fil-bidu nett konna qegħdin nitkellmu fuq dan il-Bord bħala bord semiġudizzjarju però issa qegħdin nifhmu li dan se jkollu kwalitajiet importanti ferm biex jagħti l-ġudizzju tiegħu u anke pieni amministrattivi u pieni ta' natura penali.", "Dr Tonio Borg għamel mistoqsija li ma ngħatatx risposta u għaldaqstant nerġa' nfakkar li hemm sentenzi tal-Qorti li jgħidu li l-pieni amministrattivi għandhom jingħataw biss minn qorti.", "Dan ifisser li ma jistax ikun hemm bordijiet li jagħtu pieni amministrattivi.", "Għalhekk, fir-rigward ta' dan il-Bord, li se nressquh għall-vot taħt il-klawsola 29, x'se tkun ir-relazzjoni bejn dik is-sentenza tal-Qorti u l-klawsola 29?", "Dan il-Bord, li qegħdin insejħulu \"semiġudizzjarju\", kapaċi jagħti multi li jammontaw għal €10,000, li mhumiex xi ħaġa żgħira, u għaldaqstant dan il-Bord se jkun qiegħed imur kontra s-sentenzi tal-Qorti?", "Ħafna mill-mistoqsijiet li qegħdin isiru f'dan ir-rigward huma soġġetti għall-Abbozz ta' Liġi Nru 97, li għad irridu niddiskutuh, u allura għaliex ma nissospendux id-diskussjoni fuq din il-klawsola sakemm ma nittrattaw l-Abbozz ta' Liġi Nru 97, imbagħad nerġgħu lura għaliha?", "(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed sempliċement nagħti opinjoni!", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Vassallo.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, għadni ma spiċċajtx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jogħġbok ipprova kkonludi għax m'għandniex sa għada hawnhekk.", "EDWIN VASSALLO: Iva, se nikkonkludi.", "Jekk aħna d-dar tad-demokrazija …", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejja, ejja, jekk jogħġbok.", "EDWIN VASSALLO: Mhux ejja, ejja għax nitlob ruling fuq l-imġiba tiegħek.", "Qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa serja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Soler irid iwieġbek.", "EDWIN VASSALLO: Jien qed nistaqsi jekk nistgħux nikkonsidraw li din il-klawsola nissospenduha sakemm ma nkunu ttrattajna l-Abbozz ta' Liġi Nru 97.", "B'hekk, inkunu nafu eżattament fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRIS SOLER: Sur President, l-ewwel nett irrid ngħid li jien dejjem favur iċ-ċertezza legali fl-ordinament ġuridiku tagħna.", "Dak huwa prinċipju importanti ħafna, anke fid-dritt komunitarju, għax iwassal għal dawk li jgħidulhom \"legitimate expectations\".", "Madanakollu naħseb li huwa diffiċli ħafna biex tiddefinixxi \"opinjoni\" waħedha, jekk mhux impossibbli.", "Fil-fatt, anke l-qrati jkollhom diffikultà meta xi ħadd ikun qed jixhed u jkun espert tekniku; ikollhom diffikultà jekk huwiex qed jixhed fuq kostatazzjoni ta' fatt jew jekk hux qed jagħti opinjoni.", "Tant hu hekk li jkun hemm interventi minn avukati fis-sens li ma jistax jixhed fuq ċerti punti għax jikkostitwixxu aktar opinjoni milli kostatazzjoni ta' fatt.", "Minkejja dan, naħseb li l-kelma \"opinjoni\" hemm definizzjoni impliċita tagħha f'dan l-Abbozz ta' Liġi jekk wieħed jara d-definizzjoni \"opinjoni politika\".", "Wieħed jista' jiddeduċi allura x'inhija opinjoni fl-interpretation clause meta jara li qed nitkellmu fuq twemmin jew sostenn ta' ideoloġija.", "Jiġifieri minn hemmhekk wieħed jista' jislet dak li forsi qed infittxu f'dan ir-rigward mingħajr ma nidħlu f'kumplikazzjonijiet legali.", "Qed ngħid dan għaliex biex tara jekk xi ħaġa hijiex opinjoni jew le, trid tiġi kkonstatata skont il-fatti speċifiċi ta' dak il-każ partikolari f'dak il-ħin partikolari.", "Mela huwa diffiċli ħafna biex inti, a priori, tiddefinixxi opinjoni f'dan il-kuntest.", "Fil-fatt, f'ħafna liġijiet barranin, anke li għandhom portata kostituzzjonali, niddubita kemm hemm definizzjoni espliċita u ċara ta' opinjoni.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dr Soler, hemm żewġ affarijiet li forsi tista' tweġibhom.", "L-ewwel nett kemm l-Onor.", "Vassallo kif ukoll Dr Tonio Borg staqsewk fuq il-penali amministrattivi u naħseb li dik hija kwestjoni li tista' tweġibha.", "It-tieni, b'rabta ma' dak li għadek kemm għedt issa fuq l-opinjoni, li staqsik fuqha anke l-Onor.", "Gouder, nistgħu b'xi mod norbtu l-intenzjoni mal-issue tal-opinjoni?", "Għax jien nista' nagħti l-opinjoni tiegħi imma l-intenzjoni tiegħi tkun oltre minn sempliċement opinjoni.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Buttigieg, dik hija xi ħaġa li se nidħlu fiha meta niddiskutu t-tixwix għall-mibegħda fil-klawsola 34.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRIS SOLER: Sur President, biex nindirizza xi punti tal-Onor.", "Vassallo u tal-Onor.", "Buttigieg ngħid li tikkomplika ħafna jekk tallaċċja l-opinjoni mal-intenzjoni, u dan għal raġunijiet ovvji; il-kostatazzjoni tal-intenzjoni hija materja diffiċilissima u naħseb li lanqas mhuwa neċessarjament desiderabbli li jsir hekk.", "Fuq il-kwestjoni tal-penali amminstrattivi hemm diversi sentenzi, anke tal-Qorti Ewropea, kif jgħallimni Dr Borg stess, li wara kollox kien jgħallimni d-dritt kostituzzjonali 20 sena ilu!", "Ovvjament dawn qed jevolvu u meta tara deċiżjonijiet ta' qrati kostituzzjonali oħra, u anke tal-qrati tagħna, ma naħsibx li wieħed jista' jgħid li it is a settled practice li l-penali amministrattivi għandhom konnotazzjoni kriminali.", "Fil-fatt, mhux kollha jinkwadraw fi ħdan il-criminal charge limb tal-fair trial taħt l-artikolu 6.", "Naturalment wieħed jista' jinkwadrahom taħt dak li ngħidulu \"the determination of civil rights and obligations\" fl-artikolu 6 tal-Kap.", "319, tenut kont ukoll tal-fatt li hemm ħafna liġijiet oħra f'Malta fejn, pereżempju, wieħed jista' jikkommetti reat imputabbli għalih li jkollu ċertu konnotazzjonijiet li jistgħu jidhru li huma penali però ma jkunux neċessarjament hekk, u dawn iwasslu għal multi u anke għal penali.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ejjew ngħidu li persuna taħt Att partikolari qiegħda topera lukanda mingħajr liċenzja.", "Hemm ikollok kwestjoni ta' vicarious liability jew strict liability u allura mhux neċessarjament għaliex hemm penali amministrattiva, dik hija ta' indoli kriminali u allura dik il-persuna għandha tinġieb quddiem qorti ta' ġuriżdizzjoni kriminali.", "Jiġifieri dik mhux neċessarjament tkun penalità kriminali jew penalità li hija applikabbli taħt il-liġi, anzi għall-kuntrarju ...", "EDWIN VASSALLO: Hawnhekk qed nitkellmu fuq multa ta' €10,000!", "DR CHRIS SOLER: Jekk tippermettili li kont se ngħid huwa li għall-kuntrarju, hawnhekk naħseb li qed jinbeda proċess ta' dekriminalizzazzjoni ta' xi offiżi kriminali, u forsi anke ta' kontravvenzjonijiet li hemm illum fil-Kodiċi Kriminali.", "Jikkoreġini l-Ministru però jidher li l-intenzjoni hija li għada pitgħada jitneħħew direttament minn hemm.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Jekk nirreferi għat-tweġiba li ta l-Avukat tal-Istat, l-opinjoni politika tirreferini għal twemmin jew sostenn ta' ideoloġija politika jew partit, li tinkludi opinjonijiet politiċi relatati ma' mġiba, eċċ. L-istess Avukat tal-Istat tkellem dwar kemm jipprova jfittex iċ-ċertezza legali u allura kellna raġun aħna t-tliet Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni li meta tkellimna fl-istadju tat-Tieni Qari għedna kemm dan l-Abbozz ta' Liġi huwa fluwidu, kuntrarju għal liġijiet oħrajn li jfittxu ċ-ċertezza legali.", "Allura l-biża' tiegħi hija li filwaqt li qegħdin nagħmlu l-affarijiet b'intenzjoni tajba, il-mezz li bih qegħdin nippruvaw naslu li nwettqu din l-intenzjoni tajba li niġġieldu d-diskriminazzjoni, mhuwiex mezz ġust.", "Mela filwaqt li l-Avukat tal-Istat qed jgħidilna li iva, hemm bordijiet oħra li jagħtu dawn il-pieni, altru tmur quddiem bord li jagħtik penali ta' €30 jew €50 u altru tmur quddiem bord li jista' jagħtik penali ta' €10,000!", "Forsi b'mod korrett dan il-Bord qed insejħulu \"Bord semiġudizzjarju\", però jien naħseb li dan huwa ekwivalenti għall-qrati tagħna.", "Sur President, hawnhekk qed nitkellmu fuq opinjoni.", "Kemm jien kif ukoll l-Onor.", "Gouder ridna tifsira ta' opinjoni.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li l-opinjoni ma nistgħux inħarrku fuqha però erġajna lura għat-tifsira tal-opinjoni!", "Il-ħabib tagħna kellu raġun jgħid li qegħdin nitkellmu biss fuq l-issues ta' persuni LGBTIQ però r-realtà hi li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq issues li huma relatati ma' kull ħaġa li tmiss.", "Din hija kwestjoni anke ta' employers, jew ta' ħaddiema, jew tat-tobba u fil-fatt din tmiss lil kull tip ta' xogħol li jeżisti.", "Għaldaqstant irridu noqogħdu attenti għal liema mod u għal liema bord se mmorru, minkejja l-intenzjonijiet kollha tajba li għandna.", "L-istess Avukat tal-Istat, filwaqt li qal li dejjem ifittex iċ-ċertezza legali, tani prova ta' kemm hawn inċertezza legali.", "Hawnhekk ma hawn ebda ċertezza legali!", "Qegħdin nippruvaw nitkellmu fuq ideoloġija.", "Issa għiduli kif tista' tikkwalifika ideoloġija!", "Kif tista' tikkwalifika twemmin jew sostenn?!", "Hawnhekk qegħdin nikkumplikaw ħafna.", "Naqbel mal-intenzjoni li niġġieldu d-diskriminazzjoni u li naraw kif niddefendu l-minoranzi, kif anke qalu numru ta' kelliema, u issa hawn ħafna minoranzi u jien naqbel li niddefenduhom kollha, imma jew nerġgħu niġu għal din il-klawsola wara li l-Abbozz ta' Liġi Nru 97 ikun spjegat aħjar, sabiex inserrħu moħħna li għandna mezz li huwa ġust u jekk jista' jkun f'kull Att li jitressaq, ikollna ċ-ċertezza legali, jew inkella se jkollna xi ħaġa li qed tiġi quddiemna għall-vot nofsha moħmiha.", "Din hija liġi fluwida wisq u ma nistgħux xi ħaġa fluwida bħal din, kif anke sostnejna fl-istadju tat-Tieni Qari meta konna qegħdin nitkellmu u nopponu, nivvotaw fuqha bil-ħsieb li l-poplu se nagħtuh dan il-mezz li bih niġġieldu d-diskriminazzjoni.", "Jien nibża' li dan huwa mezz li se joħloq diskriminazzjoni għax ma fih l-ebda ċertezza legali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MIRIAM DALLI: Sur President, qed nibża' li qegħdin immorru lejn narrattiva ta' min jgħid li jrid joffri l-protezzjoni imma fl-istess ħin juża kwalunkwe tip ta' skuża biex ma noffrux protezzjoni.", "Li inti tipprova tiġġustifika għalfejn għandu jkollok definizzjoni ta' \"opinjoni\" billi tirreferi għad-definizzjoni ta' \"opinjoni politika\" ma naħsibx li jagħmel sens fiċ-ċirkostanzi għax qegħdin nitkellmu dwar affarijiet totalment differenti.", "Aħna rridu naraw li noffru l-protezzjoni u qed ngħid hekk għax issa qed jidħolli dubju jekk l-oġġezzjoni tagħna hijiex fuq il-quantum jew fuq il-prinċipju.", "Ir-realtà hija li dak li għandna hawnhekk huwa biex jekk ikun hemm individwi li waħedhom mhumiex se jieħdu l-passi minħabba diskriminazzjoni li saret fil-konfront tagħhom, – l-Onor.", "Gouder ġustament semma diversi raġunijiet u m'għandix għalfejn noqgħod nirrepetihom – dawn ikollhom il-konfort li għandhom grupp jew assoċazzjoni li tista' tidher għalihom.", "U naħseb li dak huwa l-prinċipju bażiku li qegħdin nitkellmu dwaru.", "Qegħdin nidħlu ħafna fit-teknikalità ta' korp kważi ġudizzjarju u naħseb li d-definizzjoni ta' korp kważi ġudizzjarju hija ċara dwar xiex titkellem u dwar it-tip ta' rimedju li jagħti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, hawnhekk qed nitkellmu biss fuq dritt ta' azzjoni.", "Dan id-dibattitu se nagħmluh b'mod aktar estensiv meta niġu għall-Abbozz ta' Liġi Nru 97.", "Għaldaqstant ninsisti li nivvutaw fuq din il-klawsola filwaqt li ninforma lill-Kumitat li wara s-suġġeriment tal-Avukati tal-Istat, fis-subklawsola (2) tal-klawsola 29 se ndaħħlu l-kliem \"bil-miktub\" u għaldaqstant l-emenda se tiġi taqra hekk:", "\"P\" Klawsola 29 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"Kwalunkwe persuna\" għandhom jidħlu l-kliem \"Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju ieħor fi kwalunkwe liġi oħra, kwalunkwe persuna\";", "(b) is-subklawsola (2) tagħha għandha tiġi sostitwita kif ġej:", "\"(2) Kull assoċjazzjoni, organizzazzjoni, jew entità legali, tista' tippreżenta lment lill-Kummissjoni f'isem jew bl-appoġġ ta' persuna li temmen li hija vittma tal-ksur tad-dritt għal trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni, bil-kunsens bil-miktub ta' tali persuna, fejn titlob lill-Bord sabiex jinbdew il-proċeduri meħtieġa skont dan l-Att.\";", "(ċ) minnufih wara s-subklawsola (2) tagħha, kif sostitwita, għandha tidħol subklawsola ġdida kif ġej:", "\"(3) Kwalunkwe assoċjazzjoni, organizzazzjoni, jew entità legali tista' tippreżenta lment ukoll f'dawk il-każijiet fejn ma hemmx persuna speċifika li hija identifikata bħala l-vittma tal-ksur tad-dritt għal trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni:", "Iżda l-ilment għandu jkun ta' interess pubbliku jew dwar settur jew grupp partikolari tas-soċjetà.\"; u", "(d) is-subklawsola (3) tagħha għandha tiġi rinumerata bħala subklawsola (4).", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jien se nkun qiegħed nivvota kontra minħabba n-nuqqasijiet li fih dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 29 kif imressqa mill-Ministru Edward Zammit Lewis u mis-Segretaraju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament?", "L-Onor.", "Dalli Miriam", "L-Onor.", "L-Emenda \"P\" għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 29 kif emendata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament?", "L-Onor.", "Dalli Miriam", "L-Onor.", "Klawsola 29, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 30 – L-azzjoni għandha ssir fi żmien sentejn", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 30 tikkontempla perjodu ta' sentejn li fih tista' ssir l-azzjoni minn meta jkun ġie kommess l-att ta' diskriminazzjoni, jew minn meta l-persuna tkun saret taf bih.", "F'sitwazzjoni fejn għandek reat kontinwat, jiġifieri f'sitwazzjoni fejn id-diskriminazzjoni baqgħet għaddejja, il-perjodu tal-azzjoni ovvjament jibda minn meta jieqaf dak l-att diskriminatorju.", "F'ismi u f'isem is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar nipproponi din l-emenda:", "\"Q\" Fi klawsola 30, minflok il-kliem \"taħt l-artikoli 28 u 29\" għandhom jidħlu l-kliem \"taħt l-artikolu 28\".", "Din hija emenda teknika u qiegħda ssir peress li l-klawsola 28 ġiet imħassra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ladarba jien ma qbiltx mal-klawsola 29, peress li din il-klawsola qiegħda temenda u għandha x'taqsam mal-klawsola 29, sussegwentement ma naqbilx u se nivvota kontra.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 30 kif imressqa mill-Ministru Edward Zammit Lewis u mis-Segretaraju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament?", "L-Onor.", "Dalli Miriam", "L-Onor.", "L-Emenda \"Q\" għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 30 kif emendata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament?", "L-Onor.", "Dalli Miriam", "L-Onor.", "Klawsola 30, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31 – Il-piż tal-prova.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, f'ismi u f'isem is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar nipproponi din l-emenda:", "\"R\" Klawsola 31 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"taħt l-artikoli 28 u 29\" għandhom jidħlu l-kliem \"taħt l-artikolu 28\";", "(b) fis-subklawsola (1) tagħha, il-kliem \"il-Qorti jew quddiem\" għandhom jiġu mħassra;", "(ċ) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kelma \"aktar\" għandhom jidħlu l-kliem \"konkorrenza ta' kwalunkwe\"; u", "(d) fis-subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"l-Qorti jew il-Bord għandhom jilqgħu l-ilment jekk il-intimat\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Bord għandu jilqa' l-ilment jekk l-intimat\".", "Sur President, din l-emenda qed issir in linja ma' ċerti direttivi Ewropej u bażikament qegħdin nixxiftjaw dak li aħna l-avukati ngħidulu \"burden of evidence\" u li bil-Latin ngħidulu \"onus probandi\".", "Fi kliem sempliċi, min jallega diskriminazzjoni jrid juri li l-allegazzjoni tiegħu at face value treġi però kontra min saret l-allegazzjoni, f'dan il-każ jista' jkun min iħaddem, pereżempju, irid jipprova li m'għandux imġiba li hija diskriminatorja.", "Din qed issir għaliex ħafna drabi d-dokumentazzjoni, speċjalment fil-każ ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, ma tkunx għand min qed jallega d-diskriminazzjoni imma tkun għand min jimpjegah u allura jekk ikun hemm allegazzjoni, huwa jkun jista' jirribattiha bi provi u dokumenti li juru l-kontra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR TONIO BORG: Sur President, kif qal tajjeb il-Ministru, jidher li din l-inverżjoni parzjali tal-prova hija rikjesta mil-liġi Ewropea.", "Jekk inhuwa hekk, m'hemm xejn x'tagħmel.", "Madanakollu l-Bord jissemma tliet darbiet f'din il-klawsola u allura wieħed kif jista' jasal għall-konklużjoni jekk jivvutax favur jew kontra din il-klawsola jekk ma jkunx jaf jekk il-Bord jistax jimponi pieni amminstrattivi?", "U l-Avukat tal-Istat kellu żball meta kkwota l-Qorti Ewropea għax id-dritt li penalitajiet amministrattivi jiġu imposti biss minn qorti ma joħroġx mill-Konvenzjoni Ewropea imma joħroġ mill-Kostituzzjoni tagħna, li hija worded differenti.", "Għaldaqstant hemm żewġ sentenzi li nitlob lill-Avukat tal-Istat biex jarahom.", "Qed nirreferi għall-Federation of Estate Agents case tat-3 ta' Mejju 2016 u għar-Rosette Thake case tat-8 ta' Ottubru 2018.", "Sur President, tant huwa veru dak li qed ngħid li l-Ministru qiegħed jipproponi emenda għall-Kostituzzjoni biex ikunu jistgħu jingħataw pieni amminstrattivi minn Bord li mhux qorti, però għall-grazzja t'Alla dik l-emenda għandha bżonn il-vot ta' żewġ terzi tal-Kamra.", "Ejja nagħmlu l-affarijiet ċari.", "Issa jekk tridu twaqqfu bord li jkun kontra l-Kostituzzjoni, affari tal-Parlament, imma mbagħad fl-ewwel każ li jkollu quddiemu, ikun hemm l-eċċezzjoni ta' din l-inkostituzzjonalità u l-proċeduri jispiċċaw jdumu aktar.", "Qed nagħtikom parir amicus curiae, bla ħlas u bla VAT, imma dan mhux jien qed ngħidu imma qalitu l-Qorti Kostituzzjonali tliet darbiet!", "Semmejtilkom l-aħħar żewġ sentenzi.", "Issa jekk tridu li l-Bord jimponi pieni amministrattivi kontra dawn is-sentenzi, għamlu intom.", "Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, jien m'għedtx li din il-klawsola ma tiġix diskussa, u ovvjament timmerita diskussjoni, kif qal tajjeb Dr Tonio Borg, però ladarba qegħdin nimxu klawsola klawsola, il-mertu ta' dik il-klawsola ovvjament qiegħed fl-Abbozz ta' Liġi Nru 97, li jikkostitwixxi dan il-Bord.", "Dak li qed ngħid, però dan ma jwaqqafniex milli nkomplu għaddejjin għax inkella qatt mhu se nikkonkludu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, naħseb li dak li għadu kif qal Dr Tonio Borg irridu nagħtuh widen.", "L-ewwel nett huwa semma l-kawżi partikolari, li naħseb li għandhom ċertu portata, u forsi Dr Soler jista' jerġa' jirrimarka fuqha din il-kwestjoni.", "It-tieni, irridu nifhmu li għalkemm se nerġgħu niddiskutu meta niġu għall-Abbozz ta' Liġi Nru 97, jekk hemm affarijiet li qed nieħdu deċiżjoni fuqhom issa li huma marbutin mal-Abbozz ta' Liġi Nru 97, il-mistoqsija li għadu kif għamel Dr Tonio Borg hija validissima u leġittima għall-aħħar.", "Jien naħseb li għandna niddeċiedu li jew nagħmlu dak li qal aktar kmieni l-Onor.", "Vassallo, ċjoè nissospendu l-vot fuq ċertu klawsoli, jew inkella dan l-Abbozz ta' Liġi ma nagħlquhx kompletament biex jekk fl-Abbozz ta' Liġi Nru 97 jinqala' xi ħaġa li rridu nbiddlu hawn, inkun nistgħu nagħmlu recommittal tagħna.", "Però xi ħaġa rridu niddeċiedu li nagħmlu!", "U qed nieħu gost li l-Avukat tal-Istat qed jagħmel sinjal b' rasu li qed jaqbel miegħi.", "DR CHRIS SOLER: Qed naqbel fis-sens li żgur se neżamina s-sentenzi li kkwota Dr Borg, u nirringrazzjah talli ġibidli l-attenzjoni għalihom.", "Jien kont naf bihom iżda mhux bil-portata tagħhom fil-kuntest li qed jgħid hu; jista' jkun li jien forsi tajt aktar kas sentenzi li kont rajt u li kienu xi ftit kunfliġġenti f'dan is-sens.", "Madanakollu żgur li se neżaminahom ulterjorment.", "Nirringrazzjah tal-punt tiegħu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Allura forsi nagħtu daqsxejn ċans lill-Ministru jaħseb ftit.", "Mhux qed ngħid ma niddiskutux, anzi ejja nkomplu niddiskutu u nimxu, imma forsi ma niħdux il-vot issa.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Buttigieg, hawn klawsoli oħra li mhumiex marbutin mal-Bord u allura dawk forsi nistgħu mmexxu fuqhom.", "EDWIN VASSALLO: Hekk iva!", "Jien ma vvutajtx kontra bi qżież!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ħadd ma qallek li vvutajt bi qżież.", "EDWIN VASSALLO: Ministru, mhux qed ngħid għalik, miegħek m'għandi l-ebda diffikultà, però hawnhekk kulħadd qed jismagħna bħalissa, u hemm anke kmamar tal-aħbarijiet li qegħdin isegwuna u allura rrid ngħid li jien ma vvutajtx bi qżież.", "U qed nuża din il-kelma għax hija l-iżjed kelma li tifihmha ommi kieku għadha ħajja, Alla jaħfrilha.", "Ma rridx nitkellem b'lingwa li ma jifhimni ħadd.", "Għaldaqstant nirringrazzja lill-Onor.", "Claudette Buttigieg u nirringrazzja lil Dr Tonio Borg talli għamlu l-istess rimarka li għamilt jien.", "Jien dak li tlabt oriġinalment.", "Ejjew nieqfu u nitkellmu fuq x'ġuriżdizzjoni se jkollu dan il-Bord għaliex l-akbar akkuża li kellna meta konna qegħdin niddibattu fl-istadju tat-Tieni Qari aħna d-Deputati tal-Oppożizzjoni – tkellimna aħna t-tlieta u kien hemm ukoll xi Deputati oħrajn sħabna li tkellmu – kienet li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Bord li kważi se jmur kontra l-Kostituzzjoni.", "Għalhekk, ejjew nieqfu niddiskutuha din il-klawsola sabiex nerġgħu nitkellmu darb'oħra għaliex f'din id-dar tad-demokrazija, biex nagħmlu l-affarijiet sewwa m'għandux ikollna għaġla.", "Wara kollox dawn huma issues u deċiżjonijiet ta' portata importanti, speċjalment għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, jekk vermanet irridu niġġieldu d-diskriminazzjoni, però ma nistgħux niġġieldu d-diskriminazzjoni b'Bord li għad irridu niddefinixxu jekk huwiex kostituzzjonali jew antikostituzzjonali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRIS SOLER: Jien ma eżaminajtx fid-dettall il-kontenut tal-Abbozz ta' Liġi Nru 97 u allura bla dubju, jista' jagħti l-każ li hemm konnessjoni, però jekk l-Abbozz ta' Liġi Nru 97 m'hemmx kontemplati fih penalitajiet amministrattivi kif qed nitkellmu f'dan il-kuntest, ma narax li din il-konnessjoni għandu jkollha xi forma ta' valur fid-diskussjoni li għaddejja bħalissa.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, se ngħaddi rimarka ħalli niċċaraw, għax ikun hemm min qed isegwina.", "Skont l-Abbozz ta' Liġi Nru 97, kif anke rrimarkaw kelliema mill-pubbliku, dan il-Bord jista' jwaħħal penali sa €10,000.", "U dan il-Bord se jagħmilha ta' qorti, jiġifieri hawnhekk qegħdin nikkostitwixxu qorti oħra.", "Għalhekk, biex verament niġġieldu d-diskriminazzjoni, ejjew nerġgħu niltaqgħu u fil-frattemp ilħqu tkellmu fuq livell tekniku u araw x'inhuma r-raġunijiet għaliex jekk l-Abbozz ta' Liġi Nru 97 għandna ngħadduh u naqblu fuqu dan il-Bord, mela ejjew naqblu fuq Bord li għandna s-serħan il-moħħ li mhux se jiġi kostitwit b'mod antikostituzzjonali, għax sal-lum għandna d-dubju.", "L-Avukat tal-Istat qal li jfittex iċ-ċertezza legali u jien biex nivvota favur dan il-Bord ċertezza legali ma kellix.", "Issa hawnhekk għandi dubju kemm għandna ċertezza legali wkoll.", "Għalhekk, nitlob li nissospendu d-diskussjoni u nergġħu niltaqgħu u forsi l-affarijiet darb'oħra jkunu ċċarati.", "Jekk le, nerġgħu niltaqgħu kif aħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MIRIAM DALLI: Sur President, minn dak li qrajt joħroġ ċar li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq a quasi-judicial body, u a quasi-judicial body jagħti penalitajiet amministrattivi.", "Naħseb li dik hija ċara daqs il-kristall.", "Madanakollu aħna qegħdin nitkellmu fuq il-klawsola 31 u allura ppermettili nistaqsi lill-Avukat tal-Istat jekk din il-klawsola hijiex meħuda minn direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "U jekk iva, il-kliem li qed jintuża hawnhekk huwa eżatt bħal dak li nsibu f'dawk id-direttivi jew ivarja?", "Forsi qiegħed f'xi liġijiet oħra li diġà għandna?", "Qed nistaqsi sabiex ikollna ċ-ċertezza jekk għandniex diċitura li diġà hija f'liġijiet oħrajn jew le.", "DR CHRIS SOLER: Hemm liġijiet li jinvertu l-onus probandi u kif qal Dr Borg, hawnhekk għandna inverżjoni pjuttost parzjali.", "Fil-kuntest tal-klawsola 31 jien nemmen – dan nallaċċjah mal-punt li qajmet Dr Claire Bonello u dan jgħodd across the board, inkluż fil-kamp kostituzzjonali – li fil-liġijiet tagħna ma tantx nikkonsidraw il-possibbiltà fejn il-vexatious litigant, jiġifieri min jagħmel ilment jew jiftaħ kawża b'raġunijiet frivoli u vessatorji, b'xi mod jew ieħor jagħmel dan b'impunità totali u ma jkunx hemm sanzjoni.", "Madanakollu naħseb li klawsola 31, minħabba l-fatt li qed jingħad li l-persuna trid tistabbilixxi illi l-allegata vittma kienet iddiskriminata abbażi ta' wieħed jew aktar mill-karatteristiċi protetti, almenu fuq livell prima facie, u għalhekk hemm il-kliem \"raġjonevolment preżunt\", taħseb xi ftit għall-major concern li qajmet Dr Claire Bonello f'dan is-sens.", "Jekk wieħed jara s-subklawsola (2) tal-klawsola 31 jara li l-burden of proof huwa pjuttost a shared burden of proof.", "U għandna liġijiet oħra fejn il-burden of proof huwa a shared burden of proof.", "Jien kont Chairperson tar-Refugee Appeals Board għal seba' snin u fir-refugee law għandek burden of proof li huwa shared, kif anke jistgħu jikkonfermaw diversi esperti fil-qasam li qed nara hawnhekk, fosthom Dr Neil Falzon.", "Għaldaqstant iċ-ċirkostanzi li qed tipprospetta din il-liġi mhux biss huma naxxenti mil-Liġi Ewropea, u allura f'dan il-kuntest hawn traspożizzjoni, imma huma kontemplati wkoll f'liġijiet oħra, jiġifieri huma permessibbli, u jien naħseb li huma wkoll pjuttost raġjonevoli għaliex din il-preżunzjoni hija a rebuttable presumption.", "Aħna ngħidulha \"iuris tantum\" u mhux \"iuris et de jure\" għaliex hija a rebuttable presumption.", "Allura naħseb li f'dan il-kuntest xi ftit taħseb ukoll għall-punt validu li qajmet Dr Claire Bonello fir-rigward tal-vexatious litigant.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Dr Soler, hawnhekk qed nitkellmu fuq il-klawsola 31 u inti qed titfa' l-akbar attenzjoni fuq dak li staqsiet l-Onor.", "Miriam Dalli għar-rigward il- burden of proof.", "Madanakollu xorta jibqa' l-każ li int ippruvajt tiġġustifika, u anke għedt li kont fuq bord li għandu x' jaqsam ...", "DR CHRIS SOLER: Biex nagħti eżempju.", "Issa aħna qed naqblu li jeżistu dawk il-mekkaniżmi li semmejt, u allaħares fil-pajjiż tagħna m'għandniex lilhom, imma l-mistoqsija ta' Dr Bonello kienet sempliċi: Jekk il-liġi tagħna tistipula li penali ta' €10,000 iridu jkunu mogħtija biss minn qorti, mela allura dan il-Bord mhux se jkun bħar-Refugee Appeals Board, jew bħall-bord li jien nitla' quddiemu jekk ikolli taħrika tat-traffiku, jew bħall-bord tal-MTA!", "F'ġieħ is-sewwa, ejjew noqogħdu attenti li l-poplu Malti verament nagħtuh bord kważi ġudizzjarju u mhux qorti.", "Jien inħoss li dan qegħdin insejħulu xi ħaġa li mhuwiex għax qegħdin insejħulu \"bord kważi ġudizzjarju\" meta fil-fatt huwa ġudizzjarju għax huwa ekwivalenti għal qorti.", "Jien l-inqas wieħed li nista' nitkellem imma jekk se nidħlu fiha aktar 'il quddiem din il-kwestjoni Ministru, u jien nixtieqlek kull ġid, allura għaliex ma nagħmlux dak li talbitek l-Onor.", "Buttigieg u nissospendu l-vot fuq din il-klawsola?", "Sur President, nipproponi li din il-klawsola tiġi sospiża.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 31 u l-Emenda \"R\" jiġu posposti.", "Klawsola 33 – Setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 33 tirrigwarda s-setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti.", "Din hija klawsola li nsibuha f'kull Abbozz ta' Liġi bħal dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija klawsola 33.", "Klawsola 33 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 – Sostituzzjoni tal-artikolu 82A tal-Kodiċi Kriminali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, permezz tal-klawsola 34 se nkunu qegħdin nissostitwixxu l-artikolu 82A tal-Kodiċi Kriminali, Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta, liema artikolu jirrigwarda t-tixwix għal mibegħda.", "F'ismi u f'isem is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar nipproponi din l-emenda:", "\"S\" Klawsola 34 għandha tiġi sostitwita kif ġej:", "\"Emendi għall-Kodiċi Kriminali.", "Il-Kodiċi Kriminali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) l-artikolu 82A tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"Tixwix għall-mibegħda.", "(1) Kull min juża kliem jew imġiba ta' theddid, abbużivi jew insolenti, jew jesibixxi xi materjal miktub jew stampat li jkun ta' theddid, abbużiv jew insolenti, jew xort'oħra jġib ruħu b'tali mod, bil-ħsieb li b'hekk iqajjem vjolenza jew mibegħda kontra xi persuna oħra jew grupp ta' persuni oħrajn fuq bażi tad-diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon, jew b'hekk joħloq il-probabbiltà li, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha, titqajjem vjolenza jew mibegħda, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta' priġunerija minn sitt (6) xhur sa tmintax (18)-il xahar.", "(2) Għall-finijiet tas-subartikolu preċedenti, \"vjolenza jew mibegħda\" tfisser vjolenza jew mibegħda kontra persuna jew grupp ta' persuni definiti b'referenza għad-diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon tagħhom.\";", "(b) minnufih qabel l-artikolu 83B tiegħu, l-intestatura tat-Titolu II tat-Taqsima II tal-Ewwel Ktieb għandha tiġi sostitwita bl-intestatura ġdida li ġejja: \"DISPOŻIZZJONI ĠENERALI LI TKUN TAPPLIKA GĦAL REATI LI JKUNU AGGRAVATI JEW MOTIVATI MILL-MIBEGĦDA\";", "(ċ) fl-artikolu 83B tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini nazzjonali jew etnika, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\";", "(d) fis-subartikolu (2) tal-artikolu 222A tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, nazzjonalità jew oriġini etnika, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\";", "(e) fis-subartikolu (3) tal-artikolu 222A tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, nazzjonalità jew oriġini etnika, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\", u fis-subparagrafu (a) tiegħu, għall-kliem \"li juru l-ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, nazzjonalità jew oriġini etnika, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"li juru d-diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\";", "(f) fl-artikolu 251D tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini etnika jew nazzjonali, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\";", "(g) fl-artikolu 325A tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini etnika jew nazzjonali, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\".\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Din l-emenda li qed tiġi proposta għall-Kodiċi Kriminali se jkun qiegħed jiddeċiedi fuqha l-Bord?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Soler.", "DR CHRIS SOLER: Din tiġi deċiża mill-qrati kriminali għax hija emenda konsegwenzjali fil-Kodiċi Kriminali.", "Jekk xi ħadd jitressaq abbażi ta' xi dispożizzjoni fil-Kodiċi Kriminali, mhux il-Bord jiddeċiedi imma l-qorti b'ġuriżdizzjoni kriminali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jidher li għandna ħames persuni li qegħdin isegwuna permezz taż-Zoom u li jixtiequ jintervjenu.", "Infakkarkom li għandkom żewġ minuti kull wieħed.", "Insejjaħ l-ewwel lis-Sinjura Mary Ann Sant Fournier.", "IS-SA MARY ANN SANT FOURNIER (President tal-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta): Sur President, id-diskussjoni mxiet daqsxejn minn meta indikajt li xtaqt nitkellem però li nixtieq ngħid huwa li għalkemm il-Kamra tal-Ispiżjara hija sodisfatta li s-supremacy clause ġiet imħassra, bħala professjoni farmaċewtika xorta nibqgħu inkwetati, l-ewwel nett minħabba l-klawsola 29, li qed tagħti ċerti poteri lil dan il-Bord.", "Ovvjament min jiġi ddiskriminat b'xi mod għandu jkollu r-rimedju tiegħu, però l-professjoni farmaċewtika hija regolata mill-kunsill farmaċewtiku u mil-liġijiet li hemm, liema liġijiet issemmew fil-bidu mill-Onor.", "Claudette Buttigieg, u ta' dan nirringrazzjaha.", "Għaldaqstant aħna nħossu li jista' jkun hemm każ ta' double jeopardy.", "Fil-fatt, il-feeling tal-Kamra huwa li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza, li ġustament irid jevita kwalunkwe att ta' diskriminazzjoni u jippromwovi l-ugwaljanza imma anke l-ekwità, wisq nibżgħu li qed jagħmel ukoll reverse discrimination fil-konfront tal-professjonijiiet tas-saħħa, speċjalment dawk tal-farmaċewtika u medika.", "Mela fuq il-klawsola 29 aħna ninkwetaw li b'mod partikolari jista' jkun hemm double jeopardy, u nixtieq kjarfika dwar dan.", "Ninsabu wkoll inkwetati minħabba l-klawsola 31(2) dwar il-burden of proof.", "Meta ġiet diskussa l-klawsola 29, id-diskors kien konċentrat ħafna fuq l-opinjonijiet espressi.", "Naħseb li huwa importanti però li ma nirreferux biss għal opinjoni imma għal kwalunkwe ħaġa li tista' tiġi meqjusa bħala diskriminazzjoni.", "Għalhekk, peress li l-professjoni farmaċewtika hija konċernata mis-servizzi tas-saħħa, fejn għandek dispensing of medicines u għandek ukoll servizzi oħrajn, nenfasizza l-importanza li t-tħassir tas-supremacy clause mhuwiex biżżejjed biex jagħti konfort lill-professjoni.", "Naf li l-klawsoli 6, 7 u 8 ingħalqu, però nitlob li jsir recommittal tagħhom għaliex fihom provvedimenti speċifiċi biex ma jkunx hawn aktar il-possibbiltà ta' conscientious objection fil-kampijiet farmaċewtiċi u mediċi.", "Aħna ma kellniex il-pjaċir li niltaqgħu mal-Ministru; għalkemm huwa qal li tkellem mal-ispiżjara, żgur li ma tkellimx mal-Kamra tal-Ispiżjara.", "Madanakollu aħna bgħatnielu l-proposti tagħna u tramite l-Iskrivan tal-Kamra bgħatniehom ukoll lill-Membri Parlamentari.", "Għalhekk, jien nitlob li jsir recommittal u fil-klawsola 6, fejn hemm l-eċċezzjonijiet u konsegwentement anke fil-klawsoli 7 u 8, tiġi introdotta subklawsola dwar goods and services fil-kamp tas-saħħa, ċjoè fil-professjoni farmaċewtika u fil-professjoni medika.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-proposti kollha li rċevejna ġew ċirkolati lill-Membri kollha.", "Ġentilment nitlobkom biex il-kummenti tagħkom ikunu fuq il-klawsola 34 li qed tiġi diskussa bħalissa.", "IS-SUR ARTHUR MUSCAT (Rappreżentant tal-Malta Employers' Association): Sur President, bħala Malta Employers' Association (MEA) aħna kontra l-mod kif qed jiġi estiż u shifted il-burden of proof għal fuq ħafna items li llum mhumiex qegħdin hemm.", "Jekk m'iniex sejjer żball, illum ir-reverse burden of proof jeżisti biss f'każijiet ta' fastidju sesswali u kwestjonijiet ta' saħħa u sigurtà però b'dan l-Abbozz ta' Liġi se jiġi estiż għad-dinja tax-xogħol.", "Issa għalina, bħala employers, huwa dritt uman li inti tiġi kkonsidrat innoċenti, u dan huwa dritt uman li jgawdu minnu ċ-ċittadini kollha fuq kull reat li wieħed jista' jagħmel.", "Għalina inti għandek tiġi kkonsidrat innoċenti u għandu jkun min qed jakkużak li jipprova l-akkuża li jkun qiegħed jagħmilllek.", "Jekk imbagħad nidħlu fil-mertu tal-equality or arms, ejjew nieħdu l-eżempju ta' employer illitterat li jimpjega massimu ta' żewġ persuni.", "Dan jista' jsib ruħu akkużat u kontrih se jkollu lil min qed jakkużah, se jkollu l-avukat ta' min qed jakkużah, kapaċi jkollu tlieta jew erba' NGOs li daħlu jagħmlu parti f'dik l-akkuża u allura ma nistax nifhem x'qed tifhmu b'equality of arms għax dan żgur mhuwiex każ ta' equality of arms!", "Għalhekk, bħala prinċipju, ir-reversal of the burden of proof kif qed jiġi estiż għal ħafna offiżi oħra aħna ma naqblux miegħu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR IAN BALDACCHINO: Sur President, l-ewwel nett aħna inkwetati fuq din il-ħaġa għaliex aħna dejjem qed naraw b'mod individwali l-persuna.", "Ikkoreġuni jekk żbaljat imma sa fejn naf jien, id-Direttivi tal-Ewropa dejjem jgħidu li għandu jkun hemm il-burden of proof imma fl-ebda waħda mill-erba' Direttivi li hemm fuq is-sit elettroniku tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza ma jingħad li inti tiġi awtomatikament meqjus bħala ħati.", "Jiġifieri l-burden of proof qiegħed hemmhekk għaliex ovvjament, f'każ ta' ksur ta' etika, inti trid tispjega ruħek, imma fl-ebda waħda mid-Direttivi ma jingħad li inti teħel awtomtikament.", "Li jinkwetana huwa li kif qal is-Sinjur li tkellem qabli, mhux se jkun hemm daqshekk ugwaljanza għaliex apparti li jista' jkollok NGO li tressaq l-akkużi kontrik, qabel ma tibda l-akkuża kontrik inti diġà meqjus ħati u ta' kontrik huwa dejjem meqjus bħala l-vittma u allura fuq każ individwali, inti diġà qiegħed inqas minn min qiegħed jakkużak.", "Mela fuq livell soċjali, il-bqija tas-soċjetà qatt ma tista' tkun ugwali għal dawk in-nies li għandhom karatteristiċi protetti.", "Dejjem se jkollok xi ħadd kontra xi ħadd u allura dejjem se jkun hemm dan l-iżbilanċ.", "Tal-inqas aħna hekk qed narawha u allura rridu noqogħdu attenti kif qed ninterpretawha.", "Fil-Kunsill imbagħad hemm ukoll naqra diżgwid għaliex l-interpretazzjoni tagħna qed tiġi mibdula ta' taħt fuq, fejn aħna npoġġu individwu kontra individwu ieħor.", "Nixtieq allura li din il-kwestjoni ma narawhiex biss fuq il-livell ta' persuna kontra employer għaliex qisu hemm fierxa aktar wiesgħa milli qed nifhmu hawnhekk.", "Ma naħsibx li din hija biss issue ta' employment, kif kienet inizjalment.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR PETER CASSAR TORREGIANI: Sur President, naħseb li qed niżbaljaw bil-kbir għaliex min irid iġib stat ta' ħajja tajjeb għal kulħadd, irid jinkoraġġixxi n-nies biex jgħixu fil-paċi u mhux iġellidhom.", "Min imexxi m'għandux iġib ġlied imma għandu jġib il-paċi.", "Issa dan il-Kumitat Parlamentari għaliex ma jmurx lura għand l-Ispeaker u jgħidlu: Min jaf kieku nissospendu u ngħinuhom jiddjagolaw fuq kollox?", "B'hekk, forsi nistgħu nestenduha din il-liġi.", "Għandna żewġ avukati f'dan il-Kumitat u l-Onor.", "Dalli ġejja mill-Parlament Ewropew u allura forsi nestendu dan id-djalogu anke barra minn Malta, kif wara kollox konna għamilna fuq il-kwestjoni tal-ewtanażja.", "Ejjew nissospendu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CLAIRE BONELLO: Sur President, nixtieq inkun naf għaliex il-proprjetà hija meqjusa bħala protected characteristic.", "F'liema ċirkostanzi jista' jkun hemm hate speech minħabba din il-protected characteristic tal-propjetà?", "Barra minn hekk, nixtieq inżid ma' dak li qal Dr Baldacchino, fis-sens li l-oneru tal-prova se jiġi spustjat u fid-Direttivi Ewropej m'hemmx dan ir-rekwiżit mandatorju.", "Niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Kumitat għall-fatt li l-Kummissjoni Venezja kienet irrimarkat li dan ir-rekwiżit li jkun hemm l-ispustjar tal-oneru tal-prova ma jiġix fis-seħħ f'każijiet fejn il-Kummissjoni tibda l-prosekuzzjonijiet.", "Kif qal Dr Baldacchino wkoll, din il-liġi se tirriżulta f'nuqqas ta' equality of arms għaliex fuq naħa se jkun hemm indivdwu li se jiġi prosecuted u fuq in-naħa l-oħra jista' jkun li jkun hemm saħansitra entitajiet mhux NGOs biss.", "Fl-emenda li ressaqtu qed jingħad \"entitajiet\" u dawn jistgħu jkunu persuni u potenzjalment kumpaniji kbar b'ħafna financial fire power.", "Dan se jirriżulta f'persekuzzjoni ta' prosekuzzjonijiet u allura jeħtieġ li naċċertaw li dan ma jseħħx.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR DESIRÈE ATTARD (Konsulent Legali, Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, se nwieġeb għall-kumment ta' Dr Bonello.", "Il-karatteristika protetta tal-proprjetà toħroġ mill-Protokoll XII tal-Konvenzjoni Ewropea, li qegħdin nittrasponu wkoll permezz ta' emenda konsegwenzjali.", "L-eżempji ta' hate speech huma vasti u naturalment irridu naraw x'joħroġ quddiem il-Qorti, però jistgħu jinkludu wkoll, pereżempju, kliem ta' mibegħda kontra min m'għandux proprjetà.", "Allura l-karatteristika protetta ta' proprjetà tinkludi wkoll in-nuqqas ta' proprjetà bħal fil-każ ta' persuni li huma homeless.", "Il-kummenti l-oħra kollha jirrelataw mal-Abbozz ta' Liġi Nru 97.", "Allura huwa għaqli li wieħed jiddiskutihom meta niġu għal dak l-Abbozz ta' Liġi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR TONIO BORG: Sur President, il-punt li qajmet Dr Bonello nistgħu niċċarawh?", "Xi ħadd qalilna li din ix-shift hija parti minn Direttiva.", "Jekk hija parti minn Direttiva m'hemmx x'tagħmel, però Dr Bonello hawnhekk qajmet dubju u qalet li mhijiex parti minn xi Direttiva u dan jagħmel differenza.", "Issa jekk hija meħtieġa mil-Liġi tal-Unjoni Ewropea m'hemmx x'tagħmel għax għandna l-Att dwar l-Unjoni Ewropea, però jekk mhijiex allura tiftaħ area ta' diskussjoni differenti.", "Nistgħu allura niċċarawha jekk jogħġobkom?", "Grazzi.", "KARL GOUDER: Għandu raġun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija oħra.", "Hawnhekk għandna elenku sħiħ ta' karatteristiċi li kontra tagħhom, jew li fir-rigward tagħhom tista' ssir taħrika dwar tixwix ta' mibegħda, ċjoè hate speech.", "Issa qegħdin ngħidu li qegħdin nemendaw il-Kodiċi Kriminali u l-offiżi kriminali imma għal fini ta' dan il-Bord, dawn il-karatteristiċi kollha li fir-rigward tagħhom persuna tista' tiġi mħarrka b'hate speech, persuna mhux se jkollha aktar il-protezzjoni ta' dak li s'issa huwa korrett?", "Il-burden of proof huwa kontra tagħha?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRIS SOLER: Sur President, nirringrazzja l-kollega li qiegħda tagħtini kopja tad-Direttivi proprju issa wara l-mistoqsijiet li saru minn Dr Borg u l-Onor.", "Huwa minnu li hemm id-Direttiva 2006/54/EC tal-5 ta' Lulju tal-2006 u d-Direttiva 2000/43/EC tad-29 ta' Ġunju tal-2000, però dawn id-Direttivi partikolari huma ristretti għar-razza, l-etniċità u f'kuntest ta' employment u mhux fil-kuntest ampju tal-protected characteristics kollha.", "Naturalment il-klawsola 31 qiegħda testendi l-iscope of application għall-protected characteristics kollha vis-à-vis il-piż tal-prova.", "Allura biex nirrispondi lil Dr Borg ngħid li iva, dan joħroġ minn Direttiva, però d-Direttiva hija kemxejn aktar limitata minn dak li qiegħed jiġi propost quddiemna bħalissa.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dan ifisser li qed immorru oltre dak li qed titlob id-Direttiva hux hekk?", "Id-Direttiva dan titolbu f'kuntest ta' razza, etniċità eċċ. u peress li l-protected characterstics imorru lil hinn minn sempliċement ir-razza u l-etniċità, kif qrajna, se nkunu qed immorru oltre.", "Jiġifieri iva, teknikament se nkunu qed mmorru oltre.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Ministru, għalfejn il-Gvern qed jieħu din id-deċiżjoni li jintroduċi liġi b'dan il-mod innovattiv u jdaħħal dawn il-klawsoli kollha li fuqhom xi ħadd jista' jkun li jitressaq il-Qorti jew anke quddiem dan il-Bord ġudizzjarju?", "Għaliex ma morniex għal dak li qed tgħid l-Unjoni Ewropea?", "Għaliex wessajna aktar?", "Ikkoreġini jekk jien żbaljat però jien qed nara li hawnhekk ħloqna aktar sitwazzjonijiet fejn xi ħadd jista' jiġi mħarrek fil-konfront ta' waħda minn dawn il-karatteristiċi oltre dak li qed titlob l-Unjoni Ewropea.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ir-risposta hija ċara: hija l-politika tagħna li fejn jidħol theddid, aġir abbużiv, insolenzi, użu ta' vjolenza u tixwix għall-mibegħda nwessgħu kemm jista' jkun biex kwalunkwe ċirkostanzi fejn dawn jistgħu jwasslu għal hate speech, il-liġi tkun all encompassing kif inhija hawnhekk.", "Il-karatteristiċi ġew studjati u għalkemm dawk huma karatteristiċi aktar wiesgħa, aħna nemmnnu fihom għaliex b'hekk niġġieldu b'mod aktar iebes, u anke permezz ta' sanzjoni kriminali, il-mibegħda, it-tixwix u l-insolenzi.", "Nemmen li s-soċjetà tagħna ħaqqha din it-tip ta' protezzjoni, speċjalment il-vittmi li jisubixxu dan l-aġir.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRIS SOLER: Din id-Direttiva tistabbilixxi l-minimum standards – ovvjament hawnhekk jikkoreġuni l-esperti fil-Liġi Ewropea, b'mod partikolari l-Onor.", "Dalli – li l-Istat Membru jrid jaderixxi magħhom bil-mezz tat-traspożizzjoni.", "Madanakollu wieħed jista' jmur oltre minn dawn il-minimum standards.", "L-importanti li ma jmurx inqas.", "Jiġifieri tista' tagħmel aktar u allura l-fatt li qed jiġu estiżi l-protected characteristics assolutament ma nara li għandu joħloq l-ebda problema.", "KARL GOUDER: Dr Soler, il-parti tal-employment qiegħda fid-Direttiva?", "DR CHRIS SOLER: Iva, il-parti tal-employment qiegħda fid-Direttiva.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Tista', jekk jogħġbok, tikkwotalna n-numru tad-Direttiva għaliex kien hemm min ġibdilna l-attenzjoni mill-MEA.", "DR CHRIS SOLER: Qed nirreferi għad-Direttiva 2010/41/EC.", "Fil-verità hemm żewġ direttivi; waħda tirreferi għall-private employment, ċjoè għal dawk li jaħdmu għal rashom, u l-oħra hija dwar it-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwestjonijiet ta' impjiegi u xogħol.", "L-oħra hija d-Direttiva 2006/54/EC.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sussegwentement, il-burden of evidence hija parti mil-Liġi tal-Unjoni Ewropea jew inkella hija deċiżjoni amministrattiva tal-leġiżlatur?", "DR CHRIS SOLER: Dik tmur kompletament lil hinn mit-traspożizzjoni nnifisha.", "Dik m'għandha xejn x'taqsam direttament mat-traspożizzjoni tad-Direttiva nnifisha.", "EDWIN VASSALLO: Allura l-mistoqsija tiġi waħedha: Għalfejn il-Gvern qed jieħu din l-iżbriga u kuntrarju għal dak li huwa diġà mħaddem mill-qrati tagħna, qed jitfa' dan il-burden of proof daqshekk diffiċli fuq min iħaddem u fuq kull min se jibda jitressaq bi ksur ta' din il-liġi?", "Ma jaħsibx li wieħed se jkun overburdened?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Se nkun konċiż.", "Fejn jidħol ir-reat kriminali, dak huwa punibbli b'piena ta' bejn sitt xhur sa 18-il xahar priġunerija.", "Dak imur quddiem il-Qorti tal-Maġistrati as a court of criminal judicature, liema qorti għandha l-proċedura tagħha ta' kif jitressqu l-provi.", "Hemm il-burden of proof imur lil hinn minn kull dubju dettat mir-raġuni.", "U hemmhekk m'għandekx reversal.", "Rigward ix-shared evidence, aħna ridna nagħmlu sistema fejn nagħtu l-aktar protezzjoni lill-vittma.", "Jista' jkun li se tkun naqra cumbersome għal xi wħud, u hawnhekk issemmew l-employers, però rrid ngħid ukoll li fir-rigward ta' dokumentazzjoni, huwa aktar faċli li l-employer ikollu dik id-dokumentazzjoni milli sempliċi impjegat.", "Madanakollu l-fatt li l-employer irid iressaq l-evidenza l-ewwel ma jfissirx li qed ngħidu li huwa ħati għax jekk huwa se jressaq l-evidenza, l-impjegat irid iressaq evidenza biex jikkontrasta dak li ressaq l-employer.", "Allura għalkemm qed ngħidulu li jrid jibda hu, ma jfissirx li qed ngħidulu li huwa ħati għax irid jipproduċi l-evidenza.", "Aħna li qed ngħidulu huwa li f'dan il-każ il-burden se nitfugħ fuqu l-ewwel biex jipprova li m'għamilx diskriminazzjoni però mhux qed ngħidulu li huwa ħati; qegħdin sempliċement ngħidulu biex iressaq il-provi.", "Ovvjament imbagħad wara l-impjegat irid iressaq provi kontra u mhux jallega biss.", "Jiġifieri din il-klawsola qiegħda ssir f'dan l-ispirtu; m'aħniex qed ngħidu lill-employer li huwa ħati.", "M'aħniex qed ngħidulu: Jew tressaq il-provi jew ħati.", "L-ispirtu tagħha din, u anke kif tħaddmet fi qrati ġewwa l-Ewropa, huwa dan l-ispirtu li qed ngħid jien.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRIS SOLER: Sur President, nixtieq niċċara punt għax jista' jkun li kien hemm misunderstanding.", "Jien ħsibt li l-Onor.", "Vassallo kien qiegħed jirreferi għall-Kodiċi Kriminali imma forsi kien qiegħed jirreferi għat-tliet Direttivi li kkwotajt u forsi fhimtu ħażin jien.", "F'dak il-każ nirreferih għall-Artikolu 19 tat-Taqsima II tad-Direttiva 2006/54/EC li jirrelata mal-employment.", "Fil-fatt, il-marginal note hija \"Id-dmir tal-prova.\"", "L-artiklou l-ieħor huwa l-artikolu 8 tad-Direttiva 2000/43/EC, intitolat \"Il-piż tal-prova\".", "EDWIN VASSALLO: Lil min qed jagħtuh il-burden of proof?", "DR CHRIS SOLER: Il-burden of proof huwa simili għal dak kif prospettat f'din il-liġi.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri l-allegat ħati jrid jagħti hu l-prova tal-innoċenza tiegħu?", "DR CHRIS SOLER: Iva, hemm preżunzjoni.", "U hawnhekk mhux qed nitkellem fuq l-artikolu 82A.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq id-Direttivi.", "Ejjew nisseparaw dawk li huma ta' indoli kriminali u dawk li qed nitkellmu fuqhom, inkella se nħawdu.", "Issa hawnhekk, iva, hawn il-preżunzjoni simili għall-mod ta' kif qed tiġi prospettata l-liġi.", "Tant hu hekk li l-Artikolu 8(1) jgħid hekk:", "\"Jista' jiġi preżunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta.\".", "EDWIN VASSALLO: Il-klawsola 34 kif tista' tirrelata max-xogħol li se jkun qed jagħmel il-Bord li se nwaqqfu?", "DR CHRIS SOLER: Din hija biss emenda konsegwenzjali.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 34 kif imressqa mill-Ministru Edward Zammit Lewis u mis-Segretaraju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "L-Emenda \"S\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 34 kif emendata.", "Klawsola 34, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ninformakom li ntlaħaq ftehim sabiex id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi tkompli nhar it-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020, fis-2.00 p.m. Nirringrazzja lil kull min kien preżenti kif ukoll lil dawk kollha li ngħadqu magħna permezz taż-Zoom.", "Nistedinkom biex terġgħu tingħaqdu magħna nhar it-Tlieta.", "Grazzi.", "Fl-4.43 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta u aġġornata għat-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020, fis-2.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201118_032d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 32", "L-Erbgħa, 18 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt iltaqa' fil-Parlament fis-2.07 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 31 li saret fis-6 ta' Ottubru 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA – ABBOZZ NRU 96 – KONT.", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 276 tat-Tnejn, 11 ta' Novembru 2019, il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Bil-permess tal-Kumitat, ġew mistiedna biex jintervjenu: Dr Tonio Borg (Avukat, LifeNetwork Foundation Malta), is-Sa Cynthia Chircop (Rappreżentanta tal-Malta LGBTIQ Rights Movement), Dr Chris Soler (Avukat tal-Istat), Dr Claire Bonello (Rappreżentanta taċ-Church Schools Association u taċ-Church Schools' Parents' Association), Fr Jimmy Bartolo (Rappreżentant tas-Secretariat for Catholic Education), is-Sur Ivan Grech Mintoff (Rappreżentant ta' Abortion in Malta?", "Not in my name! u Fight Against Gender Indoctrination), is-Sur Peter Cassar Torregiani, Dr Miriam Sciberras (Chairperson, LifeNetwork Foundation Malta), Dr Ian Baldacchino (Rappreżentant tal-Kunsill Mediku), is-Sur Clayton Mercieca (Rappreżentant tal-Allied Rainbow Communities), is-Sur Joe Grima (Rappreżentant tal-Malta LGBTIQ Rights Movement), is-Sa Mary Ann Sant Fournier (President tal-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta), is-Sur Arthur Muscat (Rappreżentant tal-Malta Employers' Association) u Dr Desirée Attard (Konsulent Legali, Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza).", "KLAWSOLA 32 (Posposta fil-Laqgħa Nru 31)", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis, u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, l-Onor.", "Klawsola 32 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) is-subklawsola (3) tagħha għandha tiġi mħassra u s-subklawsola (4) tagħha għandha tiġi rinumerata bħala subklawsola (3); u", "(b) fis-subklawsola (3) tagħha, kif rinumerata, minflok il-kelma \"L-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"Mingħajr ħsara għall-Att tal-2020 dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, l-Att\".", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li l-Emenda \"M\", imressqa fil-Laqgħa Nru 31 tas-6 ta' Ottubru 2020, tiġi rtirata.", "L-Emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 32, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 27 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi ressqu din l-Emenda \"O\":", "Klawsola 28 għandha tiġi mħassra.", "L-Emenda \"O\" għaddiet nem. con. u l-KLAWSOLA 28 ġiet imħassra.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi ressqu din l-Emenda \"P\":", "Klawsola 29 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"Kwalunkwe persuna\" għandhom jidħlu l-kliem \"Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju ieħor fi kwalunkwe liġi oħra, kwalunkwe persuna\";", "(b) is-subklawsola (2) tagħha għandha tiġi sostitwita kif ġej:", "\"(2) Kull assoċjazzjoni, organizzazzjoni, jew entità legali, tista' tippreżenta lment lill-Kummissjoni f'isem jew bl-appoġġ ta' persuna li temmen li hija vittma tal-ksur tad-dritt għal trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni, bil-kunsens bil-miktub ta' tali persuna, fejn titlob lill-Bord sabiex jinbdew il-proċeduri meħtieġa skont dan l-Att.\";", "(ċ) minnufih wara s-subklawsola (2) tagħha, kif sostitwita, għandha tidħol subklawsola ġdida kif ġej:", "\"(3) Kwalunkwe assoċjazzjoni, organizzazzjoni, jew entità legali tista' tippreżenta lment ukoll f'dawk il-każijiet fejn ma hemmx persuna speċifika li hija identifikata bħala l-vittma tal-ksur tad-dritt għal trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni:", "Iżda l-ilment għandu jkun ta' interess pubbliku jew dwar settur jew grupp partikolari tas-soċjetà.\"; u", "(d) is-subklawsola (3) tagħha għandha tiġi rinumerata bħala subklawsola (4).", "Fit-3.48 p.m., meta l-President tal-Kumitat qiegħed il-mistoqsija fuq l-Emenda \"P\" imressqa mill-Ministru Edward Zammit Lewis u mis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, intalbet votazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "VOTAZZJONI NRU 1: ĦIN: 3.48 p.m.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Dalli Miriam", "L-Emenda \"P\" għaddiet.", "Fit-3.49 p.m., meta l-President tal-Kumitat qiegħed il-mistoqsija fuq klawsola 29 kif emendata, intalbet votazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "VOTAZZJONI NRU 2: ĦIN: 3.49 p.m.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Dalli Miriam", "KLAWSOLA 29, kif emendata, għaddiet u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi ressqu din l-Emenda \"Q\":", "Fi klawsola 30, minflok il-kliem \"taħt l-artikoli 28 u 29\" għandhom jidħlu l-kliem \"taħt l-artikolu 28\".", "Fit-3.51 p.m., meta l-President tal-Kumitat qiegħed il-mistoqsija fuq l-Emenda \"Q\" imressqa mill-Ministru Edward Zammit Lewis u mis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, intalbet votazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "VOTAZZJONI NRU 3: ĦIN: 3.51 p.m.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Dalli Miriam", "L-Emenda \"Q\" għaddiet.", "Fit-3.52 p.m., meta l-President tal-Kumitat qiegħed il-mistoqsija fuq klawsola 30 kif emendata, intalbet votazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "VOTAZZJONI NRU 4: ĦIN: 3.52 p.m.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Dalli Miriam", "KLAWSOLA 30, kif emendata, għaddiet u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi ressqu din l-Emenda \"R\":", "Klawsola 31 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"taħt l-artikoli 28 u 29\" għandhom jidħlu l-kliem \"taħt l-artikolu 28\";", "(b) fis-subklawsola (1) tagħha, il-kliem \"il-Qorti jew quddiem\" għandhom jiġu mħassra;", "(ċ) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kelma \"aktar\" għandhom jidħlu l-kliem \"konkorrenza ta' kwalunkwe\"; u", "(d) fis-subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"l-Qorti jew il-Bord għandhom jilqgħu l-ilment jekk il-intimat\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Bord għandu jilqa' l-ilment jekk l-intimat\".", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 31 u l-Emenda \"R\" jiġu posposti.", "KLAWSOLA 33 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi ressqu din l-Emenda \"S\":", "Klawsola 34 għandha tiġi sostitwita kif ġej:", "\"Emendi għall-Kodiċi Kriminali.", "Il-Kodiċi Kriminali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) l-artikolu 82A tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"Tixwix għall-mibegħda.", "(1) Kull min kwalunkwe juża kliem jew imġiba ta' theddid, abbużivi jew insolenti, jew jesibixxi xi materjal miktub jew stampat li jkun ta' theddid, abbużiv jew insolenti, jew xort'oħra jġib ruħu b'tali mod, bil-ħsieb li b'hekk iqajjem vjolenza jew mibegħda kontra xi persuna oħra jew grupp ta' persuni oħrajn fuq bażi tad-diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon, jew b'hekk joħloq il-probabilità li, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha, titqajjem vjolenza jew mibegħda, għandu jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta' priġunerija minn sitt (6) xhur sa tmintax (18)-il xahar.", "(2) Għall-finijiet tas-subartikolu preċedenti, \"vjolenza jew mibegħda\" tfisser vjolenza jew mibegħda kontra persuna jew grupp ta' persuni definiti b'referenza għad-diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon tagħhom.\";", "(b) minnufih qabel l-artikolu 83B tiegħu, l-intestatura tat-Titolu II tat-Taqsima II tal-Ewwel Ktieb għandha tiġi sostitwita bl-intestatura ġdida li ġejja: \"DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI LI JKUNU JAPPLIKAW GĦAL REATI LI JKUNU AGGRAVATI JEW MOTIVATI MILL-MIBEGĦDA\";", "(ċ) fl-artikolu 83B tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini nazzjonali jew etnika, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\";", "(d) fis-subartikolu (2) tal-artikolu 222A tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, nazzjonalità jew oriġini etnika, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\";", "(e) fis-subartikolu (3) tal-artikolu 222A tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, nazzjonalità jew oriġini etnika, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\", u fis-subparagrafu (a) tiegħu, għall-kliem \"li juru l-ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, nazzjonalità jew oriġini etnika, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"li juru d-diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\";", "(f) fis-subartikolu (1) tal-artikolu 251D tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini etnika jew nazzjonali, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\";", "(g) fis-subartikolu (1) tal-artikolu 325A tiegħu, minflok il-kliem \"fuq bażi ta' ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini etnika jew nazzjonali, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq bażi ta' diżabilità, l-espressjoni tal-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, l-età, il-fatturi ġenetiċi, l-istat familjari jew ċivili, l-istat tas-saħħa, il-kulur, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew razza, il-lingwa, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, il-proprjetà, ir-responsabilitajiet familjari jew tqala, is-sess jew karatteristiċi tas-sess, u t-twemmin, kredu jew reliġjon\".\".", "L-Emenda \"S\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 34, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fl-4.43 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta u aġġornata għat-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020, fis-2.00 p.m.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201118_032m_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 17", "It-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020 fil-5.30 pm", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020 fil-5.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Jesmond Gatt, Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Aaliżi ta' Informazzjoni Finanzjarja.", "Affarijiet oħra.", "20 ta' Novembru 2020 Skrivan tal-Kamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201123_017a_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 17", "It-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 17", "It-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.33 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 16, li saret fit-28 ta' Ottubru 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Illum il-Kumitat għandu quddiemu n-nomina tas-Sur Jesmond Gatt għall-kariga ta' Chairperson tal-Bord tal-Gvernaturi għall-Korp tal-Analiżi tal-Informazzjoni Finanzjarja.", "Kif tafu, irċevejna l-ittra tal-Oppożizzjoni, tlabna lill-Ispeaker jagħtina Ruling, tana Ruling u għalhekk issa qegħdin nipproċedu bis-smigħ.", "KAROL AQUILINA: Naħseb li qabel nibdew hemm ħtieġa li f'dan il-Kumitat niċċaraw ftit kif ġraw l-affarijiet ħalli ma jerġax ikollna sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Meta skoprejt li kien ġara hekk, jien ħassejt li l-aħjar mod kien li nagħmel diskors fil-Plenarja.", "Deherli li n-naħa tal-Gvern b'xi mod jew ieħor kienet se tindirizza s-sitwazzjoni billi jkun hemm abbokkament anke mal-Oppożizzjoni biex insolvu din is-sitwazzjoni antipatika li nħolqot.", "Jien kelli indikazzjoni li xi ħadd min-naħa tal-Gvern ried li nitkellmu, però aħna bl-ebda mod ħadd ma avviċinana biex din is-sitwazzjoni tiġi żblukkata, u ladarba l-Ministru Edward Scicluna bagħat l-ittra, aħna konna kostretti li nirrispondu għaliha u niġbdu l-attenzjoni għal dik iċ-ċirkostanza li żviluppat.", "IIlum hemm Ruling tal-Ispeaker dwar din is-sitwazzjoni.", "Hemm uħud mill-affarijiet li aħna għandna dubji dwarhom, fosthom li jekk il-liġi tgħid li l-Prim Ministru jaħtar, ma tistax imbagħad f'daqqa waħda tiġi interpretata bħala li xi ħaddieħor jista' jaħtar, għax l-liġi timponi, tesiġiha.", "Qed ngħid dan kollu għaliex, lil hinn mill-persuna li se jkollna quddiemna llum, aħna din in-naħa – kif konvint li tixtiequ intom wkoll – irridu li l-affarijiet isiru kif suppost, u li r-rwol li naqdu aħna f'dan il-kumitat ikun rispettat mhux biss bejnietna, imma anke mill-Ministri li jagħmlu l-ħatriet.", "L-agħar ħaġa li tista' tiġri huwa li dan il-kumitat jidher li mhux qiegħed jaqdi r-rwol tiegħu kif suppost jew li ma jeħdux bis-serjetà.", "Din semmejtha anke f'laqgħat oħra qabel ma ġraw dawn iċ-ċirkostanzi.", "Naħseb li ħadd minna ma jrid hekk, u għalhekk in-naħa tal-Oppożizzjoni ninsistu li l-proċedura stabbilita fil-liġi tiġi segwita kollha kemm hi.", "Qed nagħmel din l-ispjegazzjoni għaliex naħseb li din kienet okkażjoni tajba fejn dan il-kumitat juri li jieħu l-affarijiet bis-serjetà u jrid li l-affarijiet isiru tajbin.", "Irrid nagħmilha ċara li dan m'għandu x'jaqsam xejn mal-persuna li se jkollna quddiemna.", "Jien lis-Sur Gatt m'għandix idea min hu, qatt ma ltqajt miegħu u ma naf xejn dwaru ħlief dak li bagħtilna hu llum.", "Jiġifieri seta' kien ħaddieħor, biex niftehmu, u bl-ebda mod ma tirrifletti fuqu, imma sempliċement kien hemm nuqqas li aħna ħassejna li kellu jiġi indirizzat u mhux injorat, jew inkella wieħed jipprova jdur miegħu b'ċertu mod.", "Aħna miftuħin li meta jkun hemm ċirkostanzi bħal dawn wieħed jitkellem u jsolvihom u mhux jgħaddas rasu.", "Hemmhekk naħseb li kien hemm daqsxejn ta' nuqqas min-naħa tal-Gvern.", "Li kieku l-Gvern b'xi mod jew ieħor avviċinana u qalilna: Ġara hekk u hekk, ejja naraw kif nistgħu nindirizzaw din is-sitwazzjoni, hemmhekk ma kien ikun hemm l-ebda diffikultà min-naħa tagħna tal-Oppożizzjoni.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien smajtu d-diskors tal-Onor.", "Aquilina, kont fil-Kamra u ġbidt l-attenzjoni fuq dak li kien għadu kif qal.", "Għedt ukoll li l-Gvern kien se jirranġa din is-sitwazzjoni għax bla dubju ma kien hemm xejn li sar b'intenzjoni ħażina, u naħseb li kienet naturali li l-pass li jmiss kellu jkun li l-Ministru tal-Finanzi jressaq dan l-isem quddiem il-Kumitat.", "Issa, jekk għandux ikun il-Ministru tal-Finanzi, jekk għandux ikun il-Prim Ministru, ma naħsibx li hija fil-mansjoni ta' dan il-kumitat.", "Dan il-kumitat għandu quddiemu l-persuna li qed tkun nominata għal din il-kariga li hu s-Sur Jesmond Gatt.", "Jien, bħall-Onor.", "Aquilina, m'għandix idea min hu u ma nafux, u naħseb li l-iSpeaker kien ċar li dan il-kumitat għandu jkompli b'din il-ħatra u, kif qal tajjeb l-Onor.", "Aquilina, naħseb li huwa fid-dover tagħna li jiġi quddiemna s-Sur Gatt, isiru l-mistoqsijiet li għandhom isiru, u mbagħad nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "Aħna min-naħa tagħna, bħala Gvern, meta nġibdet l-attenzjoni, aġixxejna b'tali mod li qed insegwu l-proċedura li dejjem segwejna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Bedingfield.", "Jekk m'hawnx iktar kummenti, nirringrazzjakom.", "Naf li kulħadd jipprova jagħmel l-aħjar biex il-funzjoni tagħna tiġi dejjem iktar irfinuta u għall-aħjar.", "Għalhekk, wara li smajna l-kummenti ta' kulħadd, nixtieq li mmorru għall-aġenda li għandna.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAS-SUR JESMOND GATT GĦALL-ĦATRA TA' CHAIRMAN TAL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-KORP GĦALL-ANALIŻI TA' INFORMAZZJONI FINANZJARJA (FIAU)", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob lis-Sur Gatt jidħol hawnhekk ħalli nibdew is-smigħ fir-rigward tan-nomina tiegħu għall-ħatra ta' Chairman tal-Bord tal-Gvenaturi tal-FIAU.", "Is-Sur Jesmond Gatt daħal fil-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Gatt, grazzi talli qiegħed magħna.", "Dan il-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi huwa mwaqqaf permezz tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u, skont dan l-istess Att, il-membri tiegħu jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet bil-miktub li diġà ntbagħtulek.", "Ninformak ukoll li, skont l-istess liġi, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, kemm-il darba l-kumitat ma jiddeċedix mod ieħor, għandhom ikunu pubbliċi fuq il-mezzi tal-Parlament.", "Qabel niftaħ id-diskussjoni nixtieq ninformak li din il-laqgħa se tiġi live streamed fuq il-website tal-Parlament u qed tiġi rekordjata biex eventwalment tixxandar ukoll fuq il-mezzi Parlamentari.", "Għalhekk, dak kollu li jingħad huwa pubbliku u n-nies ikollhom aċċess għal din l-informazzjoni.", "Tista', jekk jogħġbok, tagħtina ftit informazzjoni dwarek, u mbagħad kull membru jkollu l-faċilità u l-fakultà li jistaqsik skont it-tweġibiet li inti tajt biex insiru nafuk aħjar.", "IS-SUR JESMOND GATT: Se nagħti l-background professjonali tiegħi.", "L-ewwel impjieg tiegħi kien il-Bank Ċentrali, u huwa l-aħħar wieħed ukoll għax ilni 37 sena naħdem hemmhekk.", "Fil-Bank Ċentrali għamilt numru ta' xogħljiet, però l-aħħar 20 sena qattajthom f'area speċifika ħafna, li hija l-area tar-regulation.", "Għandi area fejn noħorġu l-liġijiet madwar il-ftit li baqa' li jista' jagħmel is-Central Bank dwar l-operat tas-settur finanzjarju fejn jidħol payment systems, jiġifieri kemm prodotti għall-konsumatur u kemm prodotti bejn il-banek.", "Nopera wkoll dawn is-sistemi u nieħu ħsieb ukoll il-cash cycle f'Malta, jiġifieri nimporta l-cash, nagħmel minting tal-coins u naturalment nara li jkunu available għall-użu tal-pubbliku.", "Xi ħaġa li l-pubbliku jħobb juża s'issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Mizzi.", "JOE MIZZI: Kif tarah ir-rwol il-ġdid tiegħek, u x'inhuma l-prijoritajiet li għandek ladarba tkun f'din il-kariga?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Mizzi.", "IS-SUR JESMOND GATT: Din offrewhieli fuq il-Bord diġà erba' snin ilu, u allura għandi idea mhux ħażin ta' x'inhu r-rwol tal-FIAU.", "Ingħaqadt mal-FIAU fl-2013/14 u sal-lum rajt bidla kbira fl-FIAU.", "Qed nifhem li l-FIAU għaddej minn fażi ta' tranżizzjoni.", "Li ssorprendieni meta ngħaqadt mal-FIAU kien in-nuqqas qawwi ta' riżorsi li kien hemm.", "Kien hemm biss 15-il ruħ, u fl-ewwel meeting tal-Bord kelli diskussjoni mhux ħażin mad-Direttur ta' dak iż-żmien dwar x'se nagħmlu għaliex kien jidher ċar li l-FIAU irid jikber u jrid jiżviluppa ħafna iktar.", "Ovvjament, matul dawn l-erba' snin tlabna r-riżorsi u ngħatajna ħafna riżorsi biex żviluppajna.", "L-FIAU għandu rwol li jinteressa ħafna lill-pubbliku għaliex ir-rwol tiegħu jaħbat ukoll ma' aspettativa pubblika li jkun hawn l-ordni fil-pajjiż, u qed nifhem, minkejja li l-FIAU ma jistax ikun daqshekk trasparenti f'dak li qed jagħmel, li huwa role sinifikanti ħafna f'dan ir-rigward.", "Il-prijoritajiet tiegħi hu li jibqa' l-FIAU jiżviluppa u jibqa' jilħaq l-ambizzjonijiet kif impoġġija fil-liġi u kif ukoll mistenni mill-partners tagħna fil-kumplament tad-dinja.", "Fil-fatt, l-Ewropa tpoġġielna aspettattivi, però r-rwol tal-FIAU huwa rwol li d-dinja kollha interessata fih.", "Infatti l-Amerikani jagħmlu ħafna xogħol f'dan ir-rigward, bħal kwalunkwe pajjiż ieħor.", "Aħna ma nistgħux ma nkunux parti minn din il-komunità li qed tagħmel dawn is-salvagwardi biex ngħinu lis-soċjetà tgħix dejjem fi stat ta' legalità, biex innaqqsu dejjem u nikkumbattu dejjem kemm jista' jkun il-kriminalità minn dan l-aspett.", "Ovvjament, f'dan il-każ mhux li nkunu fuq il-frontline, imma billi nifhmu li nneħħu wieħed mill-aspettattivi tal-crime li huwa r-reward, li l-huwa l-wealth li jippruvaw ikollhom il-kriminali jew jiġġeneraw il-kriminali bħala reward għall-kriminalità tagħhom.", "Ħafna mill-kriminalità lejn dak tħares, lejn il-wealth.", "Imbagħad hemm ukoll crimes oħrajn ta' passjoni li f'dan il-każ ma neħdux ħsiebhom aħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Gatt.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Aħna qegħdin f'kumitat ta' skrutinju biex nistaqsu d-domandi u jkollna idea bil-quddiem.", "Ovvjament, rajt il-kontroversja li nqalgħet qabel, iċċarajnieha, imma rrid nerġa' niċċara issa li din il-kontroversja m'għandha xejn x'taqsam miegħek bħala persuna, imma kienet xi ħaġa ta' proċedura u ta' rispett lejn il-Parlament.", "Se mai, jekk kien hemm nuqqas lejn dan il-Parlament, żgur li dan ma kienx min-naħa tiegħek, u żgur li ħadd mhu qed jikkontesta l-integrità tiegħek.", "Dawk li jafuk ftit mill-bogħod naħseb li jafu li l-integrità tiegħek mhijiex xi ħaġa li hemm mistoqsija fuqha.", "Ovvjament, l-esperjenza tiegħek fil-qasam finanzjarju hija vasta, u issa għandek esperjenza fl-FIAU wkoll.", "Però inti hawnhekk għamilt kumment ukoll meta mistoqsi xi sfidi qed tara li għandna 'l quddiem, u għedt: Every year has so many challenges, but 2020 may be like no other.", "Probabbli, nispera li may be like no other b'lura żgur li le, imma bil-quddiem nisperaw ukoll, u hemm challenges allura biex aħna nkunu nistgħu nsewwu r-reputazzjoni tagħna.", "Issa għamilt kumment ukoll fuq nuqqas ta' trasparenza, kumment li nifhmu għaliex ċertu xogħol ma jistax ikun daqstant pubbliku.", "Però, l-assigurazzjonijiet hemm barra – peress li tajna daqqiet kbar matul is-sena li għaddiet – iridu jingħataw.", "Allura nixtieq nifhem eżatt jien fejn qed taħseb, x'ideat għandek, x'viżjoni għandek, fejn se mmorru fis-snin li ġejjin biex mhux biss nassiguraw li l-affarijiet ikunu sew, imma biex barra jidhru li huma sew, għax dik hija l-bazi tar-reputazzjoni ta' pajjiżna u tal-industrija tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR JESMOND GATT: Fil-fatt, din il-mistoqsija ma tirrigwardax biss l-FIAU għaliex finalment ix-xogħol li jagħmel l-FIAU m'għandux riżultat immedjat, imma għandu riżultat fis-sens li jagħti ħafna inputs lil entitajiet oħra li mbagħad jistgħu jagħmlu l-enforcement tagħhom, fosthom il-Pulizija.", "Fl-FIAU kien hemm wisq nuqqas ta' riżorsi biex seta' jaqdi dmiru sewwa, jinvestiga sew u jagħmel l-analiżi sew, u l-istess fil-każ tal-Pulizija.", "Jiena semmejt l-2020 minħabba l-eżerċizzju tal-Moneyval li kollha kemm aħna qed nitkellmu fuqu kuljum.", "F'dak ir-rigward jidher ċar li kien hemm bżonn ta' numru ta' affarijiet li jsaħħu l-governance tagħna f'dan ir-rigward.", "Ovvjament qed isiru, qed isiru b'rata mgħaġġla, u dan huwa ċ-challenge li qed jiċċalinġja lil kull wieħed minna.", "Jista' jagħti l-każ li xi minn daqqiet inkunu qegħdin ngħaġġlu żżejjed u allura nkunu ppressati għar-riżultati; però, naħseb li ċ-ċiklu ta' dan l-eżerċizzju parti minnu l-FIAU qiegħda tiżviluppah mhux ħażin.", "Il-fatt li twaqqaf in-National Co-ordinating Committee kien ta' siwi kbir għaliex konna nsibuna ħafna drabi qed nagħmlu xogħol, u mbagħad ma nikkoordinawhx tajjeb ma' entitajiet oħra, u jaqa' qisu by the wayside u jintesa.", "Fl-istess ħin, però, naħseb tirrealizzaw ic-challenges li għaddej minnhom l-FIAU.", "Jiena se nagħti żewġ figuri.", "Niftakar meta rajt l-ewwel rapport tal-FIAU fl-2010, qisu għaxar snin ilu, sibna 61 suspicious transaction report (STR).", "STR tfisser li taqbad analista jdur mas-sistema finanzjarja jistaqsi biex jara din l-informazzjoni jistax jgħaqqadha.", "Kellna 61 dak iż-żmien.", "Illum għandna 2,500.", "2,500 għax żdiedet il-kriminalità?", "Probabbli li le.", "Probabbli żdiedu hekk għax il-liġijiet internazzjonali żviluppaw ħafna u poġġew ħafna aspettattivi, u wkoll għax qed nikkomunikaw tajjeb mas-subject persons, għax huma dawk li wara kollox itarrfu x'inhi l-problema.", "Ovvjament baqa' x'nagħmel.", "Pereżempju, baqa' s-settur tal-avukati li rridu nagħmlu ħafna xogħol fih, kif ukoll baqa' s-settur tal-periti.", "Qed nagħmlu training kontinwu, u allura x-xogħol fl-2020 se jkun li nippruvaw nagħlqu din l-issue, din il-pressure esterna li ġejja min-naħa tal-Moneyval u l-aspettattivi ta' hemmhekk, u nkomplu nsaħħu l-komunikazzjoni tagħna billi niggwidaw lill-Malti.", "Ġara ħafna f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Ovvjament, qatt ma tista' tgħid li lestejt għax daqskemm qed nevolvu aħna, daqstant ieħor qed tevolvi l-kriminalità wkoll.", "Kull sena li taħseb li wasalt issib li kont waqajt lura wkoll fl-istess ħin, u li jkun hemm affarijiet ġodda.", "Imma naħseb li all in all il-proċess żviluppa tant li we are catching up.", "Catching up ifisser li l-ammont ta' ħin li nieħdu biex naraw STR naqqasnieh ħafna.", "Issa, biex naraw STR – għax jien inħares biss lejn il-policy – ġieli trid ġurisdizzjonjiet jagħtuk l-informazzjoni.", "Ġieli jagħtuk hard time biex jagħtuk din l-informazzjoni.", "Pereżempju, il-qrati, li jkollhom ovvjament il-kriterji tagħhom b'liġijiet tagħhom ta' disclosure ta' informazzjoni, għax din tkun kollha tkun informazzjoni kunfidenzjali.", "Finalment, qed nifhem li żviluppajna ħafna ruħna.", "Is-sena d-dieħla nixtiequ li nagħlqu dan l-episodju tal-Moneyval b'mod li l-komunità tagħna tkun kuntenta.", "Anke jekk le, irridu nibqgħu naħdmu biex dejjem insaħħu dan ir-rwol li jagħti iktar riżultati.", "Irrid ngħid ukoll li sfortunatament ir-riżultati ma jidhrux meta aħna nlestu xogħolna.", "Ħafna drabi l-FIAU jlesti xogħlu, imma finalment meta toħroġ xi ħaġa fuq gazzetta li xi ħadd tressaq il-Qorti, hemmhekk jibda jidher xi riżultat li l-pubbliku jifhem li hemm xi ħaġa tanġibbli.", "Allavolja meta naqra l-gazzetti nsib li mhux dik lanqas.", "In-nies jistennew li l-Qorti tiddeċiedi ukoll, u l-Qorti tieħu l-ħin tagħha.", "Xi kultant, meta ċittadin iħares lejn il-pakkett kollu tal-behaviours kollha, isib li l-istennija hija twila ħafna u rridu kollha kemm aħna nagħmlu sforz biex l-istennija tkun iktar raġonevoli.", "Ħalli ngħid hekk: forsi sitt snin jew seba' snin huma wisq.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa għandna lill-Ministru Clayton Bartolo, ġdid fjamant.", "Naħseb li dan se jkun l-ewwel intervent tiegħu fil-Parlament.", "Nawgurawlu ħafna ħidma; għandu settur importanti ħafna għax huwa wieħed mill-muturi ekonomiċi ta' Malta.", "Nafu x'inhuma l-kapaċitajiet tiegħu: jixraqlu.", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur): Grazzi.", "Sur Gatt, l-ewwel nett, ix-xogħol li għamilt l-FIAU matul dan l-aħħar żmien jidher biċ-ċar anke mill-kummenti li konna qed nirċievu waqt il-laqgħat li kellna dwar il-Moneyval.", "Jien kont involut f'diversi laqgħat matul dawn l-aħħar għaxar xhur, u jidher biċ-ċar li l-FIAU, anke mill-kummenti li konna nirċievu minn istituzzjonijiet barranin, qegħda at the forefront tal-istituzzjonijiet kollha lokali fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Allura hawnhekk waħedha tiġi l-mistoqsija: Kemm huwa importanti l-investiment fir-riżorsi fi ħdan l-FIAU?", "Jien mir-riċerka li għamilt jidher li lura fl-2012 kien hemm 12-il ruħ jaħdmu l-FIAU, u llum il-ġurnata qegħdin 96 ruħ, jiġifieri hemm qabża kbira.", "Dan ifisser li sar investiment importanti matul dawn l-aħħar ftit snin.", "Inti għedt li kont fuq il-Board of Governors.", "Jirriżultalek jekk matul dawn l-aħħar tlieta, erba' snin saritx xi talba għar-riżorsi li ġiet rifjutata?", "Inti semmejt l-isfida tant importanti li għandna f'pajjiżna tal-Moneyval, li jekk l-affarijiet jibqgħu mexjin kif inhuma jidher li għandna nirbħuha u minnha mbagħad nisfruttaw l-opportunitajiet li jiġu wara.", "Issa allura, vis-à-vis dan kollu, kemm tara li huwa importanti dan l-investiment?", "Qed ngħidu li fl-2012 kien hemm 12 mir-ruħ, u llum hemm 96 ruħ.", "Kif tara li se jkompli jew għandu jkompli l-investiment fl-FIAU?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Ministru Bartolo.", "IS-SUR JESMOND GATT: Il-punt ta' riżorsi huwa critical f'sitwazzjoni fejn, kif għedt, hemm l-ammont ta' interacting mal-komunità.", "Jiena semmejt l-STRs li ġejjin mingħand il-pubbliku Malti, imma daqstant ieħor hemm talbiet għal informazzjoni minn FIAUs barranin u stati oħra li jiġbru informazzjoni ta' x'qed jiġri hawn Malta.", "Ma ninsewx li l-money laundering illum m'għadux istituzzjonalizzat kif kien qabel, forsi jħares lejn il-pajjiż.", "Il-money launderer qed jimxi bejn il-fruntieri tal-pajjiżi biex jaħrab mil-liġijiet ta' pajjiż partikolari.", "Dan ifisser li l-abbiltà li nwieġbu lill-pajjiżi barranin hija ukoll importanti, u allura trid ir-riżorsi biex tagħmilha.", "Jekk għandek 2,800 STR li trid tlett ijiem għallinqas biex tarahom – u ma tridx lanqas tlett ijiem għax trid ħafna iktar minn hekk – imma diġà qed titkellem fuq eluf ta' ġranet fis-sena, u allura trid ir-riżorsi li huma speċjalizzati.", "Ovvjament, m'intix se tqabbad nies mhumiex skilled.", "Dawn iridu jkunu nies skilled.", "Fil-fatt, l-isfida kbira li kellna f'dawn il-ħames snin ma kenitx ir-riżorsi li tlabna, ġeneralment finanzjarji biex tħallas lil dawn in-nies u ovvjament biex tikri l-postijiet u tkabbar il-premises, imma kienu fejn insibu lil dawn n-nies għaliex dawn huma nies speċjalizzati.", "Ġeneralment tkun tixtieqhom li jkunu jifhmu l-kuntest li qed jaħdmu fih, jiġifieri jekk ikunu kollha barranin xorta għandna diffikultà.", "Aħna rridu wkoll Maltin li jkunu mħarrġa f'dan is-settur, li jifhmu l-komunità Maltija, x'qed nagħmlu u x'inhuma s-sensibilitajiet tagħna.", "Għalhekk f'dan ir-rigward ir-riżorsi huma critical, għax din hija intelligence, u l-intelligence in-nies jagħmluha mhux il-magni.", "Nitkellmu fuq artificial intelligence, imma f'dan is-settur ma nistgħux naħdmu hekk.", "Biex ġibna n-nies ingħatajna r-riżorsi kollha.", "Inqalgħu ukoll numru ta' inċidenti dan l-aħħar tliet snin fejn kellna bżonn esperti barranin li jiswew il-miljuni.", "No problem, dejjem irċevejna l-għajnuna li tlabna; so again, ir-riżors ma kienx in-nuqqas ta' flus imma biex issib is-soluzzjoni għal problema li hija l-identifikazzjoni tal-espert.", "F'dawn it-tliet snin tlabna wkoll li nsaħħu l-informatika tal-unit.", "Ovvjament, meta qed titkellem fuq intelligence qed nitkellmu fuq data intelligence ukoll, li qed tagħtina ħafna informazzjoni fuq inċidenti partikolari.", "Anke hawn tlabna riżorsi u ngħatajna s-sistemi kollha li tlabna.", "So, all in all, iċ-challenge kien li nikbru b'rata raġonevoli.", "Ovvjament, jekk ikollok tim ta' 12 u ġġibu 30 f'ġimgħa mhux bilfors se jiffunzjonaw tajjeb flimkien.", "Kien hemm ħafna żvilupp ukoll biex timmaniġġja ruħha aħjar l-istituzzjoni.", "Għandek direttur u assistent direttur li jaħdmu iktar fuq l-area ta' management, li naraw li l-performance tagħhom hija adegwata, u s'issa m'għandna xejn fuqxiex ninkwetaw f'dan ir-rigward.", "Fejn jidħol in-National Co-ordinating Committee on Combating Money Laundering and Funding of Terrorism (NCC), ridna niġbdu l-attenzjoni li dan huwa forma ta' riżors ieħor, biex b'hekk jagħtu kasek l-entitajiet l-oħra pubbliċi li jridu jżommulek idejk, jew iżżomm idejk magħhom biex taħdem.", "Dawk ukoll qegħdin ikunu ħafna iktar sensibbli.", "Naħseb li l-proċess żviluppa b'mod straordinarju u mgħaġġel f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Jien sorpriż kif meta dħalt sibt li għadna daqshekk lura, u r-raġuni naħseb ġejja mill-fatt li, jekk tiftakru, storikament money laundering meta kont tifel l-iskola kienu jgħiduli li l-Isvizzera tista' tpoġġi li trid u ħadd ma jgħidlek xejn.", "Kienu l-bankiera tal-kriminali kollha tad-dinja.", "Tul is-snin wara l-gwerra kien hemm l-idea li money laundering fis-sistema bankarja qisha hija xi ħaġa aċċettata.", "Din bdiet tinbidel minn 20 sena 'l hawn, u bdiet tinbidel b'rata mgħaġġla.", "Pereżempju, il-gaming daħal fl-aħħar direttivi li ħarġet l-EU.", "Biex niftehmu, allavolja rajnih bħala riskju, imma qed insemmih biex nuri li l-iżvilupp tal-liġijiet kien tremendament imgħaġġel għaliex ovvjament is-soċjetajiet qed iħossuhom skomdi li l-kriminal jieħu r-reward u qisu ma ġara xejn.", "Konsegwentement, ridna ngħaġġlu magħhom ukoll.", "Però, għal perjodu ta' żmien ma għaġġilniex biżżejjed, irqadna ftit u ovvjament issa we are trying to pick up.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Gatt.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Grazzi, Sur Gatt, tad-disponibilità tiegħek li tiġi quddiem dan il-kumitat.", "Jien għandi numru ta' domandi u nixtieq nagħmilhom waħda waħda ħalli na nitfixklux fihom u jkun hemm risposti iktar diretti fuqhom.", "Hemm parti mill-ewwel domanda li saritlek mill-Gvern li nixtieq naqrahielek, u nixtieq il-kummenti tiegħek dwarha u tgħidli għalfejn qed taraha hekk.", "Il-kwotazzjoni hija:", "Inti tara din, kif qed tgħid, bħala perċezzjoni biss, jew inkella din hija realtà minħabba li, għal numru ta' snin, anke meta kien hemm każijiet li kienu high profile, l-FIAU dehret li ma mxietx u m'għamlitx xogħolha?", "Irridek tispjega jekk din hijiex perċezzjoni jew hijiex ir-realtà.", "Ma jistax ikunu t-tnejn li huma; jew waħda jew l-oħra.", "Skont x'tgħidli, nixtieqek tispjegali, bħala Chairman tal-FIAU, kif se tibdel din il-ħaġa u kif se turi lis-soċjetà in ġenerali hemm barra li jekk l-FIAU tagħmel xogħolha twassal għal riżultat u mhux tibni perċezzjoni li qisu m'hu qed isir xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Aquilina.", "F'idejk, Sur Gatt.", "IS-SUR JESMOND GATT: Fil-fatt, waħda mid-diskussjonijiet li spiss ikolli fuq il-Bord hija kif se nikkomunikaw bħala FIAU.", "Għal numru ta' snin l-FIAU kienet titqies bħala parti mis-Servizz Sigriet, u allura dak li nagħmlu qatt ma kkomunikajnih.", "F'dawn l-aħħar erba' snin indunajna li n-nies għandhom għatx li jifhmu x'aħna nagħmlu.", "Allura, aktar milli perċezzjoni jew le, ikun hemm affarijiet li s-soċjetà forsi tkun tixtieq risposta qabel.", "Imma din ma tingħatax mhux għax inti ma tridx, imma minħabba l-fatt li trid mingħand ħaddieħor biex iġġib l-informazzjoni.", "Kif għedtlek, f'ċerti każi partikolari rridu informazzjoni mill-Indja li huwa pajjiż li ma jikkoperax daqs kemm nixtiequ, u allura ndumu biex inġibu t-tweġibiet.", "Biex niffirmaw l-analiżi rridu t-tweġibiet ta' kulħadd.", "Però, huwa fatt li aħna ma konna nikkomunikaw b'xejn.", "Il-brief tagħna qegħda fil-liġi li obbligati ma nikkomunikaw xejn u dak li nikkomunikaw irridu nikkomunikawh mal-awtoritajiet kompetenti biss.", "Allura, jiġi min jiġi jistaqsi x'inti tagħmel jew x'inhu jiġri, ma konna ngħidu xejn ħlief li niktbu ftit statistika fir-rapport annwali.", "Waħda mill-affarijiet li se nippruvaw nagħmlu hija li jkollna iktar komunikazzjoni tajba ta' x'qiegħed jagħmel l-FIAU mal-media biex il-media tifhem x'inhuma l-prijoritajiet tal-FIAU going forward.", "Ovvjament, fuq każi individwali ma nistgħu ngħidu xejn għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel nett, għaliex xi minn daqqiet nistgħu nipperikolaw l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, jiġifieri nkun qed navża 'l-kriminali li qed ninvestigawhom.", "It-tieni raġuni hi li fil-fatt din tkun informazzjoni konfidenzjali għaliex qed titkellem fuq nies u individwi li aħna mhux bilfors għandna provi li huma kriminali, u nistgħu allura kważi nagħtu ideat ħżiena fuq persuni jew individwi.", "Jiena naħseb li lanqas jekk il-liġi tgħid li l-FIAU għandha tikkomunika, mhuwiex raġonevoli li nagħmlu hekk għaliex inkunu qed nipperikolaw l-objectives infushom tal-unit.", "Huwa veru li xi minn daqqiet ħadna iktar żmien milli xtaqna, imma x-xogħol kien għaddej bir-riżorsi li għandna, u ovvjament, kif għedt meta rrispondejt il-mistoqsija tal-Onorevoli, ir-riżorsi ma kenux dawk li xtaqna.", "Xi minn daqqiet xtaqna npoġġu iktar riżorsi imma ma kellniex.", "Imbagħad, bdejna nibnu r-riżorsi tagħna biex dejjem inkunu nistgħu nilħqu l-objettivi tagħna b'mod malajr.", "Il-kontinwazzjoni hija sempliċi.", "Irridu nikkomunikaw aħjar maċ-ċittadini.", "Irridu ovvjament naraw kif se nsaħħu r-rapport annwali biex nagħtu iktar informazzjoni fid-dettall li hija tal-aptit tal-individwu.", "Però naħseb li finalment iċ-ċittadini mhux wara l-proċess tagħna jkunu sodisfatti, imma wara l-proċessi l-oħra kollha tal-pulizija u tal-qrati.", "Hemmhekk naħseb li jieħdu sodisfazzjon iċ-ċittadini.", "Billi noħorġu rapport aħna fuq xi ħadd m'aħna se naslu mkien.", "Nixtiequ li l-proċessi l-oħrajn jiffunzjonaw ukoll.", "KAROL AQUILINA: Grazzi tar-risposta tiegħek.", "Kif spjegajt inti, fil-proċess li jinvolvi setturi sħaħ, mhux l-FIAU biss, imma anke l-Pulizija u l-qrati ta' pajjiżna, dak huwa ovvju.", "Intom taslu sa ċertu punt, u mbagħad dak li tagħmlu intom, jekk jirriżultalkom xi ħaġa, jgħaddi għand il-Pulizija, u jekk il-Pulizija tkompli tinvestiga tasal għall-prosekuzzjoni quddiem il-qorti.", "Inti semmejt li ilek membru tal-FIAU għal dawn l-aħħar erba' snin.", "Naturalment fl-aħħar erba' snin kien hemm numru ta' każijiet li kienu high profile ħafna.", "Id-domanda tiegħi hija: Inti sodisfatt b'dak li għamlet l-FIAU f'dawn l-erba' snin?", "Imma wkoll, b'dak li għamlet l-FIAU, imbagħad x'għamlu entitajiet oħra tal-Istat abbażi ta' dak li għamlet l-FIAU?", "Jew inkella, kif qed naraha jien, l-FIAU tagħmel xogħlha, imma imbagħad l-entitajiet l-oħra tal-Istat qishom jeħlu u ma jaslux?", "Ovvjament, b'dan il-mod imbagħad tinħoloq il-perċezzjoni li semmejt inti proprju fir-risposta tiegħek, li l-FIAU ma tagħmel xejn.", "IS-SUR JESMOND GATT: Fil-fatt mhux ma nagħmlu xejn imma ma jidhirx ir-riżultat.", "Hija perċezzjoni minn waħda għall-oħra.", "Għal li qed issemmi inti, jien sodisfatt ħafna b'li għamilna f'dawn l-erba' snin.", "Kull meta kont nitkellem min-naħa ta' policy, dwar x'qed iżomm il-proċessi, x'nistgħu nagħmlu biex il-proċessi jitħaffu, x'inhu l-average turnaround li qed nieħdu biex ninvestigaw l-affarijiet, naf li fl-aħħar erba' snin dejjem kien qed jonqos.", "Ovvjament, dak huwa progress.", "Kieku sodisfatt mhux qiegħed hawn.", "Fil-fatt, m'iniex sodisfatt u nixtiequ li nagħmlu iktar affarijiet.", "Kif għidt ukoll fil-bidu, il-kriminal qiegħed dejjem jivvinta l-affarijiet.", "Irridu l-ħin kollu nadattaw, nagħmlu risk assessment u nifhmu x'inhuwa jiġri u ma jiġrix.", "Minn dan il-lat naħseb li sodisfatt ħafna.", "F'dan il-perjodu qed nagħmlu wkoll xogħol mal-entitajiet l-oħra biex nifhmu kif ix-xogħol li tagħmel l-FIAU jkun iktar useable mill-entitajiet l-oħra.", "Pereżempju, fil-każ tagħna, xejn mill-intelligence li niġbru ma jista' jintuża biex jitressaq xi ħadd il-qorti bħala evidenza.", "Jekk ikun hemm xi elementi minnu li jistgħu jintużaw, ikun irid jerġa' jiġi investigat mill-pulizija b'ħela ta' żmien.", "Allura, hemm l-effiċjenzi li nistgħu ndaħħlu fil-proċessi li jistgħu jqassru l-proċess u biex wieħed jgħin iktar lill-ieħor b'mod effettiv.", "Ovvjament, f'dan il-qasam qegħdin aħna, il-Pulizija u l-qrati – diġà tliet entitajiet dawn li jagħmlu xogħlhom – imma se jitwal il-ħin.", "Mhux se ngħidlek li naħseb li għandhom ikunu tnejn jew wieħed, għax mhuwiex il-każ li wieħed minna jipprova jagħmel kollox.", "Jista' jkun hemm riskji oħra li ma nkunux qed nagħmlu ġustizzja, jew ikun hemm riskji oħrajn marbutin, pereżempju, mal-fatt li jista' wieħed jinvestiga, jew riskji oħrajn.", "Però, naħseb li sodisfatt ħafna.", "KAROL AQUILINA: Sodisfatt bil-mod kif il-Pulizija jittrattaw ir-rapporti li jirċievu mingħand l-FIAU?", "Ġieli smajna, anke f'inkjesta pubblika, li jiġi ppreżentat rapport, dak ir-rapport jasal sa ċertu livell, il-Pulizija mistennija li tasal livell ogħla biex tagħmel il-prosekuzzjoni, u qisu l-Pulizija ma taġixxix abbażi ta' dik l-informazzjoni.", "Biex ngħid hekk, intom tkunu għamiltu l-groundwork, u għandi nifhem ukoll, anke mir-rapporti li ġieli ġew ippubblikati, ikun hemm ċertu informazzjoni li ħafna drabi kważi lanqas il-Pulizija ma tista' tasal għaliha.", "Din l-informazzjoni tkun ħafna aħjar minn dak li l-Pulizija tista' tasal għaliha.", "X'se tagħmel inti bħala Chairperson tal-FIAU, meta l-FIAU tkun għamlet xogħlha kif suppost, bagħtet rapport lill-Pulizija mbagħad ma tisma' xejn iktar dwaru u ma tittieħed ebda azzjoni?", "Dan meta l-FIAU tkun taf li hemm biżżejjed biex ttieħed azzjoni.", "X'se tagħmel inti bħala Chairperson biex din is-sitwazzjoni tiżblokkaha?", "IS-SUR JESMOND GATT: Naħseb li ma tantx huwa l-każ li jien nisforza l-proċess b'mod aggressiv; però, il-verità hija li, taħt l-ambitu tal-National Crime Committee (NCC), qed niddiskutu ħafna mal-Pulizija.", "Minn meta twaqqfet l-NCC tliet snin ilu, irnexxielna nibdew nifhmu x'inhuma l-istrengths u l-weaknesses ta' kull wieħed minna, u naħdmu bihom biex niżviluppaw il-proċessi aħjar.", "Ovvjament, kif tafu li ħareġ mill-Moneyval – u kulħadd qed jifhem li kellu jiġri – il-Pulizija trid issaħħaħ il-qafas investigattiv tagħha.", "Kellhom ukoll diffikultajiet biex jaslu.", "Naf li qed tiġri dik ukoll.", "Jien sodisfatt li anke min-naħa tal-infurzar tal-liġi qed jieħdu passi.", "Irrid nifhem jekk huwiex se jirnexxilna.", "Fil-fatt qed naraw kif nistgħu, anke mal-qrati, nikkreawlhom seminars mal-ġudikanti biex nistgħu nfehmuhom aħjar x'inhuma s-sensitivitajiet tal-proċessi tagħna.", "B'dan il-mod forsi nistgħu ngħinuhom jaslu għal ġudizzju b'mod iktar tempestiv.", "Iktar minn hekk ma nistgħux nagħmlu, għax imbagħad il-proċessi tagħhom iridu l-ħin ukoll.", "KAROL AQUILINA: Wieħed mill-membri tal-Bord tal-FIAU ġej mill-Pulizija.", "Jiena mhux se nsemmi każijiet partikolari għax naf li l-Bord jagħmel distinzjoni bejn il-bord li jmexxi l-FIAU u l-ħidma li jagħmel id-direttur u l-assistent direttur.", "Naf li hemm din id-distinzjoni u li intom żelużi li żżommuha hekk, għal raġunijiet ovvji.", "Però, meta l-Bord ikun jaf li l-istituzzjoni għamlet xogħlha, imbagħad ma jkunx hemm segwitu għaliha, hemmhekk naħseb li tibda tinkwieta inti wkoll fil-kariga tiegħek ta' membru tal-bord.", "Allura inti ma ddurx fuq il-kollega tiegħek li qiegħed fuq il-Bord li ġej mill-Pulizija, u tgħidlu: Aħna nagħmlu xogħolna hawnhekk, però intom ukoll għandkom responsabilità ħafna ikbar minna ladarba lestejna x-xogħol aħna?", "Kif se timbotta li jsiru ċertu affarijiet?", "Qed ngħid hekk għaliex huwa fatt magħruf li kien hemm rapporti li ġew ippubblikati li kienu sostanzjali, li naħseb li s-soċjetà stenniet li tittieħed azzjoni konkreta dwarhom u mhux diskors jew informazzjoni biss.", "Inti tħoss il-bżonn li ddur fuq ħaddieħor u tgħidlu: Jien nistemma mingħandek li tagħmel il-rwol tiegħek wara li l-istituzzjoni li mmexxi jien għamlet xogħolha kif suppost?", "IS-SUR JESMOND GATT: Fil-fatt, il-unit mhux tramite l-membru tal-Bord mill-Pulizija li tikkomunika mal-Pulizija, imma kif titlob il-liġi permezz tal-liaison officer.", "Dan ikun aġġornat dwar l-affarijiet li għandu bżonn jew qegħdin jiġru fil-każijiet partikolari.", "S'issa ma ħassejtx li bħala Bord tal-FIAU għandna nidħlu fir-remit tal-investigazzjonijiet tal-Pulizija, u nippruvaw b'xi mod nikkwalifikaw kif isiru u ma jsirux.", "Aħna ovvjament għandna t-techniques tagħna.", "Ġieli, biex ngħinu lil xulxin, ġibna n-nies biex inħarrġu lill-xulxin.", "Il-Pulizija għandhom nies imħarrġa f'ċertu setturi ta' analiżi li jgħinuna, u aħna żviluppajna n-nies.", "Ftit taż-żmien ilu kien hemm Kummissarju wkoll – u naħseb li jista' jwieġbek aħjar minni x'qed jagħmel biex jiżviluppa.", "Minn dak li qed naqra fil-pubbliku, għax jien ma mmurx għand il-Kummissarju u nistaqsih x'inhuwa jagħmel.", "Qed jagħmlu xogħlu wkoll.", "Tkellimna mal-persuna l-ġdida li qed tieħu ħsieb l-Economic Crime Unit, u tidher li hija intenzjonata li tkompli tiżviluppa bħalma qed nagħmlu aħna.", "Nemmen li going forward se jkollna riżultati aħjar.", "Fil-fatt, din is-sena, għall-ewwel darba, wara numru ta' snin li kien hemm numru ta' każijiet fejn aħna għamilna sanzjonijiet fuq entitajiet, din is-sena rnexxilna nagħlqu ħafna sanzjonijiet ta' ħafna entitajiet li tul l-aħħar tliet snin ħassejna li setgħu għamlu xogħolhom aħjar.", "Tinsiex li l-FIAU huwa grupp ta' nies li jridu l-affarijiet jaħdmu sewwa u jinfurmawna.", "Is-sett ta' subject persons żdied ħafna.", "Ovvjament, abbażi ta' li jiggwidawna huma, li jagħtuna ħjiel huma, nistgħu nibdew ninvestigaw.", "Inkella ma tantx tista' tiġri.", "Ikun hemm numru ta' każijiet li nindunaw aħna li rridu ninvestigaw ukoll, imma fil-maġġor parti huwa dan is-settur li jiggwidana.", "Kif qed ngħidlek, naħseb li min-naħa tagħna m'għandniex ir-remit li mmorru fuq il-Kummissarju u nimbuttaw b'xi mod jew ieħor.", "Kif għidtlek, qed niddiskutu l-affarijiet taħt l-NCC u ninfluwenzaw lil xulxin bl-aptit, b'informazzjoni u kif nistgħu nagħmlu xogħolna aħjar biex ngħinu iktar lil xulxin u jkollna iktar speditezza.", "KAROL AQUILINA: Issir il-kritika minn numru ta' professjonisti, bħal nutara, avukati u subject persons oħra, li ntefa' piż fuqhom biex titħaddem is-sistema.", "Din hija sistema tajba li kienet bżonnjuża ħafna, però ssir il-kritika li qisu hemm min jiflaħ iħallas għal din is-sistema u hemm min ma jiflaħx.", "Partikolarment, min huwa sole practitioner jargumenta li l-piż li ntefa' fuqu huwa projbittiv, kważi jrid joħroġ barra mill-professjoni tiegħu, jew ma jagħmilx ċertu xogħol.", "Din il-kritika hija mifruxa ħafna llum il-ġurnata.", "Għandek il-Kamra tal-Avukati, għandek ll-Kunsill tan-Nutara, għandek numru ta' entitajiet oħra li qed jippruvaw jindirizzaw din is-sitwazzoni.", "Kif taħseb li l-FIAU tista' tgħin biex ma jkollokx nies li joperaw f'ċertu setturi jispiċċaw ikollhom jitilqu minnhom, anke minkejja li ma jkollhomx diffikultà u ma jkunux qed jagħmlu affarijiet mhux korretti, anzi, jkunu qed jaġixxu b'mod korrett, però l-obbligi li ntefgħu fuqhom huma tant kbar u tant ifissru eluf ta' ewro li prattikament ikollhom jagħżlu li jieqfu joperaw?", "X'qed tara li l-FIAU tista' tagħmel taħt it-tmexxija tiegħek biex din is-sitwazzjoni tiġi żblukkata?", "IS-SUR JESMOND GATT: L-ewwel nett, irridu nirrealizzaw li hija l-liġi li tpoġġi l-obbligi u mhux il-unit innifsu.", "Ovvjament il-unit qed tiggwida lis-subject persons dwar kif jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom kif tgħid il-liġi.", "Tul l-aħħar tliet snin, l-FIAU – u sodisfatt ħafna bihom – kienet ħarġet linji gwida estensivi lis-settur biex tispjega iktar fid-dettall x'inhuwa mistenni minnu u kif jista' jagħmel dak li mistenni minnu.", "Qed tipprova tgħinu jiżviluppa l-metodoloġiji tiegħu b'mod effettiv.", "Organizzaw ukoll numru interminabbli ta' sessjonijiet ta' taħriġ lis-subject persons.", "Qed nippruvaw ngħinu b'mod fattwali kemm billi niggwidaw, kif ukoll billi nħarrġu.", "Però wkoll, il-liġi nnifisha tistabbilixxi li f'numru ta' każijiet inti tista' tagħmel risk assessment tal-operat tiegħek.", "Abbażi ta' dak ir-risk assessment, inti tagħmel il-miżuri tiegħek.", "Jekk għandek tieqa twila pied ma tagħmilx purtiera twila 20 pied.", "Ħafna drabi qed insibu li r-risk assessments fis-setturi konċernati ma jsirux sewwa.", "Jew ikunu laxki naħa jew drakonjani n-naħa l-oħra.", "Naħseb li rridu ngħinu lis-setturi tal-industrija jagħmlu risk assessments iktar meqjusin.", "Ovvjament, fiċ-ċirkostanza tal-lum jista' jkun hemm trepidazzjoni kif tagħmlu dan ir-risk assessment, għaliex tant hemm diskussjoni fuq il-liġi ta' kontra l-ħasil ta' flus li kulħadd huwa inkwetat minħabba fiha.", "Hawnhekk kulħadd qiegħed bil-maskra għax qed jibża' li se jieħu l-COVID-19.", "Ma jfissirx li bilfors xi ħadd minna huwa marid, imma lbisniha.", "Dawn jistgħu jkunu affarijiet li qed jiġru fis-settur.", "Il-fatt li xi kultant hemm aspettattivi daqshekk drakonjani mbagħad iwassal li jkun hemm ukoll reazzjonijiet jew impatti fuq l-industrija li mhumiex dawk li nixtiequ.", "KAROL AQUILINA: Din hija mistoqsija li jien iddeċidejt li nibda nagħmilha lil kulħadd.", "Mingħajr ebda riflessjoni fuqek personali jew għax għandi xi ħjiel ta' xi ħaġa.", "Inħoss li l-Kumitat għandu jistaqsi jekk hemmx xi ħaġa jew inti tħossx li hemm xi ħaġa fil-ħajja privata, ħajja pubblika, ħajja professjonali tiegħek, li b'xi mod timbarazzak jew timbarazza lil dan il-Kumitat jew lill-Ministru li ħatrek jew lill-FIAU.", "Hemm xi ħaġa li jidhirlek li għandek taqsam magħna?", "Hemm xi ħaġa, jew inkella tista' tassigurana li m'hemm xejn?", "Din hija mistoqsija ta' rutina.", "IS-SUR JESMOND GATT: Mhux se nagħtik risposta ta' rutina.", "Stajt għidtlek le.", "Fil-fatt, jien bħala uffiċjal tal-Bank Ċentrali ngħaddi minn skrutinju kontinwu.", "Għadni kif għaddejt minn assessjar minn awdituri indipendenti fuq l-assi tiegħi.", "Din hija prattika tal-banek ċentrali u qatt ma kien hemm diffikultà.", "Mil-lat finanzjarju, kważi nħossni politically exposed person (PEP) mingħajr ma jien PEP.", "L-iskutinju diġà sar is-sena l-oħra.", "Mill-aspetti l-oħra jidhirli li ma hemm xejn li jista' jħammar wiċċ xi ħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Peress li l-Onor.", "Ellis mhuwiex parti mill-Kumitat nitlob il-permess biex ikun jista' jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur Gatt, bħalissa f'bosta setturi hawn ċertu apprensjoni kbira dwar il-mod kif qiegħda topera l-FIAU.", "Hawn perċezzjoni li l-FIAU qiegħda kważi f'overkill mode.", "Kważi kważi qiegħda anke sservi biex ixxekkel l-iżvilupp tas-settur finanzjarju f'Malta.", "Jiena avukat u nisma' minn kollegi li, pereżempju, ikollhom x'jaqsmu ma' kollegi barranin, pereżempju, mill-Polonja, li ma jafu xejn fuq ħasil ta' flus.", "Dawk iridu joqogħdu jedukawhom huma.", "Suppost qed jiġu applikati l-istess direttivi u regolamenti Ewropej, imma jidher li l-applikazzjoni tagħhom ma hija konsistenti xejn.", "Jidher li Malta qegħdin napplikaw l-enċikliki kollha u pajjiżi oħrajn Ewropej – speċjalment Ċipru, li tissemma ħafna – jidher li hemm sitwazzjoni ferm u ferm iktar ta' laissez faire.", "Għandek ukoll sitwazzjoni, pereżempju, f'każ li ltqajt miegħu dan l-aħħar, mal-Istat ta' Delaware, l-iStat ta' Biden, fejn dawn lanqas biss għandhom reġistru tal-kumpaniji bix-share holders.", "Kelli każ ta' kumpanija hemmhekk, fejn inkunu nafu sabiex isir l-Anti-Money Laundering (AML) u naraw min huma x-shareholders, fejn kellna nġibu dikjarazzjoni ta' nutar.", "Taħseb li l-azzjoni tal-FIAU trid tiġi kalibrata aħjar, li filwaqt li l-kriminalità ogranizzata tkun kontrollata, imma fl-istess ħin is-settur finanzjarju fil-pajjiż jitħalla jopera?", "IS-SUR JESMOND GATT: Jien konvint li l-FIAU qed tagħmel dak li qed tistenna minnha l-liġi.", "Kif għidt tajjeb inti, qed nagħmlu dak kollu li l-liġi titlob.", "Jekk hemm stati oħra li dan ma jagħmluhx, naħseb li huwa naqra ta' nuqqas min-naħa tagħhom li ma jagħmluhx.", "Kważi kważi qed tagħtini x'nifhem li fl-assessjar li għamlu l-Moneyval aħna li qed inkunu stretti kellna diffikultà, u mhux pajjiżi oħra li huma relaxed fis-suġġett.", "Ma nafx, imma nħossni daqsxejn inkwetat li pajjiżi oħra mhux qed jagħmlu xogħlhom sewwa.", "Jien ċert li l-FIAU qed tagħmel xogħolha sewwa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Għandek xi rimarki konklussivi?", "IS-SUR JESMOND GATT: Iddiskutejna fit-tul.", "M'għandix iktar rimarki.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitolbuk tirtira, sabiex inkunu nistgħu niddeliberaw.", "Fis-6.22 p.m. is-Sur Jesmond Gatt irtira mill-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Wara d-diskussjoni li kellna se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-approvazzjoni tan-nomina tas-Sur Jesmond Gatt bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja.", "Hawn qbil unanimu dwar din in-nomina.", "Nitlob lis-Sur Gatt jidħol lura fil-Kumitat.", "Is-Sur Jesmond Gatt daħal lura fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Gatt, dan il-Kumitat huwa favur li inti tiġi rakkomandat lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol għall-kariga ta' Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja.", "Għaldaqstant, se niktbu lill-Ministru f'dan is-sens.", "Nawgurawlek ħidma kbira favur pajjiżna.", "Jalla l-affarijiet kollha li tixtieq tagħmel tkun tista' tagħmilhom.", "Is-Sur Jesmond Gatt ħareġ mill-Kamra tal-Kumitat.", "AFFARIJIET OĦRA", "IĊ-CHAIRPERSON: Ninforma lil dan il-Kumitat li rċevejna żewġ nomini mingħand il-Head of Secretariat tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Nomina minnhom hija tal-Professur Godfrey Baldacchino għall-kariga ta' ambaxxatur għal Iceland u l-iSmall States, u n-nomina l-oħra hija tal-Professur Andrè Xuereb bħala Ambassador for Malta for Digital Affairs.", "Peress li ġejna mitluba biex nagħmlu grilling ta' dawn il-persuni nominati, aħna ċċekkjajna mal-Ispeaker – nirringrazzjaw lis-Sa Pauline Abela – biex naraw x'għandna nagħmlu għaliex ir-remit tagħna skont il-liġi huwa ċar.", "Hemm tliet rulings tal-Ispeaker fis-sens li aħna ma nistgħux immorru barra d-dimensjoni li tagħtina l-liġi u rridu nsegwu dak li titlob minna l-liġi.", "Dawn iż-żewġ persuni ma jaqgħux fir-remit ta' dan il-Kumitat.", "Is-Sa Pauline Abela għandha l-liġi u tista' tagħtikom kopja.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nifhem li l-kwestjoni hija li dawn mhumiex marbutin ma' pajjiż partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Il-liġi hija speċifika dwar lil min nistgħu nagħmlu grilling.", "Jekk tinbidel il-liġi u fir-remit ikun hemm li aħna nistgħu nagħmlu wkoll grilling għal nomini f'dan it-tip ta' ħatriet, aħna mhux se nsibu diffikultà.", "It-tliet rulings wara xulxin tal-Ispeaker huma speċifiċi u jgħidu li aħna rridu nimxu ma' dak li titlob minna l-liġi.", "Jekk inkunu qed nagħmlu grilling għal dawn iż-żewġ nomini nkunu qed noħorġu barra mir-remit tagħna u mmorru kontra r-rulings tal-Ispeaker.", "Ma nistgħux nagħmlu hekk.", "KAROL AQUILINA: Jien ma rajthomx ir-rulings; però, jekk il-liġi tgħid hekk, naħseb li jkun għaqli li, ġaladarba l-Gvern bagħat dawn iż-żewġ nomini quddiemna, forsi jkun hemm pronunzjament min-naħa tal-Gvern li jemenda l-liġi ħalli mbagħad dan ikun possibbli.", "Jekk dan il-Kumitat jaqbel, nistgħu nissuġġerixxu hekk aħna stess.", "Fil-fatt, meta jien kont involut fl-abbozzar, kont għedt li kull ambaxxatur li mhuwiex membru tal-korp diplomatiku għandu jiġi hawnhekk.", "Jekk il-Gvern jixtieq ibiddel il-liġi f'dan is-sens, l-Oppożizzjoni tkun favur.", "Dan mhuwiex każ li wieħed iżid fil-lista b'ordni tal-Prim Ministru.", "Dik hija r-raġuni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, trid tinbidel il-liġi.", "CLAYTON BARTOLO: Wieħed minnhom aktar huwa digital champion milli ambaxxatur.", "KAROL AQUILINA: Iva, imma l-liġi kif inhi mitkuba ssemmi pajjiż ieħor apparti Malta.", "CLAYTON BARTOLO: Però, biex ma mmorrux lil hinn mir-remit u nifhmu anke x'inhu r-rwol tagħna hawnhekk, għalkemm wieħed minnhom qed insejħulu ambaxxatur, aktar huwa a digital champion.", "Naturalment dan xorta jkun qed jagħmel xogħol għal pajjiżna.", "KAROL AQUILINA: Iva, imma issa se tinħoloq is-sitwazzjoni fejn jekk jibdew jinħatru ċerti ambaxxaturi, mhux bilfors għal pajjiż imma għal istituzzjoni barranija, mingħajr l-iskrutinju ta' dan il-Kumitat, naħseb li ma jkunx qed isir dak li kien hemm l-intenzjoni li jsir.", "L-intenzjoni kienet li jekk xi ħadd jaqdi r-rwol ta' ambaxxatur imma ma jkunx fil-korp diplomatiku, dan jiġi quddiem dan il-Kumitat.", "Naqbel li dan mhuwiex drafting feliċi.", "Jien naħseb li dan il-Kumitat għandu jinforma lill-Gvern li hawnhekk hawn qbil li jsir grilling ta' dawn il-persuni, imma hemm bżonn li ssir emenda fil-liġi.", "Nerġa' ngħid li dan ma jsirx b'ordni tal-Prim Ministru għax il-lista tista' tiżdied biss fejn ikun hemm persuna li tmexxi aġenzija jew awtorità.", "Dik tista' tinbidel b'avviż legali.", "JOE MIZZI: Jien ħsibt li se naqbdu u niddeċiedu aħna u mmexxu ...", "JOE MIZZI: Mela biex isiru dawk l-affarijiet irid ikun hemm emenda fil-liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala Kumitat aħna ma nsibu l-ebda oġġezzjoni li nagħmlu grilling ta' persuni f'dawn il-ħatriet kemm-il darba l-Ministru kkonċernat jemenda l-liġi u jgħid li r-remit tagħna jkun ikopri wkoll grilling ta' ħatriet pubbliċi kif qed jiġi propost.", "KAROL AQUILINA: Aħna bħala Oppożizzjoni niddikjaraw li naqblu ma' dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Oppożizzjoni taqbel, jiġifieri din hija xi ħaġa unanima.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Il-proposta tal-Onor.", "Aquilina hija iktar ristretta u ċara għax qed jgħid liema huwa dak it-tip ta' karigi li jridu jiżdiedu biex nibqgħu mal-ispirtu tal-liġi kif kienet oriġinarjament.", "Ħadd mhu qed jgħid li tispara kullimkien.", "KAROL AQUILINA: Oriġinarjament kien hemm din id-dilemma.", "Xi ħadd li jaħdem mal-Gvern imma ma jkunx fil-korp diplomatiku għandu jiġi quddiem il-Kumitat?", "L-argument kien li 'iva' għax mhuwiex parti mill-korp diplomatiku.", "Allura, bl-istess mod, jekk xi ħadd se jaqdi rwol ta' ambaxxatur, mhux għal pajjiż imma għal istituzzjoni jew għal ċertu settur, ladarba mhuwiex fil-korp diplomatiku għandu jiġi quddiem dan il-kumitat.", "Dak iż-żmien il-Kamra ma daħlitx f'dak id-dettall għax diġà kienet xi ħaġa innovattiva li nagħmlu dan kollu, Imma naħseb li issa dan il-Kumitat għandu esperjenza biżżejjed – anke ċerta fiduċja bejn il-Membri tal-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar kif nagħmlu l-affarijiet – biex niżviluppaw u nevolvu dan ir-rwol tagħna anke għal dan is-settur.", "Naħseb li nagħmlu tajjeb jekk din tkun proposta tal-Kumitat.", "CLYDE PULI: Jekk se tikteb lill-Ministru biex tgħidlu li aħna nirrakkomandaw li jbiddel il-liġi biex din tkun tinkludi każijiet bħal dawn, għandek tispeċifika fuq xiex qed nitkellmu, għax mhuwiex il-każ li qed nipproponu li tifrex b'mod totali.", "Dan mhuwiex il-każ, u mhux hekk qed ngħidu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ambaxxaturi.", "Din għandha tkun ir-rakkomandazzjoni tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fis-6.30 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201123_017d_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 17", "It-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020", "IlKumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi ltaqa' filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fil-5.33 pm.", "PREŻENTI", "Il-Membri tal-Kumitat li kienu preżenti għal-laqgħa kienu l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi l-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor.", "Kien preżenti wkoll l-Onor.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 16, li saret fit-28 ta' Ottubru 2020, ġew ikkonfermati.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAS-SUR JESMOND GATT GĦALL-ĦATRA TA' CHAIRMAN TAL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-KORP GĦALL-ANALIŻI TA' INFORMAZZJONI FINANZJARJA (FIAU)", "L-Onor.", "Karol Aquilina ta ħarsa ta' kif ġraw l-affarijiet sakemm il-ħatra proposta tas-Sur Jesmond Gatt ġiet quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.", "Huwa qal li hekk kif sar jaf bin-nuqqas li kien hemm fir-rigward tal-ħatra taċ-Chairman tal-FIAU, huwa ġibed l-attenzjoni tal-Gvern billi għamel diskors fil-Plenarja, u hekk kif il-Kumitat irċieva l-ittra tal-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji dwar it-tali ħatra, il-Membri tal-Oppożizzjoni fuq il-Kumitat kitbu lill-President tal-Kumitat Permanenti u ssusegwentement, intalab ruling mill-Ispeaker mill-President tal-Kumitat Permanenti.", "L-Onor.", "Aquilina, f'isem in-naħa tal-Oppożizzjoni, insista fuq il-ħtieġa li l-proċedura stabbilita fil-liġi tiġi segwita u appella li f'ċirkostanzi bħal dawn wieħed għandu jiddiskuti biex jara kif is-sitwazzjoni tista' tiġi indirizzata.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield informa lill-Kumitat li dakinhar li tkellem l-Onor Aquilina fil-Plenarja, huwa kien ġibed l-attenzjoni u li l-Gvern kien se jirranġa s-sitwazzjoni u li dak li ġara ma sarx b'intenzjoni ħażina.", "L-Onor.", "Bedingfield irrefera wkoll għar-ruling li ngħata mis-Sedja fir-rigward minn fejn joħroġ ċar li dan il-Kumitat għandu jipproċedi għas-smigħ tal-persuna nominata bħala Chairman tal-FIAU.", "Fil-5.37 pm il-Kumitat stieden lis-Sur Jesmond Gatt sabiex jidher quddiem il-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari skont l-artikolu 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Il-President tal-Kumitat informa lis-Sur Jesmond Gatt li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Is-Sur Gatt tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-qasam finanzjarju, kemm fil-Bank Ċentrali u kemm fl-FIAU fejn ilu jservi fuq il-bord għal dawn l-aħħar erba' snin.", "Waqt id-diskussjoni mal-Membri tal-Kumitat, is-Sur Gatt tkellem dwar il-ħtieġa ta' ħaddiema speċjalizzati u mħarrġa biex l-FIAU tkun tista' twettaq ir-rwol tagħha li hu ben definit fil-liġi u anke dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ is-settur tal-informatika tal-Unit.", "Is-Sur Gatt tkellem dwar ir-rwol tal-FIAU anke biex tikkonforma mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-koperazzjoni ma' entitajiet barranin; ix-xogħol tal-FIAU li jagħti inputs lil entitajiet oħrajn biex ikunu jistgħu jagħmlu l-infurzar tagħhom, fosthom il-pulizija; modi ta' kif il-proċessi jistgħu jkunu aktar effiċjenti; u l-eżerċizzju tal-Moneyval biex tissaħħaħ il-governanza.", "Waqt id-diskussjoni ssemma' t-twaqqif tan-National Coordinating Committee li qed jgħin mill-aspett ta' koperazzjoni u kordinazzjoni ma' awtoritajiet regolatarji u ta' infurzar; u l-ħtieġa ta' komunikazzjoni aħjar kemm mal-midja kif ukoll maċ-ċittadin, dwar il-ħidma tal-FIAU.", "Fis-6.22 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lis-Sur Jesmond Gatt u talbu sabiex jirtira mill-Kamra tal-Kumitat sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta tas-Sur Jesmond Gatt.", "Fis-6.23 pm, il-President tal-Kumitat stieden lis-Sur Gatt jidħol fil-kamra fejn informah li l-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tas-Sur Jesmond Gatt bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-President tal-Kumitat irrefera għal komunikazzjoni li huwa rċieva mill-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, is-Sur Noel Abela, fejn infurmah li l-Ministru kien qed jikkonsidra jaħtar żewġ persuni:", "- il-Professur Godfrey Baldacchino bħala Ambaxxatur għal Gżejjer u Stati Żgħar; u", "- il-Professur Andrè Xuereb bħala Ambaxxatur ta' Malta għal Affarijiet Diġitali.", "Fil-komunikazzjoni tiegħu, is-Sur Noel Abela staqsa jekk il-kumitat jaħsibx li in invista tal-importanza ta' dawn iż-żewġ karigi, huwiex il-każ li l-persuni nominati jiġu msejħa għal smigħ waqt laqgħa tal-kumitat.", "Il-President tal-Kumitat irrefera għal tliet rulings li l-Ispeaker kien ta fejn qal ċar li kumitati parlamentari għandhom jikkonsidraw biss dak li hu ben definit fl-Att li jirregolahom.", "Waqt id-diskussjoni, l-Onor.", "Karol Aquilina qal li l-intenzjoni tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika li taħtar il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, kienet li jekk xi ħadd qed jaqdi r-rwol ta' ambaxxatur imma ma jkunx fil-korp diplomatiku, għandu jiġi quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.", "Il-Kumitat qabel li huwa ma jsibx oġġezzjoni li persuna li tkun se taqdi rwol ta' ambaxxatur, mhux għal pajjiż imma għal istituzzjoni jew għal ċertu settur, ladarba mhuwiex fil-korp diplomatiku, jidher quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, kemm il-darba l-liġi li tirregola l-istess Kumitat tiġi emendata fir-rigward.", "Il-Kumitat qabel ukoll li għandha titressaq proposta f'dan is-sens lill-Gvern biex isiru l-emendi relevanti fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Fis-6.30 pm, id-diskussjoni kienet konkluża u l-Kumitat ġie aġġornat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201123_017m_hat.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 22", "It-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020 fl-4.30 pm", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020, fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "It-Tmiem tal-Perjodu ta' Tranżizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Affarijiet oħra.", "18 ta' Novembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20201123_022a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU 22", "It-Tnejn 23 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.45 p.m.", "Il-Membri preżenti qablu li fl-assenza tal-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Emmanuel Mallia, din il-laqgħa tiġi preseduta mill-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej l-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "SKUŻATI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Onor.", "Glenn Bedingfield kienu xogħol fil-plenarja.", "ASSENTI: L-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Leandro Borg, Head Policy Coordination (IMC/EP/External) fi ħdan l-EU Coordination Department fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat numri 20 u 21 li saru fis-16 ta' Ġunju u fis-17 ta' Novembru 2020 kienu konfermati.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċeva din il-korrispondenza:", "Dok 35 Korrispondenza li rċieva l-Ispeaker mingħand l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament tar-Repubblika Ċeka dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-kriżi tal-immigrazzjoni fil-konfini bejn il-Greċja u t-Turkija datata 18 ta' Marzu 2020; u", "Dok 36 Ittra ndirizzata lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin dwar \"Treaty on the Prohibition of Nuclear Weapons\" mibgħuta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Onor.", "Il-Kumitat irċieva wkoll din il-korrispondenza:", "Dok 37 Ittra ndirizzata lill-President tal-Kumitat Permanent dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej intitolata \"It-tmiem tal-perjodu ta' Transizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit\" mibgħuta mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej l-Onor.", "Wara li ċ-Chairman ħa nota tal-kontenut ta' din l-ittra, huwa sejjaħ din il-laqgħa tal-lum.", "IT-TMIEM TAL-PERJODU TA' TRANSIZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU UNIT", "Il-Kumitat stieden lill-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi fejn ta spjegazzjoni kif sejrin in-negozjati dwar Brexit u l-interventi li qed jagħmel il-Gvern.", "Fost l-oħrajn l-Onor.", "kif entitajiet governattivi bħal Identity Malta, id-Dwana u l-Awtorità dwar il-Mediċina qed jippreparaw għall-impatt li se jħalli Brexit;", "il-kampanja \"Brexit be Prepared\" flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ għan-negozji privati f'Malta;", "kampanja ta' informazzjoni bl-expertise ta' Malta Enterprise; u", "diskussjonijiet ma' stakeholders fl-MCESD.", "Wara, il-Kumitat stieden lis-Sur Leandro Borg, Head Policy Coordination fid-Dipartiment tal-EU Coordination fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, fejn ippreżenta:", "Wara kien hemm diskussjoni, fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lis-Sur Borg.", "Fil-5.38 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20201123_022m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.51 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 13 li saret fl-10 ta' Novembru 2020 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI FUQ IL-5G (KONTINWAZZJONI)", "Din hija t-tielet laqgħa li se nagħmlu fuq il-5G.", "Magħna llum għandna żewġ rappreżentanti mill-Human Health Alliance Council, li huma Dr Rodolfo Ragonesi, legal advisor u s-Sur Anton Vella, espert tekniku fuq l-EMF.", "U għalhekk nistgħu ngħaddu mill-ewwel għad-diskussjoni tagħna.", "IS-SUR ANTON VELLA (Espert Tekniku fuq l-EMF tal-Human Health Alliance Council): Nirringrazzjakom ta' din l-opportunità sabiex nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Fil-preżentazzjoni tal-lum se nitrattaw l-EMF exposures vis-à-vis networks u servizzi tal-komunikazzjoni.", "Se nitkellmu fuq l-electromagnetic fields, is-sorsi tagħhom, it-teknoloġija 5G, l-exposure guidelines li jeżistu, il-5G u r-radio pollution debate, kif ukoll se ngħaddu xi suġġerimenti għal dawk il-policy makers li jkunu qegħdin jaħdmu fuq dan is-suġġett.", "Se nibda fuq l-electromagnetic fields u se nagħmel tliet mistoqsijiet importanti; minn fejn jiġu dawn l-electromagnetic fields?", "U x'jagħmlu?", "L-electromagnetic fields normalment jiġu prodotti minn kwalunkwe kurrent.", "Jekk għandek kurrent li qiegħed jalterna, dak se jiġġenera l-electromagnetic fields.", "Il-ġisem tagħna wkoll jiġġenera l-electromagnetic fields.", "Il-qalb tagħna, meta nagħmlu ECG, jew il-moħħ tagħna, meta nagħmlu EEG, jiġġeneraw il-frekwenzi tal-electromagnetic fields, li jistgħu jiġu reġistrati minn apparat apposta li jkun jista' jaqrahom.", "Dawn huma enerġija elettromanjetika li tivjaġġa bil-veloċità tad-dawl, tgħaddi minn ġol-ispazju u titrasposta din l-enerġija.", "X'jagħmlu dawn l-electromagnetic fields?", "Meta xi ħaġa tkun qiegħda f'dawn l-fields tagħhom, jekk xi ħaġa ġġorr charge fuqha, li jista' jkun il-ġisem tagħna, din iċ-charge se tesperjenza forza.", "Dawn l-electromagnetic fields għandhom il-kapaċità li jekk aħna għandna l-minerali ġo fina, bħalma huma l-calcium, phosphorus u magnesium, dawn se jeżerċitaw forza fuq dawn il-partiċelli u jġiegħulhom jiċċaqalqu u jimxu.", "Mela allura għandhom effett fuq il-ġisem.", "Jistgħu jaffettwaw ukoll il-komunikat li hemm bejn il-moħħ u l-ġisem.", "L-electromagnetic fields jiġu kklassifikati skont il-frekwenza tagħhom u anke skont il-wavelength, jiġifieri t-tul tal-mewġa.", "Normalment fuq il-midja u fuq facebook nisimgħu ħafna fuq kif l-ionising radiation jagħmel il-ħsara filwaqt li n-non-ionising huwa safe.", "Kif għadni kif spjegajt in-non-ionising radiation jintuża wkoll fil-mediċina; kemm biex jagħmel il-ġid kif ukoll biex joqtol.", "Illum il-ġurnata l-Università ta' Malta għandha proġett microwave ablation fejn nużaw il-microwave - nimpjantaw transmitter - biex joqtol il-kanċer fejn m'hemmx organi vitali billi litteralment isajjar il-kanċer!", "Joqtlu bis-sħana.", "Però non-ionising radiation jintuża wkoll f'livelli ħafna iktar baxxi biex jagħmel il-ġid, bħalma jsiru ċerti terapiji li jintużaw fl-isptarijiet tagħna.", "Bl-istess argument jekk inti għandek electromagnetic fields ta' frekwenzi oħrajn, dawn jistgħu joħolqu disturbanzi fil-ġisem li jistgħu jirriżultaw f'mard.", "Minn dak l-ispektru li rajna qabel slitt il-parti li hija radio frequency, jiġifieri microwave u radio frequency biss.", "Hawnhekk nixtieq nitkellem dwar is-sorsi tal-electromagnetic fields li nsibu ġewwa d-djar tagħna u li għandhom x'jaqsmu mat-telekomunikazzjoni għaliex dak huwa s-suġġett tagħna.", "L-ikbar sorsi ta' radjazzjoni li l-poplu Malti huwa espost għalihom illum huma l-mobile phones.", "Ovvjament hija intermittenti, jiġifieri tiġi espost meta qed tużah imma peress li huwa viċin ħafna tal-ġisem għandek radjazzjoni sostanzjali.", "Għandna l-cordless phones, li ħafna nies mhumiex konxji tagħhom dawn.", "Għandna wkoll il-wifi li jemetti r-radjazzjoni.", "Għandna l-antenni li jkunu ġejjin barra mid-djar.", "Għandna l-baby monitors, li llum il-ġurnata nużawhom mat-trabi qisu ma huma xejn u li dawn jarmu radjazzjoni mhux ħażin.", "U għandek ukoll il-kompjuters, speċjalment min juża l-wireless keyboard u l-wireless mouse.", "Apparti dawn għandek ukoll it-tablets u l-kompjuters li mhumiex imqabbdin bil-wire u allura jużaw il-wifi.", "Dawn ukoll jiġġeneraw l-electromagnetic fields.", "Dan kollu, layer fuq layer, qiegħed iżid l-espożizzjoni tagħna.", "Kif qed taraw hawnhekk mhux qiegħed immiss l-appliances l-oħra li nsibu fid-djar tagħna u li jżidu l-espożizzjoni għar-radjazzjoni b'ammonti sostanzjali.", "Fuq ir-radio frequency spectrum hemm misconception u tweġġani meta nisma' nies esperti jitkellmu fuq il-midja u fil-gazzetti u jqabblu d-dawl tax-xemx mal-power tar-router!", "Din hija skorretta!", "Wieħed irid iqabbel ħaġa mal-istess ħaġa.", "F'din l-islide qed nuri r-radio frequency meta tqabbel dak li għandek fin-natura ma' dak li qed jiġi emitted mit-teknoloġija.", "U fil-fatt id-differenza hija ta' quintillion bejn tan-natura u t-teknoloġija!", "Jekk immorru 100 sena ilu, meta ma kienx hemm din it-teknoloġija, ir-radjazzjoni kienet a quintillion times inqas minn dik li għandna llum.", "Allura dan jurina li l-affarijiet ħajjin mhumiex imdorrijin b'dawn il-frekwenzi.", "Meta żviluppa kwalunkwe organiżmu, żviluppa f'ambjent fejn dawn il-frekwenzi partikolari kienu baxxi ħafna.", "Għalhekk ukoll jiġi l-argument li dawn il-frekwenzi mhumiex idoneji għall-ġisem u għall-affarijiet ħajjin.", "Mhux bħad-dawl għax il-parti tal-ispectrum li hija tad-dawl hija għolja mmens.", "Allura fin-natura għandna d-dawl għoli.", "Meta allura tqabbel bozza ma' dak li tipprovdi n-natura mix-xemx m'għandek effett ta' xejn imma meta tqabbel wifi router, cordless phone jew antenna ta' mobile ma' dak li hemm fin-natura ssib differenza enormi.", "Xi kultant ikun hemm dawn il-misconceptions li jiżgwidaw lin-nies.", "Hawnhekk rajna wkoll li l-ICNIRP guidelines, li kulħadd jaf x'inhuma, qegħdin hemm fuq nett.", "Bil-mod il-mod, bit-teknoloġija qegħdin resqsin lejhom u qegħdin nilħquhom ftit ftit.", "Fl-1990 bħala teknoloġija hawn Malta kellna t-2G, jiġifieri bdejna b'żewġ frekwenzi.", "Tajjeb li nispjegaw li għal kull frekwenza tal-ispektru aħna ningħaqdu mal-providers u dawn il-providers iħallsu ħafna flus.", "Mela l-ebda provider mhu se jixtri frekwenza biex jitrażmetti fiha u jħalliha rieqda.", "Dawn tistgħu timmaġinawhom bħala toroq li fihom qiegħed tittrasporta d-data.", "Jekk għandek frekwenza għandek triq li fiha se jkun hemm it-traffiku li qed jagħmel l-exhaust.", "Bl-istess argument inti għandek triq li se titrażmetti l-electromagnetic frequencies, li bihom se twassal id-data wirelessly.", "Din id-data qiegħda toħloq tniġġis elektromanjetiku.", "Immaġinaw minn dak iż-żmien lil hawn, minn żewġ frekwenzi daħħalna tnejn oħra u tnejn oħra, jiġifieri ġejna sitta, u dalwaqt, grazzi għall-Ewropa li qed tobbligana niżgumbraw is-700 MHz se jkollna s-sitt frekwenza!", "Eventwalment qiegħda tissemma wkoll it-26 GHz.", "Probabbli se niġu xi tmien frekwenzi.", "Mela tistgħu timmaġinaw għaliex hemm dan id-dibattitu; ir-radjazzjoni qiegħda tiżdied għax għandek layer fuq layer.", "Mhux qed inneħħu teknoloġija u nagħmlu oħra minflokha imma dejjem qegħdin inżidu.", "Il-5G mhuwiex sempliċement an upgrade.", "Hawnhekk qed nuri upgrade, fejn se jkollok connection density ikbar.", "Immaġinaw miljun device f'kilometru kwadru!", "Daqshekk għandha kapaċità din is-sistema.", "Tistgħu timmaġinaw miljun apparat f'kilometru kwadru xi traffiku se joħloq!", "Għandek network capacity ikbar għax kull antenna tiflaħ aktar tikkomunika mal-apparat.", "Għandek wave forms ikkumplikati u hawnhekk fejn tidħol il-problema tas-saħħa.", "Inti ma tridx tara l-power biss imma trid tara n-natura tal-waveforms.", "Għandek massive mMIMO and beam steering technology.", "Din ukoll toħloq problema kemm biex tkejjel u kemm għall-espożizzjoni.", "Illum il-5G ifisser li se tikkonettja ammont enormi ta' apparat ta' kull tip u ġens ma' oġġetti, ma' nies, kollha f'daqqa!", "Hija bidla massiva li ġaladarba tibda mhux se twaqqafha.", "Dan bħal meta daħal l-elettriku fid-djar tagħna.", "Fil-bidu kellek bozza f'kull kamra mentri llum għandek djar li trid tagħtihom it-three phase biex jaħdmu għax għandhom seba' airconditioners u għandhom il-pool, eċċ!", "Min kien jgħid fil-bidu li fid-dar se jkollok bżonn it-three phase?!", "Dak wara jiġi imma ġaladarba tiftaħ il-bieb there is no point of return.", "Fl-aħħar mill-aħħar hemmhekk se tasal.", "X'inhuma jgħidu l-entitajiet governattivi u l-entitajiet legali?", "Bħalma qalu l-MCA, l-ICNIRP guidelines għandhom ħafna qawwa fejn jidħlu linji gwida biex il-pajjiżi jirregolaw ruħhom magħhom inkwantu ta' exposures of electromagnetic fields.", "Dawn huma rakkomandati mill-WHO u mill-Council Recommendation 1999/519/EC.", "Imma hawnhekk se nibdew nistaqsu.", "Fin-New Zealand, Dr Neil Cherry kien ġie mitlub jagħmel review fuq il-proposta li jadottaw fi New Zealand l-ICNIRP guidelines ħalli jirregolaw l-emissjonijiet tagħhom.", "Dan beda jagħmel ir-review tiegħu u spiċċa jagħmel rakkomandazzjonijiet serji fuq il-faults u l-flaws li kien hemm fir-raġunament ta' dan il-grupp ICNIRP, li huwa bbażat ġewwa l-Ġermanja.", "Dan huwa grupp żgħir u diffiċli biex tidħol magħhom għax huma nies selettivi ħafna.", "U dawn m'hemm ħadd fuqhom.", "Allura hemm ħafna mistoqsijiet dwar dan il-bord.", "Tajjeb ngħidu wkoll li huma entità privata.", "Fl-2009 il-Parlament Ewropew ħareġ riżoluzzjoni fejn beda jistaqsi dwar l-ICNIRP u x-xogħol tagħhom.", "Fil-fatt staqsa lill-Parlament sabiex juża s-scientific committee, li huwa s-SCENIHR u li llum ġie xolt, sabiex jinvestiga dawn il-limiti li ħafna pajjiżi kienu qed jaddottaw.", "Qalilhom ukoll sabiex jinvestigaw ir-riċerka u r-riżultat kien li s-SCENIHR ħareġ ir-rapport tiegħu u qal li ma sab l-ebda issue ta' sigurtà u li kollox kien in regola.", "Però dawn ħolqu forur.", "Kien hemm madwar 20 organizzazzjoni minn pajjiżi differenti li kitbu dokumenti serji jisfidaw il-pożizzjoni ta' dan is-SCENIHR.", "Fosthom kien hemm l-International EMF Alliance, fejn dak iż-żmien kitbu lill-Kummissarju John Dalli.", "U rriżulta li dan il-kumitat kellu jiġi xolt għax kien hemm compromisations serji li dawn in-nies kellhom irbit mal-industrija u allura kienu biased.", "B'hekk dan il-kumitat ġie mibdul b'kumitat ġdid li huwa s-SCHEER, li s'issa għamel żewġ rakkomandazzjonijiet; waħda minnhom titratta l-użu tal-augmented reality sets u l-virtual reality sets.", "Dawn huma teknoloġiji li qegħdin jinkwetaw lil dawn l-esperti.", "Illum iż-żgħażagħ tagħna jużaw il-mobile.", "Forsi jċemplu imma iktar jibagħtu l-messaġġi.", "Però l-AR u l-VR se jkun viċin l-għajnejn u viċin il-moħħ.", "L-espożizzjoni għar-radjazzjonijiet se tkun ħafna iktar qawwija minn ta' mobile għaliex dan se juża l-5G, se juża resolutions enormi, mhux bħall-mobile.", "Allura tistgħu timmaġinaw iż-żgħażagħ tagħna minn xiex iridu jgħaddu b'din it-teknoloġija!", "Kien hemm ukoll riżoluzzjoni li ħarġet mill-Kunsill tal-Ewropa u kienet estensiva ħafna.", "Tixbaħ ħafna lil dik li saret mill-Parlament Ewropew, fejn fost affarijiet oħra rrakkomandat li jitneħħa kwalunkwe wireless equipment mill-klassijiet.", "L-enfasi kienet fuq il-klassijiet għax ir-riċerka turi biċ-ċar li t-tfal jassorbu ħafna iktar radjazzjoni mill-kbar.", "Allura hemmhekk huwa riskju għax qed nikkompromettu s-saħħa u l-futur tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Din ir-riżoluzzjoni rrakkomandat ukoll li jingħata każ tan-nies li huma electro sensitive.", "Din hija issue li qed tikber fil-pajjiżi ġirien tagħna.", "U rrakkomandaw li jsiru radiation-free white zones - li hawn Malta ma nafx kemm huwa lok - biex dawn in-nies ikun jista' jkollhom ħajja normali.", "Irrakkomandat li r-radjazzjoni permessa m'għandhiex taqbeż il-0.2 volts per metre li huwa 100 microwatts per square meter, li biex niftehemu huwa 100,000 darba inqas mill-guidelines li tirrakkomanda l-ICNIRP!", "Tajjeb li tkunu tafu li l-exposure guidelines mhumiex biss tal-ICNIRP imma hemm ta' diversi oħrajn.", "Dawn huma linji gwida li jintużaw minn entitajiet awtorizzati sabiex jagħmlu l-EMF surveys jew risk assessments, bħalma jagħmlu l-MCA tagħna, biex jassiguraw li għandna a healthy living space.", "Dawn jintużaw il-Ġermanja u joriġinaw mill-Building Biology Institute tal-Ġermanja.", "Jiġu wżati l-Ġermanja, l-Ingilterra u l-Amerika.", "Hemm istituzzjonijiet kbar li jużawhom.", "Jien ukoll lilhom nuża.", "Nista' ngħidilkom li dawn mhumiex mibnijin fuq riċerka biss imma huma mibnijin fuq snin b'esperjenzi ġod-djar u jaħdmu ma' nies esposti għal dawn ir-radjazzjonijiet.", "Jafu li meta timxi b'dawn il-linji gwida inti tkun qed tassigura s-sigurtà.", "Fil-fatt in-nies jibdew jirkupraw meta tuża dawn il-linji gwida.", "Fl-Amerika hemm erba' tobba li qegħdin jirriversjaw l-awtiżmu billi jużaw dawn il-linji gwida.", "Inaddfu d-djar u jniżżlu l-livelli tal-EMF għal dawn il-linji gwida, u t-tfal jibdew jitkellmu wara tlitt ijiem!", "Jien ilni 25 sena ma' dawn it-tfal.", "Jitkellemu wara tlett ijiem!", "Iqabbżulek id-dmugħ tismagħhom.", "Fid-dokumentazzjoni li tajniekom hemm ir-riċerka tal-paediatric neurologist fuq l-awtiżmu.", "L-exposure guidelines li qed nitkellem fuqhom hawnhekk hu li qed naraw li l-mira tal-ERF hija ta' 0.1 microwatts.", "Bħala weak deviation għandna bejn 0.1 u 10 mentri l-1000 hija l-extreme.", "Il-1% tal-ICNIRP huwa 100,000!", "Qed insemmihom dawn biex inqabblu u naraw naqra fejn qegħdin.", "L-ICNIRP guidelines jirrakkomanda hawn Malta 10 million microwatts per square meter fuq frekwenzi minn 1GHz 'il fuq.", "Dak it-2 qiegħed għal frekwenzi baxxi u huma jaċċettaw li frekwenzi baxxi huma aktar perikolużi għall-ġisem.", "L-islide li jmiss hija fuq il-varjetà ta' exposure guidelines.", "Hawnhekk qegħdin naraw l-istess SBM guidelines imma isfel, fejn hemm dak l-aħmar, għandek linji gwida differenti ta' entitajiet differenti; ta' Salsburg u tal-Unjoni Ewropea.", "Dawn qed insemmihom biex nifhmu li m'hemmx organizzazzjoni waħda li tirrakkomanda linji gwida imma hemm ħafna differenti.", "Salsburg qegħdin jużaw 1000 microwatts bħala l-massimu u hemm postijiet oħra fejn jużaw ħafna inqas.", "Hawnhekk importanti li naċċenna li l-MCA semmiet li jużaw protokolli ta' kif ikejlu.", "Issa meta tuża linji gwida li huma bbażati fuq is-sħana se tuża l-RMS għax inti jinteressak kemm qed tieħu sħana.", "Imma meta tkejjel fuq l-effetti bijoloġiċi, u allura trid tara dawn il-peak pulses li se jiġġeneraw kurrenti ġewwa ġisimna, trid tmur għall-peak measurements, li jafu jkunu iktar minn għaxar darbiet ogħla mill-RMS!", "Huwa importanti li dawn il-linji gwida jpoġġu dawn il-punti bħala – kif tħobb tgħid il-Professur Charmaine Gauci – l-golden standards tagħna.", "Meta tagħmel stħarriġ għand xi ħadd b'dawn se nimxu jekk se tmur fuq sigurtà.", "Jekk se tmur fuq legal compliance se tmur fuq l-ICNIRP.", "Fejn mhumiex se tuża l-linji gwida tal-post.", "L-IARC, fi ħdan il-WHO, fl-2011 ikklassifikat ir-radjazzjoni bħala category 2B, li huwa possible carcinogen.", "Hawnhekk inqtal li fl-istess kategorija nsibu l-kafe, però ma semmejniex li hemm ukoll id-DTT, il-fumes tal-petrol u affarijiet oħra li huma iktar serji u li huma pprojbiti f'ċerti pajjiżi.", "Irridu noqogħdu attenti li nagħtu stampa ċara.", "F'category 2B hemm affarijiet oħrajn li hemm min ipprojbixxihom.", "Żgur li ħadd ma jħalli lit-tfal tiegħu joqogħdu jxommu l-fumes tal-petrol!", "Jiġifieri rridu npoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Il-komunità xjentifika bdiet titkellem fuq dawn l-affarijiet għax bdiet tara li l-affarijiet ma kenux sejrin fid-direzzjoni tax-xjenza.", "Allura kien hemm xjentisti li bdew jingħaqdu u għamlu appell man-Nazzjonijiet Uniti fl-2015.", "Fl-2017 għamlu appell mal-Unjoni Ewropea, dik li hija l-5G appeal, fejn talbu ħafna affarijiet.", "Ingħaqdu magħhom xjentisti, tobba u persuni oħrajn, li kollha kienu qegħdin jagħmlu enfasi sabiex il-policy makers jagħtu kas din ir-riċerka qabel ma naslu f'punt li nikkompromettu serjament is-saħħa tan-nies.", "Is-signatories jibqgħu jiżdiedu.", "Għandna wkoll nies Maltin li ffirmaw dawn l-appelli, inkluż tobba.", "Din it-teknoloġija ġiet ikkontestata għax qatt ma ġiet ittestjata għas-sigurtà.", "Poġġejnieha fuq is-suq mingħajr ma ġiet tested.", "Daħlet ukoll id-dikjarazzjoni tad-drittijiet umani.", "Irridu nifhmu li meta inti qed timponi a category 2B carcinogenic fuq il-popolazzjoni hemm kwestjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.", "Aħna rridu nirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, anke jekk mhux infurmat għax tista' toħloq każijiet ta' mard.", "Ma tistax tesponi bniedem mingħajr ma titolbu l-permess u l-permess irid ikun wieħed informat.", "Inutli tgħid lil xi ħadd x'se tagħmillu jekk ma jafx x'inhi.", "Hawnhekk se nurukom video clip żgħir fejn se taraw esperta fl-internal medicine u tgħallem f'diversi istituzzjonijiet u universitajiet, u tieħu ħsieb pazjenti b'long term issues ta' dijabete, eċċ. Jiġifieri għandha esperjenza kbira fil-qasam tagħha.", "Din kienet qiegħda tagħmel xi ħaġa bħalma qed nagħmlu aħna u ċjoè kienet qiegħda tagħti espożizzjoni lil grupp ta' nies li kienu qed jiddeċiedu fuq il-5G.", "(Qiegħed jiġi muri filmat qasir)", "Kif rajtu dak il-1000 huwa prattikament tal-ICNIRP.", "600 to 1000 għax ivarja skont il-frekwenzi.", "Frekwenzi li qed nużaw aħna huma l-1000.", "Hawnhekk qed naraw it-tabella ta' dak il-video u qegħdin naraw pajjiżi differenti x'livelli qed jużaw.", "Aħna qegħdin fir-range tal-1000.", "X'qed nadottaw hawn Malta?", "Fl-amministrazzjoni ta' qabel il-pajjiżi membri tal-Ewropa konna mitluba mill-Ewropa sabiex nagħmlu dikjarazzjoni bħala pajjiż x'miżuri se nieħdu biex nirregolaw l-electromagnetic fields.", "Malta dak iż-żmien kienet qalet li tal-ICNIRP huma biżżejjed biex jipproteġu lill-poplu tagħna u allura no further action was taken.", "U llum il-ġurnata bqajna bihom.", "Bqajna nemmnu li l-ICNIRP huwa protettiv għalina.", "Fil-5G roll-out hawn Malta diġà kellna nies importanti, bħall-Professur Charmaine Gauci, li wrew it-tħassib tagħhom.", "L-aħħar darba ħadt ħafna gost nisma' l-kummenti validissimi li għamlet fil-preżentazzjoni tagħha l-Profs.", "Gauci, liema kummenti ma setgħux ikunu aħjar milli kienu!", "Għamlet rakkomandazzjonijiet daqslikieku kienet l-aqwa esperta.", "Bħala bniedem tekniku f'dan ix-xogħol nista' nassigurakom li għalkemm il-Professur Gauci qalet li hija limitata fil-fiżika, ir-rakkomandazzjonijiet li tat huma rakkomandazzjonijiet li fl-esperjenza tiegħi huma tad-deheb.", "Ovvjament fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet, li aħna nimxu bil-precautionary principle, dan jitlob li nkunu viġilanti; li noqogħdu attenti għal dak li għandna diġà u li nkunu kawti qabel ma nagħtu l-green light lil xi operatur li jibda jopera dawn it-teknoloġiji ġodda għax jista' jkun li ġaladarba jidħol ikun diffiċli biex treġġagħhom lura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Insejjaħ issa lil Dr Rodolfo Ragonesi.", "DR RODOLFO RAGONESI (Legal Advisor fil-Human Health Alliance Council): Xtaqt nibda fuq punt żgħir dwar il-5G u l-electromagnetic fields inġenerali.", "Illum il-ġurnata mobile device mhux mobile biss imma għandek tablets, netbooks u laptops.", "Hawn min m'għandux mobile imma juża t-talbet bħala telefon!", "Jekk tara s-servizz li qiegħda tagħti l-Melita, bil-MelitaWifi, ir-routers ġod-dar tan-nies qegħdin jintużaw bħala hotspots biex jagħtu servizz lil min huwa fin-neighbourhood - jiġifieri mhux min qed jieħu s-servizz u jħallas għalih - biex ikollhom ir-roaming wifi ħalli jkunu jistgħu jużaw il-mobile phone jew it-tablet, eċċ. Allura anke għall-fini ta' 5G qed jiġi trasmess mir-routers tan-nies ġod-djar!", "Mela ma tistax tgħid li r-routers li qegħdin jintużaw mill-MelitaWifi ġod-djar m'għandhomx x'jaqsmu mal-5G għax qegħdin jagħtu servizz ta' 5G!", "Biex ikollkom idea tal-kumplikazzjoni tal-overloading tal-airways nista' ngħidilkom li jekk inti għandek motorway b'ħafna traffiku ma tistax tgħid jekk il-problema hijiex ġejja minn lane 1 jew minn lane 2 jew mill-fast lane imma trid tagħlaq il-lanes kollha.", "Kif qed taraw fuq dik l-islide li għandkom quddiemkom bażikament għandek xjentisti li ilhom is-snin jagħmlu r-riċerka tagħhom.", "Ovvjament bħala nies akkademiċi m'għandhomx rwol li joqogħdu jitkellmu fl-apert għax mhumiex fix-xena politika.", "Imma għalfejn spiċċaw jagħmlu ħafna appelli pubbliċi?", "Għamlu hekk għax raw li sena wara l-oħra, minkejja s-sejbiet tagħhom, u kif qalu fl-introduzzjoni tal-appelli tagħhom that they are the EMF scientists … Hawnhekk mhux kellek erba' xjentisti li ħarġu bl-opinjoni tagħhom imma għandek l-ogħla speċjalisti globali fl-oqsma tagħhom.", "Aktar esperti minnhom m'hawnx!", "U tant bdew ikunu frustrati għax is-sistema politika teknokratika ma kenitx ...", "Il-problema hi li x-xjentisti qegħdin jgħidu ħaġa u mbagħad ikun hemm ħafna kumitati teknokratiċi li jipprovaw isibu x-xagħra fl-għaġina u jgħidu li x-xjenza mhijiex ipprovata u li hemm ħafna dubji, eċċ. Fil-fatt ix-xjentisti qed jgħidu li dan mhu veru xejn!", "Ħadd ma twieled ilbieraħ.", "Nafu li hemm differenza bejn dawk id-dettalji akkademiċi xjentifiċi u mbagħad tipprova ddawwar l-argument.", "Aħna l-avukati esperti fiha.", "Ikollok avukati fuq iż-żewġ naħat tal-Qorti u min jgħid mod u min jipprova jdawwar l-argument mod ieħor.", "Il-komunità xjentifika qed tgħid li l-provi huma lampanti.", "Dak huwa l-argument bażiku legali u ma tistax tgħid li hemm ħafna kumitati li qed jgħidu ħaġa oħra.", "Inti trid toqgħod fuq il-komunità xjentifika.", "Jekk inti tkun il-Qorti, l-imħallef mhux se jiddeċiedi fl-arja fuq xi ħaġa teknika imma se jappunta l-periti tekniċi u fuq l-affarijiet tekniċi se joqgħod fuq dak li jsibu l-esperti.", "Dak huwa l-argument tagħna.", "U dak li sabu l-esperti ilhom li ħarġuh 15-il sena mentri dawn l-appelli ilhom għaddejjin aktar minn 10 snin.", "Għaliex ix-xjentisti huma daqshekk imħassba?", "Jinsabu mħassba għax jafu li t-track records bejn ix-xjenza u bejn id-deċiżjonijiet teknokratiċi kien hemm ħafna passi żbaljati.", "M'hemmx għalfejn noqogħdu nidħlu fid-dettall.", "Kulħadd jaf bil-problemi tad- DDT – rajtuh f'dak il-filmat li urejnielkom – li fl-Amerika kienu qed jirreklamawh biex jużawh fl-iskejjel biex joqtlu l-bacteria u t-tfal ikunu aktar siguri.", "Dawn kienu ibexxu bid-DDT fil-grounds tal-iskejjel.", "U dan seħħ minħabba n-nuqqas enormi ta' informazzjoni li kellna.", "L-istess ħaġa fuq l-asbestos u t-tabakk.", "Fil-fatt fuq it-tabakk kellna ġlieda kbira għal 30 sena sħaħ, fejn kellek ukoll ħafna tobba jgħidu li m'hemmx problema bit-tabakk!", "Imbagħad wara 30 sena sirna nafu li ma kienx il-każ!", "F'dawn il-każijiet kollha, sfortunatament min kien qed jaqbeż għal dawn l-industriji, jew min kien qed iħares in-naħa l-oħra meta kien qed jara dan it-tniġġis, kien fuq in-naħa l-ħażina tal-istorja.", "Issa jew se nitgħallmu mill-ewwel jew se nitgħallmu wara 30 sena ta' ħsara!", "Ir-recommendations tal-ICNIRP, kif diġà qal is-Sur Vella, tant hemm baħar x'jaqsam bejnhom u bejn dak li qegħdin jgħidu x-xjentisti, li meta tqajjem l-argument tal-precautionary principle, mingħajr ma noqgħod ngħid li l-argument tal-precautionary principle mhuwiex argument validu għax huwa argument validu, imma aħna mxejna ferm iktar lil hinn mill-argument tal-precautionary principle.", "Dan il-prinċipju jiġi adottat meta inti għandek ħafna dubji u allura tiddeċiedi li jkun aħjar li toqgħod attent.", "Hawnhekk mhux każ li hemm id-dubji.", "Ix-xjentisti qed jgħidu iswed u min qed jieħu deċiżjonijiet teknokratiċi forsi għal xi vantaġġi kummerċjali jew inkella militari … Ma rridux ninsew li ħafna interessi jkunu wkoll militari.", "Ovvjament hawnhekk mhux qed nitkellem fuq Malta għax aħna pajjiż żgħir u l-aġenda militari tagħna lanqas biss teżisti.", "Imma barra minn Malta ħafna minn dawn it-teknoloġiji jiġu mill-militar u mbagħad jiġu trasposti għall-użu domestiku.", "Kważi kważi tista' tgħid li jkun hemm interess li mill-militar jiġu aċċettati għall-użu domestiku għax imbagħad ħadd ma joqgħod jippunta subgħajh lejn il-militar.", "Jiġifieri jkun hemm aġenda warajhom.", "Ħadd minna ma twieled ilbieraħ!", "L-aġenda militari minn dejjem kienet teżisti!", "Dik kienet l-ewwel sentenza li bdew biha u mbagħad wara jsemmu ħafna effetti minn bosta devices, fosthom l-ismart meters, kif semma diġà s-Sur Vella.", "Is-scientific findings, li diġà aċċenna għalihom s-Sur Vella, huma estensivi u jsemmu l-aktar problemi li joħorġu.", "Meta rajna dak il-filmat smajna r-riżultati ta' ħafna studji.", "Din issemmiet ukoll f'dan il-filmat li rajna.", "Għandi wkoll background ambjentali u għamilna ħafna riċerka fuq hekk ukoll.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-ħajja bijoloġika tad-dinja u mhux biss tal-bniedem.", "Għalfejn nagħmlu ħafna testijiet fuq il-ġrieden jew fuq annimali oħra?", "Nagħmluhom għax nafu li hemm ħafna konnessjonijiet magħhom u l-biological system hija l-istess.", "Jiġifieri ma nippretendux li l-annimali mhux qed jiġu affettwati wkoll.", "Qiegħda tiġi affettwata l-ħajja bijoloġika kollha.", "Dawn huma l-affarijiet li qed jgħidu fl-appeals tagħhom.", "U kif diġà semmejna kien hemm żewġ appeals, wieħed fl-2015 u l-ieħor fl-2017.", "Tal-2015 kien tal-EMF Scientist Appeal filwaqt li tal-2017 kien tal-5G Appeal.", "Għalhekk ma nistgħux noqogħdu biss fuq il-precautionary principle.", "Immaġinaw ġo qorti u l-imħallef irid jiddeċiedi u quddiemu għandu l-akbar esperti li qed jgħidu li skont ir-riċerki li għamlu ħafna minnhom ġew ipprovati.", "L-imħallef x'se jiddeċiedi?", "Se jiddeċiedi skont xi jgħidu x-xjentisti.", "Jekk qed jgħidu li għad hemm bżonn ta' ħafna iktar studji … Studji dejjem hemm bżonn li jsiru imma mhux dak il-punt.", "Huma mhux qed jgħidu li hemm lok għal iktar studji u mhux qed jgħidu li hemm xi dubju jew li hemm 50% ċans.", "Ma rridx nidħol f'ħafna dettall għax ovvjament fil-pakkett li tajniekom hemm kemm tridu dettalji imma se nagħtikom eżempju.", "Jekk taraw il-BioInitiative Report, li fih 750 faċċata u magħmul minn 30 top scientist, taraw li dawn għamlu eżerċizzju fejn ħadu l-letteratura tal-istudji kollha … Kif ngħidu aħna fil-liġi, inutli tgħid li taf il-liġi għax hemm ħafna liġijiet!", "Inti trid tfittixhom u tara x'fihom u ma fihomx.", "Ix-xjentisti tad-dinja jkunu għamlu xeba' studji u dawn għamlu studju fuq l-istudji.", "Dak ir-rapport ta' 750 faċċata jinkludi l-istudji ewlenin kollha.", "Bħala parti minn dan il-BioInitiative Report ħarġu dokument speċifiku ta' 11-il paġna u fih isemmi l-main studies kollha.", "Dak li jkun jista' jidħol fihom.", "IS-SUR ANTON VELLA: Dawn il-livelli li qed isemmi ssibhom hawn Malta jekk tmur tkejjel u ssib eżattament li t-tfal jirrispondu għal dawn il-livelli u tara li jkollhom dawn is-sintomi.", "Il-frekwenzi ta' 900 to 1800 MHz huma l-frekwenzi li nużaw aħna ġod-djar tagħna u r-radjazzjoni hemmhekk hija ta' vera!", "Ovvjament magħha jaqblu wkoll l-esperjenzi tan-nies li jgħixu f'dak il-post.", "DR RODOLFO RAGONESI: Jiena mhux se noqgħod insemmihom kollha għax hemm ħafna studji dwar l-effetti imma għandkom id-dettalji kollha fil-pakkett li tajniekom.", "Naħseb li l-punt essenzjali huwa li l-problema kif nafu fil-mediċina … Inti tista' tistabilixxi sintomi imma biex tistabilixxi l-kawżi tas-sintomi hija xi ħaġa ħafna iktar ikkumplikata.", "U dik hi l-problema.", "Kif nafu, anke mill-esperjenza ta' din is-sena, xi ħaġa inviżibbli tista' tikkrealek theddida enormi!", "Ara pereżempju t-tabakk kienet xi ħaġa li tista' taraha.", "L-istess il-bexx.", "Dawn huma affarijiet li tista' tarahom.", "U dik hija l-problema bir-radio frequencies għax ma tistax tarahom.", "Dik kienet il-problema.", "It-tieni problema enormi li hemm hija li tant sirna dipendenti fuq il-gadgets li jużaw il-wireless li kważi kważi ġiet bħala l-akbar addiction!", "Jekk tara l-vizji kollha; it-tipjip, ix-xorb, il-logħob tal-azzard, id-drogi u d-dipendenza fuq drogi mediċi u tara d-dipendenza li spiċċajna biha bil-mobile phones, eċċ., tinduna li din hija kbira mmens.", "Niftakar l-istudenti tal-Giaia Foundation u tas-Systems of Knowledge, studenti ta' 16 u 17-il sena, x'ħin tgħidilhom li se tagħmlu xi ħaġa u jridu jżommu l-mobiles miftijin kważi kważi rewwixta kien ikollok!", "Il-mobile qisu sar l-extension ta' idejhom!", "Daqshekk hija serja.", "DR RODOLFO RAGONESI: L-istess bħan-nikotina.", "Għalhekk kienu jżidu z-zokkor fiha biex itellgħulek l-addiction għan-nikotina.", "Nerġa' ngħid li ħadd minna ma twieled ilbieraħ.", "Rigward counter arguments qegħdin ngħidu li the arguments to counter the opinion of the scientific community are baseless għax il-gvernijiet qegħdin jimxu fuq dak li tgħid l-ICNIRP.", "Jekk dawn il-komunitajiet xjentifiċi qalu li l-ICNIRP inneħħulha l-kappell, eċċ., li forsi kienu żbaljati ftit fuq ċerti punti jew inkella għandhom bżonn naqra irfinar, eċċ., imma xejn minn dan kollu.", "L-EMF scientists qed jgħidu biex l-ICNIRP ninsewha.", "Din hija organizzazzjoni privata u hija kompromessa.", "Trid tara wkoll is-selection process biex tkun fuq il-bord tagħhom!", "Bir-rispett kollu lejhom imma dawn taparsi qegħdin jgħidu li xjenza imma daħħlu xi ħaġa tant hija dogmatika li lanqas biss tagħmel sens fix-xena xjentifika!", "Qegħdin jgħidu li jekk inti temmen li l-effetti jistgħu jkunu biss termali allura tista' tkun fuq il-bord tagħhom imma jekk inti għandek ideat differenti ma tistax tkun parti mill-bord!", "Qisek qed tgħid li biex tappunta l-imħallfin fuq il-qorti tal-appell iridu jkunu diġà deċiżi li se jaqtgħu l-każ naħa jew oħra.", "Din mhijiex indipendenti.", "Ovvja li mhijiex indipendenti.", "Apparti l-fatt li meta jgħidu li they refuse to acknowledge the science għax qegħdin jaraw biss it-thermal effects, hemmhekk qed jagħmlu premessa falza!", "Peress li bniedem u entitajiet bijoloġiċi huma wkoll electro entities, kif tista' tara l-effetti bijoloġiċi biss?", "Hemmhekk tidħol is-saħħa!", "Jekk ġisem jopera wkoll permezz ta' electromagnetic fields, kif tista' tgħid li electromagnetic fields would not be interfering?", "Allura qegħdin ngħidu li dawn mhux se jinterferixxu mal-electromagnetic field tagħna?!", "X'ħin inti jkollok mobile u tagħmlu ħdejn mikrofonu, mill-ewwel se jibda jaqbadlek mal-ispeaker tal-pa system u jibda jdoqq.", "Jiġifieri nafu li hemm ħafna interferenzi.", "Allura fil-ħajja bijoloġika m'hemmx interferenza?", "Il-premessa hija assolutament falza.", "Hemm ħafna kumitati li qegħdin jippruvaw iwaqqgħu x-xjenzjati u l-BioIniative Report.", "X'argument qegħdin iqajmu?", "Qegħdin jgħidu li the scientific studies are insufficient imma mhu veru xejn!", "Tant hemm studji li ma tistax tgħid hekk.", "U allura mbagħad trid tasal fi stadju li tgħid li studji hemm biżżejjed u kawża trid tagħlaqha u mhux kumpilazzjoni tal-provi tibqa' għaddejja 20 sena!", "Min għandu sens komun se jinduna li provi hemm biżżejjed.", "L-argument li hemm bżonn ta' aktar studji dejjem se jsir imma m'għandekx għalfejn tistenna deċiżjoni għal dak.", "Jien skantajt meta rajt dawn l-argumenti fil-konklużjonijiet tagħhom għax mela allura dawn qegħdin ibiddlu kompletament il-parametri u l-proċeduri tax-xjenza f'daqqa waħda?!", "X'jiġifieri?", "Mela aħna mhux dejjem użajna studji fuq l-annimali biex naraw l-impatti possibbli fuq il-bniedem?!", "Issa, f'daqqa waħda, għax m'għandniex riżultati li qed jogħġbuna, qegħdin ngħidu li dawn l-istudji m'għandhomx x'jaqsmu issa!", "Issa qed ngħidu li jekk jaffettwa ġurdien ma jfissirx li se jaffettwa bniedem!", "Jiddispjaċini imma qed naqgħu fl-assurd.", "Trid tmur għall-human trials.", "Allura qegħdin ngħidu li we roll out 5G EMF policies u mbagħad naraw x'jiġri!", "Allura l-bnedmin se jiġu guinea pigs, xi ħaġa li tmur kontra l-liġijiet internazzjonali u l-liġijiet fundamentali tal-bniedem.", "Inti ma tistax tissoġġetta bniedem għal trials mingħajr il-permess tiegħu.", "Meta jagħmlu l-istudji jkollok mill-inqas żewġ gruppi; it-test group u l-control group imma llum il-ġurnata l-control group kważi kważi lanqas biss għadu jeżisti.", "X'se tagħmel?", "Se jmorru x-xjentisti u jagħmlu control group fl-Afrika, fejn hemm xi tribù fil-ġungla?", "Ma naħsibx li se joqogħdu jagħmluha din biex jipprovaw jagħmlu paragun bejn control group ta' veru u test group.", "It-testijiet li saru diġà ma tistax tgħid li ma tistax toqgħod fuqhom.", "Apparti li tista' għax huma diġà provi lampanti imma lanqas tista' tasal fi stadju fejn se jkollok control groups għax dawn ma jeżistux.", "Semmejna wkoll ir-riżoluzzjoni 1815 tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Għaliex hija importanti din?", "Din hija riżoluzzjoni li ħarġet minn entità mhux biss imlaħħqa u uffiċjali, jiġifieri mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ewropa, imma hija bbażata diġà fuq is-sejbiet tax-xjentisti.", "U fil-fatt għalhekk ħarġuha.", "Jekk inti għandek l-ICNIRP, li hija entità privata, u għandek riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, għandek ukoll il-hierarchy of power.", "Din bħal meta tgħid li għandek il-gvern nazzjonali u għandek kumitat ta' kunsill lokali.", "Kif tista' tipparaguna x'se jiddeċiedi kumitat ta' kunsill lokali ma' dak li se jiddeċiedi l-gvern nazzjonali jew il-qorti tal-appell jew qorti kostituzzjonali?", "Imma l-problema hi li r-riżoluzzjoni 1815 ġiet totalment injorata!", "Ħalli nikkonkludi.", "Legalment ħadd ma jista' jagħmel l-argument li m'hemmx biżżejjed provi, li m'hemmx ix-xjenza, li l-esperti mhumiex jaqblu jew li m'hemmx diġà linji gwida.", "Il-linji gwida ilhom hemm mir-riżoluzzjoni 1815 kważi 10 snin!", "Mela ma tistax tgħid li m'hemmx.", "Fuq dik irridu nagħfsu.", "It-talba tagħna, bħala lobby group, mhijiex dik li aħna għandna nimxu fuq xi ħaġa li hija tal-fantaxjenza jew fuq li qed jgħidu xi erba' xjentisti imma li għandna nimxu fuq riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew!", "Aktar ogħla minn hekk m'hemmx.", "Ovvjament hemm distinzjoni bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni Ewropea, li għall-iskopijiet tagħha qiegħda tagħmel pressjoni biex tiġi rolled out aktar il-5G.", "Issa l-Kummissjoni Ewropea hija bażikament ibbażata fuq the five freedoms; freedom of movement, goods, capital, labour, services and people mentri l-Kunsill tal-Ewropa hija bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem.", "Issa nafu li hemm pressjoni mill-Kummissjoni Ewropea minkejja li din mhux qed tgħid li trid tiddetta l-linji gwida.", "Kif rajna, pereżempju fl-Awstrija, il-linji gwida tagħhom huma ferm iktar strinġenti.", "Din mhux qed timponi fuqna x'linji gwida rridu nużaw imma qiegħda tgħid kif irridu nimxu.", "Imma jekk taf li għandek il-possibilità li jkollok linji gwida iktar stretti, ma tistax ma tarax x'qed jgħidlek il-Kunsill tal-Ewropa, li proprju huwa mwaqqaf sabiex jissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem u mhux id-drittijiet tal-kummerċ biss.", "Grazzi.", "IS-SUR ANTON VELLA: Bħala konklużjonijiet se nagħmlu xi ftit rakkomandazzjonijiet.", "Din mhijiex xi ħaġa faċli u tifhmu li biex tagħmel rakkomandazzjonijiet fuq dawn l-affarijiet tirrikjedi li jkollok ħafna esperti li jiġu kollha flimkien.", "Ovvjament trid tagħti każ tal-kuntest lokali li qed tiddeċiedi fuqu għax kull kuntest huwa differenti.", "Hawn Malta għandna r-realtajiet tagħna, u allura biex inti tagħti r-rakkomandazzjonijiet, trid tkun konxju miċ-ċirkostanzi tagħna, kemm mil-lat ta' saħħa, kemm mil-lat ta' pajjiż u kemm mil-lat ta' ekonomija.", "Trid tpoġġi kollox fil-miżien.", "Ma tistax tħares minn dan l-aspett biss.", "Fid-diskors tiegħi diġà għidt li ħadt gost nisma' lill-Professur Gauci titkellem għax hi tiddeċiedi mil-lat ta' mediċina u saħħa tal-bniedem.", "Ovvjament wieħed irid jagħti każ tal-lati l-oħra wkoll.", "Però fejn tidħol saħħa u fejn jidħlu dawn l-evidenzi xjentifiċi li għandna, wieħed irid jipproċedi b'kawtela kbira.", "Ovvjament aħna naqblu ħafna ma' dak li qalet il-Professur Gauci dwar li jiġi attwat il-precautionary principle.", "Żiedet ukoll li għandu jiġi adottat il-precautionary principle fis-sens wiesa' tiegħu.", "U dik tagħtik x'taħseb.", "Dan ifisser li biex inti tipproteġi l-pubbliku trid tieħu dawk il-miżuri kollha li wieħed jista' jieħu biex jipproteġi lill-pubbliku inġenerali, inluż lil min hu l-aktar vulnerabbli.", "Fid-dokumenti li qassamnielkom hemm dokument partikolari ħafna li ġej minn assoċjazzjoni ta' tobba li oriġinat fl-Ingilterra, jisimha PHIRE.", "Din hija organizzazzjoni pjuttost partikolari fejn ġew flimkien grupp ta' tobba li jispeċjalizzaw f'dan il-qasam u xogħolhom hu li jedukaw kemm bordijiet ta' tobba minn pajjiżi differenti … Dawn il-Parlament jista' jistedinhom hawnhekk biex jagħtu preżentazzjoni.", "Ovvjament huma jagħmluha minn tobba għal tobba.", "Għalkemm jien imdaħħal sew fit-teknika u fir-riċerka, xorta m'iniex tal-livell ta' tabib bħalma huma dawn.", "Xogħolhom hu li jaħdmu ħafna ma' nies li huma electrosensitive.", "Biċċiet minnhom bdew bħala tobba fl-emerġenza u missew huma stess ma' dawn it-tip ta' kondizzjonijiet.", "Allura ħolqu din l-organizzazzjoni u għandhom ukoll il-website tagħhom biex jedukaw lill-policy makers kif ukoll lill-kmamar tat-tobba.", "Sfortuntament hawn Malta ma tantx sibt għajnuna jien.", "Kien hemm min qalli li jiena psychosomatic, jiġifieri kont qiegħed naħseb li għandi hekk!", "Però meta mbagħad għamilt kuntatt ma' barra kellmitni persuna u qaltli li m'hemmx dubju dwar dan u qaltli biex immur infittex fid-dar għax se nsib exposure!", "U qaltli li 99.9% l-exposure se nsibha fil-kamra tas-sodda.", "Mort infittex u hekk sibt.", "Din il-persuna lanqas biss tgħix hawn Malta imma peress li hija esperta, meta bdiet tistaqsini ċerti mistoqsijiet mill-ewwel indunat.", "Dawn l-affarijiet nafhom b'esperjenza first hand mill-pubbliku Malti.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li n-nies vulnerabbli huma t-tfal.", "Nafu li n-nervituri tagħhom ma jkunux għadhom iffurmaw sew u allura jiġu affettwati mill-electric fields.", "Sharon Goldberg semmiet kif fil-building biology guidelines ma jeżaminawx biss l-RF imma jeżaminaw l-electric fields, il-magnetic fields, id-dirty electricity.", "Din il-power supply li hawn hawnhekk taqbeż il-linji gwida.", "L-electric fields tagħha huma enormi u ttella' faċilment il-112 volts per meter!", "Ftit jafu li din m'għandekx tħalliha viċin tiegħek.", "Jien immur fid-djar tan-nies nurihom l-affarijiet u nedukahom.", "Ngħidilhom biex dik ma jħalluhiex ma' ġenbhom jew ma jpoġġuhiex fuq is-sodda u joqogħdu bil-laptop fuq ħoġorhom.", "In-nies ma jafuhomx dawn l-affarijiet.", "It-trigeminals huma sensittivissimi għall-RF u għall-electric fields.", "Naf każi fejn it-tabib hawn Malta ssevera n-nervituri biex inaqqas mill-uġigħ li jkollha persuna!", "Meta mbagħad qabadhom l-uġigħ in-naħa l-oħra, naddafnielhom id-dar u l-uġigħ marrilhom mingħajr l-ebda intervent mediku u mingħajr mediċina!", "Dawn huma realtajiet li qegħdin ngħixuhom.", "Rigward il-5G u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-precautionary principle kif se tattwah?", "Bid-diskors issa wasalna li nattwawh imma l-problema hi kif se tattwah fir-realtà!", "X'inhuma l-konsiderazzjonijiet li wieħed għandu jagħti każ meta jiġi biex jaħseb fuq it-triq 'il quddiem?", "Fil-każ ta' Malta għandna population density għolja.", "Mela jekk għandek antenna 5G li għandha l-kapaċità li tagħmel il-beam steering … Fejn qabel kif tixgħel l-apparat il-beacon se jixgħel bozza u jdawwal kullimkien ugwalment, illum il-ġurnata bil-beam steering se jkollok spotlight.", "Mela kif jien nixgħel il-mobile l-spotlight se ddur fuqi.", "Ċempel xi ħadd ieħor u l-ispotlight se ddur fuqu.", "Mela biex tkejjel mhux se tmur bil-lux meter u se tara kemm hemm dawl imma trid tidħol fil-beam biex tkun taf x'għandek.", "Dawn huma realtajiet, kif semmiet tajjeb ħafna l-MCA, li qed ikun hemm diffikultajiet biex tkejjel il-5G għax ma tafx jekk intix fil-beam jew le.", "Hemm dawn id-diffikultajiet.", "Meta inti tkejjel bl-RMS u għalhekk il-linji gwida tal-ICNIRP huma qarrieqa għax mhux talli ma ħallewhomx kif kienu imma talli daħħlu miżuri ġodda fejn inti tkejjel medja ta' 30 minuta.", "Xi tfisser medja ta' 30 minuta?", "Meta għandek il-peaks, jekk inti se tagħmel six minute average, il-peaks se jibqgħu hemm imma fuq perjodu ta' 30 minuta l-peaks se jillivellaw u allura se jkollok inqas peaks f'perjodu ta' 30 minuta milli f'perjodu ta' 6 minuti!", "Allura l-medja se tinżel.", "U hemmhekk tibda titħasseb u tistaqsi dawn il-livelli għal min huma salvagwardja!", "Għas-saħħa tan-nies jew għall-industrija biex tibqa' taħdem?!", "L-industrija, meta tiġi biex taħdem, hawn Malta għandha via libera u jekk trid twaħħal antenna ħadd mhu se jindaħlilha.", "Jekk jien irrid niftaħ garaxx biex nisprejja bil-hardner irrid inġib il-permess ta' kulħadd u kif jopponi wieħed neħel.", "Imma meta niġu biex nagħmlu installazzjoni u lili kkompromettewni u qaluli li se jagħtuni servizz b'xejn għal għomri kollu u jien aċċettajt, jien l-inqas wieħed li se niġi espost għax qiegħed taħtu.", "Imma l-ġirien tiegħi, li qegħdin faċċata ta' din l-antenna mhu qed igawdu xejn u m'għandhom l-ebda say biex iwaqqfu din il-ħsara.", "Jien rajt 24 hour ECG ta' persuna u mort magħha għand il-professur.", "L-ECG wera li meta din il-persuna telgħet issaqqi l-pjanti fuq il-bejt tagħha, fit-3.00 p.m., ir-ritmu ta' qalbha spara 'l fuq.", "Il-professur qalilha li għandha kondizzjoni rari fil-qalb.", "Jien l-ECG rajtu meta niżżel id-data ta' din il-persuna.", "Nerġa' ngħid li l-professur qalilha li għandha kondizzjoni rari għax qalbha kultant tiżboxxla.", "Imma aħna għamilna l-korrelazzjoni u rajna l-ħin ta' meta ġralha hekk.", "Issa din mhijiex xjenza perfetta imma hemm bażi li tagħtik x'taħseb.", "Hawnhekk qed ngħidu li d-densità tal-urbanizzazzjoni tagħna hija problema għax se ġġib ħafna traffiku konċentrat.", "Il-current existing levels ta' RF exposure hawn Malta diġà huma f'livelli sostanzjali meta tqabbilhom mal-linji gwida tal-building biology guidelines li huma bbażati fuq is-saħħa.", "Mill-esperjenza nista' nsemmi żewġ każi; kelli każ ta' tifla ta' 10 snin li kienet tuġagħha rasha kuljum.", "Din meta tiġi mill-iskola kienet tkun dejjem b'uġigħ ta' ras.", "Ġara li din it-tifla marret l-isptar tagħna, għamlulha scan, eżaminawha t-tobba u ma sabu l-ebda dianjożi u allura qalulha li m'għandha xejn.", "L-omm bdiet taħseb li t-tifla qiegħda tivvinta l-affarijiet biex ma tmurx skola u allura ħaditha għand psikjatra lokali li qalilha li l-uġigħ ma kienx psikomatiku imma huwa reali avolja ma jidher li hemm xejn ħażin fit-tifla!", "It-tifla anke d-dar kien ikollha l-istess problema.", "Kienu jinnutaw li meta tpoġġi fuq is-sufan tara t-televiżjoni taqbad tuġagħha rasha.", "Dan ħadilhom żmien twil biex waslu għall-konklużjonijiet imma l-ġenituri ndunaw li ma' ġenb dak is-sufan kien hemm ir-router tal-wireless u kien hemm ukoll il-cordless phone.", "Saru jafu bija biż-żmien u għalhekk talbuni ngħinhom u fil-fatt mort id-dar tagħhom u sibt li din it-tifla kienet esposta anke ġol-kamra tas-sodda tagħha min-naħa tal-ġirien.", "U għalhekk għamilna l-miżuri biex innaqqsu l-espożizzjoni.", "It-tobba li jifhmu f'dan ix-xogħol jgħidulek li l-ewwel miżura li trid tieħu hu li tnaqqas l-espożizzjoni għax jekk ma tagħmilx hekk mhux se tfiq!", "Aħna naqqasna l-espożizzjoni mid-dar u edukajna lill-familja.", "Sibt ħafna devices li kienu qed jemettu r-raġġi; wireless alarm, min-naħa tal-ġirien, cordless phone, mobile phones li kienu qed jintużaw bħala alarm fuq il-komodina, eċċ. Kien hemm numru ta' devices u neħħejniehom kollha.", "Sadanittant it-tifla baqgħet bl-uġigħ ta' ras mill-iskola biss u fi tmiem il-ġimgħa kien jgħaddilha.", "Meta mbagħad bidlet l-iskola u telgħet middle school, u dik l-iskola ma kellhiex wireless ġol-klassijiet, il-problema spiċċat.", "Darba minnhom, f'Diċembru t-tifla marret fil-hall tal-iskola għaliex kellhom funzjoni tal-Milied u reġa' qabadha l-uġigħ.", "L-omm staqsitni x'ġara u morna l-iskola tat-tifla biex naraw x'hemm.", "U sibna li kien hemm żewġ routers f'dik is-sala.", "Mela t-tifla baqgħet kronika u ma għaddilhiex.", "Issa tgħiduli; dan studju li tista' tibbaża fuqu 100%?", "U naqbel mal-Professur Gauci li huwa diffiċli li taqbad kondizzjoni medika u torbotha ma' espożizzjoni.", "Imma meta tara dawn il-fatti kollha fejn għandek it-tobba li eżaminaw lil din it-tifla, għandek il-psikjatra li tat il-verżjoni tagħha … Sakemm l-electro sensitivity tkun għadha fil-bidu, normalment kif tneħħi l-espożizzjoni, is-sintomi jisparixxu.", "Allura rridu nagħtu kas ta' din l-espożizzjoni li għandna.", "Hemm ukoll l-unpredictability tal-EMF intensity li tiġi ġġenerata mit-teknoloġija 5G.", "Diġà spjegajt li minħabba l-beam steering ma tantx tista' tasal għall-konklużjonijiet bħalma għandna bħalissa.", "Bħalissa jekk immur min-north, mis-south jew mill-east tal-antenna se naqra l-istess reading.", "Però jekk se titla' fl-għoli s-sinjal se jogħla għax qiegħed ġol-beam.", "Dawn irridu nagħtu kashom.", "Id-diffikultà sabiex tkejjel il-peak levels meta għandek il-linji gwida li qed jirrakkomandaw spatial averaging.", "Il-linji gwida jirrakkomandaw li inti tagħmel spatial averaging, tieħu postijiet differenti u toħroġ il-medja.", "U allura dawk il-peaks, li huma l-concern tagħna għall-effetti fuq is-saħħa, inti qiegħed tmewwithom.", "Meta tara dan kollu ma tantx se jkollok fiex titfixkel.", "L-unika soluzzjoni bħalissa fuq it-teknoloġija 5G hi li tagħmel moratorju fuqha.", "Ma tistax taqbad u tagħti l-green light biex jibdew jużaw it-teknoloġija meta diġà għandna issues b'dak li għandna llum!", "Allura l-moratorju għandu jsir sakemm jinbidlu ċ-ċirkostanzi.", "X'nifhem biha li jinbidlu ċ-ċirkostanzi?", "Hemm teknoloġiji ġodda.", "Jien eżaminajt mobiles li meta ċċempel minn fuqhom il-meter ma jaqbadhomx.", "Naf li dawn għandhom żewġ antenni li joħolqu interferenza bejniethom u fil-viċinanzi tal-mobile, li meta tagħmlu ma' rasek, il-livell ta' radjazzjoni tkun baxxa ħafna.", "Din it-teknoloġija diġà teżisti u jeżistu teknoloġiji oħra li jużaw parti mill-ispectrum, li huwa d-dawl minflok l-RF.", "Nafu li fin-natura d-dawl huwa abbundanti u l-organiżmi huma mdorrijin bid-dawl.", "Ovvjament irridu naraw liema frekwenza jużaw għax bozza LED mhijiex l-istess bħal bozza inkandexxenti.", "Imma ejjew ma nidħlux fuq dak is-suġġett.", "Jien qiegħed nifhem li jeżistu teknoloġiji ġodda li ma jikkompromizzawx daqshekk is-saħħa u anke teknoloġiji li huma faċli li tagħmel moniteraġġ tagħhom.", "Qed noħolqu problema kbira biex tirregolahom.", "Pereżempju, għandek antenna 5G bil-beaming; kif se tfiehem lin-nies li jekk l-antenna qiegħda hemmhekk il-mobile tagħmlu hawnhekk ħalli ma jgħaddix minn ġo rasek?!", "Min se jagħti kas fejn qiegħda l-antenna?", "Taqbad u ċċempel.", "Dawn huma affarijiet reali.", "Iktar ma tgħolli l-frekwenza, iktar tista' tiffoka l-beam u aktar tista' tiffranka elettriku.", "Wara kollox dawn huma sistemi effiċjentissimi.", "Fil-fatt il-5G ma jaħlix għax mhux qed jitrażmetti l-ħin kollu imma qiegħed jagħmel beaming tal-apparat.", "Enġinirikament jaffaxxinani.", "Li kieku ma kienx jagħmel ħsara għas-saħħa jaffaxxinani.", "Jien bniedem tekniku ħafna imma meta tara kemm huwa effiċjenti biex jagħmel il-ħsara tbiddel fehemtek.", "Meta inti taqbad lenti u tiffoka x-xemx f'punt wieħed il-ħsara se tikber u dak li qed jiġri bil-5G.", "Il-wifi l-istess ħaġa.", "Min jagħti kas li r-router qiegħed warajk u qed jgħaddi minn ġo fik?", "Min se jagħti kas li aħjar kont qiegħed in-naħa l-oħra?", "Ħadd ma jgħidhomlok dawn l-affarijiet u huma dawn l-affarijiet li ngħallmu lin-nies fuq id-djar tagħhom.", "Aħna nagħtuhom il-pariri imma qatt ma ngħidulhom biex jarmu l-laptop jew ir-router.", "Dan bħal meta jkollok cooker.", "Kulħadd għandu cooker id-dar imma jużah b'kawtela għax jaf li n-nar jaħraq.", "Imma dawn l-affarijiet ħadd ma jibża' minnhom.", "Kemm għandna nisa li jaqbdu l-mobile jitfgħuh ġol-bra u jsuqu bih?", "L-agħar ħaġa li tista' tagħmel!", "Naraw każijiet ta' kanċer li jibda normalment min-naħa ta' barra, mil-lymph nodes.", "Dawn issib tliet irjus tal-kanċer eżatt fejn għandek l-antenni!", "U dan għaliex dak il-mobile għandu l-antenna qiegħda hawn isfel minħabba rasek u meta ssuq bih jitlef iċ-ċellula u allura jitfa' full power biex jaqbad maċ-ċellula li jmiss.", "B'hekk qiegħed jitfa' ir-raġġi fuq sidrek.", "Għandna ħafna każijiet bħal dawn u qed jintrebħu ħafna każijiet fil-qrati fuqhom.", "Issa fejn irridu naslu?", "Il-linji gwida ma jiddiskriminawx.", "Aħna qed nipproponu li l-ewwel nett għandna bżonn serjament bidla fil-liġi tagħna għax din qiegħda torbot lill-MCA.", "Din l-awtorità ma tistax taħdem b'din il-liġi.", "Mhuwiex fir-remit tal-MCA li tissalvagwardja s-saħħa tan-nies u xogħolha hu li tara li l-apparat huwa legally compliant.", "Jekk iddaħħal antenna hawn ġew u toqgħod taħtha tkun compliant bil-liġi li għandna!", "Mela l-ewwel ma rridu hu li naraw x'qed jagħmlu pajjiżi ġirien tagħna li baxxew il-livelli tagħhom ħalli tibda toħloq protezzjoni iktar reali.", "Il-linji gwida importanti li jagħmlu diskriminazzjoni bejn post u ieħor, u bejn ġurnata u oħra.", "Fit-traffiku, l-ispeed limit fi triq arterjali jew fi triq ġol-bini mhuwiex l-istess.", "Mela għaliex fl-EMFs m'għandux ikollna differenza jekk huwiex ġo skola, ġo post rikreattiv, ġo football ground jew ġo sptar?", "Hemmhekk jeżistu links differenti u gruppi ta' nies differenti li jistgħu jkunu vulnerabbli.", "Allura trid tagħmel linji gwida appropjati.", "Fl-Imdina ngħidu li ma tistax iddoqq il-horn tal-karozza, jiġifieri nagħmluhom dawn ir-restrizzjonijiet fit-traffiku.", "Allura għaliex ma nagħmluhomx ukoll fl-EMFs?", "Irridu noqogħdu attenti li f'postijiet differenti nagħmlu limits differenti.", "Hawnhekk ma nixtieqx imbeżża' lill-industrija imma nafu li f'ħafna djar tal-anzjani għandna l-antenni fuqhom.", "Issa mhux qed ngħid tneħħihom imma għandna biex naħdmu.", "Il-bini tal-Amazon kollu shielded minn ġewwa biex l-RFs ma jidħlux ġewwa u b'hekk jibżgħu għall-impjegati tagħhom.", "Ma tarax cordless phones ġo dawn l-entitajiet u lanqas wifi.", "Mela dawn in-nies li jaħdmu fit-teknoloġija u li jafu eżatt x'tagħmel, jipproteġu lill-ħaddiema tagħhom.", "Mela m'għandniex għalfejn naqilgħu l-antenni għax hemm soluzzjonijiet.", "Aħna hawnhekk qegħdin biex naħdmu flimkien mal-industrija u mhux biex inxekklu lill-ekonomija.", "Imma ejjew nibżgħu għan-nies.", "Hemm affarijiet x'tagħmel.", "Meta mmorru fid-djar tan-nies biex inkejlu u nsibu livelli għoljin ma ngħidulhomx li għandhom traġedja u aħjar ibigħu d-dar imma ngħidulhom ejja naraw x'soluzzjoni nistgħu nsibu.", "Hemm soluzzjonijiet.", "Għalhekk teżisti x-xjenza.", "Ix-xjenza tipprovdi s-soluzzjonijiet imma rridu nkunu kawti.", "DR RODOLFO RAGONESI: Tidentifka l-problema qabel ma tibda bis-soluzzjoni u mhux lanqas irridu nirrikonoxxu li hemm problema.", "IS-SUR ANTON VELLA: Irridu nħallu wkoll liċ-ċittadin li jkollu say meta jkun hemm transmission sights għax hawn Malta ma hawn l-ebda regulation fuqhom.", "Jekk trid tagħmel antenna taqbad tirranġa ma' sid il-proprjetà u ħafna drabi jekk issib persuna li ma tifhimx inti tista' tikkompromettiha billi twegħedha li tħallsilha d-dawl u li tagħtiha s-servizz b'xejn għal għomorha u din tgħidlek tridx twaħħal sitta fuq il-bejt!", "Imbagħad għandek nies oħra li lanqas biss ikunu joqogħdu f'dak il-post u jwaħħlu antenna!", "Irridu noqogħdu attenti li dawn l-affarijiet nieħdu ħsiebhom.", "Mhux qed ngħid li nagħtu permess liċ-ċittadini minħabba l-biża' li jxekklu l-affarijiet imma hemm fejn nistgħu nagħtu każ.", "Għandu jkun hemm regolamentazzjoni għaIl-postijiet tax-xogħol.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma fuq id-dokumenti kollha li ppreżentajna jidher ċar kristall li fuq il-postijiet tax-xogħol għandna nibżgħu għall-ħaddiema billi nagħmlu l-apparat wired.", "Jekk għandna fixed station għalfejn għandu jkollna l-wifi?", "Naħdmu bil-wired.", "Kelli każ reċenti fejn persuna li taħdem ġo entità tal-Gvern talbitni ngħinha għax qaltli li minn mindu stallaw ir-router fuq rasha x-xogħol spiċċat tbati bl-uġigħ ta' ras u qiegħda tasal id-dar għajjiena mejta.", "Din il-persuna qaltli wkoll li lanqas tista' torqod fil-kamra tas-sodda tagħha għax taqbad tuġagħha rasha u qed ikollha tifrex saqqu ġol-kamra tal-pranzu u hemm biss jirnexxilha torqod.", "Għalhekk mort biex nara x'se nsib u x'ħin bdejt inkejjel sibt li din il-persuna, mingħajr ma tifhem u mingħajr ma kellha idea ta' x'inhu router, eċċ, irnexxielha ssib post nadif ġod-dar tagħha.", "Bqajt imbellaħ!", "Lil din il-persuna ma stajtx ma nemminx dak li kienet qiegħda tħoss.", "Imma x'ġara fuq ix-xogħol tagħha?", "Meta kitbet lis-CEO tagħha u qaltu bil-problema li kellha, is-CEO ġab l-MCA biex ikejlu l-livelli u l-MCA sabu kollox sewwa.", "Din il-persuna reġgħet kitbet lis-CEO u qaltlu li rasha baqgħet tuġagħha u għalhekk marru pass oltre u ġabu persuna mill-Università li kiteb rapport u qal li dawn ir-raġġi ma jagħmlux ħsara.", "B'hekk din l-impjegata kellha tagħlaq ħalqha.", "Issa biex inkunu ġusti magħhom ir-router ressquh daqsxejn il-bogħod ukoll.", "Imma dawn huma realtajiet li qegħdin ngħixu f'pajjiżna!", "Għandek bniedem li qed ibati.", "Ta' min hu t-tort?", "Żgur li le għax l-MCA għamlitu xogħolha u mxiet mar-regolamenti.", "Min kiteb dak ir-rapport ma nafx jekk żbaljax jew le.", "Is-CEO ma jaħtix ukoll għax ma jifhimx.", "Imma rridu nipproteġu liċ-ċittadin u rridu nkunu konxji tagħhom dawn in-nies.", "Is-CEO tal-Ericsson ħareġ b'mod open jgħid li huwa electrosensitive u għamlulu uffiċju shielded.", "Tawh ukoll laptop low EMF biex jibqa' jaħdem hemmhekk għax kien tajjeb ħafna.", "L-Ericsson hija l-kumpanija li qed iddaħħal il-5G hawn Malta!", "Wieħed mill-kapijiet tal-WHO kien electrosensitive.", "Nixtieq ngħid li l-esperti li qegħdin f'dan il-qasam, bħal Microsoft, Steve Jobs tal-Apple, Youtube, Amazon, eċċ., kollha qegħdin f'Silicone Valley, li hija l-cradle tal-inġinerija, u hemmhekk sabu li r-rata ta' awtiżmu hija t-tieni l-ogħla fid-dinja!", "Dawn huma inġiniera primi u moħħ ta' inġinier jaħseb u jsib is-soluzzjonijiet.", "Pereżempju Peter Sullivan għandu żewġt itfal awtistiċi imma ma qagħadx fuq li qalulu li din kienet xi ħaġa ġenetika u beda jitkixxef.", "Sab li l-ġenetika qiegħda hemm imma l-mutazzjonijiet, li ngħidulhom de novo mutations, mhumiex ġejjin għax tirithom imma ġejjin minn kawżi ambjentali.", "Għalhekk baqa' ifittex u jħaffer u llum għamel clear line venture u qiegħed on the way li jeradika l-awtiżmu!", "Mhux talli t-tfal tiegħu qegħdin l-università llum u rnexxielu jġibhom f'posthom imma qed jagħmel organizzazzjoni sabiex jgħallem u jgħin għaliex sab li bi protokolli li jimxu fuq dawk il-linji gwida li semmejt aktar qabel se jkunu jistgħu jirriversjaw l-awtiżmu.", "Dawn huma fatti xokkanti.", "Hemm erba' tobba l-Amerika li qed jagħmlu proprju dan ix-xogħol.", "DR RODOLFO RAGONESI: Issa f'Silicone Valley lit-tfal tagħhom qed jibagħtuhom fi skejjel li huma wifi free.", "Allura meta tibda tara lil dawn ta' Microsoft, li qed jagħmlu dawn il-prodotti li inċidentalment huma addictive, u li forsi għandhom valur ukoll, imma mbagħad lit-tfal tagħhom mhux iħalluhom jużaw din l-istess teknoloġija qabel ma jkollhom 14-il sena tibda titħasseb!", "U dawn kważi jsiru paranoid li t-tfal tagħhom ma jużawx din it-teknoloġija għax jafu x'inhuma l-effetti.", "Jien ma rridx nifta' dell ikrah fuq dawn il-kumpaniji għax żgur li qed jagħmlu ħafna ġid bil-prodotti tagħhom imma rridu noqogħdu attenti li nħarsu s-saħħa taċ-ċittadini tagħna.", "Dan bħal meta jkollok tabib li jirrakkomandalek mediċina imma hu ma jkunx irid jeħodha!", "Bla ma trid tibda taħseb.", "Qed nirrakkomandaw ukoll li fil-post tax-xogħol fejn nistgħu naħdmu bil-fixed wiring.", "Ma nużawx wireless equipment ġol-iskejjel tagħna.", "Din hija rakkomandazzjoni importanti ħafna.", "Ġieli avviċinawni ġenituri u qaluli li mhux se jibqgħu jitbagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola għax qed ibatu minn uġigħ ta' ras.", "Allura tibda tara kif se tgħinhom ħalli jsibu soluzzjoni.", "Il-kampanji edukattivi huma importanti ħafna.", "Jien naħseb li l-ikbar problema li għandna Malta, apparti l-liġi, hija nuqqas kbir ta' għarfien fil-poplu tagħna.", "U hawnhekk nixtieq insemmi x'qed jagħmel Ċipru.", "L-Environmental Health Authority tagħhom qegħdin jagħmlu kampanja nazzjonali permezz ta' videos ta' erba' minuti, diretti għall-adoloxxenti u għal entitajiet differenti biex f'erba' minuti prattikament jiġbru dak kollu li għedna hawnhekk illum.", "Fuq l-EMFs huma ta' eżempju kbir, u huma ta' eżempju of good practice fl-opinjoni tagħna.", "DR RODOLFO RAGONESI: Is-Sur Vella semma l-wireless equipment in schools, xi ħaġa li tista' titneħħa u l-istudenti xorta jkollhom the full possibility li jmorru għall-wired equipment.", "Ikollok port ma' kull desk, jiġifieri mhijiex xi ħaġa impossibbli biex issir.", "Imma immaġinaw ikun hemm very powerful industrial routers qegħdin beaming fit-tfal, li huma l-aktar sensittivi, u fejn dawn qed iqattgħu sigħat twal kuljum.", "Jekk hemm opzjoni, u aħna qed ngħidu li hemm opzjoni, dik tal-wired equipment, mela ejja mmorru for the wired option.", "IS-SUR ANTON VELLA: Kif għidna m'għandna xejn kontra t-teknoloġija u aħna stess għandna t-teknoloġija d-dar.", "Kulħadd għandu.", "Aħna qed inħeġġu lill-Gvern sabiex jieħu din id-deċiżjoni u jwaqqaf għalissa r-roll out tal-5G sakemm iċ-ċirkostanzi jkunu tali li jippermettu li aħna nkunu nafu li jekk se niftħu dan il-bieb, dan se jkun sigur.", "Tajjeb li nżommu f'moħħna li din it-teknoloġija, jekk se niftħulha l-bieb, m'hemmx point of return.", "It is too invasive u se tibdlilna l-mod ta' kif ngħixu fit-tul.", "DR RODOLFO RAGONESI: Qisek ftaħt highway u mbagħad tgħid lin-nies biex ma jużawhiex imma minflok jgħaddu mis-side road!", "IS-SUR ANTON VELLA: Għandkom xi mistoqsijiet?", "STEPHEN SPITERI: L-ewwel nett nixtieq ngħidilkom prosit tal-preżentazzjoni li ressaqtulna.", "Nista' ngħid li llum komplejt nitgħallem.", "Jien naħseb li l-basic issue għandha tkun li naraw is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika - għax hija issue ta' saħħa pubblika ġewwa l-pajjiż - x'tirrakkomanda għal pajjiżna.", "Bħala Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa we can digest dak li għidtu intom.", "Naħseb li jien tgħallimt ċerti affarijiet li forsi qabel kont neħodhom for granted jew ma kontx nagħti kashom.", "Però naħseb li fl-aħħar mill-aħħar għandna niddiskutu mal-Professur Gauci ħalli tagħtina l-konklużjionijiet tagħha vis-à-vis il-health hazards.", "Jekk aħna qed nipprovaw nippromwovu green energy u issa qed indaħħlu enerġija oħra li qed tagħmel ħsara mod ieħor …", "IĊ-CHAIRPERSON: Ovvjament l-irwol ta' dan il-Kumitat huwa li jirrakkomanda lill-Parlament.", "Nalaċċja ma' dak li qal l-Onor.", "Spiteri, li fejn hemm indirizzati potenzjalment health hazards u hemm soluzzjonijiet għalihom li mhumiex ta' barra minn hawn, kif qed tgħidu intom stess, bħal pereżempju shielding, wiring, eċċ., mela mmorru għalihom u nagħmluhom.", "Ma narax għalfejn m'għandux ikun hemm ċerti rakkomandazzjonijiet biex fejn nistgħu ntejbu s-saħħa fl-iskola, fuq ix-xogħol u kullimkien, kif għidtu intom, ma nagħmluhiex.", "DR RODOLFO RAGONESI: Irridu naraw ukoll li l-livelli tal-ICNIRP ma nibqgħux nimxu fuqhom.", "It is a free for all. Trid tara xi tgħid riżoluzzjoni 1815 u trid tara pajjiżi oħra, bħall-Awstrija, fejn qegħdin jaslu fuq dan is-suġġett.", "Din hija importanti wkoll.", "Għandek ir-regolamenti u mbagħad għandek kif tista' dejjem tnaqqas.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-aħħar darba semmejna Franza wkoll.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, u fil-fatt dan il-weekend għamilt ftit tal-homework biex fl-istess ħin nistrada lil dan il-Kumitat fejn għandu jmur u biex nagħmel ukoll il-proposti tiegħi bħala Membru ta' dan il-Kumitat.", "Għadni kif bgħattilkom email dwar xi ħaġa li nixtieq li niddiskutuha.", "Sur President, inti kont għidtli li se tagħtini ħames minuti biex nagħmel preżentazzjoni dwar l-ideat tiegħi.", "Dan kien is-sena l-oħra meta jien kien għadni m'iniex Membru f'dan il-Kumitat.", "Issa minn dakinhar sirt Membru u diġà tkellimt aktar minn dawk il-ħames minuti li kont se tagħtini.", "Hawnhekk jien ktibt il-way forward li fl-opinjoni tiegħi għandna nimxu fuqha.", "Apparti Franza tajtkom il-links ta' x'għamlu 25 pajjiż differenti u ħadt eżempju ta' pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, li huwa Mediterranju bħalna u huwa wkoll gżira.", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għal Ċipru.", "Jien rajt x'għamel il-Kumitat tas-Saħħa tal-Parlament Ċiprijott u fejn mexa.", "Ħadt il-permess tagħhom u ħadt il-permess tal-Environmental Trust li għinet liċ-Ċiprijotti, biex nużaw ix-xogħol li għamlu huma.", "Din hija idea li jien nixtieq li nitkellmuha u niddiskutuha.", "Qed nagħtikom dak li ktibt u rriċerkajt anke bil-konklużjonijiet li smajt hawnhekk fid-diversi laqgħat permezz ta' din il-kitba żgħira li għamilt.", "Se nagħtiha minn qabel biex meta niltaqgħu nkunu nistgħu nitkellmu fuqha.", "Il-link ta' Ċipru hija miktuba bil-Grieg imma tistgħu tagħmlu google translate tagħha u jkollkom spjegazzjoni eżatta ta' x'għamlu bħala pajjiż.", "Jien nemmen li bħalma qalu sħabi hawnhekk għax sirt midħla tagħhom mill-2018 lil hawn wara li kont qrajt artiklu fuq The Lancet dwar l-EMF, liema artikolu kien inkwetani.", "Sirt naf li l-Human Health kienu interessati f'dan is-suġġett u kont ikkomunikajt magħhom.", "Fil-każ ngħaddilek ukoll x'kien intqal fuq The Lancet.", "Hija preview u allura hija xi ħaġa ta' sostanza.", "Jien nemmen li aħna bħala Kumitat għandna s-saħħa biex nissuġġerixxu kif għandu jitnaqqas l-EMF by applying the precautionary principle avolja naqbel ma' dak li qalu s-sinjuri li diġà qbiżnieh, imma aħjar tard milli qatt u nħaddnu a rational technology application.", "Bħalissa qegħdin totalment free for all u s-salvagwardja tas-saħħa tagħna minn dan l-aspett, mhijiex regolarizzata bl-ebda mod.", "Anke l-Professur Gauci għandha d-diffikultajiet tagħha b'mod legali minkejja li hemm il-Public Health Act!", "Dan huwa tniġġis li ma jidhirx imma huwa tniġġis li qiegħed madwarna u qiegħed jaffettwalna ħajjitna.", "Sur President, lili jinkwetawni l-ICNIRP guidelines.", "Fl-istampa lokali kien hemm kumpanija kummerċjali li kienet qalet li minkejja li se jkun hemm ir-role out tal-5G it-tniġġis ftit se jiżdied u l-emissjonijiet se jibqgħu dejjem taħt il-linji gwida tal-ICNIRP.", "Hawnhekk għandna persuna teknika, is-Sur Anton Vella, li minn hawnhekk nirringrazzjah għax tgħallimt ħafna mingħandu.", "Nixtieq nisma' l-opinjoni tiegħek dwar dan li semmiet din il-kumpanija kummerċjali lokali.", "IS-SUR ANTON VELLA: Tajjeb ngħidu li sa Frar li għadda ma kien hemm l-ebda provider lokali li kien interessat fil-5G hawn Malta, però reċentament kien hemm provider partikolari li t-teknoloġija tiegħu kienet diġà 5G ready.", "U ġustament dan interessa ruħu li jagħmel it-testijiet fuq il-5G fil-faċilità tiegħu u ħareġ jgħid fuq il-midja li meta xegħlu t-teknoloġija tagħhom kien hemm a minimal increase fl-emissjonijiet u li l-emissjonijiet totali baqgħu taħt il-1% tal-ICNIRP.", "Issa tajjeb ngħidu li meta titkellem fuq 1% tal-ICNIRP inkunu qed nitkellmu fuq 100,000 micro watts per square meter.", "Meta rajna dawk il-monographs tal-Building Biology Guidelines, jekk tmur tfittex 100,000 x'jagħmel se ssib …", "L-ewwel nett dawn għamlu statement fejn qalu li qegħdin ikejlu at street level u li dan huwa l-istess emissjoni bħal meta tkejjel sular 'il fuq.", "Aħna nafu li llum il-Maltin jorqdu fil-kamra tas-sodda tagħhom li ġeneralment tinsab fl-ewwel jew fit-tieni sular.", "U jien qiegħed nikkontesta dak l-istatement li għamlu li meta tkejjel livelli aktar 'il fuq il-livelli ta' radjazzjoni jibqgħu l-istess.", "Meta inti għandek antenna li qiegħda titrasmetti jkollha beam speċifiku.", "Meta inti taraha iktar 'l isfel, il-livell se jonqos.", "Ikun hemm mumenti bejn lobe u oħra li r-radjazzjoni kważi kważi tiġi ċuċata.", "Allura tajjeb li ngħidu li meta tmur tkejjel at street level m'intix qed taqbad ir-realtà ta' dawn l-emissjonijiet.", "Apparti minn hekk, jekk inti ttestjajt il-5G, trid tittestja bil-connections u mhux meta tixgħel l-antenna biss.", "Hawnhekk tajjeb ngħidu li l-4G huwa LTE u allura reference signal.", "Meta għandek LTE għaddej, anke jekk inhu standby, m'hemm xejn imqabbad miegħu imma għandek l-antenna biss tixgħel, għandek qisu 700 watts għaddej.", "Issa meta għandek antenna tal-5G, it-teknoloġija tant hija raffinata li din titfagħlek parti mit-teknoloġija ta' isfel fuq stand by mode jew fuq sleep mode.", "Hija teknoloġija effiċjenti u għalhekk għedt li taffaxxinani.", "Imma meta tixgħelha u tqabbad l-ammont ta' apparat li tiflaħ fuqha, ir-radjazzjonijiet jitilgħu 'l fuq.", "Mela rridu nkunu ġusti u ngħidu kif qed neħduh il-kejl!", "Jien nista' nixgħel il-main u ngħid li m'għandi ħela ta' xejn imma mbagħad inqabbad l-appliances u nara x'jiġri.", "Meta nitkellmu rridu nkunu preċiżi.", "Li aħna mmorru ngħidu fil-midja li kien hemm żieda negliġibbli rridu noqogħdu attenti minnha għax il-5G jaħdem b'tali mod li meta żżid it-traffiku se joħloqlok aktar radjazzjoni.", "Din hija x ħaġa ovvja.", "Dan barra li kif spjegajt iktar qabel, ir-radjazzjoni se tkun beamed u allura se tkun iktar ikkonċentrata u se jkun aktar diffiċli biex tkejjilha u għandek aktar ċans li toħloqlok kondizzjonijiet mediċi.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti.", "Ħalli nagħmlilkom analoġija; immaġinaw li kellna naqbdu l-pulizija u l-wardens u ngħidulhom jmorru jduru t-toroq ta' Malta u jagħmlulna rapport tas-sewwieqa fuq il-veloċità li qed jużaw u nitolbuhom biex iqabbluha bħala persentaġġ ta' limitu fil-veloċità għal kullimkien l-istess u ċjoè ta' 7,000 kilometru fis-siegħa!", "Dawn jiġu u jgħidulna li kulħadd qed isuq b'inqas minn 1%.", "U kemm jiġu 1% ta' 7,000?", "Jiġu 70 kilometru fis-siegħa!", "Imma inti, bis-70 issuq ġot-toroq tal-Imdina jew tal-Birgu?", "Għalhekk jien qed ngħid li l-limitu qed ikun diskriminatorju.", "Apparti minn hekk, is-7,000 kilometru fis-siegħa hawn xi ħadd qatt mar jipprovahom biex jara x' jiġrilu jekk jieħu waħda ma' ħajt?!", "Jien nistieden lill-awtoritajiet li qed jgħidu dawn l-affarijiet biex imorru joqogħdu ġo shielded room … L-Onor.", "Debattista qalilna l-aħħar darba li hawn Malta limitati.", "Però fl-Università ta' Malta għandna shielded room.", "Hawn xi ħadd minn dawn il-providers li lest li nagħmlu transmitter ta' 61V/metre, li huwa fil-limits tal-ICNIRP u jieħu l-familja u t-tfal tiegħu hemmhekk u jesponu lilhom infushom għal ftit sigħat kuljum?!", "Forsi jagħmel xahar hemmhekk u niffilmjawh.", "Imbagħad joħroġ u jgħidilna eżattament x'inhuma l-1% għax 100% ikun qagħad ġo fih u ma ġralu xejn.", "Imma dak is-7,000 kilometru fis-siegħa, li huwa l-limit tal-ICNIRP li qed inqabblu miegħu u qed ngħidu lill-pubbliku bil-1%, dak mhu veru xejn sigur!", "Għalhekk dawn l-istatements fil-midja huma perikolużi.", "Meta inti qed tqabbel ma' limitu li ħadd ma jrid jidħol biex jiggarantih, lanqas l-ICNIRP stess … Iċ-chairperson tagħhom qal li l-linji gwida tagħhom mhumiex the last word on safety.", "Qal li dawn mhumiex xi tarka għall-industrija.", "Spjegaha ċar.", "DR RODOLFO RAGONESI: Jekk tara l-linji gwida tal-ICNIRP huma redikoli!", "Jekk se toqgħod fuqhom ovvjament kollox jgħaddi!", "IS-SUR ANTON VELLA: Fil-Belġju l-limitu tagħhom huwa ta' 7V/meter.", "7V huwa reali u huwa 130,000 fuq barra.", "Issa meta titbiegħed u tidħol ġol-bini se jinżel.", "Imma mhux ikollok 10 miljuni bħalma għandna hawn Malta!", "U fil-Belġju jaħdem qiegħed.", "GODFREY FARRUGIA: Fil-fatt il-linji gwida tal-ICNIRP huma relatati … Jiġifieri m'hemmx il-margin eżatt bejn sigur u mhux imma l-limitu huwa fuq behavioural changes li jsiru.", "GODFREY FARRUGIA: Ħa nġib paragun wieħed; is-sħana tax-xemx taħraqni u tagħmilli sun burn imma l-ultraviolet tax-xemx iġibli l-kanċer tal-ġilda.", "Il-proċess huwa totalment differenti u m'għandu x'jaqsam xejn.", "L-istess l-EMF.", "IĊ-CHAIRPERSON: Wasalna biex nikkonkludu din il-laqgħa u għalhekk nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Human Health Alliance tal-informazzjoni li għaddewlna llum f'din il-laqgħa.", "Nirringrazzja wkoll lill-Membri ta' dan il-Kumitat kif ukoll lis-Segretarja ta' dan il-Kumitat.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-6.30 pm il-laqgħa ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20201124_014d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 14", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.51 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Grixti, President tal-Kumitat ippresieda.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 13 li saret fl-10 ta' Novembru 2020 ġew konfermati.", "Il-Kumitat dwar is-Saħħa rriżuma mill-10 ta' Novembru 2020 id-diskussjoni fuq il-5G.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Anton Vella espert tekniku fuq l-EMF u lil Dott. Rodolfo Ragonesi Konsulent Legali membri tal-Human Health Alliance Council sabiex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sur Vella ppreżenta Powerpoint Presentation intitolata:", "Dr Rodolfo Ragonesi ppreżenta lill-Kumitat:", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lill-mistednin.", "Fis-6.30 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20201124_014m_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 26", "It-Tnejn, 30 ta' Novembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru 26", "It-Tnejn, 30 ta' Novembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:44 p.m.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 25, li saret fis-7 ta' Ottubru 2020, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Joe Mizzi): Ngħaddu mal-ewwel għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda llum.", "PARTIAL REVIEW OF THE 2006 NORTH WEST LOCAL PLAN POLICY NWGT1 U D-DECEMBER 2008 ĦAL FERĦ DEVELOPMENT BRIEF", "IĊ-CHAIRPERSON: Nibdew billi, bħas-soltu jagħmel introduzzjoni l-Ministru, imbagħad issir spjegazzjoni minn nies tekniċi, wara jsiru xi interventi jew mistoqsijiet mill-pubbliku preżenti, u wara li jingħataw ir-risposti għad-domandi u jkunu saru, nistieden lill-Membri tal-Kumitat sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "AARON FARRUGIA (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar): Quddiemna għandna l-partial review tan-North West Local Plan li jinkludi l-proġett ta' Ħal Ferħ.", "Ħafna mill-informazzjoni dwar dan il-pjan ħarġet fil-pubbliku u hija available għall-pubbliku inġenerali, u llum l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) se jkunu qegħdin jitkellmu fid-dettall dwar dan il-proġett.", "Bħala spjegazzjoni, fil-qosor ħafna, ngħid li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-proġett ta' Ħal Ferħ, post li għal ħafna snin intuża għal skop turistiku.", "Jiena llum għandi 40 sena u niftakar dan il-proġett meta kien għadu jopera, però sfortunatament, għal ħafna snin dan il-post waqaf jintuża u llum sar eyesore u sar post ta' lok għal abbuż ta' kull tip.", "Din hija ħasra għax dan huwa post sabiħ li jista' jattira attività kummerċjali u turiżmu u permezz ta' hekk jista' jkollna aktar ħolqien ta' impjiegi.", "U huwa proprju lejn dan li s-settur privat qiegħed iħares mingħajr ma jagħmel impatt fuq l-ambjent ta' madwarna.", "Kif nafu, fl-2009 kien hemm żvilupp, fis-sens li kien hemm lok fil-permessi u l-kuntratti li kien hemm li l-Gvern u l-iżviluppatur jistgħu jħarsu lejn attività lil hinn minn dik ta' turiżmu.", "Jiġifieri fl-2009 kien hemm dan l-artiklu li jgħid li l-Gvern, fuq talba tal-iżviluppatur, jista' jikkunsidra li jimxi lil hinn mill-kunċett turistiku.", "Fi Frar 2013 il-Gvern tal-ġurnata kien ta permess għal self-catering apartments, jiġifieri appartamenti li wieħed jikri u juża għal skop turistiku.", "Eventwalment l-iżviluppatur talab li l-proġett ikun fil-maġġor parti tiegħu turistiku, u mill-pjanti li ġew ippreżentati, u minn oħrajn li rajna, deher li l-proġett huwa wieħed state of the art u li jagħmel ġieħ lill-post fejn qiegħed.", "Il-maġġor parti tal-proġett se jkun turistiku u parti żgħira minnu, fil-fatt inqas minn nofsu, se tkun għal skop residenzjali, u dan sabiex wieħed ikun jista' jiffaċilita dan l-iżvilupp.", "Dan huwa proġett li se joħloq l-impjiegi u l-kummerċ filwaqt li jipproteġi l-ambjent.", "Il-footprint hi dik li hi, jiġifieri mhijiex se tikber, l-għoli se jibqa' kif inhu, u naħseb li dan huwa proġett li għandu jiġi kkunsidrat b'mod pożittiv minn kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa nistieden lill-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jagħtu l-preżentazzjoni tagħhom.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO (Uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar): Grazzi, Mr Chairman.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-proposta biex jiġi emendat il-Local Plan tal-2006, fejn kien jirrelata mal-area ta' Ħal Ferħ, u l-emendi proposti għad-development brief tal-istess site.", "L-erba' kriterji prinċipali li l-PA ġiet mitluba mill-Gvern sabiex timxi fuqhom huma li l-floor space tal-iżvilupp kellu jibqa' predominantly għal tourism accommodation imma li jkun hemm ukoll bilanċ bejn użu residenzjali u dak turistiku; li l-iżvilupp bħala density, jiġifieri bħala total gross developable floorspace (GDF), ma setax jiżdied; u kellu jkun hemm design parameters għal residential component basta dan dejjem jibqa' żvilupp komprensiv, jiġifieri m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar spezzettar tal-art, imma d-diżinn u l-proġett dejjem jibqa' wieħed ħolisitiku.", "Kellna nagħtu kas ukoll il-fatt li fuq din is-site diġà kien hemm permessi maħruġin u permessi validi, u allura jekk se nagħmlu emendi kellna naċċertaw li l-emendi li nagħmlu ma jippreġudikawx id-deċiżjonijiet fuq żvilupp li diġà ttieħdu.", "Saret konsultazzjoni fuq dawn l-objectives, bejn it-8 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju, u b'kollox irċevejna 16-il submission, li tmienja minnhom kienu minn individwi u t-tmienja l-oħra kienu minn dawk l-entitajiet li huma listed fuq is-slide.", "Bħala major issues li ħarġu minn din il-consultation naraw li kien hemm l-oġġezzjoni fuq il-prinċipju li s-site m'għandux jintuża għal skop residenzjali; kien hemm l-argument li l-iStrategic Plan for Environment and Development (SPED) ma jippermettix dan it-tip ta' użu; kien hemm spjegazzjoni dettaljata mingħand Corinthia Group dwar l-image u l-intenzjoni tagħhom għall-proġett il-ġdid; kien hemm sottomissjonijiet fuq il-bżonn li t-toroq, il-parking u l-infrastruttura xorta jibqgħu adegwati anke jekk ikun hemm tibdil fil-proġett; li jkun hemm objectives ta' conservation and sustainability, li dejjem jibqgħu prijorità; u kien hemm talba biex il-pjan ikun submitted għal social impact assessment (SIA).", "Issa ħalli naraw ftit il-policies tal-lum, u nibdew mill-pjan strateġiku.", "L-iSPED jidentifika t-turiżmu bħala core economic sector, u dik aħna żammejniha f'moħħna meta qegħdin nagħmlu din l-emenda.", "L-importanti hu li jekk għandek tourism sites ma jintilfux għal użu ieħor, u dak l-objective ukoll se jibqa' jiġi rrispettat.", "Min-naħa l-oħra l-iSPED jinkoraġġixxi a mix of use, jiġifieri qed jgħid li użi, jew sites għal użu uniku, għandhom jinbidlu fejn inti tinkorpora uses ġodda.", "L-importanti hu li jekk dawn se jsiru f'rural areas ma jkunx hemm exploitation ta' art rurali, u hawnhekk aħna dejjem qed nitkellmu fuq art diġà żviluppata, jiġifieri m'aħniex se neffettwaw art ġdida b'dawn l-emendi.", "L-objective tal-iSPED jitkellem dwar meta tkun se ssir policy għal rural area.", "Meta ssir policy ġdida, jew emenda, hemm dawk il-kriterji li dejjem iridu jiġu rrispettati, u ċioè li l-landscape tiġi protetta, nużaw previously developed land jew existing buildings, kif qegħdin nagħmlu issa, u overall ukoll ikun hemm improvement fl-ambjent rurali.", "Jiġifieri aħna m'aħniex qed naraw li qed nagħmlu xi infringements fil-qafas strateġiku tal-iSPED, anzi qegħdin insaħħu l-istrategic objectives.", "L-idea tal-Local Plan tal-2006 dak iż-żmien kienet li l-użu jkun turiżmu, camping, jew horse riding, u għalhekk hemm il-ħtieġa ta' din l-emenda, biex inżidu element ta' użu ġdid.", "Ma' dawk il-main uses ikun hemm ukoll is-supporting uses.", "Dak huwa l-Local Plan tal-2006.", "Bħalissa qegħdin naraw il-mappa tal-Local Plan, fejn l-area il-vjola kienet zoned għal dan l-iżvilupp.", "Ovvjament kienet tkopri ħafna iktar mill-boundary ta' Ħal Ferħ Development li hemm illum għax kienet tinkorpora wkoll il-uses tal-camping li semmejna, jiġifieri to the north hemm il-camping sites imsejħa tal-iscouts.", "Il-brief tal-2008 stabbilixxa prinċipji, li huwa importanti li nenfasizzawhom għax se jibqgħu fis-seħħ.", "Dawn huma li: l-area ta' 8.5 hectares li kienet zoned għall-iżvilupp fl-2008 mhijiex se tiżdied, u li l-użu kellu jkun għall-quality tourism; il-quality tourism se jibqa' però miegħu se jiżdied l-element residenzjali.", "Il-brief ukoll organizza s-site f'erba' żoni u alloka ċerti uses, u aktar 'il quddiem se nispjega x'kien ġara fuq dik is-site.", "Il-built footprint ta' 16,700 square metres li kien hemm fil-pjan tal-2008 mhux se jinbidel, id-density ta' gross floor area (GFA), li kien ta' 25,000 square metres, ukoll mhux se jinbidel, u l-building heights, li parti mis-site kienet one floor u l-parti l-oħra tas-site kienet two floors, ukoll se jibqa' fis-seħħ.", "Jiġifieri l-ġist tal-proġett, bħala density u bħala impact, se jibqa' l-istess għax dawk il-parametri mhumiex se jinbidlu.", "Issa qegħdin naraw iż-zoning map approvata fl-2008, li turi l-erba' żoni li semmejt, iż-żona mmarkata bin-numru 1 hija ż-żona fejn kien hemm il-camp l-antik, dik immarkata bin-numru 2 hija fejn kien hemm il-holiday complex ta' dak iż-żmien, dik immarkata bin-numru 3 hija fejn hemm iċ-chapel, u dik immarkata bin-numru 4 hija fejn kellu jkun hemm il-public car park.", "Abbażi ta' dak il-brief kien sar il-proċess biex jiġi magħżul developer, u taħt l-applikazzjoni numru 4906 tal-2010, li ġiet approvata fi Frar 2013, ħareġ permess għall-iżvilupp li reġa' iġġedded bit-3134 tal-2019 u għalhekk għad hemm permess validu għall-iżvilupp fuq is-site.", "Fl-2013 dak il-proġett approvat kien deskritt bħala high quality low lying and low density tourist resort, u dak il-kunċett ta' low lying u low density tourist resort se jibqa' fis-seħħ permezz tal-emendi.", "Dakinhar, jiġifieri fl-2013, kien hemm approvati 228 independent unit li kellhom numru ta' bedrooms magħhom, jiġifieri ma kienx hemm il-kunċett ta' hotel, imma kien hemm numru ta' terraced units li fihom seta' ikun hemm tourism accommodation ta' dak it-tip ta' żvilupp u magħhom kien hemm is-supporting uses, fosthom restaurants, shops, bars, etc. Kellu wkoll landscaping fuq is-saqaf, li kien feature importanti f'dak il-proġett.", "Li ridna nżommu f'moħħna kien li meta nħareġ dak il-permess, il-military barracks ma nżammewx, jiġifieri kien ingħata permess biex dawn setgħu jitneħħew u l-obbligu tal-public car park kien li kien hemm agreement li dan jiġi shifted outside the site boundary.", "Hawnhekk issa qegħdin naraw comparison bejn il-masterplan li kien antiċipat fl-2008 u l-masterplan li għandu permess validu sal-lum.", "Il-colour coding huwa skont in-numru ta' bedrooms li għandhom il-units; jekk humiex one bedroom, two bedroom jew three bedroom.", "Kif qegħdin taraw din hija sensila ta' terraced units imissu ma' xulxin, però they encircle the site, imbagħad fin-nofs hemm numru ta' pavilions, kif kienu ssejħu dakinhar, li kienu wkoll independent residential units.", "Ħalli issa naraw x'inhuma l-emendi li hemm bżonn isiru biex jintlaħaq l-objective li nżidu l-permanent residential.", "Aħna, bħala direttorat, u bl-approval tal-Council, għaddejna l-conditions li kien hemm fil-policy oriġinali u, ovvjament fejn kienet titkellem dwar użu, żidna dik il-klawsola li tgħid li issa jista' ikun hemm ukoll separate high quality residential accommodation, però żviluppat bħala parti komprensiva u integrali mill-kumpless turistiku, u allura dan xorta se jibqa' proġett wieħed u dejjem biI-condition li ġiet imposta min-naħa tal-Gvern, jiġifieri li bħala density ma tiżdiedx.", "Imbagħad kien hemm l-emendi fil-conditions li kienu jirrelataw mas-site jew mal-idea li kellna dak iż-żmien.", "Jiġifieri jekk kien hemm condition li bini ta' arkitettura jrid jinżamm u, kif nafu, imbagħad fil-permess ittieħdet deċiżjoni mod ieħor, allura biex ma jkunx hemm kunflitt bejn policy u permit għamilna dawn l-emendi biex kemm il-policy kif ukoll il-permess ikunu kompatibbli.", "L-istess jista' jingħad għad-design.", "Ħalli issa naraw x'kienu l-intenzjonijiet għad-development brief.", "L-objectives kienu li nżidu l-Class 1 però bil-mod li jkun hemm bilanċ fl-użu residenzjali – din issegwi mill-objective li l-predominant use kellu jibqa' tourism – li fl-element residenzjali ninkludu planning parameters dwar kif ir-residential component kellu jiġi ddisinjat; u li naċċertaw li ma jkunx hemm konflitt bejn il-brief u l-policy il-ġdida tal-2020.", "Aħna dorna d-development brief 2008 u l-klawsola ġenerali kienet li l-permess dejjem jipprevali fuq id-development brief kif kien fl-2008, u jekk jiġi approvat, kif se jkun approvat id-development brief il-ġdid.", "L-istess klawsola applikajniha għall-headings li qegħdin taraw bħalissa, jiġifieri fejn ħsibna li dawk il-headings jistgħu b'xi mod jippreġudikaw id-development permit, għamilna dik il-klawsola.", "Però kien hemm sections fil-brief li ħassejna li mhumiex qegħdin jippreġudikaw il-permess, fosthom il-landscaping requirements, kif se tipprovdi l-infrastruttura, kif ukoll is-sustainable design u l-energy efficiency.", "U allura dawk ir-requirements mhux se jinbidlu.", "Fuq is-slide bħalissa qegħdin naraw li t-turiżmu issa huwa predominant, jiġifieri mhuwiex l-uniku użu, u hemm il-lista tal-uses li kienu allowed biex inżidu r-residential accomodation.", "U issa qegħdin naraw forsi l-iktar kriterju importanti dwar il-planning parameters tar-residential component fejn issa stabbilixxejna l-proportion tar-residential meta tieħdu mit-total development li hemm allowed.", "Bħalissa l-brief jippermetti 25,000 square metres ta' development li minnhom, permezz tal-proposta li qegħdin nagħmlu, 9,000 square metres se jkunu għar-residential.", "Kif qegħdin taraw, dan, bejn wieħed u ieħor huwa terz tal-proġett, filwaqt li żewġ terzi, jew ftit inqas, se jibqgħu for tourism use.", "Aħna ma kkontrollajniex biss l-ammont ta' floor space, imma kien importanti wkoll li l-land area tkun ikkontrollata, għax inti jista' ikollok binja żgħira residential li tokkupalek porzjon ikbar mill-art.", "U aħna ridna nkunu ċerti li anke l-proporzjon tal-land area tkun ukoll limitata għal, bejn wieħed u ieħor one-third jew 36%, u allura stabbilixxejna limitu ta' 30,600 square metres għal residential use.", "Apparti dawn iż-żewġ kriterji, jiġifieri d-density in terms of floor space u l-land area, daħħalna wkoll kriterju ieħor li qatt ma jista' ikun hemm iktar minn 25 unit.", "Jiġifieri f'dan il-proġett kollu, jekk isir skont il-proposta li qed nagħmlu aħna, qatt ma jista' ikun hemm iktar minn 25 unit.", "Allura, jekk issir sub division sempliċi naraw li qegħdin nitkellmu fuq li kull dwelling se tkun fuq tomna.", "Imbagħad, within those three criteria, bħala parti mid-design, se nikkontrollaw ukoll l-aċċess, l-arkitettura, li viżwalment u functionally ikun ukoll jaħdem bħala parti minn holistic masterplan, u l-idea wkoll li dawn ir-residential units bħala boundaries u bħala property delineation kemm jista' ikun ikunu minimizzati biex jekk xi ħadd se jkun qed imur hemmhekk ma jarax xi ħaġa walled in, fis-sens li r-residential huwa għalih u t-tourism huwa għalih, imma jkun proġett integrat.", "L-aħħar section li kien hemm bdil sostanzjali fiha kienet is-submission requirements.", "Id-development brief tal-2008 kien qed jantiċipa l-proċess tat-tender, jiġifieri kien qed jgħid l-istages li fihom kellu jsir l-iżvilupp, u ovvjament dak issa kollu ġie superseded għax id-developer intgħażel u l-iżvilupp ukoll ġie permitted.", "Kien hemm ukoll ħafna requirements dwar tip ta' pjanti u drawings li kien hemm bżonn, li llum il-ġurnata hemm liġi apposta li tirregola x'tip ta' submissions għandu jkun hemm, kif ukoll dwar it-tip ta' studji li kellhom isiru, li wkoll illum huma koperti b'liġi u allura m'għandhomx għalfejn ikunu speċifikati b'mod dettaljat fil-policy.", "Fl-aħħar nett ngħid li l-consultation tagħlaq fil-15 ta' Diċembru u s-submissions qegħdin jiġu aċċettati fuq l-email address li qegħdin taraw fuq l-iscreen.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Preżenti fil-kamra hawn rappreżentanti tal-għaqdiet Żmenijietna u Graffiti, u hawn ukoll rappreżentant ta' Corinthia Group, u se nistedinhom sabiex jagħmlu l-intervent tagħhom.", "Nibda billi nsejjaħ lis-Sur Pisani.", "IS-SUR DAVID PISANI (Għaqda Żmenijietna): Nirringrazzjak.", "L-ewwel nett nibda biex ngħid li bħala għaqda aħna konna hemm, flimkien ma' għaqdiet oħrajn, mill-bidu meta kien hemm l-idea li l-art, li kienet tal-Air Malta, tintuża għal skopijiet turistiċi.", "Aħna konna fil-konsultazzjoni u nista' ngħid li kien hemm kunsens li hemmhekk għandu jibqa' għall-użu turistiku, u llum il-ġurnata qed naraw li l-affarijiet mhumiex hekk, u speċi morna pass lura.", "Bħala għaqda aħna ma konniex kontra li din l-art pubblika tintuża, sakemm il-parametri jibqgħu turistiċi.", "Aħna kontra li l-affarijiet jiġu twisted b'tali mod li nibdew indaħħlu affarijiet ulterjuri minn dawk turistiċi.", "F'dan il-każ, bħalma ġara fi proġetti oħrajn, qed indaħħlu l-idea ta' luxury apartments jew bungalows, fejn allura nbidel il-kunċett kollu.", "Min-naħa tal-organiżżazzjoni tagħna aħna qegħdin nitolbu biex il-Gvern iżomm mal-linji li kienu stabbiliti qabel.", "Nafu li hawn Malta l-art hi dik li hi – il-Ministru dejjem jgħid li l-art f'pajjiżna hija żgħira – dejjem niġġieldu biex ikollna aktar open spaces u saħansitra spiċċajna biex miżbla kellna nagħmluha bis-siġar!", "Li qegħdin nitolbu aħna lill-Gvern hu li jżomm mal-linja taż-żoni, fis-sens li jekk area hija turistika ma nbiddlux il-goalposts u nibdew indaħħlu residential apartments u affarijiet simili.", "Dak biss li qegħdin nitolbu min-naħa tagħna.", "Ħafna minn dak li semma l-Perit Scalpello rigward il-policies, in a way kien intlaħaq qbil dwarhom, però dan li qed jiġi suġġerit, jiġifieri li jkun hemm mixed uses, imur kontra l-iSPED.", "Biex dak li kien hemm qbil dwaru jinbidel, iridu jinbidlu l-local plans u jrid ukoll ikun hemm il-kunsens tal-Parlament.", "Aħna qegħdin nitolbu lill-Gvern biex ma jdaħħalx kunċetti ġodda apparti dak tat-turiżmu.", "Bħala Żmenijietna naqblu li l-area għandha tiġi riabilitata bħalma sar f'postijiet oħra, fosthom il-miżbla, imma mbagħad għandu jgawdi minnha l-pubbliku, b'tali mod li ma jkun hemm xejn residenzjali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Insejjaħ issa lis-Sur Callus.", "IS-SUR ANDRÈ CALLUS (Moviment Graffiti): Sur President, jien naħseb li qabel ma niddiskutu ħaġa bħal din irridu naraw l-istorja kollha, mhux biss l-istorja fejn jidħol ippjanar, imma l-istorja dwar x'kien il-kunċett wara dan kollu.", "Nibda biex ngħid li din kienet art tagħna lkoll, lanqas ngħidilha art tal-Gvern imma art tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, li f'Malta hija xi ħaġa rarissima u prezzjuża għax l-art hija skarsa ħafna.", "Fl-2009 din l-art ingħatat b'ċens lil kumpanija privata biex tintuża biss għal skopijiet turistiċi.", "Jiġifieri l-poplu Malti ssagrifika biċċa art għax kien hemm maħsub li jkun hemm xi benefiċċju ekonomiku għalina lkoll.", "Issa jiena għandi mistoqsijiet kbar dwar dan, imma hekk kienet, hekk ġrat u għaddiet.", "Il-proġett baqa' ma sarx, inbidlet il-kumpanija li qiegħda tieħu ħsieb dan is-sit li qiegħed għandha b'ċens, ingħata l-permess mill-PA għal darba, darbtejn – fil-fatt għadu kemm ġie mġedded – u issa f'daqqa waħda l-kumpanija trid tibni 25 villa fuq art li kienet tal-poplu.", "Li huwa stramb huwa li filwaqt li hija l-kumpanija li trid hekk, huwa l-Gvern li qed iressaq din il-proposta, mhux il-kumpanija nnifisha.", "Mela f'daqqa waħda, minflok jirrappreżenta lill-poplu, il-Gvern spiċċa jirrappreżenta lill-kumpanija privata u jara l-interessi tagħha.", "U l-mistoqsija li tiġi f'moħħ dak li jkun hawnhekk hija inevitabbli – u mill-preżentazzjonijiet kollha li rajna ħadd ma wieġeb għaliha għax naħseb li t-tweġiba hija ċara ħafna – u ċioè x'benefiċċju se jieħu l-poplu minn 25 villa mibnijin mis-sinjuruni għas-sinjuruni u li se jsiru darba għal dejjem tagħhom.", "Jiġifieri meta f'pajjiżna eluf ta' nies qegħdin isibuha diffiċli biex jixtru post, il-Gvern qiegħed jagħti l-art lil kumpaniji l-kbar, lis-sinjuruni, biex jagħmluhom postijiet għal sinjuruni oħra.", "X'benefiċċju qatt jista' ikun hemm minn dan kollu għall-poplu?", "Jiena ngħid li allura ma tgħallimna xejn mill-affarijiet li għadhom kemm ġraw f'pajjiżna sas-sena li għaddiet u l-affarijiet li ħerġin b'din il-qrubija bejn in-negozji l-kbar, il-big business, u l-politika.", "Dan huwa eżempju ċar ieħor fejn il-poplu mhu se jkollu ebda benefiċċju.", "Veru li forsi għal ftit taż-żmien iġibu ħaddiema minn barra, għax ħafna drabi jgħidu li f'Malta m'hawnx biżżejjed ħaddiema li jagħmlu dak ix-xogħol, imma mbagħad jibnuhom u jbigħuhom.", "U x'benefiċċju ekonomiku hemm minn dan kollu?", "Għax almenu meta tagħmel lukanda jistgħu jmorru jaħdmu fiha n-nies, imma li tibni villa x'benefiċċju jista' jieħu l-poplu minnha?", "Jien naħseb li in-nies mhumiex bħaħen u kollha jirrealizzaw li m'hemm ebda benefiċċju minn dan.", "S'issa għadna qed ngħidu dwar kemm huwa importanti li tinbidel id-direzzjoni tal-qrubija bejn dawn in-negozji l-kbar, imbagħad nerġgħu naraw ħaġa bħal din fejn il-Gvern, fis-sede uffiċjali, u l-awtoritajiet tal-Gvern, minflok qed jirrappreżentaw lill-poplu, qegħdin b'mod sfaċċat bħal dan jirrappreżentaw l-interessi ta' kumpanija privata.", "U din qegħdin narawha l-ħin kollu.", "Aħna l-ħin kollu niġġieldu kontra proġetti li ma jagħmlux sens minn dawn it-tip ta' oligarkija li hawn Malta, bħalma huma DB Group, Zammit Tabona, Corinthia Group u MIDI.", "Dawn huma oligarkija ta' familji Maltin b'ħafna flus li minkejja li jinbidlu l-gvernijiet, jibqgħu jiddettaw il-politika huma a skapitu tagħna lkoll.", "Aħna din narawha perikoluża ħafna u l-fatt li llum qed nerġgħu niddiskutu xi ħaġa bħal din, nerġa' ngħid li allura ma tgħallimna xejn mill-għawġ li għadda minnu pajjiżna minħabba din il-qrubija esaġerata bejn il-big business u l-politika.", "Hawnhekk qegħdin naraw kumpanija bħall-Corinthia li jiġu jagħmluhielna kważi tal-filantropi għax qed joħolqu x-xogħol, ħalliha li mbagħad dawn il-lukandiera l-kbar malli bdiet il-pandemija tal-COVID-19, fl-ewwel ġimgħa u ġimgħatejn, qalu li se jkeċċu lill-ħaddiema.", "Jiġifieri dawn il-filantropi kbar li jgħidulna kemm joħolqu x-xogħol, kif kien hemm l-ewwel għawġ bil-pandemija, qalulna li se jkeċċu lill-ħaddiema.", "Issa qegħdin jgħidulna li lanqas huma kapaċi jagħmlu proġett privat għat-turiżmu fuq art tal-Gvern – jiġifieri lanqas li l-art hija tal-Gvern ma kienet biżżejjed – imma biex isostnu dan il-proġett għandhom bżonn ir-residenzi privati, ir-real estate.", "Mela jekk m'intix kapaċi tagħmel proġett turistiku li jrendi fuq art li diġà kienet tal-Gvern għax issa miegħu trid iżżid ukoll il-vilel biex tbigħhom għax inkella dan il-proġett mhux se jrendi, allura hemm xi ħaġa ħażina ħafna u jaqbel li żżarma.", "U hawnhekk jien se nindirizza speċifikament lill-Membri tal-Kumitat li ġejjin mill-Partit Laburista.", "Jien Soċjalist konvint u qatt ma fhimt li s-Soċjaliżmu jfisser li nagħtu rigali mill-art tal-poplu, jiġifieri mir-riżorsi tagħna, lis-sinjuruni.", "Dawk huma l-affarijiet li s-Soċjaliżmu dejjem iġġieled kontrihom.", "Il-politika għandha ssir għall-poplu, għall-maġġoranza tan-nies, mhux għal din it-tip ta' oligarkija żgħira li ħakmet lil pajjiżna.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar l-impatt ambjentali ta' dan il-proġett kollu.", "Ovvjament kulħadd jaf li din hija żona sensittiva ħafna mil-lat ambjentali.", "Il-fatt li se jkun hemm proġett turistiku se jkollu ċertu impatt, u li issa se nżidu miegħu element residenzjali hija xi ħaġa ħażina ħafna, li se jkollha impatt negattiv ħafna u li jista' jkollha konsegwenzi koroh ħafna 'l quddiem.", "Malli tintroduċi żona residenzjali f'post li mhu residenzjali xejn, ir-riskju huwa li dik ikollha effetti fuq żviluppi oħra iktar 'il quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nitlobkom sabiex ma tagħmlux battibekki jew argumenti politiċi.", "Hawnhekk qegħdin bħala Kumitat, Gvern u Oppożizzjoni.", "Preżenti hawn it-tekniċi jispjegaw u jirrispondu għad-domandi li jsiru għax hawnhekk qed nitkellmu fuq policies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu, imma l-Istanding Orders jitkellmu ċar dwar kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Nistieden issa lis-Sur Simon Naudi sabiex jagħmel l-intervent tiegħu.", "IS-SUR SIMON NAUDI (CEO, Corinthia Group): L-ewwel nett nirringrazzjakom ta' din l-opportunità li tajtuni u xtaqt nibda billi nagħti ftit kuntest ta' għalfejn qegħdin hawnhekk illum.", "Tajjeb ngħid li din hija art żviluppata diġà, jiġifieri hemm l-iżvilupp fuqha u mhijiex art verġni, u mhux ingħatat, imma nbiegħet fl-2009 lil kumpanija privata u f'dak il-bejgħ kien hemm kundizzjoni li min jixtri jrid jagħmel żvilupp.", "F'dak l-iżvilupp kien hemm parametri ebsin ħafna, u hekk għandu jkun, sabiex inżommu l-bilanċ, fosthom li ma jkunx hemm bini għoli aktar minn żewġ sulari għal nofs is-sit u li jistgħu jinbnew massimu ta' 25,000 metru kwadru.", "Irrid ngħid li aħna beħsiebna nżommu dawn il-parametri kollha li kienu hemm għax aħna, bħala Corinthia, li għandna ħames lukandi Malta, għandna interess li l-ambjent ta' Malta nibqgħu nibżgħu għalih sabiex jibqgħu jiġu t-turisti fostna.", "Jiġifieri żgur li mhux se nkunu aħna li nipproponu xi ħaġa li tkerrah lil pajjiżna.", "Kif diġà ntqal, din hija biċċa art li hemm permess fuqha, u aħna ma rridu nbiddlu xejn mill-parametri l-kbar tagħha.", "Il-fatt li fiż-żmenijiet tal-lum hemm kumpanija Maltija li tixtieq tinvesti aktar fit-turiżmu, naħseb li huwa sinjal ta' fiduċja kbira fil-futur tal-pajjiż.", "Ċertament li kulħadd jifhem li dawn ma huma żmenijiet sbieħ għal ħadd u lanqas għalina.", "Rigward il-kwestjoni ta' vilel, mill-punto di vista tal-ambjent mhu se jinbidel assolutament xejn mill-policies, dak l-iżvilupp li kien permess sal-bieraħ se jibqa' permess għada, anzi aħna naraw l-impatt bħala wieħed inqas għax resident permanenti fuq dawk id-9,000 metru, li minflok imorru għal kmamar tal-lukandi se jmorru għal kmamar tar-residenzi, se jkollu impatt fuq l-infrastruttura tal-pajjiż ferm inqas mill-100 turist li kieku jimlew dik l-istess kamra tul l-istess sena.", "Sinċerament, aħna nsebbħuh irridu lil dan dan il-pajjiż mhux inkerrħuh, u m'aħna se nitolbu għal xejn iżjed minn dak li hemm propost.", "Kull min qiegħed fis-suq tal-proprjetà jgħidlek li proprjetà aħjar tikriha milli tbigħha, u l-unika ħaġa li qed jiġri hawn hi li aħna se jkollna l-fakultà li parti minn dan l-iżvilupp tista' tinbigħ, però aħna nistgħu nibnu dak li hemm diġà permess illum u nikru kuljum.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Issa nitlob lin-nies tekniċi sabiex jagħtu l-feedback għar-rimarki u l-mistoqsijiet li saru, ovvjament mhux mill-aspett politiku imma mill-aspett tekniku.", "IS-SUR MARTIN SALIBA (Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar): Nirringrazzjak, Sur President.", "Ħafna mill-kummenti li saru kienu dwar jekk aħniex se nippermettu permanent residential use jew le.", "Id-direzzjoni ta' tana l-Gvern kienet li nemendaw il-brief sabiex nippermettu component ta' residential use f'kumpless turistiku.", "Jiġifieri l-Gvern, fid-direzzjoni li tana, baqa' ċar li l-kumpless għandu jibqa' turistiku.", "Li nista' ngħid hu li l-kunċett ta' enabling uses ma' żvilupp ta' ċerta portata huwa prinċipju ta' ippjanar aċċettabbli.", "Anke way back fl-Istructure Plan, il-multi-ownership f'użu ta' turiżmu kien prinċipju aċċettat.", "Il-kwestjoni kienet jekk aħniex se naċċettawh f'żona ODZ jew le.", "Jiġifieri jekk inħarsu lejn kumplessi turistiċi oħra naraw li dan il-fenomenu jeżisti, u għalkemm kien ristrett f'siti ODZ, l-Istructure Plan kien ta konċessjoni, pereżempju, għall-iżvilupp f'Ta' Ċenċ with a multi-ownership development.", "Hawnhekk il-Gvern ħass li għandu jippermetti bħala sostenn għal żvilupp turistiku ta' kwalità.", "Jekk tħarsu lejn il-permess li hemm illum taraw li dan huwa għal self-catering apartments.", "Hawnhekk il-kunċett se jinbidel billi se jkun hemm segregazzjoni ċara bejn dak li hu element turistiku bi prodott dirett ta' turiżmu, u użu separat residenzjali.", "Aħna dehrilna li għandna noħolqu bilanċ, anke l-brief li tana l-Gvern kien ċar, u t-target tagħna kien bejn 25% u 35%, imbagħad ġie rounded up għal madwar 9,000 li jammonta għal 36%, jiġifieri kważi terz tal-proġett.", "Dik hija l-bażi tal-proposta li għandna quddiemna llum.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Sur President, xtaqt nitlob lill-Ministru jiċċara punt waqt li jkun qed jagħmel l-intervent tiegħu.", "Ministru, nixtieq nifhem x'wassal lill-Gvern biex, fi kliem dak li għadu kemm qal is-Sur Saliba, jagħti direzzjoni biex jiżdied dan il-use għal żona residenzjali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "AARON FARRUGIA: Sur President, se nkun koinċiż kemm nista' biex inkun nista' nisma' ukoll x'għandhom x'jgħidu l-kollegi Membri Parlamentari l-oħra.", "Irrid qabel cejn nirringrazzja lis-Sur Pisani u lis-Sur Callus tal-kummenti tagħhom – jien nafhom personalment u naf il-ħsieb wara l-kummenti tagħhom – kif ukoll lis-Sur Naudi u lill-uffiċjali tal-PA.", "Ħalli issa ngħaddi biex niċċara xi punti.", "L-ewwel nett, issemma ħafna l-kunċett ta' kumpens lill-Gvern – u allura lill-pubbliku għax fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern huwa l-pubbliku – għax ingħatat l-art eċċ. Jien naħseb li dik hija issue li tmur lil hinn minn dan il-Kumitat.", "Jiġifieri filwaqt li naqbel li wieħed għandu jħares lejn x'kumpens ħa l-Gvern għal dik l-art, dan imur lil hinn mir-remit ta' dan il-Kumitat.", "Nista' ngħid li kumpens kien hemm, imma jekk huwiex biżżejjed jew le naħseb li huwa argument li għandu jiġi kkunsidrat però f'fora differenti.", "It-tieni argument huwa wieħed ambjentali.", "Tajjeb ngħidu li din mhijiex art verġni, imma hija art li ilha tiġi wżata għal ħafna snin għal proġett turistiku, u se tibqa' tiġi wżata għal proġett turistiku with the same footprint and same height limitations.", "Issa ngħaddi għall-kwestjoni tal-business plan fejn allura tidħol il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Fl-2013, taħt amministrazzjoni differenti, kien hemm diġà permessi f'din l-area għal self-catering apartments.", "Issa jekk wieħed jistaqsi lili ngħid li jien personalment nippreferi xi ħaġa aħjar minn self-catering apartments għax nemmen li dak is-sit huwa ideali għal turiżmu ta' kwalità u b'self-catering apartments ma naħsibx li kien se jkun hemm turiżmu ta' kwalità.", "Allura kien għaqli li fi żmenijiet ta' diffikultajiet ekonomiċi l-Gvern ħares lejn mudelli anke lil hinn minn pajjiżna, f'pajjiżi avvanzati, fejn ikun fihom mix ta' turiżmu imma biex tilħaq ċerta kwalità ikun hemm il-bżonn tal-parti residenzjali.", "Jien personalment illum komdu ħafna ngħid li tlaqna mill-kunċett ta' self-catering apartments, li għandna ħafna fil-pajjiż, u li bħala pajjiż ħerġin minn dik l-era, u għandna bżonn ħafna iktar turiżmu ta' kwalità, li Malta hija nieqsa minnu.", "Jekk tistaqsuni jekk iniex kuntent bil-kwalità ta' turiżmu li għandna f'pajjiżna, ngħid li m'iniex, u tant hu hekk li l-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) u ħafna entrapreneurs jisħqu fuq il-bżonn li ngħollu l-kwalità anke jekk tonqos il-kwantità.", "Tajjeb ngħidu li dan huwa proġett – għax aħna wkoll Membri tal-Partit Laburista – li se joħloq ix-xogħol u l-ġid.", "Bħala Gvern aħna għandna r-rwol li, anke fi żmenijiet ta' diffikultajiet, inkomplu noħolqu l-ġid u nkomplu noħolqu x-xogħol.", "U dan huwa proġett li se jagħmel hekk għax se joħloq il-kunċett ta' turiżmu ta' kwalità, meta nafu li t-turiżmu huwa pilastru importanti għall-ekonomija Maltija.", "Sur President, jien ma naċċettax l-akkuża – jekk saret għax jista' jkun li fhimt ħażin jien – ta' collusion bejn il-Gvern u s-settur tan-negozju.", "Dan huwa proġett li jagħmel sens, se joħloq ix-xogħol, se joħloq il-ġid, u permezz tal-formula ta' business acumen li ntużat, illum, f'nofs pandemija, fejn pajjiżi oħra, inkluż Franza li hija pajjiż żviluppat u modern, jinsabu għarkuptejhom, Malta għandha l-inqas rata ta' qgħad fl-Unjoni Ewropea u għandna ekonomija b'saħħitha.", "Li jkun hemm credit rating agencies li jagħtuna A+ huwa pożittiv ħafna.", "Jiġifieri ejjew ma narmux, kif jgħidu, it-tarbija...", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, nixtieq noġġezzjona għal dak li qed jgħid il-Ministru.", "Inti għandek kemm tajt direzzjoni biex ma jkunx hemm argumenti politiċi…", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili ftit, jekk jogħġbok.", "L-ewwel nett itlob permess qabel titkellem.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, niskuża ruħi, imma nixtieq noġġezzjona.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħal meta jien m'oġġezzjonajtx meta kien qed jitkellem ħaddieħor, m'iniex se noġġezzjona issa, għax nemmen fil-libertà tal-espressjoni.", "Jien ħallejtu jgħid x'jaħseb hu u ħallejtu jirrispondi għad-domandi u l-kummenti li saru.", "KEVIN CUTAJAR: Imma qed tmur kontra d-direzzjoni li tajt int stess!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien żgur li ma jien se nħalli lil ħadd jaqbeż il-limit, imma rrid nagħti ċans lil kulħadd jesprimi l-opinjoni tiegħu.", "Kompli Ministru.", "AARON FARRUGIA: Sur President, jien nikkonkludi hawnhekk.", "Il-punt tiegħi huwa wieħed.", "Ejjew nikkritikaw is-sistemi, eċċ., però jekk qed taħsel tarbija u l-ilma tħammeġ, ma tarmix l-ilma bit-tarbija b'kollox, imma tarmi l-ilma maħmuġ u żżomm it-tarbija.", "Naħseb ikun tajjeb li l-mudell ekonomiku li l-pajjiż kellu nkomplu nibnu fuqu.", "Iva, għandna nħarsu lejn il-kumpens li l-Gvern ingħata, għandna nħarsu li nissalvagwardaw l-ambjent, imma huwa wkoll id-dmir tagħna li nkomplu naraw li jkollna turiżmu ta' kwalità, u li noħolqu x-xogħol, il-ġid u l-kummerċ f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Membri sabiex jagħmlu l-interventi tagħhom.", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Grazzi, Sur President.", "Meta nisma' l-Ministru jitkellem l-ewwel ħaġa li tiġini f'moħħi hu l-argument li dejjem jagħmel, u ċioé li l-kruha li naraw madwarna ma jista' jagħmel xejn dwarha għax hu qed jimxi fuq pjanijiet li saru qabel ma sar Ministru hu.", "Issa qiegħed jiġi quddiem dan il-Kumitat u jipproponi li l-istess pjanijiet lokali, li qed jgħid li jorbtulu jdejh...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili ftit, Onor. Thake.", "DAVID THAKE: Jiġifieri se twaqqafni milli nkompli nitkellem, Sur President?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, m'iniex se nwaqqfek, imma rrid ngħidlek li għalkemm il-Ministru qiegħed hawnhekk għax ikun mistieden jattendi, nista' ma nagħtihx id-dritt jirrispondi u ma jagħmilx interventi u nista' nagħtih id-dritt biex jagħmel l-interventi, imma d-demokrazija titlob li wieħed jingħata ċans jispjega.", "KEVIN CUTAJAR: Agħmel diskors politiku!", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, ħallejtu jirrispondi dwar x'jaħseb hu bħalma ħallejt lil ħaddieħor.", "Jien se nagħtikom ċans tagħmlu l-interventi tagħkom imma nitlob li dawn isiru b'mod tekniku.", "KEVIN CUTAJAR: Imma minn kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'għedtlekx li m'intix se tagħmel intervent, imma qed nispjega kif għandu jsir.", "DAVID THAKE: Sur President, se nerġa' nibda għax nixtieq li l-argument nagħmlu sħiħ.", "Ministru, inti kemm-il darba tagħmel l-argument li fl-uglification ta' pajjiżna you are powerless għax marbut li ssegwi pjanijiet li saru qablek u ma tistax tbiddilhom, u aħna qegħdin hawnhekk biex litteralment il-Gvern imexxi billi jagħti direzzjoni lill-PA sabiex tbiddel pjanijiet ħalli nżidu l-uglification ta' pajjiżna.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa li nfakkar lill-Ministru li jien tlabtu jagħtini indikazzjoni ta' x'wassal biex il-Gvern talab lill-PA ibiddlu l-iscope of use, però ma ħadtx risposta.", "Il-Gvern, bħalma qal korrettement is-Sur Callus, qiegħed hawnhekk jirrappreżenta lill-poplu mhux lin-negozjant.", "Huwa n-negozjant li jagħmel it-talbiet u l-Gvern jara dak li hu fl-interess tal-poplu.", "Allura jiena ppretendejt li nisma' mill-punto di vista tal-poplu ta' x'wassal biex il-Gvern jagħmel din it-talba.", "Ministru, jekk fhimtek sew, inti qed tagħmel l-argument li biex ikun hemm prodott turistiku ta' kwalità trid bilfors tagħti l-faċilità lill-operatur turistiku li jibni u jbigħ 25 residenza lussuża.", "U allura l-ewwel domanda li rrid nagħmel hi jekk meta ħarġet din is-sejħa snin ilu l-operatur għamilx il-kalkoli tiegħu sewwa.", "It-tieni domanda li rrid nagħmel hija din: Jekk se jinbidlu l-goalposts, għalfejn il-Gvern mhux qed jikkunsidra li jara hekk hemmx xi ħaddieħor li forsi kapaċi jopera taħt dawk il-kundizzjonijiet jekk l-operatur mhuwiex komdu jopera bil-kundizzjonijiet li aċċetta snin ilu?", "Ħalli imbagħad jekk ma jsibx jerġa' jiġi u jgħid li r-realtà ta' pajjiżna hija tali li ħadd mhu kapaċi jiżviluppa dik iż-żona turistika mingħajr ma nagħtuh dan ir-rigal ta' 25 residenza biex ikun jista' ibigħ, imbagħad wieħed ikun jista' jieħu deċiżjoni.", "Ministru, dan li qegħdin nassistu għalih huwa eżattament il-proċess li wassal lil pajjiżna biex għandna din l-istess problema ta' bini u ta' kruha kull fejn tħares.", "X'se jżomm lin-nies li jiġu warajna – għax aħna kollha li qegħdin bilqiegħda hawnhekk, inkluż inti Ministru allavolja għad għandek 40 sena, eventwalment nispiċċaw barra minn hawn – milli jgħidu \"la fl-2020 ta' qabilna taw dan il-permess, billi ngħaqqdu l-Manikata ma' Golden Bay mhu se jiġri xejn\"?.", "U nibqgħu nagħtu l-permessi wieħed wara l-ieħor u nżidu u nbiddlu l-pjani; illum inbiddlu l-pjan, ħames snin oħra nerġgħu nibdluh u nibqgħu sejrin hekk.", "Nikkonkludi billi ngħid li nħoss li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kif inħarġu m'għandhomx jinbidlu u l-local plan m'għandux jinbidel u jitgħawweġ biex nakkomodaw sitwazzjonijiet ta' operatur, hu min hu l-operatur; assolutament m'għandi xejn kontra l-operatur li qed nitkellmu dwaru llum.", "Aħna għandna d-dmir li dak li hu ta' pajjiżna ngħożżuh u nużawh bl-aħjar mod possibbli.", "Jiena m'iniex konvint li pajjiżna – allura qed nirriferi għall-amministrazzjoni ta' pajjiżna – għamel dak kollu li hemm bżonn biex wasal għall-punt tal-lum.", "Kieku dan li qed jiġi propost illum wasalna għalih għax ma kienx hemm alternattiva oħra, kieku forsi d-diskors kien ikun differenti, però m'iniex konvint li ġara hekk.", "Grazzi, Sur President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Grazzi, Sur President, u nirringrazzja lil kull min qiegħed preżenti għal din il-laqgħa.", "Minkejja li għandna perspettivi differenti, l-imħabba tagħna lejn l-ambjent u l-ħsieb li kull wieħed minna jemmen li nistgħu nagħmlu l-affarijiet aħjar minn dawk li kienu, jgħaqqduna flimkien.", "Jien m'iniex se nkompli fuq l-argumenti li wieħed ipinġi lin-negozjant daqslikieku huwa għadu tal-poplu, jew inkella li dak li sar taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti huwa kollu ħażin u dak li qed isir taħtna llum il-ġurnata huwa kollu tajjeb.", "Preżenti magħna għandna t-tekniċi, ir-rappreżentant min-naħa tal-operatur, rappreżentanti ta' għaqdiet non governattivi, li jagħmlu xogħol imprezzabbli u jżommu ċ-checks and balances lil kull min ikun fil-gvern, li kollha, flimkien ma' dan il-Kumitat, nagħtu s-suġġerimenti tagħna għal kwalunkwe policy, imma mbagħad sta għall-Gvern, li jkun qed jagħti d-direzzjoni politika, sabiex jiddeċiedi.", "Jista' ikun li l-Ministru jagħżel li ma jiddeċidix, però jien l-ewwel wieħed neħodha kontra bla qies jekk il-Ministru ma jkollux l-abbiltà li jerfa' r-responsabilità u jagħti direzzjoni lil dan il-pajjiż, anke fejn jidħol l-ambjent.", "Ċertament nemmen li hemm il-ħtieġa li nbiddlu ċerti direzzjonijiet li kellna f'pajjiżna, u allura nilqa' wkoll l-osservazzjoni li saret mill-Perit Scalpello li għandu jkun hemm reviżjoni għall-pjan, anke għax il-ħteġijiet jinbidlu.", "Hawn min jgħidlek li l-valur ma jinbidel qatt, però aħna nafu li l-valur jinbidel ukoll.", "Il-valur li konna nagħtu żmien ilu lill-ambjent żgur li mhuwiex tal-istess kalibru li qegħdin nagħtuh illum.", "Jekk inħarsu lejn l-element turistiku u naraw il-valur li konna nagħtu, pereżempju, lis-self catering apartments u l-intenzjoni ta' kif inġibu t-turisti, insibu li… Żgur li, meta qegħdin nitkellmu fuq turiżmu ta' kwalità, ma nistgħux nibqgħu bil-kwalità ta' policies li kellna għax b'hekk inkunu qegħdin inpoġġu fi żvnataġġ lil kullmin irid imur lejn luxury tourism.", "Jien ċert li kulħadd hawnhekk jaf bl-imbuttatura tiegħi biex f'pajjiżna jkollna designated areas għal camping sites biex ma jibqgħux bil-mentalità li wieħed jarma tinda jew jaqbad u jiddeċċiedi joħloq car park fejn imur bil-caravan jew camper van tiegħu, imma li jkun hemm post maħdum b'mod li jkollok bħal marina fuq l-art, b'rispett assolut lejn il-landscaping tal-post u l-abitat naturali.", "Għaldaqstant jien ilqajt b'sodisfazzjon dan ir-revised local plan, u l-ewwel ħaġa li għamilt kienet li rajt jekk l-abitat naturali huwiex se jkun rispettat b'dak li qed jiġi propost.", "Jien ninkwieta meta nisma' kummenti bħal li l-Gvern se jbiddel il-kundizzjonijiet tal-kuntratt, għax skont l-informazzjoni li għandi jien, il-kuntratt assolutament mhux se jinbidel.", "Li se jkun hemm huwa użu aħjar taż-żona in kwestjoni.", "Naturalment il-kelma \"aħjar\" hija suġġettiva għax se jkun hemm min jgħidlek li għalik huwa aħjar hekk, imma għal ħaddieħor mhuwiex.", "U huwa proprju fuq dak il-kejl li jien nixtieq li dan il-Kumitat jiffoka aktar; li jkollna żona li hija sostenibbli kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll minn dak ambjentali.", "Huwa inutli li nitkellmu fuq żona turistika mbagħad nagħmlu ħniżrija miż-żona.", "Għalija, li jkollok post li kważi kważi huwa dilapidat u nsejħulu verġni – li żgur li mhuwiex – huwa sfreġju, mhux biss ambjentali imma anke mil-lat ekonomiku.", "Qegħdin nitkellmu fuq art tagħna lkoll – biex nuża l-frażi li uża r-rappreżentant tal-Moviment Graffiti u li rrid ngħid li naqbel assolutament ma' dak li qal – li ħaddieħor qed jara kif jagħmel użu minnha, u mhux b'mod gratis, u li minn din l-art irridu nattiraw aktar nies lejn pajjiżna u rridu nagħmlu l-aqwa użu minnha biex trendi, mhux biss għall-but, imma anke għall-ambjent.", "U allura l-kriterji tal-policies għandhom ikollhom dawk il-prinċipji.", "Jien nixtieq li ma tiġix ripetuta l-istorja li ġrat f'Manoel Island, fiż-Żonqor, fil-Kottonera u f'White Rocks, u għalhekk jenħtieġ direzzjoni ċara mill-Gvern – f'dan ir-rigward anke mill-Ministru Aaron Farrugia li ma tantx jiddejjaq jieħu deċiżjonijiet, ibsien kemm huma ibsien – u nħares 'il quddiem biex nara li l-poplu li aħna nirrappreżentaw ikun qed jingħata xi ħaġa aqwa milli kellna, u meta ngħid \"aqwa\" ma jfissirx li ma nagħmlu xejn bl-art imma li naraw kif nutilizzawha bl-aħjar mod possibbli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, min-naħa tiegħi għandi żewġ mistoqsijiet, waħda għall-Ministru u l-oħra għall-Perit Scalpello.", "Ministru, fl-introduzzjoni tiegħek deherli li għedt – u kkoreġini jekk fhimtek ħażin – li l-kuntratt, jew il-konċessjoni, tal-2009 kienet tikkontempla użu lil hemm mit-turiżmu.", "Fhimtek tajjeb?", "KEVIN CUTAJAR: Dak ifisser użu residenzjali, jew innovitajiet li qegħdin jiġu ppreżentati llum fil-brief?", "Nixtieq li l-Ministru jurina fejn fil-kuntratt tal-2009 kien qed jiġi kkontemplat użu lil hemm mill-element turisitku.", "Issa ngħaddi għad-domanda li għandi lill-Perit Scalpello.", "Perit, inti għedt – jekk ma fhimtekx tajjeb ikkoreġini – li fil-brief tal-2008 kien diġà kkontemplat l-użu residenzjali.", "Xtaqtlek tispjegali minn fejn joħroġ dan, u jekk hu hekk xtaqtek tgħidli x'kien l-iskop li llum niġu hawn biex indaħħlu l-element residenzjali fil-brief tal-2020.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru sabiex, jekk jixtieq, jagħmel intervent għax, nerġa' ngħid, f'dan il-Kumitat il-Ministru jkun mistieden, mhuwiex Membru tiegħu.", "Jien naf li se jirrispondi, però qed ngħid dan biex l-affarijiet ikunu ċari u biex inkunu qed nimxu mar-regolamenti.", "ANTON REFALO (Ministru għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali): Sur President, xtaqt nistaqsi lill-uffiċjali tal-PA jekk f'dan il-proġett hijiex se tintmiss art agrikola.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden issa lill-Ministru sabiex jagħmel intervent qasir, imbagħad wara t-tekniċi jirrispondu għall-parti teknika tad-domandi.", "AARON FARRUGIA: Sur President, se nirrispondi b'mod konċiż ħafna l-mistoqsijiet li għamluli l-Onor.", "Le, il-kuntratt mhux se jinbidel, li se jinbidel huwa l-użu abbażi tal-kuntratt.", "Dak iż-żmien il-kuntratt kien jistipula…", "KEVIN CUTAJAR: Tista' taqrah, jekk jogħġbok?", "AARON FARRUGIA: M'għandix hawnhekk.", "KEVIN CUTAJAR: Imma hemm bżonn li taqrah għax jien qrajtu kollu l-kuntratt u…", "AARON FARRUGIA: Għadhom kif għaddewli kopja tiegħu u se naqra artiklu 21 li jgħid hekk:", "Dak hu l-artiklu li jagħti lok li wieħed ibiddel l-iskop tal-proġett.", "DAVID THAKE: Ministru, ippermettili nagħmillek domanda.", "Inkun qed ngħid sewwa jekk ngħid li meta l-Gvern jagħmel kuntratt fejn jgħid li huwa ppreparat li lill-operatur ibiddillu l-kundizzjonijiet, jagħżel li jagħmel hekk meta jkun jaqbel lill-Gvern?", "Ħalli nieħdu każ estrem.", "Pereżempju, il-Gvern ta konċessjoni ta' post, imma f'daqqa waħda jkollu bżonn jagħmel runway hemmhekk, jew il-bżonnijiet nazzjonali nbidlu u jkollu bżonn jagħmel power station.", "Jiġifieri l-Gvern mhux ibiddel il-kundizzjonijiet biex jaġevola lill-operatur imma biex jaġevola lill-poplu għax hu lill-poplu qed jirreppreżenta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "AARON FARRUGIA: Il-kuntratt jispeċifika b'mod ċar – u diġà qrajt x'jgħid – li wieħed kellu aċċess li jitlob li jinbidel totalment l-iskop tal-proġett.", "Jiġifieri l-iżviluppatur jista' jitlob li jinħall totalment mill-iskop turistiku u seta' jiġi jgħidilna li hemmhekk se jagħmlu kollu residenzjali.", "Din seta' jagħmilha għax fl-2009 ngħata l-opportunità li jagħmel dan.", "Xogħolna hu li naġevolaw l-ekonomija Maltija, naġevolaw lit-turizmu ta' kwalità, u naġevolaw aktar xogħol fil-pajjiż, u mhux lill-iżviluppatur.", "Nafu wkoll li l-operatur, maż-żmenijiet biddel il-proposta tiegħu, u aħna nifhmu dan għax iż-żmenijiet jinbidlu u d-demand and supply tourism jinbidel wkoll.", "Nerġa' nfakkar li fl-2009 ddaħħal artiklu fil-kuntratt li tgħid li wieħed seta' jinħall mit-turiżmu u jmur għal xi ħaġa…", "KEVIN CUTAJAR: Liema artiklu Ministru?", "AARON FARRUGIA: Artiklu 21 li għadni kemm qrajt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, qabel tintervjeni itlob il-permess għax l-affarijiet mhux hekk isiru, u anke għax dak li tkun qed tgħid ikun irid jiġi rrekordjat.", "Jekk titlob il-permess jien m'iniex se nirrifjuta li nagħtihulek.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, jien qed nitlob li l-Ministru jissustanzja dak li qed jgħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nerġa' ngħidlek li dan mhuwiex tribunal, imma jien xorta nagħti ċans lil dak li jkun sabiex jagħti spjegazzjoni.", "Però m'iniex se nippermetti aktar mistoqsijiet u risposti; se nagħtikom ċans sabiex tagħmlu l-aħħar intervent u nieqfu hemm.", "DAVID THAKE: Ministru, għall-korrettezza, l-artiklu li qed tiċċita inti jgħid hekk:", "Jiġifieri huwa ċar li mhux l-operatur għandu d-dritt li jbiddel, imma hija d-deċiżjoni tal-Gvern.", "AARON FARRUGIA: Iva, naqblu mija fil-mija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, trid tagħmel xi intervent?", "KEVIN CUTAJAR: Kif jispiċċa jirrispondi l-Ministru nixtieq nagħmillu domanda supplimentari li torbot fuq ir-risposta li se jagħtini.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk m'aħniex qegħdin tribunal fejn wieħed jistaqsi u l-ieħor jirrispondi.", "Onor. Cutajar, agħmel l-aħħar intervent tiegħek imbagħad il-Ministru jagħti l-feedback tiegħu, u togħġbok jew ma togħġbokx, dik tkun ir-risposta, imbagħad naslu għall-konklużjoni fl-aħħar.", "M'iniex se nibqa' nħalli aktar interruzzjonijiet.", "Agħmel l-aħħar intervent tiegħek u nieqfu hemm.", "KEVIN CUTAJAR: Ma nistax għax irrid nisma' r-risposta tiegħu l-ewwel!", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, bir-rispett kollu lejk, hawnhekk mhux qegħdin biex wieħed jagħmel il-mistoqsijiet u l-ieħor jirrispondi.", "Dan huwa kumitat tekniku.", "Tajtkom ċans u nibqa' nagħtikom ċans, imma issa se nesiġi li tagħmel l-aħħar intervent, jispjega l-Ministru, u hi x'inhi r-risposta nieqfu hemm.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, żomm il-kalma, jekk jogħġbok.", "Allavoja l-Ministru ma spiċċax jagħti r-risposta tiegħu, jien xorta se nagħmel il-mistoqsija tiegħi kif tajtni direzzjoni inti.", "Infakkar lill-Ministru li artiklu 19 ta' dak il-kuntratt jgħid li l-art hija għall-użu esklussiv turistiku.", "Allura kif issa jiġi l-Ministru hawnhekk u jgħidlna li mhux se jkun hemm bżonn ta' tibdil fil-kuntratt?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "AARON FARRUGIA: Sur President, ħa nkun telegrafiku apposta biex ma noqgħodx nirrepeti l-affarijiet.", "Il-kuntratt tal-2009 kien jagħti l-lok għall-bidla fl-użu, u l-Gvern illum ħass li biex ikollna turiżmu ta' kwalità hemm bżonn ikun hemm bidla minuri fl-użu, però bil-maġġoranza tal-proġett jibqa' wieħed turistiku u l-minoranza tal-proġett residenzjali.", "Tajjeb ngħidu, anke għal skop ta' ambjent, li l-footprint se tibqa' kif inhi, il-height limitations se jibqgħu kif inhuma, u allura l-proġett se jagħtina turiżmu ta' kwalità mingħajr ma nieħdu art verġni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nitlob issa lill-uffiċjali tal-PA sabiex jagħtu r-risposti għad-domandi li saru min-naħa teknika.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Il-pjan lokali tal-2006 u d-development brief tal-2008 ma jippermettux residential use u, fil-fatt, għalhekk qed issir il-bidla, biex permanent residential use jkun an acceptable use.", "Dwar l-art agrikola, nista' nqabbel dawn iż-żewġ pjanti li qegħdin taraw, jiġifieri l-policy map tal-2008, li ma kienet teffettwa l-ebda art agrikola, u l-masterplan li ġie approvat fi Frar tal-2013 li wkoll baqa' within the boundary of the committed land, jiġifieri mhux se tiġi mittiefsa art agrikola.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Niġu issa għall-konklużjoni ta' dan il-pjan.", "Jekk hemm xi rimarki li tridu tagħmlu, tistgħu tagħmluhom issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux mistoqsijiet, imma rimarki.", "KEVIN CUTAJAR: Agħtini ftit ċans, Sur President, għadni lanqas ftaħt ħalqi u lanqas taf x'se ngħid!", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur għax irrid nagħtik il-permess jien biex tiftaħ ħalqek.", "KEVIN CUTAJAR: Għandi permess nitkellem, Sur President?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien lil kulħadd nagħti permess.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, inti staqsejtna jekk għandniex rimarki!", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma rimarki mhux mistoqsijiet.", "KEVIN CUTAJAR: Jien mhux mistoqsija se nagħmel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nerġa' nitlob għar-rimarki, jekk hemm, qabel niġu għall-vot.", "KEVIN CUTAJAR: Nista' nitkellem, Sur President?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "KEVIN CUTAJAR: Kulma se nitlob hija sospensjoni qasira sakemm jien u l-Onor.", "Thake noħorġu barra niddiskutu l-pożizzjoni tagħna u nidħlu lura nivvutaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kollox sew, il-laqgħa hija sospiża għal ftit minuti.", "Fil-5:54 p.m. il-laqgħa ġiet sospiża u rriżumiet erba' minuti wara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Kumitat jista' jirriżumi, u se nistaqsi jekk hawnx xi rimarki qabel niġi biex inpoġġi l-mistoqsija fuq il-pjan.", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Sur President, xtaqt li r-rimarki li se nagħmel jiġu jkunu minuted, jekk jogħġbok.", "Nibda biex ngħid li l-Partit Nazzjonalista u l-Oppożizzjoni għandha simpatija kbira lejn l-operaturi turistiċi kollha, u partikolarment lejn Corinthia Group, u nirrikonoxxu…", "Skont l-iStanding Orders, tista' biss tikkjarifika u tgħid xi trid tibdel mill-policy, mill-bqija rimarki politiċi mhumiex permessi.", "DAVID THAKE: Jien m'iniex qed nitkellem b'mod politiku, imma qiegħed nispjega għalfejn għandna l-pożizzjoni…", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk mhawnx Partit Nazzjonalista jew Partit Laburista, imma Gvern u Oppożizzjoni.", "Jiġifieri jien ma nistax naċċetta kummenti bħal dawn.", "DAVID THAKE: Sur President, forsi inti ma kont qiegħed tisma', imma m'iniex l-ewwel wieħed li semmejt il-partit.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, smajt u ħallejtkom titkellmu, imma issa meta se ngħaddu għall-kummenti dwar il-vot, le.", "DAVID THAKE: Sur President, kumbinazzjoni, l-oġġezzjonijiet tiegħek huma kollha dwar kummenti li jsiru minn din in-naħa tal-mejda!", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, jien ħallejt lill-Ministru…", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Jien xtaqt nagħmel mistoqsija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, ħu paċenzja, ma tistax.", "DAVID THAKE: Jien nixtieq nagħmel xi rimarki.", "Diġà aħna qegħdin fil-minoranza…", "IĊ-CHAIRPERSON: Agħmel ir-rimarki, imma sib mod ieħor kif tgħidhom biex inkun nista' naċċettahom, aktar u aktar li dawn se jitniżżlu fil-Minuti u se jkunu uffiċjali.", "DAVID THAKE: Sur President, din in-naħa tal-mejda għandha simpatija kbira lejn l-operaturi kollha turistiċi f'pajjiżna.", "Quddiemna għandna kumpanija Maltija li tat kontribut kbir lejn l-ekonomija ta' pajjiża u lejn il-prodott turistiku ta' pajjiżna, u dan irrid nirrikonoxxih, però jenħtieġ li f'pajjiżna nieqfu nabbużaw min-natura tagħna.", "Pajjiżna jenħtieġ li ma jkomplix bil-politika li nbidlu u mmexxu l-goalposts, u allura din in-naħa tal-mejda ma taqbilx li jinbidlu l-kundizzjonijiet li bihom l-operatur kien ingħata dak il-kuntratt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-approvazzjoni tal-Partial Review of the 2006 North West Local Plan Policy NWGT1 u d-December 2008 Ħal Ferħ Development Brief.", "Il-Pjan u d-Development Brief ġew approvati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom u naġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li jiġu mħabbra aktar tard.", "Fis-6:03 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20201130_026d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU 26", "It-Tnejn, 30 ta' Novembru 2020.", "l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4:44 p.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, Chairman tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Anton Refalo (Ministru għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali); u l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll, u ħa sehem fid-diskussjoni, l-Onor.", "Aaron Farrugia (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar).", "L-Iskrivana tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 25, li saret fis-7 t'Ottubru 2020, ġew konfermati.", "86) U D-DECEMBER 2008 ĦAL FERĦ DEVELOPMENT BRIEF (Dok.", "Fil-bidu tal-laqgħa saret introduzzjoni mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-Onor.", "Aaron Farrugia, dwar il-partial local plan review u d-development brief.", "Wara, il-Perit Joseph Scalpello, uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar, ta preżentazzjoni dwar l-istess dokumenti (Dok.", "Ħadu sehem fid-diskussjoni s-Sur David Pisani mill-għaqda Żminijietna, is-Sur Andrè Callus mill-għaqda Graffiti, u s-Sur Simon Naudi, Kap Eżekuttiv ta' Corinthia Group.", "Fil-5:54 p.m. fuq talba tal-Onor.", "Kevin Cutajar, iċ-Chairman issospenda l-Kumitat sabiex il-Membri tal-Oppożizzjoni jkunu jistgħu jikkonsultaw bejniethom dwar il-pożizzjoni tagħhom rigward il-partial review u d-development brief.", "Meta l-Kumitat irriżuma fis-6:00 p.m., l-Onor.", "David Thake talab li jiġi nnutat li għalkemm l-Oppożizzjoni għandha simpatija kbira lejn l-operaturi kollha turistiċi f'pajjiżna u tirrikonoxxi li Corinthia Group taw kontribut kbir lejn l-ekonomija u l-prodott turistiku ta' pajjiżna, kien jenħtieġ li pajjiżna ma jkomplix bil-politika li jinbidlu l-goal posts, u allura ma kenitx qed taqbel li jinbidlu l-kundizzjonijiet li bihom l-operatur kien ingħata dak il-kuntratt oriġinarjament.", "Id-diskussjoni dwar dawn iż-żewġ dokumenti, f'dan l-istadju, intemmet u meta ċ-Chairman poġġa d-dokumenti, kif imressqa quddiem il-Kumitat, għall-vot, dawn għaddew, imma mhux b'mod unanimu.", "Fis-6:03 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20201130_026m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi", "Onor. Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet", "Onor. Joe Mizzi MP", "Laqgħa Nru 33", "It-Tlieta, 1 ta' Diċembru 2020, fit-3.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 1 ta' Diċembru 2020, fit-3.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 174 – Abbozz ta' Liġi tal-2020 li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja – Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.", "27 ta' Novembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201201_033a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 33", "It-Tlieta, 1 ta' Diċembru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 33", "It-Tlieta, 1 ta' Diċembru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 32 li saret fit-18 ta' Novembru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 403 tat-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Emenda tal-artikolu 14 tal-Att prinċipali.", "BYRON CAMILLERI (Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi): Sur President, permezz ta' din il klawsola qegħdin nemendaw l-artikolu 14 tal-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291, sabiex jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(2A) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (2), meta jkun ingħata jew ġie mwaħħal xi avviż kif provdut fis-subartikolu (2) u l-ewwel proviso tiegħu, tali avviż jista', minflok l-informazzjoni msemmija taħt is-subartikolu (2), ikun fih informazzjoni dwar kif wieħed jista' jaċċessa u jara dik l-informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi u l-perjodu li fih wieħed jista' hekk jaċċessa u jara tali informazzjoni:", "Iżda fejn wieħed ma jkunx jista' jaċċessa jew jara l-informazzjoni fil-perjodu indikat f'dak l-avviż, avviż li jkun fih l-informazzjoni msemmija taħt is-subartikolu (2) għandu jintbagħat bil-posta jew b'mezzi oħra kif provdut mil-liġi.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Byron Camilleri.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291\" għadda mill-Kumitat mingħajr emendi.", "Fit-3.35 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201201_033d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "AVVIŻ", "LAQGĦA NRU 18", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 2020 fl-4.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 2020 fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti;", "Il-Familja Maltija u l-Milied bil-COVID-19; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20201202_018a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 18", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 18", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.42 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 17 li saret nhar it-Tlieta, 7 ta' Lulju 2020, ġew konfermati.", "IL-FAMILJA MALTIJA U L-MILIED FIL-COVID-19", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Illum se niddiskutu l-familja Maltija u l-Milied u magħna għandna lill-Professur Charmaine Gauci, li f'isem il-Gvern, se tagħtina d-direzzjoni.", "Issa nitlob lill-Ispeaker tal-Kamra sabiex jagħmel l-introduzzjoni tiegħu għal din il-laqgħa.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Sur President, l-ewwel nett huwa unur tiegħi li qiegħed hawnhekk magħkom illum għaliex lill-Professur Charmaine Gauci ilni nafha s-snin, kważi ġirien aħna u onorat li qiegħda tagħmel ħafna xogħol għal dan il-pajjiż.", "Fil-fatt, kif ġieli niltaqa' mal-ġenituri tagħha, kulħadd b'kelma waħda u ċjoè li l-pajjiż kollu jħares lejk b'dik il-ħarsa li tagħtina kuraġġ.", "Illum il-Parlament huwa onorat aktar bil-preżenza tiegħek hawnhekk.", "Fil-fatt jien ħriġt mill-Kamra u tlabt lid-Deputy Speaker sabiex tippresjedi ftit ħalli nkun nista' niġi f'dan il-Kumitat magħkom, li kif qiegħda tara hawn l-Oppożizzjoni u l-Gvern flimkien sabiex jiddiskutu miegħek dan is-suġġett tant importanti.", "Il-familja Maltija dejjem kienet b'saħħitha u magħquda.", "U allura issa li qrobna lejn il-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena jkun tajjeb li dan il-Kumitat, wara li jisma' dak li se tgħidilna fuq il-prekawzjonijiet meħtieġa li rridu nieħdu minħabba l-Covid-19, ikun jista' jagħmillek il-mistoqsijiet tiegħu fuq dawk id-direttivi u l-linji gwida ħalli nkunu nistgħu ngawdu l-Milied filwaqt li nieħdu ħsieb xulxin.", "Il-ħajja trid tibqa' miexja imma rridu ngħarblu din il-pandemija ftit ftit, kif diġà għaddejna ħafna xhur minnha.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mr Speaker, nirringrazzjak talli ospitajtna hawnhekk u qiegħed tagħtina l-appoġġ tiegħek, anke f'dawn iż-żmenijiet diffiċli.", "Għal din il-laqgħa għandna lill-Onor.", "JeanClaude Micallef u lis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, li qegħdin jistennew ħerqana biex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Professur Gauci.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: F'isem il-Kap tal-Oppożizzjoni, f'isem il-kollega tiegħi l-Onor.", "Ivan Bartolo, f'ismi u f'isem l-Oppożizzjoni kollha nixtieq nirringrazzjak tax-xogħol kollu tiegħek.", "Nirringrazzja wkoll lilek Mr Speaker u lill-Onor.", "Anthony Agius Decelis, li lkoll flimkien qbilna biex inlaqqgħu dan il-Kumitat u niddiskutu dan is-suġġett.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li l-familji Maltin, għalkemm jisimgħuk, aħna bħala Deputati tal-Parlament, inżommu kuntatt kemm jista' jkun frekwenti - anke bħala Oppożizzjoni - miegħek u mal-uffiċjali tiegħek … Għaldaqstant nixtieq nirringrazzja lilek Profs., u lit-tim kollu tal-frontliners, tax-xogħol siewi li qegħdin twettqu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Ma naħsibx li għandna mezz ta' kif nistgħu nirringrazzjawk imma l-grazzi tagħna tiġi minn qalbna kollha kemm aħna d-Deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "U nwiegħdek minn issa, qabel ma naf x'se tgħid, l-appoġġ tal-Oppożizzjoni għal dak kollu li inti tħoss li għandu jsir f'pajjiżna, bħala Awtorità tas-Saħħa, għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Fil-fatt din kienet xi ħaġa li ddiskutejna bejnietna u kien hemm qbil unanimu li nistiednu persuna li qiegħda tagħmel daqshekk għall-pajjiżna.", "Issa nixtieq li tagħmlilna l-introduzzjoni tiegħek biex imbagħad wara l-Membri preżenti jkunu jistgħu jagħmlulek il-mistoqsijiet tagħhom.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI (Supritendent tas-Saħħa Pubblika): Sur President, l-ewwel nett ninsab onorata bil-preżenza tagħkom u tal-istedina li għamiltuli.", "Nista' ngħid li ħdimt mill-qrib ta' kull wieħed minnkom.", "Onorata wkoll għax inzertajt li f'dan iż-żmien tal-pandemija kont qiegħda f'din il-pożizzjoni ta' Supritendent tas-Saħħa Pubblika li, għalija, kienet sfida, però flimkien mat-team kollu li ngħaqad miegħi sabiex niġġieldu din il-pandemija, kemm min-naħa tas-Saħħa kif ukoll mill-entitajiet kollha l-oħra, kien hemm għan wieħed prinċipali u ċjoè li aħna dejjem ikollna s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi quddiem għajnejna.", "Dak kien id-drive tagħna 'l quddiem.", "Għalina l-akbar grazzi u l-akbar sodisfazzjon hu meta naraw nies li jkunu evitaw il-Covid-19 u meta naraw nies li jkunu daħlu l-ITU minħabba l-pandemija u jfiqu.", "Min-naħa l-oħra l-akbar dwejjaq tagħna huma l-imwiet.", "Jien għadni sal-lum kif jinformawni li miet xi ħadd jaqbduni dwejjaq kbar u dejjem nistaqsi jekk stajniex nevitaw dik il-mewta.", "Dak huwa l-messaġġ li nwassal lill-istaff tagħna; ejjew naraw x'se nagħmlu biex nevitaw dawn l-imwiet kollha.", "Bħalma rajna sa mill-bidu tagħna, din il-pandemija ħolqot dawn il-problemi kollha madwar id-dinja kollha, kemm fis-sistemi tas-saħħa kif ukoll fi kwalunkwe ħaġa oħra.", "Il-ħajja ta' kuljum ta' kulħadd inbidlet u kulħadd ġie affettwat minnha b'xi mod jew ieħor.", "Min-naħa tagħna ħdimna biex kemm jista' jkun inżommu n-numri baxxi.", "Fil-fatt, bħalma rajna fl-ewwel mewġa tal-pandemija, kellna numru ta' każijiet però dejjem żammejniehom baxxi kemm jista' jkun.", "Bħalissa, li qegħdin fit-tieni mewġa, qegħdin nimbottaw kemm nistgħu n-numri 'l isfel bl-għajnuna ta' kulħadd.", "Fil-fatt, jekk inħarsu bħalissa lejn is-seven day cumulative average, naraw li qed ikollna bejn wieħed u ieħor 120 każ ġdid kuljum.", "120 każ kuljum huwa numru sostanzjali però jagħtina kuraġġ ukoll meta tibda tara x'qed jiġri f'pajjżi oħra u tikkompara n-numri tagħhom man-numri ta' pajjiżna.", "Fil-fatt l-ECDC toħroġ dak li ngħidulu l-14 day cumulative number of cases per 100,000 population, u Malta tinsab fit-22 post meta tħares lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "U hawnhekk Malta għandha 331 cases per 100,000 population.", "Rigward l-imwiet, jekk tħares on average, bejn wieħed u ieħor qed ikollna 15-il persuna li tmut fil-ġimgħa, li wkoll huwa numru sostanzjali, però qegħdin naraw ukoll li pajjiżi oħrajn għandhom rati ħafna aktar għoljin minna.", "Fil-fatt pajjiżna jinsab fid-19-il post bħala mwiet.", "Kif diġà għedt li nnaqqsu l-imwiet huwa l-għan tagħna għaliex aħna naħdmu biex proprju nnaqqsu l-imwiet.", "Jekk tħares lejn l-istrateġija b'saħħitha tagħna tara li mill-bidu nett aħna bdejna nagħmlu t-testing.", "Insaħħu kemm jista' jkun it-testing ħalli nsibu dawk li jkunu pożittivi, tiżolahom u tagħmel il-contact tracing bil-kwarantina.", "Nafu li din kienet strateġija li ħadmet.", "Aħna għandna esperjenza b'mard ieħor li naħdmu fuqu, fejn nidentifikaw il-każijiet u nagħmlu l-contact tracing tagħhom u din l-istess strateġija ħadmet ukoll għall-COVID-19.", "Imbagħad magħha hemm il-mezzi ta' mitigazzjoni.", "Aħna konna bil-għaqal ħafna kemm nagħmlu miżuri ta' mitigazzjoni għax tipprova ma tagħmilx iżżejjed u tipprova tibbilanċja biex f'dan l-istadju, li taf li din kienet xi ħaġa li se tkun fit-tul ħafna, tagħmel dak li verament hemm bżonn biex tipprova tnaqqas in-numri.", "Dak li hu relatat ħafna ma' dan il-Kumitat huwa li l-familji qegħdin jiġu affettwati.", "Il-familji ġew affettwati b'diversi modi, kemm min-naħa ta' saħħa kif ukoll min-naħa ta' xogħol u edukazzjoni għax kellna żmien fejn it-tfal ma kenux qegħdin imorru l-iskola wkoll.", "Kellna wkoll nies li mhumiex jaħdmu u allura hemmhekk tara li l-familji kollha kellhom impatt qawwi minħabba din il-pandemija.", "Meta nħarsu lejn is-saħħa tal-persuna ma nħarsux lejn il-persuna li m'għandhiex biss il-mard imma nħarsu lejha b'mod ħolistiku.", "Inħarsu wkoll lejn dawk li ngħidulhom social determinants of health, jiġifieri li tara li l-persuna għandha edukazzjoni tajba, li għandha xogħol, li għandha fejn tgħix, li d-dar tagħha hija komda u li tkun qiegħda tippromwovi aktar il-benessere tal-persuna għax dawn huma kollha fatturi li jaffettwaw lis-saħħa tal-persuna.", "Il-fatt li hawnhekk ningħaqdu kollha flimkien, il-Ministeri u l-entitajiet kollha flimkien, huwa importanti ħafna għax is-saħħa tal-persuni tibbenefika minn kollox.", "Xi ħaġa li tirrigwardja l-familja hija li bħalissa l-ikbar trasmissjoni li qed jkollna hija fil-familji stess.", "Qed ikollna persuni li jkunu pożittivi u mbagħad iferrxuha mal-membri tal-istess dar.", "Dik hija xi ħaġa li qegħdin narawha u qed ikollha impatt fuq il-familja kollha għax ħafna drabi jispiċċaw jimirdu kollha.", "Nixtieq li minn hawnhekk nitlob lin-nies sabiex isaħħu aktar il-prevenzjoni fid-djar tagħhom stess, jiġifieri anke jekk m'hemmx mard xorta jridu jieħdu ħsieb tal-iġjene fid-dar tagħhom għax ħafna drabi, persuna meta tkun barra tieħu ħsieb li tilbes il-maskra u li tagħmel użu mis-sanitiser imma mbagħad ladarba tmur lura darha, ħafna drabi tillaxka u ma tagħtix kas.", "Għalhekk huwa importanti li noqogħdu attenti anke fid-djar tagħna stess, aktar u aktar jekk ikun hemm xi ħadd li huwa pożittiv.", "In-nies li ma jkollhomx bżonn jidħlu l-isptar qegħdin inħalluhom joqogħdu d-dar.", "L-ewwel nett huma se jkunu aktar komdi fi djarhom u rridu nifhmu wkoll li ma nistgħux nieħdu lil kulħadd l-isptar u dawk li m'għandhomx bżonn jidħlu l-isptar m'għandniex għalfejn inħalluhom hemm.", "Dan huwa konċett importanti ħafna u l-messaġġ li għandu jgħaddi lill-familji tagħna hu dak li kemm jista' jkun għandna nipproteġu lil xulxin fil-familja stess billi nimxu mal-mezzi ta' prevenzjoni fi djarna wkoll.", "Fil-familji għandna nies li qegħdin imorru l-iskola u hemmhekk ukoll imxejna tajjeb ħafna għax kellna l-mezzi ta' mitigazzjoni u li allura fortunatament s'issa ma rajniex dawk it-tifqigħat kbar li kienu qegħdin jaraw pajjiżi oħrajn fl-iskejjel tagħhom.", "Kellna xi każijiet fejn kien hemm staff tal-iskejjel li kienu ġew affettwati bħal kwalunkwe post tax-xogħol ieħor u kellna wkoll xi ftit każijiet żgħar fejn kien hemm trasmissjoni żgħira ħafna fl-iskejjel, liema trasmissjonijiet ma qabżux aktar minn tliet persuni, jiġifieri bejn it-tfal infushom, imma kienu kollha sforz għax l-iskejjel kienu qegħdin joqogħdu attenti għal dak li qed jiġri.", "Aħna għandna komunika kontinwa kemm mal-entitajiet li huma tal-Gvern, tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti.", "Dan il-kuntatt żammejnieh u bqajna noffru dawk is-servizzi lill-edukaturi.", "Nappella wkoll minn hawnhekk lill-ġenituri sabiex ikomplu bl-edukazzjoni ta' uliedhom għax din hija importanti.", "Aħna għamilna li stajna biex l-iskejjel jiftħu għax inħossu li ma nistgħux inħallu lit-tfal tagħna sena mingħajr skola.", "Dan huwa importanti ħafna.", "Hawnhekk irridu l-għajnuna tal-familji u rridu li l-ġenituri jikkolaboraw f'dan kollu għax huma wkoll għandhom responsabilità lejn it-tfal.", "U allura jekk pereżempju, tara lit-tfal ma jifilħux importanti li ma tibagħtuhomx l-iskola.", "Għandu jkun hemm ukoll is-sapport min-naħa tal-employers lejn il-ġenituri għax jekk għandek tfal żgħar ma tistax tħallihom id-dar waħedhom.", "Għalhekk din hija katina li lkoll kemm aħna rridu naħdmu flimkien.", "Nifhem li bħalissa jkun hawn numru akbar ta' persuni bi griżmejhom juġawhom jew li jkollhom id-deni minħabba viruses oħrajn u allura l-fatt li se jkun hemm aktar tfal barra mill-iskola minħabba dawn is-sintomi li jixbħu s-sintomi tal-COVID-19 … U hemmhekk ukoll ma rridux li t-tfal imorru l-iskola jekk ikunu ma jifilħux għax iferrxu dawn il-viruses fl-iskejjel.", "Din hija xi ħaġa li tgħallimnieha u j'alla nibqgħu nagħmlu kif qed nagħmlu bħalissa anke wara li tiġi kkontrollata l-pandemija ħalli b'hekk nevitaw l-infezzjonijiet li s-soltu konna dejjem naraw fl-iskejjel.", "Għandna wkoll l-aspett tal-ġenituri u tal-membri tal-familja li qegħdin ikunu fuq il-post tax-xogħol, fejn dan ukoll se jkollu impatt kbir fuq il-familji tagħna.", "Għalhekk minn hawnhekk nappellaw lill-employers sabiex jagħtu kemm jistgħu s-sapport tagħhom.", "Aħna nagħmlu appell ukoll lill-employers sabiex jekk jistgħu jħallu lin-nies jaħdmu mid-dar, allura jħalluhom għax b'hekk innaqqsu ħafna aktar mir-riskju li n-nies jimirdu jew li jmorru fi kwarantina għax ikunu esposti għal xi ħadd pożittiv.", "Dawn kollha huma affarijiet li jħallu effett.", "Aspett ieħor tal-familja huwa li fil-familji għandna wkoll l-anzjani.", "Għandna familji li għandhom l-anzjani li qegħdin jgħixu fil-komunità; kemm jgħixu magħhom fl-istess dar jew inkella fi djar oħra.", "U għalhekk importanti li nipproteġuhom.", "Issa nipproteġuhom billi ngħinuhom f'dak kollu li għandhom bżonn, speċjalment biex ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jmorru f'postijiet fejn jistgħu jiltaqgħu ma' ħafna nies oħrajn u li allura jistgħu jiġu esposti għal dan il-mikrobu.", "Nafu wkoll li hemm diversi familji li għandhom l-anzjani tagħhom li qegħdin fid-djar tal-anzjani.", "Sfortunatament, kellna numru ta' tifqigħat fid-djar tal-anzjani u li tagħmel kemm tagħmel dejjem se jseħħu dawn l-affarijiet!", "Aħna evitajna kemm stajna u ħdimna mal-Ministeru responsabbli mill-anzjani biex isiru dawk il-mezzi ta' mitigazzjoni fid-djar tal-anzjani li jiġu ttestjati però, sfortunatament, kien hemm diversi tifqigħat u għadhom għaddejjin bħalissa.", "U rridu nagħtuhom il-focus tagħna għax nafu li, sfortunatament, kien hemm numru ta' anzjani li ġew affettwati u li tilfu ħajjithom ukoll!", "Nafu li kull familja kellha u nifhem id-dulur li jkollhom il-qraba li ma jistgħux iħaddnu magħhom lill-għeżież tagħhom li qegħdin fid-djar tal-anzjani għax minn mindu rajna li r-rati bdew telgħin mill-ewwel waqqafna lill-qraba milli jmorru jżuru lil nieshom li qegħdin f'dawn id-djar.", "Fil-fatt setgħu jarawhom biss minn wara l-perspex.", "Din hija sitwazzjoni li hija ta' dieqa għal kulħadd, però rridu nifhmu li dan qegħdin nagħmluh sabiex nipproteġuhom u dik it-tgħannieqa li qegħdin nitilfu bħalissa, ladarba jkollna din is-sitwazzjoni taħt kontroll, inkunu nistgħu verament ingawduhom u ngħannquhom magħna.", "Il-fatt li qegħdin noqorbu lejn il-Milied huwa aspett importanti ħafna għax aħna tradizzjonalment Mediterranji u niċċelebraw il-Milied bħal ħafna.", "Is-sena kollha nħobbu niltaqgħu bħala familji kbar, u ħafna drabi meta niltaqgħu nagħmlu xi ikla flimkien u nistiednu n-nies għand xulxin, però rridu nifhmu li dan huwa Milied differenti minn kif konna niċċelebrawh qabel.", "Huwa importanti ħafna li nipproteġu lil xulxin u dan il-Milied irridu nagħmlu affarijiet differenti mis-soltu biex dan li-Milied jibqa' safe.", "Niftakru kif qattajna l-Għid, il-Mother's Day u l-Father's Day, fejn bqajna taħt kontroll u ma konniex qegħdin niltaqgħu ma' xulxin għax konna nafu li għaddejjin minn din il-pandemija.", "Forsi dak iż-żmien in-nies fehmuha aktar għax meta kellna l-ewwel fażi kienet xi ħaġa ġdida imma issa forsi qiegħda tkun aktar diffiċli għax issa daħlet dik li ngħidulha l-pandemic fatigue.", "In-nies ikunu xebgħu mill-miżuri, jibdew jgħejjew u jkun ilhom żmien twil ma jiltaqgħu mal-ġenituri anzjani tagħhom!", "U allura jibdew jgħidu allura għall-Milied ma nistax nistieden lil xi ħadd anzjan id-dar tiegħi li ilni ma narah?", "Jekk se jkollok persuna qrib tiegħek se tkun problema, speċjalment jekk se tistedinha għall-ikel għax hemmhekk lanqas tista' tuża mezzi ta' mitigazzjoni.", "Jekk stidint persuna f'post ġewwa, magħluq, b'distanzi qrib ta' xulxin u jekk se tieklu lanqas maskla ma tistgħu tilbsu, mela hemmhekk se tkun qed tesponi lil dik il-persuna għar-riskju, li f'din il-fażi tal-pandemija ma nistgħux naffordjawha.", "Il-messaġġ tagħna hu li għandna nsibu metodi alternattivi ta' kif nistgħu niltaqgħu ma' dawn in-nies li forsi ilna ma niltaqgħu magħhom biex imbagħad ladarba nkunu nistgħu niltaqgħu fiżikament inkunu nistgħu nsibu lil xulxin u ma nkunux marradna lil xulxin.", "Il-COVID-19 ħolqitilna problema għax ikollok nies li jkunu infettivi anke jekk ma jkollhomx sintomi u allura dik hija waħda mill-ikbar problemi li għandna.", "Jekk għandek is-sintomi forsi tgħid li ma tiflaħx u allura ma toħroġx imma jekk ma jkollok l-ebda sintomi u tkun pożittiv bil-COVID-19, inti tista' tgħaddiha lil ħaddieħor għax ma tkunx taf li inti pożittiv.", "Ma nistgħux noqogħdu nagħmlu t-test kuljum biex naraw jekk aħniex pożittivi jew le!", "U allura dan huwa messaġġ li qegħdin nagħmlu anke fil-kampanja li qed nipprepraw għall-Milied u ċjoè li l-Milied inqattgħuh mal-household tagħna.", "Qed ikollna ħafna nies li jċemplulna b'ħafna ideat sbieħ, fejn pereżempju qegħdin jippreparaw l-ikel għal ommhom, jeħduhulha d-dar u jħalluhulha wara l-bieb.", "Imbagħad permezz ta' komunikazzjoni elettronika jkunu xorta qegħdin jiltaqgħu u jieklu flimkien b'mod virtwali.", "Nifhem li dan mhux l-istess bħal meta tiltaqa' fiżikament però dan huwa l-aħjar mod ta' kif nistgħu nkunu qegħdin ingawdu lil xulxin mingħajr ma nesponu lil ħaddieħor għar-riskju.", "Nappella wkoll liż-żgħażagħ għaliex nifhem li ż-żgħażagħ forsi jkunu għaddew sajf diffiċli u għalhekk issa jkunu ħerqanin biex igawdu l-Milied ma' sħabhom.", "Imma huwa importanti li nevitaw il-parties għax hemmhekk għandek aktar nies li qegħdin jiltaqgħu ma' xulxin.", "Ovvjament bħalissa dawn il-parties ma jistgħux isiru però nafu li jkun hemm min ikun qed jorganizza parties fid-dar tiegħu stess.", "Dan huwa ta' riskju għax hemmhekk se tkun qed tesponi lil numru ta' persuni għal riskju.", "Minbarra dan se jkollok persuni li jikkonsmaw l-alkoħol hemmhekk u allura se żżid aktar ir-riskju għax meta persuna tixrob l-alkoħol il-mezzi ta' prevenzjoni ma jibqgħux taħt kontroll u allura se jkollok persuni li jkunu qegħdin jesponu aktar lil ħaddieħor.", "Għalhekk nappella liż-żgħażagħ għax iż-żgħażagħ għandhom in-nanniet tagħhom li jistgħu jgħadduhielhom u lill-membri l-oħra fil-familja tagħhom.", "Nappella wkoll lill-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol, fejn hemmhekk qed ikun hemm ħafna ideat tajbin fuq l-istaff parties u l-ikliet li normalment jiġu organizzati f'dawn iż-żmenijiet.", "Fil-fatt qed naraw ukoll is-social responsibility tal-employers fejn il-flus li s-soltu jonfqu f'parties qegħdin jagħmluhom offerta għal dawk in-nies li verament għandhom bżonn.", "Dan huwa ġest sabiħ ħafna u naħseb li kemm l-employers kif ukoll l-impjegati kollha jistgħu jgħidu li dan se jkun Milied differenti minn dawk li konna mdorrijin bihom s'issa imma nemmen li din hija opportunità biex immorru aktar 'il bogħod mill-affarijiet materjalistiċi li forsi maż-żmien żviluppaw fil-Milied u b'hekk inkunu nistgħu verament ingawdu aktar il-veru sens tal-Milied.", "IĊ-CHAIRPERSON: Profs. nirringrazzjak.", "Preżentazzjoni interessanti ħafna u ma tixba' qatt tisimgħek.", "Issa se nagħti l-kelma lid-Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Daivd Agius u mbagħad wara ngħaddi l-kelma lis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "DAVID AGIUS: L-ewwel nett nixtieq nerġa' ngħidlek grazzi u napprezza ħafna l-ħin li tajtna.", "Jien se nipprova nistaqsik il-mistoqsijiet li kieku qegħdin id-dar tiegħi kienu se jistaqsuk it-tfal tiegħi.", "It-tfal jistaqsuni jekk din it-trend li qegħdin fiha, u allura issa li ġej il-Milied, se nieħdu l-miżuri u nibqgħu għaddejjin bihom biex it-trend tkompli nieżla jew inkella għax qed naraw li t-trend tista' tiżdied?", "Semmejtilna 15-il mewt kull ġimgħa, li huma sostanzjali, u semmejtilna wkoll 120 każ pożittiv kuljum fl-aħħar sebat ijiem.", "Barra dawn qed nifhem li għandna wkoll numru ieħor ta' pazjenti fl-ITU.", "X'qed naraw li se jkun il-forecast?", "Issa inti qiegħda tgħidilna sabiex nibqgħu fl-istess family unit imma l-family unit huwa jien, il-mara u ż-żewġt itfal biss?", "Jekk jiġu l-kuġini d-dar dawk jaqgħu taħt dak il-family unit?", "Jekk stedint lill-kollega tiegħi tal-partit tiegħi biex jiekol magħna, hemmhekk tlaqt mill-family unit?", "Ħafna nies qegħdin jaħsbu biex jagħmlu attività għall-Milied f'xi farmhouse jew f'xi lukanda.", "Hemmhekk dik xorta tibqa' family unit jew inkella la mort f'farmhouse qisek ksirt ir-regoli għax hemm nies oħrajn?", "Xi ħaġa oħra li jistaqsuni n-nies u l-ġenituri hija din; jekk jien bgħatt lit-tifla tiegħi l-iskola u xi ħadd fl-iskola nstab pożittiv, ħafna drabi qegħdin jibagħtu lit-tfal ta' dik il-klassi d-dar.", "Imma mbagħad il-ġenituri ta' dawk it-tfal iridu joqogħdu huma wkoll kwarantina?", "Jekk jien ġenitur ta' tifel li qagħad sew u mhuwiex pożittiv u aħna negattivi wkoll, hemmhekk xorta aħna rridu noqogħdu ħmistax kwarantina?", "Ovvjament jekk ikollok xi ħadd li huwa self employed se jbati u qed ibatu ħafna dawn il-familji għax ifisser li se jagħmel ħmistax ma joħroġx u ma jistax imur fuq il-post tax-xogħol tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Mela fuq il-forecast sa mill-bidu aħna konna qegħdin inħarsu lejn mudelli li jkunu qegħdin joħorġu ta' x'jista' jiġri u dawn jiġu updated dejjem skont iċ-ċirkostanzi ta' kif ikunu dak iż-żmien.", "Bħalissa l-aktar mudelli ħarġu mill-ECDC u mill-IHME.", "Fil-fatt il-predictions ta' modelling huma li f'dawn il-ġimgħat li ġejjin, f'kull pajjiż fl-Ewropa, se jibqgħu jaraw ċerta żieda u allura li rridu nagħmlu hu li nkomplu għaddejjin bil-mezzi ta' prevenzjoni u bil-mezzi ta' mitigazzjoni aktar b'saħħithom biex kemm jista' jkun din iż-żieda ma tkunx waħda qawwija ħafna.", "Nafu li se niżdiedu però, għallinqas, iż-żieda tipprova tnaqqasha kemm tista'.", "La għadna fil-fażi fejn il-vaċċin … Illum kellna aħbar tajba li l-awtoritajiet regolatorji Ingliżi approvaw il-vaċċin u se jibdew ilaqqmu lin-nies.", "Issa aħna qegħdin nistennew x'se joħroġ mill-awtorità regolatorja tal-mediċini, l-EMA, il-European Medicines Agency, biex ladarba tiġi liċenzjata Malta tibda tibbenefika minn dak il-joint procurement li għandna u jibda jkollna l-vaċċin.", "DAVID AGIUS: Imma qed nifhem li l-vaċċin mhux se jasal sa żmien il-Milied hux hekk?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Żgur li le.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri rridu nieħdu l-prekawzjonijiet sa żmien il-Milied żgur.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Anke aktar.", "Nifhmu li ladarba l-vaċċin jiġi liċenzjat jibdew joħorġu d-dożi għall-popolazzjoni però irridu nifhmu li dawn il-manifatturi jridu jagħmlu biżżejjed dożi għan-nies tad-dinja kollha!", "Ovvjament nafu li mhux se jkun hemm at day one biżżejjed għad-dinja kollha u allura kull pajjiż se jkollu allokazzjonijiet ta' vaċċini kultant żmien.", "Aktar kmieni llum konna f'komunika ma' pajjiżi Ewropej oħrajn biex naraw kif huma qegħdin jagħmlu l-pjanijiet tagħhom u ddiskutejna xjentifikament flimkien.", "U hemmhekk kulħadd jibda jagħmel il-prijoritizzazzjoni dwar lil min se jlaqqam l-ewwel.", "L-għan prinċipali bħalissa huwa li nevitaw l-imwiet u allura l-ewwel li se tolqot huma dawk in-nies li l-aktar li se jkollhom problemi u li jistgħu jmutu.", "U rridu nipproteġu wkoll lill-frontliners.", "Imbagħad eventwlament, ġimgħa ġimgħa jitlaqqam kulħadd, imma sakemm aħna naraw li jkollna l-popolazzjoni mlaqqma u jkollna biżżejjed protezzjoni fil-popolazzjonni tagħna, irridu nibqgħu nipprevjenu bil-mezzi ta' prevenzjoni li għandna bħalissa.", "L-istrateġija kollha li għandna bħalissa trid tibqa' għaddejja biex inkomplu nikkontrollaw is-sitwazjzoni sakemm ikollna n-nies protetti.", "DAVID AGIUS: Qiegħed nifhmek sew li ż-żieda li rajna fl-aħħar ġranet mhux se tonqos imma qed nibżgħu li tista' tiżdied bħalma ġralhom pajjiżi oħrajn?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Eżattament.", "Il-previżjoni hi li jkollna żieda imma inti tipprova tagħmel li tista' biex iż-żieda ma tkunx waħda qawwija ħafna.", "Dan jiddependi ħafna fuq kemm in-nies ikunu qegħdin isegwu dawn il-miżuri ta' prevenzjoni għax, bħalma nafu, jekk se jibda jkollok nies li jiltaqgħu f'parties flimkien se jerġgħu jiżdiedu aktar in-numri u l-konsegwenzi se jkunu f'numri akbar ta' nies pożittivi, numri akbar ta' nies li jidħlu l-isptar bil-konsewgwenza li jkollna impatt u stress akbar fuq l-isptarijiet, b'aktar nies fl-ITU u b'aktar nies li jistgħu jmutu.", "DAVID AGIUS: Fil-fatt semmejtlek l-ITU wkoll.", "Kemm għandna pazjenti bħalissa fl-ITU?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Bħalissa għandna 18.", "DAVID AGIUS: Bħala pajjiż għal kemm persuni fl-ITU aħna ppreparati?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Aħna ppreparati għal 39 sodda bil-healthcare workers b'kollox però nistgħu ntellgħu għal surge capacity ta' aktar minn 100 sodda.", "Bħalissa qegħdin ippreparati għal 39 sodda imma rridu niftakru li kull sodda għandha training għaddej għall-healthcare workers biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-pazjenti li jkunu qegħdin f'dawk is-sodod.", "Is-sodod u l-ventilators faċli ġġibhom imma mbagħad trid in-nies imħarrġin biex jieħdu ħsiebhom u dawk iridu jiġu permezz ta' training li aħna għandna għaddej il-ħin kollu.", "Dak huwa aspett wieħed importanti.", "Semmejt ukoll il-familji.", "In-nies li qegħdin ngħixu magħhom huma l-household tagħna, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq dawk in-nies li jgħixu fl-istess dar.", "Jekk se tistieden lill-kuġini tiegħek, il-virus mhux se jagħmel differenza bejn il-kuġini jew persuna oħra.", "Mela jekk stedint lill-kuġin tiegħek, li mhuwiex parti mill-household tiegħek u ovvjament is-soltu ma tiltaqax miegħu, jekk dan huwa pożittiv u ma jafx, faċli ħafna li se jinfetta lilek.", "Għalhekk irridu nibqgħu fil-bubble tagħna.", "DAVID AGIUS: Jien li għandi f'moħħi hu li pereżempju, għandi zija li tgħix waħedha u li għall-Milied ngħidilha tiġi tikol magħna.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Dak huwa riskjuż għax din iz-zija, li probabilment tgħix waħedha u ilha tipproteġi lilha nnifisha, u aħna li s-soltu noħorġu u jkollna kuntatt ma' persuni oħra, nistgħu nkunu infettati u ngħadduha lil din iz-zija.", "Dan il-Milied l-aħjar lil din iz-zija neħdulha l-ikel wara l-bieb tagħha.", "L-aħjar ġest li nistgħu nagħmlu hu li nżommu kuntatt regolari ma' dawn in-nies għax li tistendinhom darba se tiġi u tgħaddi imma li żżomm kuntatt regolari permezz ta' telefonata … Illum għandek anzjani li jafu jużaw it-teknoloġija u allura jekk nagħmlu kuntatt magħhom b'dan il-mod kuljum, dak l-isforz se jkun aktar ta' benefiċċju għal dik il-persuna milli kieku stedinnieha d-dar tagħna darba biss.", "L-istess ħaġa fuq dawk in-nies li qegħdin jikru xi farmhouse; jekk se tmur fil-bubble tiegħek li s-soltu tkun magħhom mod imma jekk se tiltaqa' ma' familji li s-soltu ma tkunux magħhom, hemmhekk se tkunu qegħdin tesponu ruħkom għal riskju akbar.", "Niftakru li jekk persuna għandha l-virus u se tiltaqa' ma' persuni oħra hemm ċans kbir li din se tgħaddi dak il-virus lil ħaddieħor.", "Ir-rata ta' trasmissjonni f'Malta żammejnieha kemm jista' jkun stabbli.", "U peress li ilna f'din l-istabilità għal dawn l-aħħar ġimgħat anke l-R factor niżel, però xorta għandna l-każijiet fil-komunità.", "Għandna każijiet li nafu bihom imma hemm każijiet oħra li ma nafux bihom għax kif għedna għandek persuni li jkunu asymptomatic u probabilment ma jmorrux jagħmlu t-testijiet.", "Mela dawn se jkun aktar faċli li tiltaqa' magħhom u la jkunu fi grupp jispiċċaw jinfettaw lil dan il-grupp kollu!", "L-aħħar punt li semmejt huwa tal-iskejjel.", "Din hija importanti wkoll u bħalma għedna ġieli jkollna każijiet fl-iskejjel.", "Fl-iskejjel jista' jkollok xi ħadd mill-istaff jew inkella xi student li jirriżulta pożittiv.", "Niftakru li fit-tfal mhijiex daqshekk komuni u fil-fatt tfal taħt il-ħames snin kellna 2% mill-każijiet u taħt is-16-il sena kellna 5% mill-każijiet.", "Tfal li daħlu l-isptar mill-bidu nett kellna 14.", "Nafu li t-tfal, ladarba jkunu b'saħħithom, ma taffettwahomx daqskemm taffettwa lill-adulti.", "Meta jkollna xi tifel pożittiv fi klassi li nagħmlu hu li nagħmlu risk assessment.", "Aħna għandna liaison officers f'kull skola li ġew identifikati u mħarrġa apposta.", "Nagħmlu komunika mal-liaison officers u flimkien nagħmlu assessment ta' fejn it-tifel kien bilqiegħda fil-klassi biex naraw x'distanzi nżammu, naraw x'għamel fil-break u ma' min kien fuq il-bus.", "Jiġifieri nagħmlu assessment tal-ħin kollu tat-tifel jew tat-tifla u min kienu li setgħu ġew esposti.", "DAVID AGIUS: Ta' dak it-tifel li kien positive.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Iva, ta' dik il-persuna li kienet positive.", "Dawk li aħna nagħmlu assessmemnt tagħhom u naraw li kienu close contact ma' dak it-tifel ikollhom joqogħodu fi kwarantina.", "DAVID AGIUS: Imbagħad il-ġenituri tagħhom iridu joqogħdu wkoll?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Iva, il-kumplament tal-household ta' dak it-tifel jew tifla jridu joqogħdu kwarantina wkoll.", "DAVID AGIUS: Jidħlu kwarantina u mbagħad jagħmlu l-iswab test u jkunu negative.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Jagħmlu test ħamest ijiem wara l-exposure u jekk joħorġu negative xorta waħda jridu joqogħdu fi kwarantina għar-raġuni li meta għandek exposure, il-perjodu tal-inkubazzjoni tal-virus huwa ta' 14-il-ġurnata.", "Għalhekk f'dak il-perjodu aħna rridu li ma jkunx hemm kuntatt ma' persuni oħra u għalhekk iridu jibqgħu kollha fi kwarantina.", "Imma għandna wkoll xenarju ieħor.", "Jekk għandek tifel li nafu li llum ġie espost u qbadna dan il-każ illum u nafu li għandna tfal li ġew esposti għalih, immedjatament jekk ikun hemm xi ħadd mill-ġenituri li jrid joħroġ mill-kwarantina dik il-ġurnata stess, jekk dan isib post alternattiv fejn jista' jmur jgħix, hemmhekk jista' ma jibqax fi kwarantina.", "Basta li din issir immedjatament meta kien hemm l-exposure.", "Din tajba ħafna għal min huwa self employed.", "Jekk ikun jista' jaffordja li jmur xi mkien ieħor mill-bidu nett …", "DAVID AGIUS: Meta tgħid mill-bidu, jiġifieri jekk dalgħodu t-tifel instab pożittiv u nitlaq dakinhar stess?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: U l-contact tiegħu ġie identifikat illum, dakinhar stess il-persuna tista' tmur tgħix x'imkien ieħor.", "DAVID AGIUS: Qegħdin jiġu informati l-ġenituri?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Iva, ninformawhom b'din l-option jekk ikun inqabad fil-bidu għax ġieli jkun hemm min ma nqabadx mill-bidu u jista' jkun li laħaq għaddew numru ta' ġranet ta' exposure.", "Ovvjament f'dak il-każ ma jkunx jista' joħroġ minn dik il-household biex imur joqgħod x'imkien ieħor.", "DAVID AGIUS: Profs. qed ngħidlek hekk għax jista' jkun li dak li jkun ma jkollux dħul ieħor.", "Il-Gvern qiegħed jagħmel tajjeb li jagħtik ammont ta' flus imma safejn naf jien, jekk inti self employed ma tingħata l-ebda għajnuna jekk tkun qiegħed kwarantina.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm diversi skemi li s-self employed ikun aħjar li jitkellmu fuqhom jekk qed jgħaddu minn din il-problema.", "DAVID AGIUS: Nistgħu nitkellmuha din.", "F'moħħi qiegħed jiġini mastrudaxxa.", "Jekk it-tifel tiegħu dan ġie f'kuntatt ma' tifel ieħor pożittiv u allura kellu joqgħod fi kwarantina, mela hu wkoll flimkien mal-mara jridu joqogħodu fi kwarantina.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Tista' tiġrilek aktar minn darba, speċjalment dawk li jkollhom aktar minn tifel wieħed.", "Issa mhux bilfors tort ta' xi ħadd għax jista' ikollok tifel pożittiv imma bla sintomi, kif ġieli kellna.", "Imma nappella lill-ġenituri biex jekk it-tfal ikollhom l-inqas sintomu ma jibagħtuhomx l-iskola għax il-konsegwenzi jkunu kbar ħafna.", "DAVID AGIUS: Ħalli niċċarawha ftit din; jekk il-ġenituri jagħmlu t-test u joħorġu negative, xorta waħda jridu joqogħdu fi kwarantina sa 14-il ġurnata għax il-mikrobu jista' jkun moħbi ġo fihom.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Minħabba l-incubation period trid tibqa' tistenna 14-il ġurnata u ladarba ma toħroġx pożittiv wara 14-il ġurnata tkun moħħok mistrieħ li ma kellekx exposure biżżejjed biex timrad.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Gauci, nixtieq l-ewwel nett nirringrazzjak, aktar milli għat-tweġibiet tiegħek, nixtieq nirringrazzjak għall-ħidma li tagħmel inti u t-tim tiegħek għax wera biċ-ċar li din kienet xi ħaġa li ma konniex ippreparati għaliha imma intom, irnexxilkom mhux biss ixxamru l-kmiem imma ddedikajtu ħajjitkom għalina!", "U ta' dan aħna obbligati lejn kull perusna li taħdem fis-settur tas-saħħa.", "Grazzi wkoll tal-mod ta' kif indirizzajt din is-sitwazzjoni, li ma rajthiex biss mil-lenti ta' xjentista imma tajtha wkoll daqqa umanitarja.", "Ċertament li n-nies jibqgħu jiftakru l-bulettini tiegħek ta' wara n-nofsinhar.", "Dak il-ħin jien imdorri nkun ix-xogħol però żgur li inti kellek aktar stress minni wara nofsinhar.", "Imma żgur li kien ta' serħan il-moħħ għal kull wieħed u waħda minna meta konna nisimgħuk tagħtina mhux biss direzzjoni imma anke serħan il-moħħ.", "Min-naħa tiegħi għandi diversi mistoqsijiet u se nkompli ma' dak li semma l-Onor.", "David Agius, li ċertament huma mistoqsijiet li ħafna nies hemm barra qegħdin jistaqsu.", "Inti semmejt li aħna ninsabu fit-22 post fl-Unjoni Ewropea fejn tidħol trasmissjoni u infezzjonijiet imma min-naħa l-oħra, f'dak li għandu x'jaqsam mal-imwiet qegħdin fid-19-il post per capita li, kif nafu, f'dak ir-rigward pajjiżi żgħar jiġu qishom fi żvantaġġ statistiku imma huwa wkoll logħob bin-numri.", "Ħaġa li dejqitni ħafna, qabel xejn bħala ċittadin aktar milli bħala Membru Parlamentari, hija li kellek aspetti tal-media li bdew jutilizzaw din il-pandemija sabiex jiskorjaw xi punti politiċi jew jagħtu laqtiet oħra.", "U hawnhekk nerġa' ngħidlek prosit talli rnexxielek tibqa' 'il bogħod minn any political turbulance u bqajt dejjem iffokata fuq xogħlok.", "Il-media nifhem biċ-ċar l-importanza tas-sensazzjonaliżmu, il-kunċett tal-clickbaits, eċċ., però nixtieqek tagħtina stampa ċara ta' Malta kif inhi fil-konfront ta' pajjiżi oħrajn, mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-istatistika għax dik diġà kellimtna fuqha waqt l-ispjegazzjoni tiegħek imma dwar jekk stajniex evitajna.", "Ċertament li r-risposta hija le, ma stajniex nevitawha, però nixtieq risposta mingħandek fuq kif ikkontrollajna s-sitwazzjoni, x'nistgħu nagħmlu aħjar minn dak li diġà għamilna fl-ewwel stadju u jekk wieħed qed jara li qegħdin noqorbu għal stadji oħrajn, nistgħux nibdew nippreparaw għalihom.", "Rigward il-contact tracing kien hawn setturi fis-soċjetà tagħna li bdew jgħidu li ma bdewx ikunu kkuntattjati fil-ħin u kellek persuni li jkunu ġew informati mod imma mbagħad jerġgħu jinformawhom li r-riżultat tagħhom ma kienx ċar u li allura jridu jerġgħu jiċċekkjaw.", "Xtaqtek titfa' dawl aħjar fuq l-operat ta' dak li għandu x'jaqsam mal- contact tracing.", "Jekk – se nkun skjett – we missed the plot u morniex haywire f'xi sitwazzjoni għax meta taqra ċerti rapporti tibda taħseb li hekk ġara!", "Jew inkella għandniex l-affarijiet taħt kontroll u fejn kien hemm bżonn fine tuning dan sar jew inkella minħabba kwestjonijiet ta' riżorsi umani ma stajniex nagħmlu aktar milli għamilna.", "Fil-mument hawn ċerta rabja mill-operaturi tal-bars għaliex dawn ma jistgħux jiftħu imma mbagħad min għandu ristorant jista' jibqa' jopera taħt ċerti restrizzjonijiet imma baqa' jaqla' l-ħobżna ta' kuljum trankwillament.", "Għalhekk xtaqt nisma' mingħandek ir-risposta tiegħek għall-mistoqsija li dejjem wieħed jagħmel u ċjoè kif il-virus qiegħed għall-bars imma mhux għar-ristoranti.", "Naturalment inti tista' tagħtina l-aħjar risposta għal din il-mistoqsija.", "Issa ħa ndur għall-isports.", "Personalment l-isports mhux biss huwa importanti imma nixtieq nara li pajjiżna jibda verament jieħu l-isports bis-serjetà.", "Għandna industrija sportiva li s'issa m'aħniex qegħdin nisfruttawha u bil-mod ta' kif ġie indirizzat l-isports waqt din il-pandemija kellek lil min, għal raġuni jew oħra, beda jħossu minsi jew li beda jħoss li ma kienx qiegħed jingħata l-importanza li jixraqlu.", "U dan kemm fir-rigward ta' clubs, li kif nafu kollha għandhom l-ispejjeż tagħhom u li allura jridu jaraw kif se jimmitigaw is-sitwazzjoni, u kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' events professjonali.", "Jekk immorru ftit kilometri 'l bogħod minna, ġol-Italja, li l-pandemija laqtithom ferm agħar minna, kellek stadji differenti li l-gvern tagħhom kif ukoll l-awtoritajiet tas-saħħa indirizzawhom b'mod differenti.", "Reċentement kellek sports ipprattikat li ġie mwaqqaf imma mbagħad l-isports professjonali tħalla għaddej b'restrizzjonijiet qawwija.", "Sal-lum f'pajjiżna l-pubbliku mhux qed jiġi aċċettat jidħol għall-events professjonali u allura xtaqtek taqsam il-ħsebijiet tiegħek dwar dan.", "Min-naħa tiegħi nerġa' nirringrazzjak u nawguralek mhux biss kuraġġ imma saħħa sabiex tkompli tikkontrolla kemm jista' jkun din il-mitigazzjoni fl-għeqqel ta' din il-pandemija.", "Żgur li fis-settur tiegħek kulħadd ikun jixtieq li jilħaq supritendent tas-saħħa pubblika imma meta tolqtok b'dan il-mod nispera li wieħed japprezza eżattament it-titolu li ġġorr inti.", "Nirringrazzjak ħafna u nħares 'il quddiem għar-risposti tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Profs.", "Gauci se nħalli f'idejk sabiex tagħtina r-risposti għall-ħafna mistoqsijiet li sarulek.", "Bla dubju kull fejn tmur kulħadd għandu ħafna mistoqsijiet x'jistaqsik u min-naħa tagħna nirringrazzjawk f'isem il-poplu Malti tal-biċċa xogħol tajba ħafna li qiegħda tagħmel inti flimkien mat-tim kollu tiegħek.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Aħna qegħdin tim sħiħ bħalma taf tajjeb inti u kulħadd jaħdem minn qalbu u dan huwa frott ta' kulħadd.", "Tajjeb li nsemmu wkoll li aħna nimxu ħafna fuq ix-xjenza, jiġifieri dejjem nitgħallmu billi naraw xi jgħidu l-istudji li joħorġu u nitgħallmu minn dak li jagħmlu barra minn Malta.", "Naraw fejn marru tajjeb, fejn ma marrux daqshekk tajjeb u naraw kif l-aħjar li naddottaw dawk l-affarijiet għax-xenarju Malti għax ma tistax taqbad xi ħaġa li saret barra and you transpose it għal hawn Malta.", "Dan l-istess fuq il-prekawzjonijiet u l-miżuri ta' mitigazzjoni li dejjem għamilna.", "Niftakru kif fil-bidu kellna ħafna restrizzjonijiet għax dan kien għadu virus ġdid u kulħadd kien qed jibża' li se jkollok ħafna mwiet.", "Niftakru kif kulħadd kellu quddiem għajnejh dak li kien qed iseħħ fl-Italja.", "Konna qegħdin naraw dawk l-imwiet u kull Public Health Authority fl-Ewropa kienet - bħalma konna aħna - on high alert.", "U ridna li nagħmlu li nistgħu akkost ta' kollox biex innaqqsu kemm jista' jkun l-imwiet.", "U kien proprju għalhekk li fil-bidu ħadna restrizzjonijiet ħafna aktar severi minn dawk li qed naraw bħalissa.", "Ħafna mill-pubbliku, rightly so, jgħidlek kif dak iż-żmien meta kien ikollna ħamsa jew għaxar każijiet kellna kullimkien magħluq u issa li qed ikollna 120 qed naraw xenarju differenti?!", "Din hi r-raġuni.", "Barra minn hekk aħna kellna t-tama li dan kien se jkun virus staġonali u allura għedna li se nagħmlu biss ftit xhur.", "Sadanittant il-businesses se jkampaw dawn il-ftit xhur imma l-esperjenza għallmitna mod ieħor.", "Inti staqsejt ukoll jekk kellniex xi ħsebijiet li mbagħad biddilniehom.", "Aħna jekk konna qed nagħmlu xi ħaġa u mbagħad ix-xjenza bdiet turina mod ieħor konna naddattaw għal dak li x-xjenza turina.", "U kien għalhekk li, kif rajna li baqgħet għaddejja din il-pandemija, ma stajniex nibqgħu għaddejjin daqshekk b'restrizzjonijiet b'saħħithom daqskemm konna fil-bidu u allura bdejna niffokaw fuq fejn tista' tikkontrolla biex tnaqqas l-impatt.", "Hawnhekk niġi għall-mistoqsija li ħafna qed jistaqsu dwar ir-raġuni li l-bars baqgħu magħluqin.", "Fil-fatt meta konna qegħdin nagħmlu l-analiżi tal-każijiet li kellna, konna qegħdin insibu li l-aktar li kien hemm każijiet kienu minn postijiet fejn ikollok in-nies bilwieqfa għax hemmhekk in-nies qegħdin jiċċaqalqu u jiltaqgħu ma' xulxin, huma postijiet fejn kellek aktar xorb alkaħoliku, eċċ. U allura jekk tara r-risk assessments li saru barra minn Malta ssib li l-bars, discos u nightclubs huma kollha highlighted bħala higher risk.", "L-esperjenzi li kellna mir-restaurants kienu esperjenzi fejn għandek nies li qegħdin bilqiegħda, li n-nies normalment se jkunu madwar mejda ma' nies li s-soltu jkunu magħhom u allura hemmhekk għandek inqas riskju ta' trasmissjoni minn persuna għal oħra.", "Huwa għalhekk li ħadna dawn il-miżuri u bħalissa żammejniehom f'dak l-istadju.", "Fuq ix-xogħol tagħna, bħala tim mis-Saħħa Pubblika konna ftit nies però ngħaqadna t-tim kollu tal-Public Health Specialists u bdejna naħdmu fuq il-pandemija.", "Jiġifieri magħna hemm nies li s-soltu jaħdmu maċ-Chief Medical Officer, il-kollega tiegħi li minn hawnhekk insellimlu wkoll, li kienu qed jaħdmu fuq proġetti oħra u li dawn kollha issa ngħaqdu magħna biex naħdmu fuq din il-pandemija.", "Però bin-numri li għandna ma stajniex inlaħħqu ma' dak kollu li qed ikollna u qegħdin dejjem ningaġġaw aktar nies.", "Fil-fatt qed inħarrġu lin-nies magħna u għandna wkoll tobba minn Mater Dei li ġew jaħdmu magħna.", "Dawn qegħdin in rotation magħna u għandna wkoll l-allied health professionals bħal nurses, spiżjara, eċċ., li kollha qegħdin jaħdmu magħna.", "Qegħdin inħarrġu wkoll nies li mhumiex health professionals.", "Seta' jkollna xi ftit żmien fejn ma tkunx laħħaqt kemm tista' tilħaq mill-ewwel fil-contact tracing imma qegħdin nagħmlu l-almu tagħna biex inkunu nistgħu nagħmluh.", "U minn hawnhekk nappella lill-pubbliku sabiex kemm jista' jkun jikkoperaw magħna billi meta jkollhom każ li jkun pożittiv jgħinuna ħafna jekk jilħqu jaħsbu ma' min kellhom kuntatt u jippreparawlna d-dettalji bil-lest.", "Qiegħda ngħid hekk għaliex ġieli kellna interview ma' xi ħadd fejn domna mat-tliet sigħat sabiex noħorġu l-informazzjoni kollha mingħandhom!", "Issa jekk ikunu ppreparati jgħinuna ħafna billi jkollhom l-informazzjoni lesta u kemm jaqbdu u jgħadduhielna.", "Meta xi ħadd ikun pożittiv tajjeb nifhmu li l-ewwel li se jċemplulhom hu min-naħa ta' Mater Dei biex naraw jekk klinikament għandhomx bżonn jidħlu l-isptar jew le.", "Għalhekk f'dawk il-ftit sigħat sakemm iċemplulna tajjeb li nilħqu nagħmlu l-homework tagħna biex naraw ma' min konna.", "Dik l-informazzjoni lilna tgħinna ħafna.", "Rigward ir-riżultati, kif joħorġu mil-laboratorju, il-persuna mill-ewwel se tirċievi sms jew email u min ma nkunux nistgħu nibagħtulu messaġġ inċemplulu wkoll biex nagħtuh ir-riżultat.", "Il-pożittivi ġeneralment ma noħorġuhomx mill-ewwel għax dak li jkun ma tantx jieħu pjaċir jara r-riżultat fuq sms imma nċemplulu meta nkunu qegħdin naħdmu dawn il-każijiet.", "Bħalissa qegħdin nagħmlu wkoll ir-rapid testing …", "DAVID AGIUS: Diġà beda r-rapid testing?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Iva, beda.", "Ftaħna hub f'Boffa fejn hemmhekk qegħdin nagħmlu bejn wieħed u ieħor 150, 200 rapid test kuljum.", "Irridu niftakru li r-rapid test huwa nasopharyngeal swab, jiġifieri swab normali bħalma nagħmlu s-soltu imma l-unika differenza hi li dik is-swab ma tmurx il-laboratorju imma tinħadem hemmhekk stess.", "U t-telefonata bir-riżultat issir f'temp ta' bejn wieħed u ieħor nofs siegħa u siegħa.", "DAVID AGIUS: L-għażla għall-persuna biex tagħmel ir-rapid test fuqiex hija bbażata?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Ir-rapid test qegħdin niffokawh l-aktar fuq fejn qegħdin nagħmlu screening regolari tal-persuni jew inkella ta' dawk in-nies li kienu f'kuntatt ma' persuni pożittivi.", "Nipprovaw nużaw l-aktar dawn it-termini fejn ikun l-aktar li jista' jkun accurate għax ir-rapid test mhuwiex sensittiv daqs il-PCR test.", "Dawk li joħorġu pożittivi permezz tar-rapid test nerġgħu nagħmlulhom l-iswabbing permezz tal-PCR test u qed ikollna madwar 60% minnhom li joħorġu wkoll pożittivi bil-PCR.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Jiġifieri qed ngħidu li hemm 40% li jista' jvarja mir-rapid test?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Eżatt, ikun qisu false positive.", "Dawk huma r-riżultati tat-testijiet li għandna.", "Ir-rapid testing qed nużawh ukoll fl-ajruport.", "Bis-saħħa tar-rapid testing qegħdin nilħqu dawk in-nies kollha li jiġu mingħajr test minn barra mill-amber countries.", "Jiġifieri hemmhekk żiedna wkoll l-ammont ta' swabs li għamilna.", "Rigward l-isports aħna kemm stajna pprovajna nipproteġuh.", "Mill-ewwel ħdimna ma' SportMalta u mal-ministeru responsabbli mill-isports u ma' diversi entitajiet oħra biex naraw kif nistgħu nipproteġu l-isports.", "Irridu nżommu f'moħħna li għandna diversi sports b'diversi riskji.", "Pereżempju, jekk għandek persuna li qed tagħmel training waħedha r-riskju se jkun ħafna inqas.", "Jekk xi ħadd imur jagħmel jogging waħdu jew atleta, differenti milli xi ħadd li jkun qed jagħmel group sports.", "Barra min hekk, għandek il-contact sports u n-non-contact sports.", "Dak li huwa l-contact sports bħal pereżempju, il-football, huwa ħafna aktar riskjuż min-non-contact sports u għalhekk li fil-bidu kellna limitazzjoni fuq il-contact sports.", "Imma ladarba bdejna niftħu bdejna nħallu l-contact sports isir bħalma qegħdin naraw.", "Hemmhekk hemm diversi mezzi ta' mitigazzjoni fosthom pereżempju, li tevita milli jużaw ix-showers li jkollhom hemmhekk ħalli kemm jista' jkun tnaqqas il-kuntatt u li jiltaqgħu flimkien għax meta jesponu lilhom infushom aktar se tirriskja li jkollok tim sħiħ li jiġi affettwat u li jispiċċa fi kwarantina.", "Bħalma smajna kemm-il darba fuq l-aħbarijiet fejn kellek timijiet sħaħ li spiċċaw joqogħodu fi kwarantina.", "DAVID AGIUS: Ħa nistaqsik xi ħaġa f'dan ir-rigward għax ilha tberren f'moħħi.", "Għalfejn hemm bżonn tilbes maskra inti u timxi pereżempju Ta' Qali jew postijiet oħra simili?", "Is it healthy li tagħmel hekk?", "Jekk qiegħed tagħmel eżerċizzju fiżiku, qiegħed timxi tgħaġġel u mhu se tieqaf titkellem ma' ħadd għalfejn għandek tilbes il-maskra wkoll?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Jekk tħares lejha per prinċipju ta' trasmissjoni l-maskra tridha meta se jkollok kuntatt ma' persuni oħra.", "Għalhekk aħna għedna li meta toħroġ barra trid tilbes il-maskra għaliex nafu li se jkollok persuni li se jkunu f'kuntatt ma' persuni oħra.", "Però ħafna qed jistaqsuna jekk ikunu f'postijiet fejn m'hemm ħadd …", "DAVID AGIUS: Pereżempju Ta' Qali kulħadd jiġri jew jimxi.", "Issa ma tridx tieqaf għax tkun qed tirriskja.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Eżatt.", "Però trid tiftakar li se tkun problematika fuq l-infurzar għax l-enforcement officer kif se jkun jaf intix miexi għax qed tagħmel eżerċizzju fiżiku jew inkella …", "JEAN CLAUDE MICALLEF: F'kelma oħra rajtu li tevitaw il-loopholes.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Eżatt.", "DAVID AGIUS: Imma hija antipatika ħafna timxi bil-maskra.", "Apparti minn hekk fejn se tqiegħda?", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Tagħmilha ma' idejk.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Bħalma żżomm il-mobile żżomm il-maskra.", "Terfa' l-maskra f'borża tal-plastik u tpoġġiha f'but li jkollok fil-qalziet bħalma żżomm il-mobile.", "Imbagħad x'ħin tieqaf u tkun sejjer lejn il-karozza tiegħek tabqad u tilbisha.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri jekk tiġri tista' tneħħiha?", "Iridu jarawk tiġri?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Meta tagħmel strenuous exercise, kif fil-fatt qiegħda wkoll fil-liġi.", "DAVID AGIUS: Imma jekk qed tagħmel brisk walking jew walking trid tilbisha.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Hemmhekk trid tilbisha għax dak mhuwiex eżerċizzju li jwassal …", "DAVID AGIUS: Għax kull min joħroġ mid-dar qed ngħidulu li jrid jilbes maskra.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Kif toħroġ mill-bieb trid tilbes il-maskra.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri jekk l-omm jew it-tfal ħarġu l-borża taż-żibel barra jew inkella xi ħadd qiegħed jaħsel quddiem il-bieb irid jilbes il-maskra.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Teknikament iva għax probabilment tista' tiltaqa' man-nies u tieqaf titkellem magħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm il-konċett tar-reverse barrier nursing, fejn inti tilbes il-maskra biex jekk ikollok il-virus ma tagħtihx lil ħaddieħor imma żżommu ġo fik.", "Issa jekk ma tkunx liebes il-maskra u ma tkunx taf li għandek il-virus tkun qed tinfetta lil ħaddieħor …", "DAVID AGIUS: Fil-karozza trid tilbisha wkoll il-maskra?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Le, il-maskra mhijiex obbligatorja fil-karozza imma aħna nirrakkomandaw li jekk rikkibt lil xi ħadd li s-soltu mhuwiex fil-bubble tiegħek, hemmhekk idealment kulħadd jilbes il-maskra għax qiegħed f'post magħluq u qegħdin qrib ta' xulxin.", "DAVID AGIUS: Fil-karozza tal-linja trid ovvjament tilbisha.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: F'karozza tal-linja iva u tal-linja għandhom numru ta' passiġġieri li jistgħu jtellgħu fuq tal-linja.", "Fuq l-isports, kif konna qegħdin ngħidu, dawn il-miżuri saru biex kemm jista' ikun nipproteġu l-isports.", "Barra minn Malta jeħduha bis-serjetà sew u daħħlu miżuri stretti u jagħmlu wkoll regular testing.", "Pereżempju, rajna kemm huma stretti fuq tal-Formula 1, fejn kellek xufier li ġie pożittiv u ma ħallewx isuq il-karozza tiegħu.", "Hamilton ħareġ pożittiv u mhux se jsuq fit-tellieqa li jmiss.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: L-impatt ekonomiku huwa kbir u ma mmurx biss għall-isports mondjali li għandu daqstant following, eċċ., però qed immur fuq livell lokali.", "Jekk nieħdu l-futbol naraw li għandek sitwazzjonijiet li saru prekarji bħal negozji oħrajn minħabba l-element ta' sponsorship, eċċ. Jekk immorru għal-livell ta' assoċjazzjonijiet, il-fatt li għandek nuqqas ta' spettaturi qed ikompli jagħti d-daqqa tiegħu.", "Qed nifhem sew li qed tagħtu prijorità biex l-isports jiġi protett u min-naħa l-oħra jekk wieħed setax jimmitiga s-sitwazzjoni billi jżid ċerti miżuri fosthom, jekk wieħed jikkonsidrax li jekk xi ħadd se jidħol f'gym jew f'xi padiljun, għandux ikun hemm sistemi ta' fumigar hu u dieħel.", "Inti tirrakkomanda dawn il-miżuri għall-klabbs tal-futbol, - personalment għaddejt lill-MFA lista ta' suġġerimenti li ġew diskussi fuq livell amministrattiv – fejn fost l-oħrajn wieħed ikun jista' jkompli għaddej bil-kampjonat, avolja issa acqua passata, imma ma nafux x'inhu ġej fuqna.", "Nafu kif għandna sitwazzjoni ekonomika devastanti għal-lukandiera u seta' kellna klabbs li jkunu qegħdin joqogħdu fil-lukandi u allura wieħed seta' b'xi mod jew ieħor itaffi ftit l-impatt ekonomiku.", "Jien meta qed nirreferi għall-miżuri biex wieħed jieħu ħsieb l-isport bdejt nħares lejh ukoll mil-aspett ekonomiku.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Kif għedna, min-naħa tal-isports, bħalma ħdimna tajjeb ma' ħafna oħrajn, rajna kif dejjem għandek tipproteġi l-isports.", "Pajjiżi oħrajn l-istess ħaġa għamlu.", "Fil-fatt il-parti l-kbira tal-pajjiżi mhumiex qegħdin iħallu spettaturi jidħlu fil-grownds għax hemmhekk għandek ċans li jkun hemm xi ħadd pożittiv li jista' jgħaddi l-virus lil ħaddieħor, apparti li jista' ikollu kuntatt mal-players u allura qed tesponi lilhom ukoll.", "Nafu wkoll li f'dawk iċ-ċirkosanzi huma ferm aktar diffiċli biex iżżomm kuntatt.", "Anke mal-plejers li kellhom parteċipazzjoni internazzjonali ħdimna tajjeb ħafna magħhom, fejn hemmhekk kellna assessment li kien qed isir kemm mit-tobba tagħna kif ukoll mit-tobba tat-timijiet tal-futbol.", "Jiġifieri nista' ngħid li ħdimna tajjeb ħafna.", "Irnexxielna ngħaddu minn dawn ix-xenarji kif għaddejna.", "Tifhem li kulħadd se jkollu impatt imma rridu nifhmu wkoll li din kienet sena fejn il-ħajja ta' kulħadd ġiet affettwata b'xi mod jew ieħor.", "Nemmen li l-aħjar hu li nipprovaw naraw li nimxu bl-aħjar mod possibbli mingħajr restrizzjonijiet żejda imma fl-istess ħin ma nkunux laxki ħafna.", "Aħna dejjem ipprovajna nżommu dak il-bilanċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa nsejjeħ lill-Onor.", "Ivan Bartolo li għandu għal qalbu ħafna l-qasam soċjali.", "Gauci, nixtieq ningħaqad ma' sħabi u nuri l-gratitudni tiegħi għax-xogħol tiegħek u tat-tim tiegħek b'risq il-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Jien aktar xtaqt nagħmel osservazzjoni milli mistoqsija.", "Ovvjament il-Milied iġib miegħu aktar solitudni għal dawk in-nies li qegħdin joqogħdu ġewwa.", "Agius għandek iz-zija li tgħix waħedha u li issa ma nistgħux nistednuha d-dar biex kulħadd jibqa' fil-bubble tiegħu.", "Imma kif nafu għandna pandemija oħra li hija dik tas-solitudni, speċjlament f'dawn iż-żmenijiet surreali li qegħdin ngħixu fihom bħalissa.", "Forsi ħsibna jew b'xi mod għandna ideat kif nistgħu ntaffu xi ftit mis-solitudni li dawn in-nies qegħdin jgħaddu minnhom?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Naqbel miegħek mija fil-mija dwar is-solitudni.", "Għandek ukoll l-aspett tas-saħħa mentali li forsi għadna ma semmejniehx illum u li wkoll huwa aspett ieħor importanti.", "Qabel kellna din il-pandemija tal-COVID-19 diġà kellna l-pandemija tas-saħħa mentali li kienet qiegħda tiżdied kullimkien.", "Fil-fatt aħna għandna wkoll strateġija fuq is-saħħa mentali.", "Din hija realtà li qegħdin naraw.", "Issa li ġej il-Milied qisu kulħadd ikollu dak l-obbligu li he reaches out għal dawk in-nies li s-soltu ma tantx jarahom.", "Imma naħseb li għandna nitgħallmu minn din il-pandemija hu li mhux nagħmlu kuntatt ma' dawn in-nies fiż-żmenijiet ta' festi biss imma rridu nżommu kuntatt magħhom matul is-sena kollha.", "Nifhem ukoll li kif ġieli nagħtu \"il-Milied it-tajjeb\" lil xulxin u ħafna nies jifirħu, għandek oħrajn li meta tagħtihom dawn l-awguri tkun ta' weġa' għax fi żmien il-Milied iħossu aktar is-solitudni.", "Meta dawn jaraw nies oħra mdawrin bil-familja u huma m'għandhom lil ħadd se jħossuha aktar.", "Aħna tkellimna mal-media u rajna kif bil-mezzi tal-media jistgħu jferrħu aktar lin-nies u jkunu qrib tagħhom.", "Għandna wkoll diversi għaqdiet tal-Knisja kif ukoll għaqdiet oħra u nies volontarji li qegħdin jaraw min huma dawn in-nies li qegħdin waħedhom fid-djar tagħhom.", "Illum anke l-kunsilli lokali stess ikunu jafu min huma dawn in-nies u naħseb li bil-mezzi ta' komunikazzjoni li għandna llum nistgħu nżommu kuntatt ma' dawn in-nies.", "U naħseb li f'dan il-Milied nistgħu nitgħallmu kif nistgħu nżommu kuntatt ma' dawn in-nies li verament għandhom bżonn tal-konfort matul is-sena kollha u mhux fi żmien il-Milied biss.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "DAVID AGIUS: Profs., din li se ngħid għandi diffikultà biex insemmiha imma meta jmut xi ħadd - ma nafx jekk hux ninterpretaha sew – qisu għandek a fast move biex jindifen malajr kemm jista' ikun.", "Irrid ngħidha b'ċerta kawtela imma hija din ir-realtà?", "Jekk xi ħadd imut bil-COVID-19 hemm dan it-terminu li bilfors irid jindifen ta' malajr mingħajr forsi l-preparazzjonijiet li konna mdorrijin nagħmlu f'dawn iċ-ċirkostanzi u li nagħtu l-aħħar tislimiet kif jixraq?", "Għaliex hemm din l-għaġġla kollha, fejn kważi kważi lanqas tkun taf li miet missier ħabib tiegħek għax meta ssir taf ikun diġà indifen?!", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Din hija importanti ħafna.", "Meta bdiet il-pandemija, anke dak li kienet qed tgħid il-WHO, kellek ħafna aktar prekawzjonijiet li kienu qegħdin jittieħdu meta tmut persuna.", "Niftakru li meta persuna tmut se jibqgħu dawk il-fluwidi u allura l-virus xorta se jibqa' ħaj u allura jista' ikollok trasmissjoni xorta waħda.", "Però f'Settembru il-WHO ħarġet updated guidelines u allura l-mod tad-dfin ma baqax strett daqskemm kien f'dawk iċ-ċirkostanzi li kellna fil-bidu tal-pandemija.", "Meta persuna tmut bil-COVID-19 ma jsirx it-tkeffin bħalma jsir is-soltu imma l-ġisem jitpoġġa f'żewġ body bags ħalli b'hekk innaqqsu r-riskju u mbagħad il-ġisem jitpoġġa f'tebut normali.", "Id-dfin irid isir ukoll within 24 hours fi żmien il-pandemija.", "DAVID AGIUS: Għaliex?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Irridu niftakru li dawn iridu jżommuhom għalihom fil-kamra mortwarja u bl-ammont ta' mwiet li qed ikollna importanti li fi żmien 24 siegħa jiġi organizzat il-funeral u l-ġisem jindifen.", "Ilum tista' issir ukoll il-quddiesa fil-knisja jew fiċ-ċimiterju skont kif jagħżlu l-qraba tal-persuna.", "L-uniċi differenzi li hemm minn dfin normali hu li l-ġisem irid jitpoġġa in a double body bag u li d-dfin irid isir fi żmien 24 siegħa.", "DAVID AGIUS: Ir-restrizzjonijiet dwar l-ammont ta' nies li jistgħu jattendu huwa minħabba l-knisja hux hekk?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: M'hemm l-ebda restrizzjonijiet ħlief dak in-numru tal-knisja ta' quddiesa normali.", "DAVID AGIUS: Skont il-kobor tal-knisja li tkun imma hemmhekk jidħlu protokolli oħrajn.", "Imma hawnhekk qed ngħidu li fi żmien 24 siegħa l-persuna li tmut trid tindifen.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Eżattament.", "Aħna navżawhom mill-ewwel lill-qraba.", "Ovvjament dawn se jkunu jafu li l-pazjent huwa pożittiv għall-COVID-19.", "U ħafna drabi jiġu informati wkoll meta ma jkunux daqshekk f'kondizzjoni tajba biex ikun hemm il-preparamenti meħtieġa u jinformawhom mill-ewwel b'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Apparti minn hekk min jieħu ħsieb il-funerali jafu x'inhuma l-protocols u allura jgħinuhom ħafna biex il-familja torganizza l-funeral tal-qarib tagħha.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri m'hemmx għalfejn dan il-ħafna sealing mat-tebut u li d-deffiena jilbsu dawk is-suits bojod, eċċ.?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Min-naħa tagħna m'hemmx għalfejn jintlibsu l-PPEs għax ladarba l-ġisem qiegħed f'double body bag m'hemmx riskju.", "U min qed iġorr it-tebut jilbsu biss il-maskri normali li kulħadd għandu jilbes meta qiegħed barra.", "Kif għedt aktar qabel aħna dejjem nitgħallmu mill-evidenza ġdida u ladarba l-evidenza qed turina li issa huwa aktar safe li d-difna ssir b'dan il-mod, allura aħna nimxu fuq dik l-evidenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Profs.", "Gauci, nirringrazzjawk ħafna ta' din id-diskussjoni li kellna.", "Qabel ma nagħlqu l-laqgħa nixtiequ nippreżentawlek xi ħaġa żgħira biex nuruk ir-rikonoxximent tagħna.", "Grazzi.", "Fis-5.51 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20201202_018d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET TALFAMILJA", "LAQGĦA NRU 18", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2020", "IlKumitat Permanenti dwar lAffarijiet talFamilja ltaqa' filParlament fil-4.42 p.m.", "Anthony Agius Decelis, President talKumitat Permanenti dwar lAffarijiet talFamilja, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Ivan Bartolo, l-Rosianne Cutajar, Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi u l-Onor.", "L-iSpeaker tal-Kamra, L-Onor.", "Anġlu Farrugia, kien preżenti għal-laqgħa.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti.", "Il-Minuti ta' laqgħa Nru 17 li saret nhar it-Tlieta, 7 ta' Lulju 2020 ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "IL-FAMILJA MALTIJA U L-MILIED FIL-COVID-19", "Fil-bidu ta' din il-laqgħa l-iSpeaker tal-Kamra għamel introduzzjoni qasira dwar is-suġġett u rringrazzja lil Professur Charmaine Gauci u lit-tim kollu tagħha tax-xogħol kollu li qed jagħmlu fil-ġlieda tagħhom kontra l-pandemija tal-Covid-19.", "Il-Professur Charmaine Gauci, Supretendent tas-Saħħa Pubblika, ressqet lill-Kumitat preżentazzjoni qasira dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżna tal-Covid-19 u għamlet diversi appelli sabiex f'dan il-perjodu tal-Milied il-poplu Malti joqgħod aktar attent u jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, fosthom li ma jiltaqax fi gruppi kbar.", "Wara din il-preżentazzjoni, il-Membri preżenti għamlu diversi mistoqsijiet fuq is-suġġett.", "Fis-5.51 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20201202_018m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Carmelo Abela, Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Onor. Joe Mizzi MP", "Laqgħa Nru 34", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2020, fit-3.15 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2020, fit-3.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 177 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "2 ta' Diċembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201202_034a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 34", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 34", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3:25 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 33 li saret fl-1 ta' Diċembru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 404 tat-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Emenda tal-artikolu 2 tal-Att prinċipali.", "CARMELO ABELA (Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi jindirizza l-kwestjoni tal-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal Industrijali f'każijiet ta' tkeċċija inġusta meta ħaddiem ikollu kuntratt ta' servizz u nħoss li kellna diskussjoni interessanti fl-istadju tat-Tieni Qari dwar dan.", "Permezz tal-klawsola 2 qegħdin nemendaw it-tifsira \"tkeċċija inġusta\" fl-Att prinċipali, ċjoè l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 452, u se nżidu l-paragrafu (d) ġdid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Sur President, kif qal il-Ministru, fl-istadju tat-Tieni Qari kellna diskussjoni interessanti u kien hemm qbil dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Naħseb li hemm bżonn ta' kjarifika żgħira li forsi ssir aktar 'il quddiem imma għall-kumplament ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, m'għandniex oġġezzjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Emenda tal-artikolu 36 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, permezz tal-klawsola 3 qegħdin nemendaw l-artikolu 36 tal-Att prinċipali, liema artikolu jitkellem dwar avviż ta' u kumpens għal temm ta' kuntratti ta' servizz.", "Dawn huma emendi konsegwenzjali minħabba dak li għedt aktar qabel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Emenda tal-artikolu 75 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, permezz tal-klawsola 3 qegħdin nemendaw l-artikolu 75 tal-Att prinċipali, liema artikolu jitkellem dwar tkeċċija inġusta.", "Jidhirli li fl-istadju tat-Tieni Qari saret mistoqsija dwar it-terminoloġija użata u allura nħalli f'idejn l-Onor.", "Clyde Puli biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu.", "F'dak l-istadju jien diġà kkonfermajt it-terminoloġija użata però magħna llum għandna l-esperti u fil-każ jistgħu jikkonfermaw u jagħmlu l-kummenti tagħhom f'dan ir-rigward.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Sur President, il-mistoqsija kienet dwar it-terminoloġija ta' \"kuntratt ta' servizz\" u jekk għandniex ngħidu \"kuntratt ta' xogħol ta' servizz\" jew xi ħaġa simili.", "Aktar milli mistoqsija jien kont tlabt kjarifika biex jekk xi ħadd ikollu jerġa' jagħmel referenza għaliha, l-ispirtu tal-liġi jkun ċar li qed nitkellmu fuq kuntratt ta' xogħol.", "F'dak l-ispirtu kont staqsejt jekk aħniex koperti b'din it-terminoloġija.", "Mill-bqija l-ispirtu huwa ċar fostna u nafu dwar xiex qed naqblu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-winding up jien kont ikkonfermajt li t-terminoloġija użata hija tajba wkoll; bit-tnejn nifhmu l-istess ħaġa.", "Madanakollu magħna għandna d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg flimkien ma' uffiċjali oħra u għall-fini ta' dak li qal l-Onor.", "Puli, u anke għal skop ta' interpretazzjoni aktar 'il quddiem, naħseb li jkun tajjeb li jagħmlu rimarka dwar dan li qed ngħidu, ċjoè li bil-frażi \"kuntratt ta' servizz\" jew \"kuntratt ta' xogħol\" qed nifhmu l-istess ħaġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lis-Sa Diane Vella Muscat biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SA DIANE VELLA MUSCAT (Direttur Ġenerali, Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjieg): Sur President, dak li qed nirreferu għalih bħala \"kuntratt ta' servizz\" bl-Ingliż ngħidu \"contract of service\".", "Ġieli tintuża wkoll it-terminoloġija \"kuntratt ta' impjieg\" però peress li qiegħda fl-Att prinċipali, lanqas fl-avviż legali, awtomatikament id-definizzjonijiet jirrelataw għal employer u employee.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CARMELO ABELA: Sur President, fi klawsola 5 insibu r-riżervi ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kif dan jidħol fis-seħħ, se jkun it-Tribunal Industrijali li se jkollu l-ġuriżdizzjoni u l-kompetenza li jisma' każijiet ta' terminazzjoni inġusta ta' kuntratti ta' servizz għal perjodu ta' żmien fiss li huma pendenti quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġuriżdizzjoni Superjuri) u t-Tribunal Industrijali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "CARMELO ABELA: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 452\" għadda mill-Kumitat mingħajr emendi.", "Fit-3.33 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201202_034d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 34", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt iltaqa' fil-Parlament fit-3.25 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 33 li saret fl-1 ta' Diċembru 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI – ABBOZZ NRU 177", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 404 tat-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Bil-permess tal-Kumitat is-Sa Diane Vella Muscat (Direttur Ġenerali, Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg) ġiet mistiedna biex tintervjeni.", "KLAWSOLI 2, 3, 4, 5, 1 u t-TITOLU għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Carmelo Abela, il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 452\" għadda mill-Kumitat mingħajr emendi.", "Fit-3.33 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201202_034m_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 71", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 71", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:07 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri.", "69 u 70 li saru fil-11 ta' Novembru, 2020 u fis-17 ta' Novembru, 2020, rispettivament, ġew konfermati.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR IL-FOLLOW-UP REPORT TAL-2019 MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA (FREE CHILDCARE SCHEME)", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Nibda billi nitlob li tissejjaħ fil-Kamra Dr Jacqueline Vanhear li hija x-xhud li għandna llum.", "Dr Jacqueline Vanhear daħlet fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insellimlek Dr Vanhear.", "Jien ġejt mgħarraf li ppreparajtilna PowerPoint presentation dwar is-suġġett, u l-Kumitat qiegħed jagħtik permess sabiex tagħmel din il-preżentazzjoni, imbagħad jekk ikun hemm xi mistoqsijiet li jkunu jridu jsiru mill-Membri tal-Kumitat, isiru wara l-preżentazzjoni.", "Qabel ma tibda se tingħata l-ġurament.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Jiena Jacqueline Vanhear, naħlef li ngħid is-sewwa, is-sewwa kollha u xejn ħlief is-sewwa.", "Hekk Alla jgħinni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Vanhear, qabel tibda l-preżentazzjoni nitolbok sabiex tintroduċi ftit lilek innifsek.", "Jien bħalissa nokkupa l-kariga ta' Direttur tal-Quality Assurance Department fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE).", "Bħala background nista' ngħid li ħajti kollha qattajtha fl-edukazzjoni, għax l-ewwel kont studenta, imbagħad kelli t-tfal jattendu l-iskola, imbagħad komplejt nistudja jiena wkoll.", "L-expertise tiegħi huwa l-mod kif jitgħallmu t-tfal, dejjem iffukajt fuq hekk, u bħalissa b'dan l-għarfien tiegħi u bl-istudju li għamilt, qiegħda nipprova nagħti kontribut lis-sistema edukattiva tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Tista' tibda bil-presentation.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Jien smajt ftit xi ntqal fil-laqgħat ta' qabel u rajt li fost l-oħrajn saret id-domanda ta' għalfejn il-bżonn ta' early child education and care from zero to three years.", "Illum il-ġurnata nista' ngħid li ġiet aċċettata l-importanza tal-education and care f'dan l-ewwel perjodu tal-ħajja.", "Aħna ngħidu li what is achieved at 22 months is reflected at 22 years, jiġifieri daqshekk huwa importanti.", "Bħala edukaturi u nies li għandhom għal qalbhom dan is-settur, il-Free Childcare Scheme tefgħet iktar bozza fuqu.", "L-idea tal-valur tal-early childhood ma bediex issa.", "Fil-fatt fl-2006 sar l-ewwel tentattiv sabiex jiffukaw fuq dan is-settur u twaqqfu l-istandards li taw pjattaforma tajba fuqhiex wieħed seta' jkompli jibni.", "Fl-2012 il-kurrikulu nazzjonali jsemmi dan il-qasam, imma minn mindu twaqqfet il-Free Childcare Scheme kien hemm żieda fl-ammont ta' tfal li jattendu.", "Sabiex ċentru jkun eliġibbli għall-Free Childcare Scheme bilfors irid jiġi rreġistrat, u allura n-numru ta' ċentri żdied ukoll u b'hekk intefgħet bozza b'mod qawwi fuqhom, u li aħna ħadna gost biha.", "Inizzjalment iċ-ċentri tal-early years kienu bdew taħt il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, għax dak iż-żmien kienet inizjattiva biex tgħin lill-familja.", "F'dak il-perjodu sar ħafna enfasi fuq care, imma mbagħad bil-viżjoni tal-MEDE ta' tagħlim tul il-ħajja, li għalina tfisser min-nieqa sal-qabar, kien jagħmel sens li dan is-settur jaqa' taħt dan il-ministeru, u fil-fatt fl-2016 hekk sar.", "Meta ċ-ċentri ġew fi ħdan il-MEDE ridna niffukaw fuq il-kwalità, u għalkemm dan il-Ministeru diġà kellu dipartiment li kien iħares il-kwalità, kif forsi tistgħu tifhmu, għalkemm il-kwalità tagħrafha meta taraha, huwa iktar diffiċli meta tiġi biex tiddefinixxiha, u aktar u aktar meta tiġi biex tkejjilha.", "Allura aħna, bħala dipartiment li naħdmu f'dan is-settur, rajna x'qed isir barra minn Malta, rajna l-letteratura, rajna l-Ewropa fejn qed tidderiġina u sibna li hemm definizzjoni ċara tal-kwalità u tal-mod li bih titkejjel, u kollox idur fuq dawn il-prinċipji.", "Meta aħna niġu biex niddefinixxu kwalità nħarsu lejn dik li tissejjaħ structure quality, jiġifieri nħarsu lejn il-proċess ta' kif tiġi lliċenzjata istituzzjoni, inħarsu lejn il-kwalifiċi, lejn id-disinn tal-kurrikulu, lejn iċ-child to educator ratio, lejn il-physical requirement, lejn il-health and safety u lejn il-policies and procedures, jiġifieri kif qed tiġi mmaniġġjata l-istituzzjoni.", "Imbagħad hemm aspett ieħor daqstant importanti, li huwa l-proċess, jiġifieri l-esperjenza li qed jieħdu t-tfal fiċ-ċentri jew fl-istituzzjoni edukattiva.", "Ovvjament aħna naraw li l-esperjenza tkun waħda ta' play-based learning, ibbażata fuq relazzjonijiet, jiġifieri fuq il-mod kif tkellimhom u taġixxi magħhom, għax l-affarijiet li jiġru fil-proċess se jeffettwaw l-iżvilupp tal-moħħ.", "Fuq dawn it-tnejn, jiġifieri l-istructure u l-process, jiddependi l-outcome, u aħna, bħala dipartiment, hekk niffunzjonaw.", "Aħna naraw l-istructure quality through compliance visits, u l-process quality through external review visits, jiġifieri jkollok visits iffukati fuq dawn iż-żewġ proċessi u hemm nies b'kompetenzi partikolari għaż-żewġ proċessi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tgħidilna x'inhuma external review visits?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Dawn huma dawk li l-Office for Standards in Education (OFSTED) isejħulhom inspections, però peress li l-approċċ tagħna mhuwiex wieħed ta' policing, minħabba li l-proċess pedagoġku tat-tagħlim irid iż-żmien u jirrikjedi li wieħed imur, jerġa' tmur, u jerġa' jmur biex jiggwida, insejħulhom review visits.", "Dan mhuwiex bħal structure, fejn jew għandek warrant jew m'għandekx, jew inkella jew għandek health and safety report jew m'għandekx.", "Il-play-based learning ta' pedagoġija huwa proċess, u allura l-approċċ tagħna huwa wieħed fejn immorru nitkellmu mal-istituzzjoni, mal-kapijiet, naraw xi jkun sejjer tajjeb u ngħidulhom, imma nindikawlhom ukoll… Aħna, kemm jista' ikun nippruvaw inkunu clinicians, jiġifieri naraw eżatt l-iskola, f'dan il-każ iċ-ċentri, x'għandhom bżonn jagħmlu, niktbulhom u nagħtuhom gwida dwar x'għandhom jagħmlu biex jameljoraw is-servizz li qegħdin jipprovdu.", "GLENN BEDINGFIELD: Ikun hemm ċentri li ma jilħqux ir-requirements u tgħidulhom li m'intomx se tibqgħu tużaw is-servizzi tagħhom?", "Jekk iva, x'jiġri mit-tfal li jkunu qegħdin jattendu dak iċ-ċentru?", "DR JACQUELINE VANHEAR: L-aspirazzjoni tagħna hi li kull ċentru jameljora.", "Allura aħna għandna proċessi fejn immorru fiċ-ċentru, nindikawlhom fejn sejrin tajjeb, u anke fejn mhumiex jilħqu l-istandards, ngħidulhom x'għandhom jagħmlu u nagħtuhom ċans jameljoraw, għax dak hu l-iskop aħħari tagħna.", "GLENN BEDINGFIELD: Dan isir meta operatur ta' childcare centre javviċinakom biex jidħol fis-sistema, jew ġaladarba jkun daħal jibqgħu jsiru reviews?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Ħalli nurikom fuq il-presentation għax għandi slide li proprju turi dan.", "Bħalissa qegħdin taraw l-istandards li għandna bħalissa u li ilhom mill-2006.", "Aħna aġġornajna dawn l-istandards – bħalissa qegħdin fil-proċess biex joħorġu għall-konsultazzjoni pubblika – u bbażajnihom fuq fejn qed tiggwidana anke l-Ewropa bħala process and structure quality; il-quality area 1 hija l-istructure quality u l-quality area 2 hija l-proċess, l-esperjenza.", "Fl-2019 iffirmajna council recommendation, ġiet implimentata u tawna a quality framework għall-early years – li għalina huwa bejn zero to seven years – ibbażat fuq il-ħames oqsma li qegħdin taraw fuq l-iscreen bħalissa.", "Aħna nibbażaw kollox fuq dawn l-oqsma, u l-valur li joħroġ miċ-childcare centres ġej proprju minn dawn il-ħames areas ta' kwalità kif identifikati anke mill-Unjoni Ewropea (UE).", "Pereżempju, illum il-ġurnata għandna kurrikulu integrat, jibda minn zero sa 16 years bil-learning outcomes framework, u l-iskejjel kollha across sectors iridu jaħdmu lejn dawn il-learning outcomes through play-based learning, speċjalment fl-early years, u dak li jissejjaħ authentic assessment.", "Kulħadd jifhem li t-tfal żgħar mhux se jiktbu bil-mod tagħna l-adulti, u allura fl-early years il-progress tat-tfal jiġi mkejjel u evalwat billi tosservahom u żżomm record tal-milestones tagħhom.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Hekk hu, jibdew miċ-childcare centres u jibqgħu sejrin sa year 2.", "Għax hekk jagħmel sens minħabba li l-kurrikulu huwa magħmul b'tali mod li wieħed jibni fuq l-ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri ċ-childcare jipprepara lit-tfal anke għal year 1?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Jippreparahom għall-kindergarten.", "U hawnhekk nixtieq nispeċifika xi ħaġa.", "Sfortunatament hawn Malta l-kunċett ta' preparazzjoni għall-kindergarten nifhmuha b'mod li t-tfal iridu jkunu jafu n-numri u jridu jkunu jafu jiktbu u jaqraw, però għalina l-preparazzjoni mhijiex dik, imma hu l-kunċett ta' tagħlim tul il-ħajja.", "Jiġifieri t-tfal, fl-early years, jiffukaw fuq dak li jissejjaħ executive functioning skills, li huma ħiliet ta' kif wieħed jaġixxi fis-soċjetà, how to self-regulate, liema ħiliet qegħdin ukoll identifikati fil-learning outcomes framework.", "Għandna mbagħad l-access, u hawnhekk se nasal għall-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Kif qegħdin taraw fuq l-iscreen, in-numru ta' ċentri, mill-2006 'l hawn, żdied u din is-sena, li kienet sena partikolari, irreġistrajna 16-il ċentru ġdid u għandna tnejn oħra li jinsabu fil-proċess biex jiftħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xi tfisser \"withdrawn registration\"?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Withdrawn registration tiġri għax forsi min ikollu ċ-ċentru ma jkunx kampa bit-tfal, jew ma kellux biżżejjed tfal.", "Jista' ikun ukoll li ma jkunx laħaq l-istandards u beda jaqta' qalbu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri sal-2019 kienu żdiedu 14 u naqsu erba', jew kien hemm 18 u għaddew...?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kienu operational u għalqu.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Hekk hu.", "Pereżempju, din is-sena hemm uħud li għalqu temporanjament.", "Tajjeb ngħidu li n-numru ta' tfal li jattendu fiċ-ċentri żdied ukoll – kif qaltilkom tant tajjeb Ms Alexia Vella fil-laqgħa preċedenti – u fl-2018 konna diġà lħaqna l-Barcellona target.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Eżatt.", "Meta tikkunsidra li l-uniku riżors li għandu pajjiżna huwa l-uman, il-fatt li aħna diġà lħaqna l-Barcellona target hija aħbar sabiħa.", "Bħalissa fuq l-iscreen qegħdin taraw kif inhi d-distribuzzjoni taċ-ċentri by region – użajna l-qsim tar-reġjuni li jużaw in-National Statistics Office (NSO) – u kif tistgħu taraw, Għawdex għadu bi tliet ċentri, però d-distribution taċ-ċentri madwar Malta hija pjuttost waħda even.", "Issa qiegħda nuri kemm jieħdu tfal iċ-ċentri li għandna eżistenti.", "Pereżempju, għandna 48 ċentru li jieħdu sa 25, u għandna 71 ċentru li jieħdu bejn 25 u 50 tifel u tifla.", "GLENN BEDINGFIELD: X'inhu l-iktar kunsiljabbli?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Jiddependi mill-ispazju li jkollu dak li jkun.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma x'inhu l-ammont ta' tfal li għandu jkun hemm f'ċentru biex kulħadd jingħata l-attenzjoni mixtieqa?", "DR JACQUELINE VANHEAR: In-numru ta' tfal irid ikun skond l-istandards.", "Jiġifieri jkollok 100 tifel u tifla, jew ikollok għaxra, xorta trid iżomm l-istandards mitluba, fosthom iċ-child to carer ratio.", "Għal dak li jirrigwarda monitoring and evaluation isir proċess qabel ma jiftaħ iċ-ċentru, jiġifieri qabel ma dak li jkun jingħata r-reġistrazzjoni, u anke wara.", "Meta wieħed jitħajjar jiftaħ ċentru jrid jimla applikazzjoni, li tinsab online, u jibgħat numru ta' dokumentazzjoni fosthom dwar health and safety, electrical installation, fire safety ventilation, noise and light report kif ukoll il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jiġifieri hemm sistema pjuttost rigoruża.", "Fil-fatt ħafna drabi niltaqgħu mal-legally responsible person u niggwidawh dwar it-tip ta' dokumentazzjoni li għandu bżonn.", "Illum il-ġurnata qed insibuha tajba wkoll – għax ovvjament bl-esperjenza dejjem titgħallem – li niltaqgħu magħhom meta jkunu qegħdin jippjanaw ħalli b'hekk inkunu nistgħu nispjegawlhom il-kunċetti li għandna f'moħħna tal-early years, imbagħad huma jkunu jistgħu jqassmu ċ-ċentru accordingly.", "Id-disinn u l-ambjent taċ-ċentru huma importanti ħafna għax fih it-tfal ikunu se jqattgħu ħafna ħin.", "Meta mbagħad jipprovdulna d-dokumentazzjoni meħtieġa, immorru nagħmlu onsite visit fiċ-ċentru biex naraw li dak li hemm miktub fuq il-karti, fir-realtà qiegħed hemm.", "Wara tinħareġ temporary registration valid for six months fejn tibda tgħodd il-Free Childcare Scheme.", "Il-liċenzja noħorġuha valid for six months għax lill-operatur irridu nagħtuh ftit ċans sakemm jibda jopera, immorru nagħmlu l-ewwel visit, naraw jekk dak li nkunu tkellimna dwaru hux qed jiġi mplimentat skont l-istandards, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "Jista' jkun li wara sitt xhur iċ-ċentru jibqa' fuq liċenzja temporanja għax inħossu li hemm xi area fejn għandu bżonn jaħdem iktar, jew jista' jkun li ndawwruha provisional.", "IĊ-CHAIRPERSON: Liċenzja temporanja x'jiġifieri?", "Mela liċenzja mhux permanenti tkun?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Għandek raġun tagħmel din id-domanda għax anke jien għamilt l-istess domanda l-ewwel darba li rajthom.", "Dawk huma żewġ terminoloġiji li bdew mill-2006 u bqajna nżommuhom.", "Il-provisional mhijiex permanenti għax tiġġedded kull sena, u għalissa bqajna nżommu t-terminoloġija ta' provisional jew temporary.", "Staqsejtu dwar l-ispazji u tajjeb ngħid li l-ispazji huma importanti ħafna ġo ċentru – u għalhekk aħna nieħdu gost ħafna meta qabel ma dak li jkun jibda' jaħdem f'ċentru, jiġi jiddiskuti magħna – u wieħed mill-kriterji biex tiftaħ childcare centre hu li mit-total tal-indoor u l-outdoor area jrid ikollok 20% li jkun spazju miftuħ għax inkella ma tingħatax liċenzja biex topera.", "Bħalissa fuq l-iscreen qegħdin naraw l-istatus tal-operat tal-2019, li kienet ir-registration ta' din is-sena għax ovvjament tal-2020 issir fuq il-performance tal-2019, u tistgħu taraw li hemm disa' ċentri li huma ġodda li għadhom mexjin fil-proċess.", "Internament għalina, għandna dak li hu provisional u provisional with conditions, għax il-prinċipju tagħna hu li dejjem inkomplu nagħtu gwida biex jintlaħqu dejjem l-istandards bl-aħjar mod.", "Il-conditions huma dawk li nagħmlu aħna, u li meta nerġgħu mmorru narawhom, naraw jekk ikunux implimentaw dak li aħna nkunu rrikkmandajna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri tmienja hemm li huma perfetti?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Iva, hemm tmienja li għalina għandhom excellent practices.", "Meta wieħed jikkunsidra li dan is-servizz ilu jopera biss għal kważi erba' snin, aħna kuntenti ħafna b'dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri minn 151 ċentru, tmienja huma perfetti.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Tmienja għandhom excellent practices.", "Il-kumplament għandhom prattiċi tajbin, imma hemm areas, kif kont qed insemmi qabel, li għad iridu jagħmlu titjib fihom.", "Hemm diversi stumbling blocks, però naħseb li l-care, learning and play huwa l-akbar wieħed.", "Ħalli nagħtik eżempju tanġibbli.", "Jekk aħna nidħlu f'ċentru u ma nsibux il-carers qegħdin jinteraġixxu l-ħin kollu mat-tfal b'mod li jagħmel sens, jekk ma narawx li l-attivitajiet ikunu relatati għall-età tat-tfal u jduru mal-interessi tat-tfal… Jien għalliema u niftakar żmien fejn fil-klassi konna nagħmlu topic kull xahar.", "Illum il-ġurnata dak il-kunċett m'għadux jgħodd għax illum il-ġurnata trid timxi mal-interessi tat-tfal.", "Dawn huma proċessi li wieħed irid jidra u jitgħallem, u allura aħna, lil dawn iċ-ċentri nagħmlulhom kundizzjonijiet, jiġifieri nidentifikawlhom fejn hemm bżonn jaħdmu iktar biex jameljoraw.", "Pereżempju, l-electrical appliances iridu ċertifikat annwali, u ġieli kellna każijiet fejn dan sibnih skadut, u allura nagħmlu t-tiġdid ta' dak iċ-ċertifikat bħala kundizzjoni.", "Ġieli jkun hemm carers li jkunu ġodda u ma jkollhomx l-accreditation u f'dak il-każ nagħmlulhom l-akkwist tal-accreditation bħala kundizzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri intom ma tħarsux lejn is-servizz innifsu li jingħataw it-tfal, imma lejn l-assjem kollu.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Hekk hu.", "Fil-fatt dik hija xi ħaġa li nnutatilna l-Ewropa.", "Fil-Eurydice 2019 ġie ndikat li hemm biss terz mill-Member States li qegħdin jimmonitorjaw iċ-childcare centres for zero to three years kif qegħdin nimmonitorjawh aħna.", "Aħna qegħdin nagħmlu monitoring taċ-ċentri 360 degrees, jiġifieri m'aħniex qegħdin nimmoniterjaw biss is-servizz imma anke l-istructure quality.", "(Interruzzjonijiet) Fid-dipartiment tagħna hemm nies kompetenti li għandhom Ph.D. fuq il-Pedagoġija, u għandna wkoll uffiċjali li għandhom a Masters Degree u huma kompetenti biex jiċċekkjaw dawn l-affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kemm għandkom inspectors?", "Qed nistaqsik dan għax jekk għandkom 150 ċentru mhux faċli li tagħmlu visit f'kull wieħed darba f'sena.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Le, mhux faċli.", "Fil-fatt għandna 15-il inspector, li bejniethom iridu jagħmlu inspections tal-iskejjel kollha u mhux taċ-ċentri biss.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri n-nies li jagħmlu inspections fl-iskejjel huma l-istess nies li jagħmlu l-inspections taċ-ċentri?", "GLENN BEDINGFIELD: Kemm tagħmlu inspections f'sena?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Taċ-childcare centres kollha.", "GLENN BEDINGFIELD: Darba fis-sena?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Iva, dik bilfors trid issir, imma ħafna drabi nagħmlu iżjed, għax jekk jidħol complaint naqbdu u mmorru unannounced.", "Din is-sena, l-isforzi kbar li għamlu ċ-childcare centres huma inkredibbli, imma aħna xorta bqajna mmorru għax l-approach tagħna huwa biex naraw li dawn qegħdin jimxu mal-liġi u mal-istandards, kif ukoll biex nagħtu gwida.", "L-iskop tagħna hu li t-tfal qegħdin jieħdu servizz ta' kwalità għax if we get it right here se jkun hemm ripple effect enormi fis-soċjetà tagħna, fl-edukazzjoni u f'kollox.", "We need to get it right here u għalhekk dan huwa settur li niffukaw ħafna fuqu.", "GLENN BEDINGFIELD: Hemm xi studji li juru li tfal li jkunu bdew jingħataw din it-tip ta' edukazzjoni kmieni jmorru aħjar, jew ikollhom performance aħjar, fil-ħajja tagħhom minn studenti oħrajn?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Mhux studju wieħed hemm, imma hemm kemm trid.", "Aħna ħdimna biex inkomplu nsaħħu l-early years education għax illum il-ġurnata kulħadd jaf kemm hu importanti li tinvesti f'dan il-qasam.", "Għal dan il-għan għadna kemm għamilna drafting ta' National Policy Framework for Early Years, u biex għamilna dan dorna l-istudji kollha.", "Ma ninsewx li dan kollu li qegħdin nagħmlu hu sabiex nimmiraw lejn is-sustainable development goal, u mhux bil-paroli biss.", "Ma ninsewx li t-tfal mhumiex in a vacuum, imma huma parti minn soċjetà, parti mill-ambjent, u anke parti mill-ekonomija.", "Jien nara lit-tfal qishom qegħdin fin-nofs ta' dawk it-three pillars, u kull ħaġa li aħna nippjanaw tkun proprju dwar hekk.", "Il-Eurydice Report 2019, li huwa available online, juri kif Malta qiegħda fuq quddiem...", "GLENN BEDINGFIELD: Il-Eurydice Report x'inhu, jekk jogħġbok?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Il-Eurydice Report joħroġ mill-Ewropa u jitkellem dwar areas speċifiċi, li f'dan il-każ kien jitkellem dwar l-early childhood education and care u fejn wasal kull pajjiż f'dan il-qasam.", "Minnu joħroġ ċar li bħala monitoring and evaluation, both structural and process quality, jiġifieri dak li qiegħda titlob l-UE, aħna ninsabu at the forefront.", "F'ħafna mill-pajjiżi tal-UE, iċ-childcare centres, bħala governanza ma jaqgħux taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "Fil-fatt huma biss 44% tal-pajjiżi tal-UE li għandhom iċ-childcare centres jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-kumplament għandhom iċ-childcare centres jaqgħu taħt il-ministeri għall-familja jew taħt il-local authorities.", "Fil-fatt għadhom kemm ġew għandna l-ispettorat tal-Awstrija biex jaraw aħna x'qegħdin nagħmlu u b'hekk inkunu nistgħu nitgħallmu flimkien.", "Issa se ngħidilkom xi ħaġa dwar il-workforce, li hija waħda mill-ħames areas ta' kwalità li identifikat l-UE.", "S'issa f'Malta għandna s-centre managers li jrid ikollhom MQF Level 5 fiċ-childcare management, u l-carers li jrid ikollhom MQF Level 4.", "Fil-każ tal-managers għandna 83% li għandhom dan ir-requirement, 17% qegħdin, jew in training jew applikaw għall-accreditation u qegħdin jistennewha, jew qed jistennew il-validation of non-formal and informal learning, għax wieħed jista' jsarraf il-ħiliet li jikseb f'dak li jissejjaħ validation of non-formal and informal learning.", "Fil-każ tal-carers għandna sitwazzjoni ftit differenti, fis-sens li għandna 56% li għandhom MQF Level 4 u xi kultant aktar, u 44% qegħdin jew in training, jew awaiting accreditation or validation of non-formal and informal learning.", "Għar-rigward tal-istudji li saru, hemm wieħed li għamel James Hackman – fil-fatt għandu ħafna studji li qegħdin available online – li juri li meta tinvesti fit-tfal ta' bejn zero to three years and you get it right there, dan se jkollu ripple effect u aktar return ekonomikament.", "U dan, għal Malta, aktar jagħmel sens għax l-unika riżorsa li aħna għandna hija l-uman u allura li ninvestu fl-early years huwa kruċjali ħafna.", "U huwa għalhekk li aħna nieħdu dan is-settur b'passjoni u fl-istess ħin nimbuttaw biex dejjem intejbu s-servizz.", "Ma nafx jekk ikkaverjajtx kollox, jew jekk għandkomx xi mistoqsijiet oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak tal-preżentazzjoni tajba ħafna li għamiltilna li tatna a general overview tas-sitwazzjoni.", "Dr Vanhear, inti għamilt enfasi kbira fuq li llum il-kunċett tat-tagħlim huwa from the cradle to the grave, però l-aktar ħaġa negattiva li laqtitni kemm ilna niddiskutu dan il-qasam – għalkemm laqtuni ħafna affarijiet pożittivi – hija li għandna sistema li donnha aktar qed tikkejterja biex tkun għodda biex il-mara toħroġ taħdem, li huwa tajjeb ħafna, milli għall-bżonn li tifel jew tifla tal-età minn zero to three years jingħataw dan il-livell ta' edukazzjoni.", "Qed ngħid hekk għax sal-lum, ikkoreġini jekk jien żbaljat, is-sistema taċ-childcare tista' tibbenefika biss minnha kemm-il darba inti tkun ġenitur li taħdem, u allura ma tikkejterjax għall-ġenitur li jagħżel li ma jaħdimx u, aktar agħar, ma tikkejterjax għall-ġenitur li ma jaħdimx għax m'għandux xogħol, jiġifieri li kien jaħdem u ma baqax jaħdem.", "U allura huwa evidenti li s-sistema tagħna mhijiex geared għal dan il-prinċipju importanti, li qed issemmi inti, li dak li titgħallem fl-ewwel tliet snin jiswielek ħafna aktar milli naħsbu għall-kumplament tal-edukazzjoni, għax bħala fatt għandek numru ta' tfal li huma disqualified milli jattendu f'dawn iċ-childcare centres.", "Dan ifisser li għandna a crop ta' tfal minn zero to three years li qegħdin jitilfu din l-opportunità, bil-konsegwenza li din teffettwalhom ħajjithom kollha fuq livell ta' primarja, sekondarja u anke fid-dinja tax-xogħol.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri bħala fatt għandna sistema fejn għandna numru ta' tfal li huma innoċentement esklużi minn din il-possibilità, u din l-esklużjoni għandha riperkussjonijiet forsi aktar milli naħsbu lkoll kemm aħna.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Bħala pajjiż nemmen li aħna rridu naspiraw li ħadd ma jitgħażżen u jibqa' d-dar; irridu li kemm jista' jkun kulħadd ikun qed jaħdem jew jistudja.", "Għalkemm m'għandix numri biex nara kemm din hija realtà, irrid ngħid li huwa punt validu u tajjeb li wieħed jitkixxef għax, safejn naf jien, ir-rata tal-qgħad tagħna hija pjuttost baxxa.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'Għawdex donnu li hemm ħafna għax kull m'hemm huma biss tliet ċentri.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Imma jista' jkun li dik tkun għażla tagħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment trid tkisser barrier.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Apparti dak, il-punt tiegħek huwa validissimu u aħna pproponejna li l-pass li jmiss… Ma rridux ninsew li dan ix-xogħol beda fl-2006 u baqa' dejjem jiżviluppa u nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li żviluppajna b'rata mgħaġġla f'dan is-settur, imma ovvjament hemm fejn wieħed ikompli jtejjeb.", "Dawn it-tfal ma jgħixux waħedhom ġo vacuum, u jekk se nlaħħqu lilhom se nlaħħqu lill-familja tagħhom ukoll.", "Allura waħda mill-proposti li għamilna fil-policy framework taż-zero to seven hija kunċett li jissejjaħ multisectoral, jiġifieri fejn aħna, fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, naħdmu ma' diversi ministeri oħra.", "U fil-pandemija din qegħdin ngħixuha ħafna aktar, u qegħdin naħdmu ħafna aktar mal-Ministeri responsabbli mis-Saħħa u mill-Familja, fost oħrajn, għax dawn it-tfal nistgħu nidentifikawhom.", "Jien nemmen ħafna li l-approach għandu jkun wieħed clinical, u forsi anke bl-għajnuna tal-NSO inkunu nistgħu nidentifikaw lil dawn it-tfal, jekk hemm, għax fir-realtà lanqas naf jekk hemmx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fhimt sew jien li t-tfal ma jkunux jistgħu jattendu ċentru jekk il-mara ma tkunx taħdem?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri jekk il-mara tkun id-dar u r-raġel jaħdem, jew viċiversa, jikkwalifikaw biex jibagħtu lit-tfal tagħhom f'childcare centre?", "Jien fhimt li ma jikkwalifikawx.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Mingħalija hekk qiegħda, kif qed tgħid inti, però m'iniex ċerta għax il-Free Childcare Scheme ma nħaddimhiex jien u qatt ma dħalt f'dawn id-dettalji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fattwalment hawn ħafna nisa li jagħżlu li ma jaħdmux, u hawn ukoll nisa li m'għandhomx xogħol għax jew tilfuh jew qed jistudjaw.", "Jekk omm tkun qed tistudja, u allura ma taħdimx, u jkollha t-tfal…", "DR JACQUELINE VANHEAR: Tista' tibbenefika mill-iskema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ma tibbenefikax biss jekk ma tkunx taħdem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Peró xorta baqa' faxx li ma jistgħux jibbenefikaw.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Jien nemmen li l-punt tiegħek huwa wieħed validu u jkun tajjeb li jiġi identifikat, però…", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb trid issir enfasi biex nispjegaw lin-nies li barra li dan huwa a babysitting service, li jagħti opportunità lill-mara tmur għax-xogħol, huwa ta' benefiċċju kbir għat-tfal, u allura ladarba huwa ta' benefiċċju għat-tfal m'għandux ikun diskriminatorju bejn min għandu ommu taħdem u min għandu ommu ma taħdimx.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Definitely I will għax l-iskop tagħna huwa li nilħqu lil kulħadd, u l-għan tal-policy l-ġdida li se nagħmlu d-draft tagħha huwa proprju biex nilħqu lil kulħadd.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-unit tagħkom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-criteria tal-edukazzjoni, huwa focused fuq iċ-childcare?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Aħna focused fuq tfal ta' bejn zero u 16.", "GLENN BEDINGFIELD: Qed nistaqsi dan għax filwaqt li fl-early years intom tħarsu lejn l-istudenti with a general approach, malli jidħlu l-iskola niffukaw biss fuq l-eżamijiet.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Imma forsi hija l-iskola tagħmel hekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma intom tagħmlu l-criteria.", "Mhux hekk?", "DR JACQUELINE VANHEAR: Aħna għandna standards għall-iskejjel ukoll li jmorru kontra dan li qed tgħid inti għax aħna ma nemmnux li l-edukazzjoni tat-tfal għandha tkun għall-eżami.", "Fil-fatt, illum il-ġurnata, hemm ħafna formative assessment, hemm ħafna alternative paths, però biex isir dan li qed tgħid inti trid issir a paradigm shift.", "Meta aħna mmorru fiċ-ċentri u niġbdulhom l-attenzjoni li, pereżempju, ma jistgħux jagħmlu xi ħaġa, jgħidulna li jekk ma jagħmluhiex, il-ġenituri ma jibgħatux lit-tfal f'dak iċ-ċentru.", "Jgħidulna, pereżempju, li l-ġenituri jridu li t-tfal jingħataw il-homework.", "Aħna ma naħdmux biss mal-edukaturi u, fil-fatt, fil-policy l-ġdida għamilna enfasi li għandu jkun hemm ħafna l-involviment tal-ġenituri għax aħna rridu nedukaw lilhom ukoll.", "Għad għandna l-mentalità, li forsi trabbejt biha jien, li kulħadd irid ikun tajjeb fl-iskola.", "Forsi jien kont xortija tajba li kont tajba fl-iskola, imma meta kont l-iskola kont nara lill-sħabi dejjem jibku.", "Jien, kif naqbad labbra tal-ħjata jibda jxoqq l-għaraq għalija, u fil-fatt qtajt qalbi u lanqas għadni nipprova, imma hemm min ikollu l-istess feeling kif jaqbad lapes.", "U aħna meta mmorru fl-iskejjel u nagħmlu lesson observation dan li naraw, u ċioè kif l-għalliema qed jilħqu abilitajiet differenti.", "GLENN BEDINGFIELD: Mal-employers tieħdu l-istess attitudni?", "Għax l-employers huma players importanti wkoll; wara kollox aħna suppost qegħdin nippreparaw lill-istudenti tagħna biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "L-employers jesiġu li dak li jkun ikollu ċ-ċertifikati.", "Inti tista' tkun kapaċi tibni telefon, imma għax ma studjajtx, jew għal xi raġuni oħra, ma jkollokx ċertifikati x'juru li inti taf tibni telefon.", "U allura min m'għaddiex mill-O levels, jew min ma jkollux O levels, jew ma jibqax jistudja, għalkemm jista' jkun kapaċi, jitlef mill-opportunitajiet.", "Għalhekk qed ngħid li anke l-employers għandhom ikunu nvoluti.", "DR JACQUELINE VANHEAR: Hemm bżonn nirrikonoxxu dak li jissejjaħ non-formal learning, jiġifieri li l-edukazzjoni ma ssirx biss fl-iskola.", "Ċerti ħiliet ma titgħallimhomx fl-iskola, imma titgħallihom 'il hinn mill-iskola.", "Għandna bżonn li dak it-tip ta' tagħlim nagħtuh aktar valur, u ilna naħdmu fuq dan, però mhuwiex faċli biex wieħed jaċċetta dak il-prinċipju.", "Kif qed tgħid inti, irid ikun hemm collaborative effort fejn tibqa' titkellem u tispjega ħalli jkollna dik li nsejħulha shared vision.", "U għalhekk fl-early learning inħossu li wasalna ħafna, għax tkellimna mal-operaturi.", "Aħna għandna relazzjoni tajba ħafna mal-operaturi u nitkellmu ħafna magħhom.", "Fil-pandemija waqafna ftit, allavolja nistgħu nagħmlu dan online, imma bħalissa jinsabu ffukati fuq il-mitigation measures u biex jaraw li t-tfal iżommuhom kemm jista' jkun f'bubble.", "Pereżempju, kien hemm żmien fejn kienu jċempluli ħafna nies għax ikun hemm xi tfal li jkunu qegħdin jigdmu lil tfal oħra – ħafna tfal jgħaddu minn din il-fażi – u ċ-ċentri jkunu keċċewhom.", "Ikun hemm anke ġenituri li jgħiduli li t-tifel tagħhom ikun qed jiġi bullied minn tifel ieħor, meta dawn kulma jkollhom huwa biss sena.", "F'każijiet bħal dawn aħna nkellmu lill-ġenituri u nispjegawlhom, niltaqgħu mas-centre manager u nagħtuhom strateġiji li l-ġenitur ikun irid ikomplihom id-dar.", "Lill-ġenituri aħna dejjem ngħidulhom li dak li jsir fiċ-ċentru jridu jirrinforzawh id-dar.", "Pereżempju, biex tifel taqtagħlu l-biting habits hemm bżonn ta' ċerta strateġija, u aħna ngħallmuhielhom.", "Jien inħoss li, grazzi għal din l-iskema, dan is-settur ħa mbuttatura 'l quddiem.", "Għandna ħafna nies iddedikati f'dan il-qasam u ħdimna kollha flimkien – aħna ma naħdmux waħedna imma naħdmu mal-università, mal-MCAST, maċ-Childcare Service Providers Association, u anke maċ-Chamber of Small and Medium Enterprise – biex ikollna a shared vision għax inħossu li dik hija importanti ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn aktar domandi?", "Ma jidhirx li hawn għalhekk, filwaqt li ngħidlek prosit u nirringrazzjak, nitolbok tirtira mill-Kamra.", "Ladarba m'għandniex aktar xhieda għal-lum, naġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li jiġu kkomunikati aktar tard.", "Fit-3:02 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201202_071d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 71", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 2020.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:07 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "L-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, u d-Deputat Awditur Ġenerali, is-Sur Noel Camilleri, kienu preżenti għal din il-laqgħa.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħat Nri 69 u 70, li saru fil-11 ta' Novembru 2020 u fis-17 ta' Novembru 2020, rispettivament, ġew konfermati.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR IL-FOLLOW-UP REPORT 2019 MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA - FREE CHILDCARE SCHEME (Dok.", "Id-diskussjoni rriżumiet minn Laqgħa 69 tal-11 ta' Novembru 2020.", "Fis-2:12 p.m. Dr. Jacqueline Vanhear ġiet imsejħa sabiex tidħol fil-Kamra tal-Kumitat u, wara li ngħatat il-ġurament, bdiet tagħti preżentazzjoni (Dok.", "153) u x-xhieda tagħha.", "Fit-3:00 p.m. Dr. Vanhear spiċċat tagħti x-xhieda tagħha.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport intemmet.", "Fit-3:02 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201202_071m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. José Herrera, Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali", "Laqgħa Nru 35", "It-Tnejn, 7 ta' Diċembru 2020, fl-4.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 7 ta' Diċembru 2020, fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 175 – Abbozz ta' Liġi Abbozz li jemenda l-Att dwar Gvern Lokali (Emenda Nru 2) – Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali.", "4 ta' Diċembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201207_035a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 35", "It-Tnejn, 7 ta' Diċembru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 35", "It-Tnejn, 7 ta' Diċembru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5:27 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 34 li saret fit-2 ta' Diċembru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR GVERN LOKALI (EMENDA NRU 2)", "Klawsola 2 – Emenda tal-artikolu 2 tal-Att prinċipali.", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali): Sur President, din l-emenda qed issir in vista tal-iżviluppi li saru matul is-snin.", "Oriġinarjament ma kienx hawn Diviżjoni tal-Gvern Lokali imma kien hawn Direttorat, allura kien hemm direttur li kien qisu ċ-chief executive officer tad-Dipartiment.", "Matul iż-żmien il-kompetenza tal-gvernijiet lokali kibret ħafna u kienet saret riforma fejn id-Direttorat sar diviżjoni.", "Għaldaqstant illum għandna Direttur Ġenerali u għandna numru ta' Diretturi u għalhekk, ma jagħmilx sens li jkollok referenza għal \"Direttur\" meta llum għandek Direttur Ġenerali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Emenda tal-artikolu 34 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "JOSÉ HERRERA: Sur President, se nagħti spjegazzjoni qasira u wara se nitlob lil wieħed mill-konsulenti tiegħi jew id-Direttur Ġenerali jżid xi erba' kummenti.", "L-ewwel nett irrid nafferma b'mod inekwivoku li l-intenzjoni ta' din l-emenda mhijiex biex b'xi mod tnaqqas il-poteri tal-gvernijiet lokali li jagħmlu bye-laws.", "Il-poter li jagħmlu bye-laws se jibqa' hemmhekk u l-iskop ta' din il-liġi huwa biex tiffaċilita.", "Hemm numru ta' kwestjonijiet li huma komuni għall-kunsilli lokali kollha, allura jsiru numru sostanzjali ta' bye-laws fuq l-istess suġġett però jintuża formularju differenti u kriterji differenti.", "Għaldaqstant dawn qed nagħmluhom standardized.", "Fil-fatt, se jkun hemm skeda u allura jekk kunsill ikun irid idaħħal in vigore konċett partikolari, minflok joqgħod jgħaddi bye-law li tmur id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, tiġi vetted mill-avukati u jagħmel xhur jistenna biex ikun jista' jgħaddi dik il-bye-law, se jkun jista' sempliċement jinvoka l-artikolu taħt l-iskeda relattiva.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, jien din ma togħġobni xejn.", "Ma naqbilx mal-Ministru li din se tagħmel il-ħajja tal-kunsilli lokali aktar faċli.", "Jien naħseb li din se tiċċentralizza l-poter.", "Din il-fissazzjoni li niċċentralizzaw ma togħġobni xejn.", "Għandna 68 kunsill lokali li għandhom il-karatteristiċi tagħhom u l-mod tagħhom kif jagħmlu l-affarijiet u allura ma nistax nifhem għalfejn se nagħmlu din l-emenda.", "Jien naqbel mal-mod kif qegħdin naħdmu bħalissa, ċjoè li l-kunsilli għandhom id-dritt jagħmlu l-bye-laws tagħhom.", "U ejja nħalluhom jagħmlu l-bye-laws tagħhom!", "Mhux qed nifhem għalfejn il-Ministru se jiċċentralizza.", "Jekk se jiċċentralizza xorta se jkollu problema għax il-kunsilli dejjem se jkollhom xi ħaġa differenti.", "Onestament ma nistax nifhem għalfejn irid jagħmilha din il-Ministru.", "Diġà tkellimt miegħu qabel ma morna l-Plenarja.", "Ma nafx x'jaħsbu l-esperti l-oħra, imma ma togħġobni xejn din l-iskeda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden lis-Sur Natalino Attard biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata", "IS-SUR NATALINO ATTARD (Direttur Ġenerali, Gvern Lokali): Sur President, irrid nispeċifika li fil-liġi prinċipali diġà kien hemm dispożizzjoni li tgħid li l-Ministru jista' jagħmel regolamenti, jiġifieri bye-laws, b'mod ġenerali, iżda ma kienx hemm metodu ta' kif għandu jagħmel dan.", "Bħala eżempju – u fil-fatt fl-istadju tat-Tieni Qari I-Ministru kellu dokument biex jispjega – aħna ħadna bye-laws dwar użu ta' faċilitajiet għax għandna diversi kunsilli lokali li għaddew bye-laws fuq użu ta' faċilitajiet.", "It-taqsima legali tagħna qabdet dawk il-klawsoli li jeżistu f'kull bye-law, għamlithom by general application, imbagħad magħhom għamlet skeda ta' kull kunsill.", "Jiġifieri jekk kemm-il darba taħt il-bye-laws ta' użu ta' faċilitajiet għandek iż-Żurrieq li jrid jagħmel ir-rati tiegħu, pereżempju, dawk jidħlu fl-iskeda u mbagħad il-kunsill ikun jista' jgħaddihom, jiġifieri mhijiex kwestjoni fejn il-Ministru għandu diskrezzjoni u qiegħed inaqqas il-poter li għandu l-kunsill.", "Aħna qbadna l-bye-laws eżistenti dwar użu ta' faċititajiet u daħħalna l-ispeċifikazzjonijiet u r-rati ta' kull kunsill fl-iskeda.", "Hawnhekk għandna r-rati li qed japplikaw taż-Żurrieq, imbagħad għandna ta' Ħaż-Żabbar, eċċ. B'dan il-mod prattikament se jkun faċli li kunsill jagħmel il-bye-laws.", "Kulma jrid jagħmel huwa li jibgħat l-iskeda tiegħu, il-Ministru japprovaha u tiġi parti mill-bye-law.", "KARL GOUDER: Jekk qed nifhem ħażin, għiduli, imma naħseb li qed nifhem sewwa.", "Jekk għandek bye-laws ta' erba' kunsilli li f'parti minnhom huma identiċi jew kważi identiċi, dawk jitħassru mill-bye-law tal-kunsilli speċifiċi u jmorru f'xi bye-law ċentrali, imbagħad jibqgħu biss l-affarijiet li huma speċifiċi għalihom hux hekk?", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Mhux qed ngħidu hekk.", "KARL GOUDER: Iva, għaliex permezz ta' klawsola 3, fis-subartikolu (2) tal-artikolu 34 tal-Att dwar Gvern Lokali se jiżdied il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda wkoll meta l-Ministru jagħmel regolamenti għal applikazzjoni ġenerali kif provdut f'dan l-artikolu, kull bye-law relatata mal-istess suġġett għandha, ipso jure, tkun imħassra, ...\".", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Jekk qed nifhem tajjeb l-iskop tagħha huwa li jiġu evitati anomaliji u li jkollok sitwazzjonijiet komuni ttrattati b'modi differenti f'lokalitajiet varji.", "Mill-banda l-oħra, minħabba n-neċessitajiet – u nifhem ukoll il-punt tal-Onor.", "Gouder – speċifiċi li jista' jkollhom ċerti lokalitajiet, f'dak ir-rigward se jkun hemm skedi li fihom il-bżonn speċifiku tal-lokal jiġi rappreżentat, mingħajr ma jkun hemm anomaliji li jista' jkollok ċittadin f'lokalità li jgħid li mhux qed ikun rispettat b'mod ugwali bħalma jista' jkun xi ħaddieħor f'lokalità oħra.", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Biex inżid mal-kumment tal-Onor.", "Micallef, aktar minn hekk, illum għandna sitwazzjoni fejn jekk kunsill irid jgħaddi bye-law għal użu ta' faċilitajiet, li għandna disgħa minnhom, irid jgħaddi mill-proċess kollu li jissottomettiha, tiġi vetted, tmur għand il-Ministru, terġa' tmur għand il-kunsill biex jara jekk il-ministru għamlilhomx xi emendi, terġa' tmur għand il-Ministru, u finalment tiġi approvata.", "Dan huwa proċess twil u tedjanti.", "Hawnhekk qed ngħidu li dan il-proċess kollu se ngħaġġluh permezz tal-bye-laws by general application.", "Jien għandi kopja hawnhekk jekk tridu tarawha biex tifhmu aħjar.", "Fil-proviso li kkwota l-Onor.", "Gouder qed ngħidu li \"kull bye-law relatata mal-istess suġġett għandha, ipso jure, tkun imħassra\" għax qabel kellna dispożizzjoni li tgħid li jrid ikun il-kunsill li jneħħiha mentri hekk qed ngħidu li għandek bye-laws by general application u kull kunsill li jrid japplikahom għandu jagħmel l-iskeda tiegħu li tiġi parti minn dawk il-bye-laws.", "Jiġifieri diġà kienet hemm id-dispożizzjoni li jsiru bye-laws by general application.", "Prattikament l-iskop ta' din l-emenda hu li nħaffu l-proċess kollu.", "KARL GOUDER: Jien nibqa' ngħid li għandna nħallu l-kunsilli lokali tagħna jagħmlu l-bye-laws huma.", "Però jekk trid tagħmel hekk, tista' tipprovdi li sindku jkun jista' juża dan li qed tippreżentaw, u allura jgħaddi bye-law b'mod mgħaġġel, kif qed tgħid inti, imma jekk sindku jrid jagħmel bye-law li hija differenti, jkun jista' jagħmilha wkoll.", "JOSÉ HERRERA: L-iskop tagħna huwa li niffaċilitaw il-proċess biex il-kunsilli lokali jagħmlu bye-laws.", "Jiġifieri l-kunsilli se jkollhom dritt jagħmlu bye-laws kemm iridu, però fejn hemm diġà skeda by general application, minflok ma jgħaddu bye-law jistgħu jaqbdu u jimplimentaw dik il-parti tal-iskeda li jridu.", "Issa inti qed tgħid li dan huwa tajjeb però jekk sindku jrid jagħmel bye-law li hija differenti, għandu jkun jista' jagħmilha wkoll.", "Jien ma nsibx diffikultà jekk nagħmlu emenda f'dak is-sens.", "KARL GOUDER: Jekk irid, għandu jkun jista' jagħmilha.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nipproponi li klawsola 3 tiġi posposta sabiex issir l-emenda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali l-Kumitat qabel li klawsola 3 tiġi posposta.", "Klawsola 4 – Emenda tal-artikolu 48 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "JOSÉ HERRERA: Sur President, din il-klawsola, li hija l-aktar urġenti u importanti, bażikament qed tagħti d-dritt lil sindku u l-kunsill relattiv li jitlob lid-Direttur Ġenerali jagħti l-kunsens tiegħu biex is-seduta ma ssirx fl-uffiċċju amministrattiv tal-kunsill lokali imma ssir xi mkien ieħor.", "Idealment is-seduti għandhom isiru fl-uffiċċju tal-kunsill lokali li huwa attrezzat appożitament biex ikunu jistgħu jattendu n-nies eċċ., però nifhmu li jista' jkun hemm ċirkostanzi, bħal fil-każ attwali meta għandna pandemija, fejn ma jkunx prudenti li wieħed ilaqqa' s-seduta fil-bini tal-kunsill lokali, allura jkun jista' jagħmilha xi mkien ieħor.", "KARL GOUDER: Sur President, naqblu mal-klawsola 4 però, biex inkun onest, għadhom kif ġew quddiemi l-emendi u qed nara li se titressaq il-Klawsola Ġdida 7 aktar 'il quddiem.", "X'hemm differenza bejn dik il-klawsola ġdida u l-klawsola 4?", "JOSÉ HERRERA: Meta naslu għaliha nkun nista' nispjegahielek.", "Klawsola Ġdida 7 hija relatata ma' dak li qed ngħid issa u tispjega dak li qed ngħid issa.", "KARL GOUDER: Sur President, naqblu ma' klawsola 4, imma kont se nissuġġerixxi li nżidu l-kliem \"f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'direttiva bil-miktub\".", "Bażikament tibqa' kif qed jgħid il-Ministru.", "Jiġifieri naqbel li bħala prinċipju ġenerali dawn dejjem jiltaqgħu fl-uffiċċju tal-kunsill lokali, imma se jkollok ċirkostanzi fejn jista' jiġri li ma jiltaqgħux fl-uffiċċju, bħal fil-każ kurrenti tal-pandemija, u jmorru online, eċċ. Allura biex naraw li din ma ssirx xi ħaġa wisq regolari naħseb li għandna nżidu li dan jista' jiġri \"f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'direttiva bil-mitkub\" maħruġa mid-Direttur wara konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali.", "Infatti semmejt il-Klawsola Ġdida 7 għax dawk il-kliem qegħdin fil-proviso il-ġdid li jgħid:", "\"Iżda tali laqgħat jistgħu jsiru b'mod ieħor permezz ta' direttiva maħruġa mid-Direttur wara konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni, u din il-miżura għandha tittieħed biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali.\".", "Iżda mhux qed nifhem id-differenza bejn klawsola 4 u Klawsola Ġdida 7 għax m'għandix l-artikolu 70 tal-Att dwar Gvern Lokali quddiemi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lis-Sur Mario Fava biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SUR MARIO FAVA (President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali): Id-differenza hija li l-oħra titkellem fuq il-laqgħat ġenerali annwali li jridu jsiru fil-lokalitajiet bilfors.", "Peress li anke fil-liġi hemm żewġ artikoli li jipprovdu dwar dan li qed ngħidu, allura l-emenda tressqet b'mod separat.", "KARL GOUDER: Jiġifieri bħalissa l-annual general meetings jistgħu jsiru mhux fl-uffiċini, imma bilfors fil-lokalità?", "KARL GOUDER: U b'din l-emenda se ngħidu li issa jistgħu jibdew isiru anke mhux fil-lokalità?", "IS-SUR MARIO FAVA: Iva, u anke li jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jsiru online, skont id-direttiva li jagħti d-Direttur.", "KARL GOUDER: Bħalissa ma jistgħux?", "IS-SUR MARIO FAVA: Le, ma jistgħux.", "KARL GOUDER: Jistgħu jsiru mhux fl-uffiċċju tal-kunsill, imma live.", "IS-SUR MARIO FAVA: Mhux fl-uffiċċju tal-kunsill għax m'għandux il-mezzi, imma ġol-lokalità u b'mod fiżiku.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistgħu ngħaddu għall-vot fuq klawsola 4?", "KARL GOUDER: Iva, nistgħu mmorru għall-vot, imma nixtieq li tikkunsidraw li nżidu l-kliem \"f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'direttiva bil-miktub\".", "Inżidu l-kliem \"f'ċirkostanzi partikolari\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Għal liema klawsola?", "KARL GOUDER: Għat-tnejn li huma, ċjoè għall-klawsoli 4 u 7.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nipproponi li klawsola 4 tiġi posposta biex issir l-emenda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali l-Kumitat qabel li klawsola 4 tiġi posposta.", "Klawsola 5 – Emenda tal-artikolu 49 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "JOSÉ HERRERA: Sur President, il-klawsola 5 hija a hot issue u wara li ħadt parir miċ-Ċivil emendajtha ftit.", "Għaldaqstant nipproponi din l-emenda:", "Il-klawsola 5 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"A\" Il-klawsola 5 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda tal-artikolu 49 tal-Att prinċipali.", "L-artikolu 49 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) is-subartikolu (3) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(3) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jkun uffiċjal pubbliku waqt il-qadi ta' dmirijietu, li jkun magħżul skont dawk il-proċeduri u kriterji stabbiliti mid-Direttur bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.\";", "(b) fis-subartikolu (4) tiegħu l-kelma \"il-Ministru\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"id-Direttur\";", "(ċ) is-subartikolu (5) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(5) Segretarju Eżekuttiv jista' jitneħħa jew jiġi trasferit minn Kunsill għal ieħor jew fid-Dipartiment skont id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (6) wara li t-talba tkun evalwata minn bord maħtur għal dan il-għan mill-Ministru.", "Dan il-bord għandu jkun bord statutorju ta' mhux inqas minn tliet (3) persuni.\"; u", "(d) is-subartikolu (6) tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) il-kliem \"minn Kunsill Lokali għall-ieħor mill-Ministru kif ġej:\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"skont id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (5) għal xi waħda (1) mir-raġunijiet li ġejjin:\";", "(ii) l-ewwel proviso tiegħu għandu jiġi mħassar;", "(iii) fit-tieni proviso tiegħu, il-kelma \"wkoll\" għandha tiġi mħassra.\".", "Il-paragrafu (a) jirreferi għas-segretarji eżekuttivi.", "Qed ngħidu li waqt li llum il-liġi timponi li l-kunsilli jistgħu biss jagħżlu segretarju eżekuttiv minn pool għal dan il-għan, illum id-Direttur Ġenerali jista' jadotta proċedura oħra, fejn jekk il-kunsill lokali jkun irid jagħżel xi segretarju eżekuttiv barra mill-pool, ikun jista' jagħmel dan.", "Ovvjament irid jiġi vetted mid-Dipartiment, però l-prerogattiva tal-għażla tibqa' f'idejn il-kunsill.", "Il-poter tal-kunsilli li jagħżlu segretarju eżekuttiv mhux se jintmiss, anzi se jiżdied, għax fejn qabel il-kunsilli setgħu jagħżlu biss nies minn dan il-pool – u nafu xi problemi kien hemm, għax ikun hemm vacancy, jispiċċaw ċerti nies mill-pool, jew inkella wieħed ma jkunx irid imur, eċċ. – illum il-kunsilli lokali se jinformaw lid-Direttur Ġenerali responsabbli għall-Gvern Lokali li jixtiequ jagħżlu persuna partikolari u se jkollna proċedura biex aħna nkunu nistgħu napprovaw dan l-istat ta' fatt. Din hija x-xewqa ġenerali tal-kunsilli lokali, li jien nikkondividi.", "Kien hemm anke dibattitu dwar jekk segretarju eżekuttiv huwiex uffiċjal pubbliku jew le.", "Għandek min huwa uffiċjal pubbliku de juris għaliex ikun uffiċjal ġej miċ-Ċivil, u l-liġi tagħmilha ċara li kull min huwa impjegat maċ-Ċivil huwa uffiċjal pubbliku, però jkollok ukoll nies oħrajn li huma magħżulin minn barra ċ-Ċivil u n-natura ġuridika ta' dik il-kariga għadha mhix definita b'mod ċar.", "Allura biex ma jkunx hemm ekwivoċi, kull min ikun segretarju eżekuttiv tal-kunsill lokali għandu jiġi meqjus bħala uffiċjal pubbliku waqt iż-żmien tal-kariga tiegħu.", "Aħna għandna l-ħsieb li, in linja mal-policies tal-Public Service Commission (PSC) u taċ-Ċivil, dawn in-nies li se ningaġġaw, fl-aħħar mill-aħħar jekk wieħed ikun jista' jagħtihom xi tip ta' permanenza kif għandhom sħabhom l-oħrajn li ġejjin miċ-Ċivil, wieħed jagħtilhielhom ukoll.", "Għalhekk ħallejnieha daqsxejn miftuħa.", "Hemm żewġ emendi fuq is-segretarji eżekuttivi u l-aġenti segretarji eżekuttivi.", "Illum il-ministru jista' jissospendi, ikeċċi, jew jittrasferixxi segretarju eżekuttiv minn kunsill għall-ieħor minħabba ċerti kriterji.", "Illum ma nħossx li għandi nżomm dak il-poter jien minħabba ċ-ċirkostanzi politiċi ta' dan il-pajjiż, fejn kulħadd jaf lil kulħadd.", "Inħoss li bħala Ministru għandi bżonn buffer billi nappunta bord indipendenti ta' tliet persuni, chairperson u żewġ membri.", "Jekk ikun hemm talba biex segretarju eżekuttiv jitkeċċa jew jiġi sospiż jew jiġi trasfit, minflok ma tkun at the whim of the minister, id-deċiżjoni tittieħed minn bord indipendenti.", "Hawnhekk l-idea hi li l-ministru jkollu buffer; id-diskrezzjoni ma tkunx kollha f'idejn il-ministru, imma jkollok bord magħmul minn persuni kompetenti li jieħdu din id-deċiżjoni.", "Naħseb li fiċ-ċirkostnzi, dan it-tip ta' buffer huwa importanti u ladarba se nagħmluha għas-segretarji eżekuttivi, irridu nagħmluha wkoll għall-aġenti segretarji eżekuttivi.", "KARL GOUDER: Qed nifhem sew li se tneħħi l-pool?", "JOSÉ HERRERA: M'għedtx li l-pool se jitneħħa għax il-pool huwa tajjeb għax dejjem ikollok nies li huma disponibbli.", "Però l-problema hi li xi kultant il-pool ma jissodisfax il-kriterji tal-kunsilli.", "Allura l-kunsill se jkollu d-dritt li jekk ma jsibx lil xi ħadd mill-pool jew jekk irid ma jirrikorrix għall-pool, u jkun hemm xi ħadd li jsibu adegwat u tajjeb, huwa jista' jaħtar lil dak l-individwu.", "L-idea hija li nagħti aktar poter lis-sindki meta jiġu għall-għażla.", "KARL GOUDER: Bear with me għax tifhem li dawn l-emendi qed narahom issa l-ewwel darba.", "JOSÉ HERRERA: Ovvjament irrid nikkwalifika li dan kollu qed isir b'konformità mal-liġi tas-Servizz Pubbliku.", "KARL GOUDER: Ministru, trid tifhem li jien kont għadni bi klawsola 5 kif preżentata oriġinarjament.", "Wara li tkellimna fil-plenarja u kont għedt li jien kontra li jitneħħa l-pool eċċ., iddiskutejt u mort pass oltre.", "Kieku ma rajtx din l-emenda jien kont se ngħid li naqbel li għandu jkun hemm nies li ma jintgħażlux mill-pool, bil-patt u l-kondizzjoni li dawn ikollhom l-istess kwalifiki li għandhom bżonn in-nies li qegħdin fil-pool.", "Imma bl-emenda li qed nara issa jien qed nifhem li se jitneħħa l-pool totalment.", "JOSÉ HERRERA: Le, mhux qed ngħid hekk.", "Qed ngħid li ġaladarba nħolqu problemi drakonjani biex jintgħażlu nies mill-pool ...", "JOSÉ HERRERA: Jekk ikun hemm kunsill li ma jogħġbuhx in-nies li hemm fil-pool jew ma jsibx xi ħadd mill-pool, jista' jsib xi persuna li jrid hu u japplika mad-Direttur Ġenerali biex ikun jista' jingaġġa lil dik il-persuna u d-Direttur Ġenerali japprova li dik il-persuna tkun appuntata minn barra l-pool, imbasta ma jmurx kontra l-PSC.", "Jiġifieri mhijiex se titneħħa l-pool.", "Oltre mill-pool il-kunsill se jkollu dritt li jagħżel persuni oħrajn.", "KARL GOUDER: Imma dak li qed tgħid inti u dak li hemm fl-emenda huwa differenti.", "Fis-subartikolu 49(3) tal-Att dwar Gvern Lokali, li jaħtar il-pool, jingħad hekk:", "\"(3) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jkun uffiċjal pubbliku waqt il-qadi ta' dmirijietu li jkun magħżul minn pool ta' persuni għal dan il-għan.\".", "KARL GOUDER: Se tneħħi l-pool!", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Natalino Attard.", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Bħala wording neħħejna l-kelma \"pool\".", "Dan għaliex bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar ftehim kollettiv u rridu nħallu l-possibbiltà li jekk jiġu stabbiliti miżuri ġodda mal-PSC, min jidħol mal-kunsill lokali – u anke tingħata l-għażla lill-kunsill, basta dan li jiġi magħżul jissodisfa l-kriterji tal-PSC – jitqies bħala uffiċjal pubbliku.", "Prattikament mhux qed neskludu l-pool, però mhux qed insemmu l-kelma \"pool\" għax qed inwessgħu ...", "KARL GOUDER: Jien qed naqbel miegħek, Ministru, li hemm ċirkostanzi fejn il-kunsilli veru jsibu problemi biex isibu segretarju jew għax ma jkunx hemm nies biżżejjed fil-pool jew għal raġunijiet oħra.", "Il-proposta tiegħi kienet se tkun prattikament dak li għamilt int fi klawsola 5 oriġinalment, li l-pool jibqa' hemmhekk, naraw kif nagħmlu biex insaħħuh, imma jekk ikun hemm bżonn kunsill jista' jagħżel lil xi ħadd barra mill-pool.", "JOSÉ HERRERA: Inbiddluha biex tkun ċara.", "Minflok ma titneħħa l-kelma \"pool\" ngħidu \"mingħajr preġudizzju għall-eżistenza tal-pool\".", "Jekk ikun hemm xi ħadd barra mill-pool li sindku jew kunsill għandu fiduċja fih, għaliex m'għandux jappuntah?", "KARL GOUDER: Allura trid tbiddel il-paragrafu (a) tal-emenda għal klawsola 5.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Onor. Gouder, jekk qed nifhem sew int qed tgħid li ladarba tiġi eżawrita l-possibbiltà li wieħed ikun jista' jagħżel lil xi ħadd mill-pool, imbagħad tidħol fis-seħħ din is-soluzzjoni, li allura kunsill jista' jdur fuq id-Direttur Ġenerali u jitolbu li jsib persuna denja ...", "KARL GOUDER: Però inti tista' tagħżel xi ħadd minn barra l-pool bil-patt li n-nies l-oħrajn – jien ma nafx bl-amment x'għandek bżonn biex tikkwalifika li tkun parti mill-pool – ikollhom l-istess kwalifiki.", "(Interruzzjonijiet) L-importanti li jkunu like with like.", "KARL GOUDER: Biex tidħol fil-pool qed nassumi li jrid ikollok numru ta' kwalifiki.", "Jien qed naqbel li nistgħu nagħżlu persuni li mhumiex qegħdin fil-pool, sakemm jgħaddu mill-iskrutinju tad-Direttur Ġenerali eċċ., imma bil-patt li dawn in-nies li nagħżlu jkollhom l-istess kwalifiki tan-nies li hemm fil-pool.", "JOSÉ HERRERA: Jekk ikun hemm nies magħżula barra mill-pool irid ikollhom almenu l-istess kwalifiki.", "Hija ċara.", "IS-SUR MARIO FAVA: Il-kwalifiki diġà qegħdin hemmhekk.", "Li nistgħu nagħmlu huwa li nżidu l-kliem \"mingħajr preġudizzju għall-pool ta' persuni għal dan il-għan\", biex inħalluh hemmhekk.", "KARL GOUDER: Nixtieq li sserrħuli moħħi fuqha din.", "Aħna qed ngħidu li jekk jien nixtieq inkun fil-pool, irid ikolli ċerti kwalifiki però jekk inti tagħżilni minn barra l-pool, xorta jrid ikolli l-istess kwalifiki.", "KARL GOUDER: Mela se nħallu l-pool billi nżidu l-kliem \"mingħajr preġudizzju għall-pool ta' persuni għal dan il-għan\" u fuq il-kwestjoni tal-kwalifiki qed noqgħod fuqkom li se tkun kif qed ngħidu.", "IS-SUR MARIO FAVA: Bħala Assoċjazzjoni m'għandix problema li ndaħħlu l-kliem \"mingħajr preġudizzju għall-pool ta' persuni għal dan il-għan\", però wieħed irid jifhem il-kuntest ta' din l-emenda.", "Għandek diversi kunsilli lokali, mhux ftit, li joħorġu s-sejħa tlieta, erbgħa, ħames darbiet u mill-pool ma japplika ħadd.", "Mela naħseb li rridu nagħtu kas ukoll il-fatt li ma jistax ikun li jkollok kunsilli lokali ostaġġi għal nies li qegħdin ġo din l-iskema u fl-istess waqt ma jridux ikunu segretarji eżekuttivi.", "Għaldaqstant minkejja li l-pool minnha nfisha għandha skadenza – jiġifieri mhux qed nara l-urġenza jew il-bżonn daqstant li wieħed iżid il-kliem \"mingħajr preġudizzju għall-pool ta' persuni għal dan il-għan\", għaliex xorta waħda l-pool għandha skadenza – huwa importanti li jkun hemm din l-alternattiva għall-kunsilli lokali li jistgħu jaħtru segretarju eżekuttiv minn sors ieħor.", "KARL GOUDER: M'għandix problema.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, se nerġa' nressaq l-emenda għal klawsola 5 u se nżidu l-kliem \"u mingħajr preġudizzju għall-pool stabbilit għal dan il-għan\" fis-subartikolu (3):", "\"A\" Il-klawsola 5 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda tal-artikolu 49 tal-Att prinċipali.", "L-artikolu 49 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) is-subartikolu (3) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(3) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jkun uffiċjal pubbliku waqt il-qadi ta' dmirijietu, li jkun magħżul skont dawk il-proċeduri u kriterji stabbiliti mid-Direttur bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, u mingħajr preġudizzju għall-pool stabbilit għal dan il-għan.\";", "(b) fis-subartikolu (4) tiegħu l-kelma \"il-Ministru\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"id-Direttur\";", "(ċ) is-subartikolu (5) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(5) Segretarju Eżekuttiv jista' jitneħħa jew jiġi trasferit minn Kunsill għal ieħor jew fid-Dipartiment skont id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (6) wara li t-talba tkun evalwata minn bord maħtur għal dan il-għan mill-Ministru.", "Dan il-bord għandu jkun bord statutorju ta' mhux inqas minn tliet (3) persuni.\"; u", "(d) is-subartikolu (6) tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) il-kliem \"minn Kunsill Lokali għall-ieħor mill-Ministru kif ġej:\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"skont id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (5) għal xi waħda (1) mir-raġunijiet li ġejjin:\";", "(ii) l-ewwel proviso tiegħu għandu jiġi mħassar;", "(iii) fit-tieni proviso tiegħu, il-kelma \"wkoll\" għandha tiġi mħassra.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 5 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 5 kif emendata.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Emenda tat-Tieni Skeda li tinsab mal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "JOSÉ HERRERA: Sur President, klawsola 6 qed temenda l-mapep tal-lokalitajiet taż-Żurrieq u Ħal Safi li jinsabu fit-Tieni Skeda tal-Att dwar Gvern Lokali.", "Hemm triq kbira u wiesgħa li qiegħda taqsam żewġ lokalitajiet li qabel ma kenitx meqjusa bħala triq prinċipali, allura l-manutenzjoni tagħha kienet taħt ir-remit tal-kunsilli lokali.", "Peress li l-manutenzjoni tagħha tiswa eluf kbar ta' ewro u l-kunsilli ma kellhomx il-fondi għaliha, iż-żewġ kunsilli lokali konfinanti mat-triq talbu li din tiġi meqjusa triq arterjali ħalli xogħlijiet straordinarji fuqha jsiru mill-Ministeru responsabbli mill-public works.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lis-Sur Michael Cohen biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata", "IS-SUR MICHAEL COHEN (Konsulent fis-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali): Wara xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta, li wessgħu t-triq u ġabuha fl-istat li hi, iż-żewġ kunsilli lokali ngħaqdu flimkien u ħasbu li jkun aħjar li r-responsabbiltà tal-manutenzjoni taqa' f'idejn Infrastructure Malta u tiġi klassifikata bħala triq distributorja.", "Hemm proċess biex dan isir u fil-fatt il-proċess sar kollu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 7", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nitlob il-permess biex inressaq Klawsola Ġdida 7 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba skont l-Ordni Permanenti Nru 101.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 7:", "\"B\" Minnufih wara klawsola 6 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda tal-artikolu 70 tal-Att prinċipali.", "Fis-subartikolu (2) tal-artikolu 70 tal-Att prinċipali, il-kliem \"mid-data tal-laqgħat.\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"mid-data tal-laqgħat:\" u minnufih wara għandu jiġi miżjud dan il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda tali laqgħat jistgħu jsiru b'mod ieħor permezz ta' direttiva maħruġa mid-Direttur wara konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni, u din il-miżura għandha tittieħed biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali.\".\".", "Sur President, hawnhekk qed nitkellmu fuq dawk iż-żewġ laqgħat ġenerali li jsiru biex jiġi approvat il-baġit, fejn il-liġi tgħid li jrid ikun hemm il-pubbliku mistieden, eċċ. Hawn ukoll, fiċ-ċirkostanzi tal-lum dawn ma jistgħux isiru, allura qed nagħtihom id-dritta biex is-seduti jsiru barra mill-uffiċċju amministrattiv.", "Ovvjament jiġu vetted mid-Direttur Ġenerali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 7 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 7 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nipproponi li din il-Klawsola Ġdida 7 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 7 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola Ġdida 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 8", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nitlob il-permess biex inressaq Klawsola Ġdida 8 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba skont l-Ordni Permanenti Nru 101.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 8:", "\"Ċ\" Minnufih wara klawsola 7 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda tal-artikolu 48 tal-Att prinċipali.", "Minnufih wara s-subartikolu (3) tal-artikolu 48 tal-Att prinċipali għandu jidħol is-subartikolu (4) ġdid kif ġej:", "\"(4) Kull laqgħa li saret minn xi Kunsill Lokali mhux fil-binja amministrattiva tal-Kunsill fil-perjodu tal-pandemija, mill-perjodu dikjarat Stat ta' Emerġenza Nazzjonali dwar Raġunijiet tas-Saħħa, m'għandhiex titqies bħala laqgħa tal-Kunsill miżmuma bi ksur ta' liġi.\".\".", "Ħassejt li kelli nagħmilha għax kienu żminijiet eċċezzjonali.", "Kien hemm kważi lockdown u ħafna mill-kunsilli ma setgħux joperaw għax kien hemm kunsilliera li huma vulnerabbli jew għandhom 'il fuq minn 64 sena eċċ., allura ffunzjonaw kif setgħu jiffunzjonaw.", "Naturalment in stretto jure dawk il-laqgħat li ma sarux skont il-liġi għax ma kellhomx il-vires, u allura d-deċiżjonijiet tagħhom, għalkemm mhumiex nulli abinizio, imma huma annullable, tista' ssir azzjoni biex tiddikjarahom bħala ultra vires.", "Din mhijiex kwestjoni kriminali, allura ma japplikax il-prinċipju ta' lex non abet oculus retro.", "Din hija kwestjoni amministrattiva, kwestjoni proċedurali, u allura inti tista' tagħmel liġi retroattiva.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 8 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 8 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nipproponi li din il-Klawsola Ġdida 8 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 8 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola Ġdida 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 3 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "Nistieden lill-Inġ.", "Mark Muscat biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "INĠ.", "MARK MUSCAT (Konsulent tal-Ministru José Herrera): Sur President, meta għamilna din il-klawsola dwar il-bye-laws tlaqna minn prinċipju partikolari; jekk tibda mill-Att dwar Gvern Lokali, Kap. 363, u tmur fuq l-avviżi legali, issib li hemm listi twal ta' avviżi legali, u jekk jien irrid inkun naf fuq avviż legali partikolari, pereżempju f'San Ġiljan, irrid immur mil-lista.", "Ta' warajha, jekk nitkellmu fuq Ħ'Attard, ma nafx fejn insibha, jekk hijiex qiegħda hemmhekk jew le.", "Allura meta qed nagħmlu din il-general application l-ewwel nett qed nippruvaw niġbru l-liġijiet li jikkonċernaw suġġett wieħed flimkien biex niffaċilitaw il-ħajja liċ-ċittadin li jekk mill-Mellieħa mar jgħix Birżebbuġa, u jrid ikun jaf il-bye-law dwar suġġett partikolari, ma jridx iqatta' nofstanhar jipprova jsib taħt liema linja ta' bye-law qiegħda u jekk teżistix, imma jmur fuq il-general application u jsib il-Mellieħa jew Birżebbuġa.", "Jekk mhijiex qiegħda hemm ifisser li m'hemmx.", "It-tieni, meta bdew joħorġu numru ta' bye-laws li huma simili bdejna naraw ċerti regoli amministrattivi li jvarjaw, min jimxi mod u min jimxi mod ieħor.", "Hawn ukoll, resident fil-komunità jħoss li r-regolamenti amministrattivi għandhom ikunu l-istess kemm jekk joqgħod ġol-Mellieħa u kemm jekk joqgħod ġo Birżebbuġa.", "Allura b'dawn l-emendi qegħdin ngħinu lir-resident billi imur fejn imur jgħix, se jsib li l-operazzjoni amministrattiva hija dejjem l-istess.", "Skoprejna wkoll li ġieli jkun hemm kunsill li jitħajjar idaħħal xi regolament simili għal dak ta' kunsill ieħor għax jara li huwa tajjeb għalih ukoll.", "Allura hawnhekk qed isibu liġi li qiegħda hemmhekk by general application li qed tispjegalhom is-sistema amministrattiva.", "Issa jekk iridu jdaħħluha, fejn iridu jdaħħluha u liema applikazzjoni jridu jagħmlu, dik imbagħad hija responsabbiltà tal-kunsill.", "Aħna ma nidħlux fiha.", "Ħadd ma jidħol fiha.", "Però l-parti amministrattiva, l-aktar parti li tieħu żmien, fejn il-liġi li tkun il-ħin kollu ġejja u sejra biex nikkoreġuha, dik tkun diġà lesta, għaliex qiegħda fil-post.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħinu lil ċerti kunsilli li jkunu żgħar.", "Ejjew nieħdu bħala eżempju l-bye-laws dwar ir-riklamar.", "Ir-regoli dwar il-permessi li jrid ikollhom, u meta jridu jiċċekkjaw ma' Trasport Malta jew ma' xi awtorità oħra, qegħdin stabbiliti għax huma ekwivalenti għal kulħadd.", "Kwestjonijiet oħra dwar kemm iridu jagħmlu, kemm iridu jitolbu ħlas, eċċ., huma kompetenza tal-kunsill għax hu jaf kif se jattira dan ix-xogħol.", "Imma hekk inkunu għamilna l-parti amministrattiva li ħafna kunsilli ma jkunux jafu x'tinvolvi, fost affarijiet oħra li jridu jimxu skont il-permess tal-ippjanar, jew skont il-permess ta' Transport Malta.", "Dawn ir-regolamenti għal applikazzjoni ġenerali nkunu tfajniehom hemmhekk, imbagħad f'idejn il-kunsilli individwali biex idaħħlu l-partijiet li jinteressaw lilhom.", "Din tiffaċilita l-ħajja, speċjalment tal-kunsilli żgħar għax jekk il-kunsill ta' Ta' Sliema jrid jagħmilha, pereżempju, u għandu fejn jagħmilha, dak jista' jinvesti ħin għax jaf li se jkollu a good return, imma jekk ikun kunsill żgħir, bħal pereżempju tal-Għasri, dan m'għandux ir-riżorsi finanzjarji biex joqgħod jagħmel ir-riċerka.", "Allura qiegħda hemm, se jħares lejha, mhux se jdaħħal ir-rati li għandu l-Kunsill Lokali ta' Ta' Sliema għax kieku ħadd mhu se jmurlu, imma jista' jdaħħal ir-rati tajbin għall-Għasri.", "JOSÉ HERRERA: Bażikament wieħed irid japrezza li l-iskop tal-liġi mhuwiex biex wieħed inaqqas il-kompetenza jew il-ġuriżdizzjoni tal-kunsill indikat, imma biex jagħmilhielu aktar faċli u aktar spedjenti biex joħroġ ċerti bye-laws.", "Din mhux se tolqot il-bye-laws kollha.", "Id-dritt tal-kunsill lokali li jagħmel bye-laws se jibqa' hemm mill-bidu sal-aħħar.", "Anzi, meta tiġi xi bye-law quddiemi, fejn tidħol kompetenza, minflok ma nagħti interpretazzjoni ristrettiva tal-liġi nħobb nagħtiha interpretazzjoni estensiva.", "Meta titkellem fuq gvern dejjem għandek tinterpreta favur il-kompetenzi u mhux kontra l-kompetenzi.", "Dik hija l-pożizzjoni li nara jien.", "Kif jista' jikkonferma l-Inġ.", "Muscat, kellna żewġ bye-laws li l-parir dwarhom kien li ma jistgħux isiru, imma jien bgħatthom lura lid-Dipartiment biex jaraw jekk jistgħux jagħmluhom jekk ibiddlu xi partijiet minnhom.", "L-idea tiegħi hija li nsaħħaħ il-poteri tal-kunsilli lokali f'dan ir-rigward.", "Però l-aktar ħaġa li ddejjaqhom lill-kunsilli hija li hemm proċess pjuttost fit-tul, allura b'dan il-mod jistgħu jkunu aktar spediti.", "L-Onor.", "Gouder qed jiddejjaq ftit għax jista' jkun hemm materja li fin-natura tagħha hija kompetenza tal-kunsill, jien għamilt general application u llimitajt il-kriterji.", "Veru tajtu għażla, però forsi ma ħallejtlux id-diskrezzjoni bla limitu li kellu qabel.", "L-argument tiegħu huwa li fejn illum għamilt demarcation line, forsi dak inaqqas xi ftit mill-kompetenza tal-kunsill.", "Għalhekk, qed jissuġġerixxi li din tkun fakultattiva.", "Ma nafx x'inhuma l-kummenti tagħkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Natalino Attard.", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Din kienet diskussa fuq livell ministerjali u l-Ministru xtaq li jara kif nistgħu mhux biss inħaffu l-proċess tal-bye-laws għall-kunsilli lokali, imma li jkollhom mezzi oħrajn kif jistgħu jdaħħlu aktar finanzjament.", "Dak kien il-punt ta' tluq.", "Meta morna għal-liġi sibna li diġà kien hemm provdut għar-regolament tal-general application.", "Allura ħarisna lejn il-bye-laws kollha li diġà ħarġu, rajna x'inhuwa dak li japplika b'mod ġenerali u għamilniehom by general application, imbagħad qed inħallu lill-kunsilli lokali li jdaħħlu l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.", "Fil-fatt, diġà għandna numru minnhom li dorniehom.", "Prattikament m'aħniex qed innaqqsu, imma qed niffaċilitaw il-mod kif il-kunsilli lokali jistgħu jgħaddu bye-law.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Veru li jista' jkun hemm bye-laws li jkunu by general application u jista' jkun li kunsill, biex jagħmel ħajtu eħfef jew għax ma jkollux riżorsi, juża dik il-general application u jbiddel biss l-ammonti speċifiċi għalih.", "M'għandix problema.", "Imma jista' jkun li hemm kunsill ieħor li jrid jagħmel bye-law totalment differenti, u dik xorta se taqa' taħt id-Direttorat.", "Kulma qed ngħid jien huwa li tibqa' fakultattiva.", "Ħallu lill-kunsilli jiddeċiedu huma.", "Wara kollox jekk kunsill ikun se jagħmel bye-law li ma treġix totalment, xorta din se tgħaddi għand id-Direttur Ġenerali biex jiċċekkjaha.", "Dak biss qed ngħid jien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Jien qed nifhem l-ispjega tal-Onor.", "Gouder u ċertament, bħall-Ministru, nagħraf il-ġenwinità tagħha.", "Biss se nġib eżempju prattiku ta' liġijiet amministrattivi li se jkunu across the board u mbagħad il-kunsill lokali sta għalih li jkun jista' jemendahom u jirrappreżenta aktar in-neċessitajiet speċifiċi tal-lokalità fl-iskedi li jiġu annessi magħhom.", "Se nagħti eżempju fid-Distrett Elettorali tiegħi, li l-Ministru jaf bih u forsi aktar minn ħaddieħor għandu l-esperjenza għaliex jiltaqa' ma' dawn il-problemi fid-diversi dekasteri.", "F'Marsaxlokk u f'Marsaskala għandek il-problema tal-karrijiet tad-dgħajjes u dgħajjes abbandunati, kif hemm f'San Ġiljan li ċertament tafu ferm aktar minna, Onor. Gouder.", "Jiġifieri se jkollok sitwazzjoni problematika komuni għal kunsilli oħra, però jaf għandek parkeġġ mod, jew inkella wieħed forsi se jmur għal miżati, jidħol fl-aspett finanzjarju, imma n-neċessità speċifika ta' Marsaskala, ta' Marsaxlokk u ta' San Ġiljan se tkun qed tiġi riflessa fl-iskedar li se jkun qed isir separatament minn xulxin.", "Imma l-iskop tar-regolamentazzjoni amministrattiva … (Interruzzjonijiet) Però fil-każ li xi ħadd jibqa' jħalli inkonvenjent u jħalli karru, għandek bye-law komuni għal kullimkien.", "KARL GOUDER: Imma għaliex?", "Dak hu l-punt tiegħi.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Aħna qed ngħidu li mhux xi ħadd li qiegħed Marsaxlokk ikun qed jiġi stmat mod, u xi ħaddieħor li joqgħod San Ġiljan jiġi stmat mod ieħor.", "Allura huwa tajjeb li inti għandek ċerta ekwità, imma mbagħad mill-aspett l-ieħor għandek l-ispeċifikazzjoni dettaljata fl-iskeda.", "Sinċerament naqbel ma' kif ġiet preżentata, u nħossni ferm aktar komdu li … (Interruzzjonijiet)", "KARL GOUDER: Din ma konniex qbilna fuqha qabel?", "Għalfejn erġajna tellajnieha?", "IS-SUR MICHAEL COHEN: Primarjament id-dritt li kunsill lokali jagħmel bye-law se jibqa' hemm, mhux se jintmiss.", "Hija kwestjoni ta' proċedura li tinbidel.", "Il-fatt li jkollok dritt li tagħmel bye-law ma jfissirx li m'għandux ikollok proċedura ta' kif taddatta.", "Però biex inżid mal-punt tal-Onor.", "Micallef, għandek sitwazzjoni fejn aktar milli kwestjoni ta' kemm se tħallas miżata biex tpoġġi l-karru, hija kwestjoni ta' multi.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż jekk inti teħel multa fuq parkeġġ ta' karru f'Marsaxlokk tħallas €10 u jekk teħel multa f'Birżebbuġa tħallas €15!", "Hemmhekk hemm bżonn ikun hemm ċerta koerenza u allura trid tagħti gwida lill-kunsill lokali.", "KARL GOUDER: Jekk ikollok dik il-kwestjoni, li f'Birżebbuġa jkollok multa ta' €10 u f'Marsaskala jkollok multa ta' €15, x'se tagħmel?", "Hawnhekk se tħassar dak li jiddeċiedi kunsill lokali u jiddeċiedi l-Gvern.", "IS-SUR MICHAEL COHEN: Aħna naqblu fuq il-multi?", "IS-SUR MICHAEL COHEN: Jekk se tipparkja ħażin il-Kalkara l-multa hija €23 u jekk se tipparkja ħażin il-Belt il-multa hija €23 ukoll.", "KARL GOUDER: Jien qed ngħidlek dwar il-proċedura.", "IS-SUR MICHAEL COHEN: Għalhekk għandu jkun hemm proċeduri ta' kif ċertu bye-laws għandhom ikunu regolati.", "Mill-bqija jekk kunsill lokali jridx jadotta dik il-bye-law jew le hija deċiżjoni tiegħu.", "Imma ladarba jadottaha, irid ikun hemm konformità.", "KARL GOUDER: Kif inhija bħalissa?", "Il-kunsilli jiddeċiedu huma?", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Bħalissa qed jingħad hekk:", "\"(2) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ...\"", "– Is-subartikolu (1) qed jagħti l-poter li kunsill lokali jista' jagħmel, jemenda jew jirrevoka byelaws. –", "\"… ta' dan l-artikolu, il-Ministru jista' taħt l-artikolu 72 jagħmel regolamenti għal applikazzjoni ġenerali għall-istess għanijiet li Kunsill jista' jagħmel bye-laws taħt dan l-Att u dawk ir-regolamenti għandhom, għall-finijiet ta' dan l-Att u ta' kull liġi oħra, jitqiesu li huma bye-laws li jkunu saru mill-Kunsilli kollha ...\".", "Illum hija aktar drakonjana għax dak li jagħmel il-Ministru jrid japplika bilfors għall-kunsilli lokali kollha.", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Qed ngħid x'tgħid il-liġi llum.", "KARL GOUDER: Skużani, il-liġi ma tgħidx kif qed tgħid int imma tgħid li l-Ministru jista' jiddeċiedi t-topics fuqiex il-kunsilli lokali jistgħu jagħmlu l-bye-laws.", "Ovvjament jekk jien sindku ma nistax nagħmel bye-law fuq kemm se ndaħħal taxxa, pereżempju, imma hemm erbgħa jew ħames topics li fuqhom il-Ministru jiddeċiedi li jistgħu jsiru bye-laws, u jien bħala sindku nagħmel bye-laws fuqhom.", "Ovvjament l-ewwel irrid immur għand id-Direttur biex jġu vetted, u veru li hemm proċedura naqra twila, imma l-liġi hekk qiegħda, ċjoè li l-kunsill imbagħad, skont dawk is-suġġetti – li huma multi, eċċ. – jiddeċiedi hu.", "Issa qed ngħidu bil-kontra.", "Qed ngħidu li jista' jkun hemm ċertu areas minn dawk il-bye-laws li se nħassruhom u se jiddeċiedi l-Gvern.", "Dak li qed ngħidu.", "Ħa nġibuhom kollha l-istess.", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Dawk se jitħassru għaliex illum il-ġurnata jekk il-Ministru se jgħaddi bye-laws by general application u kunsill diġà għandu bye-laws fuq dik il-materja, m'hemmx proċedura biex dawk il-bye-laws li kien diġà għadda jitħassru biex jiġu japplikaw dawk li joħorġu by general application.", "Allura qed indaħħlu dik il-proċedura.", "KARL GOUDER: Sur Direttur, huwa proprju dan li jbeżżagħni.", "X'jiġifieri l-Ministru jgħaddi bye-law by general application jekk għandek kunsilli li għandhom bżonnijiet differenti?", "Jekk trid tilħaq kompromess, jien qed ngħid li l-Ministru jista' jagħmel dummy bye-laws.", "Kif qal is-Sur Muscat, jista' jkun li għandek kunsill żgħir, li m'għandux ir-riżorsi, li jara li l-bye-law tal-Ministru fuq tali suġġett hija tajba għal-lokalità tiegħu u jaddottaha kif inhija.", "Imma jista' jkollok kunsilli oħrajn li jridu jagħmluha differenti u inti issa qed tgħidli li ma jistgħux.", "L-INĠ.", "MARK MUSCAT: Kif għedt fil-bidu, ejja nħarsu ftit lejn ir-residenti li jużaw dawn il-bye-laws, mhux il-kunsilli.", "Il-liġijiet qegħdin hemm għal min qiegħed jużahom.", "Il-kunsilli jagħmluhom, imbagħad aħna rridu nimxu magħhom.", "L-ewwel idea hija li niffaċilitaw il-ħajja, biex anke n-nies jagħtu iżjed ...", "KARL GOUDER: Sur Muscat, ma naqbilx miegħek.", "L-ewwel prinċipju mhuwiex dak.", "L-INĠ.", "MARK MUSCAT: Il-liġijiet mhux għan-nies qegħdin?!", "KARL GOUDER: Inti qed tgħidli: Ejja niffaċilitaw kif ir-residenti jistgħu jsibu l-bye-laws eċċ. ...", "L-INĠ.", "MARK MUSCAT: Mhux importanti dik?", "Imma l-ewwel prinċipju mhux dak.", "L-ewwel prinċipju huwa li l-kunsilli jkollhom l-indipendenza tagħhom u jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom.", "Issa, jekk hemm problema biex wieħed ifittixha online eċċ., nirranġaw il-mod kif wieħed jista' jsiba, imma mhux nissagrifikaw il-prinċipju kruċjali tal-indipendenza tal-kunsilli għax ikun aħjar biex ir-residenti jsibu bye-law.", "JOSÉ HERRERA: Nista' nifhem ukoll l-argument tal-Onor.", "Qed jgħid li m'għandix nużurpa l-poteri tiegħi ma' dawk tal-kunsill f'materja li taqa' taħt kompetenza tal-kunsill minħabba dak li jidhirli li huwa għall-ġid taċ-ċittadin.", "Hu qed jgħid li l-kunsilli qegħdin għall-benefiċċju taċ-ċittadini, però hemm ċerta materja li hija reserved għall-kunsilli.", "Qed jgħidli: Se tneħħi d-diskrezzjoni tal-kunsilli għax tħoss li huwa għall-ġid taċ-ċittadin li tagħmel dawk il-bye-laws?", "Dik jarawha l-kunsilli, mhux inti, jekk hijiex a benefiċċju taċ-ċittadini.", "Nifhmu però dak l-argument, la aħna qed naffermaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà.", "Issa nixtieq li nkomplu naqraw l-artikolu rilevanti tal-liġi prinċipali.", "IS-SUR NATALINO ATTARD: L-artikolu 34 tal-Kap.", "363 jgħid hekk:", "(1) Kunsill Lokali jista' jagħmel, jemenda jew jirrevoka bye-laws sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu u sabiex iħares u jnaqqas inkonvenjenzi fil-lokalità tiegħu u sabiex idaħħal aktar fondi minn dawk allokati lilu taħt l-artikolu 55.\"", "KARL GOUDER: Dak huwa l-prinċipju.", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"(2) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, il-Ministru jista' taħt l-artikolu 72 jagħmel regolamenti għal applikazzjoni ġenerali għall-istess għanijiet li Kunsill jista' jagħmel bye-laws taħt dan l-Att u dawk ir-regolamenti għandhom, għall-finijiet ta' dan l-Att u ta' kull liġi oħra, jitqiesu li huma bye-laws li jkunu saru mill-Kunsilli kollha:", "Iżda kull regolamenti bħal dawk jistgħu jagħmlu biss dispożizzjonijiet ġenerali u jkunu bla ħsara għall-għemil ta' byelaws oħra minn xi Kunsill għall-istess għan li jagħmlu dispożizzjonijiet speċjali għal-lokalità tiegħu.\".", "Dan huwa dak li qed tgħid il-liġi llum.", "JOSÉ HERRERA: Mela dan ifisser li bażikament il-Ministru jista' jagħmel liġi by general application li jinkombi fiha l-prinċipji li jkunu ħarġu minn diversi bye-laws, he standardises them, jagħmel skedi u mbagħad il-kunsilli japplikaw l-iskedi.", "Ladarba dan il-poter qiegħed hemm diġà – il-Parlament għamilha l-liġi – jien teknikament stajt nuża dak il-provvediment u noħroġ avviż legali biex nagħmel general application.", "Minflok ma qed nagħmlu hekk, qed nagħmlu emenda fil-liġi prinċipali.", "Jimporta nistaqsik xi ħaġa, Sur Attard?", "Ladarba l-liġi diġà tipprovdi dan, x'inhuwa l-iskop li qed indaħħluh f'din l-emenda?", "KARL GOUDER: Għax tridu tiċċentralizzaw!", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Naħseb li dan huwa l-punt kruċjali.", "KARL GOUDER: Aħjar tħalluha kif inhi.", "IS-SUR NATALINO ATTARD: Id-diffikultà li għandna llum hija li meta jiġuna kunsilli lokali biex jgħaddu bye-laws, bħal pereżempju dwar ir-riklamar, u l-Ministru ma jkunx għamilha by general application, irridu ngħadduhom mill-proċess kollu.", "Fil-fatt, illum il-ġurnata rajna liema huma dawk il-bye-laws fuq l-istess suġġett li għaddew diversi kunsilli biex il-Ministru jagħmilhom by general application.", "L-ewwel proviso tas-subartikolu 34(2) se jibqa' hemm, mhux se jitneħħa.", "Qed nipproponu li jidħol it-tieni proviso.", "U r-raġunijiet għat-tieni proviso huma tnejn.", "(Interruzzjonijiet)", "JOSÉ HERRERA: Din hija liġi li għaddiet mill-Parlament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "JOSÉ HERRERA: Mhux qed naqblu, m'hemmx x'tagħmel.", "Ejja nieħdu vot fuqha din.", "KARL GOUDER: Hija daqshekk diffiċli biex tħalli l-għażla?", "Jekk trid niedħu vot, neħduh.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 4 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "\"D\" Fi klawsola 4, minnufih wara l-kliem \"wara konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \"u dan biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 4 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-qosor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "Fi klawsola 1 il-kliem \"l-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar Gvern Lokali (Emenda Nru 2)\" għandhom jiġi sostitwiti bil-kliem \"l-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar Gvern Lokali\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għal klawsola 1 kif imressqa mill-Ministru.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata verbalment.", "Klawsola 1, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "Fit-Titolu l-kliem \"Att sabiex ikompli jemenda l-Att dwar Gvern Lokali\" għandhom jiġi sostitwiti bil-kliem \"Att sabiex jemenda l-Att dwar Gvern Lokali\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għat-Titolu kif imressqa mill-Ministru.", "L-Emenda verbali għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija t-Titolu kif emendat verbalment.", "It-Titolu, kif emendat verbalment, għadda nem. con. u ġie ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar Gvern Lokali, Kap. 363\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Fis-6.34 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201207_035d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Silvio Schembri, Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija", "Onor. Carmelo Abela, Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Onor. Clyde Caruana, Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol", "Laqgħa Nru 36", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2020, fit-3.00 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2020, fit-3.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 164 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Iskrinjar Nazzjonali tal-Investiment Dirett Barrani – Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija.", "7 ta' Diċembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201209_036a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 36", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 36", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3:09 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 35 li saret fis-7 ta' Diċembru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISKRINJAR NAZZJONALI TAL-INVESTIMENT DIRETT BARRANI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 398 tat-Tlieta, 10 ta' Novembru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Applikabilità tal-Att.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, fejn qed tintuża l-kelma \"skrinjar\" nissuġġerixxi li tintuża l-kelma \"skrutinju\" għaliex il-kelma \"skinjar\" naraha tistona żżejjed.", "Din hija kwestjoni ta' semantika Maltija għaliex fis-sustanza xorta nkunu qegħdin ngħidu l-istess ħaġa.", "SILVIO SCHEMBRI (Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija): M'għandix problema.", "Qiegħda \"skrinjar\" biex inkunu aktar in line mad-definizzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Chris Cilia biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR CHRIS CILIA: Onor. Ellis, ir-regolament Ewropew diġà huwa tradott bil-lingwa Maltija u fit-traduzzjoni tal-istess regolament kull fejn hemm il-kelma \"screening\" għandna l-kelma \"skrinjar\".", "Allura biex ma jkunx hemm distinzjoni bejn x'qed jingħad f'din il-liġi u fir-regolament Ewropew, żammejna l-istess kelma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, jien kont iċċekkjajt u kif qed jgħid Dr Cilia, hemm ftit tad-distinzjoni għaliex il-kelma \"skrutinju\" naħseb li lanqas biss tapplika għal din il-liġi għaliex dan huwa pure screening.", "Bażikament wieħed ikun qiegħed iħares a priori lejn investiment li qed isir, jiġifieri ma nistgħux nagħtu l-impressjoni li qegħdin nagħmlu xi review.", "Jiġifieri dan l-uffiċċju mhux se jkun qed jagħmel review ta' dak l-investiment imma se jkun qed jagħmel l-iscreening tiegħu, skont id-Direttiva li tapplika għalina diġà u sa fejn naf jien, din id-Direttiva diġà hija tradotta wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Ellis, komdu li mmexxu hekk?", "JOSEPH ELLIS: Iva, immexxu hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Klawsola 3 għaddiet nem .con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 4, 5, 6 u 7 għaddew nem .con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Proċeduri tal-Bord.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Il-ħatra taċ-Chairperson taqa' taħt il-provisions tal-public appointments hux hekk?", "SILVIO SCHEMBRI: Le, ma naħsibx, għaliex dan mhuwiex Bord regolatorju.", "CLAUDIO GRECH: Ma jidhirlix li huwa limitat …", "SILVIO SCHEMBRI: B'mod naturali huwa regolatorju, imbagħad jekk ikun hemm qbil li rridu nżidu fil-lista tal-awtoritajiet regolatorji, il-liġi tagħtina dik il-fakultà.", "Però nkunu rridu nemendaw l-iskeda tal-liġi l-oħra biex tkun tinkludi dan il-Bord.", "Sal-lum il-ġurnata dak mhux qiegħed hemm, però kif qed jgħidli l-Ministru Carmelo Abela, f'dak il-każ mhux din il-liġi trid temenda imma nżidu mal-iskeda tal-tal-liġi l-oħra .", "CLAUDIO GRECH: Il-Gvern għandu intenzjoni li jemendaha din biex ikollna streamlining tal-funzjonijiet?", "SILVIO SCHEMBRI: M'għandix problema li tiġi diskussa meta tkun se tiġi emendata dik il-liġi, però dak mhuwiex l-iskop ta' din il-liġi.", "Mill-bqija m'għandix problema li niddiskutuha.", "CLAUDIO GRECH: Jekk m'iniex sejjer żball, qed nifhem li l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Iskrinjar tal-Investiment Dirett Barrani twaqqaf u qed jopera, hux hekk?", "SILVIO SCHEMBRI: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lis-Sur Mario Galea biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SUR MARIO GALEA (Chairperson, National FDI Screening Office): L-Uffiċċju twaqqaf għaliex għalkemm l-EU Regulation kienet effettiva mill-11 ta' Ottubru, mill-Unjoni Ewropea kienu tawna parir li nibdew l-iscreening minn April.", "Ovvjament kien perjodu fejn konna qegħdin nikkomunikaw mal-Unjoni Ewropea bħala warming up għall-11 ta' Ottubru, imbagħad mill-11 ta' Ottubru 'l quddiem bdejna bl-iscreening mechanism proprju, jiġifieri l-applikazzjonijiet bdew jitpoġġew fuq il-mekkaniżmu tal-iscreening tal-Unjoni Ewropea.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 9, 10, 11 u l-Iskeda, 12, 13 u 14 għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 – Xoljiment ta' investimenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, xtaqt li l-Ministru jispjega ftit il-miżura drastika tax-xoljiment għaliex il-liġi donnu ma tidħolx fid-dettall ta' kif għandu jsir.", "Wieħed jifhem li hija pjuttost kumplessa meta tiġi biex tasal għall-miżura drastika tax-xoljiment.", "Xtaqt allura nkun naf l-ispirtu ġenerali ta' kif qed jitħaddem dan il-mekkaniżmu f'pajjiżi oħra fejn ilu li daħal u kif qegħdin taraw li se jitħaddem b'mod prattiku jekk wieħed jasal għal dik it-tip ta' sitwazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "SILVIO SCHEMBRI: Forsi s-Sur Mario Galea jista' jispjega ftit ħalli aktar milli titwieġeb din il-mistoqsija per se, nagħtu daqsxejn spjegazzjoni dwar kif jaħdem il-proċess tal-iscreening, jiġifieri li jkollok lista, tħabbatha mal-kumplament tal-pajjiżi Ewropej u tara x'jista' jiġri u x'ma jistax jiġri.", "Għall-benefiċċju ta' dan il-Kumitat, naħseb tajjeb li wieħed ikun jaf eżattament kif qed jitħaddem dan il-proċess, x'jiġri f'każijiet –hopefully ikunu rari, kif kollox qed jindika – fejn jista' jkun hemm xoljiment u liema huma dawk il-każijiet.", "IS-SUR MARIO GALEA: L-ewwel nett biex proġett imur għall-iscreening irid ikun hemm tliet fatturi: l-ewwel fattur huwa meta l-Ultimate Beneficial Owner (UBO) ma jkunx mill-Unjoni Ewropea; it-tieni fattur huwa li l-attività tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament; u t-tielet fattur huwa li jrid ikollu a long lasting relationship ma' Malta.", "Meta bdejna l-iscreening, fl-assenza ta' liġi ovvjament bdejna nutilizzaw il-Malta Business Registry (MBR), li kien qed jibgħatilna l-mergers and acquisitions (M&As) ta' dawk il-kumpaniji kollha fejn il-UBO ma kienx minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea u bdejna narawhom.", "Fl-istess ħin dan serva wkoll ta' taħriġ għas-service providers għaliex bdejna nitkellmu magħhom dwar xi jridu jirranġaw.", "Fil-fatt, hemm xi klawsoli, anke fit-template tal-MFSA, li issa rridu nirranġawhom għaliex huma naqra incomplete jew overlapping ma' dak li hemm fir-Regolament.", "Mela bdejna nitkellmu b'mod regolari mas-service providers u sal-lum rajna madwar għaxar proġetti li kellna bżonn nidħlu ħafna aktar fid-dettall dwarhom.", "Fir-realtà qabel il-11 ta' Ottubru informajna lill-Kummissjoni Ewropea dwar xi erbgħa minnhom u qalulna li nistgħu mmexxu għaliex ma kienx hemm problemi.", "Imbagħad kellna xi tnejn oħra li għalkemm ma kinux jaqgħu taħt ir-regoli tal-iscreening, informajna lill-pajjiż fejn kienet qed issir l-operation.", "Kif tafu, ikun hawn ħafna kumpaniji li jirreġistraw f'Malta minħabba taxxa iżda l-operation ma ssirx Malta u allura jekk issir fl-Unjoni Ewropea u taqa' taħt l-artikolu 4, aħna xorta ninformaw lil dak il-pajjjiż biex jara jekk iridx jagħmel screening ta' dik l-activity jew le.", "S'issa bgħatna tliet applikazzjonijiet bl-iscreening mechanism.", "Waħda kienet ta' kumpanija li tagħmel id-drones, oħra kienet ta' kumpanija li tagħmel trading ta' petroleum products u l-oħra kienet ta' kumpanija ta' security IT.", "L-aktar ħaġa importanti hija li nistabbilixxu rapport tajjeb mas-service providers.", "Din il-liġi se tgħinna ħafna għaliex se titfa' wkoll l-onus li japplikaw fuq is-service providers u b'hekk se nkunu aktar koperti minn kif qegħdin illum, fejn qed nirċievu l-informazzjoni mill-MBR.", "Sur President, fir-rigward tax-xoljiment ta' investiment, irid ikun hemm ħafna steps li saru jew ma sarux biex wieħed jasal għalih, bħal pereżempju fil-każ li s-service provider ma jkunx informana bil-proġett, which is very unlikely.", "Ħafna mis-service providers Maltin huma responsabbli, jiġifieri ħadd mhu se jirriskja, għaliex jekk klijent ikollu problema jista' anke jieħu passi kontra s-service provider.", "Ovvjament irid ikun informana li tkun saret it-transaction ħalli aħna nevalwawha però jekk xi ħadd ma informaniex, – ejja ma nidħlux fil-mertu ta' jekk hux bona fide jew le – aħna xorta nagħmlu evalwazzjoni tal-proġett.", "Naħseb l-aktar ħaġa importanti aktar mir-regolamentazzjoni ta' good order, eċċ. hija d-due diligence.", "Aħna għandna żewġ kumpaniji Ingliżi li jagħmlu d-due diligence, waħda qisha aktar fuq bażi preliminari u l-oħra tidħol ħafna aktar fil-fond.", "Madanakollu anke jekk is-service provider ma jkunx informana u d-due diligence ma jkunx tajjeb, il-proġett m'aħniex se nwaqqfuh.", "Jiġifieri mhux se nużaw il-liġi biex intellfu xi ħaġa li tkun tajba għall-pajjiż.", "Jekk ma jkunx bona fide, inkunu tajnieh ammont ta' chances biex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu, u anke hemmhekk kif qegħdin taraw fil-liġi, hemm provvedimenti biex neżoneraw ukoll lil min ma kellux tort.", "Jiġifieri jekk ultimately niġu biex inxolju l-investiment, – li ma tantx nara possibbiltà li jiġi xolt – se niżguraw li l-interessi ta' min ikun bona fide jkunu siguri wkoll.", "Ejja ngħidu jkun hemm partnership bejn kumpanija Maltija u kumpanija barranija; jekk se nxoljuh għaliex ma nkunux nafu bih qabel u d-due diligence joħroġ veru ħażin u rridu nwaqqfu l-investiment, ovvjament hemm il-passi neċessarji, anke fil-liġi, biex l-interessi ta' min hu bona fide jiġu secured ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Dwar ix-xoljiment, s'hemmhekk fhimt u qed naqbel, imma teknikament kif qegħdin taraw li jsir?", "IS-SUR MARIO GALEA: Ovvjament jiddependi mit-transaction.", "Ejja nieħdu eżempju ipotetiku; ejja ngħidu li għandek xi ħadd barrani u xtara biċċa art, mingħajr ma qalilna, u din qed tmiss eżatt mal-airfield u tista' tkun ta' theddida għas-sigurtà tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "Hemmhekk tista' tieħu passi biex tirrexindi l-kuntratt tal-art.", "Ovvjament trid tmur il-qorti u tieħu l-passi biex tirrexindi.", "Imma jekk it-transaction tkun transfer of shares, tista' twaqqaf dak it-transfer of shares u jerġgħu jmorru lura għand min kien il-venditur ta' qabel.", "CLAUDIO GRECH: Fil-każ ta' investitur li jkun diġà beda jopera qabel ma tidħol fis-seħħ din il-liġi però jikkwalifika skont it-tliet kriterji li inti semmejt, jekk dak jiġi biex jagħmel investiment addizzjonali se jaqa' taħtha din il-liġi?", "Ovvjament il-fatt li l-investiment ikun expansion jew continuation huwa avvanz għaliex għandek it-track record.", "Jiġifieri that is easy għaliex għandek track record li huwa għaddej.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Dan l-uffiċċju se jagħmel screening tal-investimenti kollha li diġà saru f'Malta jew inkella se jibda jħares minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament 'il quddiem?", "IS-SUR MARIO GALEA: Fil-provisions tar-Regolament Ewropew hemm indikat li jistgħu jiġu screened biss proġetti li bdew sitt xhur qabel il-11 ta' Ottubru.", "Issa dawk huma kollha screened, jiġifieri aħna sal-lum ...", "JOSEPH ELLIS: Jiġifieri mill-11 ta' April ta' din is-sena 'il quddiem.", "IS-SUR MARIO GALEA: Imma jekk ikunu diġà screened ma tistax tidħol l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea tista' tidħol biss fejn proġett ma jkollux l-approvazzjoni tal-iscreening office ta' Malta.", "Aħna minn April 'il quddiem kollha skrinjajniehom u dawk li għandhom approval l-Unjoni Ewropea mhux se tidħol fuqhom.", "JOSEPH ELLIS: Jekk fhimtu tajjeb dan l-Abbozz ta' Liġi, fi kwalunkwe każ il-Kummissjoni Ewropea m'għandhiex l-aħħar kelma, l-aħħar kelma hi tal-Istat Membru.", "Jiġifieri skont ir-Regolament, kif fhimtu jien, kulma għandha l-Kummissjoni Ewropea huwa advisory role.", "IS-SUR MARIO GALEA: Imma ovvjament jekk l-Unjoni Ewropea tagħmillek ċerti kondizzjonijiet, trid teħodhom into serious consideration.", "JOSEPH ELLIS: Dażgur, imma legalment l-aħħar kelma hija tal-Istat Membru mhux tal-Kummissjoni.", "IS-SUR MARIO GALEA: Legalment iva, imma ovvjament fil-proċess tara anke x'qalu pajjiżi oħrajn.", "Jien nara xenerju li fil-fatt diġà għaddejna minnu.", "Aħna kellna madwar tliet proġetti li għamilnielhom ħafna mitigating measures.", "Pereżempju jekk kumpanija se topera f'xi ħaġa li mhux fil-pajjiżi kollha hija legalizzata, dik għamilnielha provvedimenti li tista' topera biss f'pajjiżi fejn dak il-prodott huwa legalizzat.", "Għamilna provvedimenti oħrajn li jissalvagwardaw l-ambjent.", "Imbagħad fejn kellna xi dubju għedna li l-permess huwa validu għal sena u wara sena it will be reviewed.", "Jiġifieri nistgħu nagħmlu ħafna mitigating measures, u hemmhekk jidħlu l-kummenti tal-Unjoni Ewropea.", "Il-kummenti tal-Unjoni Ewropea teħodhom bħala mitigating measures għall-proġett.", "Xi ħaġa li xtaqt inżid hi li aħna rridu nużaw id-diskrezzjoni tagħna fuq is-setturi għaliex hemm setturi li daħħluhom pajjiżi li għalihom jagħmlu differenza kbira filwaqt li għalina ma tantx jagħmlu differenza.", "Insemmi, pereżempju, il-food.", "Għal ċerti pajjiżi tal-Iskandinavja this is very critical minħabba li fix-xitwa l-baħar ma jkunx aċċessibbli għalihom.", "Jekk jiġi Ċiniż Malta u jrid jiftaħ ristorant Ċiniż, mhix xi ħaġa critical għal Malta, jiġifieri mhux se nżommuh, imma jekk tiġi kumpanija biex tixtri l-Malta Dairy Products (MDP) hemmhekk iva, hija critical għal Malta.", "Jiġifieri f'settur li hu sensittiv għall-Unjoni Ewropea rridu nużaw naqra d-diskrezzjoni tagħna dwar liema huma verament dawk l-investimenti li jistgħu jħallu impatt.", "Pereżempju fil-qasam tal-food kellna wieħed li ried ikabbar ix-shrimps; bix-shrimps u mingħajrhom ngħaddu, jiġifieri it's not critical.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Dwar il-kwestjoni tax-xoljiment li qajjem l-Onor.", "Grech, hawnhekk hawn referenza għal meta investiment jiġi ddikjarat xolt, imma f'dan l-Abbozz ta' Liġi fejn hemm il-poter li l-Uffiċċju jista' jxolji investiment?", "Jekk investiment jiġi ddikjarat xolt, hemm anke riperkussjonijiet kostituzzjonali.", "DR CHRIS CILIA: Nirreferik għas-subklawsola 15(2) fejn jingħad li l-Uffiċċju għandu s-setgħa li jibda kull proċeduri ...", "JOSEPH ELLIS: Imma dik is-subklawsola tagħmel referenza għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, dan qisu kannol bla krema għaliex sa fejn naf jien, fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jiġifieri l-Kap.", "12 tal-Liġijiet ta' Malta, u inti tafu aktar minni dak il-Kapitolu Dr Cilia, imkien m'hemm speċifikat li uffiċċju li għadu ma jeżistix jista' jxolji xi investiment.", "DR CHRIS CILIA: Il-proviso ta' klawsola 14 jgħid hekk:", "\"Iżda jekk l-investitur barrani ma jissodisfax il-kundizzjonijiet imposti mill-Uffiċċju fiż-żmien preskritt, l-Uffiċċju għandu jipprojbixxi jew ixolji l-investiment dirett barrani.\".", "Jiġifieri s-setgħa toħroġ minn din il-liġi stess.", "JOSEPH ELLIS: Nimmaġina li mbagħad l-Uffiċċju jrid jippreżenta rikors ġuramentat, hux hekk?", "Qed nistaqsi għax huwa daqsxejn vag dan il-proviso.", "DR CHRIS CILIA: Vera, però r-realtà hi li dan qed jaħseb għal dik is-sitwazzjoni fejn l-investitur ikun qabeż minn ġox-xibka qisu volutament; pereżempju jkun jaf li jmissu applika u m'applikax.", "F'dak il-każ, ma tistax tħallih jopera għax tkun qisek qed tippremjah u allura trid ixxoljilu dak l-investiment.", "JOSEPH ELLIS: Insemmi l-eżempju li ġab is-Sur Mario Galea, li xi ħadd xtara art ħdejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "Ovvjament hemmhekk qed nitkellmu fuq investitur li mhuwiex minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea u allura biex għamel dan l-investiment kellu jakkwista l-Acquisition of Immovable Property (AIP).", "DR CHRIS CILIA: Mhux hekk!", "Għalhekk it is unlikely li ...", "JOSEPH ELLIS: Allura jekk dan akkwista l-AIP, imbagħad se xxoljilu l-kuntratt?", "CLAUDIO GRECH: Qed nifhem x'inhi l-intenzjoni però fil-prattika, – insa l-eżempju ta' biċċa art għaliex naħseb dik hija l-aktar ħaġa faċli sa ċertu punt – fejn għandek a going concern ta' ċertu daqs, in-numru ta' impjegati se jkun kbir u allura jekk se xxolji l-investiment, il-ħaddiema se jispiċċaw l-injured party fil-proċess kollu.", "Fil-fatt, jien qed nifhem li l-iscreening tagħmlu qabel – għalhekk huwa screening u mhux skrutinju jew review to an extent – biex kemm jista' jkun tipprova tilqa' minn qabel ma jsir dak it-tip ta' employment.", "Għaldaqstant naħseb li fil-mod kif titħaddem, wieħed sussegwentement irid jara li jekk se jkollok ħaddiema li se jispiċċaw bħala injured parties fil-proċess għaliex is-service provider ikun laħaq impjega l-ħaddiema iżda m'għamilx in-notifiki rispettivi, għandu jkun hemm xi forma ta' sanction anke għall-finijiet ta' kif se jiġu milqutin il-ħaddiema, b'mod partikolari, biex dawn ikunu kkumpensati.", "Jekk kellek xi ħadd li nnotifika, sar l-iscreening u ma tħalliex jibda l-proġett jew l-investiment, dik hija straightforward għaliex ma sarx, però x-xoljiment jiġi għaliex in-notifika ma tkunx saret, mhux hekk?", "IS-SUR MARIO GALEA: Ejja ngħidu li ġiet kumpanija Ċiniża li trid tixtri l-STMicroelectronics, pereżempju.", "Ovvjament l-iScreening Office se jara wkoll l-interessi ekonomiċi ta' Malta.", "Kieku niġu verament f'każ ta' xoljiment, dan jiġri għaliex id-deal ma jkunx tajjeb għall-proġett, jiġifieri d-due diligence ikun veru ħażin, bħal pereżempju l-kumpanija Ċiniża tkun falluta u allura d-deal mhux se jkun tajjeb għal Malta.", "Jiġifieri mhux se naqbdu u nagħmlu r-rixessjoni tal-investiment għaliex ma nnotifikawniex, imma jekk ikun hemm xi ħaġa veru ħażina l-ħaddiema xorta se jbatu.", "Jiġifieri it is a very extreme measure u m'aħniex se nieħdu passi legali sempliċement għaliex xi ħadd ma jkunx informana.", "Jekk ikun bona fide u l-investiment huwa tajjeb, nirregolarizzawh.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Pereżempju jekk wieħed mill-mobile operators ta' Malta jiddeċiedi li jixtri t-teknoloġija tal-5G mingħand kumpanija li mhix mill-Unjoni Ewropea, dan l-Uffiċċju se jkollu kompetenza biex iwaqqaf tali akkwist?", "IS-SUR MARIO GALEA: X'jiġifieri se jixtri t-teknoloġija?", "Jekk jixtri teknoloġija biss ...", "JOSEPH ELLIS: Speċifikajtlek; għedtlek il-5G.", "IS-SUR MARIO GALEA: Imma jekk se jixtri t-teknoloġija biss ma jaqax taħt l-iscreening.", "Mela jekk qed tgħidli kumpanija tat-telekomunikazzjoni Maltija għandha teknoloġija tal-5G u mbagħad għandek persuna miċ-Ċina li se tixtri dik il-kumpanija kollha, hemmhekk iva, isir screening għaliex għandek UBO, imma jekk għandek kumpanija Maltija li se tixtri s-servizz, dak mhuwiex investiment dirett barrani.", "Hemmhekk ikun qed jinxtara s-servizz.", "IS-SUR MARIO GALEA: Pereżempju l-Vodafone kellmuna qabel m'għamlu t-transfer of shares, però flimkien ftehemna li m'hemmx għalfejn isir screening għaliex għalkemm ix-shareholding mhux ġej mill-Ewropa, il-UBO huwa minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 – Offiżi u penalitajiet amministrattivi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, f'din il-klawsola hawn referenza għall-\"Awtorità\" li naħseb trid tiġi l-\"Uffiċċju\".", "Fil-fatt, fit-test Ingliż qiegħda korretta.", "Nimmaġina l-ewwel ġiet miktuba bl-Ingliż, imbagħad tradotta bil-Malti.", "Fil-fatt, aktar 'il quddiem, proprju fil-proviso għas-subklawsola (2), hemm il-kliem \"jistgħu jkunu kompetenti lill-Uffiċċju skont dan l-Att\".", "SILVIO SCHEMBRI: Għandek raġun.", "JOSEPH ELLIS: Xtaqt ukoll nistaqsi kif ġew stabbiliti l-multi u l'hekk imsejħin \"pieni amministrattivi\" u għaliex fis-subklawsola (3) hawn referenza għal \"reat\".", "Kif jaf Dr Cilia, \"reat\" huwa xi ħaġa kriminali mentri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq pieni amministrattivi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "SILVIO SCHEMBRI: B'\"reat\" qed nifhem ksur ta' regola jew direzzjoni ta' dan l-Att.", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-pieni kif ġew stabbiliti?", "SILVIO SCHEMBRI: Il-pieni huma bbażati fuq pieni amministrattivi f'liġijiet oħrajn, primarjament liġijiet relatati mal-ekonomija u ekonomija diġitali.", "JOSEPH ELLIS: Nissuġġerixxi li l-kelma \"reat\" tiġi sostitwita bil-kelma \"xorta ta' ksur\" jew \"nuqqas ta' osservanza\".", "DR CHRIS CILIA: Nistgħu nagħmluha \"offiża\".", "Għaldaqstant nipproponi li klawsola 17 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija l-Kumitat qabel li klawsola 17 tiġi posposta.", "Klawsola 18 – Dritt ta' appell.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Klawsola 18 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) in-nota marġinali tagħha għandha tkun kif ġej:", "\"Dritt ta' appell.\";", "(b) fis-subklawsola (2) tagħha, minflok il-kelma \"ippreżentatat\" għandha tidħol il-kelma \"ippreżentat\"; u", "(ċ) fis-subklawsola (2) tagħha, minnufih wara l-kliem \"jekk ebda risposta ma tiġi ppreżentata\" għandu jidħol il-kliem \", fi żmien tmint ijiem tax-xogħol\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: B'din l-emenda qegħdin tgħidu li r-risposta trid tiġi ppreżentata fi żmien tmint ijiem tax-xogħol minflok fi żmien 20 ġurnata?", "SILVIO SCHEMBRI: Hekk hu.", "JOSEPH ELLIS: Għaliex qed tiġi proposta f'dan it-terminu daqshekk qasir?", "Naħseb qegħdin inkunu daqsxejn unfair ma' xi ħadd li jlaqqat multa ta' €100,000, pereżempju.", "Anke 20 ġurnata ma tantx huwa xi żmien twil.", "Allura għaliex inħasset il-ħtieġa li nitilqu minn 20 ġurnata, li huwa terminu standard, kif semma Dr Cilia, u nagħmluha tmint ijiem tax-xogħol?", "Qegħdin ngħidu li: \"L-intimat għandu jkollu d-dritt jippreżenta risposta bil-miktub fi żmien 20 ġurnata mid-data tan-notifika.", "Sussegwentement għandu jiffissa data għas-smigħ fi żmien tmint ijiem ta' xogħol ...\"", "Mela hawnhekk x'qegħdin inbiddlu?", "SILVIO SCHEMBRI: Tistgħu tagħtu spjegazzjoni dwar x'qegħdin inżidu hawnhekk?", "JOSEPH ELLIS: Jien fhimt li r-risposta se tiġi fi żmien tmint ijiem ta' xogħol.", "Qegħdin nikkomplikawha ħafna.", "Jien naħseb li trid tiġi \"Sussegwentement, it-tribunal għandu jiffissa data għas-smigħ fi żmien tmint ijiem tax-xogħol minn mindu jiskadi t-terminu għall-preżentata tar-risposta\".", "DR CHRIS CILIA: Le, naħseb trid tiġi \"… mill-preżentata tar-risposta mill-intimat fil-limitu ta' żmien imsemmi, jew jekk l-ebda risposta ma tkun ġiet preżentata, mill-iskadenza ta' dak it-terminu...\".", "JOSEPH ELLIS: Eżatt.", "Jien naħseb li l-kliem \"mill-intimat fil-limitu taż-żmien imsemmi\" huwa żejjed.", "Bħalissa qiegħda \"jew, jekk ebda risposta ma tkun ġiet ippreżentata, mill-iskadenza ta' dak iż-żmien\".", "DR CHRIS CILIA: Naħseb li sewwa qiegħda kif inhi.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, bil-paragrafu (a) tal-emenda se ndaħħlu n-nota marġinali u fil-paragrafu (b) għandna kwestjoni ta' ortografija u allura meta mbagħad niġu biex nirranġaw l-ortografija tal-Abbozz ta' Liġi, il-kelma \"ppreżentata\" tiġi miktuba kif suppost.", "Mela dawk huma korrezzjonijiet li jistgħu jsiru mill-Iskrivan tal-Kamra u allura ladarba rrid nirtira l-emenda fil-paragrafu (ċ), nipproponi li l-emenda għal klawsola 18 tiġi rtirata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "L-Emenda \"A\" ġiet irtirata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, din hija klawsola standard.", "Fil-liġi dwar l-Awtorità tal-Artijiet għandna l-istess klawsola.", "Nibża' però li meta qegħdin nimponu fuq it-Tribunal terminu ta' sitt xhur biex jieħu deċiżjoni, qegħdin inpoġġu pressjoni żejda fuqu.", "Sitt xhur, sakemm jiġi ppreżentat, issir in-notifika, issir risposta, probabbli jkun hemm eċċezzjonijiet preliminari ...", "SILVIO SCHEMBRI: Iva, min-naħa l-oħra ma nistgħux inħalluha open-ended u t-Tribunal ma jkollux daqsxejn pressjoni.", "Naħseb li sitt xhur huwa żmien raġonevoli ħafna.", "F'dan il-pajjiż ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bid-diskussjonijiet fuq tribunali u qrati, u dak li jkun jibqa' jistenna risposta.", "Fl-opinjoni tiegħi, sitt xhur huwa żmien ġeneruż ħafna.", "Xi forma ta' closure tal-affarijiet irid ikun hemm.", "JOSEPH ELLIS: Kieku t-Tribunal għandu din il-liġi biss, kieku naqbel miegħek mija fil-mija, imma dan it-Tribunal ikollu l-kawżi tal-Awtorità tal-Artijiet u kawżi ta' ħafna entitajiet amministrattivi oħra.", "SILVIO SCHEMBRI: Imma jekk hemm bżonn jiżdiedu r-riżorsi hemmhekk, jiżdiedu.", "JOSEPH ELLIS: Naħseb li Dr Cilia japrezza dak li qed ngħid.", "DR CHRIS CILIA: Naprezza u filwaqt li jien di principio niddejjaq li jiġu ffissati termini fuq il-qorti biex tlesti xogħolha, f'xi ħaġa kritika bħal din nemmen li huwa importanti li jkun hemm dak it-terminu ta' sitt xhur.", "Il-qrati tagħna, anke b'mandat ta' inibizzjoni, illum imponejnielhom terminu ta' xahar.", "Fi żmien xahar iridu jidegretaw.", "Naħseb li kien żvilupp importanti ħafna għax qabel ġieli kien ikollna mandat ta' inibizzjoni li jdum is-snin ma jiġix degretat.", "U f'xi ħaġa bħal din, aktar u aktar għax hemm anke forum Ewropew li ...", "JOSEPH ELLIS: Biex inkunu ċari, il-kompetenza ta' dan it-Tribunal hija ristretta għal xi deċiżjoni meħuda skont il-klawsola 12, jiġifieri jekk dan l-Uffiċċju jordna x-xoljiment ta' investiment taħt il-klawsola 14, ma jistax imur quddiem dan it-Tribunal.", "Imbagħad fil-paragfrafu (b) tas-subklawsola (1) qed ngħidu li t-Tribunal jista' jisma' anke oġġezzjonijiet magħmula minn xi persuna aggravata dwar xi piena amministrattiva.", "Nimmaġina li rridu ngħidu appell kontra xi piena amministrattiva.", "Imma aħna qegħdin ngħidu li l-unika oġġezzjoni li tista' ssir hija jekk l-Uffiċċju għandux jiddetermina jekk l-investiment dirett barrani għandux ikun soġġett għal screening.", "DR CHRIS CILIA: U mill-pieni.", "JOSEPH ELLIS: Iva, u mill-pieni.", "Ma jidhrilkomx li kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn dan l-Uffiċċju għandha tkunu soġġetta għal appell quddiem t-Tribunal?", "Inkella se nispiċċaw li biex toġġezzjona għal xi deċiżjoni oħra, trid tmur quddiem il-Prim'Awla.", "X'inhija r-raġuni li llimitajtu l-kompetenza tat-Tribunal għal xi deċiżjoni meħuda skont l-artikolu 12 biss?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Chris Vella biex jintervjeni.", "DR CHRIS VELLA: Fis-subklawsola 12(7) insibu li l-Uffiċċju jista' jikkundizzjona, jipprojbixxi jew ixolji investiment.", "Ix-xoljiment huwa wieħed mill-funzjonijiet li hemm koperti bil-klawsola 12, apparti li jipprojbixxi u jikkundizzjona dak l-investiment.", "Issa l-klawsola 15 tagħti l-fakultà lill-investitur li fi żmien 60 jum jipprova jieħu l-mezzi kollha min-naħa tiegħu sabiex ikun jista' jxolji investiment mingħajr il-bżonn ta' rikors il-qorti.", "Imbagħad tmur rikors il-qorti.", "JOSEPH ELLIS: Jiġifieri biex jiġi xolt investiment qegħdin ngħidu li jrid ikun imur kontra s-sigurtà u l-ordni pubblika ta' Malta.", "DR CHRIS VELLA: Dik toħroġ mir-Regolament tal-Unjoni Ewropea, li ma seta' jsir ebda tweaking tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 19, 20 u 1 għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fit-3.52 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fl-3.55 p.m.", "Klawsola 17 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Klawsola 17 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, il-kelma \"L-Awtorità\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"L-Uffiċċju\"; u", "(b) il-kelma \"reat\", kull fejn tidher, għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"offiża\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Memrbi: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 17 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 17 kif emendata.", "Klawsola 17, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għat-twaqqif ta' Uffiċċju li jkun magħruf bħala l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Iskrinjar tal-Investiment Dirett Barrani, u għat-twettiq minn jew f'isem dak l-Uffiċċju ta' funzjonijiet regolatorji dwar il-mekkaniżmu ta' skrinjar ta' investimenti diretti barranin ġewwa Malta fuq bażi ta' sigurtà jew ordni pubblika, u biex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew konnessi ma' dan\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Fit-3.57 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201209_036d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 72", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 2020 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 2020 fis-2:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Ezami tar-Rapport tal-Awditur Generali intitolat \"An Investigation of Matters Relating to the Contracts awarded to Electrogas Malta Ltd. by Enemalta Corporation\" – Preżentazzjoni ġenerali mill-Awditur Ġenerali dwar ir-rapport u l-konklużjonijiet tiegħu.", "4 ta' Diċembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201209_072a_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 72", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 72", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:05 p.m.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 71, li saret fit-2 ta' Diċembru 2020, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Ngħaddu mal-ewwel għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda llum.", "EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien tlabt li għal din il-laqgħa jiġi l-Awditur Ġenerali sabiex jagħmel an overall review ta' dan il-kuntratt, imbagħad we take it up from there.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jien nixtieq li l-Kumitat ikollu lista tal-persuni li se jkunu qegħdin jidhru quddiem dan il-Kumitat u r-rilevanza tagħhom mat-terms of reference (ToR) ta' din l-investigazzjoni.", "Nixtieq ukoll li l-Awditur Ġenerali, fil-bidu tal-preżentazzjoni tiegħu, jgħidilna x'kienu t-termini ta' riferenza ta' dan ir-rapport.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, it-ToR huma elenkati fil-bidu tar-rapport.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, Sur President, imma biex inkunu smajnihom a viva voce.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-introduzzjoni tar-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali jagħmel riferenza għat-ToR li kellu, u nfakkar li kien proprju fit-30 ta' Lulju 2015 li l-Membri tal-Oppożizzjoni kienu talbu b'mod formali lill-Awditur Ġenerali sabiex jagħmel l-investigazzjoni tiegħu dwar diversi items relatati mal-proġett in kwestjoni.", "Jien ma nsib ebda problema li meta l-Awditur Ġenerali jkun qed jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu jgħid minn fejn telaq, x'kienu t-ToR, u xi nvestiga f'dan ir-rapport.", "GLENN BEDINGFIELD: U li jkollna lista ta' min se jidher quddiem dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhijiex il-prassi li jkollna lista tax-xhieda kollha li se jintalbu jidhru quddiem dan il-Kumitat u allura ma naħsibx li għandna jkollna f'dan il-każ.", "Li hu żgur hu li dan il-Kumitat qatt ma mpona limitazzjonijiet fuq xhieda, basta naturalment ikunu...", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, ma jien qiegħed nimponi l-ebda limitazzjoni.", "Jien qed nistaqsi għal dan biex ikolli ftit idea ta' kif beħsiebu jimxi dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, inti taf kif naħdem jien; kif nara li l-affarijiet qegħdin jiżvolġu nkun f'pożizzjoni...", "GLENN BEDINGFIELD: Ġeneralment inkunu nafu minn ġimgħa għal ġimgħa, imma issa nixtiequ li jkollna lista...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien ma nimmaġinax li dan se jkun eżami ta' żewġ sessions, però naħseb li wara l-laqgħa tal-lum inkunu nistgħu nagħtu indikazzjoni tax-xhieda jew… L-Awditur stess, f'email li bagħat, talabna norganizzaw ruħna dwar il-mod ta' kif se nipproċedu, u jien m'għandix problema li niddiskutu dik ukoll as we go along.", "Il-parir tiegħi hu li nħallu lill-Awditur Ġenerali jagħmel il-preżentazzjoni, imbagħad we take it up from there.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri fil-laqgħa li jmiss il-Kumitat se jkollu lista tax-xhieda u rilevanza tagħhom fil-konfront tad-diskussjoni li se jkollna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum se jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu l-Awditur Ġenerali, u naħseb li fost il-mistoqsijiet li se jiġu mistoqsija lilu se jkun hemm dik dwar min kien qed jaħdem fuq dan ir-rapport għax, kif tista' tapprezza, dan huwa rapport li fih hemm aspetti tekniċi, legali, finanzjarji, kuntrattwali, eċċ. u allura nimmaġina li ħadmu fuq dan ir-rapport diversi uffiċjali tan-National Audit Office (NAO) b'expertise differenti.", "Onor. Bedingfield, kif taf, ir-rapport għandu diversi headings dwar diversi aspetti ta' dan il-proġett u jien qed nimmaġina li fuq l-aspetti varji ta' dan il-proġett kien hemm persuni mill-NAO b'expertise differenti, u allura biex nitilqu, dawk se jkunu l-ewwel xhieda.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri huma biss se jidhru quddiem il-Kumitat?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, anzi qed ngħidlek il-kontra.", "Qed ngħidlek li biex nitilqu żgur huma dawk, imbagħad jekk ikun hemm bżonn numru ta' xhieda oħra, naraw ir-rilevanza tagħhom x'inhi, u jekk ma jkunx hemm problemi we take it up from there.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma rridx nuża kliem iebes u ngħid li qiegħed tirrifjuta t-talba tiegħi; qed tgħidli li at this point ma tixtieqx tgħid min se jkunu x-xhieda li se jitilgħu quddiem il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: At this point ma naħsibx li jkun fair jekk xi naħa tintrabat b'min se jkunu x-xhieda f'dan il-proċess.", "GLENN BEDINGFIELD: Għaliex mhux fair li nintrabtu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax jekk xhud \"A\" iwieġeb u jagħti l-informazzjoni mitluba, nistgħu nieqfu hemm, imma jekk xhud \"A\" ma jagħtix l-informazzjoni, għax pereżempju ma jkollux dik l-informazzjoni, jew għax ma jkunx hu l-persuna li tista' tipprovdi dik l-informazzjoni, allura jista' ikun li jkollna bżonn immorru għal xhud \"B\" jew xhud \"C\" jew xhud \"D\".", "Onor. Bedingfield, kif taf inti, dan il-Kumitat dejjem hekk mexa u ma nara ebda raġuni għalfejn għandu jibdel il-mod li dejjem mexa bih.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed nagħmel din it-talba biex inkunu nistgħu nirregolaw ruħna aħjar.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq rapport voluminuż li fih aktar minn 600 paġna, u kif għedt inti stess, Sur President, dan l-istess rapport fih branki differenti.", "Huwa proprju għalhekk li jien nixtieq li jkollna lista tax-xhieda li l-Oppożizzjoni beħsiebha ttella' ħalli nkunu nistgħu nippreparaw ruħna aħjar.", "Ma naħsibx li b'daqshekk qegħdin nitolbu affarijiet ta' barra minn hawn!", "Naħseb li f'moħħkom diġà għandkom min huma n-nies li tridu ttellgħu jixhdu u xi tridu mingħandhom, u għalhekk nixtieq li bħala Kumitat inkunu nfurmati bil-lista tax-xhieda li beħsiebkom ittellgħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dan l-istadju l-intenzjoni hi li jibdew jixhdu numru ta' uffiċjali li ħadmu fuq dan ir-rapport, li s'issa sinċerament lanqas nafu min huma, imbagħad f'dak l-istadju nkunu f'pożizzjoni biex nirregolaw ruħna, u nimmaġina li tirregolaw ruħkom intom ukoll, dwar ix-xhieda li jridu jitilgħu jixhdu.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri qed niftehmu li wara li jtemmu x-xhieda l-uffiċjali tal-NAO se jkollna l-lista tan-nies li se ttellgħu jixhdu u li se nkunu nfurmati bihom minn qabel.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'iniex qed ngħid hekk.", "Qed ngħid li f'dak l-istadju nkunu nistgħu naraw kif se nipproċedu b'xhieda oħra, u naturalment xhieda oħra jistgħu jagħtu lok għal xhieda oħra, sakemm toħroġ il-verità kollha u l-informazzjoni kollha li l-poplu għandu bżonn ikun jaf dwar dan il-kuntratt.", "GLENN BEDINGFIELD: Skond it-termini ta' riferenza tal-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tinkwetax, m'aħniex se nitkellmu dwar il-kuntratt tal-Vitals, se nitkellmu fuq il-kuntratt tal-ElectroGas.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri m'intomx taqblu li tipprovdu lill-Kumitat b'lista ta' xhieda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nikkalkola li għandna iktar minn 50 xhud.", "Nistgħu nipproċedu.", "GLENN BEDINGFIELD: B'50 xhud, jekk se nisimgħu wieħed f'ġimgħa...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, niltaqgħu kemm ikun hemm bżonn.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak hu l-ħsieb tiegħi, imma tajjeb ngħidu li b'50 xhud, jekk nisimgħu wieħed f'ġimgħa wkoll għandna sena sħiħa għaddejjin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, bħalma ġieli ġara, jekk naraw li l-proċess fuq dan is-suġġett huwa twil ħafna, jien dispost li nagħmlu arranġamenti biex niltaqgħu aktar spiss skont l-availability tagħna u anke skont l-availability tar-rappreżentanti tagħna.", "GLENN BEDINGFIELD: Għalina mhux problema li niltaqgħu aktar spiss, anke jekk tridu filgħodu.", "Li qegħdin nitolbu mingħandkom hu – u ma nafx għalfejn qed issibha daqshekk diffiċli – li tagħtuna lista ta' xhieda li beħsiebkom ittellgħu.", "Jien naħseb li diġà tafu lil min tridu ttellgħu quddiem dan il-Kumitat, u allura kulma qed nitlob jien hu l-lista ta' min huma n-nies, apparti l-uffiċjali tal-NAO, anke biex din in-naħa tkun tista' tirregola ruħha.", "Forsi llum l-Awditur Ġenerali jkun jista' jagħti indikazzjoni ta' min kienu n-nies li ħadmu fuq ir-rapport u n-nies li nistgħu ntellgħu quddiem dan il-Kumitat, imma apparti dawn l-uffiċjali, naħseb li din in-naħa għandha jkollha l-opportunità li tirregola ruħha billi tiġi pprovduta b'lista tax-xhieda li beħsiebha ttella' l-Oppożizzjoni, mhux inkunu nafu nhar ta' Ġimgħa min ikun se jitla' xhud l-Erbgħa ta' wara, ħalli b'hekk inkunu nistgħu nagħmlu r-riċerki tagħna sabiex inkunu ppreparati bil-mistoqsijiet tagħna ħalli, kif qed tgħid inti, toħroġ il-verità kollha dwar dan il-każ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi tal-punt li għamilt.", "Issa nistgħu nipproċedu.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jiġifieri qed tirrifjuta li tgħaddilna din il-lista tax-xhieda?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, jien qed nirrifjuta li nimxu b'mod differenti mill-mod kif nimxu f'kull laqgħa ta' dan il-Kumitat.", "Din hija laqgħa bħal kull laqgħa oħra, u dan huwa suġġett bħal kull suġġett ieħor u ma jiena qed nara ebda raġuni għalfejn għandna naddottaw sistema differenti milli addottajtna s'issa, inkluż...", "GLENN BEDINGFIELD: Għax ġrat fil-passat u għax huwa rapport ta' iktar minn 600 paġna u mhux rapport ta' 50 paġna.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...meta kien hemm suġġetti magħżulin min-naħa tal-Gvern.", "Issa nistieden lill-Awditur Ġenerali, u l-uffiċjali mill-Uffiċu tiegħu, sabiex jekk jogħġobhom jingħaqdu magħna fuq il-Mejda.", "Is-Sur Charles Deguara, is-Sur Noel Camilleri u s-Sur Keith Mercieca, Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali u Assistent Awditur Ġenerali, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, nistiednek nibda bil-preżentazzjoni tiegħek.", "Illum se ssir preżentazzjoni ġenerali, imbagħad we take it up from there.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Kif qegħdin tgħidu tajjeb, dan kien wieħed mill-iżjed rapporti estensivi li qatt għamilna; fl-istorja tal-Uffiċċju tagħna forsi għamilna wieħed jew tnejn oħra bħalu.", "Biex nagħti ftit indikazzjoni ta' kemm kien estensiv, biżżejjed ngħid li t-team tas-Sur Mercieca li ħadem fuq ir-rapport, analizza bejn wieħed u ieħor 50 agreement differenti, fosthom supply agreements.", "Kien rapport li nvolva ħafna xogħol, imma ħadna gost naħdmuh għax fih ħafna aspetti interessanti.", "Jiena konvint li d-diskussjoni se tkun waħda interessanti għax hemm ħafna aspetti tekniċi nvoluti, fosthom dak ta' procurement.", "Kien wieħed mill-ftit rapporti, jekk mhux l-uniku wieħed, fejn fuqu ħadem it-team sħiħ tas-Sur Mercieca.", "Ġeneralment, meta jkollna audits, l-Assistant Auditor General (AAG), li jkun il-kap ta' dik is-sezzjoni – u l-kap ta' din is-sezzjoni huwa s-Sur Mercieca – jagħti audit lil persuna waħda, jew tnejn, jew l-aktar l-aktar tlieta.", "Huma biss the exceptions, kif kien dan, fejn fihom jaħdem it-team kollu.", "Sur President, jien nixtieq li nkunu ftit strutturati fil-mistoqsijiet li jsiru.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien dak li kont qed nipprova nagħmel bit-talbiet tiegħi.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna qegħdin hawnhekk biss biex nagħtukom servizz, u nixtiequ li nagħtukom servizz tajjeb kemm jista' ikun.", "Kif kont qed ngħid, ir-rapport fih ħafna issues tekniċi, u allura jekk ikollna ftit idea ta' liema issue nkunu se niddiskutu fil-laqgħa li jkun imiss…", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, naħseb li qed naqblu dwar dan.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Daqshekk biss qegħdin nitolbu.", "Lanqas jagħmel sens li nġibu xi sitta jew seba' min-nies tagħna hawnhekk meta dawn jinsabu għaddejjin b'xogħol ieħor; ikun ħela ta' ħin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, naħseb li dak kien...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jiġifieri naħseb li qegħdin in sync.", "Kif diġà għedt, qegħdin hawnhekk biex nagħtukom servizz.", "Il-mistoqsijiet lilna mhux se jdejquna, anzi staqsuna kemm hemm bżonn.", "Aħna ppruvajna nkunu ċari fir-rapport, imma jien stess meta dan il-weekend kont qed nerġa' induru, erġajt rajt kemm fih issues interessanti li wieħed jista' jiddiskuti.", "Bil-permess tagħkom nitlob lis-Sur Mercieca sabiex jagħtikom il-presentation.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, qabel tibda bid-diskors tiegħek...", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, xtaqt infakkru fit-ToR.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, fil-fatt dak li kont se ngħidlu.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: It-ToR huma parti mill-presentation, għalhekk ma semmejthomx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela, Sur Mercieca, nistiednek tibda bid-diskors tiegħek.", "IS-SUR KEITH MERCIECA (Assistent Awditur Ġenerali): Insellmilkom.", "Bħala introduzzjoni ngħidilkom li jiena nkarigat mis-sezzjoni li tieħu ħsieb ir-requests ta' dan il-Kumitat, u se nibda din il-presentation billi nispjega dwar it-ToR.", "Bejn wieħed u ieħor se ndum madwar nofs siegħa, imma jekk tridu twaqqfuni waqt li nkun għaddej biex tistaqsu xi affarijiet, tistgħu tagħmlu dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-idea tagħna hi li dawn is-sessions jispiċċaw fl-4:00 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, tista' iddum kemm trid, però fl-4:00 p.m. nieqfu, imbagħad se mai nerġgħu...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-preżentazzjoni tiegħi hija struttrata kif inhu strutturat ir-rapport tagħna, jiġifieri se nħares lejn id-disa' aspetti prinċipali.", "L-ewwel se nagħti kuntest tal-audit tagħna fejn se nidħol fit-ToR u fil-metodoloġija tagħna, imbagħad se nħares lejn iż-żewġ fażijiet tat-tendering process; l-expression of interest and capabilities (EoIC), u r-request for proposals (RfP).", "Imbagħad se nħares lejn il-kuntratti mogħtija lill-Consortium ElectroGas, naraw ukoll it-tluq tal-Gasoil plc mill-istess konsorzju, l-agreements finanzjari li daħal fihom il-konsorzju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, fejn allura tidħol il-kwestjoni ta' state aid, li wasslet għall-financial closing, u fl-aħħar nagħlqu billi nħarsu lejn it-tqabbil tar-rati bejn l-interconnector u l-impjant ta' ElectroGas.", "Kif qal iċ-Chairman aktar kmieni, f'Lulju 2015 kienet saret talba lill-Uffiċċju tagħna sabiex inħarsu lejn diversi aspetti relatati mal-kuntratt ta' ElectroGas.", "It-ToR kienu dawn: Li nħarsu lejn l-għażla tal-konsorzju ElectroGas – I'm summarising però jekk triduni nidħol f'aktar dettall nista' nsemmihom verbatim – inħarsu lejn is-saħħa finanzjarja ta' dan l-istess konsorzju u jekk il-Gvern kienx konxju minn xi problema li seta' kien hemm; jekk il-Gvern ħoloqx kundizzjonijiet permezz ta' dan il-proċess li taw vantaġġ lill-konsorzju, partikolarment permezz ta' garanzija statali; l-effett tat-tluq tal-Gasoil mill-konsorzju; jekk il-prinċipju ta' governanza, trasparenza, vijabilità u value for money kenux osservati fil-kuntratti li daħlu fihom; u jekk ir-rata li biha jinxtara l-elettriku mill-Gvern mill-impjant il-ġdid kenux iktar favorevoli meta mqabbla mar-rati tal-interconnector.", "Dawk kienu t-ToR inizjali tagħna, però hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Lulju 2015, jiġifieri l-proċess kien għadu qed jiżviluppa.", "Fil-fatt aħna rċevejna żewġ talbiet oħra biex inwessgħu ftit it-ToR tagħna, talba minnhom saret f'Awwissu 2015, u l-oħra saret f'April 2016.", "Bażikament dawn it-talbiet kienu sabiex inħarsu lejn ir-revisions li saru fil-garanzija tal-Gvern li kienet kibret bħala valur u li nħarsu lejn jekk kienx hemm ftehim minn qabel l-elezzjoni tal-2013 bejn il-konsorzju u l-Partit Laburista.", "Dawn kienu t-terms addizzjonali li daħlu f'dawn ir-requests ta' wara.", "Kif semma s-Sur Deguara iktar kmieni, biex għamilna din il-biċċa xogħol analizzajna ħafna dokumentazzjoni teknika u kumplessa.", "Jiġifieri dan kien, kif qal is-Sur Deguara, wieħed mill-iktar audits challenging li kellna.", "L-assistenza tas-Segretarji Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu u fil-Ministeru għall-Finanzi kienet utili ħafna biex aħna nifhmu l-kuntest li fih qegħdin noperaw.", "Enemalta kienu wkoll ta' għajnuna kbira għalina f'dan il-proċess, li fih ma nafx kemm-il talba għamilnilhom.", "Ta' min insemmi hawnhekk li l-għajnuna ta' Enemalta kienet ferm aktar limitata meta għamilna talbiet għal informazzjoni dwar l-interconnector.", "Kif nagħmlu s-soltu, tkellimna wkoll ma' diversi persuni li kienu nvoluti fil-proċess, fosthom mal-Onor.", "Konrad Mizzi, maċ-Chair tal-Programme Review Board, maċ-Chair tal-RfP Evaluation Committee, mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, u ma' diversi uffiċjali min-naħa ta' Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Din il-lista ta' persuni li għadek kif indikajt hija eżawrjenti?", "Jiġifieri m'hemmx nies oħrajn li kellimtu?", "Dawk huma n-nies li kellimtu?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' jkun li bgħatna diversi emails lil nies oħrajn, imma dawn huma interviews li nagħmlu face to face.", "Ovvjament emails b'requests for information bgħatna ħafna iktar, imma li jiġri fil-proċess hu li lejn l-aħħar tal-audit, fejn ikollok il-gaps jew fejn trid tistaqsi ċerti mistoqsijiet li jkunu għadhom mhux qed jagħmlu sens f'moħħok jew forsi għadek ma fhimtx, isiru interviews face to face.", "Però ħafna mid-data collection tagħna u ħafna mill-informazzjoni li nkunu rridu nġibu, inġibuha permezz ta' emails, ta' requests li...", "KAROL AQUILINA: Jekk ikolli nitolbok tipprovdi lill-Kumitat lista ta' persuni, mhux biss li intervistajtu imma li kellkom ingaġġ magħhom fi provvista ta' informazzjoni, tkun tista' tipprovdiha?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Bil-qalb kollha.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri jien qed nistaqsi għall-ismijiet ta' dawk l-uffiċjali, pereżempju f'Enemalta, li tlabtuhom u pprovdewlkom l-informazzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ħafna drabi, biex taħdem, f'każi ta' entitajiet kbar, fosthom l-Enemalta, ġeneralment ikun hemm contact person li jiddissemina dawk ir-requests internament fl-entità.", "Però f'dan il-każ, kif qal tajjeb is-Sur Mercieca, tant kien hemm issues u tant kien hemm enquiries li kellna nieħdu l-opinjoni ta' ħafna.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ħalli ngħaddi għat-tieni aspett, li huwa l-EoIC.", "Dan ġie ppubblikat fil-11 ta' April 2013 u l-offerti kellhom jiġu sottomessi sal-10 ta' Mejju 2013.", "Il-kandidat magħżul kellu jagħmel ċerti affarijiet, fosthom li jwassal gass naturali lil Enemalta taħt il-kundizzjonijiet tal-Gas Supply Agreement (GSA), kellu jipprovdi u jwassal l-elettriku lil Enemalta taħt il-kundizzjonijiet tal-Power Purchase Agreement (PPA) – dawn huma żewġ agreements importanti ħafna – kellu jibni, jipposjedi, jopera u jżomm il-faċilitajiet mill-31 ta' Marzu 2015 – li inizjalment kienet it-target date – u li jkun liberu u jipproponi soluzzjoni biex tintlaħaq id-domanda ta' Enemalta – jiġifieri l-EoIC ma tantx kien riġidu, l-idea kienet għadha flessibbli, però kien indikat li l-liquefied natural gas (LNG) kien il-model solution – u anke soluzzjonijiet parzjali kienu aċċettabbli, jiġifieri wieħed seta', jekk ikun interessat, jibbiddja biss għall-GSA jew għall-PPA, ma kienx meħtieġ li wieħed jissottometti għall-complete bid at that stage.", "Il-proċess ta' evalwazzjoni tlesta sal-1 ta' Ġunju 2013 u l-kriterji tal-evalwazzjoni kienu erba': Li jkun hemm konformità amministrattiva, kien hemm xi kriterji ta' esklużjoni, esperjenza teknika, u reputazzjoni b'riferenza kummerċjali.", "Sal-aħħar ta' dan il-proċess kienu tefgħu l-offerta tagħhom 19-il party u għaddew għall-fażi ta' wara, jiġifieri l-fażi tal-RfP, 11 minnhom, wieħed minnhom għamel appell, però dan intilef.", "Enemalta nfurmat lil dawk li għaddew għall-RfP li issa kellhom jagħtu soluzzjoni kompleta, jiġifieri min tefa' bid fuq il-PPA kellu jingħaqad ma' xi ħadd li tefa' bid fuq il-GSA jew inkella jsib lil xi ħaddieħor minn barra l-proċess, li Enemalta kienet trid tapprova, jiġifieri setgħu daħlu partijiet ġodda.", "Wara li rajna l-proċess tal-EoIC kellna ftit tħassib għax filwaqt li kien hemm affarijiet li kienu tajbin, kien hemm ukoll affarijiet li fihom rajna nuqqasijiet.", "Jekk wieħed iqabbel il-konformità mal-kriterji jsib li kważi l-bidders kollha, id-19 li huma, kellhom nuqqasijiet; min kellu nuqqasijiet żgħar u min kellu nuqqasijiet kbar.", "Rajna wkoll li l-proċess tad-due diligence kien xi ftit jew wisq limitat, imma ma nkwetajniex wisq f'dan l-istadju għax kien għadu l-istadju inizjali.", "Kulma għamlu at this stage kien a simple internet search, imma kien dikjarat li this is a preliminary process u li kien għad fadal id-deċiżjoni definittiva tal-RfP.", "KAROL AQUILINA: Meta tgħid li l-bidders kollha kellhom nuqqasijiet, dawn kienu nuqqasijiet sostantivi jew kienu nuqqasijiet amministrattivi?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: In-nuqqasijiet primarjament kienu amministrattivi, però kien hemm min kellu nuqqasijiet sostantivi wkoll.", "Kif diġà għedt, hemm varjetà kbira ta' nuqqasijiet.", "KAROL AQUILINA: Dawn in-nuqqasijiet identifikajtuhom u huma listed fir-rapport?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li iva.", "KAROL AQUILINA: Semmejt ukoll li fir-rigward tad-due diligence saret speċi ta' desktop search.", "Biex inkunu speċifiċi, din il-ħaġa f'liema parti tal-proċess intużat?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-EoIC, jiġifieri għadna fil-parti preliminari.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad x'sar wara li ħarġet l-RfP?", "Baqgħu fuq dik, jew inkella...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dik hija waħda min-nuqqasijiet tal-RfP.", "Hemmhekk sar due diligence, imma dan iffoka fuq il-finanzjament tal-proġett, meta fil-fatt due diligence ikopri ferm iktar aspetti minn sempliċement dak finanzjarju.", "Jiġifieri aħna dehrilna li d-due diligence li sar wara ma kienx wieħed suffiċjenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien kont se nipproponi li s-Sur Mercieca goes through the phases imbagħad immorru fażi fażi ħalli jkollna sens ta' sekwenza.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jiġifieri apparti din il-kwestjoni ta' due diligence, li dehrilna li kien aċċettabbli at this stage of the process ladarba kien se jsir bis-serjetà wara, l-ikbar tħassib li kellna kien fuq l-inkonsistenza fit-trattament tal-bids.", "Aħna rajna bids li kellhom nuqqasijiet identiċi, li però ġew trattati b'mod differenti.", "Jiġifieri l-bid tiegħi kellha tali nuqqas u għaddejt, u l-bid tas-Sur Deguara kellha l-istess nuqqasijiet bħal tiegħi u m'għaddiex.", "Aħna ħassejna li dan ma kienx sew.", "IĊ-CHAIRPERSON: U dan fl-istadju tal-EoIC?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri f'dan l-istadju kien hemm 19-il bidder, kollha kellhom xi ħaġa bin-nieqes, għaddew 11, jiġifieri ġew eliminati tmienja, u wieħed minnhom appella però l-appell tiegħu ma ntlaqax.", "Imma jekk fhimtek sew inti għedt li fost dawk eliminati kien hemm li kellhom deficiencies li kienu bħad-deficiencies li kellhom uħud mill-11 li għaddew.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid niċċekkja.", "IAN CASTALDI PARIS: Tikkonferma li n-nuqqasijiet li seta' kien hemm kienu identiċi?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien hemm nuqqasijiet li kienu simili ħafna.", "IAN CASTALDI PARIS: Simili, identiċi, jew kien hemm xi variations?", "IAN CASTALDI PARIS: Imma inti għedt li kienu simili.", "IAN CASTALDI PARIS: Imma trid tivverifika jew le?", "Nixtieqek tikkonfermali dan.", "Kienu identiċi?", "Iva jew le.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid niċċekkja.", "IAN CASTALDI PARIS: Imma ftit ilu għedt li kienu simili.", "GLENN BEDINGFIELD: Kważi tajt l-impressjoni li kien hemm xi unfairness.", "IAN CASTALDI PARIS: Li qisu kien hemm xi subjective methodology fiha.", "Tista' tikkonferma jekk kenux identiċi?", "Iva jew le.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid niċċekkja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Castaldi Paris, ir-rapport huwa ċar ħafna u jirriferi għal \"similar shortcomings\".", "IAN CASTALDI PARIS: Hekk hu, similar.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Similar, not identical.", "RYAN CALLUS: Diġà qiegħda mniżżla fir-rapport.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jekk ir-rapport jgħid hekk...", "IAN CASTALDI PARIS: Jien qed ngħid x'qed tgħid inti għax jien lilek qed nisma'.", "Kienu identiċi?", "Iva jew le.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela mhux identiċi.", "IAN CASTALDI PARIS: Jiġifieri mhux l-istess materja… Qisu tajt x'tifhem li ġew trattati sitt affarijiet l-istess u kulħadd ġie...", "Ħalli nagħtikom eżempju biex nikkjarifika l-pożizzjoni tiegħi.", "M'iniex ngħid li dawk li tqaċċtu mill-proċess ma kellhomx jiġu eliminati mill-proċess.", "IAN CASTALDI PARIS: Jien mhux qed inkun suġġettiv, sempliċement biex nifhem.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kollox sew, u jien qed nipprova ngħinek tifhem.", "IAN CASTALDI PARIS: Napprezza.", "Jiġifieri kienu simili u mhux identiċi.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, kienu simili, qegħdin naqblu.", "IAN CASTALDI PARIS: Mhux identiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, kont se tagħtina xi eżempji.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jien m'iniex qed ngħid li ma kienx hemm grounds biex dawn jiġu eliminati...", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma kellhom jiġu eliminati oħrajn.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu, eżatt.", "Jiġifieri kien hemm min...", "IĊ-CHAIRPERSON: ...għadda u ma kellux jgħaddi.", "Bl-istess riga kien hemm min għadda u kien hemm min m'għaddiex.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien hemm min issottometta karta waħda biss u għaliex qabad u qalilhom li kien interessat għadda.", "Aħna dehrilna li jekk kien hemm lil min weħħiltu għax ma kellux informazzjoni kompleta, ma tkunx qed tuża l-istess miżinn biex telimina l-istess bidders.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri l-kritika tal-NAO hija li kien hemm użu ħażin ta' diskrezzjoni fejn tidħol din l-analiżi?", "Jiġifieri inti qed tgħid li trid titratta lil kulħadd l-istess; jekk se taqbad riga u tgħid minn \"hawn\" sa \"hawn\" ħażin ma jgħaddi ħadd, ma tistax imbagħad f'daqqa waħda, għax jinzerta xi ħaddieħor, tgħid li dik ir-riga se tqassarha ftit biex jgħaddi \"dak\".", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu, għedtha preċiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandek iżjed eżempji.", "Semmejt paġna nieqsa.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid niċċekkja biex inkun preċiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri dan il-Kumitat qed jitolbok tgħidilna kif dawn ix-shortcomings, li f'ċerti każi eliminaw bidder, kienu similar għal shortcomings ta' bidder ieħor li minkejja li kellu dak ix-shortcoming, għadda għal round 2.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Din ovvjament irridu niċċekkjawha għax hija dettall, però in the bigger scheme of things – għax importanti li meta naraw dawn l-affarijiet narawhom in the bigger scheme of things – din l-issue ġiet solvuta kważi waħedha għax minn dawk it-tmienja li teknikament setgħu jmorru għat-tieni stadju, tlieta biss marru.", "Jiġifieri mingħajr preġudizzju għal dak li se jfittex is-Sur Mercieca – qed nagħti biss kjarifika – minn dawk it-tmienja li teknikament setgħu għaddew għat-tieni fażi, tlieta biss tefgħu offerta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però dawk li ġew eliminati in the first stage ma setgħux jitfgħu bid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri fit-teorija kien hemm min għadda mill-ewwel hurdle u ma ġabarx il-bid, però kien hemm 11 li ġew eliminati…", "GLENN BEDINGFIELD: Tmienja kienu disqualified u 11 li għaddew għall-RfP.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma dawk it-tmienja li ġew skwalifikati ma setgħu qatt imorru għal step 2.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "U wieħed minn dawk it-tmienja appella u minn dawk il-11 li għaddew tlieta biss effettivament tefgħu bid.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-wieħed li appella ngħata raġun jew le?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, ma ngħatax.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri d-deċiżjoni li jiġi eliminat kienet waħda tajba.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ġiet konfermata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però jekk bidder \"X\" ġie skwalifikat għax kellu karta nieqsa, ma jkunx jaf li bidder \"A\" kellu karta nieqsa bħalu u għadda, jiġifieri ma setax jagħmel appell fejn jgħid \"kif \"A\" għadda mingħajr dik il-karta u jien mingħajr dik l-istess karta m'għaddejtx?\".", "GLENN BEDINGFIELD: Imma qegħdin insemmu karta...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Nistgħu nippreċiżzaw fuq x'kienu x-shortcomings fil-laqgħa li jmiss.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li jkun tajjeb għal dan il-Kumitat li jkollna a comparative ta' shortcomings, fis-sens ta' x'wassal lill-Awditur Ġenerali sabiex jagħmel l-osservazzjoni li kien hemm \"similar shortcomings\" u notwithstanding li kienu similar kien hemm min ikkwalifika u kien hemm min ġie skwalifikat.", "U qed naqblu li min ġie skwalifikat f'dak l-istadju spiċċa barra.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: B'hekk nagħlqu l-EoIC u se niftaħ fuq l-RfP, li kien it-tieni parti tal-proċess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela f'dan l-istadju l-EoIC sar.", "Meta nitkellmu fuq RfP in real terms fiex jikkonsisti l-proċess?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jiġifieri kull min għadda mill-EoIC għadda għall-RfP, fejn hemmhekk joħroġ tender document – ma niftakarnix naqra li kellha titħallas xi fee – li fih it-talba ta' xi jrid il-Gvern minn dan il-proġett ikun aktar konkret, aktar riġidu, għax fl-EoIC titfa' x-xibka biex tipprova tqanqal l-interess, mentri f'dan l-istadju tkun taf xi trid u s-soluzzjoni tkun aktar speċifika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri issa kienu jafu xi jrid min se jixtri s-servizz.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "Mela, dawk li għaddew mill-għarbiel tal-EoIC issa kkwalifikaw għall-proċess tal-RfP u kienu mitluba jissottomettu offerta fejn fil-proposta tagħhom kellhom jindirizzaw il-provvista tal-elettriku minn Delimara 4 (D4), l-impjant il-ġdid, u kellhom jipprovdu wkoll gass għal Delimara 3 (D3), magħruf aħjar bħala tal-BWSC.", "It-teknoloġija kellha tkun ta' combined cycle gas turbines (CCGT), u dik biss kienet aċċettabbli f'dan l-istadju.", "L-RfP jispeċifika wkoll iż-żmien sa meta kellhom isiru l-offerti, ir-rekwiżiti ta' kull offerta, id-dettalji dwar il-proċess ta' evalwazzjoni u dwar il-qafas kuntrattwali wkoll, jiġifieri kien dettaljat ħafna.", "Anness ukoll mal-RfP kien hemm kopji tad-draft agreements li kellhom jgħinu l-bidders meta jkunu qed jagħmlu l-bid tagħhom.", "Wara li sar l-RfP kien hemm proċess ta' kjarifikazzjoni meta l-bidders setgħu jibagħtu…", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan il-proċess ta' kjarfikazzjoni huwa fit-tendering period, jew ikun għalaq?", "Jiġifieri joħroġ it-tender, il-bidders jibdew jippreparaw id-dokumenti tagħhom, imbagħad f'perjodu within the tendering period, ikun hemm il-perjodu ta' kjarifikazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fejn bidder jista' jitlob għal kjarifikazzjoni.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "U kien dikjarat minn qabel li wieħed jista' jitlob kjarifikazzjonijiet f'dak il-perjodu u li l-Enemalta kienet kommessa tagħti risposta sat-\"tali\" żmien.", "Jiġifieri kien dikjarat a priori kif se jaħdem il-proċess kollu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk bidder \"A\" jitlob għal kjarifikazzjoni u din tiġi ċċarata, il-kjarifika tiġi komunikata lil min ikun talabha biss?", "X'inhu l-proċess tal-kjarifikazzjoni?", "Qed nistaqsik għax naf li hemm concerns.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Meta bidder jitlob kjarifika, il-proċess suppost huwa li l-kjarifikazzjoni tinxtered mal-bidders kollha.", "KAROL AQUILINA: U f'dan il-każ ġara hekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li l-proċess kien regolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri f'dan l-istadju ta' kjarifikazzjoni jista' jkun hemm kumpanija \"A\" li tkun talbet kjarifika dwar it-tender document u ngħatat dik il-kjarifika, però fil-perjodu li tkun talbitha jista' jkun hemm kumpanija \"B\" li l-Enemalta tkun għadha lanqas taf biha għax tkun għadha qatt ma kkomunikat, tkun għadha qed tipprepara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kull kjarifika li saret ġiet mibgħuta lill-11-il bidder.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk suppost.", "Jekk inti titlobni kjarifika, jien irrid ninforma lil dawk kollha li għadhom parteċipanti fit-tender, li tkun saret dik it-talba u l-pożizzjoni tagħna x'inhi.", "GLENN BEDINGFIELD: Meta tintalab kjarifika, jiġifieri meta kumpanija titlob kjarifika, jew meta Enemalta…", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta jkun hemm bidder li ma jkunx fehem xi ħaġa u jitlob spjega.", "GLENN BEDINGFIELD: U Enemalta hija marbuta li tibgħat dik il-kjarifika lil kulħadd.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, jidhirli li sar.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Forsi tajjeb jekk inpoġġu l-affarijiet f'kuntest.", "Fis-6 ta' Lulju 2013 ħarġet RfP – dan qiegħed f'paġna 43 tar-rapport – u l-closing date kienet l-20 ta' Settembru.", "F'dan il-proċess setgħu jieħdu sehem dawk il-11-il bidder li għaddew, u meta għalaq il-proċess, kien hemm tliet sottomissjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Irriżultalkom kemm kien hemm talbiet għal kjarifiki minn dawk il-11-il bidder?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għandna din l-informazzjoni, imma ma nafx nirrispondik issa.", "Qed nieħu nota, però nixtieqek tippreċiżali eżattament x'tixtieq tkun taf.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nixtieq inkun naf kemm kien hemm talbiet għal kjarifiki fit-tendering period, minn kemm-il bidder differenti saru l-kjarifiki, u r-risposta għal kull kjarifika li kien hemm.", "RYAN CALLUS: U x'kienu l-kjarifiki li talbu l-bidders.", "KAROL AQUILINA: Ngħid sew li kien hemm kwestjoni fil-kjarifikazzjonijiet dwar il-garanzija?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li ssemmiet bħala waħda mill-kjarifikazzjonijiet; kien hemm xi disclosures li saru fil-clarification process.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Issemmiet imma mhux f'daqshekk dettall.", "KAROL AQUILINA: Imma dan ma kienx wieħed minn dawk il-każijiet, skont ir-rapport, fejn uħud mill-bidders ingħataw din il-kjarifikazzjoni u l-istess kjarifikazzjoni ma ngħatatx lill-bidders l-oħra?", "Qed naqra minn paragrafu 3.18 tar-rapport.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma niftakarx dan id-dettall, imma ma niftakarx li kien hemm problema ta' dan it-tip.", "L-aktar li niftakar dwar problemi ta' kjarifikazzjoni kien li ħafna kjarifikazzjonijiet importanti, ħafna bidliet importanti, saru fl-aħħar ġranet.", "Jista' jkun li għandek raġun, imma ma niftakarx li kellna concerns rigward li lil wieħed qalulu u lill-ieħor ma qalulux.", "Li niftakar hu li biddlu affarijiet importanti lejn l-aħħar tal-proċess.", "KAROL AQUILINA: Jista' jkun li kienet kwestjoni dwar li l-garanzija ma ngħaded lil ħadd uffiċjalment?", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm kwestjoni tas-\"sovreign guarantee\".", "Jista' jkun li l-bidders ma ngħatawx kjarifikazzjonijiet dwarha u allura suppost qisu ħadd ma kien jaf biha, imma fil-verità kien hemm min jaf biha?", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur): Dan joħroġ mir-rapport jew hija spekulazzjoni?", "KAROL AQUILINA: Qed nikkwota minn paragrafu 3.18 tar-rapport fejn jingħad hekk:", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu, u kienet ħaġa stramba…", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Li l-SSA ma kienx iċċirkulat mal-bidders.", "Ir-raġuni għalfejn qed ngħid li kienet stramba…", "CLAYTON BARTOLO: Mal-bidders kollha jew ma xi bidder partikolari?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma' kollha.", "Aquilina qed jgħid li kien hemm ċerti bidders li kienu nfurmati u oħrajn li ma kenux.", "KAROL AQUILINA: Le, m'għedtx hekk.", "CLAYTON BARTOLO: Hekk ippruvajt tagħti l-intiża.", "Jien staqsejt jekk hux hekk jew le.", "CLAYTON BARTOLO: Mela allura mhux il-każ li, pereżempju, jien kont naf u ta' ħdejja ma kienx jaf.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kif diġà għedt, jien ma jidhirlix li kien hemm concerns ta' dak it-tip.", "Il-concerns tagħna, biex nallaċċja mal-punt li għamel l-Onor.", "Aquilina, kienu li saru bidliet importanti, fosthom din tal-SSA, lejn l-aħħar tal-proċess, u filwaqt li l-bidders kellhom id-draft PPA u d-draft GSA, l-SSA ma kienx inkluż.", "KAROL AQUILINA: Stabbilixxejtu r-raġuni għalfejn ma kienx inkluż?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid niċċekkja.", "GLENN BEDINGFIELD: Però intom, fir-rapport tgħidu li kienet xi paġa pożittiva li l-Gvern assigura li jkun hemm an uninterrupted supply of electricity.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dak kien il-punt tal-SSA, li jibqa' għaddej il-proċess.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri kien tajjeb li l-Gvern għamel l-SSA.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-proċess kien hemm ħafna affarijiet tajbin, imma kien hemm ħafna affarijiet ħżiena wkoll.", "Tajjeb jew ħażin?", "Naħseb li on the balance of things aktar kien hemm affarijiet ħżiena, imma normalment l-affarijiet jiġu għandna...", "GLENN BEDINGFIELD: Din hija opinjoni tiegħek jew qed tgħid fatt?", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-konklużjonijiet tar-rapport huma li huma; hemm affarijiet pożittivi u hemm affarijiet negattivi u naturalment kulħadd jagħmel il-ġudizzju tiegħu.", "GLENN BEDINGFIELD: Illum għaddejna liġi li tgħid li meta l-Awditur Ġenerali jkollu xi suspett waqt li qed jagħmel rapport, jista' jgħaddih lill-Avukat Ġenerali.", "Il-kelma \"korruzzjoni\" mkien ma tissemma f'dan ir-rapport.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Nixtieq nagħmel punt.", "GLENN BEDINGFIELD: Lis-Sur Mercieca qed nistaqsi, jekk jogħġbok, Sur Deguara.", "Veru li l-kelma \"korruzzjoni\" imkien ma tissemma fir-rapport?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma jfissirx li ma kienx hemm affarijiet ħżiena li saru f'dan il-proċess.", "Normalment l-affarijiet jiġu għandna għax l-affarijiet ma jkunux saru kif suppost.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak qed tgħidu inti.", "Jiġu għandkom għax ikun hemm xi ħadd li jkun ħaseb li l-affarijiet ma sarux kif suppost.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt, hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan huwa r-rapport dwar il-kuntratt ta' ElectroGas fejn tiffaċċa 17 Black u fejn jiffaċċa Yorgen Fenech.", "Allaħares f'dan il-pajjiż… Jekk dan il-pajjiż għadu jiffunzjona, għandhom isiru investigazzjonijiet mill-Pulizija fuq dawn il-każijiet.", "U jien nittama li dan il-pajjiż għadu jiffunzjona u qed isiru investigazzjonijiet biex jaraw l-implikazzjonijiet ta' 17 Black, il-ftehim bejn 17 Black…", "GLENN BEDINGFIELD: Hemm l-inkjesti maġisterjali li għadhom għaddejjin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, tajjeb tkun taf, la żeffint lill-Avukat Ġenerali hawnhekk, li hemm inkjesti maġisterjali fuq dawn l-affarijiet, u jekk dan il-pajjiż jiffunzjona dawn għandhom iwasslu biex il-kriminali wara dan il-kuntratt jispiċċaw fejn għandhom jispiċċaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti staqsejt jekk itteħdux proċeduri tal-Pulizija.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma inti qed tgħid li għandhom iwasslu…", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala fatt, as a matter of fact, illum hemm għaddejjin inkjesti maġisterjali intrinsikament marbuta ma' dan il-kuntratt.", "GLENN BEDINGFIELD: Eżatt.", "Ħallihom għaddejjin!", "Tippruvax tinfluwenza lil dak li jkun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma inti staqsejt jekk sarx rapport.", "Jien qed ngħidlek li mhux talli sar rapport talli hemm investigazzjonijiet għaddejjin.", "GLENN BEDINGFIELD: Taqbel miegħi, Sur Mercieca, li mkien ma ssemmiet il-kelma \"korruzzjoni\"?", "Iva jew le?", "Qed tgħid li saru affarijiet ħżiena, però m'intix komdu tgħid li kien hemm korruzzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien m'għandix dubju li dan huwa kuntratt korrott.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jimporta jirrispondi s-Sur Mercieca għax hu qed jagħmel il-preżentazzjoni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-rwol tiegħu mhux dak.", "GLENN BEDINGFIELD: Huwa r-rwol tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak huwa r-rwol tal-Pulizija.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI (Deputat Awditur Ġenerali): Bir-rispett kollu, ir-rwol tal-Awditur Ġenerali u tal-Uffiċċju tagħna mhuwiex li nsibu l-korruzzjoni, imma li jekk niltaqgħu ma' korruzzjoni, jew jekk ikollna suspett ta' korruzzjoni, ngħaddu kollox lill-Pulizija.", "ALEX MUSCAT: Bħalma ġara fil-BWSC.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri dan m'għaddejtuhx lill-Pulizija.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Le, m'għaddejnihx lill-Pulizija biex jinvestigaw.", "KAROL AQUILINA: Però biex tkun taf, Onor. Bedingfield, il-kelma \"korruzzjoni\" tissemma erba' darbiet f'dan ir-rapport.", "ALEX MUSCAT: Għal tal-BWSC qed ngħidu jew għal dan?", "KAROL AQUILINA: Qed ngħid għal ta' ElectroGas, dak li d-direttur tiegħu huwa akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-bidu tal-preżentazzjoni tiegħi għamilt kumment – forsi ma kontx ċar jien u allura tort tiegħi – fejn għedt li dan ir-rapport kien interessanti għax fih ħafna aspetti tekniċi, u għamilt enfasi fuq l-aspetti tekniċi.", "Meta aħna nanalizzaw rapport, il-yardstick tagħna hija l-good governance; jekk kienx hemm jew le good governance.", "Sinċerament inħoss li meta rapport bħal dan, li ħadilna ħafna ħin u xogħol, ma nżommuhx fuq livell tekniku u nwaqqgħuh fuq livell politiku, ikun ta' insult għalina.", "ALEX MUSCAT: Naqblu miegħek.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'għandi l-ebda problema li nżommuh fuq livell tekniku.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien naħseb li kont qiegħed nipprova nistruttura…", "GLENN BEDINGFIELD: Għax jekk se noqogħdu ngħidu l-opinjonijiet, allura fl-opinjoni tiegħi dan ir-rapport fih aktar affarijiet tajbin milli ħżiena.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Naqblu li minn fost dawn il-bidders kien hemm min kien ivvantaġġjat?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma nafx nirrispondik, fis-sens li kien hemm affarijiet fil-proċess li kienu rregolari li bidlu l-parametri tal-proċess u li…", "RYAN CALLUS: ...setgħu vvantaġġjaw numru ta' bidders, jew bidder partikolari.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu, imma diffiċli…", "RYAN CALLUS: Waħda mill-konklużjonijiet tagħkom tgħid li at the eleventh hour saret bidla tant konsiderevoli b'mod tekniku għall-proposta, li ħarbtet, u setgħet ħarbtet, kull min kien miexi f'dik id-direzzjoni biex iħares lejha.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Però fir-rapport m'għedniex li din saret biex jiġi vvantaġġat xi ħadd partikolari.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-fatt ma jistax jgħid min kien ġie vvantaġġjat.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ultimately ġie vvantaġġjat min rebaħ it-tender imma m'għedniex li saret…", "RYAN CALLUS: Qegħdin naqblu; ġie vvantaġġjat min rebaħ it-tender.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Mercieca, għadek kemm għamilt żewġ statements…", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-bilanċ tar-riskju fil-kuntratt inbidel sostanzjalment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Refa' r-riskju l-Gvern fl-aħħar sekonda.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: ...l-SSA daħlet, il-garanzija daħlet… Kollha affarijiet importanti li daħlu fl-aħħar tal-proċess.", "CLAYTON BARTOLO: Però inti għadek kemm għamilt żewġ statements kontradittorji.", "L-ewwel għedt li ma tistax tgħid min ġie vvantaġġjat, imbagħad ftit wara għedt li ġie vvantaġġjat min rebaħ it-tender.", "Fir-rapport, diversi drabi jissemma l-fatt li l-bidliet li saru ġew komunikati lill-bidders kollha, u allura hemmhekk m'hemm l-ebda vantaġġ.", "Jingħad ukoll li ċerti shortcomings li kien hemm, minkejja li kienu qegħdin hemm, ma kellhomx effett fuq ir-riżultat finali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, ma jgħidx hekk, anzi jgħid assolutament bil-kontra.", "CLAYTON BARTOLO: Le, hekk jgħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, ma tistax tgħid affarijiet li mhux minnhom.", "CLAYTON BARTOLO: Hekk qed jgħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhu veru xejn.", "CLAYTON BARTOLO: Fuq l-awarding tal-punti…", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-rapport jgħid l-oppost ta' dak li qed tgħid inti.", "Qed tkun selettiv, Sur President, u din mhijiex l-ewwel darba li rajniha tiġri hawn ġew.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, dak li qed tgħid inti huwa l-oppost ta' dak li jgħid ir-rapport, u jien ma jien se nħalli lil ħadd, speċjalment Ministru tal-Gvern, jiżvijja lill-pubbliku b'dan il-mod.", "CLAYTON BARTOLO: Mhemm l-ebda żvijjar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak li qed tgħid int huwa l-oppost ta' dak li kkonkluda l-Awditur Ġenerali.", "Ir-rapport jgħid li fl-aħħar sekonda nbidlu l-parametri b'mod li…", "CLAYTON BARTOLO: Ma qalx hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...ir-riskju ntrefa' mill-Gvern, u meta ċaqlaq il-lasta b'dak il-mod, ġew ivvantaġġjati xi bidders.", "CLAYTON BARTOLO: Ir-rapport jgħid li minkejja li kien hemm ċerti shortcomings…", "GLENN BEDINGFIELD: Minn fejn qiegħed tikkwota, Sur President?", "IĊ-CHAIRPERSON: Minn paġna paragrafu 13.4 li hemm f'paġna 45 tal-abridged version.", "CLAYTON BARTOLO: Ir-rapport jgħid li minkejja li kien hemm ċerti shortcomings, dan ma kellux effett fuq ir-riżultati finali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma l-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, tista' tkompli sakemm jaqra l-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, il-punt tiegħi huwa li, l-ewwel nett, saru żewġ statements kontradittorji min-naħa tas-Sur Mercieca, għax l-ewwel qal – u sa fejn naf jien din intqalet ukoll fir-rapport – li ma kien hemm l-ebda bidder partikolari li ġie vvantaġġjat, però ftit wara qal li ġie vvantaġġjat min rebaħ it-tender.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Fir-rapport jintqal ukoll li minkejja li kien hemm ċerti shortcomings, dan m'effettwax ir-riżultat finali, u ntqal ukoll li veru li kien hemm rikjesta għal xi kjarifikazzjonijiet, imma dawn ġew ikkomunikati lill-bidders kollha, jiġifieri, għal darb'oħra, ma kienx hemm xi ħadd li ġie vvantaġġjat, għax jiġi vvantaġġjat xi ħadd li jkun jaf xi ħaġa li bidder ieħor ma jkunx jafha, jew kieku jinbidlu t-thresholds fil-liġi biex xi ħadd ikun jista' jitfa' bid għal power station inqas min dik li suppost ambjentalment kieku ma kenitx tgħaddi, bħalma ġara fil-każ tal-BWSC.", "Hemmhekk kien hemm min ġie vvantaġjat b'dak li sar!", "Sur Mercieca, kif tispjegali li ġejt hawnhekk u għamilt dawn iż-żewġ statements kontradittorji f'sentenza waħda?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jien ma jien qed nara l-ebda kontradizzjoni fl-istatements li għamilt.", "Dak li għedt jien hu li saru bidliet sostanzjali fl-aħħar tal-proċess li forsi ma sarux b'intenzjoni li jivvantaġġjaw lil xi ħadd speċifiku, però żgur li jirriżulta li min rebaħ it-tender kien ivvantaġġjat b'dawk il-bidliet li saru fl-aħħar.", "Jiġifieri t-tnejn mhumiex kontradittorji għal xulxin.", "GLENN BEDINGFIELD: Meta saru dawn il-bidliet li qed tgħid li vvantaġġjaw lil xi ħadd, meta qabel għedt li ma kien hemm ħadd li kien vvantaġġjat, il-Gvern kien qed jitkellem ma' bidder wieħed, jew kien hemm aktar bidders li kien qed jitkellem magħhom fl-istess ħin?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Sewwa qed tgħid li kien qed jitkellem ma' kulħadd, però ma jfissirx li l-Gvern ma tilifx meta kien qed jitkellem ma' kulħadd fl-istess ħin.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri jekk kien hemm bidliet kienu għall-bidders kollha mhux għal bidder wieħed.", "Però l-punt tiegħi hu li l-istatements li għamilt mhumiex kontradittorji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma l-bidliet kienu qed jakkomodaw bidder wieħed.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak qed tgħidu inti!", "CLAYTON BARTOLO: Le, m'akkomodawx bidder wieħed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tridux tifhmuha.", "Kollox maħdum bizzilla!", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk diġà wasalt għall-konklużjoni, għalfejn qegħdin quddiem dan il-Kumitat?", "Allura qegħdin naħlu l-ħin ta' dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax irridu noħorġu aktar affarijiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk inti diġà kkonkludejt li kollox sar bizzilla, mela x'qegħdin nagħmlu hawnhekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex toħroġ il-verità kollha.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-verità kollha toħroġ, kif fil-fatt hemm fir-rappott tal-Awditur.", "IĊ-CHAIRPERSON: KMB – kollox maħdum bizzilla.", "IAN CASTALDI PARIS: Sur Mercieca, tikkonferma li kollox kien maħdum bizzilla?", "IAN CASTALDI PARIS: Għaliex le?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għax mhijiex mistoqsija li nista' nirrispondi permezz ta' audit.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien hemm aspetti li kienu tajbin, iva.", "ALEX MUSCAT: Fil-passat kien hemm rapporti kumbinazzjoni fuq l-enerġija stess, il-power station ta' BWSC, fejn l-Awditur kien mar sal-punt li qal li kif kienet strutturata t-tender, inkluż li nbidlu l-liġijiet, kienet intiża biex jirbaħ xi ħadd b'mod speċifiku, b'mod premeditat.", "F'din l-investigazzjoni, li hija simili, taħsbu li ġara l-istess?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien hemm aspetti, li kont se nsemmi aktar 'il quddiem, li ħasbuna f'dak is-sens fil-mod kif ġiet iddiżinjata t-tender.", "Pereżempju, l-LNG supply kellu jkun parti mill-ekwità tal-proġett, xi ħaġa li aħna dehrilna li ma kenitx normali, u semmewha wkoll il-bidders stess waqt il-proċess tal-RfP għax wieħed mill-concerns tagħhom kien li it was not an industry norm that LNG supply bilfors ikun parti mill-equity tal-proġett.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri kien mitlub li l-preferred bidder jagħti garanzija fuq is-supply tal-gass.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, li ried ikun parti mill-proġett.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri jagħmel il-power station u jforni bil-gass ukoll.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "Allura f'dak is-sens dak jillinkja ftit mal-punt li għadek kif għamilt issa, Onor. Muscat.", "ALEX MUSCAT: Imma għaliex ħasbitkom b'mod ħażin ħaġa bħal din?", "Għax qatt ma ġrat fil-pajjiż sal-lum?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għax meta żżid kundizzjoni bħal dik tkun qiegħed tillimita l-kompetizzjoni, u l-Gvern huwa fl-interess tiegħu li jippromwovi l-kompetizzjoni in a tendering process ħalli jkollu ħafna bidders jikkompetu kontra xulxin.", "Meta tagħmilha aktar diffiċli billi tagħmel rigid structures ta' kif irid ikun il-bidder, ikun hemm inqas bidders.", "ALEX MUSCAT: Inti tajt spjegazzjoni tajba ħafna fil-bidu dwar kemm kien hemm nies interessati f'dan il-proġett.", "Jien qatt ma naf li kien hemm 19-il entità li tefgħu offerta għal proġett daqshekk kbir.", "KAROL AQUILINA: Imma mbagħad ħarbu jiġru!", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri llimitaw b'xi mod...?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Biex inkompli mal-punt tiegħek, dak li kien tajjeb ħafna fil-bidu ma baqax tajjeb fl-RfP, għax fl-RfP spiċċajna bi tliet bidders biss u allura t-tensjoni li jkun hemm bżonn biex tqanqal kompetizzjoni fit-tendering process, intilef.", "ALEX MUSCAT: Kien hemm tliet bidders li għażlu li jikkompetu, mhux għax kien hemm xi ħadd li twaqqaf.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax ma redux jaħlu l-ħin!", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri jekk fhimt sew, teknikament kien hemm il-possibilità ta' tmienja.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Seta' kien hemm aktar għax huwa fl-interess tal-Gvern li jippromwovi l-kompetittività in a tendering process.", "F'dan il-każ, il-kompetittività ixxekklet aktar milli ġiet mgħejjuna.", "GLENN BEDINGFIELD: Ittieħdet konjizzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja ta' Enemalta dak iż-żmien?", "GLENN BEDINGFIELD: Ħadtu konjizzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja ta' Enemalta, u ċioè li l-korporazzjoni ma setgħetx tidħol għal ċertu piż u ma setgħetx taffordja li toħroġ ċertu ammont ta' kapital?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dak li qed tgħid jagħmel sens, imma ma nafx dan f'liema sens jeffettwa t-ToR li kellna.", "GLENN BEDINGFIELD: X'kienet ir-raġuni li tawkom l-uffiċjali ta' Enemalta dwar l-SSA?", "Għalfejn kien neċessarju u għalfejn daħal at a later stage?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Biex ikompli għaddej il-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex ma jinqatax id-dawl bħalma nqata' l-ġimgħa l-oħra.", "GLENN BEIDNGFIELD: Jiġifieri inti tippreferi li jinqata' d-dawl!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, jien qed ngħidlek li kieku m'għandniex l-interconnector għadna bla dawl.", "GLENN BEDINGFIELD: X'għandu x'jaqsam l-interconnector?", "Meta tridu nagħmlu diskussjoni teknika fuq l-interconnector u naraw kemm hu tajjeb jew kienx biżżejjed.", "Is-Sur Mercieca ma weġibnix.", "RYAN CALLUS: L-Awditur qalilna li Enemalta ma tantx wieġbu fuq l-interconnector.", "Stramba ħafna, Onor. Bedingfield.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur qal li meta talbu l-informazzjoni fuq l-interconnector, din ma ngħatatx.", "GLENN BEDINGFIELD: Li qed nistaqsi jien huwa x'kienet ir-raġuni għalfejn sar l-SSA u għalfejn sar, jew x'qalet Enemalta dwar għalfejn kellu jsir.", "ALEX MUSCAT: Nimmaġina li ħaġa bħal din staqsjetu fuqha.", "GLENN BEDINGFIELD: U x'kienet ir-risposta, jekk jogħġbok?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Milli nista' niftakar, l-SSA kien jippermetti li l-Gvern jieħu post ElectroGas, f'każ ta' ċerti ċirkostanzi, biex jibqa' għaddej il-proġett.", "GLENN BEDINGFIELD: Fl-opinjoni tal-NAO, kien tajjeb l-SSA?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kien tajjeb għaż-żewġ naħat, għal min qed ibigħ u għal min qed jixtri.", "GLENN BEDINGFIELD: Finalment għan-nies ħalli jkollhom an uninterrupted power supply, mhux kif jixtieq l-Onor.", "Fenech Adami, li jinqata' d-dawl.", "RYAN CALLUS: Naqblu li s-security of supply huwa importanti għax kulħadd irid…", "GLENN BEDINGFIELD: Mela m'intix qed taqbel maċ-Chairman!", "RYAN CALLUS: Agħti ċans, Onor. Bedingfield, għax inti tħobb tgħaġġel.", "Għadek lanqas smajtni u qed tagħmel il-konklużjoni għalija!", "Aħna naqblu mas-security of supply però l-issue hi meta ddaħħal dan il-kunċett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "RYAN CALLUS: Bħal, pereżempju, it-take-or-pay obligation, fejn iddaħħal fl-aħħar li 85% tal-enerġija, kemm jekk Enemalta għandha bżonnha, u kemm jekk le, irridu nħallsu tagħha.", "Dik iddaħħlet at the eleventh hour.", "X'kienet tfisser din għal dawk li mbagħad ma tefgħux il-bid tagħhom?", "Kienet tagħmel differenza?", "Kieku jien bidder u naf li għandi rasi mistrieħa għax 85% tal-megawatts (MW) li se jiġu ġġenerati se jinxtraw, allura jkolli ħafna aktar konfort li ngħid li din biċċa xogħol tajba u li se nidħol għaliha, filwaqt li dawk li ma kenux jafu biha qalu li ma jistgħux jagħmlu l-proposta tagħhom mingħajrha.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Nitlobkom tagħtuna ċans nispiċċaw il-preżentazzjoni, imbagħad staqsuna l-mistoqsijiet kollha li hemm bżonn.", "CLAYTON BARTOLO: Għandek raġun, Sur Deguara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qabel ma wasal il-Ministru Bartolo konna mexjin verament tajjeb.", "Int sfrattajtna, Onor. Bartolo!", "(Interruzzjonijiet) Konna mexjin fażi fażi; għamilna l-EoIC u wasalna għall-RfP.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għadna fil-bidu.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'paġna 45 tar-rapport, l-Awditur qed jgħid li fil-proċess tal-RfP kien hemm l-introduction of new concepts u jsemmi żewġ kunċetti, dak tal-SSA u dak tat-take-or-pay obligation.", "L-Awditur qed jgħid li dawn iż-żewġ kunċetti ma kenux hemm fil-bidu, iddaħħlu taħt il-kappa ta' kjarifikazzjoni u, jekk qed nifhem sew, qed jgħid ukoll li this is not a clarification imma hija kundizzjoni ġdida, li hija waħda pożittiva għall-bidder, u li din ma kellhiex tidħol bħala kjarifikazzjoni imma se mai kellha tkun fit-tender document oriġinali.", "Imbagħad l-Awditur qed jgħid li mhux talli ma kellhiex tidħol kif daħlet, talli ma kellhiex tidħol at such a late stage, għax b'din il-kundizzjoni r-riskju ċċaqlaq minn fuq min qed jagħmel il-bid għal fuq il-Gvern, jiġifieri għal fuqna.", "L-Awditur qed jgħid li \"this is not good governance\".", "Tista' telabora ftit, jekk jogħġbok?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Din kienet waħda mill-konklużjonijiet prinċipali tagħna dwar l-RfP.", "Però ħalli mmur żewġ passi lura għax qisni waqaft f'nofs il-proċess tal-evalwazzjoni, u naħseb li jkun tajjeb li l-ewwel inkomplu l-proċess b'dak il-mod.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak kien mill-aspett ta' due diligence.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "Qabel ma morna f'din it-tangent semmejt li kien hemm proċess ta' kjarifikazzjoni, saret bidders conference fejn saru punti importanti, u kif qal is-Sur Deguara, sad-data tal-għeluq tal-offerti Enemalta kienet irċeviet tliet offerti, waħda mingħand ElectroGas Consortium, oħra mingħand Endeavor Consortium, u oħra mingħand Yildirim Consortium.", "Il-proċess ta' evalwazzjoni fl-RfP kien magħmul minn ħames stadji, u kull stadju kien immexxi minn team differenti.", "L-ewwel stadju kien qed jara l-kompletezza u l-konformità amministrattiva; fit-tieni stadju ra l-konformità mar-rekwiżiti minimi; fit-tielet stadju ra l-additional expertise, jiġifieri evalwazzjoni kummerċjali, teknika u finanzjarja addizzjonali; fir-raba' stadju għamel tqabbil ta' rati u kundizzjonijiet oħra assoċjati mal-investiment, pereżempju, kemm se jkun il-valur tal-impjant wara li jgħaddi l-kuntratt kollu; u fil-ħames stadju għaqdu kollox fejn it-tielet stadju ngħata weighting ta' 20% u r-raba' stadju ngħata weighting ta' 80%.", "Il-konklużjonijiet prinċipali tagħna dwar l-RfP kienu – u se nibda bil-pożittivi – li l-RfP kien strutturat sew, kien dettaljat, u li l-proċess ta' evalwazzjoni kien dokumentat u rigoruż – li għoġobna fih kien li xi ħadd jagħmel evalwazzjoni u ħaddieħor jagħmel evalwazzjoni wkoll, se jaslu għall-istess konklużjonijiet għax il-criteria kienu dettaljati ħafna.", "Però kien hemm affarijiet negattivi wkoll, u kien hemm affarijiet li nkwetawna, u xi wħud minnhom kienu serji.", "Kif diġà għedt, kien hemm il-bidliet li saru lejn l-aħħar tal-proċess.", "Kien hemm il-PPA u l-GSA; it-take-or-pay obligation żdied għal 85%, fejn qabel kien inqas u kien fuq il-GSA biss; l-SSA; u kien hemm ukoll extension ta' sitt xhur fuq iż-żmien tat-tlestija tal-proġett; kellna it-tħassib dwar id-diżinn tal-proġett; li l-energy supplier kellu jkun parti mill-ekwità tal-proġett; kien hemm problema fuq l-onshore/offshore solution; kien hemm numru limitat ta' offerti; u anke li d-due diligence ma kienx komprensiv biżżejjed.", "Aktar qabel għedt li fl-EoIC d-due diligence seta' ma jkunx rigoruż ħafna għax kien għad fadal l-RfP, imma issa wasalna fl-istadju tal-RfP u d-due dilligence rajna li ma kienx komprensiv biżżejjed għax kellu jara ħafna aktar affarijiet apparti milli sempliċiment il-finanzi.", "KAROL AQUILINA: Tista' tispjega x'kien jinvolvi d-due diligence f'dan l-istadju?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri tista' tgħidilna x'due diligence sar u x'due diligence kellu jsir?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jien jidhirli, però rrid niċċekkja, li d-due diligence ffoka ħafna fuq the financial strength tal-konsorzju u ma ħarisx lejn aspetti oħrajn tal-business.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħal qabel, tal-EoIC.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux eżatt, għax fl-EoIC għamlu Google search mentri f'dan l-istadju għamlu aktar minn hekk, però ħarsu lejn dimensjoni waħda biss, lejn il-finanzjament.", "(Interruzzjonijiet) Jekk tridu risposta aktar dettaljata rrid niċċekkja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nista' nirriferi għal dak li hemm f'paragrafu 13.5 li jinsab f'paġna 45 tar-rapport, li jgħid hekk:", "Jiġifieri r-rapport qed jgħid li sar due diligence, però meta sar dan id-due diligence ma tawx kas jekk hemmx frodi, jekk hemmx bribery, jekk hemmx korruzzjoni, jekk hemmx internal controls, jekk hemmx risk mamnagement, jekk hemmx ethical conduct, jew jekk hemmx good governance.", "Mela xi ċċekkjaw?", "CLAYTON BARTOLO: Aħna b'Yellow Pages search nafu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kemm int smart!", "L-Awditur qal li ma sarux verifiki dwar frodi, bribery, corruption, internal controls, risk management, ethical conduct u good governance.", "Allura l-mistoqsija ovvja hija: Jekk sar due diligence tista' tgħidilna ta' xiex sar due diligence?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li l-focus tagħhom kien fuq is-saħħa finanzjarja tal-konsorzju.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, u għalhekk għedt li ma kienx suffiċjenti.", "Aħna ġieli rajna due diligence li sar min-naħa tal-Gvern fuq kuntratti oħrajn li kien ikopri dawn l-affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dan l-istadju wasalna fl-aħħar, Onor. Bedingfield.", "KAROL AQUILINA: Meta tgħid li rajtu x'sar, jiġifieri pprovdewlkom id-dokumenti li wżaw għal due diligence, jew stqarrew huma li għamlu hekk u l-NAO...?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid niċċekkja.", "Din il-mistoqsija għamilniha imma ma niftakarx ir-risposta għaliha bl-amment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nimmaġina li biex hawnhekk inkiteb li ma sarux dawn l-affarijiet kollha, irriżulta minn xi mkien.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Żgur li hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura t-talba tiegħi hija li tgħidulna xi due diligence sar u jekk dawn issemmuhomx b'kapriċċ jew inkella għax huma rilevanti għall-kuntratt ta' ma nafx kemm-il miljun ewro.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Nibagħtulkom din l-informazzjoni.", "RYAN CALLUS: Inti semmejt numru ta' persuni li kienu nvoluti fl-aġġudikar.", "Tista' tagħtina l-lista ta' kull min kellu voting right f'xi kumitat jew ieħor, mill-bidu sal-aħħar tal-proċess?", "Min kienu dawk in-nies li kellhom vot, min kienu l-konsulenti tagħhom u min kienet il-persuna li appuntathom jew għażlithom?", "GLENN BEDINGFIELD: Konsulenti ta' min?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jiġifieri min kien fuq l-adjudication board.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Qabel ma bdiet din il-laqgħa jien għaddejt lis-segretarja tal-Kumitat lista bin-nies kollha li kienu nvoluti fil-kumitati kollha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min huma dawn in-nies li hawn imniżżin fuq il-lista, jekk jogħġbok?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fir-rapport hemm imsemmija diversi kumitati li kienu nvoluti fil-proċess, fi stadji differenti, u dawk huma n-nies li kienu fuq dawk il-kumitati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk hawn imniżżel \"Bidders' Conference\".", "Xi tfisser din, jekk jogħġbok?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kienet konferenza fejn Enemalta spjegat xi bidliet li saru lill-bidders kollha.", "IĊ-CHAIRPERSON: U dan kien fl-istadju tal-EoIC?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, fl-istadju tal-RfP.", "ALEX MUSCAT: Ħa nerġa' nagħmel mistoqsija marbuta mad-due diligence li sar.", "Fir-rapport ġie highlighted li d-due diligence iffoka fuq s-saħħa finanzjarja, u l-konklużjoni donnha qed talludi li kienu jintalbu tip ta' due diligence reports li jkunu differenti.", "Taf tgħidli ċirkostanzi fejn fil-public procurement tal-Gvern intalbu jew ġew ikkummissjonati due diligence differenti minn dak li sar fl-2013?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma nafx ngħidlek fl-2013 per se, imma ġieli għamilna audits ta' kuntratti oħrajn kbar ħafna.", "ALEX MUSCAT: Imma taf tagħtini eżempji?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, nista' nikkwotalek eżempji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kellna tat-tablets tal-iskejjel.", "ALEX MUSCAT: 2013 jew qabel.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jien ma nawdittjax l-operat tal-Gvern kollu.", "Jiena nawdittja dawk it-talbiet ta' dan il-Kumitat li jiġu għall-attenzjoni tiegħi.", "ALEX MUSCAT: Nifhem li l-eżempju li tajtni huwa ta' wara l-2013.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "ALEX MUSCAT: Nifhem sew li due diligence jidħol fil-mertu li ġie highlighted minnkom, fil-verità kienet xi ħaġa li bdew jidħlu fiha due diligence reports at a later stage?", "Jien infurmat li wara s-Swiss Leaks, il-mod kif isiru ċerti verifiki fid-due diligence inbidel għax ġew ikkundizzjonati minn evidenza ġdida li tkun ħarġet fid-dominju pubbliku, u allura at that point in time dak kien it-tip ta' due diligence li kien isir.", "Ovvjament, din il-konklużjoni, li saret aktar tard minn meta sar il-proċess, abbinat ruħha mal-istandards li kienu in place fl-2018, meta ħriġtu dan ir-rapport, mhux mal-istandards kif isiru due diligence lura fl-2013.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-Onor.", "Muscat qed jistaqsi jekk dan kienx l-eċċezzjoni jew jekk id-due diligence kienx isir minn dejjem hekk.", "ALEX MUSCAT: Mir-risposta li tani s-Sur Mercieca, qed nifhem li fl-2013 ma kenitx l-eċċezzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ħa nirrepeti ħaġa li diġà għedtha.", "Il-yardstick tagħna, meta nkunu qed naħdmu, hija l-good governance.", "Fl-opinjoni tagħna, irrispettivament minn x'kien isir jew x'ma kienx isir, il-good governance kull sena…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien nixtieq li l-good governance fid-dinja titjieb kull xahar u kulħadd jixtieq hekk.", "L-istandards dejjem jiżdiedu u meta ngħaddu minn xi diżgrazzja, kif semmejt inti, nitgħallmu minnha u tkun ta' esperjenza fejn mill-ħażin joħroġ it-tajjeb.", "L-istandards ta' good governance…", "ALEX MUSCAT: Qed nifhem il-punt tiegħek u naqbel miegħek, imma hawnhekk tfajna spotlight fuq xi ħaġa, li mir-risposta li tani s-Sur Mercieca, at that point in time juri li ma kenitx issir.", "Jiġifieri mir-risposta li tani s-Sur Mercieca stess, fl-2013 fil-procurement pubbliku, id-due diligence li kien isir ma kienx imur oltre dak li għamlet Enemalta.", "Intom għamiltu highlighting tagħha fir-rapport għax man mano saret prassi pożittiva li wieħed jitlobha, imma fil-fatt ġiet aktar tard.", "Imma ma tistax issawwatni fuq xi ħaġa li m'għamiltx, għax lura fl-2013 ma kontx mistenni nagħmilha!", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Qed nifhem ir-raġunament tiegħek, però...", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa l-każ jew mhux il-każ?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma nafx nirrispondik, fis-sens li jien ħarist lejn dan il-każ biss u mir-riċerka li għamilna, due diligence komprensiv kien ikopri aktar minn sempliċement tħares lejn il-financial standing tal-kumpanija.", "Jiġifieri ma kenitx bidla li seħħet at a particular point in time, imma hija ħaġa normali li wieħed iħares lejn aktar affarijiet minn sempliċement il-financial standing.", "ALEX MUSCAT: Dik kienet proprju l-mistoqsija tiegħi.", "Jiġifieri fi procurement maġġuri fl-2013, jew forsi anke qabel, kienet prassi normali li due didligence jidħol f'dawn l-affarijiet?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, kien hemm min jidħol fihom, imma mhux kulħadd.", "Naħseb li ma kenitx in-norma, però kif jaf kull awditur li hawn madwar din il-mejda, meta tagħmel audit, with hindsight – hawnhekk qegħdin nitkellmu ex post audit –… Dan bħal logħba football, wara kulħadd bravu.", "Meta aħna nikkummentaw kif nikkummentaw, ikollna l-benefit of hindsight, u hawnhekk qegħdin ngħidu li kien tajjeb li sar due diligence fuq l-affarijiet finanzjarji, imma min-naħa ta' good governance kien ikun ħafna aħjar…", "ALEX MUSCAT: What I'm highlighting here hu li jissemmew ċerti affarijiet li joħorġu mill-Anti-Money Laundering (AML) Regulations tal-2017.", "Jiġifieri jekk qed nibbaża din l-opinjoni fuq liġi li ġiet introdotta fl-2017, li ssettjat standards anke dwar kif isir due diligence, u qed ngħid li \"dan\" naqas għaliex fl-2013 m'għamilx dak li daħal b'liġi fl-2017… Li qed ngħid jien hu li jkun tajjeb li nieħdu kollox f'kuntest.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Naħseb li huwa punt validu, però aħna dejjem nimmiraw biex l-affarijiet isiru aħjar biex l-operat tas-Servizz Pubbliku jitjieb.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jekk nitilfu dak l-oġġettiv nistgħu nżarmaw.", "Dak biss iżommna għaddejjin.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Mercieca, qisna weħilna fuq id-due diligence, però hemm aspett ieħor, li huwa l-RfP innifsu, li s'issa ma naħsibx li ddiskutejnih.", "Jiġifieri jien qed nifhem tajjeb li l-informazzjoni mitluba fl-RfP kienet ċara?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, qed tgħid sew.", "Id-dokument innifsu kien dettaljat ħafna.", "Pereżempju, good practice li semmejna fir-rapport kienet li kien hemm draft agreements annessi miegħu.", "CLAYTON BARTOLO: Tista' tispjegali ftit fuq din tad-draft agreements?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien hemm ħafna affarijiet pożittivi fil-proċess, inkluż id-draft agreements, il-clarification process...", "CLAYTON BARTOLO: Imma dwar id-draft agreements, qed nifhem sew jien li dawn ħarġu minn qabel u l-bidders kollha kellhom iċ-ċans li jekk jaraw li għandu jinbidel xi ħaġa, setgħu jagħmlu proposta lil Enemalta?", "Kif kienet fil-prattika?", "Nitolbok tispjegalna ftit kif kienet fil-prattika għax huwa faċli narawha hawnhekk, imma…", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kienet parti mill-proċess, jiġifieri wieħed seta' jagħmel mistoqsijiet dwar l-RfP innifsu u dwar l-agreements li kien hemm annessi miegħu.", "B'hekk, Enemalta kellha anke l-opportunità li tirfina l-RfP innfisu, għax meta wieħed jagħmel mistoqsija, jista' jkun li jinduna li għandu żball.", "CLAYTON BARTOLO: Kemm kien iż-żmien allokat għas-submissions?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma niftakarx bl-amment, imma ma niftakarx li kien hemm problema dwarha.", "CLAYTON BARTOLO: Le, m'iniex qed ngħid li kien hemm problema.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu kien hemm 76 ġurnata allokati għas-submission.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Niftakar ukoll li ċċekkjajna ma' xi benchmark tal-EU u jidhirli li kollox kien regolari.", "Għalhekk ma niftakarx li kien hemm xi…", "Għal dak ġej, fis-sens li fuq livell ta' Kummissjoni Ewropea, ir-range hi minn 24 ġurnata sa 52 ġurnata, u hawnhekk qegħdin ngħidu li kien hemm 76 ġurnata, jiġifieri kien hemm żmien sostanzjalment iktar, u ovvjament dan ma poġġiex strain fuq il-bidders, u lanqas seta' wieħed jgħid li kien hemm xi ħadd mill-bidders li kien jaf pereżempju x'ħiereġ, għax f'dak il-każ tagħmel żmien qasir.", "Qed tifhimha l-argumentazzjoni tiegħi?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur Ġenerali qal li t-tibdiliet saru lejn l-aħħar tal-proċess.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAYTON BARTOLO: Prosit, Onor. Callus, qegħdin naqblu li ż-żmien li ngħata kien wieħed tajjeb biżżejjed u fair għall-bidders kollha.", "RYAN CALLUS: Biddilna ħafna kundizzjonijiet maġġuri li biddlu għal kollox...", "CLAYTON BARTOLO: Ma bdilniex liġijiet biex innaqqsu t-threshold.", "Tibqax tqabbel mal-BWSC!", "RYAN CALLUS: Ħalli ngħidlek x'biddilna.", "Hawnhekk biddilna l-goalposts...", "CLAYTON BARTOLO: Le, ma biddilniex il-goalposts.", "RYAN CALLUS: Biddiltu l-goalposts għax min mingħalih sejjer banda u min jaf li nbidlet.", "CLAYTON BARTOLO: Dawn huma kollha aspetti tajbin tal-RfP u qed naqblu li l-NAO jara dawn il-miżuri bħala li kkontribwixxew għat-trasparenza u l-fairness tal-procurement process.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li l-Public Procurement Regulations f'dan l-aspett inżammu.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-Public Procurement Regulations ma japplikawx għall-RfP għax huwa eskluż speċifikament.", "CLAYTON BARTOLO: Imma hawnhekk jissemmew.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, hemm aspetti tal-RfP li huma tajbin ħafna, għedna li huma tajbin ħafna, elenkajthom inti u semmejthom qabel jien ukoll.", "CLAYTON BARTOLO: Għax tajjeb li nagħtu stampa ta' fejn...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, kien hemm affarijiet li kienu pożittivi u kien hemm affarijiet li ma kenux pożittivi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela se ġġibilna l-informazzjoni ta' kif effettivament sar id-due diligence.", "Semmejtilna l-financial standings tal-konsorzji li tefgħu l-offerta.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jien waqaft nagħlaq il-proċess tal-RfP u kont se nibda fuq il-kuntratti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fażi tal-evaluation l-Awditur jgħid li ma saritx evaluation ta' min huma dawn u jekk għandhomx biex jagħmlu proġett ta' dan it-tip.", "Fil-fatt paragrafu 13.6 li hemm f'paġna 46, jgħid hekk:", "Jiġifieri l-Awditur qed jgħid li fl-istadju tal-RfP kien ovvju, jew kellu jkun ovvju li kieku fittxew ftit u kieku għamlu due diligence korrett, li Gasol is not up to it.", "Fil-fatt, as we go along naraw x'kienet il-bawxata ta' Gasol.", "L-Awditur qal li tant ma sarx tajjeb dan il-proċess, illi kieku sar tajjeb kien ikun ovvju li Gasol is not up to it.", "CLAYTON BARTOLO: Imma r-Rapport tal-Awditur kien ikkwalifikat b'xi mod?", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa l-Awditur Ġenerali.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Deguara, il-financial statements ta' Gasol plc kienu kkwalifikati b'xi mod?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, anzi se naqra mir-rapport...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħu paċenzja.", "CLAYTON BARTOLO: Din li nkunu selettivi f'dak li naqraw ma nistax għaliha jien!", "Niġu hawnhekk u kulħadd ikun selettiv!", "Ħallih ħa jaqra!", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fir-rapport tagħna għedna hekk:", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri l-financial statements ma kenux ikkwalifikati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iktar agħar, fil-fehma tiegħi.", "CLAYTON BARTOLO: Le, ma kenux ikkwalifikati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri, Onor. Bartolo, inti qed tgħid li Gasol ippreżentaw....", "CLAYTON BARTOLO: Ma tfissirx hekk.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma rajthomx il-financial statements.", "Qed noqgħod fuq dak li qalu l-NAO.", "Il-financial statements ma kenux ikkwalifikati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri, Onor. Bartolo, inti qed tgħid li...", "CLAYTON BARTOLO: Jien naħseb li qabel ma nagħmlu dawn it-tip ta' statements tajjeb li wieħed jifhem xi jwassal biex toħroġ qualification u xi jwassal biex toħroġ emphasis of matter.", "Dawn huma kollha aspetti differenti tal-mod kif isiru l-financial statements.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jien naf li tħossok fuq livell ogħla minn din in-naħa, almenu mill-attitudni tiegħek hekk jidher, però jien jidhirli li Gasol ma kenitx il-bidder, imma kienet parti minn grupp ta' bidders.", "Allura għallimni inti kif qed tasal għall-konklużjoni li Gasol kienet bidder.", "Għallimni!", "Jekk jogħġbok illuminani!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, qed tgħidli biex ngħallmek; m'iniex se ngħallmek, però se ngħidlek l-ovvju.", "Meta jkollok konsorzju, ikollok diversi components.", "Konsorzju mhuwiex persuna ġuridika u allura jkollok a component ta' dak il-konsorzju.", "Jiġifieri konsorzju huwa fittizju, ma jeżistix bħala persuna, u allura d-due diligence isir fuq il-components, fuq dawk li huma l-persuni ġuridiċi f'dak il-konsorzju.", "Wieħed minnhom – imbagħad nibdew neħduhom wieħed wieħed jekk Alla jrid – huwa Gasol Plc.", "Issa r-Rapport tal-Awditur jgħid li:", "CLAYTON BARTOLO: Però hawnhekk mhux hekk qal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Differenza kbira!", "CLAYTON BARTOLO: Il-kliem trid tifhmu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, xtaqtek tgħidli x'inhuma l-kummenti tiegħek dwar din l-osservazzjoni ta' Gasol, jekk jogħġbok.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-verità il-kumitat ta' evalwazzjoni kien ftit limitat dwar x'seta' jagħmel f'dan is-sens, għax il-marki li kellu jassenja kienu four points from a maximum of a 100.", "Jiġifieri fil-verità, kieku tawhom zero xorta ma kenitx se tagħmel differenza kbira.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu, però l-Awditur Ġenerali qed jgħid, għal min qed isegwi, li meta ġew biex jagħmlu l-marki biex jaraw jekk tikkwalifikax jew le, kulma taw minn 100 kienu biss erba' punti.", "Jiġifieri kulma allokaw għall-finijiet ta' due diligence bħala marki biex tgħaddi kienu four points.", "CLAYTON BARTOLO: Le, mhux għall-finijiet ta' due diligence.", "Mr Chairman, din li tkun selettiv f'dak li tgħid...", "IĊ-CHAIRPERSON: X'inhuma l-four points, jekk jogħġbok?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Huma four points mill-100 tal-proċess tal-evalwazzjoni finanzjarja.", "CLAYTON BARTOLO: U l-kumplament tal-punti fuqhiex kienu?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fuq aspetti tekniċi u kummerċjali, għax kien hemm aspetti oħrajn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri minn one sa 100 ingħatat importanza ta' four ta' kemm hija kapaċi tasal biex tagħmel il-proġett.", "CLAYTON BARTOLO: X'kienu l-aspetti l-oħra?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma nafhomx bl-amment, imma kien hemm l-aspetti tekniċi kollha tal-proċess, kemm finanzjarji, kemm kummerċjali u anke tekniċi.", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri inti għandek components tekniċi li, jekk qed nifhem sew, fi proċess bħal dan jingħataw weighting ogħla.", "U hekk għandu jkun.", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-financial strength kemm għandha tingħata minn one sa 100?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-punt tagħna kien li ma kenitx se tagħmel effett materjali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux hekk?!", "Jiġifieri għal proġett ta' mijiet ta' miljuni ta' ewro allokajna biss four points biex naraw jekk humiex kapaċi jew le!", "KAROL AQUILINA: Se nirriferik ftit għal inċident li jidher li seħħ fl-istadju ta' evalwazzjoni fejn jidħol il-Konsorzju ElectroGas fil-parti fejn hemm is-Siemens involuta.", "Ngħid sew li fir-rigward ta' xi tfisser finanzjarjament, jiġifieri x'inhu l-equity tagħha, ma kienx hemm id-dokument ta' Siemens li seta' jivverifika l-kumitat ta' evalwazzjoni, imbagħad, biex isalvaw lil ElectroGas, daħlu online u raw kemm hi kbira l-kumpanija Siemens?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għal liema parti mill-proċess qed titkellem?", "KAROL AQUILINA: Qed nirriferi għal stage 2 tal-evaluation.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-RfP.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, jista' ikun il-każ, però dan huwa dettall li wieħed irid jiċċekkja dwaru.", "KAROL AQUILINA: Dan huwa dak li hemm imniżżel fir-rapport.", "Kif tiddeskrivi nuqqas bħal dan?", "Tiddeskrivih bħala wieħed serju, jew bħala li wieħed jista' jagħlaq għajnejh għalih?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Skond in-natura tan-nuqqas.", "Jekk kellhom jissottomettu xi dokumentazzjoni li ma ġietx sottomessa, allura wieħed ikun irid jara l-materjalità tad-dokument li kien hemm nieqes.", "KAROL AQUILINA: Dawn kienu l-financial statements ta' Siemens.", "Kif tista' tagħmel evalwazzjoni dwar is-saħħa ta' dan il-konsorzju, jekk il-financial statements ta' wieħed mill-ikbar components ta' dak il-konsorzju ma kenux qegħdin hemmhekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: M'iniex se ngħid illi li jkun hemm dokument nieqes hija ħaġa tajba, jiġifieri żgur huwa nuqqas min-naħa ta' dak il-proċess tal-evalwazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala fatt jirriżultalek li wieħed mill-membri tal-konsorzju, li huwa Siemens, ma ppreżentawx il-financial statements tagħhom?", "Huwa minn ewl id-dinja li biex ikollok stampa tal-financial standing ta' kumpanija trid tara l-financial statements tagħhom, però minkejja dan, it-tender baqa' għaddej.", "Bħala fatt huwa hekk?", "KAROL AQUILINA: Il-kliem użat fir-rapport huwa \"could not be accessed\", jiġifieri ma kienx hemm aċċess għalihom.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Qed tistaqsuni fuq dettall li nkun iktar komdu nirrispondikom kieku nara l-każ speċifiku.", "KAROL AQUILINA: Jekk trid tieħu nota, dan jintqal f'paragrafu 3.6.26.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dan huwa r-rapport biss.", "Il-working papers ta' dan ir-rapport lanqas joqogħdu hawn ġew!", "IĊ-CHAIRPERSON: Napprezzaw, porò nitolbok tapprezza wkoll li jien u l-kollegi hawnhekk għamilna sigħat sħaħ – qed nitkellem għal kulħadd – naqraw ir-rapport u ppruvajna nidħlu kemm jista' ikun fil-fond biex meta niġu f'dan il-Kumitat nippruvaw nagħmlu eżerċizzju tajjeb.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: U qed nieħdu gost li lkoll kemm intom dħaltu daqstant fir-rapport u sinċerament napprezzaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, ninsab konvint li tapprezza.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Qed nieħdu gost għax kulħadd huwa ppreparat tajjeb.", "Li ridt ngħid hu li aħna m'aħniex hawnhekk bħala referee tal-football, imma qegħdin hawnhekk biex neżaminaw każ u biex naraw li fejn hu tajjeb insaħħuh.", "Jien 20 sena oħra ma nkunx hawnhekk żgur, u jkun tajjeb li jekk niġu biex nagħmlu power station ġdida, it-tajjeb li sibna hawnhekk naħdmu fuqu u l-ħażin li sibna neliminawh.", "Dak biss hu l-iskop tagħna, li nitgħallmu minn dawn l-esperjenzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, tista' tkompli.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: B'hekk għalaqna l-RfP u ngħaddi issa għall-kuntratti, li jien naqsamhom f'erba' settijiet.", "L-ewwel sett jinkludi dawk dwar il-qafas kuntrattwali, fejn il-Gvern qed jagħti siti biex il-proġett ikun jista' isir fuqhom, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar.", "Jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq l-Exclusive Berthing Rights Agreement u s-Site Lease Deed, u x-share purchase agreement.", "Meta beda jsir il-proġett, ftit qabel ma rebħuh ElectroGas, Enemalta stabbilixxiet kumpanija, jidhirli kien jisimha Malta Power & Gas Ltd., u bħala parti mill-kuntratt, ir-rebbieħ kellu jixtri din il-kumpanija għal somma ta' €30 miljun u dwar dak sar ukoll agreement.", "CLAYTON BARTOLO: Tajjeb ngħidu li dawn l-ammonti tħallsu in time.", "RYAN CALLUS: Għal darba!", "IS-SUR KEITH MERCIECA: It-tieni sett jinkludi l-aktar kuntratti importanti u jinkludu l-GSA, il-PPA u l-Implementation Agreement (IA).", "Imbagħad fit-tielet sett hemm numru ta' kuntratti, li nsejħulhom direct agreements, fejn jingħad li Enemalta tieħu post ElectroGas jekk jiġru ċerti ċirkostanzi.", "Ir-raba' sett jinkludi kuntratti ta' natura ġenerali, bħal site services agreement fejn, pereżempju, ElectroGas tkun tista' tuża xi servizzi ta' Enemalta, fosthom firefighting on site.", "Issa se niffoka fuq it-tliet agreements l-iktar importanti, li huma s-supply agreements.", "Dawn kollha daħlu fis-seħħ fl-14 ta' April 2015, u kellhom jibqgħu fis-seħħ għal 18-il sena.", "Permezz tal-PPA...", "IĊ-CHAIRPERSON: Għaliex qed titkellem fuq \"kellhom\"?", "Għandhom, mhux kellhom.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu, għandhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri dawn il-kuntratti għadhom hemmhekk.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, għadhom hemm.", "Permezz tal-PPA, li kien jirregola t-tħaddim tal-Impjant B4, ElectroGas kellha tagħmel l-enerġija elettrika disponibbli lil Enemalta u tissupplixxi sa 205 MW ta' enerġija elettrika fuq struzzjoni ta' Enemalta.", "Imbagħad, min-naħa l-oħra, Enemalta kellha tħallas għad-disponibilità tal-enerġija, jiġifieri energy availability, għax l-enerġija tkun qiegħda hemmhekk u tkun tista' tużaha.", "Fil-perjodu li rajna aħna, jiġifieri minn April 2017 sa Ġunju 2018, saru ħlasijiet ta' €53.6 miljun għall-użu tal-enerġija, jiġifieri energy delivery, meta attwalment tieħu l-enerġija, u fl-istess perjodu tħallsu €112.3 miljun.", "It-tieni agreement, il-GSA, kien jirregola t-tħaddim tal-impjant B3 fejn permezz tiegħu ElectroGas kellha tagħmel disponibbli ammont ta' gass lil Enemalta u tissupplixxi l-gass lil Enemalta.", "U għall-istess perjodu, jiġifieri l-istess kunċetti, gas availability, jiġifieri disponibilità tal-gass, saru ħlasijiet ta' €14.3 miljun u għall-użu tal-gass saru ħlasijiet ta' €48.9 miljun.", "Tajjeb li ngħid li fi stanzi speċifiċi fil-GSA, Enemalta setgħet twaqqaf dan il-ftehim għax kienu se jinbidlu ċ-ċirkostanzi, imma dawn nelabora dwarhom iktar 'il quddiem.", "Min-naħa l-oħra, l-IA kien jispjega r-responsabilitajiet u l-obbligi li għandhom jerfgħu Enemalta u ElectroGas, including l-ispeċifikazzjonijiet funzjonarji minimi, id-data tal-bidu u t-tlestija tal-proġett, il-fażijiet u t-tariffi tal-proġett innifsu, u provvedimenti dwar take-or-pay u numru ta' kundizzjonijiet oħrajn.", "Jindika wkoll l-investiment fl-infrastruttura li kellu jsir minn ElectroGas, u jassenja t-titolu formali lil ElectroGas.", "Bħala tlestija tal-proġett, l-energy delivery date, jiġifieri mill-aspett tal-PPA, seħħ fl-10 ta' Awwissu 2017, u l-Phase 2 gas delivery date, jiġifieri min-naħa tal-GSA, seħħ fit-28 ta' Settembru 2017.", "Dan ifisser li kien hemm delays sostanzjali fuq it-target date li rriżultaw f'penali li kellhom jitħallsu min-naħa ta' ElectroGas lil Enemalta.", "Jekk niftakar sew, il-penali totali li ġew charged kienu ta' €22 miljun, però kien hemm capping ta' €18-il miljun, u allura fil-verità dan l-ammont kien enforceable.", "RYAN CALLUS: U sal-lum għadhom ma tħallsux?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma nafux jekk tħallsux.", "Sakemm konna qegħdin nagħmlu l-audit...", "GLENN BEDINGFIELD: Jidhirli li kien hemm xi ħaġa fil-media fejn qalu li kellhom jitħallsu meta jagħlaq il-kuntratt.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' ikun li huwa hekk.", "RYAN CALLUS: Ħarġet fil-media, wara rapport tal-NAO, li kellhom jiġu posposti għal 18-il sena.", "GLENN BEDINGFIELD: Meta jagħlaq il-kuntratt.", "Għandhom jiġu offset, jiġifieri minflok jitħallsu issa...", "RYAN CALLUS: Jiġifieri minflok ħadnihom illum biex inraħħsu l-kontijiet, se neħduhom 18-il sena oħra!", "GLENN BEDINGFIELD: Imma dik qed tgħidha inti, Onor. Callus.", "GLENN BEDINGFIELD: Inti wkoll ma kontx taf u llum qed taqbel mal-SSA!", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, inti qed tgħidilna li kien hemm delivery tal-proġett, kien hemm delay, u fil-kuntratt kien hemm penali għad-delay.", "Tista', jekk jogħġbok, tgħidilna l-klawsola tal-penali x'kienet tgħid, bejn wieħed u ieħor?", "Pereżempju kienet per diem, fix-xahar, jew fil-ġimgħa?", "Kien hemm multa kuljum?", "How did it work out biex wasalt għaċ-ċifra ta' €20 miljun?", "Jien qed nifhem li kien hemm a penalty clause, bħalma jkun hemm f'kull kuntratt, li tgħid li ElectroGas kellhom jeħlu penali għal kull ġurnata delay, however din kellha tkun capped.", "F'dan il-każ għal xi raġuni, li ġieli jkun hemm u ġieli ma jkunx hemm, il-penali kienu capped at €18 million, jiġifieri setgħu jeħlu penali sa massimu ta' €18-il miljun.", "Tista' tgħidilna x'kienet tgħid din il-penalty clause?", "Jiġifieri meta ħdimtuha telgħet għal €22 miljun, però peress li kienet capped waqfet at €18 million.", "Tista' tgħidilna kemm kienet id-delay u kif wasaltu għas-somma ta' €22 miljun?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Milli niftakar, it-€22 miljun kienu ċ-charges li ħarġet Enemalta, jiġifieri suppost fil-verità kellhom isiru iktar delay charges, però ladarba laħqu l-capping, waqfu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma l-mistoqsija tiegħi hi kif tinħadem il-penalty.", "Tinħadem per day, jiġifieri pereżempju għandek penali ta' €1,000 kuljum?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Qiegħed nirriferi għall-kuntratt, għax il-kuntratt għandu klawsoli differenti skond il-PPA u l-GSA.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela l-Kumitat qiegħed jitlob li jingħata informazzjoni dwar il-mekkaniżmu ta' kif tiskatta l-penalty clause u kif l-Awditur wasal għall-ammont ta' penali ta' €22 miljun, which was however capped at €18 million.", "Ir-rapport jgħid li ma nafux jekk tħallsux.", "Issa hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq 10 ċenteżmi.", "Meta tgħid li ma tafux jekk tħallsux...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ifisser li nkunu staqsejna lil Enemalta...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri intom tlabtu din l-informazzjoni lil Enemalta… Għedilna ftit għax din interessanti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jekk għadna ma nafux jekk tħallsux, il-probabilità hi li Enemalta għadha ma rrispondietx il-mistoqsija tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela intom tlabtu l-informazzjoni lil Enemalta.", "Nimmaġina li lilkom irriżultalkom li the invoice was raised, jiġifieri Enemalta ħarġet kont lil ElectroGas.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, imma minn dak iż-żmien 'il hawn, għalkemm ma ssemmietx fir-rapport, sirna nafu li kien hemm...", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, hawnhekk qiegħda.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma wara l-pubblikazzjoni tar-rapport kien hemm deċiżjoni li l-penali se jitħallsu meta jagħlaq il-kuntratt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija tiegħi hija proprju din.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed nara li hija superseded.", "IĊ-CHAIRPERSON: Superseded kif?", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Għax fil-fatt sirna nafu li effettivament it-€18-il miljun se jitħallsu.", "RYAN CALLUS: Fadlilhom daqsxejn! 18-il sena!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien irrid inkun naf jekk il-kuntratt jipprovdix li l-penali jitħallsu 18-il sena oħra, li allura hija oxxeni peró hemm kuntratt, jew inkella l-kuntratt jgħid li għandhom jitħallsu issa imma se jitħallsu 18-il sena oħra, li hija oxxeni times two.", "Jiġifieri jien qed nistaqsik x'jgħid il-kuntratt ħalli naraw jekk Konrad Mizzi għamilx kuntratt li jgħid li l-penali jitħallsu 18-il sena oħra, li huwa oxxeni, jew inkella jekk agħar minn hekk, hemmx kuntratt li jgħid li l-penali jitħallsu llum, però ħfirnihomlhom għal 18-il sena oħra, li huwa oxxeni wkoll.", "IAN CASTALDI PARIS: Sur Mercieca, inti taf x'jgħid eżattament il-kuntratt?", "IĊ-CHAIRPERSON: Se jiċċekkjalna.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: La għedna li ma nafux jekk tħallsux, ifisser li ma weġbux għax jien nimmaġina li ħaġa bħal din staqsejna dwarha.", "KAROL AQUILINA: Fil-fatt paragrafu 5.5 tar-rapport jgħid li l-Awditur Ġenerali staqsa lil Enemalta u din id-domanda \"remained unaddressed\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna nixtiequ nkunu nafu meta saret it-talba u lil min.", "RYAN CALLUS: U anke x'jgħid il-kuntratt.", "KAROL AQUILINA: It-€22,415,000 huwa kalkolu li għamel l-NAO, jew huwa kalkolu li għamlet Enemalta u nfurmatkom bih?", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri meta qabżu t-€18-il miljun waqfu jikkalkulaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma talbuhomlhom?", "Bagħtulhom kont?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jien jidhirli li l-kalkolu sar min-naħa ta' Enemalta għax kieku kien il-kalkolu tagħna konna nikkalkulaw l-ammont komplet.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa l-mistoqsija tagħna hi jekk saritx talba lil ElectroGas għall-ħlas ta' €18-il miljun imbagħad kien hemm after thought u ħafruhomlhom għal 18-il sena, jew inkella qatt ma saret...", "KAROL AQUILINA: Iktar minn hekk, saret it-talba għal €22,415,000 imbagħad ElectroGas qalu li din hija capped għal €18-il miljun?", "Għax il-Gvern dejjem għandu interess li jiġbor… Jekk irid, iqajjimha ħaddieħor.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Mhux biex naqbeż għall-auditee, għax la huwa fl-interess tiegħi u lanqas huwa dover tiegħi, imma jekk jien marbut b'agreement u nista' noħroġlok kont ta' €18-il miljun biss, ma nibqax ngħodd; nibgħatlek kont u nesiġi li tagħtihomli, imma ma nistax nibgħatlek kont akbar.", "KAROL AQUILINA: Imma allaħares il-Gvern jagħmel hekk ma' kulmin għandu jagħti l-flus tat-taxxa għax kieku jkollna problema!", "Il-Gvern jitolbok, imbagħad...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma jekk jien, pereżempju, għandi agreement – li m'għandix – li income tax nista' nħallas sa €10,000 fis-sena, ma jistax jibgħatli kont ta' €10,001.", "KAROL AQUILINA: Imma li qed nistaqsi jien hu jekk Enemalta ħarġitx kont ta' €22,415,000 imbagħad għamlet nota u qalet li qed jiġu capped għal €18-il miljun.", "Għax tagħmel differenza.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Niċċekkjaw, imma ma naħsibx.", "CLAYTON BARTOLO: Onor. Aquilina, jiġifieri qed tistaqsi jekk l-ammont ġiex capped mingħajr m'hemm fl-agreement?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Aquilina qed jistaqsi jekk skont il-kuntratt il-penali jitilgħu €22 miljun, imma qed jitnaqqas għal €18-il miljun…", "CLAYTON BARTOLO: Imma x'inhi r-rilevanza tagħha?", "GLENN BEDINGFIELD: Għax fl-opinjoni taċ-Chairman...", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax turi l-attitude ta' Enemalta.", "GLENN BEDINGFIELD: ...hija oxxeni.", "CLAYTON BARTOLO: Attitude li żammet mal-kuntratt.", "Mela jekk għamlet hekk huwa ħażin, u kieku m'għamlitx hekk tkun kisret il-kuntratt!", "Kollox ħażin!", "GLENN BEDINGFIELD: Kollox ħażin sar!", "Ma sar xejn tajjeb!", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, f'dan il-kuntratt kollox ħażin sar.", "CLAYTON BARTOLO: Taf x'inhu tajjeb?", "Li raħsu l-kontijiet.", "Dik żgur li naqblu li hija tajba!", "Illum il-ġurnata qegħdin taqblu magħna dwar dan.", "KAROL AQUILINA: Enemalta kellha responsabilità...", "CLAYTON BARTOLO: U li ma fgajniex lir-residenti ta' Marsaxlokk bl-impjant ta' BWSC.", "KAROL AQUILINA: Jekk trid tkun politiku, naf inkun politiku aktar minnek.", "CLAYTON BARTOLO: Morru għidulhom lin-nies ta' Marsaxlokk.", "Kieku l-maskra mhux minħabba l-COVID-19 qegħdin jilbsuha, imma minħabba d-duħħan li ħiereġ mill-power station!", "KAROL AQUILINA: Li qed nistaqsi jien hu jekk Enemalta għamlitx eżerċizzju u waslet għall-ammont ta' €22,415,000, jew jekk dak l-eżerċizzju għamlux l-Awditur Ġenerali u Enemalta ġiet taqa' u tqum u qalet li ma jinteressahiex għax kienet se tħallas €18-il miljun u daqshekk.", "Jien dak li jinteressani, għax minn kif qed nara jien, l-ammont ta' €22,415,000 ma ħariġx minn Enemalta.", "GLENN BEDINGFIELD: Onor. Aquilina, naħseb qiegħed out of order meta tgħid li Enemalta ġiet taqa' u tqum minn dak li qal l-Awditur.", "KAROL AQUILINA: Enemalta ġiet taqa' u tqum għax...", "GLENN BEDINGFIELD: L-Awditur Ġenerali nvestiga wara li kienet ittieħdet id-deċiżjoni, u Enemalta u kull dipartiment tal-Gvern ma joqgħodx għal dak li jgħid l-Awditur Ġenerali.", "L-Awditur Ġenerali jinvestiga mhux jagħti l-guidelines...", "KAROL AQUILINA: Kieku Enemalta ma ġietx taqa' u tqum kienet twieġeb id-domanda tal-Awditur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlobkom twaqqfu l-battibekki ta' bejnietkom.", "Mela, Sur Mercieca, ġie stabbilit li Enemalta kellhom penali capped at €18 million, u inti qed tiġi mitlub sabiex tagħti informazzjoni ta' x'komunikazzjoni kien hemm ma' Enemalta, jekk wieġbux jew le, u anke sabiex tagħtina dettalji dwar il-penalty clause fl-agreements li wasslu għall-accumulation ta' din il-multa.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, naħseb nistgħu nieqfu hawnhekk għax sar il-ħin u xtaqt li qabel nagħlqu nqajjem punt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux problema, nistgħu nikkonkludu l-laqgħa għal-lum.", "GLENN BEDINGFIELD: Però qabel nikkonkludu, Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa.", "Fil-bidu tal-laqgħa inti għedt li mhijiex il-prassi li l-Kumitat ikun mgħarraf bil-lista tax-xhieda minn qabel.", "Irrid nippreċiża hawnhekk li ta' l-inqas f'ħames każi, anke taħt iċ-chairmanship ta' Tonio Fenech, fosthom meta dan il-Kumitat kien qed jiddiskuti l-kuntratt ma' Henley & Partners, Australia Hall, il-fuel procurement minn Enemalta, il-Mercaptan u l-kuntratt ta' BWSC, kien irċieva lista tax-xhieda minn qabel u għalhekk nistgħu ngħidu li hija l-prassi li l-Kumitat ikollu l-lista tax-xhieda li se jitilgħu quddiemu.", "Għalhekk jien nesiġi li bħala Membri ta' dan il-Kumitat ikollna lista tax-xhieda li se jkunu qegħdin jittellgħu quddiem dan il-Kumitat għal din id-diskussjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien m'għandi ebda intenzjoni li niżvijja lil dan il-Kumitat.", "Illum għamilna laqgħa fejn smajna lill-NAO, u naħseb li naqblu li baqgħalhom xi ħaġa x'jgħidulna.", "Jiġifieri dak li kien se jkun f'seduta waħda, issa se jsir f'żewġ seduti.", "GLENN BEDINGFIELD: U jistgħu jsiru anke tlieta u erba' seduti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, jekk inti nkwetat għax...", "GLENN BEDINGFIELD: M'iniex inkwetat!", "IĊ-CHAIRPERSON: Għamilli proposta ta' ġurnata oħra meta jista' jiltaqa' dan il-Kumitat u...", "GLENN BEDINGFIELD: Għalija nistgħu niltaqgħu kuljum mid-9:00a.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma jien m'għandix job bħalma għandek inti.", "GLENN BEDINGFIELD: X'għandu x'jaqsam?!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien immur naħdem u ma nistax niġi hawn kuljum minn filgħodu.", "GLENN BEDINGFIELD: Anke jien immur naħdem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma jagħtuk il-permess biex tiġi hawnhekk.", "Jien m'għandix bżonn nitlob permess għax self employed.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, kulma qed nitolbok hija lista ta' ismijiet.", "Ma nafx għalfejn qegħdin tirrifjutaw li tagħtuhielna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena nemmen li se nkunu f'pożizzjoni li nagħtuk tali lista wara li jikkonkludu x-xhieda tagħhom l-NAO.", "KAROL AQUILINA: Forsi jkollna l-permess tal-Kumitat li fil-laqgħa li jmiss nibagħtu email bil-lista ta' dokumenti li għandna bżonn biex nifhmu ċerti affarijiet li kien qed jgħid is-Sur Mercieca.", "Forsi s-Segretarja tal-Kumitat tiċċirkola ftit dak li tlabnik biex imbagħad naġġornawha, jekk ikun hemm bżonn, biex mhux nistaqsuk fuq xi ħaġa li ma nkunux rajna.", "Naħseb it's only fair li nagħmlu hekk u mhux qisna qed nitkellmu in arja.", "IAN CASTALDI PARIS: Sur President, aktar qabel għedt li għandkom lista ta' madwar 50 xhud.", "Tistgħu almenu tgħaddulna l-lista tagħhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Se jagħtina l-lista wara li jispiċċaw jixhdu l-NAO.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Castaldi Paris, intellgħu xhieda kemm hemm bżonn.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, tellgħu kemm hemm bżonn, jekk jista' ikun anke 100, mhux problema.", "Kulma tlabnikom hija biss lista bl-ismijiet tax-xhieda.", "Ma nafx għalfejn dan ir-rifjut min-naħa tagħkom...", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, rest assured li din in-naħa mhi se twaqqaf lil xi ħadd milli jitla' jixhed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela qegħdin niġġieldu fuq ix-xejn.", "CLAYTON BARTOLO: Anzi aħna disponibbli niddiskutuha.", "Naqblu li dan huwa rapport ta' importanza, bħalma huma r-rapporti l-oħrajn tal-NAO – naħseb li tajjeb li wieħed japprezza x-xogħol tant tajjeb li jagħmlu l-NAO u ara ma taħsbux li meta nagħmlu l-mistoqsijiet we are second guessing l-NAO; aħna għandna fiduċja sħiħa fix-xogħol tal-NAO – u għalhekk naħseb li għandna jkollna lista tax-xhieda li se tressaq l-Oppożizzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna dejjem ikollna fiduċja fl-NAO, mhux biss meta r-rapport ikun jogħġobna!", "CLAYTON BARTOLO: Aħna għandna fiduċja fl-istituzzjonijiet dejjem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi Ministru.", "Qegħdin naqblu u ħadt nota ta' dak li ntqal.", "Nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'din il-laqgħa tal-lum u naġġorna l-Kumitat għal data li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fit-3:54 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201209_072d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 72", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 2020.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:05 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur); l-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet); l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 71, li saret fit-2 ta' Diċembru 2020, ġew konfermati.", "EZAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "BY ENEMALTA CORPORATION\" – PREŻENTAZZJONI ĠENERALI MILL-AWDITUR ĠENERALI DWAR IR-RAPPORT U L-KONKLUŻJONIJIET TIEGĦU (Dok 154 u 154a)", "Fil-bidu tal-laqgħa l-Onor.", "Glenn Bedingfield talab sabiex il-Kumitat ikollu lista tal-persuni li se jkunu qegħdin jidhru quddiem il-Kumitat u r-rilevanza tagħhom mat-terms of reference tar-rapport li kien qed jiġi diskuss.", "Huwa talab ukoll li l-Awditur Ġenerali, fil-bidu tal-preżentazzjoni tiegħu, jgħid lill-Kumitat x'kienu t-termini ta' riferenza tal-istess rapport.", "Iċ-Chairman qal li wara li l-Awditur Ġenerali jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu, il-Kumitat kellu jkun f'pożizzjoni aħjar biex jgħid liema xhieda kellhom jittellgħu quddiemu, però bħala punt ta' tluq, l-ewwel xhieda li kienu se jittellgħu kienu l-uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li ħadmu fuq ir-rapport, kulħadd skont l-expertise tiegħu.", "Huwa qal ukoll li l-Oppożizzjoni kienet qed taħseb li ttella' madwar 50 xhud, u jekk il-Kumitat jara li l-proċess fuq dan is-suġġett kien se jkun wieħed twil ħafna, huwa kien dispost li jagħmel arranġamenti sabiex il-Kumitat jiltaqa' aktar spiss.", "L-Onor.", "Bedingfield qal li n-naħa tal-Gvern ma kellhiex problema li l-Kumitat jiltaqa' aktar spiss, però xtaq li l-Oppożizzjoni tgħaddi lill-Kumitat lista tal-persuni li xtaqu li jittellgħu jixhdu ħalli n-naħa tal-Gvern tkun tista' tirregola ruħha aħjar.", "Iċ-Chairman qal li hu kien qed jirrifjuta li jimxi b'mod differenti mill-mod kif jimxi normalment il-Kumitat stante li dan kien suġġett bħal kull suġġett ieħor li ddiskuta l-Kumitat.", "Iċ-Chairman imbagħad għadda sabiex stieden lill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, jagħmel l-introduzzjoni għas-suġġett.", "Wara, għamel preżentazzjoni s-Sur Keith Mercieca, Assistent Awditur Ġenerali, fejn fiha ppreżenta lill-Kumitat lista tal-Kumitati kollha li ġew imwaqqfa fir-rigward tal-proġett ta' ElectroGas (Dok.", "Huwa ntalab sabiex jipprovdi lill-Kumitat din l-informazzjoni:", "Lista tan-nies li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) intervista kif ukoll ta' dawk li talbu informazzjoni mingħandhom;", "Comparative list ta' shortcomings li kien hemm fl-ewwel stadju tal-proċess li wasslu lill-NAO jagħmel l-osservazzjoni li kien hemm \"similar shortcomings\" u li minkejja li kienu similar kien hemm min ikkwalifika u kien hemm min kien skwalifikat;", "Kemm saru talbiet għal kjarifiċi dwar it-tender, minn kemm-il bidder differenti saru dawn it-talbiet, u x'kienu l-kjarifiċi mitluba;", "Fuq liema kriterji sar id-due diligence report;", "Min kienu n-nies fuq il-bordijiet u min appuntahom; u", "X'tgħid il-penalty clause tal-kuntratt, kif l-NAO wasal għall-penali ta' €22 miljun, u kif dan l-ammont ġie capped għal €18-il miljun.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Qabel ma ntemmet il-laqgħa l-Onor.", "Glenn Bedingfield reġa' qajjem il-kwestjoni tal-preżentazzjoni tal-lista bl-ismijiet tax-xhieda li kellhom jittellgħu quddiem il-Kumitat, u semma drabi oħra, f'leġiżlaturi differenti fejn, kemm in-naħa tal-Gvern, kif ukoll in-naħa tal-Oppożizzjoni, kienu taw il-listi rispettivi tagħhom ta' persuni li xtaqu li jittellgħu jixhdu.", "Iċ-Chairman qal li wara li jipiċċa bl-ispjega teigħu l-Awditur Ġenerali, in-naħa tal-Oppożizzjoni kienet se tgħaddi lill-Kumitat lista bl-ismijiet tax-xhieda li xtaqet li jittellgħu jixhdu in konnessjoni mar-rapport in kwestjoni.", "Fit-3:54 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat bl-istess aġenda għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20201209_072m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "AVVIŻ", "LAQGĦA 19", "Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru 2020 fil-11:00 a.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar il-Ħamis, 10 ta' Diċembru 2020 fil-11:00 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Laqgħa ma' Dr Helena Dalli, Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza;", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20201210_019a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 19", "Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 19", "Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-11.27 a.m.", "Laqgħa ma' Dr Helena Dalli, Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Nagħti merħba lilkom kollha li qegħdin preżenti għal din il-laqgħa.", "Nirringrazzja wkoll lill-Kummissarju Ewropew, Dr Helena Dalli, li se tagħtina l-preżentazzjoni tagħha.", "Qabel nibdew nixtieq niġbed l-attenzjoni li ċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali Silvio Parnis, jinsab ma jiflaħx u għalhekk ma setax ikun magħna.", "L-istess l-Onor.", "Maria Deguara u l-Onor.", "Silvio Grixti jinsabu ma jifilħux.", "Nirringrazzja wkoll lill-esperti li għandha magħha l-Kummissarju.", "Għal finijiet ta' proċedura nixtieq infakkarkom li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live fuq il-websajt tal-Parlament kif ukoll fuq il-mezzi tax-xandir.", "Dr Dalli, inti veterana tal-Parlament u għalhekk m'għandix għalfejn nispjegalek l-affarijiet.", "Bla dubju m'għandix għalfejn nintroduċik għax il-poplu kollu jafek.", "U nirringrazzjak talli sibt il-ħin sabiex tiltaqa' ma' dawn iż-żewġ kumitati.", "Għadha kif ingħaqdet magħna s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, li min-naħa tagħha qiegħda tagħmel biċċa xogħol tajba ħafna wkoll.", "Dr Dalli, nagħtik il-kelma.", "DR HELENA DALLI (Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza): Sur President, kif għedt tant tajjeb inti, jiena veterana ta' dan il-Parlament u wara 26 sena hawnhekk illum ħadt il-visitor's card.", "Jiena qiegħda Malta għax kont mistiedna għall-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Ovvjament l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem huma relatati u nista' ngħid li l-ugwaljanza hija parti intrinsika mid-drittijiet tal-bniedem.", "Fil-fatt dan huwa prinċipju ewlieni fil-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.", "U nieħu gost nara lil Malta tavvanza f'dan il-qasam, però naħseb li llum intom interessati li tisimgħu dwar il-viżjoni u l-linja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ugwaljanza u tad-drittijiet tal-bniedem.", "Għaldaqstant se nsemmi l-erba' strateġiji li ressaqt din is-sena.", "Fost dawn insibu l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-Gender Equality Strategy, fejn qegħdin naraw li nagħtu opportunitajiet indaqs biex kulħadd ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq parteċipazzjoni ndaqs fis-soċjetà biex nużaw it-talent kollu li għandna fost iċ-ċittadini tal-membri stati tagħna.", "Ħierġa minn din l-istrateġija, matul is-sena li ġejja se nkun qiegħda nippreżenta binding measure fuq il-pay transparency, biex inkunu nistgħu nindirizzaw aħjar il-gender pay gap li, kif tafu, hija ta' 15% bħala average fl-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament din irridu narawha fil-kuntest li s-sena l-oħra ħarġet il-Work-life Balance Directive.", "Il-pajjiżi issa qegħdin jimplimentaw din id-direttiva u xogħolna hu li naraw kif din qiegħda tiġi implimentata u li tiġi implimentata.", "Għalhekk issa se jkollna din il-miżura ta' trasparenza fejn jidħlu s-salarji.", "Pjan ieħor ta' azzjoni li ppreżentajt matul din is-sena huwa dak marbut mal-anti-razziżmu.", "Irrid ngħid li dan ma kienx parti mill-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni, però rajna li kien hemm bżonn li jkollna dan it-tip ta' pjan ta' azzjoni, mhux l-inqas ukoll meta rajna x'qiegħed jiġri fl-Istati Uniti kif ukoll il-protesti li kienu qed iseħħu fl-Ewropa.", "Semmejnieh il-Pjan Anti-Razzista għaliex qegħdin ninsistu – u naħseb hija xi ħaġa raġjonevoli – li tgħid biss li m'intix razzist mhux biżżejjed għax hemmhekk inti qiegħed passiv.", "Aħna qed ngħidu li mhux biss tgħid li m'intix razzist imma trid tkun ukoll attiv kontra r-razziżmu.", "Għalhekk qegħdin ngħidulu l-Anti-Racism Action Plan.", "F'dan il-pjan ta' azzjoni qegħdin ngħidu li hemm bżonn ta' bidla dwar kif niffunzjonaw bħala soċjetajiet u li naraw ukoll ir-razziżmu strutturali għax ħafna drabi lanqas biss nindunaw li qegħdin inkunu razzisti tant huwa parti integrali mill-istituzzjonijiet tagħna u bil-mod ta' kif naħsbu!", "U meta nirriflettu fuq dawn ir-realtajiet naraw li r-razziżmu strutturali huwa wkoll iktar diffiċli sabiex tindirizzah u għalhekk f'dan il-pjan ta' azzjoni qegħdin niffokaw fuqu.", "Se jkun qed jinħatar koordinatur Ewropew f'dan il-qasam kif ukoll hemm proposti leġiżlattivi li se nkunu qegħdin nippreżentaw aktar 'il quddiem.", "Jien se nħares ukoll lejn il-pjanijiet nazzjonali li għandhom ikunu addottati u fil-fatt ġejt informata li Malta diġà bdiet taħdem fuq il-pjan tagħha kontra r-razziżmu.", "Għalhekk irridu naraw li dawn jiġu addottati u li kull stat membru jkollu l-pjan ta' azzjoni tiegħu sas-sena 2022.", "Xi ħaġa oħra li ma tantx għandha relevanza għal Malta huwa l-qafas strateġiku għall-ugwaljanza, inklużjoni u parteċipazzjoni tan-nies Roma.", "Fl-Unjoni Ewropea hemm madwar 6 miljun persuna Roma u għalhekk irridu nkomplu nindirizzaw din ir-realtà.", "Meta taraw din ir-realtà ta' diskriminazzjoni qawwija li hemm fost dawn il-komunitajiet, il-faqar li jeżisti, bi tfal ma jibagħtuhomx l-iskola għax m'għandhomx ilma biex jaħsluhom jew għax m'għandhomx żarbun biex imorru l-iskola bih, u meta jaslu li jistgħu jibagħtuhom l-iskola naraw li dawn qegħdin ikunu segregati fi skejjel fejn hemm pereżempju tfal bi problemi ta' mard mentali!", "Dawn huma realtajiet ta' segregazzjoni u realtajiet ta' diskriminazzjoni fuq grupp etniku li huwa tassew żvantaġġjat.", "U dan huwa l-qafas strateġiku li ppreżentajna.", "Xi ħaġa oħra li għamlet din is-sena l-Unjoni Ewropea hija l-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ 2020/2025.", "Din hija l-ewwel darba li kien hemm strateġija fuq livell Ewropew.", "Hemm diversi miżuri leġiżlattivi li joħorġu minn din l-istrateġija, bħal pereżempju miżuri leġislattivi favur ir-rikonoxximent ta' ġenituri f'sitwazzjoni ta' qsim tal-fruntiera, fejn tkellmet ċar ħafna fid-diskors tagħha l-President tal-iState of the Union, fejn qalet li a family in one member state is a family in another member state.", "Jiġifieri minkejja li ma jkunx hemm il-liġi tal-familja fi stat membru partikolari li jirrikonoxxu familja LGBTIQ, dawn id-drittijiet li għandhom fil-pajjiż li din il-familja tkun ġejja minnu, - pereżempju jekk tkun ġejja minn Malta jew mill-Olanda fejn dawn id-drittijiet huma rikonoxxuti - meta jmorru f'pajjiż fejn m'hemmx dak ir-rikonoxximent, din il-familja xorta waħda trid tiġi rikonoxxuta għax familja fl-Unjoni Ewropea għandha tkun rikonoxxuta bħala familja fi kwalunkwe stat ieħor.", "Jiġfieri hemm ukoll dawn il-proposti ta' leġiżlazzjoni li joħorġu minn din l-istrateġija.", "Qegħdin niffinalizzaw ukoll l-istrateġija għall-persuni b'diżabilità, liema strateġija qiegħda tagħfas fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.", "Din se tkun l-istrateġija l-ġdida dwar il-persuni b'diżabilità u se tkun iffokata fuq id-drittijiet u fuq il-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tal-Ġnus Magħquda, il-UNCRPD.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu.", "Dik se tkun qiegħda toħroġ fl-ewwel quarter tas-sena d-dieħla.", "Bħalissa għadna kif għamilna l-evalwazzjoni tal-istrateġija ta' qabel u issa qegħdin nibnu fuq dak li tgħallimna minn dik l-istrateġija.", "Fl-istrateġija l-ġdida qegħdin indaħħlu wkoll dak li tgħallimna mill-pandemija għax il-COVID-19, kif tafu, tefa' dawl fuq ħafna inugwaljanzi li għandna fis-soċjetajiet tagħna, kemm fil-qasam ta' nies li qegħdin jgħixu b'diżabilità, fejn rajna li dawn sofrew iktar minħabba l-fatt li kienu confined jew fid-djar tagħhom jew inkella fl-istituzzjonijiet.", "Din il-pandemija kixfet ħafna affarijiet, fejn fost affarijiet oħra rajna żieda fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru mill-ammont ta' każijiet li ġew rapportati.", "Imma nafu wkoll li hemm ħafna każijiet oħra li ma jkunux irrapportati wkoll.", "Rajna wkoll ħafna fejn jidħlu nisa li jaħdmu f'xogħlijiet ta' care pereżempju, fejn għandek fraġilità ta' ċerti kondizzjonijiet tax-xogħol, speċjalment ta' ħafna nisa li jaħdmu f'xogħlijiet li m'għandhomx kondizzjonijiet tajbin u li tilfu l-impjieg tagħhom matul din il-pandemija.", "Xi ħaġa importanti ħafna li tgħallimna minn din il-pandemija kienet li għad għandna inugwaljanzi fis-soċjetajiet tal-istati membri kollha.", "Fil-fatt waqt il-pandemija konna qegħdin naħdmu id f'id mal-istati membri biex naraw kif nistgħu … Fil-fatt ktibt lill-Ministri kollha tal-pajjiżi tal-istati membri li għandhom x'jaqsmu mal-ugwaljanza sabiex inħeġġiġhom jagħtu każ ċerti servizzi u jagħmluhom essential services waqt il-pandemija għaliex rajna żieda ta' ċerti inugwaljanzi u ta' ċerta diskriminazzjoni li diġà kienu fis-soċjetajiet tagħna qabel imma bil-pandemija telgħu aktar fil-wiċċ u rajna żieda fihom.", "Kif tafu din hija l-ewwel darba li l-Unjoni Ewropea għandha Kummissarju għall-Ugwaljanza u din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni għandha President mara.", "Din hija l-ewwel darba wkoll li hemm Kulleġġ tal-Kummissarji li huwa maqsum bejn nisa u rġiel.", "Dawn huma kollha passi 'l quddiem fil-qasam tal-ugwaljanza u rridu naraw kif inkomplu nsaħħuh dan fil-Kummissjoni, kemm bħala personnel u krmm bħala HR.", "Irridu naraw li jkun hemm iktar nisa f'pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli ta' diretturi.", "Pereżempju dik hija xi ħaġa li l-Kummissarju Hahn, flimkien magħna, qegħdin naħdmu fuqha biex naraw li l-ugwaljanza, li issa qiegħda minn fuq, tiġi mbuttata mill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea ħalli jkollna parteċipazzjoni indaqs kemm jista' ikun bejn in-nisa u l-irġiel.", "Xi ħaġa oħra importanti ħafna - jien ngħid li hija idi l-leminija fejn jidħol ix-xogħol tiegħi - hu li waqqafna taskforce dwar l-ugwaljanza, fejn għandek persuna esperta fl-ugwaljanza f'kull qasam ta' kull kummissarju li jkunu qegħdin preżenti fil-bidu nett u qiegħda titfassal policy, leġiżlazzjoni, ħalli dawn jagħtu l-perspettiva tagħhom tal-ugwaljanza mill-bidu biex mhux din il-leġiżlazzjoni titla' 'l fuq u mbagħad fl-aħħar ngħidu ħalli naraw kif se tolqot lin-nies b'diżabilità jew lin-nisa jew mill-aspett ta' razza.", "Le, aħna rridu li mill-bidu nett, meta qed tiżra' ż-żerriegħa ta' din il-policy, ikollok persuna li qiegħda tħares minn dik l-ottika tal-ugwaljanza biex ikollna dan il-mainstreaming tal-ugwaljanza.", "Qegħin inħarsu wkoll lejn il-baġit għax minkejja dak kollu li ngħidu, jekk il-baġit ma jkunx qed jaħseb sabiex ikun hemm dan il-mainstreaming … Jiġifieri aħna qegħdin naraw ukoll il-mainstreaming tal-baġit.", "Qegħdin nużaw il-perspettiva tal-intersezzjonalità għaliex l-ebda persuna mhi ħaġa waħda biss; tista' tkun mara, tista' tkun mara b'diżabilità, tista' tkun mara b'diżabilità u LGBTIQ, eċċ., jiġifieri m'aħniex omoġeneji, m'aħniex kollha l-istess.", "Mhux in-nisa kollha huma l-istess u mhux l-irġiel kollha huma l-istess imma għandna r-realtajiet u l-karatteristiċi tagħna.", "U allura biex nindirizzaw l-aspett tad-diskriminazzjoni u tal-ugwaljanza b'mod iktar komprensiv qegħdin nużaw din il-perspettiva intersezzjonali.", "Qegħdin naraw ukoll li l-equality bodies u l-qafas tal-ugwaljanza jkunu msaħħin fl-istati membri għax inutli nagħmlu l-leġiżlazzjoni u l-policies jekk imbagħad ma jkollhomx dawn l-equality bodies b'saħħithom.", "Se nkunu qegħdin nipproponu wkoll leġiżlazzjoni f'dan il-qasam u għalhekk ninkoraġġixxi sabiex Malta wkoll issaħħaħ dan il-qafas legali tal-equality body li s'issa għadu l-NCPE, però permezz tal-liġi li se jkollkom, se jkun hemm ħafna iktar saħħa fil-qasam tal-ugwaljanza.", "Dan huwa more or less ix-xogħol kollu li sar matul din is-sena f'dan il-qasam.", "Hemm ħafna iżjed xogħol li jrid isir għas-sena d-dieħla u s-snin ta' wara, però il-fatt li l-Kummissjoni ħasset il-bżonn li għall-ewwel darba jkollha portafoll dedikat għall-ugwaljanza juri kemm għad hemm bżonn xi jsir fuq livell Ewropew, li mbagħad jibqa' nieżel sal-livell tal-istati membri.", "Aħna lkoll nitwieldu l-istess u ħadd ma jagħżel kif jitwieled, però, minkejja dan, għad għandna ħafna żbilanċi fis-soċjetajiet tagħna, għad għandna ħafna inugwaljanzi u għad għandna ħafna diskriminazzjoni.", "U allura xi ħaġa ħażina hemm bilfors biex hemm bżonn li anke llum, fil-Jum Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, qegħdin nikkommemoraw din il-ġurnata biex inħarsu fejn wasalna, x'irridu nagħmlu, x'għamilna ħażin u x'nistgħu nagħmlu aħjar!", "Dan kollu jfisser li għadna ma wasalniex.", "Fadlilna biex naslu għax il-ħajja hi kif inhi, fejn hemm dawn ir-realtajiet, li minkejja li ħadd ma jagħżel kif jitwieled u minkejja li suppost kulħadd jitwieled indaqs, għadna naraw ħafna affarijiet li ma jħalluniex inkunu ndaqs.", "Mela xogħolna hu li nagħmlu s-soċjetajiet tagħna aktar inklussivi biex l-għan aħħari jkun li kull persuna li titwieled, jekk intix mara, jekk intix raġel, jekk għandekx diżabilità, jekk għandekx xi karatteristika oħra, xorta waħda tista' tilħaq il-potenzjal kollu tiegħek.", "Għandek l-argument morali ta' fairness u ta' ugwaljanza, li nimxu b'mod ġust ma' kull persuna għaliex għandek il-ġustizzja u l-ugwaljanza li huma ż-żewġ naħat tal-istess munitá.", "Għandek ukoll l-argument ekonomiku, li jekk inti mhu se tħalli lil ħadd jibqa' lura u allura se tinkludi lil kulħadd, jekk inti mhux se tiddiskrimina, aktar nies se jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom u allura inti se tuża aktar talenti.", "Jiġifieri kemm għal pajjiżna, kif ukoll għall-Unjoni Ewropea inġenerali, li nimbottaw 'il quddiem l-ugwaljanza u li naħdmu kontra d-diskriminazzjoni tfisser aktar ġid għax se tuża aktar minn dak il-potenzjal ta' riżorsa umana li għandna u li ħafna minnha mhijiex qiegħda tintuża jew inkella qiegħda tintuża ħażin minħabba n-nuqqas ta' ugwaljanza u minħabba d-diskriminazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Dalli, nirringrazzjak ta' din il-preżentazzjoni.", "Pajjiżna kulma għandu hija r-riżorsa umana u allura din hija d-direzzjoni li bħala pajjiż irridu nsegwu u nsaħħu.", "Aktar ma nsaħħu r-riżorsa umana tagħna aktar se nikbru u aktar pajjiżna se jsir sinjur.", "Issa nitlob lis-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam, l-Onor.", "Rosianne Cutajar, sabiex tagħmel l-intervent tagħha.", "ROSIANNE CUTAJAR (Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi): Kummissarju Dalli, nirringrazzjak talli sibt il-ħin fl-aġenda impenjattiva tiegħek sabiex tiltaqa' magħna bħala Kumitat.", "Jiena pprovajt nieħu nota tal-affarijiet li semmejt inti imma l-lista prattikament ma tispiċċa qatt u dan juri x-xogħol kbir li qiegħda tagħmel inti bħala Kummissarju Ewropew.", "Suġġett li partikolarment jinteressani u li naf li inti għamilt aċċenn għalih f'diversi tweets u interventi tiegħek huwa s-suġġett tal-gender pay gap u tal-pay transparency.", "Naf li min-naħa tiegħek, anke bħala Kummissarju, diġà aċċennajt għax-xogħol relatat ma' dan is-suġġett u qegħdin nistennew li jkun hemm direttiva.", "Tista' forsi tagħtina ftit iktar informazzjoni dwar il-ħidma tiegħek vis-á-vis dan is-suġġett?", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "David Agius sabiex jagħmel l-intervent tiegħu.", "DAVID AGIUS: Kummissarju Dalli, nirringrazzjak.", "Napprezza ħafna l-preżenza tiegħek fostna u nirringrazzjak ukoll talli tajtna overview tajba tax-xogħol kollu li wettaqt f'dawn il-ftit xhur, minkejja d-diffikultajiet li ġabet magħha din il-pandemija, mhux biss f'Malta imma fl-Ewropa kollha.", "Min-naħa tiegħi xtaqt nagħmel tliet punti partikolari.", "Nifhem il-ħidma li jwettqu l-Membri Parlamentari Ewropej tagħna u naħseb li b'xi mod jew ieħor ikollhom relazzjoni ta' konsultazzjoni miegħek.", "Wieħed mill-Membri Parlamentari Ewropej, David Casa, ħadem ħafna dwar dak li semmejt inti dwar il-work-life balance directive u minn hawnhekk irrid nirringrazzjah ukoll tax-xogħol li jwettaq.", "Nixtieqek tamplifika ftit fuq x'qed iżomm jew x'inhuma d-diffikultajiet jew x'hemm pożittiv biex naraw li din id-direttiva tidħol fis-seħħ.", "Hemm xi diffikultajiet partikolari biex forsi s-sena d-dieħla tiġi attwata mill-pajjiżi Ewropej?", "It-tieni punt li xtaqt nitkellem dwaru huwa dwar l-anti-razziżmu u l-action plan.", "Hawnhekk xtaqt norbot mhux biss mar-razziżmu imma anke mas-suġġetti l-oħrajn il-punt dwar l-edukazzjoni.", "Huwa importanti li bħala Kummissjoni Ewropea, u anke inti bħala Kummissarju Ewropew, naħdmu flimkien kemm mal-Parlament Malti kif ukoll ma' parlamenti oħrajn biex ikollna edukazzjoni mat-tfal kif ukoll mal-poplu inġenerali.", "Jien impressjonat - jien inħobb ħafna l-isport – b'dak li rajt iseħħ f'dawn l-aħħar sigħat minn żewġ timijiet tal-futbol ta' ċerta portata u hawnhekk qiegħed nirreferi għaċ-Champions' League.", "Fil-fatt dawn qabdu u ħarġu mill-grownd waqt il-logħba tagħhom għax kien hemm referee jew il-fourth official li għajjar lill-coach jew lill-assistant coach b'mod razzist.", "I was impressed li nara żewġ timijiet bħal dawk, wieħed fl-Ewropa u l-ieħor barra mill-Ewropa, wieħed Franċiż u l-ieħor Tork, jagħmlu din l-azzjoni pożittiva.", "Allura fil-qasam sportiv, anke fejn rajna dan l-aħħar fuq tal-black lives matter, jekk tara l-futbol Ingliż naħseb li din ħalliet impatt.", "Irridu jew ma rridux naħseb kien hemm awareness.", "Naħseb il-punt edukattiv huwa importanti ħafna, speċjalment f'dan is-settur, kontra r-razziżmu kif ukoll fuq suġġetti oħrajn li qajjimt inti llum Kummissarju, bħal tal-gender pay gap, eċċ.", "Dr Dalli, nixtieqek tikkonferma f'dan il-Kumitat Parlamentari u fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż li l-kwestjoni tal-abort hija xi ħaġa li tkun deċiża minn Malta u mhux jiġi xi ħadd mill-Ewropa u jgħidilna x'irridu nagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Ivan Bartolo, kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista għall-housing u għall-esklużjoni soċjali u huwa attiv ħafna wkoll fil-qasam soċjali.", "IVAN BARTOLO: Kummissarju Dalli, nirringrazzjak u nixtieq nifraħlek għad-diversi punti li għadek kif semmejt.", "Jien insegwik u naf il-qalb tiegħek fejn tħabbat għax ilni nafek minn żmien l-Università u naf ix-xogħol soċjali li tagħmel għal pajjiżna kif ukoll għall-Unjoni Ewropea.", "U ta' dan irrid verament nifraħlek minn qalbi.", "Min-naħa tiegħi l-unika concern li għandi hija li ħafna drabi jitfgħu dell fuqek għax titkellem f'isem il-poplu - l-Onor.", "David Agius semma l-abort u jien ukoll għandi l-concerns tiegħi fuq dan is-suġġett - u tibda tisma' lin-nies jgħidu; \"imma din qed titkellem f'isem il-poplu?", "U min taha l-mandat?\"", "Għalhekk nixtieq li tispjegali ftit fuqha din.", "Mill-bqija nerġa' nirringrazzjak tax-xogħol tiegħek u nawguralek ġid mhux biss għall-Unjoni Ewropea imma b'mod speċjali għal pajjiżna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi lill-Membri Parlamentari parteċipanti f'dan il-Kumitat Konġunt.", "Issa nerġa' insejjaħ lill-Kummissarju Dalli sabiex tagħtina risposta għall-mistoqsijiet li sarulha biex imbagħad naslu għall-konklużjoni ta' din il-laqgħa.", "DR HELENA DALLI: Nirringrazzjakom tal-mistoqsijiet u tal-interventi tagħkom.", "Ovvjament jien nafkom sew u naf kemm għandkom għal qalbkom dan il-qasam.", "Naħseb ma tistax tkun fil-Parlament u ma ġġibx miegħek din il-perspettiva għaliex aħna lkoll inħabbtu l-bibien tan-nies – anke jien kont nagħmilha – biex niltaqgħu mal-elettorat.", "Wara kollox intom ir-rappreżentanti tal-poplu u allura ma tistax tiġi fil-Kamra tad-Deputati, tirrappreżenta lill-poplu, jekk ma tafx xi jrid il-poplu, x'inhu jgħid, x'qed iweġġgħu u x'inhuma d-diffikultajiet tiegħu jew tagħha.", "U dan li ġibtu intom madwar din il-mejda issa qegħdin inqabbluh ma' dak li qed isir f'livell Ewropew għat-titjib tal-ħajja ta' dawn iċ-ċittadini għax wara kollox kemm intom u kemm aħna qegħdin fix-xogħol tagħna biex proprju ntejbu l-ħajja tal-500 miljun ċittadin li għandna fl-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad kull stat membru jagħmel il-biċċa tiegħu għan-nies ta' pajjiżu.", "M'hemmx ħafna differenza, fis-sens li intom hawnhekk tikkonċentraw fuq il-popolazzjoni Maltija filwaqt li fl-Unjoni Ewropea nikkonċentraw fuq il-popolazzjoni tal-pajjiżi kollha tal-istati membri.", "L-Onor.", "Rosianne Cutajar tkellmet fuq il-kwestjoni tal-pay transparency.", "Din hija xi ħaġa li anke Malta issa ilha ftit ukoll tiddiskutiha u nafu li kien hemm każijiet li ġew imressqa quddiem l-NCPE ta' Malta u nstab li kien hemm diskriminazzjoni fil-privat bejn is-salarju tan-nisa u tal-irġiel li qegħdin jagħmlu l-istess xogħol.", "Kien hemm ukoll każijiet fejn ingħata rimedju għaliex wara li saret l-investigazzjoni nstab li din kienet ir-realtà.", "Allura l-proposta ta' liġi li se nkun qiegħda nippreżenta hi dik li jkun hemm iktar trasparenza.", "Ħalli nieħdu l-każ ta' Malta.", "Meta tmur quddiem l-Equality Body u jsibu li għandek raġun, min qed iħaddmek jista' jgħidlek li jrid itella' l-każ il-qorti.", "Kien hemm każijiet fejn ġie rikonoxxut il-fatt li hemm din id-diskriminazzjoni u ngħataw rimedju immedjatament.", "Però jista' jkun ukoll, kif qiegħda l-NCPE, li l-employer jgħidlek biex tmorru l-qorti.", "Aħna qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm trasparenza ħalli jkun iktar faċli li jingħata dan ir-rimedju u tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni li teżisti.", "Però din waħedha mhux se tindirizza d-diskrepanza ta' 15% li hemm across the European Union fejn trid tidħol din id-differenza f'dak li jitħallsu n-nisa u l-irġiel!", "Dwar il-Work-Life Balance Directive li semma l-Onor.", "Agius u li ġiet introdotta s-sena l-oħra rridu naraw issa l-implimentazzjoni tagħha għax inutili jkollok id-direttiva u mbagħad ma nkunux viġilanti fuq l-istati membri biex naraw kif qiegħda tiġi implimentata.", "Għalhekk issa flimkien se nkunu qegħdin nimxu iżjed lejn li nagħlqu din il-gap li hemm fis-salarji li jaqilgħu n-nisa u l-irġiel.", "Hija xi ħaġa strutturali u allura mhijiex daqshekk faċli biex iċċaqlaqha u tindirizzaha, però qegħdin nagħmlu dak kollu li nistgħu nagħmlu.", "Aħna dejjem irridu nimxu ma' dak li jagħtina t-trattat biex inkunu nistgħu mmexxu din il-politika 'l quddiem.", "L-Onor.", "David Agius għamel punt li għalija huwa importantissimu u ma nixbax naċċenna għalih.", "U hawnhekk qiegħda nirriferi għall-kwestjoni tal-edukazzjoni, speċjalment fl-isports f'dak li għandu x'jaqsam mal-anti-razziżmu.", "Meta varajna l-pjan ta' azzjoni tal-anti-razziżmu morna mal-FIFA - u mal-UEFA wkoll għax qegħdin naħdmu mat-tnejn – u kellna magħna l-FIFA legend Mbo Mpenza, fejn flimkien varajna dan il-pjan u qegħdin naħdmu ħafna miegħu f'dan il-qasam għaliex l-isports huwa mezz tajjeb ħafna ta' kif għandha titqajjem il-kuxjenza dwar ir-razziżmu.", "U kif semmejt inti, Onor. Agius, qed isir ħafna xogħol u anke permezz ta' eżempji prattiċi ta' kuljum li jġegħluna nirrealizzaw dak li kont qed insemmi qabel dwar kif ir-razziżmu huwa strutturali u li xi kultant lanqas biss nirrealizzaw li qed iseħħ!", "Fil-ħajja l-oħra tiegħi, bħala ministru li kelli taħti l-qasam tal-integrazzjoni, kont immur fl-iskejjel taż-żgħar nett u kont nieħu pjaċir narahom jilagħbu flimkien.", "Darba minnhom kont żort l-iskola ta' San Pawl il-Baħar fejn hemm tfal minn kull ġens u tarahom jilagħbu flimkien mingħajr l-ebda diskriminazzjoni ta' xejn.", "Meta jibdew jikbru li mbagħad jibdew jiddiskriminaw.", "Jiddispjaċini ngħid li xi kultant meta jmorru d-dar jitilfu dak kollu li jkunu tgħallmu l-iskola għax il-ġenituri jibdew ikellmuhom b'ċerta mod fejn jibdew idaħħlu fihom dan l-element ta' razziżmu.", "Ħadd ma jitwieled razzist imma nsiru razzisti.", "Allura rridu naħdmu mat-tfal fl-iskola u nħalluhom liberi bħat-tfal fil-Kindergarten li innoċentement u mingħajr ħażen ta' xejn jilagħbu flimkien għax mhux il-kulur tal-ġilda tiegħek li jagħmlek dak li inti imma l-azzjonijiet tiegħek, il-mod ta' kif taġixxi u l-mod ta' kif tħares lejn ħaddieħor.", "Huwa dak li għandu jġib ir-reazzjoni mhux jekk intix persuna b'diżabilità, jekk intix persuna bil-ġilda sewda jew jekk intix persuna LGBTIQ.", "Dawn l-affarijiet titwieled bihom u ma tista' tagħmel xejn.", "Aħna nitwieldu kif nitwieldu u allura r-reazzjoni tagħna għandha tkun skont inti x'qed tgħid u tagħmel mhux skont kif twelidt għax dak m'għandekx kontroll fuqu.", "Dan huwa importanti fl-iskejjel, però daqstant ieħor huwa importanti li jsir mill-ġenituri għax għandek il-primary socialisation fid-dar u s-secondary socialisation fl-iskejjel.", "Però ma rridux li dak li tgħallmu t-tfal fl-iskejjel, meta jmorru d-dar inbiddluhulhom għax aħna l-kbar inkunu preġudikati.", "Aħna nsiru preġudikati biż-żmien u mhux għax nitwieldu hekk.", "Jiġifieri hemm ħafna xi jsir u għalhekk ħriġna b'dan il-pjan ta' azzjoni kontra r-razziżmu.", "Nerġa' nisħaq, kif qal l-Onor.", "David Agius, li fl-isports għandna ħafna x'nagħmlu u r-raġuni hi li kulħadd iħares lejn xi forma ta' sports jew għandna nħarsu lejn xi forma ta' sports għax dak huwa l-mod ta' kif nistgħu nindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "L-isports għandu jkun dak li jġibna qrib xulxin u mhux li jifridna fuq bażi …", "Jien niftakar lil dan il-futboler Mpenza jgħidilna minn xiex għadda.", "Qalli li ta' 17-il sena meta kien jinżel fil-grownd ħlief sinjali ta' xadina ma kinux jagħmlulu u jgħajruh li hu xadina!", "Qalli li trid tkun verament b'saħħtek biex tirnexxi u timxi 'l quddiem f'dan l-isports jekk tkun persuna ta' kulur iswed!", "Naħseb li kien qed jitkellem fuq is-snin disgħin meta hu kellu 17-il sena imma din ir-realtà għadna narawha llum 'il ġurnata u għalhekk irridu naħdmu ħafna iżjed fuqha.", "Bħala awareness hawn, però irridu ngħidu li r-razziżmu ma spiċċax.", "Meta tkellimt ma' Mpenza u beda jgħidli fuq l-esperjenza tiegħu ta' ġuvni ta' 17-il sena minn xiex għadda biex sar il-leġġenda li hu llum indunajt kemm bata f'ħajtu.", "Però li hemm tajjeb hu li t-tbatija li għadda minnha poġġieha għal użu tajjeb biex nitgħallmu minnha aħna u biha qiegħed jgħallem lit-tfal żgħar għax qed imur fin-nurseries jitkellem mat-tfal.", "Bħala Kummissjoni Ewropea għażilna lilu u għażilna fejn qiegħed jaħdem biex invaraw il-pjan ta' azzjoni tagħna.", "L-aħħar mistoqsija kienet fuq is-sexual and reproductive health services and rights.", "Kif qal l-Onor.", "David Agius din hija kompetenza tal-istati membri.", "Kif semmejt qabel fuq affarijiet oħra aħna nimxu mat-trattat li jħalli s-sexual and reproductive health services and rights fil-kompetenza tal-pajjiżi rispettivi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn iktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Xtaqt nagħmel mistoqsija fuq l-aspett uman iktar milli fuq is-suġġetti li titratta inti bħala Kummissarju.", "Nafu kemm f'dawn l-aħħar seba' snin għamilt rivoluzzjonijiet b'saħħithom f'pajjiżna, mhux biss fejn jidħlu liġijiet li taw drittijiet ċivili imma li anke dejjem kellek il-kuraġġ li tiddiskuti temi skomdi kif ukoll kontroversjali.", "Nafu li bħalissa għandek dawn l-isfidi fuq livell Ewropew u allura forsi tista' tispjegalna ftit dwar id-differenza bejn il-politika lokali u dik Ewropea f'dawk li huma suġġetti ta' natura kontroversjali, bħalma huma d-drittijiet LGBTIQ, il-kunċetti ta' familja, eċċ. Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kummissarju, wara li twieġeb lill-Onor.", "Rosianne Cutajar nitolbok sabiex tagħmel ir-rimarki konklussivi tiegħek.", "Jien nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-Onor.", "Ivan Bartolo tal-parteċipazzjoni tagħhom f'din il-laqgħa.", "Ovvjament nixtieq nirringrazzja lilek ukoll Dr Dalli, talli fl-iskeda mimlija li għandek xorta waħda sibt il-ħin li tiġi tindirizza dan il-Kumitat Konġunt.", "DR HELENA DALLI: Sur President, minkejja li jiena viżitatur inħossni at home ħafna hawnhekk u ħadt gost ħafna meta mir-rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea qaluli li se nkun qiegħda niġi l-Parlament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kummissarju, skużani se ninterrompik ftit imma nixtieq ngħid li inti qiegħda tagħmel unur lil Malta u aħna, f'isem il-poplu Malti u Għawdxi kollu, ninsabu kburin bix-xogħol li qiegħda tagħmel.", "Meta naqraw fuq il-ġurnali barranin dwar kemm qiegħda tagħmel xogħol u kemm qiegħda timbotta aġenda b'saħħitha tagħmlilna unur li għandna Maltija li qiegħda f'dan il-livell fl-Unjoni Ewropea u li qiegħda tagħmel ġid lil Malta.", "Diġà kont qiegħda tagħmel ħafna ġid bħala ministru, imma issa wkoll fuq livell Ewropew qiegħda tagħmlilna ħafna unuri u aħna kburin li għandna lilek li qiegħda timbotta isem pajjiżna 'l quddiem.", "DR HELENA DALLI: Nirringrazzjak.", "Biex inwieġeb għal dak li staqsiet l-Onor.", "Rosianne Cutajar, irrid ngħid li biex iġġib it-tibdil ikollok tagħmel l-għedewwa għax hawn ħafna min irid li l-affarijiet jibqgħu kif inhuma.", "Jiena nissuġġerilkom sabiex taqraw ftit il-poeżija tal-Poeta McKay fejn dan jgħid li min jiftaħar li m'għandux għedewwa jfisser li qatt m'għamel xejn f'ħajtu!", "Min jaħdem biex ibiddel l-affarijiet żgur li se jkollu l-għedewwa għax kulħadd jippreferi li jibqa' fiż-żona ta' konfort tiegħu jew tagħha u jħalli l-affarijiet kif inhuma, speċjalment jekk hu jkun qiegħed tajjeb.", "Allura meta inti trid tbiddel l-affarijiet ħalli ħadd ma jibqa' lura se ssib ħafna li jikkritikawk, però din il-kritika – issa ma rridx ninstema' li qisni qiegħda nippriedkalkom għaliex jien kont ukoll Membru Parlamentari u kont ukoll ministru – ħalluha ssaħħaħkom u mhux twaqqafkom.", "Ovvjament sakemm din tkun kritika kostruttiva u kritika bis-serjetà dik għandha dejjem issaħħek.", "Il-ħajja hi dik li hi u li jkollok l-għedewwa jfisser ukoll li inti qiegħed tagħmel affarijiet li ċerti nies iħossuhom skomdi bihom.", "Onor. Cutajar, fuq dak li kont qiegħda tgħid inti jiena nħares lejn ir-riżultati.", "Ix-xogħol li kelli bħala ministru kien dejjem li nbiddel il-karigi li ngħatajt.", "Jekk inħarsu lejn il-qasam tad-drittijiet tan-nisa x'inhuma r-riżultati?", "Nieħu gost li l-Aġenzija Ewropea tal-Ugwaljanza, minn studju li għamlet matul dawn l-aħħar għaxar snin, irriżulta li Malta hija wieħed mit-tliet pajjiżi stati membri li l-iktar li għamlu avvanz b'mod mgħaġġel fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa.", "Jiġifieri hemmhekk ngħid li bil-politika u bil-leġiżlazzjoni li mxejt biha matul dawn l-aħħar għaxar snin, – issa hawnhekk se jkolli nkun personali - parti kbira minnhom kont jien il-persuna responsabbli għad-drittijiet tan-nisa u issa qegħdin naraw dawn ir-riżultati.", "Ħalli nagħtikom eżempju ieħor.", "Jekk inħarsu lejn id-drittijiet ta' nies LGBTIQ, fl-Indiċi Ewropew tal-ILGA, Malta qiegħda fl-ewwel post. Dawn mhux qegħdin ngħiduhom aħna biex nilbsuhom bħala xi rixa fil-kappell tagħna imma jfissru tibdil konkret fil-ħajja tan-nies.", "Dan ifisser li hemm nies li llum qegħdin jgħixu aħjar u dik hija l-intenzjoni tagħna bħala politiċi, bħala ministri, bħala Membri Parlamentari u bħala kummissarji għaliex aħna l-kummissarji politiċi wkoll, fis-sens li nagħtu d-direzzjoni politika tal-Unjoni Ewropea, inħarsu lejn ir-riżultati u ngħidu li b'dak li għamilna hemm iktar nies li llum qegħdin jgħixu ħajja aħjar.", "Dak huwa l-qofol tiegħi u ċjoè meta nqum filgħodu ngħid x'se nagħmel illum biex imqar ngħin persuna waħda.", "U jekk inkun għent persuna waħda u din illum qiegħda tgħix ħajjitha aħjar, mela ngħid li jien xogħli qiegħda nagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kummissarju, l-Onor.", "Rosianne Cutajar tixtieq tistaqsik l-aħħar mistoqsija.", "ROSIANNE CUTAJAR: Jien qatt ma nixba' nitkellem u nisma' lill-Kummissarju li hija l-idolu tiegħi!", "Ħafna drabi, speċjalment hawn Malta, nargumentaw li qisu għax ikollna drittijiet ugwali jew għax qed nagħtu drittijiet lil xi ħadd, mela allura qegħdin nirfsu fuq id-drittijiet ta' ħaddieħor.", "Qisu għandek torta u jekk se nagħti biċċa minnha lil xi ħadd ifisser li se nieħu inqas jien!", "Kummissarju, xtaqtek tiftaħ ftit fuq dan is-suġġett għaliex nafu li din mhux biss hija mentalità tal-poplu hemm barra, imma hawn xi wħud, inkluż f'dan il-Parlament, li bħal donnu jirraġunaw b'dan il-mod.", "Għalhekk forsi tagħtina l-messaġġ konklussiv tiegħek dwar dan it-tip ta' mindset li m'għandix dubju li inti ma taqbilx miegħu.", "DR HELENA DALLI: Ugwaljanza hemm għal kulħadd għax din hija infinita.", "Ma tistax tgħid li għax se tagħti dritt lil xi ħadd, mela se tnaqqas mid-drittijiet ta' ħaddieħor.", "L-ewwel ħaġa li għandek tara hu li meta qed taħdem għal dritt partikolari toqgħod attent li ma tirfisx id-drittijiet l-oħrajn li diġà jeżistu u li ma tirfisx id-drittijiet ta' ħaddieħor.", "Dak huwa prinċipju bażiku li inti għandek id-dritt u l-libertà li timxi 'l quddiem f'ħajtek u li tilħaq il-potenzjal kollu tiegħek sakemm ma tirfisx id-drittijiet ta' ħaddieħor.", "Imma nerġa' ngħid li l-ugwaljanza hija infinita u rridu naraw li l-ebda persuna ma tibqa' lura.", "Irridu naħdmu biex fis-soċjetajiet tagħna kull persuna tista' tilħaq il-potenzjal kollu tagħha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kummissarju, nirringrazzjak talli onorajtna bil-preżenza tiegħek hawnhekk.", "Kull darba li tħoss li għandek xi affarijiet li tixtieq taqsam magħna aħna qed nagħmlulek an open invitation għaliex dejjem nieħdu pjaċir li niġu aġġornati fuq il-pożizzjoni tagħna u fuq id-direzzjoni Ewropea.", "Nawgurawlek ħafna aktar suċċessi anke fuq il-qasam Ewropew.", "Meta kont hawn Malta l-poplu kollu jiftakar kemm għamilt suċċessi lokalment u għalhekk nawguralek li tkompli b'dawn is-suċċessi għall-ġid tal-poplu Ewropew kollu.", "Nirringrazzjak.", "Fil-12.16 p.m. il-laqgħa ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20201210_019d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 19", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, fil-11:27 a.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ppresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Rosianne Cutajar, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "LAQGĦA MA' DR HELENA DALLI, KUMMISSARJU EWROPEW RESPONSABBLI MILL-UGWALJANZA", "Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza, Dr Helena Dalli, tkellmet dwar il-viżjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ugwaljanza u tad-drittijiet tal-bniedem.", "U għal dan il-għan semmiet l-erba' strateġiji li ressqet matul din is-sena;", "Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri;", "Pjan ta' Azzjoni dwar l-Anti-Razziżmu;", "Qafas strateġiku għall-ugwaljanza, inklużjoni u parteċipazzjoni tan-nies Roma; u", "Strateġija dwar l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ 2020/2025.", "Wara din il-preżentazzjoni l-Membri preżenti ressqu diversi mistoqsijiet lill-Kummissarju Helna Dalli.", "Fl-12.16 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT", "L-Onor."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20201210_019m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 18", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020 f'nofsinhar", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020 f'nofsinhar fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tal-Onoroveli Edward Scicluna għall-ħatra ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Andrè Borg għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għal-Libanu.", "11 ta' Diċembru 2020 Skrivan tal-Kamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201214_018a_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 18", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 18", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, f'12.13 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 17, li saret fit-23 ta' Novembru 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Fil-laqgħa tal-lum se nkunu qed niddeċiedu dwar il-ħatra ta' żewġ persuni.", "Għandna s-smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Prof. Edward Scicluna għall-ħatra ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Għandna wkoll is-smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr André Borg għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għal-Libanu.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAL-ONOR.", "EDWARD SCICLUNA GĦALL-ĦATRA TA' GVERNATUR TAL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lill-Onor.", "Scicluna biex jingħaqad magħna hawnhekk.", "Prof. Edward Scicluna daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "Onor. Scicluna, kif taf, saritilna t-talba biex nagħmlu s-smigħ fir-rigward tan-nomina tiegħek għall-ħatra ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Din hija proċedura marbuta bil-Liġi li tinvolvi wkoll skadenzi.", "Skont din il-proċedura aħna stajna nibagħtulek mistoqsijiet u inti tibagħtilna r-risposti tiegħek.", "Ir-risposti tiegħek irċevejniehom u llum kull Membru f'dan il-Kumitat jista' jistaqsik mistoqsijiet supplimentari għall-mistoqsijiet li diġà bgħatnielek.", "Kif taf inti, għax għext hawnhekk għal tul ta' snin, din hija id-dar tad-demokrazija fejn kulħadd ikollu l-libertà li jagħmel mistoqsijiet biex jiċċara xi punti.", "Ħu l-ħin tiegħek biex twieġeb għall-mistoqsijiet tagħna.", "In-nies li hawn kollha tafhom u allura m'għandi għalfejn nintroduċi lil ħadd.", "Prof. Scicluna, to break the ice nitolbok tgħidilna għalfejn għandna nivvotaw biex tiġi maħtur Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "EDWARD SCICLUNA: Naħseb li kulħadd jammetti li din hija pożizzjoni importanti ħafna li turi wiċċ Malta barra minn Malta ma' istituzzjonijiet kemm Ewropej kif ukoll internazzjonali.", "Il-pajjiż jistenna mingħand il-Gvernatur ta' pajjiżu li jkun impekkabbli fl-għarfien tal-finanzi u tar-regolamenti u li jkun komdu jitkellem mal-uffiċjali barranin tal-IMF u tal-Kummissjoni mingħajr ma jkollu bżonn l-għajnuna ta' ħadd.", "Ikollu bżonn l-għajnuna ta' tim, imma jrid ikun kapaċi teknikament u kif ukoll bħala karattru.", "Fil-qosor, jien studjajt il-Liċeo u wara studjajt St Michael's College għal teacher.", "Wara erba' snin ngħallem, irbaħt scholarship biex nitla' Plater College ġewwa Oxford biex nitgħallem il-politika u l-ekonomija.", "Minn hemmhekk ġejt Malta u rbaħt is-Simonds Farsons Cisk RUM Scholarship u għamilt it-tieni parti tad-degree fl-ekonomija.", "Imbagħad applikajt u ħadt scholarship tal-Commonwealth u mort Toronto, il-Kanada, biex nagħmel il-Masters u l-PhD fl-ekonomija.", "Lura Malta, dak iż-żmien waqqafna fakultà ġdida, il-Faculty of Economics, Management & Accountancy (FEMA), li għadha hemm sal-lum, li permezz tagħha ħarġu eluf ta' studenti li ħafna minnhom diġà rtiraw.", "Kien ta' sodisfazzjon kbir għalija mhux biss li waqqafna l-Bachelor of Commerce, imma anke li daħħalt it-teknika ġdida tal-Econometrics fiż-żmien meta l-computers kienu għadhom deħlin f'Malta.", "Dawn il-mudelli huma kollha magħmulin minn nies li tgħallmu dan il-mestier fl-Università.", "Jien kont Kap tad-Dipartiment u kont anke Dekan għal xi snin.", "Meta ġejt minn barra, bagħtet għalija l-Awtorità tax-Xandir biex nippresiedi diskussjonijiet bejn iż-żewġ partiti, speċjalment wara li l-Partit Nazzjonalista ddeċieda li jidħol fil-Parlament u anke li jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Awtorità tax-Xandir.", "Fl-1987, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, flimkien ma' Dr Karmenu Mifsud Bonnici, kien issuġġerixxa li jappuntani Kummissarju tal-Elezzjonijiet u sirt Kummissarju tal-Elezzjonijiet.", "Dak iż-żmien għamilt ukoll konsulenza mal-World Bank u mal-UNESCO, speċjalment fuq żvilupp sostenibbli li dak iż-żmien kien għadu lanqas biss ġie coined.", "Din tatni idea ta' dawn l-istituzzjonijiet barranin u tatni l-kunfidenza wkoll.", "Fl-1997 ġejt appuntat Direttur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, fejn għamilt seba' snin.", "Dan kien żmien meta l-Bank Ċentrali kien jiddeċiedi hu dwar ir-rata tal-imgħax.", "Din kienet iktar ta' responsabilità u pressjoni nazzjonali.", "Dak iż-żmien kienu pinġewna ġo fortizza, u kulħadd kien qed jipprova jagħmlilna pressjoni biex ir-rati tal-imgħax inniżżluhom u mhux intellgħuhom.", "Ġejt appuntat Chairman tal-MFSA, u bqajt f'dik il-pożizzjoni sew taħt Amministrazzjoni Laburista, kif ukoll taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Dak iż-żmien kienet tissejjaħ MFSC għax kienet tippromwovi l-attività finanzjarja, is-servizzi finanzjarji u fl-istess ħin kienet regolatur.", "Illum, kif qegħdin naraw, dik m'għadhiex teżisti u r-regolatur irid ikun regolatur biss.", "Il-fatt li kont sew mal-Bank Ċentrali u kif ukoll mal-MFSA illum jagħtini overview li hemm bżonn iktar sinerġiji, imma dwar dan se nitkellem iktar fit-tul.", "Wara din l-esperjenza, ġejt appuntat Chairman tal-MCESD għal erba' snin.", "Din il-kariga tatni esperjenza mal-unions u mal-employers dwar suġġetti nazzjonali.", "Meta għalaqt 61 sena, stajt niddeċiedi jekk nirtirax u mmur nistad jew inkomplix bil-konsulenza!", "Xtaqt ħafna li nkompli din l-esperjenza, speċjalment dik Ewropea, u għalhekk kont avviċinajt lill-Mexxej tal-Partit Laburista u għidtlu li kont lest ngħin lill-Partit li dak iż-żmien kien fl-Oppożizzjoni.", "Fl-istess ħin ħriġt għall-Parlament Ewropew, ġejt elett u għamilt erba' snin u nofs hemmhekk.", "Dak kien iż-żmien ta' wara l-kriżi internazzjonali fejn ix-xogħol tagħna fil-Kumitat ECON (Committee on Economic and Monetary Affairs), li fih kont ġejt elett Viċi President, kien li nipproduċu liġijiet u regolamenti ġodda fuq il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji biex din il-kriżi ma terġax isseħħ, biex ma jkollniex dawk il-bailouts, għax dik kienet kriżi li għamlet ħsara enormi.", "Issa qegħdin inxebbhu tal-lum ma' tal-bieraħ, imma dakinhar kienet seħħet ħsara kbira għax fallew ħafna banek li kellhom problemi kbar.", "In-natura kienet differenti minn dik tal-lum, però kienet kriżi kbira li kienet tixbah lil dik tas-snin 1930, imma r-rispons tagħna lejha kien daqsxejn iktar raġonevoli.", "Fil-Parlament kont ġejt appuntat biex nirrappreżenta lill-Parlament kollu fuq il-Eurostat, li kien kumitat apposta.", "Kont ukoll Viċi Chairman tal-EBRD (European Bank for Reconstruction and Development) għal sena, imbagħad għaddiet sena u ġejt appuntat għal sena oħra.", "Kont ukoll Chairman tal-EIB (European Investment Bank) għal sena.", "Dawn kienu esperjenzi li tawni dik il-kunfidenza li nkun naf nies bħal Christine Lagarde, Luis de Guindos, Werner Hoyer – li llum huwa l-President tal-EIB – u Sir Suma Chakrabarti, li għadu kemm spiċċa minn President tal-EBRD.", "Ikollok dak is-sens li jafuk, li jafu t-track record tiegħek, li jafu fejn toqgħod mill-mod kif titkellem, u dik l-esperjenza tatni dak is-sodisfazzjon.", "Ġejt mitlub niġi Malta biex nikkontesta l-elezzjoni, li għalija kienet deċiżjoni kbira għax qatt ma ħlomt li nkun fil-politika lokali.", "Ma fiha xejn ħażin, anzi issa għamilt kważi tmien snin fiha, imma l-politika Ewropea kienet differenti għal dik lokali.", "Aċċettajt, tlajt minn żewġ distretti u sirt Ministru għall-Finanzi, imma fuq dan se nitkellem l-inqas.", "Għent ħafna f'dik li hija r-reputazzjoni ta' pajjiżna, għax pajjiżna kien kapaċi jikkompeti ma' pajjiżi Ewropej oħrajn b'wiċċu minn quddiem.", "Aħna ma ġralniex bħall-Greċja u m'għaddejniex minn biki u theżżiż tas-snien ta' awsterità bi djun kbar.", "Il-fatt li konna kapaċi noħorġu mid-dejn u minn deficits kbar fi żmien qasir, il-fatt li waqqajna r-rata tal-qgħad, eċċ. kienu kollha punti pożittivi, u magħhom trid iżżid – għax dik hija konferma – x'qalu r-rating agencies u l-IMF.", "Bdejna minn sitwazzjoni diffiċli, imma jien mill-ewwel bdejt nitkellem b'mod miftuħ mal-Kummissjoni Ewropea li kien jidher li ssawwatna.", "Però dak iż-żmien kien hemm Olli Rehn bħala Viċi President – kumbinazzjoni kien jistudja miegħi fl-istess Università fl-Ingilterra u hemmhekk ħloqna ħbiberija u sens ta' rġulija – u għamilna patt; tlabtu jagħtina ċans noħorġu minn dak id-defiċit eċċessiv u mill-instabilità in our own way.", "Hu ħa l-kelma tiegħi u ra r-riżultati.", "Dik hija xi ħaġa li tħossha.", "Jien kuntent ħafna ta' dawk it-tmien snin li għamilt hawnhekk.", "Huwa veru li ġraw ħafna affarijiet u għadhom għaddejjin, li sfortunatament they poisoned kollox.", "Għad iridu jinkitbu kotba dwar fejn hi l-verità.", "Huwa ovvju li dan itaqqal l-affarijiet u jagħmel dik li kienet il-missjoni tiegħi inqas faċli.", "Għax il-karriera tiegħi jien kont għamiltha missjoni; ma rridx nitkellem qisni xi missjunarju, imma jien dejjem xtaqt li pajjiżi jkun modernizzat u jagħmel l-affarijiet sew.", "F'dawn l-affarijiet jekk ikollok tagħżel, dejjem tagħżel dak li tgħidlek l-esperjenza u l-kapaċità tiegħek biex tagħmel żbalji mill-inqas.", "Huwa ovvju li min jgħid ħaġa u min jgħid oħra, u jkun hemm ħafna allegazzjonijiet.", "Li nista' ngħid jien hu li jiena nemmen fis-saltna tad-dritt.", "Il-qrati bħalissa jinsabu għaddejjin fuq kull każ li tista' timmaġina, u allura nistennewhom.", "Nisperaw li jkunu effiċjenti u rridu ngħinuhom ikunu effiċjenti biex naraw il-konklużjonijiet tagħhom, imma m'għandniex noqogħdu nagħtu l-opinjoni tagħna u ngħidu x'intqal meta ma tkunx il-verità.", "Jekk nemmnu fis-saltna tad-dritt, għandna nħallu lill-Imħallfin u lill-Maġistrati jagħmlu xogħolhom.", "Kultant meta jtawlu jkun kontra min ikunu sarulu ċerti allegazzjonijiet, però m'hemmx x'tagħmel.", "Din hija l-istampa tal-background tiegħi.", "Il-Prim Ministru avviċinani u staqsieni jekk hux se noħroġ għall-elezzjoni li jmiss.", "Jien għedtlu: Ngħidlek il-verità, ġejt għal ħames snin.", "Li se nagħmel żewġ leġiżlaturi is more than I could take personalment.", "Ninsab sodisfatt, imma nixtieq li ma nkomplix fil-politika.", "Il-Prim Ministru spjegali li għandu din il-pożizzjoni – li fl-opinjoni tiegħu tagħmel unur lil pajjiżna – u jien aċċettajt.", "Madwar xahar u nofs ilu, kiteb lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde, fejn spjegalha x'kellu f'moħħu, u rċieva risposta pożittiva.", "Għalhekk, issa qiegħed għaddej minn dawn il-proċeduri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Kif taf, din ix-xandira qed tiġi rikordjata u qed tkun trasmessa fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament biex il-poplu jkun jaf x'inhu għaddej fil-Parlament.", "Issa l-fażi li jmiss hi li kull Membru jkollu dritt jistaqsik mistoqsijiet supplimentari għall-mistoqsijiet oriġinali.", "Insejjaħ lill-Onor.", "KAROL AQUILINA: Prof. Scicluna, nirringrazzjak talli qiegħed magħna.", "Kif taf, aħna għandna obbligu li mhux sempliċement nittimbraw dak li jiġi quddiemna, imma rridu nagħmlu skrutinju ta' vera.", "Aħna għamilnilek numru ta' domandi bil-miktub u għandna r-risposti tiegħek bil-miktub.", "Irrid ninnota li għal uħud mill-mistoqsijiet li għamilnilek inti tajt risposti ġenerali ħafna.", "Fejn tidħol il-kwestjoni ta' x'se tagħmel jekk tkun Gvernatur tal-Bank Ċentrali, irrid ngħid li hemm risposti pjuttost eżawrjenti, anke fejn tidħol l-esperjenza tiegħek fis-snin li għaddew.", "Nixtieq nagħmillek numru ta' mistoqsijiet, u jekk ma tifhimx, nitolbok twaqqafni.", "M'għandi l-ebda diffikultà.", "Fl-ewwel mistoqsija li għamilnielek inti weġibt li, skont l-Att dwar ilBank Ċentrali ta' Malta, l-obbligu legali hu li għandek tirriżenja minn Membru Parlamentari ġurnata qabel id-data tal-ħatra tiegħek ta' Gvernatur mill-President tar-Repubblika.", "Tista' tgħidli minn liema artiklu tal-liġi jirriżulta dan l-obbligu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Aquilina, inti se tagħmel il-mistoqsijiet kollha, imbagħad l-Onor.", "Scicluna jwieġeb kollox f'daqqa?", "EDWARD SCICLUNA: L-Att dwar ilBank Ċentrali ta' Malta huwa ċar ħafna: biex tkun Gvernatur ma tista' tkun imkien iżjed.", "Jiġifieri mhux biss għax jien Membru Parlamentari, imma ma nista' nkun fl-ebda impjieg.", "Lanqas nista' nkun l-Università biex nagħti lecture wieħed.", "Bħalissa tant hija esaġerata – ma nafx hux qiegħda l-istess f'pajjiżi oħrajn, imma ma jidhirlix – li lanqas lectures mingħajr ħlas ma tista' tagħti.", "Forsi jistednuk għal xi konferenza, imma l-bqija ma tistax tagħti lectures, aħseb u ara li tkun Membru Parlamentari.", "LAtt dwar il-Bank Ċentrali jgħidlek x'ma tistax tagħmel – dwar din ħadt il-parir ta' avukat, inkluż l-Avukat tal-Istat għax kienet importanti – allura fil-ġurnata li niġi appuntat Gvernatur talBank Ċentrali ta' Malta fl-1 ta' Jannar 2021 ma nistax nibqa' la Membru Parlamentari, la lecturer, xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sempliċement nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li l-Att dwar ilBank Ċentrali ta' Malta ma jgħidx hekk, imma jgħid il-kontra, għax jipprovdi eżenzjoni għall-każ ta' Deputat Gvernatur u għall-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Qed insemmihielek għax, peress li inti weġibt hekk, ġietni l-kurżità biex nara xi jgħid l-Att.", "Naturalment, inti tifhem li llum qed tiġi quddiemna fil-kariga tiegħek ta' Deputat parlamentari.", "Inti Membru tal-Kamra li aħna wkoll Membri tagħha.", "Ma jidhirlekx li l-fatt li qed tiġi bħala Deputat hawnhekk toħloq sitwazzjoni daqsxejn anomala?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Aquilina, din iċċekkjajnieha, u kien hemm diversi … (Interruzzjonijiet) Agħtini ċans ngħid il-pożizzjoni tiegħi bħala Chairman.", "Kien hemm diversi persuni li kienu telgħin għal karrieri oħrajn u addattajna l-istess proċedura.", "Dr Helena Dalli, qabel ma telgħet … (Interruzzjonijiet) Irriżenjaw wara.", "KAROL AQUILINA: Ma naħsibx li fhimtuni.", "Safejn naf jien, dan il-kumitat ma jagħmilx skrutinju la tal-Kummissarju Ewropew u lanqas ta' persuna li tinħatar bħala Mħallef fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawn baqgħu MPs sakemm ġiet aċċettata l-ħatra.", "KAROL AQUILINA: Ma fhimtu xejn minn dak li qed ngħid.", "Dan il-kumitat twaqqaf f'din il-leġiżlatura u mhux fil-leġiżlatura preċedenti jew f'xi żmien ieħor.", "F'din il-leġiżlatura aħna bdejna nagħmlu skrutinju ta' numru ta' karigi, u fost dawn il-karigi hemm dik tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Din hija l-ewwel darba u, safejn naf jien, hija l-ewwel darba li Deputat li għadu jservi bħala Deputat qed jidher quddiem dan il-kumitat.", "Jien qed niġbed l-attenzjoni, għax diġà għamilt il-mistoqsija jekk toħloqx sitwazzjoni anomala jekk persuna li hija Membru tal-Kamra tidher quddiem dan il-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għamilt il-homework tiegħi wkoll biex naraw kif irridu nimxu biex inkunu etikament korretti, u ħadd mill-Membri Parlamentari l-oħrajn li ġew appuntati f'pożizzjonijiet importanti fl-Ewropa u f'postijiet oħrajn ma rriżenja minn qabel.", "EDWARD SCICLUNA: Jekk ma jimpurtax inwieġeb dwar anomaliji.", "Meta kont fil-Parlament Ewropew, kont fuq in-naħa l-oħra tal-grilling u staqsejt il-mistoqsijiet.", "Fil-Parlament Ewropew żgur ma jistax ikollok sieq waħda fil-Parlament Ewropew u s-sieq l-oħra fil-Gvern ta' pajjiżek; anzi, trid tagħmel dikjarazzjoni li tkun irriżenjajt.", "Jiġifieri tixxiebah ħafna għal din.", "Però, meta jiġu għall-grilling biex isiru Kummissarji, kienu jkunu għadhom Membri Parlamentari ta' pajjiżhom, u mbagħad, meta jiġu appuntati, iridu jiddikjaraw li mill-ewwel ġurnata se jirriżenjaw.", "Nerġa' ngħid li bħal din mhux se ssib, għax qed noħloqha jien; imma, il-fatt li fil-Parlament Ewropew ma tistax tkun Membru Parlamentari, bħalma Gvernatur ma jistax ikun Membru Parlamentari, ma jfissirx li għandek tirriżenja qabel ma l-Parlament jikklerjak – bħalma qed nitlob lilkom tikklerjaw lili – biex issir il-proċedura ħalli tkun tista' tiġi appuntat.", "KAROL AQUILINA: Ma ħassejtx li kien ikun iktar prudenti, għaqli u ġust li wieħed iwarrab, imbagħad jiġi quddiem dan il-kumitat mhux bħala Deputat ta' din il-Kamra?", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk tippermettili, nixtieq ngħaddi kumment.", "Naħseb li kien ikun imprudenti min-naħa tal-Prof.", "Scicluna li jirriżenja qabel, anke għax jekk tirriżenja qabel tkun qisek qed teħodha for granted li se tgħaddi, imbagħad jekk tirriżenja wara se tiġi anomala.", "Dan il-kumitat qiegħed biex jagħmel skrutinju jekk Prof. Scicluna għandux il-kredenzjali biex ikun maħtur bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta jew le.", "Naħseb li dak irid jara l-kumitat u mhux meta għandha tirriżenja l-persuna, jekk hux qabel jew wara.", "Jien inħoss li Prof. Scicluna mexa bl-iktar mod prudenti li għall-ħatra qagħad jistenna li ssir il-laqgħa ta' dan il-kumitat, imbagħad jirregola ruħu wara d-deċiżjoni ta' dan il-kumitat.", "Naħseb kien ikun imprudenti kieku rriżenja qabel, għax seta' jidher li dan il-kumitat diġà ddeċieda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Onor. Scicluna, fl-ewwel mistoqsija inti weġibt dwar ir-Rapport tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika, u għandek tkun taf li l-Kummissarju kkonkluda li this case report does not represent a finding of misconduct.", "Qed nirreferi għall-użu ta' fondi pubbliċi għar-reklami fuq il-midja soċjali fuq Facebook.", "Onor. Scicluna, inti konxju li hemm inkjesta maġisterjali għaddejja dwar dak il-każ?", "EDWARD SCICLUNA: L-ewwel nett, inti taf x'kien il-każ tiegħi?", "Jien ma jinteressanix minn ta' ħaddieħor.", "Żgur li jien bħala Ministru għall-Finanzi kontra l-użu ta' flejjes għal raġunijiet personali, li ma kienx il-każ tiegħi.", "Il-każ kien li jien sa ftit ilu bqajt nagħmel blog li bdejt fil-Parlament Ewropew u kienu jagħtuni r-riżorsi, il-cameras u l-crew biex kull ġimgħa nirrapporta lil Malta, bħalma qegħdin jagħmlu issa l-MEPs tagħna.", "L-ewwel m'għamiltha kont jien.", "Kont nagħmel intervisti fejn nagħti rendikont tax-xogħol tal-Parlament.", "Il-Parlament Ewropew iħoss li huwa fl-interess tiegħu li jivvota flejjes lill-MEPs biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Dan jien għamiltu għal erba' snin u nofs, u kont l-uniku wieħed.", "Meta ġejt Malta, komplejtu bħala x-xogħol tiegħi ta' Ministru u għamilt madwar 350 video.", "L-uniku mezz biex l-istorja ma tiġix stale hu li ttellgħu mill-ewwel online.", "Huwa minnu li kelli r-riżorsi fil-Ministeri biex nagħmel dan il-blog, imma teknikament biex ikun fuq il-website irid isir l-editing, noqogħdu ntellgħuh fl-IT, imbagħad jgħaddu madwar erbat ijiem biex itellgħuh fuq il-website.", "Iċ-Ċivil għandu x-xogħol tiegħu u jagħmlu meta jkun komdu.", "Allura, biex intellgħuh konna nużaw il-YouTube bħala mod tekniku qabel ma finalment jispiċċa fuq il-website tal-Ministeru.", "Kwalunkwe site li kien hemm tiegħi, dejjem ħallast jien.", "Għandi rċevuti kemm trid li kont inħallas biex nidher fuq il-website.", "Ma kontx xi wieħed minn ta' quddiem, imma qatt ma ħriġt flus tal-Gvern għal raġunijiet personali.", "Għalhekk qed naraha li hija kontenzjuża, għax li tgħid li għax mort fuq YouTube, ġejt li għamiltha għall-privat qabel għall-pubbliku, that's an opinion, u nirrispetta l-opinjoni; però, għal dawn it's a misconduct.", "M'għandi l-ebda problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Scicluna, il-Ministru Clayton Bartolo jixtieq jistaqsik mistoqsija.", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi): Prof., inti qed tgħid li l-blogs li kont tagħmel kienu jirrelataw max-xogħol tiegħek ta' Ministru għall-Finanzi u mhux bħala Deputat, imma fil-kariga tiegħek ta' Ministru fejn, jekk m'iniex sejjer żball, kont qed tispjega x-xogħlijiet li jkunu saru u d-deċiżjonijiet li jkun ħa l-pajjiż.", "EDWARD SCICLUNA: Fuq meta nitla' l-Unjoni Ewropea u kif taħdem l-IMF…", "KAROL AQUILINA: Tikkonferma li l-produzzjoni ta' dawn il-filmati saru bl- użu ta' fondi pubbliċi?", "EDWARD SCICLUNA: Li qed ngħid huwa ...", "KAROL AQUILINA: Iva, tikkonferma.", "Tikkonferma wkoll li dawn il-filmati .....", "EDWARD SCICLUNA: Qabel kienu bir-riżorsi tal-Parlament Ewropew u llum bir-riżorsi tal-Gvern Malti; imma kienu biex ngħallem.", "Kull ġimgħa kien ikun hemm suġġett dwar it-teknika what's behind the work li jkunu qegħdin jagħmlu.", "Qatt m'għedt li se jkun hemm coffee morning jew biex jiġu tiltaqgħu miegħi għall-festa ta' dak il-qaddis.", "Xejn minn dan.", "Dawn kienu kollha tagħlimiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Nifhem li l-Oppożizzjoni are after some clips and after news points u ma jridux ikunu jafu dwar il-kredenzjali, jew inkella qegħdin jipprovaw itappnu l-kredenzjali li għandu l-Prof.", "Scicluna fil-qasam finanzjarju f'Malta u internazzjonalment billi joqogħdu joħorġu stejjer fuqu.", "Meta inti kont tagħmel blog, kont tagħmlu bħala Ministru għall-Finanzi għall-poplu Malti, jew kont tagħmlu għall-kostitwenti tiegħek?", "EDWARD SCICLUNA: Jien għall-pubbliku kont nagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux għan-nies ta' Birkirkara u ta' Ħaż-Żebbuġ kienu jkunu.", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu lejn dan il-kumitat, jekk se noqogħdu nirriduċu biex noqogħdu nieħdu samples biex għada r-reporters joqogħdu jgħidu li Edward Scicluna kkonferma … Sur President, nitolbok tispekula dawn il-laqgħat ħalli l-laqgħa ssir sewwa.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ma jimpurtax li jkun hemm ħsebijiet ħżiena jew sentimenti ħżiena min-naħa tagħna.", "Aħna rridu nagħmlu x-xogħol tagħna billi nagħmlu l-iskrutinju kif jidhrilna aħna u mhux kif jidhirlu l-Onor.", "L-iskrutinju nagħmluh kif jidhrilna li għandna nagħmluh.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma jien qed nimputa xejn fil-konfront tiegħek, Onor. Mifsud Bonnici.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'għandix bżonn lilek biex tgħidilna kif għandna nagħmlu l-iskrutinju jew tiddetta l-mod kif qegħdin nagħmlu l-iskrutinju aħna.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma nistax nindaħal lin-naħa tal-Oppożizzjoni, għax qiegħda fuq livell ieħor.", "Anzi, in-naħa tal-Oppożizzjoni dejjem tkun trid tgħallem lin-naħa tal-Gvern.", "EDWARD SCICLUNA: Aħjar staqsejtuni jekk hux se nkompli nagħmel dan il-blog.", "Jiena rajt, pereżempju, li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda, li hu Awstraljan, kull ġimgħatejn jagħmel blog li fih ifisser ix-xogħol ta' natura monetarja u mhux ta' natura fiskali.", "KAROL AQUILINA: Prof., jidher li għadek ma fhimtx ir-Rapport tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "EDWARD SCICLUNA: Jekk jippermettuli, lest inkompli nagħmilhom biex ngħallem kif ix-xogħol tal-Bank Ċentrali Ewropew hu ta' relevanza għaċ-ċittadin.", "KAROL AQUILINA: Prof., jidher li għadek ma fhimtx ir-Rapport tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "Il-Kummissarju ma qalx li l-kontenut kien fih xi ħaġa ħażina per se, imma ġibed l-attenzjoni għall-fatt li kont qed tuża fondi pubbliċi biex tipproduċi materjal – hu x'inhu l-materjal, jekk hux kontenut partiġġjan jew kontenut politiku – li mbagħad poġġejtu fuq iċ-channels tal-midja soċjali tiegħek personali u mhux tal-Gvern.", "EDWARD SCICLUNA: Dak kien fid-dmir tiegħi li nagħmlu.", "KAROL AQUILINA: Din kienet il-kwestjoni kollha.", "Din mhijiex mistoqsija, jiġifieri m'għandekx għalfejn tweġibni.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma rridx nindaħal, imma, jekk dan huma t-tip ta' mistoqsijiet li they are after in-naħa tal-Oppożizzjoni, allura għadhom ma fehmux kif jiffunzjona dan il-kumitat u fuq il-kredenzjali tal-persuna li dieħla fil-kariga, bir-rispett kollu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien ġejt hawn bl-impressjoni li se nitgħallem mingħand il-Prof.", "GLENN BEDINGFIELD: Ġejtu biex tgħallmuh, anzi l-kollega tiegħek qallu li għadu ma fehem xejn.", "Għallimna, Onor. Aquilina.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettuli ftit, jekk jogħġobkom.", "Hawn ħafna microphones mixgħulin.", "Jien tgħallimt li mingħand kulħadd tista' titgħallem xi ħaġa.", "Jiġifieri ejjew nitgħallmu mingħand xulxin u nħallu lil Prof. Scicluna jwieġeb.", "Kulħadd se jkollu l-ħin jistaqsi l-mistoqsijiet li jrid.", "Hawn l-Onor.", "L-Onor.", "Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: L-unika ħaġa li rrid nikkonkludi hija – biex nitgħallmu wkoll – li jekk il-Parlament ħassu fid-dmir li jagħti r-riżorsi lill-MEPs tiegħu biex jagħmluha, aħna għandna nagħmlu l-istess lill-MPs Maltin.", "Jiġifieri fil-Parlament xi mkien għandu jkun hawn ir-riżorsi u l-camera unit fejn Membru Parlamentari jmur jgħid x'qed isir.", "Bħala Oppożizzjoni, m'hemmx għalfejn tmur fuq NET TV jew fuq ONE TV, imma tagħmilha mill-Parlament Ewropew.", "KAROL AQUILINA: Din issa qed tgħidha.", "Meta kont qed tagħmel użu mill- fondi pubbliċi biex tagħmilha, ma kontx tgħid li għandha tkun għal kulħadd, imma kont tagħmilha għalik innifsek.", "EDWARD SCICLUNA: Imma mhux nikkundannaw xi ħaġa tajba fiha nnifisha.", "KAROL AQUILINA: Jekk il-Kumissarju qed jgħid li hija ħażina?", "EDWARD SCICLUNA: Se toqgħod tgħid għall-privat?", "KAROL AQUILINA: Jien għandi l-impressjoni li f'dan il-kumitat kien hawn il-ftehim li l-ewwel nagħmlu l-mistoqsijiet, u mbagħad …", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu, imma jridu jkunu supplimentari.", "JOE MIZZI: F'dak il-każ, trid tagħmel il-mistoqsijiet tiegħek, għax jekk se tagħmel mistoqsija u qed iwieġbek jekk ix-xogħol responsabbli tal-Gvern biex jgħallem hux qed isir, kif qed terġa' tistaqsih l-istess mistoqsija meta qed jirrispondik u qed jgħidlek x'kienet ir-raġuni għal dawn l-affarijiet?", "Qed tipprova titfagħlu d-diskors f'ħalqu?", "L-affarijiet mhux hekk isiru.", "Trid tagħti risposta, u jekk ikun hemm xi ħaġa ħażina, tgħid li ħarġet xi ħaġa ħażina; imbagħad l-awtoritajiet jaraw huma.", "Imma r-risposta diġà taha!", "Jien hawnhekk qed nitkellem ċar kif għandhom ikunu l-affarijiet.", "Jiġifieri l-affarijiet ġew spjegati, u hekk għandu jkun.", "Il-Parlament dejjem iġġieled biex jagħti aktar saħħa lill-Membri Parlamentari u lill-ministri biex iwasslu l-messaġġ u jispjegaw.", "Jekk fiż-żmien tal-lum qegħdin niġġieldu biex nagħmlu dawn l-affarijiet, issa kif f'daqqa waħda qed nipprovaw indawruhom?", "Irridu noqogħdu daqsxejn attenti.", "Inti għamilt il-mistoqsijiet tiegħek u ħadt ir-risposti.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Prof., fil-preżentazzjoni li għadek kif għamilt, ħin minnhom għedt li l-ħidma kollha li saret fl-aħħar seba' snin ġiet poisoned.", "Iva, hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Tista' tispjega ftit minn xiex ġiet ivvalenata?", "Naħseb li kulħadd jaf id-diqa li daħlet f'pajjiżna.", "Kulħadd kompla jżid id-doża minflok inaqqasha, sal-lum stess.", "Din għedtha fid-diskors tiegħi fil-Parlament.", "Jien inħoss li r-rwol u r-responsabbiltà tiegħi hi li kemm jista' ikun inġib liż-żewġ naħat qrib xulxin, bħalma kont nagħmel meta kont l-MFSA.", "Meta kont l-MFSA kien jiġi l-Ministru u l-għada kien jiġi x-Shadow Minister u anke meta kienu bil-maqlub, jiġifieri meta x-Shadow Minister kien John Dalli u l-Ministru minnhom kien Leo Brincat.", "Dan l-atteġġjament issa vvalenajnieh.", "Il-Gvern u l-Oppożizzjoni … Jien li tgħallimt mill-Parlament Ewropew – u hekk inħoss li għandu jkun – hu li biex tmexxi xi ħaġa 'l quddiem, trid tikkonvinċi lin-naħa l-oħra.", "Fil-Parlament Ewropew aktar kien jinteressani li nikkonvinċi lill-EPP milli lill-S&D, pereżempju li dan ir-rapport mhuwiex kif qegħdin jarawh huma, and so on and so forth.", "Hawnhekk bil-kontra; hawnhekk ġejna wisq polarized u qegħdin nagħmlu ħsara lilna nfusna – u din qed ngħidha fil-miftuħ – b'mod speċjali lis-servizz finanzjarju, u nħossni fid-dmir li dan il-bad humour bejn iż-żewġ naħat kemm jista' jkun intaffih.", "Żgur li mhux se nwaqqfu.", "Jekk ma naqblux fuq xi ħaġa ma jimpurtax, imma we're going much beyond that meta tagħmel akkużi u allegazzjonijiet fuq premessi foloz meta taf is-sistema kif taħdem.", "KAROL AQUILINA: Bħal, pereżempju?", "EDWARD SCICLUNA: Pereżempju, ir-rwol tal-Ministru għall-Finanzi.", "Fil-Parlament staqsejna 100,000 mistoqsija, bħal fiex kont involut u x'kont nagħmel.", "Jekk inti qiegħed fil-Parlament Ewropew u ma tafx kif jaħdem il-Gvern, ma tafx is-service concessions kif jaħdmu?", "Ma tafx li fil-procurement hemm Schedule III ċara daqs il-kristall li din ma tgħaddix taħt il-procurement tal-kuntratti, imma qiegħda għaliha?", "Min għamilha u għalfejn għamilha?", "Żgur li m'għamilhiex dan il-Gvern, u qed ngħid hekk mhux b'mod politiku.", "Li qed ngħid hu li meta saret, saret bi skop li ċerta natura ta' public procurement hi differenti minn dik li juża d-Dipartiment tal-Kuntratti, mentri pajjiżi oħrajn għandhom aġenzija waħda.", "Jekk tridu li nbiddlu, inbiddlu, imma jien żgur li għamilt ħilti kollha biex il-public procurement jitjieb.", "Hawnhekk tajtkom lista.", "Kull sena li fiha kont Ministru, għamilt xi ħaġa sinifikanti qawwija ħafna.", "Fl-2016 daħħalt għall-ewwel darba r-regolamenti tas-service concessions, fejn dawk li ma kienux regolarizzati fil-passat bdew jiġu regolarizzati.", "Daħħalt reviżjoni tas-sistema finanzjarja tal-Gvern.", "Daħħalna l-accrual.", "Mela għalfejn bqajna bil-cash accounting?", "KAROL AQUILINA: Qed nistaqsi dan biex niġu għas-si u n-no.", "EDWARD SCICLUNA: Qabel ma nikkonkludi, irrid ngħid li se nagħmel l-almu tiegħi kollu biex l-affarijiet isiru b'mod korrett, għax il-falliment jiġi mis-sistema.", "L-individwu jirnexxilu jaħtafha, għax ir-regolamenti ma jkunux b'saħħithom.", "Inutli li tiġri wara każ.", "Tiġri mela le, għax kulħadd irid ikun responsabbli ta' għemilu.", "Jien dejjem għedt u nibqa' ngħidha li nixtieq li kull min għamel xi ħaġa ħażina jinqabad u l-qrati jiddeliberaw fuqha, għax fil-finanzi kuljum ikollna din il-ġlieda ta' gatekeeping.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ejja nkunu ċari.", "Fil-fehma professjonali tiegħek, u kif ukoll fil-fehma politika tiegħek, għax inti kont Ministru u għadek deputat, fil-każ tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet pubbliċi lill-Vitals Global Healthcare, jista' jkun li saret xi ħaġa ħażina skond ix-schedule u l-concession agreement?", "Sar ħażin jew le f'dak il-każ u inti bħala Ministru għall-Finanzi, ma jidhirlekx li kellek l-obbligu li bħala l-gwardjan tal-fondi pubbliċi, kellek tintervjeni fejn tkun saret xi ħaġa ħażina?", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, dawn huma premessi foloz li tgħid li l-Ministru għall-Finanzi huwa responsabbli għax irid jiffirma.", "Mela qegħdin fi żmien il-brodu, wara l-gwerra, meta l-Ministru kien ikollu pitazz u kull min …", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti m'għandekx responsabilità.", "EDWARD SCICLUNA: Le, għandek is-sistema.", "Il-Ministru jrid jara li s-sistema taħdem u li tkun in place.", "KAROL AQUILINA: Ħadmet is-sistema f'dan il-każ?", "EDWARD SCICLUNA: Ġibt l-aqwa esperti tal-IMF.", "KAROL AQUILINA: Ministru, fil-każ tal-Vitals ħadmet is-sistema?", "EDWARD SCICLUNA: Kull pajjiż kellu failure.", "KAROL AQUILINA: Il-każ tal-Vitals huwa failure jew le?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, infakkrek li għad hemm l-inkjesta għaddejja, allura ma jaqblilniex noqogħdu niddiskutu din il-ħaġa.", "EDWARD SCICLUNA: Jien ma ġejtx hawnhekk biex niġġudika lill-Vitals.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk ikun hemm deputat quddiem bord ma jitkellmux fuqu biex jaraw jekk għandux ħtija jew le, imma fuq affarijiet oħrajn jitkellmu, allavolja jkun hemm inkjesta għaddejja.", "EDWARD SCICLUNA: Għandek istituzzjoni f'dan il-pajjiż – u naħseb l-NAO kulħadd jirrispettaha – li twieġeb lill-Parlament.", "EDWARD SCICLUNA: Ara x'qallek l-NAO dwar il-Ministru għall-Finanzi.", "KAROL AQUILINA: Jien qrajt ukoll dak li qalet il-Qorti dwarek u qed nistaqsik jekk il-każ tal-Vitals huwiex failure jew le.", "EDWARD SCICLUNA: L-NAO, fejn ried jipponta subgħajh, ippuntahom.", "KAROL AQUILINA: Il-każ tal-Vitals huwa failure jew le?", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Dik mhijiex mistoqsija fuq il-persuna.", "Aħna hawnhekk qegħdin niddiskutu fuq il-kredenzjali tal-persuna.", "Hawnhekk ma ġejniex biex niddiskutu proġetti, imma ġejna biex niddiskutu persuna u l-kredenzjali tagħha; għalhekk nitlob lill-Membri tal-Oppożizzjoni jirregolaw ruħhom mal-proċess ta' dan il-kumitat.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex naraw il-kredenzjali tal-persuna, mhux biex noqogħdu nipprovaw nistadu għall-kummenti, jew noqogħdu nilagħbu għall-gallarija.", "Hawnhekk m'għandniex il-Vitals quddiemna.", "Il-Vitals qed tkun diskussa f'fora oħra, mhux problema.", "Aħna hawnhekk qegħdin niddiskutu dwar jekk il-Prof.", "Scicluna għandux il-kredenzjali biex jiġi maħtur Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "X'għandu x'jaqsam ir-rwol tal-Bank Ċentrali ta' Malta mal-mistoqsijiet li qed jagħmel wieħed mill-Membri tal-Oppożizzjoni f'isem il-kumplament tal-Oppożizzjoni?", "Jien ma rridx nindaħal fil-mod kif jagħmlu l-iskrutinju, imma ma nistax ma nitkellimx meta hemm Membri min-naħa tal-Oppożizzjoni li mhumiex interessati jkunu jafu l-kredenzjali tal-persuna li għandna quddiemna u r-reputazzjoni li għandha fil-qasam lokali u internazzjonali.", "KAROL AQUILINA: Il-liġi titkellem ċar li nistgħu nistaqsu dwar il-kompetenza professjonali, l-adattabilità u l-isfond tal-persuna nnominata.", "Fid-domandi li għamilt jien bil-miktub qajjimt dan is-suġġett u l-liġi tagħtini d-dritt li nagħmel mistoqsijiet supplimentari dwar dak li staqsejt.", "Qiegħda ċara.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-liġi qiegħda ċara li hawnhekk qegħdin biex nagħmlu skrutinju tal-kredenzjali tal-persuna u mhux biex nitkellmu dwar il-proġetti li qegħdin tipprovaw tistadu għall-kummenti dwarhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Scicluna ta r-risposta tiegħu, u allura naċċettawha.", "EDWARD SCICLUNA: Il-proċeduri għadhom għaddejjin u din hi xi ħaġa fattwali.", "Hemm l-esperti u l-imħallfin li qed jaħdmu fuqha u mhux nistsaqsu x'kien hemm fl-opinjoni ta' Edward Scicluna.", "Jien ir-risposta tajtha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik hi r-risposta tiegħek.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Jien ma nistax nifhem kif fuq affarijiet li diġà ntqalu u ġew irrapportati – mela allura tafuhom – diġà ddeċidejtu li tivvotaw kontrih.", "Ma nistax nifhem kif trid tilgħabha tal-qaddis, meta taf li r-risposti diġà ngħataw fuq dawk l-affarijiet u m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn.", "Kieku jien kont qed nippresjedi dan il-kumitat, kont inwaqqfek milli tgħid ċerti affarijiet li mhumiex fuq din il-biċċa xogħol.", "Iktar u iktar kont inżommok milli tgħid ċerti affarijiet, meta intom diġà ddeċidejtu li anke jekk insibu li huwa l-ikbar qaddis li ħalaq Alla fid-dinja, xorta se tivvotaw kontra.", "Ejja ma noqogħdux nilagħbu.", "M'intix tifhem id-domandi?", "JOE MIZZI: Għax qed tagħmlu d-domandi meta diġà ddikjarajtu li se tivvotaw kontra?", "Nagħmlu x'nagħmlu, anke jekk taqa' l-manna mis-sema, se tivvotaw kontra.", "Jekk turikom li għandu l-ikbar ċertifikat li jagħmel l-affarijiet kif suppost u ġab riżultati pożittivi lejn pajjiżna, intom se tivvotaw kontra.", "Mela ejjew inkunu ċari.", "Agħmlu l-mistoqsijiet u mhux toqogħdu tilagħbu biex tiggwadanjaw punti politiċi, għax issir iktar ħsara lill-pajjiż.", "Jien m'iniex nitkellem b'mod politiku, imma qed nitkellem fil-prattika u fir-realtà dwar x'ġie deċiż min-naħa tagħkom.", "Jien smajt u rajt l-affarijiet.", "Jien kemm-il darba nkun l-ewwel wieħed li nikkritika, meta jkun hemm bżonn nikkritika.", "Għalfejn le?", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk id-deċiżjoni diġà ttieħdet, għalfejn qegħdin tagħmlu iktar ħsara lil pajjiżna?", "KAROL AQUILINA: Allura x'nagħmlu?", "JOE MIZZI: Agħmel il-mistoqsijiet, u meta jirrispondik tipprovax iddawwar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Mizzi.", "L-Onor.", "Karol Aquilina, jekk jogħġbu jkompli bil-mistoqsijiet tiegħu.", "KAROL AQUILINA: Prof., fil-fehma professjonali tiegħek, id-deal tal-Vitals hija tajba għal pajjiżna jew le?", "EDWARD SCICLUNA: Diġà weġibtha din il-mistoqsija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Aquilina, għaddi għal mistoqsija oħra.", "KAROL AQUILINA: Jimporta tagħtuni ċans?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Aquilina, għandek dritt tistaqsi mistoqsijiet supplimentari kemm trid, imma m'għandekx dritt tibqa' tirrepeti l-istess mistoqsija.", "Din il-mistoqsija diġà staqsejthielu, u Prof. Scicluna diġà wieġbek.", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandekx għalfejn tagħmel l-istess mistoqsija tliet darbiet jekk diġà rrispondiek.", "EDWARD SCICLUNA: Qegħdin titkellmu fuq każ li dwaru diġà hemm rapport tal-NAO u hemm inkjesti għal waħda, tnejn, tlieta, erbgħa li għadhom lanqas biss ġew konklużi.", "Jiġifieri wieħed irid jara l-fatti x'inhuma biex ikun jista' …", "KAROL AQUILINA: Prof., inti qed tgħid li dawn huma allegazzjonijiet, li huma konġetturi.", "EDWARD SCICLUNA: Jiena kont qed nitkellem b'mod ġenerali meta għedt li hawn atmosfera li ma tagħmilx ġid lill-pajjiż, u kull min hu f'kariga importanti għandu jgħin biex minflok iżid id-doża jnaqqasha, biex kemm jista' jkun nitkellmu.", "Il-Palestinjani, l-Iżraeliti, it-Torok u l-Griegi, ukoll jiltaqgħu biex jitkellmu.", "Jiġifieri għandna ngħinu kemm jista' jkun, speċjalment biex naraw fejn naqblu.", "Fejn tidħol it-taxxa, ir-reġim tat-taxxa hija xi ħaġa li ħadd ma jagħti każha, imma kellna theddida enormi meta għaddiet l-ATAD II (Anti-Tax Avoidance Directive) u kien se jwaqqfilna r-reġim li nagħtu r-rifużjonijiet fuq it-taxxi.", "Aħna, permezz tax-xogħol li għamilna mal-OECD, irnexxielna nagħmlu carve-out biex niffrankawha għal dakinhar biex insalvaw fl-interess nazzjonali, imma t-theddid żgur se jkompli jiżdied.", "Kulħadd irid jagħmel għall-ġid.", "KAROL AQUILINA: Prof., ħadd mhu qed jgħidlek li dak li qed tgħid inti huwa ħażin jew żbaljat.", "Jien sempliċement qed niġbidlek l-attenzjoni li hemm sitwazzjoni dwar kuntratt …", "EDWARD SCICLUNA: Tal-Vitals mhux se nsolvuha hawnhekk.", "KAROL AQUILINA: Hawnhekk qegħdin biex nistabbilixxu numru ta' affarijiet dwarek.", "Li qed nistaqsik huwa dwar każ speċifiku, biex nifhem kif tħares lejn l-affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Aquilina, Prof. Scicluna diġà wieġbek u ta spjegazzjoni dettaljata.", "Jien mhux qed ngħid li wieġeb ħażin, imma agħtuh ċans iwieġeb u toqogħdux twaqqfuh.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof., għandek xi żżid fuq din il-mistoqsija?", "KAROL AQUILINA: Prof., li qed nipprova nistaqsik huwa dan.", "Qed jirriżulta b'mod ċar, u l-NAO diġà għamilha ċara, li hemm problemi kbar f'dan il-kuntratt.", "L-Awditur Ġenerali għadu kif xehed fil-qrati ta' pajjiżna li dan qatt ma kellu jsir, u issa li sar, għandu jitneħħa.", "Prof., inti taqbel mal-Awditur Ġenerali li dan il-kuntratt tal-Vitals huwa ħażin, li qatt ma kellu jsir u li llum il-ġurnata għandu jitneħħa?", "Dak li qed nistaqsik.", "GLENN BEDINGFIELD: Issa qed nistaqsu fuq l-Awditur Ġenerali.", "Bir-rispett kollu!", "KAROL AQUILINA: Prof., nixtieq inkun naf x'inhi l-fehma professjonali tiegħek.", "Mhux il-fehma politika.", "Il-politika ma tinteressanix f'dan il-każ, imma l-fehma professjonali.", "EDWARD SCICLUNA: Bil-kappell ta' qabel jew bil-kappell t'issa?", "EDWARD SCICLUNA: Bil-kappell ta' qabel: kont iffaċċjat bi stat ta' fatt u ridt nara x'inhu l-aħjar mod biex insolvih.", "Li naf hu li għaddejjin diskussjonijiet avvanzati sew biex il-kumpanija Steward Health Care Malta jsolvu n-nuqqasijiet li mhux qegħdin jaqblu dwarhom, jew inkella t-talbiet u l-kontro-pretensjonijiet li qegħdin isiru bejn iż-żewġ naħat.", "KAROL AQUILINA: Inti taqbel li dan il-kuntratt jitħassar, jew li għandu jibqa'?", "EDWARD SCICLUNA: I look forward li jkun hemm soluzzjoni paċifika bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, sew il-Gvern u kif ukoll il-privat.", "L-investituri dak li jridu jaraw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Scicluna, grazzi tar-risposta tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Inti favur jew kontra li dan il-kuntratt .....", "JOE MIZZI: Sur President, għandi point of order.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Mizzi, x'inhu l-point of order?", "JOE MIZZI: Sur President, hawnhekk ma ġejniex biex nistaqsu lil Prof. Scicluna fuq ċerti affarijiet.", "Hawnhekk qegħdin niskrutinjaw l-għemil tiegħu fuq kif se jaħdem, għax jekk se tibqgħu tiġu b'dan l-argument, intom diġà għedtu li se tivvotaw kontrih, allura m'intomx se taqblu.", "Onor. Aquilina, għalfejn qed tistaqsi dawk l-affarijiet, ladarba jekk se jgħidlek il-Ġenna, xorta se tivvota kontrih?", "Mhux minnu li ġejt bi buona volontà biex tara x'inhu tajjeb u biex tara li l-affarijiet isiru sew, għax diġà ddikjarajtu l-fehma tagħkom.", "Mela ħallih jirrispondi u tipprovax terġa' tagħrbel l-interrogazzjoni, li qed tagħmilha ċara li hija interrogazzjoni politika, għax la ddikjarajtu li se tivvotaw kontra, hi x'inhi r-raġuni, intom ġejtu hawnhekk biex ma taqblux.", "Mela fejn hi l-verità li ġejtu biex tagħrblu ħalli taraw kif se joħorġu l-affarijiet, meta diġà qegħdin tgħidu le?", "Il-verità hi li kieku kontu kredibbli mad-deċiżjoni li ħadtu intom, kontu tiġu hawnhekk u tgħidu li ma taqblux, as simple as that.", "Il-bqija, li qed isir huwa ta' ħsara kbira għall-pajjiż.", "Qegħdin iġġibu l-politika l-ewwel, qabel istituzzjoni importanti bħal din li taffettwa l-pajjiż u qegħdin taħdmu b'tali mod li ddeċidejtu li intom kontra u qegħdin tipprovaw titfgħu d-dubji fl-affarijiet.", "KAROL AQUILINA: Dawn mhumiex mistoqsijiet …", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, m'għandi l-ebda problema li jsiru l-mistoqsijiet: però jekk l-Onor.", "Aquilina mhux qed jogħġbuh ir-risposti li qed jieħu, huwa ovvju li jrid jaqbad xi sound bite biex jipprova …", "KAROL AQUILINA: Ikollok intenzjonijiet ħżiena jekk tkun taf li m'għandekx dritt tagħmilhom.", "CLAYTON BARTOLO: Jiena smajtek tagħmel il-mistoqsijiet.", "Jekk m'iniex sejjer żball, dwar din hemm anke rulings fil-Parlament, u l-Ispeaker għamel diversi dikjarazzjonijiet dwar dan it-tip ta' mistoqsijiet.", "CLAYTON BARTOLO: Jiena nifhem li mhux qegħdin jogħġbuk ir-risposti, għax qed tipprova taqbad fuq xi ħaġa ...", "KAROL AQUILINA: Qed tattribwixxi intenzjonijiet ħżiena u m'għandekx dritt tagħmilha.", "CLAYTON BARTOLO: Apparti minn hekk, il-mistoqsijiet li ġew magħmula hawnhekk kienu quite exhaustive, anke fuq dawn l-istess suġġetti.", "Jiġifieri jekk se noqogħdu nduru mal-mistoqsijiet li diġà saru bil-miktub, nistgħu noqogħdu hawnhekk s'għada filgħodu, għax se nibqgħu għaddejjin bl-istess mistoqsijiet u xorta se tivvotaw kontra.", "Dan diġà ġie ddikjarat fil-Press Conference li għamiltu – u għedtuha bi tbissima għal ġieħna!", "Nifhem li jridu jsiru l-mistoqsijiet; però, f'ġieħ is-sewwa, ejja mmexxu bil-proċedimenti ta' dan il-kumitat kif inhu xieraq u denju għal dan il-kumitat u għal din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Ejja ma nirredikolawx lil dan il-kumitat għal xi tip ta' inkjesta.", "Hawnhekk m'aħniex qorti.", "Ejja nirrispettaw lil din l-istituzzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Prof., kif taf inti, il-kuntratt tat-tliet sptarijiet pubbliċi huwa kuntratt ta' miljuni kbar ta' ewro.", "Taf ukoll li fix-xhur li għaddew irriżulta li l-Gvern obbliga ruħu li jekk dak il-kuntratt jinħall jew jiġi terminat, iħallas €100 miljun.", "Prof., inti jidhirlek li dik hija amministrazzjoni tajba tal-finanzi tal-pajjiż?", "EDWARD SCICLUNA: Din hija allegazzjoni.", "Diġà tajt ix-xhieda tiegħi fil-Qorti dwarha u m'għandix x'inżid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Aquilina, ir-risposta tahielek.", "Agħmel il-mistoqsija li jmiss.", "KAROL AQUILINA: Liema hija l-allegazzjoni?", "EDWARD SCICLUNA: Din l-allegazzjoni li jeżisti …", "KAROL AQUILINA: Teżisti jew le din il-klawsola tal-€100 miljun?", "EDWARD SCICLUNA: Min jagħmel allegazzjoni jrid juri li teżisti.", "KAROL AQUILINA: Inti kont Ministru għall-Finanzi, allura suppost taf.", "EDWARD SCICLUNA: Diġà tajt ir-risposta tiegħi.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed tgħid li din il-klawsola tal-€100 miljun ma teżistix?", "JOE MIZZI: Le, mhux hekk qed jgħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed jgħid li diġà ta r-risposta tiegħu b'mod pubbliku, u qiegħda hemmhekk.", "KAROL AQUILINA: Taqbel magħha jew le?", "JOE MIZZI: Dik hija opinjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, Prof. Scicluna kapaċi jwieġeb għad-domandi.", "M'għandux bżonn tliet avukati biex jaqbżu fin-nofs għal kull domanda li qed issir.", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Sur President, għandi point of order.", "Jekk diġà huwa deċiż li l-Oppożizzjoni se tivvotaw kontra, Onor. Aquilina, semmili f'liema pajjiż ċivilizzat u demokratiku, la diġà ddikjaraw li se jivvotaw kontra at all costs, kif qed tagħmel dawn il-mistoqsijiet biex jipperswadik biex tivvota favurih?", "Il-mistoqsijiet li qegħdin isiru huma indikazzjoni li mhux veru biex isir ix-xogħol ta' dan il-kumitat parlamentari b'responsabbiltà u bir-reqqa, imma biex jiġi użat.", "Din hija xi ħaġa irresponsabbli u ma tistax tagħmilha.", "EDWARD SCICLUNA: B'rispett lejn il-qrati u lejn l-imħallef li jien xhedt quddiemhom u xehdu oħrajn, għandna nħallu f'idejhom biex jiddeċiedu.", "KAROL AQUILINA: Prof. Scicluna, inti taf x'qalet il-Qorti dwarek?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili ftit, Onor. Aquilina, inti għandek dritt tagħmel mistoqsijiet supplimentari u Prof. Scicluna qed jagħtik ir-risposta tiegħu.", "Ir-risposta tiegħu hija dik.", "Ma nistgħux nibqgħu nagħsru sakemm it-tweġiba togħġobna.", "KAROL AQUILINA: Iva, dwar il-każ tal-Vitals …", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik diġà wieġbek fuqha.", "Għamiltlu tliet mistoqsijiet.", "KAROL AQUILINA: Iva, agħtini ċans nagħmillu l-mistoqsija.", "Inti qed tgħid li dawn huma konġetturi, allegazzjonijiet fil-konfront tiegħek, sewwa?", "EDWARD SCICLUNA: Iva, daħal l-imħallef biex jiddeċiedi.", "KAROL AQUILINA: Sewwa, u inti għamilt appell mid-deċiżjoni.", "EDWARD SCICLUNA: Naħseb li b'rispett lejn il-qrati u s-saltna tad-dritt, minflok ma nkomplu nuru kemm nafu aħna jew nieħdu l-opinjonijiet, għandna nħallu l-qrati jieħdu ż-żmien tagħhom.", "KAROL AQUILINA: Le, aħna rridu nirriċerkaw il-verità.", "EDWARD SCICLUNA: Aħna għandna fiduċja fil-qrati 100%.", "KAROL AQUILINA: Meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar jekk issirx inkjesta pubblika jew le, tiftakar li inti kont appellajt u għedt li l-fatti kif esposti ...", "EDWARD SCICLUNA: U rbaħnieha fl-appell.", "KAROL AQUILINA: Ma rbaħthiex.", "EDWARD SCICLUNA: Irbaħtha fl-appell.", "KAROL AQUILINA: Ma rbaħthiex.", "EDWARD SCICLUNA: Qed ngħid fatti u mhux opinjonijiet.", "KAROL AQUILINA: Il-Qorti qalet, u se naqralek … (interruzzjonijiet)", "EDWARD SCICLUNA: Hawnhekk irrid nispjega xi ħaġa.", "Dan qed jirreferi għall-inkjesta li twaqqfet wara li sar rikors minn NGO jisimha \"Repubblika\".", "Il-mod kif sar huwa li, tul dawn il-xhur u anke s-snin, jinkitbu mill-istess organizzazzjoni u dawk li jżommu magħha artikli kuljum b'affarijiet li ftit minnhom huma veritieri, oħrajn li mhumiex veritieri, premessi foloz eċċ. Li kieku ministru jrid joqgħod joħroġ libell, jinsa l-job tiegħu u joqgħod jagħmel libell kuljum.", "U dawn jibdew telgħin ġurnata wara ġurnata fil-gazzetti.", "Taqbad il-cutting, titfgħu ġo file u joħroġ hekk.", "Mela, jsir rikors fil-qorti mill-istess NGO fuq artikli li kitbu huma stess, jagħmlu allegazzjonijiet serjissimi li tagħhom tista' tispiċċa l-ħabs mhux abbażi ta' prova waħda, imma l-artikli tagħhom stess huma l-prova li ġabu l-qrati.", "Dan huwa l-każ kollu li qed issemmi l-inkjesta.", "L-inkjesta mhijiex investigazzjoni fuq il-persuna.", "Min hu avukat jaf li l-inkjesta ssir biex tiġbor ix-xhieda, biex ma jintilfux, ħalli jaraw jekk huwiex il-każ li jipproċedu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Se naqralek x'qalet il-Qorti, imbagħad weġibni.", "Din qalet hekk: Il-Qorti ma tistax taqbel mad-denunzjati – jiġifieri inti, flimkien ma' sħabek, il-Ministru Konrad Mizzi u Chris Cardona – li l-fatti esposti huma konġetturi, billi dawn il-fatti huma fid-dominju pubbliku.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Scicluna diġà wieġeb għaliha dik u ta l-ispjega, Onor. Aquilina.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jew se tipproteġi d-dritt li nagħmel il-mistoqsijiet, jew inkella se tieħu l-liġi b'idejk.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'aħniex se nieħdu l-liġi b'idejna.", "Qegħdin nimxu mar-regoli.", "KAROL AQUILINA: Mela ppermettili nagħmel il-mistoqsija.", "Jekk il-qorti ħasset li dawn huma fatti li jimmeritaw li ssir inkjesta maġisterjali dwarek ukoll, ma jidhirlekx li inti llum, peress li qiegħed taħt inkjesta maġisterjali, ma tista' qatt tokkupa l-kariga ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali b'mod seren?", "EDWARD SCICLUNA: Din weġibtha bil-mitkub.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Scicluna jħoss li diġà weġibha.", "Għandek iktar mistoqsijiet supplimentari, Onor. Aquilina?", "KAROL AQUILINA: Le, għalissa m'għandix iktar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD SCICLUNA: L-allegazzjoni tinsab taħt inkjesta.", "KAROL AQUILINA: L-allegazzjoni dwar min hija?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EDWARD SCICLUNA: Dwar l-allegazzjonijiet li saru.", "KAROL AQUILINA: L-allegazzjonijiet li saru mhux dwarek?", "EDWARD SCICLUNA: Le, l-inkjesta qed issir fuq l-allegazzjonijiet, imma mhux jien qed niġi investigat u lanqas akkużat.", "KAROL AQUILINA: Mela għalfejn appellajt inti mid-deċiżjoni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Diġà rrispondiek, Onor. Aquilina.", "EDWARD SCICLUNA: Għax m'hemmx provi.", "KAROL AQUILINA: Il-Qorti qed tgħidlek li mhumiex konġetturi, imma huma fatti fid-dominju pubbliku.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Scicluna diġà ta l-ispjegazzjoni tiegħu.", "KAROL AQUILINA: Jimporta tħalli lill-Onor.", "Scicluna jwieġeb u mhux twieġeb inti?", "IĊ-CHAIRPERSON: Minuta, għax jien il-President u għandi r-responsabilità tiegħi.", "Inti ngħatajt tweġiba dwar għalfejn ħa dik il-pożizzjoni.", "Issa jekk ma rridux nisimgħuhom, problema tagħna.", "KAROL AQUILINA: Iva, imma agħtih ċans iwieġeb.", "IĊ-CHAIRPERSON: Diġà wieġeb u spjega fil-Qorti għalfejn ħa dik il-pożizzjoni.", "Issa, jekk m'aħniex nifhmuh, dik hija ħaġa oħra, imma hu diġà spjega.", "KAROL AQUILINA: Jekk tagħtih ċans inkun nista' nifhmu, imma mhux taqbeż fin-nofs inti.", "JOE MIZZI: (interruzzjonijiet) Int qed tibqa' tagħmel l-intoppi.", "KAROL AQUILINA: Intom qed tkomplu għaddejjin b'kummenti ta' dan it-tip.", "JOE MIZZI: Għandna raġun, għax qed tgħaddu passata bil-Parlament, għax iddikjarajtu l-kontra u qed tagħmlu mistoqsijiet.", "Jekk se tivvota kontra ma tagħmilx mistoqsijiet, jekk temmen veru fid-demokrazija u fil-Parlament, li huwa veru dinjituż!", "KAROL AQUILINA: M'għandekx għalfejn tgħajjat!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejja nżommu l-kalma.", "Mixjin tajjeb.", "KAROL AQUILINA: Jien m'għandix iktar mistoqsijiet għalissa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Se naqleb daqsxejn is-suġġett.", "Fid-domandi li saru qamet il-kwestjoni tal-correspondent bank li qed tinkwieta lil ħafna nies.", "Hemm istituzzjonijiet kbar li qed isibu diffikultajiet fil-kwestjoni tad-dollaru Amerikan, però għandna ħafna ċittadini tagħna li qed ibatu minħabba din il-ħaġa.", "Minn dak li qrajt jien, ma rajtekx li weġibt id-domanda tagħna dwar il-kwestjoni tal-correspondent bank.", "Hemm pajjiżi li ħadu passi biex mill-Bank Ċentrali jipprovaw jagħmlu forma ta' corresponding bank.", "Kif taf, il-Bank Ċentrali tal-Litwanja hekk qiegħed jagħmel.", "Inti x' taħseb li għandu jsir fuq din il-ħaġa?", "EDWARD SCICLUNA: Din hija importanti ħafna.", "Hija responsabilità tal-Gvernatur li t-tranżazzjonijiet jimxu u ma jkunx hemm impedimenti biex tagħmel tranżazzjonijiet mad-dollaru Amerikan.", "Dan il-fenomenu tal-correspondent banking b'mod lokali, mingħajr ma nħarsu lejn x'qed jiġri barra fejn qegħdin ngħidu li qed inċappsu lil Malta u li huwa kollu tort tagħna, il-verità hija li kieku kien hekk, Malta ma kenitx titla' fil-G20.", "Waqt il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jien kelli x-xorti li nkun membru tal-G20 mal-pajjiżi l-kbar l-oħra, u to my surprise sibt li l-correspondent banking kien fuq l-aġenda tal-G20, għax kulma jmur il-banek kbar qed jagħtu dan is-servizz lill-pajjiżi ż-żgħar li m'għandhomx l-istatura li jagħmlu correspondent banking huma, bħalma jagħmel l-HSBC.", "Fuq kollox, anke f'Malta l-BNF Bank m'għandux problema.", "L-HSBC m'għandux problema u qiegħed Malta.", "Mela din mhijiex marbuta mal-pajjiż, imma ma' natura oħra li l-BOV, lil dawk il-banek li kienu jagħtu servizz lilu, bħad-Deutsche Bank, l-ING, eċċ, huma stess kienu taħt pressjoni fuq il-ħasil tal-flus u fuq riskji għoljin, u kien hemm pressjoni kbira biex jagħmlu xi ħaġa ħalli jwaqqgħu r-riskju kemm jista' jkun malajr.", "Issa, waħda mill-iktar exposures ta' riskju huwa l-correspondent bank.", "Din bħal tal-virus.", "Għalfejn qed nagħmlu l-lockdown?", "Għax ir-riskju qed jogħla.", "Mela inti ma tmurx f'dak ir-ristorant, ma tmurx f'dak il-gym, ma toħroġx, eċċ., kontra r-rieda tiegħek.", "Il-banek, biex iwaqqgħu r-riskju tagħhom, il-lockdown tagħhom hi li jagħlqu l-correspondent banking.", "Jien tkellimt magħhom sa New York, Citibank u oħrajn, u kellna diskussjonijiet fit-tul mal-Ministru tal-Olanda.", "Jiġifieri ħdimna, għadna naħdmu u se nibqgħu naħdmu.", "Dawn jgħidulek li r-return minn Malta tant hija baxxa li it's not worth it.", "Jiġifieri meta tara r-risk exposure kif qed jarak ir-regolatur internazzjonali u l-ftit ewro li se tiggwadanja billi tgħaddi dan is-servizz lill-BOV, it's not worth it.", "Jiġifieri naqblu li għandna problema u rridu niffaċċjawha.", "Hemm metodi bħas-Swift u nistgħu ngħinu bl-intervent tal-Bank Ċentrali biex intaffu l-problema, imma mhux insolvuha.", "Kien hemm banek li bdew jersqu lejna.", "Meta d-Deutsche Bank telaq, kien hemm banek kbar li qalulna li kienu interessati jekk ngħidu lilhom biss.", "Aħna bdejna d-diskussjonijiet ma' banek ewlenin, anke Amerikani, li għadhom għaddejjin.", "Il-Bank Ċentrali għarrafni li kellna preżentazzjoni ftit xhur ilu.", "Ma ninsewx li l-Ministru għall-Finanzi u l-Bank Ċentrali, fejn jidħlu dawn is-suġġetti, jaħdmu flimkien u nispera li nkomplu naħdmu flimkien.", "Dan jinvolvi ħafna xogħol, bħal preparazzjonijiet, preżentazzjonjiet u kuntatti tajbin.", "Xi ħaġa li Malta ma tantx rawmet hi li jkollna kumpaniji legali li jgħinu lill-pajjiż fl-Amerika.", "Naf li pajjiżi bħall-Greċja u Ċipru għandhom, u aħna għandu jkollna wkoll għax huma jkunu jafu eżatt huma x'inhuma l-kwestjonijiet on the ground li kultant tarahom jisfumaw fix-xejn u jsolvuhomlok.", "Naqbel mal-Onor.", "Mifsud Bonnici li l-correspondent banking hija xi ħaġa li bħala Gvernatur se neħodha bis-serjetà.", "Se nkompli fejn ħallejt bħala Ministru, u se naħdem mal-Ministru għall-Finanzi preżenti.", "Il-COVID-19 qed iżżommna, għax kieku m'hawnx il-COVID-19 kont nitla' Washington iktar minn darba biex nagħmlu l-kuntatti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Se rressaqlek punt ieħor li qiegħed jinkwieta lin-nies fis-settur tan-negozju hemm barra.", "Ittieħdet id-deċiżjoni li mill-aspett ekonomiku ikun hemm moratorju fuq il-pagamenti tad-debiti u fl-istess ħin il-bank jibqa' jipprovdi self ta' flus.", "Hemm barra hemm min fl-ekonomija qed jargumenta li din tista' tkun formula li għada pitgħada tħabbatna ferm iktar biex inkunu nistgħu nġibu lura s-sitwazzjoni tagħna f'kontroll, fis-sens li se nkunu qegħdin inżidu d-debiti li għada pitgħada għandna r-riskju li ma nkunux qegħdin f'pożizzjoni li nħarsu lura.", "Xtaqt l-opinjoni tiegħek.", "Jien nifhem li l-kwestjoni tal-correspondent banking u din il-kwestjoni jimxu dejjem fid-dell ta' dak li semmejt inti ġustament bħala l-avvelenar tas-sitwazzjoni.", "Jiġifieri ma nistgħux nestrapolaw u ngħidu li qegħdin fis-sitwazzjoni tal-Ġnien tal-Eden u mill-Ġnien tal-Eden qed naraw din is-sitwazzjoni.", "Din il-biża' li hawn li qed nakkumulaw u f'xi mument f'Marzu jew f'April li ġej se jkollna muntanja ta' debiti, kif taraha mill-aspett tiegħek?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Mifsud Bonnici.", "Prof. Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Il-likwidità hija suġġett importanti ħafna.", "Hemm familji li għandhom self fuq id-djar tagħhom, kif ukoll negozji, ristoranti u barijiet.", "L-ispejjeż qegħdin hemmhekk u għandhom id-djun.", "Tagħtihom kemm tagħtihom flus, l-outstanding dues tagħhom għadhom hemm.", "Allura l-unika mezz biex tagħtihom nifs huwa li tagħmel qisu rescheduling tad-dejn.", "Dak il-moratorju aħna tajnih għal sitt xhur.", "Ma ninsewx li din hija state aid li kellna bżonn inġibu l-permess għaliha, li ngħata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew, u fil-fatt tajnieha.", "Meta rajna li għandna l-permess li nestenduha, estendejnieha għal sena, u issa reġgħet qed titwal għax l-affarijiet għadhom m'għaddewx.", "Ma nistgħux ngħidu li issa kollox sew, għax xejn mhu sew, u allura se tiġi estiża għal sitt xhur oħra mill-Bank Ċentrali, li se jinforma lill-banek.", "Hemm min kien mill-bidu nett u hemm min daħal fin-nofs u se jingħata tliet xhur oħra biex jiġu disa' xhur.", "Qed nitkellmu li se jkunu jistgħu japplikaw sa nofs Ġunju.", "Tinsiex li qabel kienet li seta' jġedded biss min diġà applika, imma hemm min hu ġdid u qed jiffaċċja l-problema issa, u dawn se jingħataw sitt xhur biex japplikaw.", "Hemm dik li jgħidulha moral hazard, fejn wieħed jgħid: Jekk inti qed issellef, qed iddejnu iżjed, biex imbagħad, meta jgħaddi ż-żmien, dan se jkollu muntanja ta' flus li jrid iħallas.", "Inti ma tistax tgħid li biex inti tippreveni li dik il-ħaġa ma ssirx, ma tagħtihx flus.", "Għalhekk il-banek kultant narawhom daqsxejn diffiċli, għax huma jkunu qegħdin jittestjaw din il-ħaġa fejn inti tkun qlajt daqqa, u jekk jgħidulek biex tagħlaq ir-ristorant tkun qlajt daqqa sewwa, imma jekk kont ta' ċerti riżorsi, kellek il-kapaċità u kellek il-klijenti, huma jaħsbu li malli tgħaddi din il-pandemija bil-mod il-mod se terġa' toħroġ minnha u tkun tista' tħallas.", "Kumbinazzjoni llum kont qed naqra intervista ta' Philip dwar dawn.", "Hemm min qala' daqqa li tista' tkun kbira għalih.", "Il-banek iridu jiddistingwu.", "Aħna kultant ngħidu kemm huma iebsin u nistaqsu kif bil-garanzija kollha tal-Gvern xorta ma tawniex self.", "Wieħed irid juri collateral.", "Trid toqgħod attent li qed jissellef għax veru għandu bżonn u mhux għax qiegħed ikun ottimist iż-żejjed u mbagħad ma jkunx kapaċi jħallas, għax inkella jfalli.", "Din il-linja rqieqa u delikata trid tħalliha f'idejn il-banek biex jiddeċiedu l-każ on a case-by-case basis.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien qiegħed nesprimi din il-ħaġa għax barra minn dan għandna l-baġit Ewropew u, jekk smajt tajjeb id-diskors ta' Draghi fis-sajf, hu qal li d-debiti li qed isiru issa jridu jitħallsu mill-ġenerazzjonijiet futuri.", "Allura jien qed irressaqlek dan għax ċertament li, waqt iż-żmien li wieħed ikun Gvernatur tal-Bank Ċentrali, irid jagħmel ftit politika fuqha din u irid jagħmel bilanċ fl-affarijiet.", "Allura wieħed jippretendi li bħala Gvernatur Ġenerali li kont fin-naħa tal-Gvern u issa dieħel fin-naħa ta' Gvernatur Ġenerali, tkun iktar vokali fuq diversi affarijiet marbuta mal-mod kif wieħed imexxi l-affarijiet tal-Istat sew.", "Hemm dawn id-diċituri ta' governanza tajba, ta' infiq pubbliku b'mod responsabbli u ta' konsolidazzjoni fiskali, allura ma narax kwestjonijiet ta' inflazzjoni, imma jekk wieħed jaqra, bħalissa hemm dibattitu serju għaddej dwar din il-ħaġa.", "Din il-pożizzjoni tiegħek issa titlob li jkun hemm ferm iktar mhux biss inbieħ, imma li wieħed jigdem ukoll biex ma nitilfux ir-riedni ta' dak kollu li għandna bħalissa fil-pajjiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Mifsud Bonnici.", "Prof. Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Kelli kappell ieħor meta kont fil-Bank Ċentrali u fl-MFSA.", "Hemmhekk il-politika tħalliha warajk.", "Trid tkun tekniku biex tasal.", "Fil-politika trid tara li kulħadd ikun qiegħed jiġbed ħabel wieħed, għax hawn qed nitkellmu bis-serjetà fuq in-negozji ż-żgħar tagħna u fuq il-familji.", "Mingħajr ħafna paroli, il-Bank Ċentrali jrid jagħmel daqskemm isir fil-Ministeru tal-Finanzi.", "Il-Ministeru għandu vantaġġ politiku u jista' jitkellem, filwaqt li l-Bank Ċentrali jrid ikun iktar kawt u joqgħod attent xi jgħid: però nassigurakom li daqskemm ikun qed jaħdem fuq in-naħa fiskali, ikun qed jaħdem fuq in-naħa monetarja li ma tantx tidher, imma hi tħoll u torbot in-negozji u l-familji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Prof. Scicluna.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Se nagħmillek mistoqsija ta' kurżità.", "Inti għidt li tkellimt mal-Prim Ministru u staqsiek kemm-il darba jekk kellekx l-intenzjoni li terġa' tikkontesta l-elezzjoni ġenerali u inti għidtlu li ma kellekx l-intenzjoni.", "Din id-diskussjoni saret qabel ma ġie ppreżentat il-Baġit jew wara?", "Qed nistaqsi għall-kurżità tiegħi.", "EDWARD SCICLUNA: Saret qabel il-Baġit.", "Bħalissa m'għandix il-kalendarju quddiemi, imma se nkun ċar li xejn ma kien żgur.", "Meta bdew jgħidu ħafna għajdut, jien għidt li dak il-ħin ma kellix affarijiet ċari dwar x'se nagħmel u ma nagħmilx.", "Dik mhi faċli xejn u wieħed irid jiddeċiedi fl-interess ta' kollox.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Prof. Scicluna, se nagħmel żewġ mistoqsijiet, waħda ta' natura politika u t-tieni waħda ta' natura teknika.", "Il-kompetenza tiegħek, l-esperjenza, l-akkademja, il-background akkademiku tiegħek, ir-reputazzjoni li dejjem kellek speċjalment qabel ma dħalt fix-xena politika, hija second to none.", "Jekk nara s-CV tiegħek, ngħid li żgur inti l-persuna ideali għal din il-kariga.", "L-esperjenza tiegħek meta mexxejt l-MFSA, l-MCESD u oħrajn, jikkonvinċuni biex nibqa' konsistenti ma' din il-line of thought.", "Anke meta kont smajt li se tiġi appuntat – dak iż-żmien kienet expected – Ministru għall-Finanzi, jien, bħal ħafna oħrajn, b'mod apolitiku għall-aħħar, kont għidt għal darb'oħra li inti l-persuna ideali.", "Però, under your watch kien hemm istanzi fejn iddiżappuntajtni għax tant emmint fik – qed inkun onesta miegħek – fosthom b'mod dirett f'dak li jaqa' taħt is-settur tiegħek, il-mod kif banek ewlenin, b'mod partikolari bank ewlieni, falla l-proċeduri ta' kontra l-ħasil tal-flus.", "Hemm ukoll il-mod kif ġiet kompletament mishandled is-saga tas-Satabank u fl-FIAU għamilna xhur twal, jekk mhux iktar minn sena, mingħajr id-direttur maniġerjali bħala suċċessur ta' Manfred Galdes.", "Jien niftakar kif inti kont tmexxi l-MFSA, allura naf fiex temmen u kif kont tmexxi kieku kont kompletament indipendenti f'dak li ġara fl-aħħar snin u fl-aħħar xhur.", "Kien hemm ċerti kontroversji li l-MFSA żgur ma kienx jixirqilha, bħall-golden handshake u aħbarijiet iktar riċenti.", "Il-mistoqsija hija naturali.", "Meta nara s-CV tiegħek, on paper qed nara mod, però kif nista' nikkonvinċi ruħi jien u kull min verament għandu għal qalbu dan is-settur, li inti bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali, wara li issa rajna ż-żewġt ikpiepel tiegħek, verament se tkun leali lejn il-politika monetarja, lejn il-politika fiskali u lejn l-istituzzjoni tal-Bank Ċentrali, milli jkollok ċerti istanzi where you have to turn a blind eye jew inkella l-better judgement tiegħek titfgħu ftit għall-ġenb biex taġevola lil xi ħadd jew għal raġunijiet ulterjuri?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD SCICLUNA: Ir-risposta tiegħi hija li persuna ħalq wieħed għandha, jiġifieri ma tistax tgħid ħaġa b'mod, imbagħad titkellem mod ieħor.", "Irridu nirrispettaw l-indipendenza ta' istituzzjonijiet bħall-MFSA, l-FIAU, il-Bank Ċentrali ta' Malta u istituzzjonijiet oħrajn li bil-liġi għandhom l-awtonomija tagħhom, għandhom responsabilità f'idejn iċ-Chairperson u f'idejn il-bord tagħhom li se jkollu jġorr dik ir-responsabilità kollha.", "Waħda mill-ikbar problemi li kellna mal-IMF kienet li l-MFSA se tkun kompletament indipendenti.", "Il-fatt li nivvotawlha baġit, huma kienu qed jarawha li qed jiddependu fuqna; imbagħad sibna s-sistema li jekk ikun cost recovery u nqabbluha b'mod li tgħin fil-piż, ma tkunx qed tindaħal.", "Meta kont l-MFSA, qabel l-elezzjoni niftakar lill-Prim Ministru jgħid li kien se jiġi jagħmel żjara, u jien għidtlu li kienet too close, imbagħad ma saritx.", "Jiġifieri l-indipendenza tal-istituzzjonijiet, jekk verament nemmnu fiha, irridu nemmnu fiha.", "Lill-FIAU u lill-MFSA qatt ma ndħaltilhom lil min jimpjegaw jew lil min ikeċċu.", "Kemm qalu fuq l-FIAU li jien keċċejt żewġ persuni!", "Lanqas biss kont naf min huma.", "Ilbieraħ l-istess kienu qed jgħidu li huma dawk it-tnejn li ġiet leaked l-informazzjoni minnhom.", "Tajjeb, jiġifieri issa qed jgħidu li min ġiet leaked l-informazzjoni minnu – jekk huwa veru, għax jien ma nemminx.", "Staqsu lix-xhieda jew isimgħu x-xhieda tas-Sur Galdes, meta l-FIAU qalulu: Min żammhom ir-riżorżi?", "Imbagħad semma affarijiet oħra.", "Meta kellu pressjoni miż-żewġ naħat u kien żmien diffiċli, dejjem għamiltlu l-kuraġġ.", "Staqsuh, m'għandix problema.", "Erġgħu staqsuh.", "Meta kellu bżonn ir-riżorsi, dejjem tajtu.", "Mhux immultiplikajthom u ttriplikajthom, imma kkwadruplikajthom ir-riżorsi li kellhom l-FIAU.", "Meta rajna li hemm bżonn isir National Risk Assessment (NRA), tiftakru x'qalulkom l-FIAU fl-2012?", "Kif tista' tkun taf x'inhuma r-riskji fil-pajjiż jekk lanqas biss sar l-NRA?", "Iva, ġie jiswina l-flus.", "Konna qabbadna lid-ditta Oliver Wyman, li huma ta' fama internazzjonali, biex jiġu jagħmlulna l-NRA.", "Staqsi lill-MFSA min kien jagħtihom il-pariri fuq Satabank, minkejja li ma kenux taħti.", "Kienu pariri diffiċilissimi fil-każ ta' Satabank.", "Issa, bil-mod il-mod qed naraw l-eżitu tagħha.", "Din li under your watch u mhux under your watch.", "Jekk tindaħal jgħidulek għax indħalt, u jekk tirrispetta l-indipendenza tagħhom, jgħidulek li under your watch ġara hekk.", "Kien ikollna ħafna laqgħat, imma b'mod ġeneriku, b'ħafna nies preżenti u ma kienx isir indħil fid-deċiżjonijiet tagħhom.", "Ġibna l-esperti li kellhom bżonn biex jagħtuhom il-pariri.", "Kif diġà għidt fir-risposti tiegħi, staqsu lin-nies li kelli x'naqsam magħhom fl-MFSA u l-Bank Ċentrali u araw it-track record tal-ġudizzju tiegħi.", "KAROL AQUILINA: Inti qiegħed hawn u mhux l-MFSA.", "EDWARD SCICLUNA: Anke fil-Ministeru kont nimxi b'mod korrett, imma li tmur u ssir Chairperson tal-MFSA u tibda tordna 'l hemm u 'l hawn, mhuwiex il-mod kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Jien, bl-iktar mod qawwi, nirrifjuta li jiġu jgħiduli li dik saret under my watch.", "Saret under everybody's watch, imma għandek l-istituzzjonijiet.", "X'tagħmel?", "Toqgħod twaqqaf bord ta' diretturi biex imbagħad toqgħod tindaħlilhom x'jagħmlu jew ma jagħmlux lill-MFSA jew lill-FIAU?", "Staqsihom qattx indħalt liż-żewġ diretturi mqar fuq persuna waħda li kienu jimpjegaw jew jitterminaw.", "Lanqas biss kont naf min huma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Ovvjament, qed nirreferi skont il-politika ta' meta jkollok ċerti awtoritatjiet li jaqgħu direttament taħtek.", "Se ngħaddi għall-mistoqsija li jmiss.", "Once again, id-direzzjoni politika bħala policy tal-Gvern hija ċara – kif kien Gvern preċedenti – li se nkomplu nibnu fuq l-ekonomija diġitali.", "Però, parallel to it qed naraw ukoll li speċjalment minħabba r-riċessjoni tal-2008, kif semmejt inti, il-banek issa ħadu a much more cautious approach.", "Qegħdin f'sitwazzjoni li semmejtha kemm-il darba, li t-tranżazzjonijiet tal-gaming prattikament l-ebda bank ma jrid joffrihom.", "Il-banek qed jieħdu approċċ li m'għadhomx daqshekk flessibbli.", "Mifsud Bonnici, hemm ukoll il-kwestjoni tal-correspondent banking.", "Kif nistgħu nkomplu nħarsu lejn l-opportunitajiet tal-FinTech sabiex inkomplu nkabbru s-settur tal-gaming?", "Smajna wkoll lill-Ministru l-ġdid Clyde Caruana, però konna qegħdin nibnu fuq l-assi virtwali u setturi oħrajn li żgur iridu pjattaforma bankarja li tkun ħafna iktar flessibbli minn tagħna.", "Prof. Scicluna, tista' tgħid jekk taqbilx ma' din id-direzzjoni?", "U jekk iva, x'qed tara biex iż-żewġ direzzjonijiet jiġu iktar intersected biex il-pjattaforma bankarja tagħna tkun flessibbli biżżejjed, mingħajr ma twaqqa' l-approċċ kawt li qed tieħu, biex verament nibqgħu koperattivi anke f'dan is-settur?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Prof.", "EDWARD SCICLUNA: Din il-kwestjoni kienet ukoll fl-MFSA qabel iż-żmien diġitali, meta saret il-bidla minn MFSC għal MFSA.", "Irid ikun hemm sinerġiji bejn min qed jippromwovi u jwiegħed kollox, u min ikun regolatur imbagħad jiddeċiedi hu.", "Jekk ma jkunx hemm sinerġiji u understanding bejn l-FIAU, l-MFSA, il-Bank Ċentrali u l-Gaming Authority, irridu naraw meta jsiru r-risk assessments.", "Ir-riskji qegħdin kullimkien, imma hemm ċerti riskji li wieħed, wara li jikkalkulahom, ikun jista' jidħol għalihom u jimmaniġġjahom, u hemm riskji fejn tgħid li trid toqgħod 'il bogħod minnhom.", "Huwa importanti li dawn l-istituzzjonijiet u anke l-Gvern jarawhom b'mod ħolistiku.", "Ma jistax ikollok lil xi ħadd li qed ibigħ 'l hemm u 'l hawn, imbagħad ikollok ir-regolatur li ma jkunx għadu konvint minnha għax jaraha bħala high risk.", "Irid ikun hemm iktar diskussjonijiet biex naraw our way forward.", "Fuq kollox, kollox huwa riskjuż, kemm meta morna għas-servizzi finanzjarji u anke meta morna għall-iGaming.", "Mela l-iGaming mhuwiex riskjuż?", "Biex ngħidu hekk, missejna l-kallu ta' kull gvern Ewropew li għalih il-gambling u l-lotteriji huma xi ħaġa fiskali.", "Qabel kien jintaxxa b'mod obbligatorju, imbagħad b'mod volontarju billi jbiegħlek il-biljetti b'monopolju li ħadd ma jista' jeħodulu.", "Il-gaming issa sfaxxa, allura kellek reżistenza li għadha teżisti sal-lum minn gvernijiet li ma jistgħux għaliha li jkun hemm il-libertà li nemmnu fiha fl-Unjoni Ewropea li kulħadd jista' jikkompeti jekk huwa b'saħħtu.", "Din kienet riskjuża u għadha riskjuża sal-lum; però kellna settur dejjem avvanzat, jirriforma u jirristruttura and is always ahead of the threats li jkun hemm minn dawn il-gvernijiet.", "Il-Ministru tal-Finanzi tal-Iżvezja, Magdalena Andersson, kemm-il darba kienet tgħidli li hawnhekk għandna erba' industriji kbar.", "Dawn ir-riskji qegħdin kullimkien.", "L-importanti li tagħrafhom, tkejjilhom, tistmahom u timmaniġġjahom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Bħalissa żgur li s-settur bankarju qiegħed fl-iktar żminijiet ta' sfida, bħalma huma l-business models li qed jieħdu ż-żewġ banek ewlenin, l-HSBC u l-BOV.", "Xi ħaġa li ilna nisimgħu dwarha hi li l-barranin li qed jiġu impjegati Malta qed jgħaddu mill-proċess kollu sakemm iġibu l-working permit, imbagħad isibu ostaklu biex jiftħu kont bankarju.", "L-HSBC qed jagħlaq il-fergħat tiegħu b'mod permanenti u qed ibatu l-klijenti l-iktar vulnerabbli, fosthom l-anzjani, li l-fergħa li kien hemm viċin tagħhom f'daqqa waħda għalqet b'mod permanenti.", "Biex tieħu loan l-istess.", "Jien naħseb li bħalissa qegħdin nitilfu ħafna mill-kompetittività bankarja.", "Jien dejjem ngħid li s-supply saret iċken mid-demand, jiġifieri għandna bżonn iktar servizzi bankarji.", "Filwaqt li bla dubju naqbel miegħek li jrid ikun hemm approċċ kawt u risk assessment, naħseb li bħalissa għandna bżonn overhaul fis-settur bankarju biex għall-inqas nibqgħu surviving f'dan is-settur.", "Kemm tara li huwa urġenti u kemm taqbel li għandu jkollna iktar servizzi bankarji?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD SCICLUNA: Hawnhekk ukoll, ma tistax titkellem mod imbagħad titkellem mod ieħor, bħalma meta tkellimt fuq l-indipendenza, imbagħad meta ma jaqbillekx titkellem fuq naħa oħra.", "Dan bħal meta nitkellmu fuq Pilatus Bank u fuq il-ħasil tal-flus, u nitkażaw li dak għamel hekk u l-FIAU ma ħadux passi u faqqgħu l-multi fuq il-Pilatus Bank meta għamlulu żjara u raw li l-proċeduri mhumiex in place, u nitkażaw li l-EBA (European Banking Authority) qabdet lil Malta bħala l-ewwel darba li kisret it-trattat eċċ, eċċ. Meta mbagħad tħares lejn in-naħa l-oħra tal-munita, wara li żżid ir-regolamenti, tagħmilhom aktar ħarxin u żżid il-proċeduri u l-pressjoni fuq il-BOV u fuq il-banek kollha, issa li bdew jiċċaqilqu u jimxu fuq dawn il-pressjonijiet, f'daqqa waħda qed nitkażaw u ngħidu li lill-Ambaxxatur Taljan qalgħulu fwiedu biex jiftaħ kont hawn Malta.", "Aħseb u ara lin-nies li jiġu jaħdmu hawn!", "U dik il-pressjoni kollha, ir-regolamenti, ir-riskju, eċċ, grazzi għal min, fejn jekk il-bank ma jaħdimx hekk, se jaqlagħha fuq rasu hu?", "L-istess l-avukati.", "Tgħidx kemm konna ngħidu fuq il-Moneyval.", "Issa għamilnieha l-Moneyval, l-aħħar kaxxa li kellna niċċekkjaw.", "U għar-raba' direttiva kontra l-ħasil tal-flus, tafu min kienu?", "L-estate agents u l-avukati.", "Għax min kien qiegħed jinnegozja ma setax isib ftehim dwar x'tip ta' regolamenti jaċċettaw il-Moneyval u l-esperti tagħhom.", "Issa qed naraw li huma onerużi.", "L-avukati jgħiduli: Kif sirna!", "Trid toqgħod tirreġistra!", "Ma jien qed ngħid xejn, imma biex nagħti eżempju, altru taraha minn naħa u tibda tgħid li hemm bżonn iktar regolamenti, u altru tkun int li qed tiġi regolat.", "Il-corporate service providers qed jistaqsu min ġab lil Pilatus Bank, lil Vitals u lil ma nafx min.", "M'iniex ngħidlek li huma kienu the brain, jew li kienu behind them, imma kienu facilitators u oħrajn fejn kien hemm il-ħasil tal-flus internazzjonali.", "Kellna tant avukati mdaħħlin.", "Issa hemm regolamenti iebsin fuq il-corporate service providers, li hija diffiċli għalihom li minn naħa jridu jkunu ġentili mal-klijent tagħhom, però jekk ixommu xi ħaġa jridu jsaffru s-suffara, which is quite demanding li titlobha minn professjonist fuq il-klijenti tiegħu, għax mhuwiex outsider imma insider.", "Dawk huma r-regolamenti.", "Jien qed nieħu gost nara li dawn ir-regolamenti qed isarrfu biex negozju jsibiha diffiċli li jiftaħ kont jew biex jagħmel tranżazzjoni?", "Minn naħa tgħid kemm aħna laxki, kif qed jgħidulna, imma if we go the whole hog, inwaqqfu l-ekonomija u tistaġna ruħha.", "KAROL AQUILINA: Prof., id-domanda tal-Onor.", "Id-domanda kienet li kellek sitwazzjonijiet li kienu serji u kienu għad-deher ta' kulħadd.", "Jiġifieri l-istejjer dwar Pilatus Bank, dwar Satabank u oħrajn kienu fid-dominju pubbliku.", "Allura l-mistoqsija tal-Onor.", "Deboni hi: Mhux aħjar kieku l-Gvern qabad il-barri minn qrunu u qal li dawn huma każijiet serji u mbotta lill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna biex jaħdmu b'mod indipendenti u jieħdu azzjoni f'waqtha u konkreta dwarhom, biex is-sitwazzjoni ma tippreċipitax?", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu lejk, mhux hekk kienet id-domanda, imma kienet fuq id-diffikultajiet tal-kontijiet li … (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Appuntu għalhekk.", "Allura rrid nistaqsik: Ma jidhirlekx li fl-aħħar seba' snin kien hemm żmien meta l-kwestjoni tal-ħasil tal-flus ittieħdet daqsxejn alla leggera u kien biss meta l-affarijiet bdew jikkrollaw li attwalment kien hemm imbuttatura biex l-affarijiet isiru kif suppost?", "Kif qed tgħid inti, jien favur li jkun hemm regolamentazzjoni tajba kullimkien; però, meta jkun hemm il-każijiet ċelebri, ma tistax tinjorahom, imbagħad tmur għal affarijiet li huma ħafna u ħafna inqas serji.", "Dak li qed nipprova ngħid.", "EDWARD SCICLUNA: Ma naqbilx miegħek, fis-sens li għalkemm wieħed isemmi Pilatus Bank, Vitals Global Healtcare, eċċ, qisu li qed jaqla' l-pajjiż hu minħabba dawk it-tnejn jew tlieta.", "Meta inti għamilt ir-risk assessment u t-test tal- Moneyval, irrealizzajt li kellna nuqqasijiet, u nuqqasijiet kbar.", "Pereżempju, il-corporate service providers ma kenux regolati, l-avukati ma kenux regolati u tibqa' sejjer hekk.", "L-NGOs li jmorru jagħmlu l-missjoni tgħidx kemm nemmnu fihom u nagħtuhom flus, imma qatt ma tiġina f'moħħna li possibilment se jiġu użati – mhux qed ngħidlek li kollha jew fil-maġġoranza tagħhom, imma hemm każijiet – minn terroristi, li jagħtu donazzjoni – mhux qed ngħid għall-Maltin, għax jistgħu jkunu internazzjonali – imbagħad jaraw kif jassiguraw il-flus.", "Jiġifieri ħadd mhu meħlus mill-Moneyval, la l-NGOs, la l-estate agents u lanqas il-corporate service providers.", "Trid tara sew u mhux toqgħod tgħid li dak ġara minħabba Vitals u Pilatus.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Onor. Glenn Bedingfield, tista' tagħmel il-mistoqsijiet tiegħek.", "GLENN BEDINGFIELD: Għandi żewġ mistoqsijiet.", "Hawn għandna wieħed mill-aqwa mħuħ ekonomiċi fil-pajjiż u meta dan il-kumitat japprova n-nomina, se jkun qed jidħol fil-kariga tiegħu ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Nixtieq tbassir ekonomiku għas-sena 2021 min-naħa tiegħek u tbassir ekonomiku post COVID-19.", "Nixtieq nagħmel domanda separata rigward il-fatt li jidher li jista' ma jkunx hemm qbil bejn l-Ingilterra u l-Unjoni Ewropea.", "X'jista' jkun l-impatt ekonomiku fuq Malta u xi rridu nagħmlu biex dan l-impatt ikun cushioned?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD SCICLUNA: It-tbassir għal pajjiżna hu tajjeb iktar minn ta' ħaddieħor, mhux għax aħna tajbin f'kollox jew inkella għax il-qaddisin jitolbu għalina.", "Aħna dħalna f'din il-kriżi b'saħħitna, anzi konna minn ta' quddiem.", "Din is-saħħa ssarrfet f'tip ta' investiment u attività ekonomika ma' Malta u Għawdex kollu b'rata b' saħħitha enormi qabel Marzu 2020.", "Aħna b'saħħitna wkoll b'mod fiskali għax, kontrarju għal Franza, l-Italja, l-Ingilterra u pajjiżi oħra li d-djun tagħhom issa qabżu l-100% u għandhom problemi kbar, aħna kellna dak l-ispazju li dejjem konna nipprovaw nispjegaw, li però qatt ma rnexxielna nsarrfuh u nifhmuh, li meta twaqqa' d-dejn għal 43%, għandek nifs mhux ħażin.", "Għandek żewġ ċilindri u mhux ċilindru wieħed ta' ossiġnu biex togħdos.", "Allura għandek nifs ikbar.", "Dan it-tbassir pożittiv għall-2021 huwa kredibbli għax huwa minnu li aħna, b'mod fiskali, għandna n-nifs.", "Kellna attività ekonomika li ħallejnieha b'saħħitha.", "Issa kellna t-traġedja li qed jagħlqu, ħaġa li jkollok tagħmilha, imma nistennew ftit ieħor sakemm jgħaddi kollox, imbagħad nisperaw li noħorġu minnha aħjar minn ħaddieħor għal dawk iż-żewġ raġunijiet ġustifikati.", "Fuq il-każ ta' Brexit, aħna għandna a double-sided issue.", "Bħala Ewropej hija telfa, għax l-Ingilterra kienet b'saħħitha fis-servizzi finanzjarji, fil-clearing houses u f'ħafna aspetti.", "Kollu ċajt, meta taqta' se titlef.", "L-Ewropej se nitilfu u l-Ingilterra se titlef iżjed, imma dik mhijiex kwestjoni.", "Dawk li huma relazzjonijiet tajbin li ma bnejnihomx ilbieraħ imma ilhom ġejjin, żgur li għandna dak il-vantaġġ li pajjiż li baqa' fl-Unjoni Ewropea, jitkellem bl-Ingliż, jifhem lill-Inġliżi, m'għandniex għalfejn noqgħodu nfissru li se jkollna ċerti vantaġġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi għat-tweġiba tiegħek.", "CLAYTON BARTOLO: Profs, x'kienet is-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna meta ġejt maħtur Ministru għall-Finanzi?", "X'kienu l-ewwel sfidi li kellek tegħleb bħala Ministru għall-Finanzi ta' Gvern li kien qed jieħu over minn amministrazzjoni preċedenti prattikament wara 25 sena?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD SCICLUNA: Din hija importanti, għax tapplika ħafna għall-pożizzjoni li se nieħu.", "Meta niltaqa' man-nies – u din mhijiex kwestjoni ta' opinjoni politika – kienu jgħiduli li għandhom moħħhom mistrieħ li jien qiegħed hemm.", "Dan kien kumpliment kbir għalija, però dan issarraf billi dejjem qbadna l-barri minn qrunu meta konna f'dawk iż-żewġ proċeduri koroh ħafna.", "Tlett ijiem ilu ħarġet fil-pubbliku d-dashboard macro tagħna blown-up bil-Very Goods.", "Meta jkollok ċertifikat mimli Very Goods, tieħu gost bħat-tfal li jkollok riżultat tajjeb, imma jien qed ngħid għal pajjiżi.", "Minn riżultat b'ħafna crosses u bozoz ħomor, qlibniehom ħodor u sal-lum għadhom bil-Very Goods.", "Dan tistgħu tarawh għax il-Kummissjoni Ewropea ppubblikatu xi jiem ilu.", "Qbadna l-barri minn qrunu u morna niddiskutu fuq livell bilaterali.", "Kellimna lil Olli Rehn u għednielu jagħtina daqqa, għax niftakar xi ġralu l-Ministru ta' qabli meta qalulu li jrid jaqta' mill-overtime u mill-welfare, mentri jekk tkun kapaċi titkellem u tikkonvinċi, hemmhekk tagħmel differenza.", "Jagħmel tajjeb li ċerti nies f'pożizzjonijiet għoljin fil-Kunsill tal-Governanza jifirħuli u jagħmluni welcome.", "Qed nistenna li m'għandix għalfejn noqgħod infisser, għax hemm numru kbir ta' nies fil-Kunsill li jien nafhom b'mod personali li jafu x'inhi l-kredibilità.", "Irrid ngħin lill-pajjiżi l-oħra, ħalli meta l-affarijiet ikunu mgħawġin f'pajjiżi, inkun nista' nfissirhom b'mod kemm jista' jkun oġġettiv, speċjalment meta jsiru biex jagħmlu l-ħsara, kemm fejn tidħol it-taxxa, imma anke fuq affarijiet oħra li qed isiru f'pajjiżi agħar minna – qed narawhom ukoll fl-Amerika – li jeħduha within their stride.", "M'iniex ngħid li mhuma xejn, għax huma serji, imma għalfejn f'pajjiżna għandhom jidhru li huma ħames darbiet jew għaxar darbiet aktar, meta fil-fatt ma jkunux?", "Irid ikollok relazzjoni tajba ma' dawn il-pajjiżi.", "Jien użajtha bħala Ministru biex bnejt rapport tajjeb ħafna mar-rating agencies.", "Ir-rating agencies huma tad-demm u l-laħam.", "Meta dħalt fil-Ministeru, in-nies t'hemm kienu qaluli li l-Ministru ma jmurx jiltaqa' magħhom.", "Jiġifieri l-Ministru ta' qabli ma kienx jiltaqa' magħhom.", "Biex tkunu tafu, ma kienx imur Washington għal-laqgħa tal-IMF.", "Tagħmel differenza li tmur hemmhekk, jarawk u toqgħod titħaddet magħhom.", "Mit-8.00 a.m. sat-8.00 p.m. ikollok laqgħat back to back ma' dak il-bank, ma' dik ir-rating agency, eċċ. Dak huwa l-mod kif iġġib il-kredibilità u x-xogħol.", "Turihom l-iżbalji u d-dgħufijiet tiegħek u fejn inti u m'intix, u tgħidilhom li se timxi 'l quddiem, imbagħad tiġi s-sena ta' wara u turihom fejn wasalt.", "B'hekk tagħmlilhom il-kuraġġ.", "Ir-ratings mir-rating agencies għolew u mhux waqgħu.", "Għalhekk il-mission f'artiklu 4 tal-IMF għamlulna dawk ir-rapporti sbieħ, għar-raġuni li jkollok il-profil u l-mod kif tkun kredibbli u timxi 'l quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Prof. Scicluna, il-Ministru li kien jokkupa s-siġġu qablek għamel ħafna xogħol ieħor fuq affarijiet oħrajn kompletament differenti.", "Jiġifieri jekk ma marx għal din il-laqgħa barra minn Malta, ma jfissirx li ma kienx qed jagħmel dmiru jew li ma kienx qed jagħmel xogħol ieħor li inti sibtu għad-dispożizzjoni tiegħek.", "Naħseb li inti taqbel li sibt ix-xogħol tajjeb li ħalla l-eks-Ministru Tonio Fenech fuq diversi affarijiet.", "EDWARD SCICLUNA: Jien kont qed nitkellem fuq xi ħaġa li tgħin biex ikollok rapport tajjeb.", "Dak li qed ngħid.", "Wieħed huwa differenti mill-ieħor; però, ma ridt nitfa' l-ebda dell fuq il-Ministru ta' qabli, li ħadem fedelment għal dak li kien qed jagħmel, però dan huwa stat ta' fatt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "CLAYTON BARTOLO: Prof. Scicluna, f'waħda mir-risposti tiegħek għamilt aċċenn għall-qalba li bdejna nagħmlu f'pajjiżna bħala Gvern mill-cash accounting system għall-accrual-based system.", "Din kienet ilha s-snin tiġi mwiegħda, iżda għal xi raġuni jew oħra qatt ma twettqet.", "Dak jarah ħaddieħor.", "Imma aħna bħala Gvern konna kommessi li nagħmluha, u taħt it-tmexxija tiegħek bħala Ministru għall-Finanzi bdiet titwettaq.", "Tista' tispjega ftit lil dan il-Kumitat xi tfisser din il-qalba u kemm kienet importanti għall-immaniġġjar serju tal-finanzi pubbliċi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD SCICLUNA: Aħna nitkellmu fuq dik u l-oħra, imma ċ-checks and balances iridu jkun fis-sistema, u l-aħjar sistema hija l-international accounting standards.", "Kull pajjiż jużahom, kull negozju jużahom, imma l-Gvern Malti ma jużahomx.", "Il-Gvern Malti sab sistema ta' żmien il-brodu fejn jgħidulek li biex isibu l-parts tal-computer u tas-sistemi tas-software ikollhom imorru l-Indja u pajjiżi sotto-żviluppati, u issa bil-mod il-mod qegħdin nirristrutturawha.", "Jiġifieri negozju żgħir ikollu s-software li huwa warranted mill-accountant, u l-Ministeri lanqas ikollhom professjonist li jkun warranted, imma din hija importanti.", "Il-qalba li se naqilbu, il-Gvern l-ieħor kien jgħid li se jagħmilha, imma kien jiġi baġit wara ieħor u qatt ma saret.", "Issa qiegħda fi stadju avvanzat, fis-sens li t-tender għas-software il-ġdid ilha li għalqet is-snin.", "It-taħriġ beda, u issa qegħdin fi stadju fejn il-Ministeri qed jissaħħu billi jkollhom accountant professjonist ħalli jmexxi, imbagħad ikun hemm id-disaggregation.", "Qabel il-Gvern kien jimxi bil-pitazz, cash in u cash out, imbagħad fl-aħħar tas-sena, minħabba l-Unjoni Ewropea, konna noqogħdu naqilbuhom on an accrual basis.", "Issa dik is-sistema qed tiġi implimentata, bħalma implimentajna ħafna affarijiet oħrajn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "CLAYTON BARTOLO: Prof. Scicluna, qabel ma ngħaddi għall-aħħar mistoqsija, nixtieq nirringrazzjak tax-xogħol li għamilt, kemm bħala Ministru għall-Finanzi u kif ukoll bħala Ministru tiegħi personali meta kont Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.", "Nirringrazzjak minn qalbi għax-xogħol tiegħek.", "Ħafna nies, id-definizzjoni tagħhom ta' ħolqien ta' ġid jew li tagħmel il-ġid għall-pajjiż forsi tkun differenti.", "Hawn min jaraha mod u hawn min jaraha mod ieħor.", "Fl-opinjoni tiegħek, x'kien is-sigriet biex ħloqna l-ġid bħala Gvern taħt it-tmexxija tiegħek ta' Ministru għall-Finanzi matul dawn l-aħħar seba' snin?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD SCICLUNA: Ħafna xogħol.", "Naħseb li jekk hemm kelma waħda hija x-xogħol.", "Għandek Gvern li ħadem ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn xi ħadd li għandu xi mistoqsija supplementari oħra?", "M'għandniex.", "Prof. Scicluna, nirringrazzjak tal-ħin tiegħek.", "Nitolbok tagħmel ir-rimarki konklussivi tiegħek, jekk għandek.", "EDWARD SCICLUNA: Jien kuntent li esperjenzajt din il-proċedura li jien imbottajt fil-Kabinett ma' xi wħud li kellhom esperjenza fil-Parlament Ewropew.", "Hija importanti għax turi pajjiż matur, turi li l-affarijiet li wieħed jiffaċċja hawnhekk isiru bis-serjetà.", "Jekk jieħux gost jew le mhijiex kwestjoni.", "Dan bħal meta introduċejna l-Fiscal Stability Board.", "Aħna minflok ma noqogħdu fuq ir-rating agencies biss, għandna istituzzjoni Maltija indipendenti li tagħti l-ġudizzju tagħha fuq ir-rapporti finanzjarji kollha tal-Gvern, inkluż il-Baġit.", "Din hija xi ħaġa li forsi ma tantx nagħtu kasha fil-Parlament, imma bħalma nagħmlu fl-NAO, għandna nagħtu kas ukoll ix-xogħol tal-fiscal responsibility, li forsi hu daqsxejn tekniku.", "Dawn huma istituzzjonijiet li juru li pajjiżna qed jiżviluppa u jimmatura.", "Nisperaw li xi darba naraw Parlament li jkun full-time, imma dik hija daqsxejn aktar diffiċli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Prof. Scicluna.", "Nitolbok tirtira ftit mill-kamra ħalli l-Membri tal-Kumitat ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-ħatra proposta tiegħek.", "(Interruzzjonijiet) Prof. Scicluna, s'issa ksirt ir-record għax domt sagħtejn, imma din hija learning experience għal kulħadd.", "Nirringrazzjawk talli għoġbok tiġi hawnhekk u twieġeb il-mistoqsijiet li għamilnielek.", "Issa ħa mmorru off air ħalli nkunu nistgħu niddiskutu bejnietna l-proċedura li se nsegwu, imbagħad ladarba nkunu ddeċidejna, nerġgħu nittrasmettu l-proċedura li nkunu qegħdin insegwu.", "Prof. Edward Scicluna ħareġ mill-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Membri, grazzi talli qegħdin tipparteċipaw f'dan ix-xogħol importanti tal-Parlament.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-ħatra proposta tal-Onor.", "Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Nitlob li din il-votazzjoni tittieħed issa stess.", "Hawn qbil?", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "L-Onor.", "Joe Mizzi", "Il-ħatra proposta għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob li Prof. Scicluna jerġa' jidħol fil-Kamra.", "Prof. Edward Scicluna daħal fil-Kamra fil-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Scicluna, bi pjaċir ninformak li l-ħatra proposta ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta għaddiet mill-Kumitat u, skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, il-parir tal-Kumitat, flimkien mal-Minuti tal-laqgħa, se jintbagħtu lill-Prim Ministru", "EDWARD SCICLUNA: Nirringrazzjakom.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR ANDRÉ BORG GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR TA' MALTA MHUX RESIDENTI GĦAL-LIBANU", "IĊ-CHAIRPERSON: Fuq l-aġenda tal-lum għandna wkoll in-nomina ta' Dr André Borg għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għal-Libanu.", "Nistieden lil Dr Borg jidħol fil-Kamra.", "Dr André Borg daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insellmulek, Dr Borg.", "Nistiednek tidher quddiem dan il-Kumitat biex isirulek mistoqsijiet supplimentari skont l-artikolu 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Ninformak lil d-domandi u t-tweġibiet tiegħek se jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Ninformak ukoll li dak kollu li se nkunu qegħdin ngħidu se jkun streamed live fuq il-website tal-Parlament u s-seduta qed tiġi trasmessa live fuq l-istazzjon u ċ-channel tal-Parlament.", "Għalhekk, dak kollu li jingħad se jkun pubbliku minħabba dawn is-servizzi li noffru.", "Qabel ma nsejjaħ għar-rimarki tiegħek, nixtieqek tintroduċi ruħek u tgħidilna għalfejn għandna napprovawk bħala Ambaxxatur mhux Residenti għal-Libanu.", "DR ANDRÉ BORG: Nirringrazzjakom.", "Kont qed insegwi s-sessjoni ta' qabel.", "Dan il-Kumitat jagħmel xogħol importanti ħafna u naħseb li kien f'loku li pożizzjonijiet bħal dawn jidhru quddiem kumitat parlamentari.", "Hija sistema li naqbel magħha.", "Bħala informazzjoni dwari, nibda biex ngħid li jien nipprattika l-professjoni ta' avukat u naħdem fil-kamp lokali.", "Naħdem l-aktar fuq l-aspett ċivili u kuntrattwali, kif ukoll fis-settur tal-avjazzjoni, li huwa settur li qed jikber ħafna f'pajjiżna, però mhux dejjem ħdimt f'Malta.", "Kien hemm żmien meta ħdimt barra mill-pajjiż, fosthom fl-Italja, fi żmien il-kriżi finanzjarja bejn l-2008 u l-2010, li kien żmien diffiċli ħafna.", "Illum għandna kriżi differenti, però dak iż-żmien is-sitwazzjoni xejn ma kienet feliċi, speċjalment f'pajjiż bħall-Italja fejn segwejna l-problemi li kien hemm.", "Għamilt żmien naħdem il-Lussemburgu.", "Kien hemm perjodu qasir meta ħdimt fil-Parlament Ewropew, imma b'mod speċjali fil-Qorti tal-Unjoni Ewropea.", "Din kienet esperjenza oħra barra mill-pajjiż, f'pajjiż differenti u b'lingwa differenti, għax hemmhekk il-lingwa tagħna kienet il-Franċiż.", "Din kienet sfida kemm għax tkun qed taħdem b'lingwa differenti, kif ukoll għax tkun f'ambjent multikulturali fejn għandek nies mill-Unjoni Ewropea kollha.", "Din kienet esperjenza li meta ġejt lura Malta kompliet tgħinni fix-xogħol tiegħi, għax rajt perspettiva kemmxejn differenti – mhux biss dik lokali, imma internazzjonali.", "L-isfidi nħobbhom.", "Fil-fatt, kif semmejt, inzerta li f'kull xogħol li kelli dejjem kien hemm sfidi kbar.", "Illum il-ġurnata, għalkemm l-avjazzjoni qed jikber, bis-sitwazzjoni tal-COVID-19 għandna sfida li wieħed irid jiffaċċjaha b'ċerta maturità.", "Apparti l-interess tax-xogħol, bħal kulħadd, b'xi mod jew ieħor irrid nipprova nibbilanċja x-xogħol mal-aspett tal-familja.", "Matul il-ġimgħa naħdem ħafna, però fil-weekend nipprova niddedika ftit ħin għad-dar u għall-familja biex b'xi mod jew ieħor nipprova nsib dak il-bilanċ.", "IĊ-CHAIARPERSON: Nirringrazzjak, Dr Borg, għall-introduzzjoni tiegħek.", "Il-pass li jmiss f'dan il-proċess huwa li niftħu l-floor għall-Membri.", "Kull Membru għandu d-dritt jagħmillek mistoqsijiet supplimentari fuq il-mistoqsijiet oriġinali li bgħatnielek id-dar.", "Nitlob lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jagħmillek il-mistoqsijiet supplimentari tiegħu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Inti taf kif inhu sejjer il-Libanu.", "Bħalissa hemm sitwazzjoni diffiċli u kkomplikata ħafna.", "Jiġifieri mhijiex faċli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jien din il-mistoqsija nistaqsiha lil kulħadd, jiġifieri mhijiex ir-riflessjoni tiegħek, anzi inzertajt naf min int, jiġifieri m'hemmx diffikultà.", "Hemm xi ħaġa li tista' timbarazza lilek, lil dan il-Kumitat, lill-Gvern li pproponiek jew lil pajjiżna?", "Tista' tassigurana li m'hemm xejn minn dan u allura l-ħatra tiegħek tista' tipproċedi mingħajr diffikultajiet?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR ANDRÉ BORG: Din hija mistoqsija importanti, għax dawn huma pożizzjonijiet li l-Gvern ikun qed ipoġġi 'l quddiem, speċjalment pożizzjonijiet li jkunu qegħdin jimbottaw 'il quddiem l-immaġini tal-Istat Malti, wisq aktar bħala ambaxxatur fejn m'intix lokalizzat, imma qed tesponi lill-pajjiż internazzjonalment.", "Kif weġibt fil-mistoqsija li saritli bil-miktub, ma nħossx li hemm din it-tip ta' problema.", "M'hemm l-ebda passat u l-ebda baggage li, b'xi mod jew ieħor, jista' jimbarazza lill-Gvern jew lill-Istat Malti.", "Qatt ma kont implikat f'xejn.", "Qatt ma tressaqt il-Qorti u qatt ma kelli dan it-tip ta' kwestjonijiet.", "Naħseb li pjuttost se nkun qed naħdem il-kuntrarju ta' dak.", "Jiġifieri mhux talli ma nimbarazzax lill-Istat Malti, talli bil-ħidma tiegħi se nkun qiegħed inpoġġi 'l quddiem l-interessi ta' Malta u nwassal 'il quddiem il-pożizzjoni ta' Malta fl-aspett internazzjonali u fl-aspett diplomatiku.", "Dik hija waħda mill-miri prinċipali li kull ambaxxatur irid ikollu.", "Se nkun qed naħdem lejn dik id-direzzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Inti taf kif inhi s-sitwazzjoni fil-Libanu.", "M'hemmx għalfejn ngħid li hemm kwestjonijiet politiċi, kwestjonijiet tal-pajjiżi ġirien, kwestjonijiet ta' sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra, eċċ. Kif qed tara l-ħidma tiegħek f'dan il-pajjiż meta tara dawn iċ-ċirkostanzi kollha?", "Ovvjament, bħala ambaxxatur mhux residenti, imma tista' tgħin liż-żewġ naħat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR ANDRÉ BORG: Kif għedt tajjeb inti, u kif aċċenna l-Onor.", "Mifsud Bonnici qabel, fil-Libanu bħalissa hemm sitwazzjoni partikolari.", "Fil-fatt, rapport li ħareġ il-World Bank il-ġimgħa l-oħra wera li hemm sitwazzjoni li fl-Ewropa rajnieha tiġri f'pajjżi bħall-Greċja ftit tas-snin ilu.", "L-isfidi huma pjuttost kbar, għax il-Libanu huwa pajjiż fejn għandek ġlieda għall-poter.", "Jiġifieri hemm numru mhux biss ta' partiti imma anke reliġjonijiet li, b'xi mod jew ieħor, jissieltu għall-poter, u dik twaqqaf milli jkun hemm il-progress li wieħed jixtieq.", "Hemm sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra, l-inflazzjoni qiegħda madwar 120%, il-Lebanese Pound żvalutat ruħha b'mod kbir u allura naħseb li, għalkemm bħala Malta dejjem nistgħu noffru l-għajnuna tagħna, l-isforz li jrid isir mal-Libanu jrid ikun f'qafas aktar wiesa', speċjalment fil-każ tagħna bħala qafas Ewropew.", "Fil-fatt, l-Unjoni Ewropea qiegħda tinvolvi ruħha attivament sabiex il-Libanu jqum fuq saqajh, u aħna f'dik l-isfera Ewropea rridu nagħmlu l-pożizzjoni tagħna ċara li Malta hi newtrali.", "Kif semmejt, irrid noqogħdu attenti ħafna x'pożizzjoni nieħdu, allura l-istrateġija tagħna fi ħdan l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Libanu u tal-Lvant Novsani se tkun dik ta' reġjun sħiħ biex inżommu l-paċi.", "Aħna dejjem konna pajjiż magħruf li nipprovaw inġibu l-ġnus ma' xulxin, bħalma kienu ġew l-Istati Uniti tal-Amerika u dak iż-żmien l-Unjoni Sovjetika, Iżrael u l-Palestina, u issa hemm il-kwestjoni tal-Libja li fiha Malta qed tieħu rwol proattiv.", "Allura naħseb li l-każ tal-Libanu jista' jservi ta' opportunità sabiex, flimkien mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea, nippromwovu t-tisħiħ tal-istrutturi mhux biss finanzjarji fi ħdan dan il-pajjiż.", "Bħala pajjiż għandna storja li s-settur finanzjarju tagħna miexi 'l quddiem, allura nistgħu ngħinu b'dan il-mod.", "Però, anke mill-aspett soċjali nistgħu nikkontribwixxu ħafna fit-tisħiħ tad-diversi kwestjonijiet li għaddej minnhom il-Libanu bħalissa.", "Nemmen li bil-proġetti u bil-programmi li hemm u bil-flus ivvotati mill-Unjoni Ewropea, li aħna nikkontribwixxu għalihom, wieħed se jara prospetti tajbin li forsi l-effetti tagħhom ma jinħassux mil-lum għal għada, imma fuq numru ta' snin dan il-pajjiż ikun jista' jirkupra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr Borg.", "Jidher li m'għandniex aktar mistoqsijiet supplimentari wara l-mistoqsijiet oriġinali tiegħek, u allura nitolbok tagħtina l-kummenti konklussivi tiegħek.", "DR ANDRÉ BORG: Din hija kariga li ġiet proposta lili fid-dawl li Malta qed tistabbilixxi l-pożizzjoni tagħha f'sitwazzjoni fejn għandna kandidatura sabiex ikollna siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.", "Bħalma wieħed jaf, Malta hi pajjiż kandidat sabiex ikollha dan is-siġġu fl-2023 / 2024 – ma tantx baqa' snin – allura f'dak il-kuntest kont qed ngħid li Malta trid tistabbilixxi pożizzjoni aħjar milli kellha s'issa – fis-sens ta' lobbying fid-diplomazija internazzjonali – u allura ġej żmien interessanti.", "Kull min jidħol għall-kariga ta' ambaxxatur, kemm jekk residenti u kif ukoll jekk mhuwiex, irid iżomm dejjem f'moħħu d-dmir lejn l-Istat Malti li rridu naħdmu għaliha bħala tim wieħed.", "Bħalma tafu, din mhijiex kariga għall-introjtu finanzjarju, imma hija pjuttost dedikazzjoni li wieħed jagħti sabiex itejjeb isem il-pajjiż.", "Inħares 'il quddiem lejn din il-kariga, jekk niġi approvat għaliha, u nħares li naħdem għall-interessi komuni, għax fl-aħħar mill-aħħar l-interess tagħna lkoll kemm aħna madwar din il-mejda huwa l-interess ta' Malta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nitolbok biex tirtira ftit mill-kamra sakemm il-kumitat jiddiskuti dwar din il-ħatra.", "Dr André Borg ħareġ mill-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija l-ħatra proposta ta' Dr André Borg bħala Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għal-Libanu.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob lil Dr André Borg jidħol lura fil-kamra.", "Dr André Borg daħal lura fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Borg, dan il-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tiegħek bħala Ambaxxatur mhux Residenti għal-Libanu skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Skont l-istess provvediment, se jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, flimkien mal-parir imsemmi.", "Nirringrazzjawk u nawgurawlek ħafna xogħol għal Malta.", "DR ANDRÉ BORG: Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Joe Mizzi, lill-Ministru Clayton Bartolo u lill-Onor.", "Glenn Bedingfield tal-ħidma tagħhom.", "Kien eżerċizzju ta' proċess tad-demokrazija li aħna kollha nemmnu fiha.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fis-2.18 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201214_018d_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 18", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020", "IlKumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi ltaqa' filbinja talParlament, ilBelt Valletta, f'12.13 pm.", "PREŻENTI", "Il-Membri tal-Kumitat li kienu preżenti għal-laqgħa kienu l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 17, li saret fit-23 ta' Novembru 2020, ġew ikkonfermati.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAL-ONOR.", "EDWARD SCICLUNA GĦALL-ĦATRA TA' GVERNATUR TAL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA", "Il-Kumitat stieden lill-Onor.", "Edward Scicluna sabiex jidher quddiem il-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari skont l-artikolu 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Onor.", "Edward Scicluna li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "L-Onor.", "Edward Scicluna tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-qasam finanzjarju tul il-karriera tiegħu u l-esperjenza tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew u bħala Ministru fil-Parlament Malti.", "Fost is-suġġetti li ssemmew waqt id-diskussjoni, kien hemm il-kuntratt tal-Gvern mal-Vitals dwar it-tliet spartijiet tal-gvern, il-politika monetarja u fiskali, il-correspondent banking, il-moratorju tal-pagamenti fuq id-debiti u s-sistema ta' accounting fiċ-Ċivil ibbażata fuq accruals.", "Matul id-diskussjoni l-Membri tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiżi post-COVID-19 u anke dwar l-impatt ekonomiku fuq Malta wara Brexit.", "Fis-2.05 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lill-Onor.", "Edward Scicluna u talbu sabiex jirtira mill-kamra sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta tal-Onor.", "Edward Scicluna.", "Fis-2.06 pm, meta l-President tal-Kumitat qiegħed il-mistoqsija fuq in-nomina tal-Onor.", "Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, intalbet votazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "VOTAZZJONI NRU 3 ĦIN: 2.06 pm", "L-Onor.", "Joe Mizzi", "Il-ħatra proposta għaddiet.", "Fis-2.07 pm, il-President tal-Kumitat stieden lill-Onor.", "Edward Scicluna jidħol fil-kamra fejn informah li l-ħatra proposta ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta kienet għaddiet mill-Kumitat, u skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, il-parir tal-kumitat, flimkien mal-Minuti tal-laqgħa kellhom jintbagħtu lill-Prim Ministru.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR ANDRÈ BORG GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR TA' MALTA MHUX RESIDENTI GĦAL-LIBANU", "Fis-2.07 pm il-Kumitat stieden lil Dr Andrè Borg sabiex jidher quddiem il-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari skont l-artikou 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Il-President tal-Kumitat informa lil Dr Andrè Borg li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Dr Borg tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-professjoni legali fil-kamp lokali u anke l-esperjenza ta' xogħol tiegħu f'pajjiżi u istitutzzjonijiet barranin, fosthom il-Qorti Ewropea.", "Il-Membri rreferew għas-sitwazzjoni diffiċli fil-Libanu u l-isfidi li l-pajjiż qed jiffaċja, il-mod kif l-Unjoni Ewropea tinvolvi ruħha biex tgħin lill-pajjiż iqum fuq saqajh u kif Malta tista' tgħin lill-pajjiż fl-isfera Ewropea, kif Malta tista' tipprova tkun broker tal-paċi u tgħin biex flimkien mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jippromwovu t-tisħiħ tal-istrutturi fil-pajjiż, mhux biss mil-lat finanzjarju imma anke mill-aspett soċjali.", "Dr Borg tkellem ukoll dwar il-kandidatura ta' Malta sabiex ikollha siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u kif jekk jiġi approvat għal din il-kariga jaħdem biex itejjeb il-pożizzjonar ta' Malta fid-diplomazija internazzjonali.", "Fis-2.15 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lil Dr Andrè Borg u talbu sabiex jirtira mill-kamra sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta ta' Dr Andrè Borg.", "Fil-2.17 pm, il-President tal-Kumitat stieden lil Dr Andrè Borg jidħol fil-kamra fejn informah li l-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra ta' Dr Andrè Borg bħala Ambaxxatur mhux Residenti għal-Libanu skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Fis-2.18 pm, id-diskussjoni kienet konkluża u l-Kumitat ġie aġġornat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20201214_018m_hat.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Edward Zammit Lewis, Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza", "Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, Segretarju Parlametari għall-Fondi Ewropej", "Onor. Alex Muscat, Segretarju Parlametari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet", "Onor. Rosianne Cutajar, Segretarju Parlametari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi", "Onor. Jason Azzopardi MP", "Laqgħa Nru 37", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020, fis-2.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020, fis-2.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 160 – Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità – Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza;", "u fl-4.30 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz Nru 176 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili u Liġijiet Varji – Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza; u", "Abbozz Nru 170 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u Diversi Liġijiet Oħra – Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet.", "10 ta' Diċembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201214_037a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 37", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 37", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:58 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 36 li saret fid-9 ta' Diċembru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIKAVAT MILL-KRIMINALITÀ", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 368 tat-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, qabelxejn irrid nirringrazzja lill-Membri Parlamentari preżenti kif ukoll lir-rappreżentant tal-Avukat tal-Istat.", "Fis-subklawsola (1) ta' klawsola 2 insibu t-tifsir ta' termini li se nibqgħu nużaw tul dan l-Abbozz ta' Liġi kollu.", "Is-subklawsola (2) tagħha mbagħad titkellem dwar min jista' jaġixxi għan-nom tal-Gvern f'azzjonijiet li se nitkellmu dwarhom aktar 'il quddiem.", "U hawn qed nirreferu kemm għal azzjonijiet in personam kif ukoll azzjonijiet in rem, b'eċċezzjoni għar-regola ġenerali li nsibu fiċ-Ċivil, salv għal dak li huwa dritt marittimu, fejn diġà għandna kkomtemplata azzjoni in rem kontra bastimenti għal ċerti krediti.", "Inżid ngħid li fil-paragrafu (b) tas-subklawsola (2) insibu d-definizzjoni ta' \"persuna\" u bażikament qed ngħidu li persuna mhjiiex biss persuna fiżika imma tista' tkun ukoll persuna korporali.", "'Il quddiem imbagħad se naraw li oġġett ukoll jista' jkun persuna f'kawża ċivili.", "Jiġifieri fejn jidħol ir-reġim tal-azzjonijiet ibbażati fuq nuqqas ta' kundanna, jista' jkollok persuna għall-azzjoni ċivili kontra min nagħmlu l-kawża.", "Dawn xtaqt li niċċarahom mill-ewwel.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Ministru, qed nifhem sewwa li l-Gvern abbanduna d-direzzjoni li jkun hemm aġenzija separata għall-finijiet ta' financial crime?", "Lejn il-bidu tas-sena kien hemm l-indikazzjoni li l-Gvern kien se jagħmel xi aġenzija separata biex tieħu ħsieb il-financial crimes però hawnhekk jidher li dik id-direzzjoni mhux se tiġi segwita.", "Nifhem li forsi din mhijiex xi ħaġa fil-mansjoni tiegħek, però forsi tista' tindika jekk dan huwiex il-każ.", "Jekk inhuwa hekk, ovvjament 'il quddiem jista' jkun hemm bżonn ta' xi emendi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, l-ewwel nett nirringrazzja lill-Onor.", "Grech għal dan il-punt li qajjem.", "Dan huwa punt interessanti għaliex fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-white collar crime nqala' dan l-argument, ċjoè jekk għandux ikun hemm branka li tindirizza l-white collar crime u l-economic crime b'mod separat mill-Pulizija Eżekuttiva.", "Grech jien għandi d-dover li nagħtih risposta għan-nom tal-Gvern u ma nistax ngħidlu li din hija xi ħaġa ta' xi Ministru ieħor għax il-Gvern huwa wieħed u mhuwiex il-Ministri.", "Għalkemm huwa għandu raġun, u sal-lum il-Pulizija Eżekuttiva qed tagħmel dan ix-xogħol hi, jien nemmen li fl-aħħar xhur kien hemm breakthrough importanti f'dan is-settur.", "Issa jekk sarx biżżejjed jew le, dik hija kwestjoni politika li wieħed jista' jiddibattiha, però l-Economic Crimes Unit ġiet imsaħħa, inkluż billi fit-tmun hemm persuna importanti.", "Qed nirreferi għas-Sa Alessandra Mamo, li qed tagħmel xogħol tajjeb taħt id-direzzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.", "Nemmen li ngħatat spinta għaliex kellna bżonn sforz aktar b'saħħtu biex niġġieldu l-economic crime, li huwa reat differenti minn reati oħra għax huwa aktar sofistikat.", "Jiġifieri qed nimxu imma ovvjament hemm bżonn li nagħfsu aktar.", "Biex inwieġeb lill-Onor.", "Grech, jekk qed jitkellem fuq xi national crime agency li taħdem b'mod separat, kif hemm fir-Renju Unit, pereżempju, jien ma nistax inwieġeb illum għax irrid naħdem fuq dan l-Abbozz ta' Liġi skont l-istrutturi li jeżistu, imma jekk se jiġri dak li qed jgħid hu allura iva, ikun hemm bżonn ta' emendi.", "CLAUDIO GRECH: Jien mhux qed nagħmel talba biex titwaqqaf aġenzija bħal dik.", "Staqsejt għaliex aktar kmieni din is-sena l-Ministru għall-Finanzi on record qal li kien qed jara kif se titwaqqaf aġenzija ġdida.", "Fil-fatt, għandi l-artiklu hawnhekk u nista' ngħaddihulek.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: M' hemmx għalfejn.", "CLAUDIO GRECH: F'dan l-artiklu jingħad hekk:", "Hawnhekk aħna m'aħniex qed nagħmlu xi forma ta' kumment dwar il-ħidma tal-Pulizija, anzi pjuttost irridu nassiguraw li liġi importanti bħal din, ġaladarba tidħol, ma jkollniex nerġgħu nemendawha fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin għaliex tkun trid tinbidel b'mod radikali biex taħseb għal tali aġenzija.", "Fil-fatt, kif għedt tajjeb inti, Ministru, fil-Liġi Ingliża hemm a national crime agency.", "Jien però qed nifhem li għalissa mhux se ssir.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nikkonferma li għalissa din hi l-pożizzjoni.", "Se nkun ċar; hemm teżi differenti.", "Jekk tagħmel national crime agency mhux bilfors ikun ifisser li l-Pulizija se taħdem aktar jew inqas.", "Jien nemmen li l-isforzi li qed isiru mill-Pulizija u mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, kif ġie riformat, qed iħallu l-frott.", "Madanakollu din hija xi ħaġa li l-Gvern qed iħares lejha u mhux se niskredita l-mudell għaliex f'ġuriżdizzjonijiet oħra ħalla ċerti riżultati, però tapprezzaw li rrid naħdem b'definizzjonijiet ta' strutturi li jeżistu.", "Ma nistax nagħmel abbozz ta' liġi bi strutturi li għad ma hemmx.", "BEPPE FENECH ADAMI: Jidher li kien hemm id-deċiżjoni politika li tinbidel id-deċiżjoni politika li donnha kienet ittiedħet, hux hekk?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ma nistax ngħidlek hekk għaliex \"deċiżjoni politika li ttieħdet\", apparti dak li qal il-Ministru għall-Finanzi, tfisser li tkun twaqqfet xi entità u sal-lum ma naf bl-ebda national crime agency li twaqqfet.", "Madanakollu naf bl-isforzi li qed jagħmel il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u bl-isforzi li qed tagħmel Dr Victoria Buttigieg fil-vesti tagħha ta' Avukat Ġenerali, u r-riżultati huma evidenti minn dak li sar fix-xhur u l-ġimgħat li għaddew.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Rikavat mill-kriminalità, proprjetà faċilitattiva, u proprjetà soġġetta għall-konfiska.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, għalkemm is-soltu fi klawsola 3 ma jkunx hemm definizzjonijiet, fil-klawsola 3 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità nsibu appuntu t-tifsira ta' \"rikavat mill-kriminalità\", li hija importanti ħafna.", "Fis-subklawsola (4) tagħha mbagħad insibu d-definizzjoni ta' \"proprjetà faċilitattiva\" u fis-subklawsola (5) insibu d-definizzjoni ta' \"proprjetà involuta fil-money laundering\".", "Ħafna drabi l-ħasil tal-flus ma jkunx xi ħaġa daqshekk evidenti imma jkun bi strutturi b'tali mod li jiffaċilitaw il-ħasil tal-flus biex jilleġittimaw fondi, jiġifieri l-ħasil tal-flus ma jkunx xi ħaġa li tidher u li tista' torbotha malajr mal-persuna.", "Infakkar hawnhekk fir-Racketeer Influenced and Corrupt Organizations (RICO) Act li kienu għaddew l-Istati Uniti, jidhirli fis-snin sebgħin.", "Dak iż-żmien kellhom problemi kbar bil-kriminalità organizzata u allura kienu bdew jaħsbu fi framework ta' liġi li tista' tiġġieled ir-rikavat minn kriminalità.", "Finalment fis-subklawsola (6) insibu d-definizzjoni ta' \"propjetà soġġetta għall-konfiska\".", "Dawn huma kollha definizzjonijiet li aktar 'il quddiem napprezzaw li għandhom ċerta importanza biex nifhmu dak li qed nagħmlu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fi klawsola 4 insibu d-definizzjoni ta' \"reat rilevanti\".", "Ngħid mill-ewwel li din id-definizzjoni ma tapplikax għas-sezzjonijiet kollha ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Din tapplika għal dawk li huma attachment orders u għal xi ordnijiet oħra però aktar 'il quddiem, hemm definizzjonijiet oħra ta' reat.", "Pereżempju fejn tidħol il-konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna, il-klawsola 4 ma tkunx tapplika għaliha.", "Mela din id-definizzjoni hija importanti però tapplika biss għal sezzjonijiet partikolari ta' din il-liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej): Sur President, naħseb li dan il-punt li qajjem il-Ministru huwa importanti ħafna għaliex għalkemm għandna definizzjoni ftit jew wisq ġenerali, meta wieħed jaqraha fl-isfond tal-bqija tal-liġi jinnota li hija definizzjoni kkwalifikata bi klawsoli oħra.", "Allura jkun skorrett jekk sempliċement tieqaf fuqha u tgħid li \" \"reat rilevanti\" huwa kull reat … soġġett għall-piena ta' ħabs jew detenzjoni għal żmien massimu ta' mill-inqas sena (1)\" għax meta mbagħad taqraha in conjuction ma' klawsoli oħrajn, din id-definizzjoni tieħu żvolta oħra.", "Għalhekk, naħseb li huwa importanti li nissottolinjawh dan il-punt.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Responsabbiltà għal danni ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, klawsola 5 issaħħaħ prinċipju importanti ħafna li nsibu fid-dritt tagħna, dak li l-azzjoni kriminali u l-azzjoni ċivili huma ben separati u distinti minn xulxin.", "Fil-fatt, f'din il-klawsola qed jingħad li l-konfiska favur il-Gvern konsegwenza jew reat, li skont l-Abbozz ta' Liġi jista' anke ma jkunx reat però skont il-balance of probabilities, ikun rikavat minn kriminalità, ma tnaqqas xejn minn kwalunkwe azzjoni ċivili li tista' tieħu persuna li tkun il-vittma ta' reat kommess fil-konfront tagħha.", "Tajjeb ngħid ukoll li aktar 'il quddiem f'dan l-Abbozz ta' Liġi se nsibu kodifikazzjoni tal-ordnijiet kollha li jistgħu joħorġu mill-Avukat Ġenerali u mill-Pulizija Eżekuttiva, ċjoè l-monitoring orders, l-investigation orders, l-attachment orders, is-seizure orders eċċ. Dawk huma kollha kodifikati aktar 'il quddiem.", "Fis-subklawsola (4) ta' klawsola 5 però hemm dispożizzjoni transitorja li tgħid li dan l-Abbozz ta' Liġi ma jmiss xejn minn dak li hemm fis-seħħ.", "Jiġifieri qgħadna attenti li dak li huwa fis-seħħ bħalissa – mhux bi preġudizzju ta' investigazzjonijiet li għaddejjin – ma jkunx japplika għalih dan l-Att, meta jidħol fis-seħħ, iżda jkun japplika r-reġim preżenti biex ma jkollniex problema li xi suspettat jew akkużat jieħu vantaġġ u jgħid li ladarba daħlet il-liġi l-ġdida dik l-ordni m'għadhiex fis-seħħ.", "L-idea kienet li noqogħdu attenti li ebda suspettat jew ebda akkużat ma jkun jista' jieħu vantaġġ u, pereżempju, jgħid li l-attachment order mhux se jdum sitt xhur għaliex dik il-liġi ġiet abolita u issa hemm liġi oħra.", "BEPPE FENECH ADAMI: Dan il-prinċipju se japplika wkoll għal kwalunkwe ordni li tidħol fis-seħħ anke wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att hux hekk?", "Dak li jsir wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att mhuwiex problema legalment għaliex ikun fis-seħħ.", "Jien aktar ninkwieta dwar dawk l-ordnijiet li jkunu in vigore qabel id-dħul fis-seħħ dan l-Att għaliex jista' jkun hemm xi ħadd li jgħidlek li r-reġim f'dak il-mument ġie abolit u allura t-tiġdid ta' sitt xhur, pereżempju, ma japplikax.", "L-intenzjoni tas-subklawsola 5(4) hija dak li qed ngħid.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Twaqqif tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, permezz ta' klawsola 6 se jiġi mwaqqaf l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Hawnhekk nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-persuni involuti, fosthom l-Eks Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Imħallef J. D. Camilleri, li qeda dmiru bl-aktar mod integru.", "L-esperjenza għallmitna li dan l-Uffiċċju għandna nagħtuh aktar importanza u aktar riżorsi biex nimxu 'l quddiem, u dak huwa dak li qed nagħmlu hawnhekk.", "Nirringrazzja wkoll lis-CEO ta' dan l-Uffiċċju, is-Sur Brian Farrugia, u l-membri tal-Bord, li huma membri statutorji, fosthom il-Kummissarju tat-Taxxi, id-Direttur tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), u l-Kummissarju tal-Pulizija jew rappreżentant tiegħu.", "Minflok b'avviż legali issa ovvjament qed nagħmlu din il-liġi biex tirregola dan l-Uffiċċju.", "Nixtieq li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar jingħata importanza dan l-Uffiċċju għaliex kif ġie rilevat anke fil-Plenarja, – din mhijiex kwestjoni ta' gvern, jew ta' mis-sena 2013 'l hawn, imma hija s-sitwazzjoni – qatt ma konna effiċjenti fejn tidħol konfiska tal-assi li ġejjin mill-kriminalità.", "Pereżempju ċerti assi ma jiġux ikkonservati sewwa u allura hemm minnhom li jitilfu l-valur tagħhom, bħall-karozzi lussużi li jekk tħallihom ġo post għall-ftuħ u għall-elementi, meta se tbigħhom, li jista' jkun għaxar snin wara, ovvjament se titlef mill-valur tagħhom.", "Nixtieq allura li jkun hemm aktar investiment biex l-irkupru ta' dawn l-assi jmur favur in-nies u favur aktar introjtu għall-Gvern biex jużah fl-edukazzjoni, fis-saħħa u anke f'benefiċċji soċjali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Bord tal-Uffiċċju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fi klawsola 7 qed ngħidu kif għandu jkun kompost il-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u kif diġà għedt meta kont qiegħed nispjega l-klawsola 6, apparti ċ-Chairperson, li huwa l-Imħallef J. D. Camilleri, f'dan il-Bord hemm il-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kummissarju tat-Taxxi, is-CEO tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti u d-Direttur tal-FIAU.", "Dawn huma nies li huma direttament relatati biex iġibu financial intelligence, financial analysis, biex ikunu jafu x'qed jiġri l-Qorti, involuti fil-kwestjoni tal-fisku u anke fl-investigazzjonijiet li jsiru mill-Korp tal-Pulizija.", "Hawnhekk m'għandna xejn ġdid għax fl-Avviż Legali hekk kienu wkoll.", "F'din il-klawsola qed insemmu wkoll in-nies li ma jistgħux ikunu maħtura fuq il-Bord, ċjoè min huwa interdett, min huwa inkapaċitat f'sens ta' Liġi Ċivili, min ikun dikjarat fallut u min għandu kundanna ta' reat.", "Barra minn hekk, f'din il-klawsola qed ngħidu li t-terminu kemm taċ-Chairperson, kemm tad-Deputat Chairperson kif ukoll tal-membri tal-Bord huwa ta' ħames snin.", "Qed ngħidu wkoll li l-Ministru għandu jaħtar persuna li tkun avukat jew prokuratur legali biex taġixxi bħala Segretarju għall-Bord u li dan għandu jieħu l-Minuti tal-laqgħat tal-istess Bord.", "Dak li jiġri f'dawn il-laqgħat mhux neċessarjament ikun pubbliku għaliex ħafna drabi dak li jagħmlu m'għandux ikun pubbliku minħabba investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin.", "Jiġifieri bażikament din il-klawsola tirregola kif għandu jaħdem il-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Fis-subklawsola (1) qed ngħidu li ċ-Chairperson għandu jintgħażel \"minn fost persuni li kellhom il-kariga ta' Imħallef jew Maġistrat, jew li kellhom karigi għolja fis-servizz pubbliku ta' Malta\".", "Ministru, ma taħsibx li hija xi ftit vaga meta qed ngħidu \"jew li kellhom karigi għolja fis-servizz pubbliku ta' Malta\"?", "Jien naħseb li jekk kellna nieqfu sa \"li kellhom il-kariga ta' Imħallef jew Maġistrat\" biżżejjed given l-istatura ta' dan l-Uffiċċju.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Grech, jien ħsibt fuqha wkoll din.", "Ovvjament li jkollok Eks Imħallef jew Maġistrat, given il-portata ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, ikun ifisser li jekk ikollok Eks Maġistrat allura jkun ħadem fuq inkjesti maġisterjali u jekk ikollok Eks Imħallef jista' jkun li jkun sema' proċeduri fuq attachment orders, pereżempju, u allura li tieqaf hemm hija l-aktar ħaġa evidenti.", "Madanakollu ħallejtha uffiċjali f'karigi għolja għax jista' jkun hemm persuni f'kariga pubblika għolja li mhux neċessarjament ikunu ġejjin mill-Ġudikatura imma li xorta jkunu kompetenti biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "M'għandix xi pożizzjoni partikolarment iebsa fuqha din.", "BEPPE FENECH ADAMI: Xi tfisser \"għolja\"?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien qed ninterpretaha in good faith, fis-sens li jkollok persuna li tkun serviet kwart ta' seklu ...", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Xi ħadd minn Skala 4 'il fuq qed nimmaġina.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Persuna b'kariga għolja fiċ-Ċivil għal żmien twil naħseb li tkun kapaċi li tkun Chairperson.", "Madanakollu m'għandix xi pożizzjoni daqshekk iebsa fuqha.", "Probabbli l-ħatriet ikunu ta' xi ħadd mill-Ġudikatura għaliex nemmen li huma l-aktar persuni idonei għal din il-pożizzjoni, però ħallejnieha hekk sabiex jekk ikun hemm persuna intergra li tkun għamlet żmien twil taħdem fiċ-Ċivil, ma naħsibx li ...", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Filwaqt li qed nifhem dak li qed jgħid l-Onor.", "Grech, naħseb li jekk inkunu restrittivi u nneħħuha jista' jkun il-każ li jkollok nies kompetenti … Issa jekk niddefinixxux aħjar xi tfisser \"kariga għolja\" ħaġa oħra, però nimmaġina li l-ispirtu hawnhekk huwa li jkollok xi ħadd minn Skala 4 jew minn Skala 5 'il fuq.", "Għax ejja ngħidu li jkollok xi ħadd li kien responsabbli mit-tax compliance, jew saħansitra uffiċjal tal-Pulizija f'kariga għolja, ma narax li għandna nillimitaw ruħna għal xi ħadd li kien eks ġudikant.", "Apparti li jekk issa l-ġudikanti se jispiċċaw ta' 68 sena, se jkollna dik il-limitazzjoni wkoll.", "CLAUDIO GRECH: Ejjew ma ninsewx li dan mhuwiex Bord normali.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Għandu setgħat eżekuttivi.", "CLAUDIO GRECH: Is-setgħat li għandu huma ta' ċertu portata u dawn se jkomplu jiżdiedu.", "Jien ftit rajt definizzjonijiet fejn għandek daqshekk ftuħ.", "Kif qed tgħid inti, Onor. Zrinzo Azzopardi, u sa fejn naf jien, kariga għolja fis-servizz pubbliku hija minn Skala 5 'il fuq però meta inti qed tiftaħ minn Skala 5 'il fuq, qed tiftaħ id-diskrezzjoni.", "Ara li kieku għedna \"persuni li kienu f'kariga ta' Segretarju Permanenti, jew ta' Kummissarju tat-Taxxi\" mod ieħor.", "Ma nafx però, qed nagħti biss eżempju.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Grech, jien kont qed naħseb f'nies bħalma huma l-membri tal-Bord.", "CLAUDIO GRECH: Jien qed ngħidlek għaċ-Chairperson biss.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, imma Eks Kummissarju tat-Taxxi, pereżempju, li għandu l-esperjenza, għalfejn għandi neskludih?", "Jien mhu se neskludi lil ħadd.", "U jien jidhirli li ġeddidt lill-Imħallef kurrenti!", "Kuntent bix-xogħol li qed jagħmel u se nħallih hemm.", "Però, b'mod teoretiku, aktar tmur fuq membri tal-Ġudikatura.", "Għalhekk, jekk forsi trid, nistgħu nikkwalifikawha u ngħidu li jista' jkun xi ħadd li jista' jikkwalifika li jkun membru tal-Bord, bħal pereżempju Eks Kummissarju tal-Pulizija.", "CLAUDIO GRECH: Jew għall-inqas xi ħadd li ġej minn qasam relatat.", "Jista' anke jkun uffiċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk għandek idea kif nistgħu nikkwalifikawha, nagħmluha.", "M'għandix problema biha din.", "BEPPE FENECH ADAMI: Kif qiegħda għandek 20,000 ruħ minn mas-Servizz Pubbliku.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ejjew nissospenduha u fil-laqgħa li jmiss niġi b'emenda.", "CLAUDIO GRECH: M'hemmx oġġezzjoni għal hekk.", "U jekk indaħħlu l-kliem \"f'qasam relatat\" ukoll tajjeb.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-intenzjoni dik kienet għax Eks Direttur tal-FIAU għalfejn għandi neskludih, pereżempju?", "Dan ġej minn qasam relatat.", "BEPPE FENECH ADAMI: Bil-kliem \"qasam relatat\" diġà tkun ikkwalifikajtha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li klawsola 7 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 7 tiġi posposta.", "Klawsola 8 – Funzjonijiet tal-Bord.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fi klawsola 8 insibu l-funzjonijiet tal-Bord.", "Dan huwa Bord ta' Bureau u mhux ta' body corporate però xorta jibqa' bord u allura huwa aktar relatat mad-direzzjoni u mal-policies li se jadotta l-Uffiċċju għall-Irkupri tal-Assi milli mad-day to day running tal-istess Uffiċċju.", "Għaldaqstant fil-klawsola 8 qed jingħad li l-Bord għandu jkun responsabbli mill-policy u mid-direzzjoni, imbagħad id-Direttur, li llum huwa s-Sur Brian Farrugia, u nsellimlu minn hawn, jieħu ħsieb id-day to day running.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 – Id-Direttorat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fi klawsola 9 għandna żewġ punti importanti.", "L-ewwel punt jirrigwarda d-Direttur li, kif għedt, illum huwa s-Sur Brian Farrugia, u dan huwa l-persuna responsabbli mit-tmexxija ġenerali u mill-azzjoni eżekuttiva ta' dan l-Uffiċċju.", "It-tieni, din il-klawsola titkellem fuq uffiċjali li jistgħu jkunu parti mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Fil-fatt, il-persunal tad-Direttorat qed nikkwalifikaw li kemm jista' jkun, għandhom ikunu nies ta' esperjenza u persuni speċjalizzati biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Kif qalet tajjeb l-Oppożizzjoni, dan mhux Uffiċċju kwalunkwe imma huwa Uffiċċju with a very specific and sensitive function.", "Allura din il-klawsola qiegħda tirregola li kemm jista' jkun in-nies li jiġu reklutati jkunu nies li għandhom esperjenza jew fil-Pulizija, jew fil-fisku, jew fl-analisi finanzjarja, jew fil-financial intelligence.", "Jiġifieri l-iskop ta' din il-klawsola huwa li tenfasizza dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Fis-subklawsola (1) qed jingħad li d-Direttur huwa s-CEO.", "Dan ifisser li hemm żewġ karigi?", "Barra minn hekk, il-kariga ta' CEO hawnhekk qisha defenita però mkien ma ssib li hija definita f'dan l-Abbozz ta' Liġi; imkien m'hemm referenza għas-CEO.", "Jien naħseb li direttur huwa direttur.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nista' nirreġistra li s-sitwazzjoni hija li d-Direttur huwa l-Kap tad-Direttorat, kif qed tgħid tajjeb int, Onor. Grech, però l-funzjonijiet tiegħu huma ta' CEO.", "Fil-fatt, naħseb li kważi stajna ngħaddu mingħajrha.", "Kif jgħidu l-avukati, is-subklawsola (1) non nuoce, jiġifieri ma naħsibx li tagħmel ħsara partikolari l-intepretazzjoni tas-subklawsola (1), però d-Direttur tad-Direttorat huwa l-persuna li in a normal body corporate tissejjaħ \"CEO\".", "Nittama li dak huwa l-messaġġ li qed ngħaddi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 – Laqgħat tal-Bord.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 10 titkellem fuq il-funzjonijiet tal-Bord.", "Pereżempju fis-subklawsola (1) tagħha qed jingħad li dan il-Bord għandu jiltaqa' mill-inqas għaxar darbiet fis-sena.", "L-informazzjoni li għandi hija li l-Bord jiltaqa' aktar però ovvjament ridna nagħmlu minimu.", "Fis-subklawsola (2) imbagħad qed jingħad li s-Segretarju tal-Bord għandu jieħu l-minuti tad-deċiżjonijiet, funzjoni li hija parti minn funzjonijiet ta' segretarju.", "Din il-klawsola titkellem ukoll fuq il-casting vote li għandu jkollu ċ-Chairperson jew id-Deputy Chairperson, jekk għandu jkun il-każ.", "Titkellem ukoll dwar il-fatt li d-Direttur, bħal kull CEO in a ordinary body corporate, jattendi għal-laqgħat però ma jivvutax.", "Huwa jkun preżenti biss biex jagħti l-informazzjoni.", "Sur President, is-subklawsola (6) tal-klawsola 10 hija importanti.", "F'din is-subklawsola nsibu provvediment li nsibuh fi ftit liġijiet oħra f'pajjiżna u li, stranament, insibuh fil-liġi li tirregola l-FIAU.", "Bażikament din qed tgħid li jekk il-parteċipazzjoni ta' persuna f'laqgħa tal-Bord tinstab li mhijiex valida għaliex, pereżempju, dik il-persuna ma tikkwalifikax bħala persuna li tista' tkun fuq dak il-Bord skont il-liġi, jekk ikun hemm il-bona fede, jiġifieri ma tkunx saret apposta li tpoġġiet persuna li ma tikkwalifikax biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, din m'għandhiex tinvalida deċiżjoni li jieħu l-Bord.", "Ovvjament l-idea hija favur l-istabbiltà ta' dak li jiġri fl-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn, pereżempju, tittieħed deċiżjoni fuq konfiska però mbagħad xi ħadd ikun jista' jattakka tali konfiska u jgħid: Għax ittieħdet mill-Bord, li ma kienx validament kompost.", "L-idea hija li kemm jista' jkun nagħtuhom naqra ring-fencing għaliex kif qalu tajjeb il-Membri tal-Oppożizzjoni, dan huwa Bord ta' governanza.", "L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi huwa sensittiv ħafna u kull kriminal li jkollu interess li jiġġieled dak li jagħmel dan l-Uffiċċju se jipprova jaqbad ma' kollox biex jipprova jinvalida d-deċiżjoni li jieħu dan il-Bord.", "Finalment f'din il-klawsola b'mod normali qiegħed jingħad li għandu jingħata avviż tal-inqas ta' ġimgħa għal-laqgħat, sakemm ovvjament ma jkunx hemm xi ħaġa urġenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, fi klawsola 10 qed ngħidu li l-Bord għandu jiltaqa' minn tal-inqas għaxar darbiet fis-sena.", "Normalment il-prassi hija li ngħidu li bord għandu jiltaqa' tal-inqas darba fix-xahar.", "Teoretikament kif inhi bħalissa hemm il-periklu li dan ma jiltaqax u mbagħad, lejn tmiem is-sena, jakkumula l-laqgħat malajr biex ikun konformi mal-liġi.", "Għalhekk, biex ikollna andament kontinwu, u biex nassiguraw li jiltaqa' regolarment, nissuġġerixxi li ngħidu li l-Bord għandu jiltaqa' minimu ta' darba fix-xahar bħalma jingħad fi statuti ta' ħafna bordijiet oħra.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Qed nifhem il-punt.", "BEPPE FENECH ADAMI: Hekk m'għandniex garanzija li se jiltaqa' b'mod regolari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Fhimtek; jaf ikun baqgħalhom erba' laqgħat u jagħmlu dawk l-erba' laqgħat f'ġimgħa.", "BEPPE FENECH ADAMI: Għalhekk għandna ngħidu li \"għandu jiltaqa' tal-inqas darba kull ...\" u nispeċifikaw iż-żmien.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Se nkun ċar; il-Bord li hemm u l-persuna li tmexxih ma naħsibx li se jimplimentaw il-liġi b'dak il-mod.", "Ma naħsibx li l-Imħallef J. D. Camilleri se jagħmel hekk.", "BEPPE FENECH ADAMI: Mhux qed ngħid għal dan il-Bord, però jkun hemm bordijiet li ma jiltaqgħux u ninsew li jeżistu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Fir-realtà naħseb li se jkollhom bżonn jiltaqgħu ħafna aktar minħabba l-piż tax-xogħol li ġej fuqhom.", "BEPPE FENECH ADAMI: Allura aktar u aktar tista' ddaħħal li għandhom jiltaqgħu kull tant żmien.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk tipproponi emenda li tkun raġjonevoli, m'għandix problema li nagħmilha.", "BEPPE FENECH ADAMI: Ngħidu li għandu jiltaqa' tal-inqas darba fix-xahar, pereżempju.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jinkwetani biss li jista' jkun li jiltaqa' tliet darbiet f'Lulju għax ikollu bżonn però mbagħad f'Awwissu ma jiltaqax darba.", "BEPPE FENECH ADAMI: Jien qed nagħmel dan is-suġġeriment għax għandi esperjenza ta' bordijiet governattivi oħra li tinsa li jeżistu għax ma jiltaqgħux.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jew inkella nagħmluha li bejn laqgħa u oħra ma jistax jgħaddi aktar minn ċertu żmien.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nagħmlu aktar spazju bejn il-laqgħat.", "BEPPE FENECH ADAMI: Tista' anke tgħid li l-Bord għandu jiltaqa' tal-inqas darba kull xahrejn.", "Għaldaqstant nipproponi li klawsola 10 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 10 tiġi posposta.", "Klawsola 11 – Ħatriet tal-persunal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, klawsola 11 titkellem dwar l-impjegati tal-Uffiċċju u tgħid li l-kondizzjonijiet tal-impjieg għandhom ikunu stabbiliti mill-Uffiċċju bi qbil mal-Ministru.", "Madanakollu aktar 'il quddiem dan l-Abbozz ta' Liġi jitkellem dwar uffiċjali pubbliċi li jidħlu jaħdmu mal-istess Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u hemmhekk insibu salvagwardji biex dawn l-uffiċjali pubbliċi ma jitilfux il-benefiċċji u l-istatus li jkollhom fid-dipartiment li jkunu ġejjin minnu.", "Tifhmu wkoll li dan l-Uffiċċju għandu bżonn l-expertise tal-Pulizija Eżekuttiva, tal-Kummissarju tat-Taxxi u anke ta' nies mill-FIAU.", "Jiġifieri dan l-Uffiċċju għandu bżonn l-expertise ta' nies li jkunu diġà speċjalizzati f'ċerti setturi importanti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 – Ħatra u funzjonijiet ta' uffiċjali u impjegati tal-Uffiċċju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola bażikament tgħid dak li għadni kif għedt, ċjoè li dan l-Uffiċċju se jara li jimpjega nies – hawnhekk qed jingħad \"għall-kwittanza dovuta\" u bl-Ingliż tiġi \"discharge of the functions of the Bureau\" – biex ovvjament jaħdem b'effiċjenza.", "F'dan l-Uffiċċju hemm bżonn nies li jkunu speċjalizzati.", "Jiġifieri din mhix kwestjoni ta' recruitment ta' skrivani, jew ta' messaġġiera, bir-rispett kollu lejhom, però hija kwestjoni li trid iddaħħal nies li jkunu importanti biex l-Uffiċċju jaqdi l-inkarigu tiegħu b'mod tajjeb.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 – Assenjazzjoni ta' uffiċjali pubbliċi biex jaqdu dmirijiethom mal-Uffiċċju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fi klawsola 13 qed ngħidu li l-Prim Ministru, fuq talba tal-Uffiċċju, jista' jordna li uffiċjali pubbliċi li diġà jkunu f'ċerti sezzjonjiet taċ-Ċivil u li jkollhom ċertu expertise, nerġa' nsemmi l-Kummissarju tat-Taxxi bħala eżempju, jiġu assenjati mal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Tajjeb ngħid li hawnhekk ukoll għandna naqra salvagwardji biex dak li jkun ma jitlifx l-istatus li jkollu fl-iskala li jkun fiha fiċ-Ċivil jekk jiġi assenjat ma' dan l-Uffiċċju partikolari.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 – Status tal-uffiċjali pubbliċi assenjati biex jaqdu dmirijiethom mal-Uffiċċju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, għal darb'oħra qegħdin nitkellmu dwar l-istatus tal-uffiċjali pubbliċi fil-każ li jiġu assenjati mal-Uffiċċju u b'mod aktar speċifiku din il-klawsola qed tikkejterja għall-pensjoni li jkunu intitolati għaliha biex għalkemm imorru jaħdmu ma' dan l-Uffiċċju, dawn ma jitilfux il-kondizzjonijiet li jkollhom diġà jew li potenzjalment setgħu akkwistaw.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 – Offerta ta' impjieg permanenti mal-Uffiċċju għall-uffiċjali pubbliċi assenjati biex jaqdu dmirijiet mal-Uffiċċju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 15 ma titkellimx biss fuq l-uffiċjali pubbliċi li jiġu assenjati biex jaqdu dmirijiet mal-Uffiċċju iżda titkellem ukoll fuq persuni qrib tagħhom li għandhom jeddijiet ċivili, bħar-romol li jkollhom il-pensjoni tar-romol.", "Din il-klawsola titkellem ukoll fuq ekwiparazzjoni ta' klassifikazzjoni ta' salarji, jiġifieri għalkemm uffiċjal pubbliku jmur jaħdem mal-Uffiċċju, huwa mhux se jitlef il-grad li jkollu, jiġifieri jekk ikun fi Skala 4, jew imur 'il quddiem jew jibqa' fl-istess skala.", "Barra minn hekk, f'din il-klawsola qed ngħidu li kemm dawk l-uffiċjali pubbliċi kif ukoll ir-romol tagħhom, jew persuni li jistgħu jirtuhom, huma intitolati għall-aktar pensjoni għolja tal-persuna.", "Dan huwa prinċipju li nsibuh fil-liġi tal-benefiċċji soċjali biex jekk wieħed ikun intitolat għal żewġ pensjonijiet, dejjem jingħata l-pensjoni l-aktar għolja li jkun intitolat għaliha.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 – Dritt tal-Uffiċċju li jikseb informazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola hija importanti ħafna għaliex tagħti poteri lil dan l-Uffiċċju biex jikseb informazzjoni.", "Ovvjament min-naħa l-oħra titfa' ċerti obbligi fuq il-persuni li jaħdmu hemm bħal, pereżempju, li ma jistgħux jiżvelaw informazzjoni dwar dak li jkun għaddej.", "Tagħmel ukoll però żewġ eċċezzjonijiet importanti li nsibuhom fil-Kodiċi Kriminali, Kap. 9.", "L-ewwel eċċezzjoni tittratta d-dritt professjonali tal-avukati u l-prokuraturi legali u t-tieni eċċezzjoni tittratta s-siġill tal-qrar biex ovvjament jekk persuna tiżvela sigriet lil membru tal-kleru taħt is-siġill tal-qrar, dan ma jkunx obbligat jiżvelah.", "Jiġifieri d-dritt tal-ksib tal-informazzjoni jieqaf f'dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet, li ilhom ħafna fid-dritt tagħna u ovvjament qed jerġgħu jiġu asseriti f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 – Prosekuzzjoni eċċ. għandhom jinformaw lill-Uffiċċju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Ministru, ngħidlek il-verità din il-klawsola jien ma tantx fhimtha sew.", "Qisha qed tgħid li għal kwalunkwe reat li għandu piena ta' aktar minn sena, il-prosekuzzjoni trid tinforma lill-Uffiċċju u jekk inhu hekk, naħseb li se jiġi inondat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, anke jien mhux qed nifhimha sew u allura se nkun qed nitlob lill-Avukat tal-Istat biex jaraha u jagħtina spjegazzjoni.", "Għaldaqstant nipproponi li klawsola 17 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 17 tiġi posposta.", "Klawsola 18 – Prosekuzzjoni biex tikkoordina mal-Uffiċċju għall-ħruġ ta' ordnijiet taħt dan l-Att.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nixtieq li l-Avukat tal-Istat jara din il-klawsola wkoll għaliex torbot mal-klawsola 17.", "Għalhekk, nipproponi li klawsola 18 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 18 tiġi posposta.", "KLAWSOLA 10 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Fis-subklawsola (1) ta' klawsola 10, minnufih wara l-kliem \"fis-sena\" għandhom jiġu miżjuda l-kliem \"b'dana li l-Bord għandu jassigura li l-perjodu ta' żmien bejn laqgħa u oħra ma jkunx aktar minn dak ta' sitt ġimgħat\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 10 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 10 kif emendata.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 – Amministrazzjoni u rimi ta' proprjetà mitlufa, u ta' proprjetà kkonfiskata favur il-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq il-konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna imma qed nitkellmu fuq ir-reġim li hawn issa, li huwa reġim ibbażat fuq il-kundanna, fejn il-konfiska ssir wara.", "Għaldaqstant din il-klawsola qed titfa' obbligu fuq ir-Reġistratur tal-Qorti li jinforma l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi bis-sentenza u mbagħad hemmhekk jiskatta l-proċess ta' judicial say, fejn ikun hemm bżonn.", "Tajjeb li ngħidu li m'għandniex nieħdu din il-klawsola for granted għaliex ħafna drabi – dan huwa dak li kien qed jiġri sa ftit ilu, u li ilu jiġri għal għexieren ta' snin – issir il-konfiska u l-id il-leminija ma tkunx taf x'qed tagħmel l-id ix-xellugija; ikun hemm sentenza ta' konfiska u l-persuni li jinstabu ħatja tarahom jiġru bl-istess assi li kellhom qabel għaliex ikunu kkonfiskati biss fuq il-karta u qatt ma jsir il-qbid effettiv li mbagħad iwassal għall-bejgħ ġudizzjarju.", "Għalhekk, f'din il-klawsola qegħdin nifformalizzaw dan kollu.", "Irrid ngħid ukoll li hawn qed tissemma għall-ewwel darba l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi), li se tkun Prim'Awla tal-Qorti Ċivili with a specific denomination.", "Se nkun ċar; bħala Ministru għall-Ġustizzja din ma rridhiex tkun xi ħaġa teoretika u fuq il-karta biss.", "Fil-fatt, nista' niddikjara li tkellimt ukoll mal-President tal-Qorti biex din tkun effettiva u biex ikun hemm Imħallef wieħed li jispeċjalizza fuq dan is-settur ħalli meta jintalbu dawn it-tip rikorsi, dawn isiru b'ċerta speditezza.", "U dan għar-raġuni ċara li jekk inti tħalli ż-żmien, il-kriminali, speċjalment f'reati ta' kriminalità organizzata, li jkunu kriminali sofistikati, jafu x'għandhom x'jagħmlu u dawk l-assi li jistgħu jmorru favur l-Istat jispiċċaw jintilfu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 – Sena finanzjarja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, klawsola 20 tirrigwarda l-qagħda finanzjarja tal-Uffiċċju.", "Ovvjament l-Uffiċċju għandu jmexxi b'governanza serja anke l-finanzi tiegħu, wara kollox huwa qiegħed jingħata allokazzjoni finanzjarja mingħand il-Gvern.", "Barra minn hekk, f'din il-klawsola qiegħda tiġi definita x'inhi s-sena finanzjarja tiegħu, jiġifieri minn meta tibda u meta tispiċċa.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 – Estimi u nefqa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Il-klawsola 21 ukoll tittratta l-finanzi tal-Uffiċċju. (off mic)", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, nixtieq konferma li dak li jiġi kkonfiskat se jsir proprjetà tal-Gvern u mhux tal-Uffiċċju, jiġifieri l-uniku dħul tal-Uffiċċju se jkun is-subvention li jgħaddilu l-Gvern.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, nista' nikkonferma li l-allokazzjoni finanzjarja biex l-Uffiċċju jkun jista' jaħdem matul is-sena u jaqdi l-funzjonijiet tiegħu hija allokazzjoni li ssir taħt il-Ministeru li jkun responsabbli mill-ġustizzja.", "Ovvjament il-konfiski jmorru favur il-Gvern u r-rikavat imur għand il-Ministeru għall-Finanzi biex il-flus jużahom għal dak li jħoss.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 21.", "Klawsola 21 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 – Avvanzi mill-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, klawsola 22 appuntu tikkonferma dak li qal l-Onor.", "Grech għaliex titkellem dwar l-Att ta' approprjazzjoni.", "L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jiġi allokat il-flus skont il-pjan finanzjarju tal-Gvern, kif jiġri għal kull dipartiment ieħor, sabiex ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu għal dik is-sena finanzjarja partikolari.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 22.", "Klawsola 22 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 – Kontijiet u verifika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 23 ukoll hija marbuta mal-governanza finanzjarja tal-Uffiċċju u tgħid li l-Uffiċċju għandu l-obbligu li jżomm il-kotba finanzjarji tiegħu, li jkun fihom dak li jkun daħħal, dak li jkun ħareġ eċċ., u li dawn għandhom ikunu soġġetti għal verifika mill-Awditur Ġenerali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, għal darb'oħra għandna klawsola li hija marbuta mal-governanza finanzjarja.", "Din il-klawsola tobbliga lill-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi li fi żmien tliet xhur minn kull għeluq ta' sena finanzjarja jibgħat lill-Ministru kopja tal-kontijiet annwali li jkunu ċertifikati minn awditur, kif ukoll rapport tal-operat.", "Dan huwa simili għall-management accounts imma ovvjament hawnhekk qed nitkellmu fuq Uffiċċju partikolari.", "Din il-klawsola mbagħad titfa' obbligu fuq il-Ministru responsabbli li fit-terminu preskritt fis-subklawsola (2) tagħha, dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hekk ovvjament ikun jista' jsir skrutinju aktar wiesa' ta' Uffiċċju li se nkun ċar, mhuwiex Uffiċċju politiku imma huwa Uffiċċju li jittratta settur importanti fl-interess kemm tal-Gvern, kemm tal-Oppożizzjoni kif ukoll tal-pajjiż.", "Allura nemmen li hija xi ħaġa tajba li fil-klawsola 24 qed ngħidu li dawn għandhom ukoll jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 24.", "Klawsola 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 – Id-data għandha tinżamm mill-Uffiċċju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 25 tittratta suġġett importanti ħafna għaliex titkellem fuq il-kwestjoni tad-data u ż-żamma tad-data.", "Tajjeb ngħid li dan l-Uffiċċju, hekk kif kompost, se jkun Uffiċċju li se jipproċessa ħafna data u se jkun riċevitur ta' ħafna data minn entitajiet differenti bħall-FIAU, il-Kummissarju tat-Taxxi, il-Pulizija Eżekuttiva u d-Direttur tal-Qorti.", "Għalhekk, irridu noqogħdu attenti li nkunu wkoll konformi mal-General Data Protection Regulation (GDPR), li huwa regolament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri lanqas huwa direttiva imma huwa regolament u allura l-Unjoni Ewropea qed tagħmel restrizzjonijiet fuq l-istati membri tagħha.", "Fil-fatt, il-latitude tagħna hija pjuttost dejqa, biex ngħidu hekk; hemm reġim fl-Unjoni Ewropea li huwa pjuttost strett fejn tidħol il-kwestjoni tad-data u naturalment dan japplika u jitfa' obbligi kemm fuq il-mod kif tirċievi d-data kif ukoll fuq kwestjonijiet oħra ta' data.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 25.", "Klawsola 25 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 – Żvelar ta' informazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 26 issegwi l-klawsola 25 u hija dwar l-iżvelar ta' informazzjoni, jiġifieri titkellem dwar meta l-Uffiċċju jista' jiżvela informazzjoni.", "L-Uffiċċju huwa riċevitur ta' ħafna informazzjoni sensittiva u l-klawsola 26 titkellem dwar meta u jekk jistax jiżvela tali informazzjoni.", "Fil-fatt, is-subklawsola (1) tagħha mhux biss torbot id-diretturi u l-membri tal-Bord però anke kuntratturi li jaħdmu mal-Uffiċċju.", "Dan għaliex jista' jsir outsourcing – issa se nkun ipotetiku imma fl-istess ħin reali – lil avukat penalista li jkun qed jassisti fil-Qorti tal-Maġistrati meta jkun hemm kawżi fl-istadju ta' kumpilazzjoni fuq ħasil ta' flus, pereżempju.", "Allura ovvjament dan trid torbtu li dik l-informazzjoni hija importanti u ma tistax tiġi żvelata.", "Fl-istess ħin, aktar 'il quddiem din il-klawsola titkellem fuq żvelar ta' informazzjoni lill-Avukat Ġenerali.", "Bl-emendi li saru u b'dak li qiegħed isir l-Avukat Ġenerali huwa l-public prosecutor fid-dritt tagħna, allura se jkollu bżonn informazzjoni biex jieħu deċiżjonijiet importanti u jekk jipprosekwixxix jew le.", "Għaldaqstant f'din il-klawsola għandna ċ-checks and balances u telenka meta tista' tiġi żvelata tali informazzjoni u lil min.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 – Responsabbiltà għad-danni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, klawsola 27 hija exemption from civil responsibility għall-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, għall-membri tal-Bord, għad-Direttur kif ukoll għall-persunal.", "Jien nemmen li din hija importanti biex wieħed ikun jista' jaqdi dmirijietu għaliex jekk f'kull deċiżjoni li jieħu jista' jkun espost għal civil damages, nemmen li dak jimmina x-xogħol tiegħu.", "Għalhekk, wieħed irid ikollu konfort f'dan ir-rigward.", "Ovvjament hemm żewġ eċċezzjonijiet importanti.", "L-ewwel eċċezzjoni hija jekk ikun hemm id-dolus, jiġifieri jekk bniedem qeda l-inkarigu tiegħu ħażin u għamel dan b'intenzjoni; f'dak il-każ m'għandux ikollu l-konfort li ma jistgħux ifittxuh ċivilment.", "It-tieni eċċezzjoni hija meta jkun hemm \"negliġenza kbira\", dik li bl-Ingliż qed nirreferu għaliha bħala \"gross negligence\", jiġifieri meta jiġi ppruvat li bniedem, b'negliġenza kbira, qeda dmiru ħażin, jew għamel eżekuzzjoni ta' ordni b'mod ħażin.", "Hemmhekk ovvjament m'għandux ikollu l-konfort li se jkollu immunità minn proċeduri ċivili għad-danni.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – Twaqqif tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi).", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola tidħol f'aspett importanti ħafna għaliex tipprovdi għal kif se taħdem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi).", "M'hemmx dubju li din se tkun esperjenza ġdida għalina, fis-sens li qatt ma kellna din is-Sezzjoni tal-Qorti Ċivili.", "Nista' nikkonferma u ngħid pubblikament li jien tkellimt mal-Prim Imħallef dwarha u l-Prim Imħallef qabel li jkun hemm din is-Sezzjoni.", "Huwa important però li jkun hemm effiċjenza f'dan il-proċediment għaliex jekk tneħħilu l-ispeditezza u l-effiċjenza tiegħu, il-liġi tispiċċa tibqa' fuq il-karta u ma jkollhiex l-eżitu desiderat minna, ċjoè dak li tkun għodda biex tiġġieled il-kriminalità organizzata.", "Jien tal-idea, u nifhem li hekk se jsir, li jkun hemm imħallef partikolari, li jagħmel għal dan it-tip ta' xogħol.", "Dan jiġi magħżul mill-Prim Imħallef u ovvjament biż-żmien se jakkwista ċerta expertise f'dawn il-proċedimenti ħalli nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem b'aktar effiċjenza.", "L-intenzjoni tal-leġiżlatur u tal-Gvern hi li jkollna sezzjoni tal-Qorti Ċivili biex tmexxi u jkollna l-effett li dawn l-affarijiet jiġu deċiżi f'jiem, jekk mhux f'sigħat, sabiex inkunu effikaċi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Proċedimenti ta' natura ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fi klawsola 29 qegħdin nitkellmu dwar il-burden of evidence.", "Din hija klawsola importanti ħafna meta wieħed iqis li r-reġim li kellna s'issa dejjem kien iwassal għal konfiska wara proċediment penali li l-burden of proof tiegħu jkun dak li ngħidulu \"beyond reasonable doubt\".", "Ovvjament hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar proċedimenti penali iżda qed nitkellmu dwar proċedimenti ċivili u allura l-burden of proof huwa on the balance of probabilities, jiġifieri fil-bilanċ liema hija l-aktar plawsibbli bħala teżi tal-partijiet.", "Tajjeb ngħid li għalkemm qed nagħmlu dan il-proċediment ċivili u mhux kriminali, il-persuna li kontriha jkun hemm investigazzjoni għandha due process biex tkun tista' tipprova li l-fondi tagħha ġejjin minn provenjenza tajba u qed nagħtuha wkoll il-possibbiltà li tinstema' minn qorti.", "Huwa tajjeb li nżommu bilanċ bejn dak li nixtiequ nagħmlu, ċjoè li niġġieldu l-kriminalità, u l-fatt li n-nies għandhom id-dritt li jkollhom qorti li tismagħhom, li tgħarbel il-provi u li tasal għalihom.", "Għalhekk, f'din il-klawsola qiegħed jiġi asserit li dawn huma proċedimenti ta' natura ċivili u li l-burden of proof huwa on the balance of probabilities u mhux on the basis of guilt jew conviction beyond reasonable doubt.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 29.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 – Inammissibbiltà bħala evidenza f'każijiet kriminali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, klawsola 30 issegwi l-argument li kont qed nagħmel u din hija klawsola importanti biex din il-liġi taħdem sew.", "Hawnhekk qed ngħidu li azzjoni ċivili hija distinta u separata minn azzjoni kriminali.", "Dan huwa prinċipju li nsibuh addirittura fil-Kodiċi Kriminali, jidhirli fl-artikolu 3 tiegħu.", "Fid-dritt tagħna dejjem saret distinzjoni ċara u netta bejn proċediment kriminali u proċediment ċivili.", "Għalhekk, hawnhekk qed ngħidu li dak li jintuża għall-azzjoni ċivili biex issir il-konfiska ma jistax jintuża kontra l-persuna fil-proċedura kriminali.", "B'hekk qed nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-persuna li jekk ressqet provi, ma tistax imbagħad tgħidilha: Mela inti għedt hekk u allura se nressqek.", "Dan huwa bilanċ ċar bejn id-drittijiet tal-istat u ta' dan l-Uffiċċju partikolari li jmexxi u d-drittijiet tal-persuna indagata u suspettata li jridu jiġu salvagwardjati wkoll.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 30.", "Klawsola 30 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31 – Proċedura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fi klawsola 31 qed naqbdu ma' punt importanti li ma nsibuhx f'din il-liġi biss.", "Qed nirreferi għall-privileġġ tal-Gvern li ssir ittra uffiċjali qabel ma wieħed jippreżenta kawża l-Gvern u li jekk ma ssirx, – din hija l-agħar biċċa – l-azzjoni tiġi annullata.", "Ovvjament iċ-ċittadini ordinarji ma jaħsbux f'ittra uffiċjali kontra l-Gvern u allura se jmorru għand avukat bi claim.", "In-nies mhumiex avukati, l-avukat irid jiggwidahom f'dawn l-affarijiet u ejja ngħidu li forsi marru għand avukat li mhuwiex daqshekk elokwenti fid-dritt u dan qabad u għamel kawża iżda m'għamilx l-ittra uffiċjali, f'dak il-każ, sal-lum, is-sentenzi wasslu biex ikun hemm nullità.", "Konxju li kien hemm is-sentenza Formosa vs Avukat tal-Istat, fejn il-Qorti Kostituzzjonali qalet li n-nonottemporanza mal-artiklu 460 tal-Kap.", "12 tal-Liġijiet ta' Malta m'għandhiex twassal għal nullità.", "Għaldaqstant bħala Ministru għall-Ġustizzja jien ħadt konjizzjoni tagħha u mhux qed neskludi li fil-ġimgħat li ġejjin, jekk ikun hemm approvazzjoni mill-Kabinett, inbiddel dik il-pożizzjoni għaliex nemmen li f'dan il-każ, iċ-ċittadin għandu jkun on a level playing field mal-Gvern u m'għandux jiġi ppreġudikat sempliċement għaliex m'għamilx formalità.", "Dik hija xi ħaġa li se nkun qed nindirizzaha indipendentement minn dan l-Att.", "Madanakollu, dan l-Att qed jgħid li l-proċedura tal-ittra uffiċjali qabel ma tiġi ppreżentata kawża mhijiex meħtieġa.", "Dan għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq proċeduri spediti.", "F'attachment orders u fejn ikun hemm ordnijiet importanti, wieħed ma jistax joqgħod jagħmel ittra uffiċjali u jistenna għaxart ijiem.", "In-natura tagħha din il-liġi hija waħda ta' urġenza u allura l-affarijiet għandhom jiġu ttrattati b'urġenza wkoll.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 31.", "Klawsola 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 32 hija avenue ta' appell.", "Din tipprovdi biex ikun jista' jsir appell minn dak kollu li qed ngħidu, jiġifieri minn dak li se jiġi ttrattat mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi), però dan se jkun limitat fuq żewġ binarji; l-ewwel on a point of law u t-tieni, fil-każ ta' żball ta' fatt, dak li l-Ingliżi jgħidulu \"error of fact on the basis of the records\".", "Jiġifieri din il-klawsola qed tagħti avenue ta' appell wara deċiżjoni in linja mad-dritt għal due process, ċjoè li bniedem, wara deċiżjoni, għandu jkollu d-dritt li jkun hemm entità oħra, indipendenti u imparzjali, li tirrevedi l-pożizzjoni tiegħu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 32.", "Klawsola 32 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 33 – Ordnijiet ta' Monitoraġġ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, bi klawsola 33 tibda t-Taqsima IV ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Din diġà semmejtha qabel għaliex qiegħda tagħmel kodifikazzjoni importanti ta' diversi ordnijiet li jistgħu joħorġu kemm fir-rigward ta' persuna akkużata kif ukoll ta' persuna suspettata u indagata.", "Naħseb li din hija l-ewwel darba li għandna Abbozz ta' Liġi fejn dawn l-ordnijiet kollha, li huma ordnijiet importanti, qed jiġu kkodifikati b'dan il-mod.", "Il-klawsola 33 titkellem speċifikament fuq l-Ordni ta' Monitoraġġ.", "Meta jkun hemm sitwazzjoni fejn forsi jkun hemm investigazzjoni però ma tkunx għadha investigazzjoni daqshekk matura, u allura ma tkunx trid tittieħed deċiżjoni ta' ordni ta' sekwestru jew ta' ordni ta' qbid u ffriżar tal-assi li, fl-opinjoni tiegħi, huma aktar b'saħħithom, issir ordni ta' monitoraġġ.", "Se nagħti żewġ eżempji prattiċi.", "Ejja ngħidu li jkun qed isir traffikar b'mod illegali ta' żejt fl-ibħra tagħna.", "F'dak il-każ ikun hemm ordni ta' monitoraġġ li tippermetti lill-entitajiet li jkunu qegħdin jagħmlu l-monitoraġġ biex ovvjament jiksbu aktar informazzjoni.", "Ordni ta' monitoraġġ tista' ssir ukoll fejn jidħlu transazzjonijiet finanzjarji biex jiġu identifikati transazzjonijiet partikolari.", "Importanti ngħid li s-subklawsola (2) tal-klawsola 33 tgħid li l-proċediment għandu jsir bil-magħluq.", "Għalkemm forsi dejjem nisimgħu li għandu jkun hemm pubbliċità, f'dan il-każ jekk ikun hemm pubbliċità ta' dak li jkun qed isir, tistultifika x-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu l-Pulizija Eżekuttiva u l-Avukat Ġenerali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, kif diġà għedt fl-istadju tat-Tieni Qari, il-mod kif inġabru l-ordnijiet kollha rilevanti f'din it-Taqsima żgur li huwa pass 'il quddiem.", "Il-flow bejn ordni u oħra aktar mill-mod spezzettat ta' kif qegħdin l-affarijiet illum naħseb li huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Nixtieq inqajjem punt li mhuwiex speċifiku għall-ordni ta' monitoraġġ però se nagħmlu hawnhekk għaliex bejn wieħed u ieħor jolqot il-bqija tal-ordnijiet peress li ordni se tkun torbot mal-oħra.", "Dan jittratta punt ġenerali li jien u l-Ministru ddiskutejnieh kemm-il darba marbut mal-unexplained wealth order.", "Ma nafx jekk il-Gvern, wara d-diskussjoni li kellna fl-istadju tat-Tieni Qari, ikkonsidrax dak li tkellimna dwaru u jekk forsi rax leġiżlazzjonijiet ta' pajjiżi oħra fejn dan il-konċett iddaħħal u din l-għodda ngħatat lill-forzi tal-ordni ta' dawk il-pajjiżi.", "Nixtieq inkun naf jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jinkludi dan il-konċett.", "Biex nerġa' nirrikapitola dak li għedt fl-istadju tat-Tieni Qari, unexplained wealth order essenzjalment huwa talba għal stqarrija; il-forzi tal-ordni jagħmlu t-talba quddiem il-qorti u l-qorti tagħti l-approvazzjoni biex jinħareġ l-unexplained wealth order.", "L-unexplained wealth order jinħareġ fuq il-bażi ta' suspett raġjonevoli fuq sensiela ta' reati partikolari u f'dan l-Abbozz ta' Liġi, fil-parti li tittratta l-konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna, dawk ir-reati huma kkwalifikati wkoll.", "Jiġifieri hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq ir-reati kollha imma prinċiparjament fuq dak is-subset ta' reati li diġà qed issir referenza għalihom f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Essenzjalment, mill-mod kif jaħdem f'pajjiżi oħra, l-unexplained wealth order huwa forma ta' stqarrija.", "Jekk l-awtoritajiet li jkunu qed jagħmlu investigazzjoni fuq reat li huwa wieħed minn dawk ir-reati li, kif għedt, qed issir referenza għalihom jidhirli fil-klawsoli 43 u 44, tista' tintalab din l-istqarrija, u tintalab għaliex l-awtoritajiet ikunu qegħdin jaraw mismatch bejn l-assi li jkollha l-persuna li tkun qed tiġi investigata u l-akkumulu ta' dawk l-assi.", "Hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq eżempji li llum diġà jistgħu jiġu investigati mill-Kummissarju tat-Taxxi.", "Illum il-Kummissarju tat-Taxxi diġà għandu ċerti poteri li jista' jesegwixxihom però hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq dawk.", "Fil-fatt, il-Liġi Ingliża hija ċara li mhux qed tirreferi partikolarment għal dawk it-tip ta' każijiet.", "Għalhekk, ma nafx jekk il-Ministru f'dan l-istadju jistax jgħidli jekk kienx hemm xi diskussjonijiet jew ripensament min-naħa tal-Gvern fuq din il-materja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-ewwel nett nirringrazzja lill-Onor.", "Grech għal din l-osservazzjoni.", "Kont naf li se jagħmilha għaliex ovvjament diġà tkellem dwarha fl-istadju tat-Tieni Qari.", "L-Onor.", "Grech qajjem punt li ħiereġ minn prattika li ġejja mir-Renju Unit.", "Fir-Renju Unit hemm il-Proceeds of Crime Act, li ddaħħal fl-2002 u li sussegwentement ġie emendat u tali għodda ntużat f'ambitu ftit differenti.", "Fir-Renju Unit kienu deħlin ħafna flus minn pajjiżi partikolari – dawn mhux se nsemmihom għaliex diplomatikament ma nħossx li nkun korrett – u kienu użaw dik il-liġi biex ikklempjaw ċerti sitwazzjonijiet li kienu lampanti.", "L-Onor.", "Grech antiċipani fuq il-fatt li l-fisku diġà għandu reġim ta' unexplained wealth order li teknikament ma jwassalx għal sanzjonijiet penali.", "Hemm istanzi fejn jikkontempla sanzjonijiet amministrattivi u dawn diġà ntużaw taħt diversi amministrazzjonijiet, anke qabel l-2013.", "Qed nirreferi għal istanzi fejn it-Tax Compliance Unit tibgħat għalik u tgħidlek, pereżempju, li peress li inti konsulent mediku, dak li qed tiddikjara mhuwiex realistiku meta mqabbel mal-assi li għandek u mal-prattika li għandek.", "Is-servizzi tat-taxxa ħadmu dejjem tajjeb taħt kwalunkwe Gvern biex jikklempjaw.", "Għandna sitwazzjoni oħra fejn nidħlu fl-unexplained wealth imma minn perspettiva differenti.", "Fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandna l-Fraud Unit li tittratta sitwazzjonijiet fejn persuna tkun qed tirċievi benefiċċju partikolari imma mbagħad ikollha assi li ma jagħmlux sens mad-dikjarazzjonijiet li tkun għamlet lid-Dipartiment.", "Mhux qed ngħid li din il-liġi hija preċiżament bħal dik li hemm fir-Renju Unit, però nemmen li hija pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Nemmen li l-aktar mod għaqli li jista' jwassalna biex nimxu 'l quddiem, u anke biex inbiddlu l-mentalità tal-poplu tagħna, huwa li nibdew b'din il-liġi, naraw kif tmur, imbagħad inħarsu lejn avvanzi oħrajn li qegħdin iseħħu barra minn pajjiżna u naraw kif nistgħu napplikawhom.", "Madanakollu nemmen li permezz ta' din il-liġi se nimxu 'l quddiem.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi ma jdaħħalx il-konċett kif spjegah tajjeb l-Onor.", "Grech għaliex ma jipprovdix għall-unexplained wealth order b'mod ġenerali imma jkopri biss ċerti aspetti tiegħu.", "Nemmen però li l-aktar pass għaqli li nistgħu nieħdu, aktar milli bħala Gvern bħala pajjiż, huwa li naraw li din il-liġi timxi sew, li l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi nagħtuh ir-riżorsi biex jagħmel xogħlu sew, u nimmassimizzaw il-konfiski għaliex għad baqgħalna x'nagħmlu f'dak ir-rigward.", "Però 'l quddiem wieħed ma jeskludix li napplikaw b'mod aktar wiesa' l-leġiżlazzjoni barranija li rrefera għaliha l-Onor.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 33.", "Klawsola 33 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 – Ordni ta' Investigazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: (off mic) Din il-klawsola hija dwar l-ordnijiet ta' investigazzjoni u fost affarijiet oħra hawnhekk qed ngħidu li ordni ta' investigazzjoni m'għandhiex toħroġ fi kwalunkwe każ imma hemm diskrezzjoni li hija limitata għaliex irid ikun hemm kawża raġjonevoli li l-persuna suspettata hija ħatja tar-reat rilevanti u l-Avukat Ġenerali jrid ikun sodisfatt li dan ir-rekwiżit ġie sodisfatt.", "F'din il-klawsola nitkellmu wkoll dwar proċeduri fil-magħluq.", "Huwa importanti li wieħed iżomm dan kollu mistur għaliex inkella ma jkunx hemm ordni ta' investigazzjoni jekk din issir pubblika.", "Is-subklawsola (3) imbagħad titkellem dwar informazzjoni li tinstab f'mezzi elettroniċi, fosthom f'kompjuter.", "Bħala leġiżlaturi hawnhekk ħassejna li għandna nirreferu b'mod speċifiku għal din it-tip ta' informazzjoni li qabel ma konniex naħsbu fiha u qed ngħidu li din għandha tkun ikkonservata wkoll jekk ikun hemm ordni ta' investigazzjoni.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 34.", "Klawsola 34 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi hija aġġornata għal data li tiġi mħabbra aktar 'il quddiem.", "Fl-4.27 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fl-4.35 p.m. il-Kumitat irriżuma u għadda għat-tielet item fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U L-ARKIVJI NUTARILI U LIĠIJIET VARJI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 406 tat-Tlieta, 1 ta' Diċembru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Emenda tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "ROSIANNE CUTAJAR (Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi): Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili u liġijiet varji, fosthom il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "L-iskop huwa li titneħħa kwalunkwe dispożizzjoni illi b'mod dirett jew indirett toħloq diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel.", "Min-naħa tiegħi m'għandix emendi għal dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili, Kap. 55., u liġijiet oħrajn b'konnessjoni mal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-abbozzar ta' atti uffiċjali, u biex jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu magħhom jew huma anċillari għalihom\" għadda mill-Kumitat mingħajr emendi.", "Fl-4.41 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat għadda għar-raba' item fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI U DIVERSI LIĠIJIET OĦRA", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 405 tat-Tnejn, 30 ta' Novembru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Sostituzzjoni tal-artikolu 4 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Sur President, se nkun qiegħed inressaq emenda għall-klawsola 3 però qabel nixtieq nitlob lil Dr Neil Harrison biex, jekk jogħġbu, jispjega din il-klawsola kif ukoll l-impatt li se jkollha l-emenda li se nressaq.", "Infakkar li din il-klawsola hemm marbuta magħha l-Iskeda B.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Neil Harrison biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR NEIL HARRISON (Legal Officer, Identity Malta Agency): Sur President, din il-klawsola tistabbilixxi x'kunjomijiet jistgħu jassumu l-partijiet fiż-żwiġijiet li se jsiru wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att.", "Meta qed ngħid \"partijiet\" dawn jistgħu jkunu tal-istess sess ukoll, jiġifieri din il-klawsola ma tagħmilx distinzjoni.", "Barra minn hekk, din il-klawsola tgħid ukoll x'kunjom jistgħu jassumu t-tfal futuri.", "Fil-mument li l-koppja titlob il-pubblikazzjoni tat-tnedijiet, din il-klawsola tistabbilixxi li jridu jiddeċiedu wkoll il-family name.", "Il-konċett tal-family name daħal l-ewwel darba bl-emendi tal-2017 u aħna żammejnieh.", "Bażikament il-kunjomijiet li jistgħu jassumu jinsabu fis-subklawsola 4(1).", "Hawnhekk li għamilna huwa li żammejna dak li daħal fl-2017 kif ukoll daħħalna dak li ma kienx baqa' jeżisti bl-emendi tal-2017.", "Jiġifieri hawnhekk daħħalna dak li kien jeżisti qabel l-2017 ukoll, ċjoè li parti fiż-żwieġ tista' żżomm kunjomha u miegħu żżid il-kunjom tal-parti l-oħra; dan tista' żżidu kemm qabel kif ukoll wara kunjomha.", "Permezz tal-emendi tal-2017, biex isir hekk il-parti l-oħra riedet tagħmel l-istess ħaġa, jiġifieri jiġu l-istess kunjom.", "Dwar dan kellna daqsxejn queries u kien hemm diversi nisa li kienu jixtiequ jżommu kunjomhom u miegħu jżidu kunjom ir-raġel iżda r-raġel ma riedx jagħmel l-istess ħaġa għax ried jibqa' jżomm kunjomu.", "Din kienet is-sitwazzjoni qabel l-2017.", "Allura aħna ħassejna li din għandha terġa' tiġi introdotta u b'hekk ikun hemm għażla kompluta tal-kunjomijiet.", "Tajjeb nerġa' ngħid li f'din il-klawsola m'għamilniex distinzjoni bejn is-sessi.", "Jekk il-partijiet fiż-żwieġ huma mara u raġel din il-klawsola ma tagħmilx distinzjoni u jekk huma tal-istess sess ovvjament huwa diffiċli biex tistabbilixxi min se jieħu kunjom min.", "Aħna tajna l-wisgħa kollha.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Dr Harrison, fil-parti li tidentifika din il-kwestjoni tal-kunjom tal-familja, tista' tispjega għalfejn qed tużaw il-kliem \"isem tal-familja\" minflok kunjom tal-familja?", "Pereżempju fis-subartikolu (3) tal-artikolu 4 tal-Kodiċi Ċivili, li se jiġi sostitwit bil-klawsola 3, qed jingħad hekk:", "\"(3) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1), meta l-konjuġi jiddeċiedu li jibdlu kunjomhom skont is-subartikolu (1)(a) jew (1)(b), dik l-għażla ssir ukoll l-isem tal-familja, li għandu jiġi inkluż fl-Att taż-Żwieġ.\".", "Għalfejn qed tgħidu \"isem\" u mhux il-kunjom tal-familja?", "DR NEIL HARRISON: Bil-Malti qiegħda hekk; fit-test Ingliż qiegħda \"family name\".", "Aħna dan l-Abbozz ta' Liġi għaddejnieh lil esperti fil-materja u probabbli dik hija t-translation ġusta u jekk m'iniex sejjer żball, dan huwa l-istess wording li ntuża fil-passat.", "Jiġifieri naħseb li għalhekk ħallejnieha hekk, biex ikollna uniformità fil-kliem li jintuża.", "Però qed tinftiehem ċar li qegħdin nirreferu għall-kunjom f'dan il-każ.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" L-artikolu 4 tal-Kodiċi, kif emendat bi klawsola 3, għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fil-paragrafu (1)(d) tiegħu, il-kliem \"fil-mument taż-żwieġ\" għandhom jiġu mħassra;", "(b) fis-subartikolu (6) tiegħu, minnufih wara l-kliem \"Id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) u (2) għandhom japplikaw ukoll għal konjuġi li żżewġu\" għandhom jidħlu l-kliem \"ġewwa Malta\"; u", "(ċ) fis-subartikolu (8) tiegħu, minnufih wara l-kliem \"It-tfal li twieldu\" għandhom jidħlu l-kliem \"ġewwa Malta\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jekk qed nifhem sew l-emenda, l-ewwel parti hija biex jitħassru l-kliem \"fil-mument taż-żwieġ\" għaliex diġà jinsabu fis-subartikolu 4(1) u allura m'hemmx bżonnhom fil-paragrafu (d) ukoll hux hekk?", "DR NEIL HARRISON: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: It-tieni parti tal-emenda qed tgħid li jekk xi ħadd iżżewweġ barra u rreġistra barra, dawn id-dispożizzjonijiet mhux se japplikaw għalih.", "DR NEIL HARRISON: Jekk inti twelidt barra, il-kunjom li tieħu jrid ikun skont il-ġuriżdizzjoni ta' fejn twelidt.", "La r-reġistrazzjoni ssir hemmhekk, imbagħad tiġi trasposta hawnhekk.", "Bl-artikolu 4 se tiġi kkupjata eżattament kif tkun, inkella noħolqu double identity għaliex il-persuna jkollha kunjom hawn u kunjom ieħor barra.", "KAROL AQUILINA: L-aħħar parti tal-emenda mbagħad qed tiċċara li dan jgħodd kemm għall-konjuġi kif ukoll għat-tfal.", "DR NEIL HARRISON: Eżattament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 3 kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 3 u l-Iskeda B kif emendati.", "Klawsola 3 u l-Iskeda B, kif emendati, għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Żieda ta' artikolu ġdid tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, il-klawsola 4 hija dispożizzjoni transitorja minħabba l-kwestjoni tal-kunjomijiet fil-każ ta' tfal li jitwieldu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att u li l-ġenituri tagħhom ikunu żżewġu wara l-2017.", "Din bilfors kellha ssir.", "KAROL AQUILINA: Biex issir din il-bidla m'hemmx għalfejn tmur il-Qorti imma tista' tmur mill-ewwel ir-Reġistru Pubbliku hux hekk?", "DR NEIL HARRISON: Hekk hu.", "Barra minn hekk, fil-klawsola 4 qegħdin nagħtu d-dritt li dawn l-għażliet kollha li se jkunu possibbli bid-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, jekk xi ħadd iżżewweġ għaxar snin ilu u jixtieq jagħmel għażla minnhom, jista' jagħmilha permezz ta' talba lid-Direttur, għal liema talba trid titħallas miżata ta' €5.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Emenda tal-artikolu 15 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, l-iskop ta' din il-klawsola huwa li nużaw terminoloġija aktar gender neutral fil-liġi.", "Pereżempju qed ngħidu li minflok il-kliem \"aħwa bniet u subien\" għandha tidħol il-kelma \"aħwa\", jiġifieri qed inneħħu l-kliem \"bniet u subien\" biex it-terminoloġija tkun gender neutral.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Emenda tal-artikolu 17 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola għandha l-istess skop tal-klawsola 5.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Emenda tal-artikolu 35 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, permezz ta' din il-klawsola se npoġġu impenn fuq il-Qorti li meta tordna s-separazzjoni ta' koppja, jiġi nnotifikat id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ħalli r-rekords ikunu aktar kompluti.", "Dan għar-raġuni li jekk xi ħadd minn dawn li sseparaw 'il quddiem ikollu tarbija, din ma tiġix reġistrata fuq ir-raġel oriġinali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Sostituzzjoni tal-artikolu 62 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, fil-klawsola 8 qed ngħidu li f'każ ta' separazzjoni, xi ħadd minn dawk fil-kuntratt tas-separazzjoni jista' jirreverti għall-kunjom ta' qabel iż-żwieġ.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Din il-klawsola qed iżżomm id-dritt li meta raġel jew mara jieħdu l-kunjom tal-parti l-oħra, il-parti l-oħra tista' tirrifjuta li dawn jibqgħu jżommu dak il-kunjom u trid tagħti r-raġunijiet.", "DR NEIL HARRISON: Hekk hu.", "Din qiegħda fis-subartikolu 62(3) tal-Kodiċi li se jkun qiegħed jiġi sostitwit permezz ta' din il-klawsola.", "Din diġà teżisti u aħna ħallejnieha kif inhi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 – Emenda tal-artikolu 66A tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, f'din il-klawsola qegħdin ngħidu li f'każ ta' divorzju, id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu jiġi nnotifikat mir-Reġistratur tal-Qorti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 – Emenda tal-artikolu 74 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, permezz tal-klawsola 10 se nkunu qegħdin nemendaw il-verżjoni Ingliża tal-artikolu 74 tal-Kodiċi Ċivili għaliex hemm żball żgħir fil-wording.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 10.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 – Sostituzzjoni tal-artikolu 86 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola qiegħda ssir biex għal darb'oħra nużaw terminoloġija gender neutral.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri b'din il-klawsola ma nbidel xejn bħala proċedura hux hekk?", "DR NEIL HARRISON: Hekk hu.", "Il-proċedura tal-ittra uffiċjali baqgħet l-istess; ma nbidel xejn minnha.", "KAROL AQUILINA: Mela ssir ittra uffiċjali, ma jkunx hemm oġġezzjoni ...", "DR NEIL HARRISON: Iva, imbagħad għandek il-perjodu ta' xahrejn biex il-parti l-oħra tirrispondi.", "Din il-proċedura baqgħet l-istess.", "KAROL AQUILINA: Tajjeb, grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 – Emenda tal-artikolu 86A tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola wkoll qed issir biex nużaw terminoloġija gender neutral.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 – Emenda tal-artikolu 87 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, f'din il-klawsola l-istess, qegħdin nużaw terminoloġija gender neutral.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 – Sostituzzjoni tal-artikolu 92 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Fis-subartikolu 92(6) tal-Kodiċi, kif sostitwit bi klawsola 14, minnufih wara l-kliem \"imnisslin u mwielda barra miż-żwieġ\" għandhom jidħlu l-kliem \"ġewwa Malta\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola taħseb għall-kunjomijiet li jieħdu t-tfal li jitwieldu out of wedlock.", "Bażikament hawnhekk qegħdin nagħtuhom il-possibbiltà li jagħżlu minn dawk il-kombinazzjonijiet kollha bejn il-kunjomijiet taż-żewġ ġenituri daqslikieku twieldu in wedlock.", "Qed nagħtuhom ukoll il-possibbiltà li jkunu jistgħu jirranġawhom b'lura.", "KAROL AQUILINA: Qed nifhem li l-emenda li ressaq is-Segretarju Parlamentari qed tillimita dawn il-possibbiltajiet għal dawk it-tfal li twieldu f'Malta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 14 kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 14 kif emendata.", "Klawsola 14, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 – Emenda tal-artikolu 102 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, il-klawsola 15 titkellem fuq meta tfal jitwieldu out of wedlock u sussegwentement il-ġenituri jiżżewġu.", "F'dak il-każ qed nagħtu l-possibbiltà li dawk it-tfal imbagħad ikunu jistgħu jassumu l-family name li jkunu ddeċidew li jieħdu l-koppja.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq sitwazzjoni fejn tfal twieldu qabel iż-żwieġ minn ġenituri u dawn l-istess żewġ ġenituri żżewġu.", "Qabel forsi kellhom kunjom u meta żżewġu ddeċidew li jieħdu family name.", "Għaldaqstant qed nagħtu l-possibbiltà li dawk it-tfal jieħdu l-family name li jkun stabbilixxew il-ġenituri bħala familja biex kemm jista' jkun kulħadd ikollu l-istess kunjom.", "KAROL AQUILINA: Mela l-kunjom ikun skont x'jagħżlu bħala familja.", "DR NEIL HARRISON: Eżattament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ADRIAN DELIA: Hawnhekk qed nippreżumu li dak il-wild ikun diġà qiegħed iġorr kunjom ta' wieħed mill-ġenituri?", "DR NEIL HARRISON: Jista' jkun li jkun diġà ddikjarat li l-missier huwa l-ġenitur.", "ADRIAN DELIA: Imma fl-eventwalità li ma jkunx u pereżempju jkun hemm single parent u sussegwentement, għal xi raġuni, il-kunjom ma jkunx rispekkjat in the permutation that they choose, x'se tkun l-istorja ta' dak il-wild?", "Se jkun hemm xi tip ta' rikonċiljazzjoni?", "DR NEIL HARRISON: Jekk wild se jkun iddikjarat li l-missier mhuwiex magħruf, biex ngħid hekk, se jieħu l-kunjom tal-omm.", "Issa din il-klawsola qed taħseb li meta l-missier ikun ġie ddikjarat, jew at birth jew at a later stage, u l-wild ikun ħa kunjom il-missier u mbagħad iż-żewġ ġenituri jkunu ddeċidew li jiżżewġu ...", "ADRIAN DELIA: Mela dawn iżżewġu u dak il-kunjom ma jkunx l-istess.", "DR NEIL HARRISON: Eżatt, għax meta żżewġu ddeċidew li jieħdu family name.", "Meta jsir l-annotament fir-Reġistru Pubbliku, jibqa' jidher il-kunjom oriġinali?", "DR NEIL HARRISON: Iva, fl-atti dejjem se jibqa' jidher bħala annotament.", "ADRIAN DELIA: Meta mbagħad il-wild jagħlaq it-18-il sena, xorta se jkollu l-opportunità li mbagħad jerġa' jagħżel hu?", "DR NEIL HARRISON: F'dak il-każ le għaliex l-għażla tkun diġà saret mill-ġenituri.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu.", "Meta jiżżewweġ imbagħad ikun jista' jerġa' jagħżel, jiġifieri jekk jiżżewweġ, imbagħad ikollu d-dritt li jagħżel flimkien mal-konjuġi tiegħu minn fost dawk il-kombinazzjonijiet kollha li se tkun tippermetti l-liġi.", "DR NEIL HARRISON: L-Onor.", "Delia staqsa meta jagħlaq it-18-il sena jkunx jista' jiddeċiedi l-kunjom hu u r-risposta hija: Le.", "KAROL AQUILINA: L-unika alternattiva għal dik hija jekk ikun magħruf bħala xi ħaġa oħra.", "KAROL AQUILINA: Għandek raġun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 – Emenda tal-artikolu 109 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola hija dwar kwestjoni operational.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 – Sostituzzjoni tal-artikolu 110 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola hija konnessa mal-preżunzjoni li hemm referenza għaliha fil-klawsola 14, liema klawsola kienet tissostitwixxi l-artikolu 92 tal-Kodiċi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 17.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 – Emenda tal-artikolu 124 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din hija klawsola oħra biex nużaw terminoloġija gender neutral.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 – Emenda tal-artikolu 125 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, permezz tal-klawsola 19 se jkun qiegħed isir tibdil żgħir fir-Reġistru tal-Persuni Adottati.", "Waħda mill-fields li tintuża hija \"sess\" u għall-fini tad-definizzjoni f'dak ir-Reġistru qed ngħidu li l-kelma \"sess\" għandha tinkludi wkoll il-ġeneru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Aħna fiċ-ċertifikati dejjem l-istess niktbu?", "KAROL AQUILINA: Issa hawnhekk, on a functional basis, qegħdin ngħidu li l-kelma \"sess\" tfisser ukoll ġeneru imma fil-verità din ma tkunx tfisser il-ġeneru.", "DR NEIL HARRISON: Jekk ikun hemm bidla tal-gender identity permezz tal-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess, Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta, din tiġi riflessa fil-kolonna tas-\"sess\".", "KAROL AQUILINA: Imma bħala sess hux hekk?", "DR NEIL HARRISON: Hekk hu.", "Inti tagħmel change of gender però din tidħol fil-kolonna \"sess\".", "KAROL AQUILINA: Mela qegħdin ngħidu li għall-finijiet tal-liġi, \"ġeneru\" tfisser \"sess\".", "DR NEIL HARRISON: Qed ngħidu li l-kolonna \"sess\" tinkludi l-ġeneru wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ADRIAN DELIA: Dan qed ngħiduh għal xi parti partikolari biss tal-liġi jew b'mod ġenerali?", "DR NEIL HARRISON: F'dan il-każ qegħdin nirreferu għall-adozzjonijiet però fl-Att tat-Twelid l-istess ħaġa.", "ADRIAN DELIA: Imma l-Att tat-Twelid jismu miegħu.", "Mela jekk fl-Att tat-Twelid inti qed tirreġistra xi ħaġa li ġrat fit-twelid, – għall-inqas kif jirriżulta xjentifikament u anke bħala terminoloġija legali – it-tibdil sussegwenti, li jsir mill-għażla u mhux mill-fatt, għandu wkoll jiġi rifless b'xi mod.", "KAROL AQUILINA: Le, l-emenda hija fis-sens li jekk twieldet tarbija bis-sess ta' raġel u allura fil-kolonna tas-\"sess\" ikun hemm immarkat li din hija raġel, jekk fil-kors tal-ħajja jkun hemm bdil fl-identità tal-ġeneru, meta din se tmur tagħmel il-korrezzjoni, ma tiktibx li biddlet il-ġeneru imma tikteb li biddlet is-sess għaliex għaliha l-ġeneru tagħha għandu jirrifletti fis-sess tagħha.", "Dak hu l-proċess normali tal-affarijiet.", "Id-diffikultà li tinqala' hi – din hija aktar marbuta mal-klawsola 22 – meta jkun hemm id-dubju bbażat fuq il-pariri tat-tobba.", "Hemmhekk il-kolonna ta' \"sess\" titħalla vojta.", "ADRIAN DELIA: Għalhekk huwa importanti li ma nħawdux id-definizzjonijiet!", "Kif qiegħda miktuba tfisser li jekk xi ħadd li ġie rreġistrat bħala raġel fit-twelid għamel il-proċedura u talab il-Qorti biex jibdel is-sess tiegħu, meta tagħti d-deċiżjoni l-Qorti ma tgħidx dan biddel il-ġeneru imma biddel is-sess.", "Fil-fatt, fil-klawsola 19 qed jingħad \"u l-qorti għandha tinkludi fid-digriet il-kelma \"sess\" biss\" proprju biex ma jkunx hemm din il-konfużjoni bejn li xi ħadd biddel il-ġeneru u baqa' bl-istess sess.", "Jiġifieri waħda bilfors trid tirrifletti lill-oħra.", "ADRIAN DELIA: Hawnhekk qed inbiddlu d-definizzjoni.", "KAROL AQUILINA: Le, jien ma fhimthiex hekk.", "Jekk inti twelidt bis-sess ta' raġel imma mbagħad biddilt il-ġeneru, meta tmur tibdel il-ġeneru ovvjament it-tibdil irid jirrifletti ruħu fis-sess.", "Ma jistax ikun mod ieħor!", "ADRIAN DELIA: Però ma tkunx qed tfisser li qed tinbidel it-tifsira tal-kelma.", "DR NEIL HARRISON: Hawnhekk qed ngħidu li t-tibdil tal-ġeneru se jiġi rifless fil-kolonna tas-\"sess\".", "Mela jekk aħna hawnhekk qegħdin ngħidu li se nbiddlu t-tifsira tal-kelma, x'inhi l-ħtieġa, jekk il-ġudizzju tal-Qorti stabbilit prinċipju u mbagħad l-għażliet se jiġu b'mod aktar awtomatiku, almenu l-ħtieġa ta' intervent ġudizzjarju … Din hija bidla fid-definizzjoni.", "KAROL AQUILINA: Jien mhux qed nifhem li din hija bidla fid-definizzjoni.", "Din il-klawsola qed tgħid li biex ma toħloqx sitwazzjoni fejn ikollok ġeneru miktub mod u sess miktub mod ieħor, għall-finijiet ta' reġistrazzjoni jista' jkollok biss sess u ġeneru li huma l-istess.", "Ma jistgħux ikunu differenti għaliex jekk ikunu differenti toħloq problema.", "Tant hu hekk li hawnhekk qed ngħidu li l-Qorti għandha tinkludi l-kelma \"sess\" fid-digriet tagħha.", "ADRIAN DELIA: Ejjew nifhmu x'qed ngħidu f'din il-klawsola u x'qegħdin inbiddlu.", "\"(ċ) il-kelma \"sess\" għandha tinkludi wkoll ...\"", "– mela hawnhekk qegħdin nestendu d-definizzjoni ta' kelma u s'hawnhekk naqbel –", "\"… il-kelma \"ġeneru\" u l-qorti għandha tinkludi fid-digriet il-kelma \"sess\" biss\".", "KAROL AQUILINA: Hekk hu, għaliex fil-motivation ikun hemm il-ġeneru.", "ADRIAN DELIA: Naqbel ukoll mat-tieni parti ta' din il-klawsola.", "KAROL AQUILINA: Bilfors irid ikollok hekk.", "Meta jkollok deċiżjoni bħal dik mill-Qorti, il-Qorti tkun qed tgħid illi ċ-ċirkostanza ta' dik il-persuna wasslitha biex ikollha ġeneru ta' dak it-tip u allura, per konsegwenza, il-Qorti tiddeċiedi li tagħmel il-bidla fiċ-ċertifikat biex fil-kolonna tas-\"sess\" tindika dak is-sess li jaqbel mal-ġeneru.", "Sa fejn naf jien, il-kawżi ċelebri kollha li saru, dejjem kienu f'dak is-sens.", "KAROL AQUILINA: Iva, biex tirrifletti dak li int.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 – Emenda tal-artikolu 236 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, s'issa fil-liġi kien hemm li l-uffiċjali li jirreġistraw l-Atti tat-Twelid u l-Atti tal-Mewt jiġu nominati mill-President ta' Malta.", "Din hija xi ħaġa outdated u se nneħħuha permezz tal-klawsola 20.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 – Sostituzzjoni tal-artikolu 257 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"Ċ\" Il-paragrafu 257(1)(b) tal-Kodiċi, kif sostitwit bi klawsola 21, għandu jiġi sostitwit bil-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(b) fejn ir-reġistrazzjoni ta' Att tat-Twelid ta' persuna tkun tista' tagħti lok għall-ħolqien ta' identità doppja jew nuqqas ta' ċarezza dwar l-identità ta' dik il-persuna peress illi dik il-persuna ma tkunx għadha reġistrata b'dak l-isem u, jew dak il-kunjom fl-atti u, jew dokumenti uffiċjali ta' pajjiż ieħor, l-Imħallef irtirat jew il-Maġistrat irtirat jew l-avukat irtirat tal-Qorti ta' Reviżjoni tal-Atti Nutarili jkollu s-setgħa, fuq rikors ta' dik il-persuna, li jordna li jsiru l-annotazzjonijiet meħtieġa fuq l-Att tat-Twelid ta' dik il-persuna kif ukoll fuq kull att ieħor tal-istat ċivili li fih jidhru l-isem u, jew il-kunjom tal-imsemmija persuna sabiex l-imsemmi tibdil fl-isem u, jew il-kunjom ikun magħruf.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Din il-klawsola tiddefinixxi r-rwol tal-Qorti ta' Reviżjoni tal-Atti Nutarili u qed ngħidu li fejn ikollok żbalji f'xi wieħed mill-atti, din il-Qorti għandu jkollha l-poter li tordna li jsiru l-annotazzjonijiet meħtieġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jien naf b'każ, u naħseb li kont kellimtek dwaru Dr Harrison.", "Minħabba li l-liġi tillimita x'tista' tagħmel il-Qorti ta' Reviżjoni tal-Atti Nutarili, tista' tinħoloq identità doppja għaliex wieħed jagħmel talba għall-Att tat-Twelid u mhux għall-Att tal-Mewt, pereżempju, jew viċi versa.", "Naf b'każ fejn emendajna quddiem il-Qorti ta' Reviżjoni tal-Atti Nutarili l-ġenituri tal-persuni mejta, imma l-Qorti stess iddeklinat li tibdel l-Att tat-Twelid.", "Allura fl-Att tat-Twelid hemm indikat ġenitur \"X\" filwaqt li fl-Att tal-Mewt hemm indikat ġenitur \"Y\" u fid-digriet tagħha l-Qorti qalet hekk.", "Ma nafx din l-emenda hux qed tindirizza dik is-sitwazzjoni wkoll għaliex sa fejn naf jien, l-Iskeda ma nbidlitx.", "DR NEIL HARRISON: L-Iskeda se nirranġawha.", "KAROL AQUILINA: Imma dik il-biċċa ma nbidlitx kif qiegħda.", "DR NEIL HARRISON: L-Iskeda qabel kienet limitata dwar x'tista' tirranġa l-Qorti ta' Reviżjoni.", "Pereżempju fl-Att tat-Twelid jidhirli l-kunjomijiet ma setgħetx tirranġahom.", "Illum qegħdin ngħidu li l-fields kollha jistgħu jiġu korretti mill-Qorti ta' Reviżjoni.", "KAROL AQUILINA: Irrispettivament minn jekk humiex fl-Att tat-Twelid jew fl-Att tal-Mewt?", "Kull entry li hemm se tkun tista' tiġi korretta.", "KAROL AQUILINA: Kull entry, jiġifieri mhux biss tal-persuna imma anke tal-ġenituri tagħha hux hekk?", "DR NEIL HARRISON: Eżattament.", "Qabel kienet limitata u l-kunjomijiet ma setgħetx tirranġahom.", "Ovvjament dawn il-korrezzjonijiet se jkunu jistgħu jsiru diment li jkun żball ġenwin.", "KAROL AQUILINA: U tagħti lok li tibdel wieħed ...", "DR NEIL HARRISON: U ma tistax tibdel ieħor.", "Fil-fatt, għal ċerti sitwazzjonijiet kont ridt tagħmel kawża quddiem il-Prim'Awla.", "Dik issa neħħejnieha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 21 kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "L-Emenda \"Ċ\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 21 kif emendata.", "Klawsola 21, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 – Emenda tal-artikolu 278 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jien għandi emenda għal din il-klawsola.", "Jien segwejt id-diskorsi li saru fil-Parlament u segwejt ukoll xi interventi li kien hemm fuq il-midja u għaldaqstant din l-emenda hija intenzjonata biex tindirizza s-sitwazzjoni ta' meta jkun hemm tfal li fit-twelid ikun hemm dubju, fuq livell mediku, jekk jistax jiġi determinat is-sess tagħhom.", "F'dawn il-każijiet ir-raġuni ma tkunx waħda ta' għażla imma jkun hemm raġunijiet mediċi għalfejn ġenitur ma jkunx jista' jirreġistra t-twelid ta' tarbija.", "Allura għamilt emenda li naħseb tirrifletti dak li ġie msemmi min-naħa tal-Gvern u li aħna naqblu miegħu, ċjoè li hemm bżonn li wieħed jindirizza din is-sitwazzjoni biex mhux inħallu dubju jew inkella noħolqu sitwazzjoni fejn b'mod kappriċċuż, wieħed jagħmel xi ħaġa.", "\"D\" Fis-subklawsola (b) ta' klawsola 22, minflok il-kliem:", "\"Iżda meta l-identità tal-ġeneru tal-minuri ma tkunx għadha ġiet determinata, is-sess għandu jiġi reġistrat bħala mhux dikjarat sakemm jiġi hekk determinat.\"", "għandhom jidħlu l-kliem:", "\"Iżda meta wieħed mill-ġenituri tal-minuri jew iż-żewġ ġenituri tal-minuri jippreżentaw ċertifikat mediku lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku li juri li l-identità tal-ġeneru tal-minuri ma tkunx għadha ġiet determinata, is-sess tal-minuri għandu jiġi reġistrat bħala mhux dikjarat sakemm jiġi hekk determinat:", "Iżda wkoll il-ġenitur jew iż-żewġ ġenituri tal-minuri għandhom minnufih jinfurmaw lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku bl-identità tal-ġeneru tal-minuri meta dan jiġi determinat u jippreżentaw ċertifikat mediku li jindika s-sess tal-minuri lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku li għandu minnufih jirreġistra s-sess tal-minuri.\".", "Hawnhekk qed ngħidu li jekk it-tobba lill-ġenituri jgħidulhom li għandhom dubju u li jridu jagħtu ċans biex jgħidulhom is-sess tal-minuri, jew li jridu jsiru xi eżamijiet, jew li jridu jistudjaw is-sitwazzjoni, biex dawn ma jitħallewx fil-limbu t-tabib jagħtihom ċertifikat, dan jippreżentawh lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u d-Direttur jaċċetta li dak jitniżżel bħala mhux dikjarat.", "Hekk kif it-tobba jaraw li ċċarat is-sitwazzjoni u allura jistgħu jagħtu ċertifikat li l-minuri huwa tifel jew hija tifla, allura mbagħad il-ġenitur, bħalma għandu obbligu kulħadd, imur jagħti l-informazzjoni lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u d-Direttur għandu jirreġistra dik is-sitwazzjoni.", "Jien staqsejt u anke l-Onor.", "Claudette Buttigieg staqsiet u vera jkun hawn każijiet ta' trabi li jkun hemm dubju dwarhom.", "Din hija sitwazzjoni diffiċli, allura l-liġi għandha tipprovdi għaliha.", "Segwejt ukoll id-diskorsi li saru u jidher ċar li l-intenzjoni tal-Gvern hija li jindirizza din is-sitwazzjoni.", "Għalhekk, naħseb għandna nagħmluha ċara li f'dawk iċ-ċirkostanzi hemm proċedura li trid tiġi segwita u d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu jimxi magħha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, nirringrazzja ħafna lill-Onor.", "Aquilina tal-emenda tiegħu, però ma naqbilx magħha għas-sempliċi raġuni li se nkunu qegħdin nagħmlu rigress minn liġi li daħlet ħames snin ilu u li konna qbilna fuq il-prinċipju tagħha.", "Fil-mument li se nispeċifikaw li din issir minħabba raġunijiet mediċi, inħoss li nkunu qegħdin nagħmlu labelling bl-aktar mod sfaċċat ta' dawn it-tfal li huma intersex.", "Jiġifieri jekk fil-liġi se jkollna miktub li l-ġeneru jista' jitħalla barra biss jekk it-tfal jitwieldu intersex, dik awtomatikament tfisser li dak li jkun huwa hekk.", "KAROL AQUILINA: Mhux hekk qiegħda bħalissa?", "KAROL AQUILINA: Bħalissa jekk it-tarbija titwieled intersex ma tiġix reġistrata.", "Mill-bqija kull tarbija li titwieled il-ġenituri jridu jmorru jirreġistrawha u jridu jgħidu jekk hijiex tifel jew tifla.", "Naqblu li hemm dak l-obbligu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Desireè Attard biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR DESIREÈ ATTARD (Konsulent Legali, Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Iva, hemm dak l-obbligu.", "Madanakollu fl-2015 kien iddaħħal id-dritt li kwalunkwe ġenitur imur jirreġistra l-wild bl-għażla tkun \"M\", \"F\" jew li ma jiġix dikjarat il-ġeneru tal-wild.", "Dan id-dritt ingħata fl-2015.", "L-iskop tal-klawsola 22 huwa li nemendaw il-proviso tal-paragrafu (ċ) tal-artikolu 278 tal-Kodiċi Ċivili għaliex dan kien inkiteb b'mod infeliċi, fis-sens li r-Reġistru Pubbliku kienu sabu ċerti diffikultajiet dwar kif għandhom jimplimentawh, u ċjoè jekk għandhomx jiktbu \"U\" għal unidentified jew inkella jħallux dik il-field vojta.", "Diġà hemm ġenituri li b'għażla ħielsa tagħhom, jiġifieri mhux għaliex il-wild tagħhom twieled intersex, xtaqu jħallu din il-field blank biex meta jikber il-wild tagħhom jiddetermina hu jew hi l-identità tal-ġeneru u s-sess tiegħu jew tagħha.", "Fil-fatt, diġà hemm atti tat-twelid reġistrati b'dan il-mod.", "Dan id-dritt kien ingħata primarjament għal tfal intersex però ngħata wkoll lil kwalunkwe ġenitur biex fil-futur il-wild tagħhom ikollu d-dritt jiddetermina ruħu skont l-identità tiegħu stess.", "Dan skont il-Kap.", "540 tal-Liġijiet ta' Malta.", "U kif qalet tajjeb l-Onor.", "Cutajar, fil-mument li dan id-dritt tillimitah għal tfal intersex biss, tkun qed tagħmel automatic outing tagħhom.", "KAROL AQUILINA: Id-dritt f'dan il-każ mhuwiex tat-tfal imma tal-ġenituri.", "DR DESIREÈ ATTARD: F'dan il-każ iva, imma aktar 'il quddiem imbagħad ikun id-dritt tat-tfal li jibdlu l-ġeneru tagħhom.", "KAROL AQUILINA: Imma jekk twieled tifel, huwa tifel!", "Pereżempju jien twelduli żewġt itfal u t-tnejn huma subien.", "Meta twieldu, kif inhu obbligu tiegħi bħala ġenitur, jien mort għand ir-Reġistru Pubbliku u rreġistrajthom bħala subien.", "Mela għamilt id-dikjarazzjoni korretta.", "Jien ma kellix raġuni għalfejn ma niddikjarax hekk.", "Jiġifieri t-tobba ma qalulix li għandhom diffikultà u li ma jistgħux jgħidu jekk it-tarbija tiegħi hijiex tifel jew tifla.", "Mela jien irreġistrajt il-verità.", "Ara li kieku t-tobba qaluli li għandhom diffikultà, jien kont ngħidilhom biex jagħmluhieli bil-miktub, kont immur għand ir-Reġistru Pubbliku u ngħidilhom li m'iniex se niddikjara lit-tarbija tiegħi għaliex qegħdin jgħiduli li hemm diffikultà biex jiġi determinat is-sess tagħha.", "IAN CASTALDI PARIS: It-tobba kif se jikkjarifikaw x'diffikultà hemm?", "KAROL AQUILINA: Jgħiduli li ma tistax tiġi determinata, kif qed tgħid il-liġi.", "ROSIANNE CUTAJAR: Tkun intersex.", "KAROL AQUILINA: Eżatt, tkun intersex.", "Però dan ma jfissirx li ma tiġix determinata 'l quddiem.", "'Il quddiem se tiġi determinata, jew għaliex in-natura tiċċara s-sitwazzjoni jew x'aktarx għaliex dak li jkun jagħżel.", "Tal-inqas jien hekk fhimt mid-diskorsi li saru.", "Cutajar fil-Parlament hekk qalet.", "ROSIANNE CUTAJAR: Però għedt ukoll illi m'aħniex lesti nreġġgħu l-arloġġ lura mill-qbil li kellna fil-prinċipju fl-2015.", "Il-fatt li din il-ħaġa ma norbtuhiex biss ma' tfal intersex diġà ġiet maqbula u effettivament hija liġi.", "Li qegħdin niddiskutu hawnhekk huwa li minflok il-ġeneru jitħalla blank, niktbu \"U\".", "KAROL AQUILINA: Kif inhi bħalissa s-sitwazzjoni inti għandek stat ta' fatt. Jekk twieled tifel, tirreġistrah tifel, u jekk twieldet tifla, tirreġistraha tifla.", "DR DESIREÈ ATTARD: Skużani, però l-liġi mhux qiegħda hekk bħalissa.", "Fil-fatt, il-proviso tal-paragrafu (ċ) tal-artikolu 278 tal-Kodiċi Ċivili bħalissa jaqra hekk:", "\"Iżda l-identifikazzjoni tas-sess tal-minuri ma tistax tiġi inkluża qabel ma tiġi determinata l-identità tal-ġeneru tal-minuri.\".", "KAROL AQUILINA: Hemmhekk qed ngħidu li s-sess ta' ħadd ma jista' jiġi identifikat!", "DR DESIREÈ ATTARD: Kif għedt, bl-emendi tal-2015 il-wording kien infeliċi, però l-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet li jingħata d-dritt lill-ġenitur li ma jiddikjarax is-sess tal-wild.", "Din hija għażla indipendenti mis-sess bijoloġiku tal-wild.", "KAROL AQUILINA: Jien segwejt id-diskorsi kollha li saru u kollha kienu f'dan is-sens li qed nispjega, apparti li tkellimna wkoll b'mod informali biex niċċaraw x'inhi s-sitwazzjoni.", "Din il-bidla qed issir biex nevitaw sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri jridu jiddikjaraw il-famuża \"U\" li qegħdin tgħidu intom għaliex ikun aħjar jekk titħalla vojta sakemm tittieħed deċiżjoni, jew forsi għax aħjar ma tgħid xejn milli tiddikjara xi ħaġa li m'intix ċert minnha.", "DR DESIREÈ ATTARD: Iċ-ċirkostanza li qed issemmi int qed issir referenza għaliha fis-subklawsola 22(g), li permezz tagħha se jkun qieged jidħol is-subartikolu (2) ġdid mal-artikolu 278 tal-Kodiċi Ċivili.", "Issa aħna li qed ngħidu huwa li jekk jitwieled wild li huwa bijoloġikament maskili, l-għażla tal-ġenituri bħalissa hija li jew jiktbu \"M\" jew \"U\", jiġifieri undeclared, biex iħallu l-possibbiltà li meta dak il-wild ikollu l-età tiegħu, jidentifika lilu nnifsu skont l-identità tal-ġeneru tiegħu, li ovvjament hija separata mis-sess bijoloġiku.", "Li ma jistax isir hu li jkun hemm wild li twieled bijoloġikament maskili u l-ġenituri jiddikjarawh bħala \"F\".", "Hemmhekk jiskatta s-subartikolu (2) ġdid, li qed jipproponi l-Onor.", "Alex Muscat, li qed jgħid li f'dak il-każ tiddeċiedi l-Qorti fl-aħjar interess tal-wild.", "Madanakollu d-dritt li tiddikjara jew skont is-sess bijoloġiku jew li tħalliha undeclared sakemm il-wild jikber u jiddeċiedi għalih innifsu, ilu dritt mill-2015 u f'dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jinżamm.", "KAROL AQUILINA: Le, għaliex bil-wording kif inhu mhuwiex dritt.", "Jien ilni għomri u żmieni naqra dawn l-affarijiet u hawnhekk qed ngħidu:", "\"Iżda l-identifikazzjoni tas-sess tal-minuri ma tistax ...\"", "Mela allura mhuwiex dritt.", "Il-liġi qed timponilek għaliex qed tgħidlek li l-identifikazzjoni tal-ġeneru ma tistax tiġi inkluża qabel ma tiġi determinata l-identità tal-ġeneru.", "Mela allura m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq dritt; ma jistax jiġi ġenitur u jiddeċiedi.", "\"Ma tistax\" qiegħda!", "DR DESIREÈ ATTARD: Qed naqbel miegħek li l-wording huwa infeliċi u kif għedt inti, tista' tinterpretaha li ma jiġi ddikjarat ħadd.", "Huwa proprju għalhekk li qed issir din l-emenda.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jien kont involuta fl-2015 u qatt ma tkellimna fuq dan il-livell li qegħdin nitkellmu llum.", "U fid-diskors tiegħek, Onor. Cutajar, inti għamiltha ċara ħafna li qegħdin nitkellmu fuq tfal intersex.", "Fil-fatt, bdejt tgħajjar lin-naħa tagħna li hemm min hu insensittiv lejn tfal intersex.", "ROSIANNE CUTAJAR: Iva, l-insensittività rajtha u għadni nemminha u ngħidha pubblikament, però għedt ukoll ...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fl-2015 jien kont involuta fid-diskussjonijiet u qatt ma tkellimna bil-mod kif qegħdin titkellmu intom illum.", "Dak il-proviso mhuwiex infeliċi; dak sar hekk apposta.", "ROSIANNE CUTAJAR: Ma naħsibx li saret apposta għaliex aħna kontinwament nemendaw il-liġijiet biex intejbuhom u jkunu aktar ċari, anke legalment.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Huwa importanti li noħolqu ċarezza legali għaliex kemm-il darba qed jiġbdulna l-attenzjoni, pereżempju min-naħa tal-Kunsill Nutarili jew tal-Kamra tal-Avukati, li qegħdin nagħmlu liġijiet li mhux dejjem qed jagħtu ċ-ċertezza legali.", "Però l-punt hu li m'aħniex qed inneħħu dritt li qiegħed hemm għaliex id-dritt mhuwiex qiegħed hemm.", "ROSIANNE CUTAJAR: Qiegħed hemm għaliex fil-fatt, hemm ġenituri li jagħżlu li ma jiddikjarawx il-ġeneru ta' wliedhom.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Però din mhijiex għażla, Onor. Cutajar.", "Hemm obbligi li qegħdin hemmhekk.", "Sfortunatament, bħalma għedt inti fid-diskors tiegħek, għaliex jien segwejtek sewwa, għandna tfal li jitwieldu intersex u għalkemm in-numru huwa żgħir, bħala leġiżlaturi rridu naħsbu għalihom.", "Naqbel li aħjar tħalliha vojtha milli tagħti titlu.", "U jien tkellimt anke ma' min medikament irid jiffaċċja lill-ġenituri minħabba din il-problema u hija sitwazzjoni sensittiva immens.", "Hemm min saħansitra lanqas jgħid lil tal-familja b'din il-problema u frankament it's nobody's business li inti għandek wild u minħabba ċerti ċirkostanzi ma tistax tagħraf eżattament is-sess tiegħu.", "Però jekk se mmorru fuq l-identità tal-ġeneru, dik hija deċiżjoni li se tiġi ħafna aktar 'il quddiem, u dik hija għażla.", "ROSIANNE CUTAJAR: Onor. Buttigieg, filwaqt li qed tgħid li temmen u tifhem is-sensittività tal-każijiet, fl-istess ħin qegħdin tipproponu emendi li aktar jagħmlu tabella fuq dawn it-tfal!", "KAROL AQUILINA: Onor. Cutajar, ma naċċettahiex li tgħid hekk.", "Nitolbok tirtiraha għaliex qed timputa intenzjonijiet ħżiena lil din in-naħa.", "ROSIANNE CUTAJAR: Onor. Aquilina, inti qed tagħmel l-istess fil-konfront ta' dawk il-ġenituri li b'għażla ħielsa jridu jħallu l-ġeneru blank!", "Issa doppjament qed timputa xi ħaġa u jekk m'intix se tirtiraha, se jkolli mmur għand l-Ispeaker u ninformah li qed timputa b'dan il-mod.", "Meta aħna niġu hawnhekk biex nipproponu emenda, ma niġux hawnhekk biex l-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jogħġobkom, ikkalmaw ftit.", "KAROL AQUILINA: Onor. Cutajar, li tgħidli li jien irrid inwaħħal tikketta ma' xi ħadd hija insensittiva fil-konfront tiegħi u qed turi nuqqas ta' rispett lejn il-kollegi tiegħek.", "ROSIANNE CUTAJAR: Jekk qed tagħmel outing tal-persuni intersex mhux tabella dik?!", "KAROL AQUILINA: Jien mhu qed nagħmel outing ta' ħadd!", "Anzi, jien qed naqbel miegħek li tarbija intersex m'għandhiex tiġi rreġistrata bħala intersex.", "Naqbel li ma jitniżżel xejn sakemm tiġi ċċarata s-sitwazzjoni.", "Naqbel li b'responsabbiltà l-ġenituri tagħha ma jniżżlu xejn, jiġifieri mhux jiktbu \"U\" jew jagħmlu marka, imma titħalla vojta.", "Però, Onor. Cutajar, nerġa' nappellalek biex ma jkunx hemm tgħajjir b'dan il-mod għaliex huwa inaċċettabbli.", "ROSIANNE CUTAJAR: Dak mhux tgħajjir; qegħdin nirribattu emenda u qegħdin nagħtu r-raġunijiet għaliex.", "KAROL AQUILINA: Onor. Cutajar, akkużajtni li nwaħħal it-tikketti man-nies.", "Jien nittratta lil kulħadd b'rispett u ma nwaħħal tikketti ma' ħadd u ma nħallix lil ħaddieħor jgħidli li nagħmel hekk.", "ROSIANNE CUTAJAR: Jien qed ngħidlek li permezz ta' dik l-emenda li pproponejtu, effettivament qegħdin titfgħu tabella għaliex qegħdin tagħmlu outing tal-persuni intersex.", "KAROL AQUILINA: Għalfejn qed terġa' tirrepetiha?", "Bir-rispett kollu, jien qed naqbel miegħek li min hu tarbija intersex m'għandux jiġi indikat bl-ebda sess sakemm ma jiġi determinat.", "Qed naqbel miegħek.", "Allura kif takkużani u tgħajjarni li qed inwaħħal xi tikketta ma' xi ħadd?", "Jien mhu qed inwaħħal tikketta ma' ħadd, speċjalment ma' min qiegħed f'din is-sitwazzjoni partikolari.", "ROSIANNE CUTAJAR: L-argument hawnhekk huwa li fil-mument li qed torbotha ma' tfal intersex biss, awtomatikament ifisser li persuna li fuq iċ-ċertifikat tagħha m'għandhiex il-ġeneru speċifikat hija intersex.", "KAROL AQUILINA: Onor. Cutajar, dak huwa kliemek fil-Parlament mhux kliemi.", "Jien staqsejtek u int għedtli hekk!", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ADRIAN DELIA: Id-dispożizzjoni tal-Oppożizzjoni hija dejjem, partikolarment meta nkunu qegħdin nittrattaw liġijiet sensittivi bħal dawn, li niggarantixxu mhux biss id-drittijiet imma wkoll li jkun hemm il-garanzija u l-konfort tal-liġi, lil hinn minn kwalunkwe ħaġa li l-Kostituzzjoni tagħna stess tipproteġiha.", "Irridu niftakru li hawnhekk qegħdin nitħaddtu dwar xi ħaġa li għandha wkoll mid-dritt pubbliku u jekk wieħed jaqra l-artikolu 278 tal-Kodiċi Ċivili kif inhu llum, jinduna li huwa intiż biex jagħti ċertezza ta' dak li qegħdin nikkonstataw mat-twelid.", "U dak huwa r-Reġistru Pubbliku!", "Fl-imgħoddi kienu jagħmlu biss iċ-ċensimenti biex jaraw kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel u meta twieldu eċċ. L-iskop kien li jkun hemm ftit ordni fis-soċjetà.", "Mela allura din il-liġi partikolari bħala l-qofol tagħha mhux biss għandha l-ħarsien tad-drittijiet imma wkoll li tagħti ċ-ċertezza f'dak li hu dritt pubbliku.", "Sur President, l-artikolu 278 tal-Kodiċi Ċivili llum jgħid hekk:", "Kull att tat-twelid għandu ...\"", "– mela m'hemmx għażla għax qed ngħidu \"għandu\" –", "\"jinkiteb skont il-Formula Ċ fit-Taqsima II tal-Ewwel Skeda li hawn ma' dan il-Kodiċi u, bla ħsara ta' dispożizzjonijiet oħra, għandu jkun fih il-partikolaritajiet li ġejjin:", "id-data tal-att stess;\".", "Din mhijiex għażla u allura ma tistax tbiddilha.", "Hawnhekk għandek ċertezza legali, li trid tiġi riflessa wkoll f'dak li hu nnotat fir-Reġistru Pubbliku.", "U għalhekk huwa reġistru pubbliku mhux reġistru privat!", "\"(b) il-ħin, il-jum, ix-xahar, is-sena, u l-lok tat-twelid;\".", "Again, din mhux kwestjoni ta' għażla.", "Hawnhekk għandek deskrizzjoni ta' stat ta' fatt f'dak it-twelid f'dak il-mument.", "\"(ċ) jekk tifel jew tifla:", "Iżda l-identifikazzjoni tas-sess tal-minuri ma tistax tiġi inkluża qabel ma tiġi determinata l-identità tal-ġeneru tal-minuri;\".", "Huwa ċar li hawn xi kliem neqsin imma bażikament hawnhekk qed nitkellmu fuq an impossibility to describe, not a choice.", "Mela dik kif qiegħda l-liġi llum.", "Ġustament il-Gvern għandu l-prerogattiva li jbiddel il-liġi kif qiegħda llum, imma rridu naraw xi rridu niggarantixxu.", "Irridu niggarantixxu serħan tal-moħħ u ċertezza meta qegħdin nitkellmu dwar dritt pubbliku jew le?", "Jekk dak li rridu niddeskrivu m'hemmx issue dwaru, allura m'għandniex għalfejn nikkalpestawh għaliex inkunu qegħdin immorru kontra l-fatt li rridu nirrapportaw.", "Mela fejn hemm iċ-ċertezza, diġà hemm obbligu, mhux biss f'dan l-artikolu imma fl-artikoli kollha ta' dan il-Kodiċi għaliex għalhekk hija intiża din il-parti tal-liġi, ċjoè li tagħti ċ-ċertezza.", "Ħalli niġi għas-sitwazzjoni li m'iniex qed naqbel magħha, u m'iniex qed naqbel b'mod kostruttiv.", "Jekk hemm il-possibbiltà ta' definizzjoni according to biological disposition, allura l-Gvern l-akbar obbligu li għandu, minbarra li jżomm l-integrità tar-Reġistru Pubbliku ai fini tad-dritt pubbliku, huwa li f'dawn l-eċċezzjonijiet jagħti ħarsien akbar lill-individwu.", "Mela hemmhekk għandna bilanċ; id-dritt pubbliku jiġi salvagwardjat għaliex ma tiġix għażla widespread b'mod kappriċċuż imma fl-eċċezzjonijiet il-leġiżlatur għandu jagħti protezzjoni akbar biex inkunu aktar sensittivi u mhux inqas.", "Issa kif se nipproteġu lil dawk li b'xi mod jew ieħor is-soċjetà għadha ma żviluppatx biżżejjed biex ma tgħabbihomx b'xi taboo, jew b'xi preġudizzju?", "Irridu naraw kif se nsibu s-soluzzjoni.", "U s-soluzzjoni ma tinstabx billi biex tagħti l-protezzjoni lill-eċċezzjoni, tisvesti xi ħaġa li għandha mid-dritt pubbliku minn dak li huwa deskrittiv tal-fatt b'għażla kappriċċuża because it defeats the purpose of the law!", "Għalhekk, irridu nsibu mod kif nipproteġu l-wild imma fl-istess ħin ma nikkalpestawx dak li huwa dritt pubbliku, f'Reġistru Pubbliku, li jrid miċ-ċertezza anke ai fini tas-soċjetà.", "L-emenda li qegħdin nipproponu twassal għal dik il-protezzjoni, u tagħti konfort, għaliex fejn hemm impossibbiltà qegħdin inkopruha, imma ma nistgħux għal dawk l-eċċezzjonijiet ta' deskrizzjoni nħarbtu l-istruttura kollha.", "Wara kollox għandna esperjenza ta' mijiet ta' snin li qed tagħtina ċertezza, inkluż f'dik li hija ż-żamma ta' rekords u data fis-soċjetà tagħna.", "U dan mhux biex nillejbiljaw imma biex ma nillejbiljawx.", "Hemm ukoll argumenti soċjali li jekk tħalliha vojta aħjar milli tagħmel xi tip ta' deskrizzjoni bijoloġika, però does that help the individual?", "Ejjew naraw kif is-soċjetà tagħna ma nippermettulhiex li tippreġudika, jew b'xi mod tgħabbi, lil dawk it-tfal sempliċement għaliex hemm stat ta' fatt differenti.", "Dan mhuwiex nuqqas jew xi ħaġa ħażina, dan huwa differenti u l-leġiżlatur huwa fid-dmir li jipproteġi d-differenzi.", "That is where we talk about granting protections, mhux biex kulħadd jiġi l-istess u kulħadd jiġi li s-sess tiegħu huwa anonimu, imma biex kull persuna differenti tingħata l-istess protezzjoni.", "Il-persuni jistgħu jkunu differenti però l-protezzjoni għandha tkun l-istess.", "Mela altru milli rridu nagħmlu labelling.", "Aħna rridu nagħtu konfort u l-protezzjoni bil-liġi lil kull tarbija li titwieled, irrispettivament min-natura tagħha.", "Għalhekk qed nipproponu dik l-emenda u mhux biex nillejbiljawhom.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Hawnhekk donnu m'aħniex qegħdin nifhmu li dik l-istruttura li aċċennajt għaliha int, Onor. Delia, diġà teżisti.", "Dr Harrison kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat ikkonfermaw illi attwalment diġà għandna ġenituri li jagħżlu li jħallu l-field tas-sess fl-Att tat-Twelid bħala blank.", "Jiġifieri din il-possibbiltà diġà teżisti.", "Mela aħna mhu qed nipproponu xejn li mhuwiex diġà fil-liġi tagħna u m'aħniex lesti li nreġġgħu l-arloġġ lura.", "Dak li qed jipproponi l-Onor.", "Karol Aquilina kif ukoll il-kollegi tagħna tal-Oppożizzjoni huwa li speċifikament nattribwixxu din il-possibbiltà għal tfal li huma intersex biss.", "Bħalissa l-liġi ma tispeċifikax.", "KAROL AQUILINA: Onor. Cutajar, imma din mhux inti għedtha fil-Parlament?!", "Din inti għedtha fil-Parlament mhux jien!", "ROSIANNE CUTAJAR: Fost affarijiet oħrajn!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ħalli ngħidlek kemm verament ma kenitx hekk; intom għamiltu konferenza stampa u ħabbartu li din hija xi ħaġa ġdida!", "Intom ħriġtu stqarrija, mela allura kkoreġu l-istqarrija tagħkom stess!", "ALEX MUSCAT: Qed nifhem in-nuqqas ta' ftehim bejnietna.", "Din il-klawsola qegħdin nifhmu għal xiex qiegħda hemmhekk u forsi wieħed jista' jinterpreta li l-leġiżlatur kien ħalla li tkun tista' tintuża b'mod abbużiv għax teknikament tista' tintuża minn kulħadd.", "Jiġifieri kif inhi bħalissa, strettament kulħadd għandu l-għażla.", "Il-problema ta' kif inhi miktuba bħalissa hi li teknikament l-ebda wild – għalkemm nifhem li ma kenitx dik l-intenzjoni – ma jista' jiġi indikat is-sess tiegħu għax qed ngħidu \"Iżda l-identifikazzjoni tas-sess tal-minuri ma tistax\"...", "ALEX MUSCAT: Jien qed nara l-klawsola 22.", "KAROL AQUILINA: Le, trid tara l-liġi prinċipali x'tgħid bħalissa.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Onor. Muscat, trid tara l-liġi oriġinali.", "KAROL AQUILINA: Inti trid tara l-liġi x'tgħid bħalissa.", "Mela l-ewwel il-liġi tgħidlek li trid tiddikjara jekk il-wild huwiex tifel jew tifla, imbagħad tgħidlek hekk:", "\"Iżda l-identifikazzjoni tas-sess tal-minuri ma tistax tiġi inkluża ...\"", "– ladarba qed ngħidu \"ma tistax\", mela hija projbittiva –", "\"… qabel ma tiġi determinata l-identità tal-ġeneru tal-minuri.\".", "Kif taf inti, Onor. Muscat, l-identità tal-ġeneru tal-minuri ma tistax tiddeterminaha kif tarbija titwieled.", "U nispera li naqblu li malli titwieled tarbija ma tistax tgħid il-ġeneru tagħha x'inhu!", "Tista' biss tgħid is-sess ta' dik it-tarbija.", "ALEX MUSCAT: Ara hux qed naqblu u jekk le, ikkoreġuni.", "Il-prinċipju jeżisti diġà, jiġifieri fejn at that point in time ma nistgħux niddeterminaw x'inhu s-sess ta' dik it-tarbija ...", "Kif qiegħda l-liġi tgħid li ma tistax tirreġistra.", "ALEX MUSCAT: Mela trid titħalla vojta.", "KAROL AQUILINA: Kif qiegħda miktuba, u naħseb li saret hekk bi żball, tfisser li ħadd ma jista' jiġi rreġistrat.", "ALEX MUSCAT: Dik se tiġi indirizzata għaliex f'dan l-Abbozz ta' Liġi qed ngħidu li meta ma jkunx jista' jiġi ddeterminat is-sess tat-tarbija, is-sess jista' jibqa' mhux dikjarat.", "KAROL AQUILINA: Eżatt.", "Dak li jkun ma jiddikjara xejn u jħalliha vojta.", "U tajjeb hekk, qegħdin naqblu.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu; mhux dikjarat għaliex għad irid jiġi determinat.", "ALEX MUSCAT: Imma hemmhekk hemm differenza kbira għaliex s'issa riedet titħalla blank u issa qegħdin ngħidu \"mhux dikjarat\".", "KAROL AQUILINA: Kif qalet Dr Attard, il-problema hija li s'issa wieħed ried jindika b'\"U\" u huwa proprju hemmhekk li tkun qed tillejbilja.", "Jekk tagħmel \"U\" qed tpoġġih f'kategorija lil dak li jkun għax hemm differenza bejn li wieħed tpoġġih f'\"U\" u li tgħid li għad irid jiddikjara.", "ALEX MUSCAT: Mela issa minflok \"U\" qed ngħidu \"mhux dikjarat\" u x'inhu l-concern f'dik?", "KAROL AQUILINA: Bil-liġi kif inhi miktuba bħalissa prattikament ħadd ma jista' jirreġistra s-sess tat-trabi.", "Għalija qiegħda ċara.", "Ma nistgħux nibdlu t-tifsira tal-kliem \"ma tistax\".", "Fil-lingwa Maltija l-kliem \"ma tistax\" tifsira waħda għandhom, u ma nistgħux nagħmlu klawsola li tgħid li jfissru xi ħaġa oħra!", "Allura għalija qiegħda ċara; bħalissa, legalment, ħadd ma jista' jirreġistra t-trabi.", "Però nifhem li dik ma kenitx l-intenzjoni, anzi l-intenzjoni kienet li l-liġi tipprovdi għal sitwazzjoni partikolari.", "Ġie spjegat lilna, b'ċerta saħħa, li fejn hemm sitwazzjoni partikolari l-liġi għandha tipprovdi għaliha, u aħna naqblu, u ġie spjegat lilna wkoll li dik is-sitwazzjoni partikolari hija meta t-tobba ma jkunux jistgħu jgħidu jekk dik it-tarbija hux tifel jew tifla.", "Issa aħna ma naqblux li ġenitur jiġi mġiegħel jikteb \"U\" jew jindikaha b'xi ħaġa t-tarbija u allura naqblu li dik it-tarbija m'għandhiex tkun dikjarata sakemm jiġi determinat is-sess tagħha.", "Għalhekk, naqblu ma' dak li qed tipproponi.", "Il-problema hi kif inhi miktuba.", "Jien ma naqbilx mal-mod kif inhi miktuba bħalissa l-liġi, biex inkun ċar.", "Għalija dak huwa żball kbir, għalkemm nifhem li ma kenitx dik l-intenzjoni.", "Id-differenza bejn il-proposta li qed jagħmel il-Gvern u l-proposta tagħna – għandi nifhem li l-intenzjonijiet kienu l-istess għaliex hekk ingħad – hija li l-proposta tagħna hija aktar ċara fis-sens tal-proċedura li għandha tiġi segwita.", "Aħna qed ngħidu li għandu jingħata ċertifikat lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku, fih jingħad li s-sess għadu mhux determinat u allura hu jkun fl-obbligu li ma jniżżel xejn, kif għandu jkun.", "Jiġifieri mhux kappriċċożament ġejt jien, twelidli tifel u għedt li ma rridx ngħid li huwa tifel.", "Dak huwa nuqqas għaliex inti għandek obbligu lejn l-istat.", "Bħalissa l-liġi tgħidlek \"jekk tifel jew tifla\" u allura jekk jien naf li t-tifel tiegħi huwa tifel, ma nistax immur u ngħid li ma nafx x'inhu.", "Dak huwa ksur tal-liġi.", "Ma nafx kemm minnkom qatt kontu involuti fid-drafting però meta tikteb liġi hemm ordni; l-ewwel tikteb dawk l-affarijiet li huma fermi, imbagħad tibda tikteb il-provisos biex tagħmel l-eċċezzjonijiet.", "Però trid tibda l-ewwel bl-affarijiet il-fermi, jiġifieri ma tistax tibda minn taħt.", "Taħt huma l-eċċezzjonijiet għal ta' fuq.", "Mela allura jekk fil-liġi hemm li trid tiddikjara jekk hux tifel jew tifla, jekk jien naf li t-tarbija tiegħi huwa tifel jew tifla, ma nistax immur u ngħid li ma nafx x'inhu.", "Dik ma tistax tagħmilha, anzi, fl-opinjoni tiegħi, tkun qed tikser il-liġi jekk tagħmilha.", "Għaldaqstant ejja niċċaraw l-intenzjoni.", "L-intenzjoni jien naqbel magħha, jiġifieri naqbel li meta jkun hemm diffikultà m'għandniex nimmarkaw li hemm diffikultà u l-kolonna tas-sess għandha titħalla mhux dikjarata.", "U fl-opinjoni tiegħi, – għalkemm ma rridx inwassalha s'hemm – meta jkun hemm kwestjoni t-terminu ta' 30 ġurnata jien informat li medikament huwa qasir ħafna.", "Jiġifieri jekk il-Qorti mbagħad titlob il-parir tat-tobba, ħafna drabi dan it-terminu jkun bikri ħafna u jkun hemm bżonn aktar żmien biex wieħed jasal għal konklużjoni.", "Tikkoreġini l-Onor.", "Buttigieg għaliex hija kkonsultat dwar dan.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jidher li meta jkun hemm każijiet ta' dan it-tip ġieli saħansitra jieħdu s-snin biex jiġu determinati.", "Qed nitkellmu dejjem fuq livell purament bijoloġiku tas-sess.", "Kif nafu, hemm differenza bejn is-sess u l-identità tal-ġeneru.", "Dawn huma żewġ affarijiet differenti u naħseb il-problema li għandna hija li l-liġi mhijiex ċara dwarhom.", "Fit-twelid is-sess qed jiġi determinat mhux l-identità tal-ġeneru.", "DR NEIL HARRISON: Meta persuna jkollha l-età tagħha tista' b'mod faċli tiddetermina l-ġeneru tagħha.", "Il-liġi kif qed tiġi proposta tgħid li meta tarbija għadha titwieled, jekk twieldet ta' sess maskili u l-ġenituri jidhrilhom li t-tarbija bħala ġeneru għandhom jiddikjarawha femminili, aħna ma nagħtuhomx il-possibbiltà ...", "KAROL AQUILINA: Imma x'jiġifieri jidhrilhom?!", "ADRIAN DELIA: Dr Harrison, din ma tistax issir.", "DR NEIL HARRISON: Meta huma jidhrilhom li l-identità tal-ġeneru ta' dak il-wild għandha tkun differenti minn dak fiżiku, għandhom imorru quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja) u mbagħad tiddeċiedi l-Qorti.", "Hekk qegħdin nikkalpestaw dak li llum huwa s-sess u għada pitgħada jaf ikun anke l-ġeneru tal-wild.", "Mela jien xi ħadd jista' jiddeterminali hu l-ġeneru tiegħi?!", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li rridu nagħmlu liġi li biha niżvestu t-tfal, mit-twelid, minn dak li eventwalment se jkun il-ġeneru tagħhom?!", "Mela għall-agħar se mmorru mhux għall-aħjar!", "L-obbligu hu li tgħid hux tifel jew tifla.", "Meta ma tistax tiddetermina biss għandna nagħtu l-għażla sabiex nipproteġu l-wild u nagħtuh il-konfort tal-liġi, imma mhux nagħtu għażla li biha niddisturbaw u mmorru kontra l-fatt, inkella se niġu f'sitwazzjoni li l-ġenitur jista' jbiddel dak li ħolqot in-natura!", "DR NEIL HARRISON: L-għażla ma tajnihiex lill-ġenituri; dawn iridu jmorru quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja) u mbagħad tiddeċiedi l-Qorti.", "KAROL AQUILINA: Il-liġi ma tgħidx hekk.", "DR NEIL HARRISON: Iva, hekk tgħid.", "KAROL AQUILINA: Meta jkun hemm kunflitt għandu jkun hemm dik l-għażla.", "U kunflitt huwa differenti minn dubju.", "Nixtieq nagħmel suġġeriment għaliex nixtieq li naqblu.", "Naħseb li f'pajjiżna jeżistu bejn tnejn u tlieta minn nies li jiddiljaw ma' dawn is-sitwazzjonijiet mill-aspett mediku u li jaffrontaw din is-sitwazzjoni meta tinqala' fl-isptarijiet tagħna.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li npoġġu din il-klawsola fil-ġenb, insejħu lil dawn il-persuni quddiem dan il-Kumitat biex nisimgħu l-affarijiet mingħandhom ukoll, imbagħad nieħdu deċiżjoni jekk tridu li nagħmlu l-affarijiet kif suppost.", "Madanakollu jien, minn dak li smajt, il-mod kif trid issir huwa kif qed nissuġġerixxi jien, ċjoè li t-tobba jindikaw li hemm din il-problema, wieħed jinforma lid-Direttur, ovvjament trid tkun opinjoni motivata mhux kappriċċuża u għalhekk qed ngħidu li jrid jiġi ppreżentat ċertifikat mediku, imbagħad wieħed jipproċedi minn hemmhekk.", "Ovvjament dejjem jekk tridu.", "U rrid ngħid li dan huwa differenti ħafna minn dak li għedtu fil-Parlament.", "Jien mhux se ngħid xi ntqal privatament bejnietna, però fil-Parlament smajtkom x'għedtu.", "Jien hawnhekk qed noffri l-id tal-ħbiberija biex naslu għal soluzzjoni.", "ALEX MUSCAT: L-intenzjonijiet tal-Gvern kienu ċari meta lleġiżlajna u din il-klawsola inti stess qed taqbel li qed tindirizza anomalija li forsi kellha l-liġi li saret fl-2015.", "Fl-opinjoni tagħna, l-intenzjoni tal-leġiżlatur wara din il-klawsola – għall-posterità wieħed jista' dejjem jagħmel referenza għat-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa – hija ċara.", "Qed nifhmu l-emenda tagħkom però għalkemm qed nifhmu li l-intenzjoni mhix dik, aħna qegħdin ninterpretawha li fil-verità tista' titfa' spotlight fejn forsi wieħed ma jixtieqx li tiġi mitfugħa dik l-ispotlight.", "Għalhekk, aħna komdi bit-test kif inhu bħalissa.", "KAROL AQUILINA: Ma nistax nifhem kif tista' titfa' spotlight meta jien qed naqbel miegħek li għandha tibqa' l-istess.", "ALEX MUSCAT: Li mhux qed naqblu huwa fuq il-mod kif għandha tiġi worded.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nipprova nasal għal xi ħaġa li naqblu dwarha.", "Hawnhekk ma niġux biex noqgħodu ngħidu intom favur u aħna kontra.", "Jien nixtieq li jkollna ftit ċarezza.", "Meta ġie xi ħadd u spjegali li jkun hemm dawn il-każijiet u spjegali s-sitwazzjoni, jien qbilt li nagħtu dik il-possibbiltà.", "M'għandi l-ebda diffikultà fuq hekk.", "Dik is-sitwazzjoni nifhimha, imma xi ħaġa kappriċċuża ma nifhimhiex, anke għaliex il-liġi tagħna timponi.", "ALEX MUSCAT: Hemmhekk fejn mhux qegħdin naqblu, – kellna wkoll dan l-abbokkament fil-Parlament – jiġifieri li wieħed jinterpreta din il-liġi b'mod leġġer.", "Intom ġejjin mid-dinja legali u ovvjament qed nagħti l-benefiċċju tad-dubju, imma wieħed ma jistax jinterpretaha b'mod leġġer u allura din il-klawsola tiġi abbużata.", "Intom qed tagħtuha dik l-interpretazzjoni imma aħna naħsbuha b'mod differenti.", "ADRIAN DELIA: Il-prijoritizzazzjoni tat-ton u d-direzzjoni tal-liġi xorta baqa' l-istess għaliex ma jistax jinbidel.", "Mela l-artikolu 278, kif qegħdin tipproponuh intom, jgħid li l-ewwel obbligu huwa li tiddikjara jekk hux tifel jew tifla.", "Dak huwa l-ewwel obbligu bil-liġi.", "Mela l-obbligu tiegħi bħala ġenitur hu li rrid ngħid jekk il-wild tiegħi hux tifel jew tifla.", "Fil-proviso għall-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) tiegħu mbagħad qegħdin tgħidu \"Iżda meta l-identità tal-ġeneru tal-minuri ma tkunx għadha ġiet determinata ...\" u meta l-identità tal-ġeneru tal-minuri ma tkunx għadha ġiet determinata?", "U mat-twelid żgur li tkun għadha ma ġietx determinata!", "Għalhekk, purely from a legal point of view now, intom qed tgħidu li wieħed għandu l-obbligu li jgħid jekk hux tifel jew tifla però fil-każijiet kollha, is-sess għandu jiġi rreġistrat bħala mhux dikjarat!", "Mela allura qegħdin immorru lura għaliex qed ngħidu li l-ġeneru hu mat-twelid!", "Mela l-ewwel għamilna battalja sħiħa biex nifhmu li l-ġeneru jiġi influwenzat mis-soċjetà, mill-għażliet, mit-trobbija u minn kollox u issa qed ngħidu li jiġi mat-twelid!", "Din hija anomalija, u mhux qiegħed nitkellem minn perspettiva politika, qiegħed nitkellem minn perspettiva legali.", "KAROL AQUILINA: Issa m'għadhiex kwestjoni ta' żball.", "ALEX MUSCAT L-ispirtu tal-liġi, kif inhi miktuba issa, huwa li jien, Alex Muscat, kważi sentejn u nofs ilu kelli tifla u jekk deherli li ma rridx niddikjara s-sess ta' dik it-tifla ...", "KAROL AQUILINA: Kif se temendawha intom xorta ma tistax tmur tirreġistraha.", "Dik il-problema li m'intomx qegħdin taraw.", "ADRIAN DELIA: Għandek obbligu li ma tistax twettqu!", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlobkom titkellmu wieħed wieħed għaliex hekk ħadd mhu se jifhem xejn.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Se nerġa' ngħidha ħalli jekk jinqala' l-każ u xi ħadd jirreferi għal din id-diskussjoni, il-kwestjoni tkun ċara.", "U se ngħidha għaliex qegħdin fi stadju leġiżlattiv u mhux qegħdin nagħmlu diskussjoni fuq xi stazzjoni tat-televiżjoni jew tar-radju.", "Kif inhi l-liġi bħalissa ħadd ma jista' jirreġistra s-sess tat-tfal, ngħid jien bi żball tal-Parlament, biex nitfa' kollox fuq kulħadd, għaliex il-liġi hekk qiegħda miktuba.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri int qed tgħidli li kull tarbija li titwieled f'Malta, is-sess tagħha ma jiġix determinat?", "KAROL AQUILINA: Iva, bħalissa hekk tgħid il-liġi.", "ALEX MUSCAT: Ma naqbilx miegħek.", "DR DESIREÈ ATTARD: L-interpretazzjoni tar-Reġistru Pubbliku kienet li ma tiġix inkluża l-field tas-sess.", "KAROL AQUILINA: Bil-Malti naf naqra u l-liġi hija ċara!", "Kif inhu miktub bħalissa l-artikolu 278 jgħid hekk:", "\"Iżda l-identifikazzjoni tas-sess tal-minuri ma tistax tiġi inkluża qabel ma tiġi determinata l-identità tal-ġeneru tal-minuri.\".", "L-identità tal-ġeneru ma tistax tiddeċidiha mat-twelid!", "Mela allura bħalissa suppost l-ebda tifel jew tifla ma jistgħu jiġu reġistrati.", "DR DESIREÈ ATTARD: Onor. Aquilina, ippermettili naqralek il-proviso.", "KAROL AQUILINA: Dr Attard, ippermettili nispiċċa l-argument.", "DR DESIREÈ ATTARD: Onor. Aqulina, għandek raġun imma skorrett.", "KAROL AQUILINA: Ippermettili għax inzerta li a differenza tiegħek, meta nivvota hawnhekk jien nieħu ċerta responsabbiltà.", "Fil-fatt, jien dejjem ngħid li anke liġi li ma naqbilx magħha, għandi l-obbligu li nara li tkun l-aħjar waħda u li ma jitħalliex dubju dwarha.", "Kif inhi miktuba l-liġi bħalissa, l-istat għandu l-obbligu li ma jirreġistra lil ħadd.", "Qiegħda ċara għaliex għall-ebda minuri fil-mument tat-twelid tiegħu ma tista' tiddetermina l-identità tal-ġeneru tiegħu.", "Naħseb dik qed naqblu dwarha.", "Issa b'dan l-Abbozz ta' Liġi hekk se tibqa' wkoll.", "U did-darba mhux bi żball.", "L-ewwel darba li ġiet emendata l-liġi nifhimha li kienet bi żball għax forsi ma kien hemm ħadd li ta kasha, però issa tfisser li l-ebda tifel jew tifla ma jistgħu jiġi rreġistrati.", "Issa jekk ir-Reġistru Pubbliku jagħmel xi ħaġa oħra differenti minn dak li hemm miktub, ikun qed jagħżel hu li jmur kontra r-rieda tal-Parlament.", "Nissuġġerixxi però li biex dan l-iżball ma nħalluhx hemm, nagħmlu kif suppost, jiġifieri niktbu r-regola u l-eċċezzjoni, mingħajr ma nagħmlu labelling ta' ħadd għaliex ma naqbilx li xi ħadd għandu jiġi labelled, imma li tifel jitwieled tifel u tgħid li huwa tifel huwa minn ewl id-dinja, u li tifla meta titwieled tgħid li hija tifla hija minn ewl id-dinja wkoll.", "Ma naħsibx li qed nitlob ħafna u dak hu dak li ntqal fil-Parlament u fil-pubbliku.", "Mhux qed nippretendi wisq imma nippretendi li għandna naqblu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR NEIL HARRISON: Kif nifhimha jien, il-ġeneru jiddeterminah l-individwu nnifsu.", "Għalija jien niddeterminah il-ġeneru tiegħi.", "Issa meta għandek tarbija, fl-istadju tat-twelid se jiddeterminawh il-ġenituri.", "KAROL AQUILINA: Le, ma jistgħux.", "Is-sess jistgħu jiddeterminaw biss.", "IĊ-CHAIRPERSON: Huma jistgħu jiddeterminaw x'jidher biss.", "ADRIAN DELIA: Hekk hu.", "DR NEIL HARRISON: X'jidher mhux huma jiddeterminawh imma t-tabib.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Iċ-Chairperson għadu kemm qal xi ħaġa perfetta u għandna nisimgħuh.", "Għadu kemm qal li jiddeterminaw dak li jidher.", "Mhux dak li jidher?!", "DR NEIL HARRISON: It-tabib jiċċertifikalek jekk kellekx tifel jew tifla.", "Jiġifieri t-tabib jiddetermina s-sess mhux il-ġenitur.", "ADRIAN DELIA: Iva, naqblu, però x'inhi d-differenza bejn sess u ġeneru?", "Id-definizzjoni tas-sess tinvolvi biss xi ħaġa bijoloġika, stabbilita, u mhux se jkun hemm tlieta.", "Id-definizzjoni ta' ġeneru timplika li jrid ikun hemm it-trapass taż-żmien, irid ikun hemm trobbija, irid ikun hemm soċjetà u jrid ikun hemm għażla.", "Mela fit-twelid qatt ma jista' jkollok identifikazzjoni tal-ġeneru.", "ALEX MUSCAT: Onor. Membri, naħseb tawwalna ħafna fuq din il-klawsola.", "DR DESIREÈ ATTARD: Jekk huwa tajjeb għal kulħadd, is-Segretarju Parlamentari jista' jipproponi emenda biex il-proviso jiġi jaqra hekk:", "\"Iżda meta l-identità tal-ġeneru tal-minuri ma tkunx għadha ġiet determinata, is-sess jista' jiġi reġistrat bħala mhux dikjarat sakemm jiġi hekk determinat.\".", "KAROL AQUILINA: Qed tiżbaljaw dwar xi ħaġa sempliċi ħafna.", "Din mhijiex liġi li jħaddimha l-ġenitur waħdu.", "Din il-liġi jħaddimha l-istat ukoll, mela l-istat irid ikun jaf fejn qiegħed.", "Ejjew inkunu prattiċi.", "Naħseb m'hawn ħadd madwar din il-mejda li jrid li jekk jitwieled tifel, xi ħadd imur jgħid li ma jafx li hu tifel.", "Naħseb m'hawn ħadd madwar din il-mejda li ma jaqbilx ma' dan.", "Naħseb ilkoll naqblu li jekk jitwieled tifel, il-ġenituri għandhom imorru jirreġistraw u jgħidu li huwa tifel u jekk titwieled tifla għandhom imorru jirreġistraw u jgħidu li hija tifla.", "Naħseb naqblu wkoll li meta medikament jingħad lill-ġenituri li hemm diffikultà, dik irridu nipprovdu għaliha.", "Issa l-emenda li qed tipproponi, Dr Attard, tgħid li s-sess \"jista' jiġi reġistrat bħala mhux dikjarat\", imma \"jista'\" ma tfissirx hekk.", "ALEX MUSCAT: Hekk qiegħda fakultattiva.", "KAROL AQUILINA: Qed naqblu li biex ikollok id-dritt li tħalli s-sess mhux dikjarat iridu jeżistu ċerti ċirkostanzi?", "Dan huwa dak li għedtu intom fil-Parlament u mhux li għedt jien.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Onor. Cutajar, inti stess għedt li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tfal intersex.", "ROSIANNE CUTAJAR: Huwa proprju għalhekk li bdejt nagħmel referenza għal-liġi li għaddiet fl-2015.", "KAROL AQUILINA: Iva, imma qegħdin tgħidu li kienet ħażina!", "ROSIANNE CUTAJAR: Għalija fil-Parlament ma konniex qegħdin niddiskutu ...", "ADRIAN DELIA: Hekk se noħolqu inġustizzja għaliex qed niddeskrivu l-ġeneru u qed nillimitaw dawk il-kisbiet li għamilna s'issa.", "Dawn qegħdin inneżżgħuhom għaliex qed ngħidu li l-ġeneru jrid ikun determinat mat-twelid meta mhuwiex hekk!", "Mela minflok għandna liġi li biha se nagħtu aktar drittijiet, qegħdin inneħħuhomlhom għaliex qed ngħidu li mat-twelid jiġi determinat is-sess u l-ġeneru!", "Għamilna snin biex wasalna s'hawn.", "KAROL AQUILINA: Dr Harrison, kif tiddetermina l-identità tal-ġeneru fit-twelid?", "DR NEIL HARRISON: Fl-emenda li pproponejtu intom qegħdin tgħidu ...", "KAROL AQUILINA: Dr Harrison, skużani se nkun antipatku, imma jien staqsejtek domanda.", "Kif tiddetermina l-identità tal-ġeneru fit-twelid?", "DR NEIL HARRISON: Nixtieq li tirrispondik Dr Attard għaliex hija esperta aktar minni f'din il-materja.", "DR DESIREÈ ATTARD: Onor. Aqulina, ilqatt il-musmar fuq rasu.", "Dan id-dritt mhuwiex biss għal tfal intersex imma wkoll biex l-ulied, fil-futur, jiddeterminaw l-identità tal-ġeneru tagħhom infushom.", "Kif qed tgħid tajjeb int, wild mat-twelid ma jistax jidentifika l-identità tal-ġeneru tiegħu.", "KAROL AQUILINA: Allura kif tgħidulna biex nagħmlu l-kontra?!", "DR DESIREÈ ATTARD: Permezz tal-emenda li pproponejt jien naħseb se tiġi aktar ċara.", "Fil-mument li l-ġenituri jgħidu li lil uliedhom se jħalluhom jiddeterminaw lilhom infushom u l-identità tagħhom, jistgħu jħalluhielhom undeclared jew blank, whatever.", "KAROL AQUILINA: Le, għaliex int is-sess qed tiddikjara mhux il-ġeneru!", "Kif daħal fis-seħħ il-Kap.", "540, inħolqot legal fiction li s-sess u l-ġeneru, għal fini ta' reġstrazzjoni, huma interchangeable.", "Jiġifieri meta jien, tramite l-Kap.", "540, immur għand in-nutar u nibdel l-identità tal-ġeneru tiegħi, fl-Att tat-Twelid ma noħloqx field ġdida ta' \"gender\" imma sempliċement nibdel il-field tas-\"sex\".", "KAROL AQUILINA: S'hawn tkun tajjeb u perfetta u m'hemmx diffikultà dwar hekk.", "DR DESIREÈ ATTARD: Minkejja li hemm differenza bejn is-sess bijoloġiku u l-identità tal-ġeneru li wieħed jiżviluppa waħdu, b'mod indipendenti, dawn xorta jidħlu fl-istess field.", "DR DESIREÈ ATTARD: Iva, that is a legal fiction u għandna l-istess ħaġa preċiża hawnhekk.", "KAROL AQUILINA: Le, mhux preċiż.", "Hawnhekk hija differenti għaliex waħda għadha ma tistax tkun magħrufa.", "DR DESIREÈ ATTARD: Hawnhekk qed ngħidu li jekk il-ġenituri għandhom tarbija u t-tabib qalilhom li bijoloġikament hija maskili, il-ġenituri jistgħu jgħidu li qed jaċċettawha però jixtiequ li fl-Att tat-Twelid dan il-fatt ma jiġix dikjarat.", "ADRIAN DELIA: Il-liġi mhux hekk qiegħda u lanqas l-emenda li għamiltu intom.", "KAROL AQUILINA: Dr Attard, inti qed tgħid bil-kontra.", "DR DESIREÈ ATTARD: Jekk tara l-emenda li għadni kemm ktibt, fejn qed nissostitwixxu l-kelma \"għandu\" bil-kelma \"jista'\"...", "KAROL AQUILINA: Dr Attard, qed tiżbalja għaliex m'intix qed tifhem il-liġijiet kif joperaw fl-interpretazzjoni tagħhom.", "Meta aħna niktbu proviso, dak ikun fih eċċezzjoni bbażata mhux fuq xi ħaġa estranea imma fuq dak li hemm miktub fuqu.", "ADRIAN DELIA: Eżatt, u f'dan il-każ hemm miktub li inti trid tiddikjara jekk hux tifel jew tifla.", "KAROL AQUILINA: Eżatt, mela int bilfors trid tiddikjara jekk hux tifel jew tifla.", "Imbagħad hemm din l-eċċezzjoni.", "L-eċċezzjoni ma tista' qatt tkun akbar minn ta' fuqha!", "Allaħares din tiġi quddiem imħallef għaliex ikollu problemi kbar.", "Meta tikteb liġi, il-provisos tużahom b'ċertu mod u hemm struttura ta' kif trid tikteb proviso.", "Il-liġi kif inhi bħalissa tgħid li int suppost tiddikjara jekk hux tifel jew tifla u taħtha għandek il-proviso li jgħid ma għandu jiddikjara ta' ħadd!", "Dik ma teżistix u ma tistax tagħmilha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Membri, s'issa għandna quddiemna l-emenda tal-Onor.", "Onor. Muscat, inti se tressaq emenda għall-klawsola jew għall-emenda tal-Onor.", "ALEX MUSCAT: Se nressaq emenda għall-klawsola.", "KAROL AQUILINA: Jien dispost li npoġġi on hold l-emenda tiegħi jekk dan il-Kumitat jaqbel li biex inħollu din il-kobba, nisimgħu lil min hu espert fil-materja.", "Lest li anke niltaqgħu għada biex nagħluqa għada stess, però dispost li nagħmel hekk biex is-sitwazzjoni tiċċara u naqblu fuq il-liġi li għandna quddiemna.", "ALEX MUSCAT: Skont il-parir li għandi, komdu bil-mod kif inhi drafted.", "Se nkunu fhimna l-ispirtu ta' din id-diskussjoni.", "Għaldaqstant nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Fis-subklawsola (b) ta' klawsola 22, minflok il-kelma \"għandu\" għandha tidħol il-kelma \"jista'\".", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Mela tistgħu tagħmlu emenda u tgħidu li ħadd m'għandu għalfejn jiddikjara s-sess tat-tfal għax din hekk tfisser!", "KAROL AQUILINA: Hekk tfisser!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għalfejn ma taqbdux u tagħmluha hekk mill-ewwel?", "KAROL AQUILINA: Qegħdin tifhmu li din qed tagħmluha hekk?", "ALEX MUSCAT: Qed naqblu li mhux qed naqblu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: If you want to be bold, be bold all the way u għidu li f'din il-liġi intom qed tiddeċiedu li ħadd m'għandu għalfejn jirreġistra s-sess tat-tfal!", "L-NSO verament jieħdu gost għaliex lanqas se jkunu jafu kemm twieldu nisa u kemm twieldu rġiel f'dan il-pajjiż!", "ALEX MUSCAT: Naħseb li qegħdin tiżnaturaw ix-xogħol li sar għax dan mhuwiex il-ġist ta' din il-klawsola.", "KAROL AQUILINA: Mela allura jien qed nagħmilha ċara, biex tkun on record u titniżżel fit-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa, li bl-emenda li qed jipproponi l-Gvern din il-liġi se tkun tfisser li l-ebda tifel u tifla ma jistgħu jiġu rreġistrati bħala tifel jew tifla.", "U jekk ir-Reġistru Pubbliku jiddeċiedi li jagħmel il-kontra, ikun qed imur kontra r-rieda ta' dan il-Parlament.", "Jien m'iniex favur li jsir hekk però l-liġi naf naqraha, naf ninterpretaha, u ma jmerunix li mhux qegħdin jagħmlu hekk.", "Qegħdin jagħmlu eżattament hekk.", "Qegħdin jgħidu li r-Reġistru Pubbliku ma jistax jirreġistra trabi bħala tifel jew tifla.", "Din il-liġi hekk tfisser u dik hija problema.", "ALEX MUSCAT: Għall-fini ta' records ngħid li l-liġi mhux qed tgħid hekk.", "Il-pariri legali li għandha din in-naħa mhumiex kif qed tinterpretahom inti, Onor. Aquilina, imma huma ftit differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-Emenda \"D\" għall-klawsola 22, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "L-Emenda \"D\" m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"E\" għall-klawsola 22, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "L-Emenda \"E\" għaddiet.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jien qed nifhem li inti ma vvotajtx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nivvota man-naħa tal-Gvern.", "KAROL AQUILINA: Però trid tgħid li qiegħed tivvota man-naħa tal-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-emenda m'għaddietx, allura jien ivvotajt magħhom.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, ma kenitx ċara għaliex l-argument li għamilt int kien tajjeb ħafna.", "Int l-ewwel għedt li s-sess jiġi determinat għaliex tarah u l-identità tal-ġeneru tiġi aktar tard u naħseb dak kien punt validu ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "ADRIAN DELIA: Sur President, nixtieq nagħmel statement biex ikun on record.", "Peress li s-subartikolu 278(ċ) tal-Kodiċi Ċivili llum jeħtieġ li kull ġenitur jiddikjara l-identità tal-wild bħala tifel jew tifla, peress li l-emenda qed tgħid li fil-każ fejn l-identità tal-ġeneru tal-minuri ma tkunx għadha ġiet determinata hemm l-għażla li ma ssirx din id-dikjarazzjoni, u peress li huwa fattwalment magħruf li l-ġeneru tal-minuri qatt ma jista' jiġi stabbilit mat-twelid, anzi dan jiżviluppa maż-żmien, bil-mod kif qed tinkiteb din il-liġi qed tinħoloq dikotomija għax f'dan il-proviso għandna ċaħda tal-obbligu prinċipali ta' kull ġenitur.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 22 u l-Iskeda A kif emendati.", "Klawsola 22 u l-Iskeda A, kif emendati, għaddew u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 – Emenda tal-artikolu 278A tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola hija mmirata għal dawk li kienu rreġistraw isimhom però r-Reġistru Pubbliku ma użax l-ittri Maltin, bħal pereżempju fil-każ tal-isem Ġanni.", "Jekk dan ma nkitibx bil-font tal-Malti kif suppost, b'din l-emenda qed nagħtu l-possibbiltà biex dak li jkun jikkoreġi ismu sabiex ikun jirrifletti l-ittra tal-alfabett li hija korretta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ħadtu inkonsiderazzjoni li fil-Malti, bħal kull lingwa oħra, għandna kliem li jinkitbu bl-ittra \"a\" bl-aċċent magħha, jiġifieri \"à\".", "L-istess fil-każ tal-ittra \"è\".", "Ħalli nagħti eżempju.", "Meta tikteb \"Ġużè\", biex tkun korrett inti ma tiktibx Ġuże u mbagħad tagħmel l-aċċent fl-aħħar imma l-ittra \"e\" trid tinkludi l-aċċent fiha nnifisha.", "DR NEIL HARRISON: Però dawk mhumiex ittri tal-alfabett Malti.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ma tistax tagħmilha xorta waħda jekk hi miktuba hekk.", "DR NEIL HARRISON: Ma nafx jekk jagħmluhiex teknikament, però l-ittra li qed tirreferi għaliha int mhijiex parti mill-alfabett Malti.", "Aħna qed ngħidu li hawnhekk l-ittri tal-alfabett Malti biss tista' tirranġa.", "KAROL AQUILINA: Allura xorta se noħolqu problema nerġgħu.", "DR NEIL HARRISON: Imma naħseb li dik hija aktar xi ħaġa teknika.", "KAROL AQUILINA: Jien qed niġbed l-attenzjoni dwarha għaliex smajt kummenti li dik hija problema.", "DR NEIL HARRISON: Dik hija korrezzjoni ta' xi ħaġa teknika aktar minn kwestjoni ta' alfabett.", "ALEX MUSCAT: Aħna qegħdin ninkludu l-alfabett Malti fl-isem, jiġifieri jekk l-ittra \"e\" bl-aċċent hija parti mill-alfabett Malti se tidħol u jekk mhijiex, ma tidħolx.", "KAROL AQUILINA: Jien qed navżakom dwarha għax mhux biżżejjed li tagħmlu hekk.", "Jekk tridu li jkun hemm l-ismijiet miktubin kif jiktbuhom il-Maltin, bħal pereżempju \"Ġużè\", allura tridu tagħmlu emenda oħra.", "DR NEIL HARRISON: Ma naħsibx li hemm bżonn ta' emenda fil-liġi f'dak il-każ.", "KAROL AQUILINA: Kien hemm xi ħadd ġibidli l-attenzjoni dwarha.", "DR NEIL HARRISON: Onor. Aquilina, fhimtu l-punt tiegħek imma hemmhekk mhux se tibdel l-ittra tal-alfabett għaliex l-aċċent mhuwiex parti mill-alfabett, dak huwa sempliċement xi ħaġa miżjuda wara l-ittra.", "KAROL AQUILINA: Le, mhux wara l-ittra imma huwa parti mill-ittra.", "DR NEIL HARRISON: Iva, però dik mhijiex parti mill-alfabett Malti.", "KAROL AQUILINA: Għalhekk qed ngħid Ġużè.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk qed nirreferu għal fil-każ tal-\"g\" u \"ġ\", jew \"h\" u \"ħ\", jew \"z\" u \"ż\".", "DR NEIL HARRISON: Eżatt.", "Pereżempju ċ-\"ċ\" s'issa kienet tinkiteb mingħajr tikka.", "KAROL AQUILINA: L-ittra \"è\" mhijiex ittra Maltija.", "Għalhekk, qed niġbed l-attenzjoni dwarha għaliex naħseb dik hija l-problema.", "ALEX MUSCAT: F'dan il-każ x'emenda rridu nagħmlu?", "KAROL AQUILINA: Din ma tgħoddx biss għall-ismijiet Maltin.", "ALEX MUSCAT: Onor. Aquilina, li naf żgur huwa li l-intenzjoni kienet li nieqfu mal-ismijiet Maltin għaliex jekk ninkludu anke ismijiet b'lingwi barranin, x'se jkunu l-limiti mbagħad?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk qed nitkellmu fil-każ li jingħata xi isem Franċiż u jkollu xi appostrofu xi mkien.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nifhem li hemmhekk se jkollna problema xorta.", "DR NEIL HARRISON: Jekk nużaw ittri Franċiżi għaliex ma nużawx ittri Ċiniżi wkoll?!", "Jekk se nagħmlu hekk se niftħu ħafna u se noħolqu problema.", "KAROL AQUILINA: Jien xi ħadd ġibidli l-attenzjoni.", "ALEX MUSCAT: Qed nifhmu l-punt tiegħek, Onor. Aquilina, imma kif tista' tagħmilha mingħajr ma niftħu wisq?", "DR NEIL HARRISON: Jekk ikun hawn ittri oħra b'lingwi oħrajn, bħal pereżempju l-ittra \"o\" b'żewġ tikek fuqha, li teżisti f'alfabett ieħor, hemmhekk x'se nagħmlu mbagħad?", "ALEX MUSCAT: Din għandi pożizzjoni pjuttost ċara fuqha.", "L-intenzjoni tal-leġiżlatur hija li nkunu nistgħu nużaw il-punteġġjatura Maltija, u allura l-alfabett Malti, fl-għażla tal-ismijiet.", "Sal-lum ma stajniex għaliex fil-verità konna qegħdin nużaw l-alfabett Taljana.", "Dik hija l-intenzjoni.", "DR NEIL HARRISON: Inkella niftħu wisq, tant li saħansitra nispiċċaw niddiskriminaw bejn lingwi oħrajn.", "Ikkonsidrajnieh dak li qed tgħid inti, però dak joħloq diffikultajiet kbar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 24, 25 u 26 għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 – Emenda tal-artikolu 306 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, peress li l-Kors tal-Liġi llum m'għadux Dottorat iżda sar Masters, kellna nemendaw l-artikolu 306 tal-Kodiċi Ċivili biex jekk ikun hemm avukat, ikun jista' jieħu l-funzjonijiet ta' Direttur minkejja li l-liġi titkellem dwar \"Duttur fil-Liġijiet\".", "Illum il-kors m'għadux ta' Dottorat, kif kien.", "Illum Masters qed iġibu u allura b'din l-emenda qed ngħidu li wieħed jista' jkollu kwalifika ekwivalenti għal ta' Duttur fil-Liġijiet.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – Emenda tat-Taqsima I tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola tittratta l-ħlasijiet lid-Direttur meta jkun hemm xi tibdil fil-formoli kif indikati fl-Iskedi rilevanti.", "Dawn il-ħlasijiet jammontaw għal €5.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Emenda tat-Taqsima II tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola temenda l-atti u l-formoli li jintużaw mir-Reġistru Pubbliku.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 29.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 – Emenda tat-Taqsima III tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din għamel referenza għaliha aktar kmieni l-Onor.", "Il-Qorti ta' Reviżjoni se jkollha aktar x'tista' tirranġa fl-atti kollha.", "Pereżempju fil-każ li semma l-Onor.", "Aquilina u li kien kellimni dwaru, il-Qorti ta' Reviżjoni kienet limitata però b'dan l-Abbozz ta' Liġi se jkollha l-possibbiltà li tagħmel korrezzjonijiet għal entries ħżiena fl-atti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 30.", "Klawsola 30 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 31, 32, 33, 34, 35 u 36 għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 – Emenda tal-artikolu 26 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, il-klawsola 37 temenda l-artikolu 26 tal-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku għar-rigward tas-Searches Unit.", "Fil-fatt, is-subklawsola (a) tagħha tagħti l-possibbiltà li r-riċerki li jkunu saru mir-Reġistru Pubbliku jintbagħtu lin-Nutar b'mod elettroniku u mhux jiġborhom fiżikament.", "Dwar dan intlaħaq qbil mal-Kunsill Nutarili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Din tfisser għall-finijiet u l-effetti kollha tal-liġi li huma awtentikati mir-Reġistru Pubbliku?", "KAROL AQUILINA: Kien hemm il-kwestjoni li suppost meta joħorġu r-riċerki, iridu jiġi ffirmati.", "DR NEIL HARRISON: Iva, u f'dan il-każ ikollok electronic signature.", "KAROL AQUILINA: Imma kien hemm il-kwestjoni li suppost trid tiġi ffirmata kull paġna.", "Din il-klawsola tkopriha dik?", "DR NEIL HARRISON: Iva, għaliex b'din il-klawsola l-electronic signature għandha saħħa daqs il-wet signature.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 37.", "Klawsola 37 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 38 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 39 – Revoka tal-Ordni dwar Nomina ta' Uffiċjali dwar Atti tat-Twelid u Atti tal-Mewt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, meta persuna tagħmel tibdil f'isimha biex ikun jirrifletti l-ittri tal-alfabett Malti b'rabta mal-emenda li ddiskutejna qabel, hemmhekk ikun hemm l-obbligu li tibdel il-karta tal-identità u l-passaport.", "Peress li l-passaport huwa pjuttost expensive, ladadrba ma kienx it-tort tagħha li l-passaport ma kienx joħroġ bil-fonts tal-Malti, f'din il-klawsola qed ngħidu li l-passaport joħroġilha bl-istess skadenza tal-passaport li jkollha, però joħroġ mingħajr ħlas.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 39.", "Klawsola 39 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 40 – Emenda tar-Regolamenti dwar l-Ispezzjoni u Riċerki fir-Reġistru Pubbliku.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR NEIL HARRISON: Sur President, din il-klawsola wkoll hija marbuta mal-possibbiltà li r-riċerki jingħataw b'mod elettroniku.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 40.", "Klawsola 40 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 u l-Iskeda Ċ, 42 u l-Iskeda D, 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili, Kap. 16, u Diversi Liġijiet Oħra fir-rigward tal-għażla tal-kunjomijiet u biex jipprovdi għal ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan jew huma anċillari għalih, u ħwejjeġ oħra fir-rigward tar-Reġistru Pubbliku\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Fis-6.22 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201214_037d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 15", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Grixti, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020 fl-4:30 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Programm Nazzjonali ta' Tilqim kontra l-COVID-19.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20201215_015a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 15", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru 15", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.54 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14 li saret fl-24 ta' Novembru 2020 ġew konfermati.", "PROGRAMM NAZZJONALI TA' TILQIM KONTRA L-COVID-19", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Silvio Grixti): Id-diskussjoni tal-lum se tkun fuq il-programm nazzjonali ta' tilqim kontra l-COVID-19.", "Kif jaf kulħadd id-dinja kollha tinsab għaddejja minn din il-pandemija li ġabet magħha ħafna problemi li ma konniex qegħdin nistennewhom u kellhom jittieħdu ħafna deċiżjonijiet mill-gvernijiet u minn kull qasam.", "Minn hawnhekk, u naħseb il-kollegi kollha jaqblu miegħi, xtaqt nirringrazzja personalment lil kull wieħed u waħda minnkom, fosthom lilek Professur Gauci, lilek Dr Barbara u lill-frontliners l-oħrajn kollha li jaħdmu fil-laboratorji u li jikkuraw lill-pazjenti ġewwa l-isptarijiet tagħna.", "Din hija strateġija li qed tgħin sabiex innaqqsu l-infettività ta' dan il-virus.", "Mela ngħaddu mill-ewwel għal din il-preżentazzjoni u nsejjaħ lill-Professur Gauci.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI (Supretendent tas-Saħħa Pubblika): Nirringrazzjakom ta' din l-istendina sabiex niddiskutu din l-istrateġija tat-tilqim kontra l-COVID-19 għaliex bħalissa tajjeb li nifhmu eżatt x'qiegħed isir u li l-pubbliku jiġi informat b'dak kollu li għaddej bħala preparazzjonijiet min-naħa tagħna.", "Xtaqt nibda din id-diskuzzjoni billi l-ewwel nett nagħtikom ftit background dwar dak kollu li seħħ mill-bidu ta' din il-pandemija.", "Bħalma qegħdin taraw f'din l-islide aħna kellna l-ewwel wave fejn kellna numru ta' każijiet u mbagħad kellna t-tieni wave, bħal f'ħafna pajjiżi oħra Ewropej, fejn in-numru ta' każijiet kien ħafna iktar ogħla.", "Din hija xi ħaġa li jekk tħares lejn pandemiji oħrajn tara li dejjem kellek it-tieni wave u li ġeneralment din tkun iktar intensa mill-ewwel waħda.", "Ġeneralment din tiġri għal diversi raġunijiet, fosthom mhux l-inqas minħabba dik li ħafna qegħdin jiddeskrivuha bħala l-pandemic fatigue.", "Fil-bidu ta' pandemija n-nies jobdu iktar ir-restrizzjonijiet li jkun hemm.", "Fil-fatt aħna kellna ħafna iktar restrizzjonijiet fl-ewwel wave u allura bilfors li n-numri baqgħu żgħar.", "Fit-tieni wave bdejna naraw numri aktar qawwija, però l-għan tagħna kien dejjem li kemm nistgħu nillimitaw it-trasmissjoni u li kemm nistgħu nnaqqsu n-numru ta' persuni li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar u li jitilfu ħajjithom.", "Li qegħdin naraw issa f'din il-wave hi li kellna ġimgħat fejn in-numri ta' każijiet kienu qegħdin stabbli, u anke dan l-aħħar qegħdin naraw li qed ikollna tnaqqis fil-każijiet ukoll.", "Kif nafu l-popolazzjoni ta' Malta hija żgħira meta tqabbilha ma' pajjiżi oħrajn u allura n-numri jkunu pjuttost żgħar.", "B'hekk aħna nieħdu dak li ngħidulu s-seven day moving average ħalli naraw eżatt x'qed jiġri.", "Fil-fatt bħalissa n-numri qegħdin ikunu ftit taħt il-mija u allura hemmhekk qegħdin naraw li iżjed ma jkollok sitwazzjoni ta' każijiet li huma stabbli, aktar importanti li inti dejjem tkun qiegħed tipproteġi l-aktar lil dawk li jekk jaqbadhom il-COVID-19 aktar jista' jkollhom chances ta' komplikazzjonijiet u mwiet.", "Area partikolari hija x-xenarju li rajna fid-djar tal-anzjani u hawnhekk se nagħmel daqsxejn ta' enfasi fuqha din għaliex huwa importanti għal x'ħin niġu biex nitkellmu fuq it-tilqim.", "Mela filwaqt li fl-ewwel wave kellna protezzjoni sħiħa tal-homes u ma kellna l-ebda tifqigħat, fit-tieni wave sfortuntament kellna riflessjoni ta' dak li kien qed jiġri fil-komunità, fejn kien hemm rata iktar għolja ta' każijiet u proprju fid-djar tal-anzjani kien hemm dawn it-tifqigħat u kellna wkoll diversi każijiet ta' imwiet.", "Dan l-aħħar, bħalma qed naraw proprju minn din it-tabella, irnexxielna nnaqqsu l-ammont ta' każijiet li qed ikollna minn dawn il-homes u qegħdin nieħdu prekawzjonijiet speċjali f'dawn il-homes biex kemm nistgħu nnaqqsu t-tifqigħat li qed ikun hemm u n-nies li qed jiġu affettwati.", "Punt ieħor importanti li rridu nifhmu tajjeb huwa fuq il-mortalità li kellna minn din il-pandemija.", "Fit-tieni wave kellna numru ta' każijiet ta' imwiet u hawnhekk qed naraw b'mod ċar li kienu l-anzjani l-aktar li tilfu ħajjithom minħabba din il-pandemija u allura dawn huma grupp li rridu nipproteġuhom.", "L-irġiel ukoll huma l-iktar li qegħdin jiġu affettwati.", "Fil-fatt bħalissa għaddejjin bi studju biex naraw x'kienu l-kondizzjonijiet mediċi li kellhom dawn il-pazjenti li mietu ħalli naraw x'jista' jkun li wassal għal dawn l-imwiet meta tqabbilhom ma' nies oħrajn.", "Dejjem infakkru li issa li għandna l-vaċċin li huwa qrib ħafna xorta waħda importanti li nżommu l-metodi ta' prevenzjoni li nafu bihom u ċjoè il-ħasil tal-idejn, li nużaw il-maskri u li nżommu d-distanza soċjali.", "Dawn il-miżuri għandhom jibqgħu hemmhekk u huwa importanti ħafna li nifhmu li ladarba nibdew bil-proċess tat-tilqim nibqgħu nisħqu xorta waħda fuq dawn il-mezzi ta' prevenzjoni prinċipali biex aħna, sakemm ikun irnexxielna nnaqqsu t-trasmissjoni fil-komunità, inkomplu nikkontrollaw kemm nistgħu.", "Dan huwa punt importanti ħafna.", "F'dak li għandu x'jaqsam mat-tilqim nistgħu ngħidu li l-Unjoni Ewropea, sa mill-bidu nett, ħadet ħsieb biex ikun hemm dak li ngħidulu l-joint procurement, fejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea ngħaqdu flimkien biex ikunu jistgħu jixtru l-vaċċini ħalli b'hekk aħna jkollna aċċessibilità għalihom u l-prezz tagħhom ikun wieħed tajjeb.", "Jekk niftakru fil-pandemija tal-2009 kull pajjiż kien qiegħed jinnegozja għal rasu mal-kumpaniji farmaċewtiċi u allura hemmhekk kellek pajjiżi li ma kienx qed ikollhom is-supply tal-vaccines kollha flimkien u l-prezzijiet kienu wkoll kollha differenti.", "Tgħallimna minn dak iż-żmien u għalhekk l-Unjoni Ewropea mill-bidu daħlet biex tagħmel dawn il-kuntratti.", "Bħalissa hemm dawn is-sitt kuntratti ma' dawn il-kumpaniji farmaċewtiċi li qegħdin fi stadju avvanzat biex ikunu jistgħu jipprovdu l-vaċċini fis-suq.", "L-iktar vaċċin li huwa fil-qrib li jiġi liċenzjat mill-EMA huwa dak tal-Pfizer/BioNTech u mbagħad warajh hemm tal-Moderna.", "Aktar 'il quddiem Dr Chris Barbara jkun jista' jagħtikom spjegazzjoni aktar dettaljata fuq il-vaċċini.", "Tajjeb li nsemmi wkoll li bħalma rajna diġà hemm pajjiżi oħrajn li diġà bdew ilaqqmu lin-nies tagħhom, fosthom l-Ingilterra.", "Issa l-Ingilterra għandha l-MHRA li hija r-regulatory authority li tilliċenzja l-vaċċini tagħha, l-istess bħalma Malta, bħala member state tal-UE noqogħdu fuq l-authorisation tal-European Medicine Agency.", "Il-member states ingħaqdu flimkien u qbilna li nistennew l-authorisation tal-EMA biex proprju la jkun hemm din l-authorisation inkunu nistgħu nibdew inlaqqmu lin-nies tagħna.", "B'hekk il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jibdew ilaqqmu lin-nies kollha f'daqqa.", "Tajjeb ukoll li nifhmu x'inhu l-iskop tat-tilqim.", "Min għandu t-tfal jifhem sew fuq it-tilqim għaliex għandna programm ta' tilqim għat-tfal.", "Nafu kif bit-tilqim irnexxielna neliminaw ċertu mard infettiv, bħal pereżempju s-small pox.", "Iż-żgħar ma jiftakruhiex l-ismall pox però uħud minna li qegħdin madwar din il-mejda konna ħadna t-tilqima tagħha meta konna żgħar u llum m'għadniex nagħtuha għax proprju ġiet eliminata mid-dinja.", "L-iskop tat-tilqim tal-COVID-19 huwa wieħed partikolari għaliex il-produzzjoni ta' din it-tilqima se jkun qiegħed isir f'fażijiet.", "Dan għaliex il-pajjiżi kollha tad-dinja jridu dan it-tilqim għall-popolazzjoni tagħhom.", "Għalhekk se jibda jkun hemm l-ammonti tal-vaċċin li se jibdew jitqassmu f'kull pajjiż.", "L-ewwel skop għalina ta' dan it-tilqim huwa li aħna nnaqqsu l-ammont ta' nies li jkunu qegħdin jidħlu l-isptar għall-kura u anke li jmutu.", "Allura għandek protezzjoni ta' dawk in-nies li huma l-iktar vulnerabbli u fl-istess ħin, meta inti qed tnaqqas dan il-mard fost dawk li għandhom kumplikazzjonijiet mediċi, tkun qiegħed tipproteġi wkoll is-sistema tal-healthcare għax ikollok inqas nies li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar biex jiġu kkurati għall-COVID-19.", "Dak huwa l-għan prinċipali u issa se naraw ukoll il-prioritisation ta' min huma n-nies li se jibdew jiġu mlaqqma l-ewwel u li se jkun ibbażat fuq dan il-prinċipju.", "F'dan ix-xenarju se jkollna availability ta' vaċċini li se jibdew ġejjin bil-mod il-mod matul numru ta' xhur, u mbagħad eventwalment, meta tagħmel ir-roll out tiegħu lill-popolazzjoni kollha u jkollok in-nies li huma protetti, inkunu nistgħu nibdew naraw l-effett u l-impatt fuq it-trasmissjoni.", "Huwa għalhekk li għamilt enfasi qawwija fuq li l-metodi l-oħra ta' prevenzjoni - tal-maskri, tad-distanza soċjali, tal-ħasil tal-idejn u li ma noqogħdux fi gruppi kbar - xorta jridu jibqgħu hemmhekk sabiex aħna naraw li jkollna t-trasmissjoni tal-pandemija taħt kontroll.", "Abbażi ta' dan kollu u anke f'dik l-epidomoloġija li aħna qegħdin naraw proprju fil-pajjiż tagħna, li huwa simili għal ta' pajjiżi oħrajn, fejn qegħdin naraw li l-aktar nies vulnerabbli huma l-anzjani u dawk in-nies li għandhom mard kroniku, u f'xenarju fejn qegħdin naraw li l-iktar impatt li kellna kien fid-djar tal-anzjani, fejn kien hemm numru ta' tifqigħat u anke ta' imwiet hemmhekk, rajna li dik kienet il-bażi tal-prioritisation li għandna nibdew inlaqqmu.", "Għaldaqstant l-ewwel cohort li se nimmiraw għalih huma l-healthcare workers li jaħdmu f'entitajiet kliniċi, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll dawk privati kif ukoll dawk in-nies li jaħdmu fid-djar tal-anzjani biex b'hekk nipproteġu lill-anzjani tagħna minn dawn il-healthcare workers li jkunu fil-komunità u li allura jistgħu jgħadduha lill-anzjani f'dawn id-djar.", "Imbagħad focus importanti ħafna huma l-anzjani stess li jgħixu f'dawn id-djar tal-anzjani, kemm tal-privat kif ukoll tal-Gvern, u dawk li qegħdin fil-mental health institutions, jiġifieri fejn għandna dawn il-long term facilities.", "Imbagħad bħala etajiet se nibdew minn dawk li huma l-iktar vulnerabbli għal dawk in-nies li għandhom 'il fuq minn 85 sena.", "Dan il-grupp se jibda jitlaqqam skont l-ammonti ta' vaċċini li jkollna għad-dispożizzjoni tagħna.", "It-tieni cohort huma l-frontliners l-oħrajn, jiġifieri dawk il-healthcare workers u nies oħrajn li ma jaħdmux fl-entitajiet kliniċi u l-frontliners l-oħrajn li rajna kemm kienu qed jagħtu kontribut f'din il-pandemija kif ukoll lil dawk li huma meqjusa bħala essential workers.", "Imbagħad għandek dawk il-gruppi ta' bejn it-80 u l-85 sena.", "It-tielet cohort huma dawk in-nies li għandhom mard kroniku u li allura l-kondizzjoni kronika tagħhom tkun qiegħda tpoġġihom aktar f'riskju li jkollhom kumplikazzjonijiet u aktar riskju li jitilfu ħajjithom.", "Ħafna minn dawn in-nies kienu diġà ġew identifikati fl-ewwel wave, fejn aħna konna informajniehom li jkun aħjar li jkunu protetti fid-dar tagħhom.", "U ħafna minn dawn in-nies kienu rċevew proprju ittra biex tinfurmahom b'din il-kondizzjoni.", "Min-naħa tagħna bqajna nagħmlu update ta' dawk in-nies minn din il-lista.", "Imbagħad għandek dawk in-nies li għandhom bejn 70 u 80 sena.", "Għandna wkoll l-istaff tal-iskejjel u taċ-childcare centres.", "L-UNICEF ħarġet ukoll rakkmandazzjoni fejn qalet li wara li tipproteġi lill-healthcare workers u l-istaff, l-anzjani u dawk li għandhom mard kroniku, qabel ma tmur għall-popolazzjoni kollha you have to target l-iskejjel u ċ-childcare centres staff.", "Imbagħad immorru għal dawk li jkun jonqos u ċjoè għal dawk in-nies li għandhom bejn 55 u 70 sena.", "Wara dawn, kif ikollna biżżejjed vaċċini, inlaqqmu l-kumplament tal-popolazzjoni.", "Nifhmu li bħala roll out ta' din it-tilqima se tkun speċifika skont in-numru ta' vaċċini li jkollna f'idejna.", "Allura se nibdew b'kull cohort li semmejt u mbagħad skont l-ammonti li jiġu se nkunu qegħdin nerġgħu nagħmlu prioritisation għal liema gruppi within that grupp għandhom jibdew jitlaqqmu.", "Irridu niftakru wkoll fil-pjanijiet li għandna; importanti ħafna nifhmu li l-ewwel vaċċin li se jkollna huwa dak tal-Pfizer u li dan qiegħed f'żewġ dożi.", "Mela rridu nkunu ħsibna għalihom ukoll u rridu naraw li l-ammont li jkollna jkunu biżżejjed għall-persuni li jkollhom l-ewwel dose u t-tieni dose.", "Importanti wkoll l-istorage facilities u dan kollu ħsibna għalih ukoll, speċjalment għall-ewwel tilqima li għandha tasal, dik tal-Pfizer, li trid tinżamm fi storages ta' minus 70 degrees.", "Imbagħad għandek l-ispeċifikazzjonijiet ukoll ladarba tħallatha kemm tista' ddewwimha barra u dan kollu.", "Allura bħalissa għaddejjin minn dan kollu biex ikun hemm il-preparamenti kollha meħtieġa kif ukoll it-taħriġ għal dawk in-nies li se jkunu qegħdin jagħmlu d-distribuzzjoni kif ukoll l-amministrazzjoni ta' dan il-vaċċin.", "Tajjeb ngħidu li aħna għandna staff li diġà għandu esperjenza tajba fit-tilqim għax ilna nagħtu t-tilqim kemm tat-tfal kif ukoll tal-influwenza għal bosta snin.", "U allura l-esperjenza diġà qiegħda hemmhekk.", "Irridu nassiguraw li jkollna r-records ta' kulħadd available biex b'hekk ikollna r-records ta' min tlaqqam u anke biex inkunu nistgħu nagħmlu follow up għat-tieni doża u anke biex nieħdu n-noti dwar x'ikun għaddej bħala riċerka fuq dawk il-pazjenti li qegħdin jieħdu proprju din it-tilqima.", "Dak kollu li se jkun qiegħed jiġri huwa abbażi ta' dak li nafu dwar dawn il-vaċċini, liema dettalji qegħdin jagħtuhomlna l-manifatturi biex proprju aħna nkunu nistgħu nilħqu l-iktar nies li huma vulnerabbli u lill-healthcare workers tagħna biex nibqgħu nipproteġu l-healthcare system tagħna.", "Nappella biex lil dawk kollha li se nibagħtulhom biex jiġu jieħdu dan il-vaċċin jilqgħu din l-offerta għax aktar ma jkollna nies imlaqqma, iżjed se jkollna l-kontroll ta' din il-pandemija u iktar se jkollna protezzjoni tan-nies li huma l-aktar vulnerabbli.", "Issa nixtieq ngħaddi l-kelma lill-kollega tiegħi, Dr Barbara, sabiex jispjegalna daqsxejn iktar fuq il-vaċċin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insejjaħ lil Dr Chris Barbara.", "DR CHRIS BARBARA (Clinical Chairperson for the Pathology Department): Nitlobkom biex ma tiħdux qatgħa għax se nurikom ix-xjenza u r-replication tal-virus għax mhux se nidħol f'dettalji kbar.", "Mela kif qed taraw dak huwa l-virus li qiegħed in-naħa ta' fuq tal-iscreen u, kif tafu, il-ġenetika tiegħu hija l-RNA f'dan il-każ.", "Qiegħed nidħol f'dan id-dettall biex imbagħad kulħadd jifhem it-tilqim u t-tip ta' tilqim differenti li għandna u dwar kif saru l-clinical trials u kif nistgħu ninterpretawhom.", "Fil-fatt meta nifhmu x-xjenza li tmur wara t-tilqima nkunu nistgħu nserrħu ħafna aktar moħħna fuq kif qegħdin jevolvu l-affarijiet bix-xjenza.", "Hawnhekk qed naraw li l-iktar ħaġa li l-ġisem tagħna jagħraf f'dan il-virus hija dik li ngħidulha l-ispike protein, li qed tarawha bħala S. Dik li qed taraw in-naħa t'isfel tal-iscreen u li tidher kbira hija ċ-ċellola umana, f'dan il-każ iċ-ċellola respiratorja.", "Kif qed taraw biċ-ċelesti hemmhekk għandek ir-recepter li huwa l-ace 2 recepter, li qisha ċ-ċavetta.", "Mela l-S se tidħol fl-ace 2 recepter u l-virus se jixħet ġewwa l-RNA.", "L-RNA kif qed taraw se jibqa' fis-cytoplasm u mhux se jidħol fin-nukleu tal-virus, u dan huwa importanti li nifhmuh f'dan il-każ għax ħafna nies kienu qed jinkwetaw li l-ġenetika se titħallat mal-ġenetika tagħna, u hemmhekk il-virus se jibda jikkrea dak l-RNA strands u l-RNA polymerase, dik l-enzyme, u jirreplika u jagħmel eluf u eluf ta' strands ġodda.", "Issa qed taraw iċ-ċellola fuq barra kif tiġi infettata tibda tipproduċi dik l-ispike fuq il-membrane tagħha.", "Dik l-ispike qed tagħmilha ċ-ċellola tagħna stess u bil-proċess ta' budding iċ-ċellola tipproduċi ħafna iktar mill-building blocks ta' dan il-virus u se toħroġ bis-cytoplasimic, bil-membrane taċ-ċellola tal-bniedem, bl-ispike protein l-envelope tal-virus il-ġdid.", "Jiġifieri l-ispike protein se tiġi minn ċellola infettata tal-bniedem.", "Naħseb li dik hija importanti li nifhmuha.", "Issa kif taraw hemm diversi proteini oħra fuq barra tal-virus; hemm l-M virus, hemm l-M protein, hemm l-E protein, eċċ., però l-iktar waħda imunoġenika, jiġifieri l-iktar waħda li tiftaħ l-aptit għall-immunità tagħna biex nifformaw dawk is-suldati fid-demm, l-antibodies, hija l-ispike protein.", "U għalhekk hija r-raġuni li l-kumpaniji kważi kollha jmorru għall-ispike protein biex aħna nifformaw l-antibodies u l-protezzjoni u l-immunità kontra l-virus.", "Ħalli ngħaddu għall-islide li jmiss.", "Intom kollha tobba u speċjalisti hawnhekk u qed nieħu pjaċir nispjegalkom dawn l-affarijiet għax minbarra l-B lymphocytes, li hija l-antibody response li qed ikollna, qegdħin nindunaw li mhux biss qed jistimula lil din il-parti tal-immunità imma huma t-T lymphocytes, through the spike, through this S, li qed jistimula parti oħra mill-immunità li għandna fil-ġisem tagħna.", "Mela dan ma jfissirx li jekk jien ħadt id-demm lil xi ħadd li kellu l-COVID-19 u dan m'għandux antibodies ifisser li mhuwiex protett.", "Jista' jkun li dan għandu l-parti l-oħra tal-immunità u xorta qed jipproteġi lilu nnifsu.", "Jiġifieri mhuwiex daqshekk sempliċi biex naraw li dak li jkun huwiex protett.", "U għalhekk poġġejt din is-scientific paper hawnhekk.", "Prof. Gauci diġà semmiet xi ftit tilqim li se jkollna għad-dispożizzjoni tagħna.", "Li xtaqt inżid hawnhekk hu li kollha trid tagħti żewġ dożi bl-eċċezzjoni tal-Janssen Johnson & Johnson li minnha trid tagħti doża waħda biss.", "Hemm mijiet ta' kumpaniji u istituzzjonijiet li jinsabu għaddejjin f'fażijiet differenti tat-trials tagħhom.", "Jien kont se nikkonċentra fuq l-ewwel tlieta għax huma l-ewwel tlieta li se jkollna għad-dispożizzjoni tagħna.", "Ħalli nibdew b'dik tal-AstraZeneca, li qiegħda tuża s-sistema ta' tilqim permezz tal-plasmi, fejn qed nużaw vector li huwa l-adenovirus.", "Issa kif tafu intom ħafna mill-mard respiratorju li jkollu l-bniedem huwa permezz ta' dan il-virus, l-adenovirus, però din il-kumpanija ma wżatx adenovirus tal-bniedem imma wżat adenovirus taċ-chimpanzee għax aħna se nimirdu b'din l-infezzjoni.", "Jiġifieri dejjem ikun hemm raġuni għaliex tkun qed tiġri din il-biċċa xogħol.", "Din se tingħata fil-muskolu bħala injezzjoni u hemmhekk qed taraw li l-ġenetika li hemm ġo dan l-adenovirus, fejn għandek dak il-vjola u mbagħad fit-truf għandek żewġ biċċiet li huma roża.", "Il-parti l-vjola qiegħda tagħti l-messaġġ ta' coding għall-ispike protein għax kif għedna l-ispike protein hija l-iktar waħda immunoloġika imma dik ir-roża hija importanti ħafna għax tgħidlek li mhux tibqa' tirreplika għal dejjem imma tagħmel replikazzjoni u tieqaf.", "Għaliex?", "Għax jekk se tibqa' għaddejja r-replikazzjoni għal dejjem aħna se jkollna kwantità enormi ta' spike protein fil-ġisem tagħna li imbagħad l-immunità tagħna se tiġi qisha allerġija u f'dak il-każ se jkollok hypersensitivity.", "U hemm irridu nilħqu l-bilanċ ta' kemm se jkollna immunità u protezzjoni.", "Irridu nagħtu protezzjoni biżżejjed li inti m'intix se taqbdek il-marda imma mhux se nagħtuk l-immunità stimulata żżejjed li inti tispiċċa jkollok reazzjoni qawwija.", "U naħseb dawk ir-roża li qegħdin naraw fit-truf huma t-trick biex tikkontrolla din l-immunità kif se tirrispondi.", "U hemm se jkollok l-immunological response għax dak li qegħdin naraw bħala oranġjo huwa l-ispike protein.", "Mela se tipproduċi ċertu ammont moderat ta' spike protein li jkun biżżejjed biex inti tieħu l-protezzjoni mingħajr ma jkollok hypersensitivity reaction.", "Naħseb li qiegħda maħduma tajjeb ħafna.", "Kif semmejna fil-bidu l-AstraZeneca tal-Università ta' Oxford tingħata f'żewġ tilqimiet.", "Din hija DNA virus, jiġifieri proprju d-DNA dieħel direttament fiċ-ċellola tal-bniedem.", "Saru diversi clinical trials tagħha, fosthom fil-Brażil, fl-Ingilterra u fl-Amerika.", "Issa inti meta tieħu ż-żewġ dożi, bejn l-ewwel u t-tieni waħda trid tħalli 28 ġurnata.", "Jekk tagħti l-ewwel doża u mbagħad t-tieni doża teħodha wara xahar, inti se ttella' l-antibodies tan-nies li jkunu ħadu t-tilqima b'62%.", "Għalkemm din hija xi ħaġa tajba għax ħafna mit-tilqim li nieħdu jkun inqas minn hekk, l-Ingilterra, b'ċertu mod, meta għamlu l-istess clinical trials, liema trials saru fuq 3000 ruħ fl-ewwel darba, ma nafux għaliex ġrat imma minflok taw doża waħda taw nofs id-doża.", "Jiġifieri l-immunità stimulawha b'ċertu mod inqas però imbagħad, meta wara 28 ġurnata taw it-tieni doża, ir-rispons kien ħafna iktar milli meta taw doża sħiħa l-ewwel darba.", "U hemmhekk insibu li 90% tan-nies li ħadu dik it-tilqima kienu protetti.", "Fl-Amerika, li għadha għaddejja bit-trials tagħha bħalissa qiegħda tagħmel cohort bin-nies li qed jieħdu 1 full doze vaccine u oħrajn li qed jieħdu nofs id-doża.", "U se jikkonfermaw liema hu l-aħjar metodu biex la tistimula ħafna u lanqas tistimula ftit.", "Ħaġa importanti li rridu naraw hu d-differenza li qed tagħmel l-AstraZeneca mill-kumpaniji l-oħra tal-Pfizer u l-Moderna, fejn dawn tal-aħħar mhux qed jiċċekkjaw jekk dak li jkun għandux is-sintomi wara li jgħaddu t-28 ġurnata billi jagħmlu swab test u jiċċekkjaw il-PCR.", "Mela jekk xi ħadd wara li ħa t-tilqima jibqa' asymptomatic carrier, jiġifieri qiegħed iġorr il-virus u jista' potenzjalment jgħaddiha lil ħaddieħor, l-AstraZeneca qiegħda tagħmel dan mentri l-Pfizer BioNTech u l-Moderna mhumiex jagħmluha imma qed jaraw biss jekk dak li jkun għandux sintomi jew le.", "Issa kif semmejna qabel is-sabiħ ta' din it-tilqima hu li tista' tinżamm fil-fridge f'temperatura ta' 2 gradi celcius jew 8 gradi celcius, ħafna drabi jkunu 6 gradi celcius.", "Bħala prezz veru hija rħisa għax tiswa bejn 3 u 5 dollari.", "Irrid ngħid li n-nies mhux se jħallsu għal din it-tilqima għax se tinxtara mill-gvernijiet.", "Il-kumpanija qed tipproduċi –din hija sempliċi biex tipproduċiha għax bil-vector - 3 biljun doża u jekk se naraw li l-ewwel doża se tkun nofs minflok waħda sħiħa, allura se tipproduċi ħafna iktar u se tagħmel 4.5 biljun tilqima.", "Minn dawn it-trials kollha ta' dawn l-eluf kollha ta' nies li għamluha ma kien hemm l-ebda każ serju ta' side effect.", "Jiġifieri minn hawnhekk irrid ngħid li f'dan iż-żmien li fih l-AstraZeneca għamlet dawn it-trials ma kien hemm l-ebda side effects koroh li għandu jbeżża' lil dak li jkun.", "Fl-istess ħin minn dawk li ħadu t-tilqima – tinsiex li ċerti persuni ħadu placebo u oħrajn ħadu t-tilqima - ma kien hemm ħadd li kellu l-COVID-19 li kien sever.", "Anke minn dawk l-10% li ma ħadmitx daqshekk it-tilqima fuqhom, il-COVID-19 ma kenitx serja fuqhom.", "GODFREY FARRUGIA: Kien hemm mument minnhom fejn waqqfuha.", "X'kienet ir-raġuni?", "DR CHRIS BARBARA: Hekk hu.", "Aħna ma nkunux nafu d-dettalji kollha imma kien hemm xi tip ta' myositis, infjamazzjoni fil-muskolu, li ħafna drabi tiġri mhux min-naħa tat-tilqima imma għax dak li jkun ikun espost għal xi virus.", "Ma jidhirx li dawn il-każi kienu minħabba l-adenovirus għax l-adenovirus bl-ebda mod m'għamel reazzjoni f'din il-persuna.", "U sirna nafu li kien hemm min kellu din ir-reazzjoni li kien fil-placebo group.", "Tinsiex li dawn il-myositis infections ikollna wkoll f'persuni li ma jkunux ħadu t-tilqima.", "GODFREY FARRUGIA: Għedt ukoll li ntuża l-vector adenovirus, allura għalfejn semmejt id-DNA?", "DR CHRIS BARBARA: Għaliex importanti li nifhmu li kull tilqima hija differenti.", "Dan huwa DNA proprju li se jidħol fiċ-ċelloli tagħna però għandek l-istopping codes fit-tarf.", "Issa dawn li se nsemmu li huma tal-Pfizer, huma RNA, jiġifieri negattiva tal-oħrajn.", "Din hija l-famuża spike protein kif tidher taħt l-electron microscope u li fl-opinjoni tiegħi se ssalva lil kulħadd.", "Li naraw fuq il-ġenetika u li kulħadd qed jiffoka fuq dik il-biċċa blu li qed tipproduċi l-ispike protein, però l-codons fit-truf huma affarijiet importanti immens biex inti tara kif tirregola r-rispons tal-immunità.", "Kulħadd jitkellem fuq l-ispike imma fiha ħafna iktar din it-tilqima u għalhekk ridt nurikom din l-istampa.", "Fl-islide li jmiss għandna scientific papers minn ħafna xjentisti.", "Huwa importanti li jagħmlu ħafna riċerka u dawn qed jgħidu żewġ affarijiet li aħna qegħdin nagħtuhom l-iktar importanza, kemm jien, kemm Prof. Gauci u kemm il-grupp kollu tiegħi tal-Advisory Committee on Immunisation Practise.", "L-ewwel ħaġa hija s-safety.", "Bħala tobba aħna ħadna l-ġurament primum non nocere u ma rridu nagħmlu ħsara lil ħadd.", "U hawnhekk għandna l-evidenza li dawn il-vaċċini huma safe u huma immunogenic, jiġifieri inti wara li ħadt it-tilqima għandek chances kbar li se tkun protett.", "Ovvjament ma tridx tieħu t-tilqima u tibqa' fejn kont!", "Meta wasalna għal phase 3 study fil-cohort li għamilna aħna konna qed nistennew li naslu bħal tal-AstraZeneca u nilħqu s-60% eċċ., imma mbagħad rajna l-BioNTech joħorġu press release fejn qalulna li bit-tilqima tagħhom se jkollna aktar minn 90% li se jkunu protetti.", "U hawnhekk aħna ġiet it-tbissima fuq wiċċna għaliex konna ċerti li allura se jkollna immunity fin-nies li jkunu ħadu din it-tilqima.", "Issa hawnhekk qed naraw meta saret fil-phase one.", "Il-phase one ma ssirx fuq il-bniedem imma ssir fuq l-annimali, u fil-phase one trial qed naraw li l-RNA vaccine - tal-Pfizer u tal-Moderna - tat immunità kbira fil-primates, jiġifieri fl-annimali bħaċ-chimpanze u x-xadini.", "Jekk naraw line 47 fl-islide li jmiss qed jgħidlek li COV-2 neutralising geometrice mean titers to - kemm int kapaċi tinnewtralizza dan il-virus - 10 to 18 times that of SARS-COV-2.", "Mela li kieku kellek a natural infection bil-COVID-19, jekk tieħu t-tilqima inti se jkollok ċans ta' protezzjoni ta' bejn 10 u 18-il darba iktar milli kieku kellek infezzjoni naturali.", "Din hija xi ħaġa sabiħa immens għax nafu li jekk tieħu l-infezzjoni naturali tal-ħożba, tal-hepatitis A, inti għandek a life long immunity imma t-tilqima tagħha ma tkunx dejjem garantita.", "Mentri hawnhekk qed ngħidu bil-maqlub u ċjoè jekk tieħu t-tilqima għandek ħafna iktar immunità milli kieku kellek immunizzjoni naturali.", "Mela hawnhekk għamilna l-istudji tagħna u aħna minn hawn qed ngħidu li min ħa l-infezzjoni naturali xorta nirrakkomandawlu li jieħu t-tilqima.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa ngħidilkom.", "Min ħa s-SARS-COV-1 … Din għadha qiegħda tiġi studjata però hemm papers - u nista' ngħidha pubblikament – li juru li hemm min sabulu neutralizing antibodies – dawn sabuhom f'dawn l-istudji tal-clinical trials – imma xorta qabditu l-COVID-19 iżda kien asymptomatic carrier kważi fil-każijiet kollha.", "Jiġifieri hawn għandek cross reaction bejn id-different coronaviruses, fejn kellek ċerti neutralizing antibodies imma ma kienx biżżejjed biex inti ma tinfettax lil ħaddieħor imma kien biżżejjed biex inti ma joħorġulekx is-sintomi li tidħol l-isptar però xorta tista' tgħaddiha lil ħaddieħor.", "Din li qed ngħidilkom għadha mhijiex ippruvata imma x-xjenza qed turina li din hija possibiltà kbira.", "STEPHEN SPITERI: Imma dawn ma jkunux tellgħu biżżejjed antibodies ...", "DR CHRIS BARBARA: Le, ma jkunux tellgħu IGG imma tinsiex għandek it-T u l-B cell immunity u għalhekk ix-xjenza hija daqshekk sabiħa.", "Għandek it-T cell reaction u qed naħsbu li dik hija r-raġuni għaliex ġrat.", "Kollha covid grouped qed jiġu.", "Issa ħalli ngħaddu għat-tilqima tal-Pfizer bioNTech and its affectiveness at preventing COVID-19.", "Kif għedtilkom aktar qabel dawn mhux qed jiċċekkjaw permezz ta' swab.", "Mela jagħtu l-ewwel doża u mbagħad wara 21 ġurnata - għandek daqsxejn differenza fiż-żmien meta tagħti l-ewwel u t-tieni doża – jistaqsuhom jekk kellhomx xi sintomi.", "Jiġifieri kif staqsa l-Onor.", "Debattista u l-kollegi tiegħu, jekk ikun hemm xi ħadd li baqa' asymptomatic carrier, b'dan il-clincial trial mhux se taqbdu.", "Però nafu li din it-tilqima hija immunogenic ħafma u qed tagħti over 90% protection.", "Hawnhekk qed jgħidulna li se jagħtuna 50 miljun doża sal-aħħar tas-sena u 1.3 biljun doża sas-sena d-dieħla.", "Bħala tilqima hija daqsxejn aktar għalja għax tiswa $19.50 però kif diġà għedna ħadd mhu se jħallas għaliha din it-tilqima.", "Issa ħalli nikkomparaw il-Pfizer BioNTech mal-Moderna.", "Kif semmiet il-Prof.", "Gauci l-loġistika fejn naħżnu l-Pfizer irid ikun 70 grad taħt iż-żero mentri tal-Moderna trid tkun 20 grad taħt iż-żero u tista' żżommha għal xahar.", "Il-loġistika kif terġa' tagħmel reconstitution hija aktar ikkumplikata tal-Pfizer BioNTech filwaqt li tal-Moderna hija daqsxejn iktar tajba.", "Kif għedna l-Pfizer u l-Moderna, wara li għamlu l-clinical trial, m'għamlux il-PCR imma staqsew biss lill-pazjenti jekk kellhomx sintomi jew le.", "Però li nafu hu li dawn qasmu l-gruppi tagħhom tal-clinical trials f'ċerti cohorts differenti.", "Pereżempju 30,000 għamlu t-testijiet; 11,000 kienu nies ta' kulur, 7,000 bejn il-65 sena 'l isfel u 5,000 li kellhom 'il fuq minn 65 sena.", "Dawn kellhom riżultati tajbin ħafna; min ħa l-placebo kien hemm numru ta' każijiet u min ħa t-tilqima kellhom 5 każijiet biss.", "Il-każijiet severi bil-COVID-19 kienu biss dawn in-nies li ma ħadux it-tilqima u dik hija aħbar vera tajba.", "Irrid infakkar li din trid tingħata intramuscular.", "Il-messenger RNA qiegħed impinġi sabiħ il-ġenetika tiegħu u t-trufijiet tiegħu, jiġifieri we are still in control hawnhekk.", "Qiegħed ngħid hekk għax illum fuq l-internet taqra ħafna affarijiet li jbeżżgħu għax qed indaħħlu l-ġenetika, eċċ., imma t-trufijiet tal-ġenetika li se ndaħħlu huma proprju l-kontroll tal-bniedem fuqha.", "Mhux se nħallu l-immunità taħrab bina imma sintendi mhux kulħadd jirreaġixxi l-istess għal kull proteina.", "Nafu li hawn nies li anke jekk tigdimhom naħla jew xi ħaġa oħra jkollhom anaphylaxis, u dawn in-nies li jkollhom anaphylaxis qawwija aħna qed nagħtuhom parir li aħjar ma jeħdux it-tilqima.", "Dawn mhumiex live vaccines, jiġifieri n-nies li huma immuno suppressed eċċ., aħna qed ngħidulhom li xorta jistgħu jeħduha.", "(Interuzzjonijiet) Reaction se jkun hemm f'kulħadd għax if you are immunogenic … Diġà qed naraw x'qed jiġri fl-Ingilterra, jiġifieri għandek persentaġġ ta' persuni li qed jieħdu t-tilqima u jkollhom xi ftit tal-ħmura jew daqsxejn uġigħ ...", "DR CHRIS BARBARA: Dik għad irridu naraw fuqha għax mill-clinical trials li rajna ma pprovaw fuq ħadd li kien immuno suppressed.", "Ħsara mhux se tagħmillu lil dak li jkun però il-problema hi kemm se jkun protett.", "Dik hija mistoqsija valida oħra u rridu naraw issa l-effectiveness ta' din it-tilqima fuq xi ħadd li għandu immune suppression.", "Però jekk nipproteġu lil ħafna nies ta' madwaru diġà jkun biżżejjed.", "GODFREY FARRUGIA: Huwa tajjeb dak li qed tgħid inti fuq il-herd immunity imma bħalma għedt inti wkoll fuq l-immuno suppressed patients, jiġifieri dawk li jirċievu chemotherapy, radiotherapy jew inkella dawk li huma diabetics, li qegħdin fuq steroids jew mediċini oħra għadhom ma sarux testijiet fuqhom.", "L-istess fuq nisa tqal jew li qed ireddgħu jew fuq tfal taħt is-16-il sena.", "Dawn m'hemmx studju fuqhom.", "Naf li min-naħa tal-Ingilterra tas-sanità ħarġu paper bħala struzzjonijiet għat-tobba fuq il-mod ta' kif għandhom jiggwidaw lill-pazjenti tagħhom.", "Min-naħa tal-Ministeru tas-Saħħa intom se toħorġu xi ħaġa simili fuq kull brand jew inkella b'mod ġenerali biex aħna t-tobba nkunu nistgħu niggwidaw lill-pazjenti tagħna dwar min jaqbillu jeħodha u min ma jaqbillux jeħodha?", "Pereżempju, pazjenti li ħadu trapjanti tiġi bejn ħaltejn jekk tgħidlux jeħodha jew le!", "Issa jien il-mistoqsija tiegħi, bħala tabib, meta qed nitkellmu fuq dawn il-pazjenti qegħdin nitkellmu fuq l-iktar nies vulnerabbli, u qegħdin ngħidulhom biex ma jeħdux it-tilqima!", "U allura hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-iktar pazjenti li huma vulnerabbli u fuq a good portion of our population which is at risk.", "Allura bħalma semmejt tant tajjeb inti, in-nies li huma b'saħħithom u fil-cohorts kienu kollha nies b'saħħithom, ħadd ma kien hemm minn dawn il-pazjenti li qed insemmu, se jkunu proprju dawn in-nies li se joħolqu herd immunity biex jissalvagwardaw lil min hu l-iktar vulnerabbli.", "Sewwa qiegħed nifhem?", "DR CHRIS BARBARA: Qiegħed tifhem tajjeb però hemm ċerti limiti.", "L-ewwel ħaġa fuq l-education campaigns naqbel miegħek mija fil-mija u fil-fatt il-Prof.", "Charmaine Gauci diġà poġġietna fi gruppi fejn qed inwieġbu frequently asked questions għall-popolazzjoni inġenerali.", "Se nagħmlu wkoll seminars edukattivi li huma iktar fuq xejra xjentifika bħall-preżentazzjoni li għamiltilkom illum, u se jkunu mmirati għal dawk it-tobba li jafu x-xjenza.", "Dawn se nagħmluhom online biex nistudjaw is-scientific papers kollha.", "Diġà kitbuli s-Celiac Association u associations oħra ta' nies li huma vulnerabbli … Min-naħa tiegħi qiegħed nikteb ukoll lill-kumpaniji li jagħmlu dawn it-trials ħalli mmorru mill-ewwel f'ras il-għajn għaliex ma nħobbux nieħdu riskji u nkunu nistgħu nirrispondu l-mistoqsijiet tat-tobba tal-familja.", "Ma ninsewx li t-tabib tal-familja huwa l-focal point, il-messaġġier, u bħalma għandna l-messenger RNA, għandna wkoll it-tobba tal-familja li huma l-esperti fil-linja.", "Issa aħna se nikkomunikaw mat-tobba tal-familja biex huma jkunu jistgħu jagħtu l-parir fuq dawn il-każijiet li jistgħu jkunu ħafna individwali.", "MARIA DEGUARA: Biex inkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Godfrey Farrugia, il-fatt li għandna popolazzjoni anzjana kbira, bi chronic diseases u b'morbidities kbar u ħafna nies oħra vulnerabbli, inkluż dawk li huma cancer patients u oħrajn, u dawn għadna with a big question mark għandniex nagħtuhom il-vaċċin jew le.", "Għaliex aħna qisna qed neħduha forgranted li l-popolazzjoni kollha għandha tiġi vaċċinata u anke l-ordnijiet li saru, as far as I know kien hemm madwar 1.7 million, when our population hija ta' madwar 500,000 u if we take the two dozes we will need about 1 million doses.", "Hemm xi ħaġa li dawn il-kumpaniji qegħdin jgħidulna li these vaccines can cover us for three months, for five months, for six months, etc?", "L-istess bħall-vaċċin tal-influwenza, xejn ġdid.", "DR CHRIS BARBARA: Ir-risposta tiegħi hija waħda xjentifika u aħna diġà qed ngħidu li mhux se nieħdu riskju fuq il-pazjent.", "Jekk għandek xi ħadd li l-immunità tiegħu mhux se tirreaġixxi u tirrispondi tajjeb, l-aktar ħsara li tista' tagħmel hu li dak il-pazjent se jkun parti minn dawk il-5% jew 10% li l-vaċċin ma jirrispondix fuqhom.", "L-aktar ħaġa importanti hi li jien ma rridx nagħtik xi ħaġa li tikkawżalek an anaphylatic reaction.", "U allura dawn in-nies għidnielhom li huma żgur mhux se jeħduha.", "Sintendi aħna se nkomplu nistudjaw u naraw x'qiegħed jiġri fil-pajjiżi l-oħra.", "Ma ninsewx li għandek il-pajjiżi kollha, mhux biss tal-Ewropa, li qegħdin fl-istess sitwazzjoni.", "Kollha kemm aħna qegħdin ġon-networks u diġà qegħdin niftehemu flimkien biex nibqgħu nagħmlu surveillance tan-nies li qed jieħdu dawn it-tilqim u naraw jekk b'dawn il-metodi n-nies ġewx protetti jew le.", "Issa se jkollna numri kbar fejn se naraw jekk dawn in-nies, li l-immunità tagħhom hija daqsxejn iktar baxxa, ħarġitilhomx protezzjoni jew le.", "Huwa importanti li dak li jkun ikun jaf jekk huwiex protett jew le.", "U hemmhekk, iva rridu nagħtu risposti aktar tard.", "Kemm-il darba rridux nieħdu booster għaliex nafu li ħafna mit-tilqim li nieħdu jkollok bżonn tieħu booster tiegħu, dik ir-risposta ma nistax nagħtihilkom illum għax xjentifikament għadna ma nafux.", "Però wara li jkollna iktar data xjentifika nkunu nistgħu nagħtukom risposta.", "Dawk li jsegwu l-gazzetti Ingliżi u barranin jafu li qed jitkellmu fuq din is-super vaccine, li mhi xejn ħlief combined vaccine, li jista' jkollna 'l quddiem.", "Fil-fatt qed jgħidu li l-vaċċin tal-influwenza se jiġi combined mal-vaċċin tal-COVID-19.", "MARIA DEGUARA: Naqbel miegħek.", "Mela l-iktar importanti, jekk qed nantiċipaw li it could be only for a short period of time bħall-influwenza normali li nagħtu ta' kull sena … X'inhi l-expiry date ta' dawn il-vaċċini?", "Kif tafu intom il-vaċċin tal-influwenza narmuh għal ħabta ta' Ġunju.", "Qegħdin naħsbu fuq din il-possibilità b'dan il-vaċċin?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Bażikament aħna rajna li jkollna biżżejjed vaċċini biex inkunu nistgħu nkopru l-popolazzjoni kollha.", "U bħal kwalunkwe ħaġa oħra, meta jkollna l-manifattura ma nkunux nafu eżatt x'qed jiġri u allura ħsibna li jkun hemm l-arranġamenti kollha ma' dawk l-available companies li kienu qegħdin jimmanifatturaw ħalli nkunu żguri li jkollna available.", "Il-vaċċini li jkunu qegħdin joħorġu, kif jiġu liċenzjati, magħhom qiegħda toħroġ is-summary of product characteristics (SPC) u fiha għandek l-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali kif ukoll informazzjoni għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa.", "Quddiemi għandi l-SPC tal-Ingliżi li fiha għandek l-informazzjoni dwar il-vaċċin tal-Pfizer.", "Hawnhekk qed jgħidlek li dawk in-nisa tqal ma tagħtihomx il-vaċċin mentri dawk li għandhom ippjanat li joħorġu tqal fi żmien xahrejn oħra, jew joqogħdu lura milli jagħmlu hekk jew inkella ma jiħdux dan il-vaċċin għaliex ma ġietx studjata f'dan il-grupp.", "Noqogħdu attenti u nifhmu li fuq dan il-vaċċin għadhom għaddejjin il-clinical trials fuqu.", "Fuq biċċiet minnhom aħna se nkunu qegħdin nagħtu dan il-viċċin fejn ikun diġà ġie stabbilit li dak il-grupp ta' nies huwa sigur.", "Fil-fatt it-trials li saru kienu fuq persuni li għandhom 'il fuq minn 16-il sena.", "U issa bdew jagħmlu xi trials fuq l-adoloxxenti.", "Allura aħna qegħdin noffruha bħalissa lil min se jkollu 'l fuq minn 16-il sena.", "Allura sakemm ikollna iktar vaċċini, aktar se nkunu nafu u aktar se jkollna safety assurances, li joħorġu wkoll mill-EMA.", "Allura dak li forsi llum qed ngħidu li jkun aħjar li nlaqqmu lil dawk li għandhom 'il fuq minn 16-il sena, aktar ma jgħaddu x-xhur, aktar jista' jkun hemm assigurazzjoni għalihom ukoll.", "Allura dejjem nimxu mal-informazzjoni li jkollna dak iż-żmien, però għalina dejjem inġibu safety first.", "B'dak li taf tkun tista' tgħid li se tagħti lil dak il-grupp għax għandek il-clinical trials kollha lesti fuqu.", "Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa se jingħataw l-informazzjoni kollha li għandna f'idejna.", "Hemm ippjanata wkoll kampanja għall-pubbliku biex ikunu jistgħu jifhmu l-informazzjoni kollha li għandna u sabiex jifhmu wkoll il-proċessi kollha ta' minn xiex għadda dan il-vaċċin, sabiex nassigurawhom dwar is-sigurtà tiegħu; sabiex jifhmu l-importanza tal-vaċċin biex tikkontrolla l-pandemija u anke individwalment kemm se tgħin lil dak li jkun sabiex tipprevjeni milli jkollu mard, komplikazzjonijiet u anke mwiet, kif ukoll dwar l-importanza inġenerali sabiex tkun tista' tikkontrolla din il-pandemija f'Malta ġaladarba mbagħad tibda trażżan dan in-numru ta' każijiet li qiegħed ikollna.", "MARIA DEGUARA: Rigward l-expiry date tal-vaċċin għandkom idea bejn wieħed u ieħor kemm hi?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Sitt xhur.", "MARIA DEGUARA: Jiġifieri l-vaċċini kollha li ġew ordnati would have to be issued within six months?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Id-data ta' skadenza hija ta' sitt xhur.", "Issa aħna ninkwetaw jekk ma jkollniex biżżejjed.", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Għalina aħjar ikollna ż-żejjed u jkollna disponibbli milli jkollna n-nieqes.", "Issa jekk ikollna ż-żejjed ħalli nagħtuhom bħala donazzjoni lill-pajjiżi tat-tielet dinja li ma jifilħux iħallsu għaliha jew li ma kellhomx aċċessibilità għaliha.", "Aħjar ikollna ż-żejjed biex inkunu żguri li nipproteġu lill-popolazzjoni kollha.", "Nifhmu li bit-trażmissjoni li tara ma tistax taffordja li jkollok nies li ma tistax toffrilhom il-vaċċin.", "MARIA DEGUARA: Grazzi.", "STEPHEN SPITERI: Xtaqt inressaq punt li naħseb huwa importanti.", "Meta l-istudji għadhom mhux jindikaw li f'paediatric population se jkunu limitati; meta nafu li t-tfal ħafna drabi jistgħu jkunu asymptomatic carriers; u meta nafu li għandna l-iskejjel u ċ-childcare centres miftuħin, ma taħsbux li għandha tkun ta' prijorità li l-istaff fl-iskejjel u fiċ-childcare centres ikunu iktar minn ta' quddiem li jitlaqqmu ħalli kemm jista' jkun it-trasmissjoni tonqos mit-tfal għall-istaff u mill-istaff għall-familji?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Din importanti ħafna u hija xi ħaġa li ġiet diskussa kemm f'Malta kif ukoll f'fora internazzjonali.", "Ejjew inħarsu daqsxejn lejn x'qed jiġri għaliex tgħallimna ħafna minn dak li qed jiġri bħalissa.", "Aħna kellna xenarju fejn fl-ewwel mewġa l-iskejjel għalqu u allura ma kellniex esperjenza.", "Però rajna ftit esperjenzi ta' pajjiżi barranin li żammew l-iskejjel tagħhom miftuħin.", "Anke issa li ninsabu għaddejjin b'dan it-term tal-iskola ma rajniex tifqigħat kbar fl-iskejjel tagħna.", "L-iktar li rajna trasmissjonijiet kienu bejn tnejn u tlett itfal.", "Il-każijiet li kien hemm kienu fl-adulti stess, li huwa post tax-xogħol normali bħal kwalunkwe post tax-xogħol ieħor.", "Tifhmu li l-workforce tal-għalliema u tal-edukaturi huwa kbir ħafna u allura huwa ovvju li se jkollok numru ta' nies li huma pożittivi.", "Però, minkejja li kien hemm dak l-ammont ta' għalliema li kienu pożittivi, xorta ma kellniex tifqigħat kbar fl-iskejjel.", "Dan qed ikun minħabba diversi raġunijiet.", "L-ewwel nett aħna ħadna l-mezzi ta' mitigazzjoni fl-iskejjel infushom.", "Żammejna l-bubbles tat-tfal, żammejna d-distanza, rajna li tittieħed it-temperatura tat-tfal qabel jidħlu fl-iskejjel, li jkun hemm is-sanitisation meħtieġa, eċċ. Però nafu wkoll mill-ftit informazzjoni li għandna li ma jkunx hemm daqshekk trasmissjoni bejn it-tfal infushom daqskemm għandek bejn l-adulti.", "Allura meta tħares lejn dan kollu u tiġi biex tipprijoritizza bl-ammont ta' vaċċini li qed ikollna, lil min għandek tagħti l-ewwel?", "Bħalma rajna, konna qegħdin naraw li l-maġġorparti tal-imwiet kienu qegħdin ikunu fl-anzjani.", "U allura nerġa' mmur lura għall-għan prinċipali tagħna li huwa dak li nnaqqsu l-morbidità u l-mortalità.", "Kieku għandna biżżejjed vaċċini għall-popolazzjoni kollha kien ikun tajjeb għax konna nlaqqmu lil kulħadd.", "Fil-fatt l-UNICEF ħarġet ukoll ir-rakkomandazzjoni tagħha li l-ewwel għandek tlaqqam lil dawk li huma l-iktar vulnerabbli biex tipproteġi wkoll is-sistema tas-saħħa u mbagħad tmur għall-istaff tal-iskejjel biex tkun tista' tnaqqas l-ammont ta' każijiet li jkollok fihom.", "Dan mhux biss biex tikkontrolla li ma jkunx hemm outbreaks imma biex inti jkollok l-istaff disponibbli, biex ma jimirdux u biex l-iskejjel jibqgħu għaddejjin.", "STEPHEN SPITERI: Qed nifhem sew li aħna qed nassumu, b'mod xjentifiku, li bejn tfal u tfal l-infettività hija inqas minn bejn l-adulti ma' xulxin?", "Grazzi.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qiegħed nifhem li min-naħa tad-Dipartiment se jagħti għażla lil dak li jkun dwar jekk iridx jitlaqqam jew le.", "Min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa se jiggwida lit-tobba kollha inġenerali biex huma jkunu jistgħu jagħtu parir informattiv lill-pazjenti tagħhom dwar l-għażla tagħhom.", "Nifhem ukoll li dawn il-kumpaniji li qegħdin jipproduċu dan il-vaċċin għadhom għaddejjin bit-trials tagħhom filwaqt li aħna se nibdew inlaqqmu.", "Dan mhux is-soltu.", "Pereżempju naf li fl-Ingilterra l-Pfizer hija legalment protetta jekk ikun hemm xi effetti kollaterali.", "Mela jekk ikun hemm effetti kollaterali fuq is-saħħa ta' persuna li tkun ġiet imlaqqma, u l-indikazzjonijiet juru li l-persuna tista' teħodha għax mhijiex fil-lista ta' dawk li għandhom jieħdu l- prekawzjonijiet, dik il-persuna ma tistax tfittex lill-Pfizer.", "Nifhem ukoll li l-EMA aċċettat il-clinical trials li saru biex b'hekk ikunu jistgħu jingħataw fil-membri stati tal-Ewropa.", "(Interruzzjonijiet) Qed tgħiduli li għadha ma ħarġitx imma se toħroġ f'Diċembru.", "Imma naħseb li la kulħadd qiegħed in progress kulħadd jaf li r-risposta se tkun iva milli le.", "Jien għalija l-messaġġ hawnhekk huwa importanti aktar mit-tilqima tal-influwenza u għalhekk irridu nkunu ċari dwar it-tilqima; meta niġu għall-persuni vulnerabbli rridu noqogħdu daqsxejn iktar b'seba' għajnejn.", "Forsi s-sena d-dieħla mhux se jkun daqshekk daqs kemm hu din is-sena.", "Allura rajtha stramba Dr Barbara x'ħin inti semmejt li se jkun hemm dan is-super vaccine li fih se jiġu kkumbinati l-vaċċin tal-influwenza u l-vaċċin tal-COVID-19 għax huma totalment differenti minn xulxin.", "Issa hawnhekk mhux qed insemmu wkoll it-tibdil fil-mutations tagħhom, eċċ., imma ejja nħalluha għalissa dik.", "Issa l-influwenza diġà tagħmlek immuno supressed u qed tnaqqaslek ir-reżistenza tiegħek.", "U meta inti għandek persuna li diġà hija mtektka minn saħħitha, u din narawha fl-anzjani meta kellna l-influwenza biss, kien ikollna ċerta mortalità u morbidità.", "X'ħin se tibda tagħti l-injezzjoni tal-COVID-19 ma taħsibx li se tkun wisq fuq is-sistema tal-immunità ta' persuna vulnerabbli għax tkun immuno suppressed?", "Naħseb li din hija iktar indikata għal persuna li hija b'saħħitha totalment milli għal persuna li diġà hija immuno compromised.", "DR CHRIS BARBARA: Naħseb importanti li noqogħdu attenti hawnhekk għax aħna m'għedniex li dan il-combination vaccine żgur se jsir.", "Aħna qed ngħidu x'intqal fil-gazzetti, fejn qed jgħidu li tkun xi ħaġa sabiħa li jkollna xi ħaġa simili ħalli mhux kull sena noqogħdu nieħdu ħafna tingiż differenti.", "U allura qed jaraw jekk huwiex possibbli li ssir din il-combination vaccine.", "Jien naħseb li qabel ma nkunu ċerti b'mod xjentifiku li mhu se nagħmlu ħsara lil ħadd ma nistgħux nieħdu din id-deċiżjoni fuq jekk għandhiex tidħol il-combination vaccine.", "Min-naħa tat-tilqima tal-influwenza, kif diġà nafu, għadna ma sibniex antigen komuni biex nagħtu tilqima waħda kull sena għax ikollok l-antigenic shift u l-antigenic drift.", "F'dan il-każ ikun l-antigenic drift.", "U allura se tkun iktar diffiċli biex nagħmlu din il-combination vaccine.", "Nixtieq ngħid li b'din tal-messenger RNA li qed naraw issa, tal-Pfizer, eċċ, li fil-bidu bdejna ngħidu li hija xi ħaġa ġdida u li jien xtaqt li napplikawha għall-influwenza għaliex dejjem ngħidu li nixtiequ li jkollna tilqima aħjar għall-influwenza … U forsi dan id-dwejjaq kollu li għamlitilna l-COVID-19 se tiftħilna xaqq ta' dawl biex ikollna tilqima ġdida 'l quddiem.", "Però fl-istess ħin irridu niftakru li t-tilqima tal-influwenza fadlilha ħafna x'nirranġaw fiha.", "U li ngħidu li t-tilqima tal-influwenza se tagħmillek l-immunità baxxa ħafna ma naħsibx li dak huwa totalment korrett.", "Inti se jkollok ħafna antigens li jistgħu jistimulaw kontinwament bħal pereżempju t-trab, il-pollen, eċċ. Dak l-istimolu ma jfissirx li inti f'daqqa waħda se ssir immuno suppressed.", "Kif semmejt qabel, l-aktar ħaġa importanti li għandna dejjem inżommu f'moħħna hu li ma nagħmlux ħsara lill-pazjent.", "Naħseb li għandna dejjem nibqgħu mixjin fuq dak il-prinċipju.", "Għalhekk qegħdin bħala kumitat sħiħ ta' speċjalisti, pedjatri u infectious desease physicians, nagħtu r-rakkmandazzjonijiet tagħna lill-Prof.", "Gauci, li qabel tidħol kwalunkwe ħaġa li tista' tingħata bħala injezzjoni, bħala tilqima, dejjem inkunu studjajnieha kollha f'daqqa.", "Barra minn hekk għandek dawn l-awtoritajiet, eċċ, li qed jiggwidawna fuqha.", "GODFREY FARRUGIA: Dr Barbara, kemm huwa ta' min joqgħod fuq il-PCR test?", "Taqra ħafna u tara ċerti nies akkademiċi ta' ċerta livell li jgħidulek li dan mhux effettiv.", "Fil-Portugall dan l-aħħar il-qorti qalet li l-PCR test mhuwiex effettiv.", "Fil-fatt aħna qegħdin nibbażaw ix-xjenza kollha fuqu!", "Hawn min qal ukoll fil-facebook li l-laboratorju ta' Mater Dei n-number of revs li qegħdin tagħmlu fil-PCR test huwa ogħla minn dak rakkomandat mill-UN.", "GODFREY FARRUGIA: X'inhi l-idea dwar dawn il-fehmiet diversi li aħna naqraw dwarhom?", "DR CHRIS BARBARA: Il-PCR test huwa wieħed mill-iktar testijiet sensittivi u kapaċi jiddistingwi jew jaqbadlek virus wieħed li jkollok fis-sistema.", "Apparti minn hekk, jekk ikollok virus li jkun biss spike, jiġifieri jkun biċċa minn virus, se jaqbadulek ukoll.", "Dak li ngħidulu l-false positive.", "Ħafna mill-problemi li jkollok fil-PCR huwa … Nafu kif f'daqqa waħda d-dinja kollha mtliet bil-PCR laboratories.", "Niftakar fi żmien meta bdejna bl-iswine flu u - dak iż-żmien kien l-Onor.", "Mario Galea qed jieħu ħsieb - ftaħna l-ewwel laboratorju.", "Għandna esperjenza kbira ta' kif nagħmlu dawn it-testijiet.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li għamilna - għaliex nafu li jista' jkollok problemi u għandna r-responsabilità li nagħtu riżultati korretti lill-pazjenti – hu li ma nagħmlux l-extraction tal-RNA b'mod manwali imma nagħmluh b'mod awtomatiku permezz tar-robotronics.", "U allura inti ma jistax ikollok carry over minn kampjun għal ieħor b'din is-sistema.", "Huwa minnu li jekk inti mhux qed issuq b'mod professjonali, is-sensittività tiegħek tista' tinżillek minn 90% għal 20%!", "U għalhekk li aħna nżommu l-istess nies.", "Pereżempju jien ma naqbadx kwalunkwe xjenzat biex jagħmel it-testijiet imma nħalli biss lil dawk li għandhom l-esperjenza f'dan il-qasam biex b'hekk jibqgħu dejjem l-istess par idejn li jagħmlu l-istess affarijiet.", "Allura b'dak il-metodu inti tista' tkompli żżid is-cycle threshold values biex iżżid is-sensittività tiegħek.", "Min m'għandux dik l-esperjenza ma jistax itella' daqshekk is-cycle threshold values.", "L-importanti għalina huma l-controls; li l-positive u n-negative qed jaħdmulna tajjeb u li allura moħħi mistrieħ li …", "GODFREY FARRUGIA: X'inhuwa l-istandard tagħkom?", "DR CHRIS BARBARA: Dan ivarja u dejjem ivarja skont il-kit li qed tuża.", "Ma nistax ngħidlek li dan huwa għal kollox.", "Allura għandek kits li għandhom ċerta cycle threshold values u għandek oħrajn b'CT values differenti.", "L-importanti li jien għandi dak il-cut off li huwa aċċettat b'mod regolari.", "MARIA DEGUARA: Jiġifieri hemm il-ħsieb li tibqgħu tvarjawhom skont il-kits li tkunu qed taħdmu fuqhom?", "DR CHRIS BARBARA: Preċiż.", "GODFREY FARRUGIA: Il-kit stess jindikalek kemm għandek tagħmel revs?", "DR CHRIS BARBARA: Ħafna drabi l-manifattur jindikalek x'għandek tagħmel però aħna qatt ma noqogħdu fuq dak li jgħid il-manifattur imma nagħmlu l-validation u l-verificition tagħna.", "Naraw jekk aħniex naqblu u jekk ma naqblux niktbu lill-manifattur.", "GODFREY FARRUGIA: Importanti li tgħidha din il-biċċa.", "DR CHRIS BARBARA: Iva, importanti ħafna.", "Aħna nagħmlu validation ma' batch u ma' kull kit nagħmlu verification ta' kull waħda.", "Ma' kull run nagħmlu waħda wkoll għax għandek il-control.", "STEPHEN SPITERI: Kontu bdejtuh l-antibody testing tal-popolazzjoni hux hekk?", "DR CHRIS BARBARA: Hekk hu.", "Kif tafu dan ix-xahar ninsabu b'ilsienna barra biex nipprovaw inrażżnu l-imxija.", "U bħalissa biex intellgħu 3,000 swab kuljum u naħdmuhom, bl-istess nies ta' esperjenza, hija diffiċli ħafna.", "Però oltre minn hekk nixtieq li qabel ma nibdew nagħtu t-tilqima jkollna sero-epidemology study … (Interruzzjonijiet) Nista' ngħid li l-kits diġà qegħdin f'idejna u l-protokoll diġà qiegħed hemm.", "Irrid ngħaddih lill-Prof.", "Gauci ħalli tagħmlilna l-aħħar finishing touches fih.", "Diġà għamilna testijiet mill-biochemistry, mill-blood banking u mill-ħaddiem tal-kura tas-saħħa imma xtaqna nagħmlu cohort ta' nies at random, li jkunu age stratified, biex naraw a naive population qabel ma tkun ħadet it-tilqima … Il-proposal diġà qiegħed hemm.", "Kemm ngħaddi l-protokoll lill-Prof.", "Min-naħa tas-saħħa primarja dejjem ikollna l-għajnuna għax aċċettaw biex min jirċievi l-invit imur fiċ-ċentru tas-saħħa ħalli jeħdulu sample tad-demm u mbagħad naħdmuh min-naħa tagħna.", "STEPHEN SPITERI: B'hekk inkunu nistgħu nanalizzaw l-effikaċja tal-vaċċin wara li jingħata.", "DR CHRIS BARBARA: Hekk hu.", "Dik hija l-idea wara dan it-test.", "Nixtieq biss li kelli iktar minn par idejn!", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: B'hekk fid-database tagħna jkollna records ta' dawk kollha li tlaqqmu.", "Eventwalment se nagħmlu link biex naraw x'impatt kien hemm fuq il-marda.", "MARIA DEGUARA: Tistgħu titraċċaw ukoll kemm il-xahar se jdum l-effett tal-vaċċin?", "IL-PROFESSUR CHARMAINE GAUCI: Kull pajjiż se jibda jgħaddi d-data tiegħu.", "Ovvjament il-kontribut ta' Malta huwa wieħed żgħir, però meta tħares lejn il-pajjiżi kollha u tkun id-data ta' kulħadd flimkien, se jkollok ħafna iktar numri.", "U naturalment meta jkollok numri kbar se tkun iktar reliable.", "MARIA DEGUARA: Grazzi ħafna u prosit ta' xogħolkom.", "GODFREY FARRUGIA: Taqra wkoll fuq il-geo modified RNA u nano cells.", "Jgħidulek li ċerti ditti, forsi mhux dawk li semmejtu hawnhekk, trid toqgħod attent minnhom għax jistgħu jużaw dik it-tip ta' teknoloġija fit-tilqim tagħhom.", "X'tista' tgħidilna dwarhom dawn?", "DR CHRIS BARBARA: S'intendi jien diġà qiegħed f'kuntatt ma' ħafna minn dawn il-kumpaniji li jużaw in-nano technology, eċċ. Ix-xjenza nħobbha ħafna u nħobb il-gadgets kollha.", "Kollha nħobb nistudjahom, però qatt mhu se nasal biex nuża xi ħaġa fuq xi pazjent jekk ma nkunx 100% ċert li taħdem.", "GODFREY FARRUGIA: Jiġifieri t-tilqim li se nagħtu lill-pazjenti Maltin mhux se jkollhom din it-tip ta' teknoloġija?", "DR CHRIS BARBARA: Sakemm ma jkollniex assigurazzjoni li din hija korretta u tajba, aħna assolutament li mhux se nużawha.", "GODFREY FARRUGIA: Din importanti li tingħad.", "DR CHRIS BARBARA: Importanti ħafna.", "GODFREY FARRUGIA: Għax inkella l-healthy population mhux se teħodha.", "DR CHRIS BARBARA: Ma jfissirx li jien ma nibqax inħares lejn x'qiegħed jiġri x'imkien ieħor u nistudjaha.", "Però mhux se nużaha qabel inkun ċert li din hija effettiva, u qabel minn effettiva, inkun ċert li hija sigura għal dak li jkun biex jeħodha.", "DR CHRIS BARBARA: L-istess ukoll.", "GODFREY FARRUGIA: Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom ta' din il-preżentazzjoni tassew dettaljata li tajtuna llejla.", "U minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lilkom, lit-tim kollu tagħkom u lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor qegħdin jgħinu f'din l-istrateġija sabiex negħlbu l-pandemija tal-COVID-19.", "AFFARIJIET OĦRA", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddi issa l-kelma lill-Onor.", "Godfrey Farrugia sabiex jikkonkludi fuq is-suġġett li ddiskutejna fl-aħħar laqgħa.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, l-aħħar darba ċċirkolajt preżentazzjoni imma mhux se nidħol fiha hawnhekk.", "Għaldaqstant se nipproponi dan l-istatement:", "It-tieni prinċipju nixtieq li naddottawh l-aktar għat-tfal u mhux għall-popolazzjoni kollha.", "Għaldaqstant qiegħed nipproponi li dan il-Kumitat jissuġġerixxi li kemm jista' jkun, meta niġu għall-free zones, ikun hemm protezzjoni fl-iskejjel, fil-playgrounds u fejn huwa possibbli fl-isptarijiet.", "Qed ngħid fejn huwa possibbli fl-isptarijiet għax xorta jista' jkollok il-5G, bħalma ssemma hawnhekk, imma jkun wired minflok wireless.", "La għandna a golden standard bħala membru stat tal-Ewropa - kieku kienet il-Ġermanja konna nsemmu lilha u kieku kienet l-Ingilterra konna nitkellmu fuq l-Ingilterra – li hija Franza, għandna naraw x'għamel dan il-pajjiż.", "Hemm il-French legislation tal-2018 u nixtieq li b'xi mod dan il-mudell jiġi studjat, b'referenza dejjem għat-tfal, biex dawk il-miżuri li jistgħu jiġu addottati f'Malta, naddottawhom permezz ta' tibdil fil-liġi tagħna.", "Dan dejjem biex nipproteġu lit-tfal.", "Qed nitkellem fuq it-tfal għax jidher biċ-ċar minn dak li smajna li t-tfal huma esklużi mill-mod ta' kif il-linja gwida tittieħed bħala test.", "L-ewwel nett fit-tfal għandek moħħ li għadu qiegħed jiżviluppa, għandek a thin skull u nafu wkoll li l-intensity of use fit-tfal żdiedet minħabba attitudni.", "Allura, billi ma nafux eżatt x'jista' jiġri 'l quddiem, it-tfal għandu jkollhom ċerta protezzjoni u limitu ta' użu.", "Jien hawnhekk mhux qed ngħid li ma jużawhomx imma li jkun hemm limitu fl-użu.", "Għalhekk għandha ssir kampanja edukattiva.", "Għaldaqstant, jekk qed naqblu fuq dawn iż-żewġ prinċipji; the right to know principle u the principle of caution, jiena nemmen li dan l-istatement, bil-qbil tal-Kumitat, għandna nirrakkomandawh lill-Malta Communications Authority u lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, biex jaraw huma kif għandhom jimxu.", "Imma almenu bħala Kumitat inkunu għamilna pass għaqli u nkunu irrakkomandajna b'mod edukat fejn għandna naslu.", "Huwa aħjar milli nħallu vacuum kif għandna bħalissa.", "Ma jistax ikun li nibqgħu f'din is-sitwazzjoni u xi ħaġa trid issir.", "Għalhekk qiegħed nissuġġerixxi li jkollna dawn ir-rakkomandazzjonijiet min-naħa tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, nirringrazzjak.", "Jiena nilqa' din il-proposta u għalhekk se ngħaddu dawn ir-rakkomandazzjonijiet li qiegħed tissuġġerixxi lill-Parlament.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, se nagħmluhom tal-Kumitat u mhux tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Nirringrazzjakom.", "Minn hawnhekk nixtieq nawguralkom għall-festi li ġejjin.", "Grazzi.", "Fis-6.11 p.m. il-laqgħa ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20201215_015d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 15", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.54 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Grixti, President tal-Kumitat ippresieda.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 15 li saret fil-15 ta' Diċembru 2020 ġew konfermati.", "\"Programm Nazzjonali ta' Tilqim kontra l-COVID-19\"", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Charmaine Gauci u lil Dr Chris Barbara sabiex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Prof. Gauci u Dr Barbara ppreżentaw Powerpoint Presentation intitolata:", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lill-mistednin.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia ppreżenta rakkomandazzjonijiet dwar il-5G:", "Il-President tal-Kumitat, f'isem il-Kumitat laqa' r-rakkomandazzjonijiet kif ippreżentati u li kien se jgħaddihom lill-Kamra.", "Fis-6.11 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20201215_015m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Clyde Caruana, Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol", "Onor. Silvio Schembri, Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija", "Onor. Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur", "Laqgħa Nru 38", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020, fl-4.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it- Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020, fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 151 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi Finanzjarji - Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.", "14 ta' Diċembru 2020 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201215_038a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 37", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 2020", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 37", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 2020", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:58 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 37 li saret fl-14 ta' Diċembru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 409 tal-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "PERMESS TAL-KUMITAT", "CLYDE CARUANA (Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol): Sur President, nitlob il-permess biex inressaq klawsola ġdida f'dan l-istadju tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol il-Kumitat qabel li titressaq klawsola ġdida f'dan l-istadju tal-Kumitat.", "KLAWSOLA ĠDIDA 2A", "CLYDE CARUANA: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 2A għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba skont l-Ordni Permanenti Nru 101.", "CLYDE CARUANA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 2A:", "\"A\" Minnufih wara l-klawsola 2 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda tal-artikolu 11 tal-Att prinċipali.", "Fis-subartikolu (4) tal-artikolu 11 tal-Att pinċipali, minflok il-kliem \"minn erba' (4) membri oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"minn żewġ (2) membri oħra\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: B'din l-emenda effettivament qegħdin inċekknu l-Kumitat dwar Deċiżjonijiet tal-Infurzar hux hekk?", "CLYDE CARUANA: Iva, biex ikun jista' jaħdem b'aktar effiċjenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 2A tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 2A ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "CLYDE CARUANA: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 2A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 2A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola Ġdida 2A għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Emenda tal-artikolu 21 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, bis-subklawsola (b) tal-klawsola 4 qegħdin inżidu s-subartikolu (9A) ġdid mal-artikolu 21 tal-Att dwar is-Servizzi Finanzjarji ta' Malta.", "L-ewwel proviso għal dan is-subartikolu se jkun jaqra hekk:", "\"Iżda dwar appell minn deċiżjoni tal-Kumitat ta' Riżoluzzjoni li jieħu xi miżura ta' maniġġar ta' kriżi, it-Tribunal għandu juża l-valutazzjonijiet ekonomiċi komplessi tal-fatti mwettqin mill-Kumitat ta' Riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tiegħu nnifsu ta' dik id-deċiżjoni:\".", "Essenzjalment qed issir referenza għall-valutazzjonijiet ekonomiċi komplessi tal-fatti u nixtieq li l-Ministru jamplifika daqsxejn aktar fuq dan il-proviso.", "CLYDE CARUANA: Sur President, nitlob l-intervent tal-esperti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Lynn Spiteri Dalmas biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR LYNN SPITERI DALMAS (Senior Legal Officer, MFSA): F'dan il-proviso qed ngħidu li jekk se jkun hemm appell minn deċiżjoni tal-Kumitat ta' Riżoluzzjoni, f'każ illi dik id-deċiżjoni tkun tirrigwarda miżura ta' maniġġar ta' kriżi, it-Tribunal għandu juża valutazzjonijiet ekonomiċi.", "Dan mhux għax b'xi mod id-deċiżjoni tal-Kumitat ta' Riżoluzzjoni jista' jagħti l-każ li jkollha impatt negattiv fuq is-sistema ekonomika iżda minħabba l-implikazzjonijiet li jista' jkun hemm.", "Normalment hawnhekk inkunu qed nitkellmu fuq każijiet fejn, pereżempju, il-Kumitat ikun iddeċieda li fond se jiġi riżolt u allura jista' jkun hemm implikazzjonijiet.", "Għalhekk, ikun tajjeb u għaqli li t-Tribunal juża valutazzjonijiet ekonomiċi biex jasal għad-deċiżjoni tiegħu.", "MARIO DE MARCO: Qed nifhem sew li fil-każ ta' issues ta' interpretazzjoni tal-Att ma jistax isir appell imma jista' jsir appell biss rigward issues jew ta' applikazzjoni ħażina ta' xi dispożizzjoni tal-Att, jew ta' deċiżjonijiet li jinvolvu abbuż ta' diskrezzjoni.", "Jiġifieri fil-każ ta' wrong interpretation as opposed to worng application m'hemmx dritt ta' appell.", "DR LYNN SPITERI DALMAS: Hekk hu.", "MARIO DE MARCO: Hemm xi raġuni għal dan?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lis-Sur Aldo Giordano biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SUR ALDO GIORDANO (Head of Resolution Unit, MFSA): Sur President, l-ewwel nett dan l-Abbozz ta' Liġi huwa traspożizzjoni ta' Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "It-tieni, minħabba l-fatt li se nkunu qed nirriżolvu bank, ma jistax ikun hemm dewmien biex tirriżolvih.", "Għaldaqstant l-appelli li jkun hemm ikunu for value and not to stop the resolution process, inkella jista' jiġri kif kien ġralna fil-passat, ċjoè jkollok destruction of value tal-bank bil-konsegwenza li ma jibqax flus, la għall-kredituri u lanqas għad-depożitanti.", "Allura biex jiġi evitat dak it-tip ta' xenarju, il-proċess jibqa' għaddej però l-appell imbagħad isir for value.", "Issa hawnhekk qed nużaw il-kliem \"applika ħażin xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Att\" u naħseb li dawn qegħdin jintużaw bi skop.", "Hawnhekk qed issir distinzjoni bejn applikazzjoni ħażina, fejn essenzjalment il-Kumitat ikun applika jew uża liġi minflok oħra, u interpretazzjoni ħażina tal-liġi.", "Qed nipprova nkun ċert li l-kliem li użajtu huwa l-kliem li ridtu tużaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Emilienne Agius biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR EMILIENNE AGIUS (Legal and International Relations, MFSA): Qiegħed jintuża dan il-kliem għar-raġuni sempliċi li dak huwa kliem li diġà jintuża meta nitkellmu fuq it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji, li r-remit tiegħu diġà huwa stabbilit fil-liġi, preċiżmanet fis-subartikolu (9) tal-artikolu 21.", "Hemmhekk diġà qiegħed stabbilit ir-remit tat-Tribunal u allura aħna kulma għamilna hawnhekk huwa li rreplikajna dak il-provvediment u qed nestenduh għal deċiżjonijiet li huma relatati m'' resolution.", "Jiġifieri aħna ma rridux noħolqu xi ħaġa ġdida imma sempliċement nestenduha għal dawn it-tip ta' deċiżjonijiet.", "MARIO DE MARCO: Jiġifieri l-paragrafi (a) u (b) tal-artikolu li se żżidu huma replika ta' dak li diġà jeżisti?", "DR EMILIENNE AGIUS: Eżatt.", "MARIO DE MARCO: Il-provisos biss li żidtu hux hekk?", "DR EMILIENNE AGIUS: Iva, u l-provisos ġejjin mill-Bank Recovery and Resolution Directive (BRRD), jiġifieri mhumiex xi kreazzjoni ġdida lanqas.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ninformakom li fl-Abbozz ta' Liġi kien hemm misprint fit-test Malti u l-klawsola 5 hija nieqsa għaliex hija mmarkata bħala klawsola 6.", "Għaldaqstant ngħaddu għall-klawsola 6 kif indikata fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Emenda tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CLYDE CARUANA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Klawsola 6 għandha tiġi rinumerata bħala klawsola 5.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 6 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 5 kif rinumerata.", "Klawsola 5, kif rinumerata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-qosor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CLYDE CARUANA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"Ċ\" Fi klawsola 1, minflok il-kliem \"l-Att tal-2020 li Jemenda l-Att dwar is-Servizzi Finanzjarji ta' Malta\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta\".", "\"C\" In the Maltese text of clause 1, for the words \"l-Att tal-2020 li Jemenda l-Att dwar is-Servizzi Finanzjarji ta' Malta\" there shall be substituted the words \"l-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 1 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"Ċ\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Clyde Caruana.", "CLYDE CARUANA: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, Kap. 330\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Fl-4.56 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20201215_038d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "LAQGĦA NRU 3", "It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2020", "Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta fl-4.45 p.m.", "L-Onor.", "Justyne Caruana, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għal Għawdex l-Onor.", "Kevin Cutajar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 2, li saret fit-12 ta' Mejju 2020, ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Justyne Caruana fetħet it-tielet laqgħa ta' dan il-Kumitat billi rreferiet għall-qbil tal-Kumitat li tiġi fformulata ittra indirizzata lill-awtoritajiet konċernati sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-Gozo Channel.", "Il-President tal-Kumitat infurmat lill-Membri illi kkomunikat mas-Sur Joe Cordina, Chairperson tal-Gozo Channel, sabiex jgħaddi lill-Kumitat l-informazzjoni neċessarja ħalli l-Kumitat ikun f'pożizzjoni li jifformula l-ittra msemmija, liema ittra tkun maqbula bejn il-Membri.", "B'referenza għall-pjan ta' ħidma, il-President tal-Kumitat qalet illi l-Membri min-naħa tal-Oppożizzjoni għaddewlha lista ta' suġġetti li jixtiequ li jiġu diskussi fil-Kumitat u għaldaqstant talbet lill-Membri min-naħa tal-Gvern jgħaddu wkoll lista sabiex jiġi fformulat il-pjan ta' ħidma.", "L-IMPATT TAL-COVID-19 FUQ GĦAWDEX U T-TRIQ 'IL QUDDIEM (KONT.)", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Noel Xerri, Chief Executive tal-Fondazzjoni OASI, biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Is-Sur Noel Xerri ta Powerpoint presentation u ppreżenta lill-Kumitat:", "Wara l-preżentazzjoni mis-Sur Xerri, il-Membri għamlulu numru ta' mistoqsijiet.", "Il-President tal-Kumitat issuġġeriet li l-Fondazzjoni OASI tiġi megħjuna billi tiskatta diskussjoni ma' entitajiet nazzjonali, pereżempju bħall-Commcare Unit, li jkunu jistgħu jgħinu mil-lat ta' fornitura u amministrazzjoni ta' ċerti mediċini bħall-methadone.", "Wara, il-Kumitat stieden lil Dr Anton Grech, Clinical Chairman tad-Dipartiment tal-Psikjatrija ġewwa l-Ministeru tas-Saħħa, u lis-Sinjura Jeanette Falzon, Viċi-President tal-Mental Health Association ġewwa Għawdex, biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett permezz ta' video conferencing.", "Dr Anton Grech u s-Sinjura Jeanette Falzon taw Powerpoint presentation u ppreżentaw lill-Kumitat:", "Wara l-preżentazzjoni minn Dr Grech u s-Sinjura Falzon, il-Membri għamlu numru ta' mistoqsijiet.", "Wara, il-Kumitat stieden lis-Sur Saviour Grech, President tal-Gozo NGOs Association biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett permezz ta' video conferencing.", "Is-Sur Saviour Grech ta Powerpoint presentation u ppreżenta lill-Kumitat:", "Wara l-preżentazzjoni mis-Sur Grech, il-Membri għamlulu numru ta' mistoqsijiet.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-President tal-Kumitat infurmat lill-Memri li għal-laqgħa li jmiss ser jiġu mistiedna Dr Francis Fabri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Gozo University Group (GUG), il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u MCAST Gozo Campus.", "Fis-6.25 p.m. il-Kumitat aġġorna għat-Tlieta, 26 ta' Mejju 2020 fl-4.30 p.m. fejn ser ikompli jiġi diskuss l-Impatt tal-COVID-19 fuq Għawdex u t-triq 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20201805_003m_gpc.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 13", "It-Tlieta, 5 ta' Jannar 2021 fit-8.30 am", "IlPresident talKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 5 ta' Jannar 2021 fit-8.30 am filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Konferma tal-Minuti", "Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika - Ilment tas-Sur Carmel Cacopado dwar Abbuż ta' Poter fil-Ħatra tal-eks-ministru Konrad Mizzi bħala konsulent mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (Każ K/022) (Kont.)", "Xogħol ieħor", "2 ta' Jannar 2021 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210105_014a_spl.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 5 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 5 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-8.34 a.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 13, li saret fl14 ta' Ottubru 2020, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lillKumitat b'numru ta' dokumenti li s-Sedja rċeviet mingħand ilKummissarju għalliStandards fil-Ħajja Pubblika millaħħar laqgħa 'l hawn u li diġà ġew mibgħuta lillMembri:", "Dok.43 - Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika K/021, wara lment mis-Sur Marco Farrugia dwar Alleged absenteeism from work by MPs employed in the public sector, datat 2 ta' Novembru 2020.", "Dok.44 - Ittra datata 2 ta' Novembru 2020 lillIspeaker talKamra tadDeputati mingħand ilKummissarju għalliStandards filĦajja Pubblika dwar lestensjoni talperjodu tassitt xhur filkażijiet K/022, K/026 u K/027, mibgħuta għallfinijiet talartikolu 24(2) talAtt dwar Standards filĦajja Pubblika.", "Dok.45 - Memorandum ippreparat mill-Kummissarju dwar Proċedura għall-Ġbir ta' Informazzjoni relatata mad-dikjarazzjonijiet tad-dħul, attiv, interessi jew benefiċċji ta' Deputati Parlamentari, datat 3 ta' Novembru 2020.", "Dok.46 - Deċiżjoni ta' inammissibilità tat-talba tal-Onor.", "Jason Azzopardi sabiex issir investigazzjoni jekk kienx hemm ksur ta' etika fl-aċċettazzjoni ta' ospitalità ġewwa Tel Aviv fl-2017 datata 10 ta' Novembru 2020.", "Dok.47 - Ittra datata 30 ta' Novembru 2020 lillIspeaker talKamra tadDeputati mingħand ilKummissarju għalliStandards filĦajja Pubblika dwar lestensjoni talperjodu tassitt xhur filkaż K/025, mibgħuta għallfinijiet talartikolu 24(2) talAtt dwar Standards filĦajja Pubblika.", "Dok.48 - Ittra datata 2 ta' Diċembru 2020 lillIspeaker talKamra tadDeputati mingħand ilKummissarju għalliStandards filĦajja Pubblika dwar lestensjoni talperjodu tassitt xhur filkaż K/017, mibgħuta għallfinijiet talartikolu 24(2) talAtt dwar Standards filĦajja Pubblika.", "Dok.49 - Ittra datata 11 ta' Diċembru 2020, mibgħuta għallfinijiet talartikolu 22(4) talAtt dwar Standards filĦajja Pubblika dwar l-azzjoni meħuda mill-Kumitat fuq ir-rapport K/022.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nixtieq nagħmel suġġeriment biex il-Memorandum ippreparat mill-Kummissarju dwar Proċedura għall-Ġbir ta' Informazzjoni relatata mad-dikjarazzjonijiet tad-dħul, attiv, interessi jew benefiċċji ta' Deputati Parlamentari, datat 3 ta' Novembru 2020 (Dok.", "45), jiġi ċċirkolat fost il-Membri kollha tal-Kamra għax naħseb li fih hemm rekwiżiti li m'għandniex inkunu nafu bihom aħna biss, imma għandhom ikunu jafu bihom il-Membri kollha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Jien naqbel mal-Onor.", "Karol Aquilina li ma nistgħux nerfgħu xi ħaġa li hija obbligu tal-Membri Parlamentari kollha ...", "L-ISPEAKER: Naħseb li anke l-grupp parlamentari għandu ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: … anke in vista tal-kompożizzjoni kurrenti tal-Kamra fejn forsi la n-naħa tal-Oppożizzjoni u lanqas in-naħa tal-Gvern m'għandhom kontroll sħiħ fuq ċerti Membri Parlamentari.", "Jien li kont se nissuġġerixxi min-naħa tagħna – u naħseb li l-Ministru Byron Camilleri jaqbel miegħi – hu li dan xorta niddiskutuh internament fil-parliamentary group tagħna.", "KAROL AQUILINA: Ħalli nispjega x'għamilt jien.", "Jien avżajt li hemm memorandum u ma żvelajtx il-kontenut tiegħu.", "Però nixtieq inkun f'pożizzjoni li mmur quddiem il-grupp parlamentari, nippreżentalhom il-memorandum u … Naħseb li huwa ġustifikat.", "L-ISPEAKER: Naħseb li s-suġġeriment tal-Onor.", "Karol Aquilina huwa ġustifikat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nistgħu nirreġistraw il-qbil tagħna mal-Onor.", "L-ISPEAKER: Naħseb huwa ġustifikat għaliex, jekk se tiddiskutu fil-grupp parlamentari, kulħadd għandu jkollu … (Interruzzjonijiet) Mela hawn qbil li nqegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra għall-attenzjoni ta' kulħadd?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien kieku ma kontx nagħmel hekk.", "L-ISPEAKER: Kif tridu intom.", "Jien qiegħed sempliċement nagħmel suġġeriment.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, biex kulħadd ikun kopert, jien kieku nirreferi għal deċiżjoni li ttieħdet illum ...", "KAROL AQUILINA: … u niċċirkolaha ma' kulħadd.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: U nibgħat email lil kulħadd.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Inkella tridu tawtorizzaw liż-żewġ naħat biex ikellmu lill-grupp parlamentari dwar dan.", "KAROL AQUILINA: Dik se nagħmluha, imma hemm uħud mill-Membri Parlamentari li mhumiex parti mill-grupp.", "Dik hi l-problema, u ma nixtiqux li ....", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: U jaqgħu fil-mansjoni tal-liġi.", "L-ISPEAKER: Hekk hu.", "Mela hawn qbil li l-Memorandum ippreparat mill-Kummissarju dwar Proċedura għall-Ġbir ta' Informazzjoni relatata mad-dikjarazzjonijiet tad-dħul, attiv, interessi jew benefiċċji ta' Deputati Parlamentari, datat 3 ta' Novembru 2020 (Dok.", "45), għandu jintbagħat lill-Membri kollha tal-Kamra?", "Il-permess ingħata.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILLKUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA (KAŻ K/022) – KONT.", "Il-Kumitat irriżuma mill-14 ta' Ottubru 2020 id-diskussjoni fuq dan ir-Rapport.", "L-ISPEAKER: Il-Kumitat iltaqa' sabiex skont lartikolu 27 talAtt dwar liStandards filĦajja Pubblika jkompli jikkonsidra u jiddeċiedi dwar jekk jaddottax ilkonklużjonijiet u rrakkomandazzjonijiet tarrapport talKummissarju għalliStandards filĦajja Pubblika (Rapport K/022), li ġie mgħoddi lillMembri talKumitat nhar itTnejn, 5 ta' Ottubru 2020, jiġifieri kull Membru ta' dan il-Kumitat għandu kopja tiegħu.", "Infakkarkom ukoll li, wara l-preżentazzjoni li saret mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika, Dr Hyzler, fl-aħħar laqgħa, il-Kumitat qabel li r-rapport tal-Kummissarju dwar dan il-każ għandu jsir pubbliku, b'riżerva espressa mill-Membri min-naħa tal-Gvern dwar l-adozzjoni tal-istess rapport u, jekk ikun il-każ, l-applikazzjoni tal-artikli 27 u 28 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, liema aspetti nifhem li għandhom jiġu diskussi matul il-laqgħa tal-lum.", "Għalhekk, matul din il-laqgħa l-Membri tan-naħa tal-Gvern iridu jaraw jekk jaqblux li dan ir-rapport jiġi addottat jew le, filwaqt li rridu naraw ukoll jekk huwiex il-każ li jiġu applikati artikli 27 u 28 f'dan il-każ partikolari.", "Jien ipprovajt inlaqqa' lil dan il-Kumitat illum peress li llum jiskadu t-tliet xhur, u allura llum bilfors irridu nagħlqu din id-diskussjoni.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, safejn naf jien dik il-parti ta' fejn il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika ġie jispjegalna r-rapport mhijiex pubblika.", "L-ISPEAKER: Jien tajt kelma lil Dr Hyzler li se ngħaddilu t-traskrizzjoni ta' dik il-parti tal-laqgħa, u lilkom għaddejtilkom kopja.", "KAROL AQUILINA: Il-kwestjoni hi ...", "L-ISPEAKER: Aħna fhimna kollox.", "KAROL AQUILINA: Aħna fhimna wkoll, imma l-pubbliku ...!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Il-Kummissarju ma jpoġġix id-depożizzjoni tiegħu fuq il-website tiegħu?", "KAROL AQUILINA: Peress li l-preżentazzjoni tal-Kummissarju tat spjegazzjoni ta' dan ir-rapport, jien naħseb li, bil-kunsens tal-Kummissarju … Jien qed nifhem li m'hemmx audiovisual recording ta' dik il-parti tal-laqgħa, hux?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (L-Iskrivan tal-Kamra): Hemm recording tiegħu.", "KAROL AQUILINA: Jien naħseb li tali recording għandu jiġi mxandar, għax altru nispjega r-rapport jien u altru jispjega r-rapport il-Kummissarju, li għamlu hu stess.", "Hemm differenza kbira.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dan li qed isir hawnhekk qed jiġi mxandar, hux hekk?", "L-ISPEAKER: Meta l-laqgħa tkun in camera, wieħed jista' jagħmel il-kummenti li jrid.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Meta ġie l-Kummissarju f'dan il-Kumitat, il-laqgħa kienet in camera jew le?", "KAROL AQUILINA: Iva, il-laqgħa kienet in camera.", "L-ISPEAKER: Però, minkejja li l-laqgħa kienet in camera, lill-Kummissarju għall- iStandards fil-Ħajja Pubblika tajtu traskrizzjoni ta' dak kollu li ntqal, u għaddejt kopja tiegħu lilkom ukoll.", "Issa qegħdin hawnhekk għal dan il-punt li semmejt.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ovvjament jien dejjem naqbel mal-prinċipju li dokument ikun pubbliku, għax fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk m'aħniex nagħmlu xi ħaġa underground.", "Dawn huma rapporti fuq għemil ta' nies eletti mill-poplu, jiġifieri l-prinċipju hu dak li qed jasserixxi l-Onor.", "Jien li ninkwieta biss hu meta jiġi xhud – f'dan il-każ il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika – bil-ħsieb li qed jixhed fil-magħluq u allura jgħidilna xi affarijiet li forsi ma jkunx komdu li jgħidhom fil-pubbliku.", "Qed ngħid dan anke bħala proċedura għall-quddiem.", "L-ISPEAKER: L-aħħar darba aħna ftehmna fuq il-proċedura li kellha tiġi addottata.", "KAROL AQUILINA: Jien li qed nitlob huwa li l-Kumitat jitlob il-kunsens tal-Kummissarju biex ix-xhieda tiegħu ssir pubblika, għax wara kollox fiha nnifisha x-xhieda tiegħu hija spjegazzjoni tar-rapport.", "Qed nagħmel dan is-suġġeriment ukoll biex din id-deċiżjoni ma tkunx in a vacuum.", "L-ISPEAKER: Jien din qed naraha stramba għax aħna diġà konna ftehmna dwar kif għandha ssir il-proċedura.", "KAROL AQUILINA: Imma aħna konna għamilna dan qabel ma ppubblikajna r-rapport.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Byron Camilleri.", "BYRON CAMILLERI (Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi): Sur President, jien naħseb li jekk nagħmlu dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Karol Aquilina jkun qed jinħoloq preċedent.", "Meta Kumitat Parlamentari jiddeċiedi li jkollu laqgħa in camera, tkun ittieħdet id-deċiżjoni li wieħed jagħti x-xhieda tiegħu fil-magħluq, u għalhekk imbagħad ma nistgħux niddeċiedu li parti minn dik il-laqgħa ssir pubblika għax inkella, jekk nagħmlu hekk, nistgħu ma nerġgħu niddeċiedu qatt li xi parti mil-laqgħa ssir fil-magħluq.", "Wara kollox, sinjal li jkun hemm raġuni għalfejn tkun ittieħdet dik id-deċiżjoni.", "Jekk nagħmlu dak li qed jiġi ssuġġerit, allura dan jista' jwassal għal nuqqas ta' fiduċja minna l-Membri Parlamentari f'xi proċeduri ta' dan il-Kumitat għax, kif għedt diġà, jekk nagħmlu dak li qed jiġi ssuġġerit nistgħu ma nerġgħu niddeċiedu qatt aktar li xi parti mil-laqgħa ssir fil-magħluq.", "L-ISPEAKER: Jien naħseb li m'għandniex għalfejn inkomplu niddiskutu din il-kwestjoni.", "Ħalli naraw għalfejn tlaqqa' l-Kumitat.", "Dan il-Kumitat tlaqqa' l-ewwel nett minħabba r-riżerva li ġiet espressa min-naħa tal-Membri tal-Gvern dwar l-adozzjoni tal-istess rapport.", "It-tieni raġuni għalfejn tlaqqa' dan il-Kumitat hija biex illum niddeċiedu dwar kwestjoni pendenti li diġà ddiskutejnieha, u ċjoè, dwar jekk hemmx l-applikazzjoni ta' xi sanzjoni taħt artikli 27 u 28 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika fil-konfront ta' Dr Joseph Muscat, li kien Membru Parlamentari u Prim Ministru.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jien naħseb li l-proċedura korretta hija din li se nispjega: li, l-ewwel, il-Kumitat jiddeċiedi li jaddotta r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju skont subartiklu 27 (3).", "Imbagħad, nitolbu lill-Onor.", "Joseph Muscat jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu skont artiklu 28, u finalment niddeċiedu fuq is-sanzjonijiet fil-konfront tal-istess persuna.", "Fil-fehma tiegħi, id-dritt tal-persuna li jkun sar l-ilment kontra tagħha biex din tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha m'għandna naqbżuh qatt biex dak li jkun jingħata ċans jispjega ruħu, jekk irid, jiskuża ruħu, jew inkella jgħid x'passi se jieħu hu stess.", "Fl-opinjoni tiegħi, biex inkunu in regola, jien nipproponi li l-ewwel pass ikun dak li niddeċiedu li naddottaw ir-rapport kif inhu, bil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu skont subartiklu 27 (3) tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jien ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Karol Aquilina, anke minħabba dak li qal.", "Huwa qed jirreferi għall-\"Onor. Muscat\", u dan meta m'hemm l-ebda \"Onor. Muscat\".", "BYRON CAMILLERI: llum Dr Joseph Muscat mhuwiex Membru Parlamentari u għaldaqstant, fl-opinjoni tiegħi, Kap. 570 ma japplikax.", "KAROL AQUILINA: Imma dik hija kwestjoni li għandna t-tweġiba tal-Kummissarju fuqha.", "L-ISPEAKER: Ħalli niċċarawha din.", "L-ewwel nett, il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Karol Aquilina huwa li artiklu 28 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika jagħmilha ċara li:", "\"Meta l-Kumitat isib li jkun hemm ksur tal-Kodiċi ta' Etika jew ta' xi dmir statutorju jew etiku, il-Kumitat jista', wara li jagħti lill-persuna involuta d-dritt li tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha ...\"", "Jiġifieri huwa qed jirreferi għal dak il-punt.", "Wieħed jista' jqajjem ukoll il-punt ukoll li paragrafu (a) ta' subartiklu 3 (1) tal-istess Att jgħid li dan l-Att japplika għal:", "\"Membri tal-Kamra tad-Deputati, inklużi Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari;\"", "Hawnhekk hawn kwestjoni ta' interpretazzjoni li rridu niddeċiedu bilfors dwarha għax, meta jkun hemm punti legali, jien bħala Chairman bilfors irrid nidħol fihom.", "Il-kwestjoni hi dwar jekk wara li ġie ppreżentat dan ir-rapport u kellek ir-riżenja tal-persuna konċernata, japplikax artiklu 28 fil-konfront ta' dik il-persuna li llum m'għadhiex Membru Parlamentari u li allura m'għadhiex fil-kategorija ta' persuna fil-ħajja pubblika.", "L-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika twaqqaf proprju biex ikun hemm watchdog etiku fuq dawk il-persuni li qegħdin fil-ħajja pubblika.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Agħtini ċans ngħid xi ħaġa, jekk jogħġbok, Sur President.", "L-ISPEAKER: Iva, imma jien bilfors ridt nagħmel din is-sottomissjoni.", "L-Onor.", "Karol Aquilina żgur li huwa proċeduralment korrett f'dak li għandu x'jaqsam ma' Membri Parlamentari.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Din mhijiex kwestjoni ta' min għandu raġun jew le, imma hija kwestjoni ta' kif se nipproċedu fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ.", "Sur President u kollegi Membri Parlamentari, quddiemna għandna ċirkostanzi partikolari għax, dwar din il-kwestjoni, hemm rapport mirqum, u wieħed jissottometti ruħu għall-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "Għalhekk, jien għandi r-riżervi tiegħi, mhux minn dan l-aspett għax, kif għedt diġà, ir-rapport huwa wieħed mirqum.", "Però, fil-fehma tiegħi, forsi l-aspetti li qabad kienu aktar jaqgħu taħt il-mansjonijiet tal-Awditur Ġenerali għax kienu aktar jirrigwardaw opinjoni teoretika u akkademika milli opinjoni fuq il-każ partikolari.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Kummissarju, f'parti mir-rapport tiegħu, għamilha ċara li, minkejja li kien hemm persuni oħra involuti, l-unika persuna indagata kienet l-eks-Prim Ministru, u dan għaliex hu ma setax jindagahom minħabba li ma jaqgħux fil-mansjonijiet ta' din il-liġi partikolari.", "Illum, Dr Joseph Muscat ħareġ mix-xena politika.", "Jekk wieħed kellu jistaqsini kif kellna nimxu step by step proċeduralment, il-liġi tgħid li għandna nimxu kif qed jgħid l-Onor.", "Karol Aquilina – biex inkun ċar – jiġifieri li kieku kellna noqogħdu nimxu bis-sofiżmu legali, l-Onor.", "Karol Aquilina għandu raġun għax il-liġi hekk qed tgħid.", "L-Ispeaker min-naħa tiegħu qed jargumenta li forsi hemm bżonn ta' interpretazzjoni fuq dan il-punt partikolari, għax illum qed nitkellmu fuq persuna li mhijiex Membru tal-Kamra minkejja li kien membru prominenti ta' din il-Kamra.", "Jien nemmen li m'għandniex nitilfu s-sustanza ta' dak li qal il-Kummissarju lanqas, għax hawnhekk aħna m'aħniex qed niġru wara persuna partikolari imma qed naraw li r-rapport iservi wkoll ta' gwida biex ċerti sitwazzjonijiet jiġu evitati.", "Issa hawnhekk jien qed inkun fair kemm jista' jkun fis-sottomissjoni tiegħi.", "Kif nafu, f'dan il-Kumitat għandna rapporti oħra li rridu niddiskutu, u hemm ħafna aktar xogħol x'jista' jsir.", "U allura, minflok ma kont noqgħod nintilef fuq dan ir-rapport partikolari … Onor. Aquilina, għalkemm inti legalment u teoretikament korrett li fl-aħħar mill-aħħar trid tisma' lill-persuna li ġiet indagata … Għax anke jekk wieħed jaqra dokument (E) li hemm anness mar-rapport – ittra minn Dr Joseph Muscat lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika datata 20 ta' Marzu 2020 – il-pożizzjoni ta' Dr Muscat hija ċara u hija dik li hu mhux qed jaqbel mas-sottomissjonijiet.", "Naturalment, Dr Joseph Muscat ma setax jgħid li mhux qed jaqbel mar-rapport għax ir-rapport ħareġ wara.", "Fl-opinjoni tiegħi, the way to proceed forward hu li minflok ma noqogħdu nintilfu fuq l-interpretazzjonijiet u nġibu l-pariri – għax il-Kumitat jista' jitlob parir fuq is-sottomissjoni valida li qajjem l-Ispeaker – jien kieku kont nippreferi li naddottaw ir-rapport mhux fl-ispirtu tal-persona imma fi spirtu ta' gwida għall-Membri Parlamentari u l-membri l-oħra tal-Eżekuttiv.", "Wara kollox, illum Dr Joseph Muscat ħareġ mix-xena politika għalkollox wara li xhur ilu huwa mhux biss irriżenja mill-Eżekuttiv imma anke minn Membru Parlamentari, u għalhekk nistgħu nagħlqu l-każ f'dan is-sens.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, meta nerġgħu niltaqgħu għandna niddiskutu u mmexxu 'l quddiem rapporti u affarijiet oħra f'ġieħ il-bon amministrazzjoni ta' din il-liġi u fl-interess ta' aktar etika min-naħa tal-Membri Parlamentari, tal-membri tal-Eżekuttiv u ta' membri oħra li jaqgħu taħt il-mansjoni ta' din il-liġi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq id-dritt ta' xi ħadd li jwieġeb għal rapport li sar fuqu.", "Min-naħa tiegħu, huwa jista' jagħżel li ma jeżerċitax dan id-dritt.", "Fl-aħħar mill-aħħar, din mhijiex xi forma ta' investigazzjoni ulterjuri jew xi proċedura oħra għal xi ħadd li mhuwiex aktar Deputat, imma huwa dritt ta' dik il-persuna li twieġeb anke jekk illum m'għadhiex tokkupa l-kariga ta' Prim Ministru u ta' Deputat.", "Jien naħseb li f'dan il-każ aħna m'għandniex niċħdulu d-dritt tiegħu li jwieġeb.", "Ir-rapport huwa ċar, u ż-żewġ naħat tal-Kamra qbilna dwar il-kontenut tiegħu.", "Għalhekk, kif qal tajjeb l-Onor.", "Byron Camilleri, jien ma nixtieqx li hawnhekk jinħoloq preċedent li ma jippermettix lil xi ħadd li nbdiet investigazzjoni fuqu mill-Kummissarju meta hu kien f'din il-Kamra.", "Ma ninsewx li l-Kummissarju pproċeda fuq il-każ tiegħu permezz ta' rapport, u mbagħad fil-frattemp kien hemm elezzjoni ġenerali, seħħew xi ċirkostanzi partikolari, dan ma baqax aktar Membru Parlamentari, sar rapport dwaru, u issa jien ma nixtieqx li dan ix-xi ħadd jiġi mċaħħad mid-dritt li jwieġeb, li jagħti l-opinjoni tiegħu, li jagħti l-verżjoni tiegħu, li joħroġ fatti ġodda differenti jew inkella li joħroġ punti legali ġodda differenti minn dawk li wieġeb għalihom fuq talba tal-Kummissarju.", "Minħabba f'hekk, filwaqt li jien nifhem il-komplessità tas-sitwazzjoni, ngħid li ġaladarba l-proċess kien inbeda u l-Kummissarju beda jinvestiga l-każ tiegħu għax il-liġi tapplika għalih, imbagħad meta dan il-każ wasal fl-istadju finali tiegħu ma nistgħux inċaħħduh mid-dritt li jwieġeb, u naħseb li jekk nagħmlu hekk inkunu qed niżbaljaw.", "M'għandniex nieħdu l-każ inkwistjoni għax il-każ inkwistjoni diġà huwa kristalizzat, u wisq probabbli l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat jerġa' jgħidilna li m'għandu xejn aktar x'iżid ma' dak li qal qabel; però, ma naħsibx li aħna għandna naqbdu u nċaħħdulu d-dritt li jagħmel din il-ħaġa.", "Għalhekk jien ngħid li l-liġi tgħodd anke f'dan il-każ għax, ladarba l-investigazzjoni bdiet, hu għandu jkollu d-due process tiegħu kollu kif stabbilit fil-liġi li jista' jwieġeb għaliha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ħalli nkun ċar: jien bl-ebda mod … U hawnhekk hawn diverġenza li b'xi mod trid tiġi spjanata, liema diverġenza se nsibuha lkoll kemm aħna bħala Membri anke f'sitwazzjonijiet futuri għax din tista' terġa' tinqala'.", "Huwa veru li l-każ huwa xi ftit partikolari, però kif jgħidu, aħna għasafar tal-passa … u kif!", "Nerġa' ngħid li jien li kont qed nikkontesta inkwantu tal-applikabilità mhuwiex li jsir ir-rapport, għax l-ispirtu tal-liġi huwa li joħorġu rapporti gwida għal dawk li jaqgħu taħt artiklu 3 ta' din il-liġi.", "Dak huwa ċar.", "Naturalment, fir-rigward ta' Membru Parlamentari li llum għadu hemm ovvjament trid tirregola l-imġieba tiegħu permezz ta' artikli 27 u 28.", "Is-sottomissjoni tagħna – u allura se jkolli nitlob li jkun hemm Ruling f'dan ir-rigward, Sur President – hija li fil-każ partikolari, meta wieħed jaqra artiklu 3 ta' din il-liġi … M'iniex qed ngħid li l-proċess m'għandux jitkompla.", "Il-proċess irid jitkompla għax, kif qal tajjeb l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, il-persuna jista' jkollha xi sottomissjonijiet x'tagħmel biex tiddefendi ruħha.", "Però, inkwantu l-applikabilità ta' sanzjoni, fl-opinjoni umli tiegħi ma tistax timponi sanzjoni fuq persuna li ma taqax fid-definizzjoni tal-liġi.", "KAROL AQUILINA: Jien ipprovajt nara x'niftakar mill-aħħar laqgħa li kellna fejn xehed il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "Fil-fatt, il-Kummissarju ġie mistoqsi dwar dan il-punt li qed iqajjem il-Ministru, u hu tkellem dwar dan il-punt ukoll.", "Infatti, dan jirriżulta mit-traskrizzjoni stess, u hawnhekk se jkolli nikkwota, allavolja naf li din il-parti tal-laqgħa saret in camera:", "\"Qed neżaminaw kondotta li ġrat fil-kors ta' dik is-sħubija fil-Kamra; mhux qed neżaminaw kondotta li saret barra mill-Kamra meta ma kienx Membru tal-Kamra.\"", "Huwa kompla billi qal hekk:", "\"Hemm diversi affarijiet x'tista' tagħmel, anke għal xi ħadd li m'għadux Membru tal-Kamra.\"", "Imbagħad nerġgħu nistaqsuh:", "\"Ir-riċerka hija pubblika fis-sens li kull ma tagħmel huwa li tfittex fil-Google.", "Biex nibdew bl-aktar persuna magħrufa – Boris Johnson – kien ġie rrapportat li dan ma rrapportax xi financial holdings li kellu.", "Sakemm inqata' l-każ kien spiċċa minn Membru Parlamentari u kien mitlub joffri apoloġija u jbiddel l-entry fir-Register of Members' Financial Interests, allavolja ma kienx għadu Membru, u dan waqt li ma kienx għadu Membru tal-Parlament.", "\"Charlotte Atkins l-istess: ġiet akkużata li kienet għamlet misuse ta' House stationery u funding.\"", "Il-Kummissarju baqa' jagħti eżempju wara l-ieħor, fosthom ta' Janet Anderson, ta' Sir Henry Bellingham u ta' Stephen Pound.", "Dawn huma kollha eżempji li ta l-Kummissarju biex juri li l-proċedura wżata fil-House of Commons hi li jekk jinstab li l-Kummissarju għamel rapport u kkonkluda fil-konfront ta' Membru Parlamentari, anke jekk dan ikun spiċċa minn Membru Parlamentari, tista' tinħareġ sanzjoni kontra tiegħu.", "Issa ovvjament huwa ċar li l-liġi tipproponi azzjoni għal min ikun għadu Membru tal-Kamra u azzjonijiet differenti għal min ma jkunx għadu Membru tal-Kamra, għax issa ma rridux ninsew li l-liġi li aħna noperaw fiha ...", "L-ISPEAKER: Imma dak x'qiegħed tgħid inti u mhux … Għax jien dħalt f'din tal-House of Commons ukoll.", "KAROL AQUILINA: Kif kont qed ngħid, ma rridux ninsew li l-liġi li noperaw fiha aħna ma tapplikax biss għall-Membri Parlamentari, imma hemm diversi persuni oħra li tapplika għalihom.", "L-ISPEAKER: Qegħdin naqblu li hawn punt legali li jrid jiġi riżolt fuq din il-kwestjoni, anke biex 'il quddiem ikollna direzzjoni.", "Jien naf dak kollu li qal il-Kummissarju għall- iStandards fil-Ħajja Pubblika f'dan ir-rigward għax, minbarra li fl-aħħar laqgħa li kellna segwejt dak li qal, qrajt it-traskrizzjoni u bgħattha lil kull Membru ta' dan il-Kumitat.", "Irrid nagħmilha ċara wkoll li jien nikkonsulta mal-Parlamenti tal-Commonwealth anke fuq punti li għandhom x'jaqsmu mal-kummissarji responsabbli mill-istandards, eċċ.", "L-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika twaqqaf kemm għall-komportament ta' membri, ministri, eċċ., kif ukoll għal dawk li huma uffiċjali pubbliċi.", "Fil-fatt, artiklu 22 tant huwa ċar f'dak li għandu x'jaqsam mal-Membri Parlamentari li jirrakkomanda rimedji fil-każ ta' ksur.", "Dan ma japplikax fir-rigward tal-każ tal-Onor.", "Konrad Mizzi għax f'dak il-każ la ġew mgħoddija flus u lanqas kien hemm ksur.", "Issa, meta jkun qed jiġi ttrattat każ dwar imġiba ta' persuna li mhijiex Membru Parlamentari, hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa li tkun aktar ċara.", "Paragrafu (a) ta' subartiklu 3 (1) jagħmilha ċara li dan l-Att japplika għal:", "\"Membri tal-Kamra tad-Deputati, inklużi Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari;\".", "Il-każ huwa sfortunat – u hawn naqbel mal-Onor.", "Aquilina – għaliex anke l-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika, ir-rapport tahulu fit-28 ta' Jannar.", "Tgħidli: Kellu aktar ħin biex … Tajnieh extension.", "Inzerta r-rapport daħal anke wara li Dr Joseph Muscat kien diġà rriżenja!", "Tgħiduli: Dan huwa każ sfortunat?", "Għidu li tridu!", "I am not pointing fingers, imma aħna qed ngħidu kif ġraw l-affarijiet.", "Mela nifhem li hawn problema ta' proċedura dwar kif se nimxu: jekk artiklu 28 japplika jew ma japplikax għal Dr Joseph Muscat, li llum mhuwiex Membru Parlamentari ...", "KAROL AQUILINA: Sur President, se jkolli nerġa' niġbidlek l-attenzjoni li hija biss parti minn artiklu 28 li titkellem fuq meta persuna tkun Membru Parlamentari.", "Jekk irridu ninterpretaw il-liġi kif inhi miktuba llum, u mhux nivvintaw u nġebbdu ...!", "L-ISPEAKER: Jien ma qed nivvinta xejn!", "KAROL AQUILINA: Għax dik hija xi ħaġa li lili ddejjaqni ħafna!", "L-ISPEAKER: M'iniex qed nivvinta!", "KAROL AQUILINA: M'iniex qed ngħidlek li qed tivvinta!", "Jien m'iniex se nivvinta!", "Fil-każ ta' Membru Parlamentari, hemm paragrafu 28 (d), li qed jgħid:", "\"… fil-każ ta' membru tal-Kamra tad-Deputati - ...\",", "u hemmhekk qed naqblu.", "Issa l-Kummissarju qed jgħidilna li anke jekk Deputat ikun spiċċa mill-kariga, fl-interpretazzjoni tiegħu xorta … Hawn ma rridux ninsew li l-Kummissarju mhuwiex kwalunkwe persuna, imma huwa uffiċjal tal-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel nett, l-interpretazzjoni tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika hija li l-Att japplika wkoll għal min m'għadux Membru Parlamentari, jekk kien, għax inti qed teżamina l-aġir tiegħu meta kien Membru Parlamentari.", "It-tieni nett, artiklu 28 ma jitkellimx biss dwar iċ-ċirkostanza ta' meta hemm rapport dwar Membru Parlamentari, imma huwa miftuħ għal kulħadd.", "Artiklu 28 jiġbor lil kulħadd, imma mbagħad parti minnu jitkellem speċifikament fir-rigward ta' Membru Parlamentari.", "Madanakollu, dan ma jfissirx li l-bqija tal-affarijiet l-oħra ma japplikawx għalih, għax japplikaw għalih ukoll, jiġifieri hu mhuwiex eskluż minn dawk l-affarijiet.", "Mela allura jien nikkontendi u nerġa' nipproponi li dan il-Kumitat jaddotta r-rapport kif inhu, skont subartiklu 27 (3), inkluż ir-rakkomandazzjonijiet li hemm fih, nimxu skont il-proċedura ta' artiklu 28, jiġifieri li nagħtu lil Dr Joseph Muscat l-opportunità li jagħmel … U rrid infakkar, għax issa kulħadd jibda jinsa, li ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm sentenza fil-qorti dwar din il-ħaġa wkoll!", "L-ISPEAKER: Fuq xiex?", "KAROL AQUILINA: Kien hemm sentenzi dwar smigħ xieraq.", "Ma nafux li ngħataw sentenzi mill-ogħla qrati ta' pajjiżna fir-rigward tad-dritt ta' smigħ xieraq ta' persuni li jidhru quddiem il-Kumitati?", "Il-liġi stess tispeċifika dan id-dritt, u anke li kieku dan ma kienx miktub fil-liġi, jien ngħid li għandna l-obbligu li nagħtu ċans li persuna tagħmel is-sottomissjoni tagħha.", "F'dan il-każ partikolari s-sottomissjoni li għamlet s'issa l-persuna konċernata għamlitha lill-Kummissarju qabel ma dan għamel ir-rapport u mhux wara li għamel ir-rapport.", "Wieħed jista' jargumenta li jista' jkun illi Dr Joseph Muscat tkellem pubblikament.", "Iva, imma dan il-Kumitat ma joqgħodx biss fuq x'jingħad fil-pubbliku, u dak li jingħad fil-pubbliku jrid jingħad ukoll f'dak li hemm fl-atti tiegħu.", "Għalhekk jien qed nipproponi – u hawn qed inkun ċar, mingħajr aktar tidwir! – li naddottaw ir-rapport skont subartiklu 27 (3) – naħseb li sal-lum dak għandna obbligu li nagħmluh - u li nimxu skont artiklu 28 u nagħmlu s-sottomissjoni.", "Il-kwestjoni dwar jekk is-sanzjoni li tissemma f'paragrafu 28 (d) tapplikax għalih hija kwestjoni oħra.", "Naħseb li dwar din il-kwestjoni nistgħu naqblu li l-Ispeaker jagħti ruling dwarha, però mill-bqija ma naħsibx li hemm … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Li ma fhimtekx, Onor. Aquilina, huwa dwar is-smigħ xieraq, għax il-Qorti mhux hekk qalet fil-kawża li għamlu kontra r-Ruling tiegħi, imma qalet li Membru għandu dritt jirrifjuta li jiġi quddiem il-Kumitat ġaladarba jista' ...", "KAROL AQUILINA: Hekk hu.", "Allura, aktar u aktar għax dak ifisser ...", "L-ISPEAKER: Jiġifieri l-Membru għandu dritt ma jiġix quddiem il-Kumitat.", "Issa hawn m'iniex qed ngħid li dan hu l-każ fir-rigward tal-każ li qed nitkellmu fuqu llum, imma qed ngħid x'qalet is-sentenza.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Allura jien mhux hekk qed ngħid?!", "Jien qed ngħid li jekk il-liġi b'mod speċifiku tgħidlek … Anke jekk ma jkunx iddettat fil-liġi, jien ngħid li l-persuna, hi min hi ...", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Ħalli naraw taqblux.", "Taqblu ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Il-problema li nsib jien mhijiex dik li ma nixtieqx li Dr Joseph Muscat jagħti r-reazzjoni tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi, jien inħoss li jagħmel aktar sens prattiku li wieħed jipprova jagħlaq din il-proċedura għar-raġuni li dan il-Kumitat għandu xogħol ieħor importanti x'jagħmel.", "Irrid ngħid ukoll li ma naqbilx li artiklu 28 jagħmel xi distinzjoni li titfa' dawl fuq l-applikabilità ta' sanzjonijiet ta' persuni li m'għadhomx jaqgħu taħt artiklu 3.", "Hawnhekk mhux qed naqbel miegħek, Onor. Aquilina.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Karol Aquilina ċċaraha din.", "Huwa qed jgħid li għandna nagħtu dritt lil Dr Joseph Muscat, jekk irid, jgħid ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dik se nasal għaliha.", "L-ISPEAKER: Aħna diġà tkellimna fuqha darb'oħra din.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien qed nipprova nsemmi ħaġa wara l-oħra b'mod loġiku.", "Jien xorta ma naqbilx, imma din il-kwestjoni dwar jekk japplikawx is-sanzjonijiet għal persuna li mhijiex sitting MP se tibqa' tinqala' u naħseb li se jkollna kontestazzjoni.", "Imma, apparti dan kollu, fl-opinjoni tiegħi li nistgħu nagħmlu … Għax li qed idejjaqni min-naħa tagħna huwa li jekk ressaqna din is-sottomissjoni legali fuq punt preliminari – għax jekk ma tapplikax għalih irridu nieqfu hawn – li naddotta r-rapport f'dan l-istadju … (Interruzzjonijiet) Le, ippermettili; agħtini ċans nispjega!", "La semmejt is-smigħ xieraq, ma nafx jekk taqblux li mingħajr ma naddottaw ir-rapport at this stage naraw jekk Dr Joseph Muscat iridx jgħaddi xi kummenti, imbagħad wara nerġgħu niġu hawnhekk u naraw minn hemm.", "Se ngħid għalfejn qed nagħmel din il-proposta wkoll, għax jista' jkun li jkun Dr Joseph Muscat innifsu li jagħmel din is-sottomissjoni li r-rapport ma japplikax … (Interruzzjonijiet) Imma dik hija assunzjoni tiegħek, hux!", "KAROL AQUILINA: Le, mhi assunzjoni tiegħi xejn!", "Jien m'iniex se noqgħod nivvinta!", "Ħalli nikkwota x'tgħid il-liġi.", "Artiklu 28 jgħid hekk:", "\"Meta l-Kumitat isib li jkun hemm ksur tal-Kodiċi ta' Etika jew ta' xi dmir statutorju jew etiku ...\"", "– kif inhuwa l-każ hawnhekk –", "\"… il-Kumitat jista', wara li jagħti lill-persuna involuta d-dritt li tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha, ...\"", "jiġifieri hawnhekk il-liġi mhux qed taqbad u tassumi li Dr Joseph Muscat m'għandux sottomissjonijiet x'jagħmel xejn u l-liġi qed tagħtih dak id-dritt.", "Imbagħad hu, jekk irid, jista' jirrifjutah jew jgħidilna x'jaħseb hu jekk ma jridx jeżerċita dak id-dritt.", "Imma dak huwa dritt tiegħu u jien m'iniex se nċaħħadhulu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien ma għedtx hekk!", "KAROL AQUILINA: Kont qed nikkwota u se nkompli ngħid x'jgħid dak l-artiklu:", "\"… jiddeċiedi fuq waħda jew iżjed minn dawn is-sanzjonijiet li ġejjin:\"", "Għalhekk il-kwestjoni hija li, jekk se naddottaw ir-rapport – u jien qed nipproponi li naddottaw ir-rapport – hemmhekk jiskatta l-obbligu li nitolbu lil Dr Joseph Muscat biex jagħmel sottomissjoni.", "Imbagħad ħalli niddiskutu fuq jekk japplikawx is-sanzjonijiet għalih u jkun hemm Ruling mill-Ispeaker.", "Dik all well and good, u jien ma nsibx diffikultà li niddiskutu dan separatament.", "Però naħseb li proċeduralment dan huwa l-aħjar mod kif nimxu.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Byron Camilleri.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, jien ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Karol Aquilina għax, kif ikkwota hu stess, artiklu 28 jgħid hekk:", "\"… il-Kumitat jista', wara li jagħti lill-persuna involuta d-dritt li tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha, ...\"", "Mela għaliex il-Kumitat jagħti d-dritt lill-persuna sabiex tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha?", "Għax se jkun qed japplika waħda minn dawk is-sanzjonijiet li qed telenka l-liġi.", "Issa l-argument tagħna huwa li dawk is-sanzjonijiet mhumiex applikabbli għax Dr Joseph Muscat mhuwiex Membru Parlamentari.", "Għalhekk ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Karol Aquilina li tiskatta dik il-parti tal-artiklu, għax is-sanzjonijiet ma jistgħux jiġu skattati, u dak id-dritt ta' smigħ xieraq – biex insejħulu hekk – japplika biss li kieku aħna se nieħdu xi sanzjonijiet.", "Issa din in-naħa tal-Kamra hi tal-fehma li dan il-Kumitat ma jistax jieħu sanzjonijiet ħlief fuq dawk il-persuni li llum huma applikabbli permezz ta' artiklu 3.", "Dan il-Kumitat ma jistax jiddeċiedi fuq Ċikku tal-ħwejjeġ ta' faċċata imma jrid jiddeċiedi fuq dawk il-persuni li huma applikabbli taħt artiklu 3, u llum Dr Joseph Muscat mhuwiex applikabbli taħt artiklu 3.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk jogħġobkom, ippermettuli ftit ħalli nagħmel żewġ sottomissjonijiet qosra ħafna biex inżid xi affarijiet ma' dak li qed jgħid il-Ministru Byron Camilleri.", "L-ewwel nett, għandna napprezzaw li mir-rapport li għamel il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika – u huwa kien ġust li semmieha – jirriżulta li din mhijiex kwestjoni ta' dannu lill-pubbliku fis-sens li trid tingħata xi tip ta' rifużjoni.", "Pereżempju, fid-depożizzjoni li għamel Dr George Hyzler semma każijiet fl-Ingilterra fejn kellek ...", "L-ISPEAKER: Dan il-punt diġà semmejnieh.", "M'għandniex għalfejn nirrepetu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-punt li qed nipprova nwassal hu li hawnhekk m'għandniex sitwazzjoni fejn hemm bżonn li jkun hemm rimedju għax abbażi tal-kuntratt f'dan il-każ ittieħdu flus mill-persuna indagata jew minn terzi.", "Mela dak hu l-ewwel punt li nixtieq inwassal.", "It-tieni punt jirrigwarda l-promulgazzjoni tar-rapport.", "Biex tgħaxxaqha f'dan il-każ ir-rapport ġie ppubblikat fil-mument li l-persuna kienet diġà rriżenjat!", "Għalhekk nitlobkom biex tapprezzaw naqra l-fatt li ma kellniex sitwazzjoni fejn kien hemm rapport, il-persuna rriżenjat u lil din il-persuna qalulha li hi għamlet hekk biex tevita s-sanzjoni.", "F'dan il-każ, jidhirli li l-persuna rriżenjat għall-ħabta tas-7 pm, u niftakar li bejn wieħed u ieħor irriżenjat dak il-ħin għax kont qed inlesti wieħed mid-diversi diskorsi li nagħmel fuq il-liġijiet.", "Jidhirli li din il-persuna rriżenjat fil-ħin ta' qabel l-aġġornament, mentri r-rapport ġie ppubblikat xi 20 minuta wara r-riżenja, u dan qed jagħmel l-argument tal-Ministru Byron Camilleri aktar b'saħħtu fuq linja teoretika.", "KAROL AQUILINA: Jien qiegħed formalment irressaq mozzjoni fis-sens li dan il-Kumitat għandu jaddotta r-rapport skont subartiklu 27 (3).", "BYRON CAMILLERI: Ikun għalxejn li nistennew deċiżjoni mill-Ispeaker għax m'aħniex se naqblu.", "L-ISPEAKER: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx qbil, jien irrid nimxi mal-proċedura.", "KAROL AQUILINA: Aħna qed nitolbu vot fuqha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Karol Aquilina għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara, dik li għandna nagħmlu talba lil Dr Joseph Muscat xorta waħda notwithstanding jiġux applikati s-sanzjonijiet jew le.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Jien proċeduralment qed ngħid, mingħajr ma qiegħed insemmi artiklu 28.", "Aħna qed ngħidu li dan il-Kumitat għandu jaddotta r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu skont subartiklu 27 (3).", "Issa, rigward is-sanzjonijiet, imbagħad il-Kumitat jiddiskutihom skont ir-Ruling li jagħti l-Ispeaker, jiġifieri dik mhix problema whatsoever.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Il-punt li għamilt inti huwa ċar, u issa rrid nimxi mal-proċedura.", "Jekk tħarsu lejn subartiklu 27 (4) ta' Kap. 570, issibu li l-mod kif għandu jimxi dan il-Kumitat huwa ċar:", "\"Il-Kumitat, meta jqis li ma jkunx jista' jadotta xi rapport tal-Kummissarju, jista' jew jiddeċiedi li jiċħad ir-rapport imsemmi jew jiddeċiedi li l-allegazzjoni tkun teħtieġ li tiġi investigata iżjed, f'liema każ il-Kumitat jista', bl-għajnuna tal-Kummissarju, iwettaq dawk l-investigazzjonijiet addizzjonali u jisma' iżjed provi dwar il-kwistjoni tal-allegazzjoni.", "Għal dan il-għan il-Kumitat għandu jkollu s-setgħat mogħtija lill-Kummissarju taħt l-artikolu 19.\".", "Mela x'qed jgħid hawnhekk dan is-subartiklu?", "Qed jgħid li intom, bħala Membri ta' dan il-Kumitat, tridu tiddeċiedu dwar jekk hemmx bżonn li ssir aktar investigazzjoni – li mhuwiex il-każ – u li f'dan l-istadju tridu tiddeċiedu wkoll jekk intomx se taddottaw ir-rapport tal-Kummissarju jew le.", "(Interruzzjonijiet) Bilfors hekk irid isir, u ma nistax nimxi jekk ma jsirx hekk.", "Mela araw naqblux dwar jekk aħniex se naddottaw ir-rapport tal-Kummissarju jew le.", "Jekk se naddottawh, imbagħad nimxu għall-pass l-ieħor.", "KAROL AQUILINA: Aħna favur li naddottawh.", "L-ISPEAKER: Jien qed nitlobkom tagħmlu dan biex inkunu korretti proċeduralment.", "Ma nistgħux nagħmlu waħda qabel l-oħra, imma rridu nimxu pass pass.", "Mela llum, jekk jogħġobkom, mingħajr preġudizzju għall-problema proċedurali li għandna quddiemna, irridu bilfors niddeċiedu jekk aħniex se naddottaw ir-rapport jew le.", "Żgur li m'hemmx aktar investigazzjonijiet xi jsiru għax dik hija xi ħaġa li diġà tkellimna fuqha.", "Kif nafu, kellna lill-Kummissarju preżenti hawnhekk, fejn spjega d-dettalji kollha tax-xogħol li għamel, u għalhekk mhuwiex il-każ ta' investigazzjoni addizzjonali.", "Kulma fadal huwa – u bilfors irridu nimxu hekk għax inkella nkunu skorretti proċeduralment – li tiddeċiedu dwar jekk intomx se taddottaw ir-rapport jew le u mbagħad fuq l-affarijiet l-oħrajn nimxu wara proċeduralment.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ħalli nivverbalizzaha.", "L-ISPEAKER: Iva, imma, jekk jogħġbok, fuq il-punt ta' jekk aħniex se naddottaw ir-rapport jew le biss.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, imma rrid ngħid li dan mingħajr preġudizzju għas-sottomissjoni proċedurali li qajjimna, hux hekk?", "Jiġifieri dik f'xi mument ...", "L-ISPEAKER: Naqblu, imma dik tiġi wara.", "Ministru Zammit Lewis, is-sottomissjoni tista' tagħmilha kemm trid; però, at this stage il-proċedura hija ċara; artiklu 27 jiġi qabel artiklu 28, mela l-ewwel irridu naraw naddottawx ir-rapport.", "Jekk illum naddottaw ir-rapport, imbagħad jibqgħalna pendenti l-kwistjoni ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Xtaqt biss nagħmel sottomissjoni.", "L-ISPEAKER: Mela agħmilha issa.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien li nixtieq hu li fil-Minuti tal-Kumitat jiġi rreġistrat li jista' jkun hemm l-adozzjoni tar-rapport.", "Però aħna min-naħa tagħna f'dan l-istadju qed ninsistu li, fir-rigward tal-applikabilità tas-sanzjonijiet kontemplati f'artiklu 28 ta' Kap. 570, ma japplikawx għall-persuna indagata stante li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' artiklu 3 tal-istess liġi fil-mument li ġie ppubblikat ir-rapport inkwistjoni, liema sitwazzjoni hija valida sal-lum il-ġurnata, jiġifieri minn dakinhar 'l hawn din il-persuna ma reġgħetx saret Membru Parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li fil-mument li ġie ppubblikat ir-rapport il-persuna indagata ma kinitx Membru Parlamentari u s-sitwazzjoni għadha prevalenti sal-lum.", "L-ISPEAKER: Imma l-Iskrivan tal-Kamra għandu punt għax, ġaladarba r-rapport qed jiġi addottat, jista' jiġi ppubblikat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ir-rapport diġà ġie ppubblikat!", "Jien m'għamilthiex għal dik ir-raġuni, Sur Scicluna, imma għamiltha fil-konfront ta' artiklu 3 għax aħna qbilna li r-rapport jiġi ppubblikat.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Din mhijiex kwestjoni li r-rapport ġie ppubblikat, imma hi kwestjoni ta' xħin ir-rapport intbagħat għand l-Uffiċċju tal-Ispeaker.", "Inti qed tirreferi għal meta ntbagħat fl-Uffiċċju tal-Ispeaker.", "Però, biex nevitaw problemi għall-quddiem, li kieku dan ir-rapport intbagħat qabel … (Interruzzjonijiet)", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien ngħid li xorta waħda ma japplikax.", "(Interruzzjonijiet) Mela, kollox sew!", "Mela għandu raġun: jien ikkomplikajtha għalxejn!", "KAROL AQUILINA: Imma dan li qed jgħid il-Ministru Edward Zammit Lewis japplika għalih u għall-Ministru Byron Camilleri biss, hux hekk?", "Jiġifieri mhuwiex ikkwalifikat għall-vot?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Le, dan japplika għall-Membri tan-naħa tal-Gvern.", "L-ISPEAKER: Ħalli nagħmilha ċara: Ir-rapport qed jiġi addottat skont artiklu 27.", "Issa għad fadal pendenti l-kwestjoni dwar kif se nimxu proċeduralment fuq l-applikazzjoni ta' artiklu 28.", "Taqblu li għas-seduta li ġejja nidħol dwar din il-kwestjoni jien u nieħu deċiżjoni dwarha?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqblu.", "L-ISPEAKER: Ovvjament, jien m'iniex se ndum tliet xhur biex nagħmel dan għax, jekk ikun hemm perjodu ta' tliet xhur, irrid nitlob extension.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jien qrajt il-liġi, u din ma tgħidx hekk.", "Il-kwestjoni hija jekk wara l-azzjoni li ħadna llum li addottajna r-rapport, il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika jkunx sodisfatt li għamilna pass.", "Fil-fehma tiegħi, għandna ninformaw lill-Kummissarju li għamilna l-pass li addottajna r-rapport – għalkemm il-Kummissarju żgur li qed isegwi x'qed jiġri – u ngħidulu li se jkun hemm ir-Ruling tal-Ispeaker, eċċ. u nitolbuh li jqis dan suffiċjenti bħala pass 'il quddiem f'dawn iċ-ċirkostanzi, u allura m'għandux japplika affarijiet oħra.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Byron Camilleri.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, hemm xi ħaġa oħra li jien m'iniex qed naqbel mal-Onor.", "Dan il-Kumitat jirregola lilu nnifsu, l-istess bħall-Kamra.", "Il-Kamra għandha l-Ordnijiet Permanenti, imma l-Kamra tirregola lilha nnifisha bi qbil.", "KAROL AQUILINA: Imma l-kwestjoni tal-Kummissarju mhijiex dik.", "Il-kwestjoni tal-Kummissarju hija li jekk jara li fi żmien tliet xhur ma tkunx ittieħdet azzjoni, huwa għandu dritt jitlob lill-Ispeaker ipoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad sta għall-Kamra x'tagħmel, jiġifieri mbagħad toħroġ minn idejna, u allura, biex il-Kummissarju ma jeżerċitax dak id-dritt ...", "BYRON CAMILLERI: Aħna qed nirrappreżentaw lill-Kamra hawnhekk.", "L-ISPEAKER: Il-liġi titkellem ċar u tgħid li r-rapport għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħal dokumenti oħra.", "Però llum iltqajna qabel ma skada dan it-terminu, ħadna deċiżjoni li naddottaw ir-rapport u allura ma fiha xejn ħażin li ninforma lill-Kummissarju ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, se niġbidlek l-attenzjoni biss fuq vena legali, u dan mhux biex immerik, onestament ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ma naħsibx li mil-lum 'il quddiem japplika dak it-terminu li qed tgħid inti, u naħseb li dan it-terminu japplika sakemm jiġi addottat ir-rapport.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Fil-fatt, għalhekk il-Kummissarju baqa' jibgħat ...", "Subartiklu 22 (4) jgħid hekk:", "\"Jekk fi żmien raġonevoli wara li jsir ir-rapport, li m'għandux jeċċedi tliet xhur, ma tittieħed ebda azzjoni ...\"", "- issa jien qed ngħid li din l-azzjoni li aħna ħadna llum - li addottajna r-rapport - hija biżżejjed bħala azzjoni -", "\"… li l-Kummissarju jkun tal-fehma li tkun waħda adegwata u xierqa, il-Kummissarju jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, jibgħat kopja tar-rapport u tar-rakkomandazzjonijiet lill-Ispeaker, li għandu jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.\"", "Għalhekk jien qed ngħidlu li dak li għamilna llum huwa suffiċjenti u importanti ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hekk hu.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, hemm ammont ta' xogħol li jrid isir, u allura jien kont issuġġerejt li nagħmlu data fissa ta' meta niltaqgħu.", "L-ISPEAKER: Għalija mhux problema.", "KAROL AQUILINA: Hemm rapport ieħor dwar il-pożizzjoni ta' min jaħdem mal-gvern u huwa Deputat, li naħseb irid jiġi ...", "L-ISPEAKER: Mhux problema għalija.", "KAROL AQUILINA: Hemm ukoll il-kwestjoni tar-rigali ...", "L-ISPEAKER: Imma dak iridu jiddiskutuh il-Membri tal-grupp parlamentari bejniethom.", "KAROL AQUILINA: Iva, u aħna se nistiednu lil ...", "L-ISPEAKER: Ejjew niffissaw data.", "KAROL AQUILINA: Jien nissuġġerixxi li niffissaw data darba kull tliet ġimgħat jew xahar li tkun fissa.", "Imbagħad, jekk hemm bżonn, nikkomunikaw bejnietna.", "Imma żgur li hemm xogħol li jrid isir.", "Issa jien naħseb li nqasna li ma spjegajniex għaliex ma ltqajniex.", "Għal min huwa involut fil-ħidma parlamentari jaf li dawn it-tliet xhur kienu daqsxejn partikolari żżejjed għall-Kamra.", "Kellna taqliba sħiħa, u fil-fatt lanqas bdejt inlaħħaq mal-kumitati l-oħra wkoll ...", "L-ISPEAKER: Onor. Aquilina, jien ipprovajt inlaqqgħu tliet darbiet.", "L-ISPEAKER: Jien hawn qiegħed.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dan jiddependi mix-xogħol tal-Kummissarju wkoll.", "L-ISPEAKER: Kif taf inti, Onor. Aquilina, inzerta li meta ridna nimxu pass f'dan il-każ, il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika kien imsiefer, u allura ridna niffissaw data oħra, eċċ. Ejjew niftiehmu data għal-laqgħa li jmiss.", "Ta' min jgħid ukoll li r-Ruling li ntalab dwar jekk artiklu 28 ta' Kap. 570 japplikax jew le fil-konfront ta' Dr Joseph Muscat jingħata fil-Kamra, għax jien ma nistax nagħtih minn hawnhekk.", "Li kieku ċ-chairperson ta' dan il-Kumitat kien xi ħaddieħor kien ikun irid jgħid lill-Ispeaker biex dan jagħti r-ruling.", "Meta jintalab ruling f'kull kumitat – bħall-Public Accounts Committee (PAC), fejn kemm-il darba ntalab ruling – dan dejjem jingħata fil-Kamra.", "Mela, meta qed ngħidu li hi d-data tal-laqgħa li jmiss?", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Id-19 ta' Jannar, 2021.", "L-ISPEAKER: Għalija tajjeb.", "Nirringrazzjakom.", "Mela l-Kumitat huwa aġġornat għal nhar it-Tlieta, 19 ta' Jannar 2021, fl-4.30 p.m. sabiex ikompli jiddiskuti r-rapport tal-Kummissarju għall-iStandards dwar il-Każ K/022.", "Il-ġurnata t-tajba.", "Fid9.29 a.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210105_014d_sta.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "LAQGĦA NRU 14", "It-Tlieta, 5 ta' Jannar 2021", "IlKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fit8.34 a.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallĠustizzja, lUgwaljanza u lGovernanza, lOnor.", "Edward Zammit Lewis, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, l-Onor.", "Karol Aquilina, u lOnor.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 13 tal14 ta' Ottubru 2020 ġew ikkonfermati.", "LIspeaker informa lillKumitat b'numru ta' dokumenti li huwa kien irċieva mingħand ilKummissarju għallIstandards millaħħar laqgħa u li kienu diġà ġew mibgħuta lillMembri:", "Fuq proposta tal-Onor.", "Karol Aquilina l-Kumitat qabel li l-Memorandum ippreparat mill-Kummissarju dwar Proċedura għall-Ġbir ta' Informazzjoni relatata mad-dikjarazzjonijiet tad-dħul, attiv, interessi jew benefiċċji ta' Deputati parlamentari datat 3 ta' Novembru 2020 (Dok.", "45) għandu jintbagħat lill-Membri kollha tal-Kamra.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILLKUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA (KAŻ K/022) – KONT.", "Il-Kumitat iltaqa' sabiex skont lartikolu 27 talAtt dwar lIstandards filĦajja Pubblika ikompli jikkonsidra u jiddeċiedi dwar jekk jadottax ilkonklużjonijiet u rrakkomandazzjonijiet tarrapport talKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika (Rapport K/022) li ġie mgħoddi lillMembri talKumitat nhar itTnejn, 5 ta' Ottubru 2020.", "L-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li d-depożizzjoni li l-Kummissarju Hyzler għamel fil-laqgħa 13 tal-Kumitat tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar il-każ K/022 issir pubblika, meta skont deċiżjoni tal-istess Kumitat id-diskussjoni saret in camera.", "Il-Kumitat ma laħaqx qbil dwar din il-proposta.", "L-Ispeaker għamel referenza għal dak li ġie reġistrat fl-aħħar laqgħa u ċjoé li r-rapport tal-Kummissarju dwar dan il-każ għandu jsir pubbliku, b'riżerva espressa mill-Membri tan-naħa tal-Gvern dwar l-addozzjoni tal-istess rapport u l-applikazzjoni tal-artikli 27 u 28 tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "L-Ispeaker għamel referenza wkoll għall-artiklu 22(4) tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika li jgħid li:", "\"Jekk fi żmien raġonevoli wara li jsir ir-rapport, li m'għandux jeċċedi tliet xhur, ma tittieħed ebda azzjoni li l-Kummissarju jkun tal-fehma li tkun waħda adegwata u xierqa, il-Kummissarju jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, jibgħat kopja tar-rapport u tar-rakkomandazzjonijiet lill-iSpeaker li għandu jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.\"", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li, kif ukoll ġie informat mill-Kummissarju Hyzler fl-ittra tiegħu tal-11 ta' Diċembru, it-tliet xhur kienu jagħlqu proprju dakinhar.", "L-Onor Karol Aquilina qal li l-pass li jeħtieġ isir huwa li l-Kumitat jiddeċiedi jekk jadottax ir-rapport, f'liema każ tingħata l-opportunità lil Dr Joseph Muscat biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu biex imbagħad il-Kumitat ikun jista' jara liema, jew jekk għandhomx jiġu applikati sanzjonijiet.", "L-Onor.", "Zammit Lewis irrimarka li skont l-istess Kummissarju, l-unika persuna li qiegħda tiġi indagata hija l-ex Prim Ministru Dr Joseph Muscat li llum m'għadux Membru tal-Kamra.", "Huwa għalhekk kien tal-opinjoni li l-Kumitat għandu jadotta r-rapport mhux ad personam imma fi spirtu ta' gwida għall-Membri Parlamentari li jkunu fl-eżekuttiv u b'hekk il-każ jitqies magħluq.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici rrimarka li ladarba beda l-proċess u bdiet l-investigazzjoni, skont kif stabbilit mil-liġi, Dr Joseph Muscat għandu jingħata d-dritt li jwieġeb irrispettivament minn jekk għadux jokkupa l-kariga ta' Prim Ministru jew ta' Membru tal-Kamra.", "L-Onor.", "Zammit Lewis qal li in kwantu l-applikabilità ta' sanzjonijiet huwa kien tal-opinjoni li ma jistgħux jiġu imposti sanzjonijiet fuq persuna li ma taqax fid-definizzjoni tal-liġi kif stipulat fl-artikolu 3 tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "Dwar dan il-punt l-Onor.", "Zammit Lewis talab li jingħata ruling.", "L-Onor.", "Byron Camilleri rrefera għall-artikolu 28 li jgħid hekk:", "\"Meta l-Kumitat isib li jkun hemm ksur tal-Kodiċi ta' Etika jew ta' xi dmir statutorju jew etiku, il-Kumitat jista', wara li jagħti lill-persuna involuta d-dritt li tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha, jiddeċiedi fuq waħda jew iżjed minn dawn is-sanzjonijiet li ġejjin:\"", "u kkontenda li allura skont il-liġi, il-Kumitat jagħti d-dritt lil persuna sabiex tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha għaliex se jkun qed jiddeċiedi fuq sanzjonijiet fil-konfront tal-istess persuna.", "L-Onor.", "Camilleri qal li għaldaqstant huwa mhuwiex qed jaqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Huwa saħaq li l-argument tan-naħa tal-Gvern huwa li ladarba Dr Joseph Muscat illum mhuwiex Membru tal-Kamra, huwa ma jaqax taħt id-definizzjoni tal-artikolu 3 u allura l-artikolu 28 ma jistax jiġi applikat fil-konfront tiegħu.", "L-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li l-Kumitat għandu jiddeċiedi li jadotta r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, u li wara li jingħata r-ruling li ntalab aktar kmieni, issir id-diskussjoni dwar il-kwestjoni tas-sanzjonijiet.", "L-Ispeaker għamel referenza għall-artikolu 27(4) u qal li proċeduralment il-Kumitat issa jeħtieġ li jiddeċiedi dwar jekk jadottax ir-rapport jew le.", "L-Onor.", "Karol Aquilina qal li n-naħa tal-Oppożizzjoni hija favur li r-rapport jiġi adottat.", "L-Onor.", "Edward Zammit Lewis talab li fil-Minuti tal-Kumitat jiġi reġistrat li filwaqt li n-naħa tal-Gvern qiegħda taqbel li r-rapport jiġi adottat, qiegħda fl-istess ħin tinsisti li s-sanzjonijiet kontemplati fl-Artikolu 28 tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 570) m'għandhomx u ma jistgħux jiġu applikati fil-konfront tal-persuna indagata.", "Dan stante l-fatt li din l-istess persuna m'għadhiex Membru tal-Kamra, u allura ma taqax taħt id-definizzjoni tal-Artikolu 3 tal-istess Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, liema sitwazzjoni hija valida sal-lum.", "Il-Kumitat qabel li, fir-rigward tal-iskadenza ta' tliet xhur li saret referenza għaliha mill-Ispeaker fil-bidu tal-laqgħa, il-Kummissarju għandu jiġi notifikat bix-xogħol li qed isir fil-Kumitat dwar il-każ inkwistjoni.", "Fid9.29 a.m. ilKumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 19 ta' Jannar 2021 fl-4.30 p.m. sabiex ikompli jiddiskuti r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards dwar il-Każ K/022.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210105_014m_sta.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 32", "L-Erbgħa, 6 ta' Jannar 2021 fis-2:00 p.m.", "LIspeaker tal-Kamra tad-Deputati u President talKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Jannar 2021 fis-2:00 p.m.", "filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "5 ta' Jannar 2021 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20210106_032a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 32", "L-Erbgħa, 6 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 32", "L-Erbgħa, 6 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2.19 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 31, li saret fis6 ta' Novembru 2020, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa sabiex, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kumitat dwar il-programm tax-xogħol tal-Gvern.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nibda billi nawgura s-sena t-tajba lilek u lill-Membri kollha ta' dan il-Kumitat u tal-Kamra.", "Bħalma tafu, il-pjan hu li nhar it-Tnejn nerġgħu nibdew il-laqgħat tal-Plenarja, u l-programm għax-xhur li ġejjin huwa wieħed vast.", "Hemm ħafna liġijiet importanti għal dan il-pajjiż li jridu jgħaddu u għalhekk se nħalli f'idejn il-Whip tal-Gvern sabiex jagħtina l-lista tal-abbozzi li se nkunu qegħdin niddiskutu fil-ġranet li ġejjin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiena wkoll nixtieq ngħaddilkom l-awguri tiegħi.", "Kif diġà tkellimna mal-Oppożizzjoni, se nkomplu fuq ir-riformi li spiċċajna bihom is-sena l-oħra għaliex għandna pjan leġiżlattiv ambizzjuż.", "Mela, nhar it-Tnejn, 11 ta' Jannar 2021, għandha tiftaħ id-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta u diversi liġijiet – Abbozz 119.", "Dan l-abbozz huwa fuq il-gender balance fil-Parlament, u d-diskussjoni fuqu hija maħsuba li tieħu madwar żewġ seduti.", "Ovvjament dan jiddependi min-numru ta' kelliema li se jkollna billi huwa suġġett daqsxejn vast u importanti.", "Imma jien qiegħed nistma li nieħdu mill-inqas żewġ seduti.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Peress li l-Ministeru tiegħi kien involut fit-tfassil ta' dan l-abbozz ta' liġi nista' ngħid li se jkollna numru ta' kelliema miż-żewġ naħat.", "GLENN BEDINGFIELD: Issa nhar l-Erbgħa, 12 ta' Jannar 2021, jew meta tagħlaq id-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz 119, għandha tiftaħ id-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Riforma tal-Ġustizzja tal-Proċedura Ċivili – Abbozz 169.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Onor. Bedingfield, jiena u inti tkellimna u kien hemm qbil li bejn dawn iż-żewġ abbozzi niddiskutu r-rapport tal-Kummissjoni Elettorali.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-fatt, kont ġej għaliha.", "ROBERT CUTAJAR: Ħsibtek se ssemmi abbozz ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Kont se nsemmi l-Abbozz 169 u mbagħad wara r-rapport tal-Kummissjoni Elettorali.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dwar l-Abbozz 169 għandna seduta waħda.", "ROBERT CUTAJAR: Aħna konna tkellimna li nagħmluh in between biex il-kelliema jkunu ppreparati.", "Onor. Bedingfield, hekk konna tkellimna aħna.", "GLENN BEDINGFIELD: Abbozz 169 huwa dwar l-appelli ċivili.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Abbozz 169 ma fih xejn kontroversjali, imma għandna emendi importanti għall-Qorti tal-Appell bi tliet imħallfin, u għandna bżonnha biex proċeduralment inkunu nistgħu nħaffu ċerti appelli fil-qrati tagħna.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-ħsieb kien li nagħmel ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali billi hemm minority report.", "Nistgħu niddiskutu l-Abbozz 169 u mbagħad wara ngħaddu għar-rapport tal-Kummissjoni Elettorali.", "Mit-Tnejn għat-Tlieta jew mill-Erbgħa għat-Tnejn.", "L-ISPEAKER: Dwar ir-rapport qiegħed nifhem li trid issir mozzjoni, hux hekk?", "GLENN BEDINGFIELD: Jidhirli li r-rapport tressaq u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Imma mbagħad trid tiġi ppreparata mozzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-każ irressquha nhar it-Tnejn.", "Nippreżentawha t-Tnejn u tiġi diskussa l-ġimgħa ta' wara.", "L-ISPEAKER: Mozzjoni għall-finijiet tal-artikoli 61 u 61A tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "GLENN BEDINGFIELD: Irridu niddiskutu wkoll – mhux qed narah hawnhekk – l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 3).", "Jidhirli li dan huwa l-Abbozz 157.", "CHRIS FEARNE: Jekk mhux sejjer żball Abbozz 159.", "Abbozz 159 huwa dwar ħatra ta' persuni ta' fiduċja, li qiegħed fi stadju ta' Kumitat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Abbozz 159 għadda.", "Jidhirli li dak huwa Abbozz 157.", "GLENN BEDINGFIELD: Jidhirli li l-Abbozz 158 għadda wkoll u jonqos it-Tielet Qari tiegħu.", "L-ISPEAKER: Mela kkonfermat.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, dak hu x-xogħol tal-Kamra għal dawn il-ġimagħtejn li ġejjin.", "F'każ li jintalbu votazzjonijiet, kont se nipproponi l-Erbgħa, 27 ta' Jannar.", "ROBERT CUTAJAR: Jiġifieri qed ngħidu Abbozzi 119, 169, 157 ...", "GLENN BEDINGFIELD: Ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali u mbagħad wara niddiskutu l-Abbozz 157.", "L-ISPEAKER: Hemm xi rimarki oħra?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nixtieq nitkellem ftit fuq tibdil fil-proċedura – xi ħaġa li tolqot iktar lilna bħala Oppożizzjoni – li biha l-mozzjonijiet jiġu mġedda kull xahar.", "Hawnhekk qiegħed nitkellem fuq dawk il-mozzjonijiet li nkunu ressaqna aħna bħala Oppożizzjoni u biex dawn jibqgħu jiġu aġġornati.", "Nixtieq nistaqsi jekk huwiex possibbli, bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, li minflok jibqgħu jiġu mġedda kull xahar, jibdew jiġu mġedda kull xahrejn jew tlieta.", "L-ISPEAKER: Dik tagħmel parti mill-iStanding Orders.", "ROBERT CUTAJAR: Jekk naqblu li tinbidel …", "L-ISPEAKER: Anke jekk taqblu, xorta trid issir proċedura biex nemenda l-iStanding Orders.", "ROBERT CUTAJAR: Din hija proċedura.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): L-iStanding Orders jgħidu li l-mozzjoni biex tinżamm tajjeb trid tiġi mġedda kull xahar.", "ROBERT CUTAJAR: M'hemmx issue.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Tiġi ffirmata kull xahar?", "ROBERT CUTAJAR: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Trid toqgħod tagħmel il-firem.", "ROBERT CUTAJAR: Issa aħna qed ngħidu li din, minflok tibqa' kull xahar, tiġi estiża għal xahrejn jew tlieta.", "L-ISPEAKER: Sibu ftehim bejnietkom u mbagħad fil-każ nagħmlu dak li hemm bżonn fl-emendi tal-iStanding Orders.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena tkellimtha wkoll mal-Iskrivan tal-Kamra lejn l-aħħar tas-sena l-oħra.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Hemm xi ħaġa oħra fuq ix-xogħol tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Le) Mela ngħaddu għal Xogħol Ieħor.", "XOGĦOL IEĦOR", "Kommemorazzjoni talOlokawst", "L-ISPEAKER: L-ewwel nett, nixtieq nirreferi għarRiżoluzzjoni tanNazzjonijiet Uniti adottata millAssemblea Ġenerali fl1 ta' Novembru 2005 fejn iddikjarat is27 ta' Jannar bħala lġurnata li tikkommemora lvittmi talOlokawst.", "Kif tafu, hija lkonswetudni talKamra li tfakkar dan l-avveniment b'diskors qasir miżżewġ naħat talKamra qabel ma ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Issa, peress li s27 ta' Jannar din issena se jaħbat nhar l-Erbgħa, ilKumitat qed jaqbel li din ilkommemorazzjoni għandha ssir proprju f'dik il-ġurnata.", "Pjani Finanzjarji 2021 li jridu jiġu approvati mill-Parlament", "L-ISPEAKER: Infakkar lillKumitat li għad iridu jiġu ffissati d-dati sabiex niddiskutu lOmbudsplan u l-Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika għassena 2021 qabel ma dawn ikunu jistgħu jiġu approvati millKamra.", "Infakkarkom li fl-aħħar laqgħa konna qbilna li nużaw ukoll l-istess proċedura għall-Estimi tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika u għalhekk nistgħu naqblu fuq data ħalli niddiskutuhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Nistgħu naraw issa jekk naqblux fuq żewġ dati.", "L-ISPEAKER: Iva, aħjar.", "CHRIS FEARNE: Jekk nistgħu nagħmluhom dan ix-xahar ikun aħjar.", "L-ISPEAKER: Dażgur.", "ROBERT CUTAJAR: Nistgħu niddiskutuhom it-tnejn f'laqgħa waħda?", "CHRIS FEARNE: Le, għaliex ikun hemm mistednin differenti u m'għandniex għalfejn inħalluhom jistennew.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, qiegħed nifhem sew li għat-tnejn li huma jrid ikun hawn preżenti l-Ministru tal-Finanzi?", "L-ISPEAKER: Le, ikun hawn l-Ombudsman u l-Ministru tal-Finanzi fil-każ tagħna.", "CHRIS FEARNE: Nissuġġerixxi li nibdew bl-Ombudsplan u, jekk taqblu, niddiskutuh bħal lum ġimgħa fit-3.00 p.m.", "GLENN BEDINGFIELD: Bħal-lum ġimgħa jkollna l-Public Accounts Committee.", "CHRIS FEARNE: Mela nhar it-Tlieta, 12 ta' Jannar 2021, fit-3.00 p.m., u nistiednu lill-Ombudsman.", "L-ISPEAKER: Liema se nagħmlu?", "CHRIS FEARNE: Iva, jekk jogħġbok.", "GLENN BEDINGFIELD: Nistgħu niffissaw data tentattiva għall-ġimgħa ta' wara?", "CHRIS FEARNE: Ejjew nibdew b'waħda.", "L-ISPEAKER: Fil-każ, kif inlestu waħda ngħaddu għall-oħra.", "Kompożizzjoni ta' Kumitati u Delegazzjonijiet", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kumitat li wara t-tibdil li kien hemm fi tmiem is-sena ta' qabel fil-kompożizzjoni tal-Kamra, hemm numru ta' postijiet battala fil-kumitati u delegazzjonijiet imwaqqfa b'mozzjoni li jridu jimtlew.", "Għandna Membru min-naħa tal-Gvern fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, Membru sostitut min-naħa tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, Membru min-naħa tal-Gvern fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran (PAM), Membru sostitut min-naħa tal-Gvern fl-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (PAUFM), u Membru min-naħa tal-Gvern fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni li fil-każ tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-regolament 6.2 – Credentials of the Council of Europe jgħid ċar li Malta jrid ikollha mhux inqas minn Membru mara waħda f'din id-delegazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-fatt, diġà kellna idea dwar min se jkunu s-sostituti.", "Però, billi hemm elezzjoni każwali l-ġimgħa d-dieħla, nippreferi nistenna l-eżitu ta' dik l-elezzjoni.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Imma qiegħed niġbed l-attenzjoni tagħkom ħalli wieħed iżomm din ir-regola quddiem għajnejh, u nitlobkom tinformawni kemm jista' jkun malajr bl-ismijiet.", "Fil-folder għandkom issibu kopja tal-abbozzi ta' dawn il-mozzjonijiet.", "Korrispondenza mill-Malta Film Commission", "L-ISPEAKER: Nixtieq inġib għall-attenzjoni tagħkom it-talba li rċevejt mill-Malta Film Commission sabiex il-Parlament ma jtellax il-bandiera Maltija quddiem il-binja tiegħu fil-ġurnata li fiha se jkun qiegħed jinġibed film ta' fantaxjenza fil-Belt Valletta.", "Ix-shots ta' dan il-film se jinġibdu s-Sibt 23 ta' Jannar 2021 u allura normalment ma jiltaqax il-Parlament.", "Il-film huwa wieħed Amerikan u l-produzzjoni tiegħu se tammonta għas-somma ta' €10 miljuni.", "Kif għedtilkom, it-talba tagħhom hi sabiex waqt ix-shooting tal-film il-bandiera Maltija li s-soltu tkun quddiem il-binja tal-Parlament ma tittajjarx dakinhar sakem isir il-ġbid tal-film.", "Għalhekk qiegħed nistaqsikom jekk hawnx qbil sabiex il-bandiera Maltija titniżżel biss għal dak il-ħin li fih se jsir ix-shooting tal-film.", "Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva) Mela issa ninforma lill-Kummissarju tal-Films.", "Għandkom xi affarijiet oħra?", "(Onor. Membri: Le) Nirringrazzjakom talli ħadtu sehem f'din il-laqgħa.", "Il-laqgħa hija konkluża u l-Kumitat huwa aġġornat għal nhar it-Tlieta, 12 ta' Jannar 2021, fit-3.00 p.m. sabiex niddiskutu l-Ombudsplan.", "Fis-2.35 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20210106_032d_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 27", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar, 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 12 ta' Jannar, 2021 fl-4:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "4 ta' Jannar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20210112_027a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 27", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru 27", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:48 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 26, li saret fit-30 ta' Novembru 2020, ġew konfermati.", "PARTIAL LOCAL PLAN REVIEW OF THE SOUTH MALTA LOCAL PLAN (MARSA INDUSTRIAL AREA POLICY SMMR01) AND CENTRAL MALTA LOCAL PLAN (IMRIEĦEL INDUSTRIAL AREA POLICY CG14 AS AMENDED BY PC 57/10 OF 2012)", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Joe Mizzi): Nibda din l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għal din is-sena billi nagħti l-awguri lil kulħadd.", "Għal dan l-item, l-ewwel se issir introduzzjoni mill-Ministru, imbagħad l-esperti tekniċi jagħtu spjegazzjoni, u wara dan l-istadju, l-għaqdiet mhux governattivi jkunu jistgħu jagħmlu l-intervent tagħhom.", "L-ewwel isiru l-interventi b'mod interattiv, imbagħad ngħaddu għall-għaqdiet li hawn preżenti hawnhekk.", "Wara li jsiru dawk l-interventi terġa' tingħata spjegazzjoni u reazzjoni għal dak li ntqal u li ġie mistoqsi mill-esperti u t-tekniċi, imbagħad minn hemmhekk niftħu għall-Membri.", "AARON FARRUGIA (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar): Nirringrazzjak, Sur President.", "Insellem lill-kollegi Membri tal-Kamra, lir-rappreżentanti tal-Planning Authority (PA) u tal-Environment and Resources Authority (ERA), kif ukoll lil kull min hawn preżenti għal din il-laqgħa.", "Ninsabu hawnhekk minħabba dan il-partial local plan review għas-south u għaċ-ċentru ta' Malta.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar żoni industrijali u l-bżonn li idealment nevitaw li mmorru b'mod orizzontali, u minflok immorru b'mod vertikali.", "Il-pajjiż kompla jaħdem fuq investiment barrani dirett, u anke investiment lokali, ilna ħafna snin nippruvaw insibu spazji għal żoni industrijali, u allura d-deċiżjoni kienet li mmorru vertikali.", "Qegħdin nirrivedu l-pjan speċifikament għall-Marsa u l-Imrieħel għax żoni industrijali oħrajn diġà huma eżentati minn ċerti thresholds li huma marbutin bihom dawn it-tnejn, u allura li qegħdin nagħmlu huwa li qegħdin inġibuhom at par, fis-sens li l-parti tal-Marsa fejn hemm l-area industrijali, jiġifieri wara l-korsa tal-golf, u pockets mill-Imrieħel, jiġu bħalma huma ż-żoni industrijali l-oħrajn, u ċjoè mingħajr limitu ta' għoli biex b'hekk inkunu nistgħu nakkomodaw iktar żvilupp, ekonomija, kummerċ, u industrija li lesta tikber f'Malta, tespandi u tiġi minn barra, xi ħaġa li huwa marbut magħha l-investiment dirett barrani.", "Dik kienet introduzzjoni verament bażika min-naħa tiegħi, però preżenti hawn uffiċjali tal-PA u tal-ERA, li ħadmu fuq ir-review, li jistgħu jkomplu jagħtu aktar informazzjoni dwar dan.", "Jien qiegħed hawnhekk sabiex, fejn ikun hemm bżonn, inwieġeb għall-mistoqsijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Perit Dora Deguara mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "IL-PERIT DORA DEGUARA (Uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar): Grazzi, Sur President.", "Kif spjega l-Ministru, il-Gvern riċentement approva l-industrial infrastructure enhancement programme, u l-bżonn li jiġu aġġornati r-regolamenti ta' żvilupp, partikolarment b'mod vertikali permezz tal-limitazzjoni tal-għoli tal-bini, kienet waħda mill-miżuri identifikati to support this programme.", "Għal dan il-għan ħarġu dawn l-objectives għall-konsultazzjoni pubblika, namely to repeal the building height limitation of three floors, 12 meters from the Marsa Industrial Estate – kif għedna Marsa Industrial Estate u l-Industrial Park Estate Area A tal-Imrieħel għandhom limitazzjoni fl-għoli; fil-każ tal-Marsa huwa ta' 12-il metru, fil-każ ta' Area A ġol-Imrieħel huwa ta' 14-il metru – and to introduce non numeric urban design policies to guide the assessment of building heights in these areas.", "Ovvjament l-objective l-oħra hija li mbagħad nemendaw il-proviżjonijiet li hemm fil-policies SMMR01 u CG14, li jmorru kontra l-objectives li għadni kif spjegajt.", "Is-sit li qegħdin naraw fuq is-slide bħalissa huwa ta' Marsa Industrial Estate u l-mappa li qiegħda fil-pjan lokali approvat where it designates the site mainly as industrial, subject għall-policy SMMR01, u hawn \"dawn\" iż-żewġ siti li mhumiex għall-industrija iżda għadhom għall-argikultura.", "Il-policy speċifika għall-building heights hija l-SMMR01, u din hija għall-Marsa Industrial Estate kollu.", "Fil-bidu, din il-policy qiegħda tispjega x'inhuma l-konfini tal-Marsa Industrial Estate, u fejn huwa highlighted hija l-parti fejn qed tispeċifika l-għoli tal-bini f'metri.", "Il-policy eżistenti tgħid hekk:", "Din hija l-parti tal-policy highlighted li qed tirriferi għall-għoli tal-bini.", "Imbagħad ma' kull policy ikun hemm l-explanatory text, u li qegħdin taraw bħalissa huwa l-explanatory text li qiegħed mal-policy SMMR01.", "Il-parti fejn qed terġa' tiddiskrivi l-għoli tal-bini f'metri qiegħda highlighted peress li waħda mill-objectives kienet li nbiddlu l-parti tal-policy kollha li qed tirriferi għall-għoli tal-bini rispettivament.", "Għar-rigward tal-Imrieħel Area A, din hija area within the Imrieħel Industrial Estate.", "Bħalissa qegħdin naraw il-pjan lokali kif ġie updated fl-2012 b'PC57/10, jiġifieri din hija l-applicable map li għandna llum where it designates site areas A u B ġewwa l-Imrieħel Industrial Estate.", "Area A hija maqsuma bħala MIP Estate and adjoining sites, u għandha parti wkoll li hija low impact industrial and commercial uses.", "Area B hija mmarkata għax hija msemmija fil-policy fejn tirrigwarda l-għoli tal-bini.", "Il-kumplament huwa SME park u l-uses huma kif qegħdin taraw hawnhekk.", "Kif għedt qabel, apparti Area A u Area B m'hemmx għoli speċifiku f'metri.", "Għall-Imrieħel Industrial Area hemm policy speċifika BK04, u qed insemmiha hawnhekk għax din il-policy tgħid Area A trid tkun soġġetta għall-Policy CG14 u CG15, u Area B hija soġġetta għall-Policy CG14 u CG15.", "Għall-kumplament imbagħad hemm Policy CG15, imma din ma ssemmiex l-għoli tal-bini f'metri.", "Hija Policy CG14 biss li ssemmi l-għoli tal-bini f'metri, u tirrigwarda Areas A u B.", "Jekk immorru għall-Policy CG14 naraw li għal dak li għandu x'jaqsam ma' għoli tal-bini f'Areas A u B, din tgħid li:", "U hawn erba' punti li jgħidu li jekk sit ikun iktar minn 25,000 metru kwadru l-pjan lokali eżistenti diġà jgħid li jista' jiġi kkunsidrat għoli iktar minn 14-il metru, subject li jkun hemm environmentally sustainable design, neighbour compatibility, construction and operation management and high quality architecture.", "Apparti hekk irid ikun hemm ukoll visual impact assessment sabiex ma jkunx hemm impatt fuq short and long distance views, irid ikun hemm spazju miftuħ għall-pubbliku, u anke li l-proġett ma jkunx se jikkostitwixxi over development.", "Jiġifieri f'Areas A u B il-plan lokali eżistenti jgħid 14-il metru, u li jekk ikun hemm aktar minn 25,000 metru kwadru jista' jiġi kkunsidrat għoli ta' bini maġġuri.", "Issa ħa ngħaddi għall-public consultation on objectives.", "Bħalissa qegħdin taraw il-kummenti li qajjem il-pubbliku fuq dawn l-objections, fil-qosor.", "Il-main concerns kienu li changes in building height għandhom jiġu ndirizzati permezz ta' masterplan, liema masterplan ikun ħareġ ibbażat on the analysis of the current requirements for the industrial use, u r-requirements għandhom jirriflettu the provision over recent years, changes in practices due to work at home, u l-bżonn li jkun hemm studju fuq kemm hawn diġà art vakanti adegwata biex tintuża minflok isir dan it-tibdil u jsir bini ogħla.", "Intqal ukoll li fil-masterplan għandu jiġi kkunsidrat building height in a holistic manner, u jiġu rispettati wkoll adjacent Grade 1 structures fil-Marsa kif ukoll fl-Imrieħel; fil-każ tal-Marsa hemm iċ-ċimiterju tat-Torok li huwa Grade 1, u fil-każ tal-Imrieħel hemm l-akwadotti.", "Il-pubbliku qal ukoll li:", "din anke tqajmet min-naħa tal-ERA,", "It-text li huwa b'kulur iswed huma dak li qed jiġi propost li jibqa' hemmhekk, u t-text li huwa b'kulur griż u huwa maqtugħ huwa dak li qed jiġi propost li jitneħħa.", "Issa se ngħaddu biex naraw x'inhu l-proposed new text.", "Hawnhekk neħħejna l-biċċa li qiegħda tirriferi għat-temporary provision schemes tal-1988, li qegħdin jiġu aġġornati biex jirriflettu l-Policy Map MR1.", "Il-parti li tirriferi għal 12 metres qed jiġi propost li tinqata' u minflokha jidħol dan li ġej:", "Dawn huma t-tmien parametri li qed jorbtu l-assessment ta' building heights.", "Il-paragrafi li qegħdin taraw bħalissa baqgħu kif kienu.", "Issa se ngħaddi għall-proposed changes to Policy CG14.", "Fil-każ tal-Imrieħel Area B qed jinżammu l-14-il metru, u għal Area A qegħdin ngħidu li:", "Dan huwa simili għal dak tal-Marsa, bid-differenza li fl-Imrieħel hemm ir-residential context, u allura semmejnih speċifikament fejn għedna li:", "Kif inhi, il-policy diġà tgħid li f'daqs ta' iktar minn 25,000 metru kwadru l-PA tista' tikkunsidra bini ogħla minn 14-il metru, u issa qed jiġi propost li minflok ogħla minn 14-il metru, issir \"higher than would have been achieved by applying the provisions of criterion 1 above\", li huwa dak li semmejt aktar qabel.", "Nagħlaq billi ngħid li bħalissa din hija miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika, u se tibqa' miftuħa sad-29 ta' Jannar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Sarah Scheiber, mill-Għaqda SOS.", "SARAH SCHEIBER: Grazzi, Mr Chairman, però għalissa qiegħda nosserva u m'għandix kummenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Karen Tanti mill-Moviment Graffiti sabiex tagħmel il-mistoqsijiet u l-kummenti tagħha.", "KAREN TANTI: Nirringrazzjak.", "Moviment Graffiti qed jitlob lill-Kumitat jevalwa din il-bidla fil-pjan lokali, għax bħala moviment aħna naqblu li mingħajr ebda parametri ta' diżinn, limiti jew kriterji, se jinħoloq chaos liema bħalu f'din iż-żona.", "Mingħajr pjan ta' gwida għall-iżvilupp mhu se jsir l-ebda ġid, la għan-nies tal-lokalità, u lanqas għan-nies konċernati li jixtiequ jibnu f'din iż-żona.", "L-Awtorità tal-Ippjanar qed tistqarr li l-bini se jingħata permess skont il-parametri urbani u l-kuntest urban.", "Aħna qegħdin nistaqsu x'inhuma eżattament dawn il-parametri u x'inhuwa l-kuntest urban.", "Il-PA ma tat l-ebda spjegazzjoni jew informazzjoni.", "Għalfejn m'aħniex insegwu l-policies li għandna mfasslin?", "X'inhu l-bżonn li hemm biex inneħħu dawn il-height limitations?", "L-Awtorità ma tat l-ebda studju jew l-ebda tip ta' evidenza li turi l-bżonn li nneħħu dawn il-limiti.", "Tajjeb ngħidu wkoll li dan il-pjan lokali huwa mfassal għal żona industrijali.", "Issa żoni industrijali, ħafna drabi, ikollhom bżonn garaxxijiet, imħażen, u binjiet fejn jistgħu jidħlu bil-vannijiet.", "Allura minn fejn ġej il-bżonn li nneħħu dawn il-height limitations?", "Tajjeb ngħidu wkoll li l-Imrieħel ġie nkluż fil-lista ta' binjiet high rise wara li l-konsultazzjoni pubblika ngħalqet, u mingħajr ma kien hemm ebda riferenza għall-Imrieħel fid-dokumenti konsultattivi qabel l-ordni tal-Ministru Michael Farrugia wara l-laqgħa tiegħu ma' Yorgen Fenech.", "Jekk tgħaddi din il-bidla fil-pjan lokali se jinħoloq ammont kbir ta' inċertezza għall-bżonnijiet infrastrutturali taż-żona.", "Se nispiċċaw inżidu l-infrastruttura waqt li neqirdu l-art agrikola fiż-żona, meta lanqas se nkunu nafu jekk hemmx bżonn ta' dawn il-bidliet kbar u rriversibbli.", "Huwa ċar li għal żona tant kbira hemm bżonn xi tip ta' pjan ħolistiku, sabiex l-ispazju jintuża bl-aħjar mod possibbli.", "Ma narawx kif dan jista' jsir mingħajr l-ebda gwida fil-pjan lokali.", "L-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproponi li kull tip ta' żvilupp isir permezz ta' development notification order (DNO).", "B'hekk il-pubbliku mhux se jkollu ċ-ċans li jagħmel is-submissions tiegħu kif dejjem sar qabel.", "Bħala moviment aħna totalment ma naqblux ma' dan il-pass għax il-konsegwenzi huma kbar u serji.", "Il-pubbliku dejjem għandu jkollu dritt jagħti l-opinjonijiet tiegħu u jsemma' l-vuċi tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lis-Sur Wayne Flask, mill-Moviment Graffiti, li jinsab preżenti hawnhekk, sabiex jagħmel l-intervent tiegħu.", "IS-SUR WAYNE FLASK: Grazzi, Sur President.", "Meta nara dak li qed tipproponu bħala reviżjoni tal-pjanijiet lokali, l-ewwel nett jiġini f'rasi li għaddej assalt kontinwu ta' proġetti kbar fiż-żona bejn il-Marsa u l-Imrieħel.", "Pereżempju hemm il-flyover tal-Imrieħel li se tinbena biex takkomoda t-torrijiet ta' Gasan u Tumas fiż-żona u li se tiswina 15-il tomna raba' saqwi, hemm il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa, li l-ewwel rapport li ħareġ fil-gazzetti dwarha kien kemm se tiġġenera traffiku żejjed f'din iż-żona, għandna l-proġett tal-Imsida Creek li qed jiġi kkritikat minn kulħadd għax se tgħaddi triq minn ġo nofs raħal, qed jissemmew flyovers oħra fiż-żona ta' Ħal Qormi, u issa rridu nneħħu l-height limitations minn ġewwa l-Marsa u l-Imrieħel.", "Bħallikieku mhux diġà hemm biżżejjed konġestjoni f'dawk in-naħat!", "Meta nara dawn l-affarijiet u nħares lejn il-mappa ta' x'se jiġri, nistaqsi kif inhu possibbli li ħadd mhu qed jaħseb f'masterplan għal din iż-żona.", "Jista' jkun li dawn il-proġetti jibqgħu jsiru biċċa biċċa mingħajr koerenza u mingħajr pjan, imbagħad naraw wara u ngħaqdu kollox wara?", "Għalija din il-ħaġa mhijiex realistika, però naħseb li r-raġuni għalfejn il-masterplan mhux qed isir kien biex ma nirrepetux il-froġa li saret bil-masterplan ta' Paceville.", "F'dak il-masterplan konna ġibna l-konsulenti minn barra, għedna li m'għamlux xogħol tajjeb, il-masterplan ma sarx, però l-froġa ġewwa Paceville saret xorta waħda, bit-torrijiet telgħin mingħajr pjan, u fil-fatt il-ġimgħa l-oħra approvajna torri ieħor enormi li jaqblu miegħu biss 9% tan-nies.", "Inkella jista' jkun li r-raġuni l-oħra għalfejn m'hemmx masterplan huwa li dan kollu qed isir biex jiġu aġevolati interessi privati oskuri, li għandhom l-interess li dawn il-proġetti jgħaddu biċċa biċċa u mingħajr trasparenza.", "Lir-residenti, mhux biss tal-Marsa u tal-Imrieħel, imma anke pereżempju ta' Ħal Qormi, mar xi ħadd jispjegalhom sewwa x'se jiġri b'dawn il-proġetti kollha deħlin wieħed f'wieħed fi żmien qasir, jew fit-tul?", "Għax għadna ma nafux.", "Li nafu żgur huwa li r-residenti huma dawk li dejjem jiġu njorati.", "Fl-opinjoni tiegħi qegħdin nikkreaw żoni industrijali fażulli.", "X'funzjoni għandhom torrijiet f'żoni industrijali?", "Intom qatt rajtu industriji jaħdmu fit-torrijiet?", "It-torrijiet mhux f'żoni kummerċjali jkunu?", "Possibbli li ħadd mhu qiegħed ixomm il-pretest li dawn iż-żoni, minn industrijali, ħames snin, sitt snin oħra, isiru kummerċjali, kif diġà qegħdin naraw appuntu fl-Imrieħel?", "Kemm se nitilfu iżjed raba' saqwi u art agrikola għall-infrustruttura biex jiġu serviced dawn iż-żoni?", "Din hija mistoqsija oħra li ħadd m'għandu tweġiba għaliha, u kif qegħdin naraw bħalissa, ma' kull nofs triq li għandna bżonn nibnu, immorru nisirquha mingħand il-bdiewa, basta mbagħad immorru ngħidu kemm għandna għall-qalbna l-biedja u kemm għandna għall-qalbna l-bdiewa u l-agrikultura!", "Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR MARTIN SALIBA (Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar): Sur President, irrid nibda biex ngħid li ma rridux nitfixklu bejn iż-żona tal-Imrieħel u ż-żona tal-Marsa.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar żoni li huma industrijali u huma amministrati mill-Gvern.", "U l-Gvern ħass li għandu bżonn jagħmel regenerisation biex, għall-futur, jiġifieri għall-industrija li ġejja u għat-tip ta' industrija li Malta beħsiebha tattira, ikun hemm tfassil u tqassim aħjar tal-art li llum hija disponibbli.", "Il-ħsieb mhuwiex li nestendu siti jew art għall-iżvilupp, anzi l-iskop kien biex l-ispazji li għandna jintużaw aħjar.", "Fost oħrajn, żoni industrijali hemm Għawdex, San Ġwann, Bulebel, u Ħal Far, li mhumiex marbutin b'height limitation, u allura nħass il-bżonn li żoni industrijali oħra tal-Gvern ikunu amministrati bl-istess parametri tal-iżvilupp.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex se noħolqu xi ħaġa ġdida għall-iżvilupp industrizjali f'Malta, imma se jkun hemm like with like, fis-sens li l-Gvern ħass li għandu jimxi bl-istess parametri.", "Hawnhekk se tinħoloq il-possibilità, anke għall-art li hemm disponibbli biex tkun tista' titqassam b'mod aħjar u jkun hemm użu tal-istess art.", "Kif diġà ntqal, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq l-Imrieħel kollha, imma partikolarment fuq Żona A, li hija amministrata mill-Gvern u li se tkun simili għal żoni oħra industrijali, u m'għandhiex x'taqsam mal-kumplament taż-żona kummerċjali u industrijali tal-Imrieħel.", "Sar kumment dwar jekk hemmx bżonn ta' titjib fil-junction.", "Jien naħseb li kulħadd jifhem li l-junction u d-dħul għaż-żona industrijali u kummerċjali fl-Imrieħel hemm bżonn li tiġi mtejba – m'iniex se nidħol fuq il-kif għax l-applikazzjoni għadha qiegħda tiġi studjata – u jekk ngħidu li m'hemmx bżonnha, naħseb li ma nkunux qed inkunu korretti.", "Kif inhu l-aċċess illum huwa perikoluż għax il-junction teżisti, imma mhijiex adegwata għall-ħtiġijiet tat-traffiku tal-lum.", "Dan inħass anke minn studji ta' trasport li saru fuq proġetti li qed isiru llum.", "Dawn huma l-kummenti li xtaqt nagħmel at this stage.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nistaqsi issa jekk hawnx domandi min-naħa tal-Membri tal-Kumitat.", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Sur President, l-ewwel kumment li rrid nagħmel huwa li l-awtoritajiet tal-Gvern mhumiex hemmhekk biex ikunu lapdogs tal-Gvern, mhumiex klieb li qegħdin hemm biex il-Gvern ifaqqa' subajh and they do the Government's bidding.", "Dawn suppost huma persuni li qed jerfgħu responsabilità, anke legali, li jagħmlu xogħolhom sewwa.", "U l-ewwel talba li rrid nagħmel hawnhekk f'isem l-Oppożizzjoni hija proprju biex dawn jagħmlu xogħolhom sewwa.", "Jien s'issa smajt lill-Ministru Aaron Farrugia jgħid li l-Gvern ra li hemm bżonn ta' iktar spazju industrijali għax daħal iktar investiment, però fl-istess nifs qalilna li fiż-żoni l-oħrajn m'hemmx height limitations.", "Jiġifieri, bil-loġika tal-Ministru stess, la fiż-żoni l-oħrajn ma jeżistix dan ix-xkiel, allura mhux suppost għandna problema ta' spazju industrijali.", "Allura bilfors li nagħmel din id-domanda: Għaliex fiż-żoni l-oħrajn, fejn m'hemmx height limitations, l-industrija ma tridx, jew ma tistax tespandi?", "Forsi għax l-industrija ma taħdimx ġo sky scrapers?", "Forsi għax l-industrija ma titlax ħames jew seba' sulari, imma normalment tibqa' fil-baxx għax il-makkinarju għandu l-piż tiegħu?", "Biex inti ttella' l-materja prima għandek l-ispejjeż.", "Qatt rajtu xi garaxxijiet jaħdmu fis-sitt sular?", "Mhux kollha ground floor jaħdmu?", "Allura I reject the explanation being given bħala raġuni, u nitlob li dan il-Kumitat ma jiġix mgħoddi minn għajn il-labra, u tingħata r-raġuni vera għalfejn il-Gvern irid jagħmel dawn il-kambjamenti.", "Fir-realtà se jirriżulta li dawn iż-żoni se nbiddluhom f'żoni spekulattivi, u jekk illum għandek garaxx f'dan l-ispazju, il-Gvern b'daqqa ta' pinna se jagħmlek sinjur żgħir.", "Issa forsi jkun hawn min jargumenta, mil-lat politiku, li hekk irid jagħmel, imma allura nitkellmu ċar u tond u mhux noqogħdu ngħidu għax ġejja l-industrija.", "Liema industrija ġejja li għandha bżonn il-high rise?", "Jista' jgħidilna l-Ministru liema hi din l-industrija li għandha bżonn il-high rise?", "Għax jien ma naf bl-ebda industrija bħal din.", "Forsi sejjer żbaljat jien, imma jekk fil-kas jinfurmawna.", "Għalhekk l-appell tiegħi lill-awtoritajiet huwa biex ma jkunux lapdogs tal-Gvern.", "Għandu jkun hemm raġunament u sekwenza ta' ħsieb, li mbagħad jaf jispiċċa f'policy, imma li tkun policy għall-ġid ta' kulħadd, mhux jekk hemm politiku jew hemm partit politiku – hu min hu – li jrid jaqdi lil xi erba' min-nies, l-awtoritajiet jaraw kif jagħmlu biex jaqduh.", "Mhijiex il-politika nazzjonali li ż-żewġ partiti, irrispettivament minn min qiegħed fil-gvern, għandhom iħaddnu.", "Jien qrajt ftit mir-reazzjonijiet li kien hemm għal din il-policy, u laqtuni erba' kummenti li saru.", "Pereżempju l-Kamra tal-Periti, li forsi huma l-iktar li jibbenefikaw minn żidiet fl-ispekulazzjoni u fix-xogħol għax jaħdmu f'dan ix-xogħol, qalu hekk:", "Jiġifieri l-Kamra tal-Periti qed tgħidilkom: Tistgħu tgħidulna għalfejn għamiltu din il-konsultazzjoni pubblika meta kulħadd qed jgħidilkom li ma jagħmilx sens?", "Jien s'issa kelli l-privileġġ li nkun fil-Parlament għal ftit inqas minn disa' xhur, u f'dan il-Kumitat għal xi xahrejn inqas, u nistqarr li f'kull waħda minn dawn il-laqgħat kellna l-istess template, u ċioè li l-Gvern joħroġ b'idea, iqabbad lill-Awtorità tal-Ippjanar taparsi tiġi bl-idea hi, ovvjament xpruntata mill-Gvern, il cavallo di battaglia tal-Gvern, kulħadd jgħid li ma jaqbilx ħlief xi tnejn jew tliet kumpaniji li jkunu b'interess dirett li jitħallew jagħmlu dak l-iżvilupp, is-soċjetà ċivili kollha tgħid le, u jibqa' għaddej kollox romblu.", "Għalfejn qed nagħmlu dawn il-konsultazzjonijiet, jekk realment ma rridux nisimgħu, u m'aħniex ippreparati nibdew nisimgħu?", "Jekk wieħed iħares lejn id-data pprovduta mill-PA stess, jara li bejn l-2006 u l-2012 l-ammont ta' art li ħarġet għall-industrija ma tiġġustifikax il-bżonn ta' iktar art industrijali.", "Allura l-iskop ta' dan kollu ċertament mhuwiex dak li qed jingħad.", "Jekk tridu tagħtu d-dritt lill-ispekulaturi, għidu b'wiċċkom minn quddiem li tridu tagħmlu hekk u li qabbadtu lill-PA tagħmel hekk.", "Mhux nippruvaw nitmejlu bin-nies!", "Kieku ġew il-PA jgħidulna li jridu jagħmlu pjan ħolistiku biex dawn iż-żoni, li forsi huma ftit dilapitati u forsi għandhom bżonn daqsxejn tisbieħ u daqsxejn spazji miftuħa, insebbħuhom, nassigurak li kulħadd kien jaqbel ma' dan mija fil-mija.", "Però fin-nuqqas ta' pjan ħolistiku li realment qiegħed hemm biex jagħmel il-ħajja tan-nies aħjar, u mhux erba' jew ħames persuni sinjuri, qed tippretendu li n-nies jgħidulkom prosit u jirringrazzjawkom talli se ttelgħulhom il-bini biex il-ftit xemx li qed jaraw tneħħuhielhom, jew talli l-ftit veduta li kellhom tal-Imdina tneħħuhielhom ukoll, jew talli meta jkunu qegħdin l-Addolorata jaraw mostru quddiemhom?", "Jien nifhem li jkun hemm interessi varji f'pajjiż, u nifhem li huwa diffiċli biex tikkuntenta lil kulħadd, imma naħseb li dan il-pajjiż għandu bżonn jerġa' jsib id-diċenza ta' kif jagħmel l-affarijiet.", "Jekk qed nitkellmu dwar affarijiet li jolqtu lil kulħadd, allura jenħtieġ li verament ikun hemm konsultazzjoni li litteralment tagħti kas xi jkun qed jingħad, mhux tara l-kummenti kollha li għamlu dawn in-nies… Jien għandi ammirazzjoni kbira lejn dawn in-nies, li kollha għandhom esperjenza kbira, li jkunu għamlu sigħat twal ta' riċerka u għaddew kummenti bil-ħsieb, b'interess u b'intelliġenza.", "Imbagħad ikollna preżentazzjoni, li nzertat għamlet is-sinjorina, fejn jintqal li dan kollu mhux problema.", "B'daqqa ta' pinzell, dak li qed jgħidu n-nies, ma nagħtux kasu.", "Dik hija r-realtà.", "Allura l-appell tiegħi huwa biex naħdmu flimkien sabiex insebbħu lil dan il-pajjiż.", "Jekk verament hemm bżonn ta' art industrijali, ejjew naħdmu flimkien u naraw x'inhi s-soluzzjoni, imma tippruvawx titmejlu bin-nies għax it's past that.", "Jien qed niddikjara li se nivvota kontra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki jew domandi?", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Grazzi, Sur President.", "Filwaqt li ma nistax ma nagħmilx tiegħi l-kummenti kollha li għadda l-Onor.", "Thake, irrid ngħid li għandi wkoll xi nżid.", "Se nagħmel statement forsi daqsxejn iebes – li forsi l-kollegi min-naħa tal-Gvern fil-fond ta' qalbhom qed iħossuh ukoll però ma jistgħux jgħiduh – fejn ngħid li naħseb li l-proċess kollu li qed isir hawnhekk huwa wieħed li qed isir purament biex nosservaw il-liġi, jiġifieri niftħu l-konsultazzjoni, in-nies jgħidu tagħhom, imma qishom qed jitkellmu mal-ħajt.", "Niġu hawnhekk biex nosservaw il-liġi; aħna ngħidu tagħna, tal-Gvern jibqgħu siekta, u tgħaddi tal-Gvern.", "Jien ma nistax ma naqbilx mal-Onor.", "Thake meta jgħid lill-Membri tan-naħa tal-Gvern biex jgħidulna eżattament l-intenzjonijiet veri tagħhom, u mhux jippruvaw jiġu jgħadduna biż-żmien b'dawn il-proposti tad-daħk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili ftit, Onor. Cutajar, ħalli nagħmel rimarka żgħira.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin bħala Gvern u Oppożizzjoni...", "KEVIN CUTAJAR: Iva, għax tgħidha l-liġi stess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien ngħidlek x'inhuma r-regolamenti ta' dan il-Kumitat.", "M'iniex qed ngħidlek li ma tistax tagħmel dawn il-kummenti, imma hawnhekk m'hawnx naħa...", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, aqra Artiklu 60 tal-Att u tara x'jgħidlek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed ngħidlek li dawk il-kummenti tista' tagħmilhom, imma hawnhekk m'hawnx naħa tal-Gvern u n-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Jien qed nistiednek biex tagħmel dawk ir-riżervi li għandek tagħmel...", "KEVIN CUTAJAR: Hekk qed nagħmel.", "Jekk tħallini nkompli, nagħmilhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Agħmel l-ispjegazzjonijiet li trid tagħmel, imbagħad fl-aħħar il-Kumitat jiddeċiedi.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, napprezza jekk ma tinterrompinix ħalli ngħid dak li għandi xi ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejjew ma ndawrux dan il-Kumitat f'Oppożizzjoni u Gvern, għax mhux hekk hu.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, jien ma naqbilx miegħek totalment, għax Artiklu 60 tal-Att jgħid li dan il-Kumitat huwa kompost minn rappreżentanti tal-Gvern u rappreżentanti tal-Oppożizzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "Hekk hu.", "KEVIN CUTAJAR: Allura aktar ċari minn daqshekk ma nistgħux inkunu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien m'iniex qed ngħidlek li mhux kompost b'dan il-mod.", "Jien qed ngħid li hawnhekk ma niġux biex nagħmlu battalja min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Oppożizzjoni, imma niġu hawnhekk biex niddiskutu.", "KEVIN CUTAJAR: Iva, hija battalja biex nagħmlu dak li huwa sewwa f'dan il-pajjiż, għax għandna Gvern li qed jiġi hawn jgħaddina biż-żmien u qed jaħli l-ħin tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandek dritt għall-opinjoni tiegħek, u m'iniex qed inżommok milli tesprimiha.", "KEVIN CUTAJAR: Jien kulma għadni għamilt huwa statement tal-ftuħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: U tista' tkompli, imma mhux nagħmlu dan il-Kumitat bħala battalja bejn Oppożizzjoni u Gvern.", "KEVIN CUTAJAR: Jekk tħallini, nkompli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tkompli.", "KEVIN CUTAJAR: Jien se nagħmel ftit domandi, u nixtieq li jkun hawn min jirrispondini għalihom.", "L-Onor.", "Thake għamel riferenza għas-sottomissjoni studjata u tajba ħafna min-naħa tal-Kamra tal-Periti dwar il-bżonn ta' iktar spazju f'żoni industrijali f'pajjiżna.", "Dawn għamlu r-raġunament tagħhom, bil-figuri u jien hawnhekk ma smajt ebda tip ta' spjegazzjoni hawnhekk u ebda tip ta' rispons għal dik is-sottomissjoni.", "Jien nixtieq li ġaladarba l-Gvern qiegħed jipproponi din it-tneħħija tal-limitu fl-għoli, jgħidilna xi studji għandu dwar x'industriji ġejjin, xi spazju se jkollhom bżonn, u x-xogħol li se jkollhom bżonn, biex aħna jkollna almenu l-figuri f'idejna biex inkunu nistgħu nifhmu eżatt din il-proposta minn fejn ġejja.", "Imma minn dawn l-istudji ma rajna xejn, rajna biss sempliċement proposta biex jitneħħa l-limitu fl-għoli.", "Sur President, bħalissa d-dinja kollha għaddejja minn sitwazzjoni sfortunata ħafna ta' pandemija, fejn ħafna postijiet tax-xogħol, ħafna industriji, qegħdin jinkoraġġixxu lin-nies biex jaħdmu mid-dar, u ħafna nies qegħdin jagħmlu teleworking, eċċ. Imma aħna, allajbierek, qegħdin f'sitwazjoni fejn il-Gvern qiegħed jipproponi li jkun hemm iktar spazju industrijali biex in-nies imorru jaħdmu hemm.", "Ħadtu inkonsiderazzjoni t-tibdil kollu li l-pandemija, li nittamaw li tgħaddi llejla qabel għada, se ġġib magħha fil-mod kif il-ħaddiema jwettqu xogħolhom, anke fl-industrija?", "Jien kont nistenna wkoll li mhux niġu hawn u ngħidu li se nneħħu l-limitu tal-għoli u daqshekk.", "Biex inkun korrett mal-Gvern irrid ngħid li ppreżenta numru ta' kriterji li jridu jiġu rispettati, però aħna nafu li dawn huma totalment miftuħa għall-interpretazzjoni u jistgħu jiġu mgħawwġa, mdawwra, u addattati kif wieħed jixtieq.", "Sur President, il-Ministru semma l-investiment dirett barrani li ġej f'pajjiżna – u rrid ngħid li f'seba' snin ftit li xejn rajna investiment dirett barrani ġdid f'pajjiżna – u jien xtaqt li kieku nara studju u spjegazzjoni ta' x'inhu dan l-investiment dirett barrani li ġej, x'inhuma l-industriji li l-Gvern qed jipproponi li jġib, u kemm se jkollhom bżonn spazju industrijali.", "Jien naħseb li kien ikun jagħmel aktar sens, kieku l-Gvern, minflok ma jneħħi totalment il-limitu tal-għoli, almenu jkollu d-diċenza li jagħtina height brackets li fihom wieħed jista' jimmanuvra, mhux ineħħi l-limitu b'mod assolut u jħallih suġġett biss għal kriterji li huma totalment miftuħin għal interpretazzjoni.", "Sur President, nistqarr li jien ma kontx konxju li żoni industrijali oħrajn m'għandhomx limitu fuq l-għoli, u d-domanda li anke tqajmet minn nies li għamlu s-sottomissjonijiet fil-konsultazzjoni, hija għalfejn il-Marsa u l-Imrieħel biss.", "U r-risposta li ngħatat kienet għax il-Marsa u l-Imrieħel biss kien għad għandhom il-limitu fuq l-għoli.", "Imma jien immur oltre minn hekk u nistaqsi għalfejn allura ġaladarba għandna żoni industrijali oħra li m'għandhomx limitu ta' għoli, ma ħallejniex dawn li għad fadlilhom limitu ta' għoli mpost fuqhom, kif inhuma, imma minflok se mmorru pass oltre u se nneħħu l-limitu tal-għoli anke minn fuq dawn.", "Jiġifieri minflok se nirrestrinġu, se nkomplu nagħtu lok għal iktar spekulazzjoni.", "U wara li qrajt id-dokumentazzjoni kollha, nista' ngħid li jien konvint li din hija r-raġuni prinċipali għalfejn qed isir dan kollu.", "U ġaladarba qegħdin nistennew li jkun hemm high risers fiż-żoni industrijali, xtaqt nistaqsi kemm hemm bini għoli fiż-żoni industrijali l-oħrajn fejn m'hemmx limitu tal-għoli, u x'inhu l-massimu tal-għoli li ġie konċess fuq bini industrijali f'żoni industrijali oħrajn.", "Sur President, qegħdin ngħidu li se jitneħħa l-għoli tal-bini u l-Gvern lanqas kellu d-diċenza li almenu jippreżenta studji biex jgħidilna l-impatt fiżiku ta' dan kollu x'se jkun.", "Hemm diversi affarijiet li wieħed jista' jsemmi, fosthom spazji miftuħa, ventilazzjoni, aċċess għad-dawl, impatt viżwali, u impatt tat-traffiku fuq iż-żoni.", "Jiġifieri lanqas konna kapaċi nippreżentaw studju, jew ftit figuri, biex ngħidu x'naħsbu li se jkun l-impatt?", "Sempliċement niġu bi proposta point blank u ngħidu li rridu nivvutaw fuqha; taqbel jew ma taqbilx, iva jew le.", "Dik hija s-serjetà f'dan il-Parlament, dik hija s-serjetà ta' dan il-Gvern.", "Jiddispjaċini li qed inkun iebes hekk, imma naħseb li l-kor ta' sottomissjonijiet kuntrarji li għandu l-Ministru juri biċ-ċar kemm din il-proposta verament tagħmel sens.", "Domanda oħra li rrid nagħmel hija għalfejn ma nħassx il-bżonn li jsir masterplan ladarba qed ngħidu li ġejjin industriji, għalkemm mhux fondat, li għandhom bżonn ta' spazju industrijali ulterjuri.", "M'aħniex kapaċi f'dan il-pajjiż naqbdu żona u nagħmlu masterplan suret in-nies?", "L-Onor.", "Thake semma l-masterplan ta' Paceville, li kulħadd kien jaf x'kien l-eżitu tiegħu.", "Allura dan il-Gvern se jibqa' mhux kapaċi jaqbad żona u jagħmel masterplan suret in-nies tagħha?", "Ġiet ikkunsidrata l-għażla tal-masterplan għal dawn iż-żoni?", "Xtaqt issa ngħaddi kumment speċifikament fuq iż-żona industrijali tal-Marsa.", "Filwaqt li qegħdin ngħidu li se nneħħu l-limitu tal-għoli, fl-istess nifs qegħdin ngħidu li hemm biċċa art partikolari, li hija ta' natura agrikola, li se neskluduha minn dan kollu, imma fl-istess nifs, caveat importanti fl-istess dokument, qegħdin ngħidu li jekk ikun hemm il-ħtieġa, din iż-żona agrikola nużawha għal skopijiet ta' warehousing, però mhux għal skopijiet oħrajn industrijali.", "Jien ma fhimtx għalfejn iddaħħlet f'dan l-ambitu, u nixtieq li xi ħadd jispjegalhieli.", "Rigward il-mod kif se nivvota rrid ngħid li mill-informazzjoni li ngħatatilna jien se nkun qed nivvota kontra.", "Jien se nistenna biex nisma' r-risposti għall-mistoqsijiet tiegħi, u jekk ikolli kummenti ulterjuri se nkun qed nitlob lis-Sedja biex nagħmilhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "ANTON REFALO (Ministru għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali): Sur President, l-ewwel nett irrid ngħid li aħna m'aħniex hawnhekk biex nitmejlu bin-nies, u niddejjaq nisma' lil min jitkellem b'dan il-mod.", "Jien ili 33 sena f'dan il-Parlament u safejn naf jien qatt ma ġejt hawnhekk biex nitmejjel bin-nies.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu d-dover tagħna.", "Jien xtaqt li qabel ma nivvota fuq dan il-pjan xi ħadd jaċċertani li m'hi se tittieħed ebda art agrikola, u jekk se tittieħed, kif se tittieħed u għalfejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn aktar domandi?", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, jien xtaqt nagħmel tliet mistoqsijiet lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-ewwel waħda hija: X'inhu l-iskop aħħari ta' dan il-partial local plan review?", "L-Awtorità tal-Ippjanar ingħatat xi tip ta' brief min-naħa tal-Gvern għal dan, u jekk iva, x'kien dan il-brief?", "Jekk fhimt sew lis-Sur Saliba, huwa qal li l-PA taf b'xi proġetti futuri li jista' jkollhom bżonn li l-limitazzjoni tal-għoli li hemm illum jiżdied.", "Allura jien xtaqt nistaqsi x'inhi din it-tip ta' industrija li tista' tiġi li jkollha bżonn li teċċedi l-għoli li hemm illum.", "Xtaqt nistaqsi wkoll jekk fil-futur, meta jsiru l-emendi neċessarji, jistgħux jingħataw permessi għal proposti residenzjali jew għal uffiċini.", "Bl-emendi li se jsiru, jekk xi ħadd li jkollu blokka japplika biex parti minnha tkun uffiċini jew residenzjali, hemm xi mod li jiġi kkontrollat?", "U fl-aħħar nett se nerġa' ntenni dak li qalu l-kollegi tiegħi, u ċioè li ladarba l-PA u l-Gvern jafu b'xi industrija li se tiġi fil-futur li jista' jkollha bżonn ta' eċċess tal-għoli li hemm preżenti llum, għalfejn fil-frattemp, il-Gvern, through l-PA, ma telaqx biex jagħmel masterplan ħolisitku taż-żona, u b'hekk anke naraw x'inhuma l-bżonnijiet tal-lum u ta' għada u nkunu nistgħu nippjanaw aħjar dan il-bżonn industrijali?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Grazzi, Sur President, u grazzi wkoll lill-Perit Deguara li tatna spjegazzjoni ċara ta' dan il-pjan.", "Jien nieħu pjaċir li jsir xogħol sew u nfaħħar lill-ħaddiema kollha tal-entitajiet kollha tal-Gvern li jaħdmu b'mod indipendenti u jaraw li dak li jagħmlu jasal quddiem dan il-Kumitat, li minkejja li lkoll kemm aħna nappartjenu għal partiti differenti, ninsabu hawnhekk nirrappreżentaw lill-kostitwenti tagħna, u rridu niddeċiedu dwar jekk il-ħidma li wieħed ikun qed jippreżenta quddiemna għandhiex tibqa' tipproċedi jew titjiebx, dejjem fl-interess ta' pajjiżna.", "Jien nixtieq li kwalunkwe kumment politiku li sar inħallih tali, għax jekk ikollna nitkellmu b'mod politiku żgur li ndumu sa għada bil-battibekki bejnietna u niskurjaw biss punti politiċi, li la jkunu ta' gwadann għall-ambjent u lanqas għall-industrija.", "Jien xtarrejt sew dak li ġie sottomess mill-pubbliku, u nixtieq nisma' min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar x'inhuma l-pjanijiet li hemm maħsuba, għax hawn min ġenwinament jixtieq ikun jaf, u anke għax minn ċerti kummenti li ntqalu wieħed kważi kważi jażżarda jgħid li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tiddeċiedi li ma tippjanax; id-diskussjoni kważi ġiet ridotta għal dak l-istat.", "Personalment, nemmen li masterplan jgħin bil-kbir, kemm mill-aspett ta' green infrastructure – li nixtieq inkun naf aktar dwarha għax naħseb li l-futur industrijali ta' pajjiżna għandu jikkontribwixxi bis-sħiħ biex ikollna infrastruttura ħadra, u allura nħares 'il quddiem li nara dan – kemm mill-aspett viżiv bħal green walls eċċ., imma wkoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' enerġija.", "Jien nixtieq inkun naf jekk wieħed ħasibx għall-metodoloġiji fejn nużaw enerġija alternattiva f'dan it-tip ta' bini.", "Saru xi kummenti dwar żoni kumerċjali u żoni industrijali, u nista' ngħid li jien ngħaqqad dawn iż-żewġ żoni għax hekk naħseb li jrid isir jekk wieħed irid iħares lejn il-futur ta' pajjiżna b'tali mod li nkunu kompetittivi mal-bqija tad-dinja.", "Jekk se nibqgħu nirraġunaw b'tali mod li jrid ikollna l-fabbriki għalihom u l-ħwienet f'postijiet oħra allura m'aħniex qed naraw l-isfidi kbar li diversi imprendituri qegħdin jiffaċċjaw.", "Għandna bosta żoni industrijali li għandhom ukoll l-outlets kummerċjali tagħhom, xi ħaġa li narawha f'diversi postijiet.", "Sur President, nagħmel aċċenn ukoll għal kumment li sar dwar il-fatt li wieħed irid jitgħallem minn dak li għaddejjin minnu waqt din l-imxijja fejn l-element ta' online shopping kiber ukoll.", "Allura f'dak li għandu x'jaqsam ma' warehousing u spazju, wieħed għandu jara kif jallaċċja kemm jista' jkun l-aspett kumerċjali mar-realtajiet tal-lum.", "Jiġifieri fejn qabel, mil-lat kummerċjali, wieħed kien iħares aktar lejn wholesaleing, illum il-ġurnata wieħed qed jaqbeż dak il-fattur permezz tal-online u jmur dirett għar-retail.", "U naħseb li meta qed nitkellmu fuq futur, m'għandniex nagħmlu dan għal sentejn jew tlieta biss, imma jekk huwa possibbli għandna nħarsu lejn għaxar snin u anke 20 sena.", "Għalhekk huwa importanti li jsir ippjanar fit-tul ta' dan, inkluż għall-iskyline ta' pajjiżna, għax nifhem il-concerns li wieħed jista' jkollu rigward l-għoli u allura nixtieq li t-tekniċi jispjegawlna jekk dan huwiex jiġi meqjus mhux biss għall-impatt viżiv imma wkoll għall-fini ta' densità fiż-żona.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nitlob issa lill-Ministru sabiex jagħmel ir-rimarki u l-ispjegazzjoni tiegħu fil-qosor, ħalli mbagħad wara nistieden lit-tekniċi sabiex jagħtu l-feedback tagħhom fuq dak li ntqal.", "AARON FARRUGIA: Grazzi, Sur President.", "Jien m'iniex Membru ta' dan il-Kumitat, imma niġi mistieden nattendi sabiex nagħti l-veduti tiegħi fuq dak li nkunu qegħdin inressqu.", "Irrid ngħid li ma naħsibx li huwa xieraq li nittrattaw lil ħafna ħaddiema li kuljum jagħtu sehemhom għall-ġid tal-pajjiż b'tali mod li ngħidulhom lapdogs.", "Jien nitlob liż-żewġ Membri Parlamentari li qalu hekk sabiex jerġgħu jikkunsidraw it-terminoloġija li wżaw fil-konfront ta' persuni li mhumiex politiċi.", "Għax li tattakka l-politiku mhix problema imma li tattakka civil servants li ma jistgħux iweġbuk lura naħseb li it's shallow.", "Ħalli issa nitkellem dwar dan il-plan review li għandna quddiemna.", "Naħseb li fil-verità ħafna mid-diskors li ntqal hawn ġew jixhed li ma nafux x'aħna ngħidu.", "Bejn l-2013 u l-2017 jien kont kap eżekuttiv ta' awtorità tal-Gvern u nista' ngħid li l-ikbar sfida li kellna dak iż-żmien kienet fejn se nakkomodaw lill-industrija lokali li trid tespandi, u lill-industrija barranija li trid tiġi Malta.", "U dan għal ħafna fatturi, fosthom fiscal regime, monetary incentives, u oħrajn.", "U dan mhuwiex suċċess tagħna biss bħala Gvern Laburista, imma huwa suċċess ta' Gvernijiet Nazzjonalisti li rnexxielhom jibnu ekonomija b'saħħitha ħafna f'dan il-pajjiż.", "U dwar l-isfidi li jkollna biex nakkomodaw lill-industrija tistgħu tistaqsu mhux biss lil Kurt Farrugia, li llum huwa ċ-Chairman ta' Malta Enterprise, jew lil Mario Galea, li kien qablu, imma tistgħu tistaqsu wkoll lil Alan Camilleri, li kien Chief Executive Officer (CEO) ta' Malta Enterprise fi żmenijiet Gvernijiet Nazzjonalista, u jgħidilkom l-isfidi kbar li kien ikollhom biex jakkomodaw l-industrija.", "Jiġifieri din hija sfida reali, mhijiex sfida taparsi; m'aħniex qegħdin hawnhekk biex nispekulaw, jew biex naqdu lil dak u lil ieħor.", "Kieku dak kien il-każ jien m'iniex qiegħed hawnhekk.", "Nerġa' ngħid li bejn l-2013 u l-2017 jien għext din l-isfida, u jekk tistaqsu lil Alan Camilleri, li huwa persuna retta u li serva bħala CEO taħt amministrazzjonijiet differenti, jgħidilkom id-diffikultajiet reali li kienu jiltaqgħu magħhom dak iż-żmien u anke llum il-ġurnata.", "Jiġifieri jien nitlobkom tagħrfu l-industrija x'għandha bżonn.", "It-tip ta' industrija li qegħdin nitkellmu dwarha mhijiex bilfors dik ta' manifattura.", "Mela aħna se nibqgħu fis-snin ħamsin?", "Intom stess toħorġu b'dokumenti – u jien naqrahom u fejn hemm bżonn infaħħarhom – għal industrija mhux tal-lum imma ta' għada.", "Jiġifieri ejjew inkunu realistiċi u nagħrfu li l-industrija tal-lum hija totalment differenti mill-industrija tal-passat.", "Dwar ċerti kummenti li saru dwar jekk il-Gvern jismax, jien ngħid li huwa ovvju li aħna nisimgħu, u le, dan il-Kumitat mhuwiex rubber stamp.", "Fil-fatt kien hemm diversi modi u sistemi u ġranet fejn ħadna nota u biddilna fejn kien hemm bżonn.", "Jien personalment anke għedt fejn żbaljajt jien stess.", "Issa jekk għandniex inqumu filgħodu nagħmlu survey, u jekk il-maġġoranza tkun kontra proġett allura ma nagħmluhx… Kien hemm Gvernijiet hekk u nafu kemm damu, għax in-nies jistennew leadership mingħandna.", "Imbagħad, jekk il-poplu ma jkunx kuntent bina, jieħu deċiżjoni u darb'oħra jkun hawn Gvern Nazzjonalista, mhux problema.", "U qiegħed inkun politiku apposta.", "Ħalli issa ngħaddi għall-mistoqsijiet li saru.", "Il-Ministru Refalo staqsa jekk hijiex se tittieħed art ġdida.", "Ir-risposta hija li żgur li le u l-intenzjoni hija li nevitaw dak.", "Il-mod ta' kif se mmorru vertikali minflok orizzontali huwa biex nevitaw li tittieħed art ġdida.", "Mistoqsija oħra kienet għalfejn żoni industrijali oħrajn li m'għandhomx height limitations għadhom ma tellgħux bini għoli.", "Dan huwa minħabba li ħafna minnhom huma marbuta ma' konċessjonijiet antiki, u dik hija sfida ġdida li dan il-Gvern qiegħed jipprova jsolvi bħalissa.", "Imbagħad kien hemm il-kumment tal-Onor.", "Micallef, li naqbel miegħu perfettament, fejn qal li l-mod kif bnejna l-industrija fil-passat mhuwiex tajjeb, fis-sens li kellu jkun hemm aktar għaqal u aktar infrastruttura ħadra.", "Jien nifhem u naqbel li dawn iż-żoni għandhom ikollhom infrastruttura ħadra mandatorja, u jien, bħala Ministru, 'l hemm se nimxi.", "Jien nemmen li f'dawn iż-żoni għandu jkun hemm green infrastructure.", "Jekk tistaqsuni jekk aħniex tard wisq, ngħidilkom li ma nafx, imma ċertament se nħallu l-marka u se nkunu qegħdin naraw li dawn il-postijiet iservu lill-industrija u jservu wkoll liċ-ċittadini u jkunu pjaċevoli għal dawk li jkunu fil-madwar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "DAVID THAKE: Sur President, bil-permess tiegħek xtaqt nirrispondi għal xi kummenti li għadda l-Ministru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jista' jkun fil-qosor.", "DAVID THAKE: Grazzi, Sur President, se nkun fil-qosor ħafna.", "L-ewwel nett irrid ngħid li jien bl-ebda mod m'attakkajt lill-ħaddiema tal-ERA jew tal-PA.", "Jien għamiltha ċar ħafna li rigward il-PA qed nitkellem dwar il-bord li huwa appuntat direttament mill-Gvern u, iva, there is political subservience.", "U jekk ma naqblux fuq dik, kulma tridu tagħmlu huwa li tħarsu lejn dak il-kumment li għamlet ir-rappreżentanta tal-Moviment Graffitti fejn qalet li l-high rise tal-Imrieħel ġie mgħoddi b'daqqa ta' pinna wara ittra tal-Onor.", "Michael Farrugia, dak iż-żmien il-Ministru responsabbli mill-ippjanar, wara laqgħa li kellu ma' Yorgen Fenech.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li fid-diskors li għamel il-Ministru, u li jien ħadt pjaċir nisma', bl-ebda mod ma ta spjegazzjoni għalfejn din l-urġenza biex l-għoli tal-Marsa u tal-Imrieħel jitla' mingħajr ebda forma ta' restrizzjonijiet meta diġà hemm postijiet oħrajn li diġà huma bla restrizzjonijiet.", "Jiġifieri l-Ministru qed jgħidilna li f'dawk il-postijiet ma jistgħux isiru żviluppi, imma għandek bżonn tagħmilhom il-Marsa u l-Imrieħel?", "Jien m'iniex qed nara sens f'dan, għax l-industriji li qed jirriferi għalihom il-Ministru – u qal li l-industrija mhijiex kollha manifattura, u għandu raġun għax hemm l-industrija tal-high tech u tal-IT fost l-oħrajn – m'għandhomx bżonn ikunu f'żoni industrijali.", "Illum dawn qegħdin f'żoni bħal, pereżempju, San Ġiljan, Paceville, u kullimkien, jiġifieri m'għandhomx bżonn il-Marsa u l-Imrieħel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ministru, se nagħtik ċans biex, jekk trid, tagħmel xi kummenti fil-qosor.", "AARON FARRUGIA: Sur President, id-diskors tiegħi kien kollu marbut mal-urġenza li għext jien bejn l-2013 u l-2017, u llum nitkellem mal-kapijiet eżekuttivi, kemm ta' Malta Industrial Parks, kif ukoll ta' Malta Enterprise, li jgħiduli li l-istess problemi li kellna dak iż-żmien għadhom hemmhekk u huma reali.", "Tkellimt ukoll dwar konċessjonijiet antiki li jinsabu f'żoni industrijali li m'għandhomx height limitations u għedt li dik hija sfida li trid tiġi indirizzata.", "Fl-aħħar nett, jien qed nifhem li kien hemm misunderstanding bejnietna dwar jekk kienx hemm attakk fuq is-civil servants u nieħu pjaċir nisma' li fil-fatt ma kienx hemm dan l-attakk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lis-Sur Martin Saliba sabiex jagħmel ir-rimarki tiegħu.", "IS-SUR MARTIN SALIBA: Grazzi, Sur President.", "Fil-fatt ftit għandi xi nżid ma' dak li diġà ntqal.", "Rigward jekk hijiex se tittieħed art agrikola rrid ngħid li dan mhuwiex il-każ għax aħna qed nemendaw pjan li huwa eżistenti; il-pjan mhux se jinbidel f'dak li għandu x'jaqsam ma' estent taż-żona industrijali.", "Il-kwestjoni li hemm il-Marsa hija li hemm żona agrikola f'nofs żona industrijali, jiġifieri hemm biċċa art kbira mhux ħażin li hija identifikata bħala raba' saqwi.", "Forsi wieħed jiftakar meta kien hemm l-applikazzjoni minn Coca Cola u kien hemm min ħaseb li f'dan is-sit se ssir fabbrika tal-Coca Cola u li l-art mhijiex se tibqa' waħda agrikola.", "Jekk wieħed iħares lura fil-pjanijiet preċedenti jara li dan is-sit kien parti mis-sit ta' dak li konna ngħidulu Malta Industrial Parks, illum Industrial Innovative Solutions (INDIS) Malta, jiġifieri hija art għal skop industirjali, però l-pjan lokali fl-2006 ħariġha miż-żona li tista' tiġi żviluppata, għalkemm ma jeskludix li jekk ikun hemm bżonn li jiġi estiż hemm dik l-art available.", "U hija available għax qiegħda fil-qalba taż-żona industrijali, mhux fil-periferija, u allura l-loġika tgħidlek li jekk se tespandi, ma tespandix 'il barra imma fejn tista' tespandi within il-konfini taż-żona industrijali.", "Jiġifieri dak il-proviso li qrajt kien diġà jeżisti fil-pjan li kien ilu fis-seħħ mill-2006.", "Għar-rigward tal-kwestjoni ta' użu, nerġa' ngħid li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żoni industrijali tal-Gvern, amministrati minn INDIS Malta, jiġifieri qed nitkellmu dawk li konna nsejħulhom industrial estates.", "Jiġifieri l-iskop prinċipali tagħhom huwa għall-użu industrijali skont kif il-Gvern jaħseb li għandu jagħti jew jikkonċedi.", "Dawn huma l-ispazji li l-Gvern għandu available li mhumiex privati.", "(Interruzzjonijiet) Huwa l-Gvern li jagħti l-art, through INDIS Malta li tirċievi l-applikazzjonijiet għall-konċessjoni tal-art, kif isir f'Bulebel, f'Ħal Far, f'San Ġwann, eċċ. Jekk ikun hemm enabling uses bħall-użu kummerċjali jew ta' uffiċini eċċ. dak ikun jiddependi skont l-esiġenzi ta' dik il-kumpanija li tkun ġejja topera Malta.", "Rigward id-diskors li sar dwar nuqqas ta' ippjanar, irrid ngħid li jien qed nifhem li l-Gvern qed iħoss il-ħtieġa li jkun hemm ċerta flessibilità fil-parametri tal-ippjanar.", "U bħala eżempju nista' nsemmi wieħed li kont involut fih jien ta' meta l-Gvern kien ħass li għandu jespandi l-industrija tal-avjazzjoni.", "Dak lanqas kien hemm bżonn permess għalihom, u Lufthansa Technik, li kienet suċċess u nispera li għadha, kienet mingħajr ebda permess tal-iżvilupp għax dak iż-żmien il-Gvern ħass – u jien kont parteċipi f'dik id-deċiżjoni – li kellu jespandi b'ċertu mod għax kien hemm id-domanda u l-ajruport dak iż-żmien kien available għall-iżvilupp ta' hangers u industrija tal-avjazzjoni.", "Dak iż-żmien kien hemm il-ħtieġa li l-Gvern jiffaċilita l-proċess tal-ippjanar biex jilqa' mill-ewwel għad-domanda li kien hemm u nbniet Lufthansa Technik.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq parametri simili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija dwar dan il-partial local plan.", "Il-Partial Local Plan għadda.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, nixtieq nimmotiva d-deċiżjoni tal-vot tiegħi u nixtieq li jitniżżel bħala rimarka fir-rapport, kif tippermetti l-liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, mela le.", "KEVIN CUTAJAR: Jien irrid ngħid li vvutajt kontra għar-raġuni li din il-proposta ġiet quddiemna mingħajr studju dwar x'industriji ġejjin li għandhom bżonn aktar spazju industrijali u mingħajr studji dwar x'impatt se jkollu, jew li huwa maħsub li jkollu, it-tneħħija tal-limitu fuq l-għoli.", "Jekk jogħġbok, napprezza jekk din titniżżel bħala rimarka fir-rapport.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela din id-dikjarazzjoni se titniżżel fir-rapport li jintbagħat lill-Ministru u lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fil-5:53 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20210112_027d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU 27", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar 2021.", "l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4:38 p.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, Chairman tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Anton Refalo (Ministru għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali); u l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll, u ħa sehem fid-diskussjoni, l-Onor.", "Aaron Farrugia (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar).", "L-Iskrivana tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 26, li saret fit-30 ta' Novembru 2020, ġew konfermati.", "PARTIAL LOCAL PLAN REVIEW OF THE SOUTH MALTA LOCAL PLAN (MARSA INDUSTRIAL AREA POLICY SMMR01) AND CENTRAL MALTA LOCAL PLAN (IMRIEĦEL INDUSTRIAL AREA POLICY CG14 AS AMENDED BY PC 57/10 OF 2012) (Dok.", "Fil-bidu tal-laqgħa saret introduzzjoni mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-Onor.", "Aaron Farrugia, dwar il-partial local plan review.", "Wara, il-Perit Dora Deguara, uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar, tat preżentazzjoni dwar l-istess review (Dok.", "Ħadu sehem ukoll fid-diskussjoni s-Sur Martin Saliba, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, is-Sur Wayne Flask u s-Sinj.", "Karen Tanti mill-Moviment Graffiti, u s-Sinj.", "Sarah Scheiber mill-Għaqda SOS.", "Wara diskussjoni fejn fiha saru domandi u rimarki mill-Membri tal-Kumitat kif ukoll mill-pubbliku preżenti, kemm fil-kamra kif ukoll online, iċ-Chairman għadda sabiex ipoġġi d-dokument, kif imressaq quddiem il-Kumitat, għall-vot.", "Il-partial local plan review għadda, imma mhux b'mod unanimu.", "L-Onor.", "Kevin Cutajar, li vvota kontra, talab li titniżżel fir-rapport il-motivazzjoni tal-vot tiegħu, u ċioè li huwa għamel dan minħabba li l-proposta li tressqet quddiem il-Kumitat ma kenitx tinkludi studju dwar x'industriji kienu se jiġu fil-pajjiż u li għandhom bżonn iktar spazju industrijali, u lanqas kienet tinkludi studji dwar x'impatt huwa maħsub li jista' jkollu t-tneħħija tal-limiti tal-għoli.", "Fil-5:53 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20210112_027m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 33", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar 2021 fit-3.00 p.m.", "LIspeaker tal-Kamra tad-Deputati u President talKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it- Tlieta, 12 ta' Jannar 2021 fit-3.00 p.m. filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Affarijiet oħra", "6 ta' Jannar 2021 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20210112_033a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 33", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 33", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3.06 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 32, li saret fis-6 ta' Jannar 2021, ġew ikkonfermati.", "OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2021", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Illum il-Kumitat se jiddiskuti l-Ombudsplan għas-sena 2021 li tqiegħed diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-5 ta' Ottubru 2020.", "Għalhekk, bi qbil tal-Kumitat, nistieden lill-Ombudsman, is-Sur Anthony C. Mifsud, biex jersaq mal-mejda, sabiex l-ewwel jindirizza lill-Kumitat u jippreżenta l-Ombudsplan.", "Wara, se nistieden lill-membri ta' dan il-Kumitat jagħmlu r-rimarki tagħhom.", "Fl-aħħar nett, nerġa' nistieden lis-Sur Mifsud biex iwieġeb għal xi mistoqsijiet, osservazzjonijiet jew rimarki.", "Imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "IS-SUR ANTHONY C. MIFSUD (Ombudsman): Grazzi, Sur President.", "Onor. Membri, huwa ta' sodisfazzjon għall-Ombudsman li f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-istituzzjoni tiegħu fil-Parlament ġew imressqa għaxar abbozzi ta' liġi li jirriflettu rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u kif, fil-fehma tal-Gvern, dawn kellhom jiġu tradotti f'liġi.", "Wieħed minn dawn l-abbozzi ta' liġi, li kien unanimament maqbul, jemenda l-liġijiet li jirregolaw l-istituzzjoni tal-Ombudsman.", "Fl-Ombudsplan li qed niddiskutu llum ressaqna r-reazzjoni tagħna dwar dawn l-emendi.", "Xtaqna li dan l-Ombudsplan jiġi reġistrat kif l-emendi li saru għal-leġiżlazzjoni li tirregola l-istituzzjoni tal-Ombudsman għandhom jiġu valorizzati fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni Venezja, kif ukoll tar-riformi radikali li jeħtieġ li jsiru biex terġa' tiġi assigurata governanza tajba u amministrazzjoni pubblika trasparenti u kontabbli.", "Dan ukoll fil-kuntest ta' ħidma li jeħtieġ tkompli matul din is-sena sabiex il-leġiżlazzjoni tiġi mtejba u msaħħa biex tkun strument iktar effettiv ta' verifika u kontroll fl-interess taċ-ċittadin li jħossu li ġie aggravat.", "L-emendi li saru bl-Att XLII tal-2020 li jemendaw il-liġijiet li jirregolaw l-Uffiċċju tal-Ombudsman għandhom l-għan dikjarat li tkompli tissaħħaħ il-funzjoni kostituzzjonali tal-istituzzjoni billi l-metodu tal-ħatra u t-tneħħija tal-Ombudsman, id-dritt ta' aċċess u ksib ta' informazzjoni, kif ukoll il-funzjonijiet oħra ewlenin tiegħu jiddaħħlu fil-Kostituzzjoni.", "Għal dan il-għan, l-ewwel taqsima tal-Att, li hija l-qofol tiegħu, temenda l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "L-Att imbagħad jemenda wkoll l-Att dwar l-Ombudsman sabiex jipprovdi li meta matul jew wara investigazzjoni, l-Ombudsman jidhirlu li jkun hemm prova ta' att ta' korruzzjoni kif definit fl-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, l-Ombudsman ikun jista' jirreferi dak li kien irriżulta direttament lill-Avukat Ġenerali.", "Mhuwiex sewwa u ġust li jingħad li dawn l-emendi huma ta' ftit sustanza u pjuttost kożmetiċi, jew li ftit li xejn isaħħu l-istituzzjoni.", "Bil-maqlub, inqisu li, filwaqt li għandna riżervi bil-mod kif ġew introdotti u, taħt ċertu aspett, setgħu saru b'mod ferm iktar komprensiv u ħolistiku, l-emendi huma pass importanti 'l quddiem u jirriflettu sostanzjalment ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.", "Il-fatt li dawn l-emendi ġew maqbula unanimament fil-Parlament huwa sinjal ċar u pożittiv li teżisti rieda politika li l-istituzzjoni tal-Ombudsman tiġi msaħħa.", "Dan anke kostituzzjonalment billi tiġi rikonoxxuta bħala l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż bil-funzjoni li tissindika u tivverifika l-operat tal-amministrazzjoni pubblika, u billi tagħtiha l-għodda biex dan tagħmlu b'mod effettiv fl-interess taċ-ċittadin.", "Fuq kollox, l-Ombudsman iqis li dan huwa pass ieħor importanti biex l-istituzzjoni, flimkien ma' oħrajn, isibu posthom kif jixraq fil-qafas organizzattiv u kostituzzjonali fis-servizz tal-Kamra tad-Deputati bħala strument ta' awditjar effettiv tal-ħidma tal-Eżekuttiv responsabbli tal-amministrazzjoni pubblika.", "Minkejja dan kollu li għedt, ovvjament baqa' ħafna xi jsir.", "Waqt is-seduta tal-House Business Committee tal-2020 kont esprimejt id-diżappunt li l-Uffiċċju tal-Ombudsman qatt ma ġie kkonsultat dwar l-emendi li jikkonċernaw l-Att dwar l-Ombudsman u, sfortunatament, is-sena ta' wara s-sitwazzjoni ma nbidlitx.", "Amministrazzjoni li tipprofessa li temmen fit-tmexxija bbażata fuq demokrazija parteċipattiva ma tistax tonqos milli twettaq il-konsultazzjoni meħtieġa biex is-soċjetà, partikolarment dawk l-awtoritajiet u istituzzjonijiet direttament milquta, jiġu fil-ħin u fil-waqt infurmati bil-miżuri li jkunu qed jiġu kkonsidrati li jolqtuhom direttament.", "Dan sabiex ikunu f'pożizzjoni li jikkontribwixxu għal dibattitu li jwassal għal deċiżjonijiet li jkunu kemm infurmati, kif ukoll korretti.", "Fl-Ombudsplan li qed niddiskutu llum analizzajna fid-dettall l-emendi li tressqu, u mhuwiex każ li nerġa' nirrepeti din l-analiżi u dan id-diskors.", "Allura xtaqt niddedika t-tieni parti tal-intervent tiegħi dwar xi aspetti oħra tal-Att dwar l-Ombudsman li fil-fehma tagħna għandhom jiġu indirizzati.", "Sur President, dawn jinkludu l-Artiklu 2 tal-Att dwar l-Ombudsman li jipprovdi għal interpretazzjoni ta' ċerti termini, fejn għandna tiddaħħal definizzjoni tal-kelma \"persuna\" kif huwa pprovdut fl-Att dwar l-Interpretazzjoni.", "Dan biex jiġi assigurat li ħadd ma jkun jista' joġġezzjona li persuni legali jew morali mhumiex intitolati li jressqu ilment mal-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Il-fatt li kull tali jista' jressaq ilment għandu jitwessa' kemm jista' jkun.", "Għandu jkun ċar li l-kontestazzjoni minn awtorità pubblika indikata li 'l-Ombudsman m'għandux ġurisdizzjoni fuq il-meritu tal-ilment' m'għandhiex fiha nnifisha twaqqaf l-investigazzjoni, sakemm dik l-awtorità pubblika li fir-rigward tagħha jkun sar l-ilment ma taġixxix ġudizzjarjament għal dikjarazzjoni f'dan is-sens.", "Oġġezzjonijiet ta' din ix-xorta, li jfixklu l-investigazzjoni, qed isiru iktar frekwenti.", "L-Uffiċċju tal-Ombudsman m'għandux jitqiegħed f'sitwazzjoni fejn ikun hu li neċessarjament jaġixxi biex il-Qorti tiddikjara li huwa kellu ġurisdizzjoni.", "Huwa meħtieġ li l-Ombudsman u l-kummissarji jingħataw il-mezzi biex jinfurzaw l-ordnijiet tagħhom għall-għoti ta' informazzjoni u ta' dokumentazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni, kif ukoll biex ix-xhieda jidhru fiżikament quddiemhom.", "Il-Liġi teħtieġ li tipprovdi eżatt għal proċedura sommarja quddiem qorti kompetenti, bħalma huwa pprovdut fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għal min ikun ħati ta' disprezz tal-qorti f'każijiet simili.", "L-Att għandu jimponi obbligu fuq uffiċjali pubbliċi li jirrispondu għal kweżiti tal-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-iqsar żmien possibbli.", "Għal dan il-fini, għandu jkun applikabbli regoli ta' żmien li jistgħu jkunu imposti fuqhom minn kull kodiċi ta' etika li jorbothom fil-qadi ta' funzjonijiet tagħhom mas-servizz pubbliku jew awtorità pubblika.", "L-artikli li jirregolaw l-għoti ta' informazzjoni meħtieġa għal investigazzjoni għandhom jiġu riveduti.", "F'dan ir-rigward id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Protezzjoni tad-Data m'għandhomx ikunu applikabbli għal proċess ta' investigazzjoni kondotti mill-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "L-Uffiċċju għandu jingħata l-istess eżenzjoni applikabbli għal proċeduri fil-qrati.", "Għandha tiġi riveduta bil-għan li tiġi ċċarata u definita aħjar il-proċedura stabbilita biex persuna li ressqet ilment titlob lill-Ombudsman li jirrevedi opinjoni finali ta' kummissarju li magħha ma jkunx jaqbel.", "Dan id-dritt ta' reviżjoni mill-Ombudsman kien u għandu jiġi meqjus bħala miżura eċċezzjonali li tista' tintuża' biss f'każ li jkun hemm inġustizzja manifesta bl-applikazzjoni tal-liġi żbaljata jew regolament ħażin jew ksur gravi tad-dritt fundamentali ta' smigħ xieraq.", "Il-kummissarji kienu u jibqgħu jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom b'mod awtonomu u indipendenti mill-Ombudsman.", "Regoli applikabbli għal dan id-dritt ta' reviżjoni għandhom ikunu mfassla fuq dawk stabbiliti fil-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għal ri-trattazzjoni.", "Regoli stretti li ma jippermettux il-ftuħ ta' każ mill-ġdid, jekk mhux f'ċirkostanza eċċezzjonali, għandhom jissodisfaw rekwiżiti preċiżi interpretati ristrettivament.", "Għandu jiġi eżaminat, jekk huwa mixtieq, li l-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman tiġi estiża għal oqsma li fihom iċ-ċittadin ikun qed jiġi mogħti servizz essenzjali minn amministrazzjoni pubblika, imma din l-entità tkun saret privata.", "L-esperjenza uriet li bil-privatizzazzjoni ta' servizzi essenzjali fl-oqsma kruċjali bħas-saħħa, l-enerġija, edukazzjoni u komunikazzjoni, iċ-ċittadin aggravat qed jitlef bil-mod il-mod il-protezzjoni li qabel seta' jestendilu l-uffiċċju tal-Ombudsman.", "Dan billi jinvestiga ilment ta' amministrazzjoni ħażina fl-għoti ta' dak is-servizz u jirrakkomanda kif inġustizzja li jkun sofra ċ-ċittadin tiġi rimedjata.", "Aspett ieħor li jimmerita attenzjoni hu l-aċċess li l-membri ta' Forzi Armati, Pulizija, servizzi sigrieti u forzi oħra dixxiplinati għandu jkollhom għas-servizz tal-Ombudsman, u jekk l-aċċess ristrett li għandhom sal-lum għandux jiġi mwessa'.", "Dan ukoll fl-interess tal-membri ta' dawn il-korpi dixxiplinati, korpi li f'ħafna pajjiżi fl-Ewropa għandhom il-jedd għal protezzjoni wiesa' tas-servizz tal-Ombudsman.", "Teħtieġ ukoll attenzjoni biex titjieb l-aċċessibilità għas-servizzi tal-Ombudsman lil persuni detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u f'ċentri oħra ta' detenzjoni.", "Dan biex jiġi assigurat li l-investigazzjoni ta' lment issir b'mod faċli mingħajr ma jiġu preġudikati l-ordni ta' dixxiplina, imma biex tiġi assigurata l-inkolumità ta' dawn il-persuni vulnerabbli u l-jedd tagħhom li l-ilment tagħhom jiġi investigat b'mod ġust u ekwu, ħieles minn kull biża' jew dell ta' pressjoni indebita.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-proċess ta' aġġornament.", "Dawn il-punti li semmejt, flimkien mal-analiżi li saret fl-Ombudsplan dwar l-emendi mressqa, huma xhieda tal-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni li tirregola l-istituzzjoni tal-Ombudsman tiġi studjata fil-fond biex tiġi aġġornata għall-bżonnijiet tal-lum.", "Dan biex is-servizz jitjieb u biex l-Ombudsman ikompli jkun ta' tarka għaċ-ċittadin u jservi ta' kuxjenza għall-amministrazzjoni pubblika.", "Jekk jirriżulta li hemm rieda politika li huwa opportun li jsir tibdil, l-Uffiċċju tal-Ombudsman se jkun f'qagħda li jġib abbozz ta' emendi u jassigura qabża fil-kwalità ta' leġiżlazzjonijiet li jindirizzaw il-problemi u n-nuqqasijiet li jirriżultaw fit-twettiq tal-funzjoni tal-Ombudsman tul is-snin.", "Dan l-abbozz jista' jservi ta' working document fl-eżerċizzju ta' konsultazzjoni, imbagħad ikun sta għall-uffiċjali tal-Avukat tal-Istat biex jiġi sottomess għall-konsiderazzjoni tal-Gvern.", "Rigward l-effett tal-pandemija fuq l-operat tal-Uffiċċju, fl-2020 l-Uffiċċju kellu, bħall-bqija tal-amministrazzjoni pubblika kollha, jiffaċċja problemi u sfidi li ġabet magħha l-COVID-19.", "L-Uffiċċju ħa passi immedjati biex josserva u jimplimenta skrupolożament id-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa kemm għar-rigward tal-organizzazzjoni interna tal-Uffiċċju, kif ukoll għall-aċċess tal-pubbliku għas-servizzi li jagħti.", "Mingħajr ma nippreġudika l-effiċjenza tas-servizz mogħti, introduċenja miżura ta' teleworking li kienet pożittiva.", "Nifhem li miżuri bħal dawn ikollhom effett fuq il-viżibilità tal-uffiċċju mal-pubbliku.", "Jibqa' dejjem meħtieġ li kemm jista' jkun malajr l-aċċess liberu ta' min iħossu aggravat jiġi normalizzat.", "Jidher ukoll li l-pandemija kellha effett – u dan kien mistenni – fuq in-numru ta' ilmenti li l-Uffiċċju rċieva prinċipalment b'mod elettroniku, anke jekk komplessivament in-numru ta' ilmenti baqa' fuq l-istess livell tal-2020.", "Ċirkostanza oħra li kellha effett kienet il-mewt bla mistenni tal-Kummissarju tal-Edukazzjoni, is-Sur Caruana Carabez, f'Ottubru li għadda.", "Il-ħarsien tal-jeddijiet fil-qasam tal-edukazzjoni mistenni jingħata spinta ġdida bil-ħatra ta' kummissarju ġdid.", "L-Uffiċċju jħares lejn is-sena ġdida b'ottimiżmu u b'impenn imġedded biex jassigura li l-istituzzjoni tibqa' tkun ta' servizz għaċ-ċittadin li jħoss il-ħtieġa li jirrikorri għas-servizzi tiegħu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Grazzi ħafna, Sur Mifsud, talli għal darba oħra qiegħed fostna.", "Nixtieq ukoll li, fl-ewwel okkażjoni li hawn inti quddiemna, insellem ix-xogħol li wettaq il-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez.", "Preżenti fostna hawn il-Kummissarju tal-Ambjent, il-Perit Alan Saliba, u anke l-Kummissarju tas-Saħħa, is-Sur Charles Messina, li nirringrazzjahom ukoll.", "Ngħid grazzi wkoll tax-xogħol li qed iwettqu uffiċjali oħra min-naħa tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Kultant aħna jkollna kritika għal ċertu nies, imma naħseb li fejn ikun hemm lok, għandna nfaħħru wkoll ix-xogħol li jkun qed jitwettaq.", "Sur Mifsud, nirringrazzjak u nirringrazzja lit-team kollu tiegħek li qegħdin taħdmu f'dan is-settur partikolari.", "Jien innutajt li kemm fl-2019 kif ukoll fl-2020, għal darba darbtejn ilmentajt dwar in-nuqqas ta' konsultazzjoni.", "F'dan ir-rapport ukoll għidt ċar li, jekk wieħed irid li jkollna demokrazija parteċipattiva li taħdem, trid tikkonsulta, speċjalment rigward emendi għal-Liġi tal-Ombudsman.", "Inti tajtna wkoll xi aspetti li jridu jiġu indirizzati f'dan l-Ombudsplan.", "Fil-konklużjoni inti għidt ukoll li lest li tagħmel abbozz ta' emendi.", "L-ewwel nett, għaliex tħoss li hemm dan in-nuqqas ta' konsultazzjoni miegħek?", "Fuq kollox naħseb li inti dejjem rajt il-ġid tal-Uffiċċju u tal-pajjiż.", "X'qed iwassal għal dan in-nuqqas ta' konsultazzjoni?", "Hija xi ħaġa min-naħa tiegħek jew inkella xi ħaġa min-naħa tal-Gvern li ma jridx jitkellem miegħek?", "Jekk jibqa' jkun hemm din in-nuqqas ta' konsultazzjoni, aħna bħala Oppożizzjoni nkunu lesti, u nkunu nixtiequ, li naraw l-abbozz ta' emendi li inti tixtieq tressaq lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Jekk il-Gvern ma jkunx irid iwassal hu dawn l-emendi, nikkonsidraw ukoll li rressquhom aħna bħala Oppożizzjoni għaliex nemmnu bis-sħiħ fl-istituzzjoni tal-Ombudsman.", "Kemm-il darba l-Gvern imexxi, aħna bħala Parlament immexxu wkoll.", "Qed ninnota wkoll li għandna numru ta' dipartimenti li qed joġġezzjonaw li l-uffiċċju tiegħek jinvestiga ilmenti fil-konfront tagħhom.", "Qed iqajmu punti ta' ġurisdizzjoni.", "Xtaqtek ukoll tiċċaralna ftit dan.", "Fl-Ombudsplan inti tgħid li dawn iċ-ċirkostanzi qegħdin jiżdiedu.", "Tħoss li meta jiġri hekk huwa mod kif l-amministrazzjoni jew dipartiment partikolari ikun qed jipprova jevita l-iskrutinju tal-Uffiċċju tiegħek?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Grazzi.", "Jien ukoll nagħmel xi ringrazzjament u awguri, bħalma għamel l-Onor.", "David Agius, lilek u lis-sinjuri preżenti hawnhekk.", "Insellem ukoll il-memorja tal-eks Kummissarju responsabbli mill-Edukazzjoni.", "Għandi domanda li tmiss b'xi mod dak li għadu kif qal l-Onor.", "Ovvjament, sena wara sena tinġibed l-attenzjoni li numru ta' entitajiet ma jkunux qegħdin jikkoperaw man-nies tiegħek meta jintalbu xi tip ta' informazzjoni biex ikunu jistgħu jipproċedu fuq xi każijiet li jkunu qegħdin jinvestigaw.", "Din is-sena qed terġa' tinħass ukoll?", "Ikun hemm koperazzjoni biex tinkiseb l-informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jingħalqu l-każijiet miftuħa?", "Xtaqt nagħmel referenza għal paġna 13 tad-dokument li għandna hawnhekk.", "F'punt numru 5, dan ir-rapport qed jgħid li mhuwiex biżżejjed li jkollna liġijiet tajbin, iżda jeħtieġ li jkunu mħaddma kif xieraq, mhux biss mill-Ombudsman u l-kummissarji, iżda wkoll minn min huwa f'qagħda ta' awtorità u mistenni jħaddem u jagħmel użu mis-servizzi ta' dik l-istituzzjoni.", "Forsi hawnhekk qed nitfgħu lil kulħadd f'keffa waħda.", "Naħseb li mhuwiex ġust li f'dan id-dokument, f'paġna 13, fil-ħames kumment proprju kulħadd qed jintefa' f'keffa waħda.", "Tista' tidentifika liema huma dawn l-entitajiet u awtoritajiet li jonqsu mill-obbligi li għandhom vis-à-vis l-Uffiċċju tal-Ombudsman?", "Fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu wkoll fl-interess tal-ġid komuni u tan-nies.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Xtaqt nirreferik ftit għal dak li jissemma f'paġna 19 li jittratta l-każ meta l-Uffiċċju tiegħek ikun għamel rapport jew rakkomandazzjoni – għax dan l-uffiċċju ma jagħtix ordnijiet – imbagħad l-amministrazzjoni, jiġifieri l-Gvern jew l-entitajiet differenti, jonqsu milli jimplimentaw dik ir-rakkomandazzjoni.", "Hawn ikollna sitwazzjoni fejn iċ-ċittadin irrikorra għand l-istituzzjonijiet, f'dan il-każ l-Ombudsman, li hija istituzzjoni mwaqqfa taħt l-awspiċju tal-Parlament, ikun ingħata raġun, imma mbagħad imur biex isarraf dan ir-raġun u jsib ħajt quddiemu min-naħa tal-amministrazzjoni li jwettaq dik ir-rakkomandazzjoni.", "Jien qed nifhem li l-uffiċċju tiegħek qed jirrakkomanda li, fejn ikun hemm din it-tip ta' sitwazzjoni, jibda jkun hemm skrutinju parlamentari, fejn il-Parlament mhux biss jgħaddi r-rapport għand il-President tal-Kamra u jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, imma jkun hemm kumitat li jagħmel skrutinju tad-deċiżjonijiet, u bażikament iżomm lill-Gvern kontabbli għal dak in-nuqqas ta' azzjoni meta ma jkunx implimenta r-rakkomandazzjoni.", "Din in-naħa tal-Kamra taqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni tiegħek li jitwaqqaf dan il-kumitat.", "Qiegħed tirrakkomanda li jkun hemm dan il-kumitat li qegħdin fih illum, jew ikun hemm kumitat speċifiku li jkollu din ir-responsabilità li, fuq bażi kontinwa, mhux biss meta jinqala' xi każ partikolari, ikollu oversight function tal-ħidma istituzzjonali tal-uffiċċju tiegħek, imma wkoll tar-riżultat tar-rapport fir-rigward tal-amministrazzjoni pubblika jekk tkunx qiegħda twettaq dik ir-rakkomandazzjoni?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Grazzi ħafna ta' din l-opportunità.", "Jista' l-Ombudsman jgħid jekk apprezzax tliet affarijiet li – ħa nkun ċar – ma kenux jeżistu qabel?", "Għalkemm l-Oppożizzjoni għandha storja li waqqfet l-istituzzjoni tal-Ombudsman, kellna sitwazzjonijiet fejn Ministri li qalu li ma jaqblux fuq rapporti li ħareġ il-predeċessur tiegħek.", "Saħansitra attakkaw lil Ombudsman partikolari.", "Irridu nirrkonoxxu li llum kulħadd joħroġ bil-proposti – u napprezza li anke l-Oppożizzjoni hekk tagħmel – imma dawn kienu ilhom kwart ta' seklu fil-gvern u dawn l-affarijiet setgħu jressquhom huma!", "Sur Mifsud, inti semmejt il-Kummissjoni Venezja, imma nixtieqek tapprezza tliet affarijiet.", "L-ewwel nett, inti ngħatajt status kostituzzjonali li qabel ma kellekx.", "Fil-fatt, qabel kien hemm liġi sempliċi li tista' tiġi abolita b'maġġoranza sempliċi tal-Parlament.", "It-tieni, għandek locus standi f'dak li għandu x'jaqsam man-nolle prosequi mill-Avukat Ġenerali; jiġifieri jekk inti tressaq rapport quddiem l-Avukat Ġenerali u dan jgħidlek li tgħid x'tgħid mhux se jressaq il-findings tiegħek, inti tista' tappella minnu.", "Qabel ma kellniex dan u, fi żmenijiet passati riċenti, kellna nolle prosequi fuq Kummissarju tal-Pulizija.", "Fil-fatt, kien hemm inkjesta maġisterjali fuq sexual offences u l-Avukat Ġenerali ta' dak iż-żmien – biex ħadd ma jinsa – ħareġ nolle prosequi li ma naġixxux.", "Anzi, addirittura għamilnieh uffiċjal tal-Maltacom li dak iż-żmien kienet state entity!", "Nixtieqek tikkummenta dwar dan.", "It-tielet punt huwa li qabel inti ma kellekx seduta parlamentari, jew addirittura Kumitat fejn tista' tivventila dan in-nuqqas ta' pariri.", "L-Ombudsman jagħti rakkomandazzjonijiet u mhux sentenzi tal-qorti, u din hekk għandha tibqa' għax dak huwa Ombudsman.", "Jekk jinbidillek ir-rwol, inti tiġi imħallef jew maġistrat għax ikollok sentenza.", "Għalhekk, il-fatt li qed tingħata ċans f'kumitat li qabel ma kellekx mhuwiex ameljorament fl-istitut tal-liġi tad-dritt?", "Dawn huma t-tliet punti li xtaqt insemmi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur Mifsud, l-ewwel nett, irrid nirringrazzja lilek u lit-tim tiegħek għall-ħidma li qegħdin tagħmlu.", "25 sena ta' ħidma tfisser li l-istituzzjoni li tirrappreżenta inti mhux biss hija parti mill-istituzzjonijiet tal-pajjiż tal-lum, imma hija parti mill-istorja.", "Nixtieqek forsi tagħtina daqsxejn overview qasira ta' kif taħseb li f'dawn l-aħħar 25 sena tjieb ix-xogħol tagħkom, u forsi tgħidilna jekk kienx hemm xi affarijiet li rajt li kienu ta' utilità, u xi affarijiet li taħseb li setgħu saru aħjar.", "Nifhem li wara 25 sena ma jkunx barra minn loku li naraw kif nistgħu ntejbu l-operat, ovvjament biex inħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini vis-à-vis il-Gvern.", "Naf li int għamilt il-punt li hemm xi entitajiet privati li tixtieq tiskrutinja, però r-remit tiegħek ma jagħtikx dik il-kapaċità.", "Naħseb li hemm biżżejjed dipartimenti u biżżejjed xogħol tal-Gvern li jżommu lilek u lit-tim tiegħek okkupat.", "Qed nassumi wkoll li s-sena li għaddiet waqaftu f'Awwissu għax il-figuri tal-aħħar erba' xhur għadhom mhumiex available.", "CHRIS FEARNE: Tajjeb, però ma tajtuniex minn Settembru sa Awwissu imma tajtuna minn Jannar sa Awwissu; jiġifieri ma tajtuniex ta' sena sħiħa, imma tajtuna ta' tmien xhur, però ma jimpurtax.", "Qed ninnota li f'dawn it-tmien xhur il-każijiet li kellkom naqsu bi kwart għax minn kważi 400 każ naqsu għal 320.", "Naqsu wkoll il-każijiet li għalaqtu.", "Ma nafx jekk dan tistax tattribiwixxih għal xi raġuni partikolari.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: L-ewwel nett, nixtieq ningħaqad ma' dak kollu li qalu ż-żewġ kollegi tiegħi, speċjalment l-Onor.", "Edward Zammit Lewis, li għamel espożizzjoni tajba ħafna dwar dak li għadda minnu l-Uffiċċju tal-Ombudsman taħt din il-leġiżlatura, kif ukoll taħt il-leġiżlatura preċedenti.", "Nieħu gost ninnota li għall-inqas, anke fir-rapport innifsu, l-Ombudsman jirrikonoxxi li saru riformi importanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-Ombudsman.", "Però, nixtieq kjarifika dwar il-fatt li jrid ikun eżentat mid-data protection.", "Din semmieha fil-kummenti tiegħu u nixtieq li dan il-punt ikun ikkjarifikat.", "Nixtieq inkun naf ukoll għalxiex kien qed jirreferi l-aktar meta semma d-diversi servizzi li kienu privatizzati u li jixtieq jidħol fihom.", "X'jaħseb li ħa ċ-ċittadin meta ċerti entitajiet ġew privatizzati?", "Kif nafu, għal ħafna snin konna pprivatizzajna kważi l-entitajiet kollha.", "Nixtiequ wkoll jamplifika aktar rigward it-twessigħ tal-ġurisdizzjoni tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-inmates fil-Ħabs ta' Kordin.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li saru l-kummenti kollha.", "Issa nistieden lilek, Sur Mifsud, biex twieġeb il-mistoqsijiet jew tagħmel xi osservazzjonijiet.", "IS-SUR ANTHONY C. MIFSUD: Se nibda billi nwieġeb il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni.", "Irrid nagħti ftit background li meta 25 sena ilu beda l-uffiċċju tagħna, dan kien immexxi mill-eks-Kap taċ-Ċivil, u mbagħad warajh laħaq Prim Imħallef Emeritu.", "Dak iż-żmien l-ilmenti kienu jlaħħqu għal madwar 1,200 fis-sena, imma llum il-ġurnata l-ilmenti niżlu għal madwar 600 fis-sena.", "Waħda mir-raġunijiet prinċipali għal dan hija li meta d-dipartimenti kellhom xi nuqqasijiet u l-individwi ġew jilmentaw għandna u aħna rrapportajna, id-dipartimenti rranġaw dawk in-nuqqasijiet li kellhom, u allura bil-mod il-mod l-ilmenti bdew jonqsu.", "Saret referenza wkoll dwar in-nuqqas ta' konsultazzjoni.", "Naf li, pereżempju, il-Ministru għall-Ġustizzja kellu pressure enormi minn barra mill-Kummissjoni Venezja u ried jagħmel ħafna xogħol malajr f'perjodu qasir u, għalkemm aħna ma ġejniex ikkonsultati, konna nsegwu kulma jsir mill-Ministeru għall-Ġustizzja.", "Issemmew ukoll entitajiet li jikkoperaw, u oħrajn li forsi ma tantx jikkoperaw.", "Illum il-ġurnata l-parti l-kbira tal-entitajiet saru jifhmu li hemm bżonn li jikkoperaw mal-Ombudsman għax din hija kariga li għandha ċerti responsabbiltajiet.", "X'jiġri meta individwu jirbaħ il-każ u d-dipartiment jew l-awtorità ma taqbilx magħna u ma tagħmel xejn?", "F'dak il-każ l-ewwel nibagħtu r-rapport lill-Prim Ministru, u mbagħad wara lill-Parlament biex jiċċaqilqu l-affarijiet.", "Huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna li dan it-tibdil kollu ġie f'perjodu relattivament qasir, u allura ma jistax jinbidel kollox f'daqqa.", "Però, nistgħu ngħidu li koperazzjoni hemm, iżda aħna nixtiequ ftit aktar effiċjenza.", "Naħseb li huwa dan il-Kumitat li għandu jara l-ilmenti li ma jsir xejn fuqhom u mhux il-Parlament.", "Jekk ikun hemm każijiet serji li ma jsir xejn fuqhom għandhom jiġu għand dan il-Kumitat.", "Ir-rapport isemmi wkoll li ċerti każijiet qishom jintnesew.", "Aħna rridu li jekk jista' jkun din il-biċċa xogħol ma tiġrix għax l-individwu jibda jgħid lilu nnifsu x'mar jagħmel għand l-Ombudsman jew li ħela ż-żmien.", "Huwa veru li meta jiġi għandna dak li jkun ma jħallasx – mhux bħall-Qorti – imma, min-naħa l-oħra, l-individwu jrid jieħu sodisfazzjon, speċjalment jekk l-uffiċċju tagħna jkun tah raġun.", "Irrid ngħid li matul is-snin il-proċess ta' privatizzazzjoni nfirex u anke xi partijiet mill-qasam tas-saħħa huma privatizzati u m'għadhomx tal-Gvern biss.", "Fil-fatt, nistgħu ngħidu li ħafna mill-ilmenti ma jiġux biss mid-dipartimenti, imma jiġu wkoll minn dawn l-entitajiet li ġew privatizzati u li m'għadhomx, strictly speaking, parti mill-amministrazzjoni pubblika.", "Rigward ix-xogħol li sar dan l-aħħar fuq il-liġijiet, b'mod speċjali tal-Kummissjoni Venezja, aħna konna pparteċipajna mad-delegazzjoni li ġiet mill-Kunsill tal-Ewropa u konna tajna s-sehem tagħna wkoll.", "Ma nafx jekk hawnx aktar mistoqsijiet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien staqsejt fuq il-ġurisdizzjoni tiegħek fejn jidħlu l-inmates tal-Ħabs ta' Kordin u staqsejt ukoll dwar id-data protection.", "X'ridt tgħid biha meta, jekk fhimtek sew, għedt li jkollkom aċċess għal data li mhux suppost tingħata.", "IS-SUR ANTHONY C. MIFSUD: Fuq il-Ħabs ta' Kordin ma tantx nirċievu l-informazzjoni li nitolbu.", "Aħna jkollna priġunieri li jittrattaw ċerti affarijiet ma' investigatur tagħna ħalli ma noqogħdux inkabbru l-każ, imma ħafna drabi meta nitolbu lil tal-Ħabs biex jagħtuna l-informazzjoni, dawn ma jagħtuhilniex.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri inti diġà tista' tinvestiga lmenti għax, jekk fhimtek sew, trid tkabbar il-ġursidizzjoni tiegħek biex tkun tista' tinvestiga.", "IS-SUR ANTHONY C. MIFSUD: Fuq il-Ħabs aħna għandna dritt li ninvestigaw.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela fhimtek ħażin.", "Issa fuq id-data protection.", "IS-SUR ANTHONY C. MIFSUD: Rigward id-data protection, irrid ngħid li ħafna postijiet, bħal, pereżempju, l-Armata, hemm affarijiet sensitivi u dawk nifhmuhom u ma nitolbux dettalji ta' affarijiet li huma sigrieti.", "Però, rigward affarijiet oħra li ma naħsbux li għandhom ikunu daqshekk sigrieti, ma jgħidux lill-uffiċċju tagħna x'ikun qed jiġri.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Bil-permess tal-Kumitat, l-Onor.", "Karol Aquilina, li mhuwiex Membru ta' dan il-Kumitat, se jagħmel xi mistoqsijiet.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jien se nistaqsi fuq l-Armata u se nieħu każ tipiku.", "Intom tirċievu lment mingħand suldat dwar l-istatus tiegħu fl-Armata –, promotion jew xi ħaġa oħra – u intom tibdew tinvestigaw.", "Il-problema li jkollkom hija fejn jidħlu terzi persuni, jiġifieri kollegi tiegħu, għax ma jkollkomx aċċess, għax ikunu ttieħdu ċerti deċiżjonijiet mhux biss fir-rigward tal-persuna li tkun qed tagħmel l-ilment?", "Jekk ikun xi interview aħna nitolbuhom ir-riżultati eċċ. u l-performance ta' nies oħrajn.", "Imbagħad, meta nagħmlu r-rapport, ngħidu kif ġie affettwat dak l-individwu li lmenta biss, jiġifieri ma nsemmu xejn fuq sħabu u lmenti oħra.", "Din ma tapplikax għall-Armata biss.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri l-parti li ma tingħatawx informazzjoni dwarha xi tkun?", "IS-SUR ANTHONY C. MIFSUD: Jistgħu jkunu diversi affarijiet, imma waħda minnhom tkun li qabel tkun ħarġet l-applikazzjoni ma nkunux nafu kif saru l-kriterji biex jiġi offrut dak il-post.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri jekk titolbuhom, ma jgħidulkomx?", "IS-SUR ANTHONY C MIFSUD: Ma jgħidulniex.", "Jgħidulna d-deċiżjoni, imma ma jgħidulniex kif waslu għal dik il-konklużjoni u x'jitolbu bħala kwalifikazzjonijiet eċċ.", "KAROL AQUILINA: Din hija problema one-off jew inkella hija recurring?", "IS-SUR ANTHONY C. MIFSUD: Jien aktar ngħid li hija one-off milli recurring.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Fil-bidu għamiltlek sommarju ta' tliet tibdiliet fundamentali li saru f'dak li għandu x'jaqsam mal-Ombudsman vis-à-vis ir-rapporti tal-Kummissjoni Venezja li jibdew minn Diċembru 2018.", "Il-mistoqsija tiegħi li ma ħassejtx li weġibt hija rigward dawn ir-riformi.", "Issa jien mhux qed ngħid jekk dawn jilħqux preċiżament l-aspirazzjonijiet tiegħek, għax dan huwa work in progress, ir-riformi jibqgħu jsiru u ħadd mhu perfett.", "Però, li rrid ngħid huwa jekk it-tliet punti li semmejtlek fil-bidu, jiġifieri l-kwestjoni tal-constitutional status, il-kwestjoni tal-locus standi f'każ ta' deċiżjoni ta' nolle prosequi tal-Avukat Ġenerali, u l-kwestjoni li jkun hemm sessjoni fejn tkun tista' tivventila l-frustrazzjoni tiegħek wara li l-amministrazzjoni pubblika ma tkunx laqgħet rakkomandazzjonijiet tiegħek, humiex passi 'l quddiem fl-istituzzjoni tiegħek biex l-affarijiet jitjiebu, u jekk jgħinukx fix-xogħol tant tajjeb li tagħmel inti fl-ixprunar tal-amministrazzjoni pubblika.", "Ma rridux ninsew li hemm dibattiti sħaħ dwar jekk l-Ombudsman – mhux hawn Malta biss, imma kullimkien – twaqqafx fl-Isvezja l-ewwel jew kienx is-sultan li waqqaf l-ewwel Ombudsman fl-Imperu Ottoman, imma dak huwa dibattitu akkademiku u teoretiku.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IS-SUR ANTHONY C. MIFSUD: Li nista' ngħid huwa li minn mindu l-Onor.", "Edward Zammit Lewis laħaq Ministru għall-Ġustizzja sar titjib qawwi.", "(Interruzzjonijiet)", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-mistoqsija kienet imposta mod ieħor għax issa se naqla' l-kritika!", "L-ISPEAKER: Is-Sur Mifsud diġà wieġeb.", "Jekk trid tistaqsi xi ħaġa oħra għidli ħalli nikkonkludu.", "Jidher li m'hawnx aktar mistoqsijiet.", "Grazzi ħafna.", "Hawn qbil li l-Kumitat jirrakkomanda lill-Kamra l-approvazzjoni tal-Ombudsplan għas-sena 2021?", "Ladarba hawn qbil, bħalma jsir dejjem, jien se nara li ssir it-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa biex tiġi ċċirkolata lill-Membri kollha tal-Parlament, u sussegwentement titressaq fil-Kamra l-mozzjoni għall-approvazjoni tal-Ombudsplan.", "Grazzi.", "XOGĦOL IEĦOR", "Ġurament tal-Ħatra ta' Membru Ġdid", "L-ISPEAKER: Nixtieq ngħidilkom xi ħaġa oħra qabel ma nirtiraw.", "Kif tafu, illum saret l-elezzjoni każwali fis-Seba' Distrett sabiex jimtela l-post tal-Professur Edward Scicluna u ġie elett Dr Gavin Gulia.", "Nifhem li se jingħata l-ġurament għada mhux illum.", "Kemm ninformakom li se jintalab permess fil-Kamra, kif isir is-soltu, biex ikun hemm il-midja u li din tkopri parti mis-seduta.", "CHRIS FEARNE: Nifirħu lill-Onor.", "Gulia li jixraqlu għax għamel ħafna xogħol ta' fejda.", "L-ISPEAKER: Nifirħulu.", "Streaming tal-Plenarja u tal-Kumitati", "L-ISPEAKER: Fl-aħħar nett, nixtieq nagħti xi informazzjoni dwar il-live streaming tal-Plenarja u tal-Kumitati.", "It-teknoloġija li użajna s'issa kienet it-teknoloġija tal-flash player.", "Din it-teknoloġija li kienet tintuża fuq il-website tal-Parlament ġiet imwaqqfa ħesrem worldwide, u qegħdin f'kuntatt mal-kumpanija Telmaco li tieħu ħsieb dan is-servizz.", "Nista' ngħid li hemm apparat ieħor li jissupplixxi n-nuqqas tal-flash player u nisperaw li fi ftit ġranet jew ġimgħat jasal l-apparat.", "Is-servizz on-demand se jibqa' jsir fuq l-online portal tal-website tal-Parlament, imma ma jkunx dirett minħabba din il-kwestjoni, u naf li għandna numru ta' Maltin ta' barra li jsegwuh.", "Biex inkunu ċari għal min qed jismagħna, dan mhux se jaffettwa x-xandir tal-istazzjon tal-Parlament imma qegħdin nitkellmu fuq il-live streaming.", "Jien qed nagħmel minn kollox biex nirranġaw, imma aħna niddependu fuq il-kumpanija Telmaco li għandha l-kuntratt.", "Qed nagħtikom din l-informazzjoni biex, jekk ikun hemm xi ħadd li jgħidilkom għaliex m'hawnx live streaming, tkunu tafu x'inhi r-raġuni.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għal data li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-3.49 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20210112_033d_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 39", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar, 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 39", "It-Tlieta, 12 ta' Jannar, 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:42 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 38 li saret fil-15 ta' Diċembru, 2020 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIKAVAT MILL-KRIMINALITÀ", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 368 tat-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2020, il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ikompli mil-Laqgħa Nru 37 li saret fl-14 ta' Diċembru, 2020.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Onorevoli Membri, nilqagħkom għal-laqgħa tal-lum sabiex ikompli jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità – Abbozz Nru 160.", "Infakkarkom li l-klawsoli 7, 17 u 18 kienu ġew posposti fl-aħħar laqgħa u konna wasalna fi klawsola 35.", "Klawsola 35 – Ordni ta' Sekwestru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, nibda billi nfakkar li konna bdejna l-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi fil-Laqgħa Nru 37 u konna qegħdin nitkellmu fuq diversi ordnijiet li jistgħu joħorġu u li qegħdin jiġu kodifikati b'regolamentazzjoni ċara f'dan l-istess Abbozz ta' Liġi, fosthom l-ordni ta' sekwestru, l-ordni ta' qbid u iffriżar, u l-ordni ta' investigazzjoni.", "Il-klawsola 35 tirregola b'mod speċifiku l-ordni ta' sekwestru u tipprovdi għal kif għandha tiġi esegwita din l-ordni, id-durata tagħha, kif għandha tiġi estiża kif ukoll kif għandha tiġi kkontestata meta jkun hemm każ li jista' jiġi kkontestat.", "Sur President, għal skopijiet ta' preċiżjoni se nkun qiegħed inressaq emenda żgħira għal din il-klawsola biex fil-każ ta' ordni ta' sekwestru, meta jkun hemm flus li jkunu dovuti lill-ħaddiema, pereżempju, dawn ikunu jistgħu jitħallsu.", "Fis-subklawsola (3) qed issir referenza għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili biex il-persuna li fuqha tiġi esegwita l-ordni ta' sekwestru ma tkun tista' ċċaqlaq xejn u ma tieħu l-ebda frott iżda jekk ikun hemm terzi persuni in bona fide, jew jekk għall-argument ikun hemm going concern, il-ħaddiema u l-kredituri li jkunu in bona fide jingħataw il-fakultà li jitħallsu.", "Ovvjament dan dejjem bil-permess tal-Qorti.", "Il-liġi diġà qiegħda hekk kif qed ngħid però se nkun qiegħed inressaq emenda biex nagħmel fine-tuning ta' dawn il-konċetti li għadni kif semmejt.", "Sur President, nipproponi li għalissa l-klawsola 35 tiġi posposta sabiex titlesta l-emenda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 35 tiġi posposta.", "Klawsola 36 – Ordni ta' Qbid u Iffriżar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, f'din il-klawsola nsibu ordni oħra li tista' toħroġ taħt dan il-liġi.", "Qed nirreferi għall-ordni ta' qbid u iffriżar.", "Din ukoll għandna elenkat kif tista' tiġi kkontestata, x'jista' jiġi maqbud, meta tiġi operattiva, meta tispiċċa u għal darb'oħra, fil-każ li jinqabdu assi ta' terzi persuni in bona fide, dawn ikunu jistgħu jiġu rilaxxati.", "F'din il-klawsola għandna l-proċedura kollha u għandna wkoll kemm tista' ddum ordni ta' qbid u iffriżar u kif tista' tiġi rinnovata.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 36.", "Klawsola 36 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 – Sussistenza ta' ordnijiet f'ċerti ċirkostanzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar sussistenza ta' ordnijiet f'ċerti ċirkostanzi u prinċiparjament qed ngħidu li meta l-persuna akkużata b'reat rilevanti – ir-\"reat rilevanti\" huwa definit aktar qabel f'dan l-Abbozz ta' Liġi – taħrab mill-pajjiż, jew tmut u hemmhekk għandna l-prinċipju li bil-Latin jgħidulu \"mors omnia solvit\", jew inkella minħabba mard il-proċeduri kontriha ma jkunux jistgħu jibqgħu għaddejjin, l-ordni li tkun inħarġet ma taqax mill-ewwel imma jkun hemm proċeduri permezz tal-Avukat Ġenerali jew tad-Direttur responsabbli mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi).", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 37.", "Klawsola 37 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 38 – Determinazzjoni tal-proprjetà soġġetta għall-konfiska.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 38 titkellem dwar proċeduri speċjali għal meta jkun hemm konfiska bbażata fuq kundanna.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq konfiski wara sejbiet ta' ħtija u allura għadna fit-territorju ta' meta jkollok res judicata ta' \"persuna kkundannata\".", "Din il-klawsola jien qiegħed nikkontemplaha fl-assjem ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u tfisser li ċerti ordnijiet, bħal pereżempju l-ordni ta' qbid u iffriżar, ma jibqgħux aktar kawtelatorji għaliex għandek kundanna u allura jrid jibda l-proċess tal-eżekuzzjoni.", "Din il-klawsola titkellem ukoll dwar formalitajiet fil-mod ta' kif għandha ssir l-applikazzjoni mid-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi biex f'dan l-istadju jibda l-proċess ħalli l-assi jiġu likwidati.", "Mill-aspett ta' due process, hawnhekk qed tingħata l-opportunità li wieħed xorta jkun jista' jikkontesta din il-konfiska.", "Punt importanti huwa li dan l-Abbozz ta' Liġi aktar 'il quddiem jitkellem dwar partijiet terzi għaliex jista' jkollok persuna li tkun xtrat il-proprjetà jew li daħlet fi promise of sale agreement fuq il-proprjetà u addirittura jkollha jedd gravanti l-proprjetà bħal, pereżempju, kirja għax għalkemm il-proprjetà ma tkunx tagħha, din se tgħidlek: Int se taqbad u tikkonfiskaha?", "Jien qed noqgħod fiha u għandi kirja ta' għaxar snin, x'se nagħmel?", "Għaldaqstant il-liġi tikkontempla u tagħti l-possibbiltà li din il-persuna tkun tista' tmur il-Qorti biex ovvjament ikollha a fair trial.", "Dan huwa parti mid-due process, fejn il-Qorti tista' tieħu konjizzjoni tad-dritt li dik il-persuna tkun qiegħda tressaq 'il quddiem.", "Punt ieħor importanti huwa li fis-subklawsola (10) tal-klawsola 38 qed tingħata l-possibbiltà li jkun hemm ftehim bejn id-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u l-persuna kkundannata.", "Se nagħti eżempju li jista' jkun fattwali.", "Jista' jkun li l-persuna kkundannata jkollha dar li tiswa €1 miljun però ladarba dik id-dar tidher li kienet proceeds of crime, din il-persuna lid-Direttur tista' titolbu biex minflok ma joħdilha d-dar, tagħtih il-€1 miljun minn proceeds li kienu ġew għandha b'mod leċitu u allura qishom jiskambjaw l-ass.", "Tajjeb ngħid hawnhekk li l-liġi tikkontempla li kollox irid isir by public deed.", "Public deed ifisser li dan il-ftehim ikun insinwat, għandu effett ta' terzi, u fih hemm element ta' trasparenza għaliex jekk huwa public deed, wieħed jista' jordna r-riċerki u jara l-ftehim xi jkun.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, dak li qal il-Ministru huwa komprensiv ħafna u m'għandix diffikultà dwaru.", "Jien nixtieq nagħmel mistoqsija fuq l-Abbozz ta' Liġi inġenerali aktar milli fuq il-klawsola 38.", "Fl-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, jingħad li meta jkun hemm sejbien ta' ħtija, il-Qorti għandha l-vires bil-liġi li tordna l-konfiska tal-proprjetà ta' dak li allura jkun instab ħati.", "Issa jekk il-persuna misjuba ħatja jkollha għal xiex temmen illi l-proprjetà ma xtrathiex minn proceeds of crime, pereżempju minn proceeds minn traffikar ta' droga, din għandha ammont ta' żmien biex tagħmel kawża ċivili ħalli l-Qorti ssib li dik id-dar ma nxtratx bi proceeds of crime u tirrilaxxaha mill-konfiska.", "Għalhekk, jista' l-Ministru jgħid din il-parti tal-Kap.", "373 kif se taħdem ma' din il-liġi biex ma jikkozzawx?", "Ma nafx jekk din hijiex mistoqsija retorika però.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Azzopardi hija pertinenti ħafna u fil-fatt, qamet f'diskussjoni li kelli llum mal-Avukat tal-Istat.", "Aħna ma rridux li l-Kap.", "373 b'xi mod jiġi stultifikat minħabba din il-liġi.", "Għaldaqstant nixtieq ngħaddi l-kelma lill-Avukat tal-Istat għaliex sab soluzzjoni, permezz ta' emenda għal klawsola sussegwenti, proprju biex ma jiġrix dak li qed jgħid l-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Chris Soler biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR CHRIS SOLER (Avukat tal-Istat): Essenzjalment l-emenda li se nipproponu biex tilqa' għall-punt li qed isemmi l-Onor.", "Jason Azzopardi se tkun għall-klawsola 66.", "Hemmhekk se nipproponu li jiżdied proviso fis-sens li ebda ħaġa f'dan l-Att ma għandha tiġi interpretata bħala deroga, limitazzjoni jew restrizzjoni ta' xi poter mogħti taħt il-liġijiet inklużi fl-Ewwel Taqsima tal-Iskeda li tinsab ma' dan l-Att, liema Skeda tinkludi l-Kap.", "373, fost liġijiet oħra.", "Jiġifieri l-iskop ta' dan il-proviso se jkun li l-ebda poter naxxenti direttament minn dawk il-liġijiet – meta ngħid \"poter\" jista' jkun, pereżempju, il-poter tal-Avukat Ġenerali biex jagħmel rikors quddiem il-qorti kriminali taħt il-Kap.", "373 – ma jista' jiġi mittiefes jew minimizzat, b'mod li ż-żewġ liġijiet can coexist and subsist simultaneously.", "B'hekk, l-applikazzjoni ta' din il-liġi kontestwalment tista' tissussisti ma' miżuri oħrajn li jistgħu jittieħdu taħt il-liġijiet l-oħrajn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, se nagħmel mistoqsija għax forsi għada pitgħada t-traskrizzjoni ta' dan il-laqgħa jiġi bżonnha ħaddieħor u allura nixtieq li din tkun iċċarata.", "Ejjew ngħidu li persuna nstabet ħatja, għandha għal xiex temmen li għandha każ, kif għedt qabel, u allura tagħmel kawża ċivili taħt il-Kap.", "Wara li jispiċċaw il-proċeduri taħt il-Kap.", "373, tiskatta l-klawsola 38 ta' din il-liġi?", "Jiġifieri dawn se jimxu paripassu, tant li fil-proviso li se nżidu mal-klawsola 66 se jingħad b'mod espliċitu li xejn f'dan l-Att – dan anke biex wieħed ma jagħmilx l-argument lex posterior derogat priori u biex wieħed jikkejterja għall-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Azzopardi – ma jista' b'xi mod ixekkel id-drittijiet tal-awtoritajiet kompetenti, jew ir-rimedji, jew il-miżuri li jistgħu jittieħdu taħt liġijiet oħrajn.", "Però dan jgħodd biss għal-liġijiet li qegħdin fl-Ewwel Taqsima tal-Iskeda li tinsab ma' dan l-Att, li tinkludi l-Kodiċi Kriminali, il-Kap.", "373 u l-liġijiet li huma l-aktar rilevanti f'dan il-kuntest.", "Għalhekk, l-emenda li se nkunu qegħdin nipproponu għall-klawsola 66 se tkun emenda importanti ħafna għaliex se toħloq sistema li hija ħafna aktar watertight minn dik li kellna s'issa biex sa fejn hu possibbli u prattikabbli, nagħlqu jew almenu nassiguraw li ma jkunx hemm lakuni fis-sens li qed tipprospetta inti, Onor. Azzopardi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzoprdi.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej): Sur President, ġaladarba qegħdin nitkellmu dwar liġijiet li se jkunu qegħdin jaħdmu paripassu u kif qal l-Onor.", "Azzopardi, qed nitkellmu wkoll dwar il-possibbiltà ta' proċeduri ċivili fid-dawl li l-proċeduri li se jkunu naxxenti minn din il-liġi, se jkunu quddiem qorti speċifika, il-kawża li rrefera għaliha l-Onor.", "Jason Azzopardi trid tiġi mqiegħda quddiem il-qrati ċivili fil-Prim'Awla hux hekk?", "Jiġifieri se jkun hemm distinzjoni anke bejn il-proċedura li titwieled taħt din il-liġi u dik li titwieled taħt liġijiet oħrajn hux hekk?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Zrinzo Azzopardi, li qed jgħid l-Onor.", "Azzopardi huwa konsistenti għaliex il-proċeduri xorta fil-Prim'Awla se jsiru.", "Jiġifieri mhux se jkollok problema li wieħed jgħidlek għalfejn għamilt ir-rikors naħa u m'għamiltux in-naħa l-oħra għaliex xorta l-istess kompetenza.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Mela ġaladarba dak li għedt qed jiġi kkonfermat hawnhekk, ifisser li għandna wkoll distinzjoni għax jista' jkollok waħda li toħroġ minn din il-liġi li qiegħda f'dik is-Sezzjoni tal-Prim'Awla a differenza tal-liġi l-oħra.", "JASON AZZOPARDI: Dr Soler, se nagħmillek mistoqsija ħalli nara jekk hux qed nifhem sew dak li qed jgħid l-Onor.", "Qed jiġini f'rasi każ ta' koppja li nstabu ħatja ta' money laundering u ġiet ordnata l-konfiska tad-dar tagħhom però din inxtrat permezz ta' bank loan.", "F'dak il-każ, il-persuna li nsabet ħatja se tagħmel il-kawża taħt il-Kap.", "373 biex turi li dik id-dar ma ġietx minn rikavat mill-kriminalità però paripassu, id-Direttur jista' jkun qed jagħmel kawża taħt is-subklawsola 38(1) ta' din il-liġi biex jitlob il-Qorti tiddetermina liema proprjetà hija soġġetta għall-konfiska hux hekk?", "DR CHRIS SOLER: Iva, jien hekk qed nifhem l-import tal-liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 38.", "Klawsola 38 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 35 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Il-klawsola 35 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (3) tagħha, minflok il-kliem \"l-artikolu 381 (1)(a), (b) u (2)\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 381(1)(a), (b), (e) u (2)\"; u", "(b) fis-subklawsola (3) tagħha, minnufih wara l-kliem \"Ordni ta' Sekwestru\" għandhom jidħlu l-kliem \"kemm jekk maħruġa taħt dan l-Att kif ukoll jekk maħruġa taħt xi liġi oħra fl-Ewwel Taqsima tal-Iskeda\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 35 kif imressqa mill-Ministru.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 35 kif emendata.", "Klawsola 35, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 39 – Drittijiet ta' partijiet terzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola titkellem fuq third parties u se nressaq emenda għas-subklawsola (4) tagħha għaliex il-wording mhuwiex feliċi.", "F'din is-subklawsola qiegħed jingħad \"li għandu raġuni għaliex jemmen\" però din trid tiġi \"u li ma għandu l-ebda raġuni għaliex jemmen\".", "Hekk tkun tfisser li l-persuna, biex tkun in good faith, m'għandu jkollha l-ebda raġuni għalfejn temmen li kien hemm xi tip ta' ordni fuq il-proprjetà soġġetta għall-konfiska.", "DR CHRIS SOLER: Fil-verżjoni Ingliża qiegħda tajba.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hekk hu.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li l-persuna ma kenitx taf li l-proprjetà kienet soġġetta għall-konfiska għaliex li kieku kienet taf li kien hemm ordni, kieku ma kenitx tkun in good faith.", "Għaldaqstant dik il-biċċa trid tiġi \"u ma għandu l-ebda raġuni\" u mhux \"għandu raġuni\" għaliex inkella ma jkunx in good faith.", "Aħna hawnhekk irridu nippremjaw il-good faith inkella jekk persuna kienet taf u għamlet it-transaction xorta, mhijiex in good faith.", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"Ċ\" Il-klawsola 39 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (4) tagħha, il-kliem \"għandu raġuni\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"ma għandu l-ebda raġuni\"; u", "(b) fil-verżjoni Ingliża tas-subklawsola (4) tagħha, il-kliem \"was without\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"had no\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Ministru, hawnhekk qed jingħad li s-sid tal-proprjetà jrid jagħmel talba biex jipprova li l-proprjetà hija tiegħu?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, jagħmel talba u jipprova li hu in good faith.", "Fil-fatt, din il-klawsola tagħmel distinzjoni bejn third parties in good faith u third parties in bad faith meta niġu għall-proċess ta' konfiska.", "Interessanti ħafna hija s-subklawsola (5) tagħha għaliex lid-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, wara li jagħmel rikors il-Qorti, tagħtih għażla bejn żewġ rimedji fejn ikun hemm konvenju pendenti fuq proprjetà immobbli li tkun soġġetta għall-konfiska.", "Dawn iż-żewġ rimedji huma jew li jitlob il-Qorti tibqa' għaddejja bil-konvenju għaliex jekk il-konvenju jasal għall-att finali, il-prezz tal-proprjetà mbagħad ikun rikavat favur il-Gvern, jew inkella d-Direttur qed tagħtih il-poter aktar ampju li fejn forsi jkollu dubju, jew fejn forsi jħoss li l-Gvern jista' jkun vantaġġjat jekk jakkwista l-proprjetà, jieħu l-proprjetà a favur il-Gvern però jagħti kumpens li ma jkunx aktar minn 5% – hawnhekk qed nagħtu diskrezzjoni lill-Qorti – tal-prezz hekk kif miftiehem fl-istess konvenju.", "Dawk huma l-punti saljenti tal-klawsola 39.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jekk xi ħadd ikollu drittijiet ipotekarji fuq proprjetà li tiġi kkonfiskata, apparti l-kwestjoni li jista' jissottometti talba eċċ., fil-każ li din tkun ittieħdet, ġiet meqjusa x'inhi l-pożizzjoni tad-drittijiet ipotekarji jekk il-proprjetà ġiet konfiskata a favur il-Gvern?", "Ġie meqjus jekk humiex se jimxu jew le?", "Ma nafx jekk hijiex mistoqsija akkademika imma forsi jista' jiggwidana ftit Dr Soler.", "DR CHRIS SOLER: Ma nafx l-iskrizzjoni tal-ipoteka tibqax fis-seħħ b'mod ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk hi ipoteka speċjali, jiġifieri jekk hi SH, allura jrid ikun hemm dak li jgħidulu d-diritto di seguito.", "Jiġifieri l-ipoteka, għalkemm tiġi trasferita l-proprjetà, tibqa' timxi mal-proprjetà u allura ma tiġix estiża bi trasferiment.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: La ma tgħidhiex il-liġi ovvjament mhux se jkollok estensjoni tagħha.", "Jien naraha li min għandu drittijiet ipotekarji ovvjament għandu interess li jipproċedi abbażi ta' din il-klawsola imma jekk fil-każ li ma jikkontestax u tgħaddi, naħseb tibqa' viġenti.", "Tal-inqas jien hekk qed naraha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, hekk qed neħodha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 39 kif imressqa mill-Ministru.", "L-Emenda \"Ċ\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 39 kif emendata.", "Klawsola 39, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 40 – Assi tal-akkużat f'idejn, jew f'isem partijiet terzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din hija klawsola interessanti ħafna.", "Is-soltu l-avukati, meta jkun hemm frodi, jiġifieri meta jkun hemm xi trasferimenti biex wieħed jipprova jelludi l-liġi jew jelludi drittijiet ta' terzi, jagħmlu dik li ngħidulha \"actio pauliana\".", "Fil-klawsola 40 għandna xi ħaġa simili għax jista' jkun li jkollna wkoll il-konċett tal-\"prestanome\", jiġifieri jkollok kriminal li ġie akkużat u ssentenzjat minkejja li l-proprjetà tkun qiegħda fuq ħuh, pereżempju, għaliex id-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jkollu provi ċari u validi li l-proprjetà hija tal-akkużat li ġie ssentenzjat u mhux ta' ħuh.", "Għaldaqstant hawnhekk qed noffru rimedju biex l-irkupru ta' tali assi jsir xorta, avolja wieħed ikun ipprova jdur magħha biex l-assi ma jidhrux fuq il-persuna li ġiet akkużata u sentenzjata.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 40.", "Klawsola 40 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 – Determinazzjoni ta' ħlasijiet permessi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola tiddetermina ħlasijiet permessi.", "Il-prinċipju hu li bniedem ikollu ammont bażiku biex jgħixu hu u l-familja tiegħu, anke jekk ikun ġie ssentenzjat.", "Tajjeb ngħid li f'kull ħaġa, id-Direttur jew il-persuna interessata xorta jridu jmorru quddiem il-Qorti Kriminali u jġibu digriet biex dik il-persuna titħallas sabiex tkun tista' ssostni ruħha minn ġurnata għall-oħra.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 41.", "Klawsola 41 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 – Fejn l-akkużat jaħrab eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar meta jkunu għaddejjin proċeduri u l-persuna jew tkun assenti minn Malta, jew tmut, jew inkella tkun mardet u minħabba l-marda tagħha ma tistax tkompli għaliex ovvjament jista' jkun hemm każijiet fejn persuna timrad però tkun tista' tkompli xorta.", "Hemm perjodu li jekk jgħaddi, tkun tista' tiġi estinta l-azzjoni però tajjeb ngħidu wkoll li din il-klawsola issa trid tintrabat ma' dak li jingħad fil-klawsola 43, li tirreferi għal ċirkostanzi fejn anke jekk persuna taħrab minn Malta, ikun hemm l-azzjoni in rem u n-non-conviction based action xorta tkun tista' tittieħed.", "Fil-fatt, aktar 'il quddiem hemm rimedji oħrajn għal meta persuna tkun assenti mill-pajjiż jew tkun ħarbet mill-pajjiż u saħansitra jingħad x'jiġri mill-assi tagħha.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 42.", "Klawsola 42 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 43 – Għan ta' din it-Taqsima u applikabbiltà.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, għall-ewwel darba fil-liġi tagħna għandna klawsola li qiegħda tistabbilixxi konfiska mingħajr kundanna, ċjoè mingħajr sentenza tal-Qorti.", "Tajjeb ngħidu li dwar dan is-suġġett kien hemm sentenza interessanti fl-2014 mill-Qorti Suprema Amerikana, li kienet ukoll stabbiliet dan il-prinċipju.", "Sussegwentement dan daħal ukoll fl-Ewropa, fost l-oħrajn fir-Renju Unit.", "Fil-fatt, fil-European Court of Justice (ECJ) kien hemm kawża li tirrigwarda l-Istat Membru tal-Bulgarija u li fetħet il-bieb biex fil-ġuriżdizzjonijiet tal-Istati Membri jkun jista' jkun hemm konfiska mingħajr kundanna.", "Dan il-konċett huwa totalment ġdid għal pajjiżna.", "M'iniex kuntent però bl-ewwel biċċa tas-subklawsola (1) ta' din il-klawsola u tlabt lill-Avukat tal-Istat biex jagħmel emenda għaliex naħseb li din is-subklawsola mhijiex ċara.", "JASON AZZOPARDI: L-iskop huwa ċar ħafna.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mhux qiegħda tajba għaliex lanqas jien ma fhimtha mill-ewwel.", "Bl-Ingliż qiegħda tajba però.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sussegwentement fis-subklawsoli (1) u (2) qed jingħad meta tapplika din is-sitwazzjoni.", "Tajjeb li nissottolinja l-fatt – dwar dan kien hemm diskussjoni mal-Avukat tal-Istat imma I want to put it on record – li dawn iż-żewġ subklawsoli mhumiex cumulative.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Inti jista' jkollok persuna milquta b'sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u allura tkun qed tissodisfa l-paragrafu (2)(d) ta' din il-klawsola, però din il-persuna tkun preżenti Malta.", "Għalhekk, is-subklawsoli (1) u (2) ma jistgħux jinqraw b'mod kumulattiv.", "Is-subklawsola (1) qed tirreferi għall-persuna u s-subklawsola (2) qed tirreferi għaċ-ċirkostanzi u allura mhumiex kumulattivi imma huma kategoriji differenti u xtaqt li l-Avukat tal-Istat jagħti spjega.", "DR CHRIS SOLER: Sur President, l-emenda li se titressaq mill-Ministru se tissostitwixxi s-subklawsola (1) u se tkun tgħid \"Bla ħsara għas-subartikolu (2)\" proprju biex nuru u biex ikun espliċitu li mhumiex kumulattivi.", "Jiġifieri s-subklawsola (1) bl-ebda mod ma tippreġudika s-subklawsola (2) u s-subklawsola (2) tista' tapplika indipendentement mis-subklawsola (1).", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nixtieq niċċaraha aktar biex qatt ma tiġi interpretata li biex ikun hemm a non-conviction based action, iridu jissussistu s-subklawsoli (1) u (2) flimkien.", "Is-subklawsola (1) hija għall-persuni u s-subklawsola (2) hija għaċ-ċirkostanzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, nixtieq nerġgħu niddiskutu ftit punt li semmejna l-aħħar darba għaliex huwa marbut man-non-conviction based confiscation.", "Dan huwa punt li semmejtlek kemm-il darba, Ministru, rigward l-unexplained wealth orders.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan jinkwadra ħafna mal-provvedimenti ta' din il-klawsola.", "L-aħħar darba f'dan il-Kumitat jien spjegajt l-għan, mil-lat leġiżlattiv, ta' dak li qed nipproponu aħna.", "Essenzjalment il-punt ewlieni li qed nibqgħu nressqu hu li ġaladarba qed nieħdu l-opportunità li ndaħħlu dawn il-provvedimenti, illi l-Oppożizzjoni taqbel pjenament magħhom, għandna wkoll nieħdu l-opportunità li ndaħħlu dan l-element b'mod partikolari b'rabta mar-reati li qed issir referenza għalihom fis-subklawsola (2) ta' din il-klawsola.", "Is-subklawsola (2) tispeċifika b'mod tajjeb ħafna liema huma r-reati li huma soġġetti għal din it-tip ta' konfiska.", "Aħna xtaqna li forsi jerġa' jkollna xi tip ta' diskussjoni u naraw jekk nistgħux insibu xi forma ta' common ground, għall-inqas fuq livell leġiżlattiv, – hawn preżenti magħna l-Avukat tal-Istat u forsi jista' jiggwidana ftit ukoll – biex dan il-poter inkunu nistgħu ndaħħluh.", "Jekk noħorġu ftit mill-ottika leġiżlattiva u nħarsu mill-ottika prattika naraw li l-aġenziji tal-istat dejjem għandhom uphill struggle kbir kontra min ikunu qegħdin jipprovaw jagħmlu dawn it-tip ta' konfiski.", "Dan għaliex fuq il-parti l-oħra jkollok finanzjament kbir, ikollok organizzazzjonijiet aktar kompetenti u jkollok strutturi ħafna aktar kumplessi.", "Allura jekk wieħed juża mudelli li ddaħħlu f'pajjiżi oħrajn, bis-salvagwardji kollha neċessarji li hemm bżonn biex bl-ebda mod ma jiġu kkalpestati d-drittijiet fundamentali tal-persuni li jkunu soġġetti għall-unexplained wealth order, nemmnu li hawnhekk għandna opportunità li nistgħu nagħmlu differenza sostanzjali biha.", "Naħseb tkun xi ħaġa fid-direzzjoni t-tajba kieku kellna nsibu common ground fuqha din.", "Kif inhi din il-liġi diġà tagħmel qabża sostanzjali, kif anke stqarrejna kemm-il darba pubblikament, però b'dan il-pass naħseb li nkunu nistgħu nagħmlu qabża ħafna akbar.", "Qiegħed norbot b'mod partikolari mal-klawsola 43 għaliex is-subklawsola (2) tispeċifika liema huma r-reati, li m'hemmx dubju li se nsibu common ground fuqhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Aktar milli hija kwestjoni legali din hija kwestjoni ta' policy u ta' kif inħarsu lejha.", "L-unexplained wealth orders li qed isemmi l-Onor.", "Grech ma jidħlux preċiżament kexxun f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Hemm biss sembjanza tagħhom, pereżempju f'ċerti ċirkostanzi hemm transfer tal-burden of proof u l-unexplained wealth orders jitfgħu l-oneru tal-prova fuq il-persuna.", "Pereżempju jgħidulha: Inti kif impjegata mal-Cleansing Department u għandek villa u għandek Ferrari?", "Minn fejn ġibt il-flus?", "Jiġifieri hemm konċetti simili u hemm ukoll l-azzjoni in rem, ċjoè wieħed jista' jagħmel azzjoni mhux kontra l-persuna jew kontra l-oġġett.", "Din il-liġi hija l-ewwel pass.", "Jien nemmen li din hija liġi ambizzjuża u li se tibdel ċerta mentalità across the board f'pajjiżna, għaliex din mhix kwestjoni ta' partiti politiċi imma hija kwestjoni ta' mentalità dwar kif nagħmlu l-affarijiet.", "Dak li qed jgħid l-Onor.", "Grech ġara f'pajjiżi oħrajn.", "Pereżempju erba' snin ilu l-Ingilterra saret emenda għall-Criminal Finances Act u ddaħħlet il-Wealth Order biex jiġġieldu sitwazzjoni ta' investimenti li kienu qegħdin isiru minn nies li kienu qegħdin imorru r-Renju Unit minn pajjiżi li diplomatikament mhux se nsemmi, imma huma pajjiżi notorji, u kienu qed jinvestu u ma setgħux jispjegaw l-investimenti tagħhom.", "Kien hemm każijiet klamorużi ta' nies li anke ssemmew fuq il-midja.", "Biex inkun ġust, l-unexplained wealth order qiegħda fis-sistema tat-taxxa tagħna għaliex għandna t-Tax Compliance Unit.", "Għandna wkoll is-Social Security Act għax jekk persuna qed tieħu benefiċċju u għandna ħafna flus il-bank, pereżempju, dak ukoll huwa unexplained wealth.", "Nerġa' ngħid, jien nemmen li dan huwa l-ewwel pass.", "Issa nistenna l-effectivess tal-istituzzjonijiet tagħna.", "Il-liġi hija tajba u bl-għajnuna tal-Membri kollha li hawn f'dan il-Kumitat, qed issir aħjar, però rrid nara l-effectiveness tal-istituzzjonijiet li se jitwaqqfu.", "M'għandniex storja tajba fejn tidħol il-konfiska tal-assi u dwar dan diġà tkellimna fil-plenarja.", "U mhux qed nitkellmu mis-sena 2013 'l hawn; dan huwa minn dejjem.", "Għandna storja li ġew ikkonfiskati oġġetti u ma nafux x'saru minnhom, jew oġġetti li suppost ġew ikkonfiskati baqgħu jintużaw.", "Jiġifieri għandna xi ħaġa li mhux qed taħdem u ma nemminx li se nsolvuha biss permezz ta' din il-liġi.", "Irridu nagħmlu investiment u jien se nkun hemmhekk biex nara li jsir investiment fl-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u fil-qrati tagħna biex l-affarijiet jimxu.", "Dak li għedt, Onor. Grech, huwa xi ħaġa valida iżda jien narah as a second step wara li din il-liġi tibda taħdem, taħdem sew u jkollna istituzzjonijiet effettivi.", "Nemmen però li permezz ta' emendi għal dan il-qafas nistgħu nkomplu nibnu fuq l-affarijiet pożittivi li għadek kemm semmejt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nixtieq sempliċement nagħmel kumment biex ikun on record għall-posterità.", "Nixtieq nesprimi l-qbil tiegħi ma' dak li qal l-Onor.", "Is-suġġett tal-unexplained wealth huwa l-pet subject tiegħu u tiegħi.", "Nifhem li din hija kwestjoni ta' policy, kif qal il-Ministru, però l-appell umli tagħna huwa li jekk verament irridu nagħmlu a quantum leap ahead fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, xi ħaġa li ġġib reputazzjoni pessima fuq il-pajjiż, b'dannu band'oħra, u jekk nitfgħu moħħna hemm u lkoll flimkien inpoġġu fuqna nfusna terminu u pereżempju ngħidu li sal-aħħar tas-sena jrid ikollna qafas ta' liġi tal-unexplained wealth, nemmen li nagħmlu l-ġid.", "Nemmen ukoll li għandna nies kapaċi.", "Għandu raġun il-Ministru li din mhijiex kwestjoni ta' liġi biss imma trid in-nies u trid istituzzjoni li taħdem u li jkollha s-snien, però l-appell umli tagħna huwa li jiswielna mitqlu deheb jekk ikollna dik il-liġi.", "Malta għandha r-reputazzjoni li għandha, m'hemmx għalfejn noqogħdu nidħlu fiha u għal xiex, u allura nkunu qed nibagħtu messaġġ sabiħ u b'saħħtu immens jekk flimkien, Gvern u Oppożizzjoni, naħdmu biex sal-aħħar ta' din is-sena, u anke qabel jekk irridu, ikollna qafas ta' liġi li jiġġieled l-unexplained wealth għaliex hemmhekk inkunu verament qegħdin nolqtu l-għeruq tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni.", "Hawn nies kriminali hard core jiġru barra, nies perikolużi, nies midħla fil-kriminalità organizzata, – mhux se noqgħod insemmi l-ismijiet li ssemmew f'dawn l-aħħar snin fil-qrati u fil-ġurnali – u dawn uffiċjalment huma diżokkupati però b'assi sostanzjali.", "Kif qal l-Onor.", "Grech, din il-liġi hija tajba u kien hemm bżonnha u nemmen li nistgħu nagħmlu qabża 'l quddiem jekk tkun imħaddma b'onestà u in good faith, però li kieku jkollna wkoll il-liġi tal-unexplained wealth apparti din il-liġi, nagħmlu qabża oħra li biha nemmen li nagħtu daqqa mhux żgħira lill-korruzzjoni koordinata.", "Hawnhekk mhux qed nirreferi għall-impjegati tal-fast food chain imma għax-sharks il-kbar u l-hard core criminals, partikolarment dawk li huma f'ċertu kriminalità organizzata fil-pajjiż.", "Dan qed ngħidu biex ikun on record.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Is-subklawsola (1) ta' klawsola 43 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"(1) Bla ħsara għas-subartikolu (2), din it-Taqsima tistabbilixxi miżuri preventivi li jikkonsistu f'konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna maħsuba biex jipprovdu għall-irkupru ta' proprjetà soġġetta għal konfiska f'sitwazzjonijiet fejn, fil-ġudizzju tal-Avukat Ġenerali, ma huwiex meħtieġ jew aħjar ma huwiex xieraq li tiġi rkuprata dik il-proprjetà permezz ta' konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna fi prosekuzzjoni kriminali, u dan f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:", "(a) fejn l-awtur jaħrab jew ma jkunx Malta;", "(b) fejn l-awtur huwa mejjet; jew", "(ċ) fejn l-awtur imut qabel il-konklużjoni ta' proċeduri kriminali.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 43 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 43 kif emendata.", "Klawsola 43, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fil-5.28 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fil-5.46 p.m.", "Klawsola 44 – Kompetenza tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi).", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fil-klawsola 44 għandna żewġ punti importanti.", "L-ewwel nett din qiegħda tintroduċi l-azzjoni in rem.", "L-azzjoni in rem diġà tintuża fid-dritt tagħna f'azzjonijiet marittimi kontra bastimenti però din hija l-ewwel darba li se tiġi introdotta f'dan il-kamp.", "Dan ifisser li d-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jista' jagħmel kawża kontra karozza lussuża, pereżempju.", "Tgħid ukoll li dik il-karozza – biex nibqa' nuża l-istess eżempju – tiġi qisha intimat fil-proċeduri.", "It-tieni, din il-klawsola tagħti lok li wieħed joġġezzjona għal din l-azzjoni in rem u li dan ikollu l-istatus ta' intervenut fil-kawża, jiġifieri jkun daħal fil-kawża u mhux parti minnha.", "Għaldaqstant is-sentenza ma tkunx tista' tinqata' kontrih għax huwa intervenut, però jkollu dritt li jagħmel sottomissjonijiet u jressaq provi biex juri, pereżempju, li dik il-vettura partikolari hija tiegħu, jew hija ta' xi ħadd li huwa qed jirrappreżenta.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 44.", "Klawsola 44 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 45 – Prinċipji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fil-klawsola 45 inisbu l-prinċipji li jsawru dak kollu li għedna s'issa, ċjoè li jrid ikun hemm bilanċ bejn li tagħmel aktar infuzar billi tagħmel sistema ta' konfiska li taħdem u li tkun effiċjenti, u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, bħad-dritt għal propjetà, billi jkun hemm dak li qed insejħulu \"due process\" sabiex persuna li qed tikkontendi li l-proprjetà hija tagħha, pereżempju, jew li ġiet akkwistata minnha in bona fide, ikollha forum fejn tkun tista' tressaq din il-pretensjoni u mbagħad tittieħed deċiżjoni mill-Qorti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 45.", "Klawsola 45 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 46 – Relazzjoni ma' proċedimenti oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 46 tirrigwarda r-relazzjoni u l-proċedura bejn l-azzjoni in rem ibbażata fuq in-non-conviction based regim u azzjonijiet oħra.", "Se nagħti eżempju.", "Jista' jkun li persuna bdiet azzjoni in rem quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) però wara xahrejn il-Pulizija Eżekuttiva jew l-Avukat Ġenerali jsibu li hemm provi biżżejjed biex ikun hemm proċediment penali.", "F'dak il-każ, il-klawsola 46 l-ewwel nett qed tasserixxi li dawn huma azzjonijiet separati u distinti u t-tieni, fejn hemm reġim ta' conviction based u mhux ta' non-conviction based, jipprevali l-conviction based.", "Dan għaliex jekk inti għandek sentenza minn qorti ta' kompetenza kriminali, peress li hemmhekk l-aktar li jitressqu provi, u peress li hija aktar b' saħħitha, dak il-proċess għandu jipprevali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 46.", "Klawsola 46 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 47 – Applikazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 47 titkellem dwar l-applikazzjoni tal-liġi u xi proċedura għandha tiġi użata.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 47.", "Klawsola 47 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 48 – Proċedura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 48 titfa' obbligu ċar kemm fuq id-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi kif ukoll fuq il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) li meta tintuża din il-proċedura … Ejjew ma ninsewx li hawnhekk qed nikkontemplaw sitwazzjoni fejn ma jkollokx proċediment penali, jiġifieri jista' jkun li tkun ikkonfiskajt, jew qed tipprova tikkonfiska, ass li jibqa' unclaimed.", "F'sistemi li hemm barra b'rabta mal-organised crime ħafna drabi meta jkollhom idea li se jkun hemm investigazzjoni, ħafna assi jibqgħu unclaimed.", "Dan għaliex jekk inti tagħmel claim għal ass, se toħloq relazzjoni diretta u ovvjament se jqumu aktar domandi.", "Fil-fatt, barra minn Malta ġieli anke proprjetajiet li jkunu fuq kumpaniji jibqgħu unclaimed, jew għax il-persuna ma tkunx trid tidħol f'dak it-territorju għal raġunijiet ovvji, ċjoè minħabba eżekuzzjoni ta' mandati fil-konfront tagħha, jew inkella ma tkunx trid toħloq ness ma' dak l-ass partikolari.", "F'din il-klawsola qed nagħtu l-fakultà, bl-azzjoni in rem, li l-azzjoni ssir xorta, u din hija xi ħaġa importanti ħafna, però qed tpoġġi wkoll obbligu li kull persuna li jista' jkun hemm suspett li għandha interess f'dak l-ass, għandha tiġi nnotifikata.", "L-iskop huwa li jekk persuna jkollha interess li tintervjeni f'dik il-proċedura f'dik l-istanza, għandha tiġi nnotifikata u mbagħad tara hi jekk tasserixxix id-drittijiet tagħha, jekk ikollha drittijiet.", "Tajjeb ngħid ukoll li għalkemm hawnhekk qed nitkellmu fuq oneru tal-prova differenti, għaliex il-prova mhijiex beyond reasonable doubt kif insibu fil-qorti ta' kompetenza penali imma hija prova on the balance of probabilities kif insibu fil-proċedimenti ċivili, is-subklawsoli sussegwenti tal-klawsola 48 qed jagħmluha ċara li anke fl-assenza ta' prova, ma jfissirx li l-Qorti ma tagħmilx l-eżami tagħha.", "Din hija importanti għaliex tfisser li jkun hemm ċertu skrutinju tad-diskrezzjoni tad-Direttur.", "Mela d-Direttur ma jistax jabbuża mill-poter li għandu għax jaf li ass se jibqa' unclaimed.", "Jiġifieri ma jistax ma jkollux provi li ass ġej minn rikavat mill-kriminalità u l-kawża jagħmilha xorta għax jaf li ħadd mhu se jikklejmjah.", "Il-Qorti xorta se titlob livell ta' prova mid-Direttur biex tkun ċerta li d-diskrezzjoni li għandu eżerċitaha skont il-liġi u skont prinċipji amministrattivi.", "Fl-aħħar nett ta' din il-klawsola jidħol il-prinċipju tal-proporzjonalità u bażikament qed ngħidu li l-liġi għandha tkun iebsa bi proporzjon skont il-gravità tar-reat.", "Fil-fatt, is-subklawsola (6) tagħha tgħid hekk:", "\"… l-Qorti għandha tiżgura li l-konfiska ta' din il-proprjetà ma tkunx proporzjonata ħafna għall-gravità tar-reat jew reati li jagħtu lok għall-ordni ta' konfiska.\".", "L-element ta' proporzjonalità fl-applikazzjoni tal-liġi huwa element importanti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Dr Soler, fil-paragrafu (a) tas-subklawsola (1) qed jingħad \"interess ta' sjieda\".", "Naħseb li dak huwa typo error u l-kelma \"sjieda\" trid tiġi \"sidha\".", "CLAUDIO GRECH: \"Sjieda\" hija tajba u tfisser shareholding hux hekk?", "DR CHRIS SOLER: Hekk hu.", "Fil-fatt, fil-verżjoni bl-Ingliż qed jingħad \"ownership interest\", li wkoll tfisser shareholding.", "CLAUDIO GRECH: Jien rajtha reċenti f'xi Att ieħor.", "DR CHRIS SOLER: Jista' jkun li hemm dispożizzjoni simili fl-Investment Services Act, però I stand to be corrected.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien ukoll kelli dubju dwarha però staqsejt u qaluli li hija tajba.", "Kieku jien kont nagħmilha \"li għandha interess\" però hekk xorta hija tajba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 48.", "Klawsola 48 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 49 – Difiża ta' partijiet terzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 49 titkellem fuq dak li konna qed ngħidu qabel, ċjoè li l-prova hija on the balance of probabilities.", "Din il-klawsola qed tgħid li jekk il-Qorti ssib li d-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi ressaq ċerti provi, il-persuna interessata, jew il-persuna bl-interess ta' sjieda, għandha żewġ tipi ta' difiżi li tista' tagħmel.", "Dawn iż-żewġ difiżi huma spjegati b'mod ċar f'din il-klawsola u huma alternattivi għal xulxin, jiġifieri mhumiex kumulattivi, u dan jidher ċar mill-użu tal-kelma \"jew\".", "Dawn jistgħu jintużaw biex persuna li tintervjeni tkun tista' turi li kienet in bona fide, pereżempju, jew li akkwistat l-oġġett ferm qabel ma kien hemm xi investigazzjoni u allura dan għandu jiġi rilaxxat a favur tagħha.", "Mela f'din il-klawsola l-leġiżlatur qed jiddelinja żewġ difiżi partikolari.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 49.", "Klawsola 49 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 50 – Stħarriġ ġudizzjarju tal-konfiska.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 50 qed tagħti idea ta' stħarriġ ġudizzjarju, però mhux qed tirrikorri għal stħarriġ ġudizzjarju quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva fejn awtorità bħal-Lands Authority, pereżempju, tista' tikkontesta deċiżjoni tal-Board of Governors tal-istess Lands Authority billi tmur quddiem dan it-Tribunal, jew saħansitra tagħmel referenza għall-artikolu 469A, li jittratta azzjoni ġudizzjarja, biex tistħarreġ jekk l-amministratur eżerċitax id-diskrezzjoni tiegħu skont prinċipji amministrattivi stabbiliti.", "Din il-klawsola qed tgħid li l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) tista' tagħmel il-proċess hija stess.", "Fl-opinjoni tiegħi, din qed toħloq proċedura ad hoc u effikaċi ħafna.", "Din il-klawsola qed tgħid ukoll il-grounds x'inhuma.", "Pereżempju tkun inħarġet ordni ta' konfiska – hawnhekk dejjem qed nitkellmu fuq non-conviction based confiscation – fuq dokumentazzjoni falza, jiġifieri wara l-konfiska jkun hemm provi li d-dokumenti kienu foloz, u allura tgħid il-proċedura x'inhi.", "Madanakollu din il-klawsola tgħid ukoll li għalkemm tibqa' l-istess Qorti fl-istħarriġ ġudizzjarju, il-ġudikant, f'dan il-każ l-imħallef, ma jistax ikun l-istess.", "B'rispett ta' prinċipju fundamentali tal-ġustizzja naturali, – bil-Latin insejħulu \"nemo judex in causa propria\" – wieħed ma jistax ikun imħallef u ġudikant fl-istess kawża.", "Għalhekk, imħallef li jkun ordna ordni ta' konfiska ma jistax jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu stess imma għandu jkun imħallef ieħor li jirrevedi dik id-deċiżjoni.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 50.", "Klawsola 50 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 51 – Trasferiment ta' proprjetà konfiskata lill-Istat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 51 qed tgħid li proprjetà kkonfiskata permezz ta' deċiżjoni tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) għandha tiġi trasferita meta s-sentenza ssir finali.", "Tgħid ukoll li r-Reġistratur tal-Qorti kompetenti għandu jibgħat id-deċiżjoni finali lill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Dan huwa provvediment importanti ħafna għax fejn ikun hemm proprjetà immobbli, pereżempju, irid ikun hemm iskrizzjoni fir-Reġistru Pubbliku li dik il-proprjetà mhijiex tal-persuna partikolari, inkella din tkun tista' tiftiehem ma' terzi biex tbigħha wara li tkun ġiet konfiskata.", "Jekk hija vettura mbagħad, trid tiġi notifikata Transport Malta.", "Jiġifieri f'din il-klawsola qed ngħidu li jridu jsiru notifiki bħal dawn.", "Is-subklawsola (3) ta' din il-klawsola hija importanti ħafna għax tgħid li jekk din id-deċiżjoni finali tinqaleb skont dak li għedna fil-klawsola 50 u l-persuna tkun sofriet inġustizzja għaliex l-ass itteħdilha abbażi ta' provi u dokumenti foloz, fil-każ li din ma tkunx tista' tieħu dak l-ass lura, għandha tingħata kumpens commensurate mal-valur tas-suq ta' dak l-ass.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 51.", "Klawsola 51 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 52 – Prijorità u reviżjoni fil-pront.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-Prim Imħallef huwa dak li jqassam il-kawżi b'mod amministrattiv u għalhekk, wara diskussjonijiet li kellna miegħu qbilna li jkollna l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-irkupru tal-Assi) proprju biex dawn it-tip ta' kawżi jingħataw prijorità ħalli l-Gvern jieħu l-ass u jkun jista' jillikwidah a favur taċ-ċittadini.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 52.", "Klawsola 52 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 53 – Mandati eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 53 qed tagħmel applikabbli l-ħruġ ta' atti kawtelatorji, bħall-mandat ta' inibizzjoni jew mandat ta' sekwestru, biex kemm id-Direttur kif ukoll l-intervenut ikunu jistgħu jikkawtelaw id-drittijiet tagħhom pendenti deċiżjoni finali mill-Qorti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 53.", "Klawsola 53 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 54 – Relazzjonijiet ma' korpi barranin ekwivalenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 54 tasserixxi li għandu jkun hemm koperazzjoni internazzjonali.", "Skont id-dritt Ewropew, fejn jidħlu l-justice and home affairs hemm strumenti.", "Ma ninsewx li dan l-aħħar kien hemm żvilupp interessanti; qed nirreferi għall-European Public Prosecutor's Office (EPPO), li jista' juża dawn it-tip ta' strumenti fejn jidħlu dawk li jgħidulhom \"PIF Crimes\".", "Is-sena l-oħra, bi qbil mal-Oppożizzjoni, dawn ġew ikkontemplati u kodifikati fil-Kodiċi Kriminali tagħna.", "Bażikament dawn huma reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.", "Din il-klawsola qed tasserixxi li l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jrid jikkopera u juża dawn l-istrumenti u japplikahom fejn huwa obbligat japplikahom, inkluż fil-ħruġ ta' attachment orders minn barra minn Malta.", "Inti jista' jkollok attachment order li ħareġ, jew informazzjoni li ngħatat biex skattat a non-conviction based action, minn koperazzjoni li ssir mal-Europol, pereżempju, jew mal-Interpol.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 54.", "Klawsola 54 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 55 – Applikabilità tat-Taqsima IV fl-affarijiet transnazzjonali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 55 hija fuq l-istess linja ta' dak li għedt qabel però tintroduċi r-\"reat ekwivalenti\".", "Dan qiegħed jiġi definit fis-subklawsola (2) tagħha.", "Għal darb'oħra hawnhekk qed ngħidu li l-għodda li nsibu f'din il-liġi tista' tkun investigazzjoni li ġejja b'koperazzjoni li ssir ma' barra minn Malta.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 55.", "Klawsola 55 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 56 – Ordnijiet barranin ta' konfiska.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 56 ukoll hija importanti fil-kuntest li qed nitkellmu fuqu għaliex titkellem dwar meta jkollok ordni ta' konfiska minn qorti barranija.", "Ma ninsewx li b'rabta mal-eżempju li kont qed nagħti qabel tal-EPPO, il-Gvern qiegħed fil-proċess biex jaħtar żewġ EDPs (European Delegated Prosecutors) fejn jidħlu l-interessi tal-Unjoni Ewropea.", "Dawn se jkollhom uffiċċju Malta, se jirrispondu għall-Kulleġġ tal-EPPO, immexxi mir-Rumena Laura Codruța Kövesi, u se jkollhom ordnijiet minn barra li mhux biss iridu jiġu rikonoxxuti imma jridu wkoll jiġu esegwiti fil-framework li nsibu f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 56.", "Klawsola 56 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 57 – Setgħa li jagħmel regolamenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, hawnhekk tibda t-Taqsima VIII ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u l-klawsola 57 hija klawsola li nsibu f'ħafna liġijiet għaliex tipprovdi għas-setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti għall-eżekuzzjoni aħjar tal-istess liġi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 57.", "Klawsola 57 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 58 – Żvelar mhux awtorizzat ta' informazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 58 tagħmel referenza għall-klawsola 26, li tikkontempla żvelar ta' informazzjoni.", "Ħafna mill-proċessi tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi huma minnhom infushom sigrieti.", "L-iskop huwa ovvju; jekk persuna tkun taf ġimgħa qabel li se jsir mandat ta' sekwestru fil-konfront tagħha, ma naħsibx li tħalli l-flus il-bank, speċjalment meta qed nitkellmu fuq organised crimes!", "Issa hawnhekk qed nirreferu għal reat partikolari relatat mal-iżvelar ta' informazzjoni kif insibu fil-klawsola 26, però did-darba żvelar ta' informazzjoni li ma jkunx awtorizzat.", "Jista' jkun li wieħed kellu jiżvela informazzjoni bħala xhud il-qorti, jew kellu jiżvela informazzjoni lill-FIAU.", "Dak huwa żvelar ta' informazzjoni awtorizzat però f'din il-klawsola qed nitkellmu fuq żvelar ta' informazzjoni mhux awtorizzat.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 58.", "Klawsola 58 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 59 – Nuqqas li tipprovdi informazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-ħsieb wara l-klawsola 59 huwa li nsaħħu id id-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u l-persunal tiegħu biex meta jkun irid jikseb informazzjoni, mhux kulħadd jiġi jaqa' u jqum u jgħidlu: Ma rridx nagħtik l-informazzjoni.", "Għaldaqstant f'din il-klawsola qed ngħidu li l-fatt li jkun hemm rikjesta għal informazzjoni speċifika u din ma tiġix mogħtija mingħajr raġuni ġustifikata, huwa minnufih reat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Ministru, fil-Protection of the Whistleblower Act għandna provvedimenti li japplikaw ukoll għar-reati li se jkunu koperti minn din il-liġi?", "Ġeneralment il-każijiet il-kbar, anke fuq skala internazzjonali, jevolvu minn whistleblower u jekk niftakar tajjeb, meta konna qed nilleġiżlaw dwar dak l-Att kien hemm il-ħsieb li jkun ikopri wkoll aspetti ta' servizzi finanzjarji, però naħseb li xi mkien kienet qed issir xi forma ta' link bejn il-liġijiet.", "Kif taf, Ministru, il-Protection of the Whistleblower Act jinvolvi proċessi u hemm istanzi tal-intern, tal-estern eċċ., allura ma nafx jekk hux diġà rajt dak l-Att kif japplika fil-kuntest ta' din il-liġi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dan huwa punt importanti għaliex hemmhekk ukoll ikun hemm żvelar ta' informazzjoni.", "Il-parir li ngħatajt huwa li m'għandniex inħalltu reġim ma' ieħor u li din il-liġi, kif inhi, tikkontempla l-protezzjoni ta' dik il-persuna, ovvjament dejjem jekk ir-rekwiżiti jintlaqgħu.", "Però hawn l-Avukat tal-Istat u forsi jista' jikkonferma o meno dan il-parir li ngħatajt.", "Nista' ngħid ukoll li hemm il-Whistleblower Protection Directive tal-Unjoni Ewropea u pajjiżna, bħal kull pajjiż ieħor membru tal-Unjoni Ewropea, irid iressaq l-emendi neċessarji sal-aħħar tal-2021.", "Naturalment kull pajjiż qiegħed jipprova japplikaha skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali tiegħu u skont ir-reġim legali tiegħu.", "Madanakollu l-parir li għandi s'issa huwa li m'għandniex inħalltu ż-żewġ reġimi.", "Mhux għax m'għandekx raġun, Onor. Grech, u fattwalment jista' jkun hemm link, però lili qaluli li l-liġi tipprovdi għall-protezzjoni li għandha tingħata f'każ ta' żvelar ta' informazzjoni, li tista' tkun bi ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 59.", "Klawsola 59 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 60 – Żvelar relattiv għall-Ordni ta' Monitoraġġ u Ordnijiet ta' Investigazzjoni eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, f'din il-klawsola nkomplu nitkellmu fuq l-istess prinċipju li semmejt qabel.", "Din il-klawsola tipprovdi għal fejn ikun hemm żvelar ta' informazzjoni meta jkun sar rikors għal ordni ta' monitoraġġ jew ordni ta' investigazzjoni eċċ. Għalkemm aħna nsibuhom fuq il-midja dawn l-ordnijiet u rikorsi u digrieti, min-natura tagħhom suppost huma sigrieti, mhux għax m'għandhiex tingħata informazzjoni lill-pubbliku, però meta jispiċċaw fil-midja jista' jkun li jistultifikaw ċerta investigazzjonijiet oħra li jkun hemm għax ċerta ordnijiet ikunu min-natura tagħhom kawtelatorji u bħala preludju jew għal aktar investigazzjonijiet jew addiritttura għal prosekuzzjonijiet li jista' jkun hemm quddiem qorti ta' kompetenza kriminali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 60.", "Klawsola 60 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 61 – Nuqqas ta' konformità ma' Ordni ta' Investigazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 61 tikkontempla reat meta jkun hemm tfixkil f'ordni ta' investigazzjoni.", "Kull persuna li b'xi mod tfixkel l-investigazzjoni – jista' jkun billi tiżvela informazzjoni lill-persuna investigata, jew għax forsi tkun ħabiba tal-persuna investigata u allura b'xi mod tkun ħadet xi dokumenti biex ma jarawhomx il-Pulizija Eżekuttiva jew ma jsibhomx id-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi – tkun ħatja ta' reat u teħel l-istess piena li nsibu fil-klawsoli preċedenti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 61.", "Klawsola 61 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 62 – Kontravvenzjoni ta' Ordni ta' Sekwestru eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, dak li għedt fir-rigward tal-klawsola preċedenti japplika wkoll għal din il-klawsola.", "Jiġifieri din il-klawsola tinvolvi l-istess reat bl-istess piena però din issa tirreferi għal ordnijiet kawtelatorji oħra li jistgħu jingħataw.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 62.", "Klawsola 62 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 63 – Il-multi jistgħu jerġgħu jiġu rkuprati bħala dejn ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, f'din il-klawsola qed ngħidu li l-multi li semmejt qabel jistgħu wkoll jiġu rkuprati bħala dejn ċivili għax huma konvertibbli.", "Tajjeb ngħid ukoll, għaliex ma semmejthiex qabel u hija kwestjoni importanti u li kelli nsemmiha, li f'din il-liġi qed jingħata poter lid-Direttur li jekk huwa jikkwantifika li r-rikavat minn attività kriminali jammonta għal €1 miljun, pereżempju, però assi nqabdu €900,000, il-€100,000 differenza xorta tibqa' dovuta lid-Direttur.", "Dan ifisser li l-konfiska mhux bilfors dejjem tissodisfa l-full and final say.", "Mela jista' jkun li jkollok sitwazzjoni fejn l-assi li jkunu nqabdu jibqgħu dovuti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 63.", "Klawsola 63 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 64 – Emenda għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 64 tirreferi għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Din hija klawsola proċedurali u titkellem dwar meta azzjoni se tkun eżegwita kontra kumpanija li għandha uffiċċju reġistrat fil-gżira ta' Malta jew fil-gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna.", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni ta' ġuriżdizzjoni li qed tiġi regolata.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 64.", "Klawsola 64 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 65 – Emenda għall-Ordni dwar it-Twaqqif ta' Sezzjonijiet tal-Qrati Ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 65 temenda l-Ordni dwar it-Twaqqif ta' Sezzjonijiet tal-Qrati Ċivili, LS 12.19, liema Ordni għandha x'taqsam ma' rules of procedure u tqassam is-sezzjonijiet tal-Qorti.", "Dan sabiex tkun tista' tiġi inkorporata u mwaqqfa l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) li għamilna referenza għaliha aktar kmieni aħna u niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 65.", "Klawsola 65 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 66 – Emendi għal liġijiet varji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, hawnhekk nirreferi għal dak li qal ġustament l-Onor.", "Jason Azzopardi aktar kmieni fil-laqgħa tal-lum, fejn intervjena wkoll l-Avukat tal-Istat.", "L-Avukat tal-Istat semma li se nemendaw il-klawsola 66 biex żgur ma jkunx hemm kunflitt bejn din il-liġi u liġijiet oħra, senjatament l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373.", "Għaldaqstant nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Klawsola 66 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) il-kliem \"fit-tieni Taqsima tal-iskeda msemmija.\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"fit-Tieni Taqsima tal-Iskeda msemmija:\" u minnufih wara għandu jidħol il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda ebda ħaġa f'dan l-Att ma għandha tiġi interpretata bħala deroga, limitazzjoni jew restrizzjoni ta' xi poter mogħti taħt il-liġijiet inklużi fl-Ewwel Taqsima tal-Iskeda.\"; u", "(b) fl-Iskeda tal-Att li tirreferi għal klaswsola 66, il-kliem \"(Artikolu 66)\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"(Artikoli 35 u 66)\".", "Dr Soler, fl-bidu tal-klawsola 66, kif inhi fl-Abbozz ta' Liġi bħalissa, qed jingħad hekk:", "\"L-Iskeda li tinsab ma' dan l-Att tista' tiġi emendata b'regolamenti magħmula mill-Ministru.\"", "Din is-sentenza mhux qiegħda tiġi emendata bl-emenda li għadni kif ressaqt hux hekk?", "DR CHRIS SOLER: Le, mhux qed tiġi emendata.", "Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet ta' parallel rights tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u l-klawsola 66 hija klawsola transitorja to the extent li hija xi ftit ta' streamlining exercise.", "Għalhekk, din qed tagħti poter lill-Ministru li, b'regolamenti, ibiddel il-liġijiet li jinsabu fl-Iskeda ma' dan l-Att sabiex jassigura propju dak li konna qed ngħidu qabel għaliex jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn tkun applikabbli liġi waħda u kontemporanjament tkun applikabbli liġi oħra wkoll.", "Fil-fatt, naħseb li b'xi mod din hija a saving clause too.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 66 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 66 u l-Iskeda kif emendati.", "Klawsola 66 u l-Iskeda, kif emendati, għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 67 – Emendi għall-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fil-klawsola 67 insibu emendi għall-Ordninanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kap. 101.", "Din hija Ordinanza importanti ħafna fejn jidħol il-kontroll tal-użu u t-traffikar ta' droga f'pajjiżna.", "Dawn l-emendi huma intenzjonati biex jiġi introdott l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi kif ukoll il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi).", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 67.", "Klawsola 67 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 68 – Emendi għall-Att kontra Money Laundering.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 68 qed tagħmel l-istess bħal dak li għadni kif għedt fil-konfront tal-klawsola 67 però fl-Att kontra Money Laundering, Kap. 373.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 68.", "Klawsola 68 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "PERMESS TAL-KUMITAT", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess biex inressaq klawsola ġdida f'dan l-istadju tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li titressaq klawsola Ġdida f'dan l-istadju tal-Kumitat.", "KLAWSOLA ĠDIDA 68A", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 68A għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba skont l-Ordni Permanenti Nru 101.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 68A:", "\"F\" Minnufih wara l-klawsola 68 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Ordnijiet maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att.", "Kwalunkwe ordni ta' sekwestru, ordni ta' iffriżar, ordni ta' investigazzjoni, ordni ta' monitoraġġ, qbid jew xi ordni oħra magħmula fir-rigward ta' xi investigazzjoni ta' reat rilevanti jew għal proċeduri kriminali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att għandu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att jibqa' jkollha effett u tkun regolata bil-liġi li taħtha ġiet maħruġa u ma għandhiex tkun affettwata mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn rimarki?", "DR CHRIS SOLER: Sur President, nixtieq inżid li l-ħsieb wara din il-klawsola ġdida huwa li fil-klawsola 5(4) ta' dan l-Abbozz ta' Liġi hemm provvediment importanti li, fil-fehma tagħna, għandu jkopri l-Abbozz ta' Liġi kollu u mhux it-Taqsima I biss.", "Għaldaqstant qegħdin indaħħlu din il-klawsola ġdida f'din il-parti tal-Abbozz biex dak il-provvediment ikun ikopri t-Taqsimiet kollha.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 68A tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 68A ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 68A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 68A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola Ġdida 68A għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 69 – Tħassir u riżervi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola qiegħda tabolixxi l-leġiżlazzjoni sussidjarja għaliex issa se jkun hemm liġi ad hoc li tirregolaha.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 69.", "Klawsola 69 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 2", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 2.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 2.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"G\" Klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minnufih wara d-definizzjoni \"Direttur\" għandha tidħol id-definizzjoni ġdida li ġejja:", "\" \"kategorija ta' każijiet\" u \"każijiet ta' kwalunkwe kategorija\" ifissru kemm azzjonijiet in personam u kif ukoll azzjonijiet in rem hekk kif provdut taħt dan l-Att;\";", "(b) fis-subklawsola (1) tagħha, id-definizzjoni \"proprjetà\" għandha tiġi sostitwita bid-definizzjoni ġdida li ġejja:", "\" \"proprjetà\" tfisser l-assi kollha ta' kull tip, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, korporali jew inkorporali, u tinkludi kemm assi virtwali u dokumenti legali jew strumenti li juru titolu ta', jew l-interess fi, tali assi u kif ukoll il-patrimonju kollu ta' persuna;\"; u", "(ċ) il-paragrafu (a) tas-subklawsola (2) tagħha għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(2)(a) Fejn hemm provdut f'dan l-Att li azzjoni tista' tiġi istitwita \"mill-Gvern\", tali azzjoni tista' titwettaq mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u mill-Kummissarju tal-Pulizija li jaġixxu jew individwalment jew kollettivament, iżda xejn f'dan is-subartikolu ma għandu jiġi interpretat bħala li jippermetti l-preżentata ta' aktar minn azzjoni waħda fuq l-istess talba minn applikanti differenti.", "L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u l-Kummissarju tal-Pulizija jistgħu jidħlu f'memorandum ta' ftehim bejniethom sabiex jiddeterminaw it-tipi ta' kawżi li għandhom ikunu segwiti minn wieħed jew aktar minn wieħed minnhom.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 2 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 2 kif emendata.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 4", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 4.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 4.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"H\" Fil-klawsola 4 wara l-kelma \"sena (1)\" għandu jiġi miżjud il-kliem \"ħlief meta provdut b'mod ieħor f'Taqsima oħra ta' dan l-Att\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 4 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 5", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 5.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 5.", "Klawsola 5 – Responsabbiltà għal danni ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"I\" Is-subklawsola (4) ta' klawsola 5 għandha tiġi mħassra.", "Sur President, din l-emenda qiegħda ssir biex is-subklawsola 5(4) tiġi mħassra peress li hija t-transitory provision li issa għamilnieha fil-Klawsola Ġdida 68A.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 5 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 5 kif emendata.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 7 (Posposta fil-Laqgħa Nru 37 tal-14 ta' Diċembru 2020)", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Is-subklawsola (4) ta' klawsola 7 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fil-paragrafu (a) tagħha, il-kelma \"inkapaċitata\" għanda tiġi sostitwita bil-kelma \"inabilitata\"; u", "(b) fil-paragrafu (b) tagħha, il-kliem \"jew għamlet kompromess jew arranġament ieħor mal-kredituri tagħha\" għandu jiġi mħassar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 7 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 7 kif emendata.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 9", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 9.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 9.", "Klawsola 9 – Id-Direttorat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"K\" Fis-subklawsola (3) ta' klawsola 9, il-kliem \"minn fost Uffiċjali Pubbliċi Anzjani\" għandu jiġi mħassar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 9 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 9 kif emendata.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 43", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 43.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 43.", "Klawsola 43 – Għan ta' din it-Taqsima u applikabbiltà.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Fis-subklawsola (1) ta' klawsola 43, minflok il-kliem \"permezz ta' konfiska bbażata fuq kundanna\" għandhom jidħlu l-kliem \"permezz ta' konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 43 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 43 kif emendata.", "Klawsola 43, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 45", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 45.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 45.", "Klawsola 45 – Prinċipji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"M\" Fil-paragrafu (b) ta' klawsola 45, minflok il-kliem \"f'konfiska bbażata mhux fuq kundanna\" għandhom jidħlu l-kliem \"f'konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 45 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 45 kif emendata.", "Klawsola 45, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 59", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 59.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 59.", "Klawsola 59 – Nuqqas li tipprovdi informazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"N\" Is-subklawsola (2) ta' klawsola 59 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"(2) Barra minn hekk, fis-sentenza tagħha, il-qorti tista', fuq talba tad-Direttur, tordna lill-persuna misjuba ħatja li tipprovdi l-informazzjoni f'dak it-terminu li tista' tiddetermina fis-sentenza tagħha, u jekk tonqos milli tagħmel dan, il-persuna li tkun hekk ġiet ordnata għandha tkun ħatja ta' reat ulterjuri kontra dan l-Att, u f'każ li tinsab ħatja għandha teħel multa ulterjuri ta' mhux inqas minn ħamsa u għoxrin euro (€25) u ta' mhux aktar minn mitejn u ħamsin euro (€250) għal kull jum li ddum biex tipprovdi l-informazzjoni skont it-termini stabbiliti mill-qorti fl-ordni tagħha.\".", "\"(2) Barra minn hekk, fis-sentenza tagħha, il-qorti tista', fuq talba tad-Direttur, tordna lill-persuna misjuba ħatja li tipprovdi l-informazzjoni f'dak it-terminu li tista' tiddetermina fis-sentenza tagħha, u jekk tonqos milli tagħmel dan, il-persuna li tkun hekk ġiet ordnata għandha tkun ħatja ta' reat ulterjuri kontra dan l-Att, u f'każ li tinsab ħatja għandha teħel multa ulterjuri ta' mhux inqas minn ħamsa u għoxrin euro (€25) u ta' mhux aktar minn mitejn u ħamsin euro (€250) għal kull jum li ddum biex tipprovdi l-informazzjoni skont it-termini stabbiliti mill-qorti fl-ordni tagħha.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 59 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 59 kif emendata.", "Klawsola 59, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 64", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess sabiex terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 64.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 64.", "Klawsola 64 – Emenda għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"O\" Fis-subartikolu (7A) tal-artikolu 36 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, kif miżjud bi klawsola 64, minflok il-kliem \"għall-konfiska bbażata il-kundanna mhux ibbażata fuq assi\" għandhom jidħlu l-kliem \"għall-konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna ta' assi\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 64 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"O\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 64 kif emendata.", "Klawsola 64, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 17 (Posposta fil-Laqgħa Nru 37 tal-14 ta' Diċembru 2020)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"P\" Klawsola 17 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Prosekuzzjoni għandha tinforma lill-Uffiċċju.", "Meta persuna tkun mixlija quddiem Qorti ta' Ġuriżdizzjoni Kriminali f'Malta, b'reat rilevanti:", "(a) illi għandu dimensjoni ekonomika, finanzjarja, monetarja u/jew pekunjarja;", "(b) fejn allegatament jissussisti rikavat mill-kriminalità; jew", "(ċ) li hu marbut inseparabbilment ma' dak provdut fil-paragrafu (b),", "għandu jkun id-dmir tal-uffiċjal prosekutur li jinforma lill-Uffiċċju, malajr kemm jista' jkun u f'kull każ mhux aktar tard mill-iskadenza ta' ġimgħa (1) minn meta dik il-persuna tkun ġiet akkużata, u biex iżżomm lill-Uffiċċju mgħarraf bil-progress tal-proċeduri kontra tali persuna, partikolarment dwar kull kundanna jew ħelsien u dwar kull appell u r-riżultat tiegħu.\".", "Sur President, l-iskop tal-klawsola 17, hekk kif se tiġi sostitwita, huwa li jekk il-Pulizija Eżekuttiva jkollha każ li jkun wieħed mir-reati li gradwalment qed jgħaddu għand l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex ikun hemm prosekuzzjoni, ikun hemm affjatament u koordinament mad-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi biex dan ikun jista' jagħmel ir-rikorsi u t-talbiet li jkun hemm bżonn quddiem il-qorti ta' kompetenza kriminali in konessjoni mal-assi tal-persuna akkużata.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 17 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"P\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 17 kif emendata.", "Klawsola 17, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 18 (Posposta fil-Laqgħa Nru 37 tal-14 ta' Diċembru 2020)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"Q\" Klawsola 18 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Prosekuzzjoni biex tikkoordina mal-Uffiċċju għall-ħruġ ta' ordnijiet taħt dan l-Att.", "Għandu jkun id-dmir tal-uffiċjal prosekutur f'kull każ fejn persuna tkun ġiet mixlija b'reat rilevanti notifikat lill-Uffiċċju skont kif provdut fl-artikolu 17, li jagħti lill-Uffiċċju l-informazzjoni kollha meħtieġa u li tista' tkun meħtieġa biex jiddetermina jekk dik il-persuna bbenefikatx minn rikavat mill-kriminalità u biex jiddetermina jekk hemmx bżonn li tittieħed xi miżura taħt dan l-Att fir-rigward ta' dik il-persuna jew il-proprjetà tagħha.\".", "Sur President, bħal fil-klawsola preċedenti, hawnhekk qed ngħidu li jekk hemm bżonn joħorġu xi ordnijiet ulterjuri, jew jibdew joħorġu ordnijiet kontra l-persuna akkużata, għandu jkun hemm koordinazzjoni mad-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi biex dan ikun jista' jaqdi dmiru bl-aktar mod effikaċi possibbli.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"Q\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 18 kif emendata.", "Klawsola 18, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"R\" Fit-Titolu, minflok il-kliem \"għall-konfiska bbażata fuq il-kundanna mhux ibbażata fuq kundanna\" għandhom jidħlu l-kliem \"għall-konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna\".", "\"R\" In the Maltese version of the Title, for the words \"għall-konfiska bbażata fuq il-kundanna mhux ibbażata fuq kundanna\" there shall be substituted the words \"għall-konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għat-Titolu kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"R\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija t-Titolu kif emendat.", "It-Titolu, kif emendat, għadda nem. con. u kien ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nirringrazzjak u nirringrazzja lill-Onor.", "Membri li kienu preżenti għal-laqgħat ta' dan il-Kumitat dwar din il-liġi li lil hinn mill-klawsoli, hija breakthrough fid-dritt tagħna.", "Din il-liġi tintroduċi għall-ewwel darba konċetti importanti fil-ġlieda li ma tispiċċa qatt kontra l-kriminalità l-aktar organizzata.", "Għaldaqstant nirringrazzja lill-Oppożizzjoni tal-koperazzjoni li wriet biex ikollna Abbozz ta' Liġi ferm aħjar, u nirringrazzja b'mod partikolari lill-Onor.", "Jason Azzopardi u lill-Onor.", "Claudio Grech għall-koperazzjoni tagħhom.", "Nirringrazzja wkoll lill-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi u lill-Onor.", "Deo Debattista ta' dan ix-xogħol.", "Finalment nirringrazzja lill-Avukat tal-Istat u lill-assistent tiegħu, lill-istaff tiegħek u lill-persuni mill-Ministeru li ħadmu fuq din il-liġi.", "Fiċ-ċirkostanzi rnexxielna noħorġu b'Abbozz ta' Liġi aħjar milli bdejna bih.", "Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għall-identifikazzjoni, it-traċċar, l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat mill-kriminalità, inkluż proprjetà li tiġi minn money laundering, dħul u benefiċċji oħra li ġejjin minn rikavat miżmuma minn akkużati kriminali, proprjetà li hija r-rikavat ta', jew li ntużat fi, jew intenzjonata jew allokata għall-użu ta' finanzjar ta' terroriżmu, atti terroristiċi jew organizzazzjonijiet terroristiċi, għat-twaqqif tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi bħala korp, indipendenti mill-Gvern, għall-iskop imsemmi, għall-konfiska bbażata fuq nuqqas ta' kundanna ta' rikavat mill-kriminalità u kwistjonijiet oħra konsegwenzjali jew anċillari għalihom\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Fis-6.40 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210112_039d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 73", "L-Erbgħa, 13 ta' Jannar, 2021 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Jannar, 2021 fis-2:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Kontinwazzjoni tal-eżami tar-Rapport tal-Awditur Generali intitolat \"An Investigation of Matters Relating to the Contracts awarded to Electrogas Malta Ltd. by Enemalta Corporation\" – Preżentazzjoni ġenerali mill-Awditur Ġenerali dwar ir-rapport u l-konklużjonijiet tiegħu.", "6 ta' Jannar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210113_073a_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 73", "L-Erbgħa, 13 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 73", "L-Erbgħa, 13 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:03 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 72, li saret fid-9 ta' Diċembru 2020, ġew konfermati.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, arising mill-Minuti nixtieq infakkar li kien hemm commitment min-naħa tal-Oppożizzjoni biex tkun ippreżentata quddiem dan il-Kumitat lista tax-xhieda li beħsiebha tressaq.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Onor. Bedingfield, jien qed nifhem li llum, ir-rappreżentant tal-Awditur Ġenerali, se jispiċċa l-general overview li kien beda fil-laqgħa preċedenti.", "Issa aħna konna għamilna commitment li jekk illum inlestu din il-general overview, wara s-seduta tal-lum, l-Oppożizzjoni tkun tista' tagħti l-lista tax-xhieda li se jintalbu jitilgħu jixhdu.", "Fil-fatt, fis-seduta li għaddiet konna tlabna lista ta' persuni li kien ikkonsulta magħhom l-Awditur, u allura issa qegħdin f'pożizzjoni li nindikaw l-ismijiet tal-maġġor parti tax-xhieda li se jkollna bżonn.", "Jien nipproponi li nkomplu bil-general overview li kien qed jagħmel ir-rappreżentant tal-Awditur, imbagħad we take it up from there.", "Però, iva, huwa fil-ħsieb tagħna li jkun hemm indikazzjoni tax-xhieda li beħsiebna ntellgħu quddiem il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Infakkar lill-Membri tal-Kumitat li konna rċevejna mingħand l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali l-informazzjoni kollha li ntalbet waqt l-aħħar laqgħa.", "Irrid ngħid ukoll li s-Segretarja ta' dan il-Kumitat kienet irċeviet talba mingħand l-Onor.", "Karol Aquilina sabiex min-naħa tagħha titlob lill-Awditur Ġenerali jipproduċi l-kuntratti li ssir riferenza għalihom fir-rapport.", "Dik it-talba kienet ġiet ikkomunikata lis-Sur Deguara u, sa fejn naf jien, l-aħħar risposta li għandna mingħandu hija li qed jieħu nota ta' din ir-rikjesta.", "Jiġifieri sal-lum, dak li ntalab mill-Onor.", "Aquilina għadu ma ġiex ipprovdut.", "Nitlob lill-Awditur Ġenerali u lill-uffiċjali li għandu jakkumpanjawh sabiex jersqu fuq il-Mejda.", "Is-Sur Charles Deguara, is-Sur Noel Camilleri u s-Sur Keith Mercieca, Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali u Assistent Awditur Ġenerali, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Fil-fatt, dan huwa punt importanti ħafna.", "Irrid ngħid li minn dejjem kienet il-prassi fl-Uffiċċju tagħna – u dan il-punt kemm-il darba għamiltu quddiem il-qorti u anke ġie aċċettat mill-qorti – li nsostnu li kull ftehim jiġi għandna għal skrutinju u li aħna m'aħniex l-owners ta' dak il-ftehim, imma huwa l-Ministeru partikolari li huwa l-owner.", "F'dan il-kuntest aħna dejjem sostnejna – jien ili n-National Audit Office (NAO) 12-il sena u dejjem niftakar li sar hekk – li jekk dan il-Kumitat, għal skop ta' skrutinju, ikollu bżonn ftehim, dan għandu jiġi mingħand il-Ministeru rispettiv, għax kif diġà għedt, il-ftehim ikun qiegħed fil-pussess tagħna għax kellna bżonnu għax-xogħol tagħna u mhux għax aħna l-owners tiegħu.", "Aħna nibżgħu li jekk dawn it-tip ta' agreements li jiġu għandna nibdew nagħtuhom lil third parties, sew jekk ikun il-Parlament u anke jekk tkun il-qorti, jibda jkun hemm eżitazzjoni min-naħa ta' ċerti Ministeri – u dan l-argument għamiltu wkoll quddiem il-qorti –…", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta tgħid li għamiltu quddiem il-qorti, jiġifieri kien hemm xi każ partikolari?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kien hemm kawża fejn ġejt mitlub biex nippreżenta agreement uffiċjali, u jien għamilt dan il-punt u l-qorti aċċettatu u, fil-fatt, dak l-agreement imbagħad ġabuh mingħand il-Ministeru konċernat.", "Għax dak l-agreement mhuwiex tagħna, ikun qiegħed għandna biss… Dan bħal meta audit firm ikollha dokument ta' entità oħra li tkun qed tagħmel l-audit tagħha.", "Jien naħseb illi kieku dawn id-dokumenti ma nużawhomx biss għax-xogħol tagħna, għada pitgħada jkun hemm ċerta eżitazzjoni minn ċerti Ministeri biex jagħtuna dawk id-dokumenti.", "Din hija l-proċedura li dejjem intużat mill-Uffiċċju tagħna, jiġifieri mhijiex xi ħaġa li bdiet issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri hemm punt deċiż mill-qorti fuq din il-materja?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien ġibt eżempju fejn ftit ilu kont imressaq bħala xhud f'kawża pendenti, fuq il-każ tal-Vitals, u l-imħallef talabni nippreżenta dan ir-rapport u aħna konna għedna, wara li ddiskutejna anke mal-avukat tagħna, li jekk il-qorti kellha bżonn dak l-agreement kellha titolbu lill-Ministeru fejn kien ġie ffirmat, li finalment huwa l-owner tiegħu, u dan il-punt kien ġie aċċettat mill-qorti.", "Ninsab infurmat li eventwalment id-dokument inġab mingħand il-Ministeru konċernat, kif naħseb li għandu jkun.", "KAROL AQUILINA: Jien nifhem il-punt tal-Uffiċċju tiegħek li intom m'intomx is-sidien ta' dak id-dokument imma qiegħed fil-pussess tagħkom, però tridu tifhmu wkoll li aħna qed nagħmlu analiżi ta' dak li qed tagħmlu intom u allura jekk intom ibbażajtu ruħkom fuq xi ħaġa, naħseb li dan il-Kumitat għandu jkollu… Però naħseb li din il-kwestjoni nistgħu nissorvolawha faċilment għax preżenti hawn is-Sur Alfred Camilleri, li huwa s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru konċernat, u jekk forsi jista' jersaq 'il quddiem u jikkonfermalna li se jġibilna d-dokumenti, inkunu nistgħu nifhmu ftit aħjar dak li qed tispjegaw.", "GLENN BEDINGFIELD: Mr Chairman, bir-rispett kollu lejn il-kollega, l-Awditur Ġenerali għandu r-raġunijiet tiegħu, u naħseb li anke b'rispett lejn id-deċiżjoni tal-qorti, tali rikjesta għandha ssir through ċ-channels proprji tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Kieku jagħtina l-kuntratt noqogħdu naraw il-kuntratt, ma jkollniex għalfejn inġibu r-rappreżentanti tal-Awditur biex noqogħdu nagħmlulhom...", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, ma jien qed ngħid xejn differenti minn dak li qed tgħid inti.", "Jien qed ngħid li qed nifhem il-punt tal-Awditur Ġenerali u tal-Uffiċċju tiegħu, u allura ladarba dik hija l-pożizzjoni, u m'iniex qed nikkontestaha, hawn preżenti s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, li żgur huwa s-sid ta' dawn id-dokumenti għax ħafna minnhom ġew mingħandu…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma naħsibx.", "KAROL AQUILINA: Jew mill-Ministeru responsabbli mill-enerġija.", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu, l-affarijiet ma jsirux b'mod fejn qisna qegħdin ġo pjazza, u għax ikun hawn uffiċjal pubbliku preżenti naqbdu u nitolbuh l-affarijiet!", "Hemm talba għal xi dokumenti, iktbu, segwu l-proċedura normali, u araw min hu l-owner għax, sa fejn naf jien, il-Ministeru għall-Finanzi mhuwiex l-owner ta' dawn id-dokumenti.", "Jien jidhirli li dan il-kuntratt ġie ffirmat bejn Enemalta u r-rappreżentanti tal-kumpanija ElectroGas u allura naħseb li għandkom tiktbu lil Enemalta.", "Allura jekk se jkun hawn xi ħadd minn Enemalta preżenti se nitolbuh ir-rapport dak il-ħin?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, jien naħseb li huwa minn ewl id-dinja li sabiex dan il-Kumitat ikun jista' jagħmel l-iskrutinju tar-rapport u ta' dak li huwa ttrattat fir-rapport, ikun aħjar jekk ikollna aċċess għal x'wassal għal dak ir-rapport.", "U dak li wassal għal dak ir-rapport huwa l-kuntratti li ġew iffirmati.", "Jien m'għandi ebda dubju li l-Kumitat, nispera li kollha kemm aħna, nixtiequ nkunu armati kemm nistgħu, b'mod metaforiku, biex meta nagħmlu l-analiżi, il-mistoqsijiet u l-ġudizzju tagħna, ikollna fuq xiex nagħmlu dan.", "Naħseb li hemm qbil f'dan il-Kumitat li huwa fl-interess tal-funzjoni tajba tiegħu stess li jkollna aċċess għal dawn il-kuntratti.", "Illum l-Awditur Ġenerali qed jgħid li l-pożizzjoni tiegħu hija li jaħseb li m'għandux ikun hu li jipprovdi kopja ta' dawn il-kuntratti.", "U l-proposta tiegħi għal-lum hija li mmexxu bis-seduta tal-lum u meta jkollna quddiemna rappreżentanti mill-Ministeri li huma s-sidien ta' dawn il-kuntratti, inkunu nistgħu niddeċiedu.", "KAROL AQUILINA: Però jien qed nifhem li hawn qbil f'dan il-Kumitat li dawn il-kuntratti għandhom jiġu quddiem dan il-Kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-qbil li hawn huwa fuq li ssir talba għalihom.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed ngħidu li għandu jkollna dawn il-kuntratti.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk l-uffiċjali ta' Enemalta jridu jippubblikawhom m'għandniex ikollna problema, imma jekk ma jridux jippubblikawhom, hija affari tagħhom.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed naqblu li dan il-Kumitat uffiċjalment qed jitlob kopja ta' dawn il-kuntratti.", "GLENN BEDINGFIELD: Agħmlu t-talba tagħkom.", "Jien, f'isem il-Gvern, qed ngħid li ġaladarba dan il-kuntratt kien skrutiniżżat min-naħa tal-Awditur Ġenerali, u għandna l-Awditur Ġenerali hawnhekk biex jispjega fuqu, jien noqgħod fuq dak li qal l-Awditur Ġenerali.", "Issa jekk intom, bħala Oppożizzjoni, tridu titolbu kopja, agħmlu t-talba tagħkom, però mhux f'isem il-Kumitat għax inkella l-Awditur Ġenerali nkunu tajnih ix-xogħol għalxejn u jkun qiegħed hawnhekk għalxejn.", "KAROL AQUILINA: Aħna rridu kopja tal-kuntratti proprju biex nifhmu aħjar dak li qed jgħid l-Awditur Ġenerali.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Awditur Ġenerali skrutiniżża b'mod professjonali u kif kellu jkun dan il-kuntratt u issa qiegħed hawnhekk sabiex inkunu nistgħu nitkellmu miegħu bħala l-Uffiċċju li għamel skrutinju ta' dan.", "Issa jekk intom m'għandkomx fiduċja fix-xogħol tiegħu u tridu taraw il-kuntratt intom, allura dik hija…", "Tpoġġix kliem f'ħalqi.", "GLENN BEDINGFIELD: Għalija, li jkollok l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali li qed jagħtik overview tal-findings li għamel u ta' dak kollu li sab, bit-tajjeb u l-ħażin – dwar dak noqogħdu fuq l-opinjoni tiegħu –… Issa jekk intom tridu tieħdu x-xogħol tal-Awditur Ġenerali u tagħmluh intom, agħmlu intom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, li qed titlob l-Oppożizzjoni huwa biex tkun qed tagħmel l-eżami… Aħna nistgħu naqblu f'kollox mal-Awditur, u nistgħu nkunu rridu niċċaraw xi affarijiet mal-Awditur, u jista' jkun li biex nagħmlu dawk il-kjarifiki jkollna bżonn aċċess għal ċerta dokumentazzjoni.", "Għalhekk, li qed nipproponi huwa li ssir it-talba, li anke tiġi minuted b'mod formali…", "GLENN BEDINGFIELD: It-talba għandha ssir mill-Oppożizzjoni.", "Onor. Aquilina, agħmel it-talba tiegħek.", "KAROL AQUILINA: F'isem l-Oppożizzjoni qiegħed nitlob sabiex, skont dak li ġie indikat waqt l-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat, il-Ministeru responsabbli u Enemalta jipprovdu lill-Membri ta' dan l-istess Kumitat kopja mhux iċċensurata tal-kuntratti kollha li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika analizza bħala parti mill-investigazzjoni tiegħu li wasslet għar-rapport intitolat \"An Investigation of Matters Relating to the Contracts awarded to ElectroGas Malta Ltd. by Enemalta Corporation\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, għandek xi ħaġa xi żżid jew inkella trid tesprimi qbil ma' din it-talba?", "GLENN BEDINGFIELD: Kif għedtilkom, l-Oppożizzjoni għandha kull dritt li titlob għad-dokumentazzjoni kollha li jidhrilha, imbagħad jiddeċiedi l-owner tad-dokumenti x'jagħmel.", "KAROL AQUILINA: Imma taqblu mat-talba jew le?", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk naqbel li nġib il-kuntratt biex noqgħod narah u niskrutiniżżah allura nkun qed ngħid li qed nieħdu x-xogħol tal-Awditur Ġenerali.", "Aħna hawnhekk għandna lill-Awditur Ġenerali…", "RYAN CALLUS: Jiġifieri ma taqbilx.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed naqbel li l-Oppożizzjoni tagħmel it-talba tagħha.", "X'qed tistenna li ngħidlek iktar minn hekk?", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Mhijiex kwestjoni ta' qbil u mhux qbil.", "L-Oppożizzjoni għamlet it-talba tagħha.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri trid sound clip fejn ngħidlek li ma naqbilx?", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk jew se niġu biex naħdmu jew se niġu biex nagħmlu s-sound clips!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, fuq livell proċedurali ta' kif jistgħu jiżvolġu l-affarijiet f'dan il-Kumitat, naħseb li jagħmel differenza jekk ikunx hemm qbil jew le min-naħa tal-Gvern, l-ewwel nett għax naħseb li jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-Gvern li Ministru tal-istess Gvern jipproduċi kuntratt, allura nifhem li l-Ministru tal-Gvern lest li jagħti lir-rappreżentanti tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni aċċess għal dawn id-dokumenti, u t-tieni, jekk ikun hemm iċ-ċaħda min-naħa tal-Gvern, u fi stadju ulterjuri anke ċaħda min-naħa tal-Ministeru, allura nistgħu nerġgħu lura għas-sitwazzjoni fejn konna għaxar minuti ilu fejn immorru għand l-Awditur Ġenerali u ngħidulu: Sur Awditur Ġenerali, aħna fhimna l-pożizzjoni tiegħek però aħna ma nistgħux nagħmlu dak li għamlet il-qorti għax fil-każ li semmejt int il-qorti ordnat lill-Ministru jipproduċi dak il-kuntratt.", "KAROL AQUILINA: Apparti li hemm id-differenza li l-Awditur Ġenerali huwa uffiċjal tal-Parlament għax huwa parti mill-istituzzjoni, però mhuwiex uffiċjal tal-qorti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri jekk il-pożizzjoni ma tiġix żblukkata, allura jista' jkun li l-istatement li għamel l-Awditur Ġenerali jerġa' jiġi for revision at a later stage.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Nixtieq nagħmel kjarifika biex kollox ikun above board.", "Din il-pożizzjoni mhijiex il-pożizzjoni tal-Awditur Ġenerali, jew ta' Charles Deguara li qam filgħodu u ħaseb hekk, imma hija pożizzjoni ta' prattika li ttieħdet dejjem, hija sostnuta mill-uffiċċju tagħna, maqbula bejnietna, u għandha l-backing tal-avukat tagħna.", "Jiġifieri mhijiex biss pożizzjoni tiegħi personali imma hija pożizzjoni ta' uffiċċju meħuda over the years.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, jien qed nifhem li istanza identika għal dik li għandna llum, ċioè talba lill-Awditur Ġenerali mill-Public Accounts Committee (PAC) biex jipproduċi dokument mitlub, ma kienx hemm.", "Int semmejtilna każ li kellek il-qorti.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jidhirli, imma ma nafx off hand, li fil-passat kien hemm talbiet bħal dawn lill-Awditur Ġenerali ta' dak iż-żmien, u kien hemm anke rulings.", "Kien hemm xi ħamsa żgur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien dħalt fir-rulings u naħseb li…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien dejjem sostnejt li l-uffiċċju tagħna qiegħed hawnhekk biex jagħtikom servizz.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, jekk tgħidli li hemm ruling \"123\" fejn il-każ trattat huwa identiku għal dak li għandna llum, allura nkun lest nikkonsultah u noqgħod fuqu.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Identiku qatt ma jkun għax kull każ huwa differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mir-riċerka li għamilt jien, mir-riżorsi limitati li għandi, sibt li kien hemm istanzi fejn intalbu dokumenti lil ministeri minn dan il-Kumitat, b'mod partikolari fil-każ ta' Henley & Partners…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma ntalbu lill-ministeru.", "Dak hu proprju l-punt tiegħi.", "GLENN BEDINGFIELD: Ġaladarba saret dik it-talba min-naħa tal-Oppożizzjoni, allura m'għandniex għalfejn nibqgħu nisimgħu lill-uffiċjali tal-NAO u għalhekk qed nipproponi li nissospendu sakemm ikun hemm deċiżjoni, għax huwa inutli li se noqogħdu nisimgħu lill-uffiċjali tal-NAO jagħtuna l-opinjoni tagħhom meta l-Oppożizzjoni qed titlob li jkun hemm…", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur): Fl-opinjoni tiegħi, l-Oppożizzjoni is questioning il-ġudizzju tal-NAO u qed tmur kontra l-opinjoni tiegħu.", "CLAYTON BARTOLO: Hekk qegħdin tagħmlu!", "Qegħdin tiddubitaw il-ġudizzju tal-NAO.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, Ministru.", "Naħseb li din hija s-soundbite li trid inti!", "RYAN CALLUS: Ma fhimt xejn mit-talba tagħna.", "CLAYTON BARTOLO: Ibqa' ċert li fhimt iżjed milli qegħdin tgħidu!", "RYAN CALLUS: X'għandek x'taħbi?", "CLAYTON BARTOLO: Xejn mhemm x'naħbu.", "RYAN CALLUS: Mela ppubblikawhom!", "CLAYTON BARTOLO: Allura l-Awditur Ġenerali għandu x'jaħbi wkoll għax ma ppubblikahomx?", "Hekk qed tgħid inti!", "RYAN CALLUS: Iddaħħalx lill-Awditur Ġenerali f'kontroversja politika.", "CLAYTON BARTOLO: Intom daħħaltuh lill-Awditur Ġenerali.", "Aħna nirrispettaw lill-Awditur Ġenerali u nirrispettaw il-ġudizzju tiegħu.", "RYAN CALLUS: Jekk m'għandkomx x'taħbu ppubblikawhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna tant nirrispettawh lill-Awditur li rridu noqogħdu fuq il-kelma tiegħu, però ġaladarba intom qegħdin titolbu kopja tal-kuntratt u se tanalizzaw il-kuntratt – u bla dubju li fl-għerf tagħkom se tanalizzawh aħjar milli analizzawh l-NAO – allura m'għandniex għalfejn nisimgħu lill-uffiċjali tal-NAO.", "Mela nistgħu nissospendu dan il-Kumitat sakemm ikun hemm id-deċiżjoni ta' jekk dan il-kuntratt għandux ikunx ippubblikat jew le.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nipproponi li dan il-Kumitat – m'iniex qed ngħid li hija talba tal-Oppożizzjoni diretta lill-Ministeru jew lil Enemalta – jirriżolvi li jintalbu dawn il-kuntratti mill-Ministeru u minn Enemalta u li jipproduċuhom hawnhekk biex dan il-Kumitat ikun jsita' jifli l-kuntratti fid-dawl ta' dak li qal l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu.", "Dik hija t-talba li qed nagħmel formalment.", "Issa jekk in-naħa tal-Gvern ma jridux, jivvutaw kontra u nipproċedu minn hemm.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'iniex qed naqbel mal-proposta li qed jagħmel l-Onor.", "Ġaladarba hawnhekk għandna lill-uffiċjali tal-NAO, nistgħu nisimgħu lilhom, u jekk l-Oppożizzjoni trid tkompli bit-talba tagħha, u mhux ta' dan il-Kumitat, lill-Ministeru u lil Enemalta, allura għandna nissospendu s-smigħ sakemm ikun hemm deċiżjoni dwar it-talba.", "KAROL AQUILINA: Le, jaħasra!", "Jien ipproponejt xi ħaġa f'dan il-Kumitat.", "Ejjew nimxu mal-proċedura, u jekk hemm bżonn nieħdu vot.", "M'għandix diffikultà li nieħdu vot, mhijiex se tkun l-ewwel darba u lanqas se tkun l-aħħar darba.", "Hemm talba ċara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk it-talbiet isiru mill-Kumitat.", "Hawn proposta ta' Membru ta' dan il-Kumitat biex il-Kumitat jagħmel talba sabiex jiġu prodotti quddiem il-PAC il-kuntratti li għalihom saret riferenza fir-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "Jien se npoġġi din it-talba għall-vot.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma nistax nivvota favur talba li timmina x-xogħol tal-Awditur Ġenerali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn talba biex jiġu prodotti l-kuntratti relatati mal-kuntratt ta' ElectroGas, u allura se npoġġiha għall-vot.", "Jekk m'hemmx qbil f'dan il-Kumitat biex dawn il-kuntratti jiġu prodotti, allura tkun qed titwettaq ir-rieda tal-maġġoranza, li f'dan il-każ hija n-naħa tal-Gvern, jekk ikun hemm qbil mal-proposta tal-Oppożizzjoni jkun hemm vot unanimu, u jekk hemm min jaqbel min-naħa tal-Gvern u min ma jaqbilx, imbagħad naraw kif jiġi l-vot.", "Jekk in-naħa tal-Gvern tivvota kontra allura nbaxxu rasna, però naħseb li rridu niżblukkaw b'xi mod.", "Hawn proposta minn Membru ta' dan il-Kumitat, seta' kien min kien, biex issir talba biex jiġu prodotti dawn il-kuntratti – jipproduċuhomx jew le is another matter – u għalhekk ejjew naraw jekk naqblux fuq it-talba.", "Għax aħna talba nistgħu nagħmlu, ma nistgħux immorru naqbduhom minn għonqhom u nġibuhom aħna!", "Hawn qbil f'dan il-Kumitat li ssir talba biex jiġu prodotti dawn il-kuntratti?", "Iva jew le.", "ALEX MUSCAT: Sur President, aħna qed nifhmu r-raġunament li qed tagħmel in-naħa tal-Oppożizzjoni, mingħajr forsi m'intom tgħiduh b'mod ċar, li huwa li trid tagħmel audit fuq l-Awditur Ġenerali…", "KAROL AQUILINA: Se jkolli noġġezzjona.", "Jekk se tkomplu għaddejjin b'din se jkolli nitlob ruling mingħand l-Ispeaker.", "Huwa assolutament inaċċettabbli li meta Deputat jagħmel talba tattribwixxulu intenzjoni ħażina.", "Dan huwa kontra l-Ordnijiet Permanenti u ma tistgħux tagħmluh.", "ALEX MUSCAT: Jien qed nifhem li l-Membri tal-Oppożizzjoni fi ħdan il-PAC jixtiequ jagħmlu audit huma tal-kuntratti u ta' dak li ntalab jagħmel l-Awditur Ġenerali.", "Allura se mai, it-talba hija tal-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Minn dak li qed tgħidu intom stess, jien qed nifhem li l-Membri tal-Oppożizzjoni fi ħdan il-PAC għandhom ir-riżervi fuq kif ġew interpretati dawk l-istess kuntratti li qed taċċennaw għalihom u allura qed tagħmlu t-talba – li għandkom kull dritt tagħmlu –…", "KAROL AQUILINA: Se jkolli nwaqqfek għax qed tattribwixxi intenzjonijiet ħżiena lil Membru ta' dan il-Kumitat.", "Ma tistax tagħmilha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, it-talba...", "ALEX MUSCAT: Qed nifhmuha aħna.", "Ħalli we reword it f'dan is-sens…", "IĊ-CHAIRPERSON: Le.", "It-talba hija ċara ħafna.", "Hawn talba minn Membru ta' dan il-Kumitat biex jiġu prodotti dawn il-kuntratti.", "ALEX MUSCAT: Aħna fhimniha t-talba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela ngħaddu għall-vot.", "GLENN BEDINGFIELD: Minflok tridu tagħmlu talba bħala Oppożizzjoni, tridu tagħmlu talba bħala Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax il-Kumitat irid jagħmilha.", "GLENN BEDINGFIELD: L-ewwel darba li kontu hawnhekk imbagħad tmorru fil-Plenarja u tagħmlu mistoqsija parlamentari?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan il-Kumitat ma joperax bi Gvern u Oppożizzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna qed ngħidu li ġaladarba għandna lill-uffiċjali tal-NAO li skrutiniżżaw dan ir-rapport noqogħdu fuq dak li qegħdin jgħidu huma.", "Jekk intom għandkom xi dubji allura…", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela ma ntellgħux xhieda u ma ntellgħu lil ħadd!", "GLENN BEDINGFIELD: Dak arawh intom għax is-suġġett huwa magħżul minnkom.", "Li qed ngħid jien huwa li ma nistax nivvota favur proposta li minnha nnifisha qed tiddubita… M'iniex qed nattribwixxilek affarijiet, imma jien hekk qed nifhimha; jista' jkun li qed nifhimha ħażin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, inti kważi avukat bħali...", "IĊ-CHAIRPERSON: ...u taf li meta tagħmel mistoqsija tkun qed titlob informazzjoni ulterjuri biex tiċċara, tifhem, jew telabora fuq xi ħaġa paritkolari.", "Jien naħseb li d-diskussjoni hija eżawrita.", "Hawn talba…", "ONOR.L ALEX MUSCAT: Sur President, il-punt huwa wieħed ta' prinċipju.", "Jidher ċar li mill-eżerċizzju li għamel l-NAO hemm areas fejn m'intomx fi qbil u għandkom id-dubji tagħkom dwarhom, u għandkom kull dritt li tħossu hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nista' nassigurak li r-rapport tal-Awditur jitfa' ħafna, ħafna, ħafna dawl… (Interruzzjonijiet)", "ALEX MUSCAT: Dawk il-mistoqsijiet jistgħu jsiru lill-Awditur Ġenerali.", "Intom tixtiequ taraw il-kuntratti kollha biex taraw jekk il-konklużjoni tal-Awditur, fl-opinjoni tagħkom, hijiex tajba jew le.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Jekk Alla jrid, meta pereżempju jkollna lil Konrad Mizzi hawnhekk biex jixhed, jien se nistaqsih fuq affarijiet li kkummenta dwarhom l-Awditur Ġenerali u se nistaqsih ukoll għalfejn ċerta informazzjoni ma waslitx għand l-Awditur.", "GLENN BEDINGFIELD: Għalhekk għandek ir-rapport tal-Awditur.", "Għandek ir-rapport tal-Awditur u oqgħod fuqu.", "IĊ-CHAIRPERSON: U jien se nistaqsi lir-rappreżentanti ta' Enemalta għalfejn l-Awditur jikkummenta u jgħid li ċerta informazzjoni, għalkemm saru talbiet biex tingħata, baqgħet ma ngħatatx.", "Allura mhux ovvju li wara li jien nanalizza rapport, nistaqsi u nimrah biex nifhem eżattament x'ġara u ma ġarax!", "Jiġifieri fejn ma wasalx l-Awditur, irrid nasal jien.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri qed tesprimi dubji fuq ix-xogħol tal-Awditur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, jien qed ngħid....", "GLENN BEDINGFIELD: Qed tgħid li fejn ma wasalx l-Awditur...", "IĊ-CHAIRPERSON: Pereżempju l-Awditur jagħmilha ċara li kien hemm istanzi fejn informazzjoni mitluba was not forthcoming, or was not well documented, or was not well audited.", "U allura jien irrid nistaqsi lil \"Mr X\" x'ġara.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, meta jkun hawn \"Mr X\" staqsih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura b'daqshekk qed niddubita lill-Awditur!?", "GLENN BEDINGFIELD: Meta jkun hawn \"Mr X\", li qed tirriferi għalih, staqsih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-argument hu li jien m'iniex qed niddubita lill-Awditur.", "Naħseb li d-diskussjoni hija eżawrita u se npoġġi t-talba tal-Onor.", "Aquilina għall-vot.", "Dawk li huma favur it-talba?", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, aħna ma nistgħu qatt...", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-każ astjeni.", "Jien, bħala President ta' dan il-Kumitat, għandi talba...", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, aħna ma nistgħu qatt niġu interpretati li qegħdin inpoġġu dubju fuq ix-xogħol tal-NAO.", "(Interruzzjonijiet) Bl-aġir tiegħek hekk qed tagħmel!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk tħoss li jekk tieħu xi vot tkun qed tpoġġi xi intenzjonijiet ħżiena fuq l-Awditur, imbagħad spjega.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, bl-iktar rispett lejk, inti qed iġġib lil dan il-Kumitat f'sitwazzjoni fejn qed jiddubita x-xogħol u l-judgement tal-NAO.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għandi talba minn Membru ta' dan il-Kumitat...", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, jiġifieri inti hemmhekk trid teħodna; li dan il-Kumitat jesprimi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex inkun onest, jien ħsibt li se taqblu miegħi, però la ma qbiltux...", "CLAYTON BARTOLO: Se niddubita x-xogħol jew il-judgement tal-NAO!?", "KAROL AQUILINA: Onor. Bartolo, il-judgement tal-Awditur Ġenerali dwar il-proġett tal-power station mhuwiex pożittiv, anzi huwa wieħed negattiv ħafna.", "CLAYTON BARTOLO: Imma dak fl-opinjoni tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Mhux ċertifikat li ddendlu...", "CLAYTON BARTOLO: Imma dik hija opinjoni tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kapolavur!", "CLAYTON BARTOLO: Hija opinjoni tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: U hija opinjoni ta' kulħadd, anke tagħkom.", "ALEX MUSCAT: L-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija differenti.", "KAROL AQUILINA: Li dħaktu biha u m'urejtuhiex l-affarijiet, kif jirriżulta llum il-ġurnata!", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, aħna se nipproponu emenda għat-talba tal-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, l-ewwel… (Interruzzjonijiet)", "ALEX MUSCAT: Dażgur li nistgħu!", "Diġà kien hemm rulings dwar dan.", "Sur President, jien kont Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp għal tliet snin...", "KAROL AQUILINA: Suċċess għamilt!", "ALEX MUSCAT: ...u naf li ngħataw żewġ rulings mill-Ispeaker f'dan is-sens fejn issir talba u wara jkun hemm emenda.", "L-ewwel ikun hemm vot fuq l-emenda u wara jkun hemm vot fuq it-talba kif emendata.", "Jekk sejjer skorrett, iċċelinġjawni u itolbu ruling għat-tielet darba.", "Din hija proċedura.", "Allura se nivvintaw il-proċedura parlamentari mill-ġdid!?", "Din hija l-proċedura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena ma nafx x'inhi l-emenda li se tagħmlu, però se nisma' x'inhi l-emenda biex inkun nista' nagħmel ġudizzju dwar jekk jistax jittieħed vot fuq l-emenda…", "Sur President, jiġifieri jekk ma togħġbokx ma taċċettahiex!", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux naturali!", "GLENN BEDINGFIELD: Naturali x'jiġifieri!?", "Naturali huwa li inti tagħmel proposta u jkun hemm counter proposal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għandi talba mingħand l-Onor.", "Karol Aquilina u se ngħaddiha għall-vot.", "Jekk imbagħad tridu tagħmlu xi talba oħra, ngħadduha wkoll għall-vot.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Hawn talba mingħand l-Onor.", "Karol Aquilina biex dan il-Kumitat jitlob li jiġu prodotti l-kuntratti kollha relatati mar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar ElectroGas.", "Dawk li huma favur din il-proposta?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela hawn tlieta favur…", "ALEX MUSCAT: Se titressaq emenda għal dik…", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, ippermettili ftit.", "KAROL AQUILINA: Bħalissa għaddej il-vot.", "ALEX MUSCAT: Sur President, bħala ex Chairman ta' kumitat qed niġbidlek l-attenzjoni li qiegħed out of order bħala proċedura.", "Issa jien nista', fl-ogħla istituzzjoni tal-Parlament, nimxi kontra l-proċedura?", "KAROL AQUILINA: Onor. Muscat, bħalissa għaddej il-vot.", "ALEX MUSCAT: Sur President, qiegħed out of order għax qed tmur kontra l-proċedura.", "Qegħdin nitolbu li tiġi emendata...", "IĊ-CHAIRPERSON: Konna lħaqna bdejna l-vot.", "Dawk li huma favur il-proposta tal-Onor.", "Karol Aquilina u jiena.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, aħna se nivvutaw kontra stante li għandna fiduċja sħiħa f'dak li qiegħed jirrapporta l-Awditur Ġenerali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela l-maġġoranza, u ċjoè l-Onor.", "Alex Muscat, qed jivvutaw kontra t-talba li għamel l-Onor.", "Karol Aquilina biex jitpoġġew il-kuntratti kollha relatati mar-rapport tal-Awditur.", "KAROL AQUILINA: Qed nitlob li jitniżżlu l-ismijiet ta' min ivvota favur u min ivvota kontra.", "GLENN BEDINGFIELD: U anke r-raġunijiet għalfejn ivvutajna kontra t-talba.", "KAROL AQUILINA: Issa dik ivverbaliżżaha inti.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela se nivverbaliżżaha.", "Aħna, in-naħa tal-Gvern, qegħdin nivvutaw kontra l-proposta li għamel l-Onor.", "Karol Aquilina għaliex għandna fiduċja assoluta fl-istituzzjoni tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u bl-ebda mod ma rridu li nimminaw dik il-fiduċja, anke għaliex ma kellna ebda oġġezzjoni li l-Membri tal-Oppożizzjoni, u mhux dan il-Kumitat, jagħmlu t-talba tagħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jien irrid nivverbalizza li jien, f'isem l-Oppożizzjoni, nirrileva li l-Membri tal-Gvern qegħdin joġġezzjonaw li jiġu pprovduti lil dan il-Kumitat il-kuntratti mhux iċċensurati dwar il-power station ta' ElectroGas, u dan biex l-istess kuntratti jinżammu sigrieti u l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ma jkunx jista' iwettaq il-funzjonijiet tiegħu.", "F'dan ir-rigward l-Oppożizzjoni tiddikjara li se tibqa' tinsisti li dawn il-kuntratti jiġu pprovduti lill-Kumitat mill-Gvern u minn dawk involuti fil-proġett ta' ElectroGas.", "L-Oppożizzjoni tinnota wkoll li l-Membri tal-Gvern m'għandhomx fiduċja fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ġaladarba mhux lesti jinsistu li l-analiżi li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika tkun…", "CLAYTON BARTOLO: Ippermettili ftit.", "Aquilina issa qabad dawwar kollox kif qed jaqbel lilu.", "Sur President, dan id-diskors messu ntqal qabel ma ħadna l-vot, mhux wara.", "(Interruzzjonijiet)", "It-tieni nett, jekk hawn xi ħadd li m'għandux fiduċja fl-NAO huwa intom it-tlieta, bl-ikbar rispett lejkom, f'isem l-Oppożizzjoni kollha, għax qegħdin tiġu hawnhekk titolbu li x-xogħol li għamel l-NAO terġgħu tagħmluh intom.", "Issa jekk intom tafu iktar mill-NAO, għax moħħkom huwa di alta superiorità di qualità għax hekk taħsbu li intom, din in-naħa ma ssib ebda problema.", "Però aħna ta' din in-naħa tal-Kumitat insostnu li għandha fiduċja sħiħa fl-NAO u dan li qed jgħid l-Onor.", "Aquilina ma jirrifletti assolutament xejn dak li tkellimna dwaru qabel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment dik hija opinjoni tiegħek.", "CLAYTON BARTOLO: Le, din mhijiex opinjoni imma huwa fatt għax anke kien qed jinkiteb!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, il-kollega tiegħek, ħames minuti ilu għadu kif għamel verbal li t-togħma tiegħu kienet bil-kontra għax qal li t-talba tal-Oppożizzjoni fil-konfront li saret hija att ta' sfiduċja fl-Awditur Ġenerali.", "CLAYTON BARTOLO: U hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik hija l-opinjoni tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAYTON BARTOLO: Qegħdin iddawwru l-aġenda kif jaqbel lilkom!", "Dan il-Kumitat irriduċejtuh għas-sound bites.", "Hekk irriduċejtuh lil dan il-Kumitat!", "Għajb għalikom li dan il-Kumitat, wieħed mill-aktar kumitati importanti fl-ogħla istituzzjoni, irriduċejtuh f'dan il-livell!", "Tassew għajb għalikom!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, ikkalma.", "CLAYTON BARTOLO: Qegħdin tirredikolaw lil dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Glenn Bedingfield għamel verbal fejn esprima opinjoni, li m'għandix dubju li n-naħa tal-Oppożizzjoni ma taqbilx magħha, u qal li l-azzjoni kollha li qed tagħmel l-Oppożizzjoni hija vot ta' sfiduċja biex timmina u ma nafx xiex.", "CLAYTON BARTOLO: Hekk qegħdin tagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: U jien nirrispetta li inti għandek dik l-opinjoni.", "Karol Aquilina qed jagħmel verbal fejn bażikament qed jgħid li mhux talli aħna għandna fiduċja, talli l-aġir tan-naħa tal-Gvern juri li huma m'għandhomx fiduċja.", "Tista' taqbel, tista' ma taqbilx, jista' ikun li għandna tort it-tnejn jew hawn min jaħseb li għandna tort it-tnejn, jista' ikun hawn min jaqbel magħna t-tnejn, u jista' ikun li hawn min qed jaqbel ma' xi ħadd minna, però ma jfissirx li ma tistax tagħmel verbal.", "L-Onor.", "Bedingfield għamel il-verbal tiegħu...", "CLAYTON BARTOLO: Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq il-verbal imma qegħdin nitkellmu fuq għalfejn intalab il-vot.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa għamilt il-punt tiegħek.", "Ħalli jispiċċa l-verbal l-Onor.", "Aquilina u mmexxu.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ħalli nirrepeti l-aħħar sentenza li kont qiegħed nagħmel u nispiċċaha:", "L-Oppożizzjoni tinnota wkoll li l-Membri tal-Gvern m'għandhomx fiduċja fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ġaladarba mhux lesti jinsistu li l-analiżi li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika tkun diskussa bl-iktar mod sħiħ minn dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "F'dan l-istadju se nitlob li jkompli jagħmel l-espożizzjoni tiegħu r-rappreżentant mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "IĊ-CHAIRPERSON: Irrid ngħid li meta eżaminajt ir-rapport – u nitlobkom tikkoreġuni fejn jiena żbaljat – rajt li bażikament jagħmel seba' topics; il-fażi tal-expression of interest and capabilities (EoIC), il-fażi tar-request for proposals (RfP), il-parti dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u d-due diligence tal-parteċipanti tal-konsorzju, il-parti li titkellem fuq ix-share transfer tal-Gasol, il-parti li titkellem fuq il-bdil tal-kundizzjonijiet tat-tender b'mod partikolari fuq il-kwestjoni li l-Gvern jiggarantixxi x-xiri take-or-pay, il-parti li titkellem fuq il-garanziji bankarji, u l-kwestjoni dwar whether we're getting good value for money in terms of unit price, etc.", "Sur Mercieca, fl-aħħar laqgħa konna bdejna mexjin pass pass u, if I recollect well, konna tkellimna mhux ħażin fuq l-EoIC phase, fuq l-RfP phase, u anke fuq il-qafas tal-kuntratt u d-due diligence phase.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, mhux aħjar inħallu lis-Sur Mercieca...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, jien għamiltha għall-benefiċċju… Jekk m'intomx qegħdin taqblu ma' dan li għadni kif għedt...", "GLENN BEDINGFIELD: Le, jiena kulma qed ngħid huwa li għandna nħalluh jagħmel l-overview hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kollox sew.", "Jien biex ma nerġgħux nibdew mill-bidu.", "GLENN BEDINGFIELD: Inkomplu minn fejn spiċċajna l-aħħar darba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Peress li ilna xahar ma niltaqgħu, minħabba l-festi tal-Milied, ridt nirrikapitola ftit biex nestradaw l-affarijiet.", "IS-SUR KEITH MERCIECA (Assistent Awditur Ġenerali): L-aħħar darba kkonkludejt billi tajt speċi ta' overview tal-qafas tal-kuntratti prinċipali u fiex kienu jitrattaw.", "Illum se nkompli fuq il-kwestjoni tat-trasferiment tal-ishma fil-konsorzju wara t-tluq ta' Gasol Plc.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux wara li telqu; kienu u telqu.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt, kienu u telqu.", "Fis-16 ta' Lulju 2015, ElectroGas Malta Ltd. talbet lill-Gvern u lil Enemalta l-awtoriżżazzjoni tagħhom biex il-membri l-oħrajn fil-konsorzju jkunu jistgħu jixtru s-sehem ta' Gasol Plc.", "Dawn kellhom problemi li ma ppermettewlhomx jibqgħu fil-konsorzju, u kien dan il-kuntest li wassal għal din it-talba.", "Ftit jiem wara, il-Gvern u l-Enemalta taw l-approvazzjoni tagħhom u b'hekk, fit-22 ta' Lulju 2015, ġew mgħoddija l-ishma ta' Gasol Plc. lill-membri l-oħrajn tal-konsorzju.", "Aħna dehrilna li dan it-trasferiment tal-ishma kien irregolari għax ma kienx skond il-provvedimenti tal-implementation agreement (IA).", "Infakkarkom li l-IA kien wieħed mill-agreements prinċipali li kien jirregola…", "KAROL AQUILINA: Skużani, ippermettili ninterrompik.", "Intom qegħdin tgħidu li kien hemm parti mill-konsorzju, Gasol Plc., li f'nofs dan il-proċess iddeċidew li joħorġu 'l barra billi jbigħu sehemhom.", "L-ewwel nett, jirriżultalkom jekk il-Gvern kienx infurmat li Gasol Plc. se tbigħ l-ishma tagħha?", "Il-Gvern kien infurmat minn qabel, jew din ġrat u daqshekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, kif għedt, fis-16 ta' Lulju saret talba min-naħa tal-konsorzju lill-Gvern u lil Enemalta fejn infurmawhom li Gasol Plc. għandha problemi u li ma tistax tkompli bil-proċess, u allura x-shareholders l-oħrajn xtaqu jixtru x-shares tagħhom u talbu għall-awtoriżżazzjoni tal-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kemm kien wara l-award dan?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Madwar tliet xhur, għax jidhirli…", "IĊ-CHAIRPERSON: Fit-22 ta' Lulju sar ix-share transfer.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fl-14 ta' April 2015 ġew iffirmati t-tliet agreements prinċipali, u ċioè l-Gas Supply Agreement (GSA), il-Power Purchase Agreement (PPA), u l-IA.", "Imbagħad f'Lulju 2015… Jiġifieri minn April sa Lulju 2015.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nara jekk iniex qed nifhem sew.", "F'April, Enemalta awarded it-tender lill-konsorzju li kellu lil Gasol bħala wieħed mix-shareholders.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tliet xhur wara, ix-shareholders, li kienu għadhom kif rebħu dan il-kuntratt multi-miljunarju, infurmaw lill-Gvern li wieħed minnhom kellu l-problemi.", "X'kienu dawn il-problemi?", "Kienu problemi li setgħu ġew identifikabbli fl-istadju tal-evaluation?", "Fir-rapport tagħkom intom ikkonkludejtu li dan kien in breach tal-ftehim.", "Tista', jekk jogħġbok, tgħidilna x'kien il-breach?", "Mela qed ngħidu li l-award sar f'April, u tliet xhur wara, min rebaħ it-tender ried jittrasferixxi l-ishma tiegħu lill-membri l-oħrajn tal-konsorzju, u r-raġuni li taw lill-Gvern hija li wieħed minnhom kellu l-problemi.", "Dawk il-problemi kienu jeżistu fl-istadju ta' evalwazzjoni?", "Jiġifieri meta ġie deċiż it-tender dawk il-problemi kienu jeżistu?", "Jiġifieri, bil-Malti, tajna tender lil xi ħadd li manifestament kellu l-problemi?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidher li kien hemm problemi fl-istadju ta' evalwazzjoni tat-tender, jiġifieri fl-istadju tal-RfP, però f'dak l-istadju l-problemi ma kenux kbar biżżejjed biex b'xi mod...", "GLENN BEDINGFIELD: Minn fejn joħroġ li kien hemm il-problemi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mir-rapport.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Mercieca, kif wasalt għall-konklużjonijiet tiegħek?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mill-analiżi tagħna tal-evaluation reports li għamlu l-kumitati ta' evalwazzjoni stess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fhimt għalfejn għandna bżonnhom ir-rapporti, Onor. Bedingfield?", "GLENN BEDINGFIELD: Lili tani r-risposta u...", "ALEX MUSCAT: Aħna staqsejna mistoqsija u komdi bir-risposta.", "Jekk ma tkunx komdu bir-risposta titlob għad-dokumentazzjoni.", "Dak huwa l-punt.", "GLENN BEDINGFIELD: Però insibha diffiċli jien kif ma jkollokx fiduċja fis-Sur Mercieca.", "RYAN CALLUS: Tivvintax affarijiet, Onor. Bedingfield.", "IĊ-CHAIRPERSON: Assolutament mhux veru.", "Għamlu rapport ta' 600 paġna, nonostante n-nuqqas ta' informazzjoni.", "RYAN CALLUS: Naqblu li l-bozoz il-ħomor kienu diġà bdew jixegħlu anke matul l-evalwazzjoni?", "F'wieħed mid-dokumenti li bgħattulna b'risposta għad-domandi li għamilna fil-laqgħa preċedenti, li nirringrazzjakom tagħhom, proprju f'dokument EGM4, meta titkellmu fuq id-due diligence u r-risposta mogħtija mis-Sur David Galea minn Enemalta, jidher li l-financial standing ta' Gasol Plc. diġà kienet problematika, għax filwaqt li Tumas Group, Gasan Group, Associated Drug Limited, Socar Trading, u Siemens ipprovdew jew credit rating, jew bank letter, jew financial statements, Gasol kien l-uniku partner f'dan il-konsorzju li nħarġitlu letter of commitment mingħand iż-żewġ partners l-oħrajn.", "Allura hemmhekk ma ndikax diġà li Gasol bdew fuq sieq ħażina f'dan il-konsorzju għax l-istanding finanzjarju tagħhom huwa ħażin?", "Allura jekk dakinhar diġà kienet xegħlet bozza, kif baqa' għaddej il-proċess qisu xejn mhu xejn u ġew rikonoxxuti bħala partner u eventwalment intagħżel ElectroGas?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Forsi r-risposta għall-mistoqsija tiegħek hi li fil-proċess ta' evalwazzjoni, ladarba għaddew mill-minimum requirements, l-agħar li seta' jiġri hu li jitilfu l-marki għall-financial standing tal-konsorzju.", "RYAN CALLUS: U dan ġara?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dan huwa dettall, imma milli niftakar ġara dan, peró ma kellux effett materjali fuq l-outcome tal-proċess.", "Jidhirli li dawn tilfu erba' marki minn mija.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri dawn setgħu ma kellhomx jgħaddu mill-eżami, però meta ġew ippenalizzati għal din il-problema – għax jekk għandek partners li mhux financially sound hija problema kbira – il-penali ma kenux biżżejjed biex ma baqgħux fl-ewwel post kif eventwalment imbagħad spiċċaw fl-aħħar.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "Ma kellux effett materjali; ma biddilx l-andament tal-proċess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fatt, fir-rapport tiegħu l-Awditur jinnota li fl-istadju tal-RfP kien evidenti li ElectroGas kienet zoppa u qal li f'dak l-istadju dak il-fatt kellu jkollu weighting ħafna iktar milli a mere four points.", "Jiġifieri dan daħal għal proġett multi-miljunarju, hemm wieħed li qed jagħmel l-\"aqwa\" offerta li huwa fallut, u tagħtihielu xorta, speċi mhux importanti jekk għandekx nifs biex tasal.", "Immaġina jkollok proġett jiswa l-miljuni ta' ewro, tagħtih lil xi ħadd li lanqas għandu nifs jasal għan-€0.5 miljun aħseb u ara għal miljuni kbar, imbagħad jgħaddi ftit taż-żmien u minflok jagħmel il-proġett, ibigħ l-ishma.", "Hekk fil-fatt ġara; Gasol, minflok għamel il-proġett ittrasferixxa x-shares tiegħu lill-oħrajn.", "Dan ġie flagged mill-Awditur fejn qal li l-weighting ta' kemm Gasol kien b'saħħtu finanzjarjament kien four on 100 bħala punteġġ.", "Sur Mercieca, is-saħħa finanzjarja tax-shareholder kemm kienet importanti jew mhux importanti?", "Għall-Bord tal-Aġġudikazzjoni ma kenitx importanti għaliex tahulhom meta kien jaf li huma falluti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dik kienet kwestjoni li fl-opinjoni tagħna kienet importanti, speċjalment meta tqis li Gasol Plc. kien il-lead member tal-konsorzju.", "Ir-red flags hemmhekk kienu u l-Evaluation Committee rahom dawn ir-red flags u ġibed l-attenzjoni għalihom, però l-proċess baqa' għaddej regardless.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sal-punt li ħaduh huma t-tender.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu, intgħażlu huma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-lead partner tal-konsorzju minn stadju bikri kien jidher manifestament li m'għandux is-saħħa finanzjarja, dan il-fatt kien jaf bih l-Evaluation Committee… Minn min huwa kompost l-Evaluation Committee?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hemm diversi kumitati.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, għandek lista sħiħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Evaluation Committee, nonostante dan il-fatt, baqa' għaddej u ġie awarded it-tender.", "Tliet xhur wara, Gasol Plc., li kien il-lead shareholder, parpar 'l hemm.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk fhimt sew, is-Sur Mercieca qal illi iva, kien hemm il-fatt li kumpanija minnhom ma kellhiex il-letter of commitment, imma l-konsorzju kien ippenaliżżat u dik il-penaliżżazzjoni ma kellhiex effett fuq ir-riżultat finali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però biex inkunu korretti, l-Awditur jgħid ukoll li dik il-penaliżżazzjoni kienet redikola.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minflok ġibidlu widnejh hemżu!", "RYAN CALLUS: Sur President, ippermettili nagħmel punt dwar dan.", "Aħna qegħdin nitkellmu dwar il-four on hundred, eċċ., però, bħal kollox, dejjem hemm kreatur.", "U l-kreatur ta' dan il-framework tal-weighting – u l-weighting naturalment ifisser li xi ħadd jista' ikun ippreferut minn ieħor għax jekk f'dan il-każ qegħdin ngħidu li l-finanzi ma tantx kienu importanti u xi ħadd ma kienx tajjeb fil-finanzi imma kien tajjeb f'affarijiet oħrajn u xi ħadd kien bil-kontra, naturalment se jiġi ppremjat min f'dan il-każ mhux neċessarjament kien tajjeb fil-finanzi –… Mill-analiżi tagħkom irriżultalkom min kienet il-persuna li ħolqot dan il-weighting u s-selection criteria?", "Jiġifieri min kienet il-persuna li għamlet dawn id-deċiżjonijiet kruċjali li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għar-riżultat li għandna llum?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid niċċekkja ftit għax ma nafx nirrispondik offhand.", "RYAN CALLUS: Se nerġa' nagħmel riferenza għal wieħed mid-dokumenti li bgħattulna – u nerġa' nirringrazzjak għad-dedikazzjoni li wrejtu fir-risposti li tajtu – u ċioè dokument EMG5, fejn tajtuna l-ismijiet tal-persuni kollha li b'xi mod jew ieħor kienu nvoluti mill-bidu sal-aħħar tal-proċess.", "U fil-lista hemm l-EoIC, imbagħad meta dak spiċċa kellna stage one, stage two, stage three, stage four – li huwa l-istadju tal-finanzi li tkellimna dwaru fejn ingħataw erba' punti biss minn 100 – u l-final stage.", "Jidher li l-Programme Sponsoring Group (PSG) kien il-factotum, the main driver, ta' dan il-proġett.", "F'dan il-PSG jissemmew numru ta' nies, fosthom l-ex Ministru Konrad Mizzi.", "Jista' ikun li l-formazzjoni ta' dawn il-criteria u tal-weighting ġie maħsub, imfassal, iffinalizzat f'dan il-PSG?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' ikun, fil-fatt moħħi għal hemmhekk mar, imma rrid nivverifika dan il-fatt.", "Jagħmel sens li l-kriterji li jkunu se jużaw l-Evaluation Committees ma jsirux mill-Evaluation Committees innifishom, imma jiġu minn xi ħadd estraneu.", "RYAN CALLUS: Mela se tagħtina tweġiba darb'oħra.", "Jien naħseb li hekk ġara għax dan qisu huwa the overarching structure.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "RYAN CALLUS: Fir-rapport jingħad ukoll li dan il-PSG kien jieħu l-Minuti.", "Sur President, jiena nitlob li dan il-Kumitat jingħata kopja ta' dawn il-Minuti li fihom naturalment hemm l-istorja kollha ta' min ħa liema deċiżjoni u għalxiex, u l-accountability ta' min hu responsabbli ta' xiex.", "U allura dak jgħinna wkoll, speċjalment lili anke b'mod tekniku, nifhmu wħud mid-deċiżjonijiet li l-Awditur Ġenerali wasal għalihom, u aktar u aktar biex naraw – għax jien dan jinkwetani – fejn l-Awditur għamel id-domandi u baqa' mingħajr risposta għalihom.", "Jien għalija, li l-Awditur jagħmel domandi lil xi uffiċjal pubbliku u dan jonqos milli jagħti tweġiba, huwa diżrispett kbir, mhux biss lejn l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, li aħna għandna kull rispett lejh, imma anke lejn din l-istituzzjoni.", "Dawn il-Minuti huma ta' importanza kbira u għalhekk nixtieq li dawn il-Minuti jiġu esebiti lill-Membri ta' dan il-Kumitat sabiex inkunu nistgħu nagħmlu l-assessment tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn din it-talba tal-Onor.", "Ryan Callus, u jien qed nifhem, Sur Awditur, li l-istess argument li wżajt aktar qabel… Napprezza li għall-konsistenza.…", "GLENN BEDINGFIELD: L-Awditur qal li dawn huma Minuti kunfidenzjali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, hawnhekk għandna każ kważi identiku għal każ ieħor li ġara waqt diskussjoni li kellna f'dan il-Kumitat fil-Leġiżlatura preċedenti.", "Inti ma tiftakrux għax ma kontx hawn però jien kont nagħmel parti minn dak il-Kumitat li kien qiegħed jiddiskuti rapport tal-Awditur dwar il-fuel procurement ta' Enemalta – fil-fatt konna domna madwar sentejn niddiskutu dan ir-rapport – u niftakar li f'waħda mil-laqgħat kienet saret talba mill-Membri tal-Gvern sabiex jiġu esebiti l-Minuti ta' Enemalta.", "GLENN BEDINGDFIELD: Safejn naf jien ma kienx hemm Minuti imma taħżiż bil-lapes!", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li għall-konsistenza wieħed lanqas jista' jkun kontra din it-talba, anke meta naraw kif aġixxiet in-naħa tal-Gvern waqt diskussjoni oħra f'dan il-Kumitat dwar rapport li wkoll kien jinvolvi lil Enemalta.", "U allura naħseb li hemm qbil minn dan il-Kumitat li nagħmlu talba lil Enemalta biex jiġu prodotti l-Minuti rilevanti mal-kuntratt ta' ElectroGas, kif ukoll il-Minuti tal-Evaluation Report relattiv għal dan il-każ.", "RYAN CALLUS: Sur President, huwa importanti li jkollna dawn id-dokumenti għax filwaqt li l-Minuti tal-PSG huma importanti biex nifhmu għalfejn ingħata dak il-weighting u s-session criteria – jista' ikun li xi ħadd jilluminana u jgħidilna li l-finanzi ma tantx kienu importanti f'dan il-proġett, li ma jidhirx li hu l-każ għax imbagħad kien hemm il-garanzija bankarja storika ta' €0.5 biljun – hemm imbagħad il-post-process li huwa huwa r-riżultat, u r-riżultat huwa l-evaluation reports li saru.", "Għalhekk dawn it-tnejn huma importanti flimkien, għax wieħed huwa qabel u l-ieħor huwa wara dak li ġara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nifhem li hawn talba mill-Onor.", "Ryan Callus biex dan il-Kumitat jitlob il-Minuti tal-Evaluation Committee u ta' Enemalta inkwantu fejn għandhom x'jaqsmu deċiżjonijiet rigwardanti l-power station ta' ElectroGas.", "Nerġa' ngħid li għall-konsistenza ta' dan il-Kumitat u għall-konsistenza tal-Membri tan-naħa tal-Gvern fejn ilkoll niftakru li kien hemm istanzi fejn fuq insistenza tagħhom kienu ġew esebiti l-Minuti ta' Enemalta, tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni, kif ukoll tal-Procurement Committee fi ħdan Enemalta… Dawn kienu ġew prodotti, skrutinati u eżaminati b'reqqa u b'ħeġġa kbira.", "U allura qed nifhem li m'hawnx oġġezzjoni għal din it-talba.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, ġibtli qalbi perżuta!", "M'iniex se noġġezzjona.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela qed nifhem li m'hemmx oġġezzjoni għal din it-talba.", "GLENN BEDINGFIELD: M'aħniex se noġġezzjonaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil unanimu…", "GLENN BEDINGFIELD: Kieku kont se noġġezzjona kont...", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk ġralkom bħal San Pawl!", "Kieku domna ftit ieħor konna nikkonvinċuk anke fuq it-talba l-oħra.", "Hawn talba minn dan il-Kumitat...", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, napprezza l-fatt li inti avukat, imma hawnhekk m'aħniex qegħdin fl-arena tal-avukati.", "Inti għedt li din it-talba hija simili għal dik li saret qabel, imma fil-fatt mhuwiex hekk għax f'ta' qabel kien hemm il-judgement tal-NAO fejn qal li ma jistax jipproduċi kuntratti… Hija totalment differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kollox sew.", "Hija opinjoni.", "CLAYTON BARTOLO: Le, mhijiex kwestjoni ta' opinjoni, imma hija kwestjoni ta' sound bites!", "Qegħdin tippruvaw tirriduċu lil dan il-Kumitat u x-xogħol tal-NAO għal sound bites.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, ejjew naqblu li jien u int jista' ikollna opinjonijiet differenti minn xulxin.", "CLAYTON BARTOLO: Jekk tridu tmorru hemm, morru hemm, aħna m'għandniex problema, imma...", "IĊ-CHAIRPERSON: La dak li ngħid jien mhuwa vanġelu u lanqas dak li tgħid inti mhuwa vanġelu.", "CLAYTON BARTOLO: Il-logħba tagħkom drajniha issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, forsi jkollna a working relationship aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Mhux kulma ngħid jiena huwa vanġelu u mhux kulma tgħid int huwa vanġelu; ikunu opinjonijiet u d-dinja magħmula minn opinjonijiet.", "Ħalli issa nivverbalizzaw it-talba.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jien qed nitlob li jkollna kopja tal-Minuti li issir riferenza għalihom fid-dokument EGM5 mibgħut mill-NAO fejn jingħad \"the review of Minutes of meetings held by the PSG\", kif ukoll kopja tal-evaluation reports li hemm riferenza għalihom fid-dokument EGM4 li wkoll kien mibgħut mill-NAO.", "Qed nitlob li dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati lil dan il-Kumitat mingħajr ebda ċensura.", "Konna qegħdin nitkellmu fuq ix-share transfer u għedna li Gasol riedet toħroġ mill-konsorzju.", "Min ikun għamel l-ispjega għall-ġustifikazzjoni?", "Ix-shareholders l-oħra?", "Il-kumpanija?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li l-konsorzju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-konsorzju informa lill-Gvern u qalulu li wieħed mix-shareholders tagħhom irid jitlaq.", "X'kienet ir-raġuni li ngħatat?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Milli niftakar ir-raġuni kienet li ma kellux l-ekwità suffiċjenti biex ikompli jikkontribwixxi b'mod li jagħmel sens fil-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jirriżultalek li ġara xi ħaġa f'dawk it-tliet xhur li totalment bidlet il-pożizzjoni ta' Gasol fejn filli kienu tajbin u filli ma baqgħux?", "Jiġifieri ġrat xi ħaġa sostanzjali biex fi tliet xhur filli deħlin għal proġett ta' ma nafx kemm-il miljun ewro, u filli qalu lill-Gvern li m'għandhomx?", "Ġrat xi ħaġa?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux li naf biha għax ma dħalniex fiha.", "L-unika informazzjoni li għandna hija li qisu l-bidu tal-problema bdiet meta saret it-talba min-naħa tal-korsorzju li tgħid li wieħed mill-membri tagħhom kellu problema u xtaq jitlaq.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura nimmaġina li t-trasferiment f'din il-kumpanija sar skont l-istatut tal-kumpanija, bil-preemption rights and all that.", "Hux hekk?", "KAROL AQUILINA: Proprjament peress li huwa konsorzju mhijiex entità legali u allura m'hemmx dak il-punt li semmejt inti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandek raġun.", "Mhijiex kumpanija privata.", "KAROL AQUILINA: Għax fil-konsorzju kienu entitajiet separati imma għandhom isem bħala konsorzju li mhijiex entità legali, imbagħad iffurmaw il-kumpanija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Gasol qatt ma kienet shareholder?", "KAROL AQUILINA: At one point ma kenitx, imma imbagħad meta ġiet iffurmata l-kumpanija kienet shareholder.", "Inti qed tirriferi għat-transfer tax-shares f'ElectroGas Malta Ltd.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: U min xtrahom imbagħad dawk ix-shares?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-fatt paragrafu 9.3.5 li hemm f'paġna 342 tar-rapport jagħti rendikont ta' x'aħna ngħidu, u ċioè li ma kienx hemm leġiżlazzjoni ċara, u qisu jagħmel summary tal-kapitlu sħiħ.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-punt imsemmi hawnhekk huwa – u kont se niġi għalih aktar tard – li dak iż-żmien, jiġifieri fit-22 ta' Jannar 2015 meta kienet saret it-talba, l-uniku provvediment li kien hemm fl-IA, li jirregola x-share transfers, kien li dan kien permissibbli wara l-financial closing, u l-financial closing kien għadu ma sarx.", "Biex ngħidu kollox, ma kien hemm xejn bil-miktub fl-IA dwar ix-xenarju li konna qed naraw issa, imma aħna deherilna li kien...", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri li qed tgħid inti huwa li kien eskluż li jsir share transfer f'dak il-perjodu.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "Aħna hekk fhimniha.", "KAROL AQUILINA: Għax jekk inti tagħmel share transfer tkun qed tbiddel ukoll ir-raġuni għalfejn ingħata lilek.", "Jiġifieri jekk inti tiġi tgħidli li kapaċi tibni power station għax għandek lil Gasol miegħek u jien nikkonvinċi ruħi u ngħid li la għandek lil Gasol miegħek, li għandhom esperjenza biex jibnu power station u joperawha, allura se mmexxi, imbagħad f'daqqa waħda tiġi tgħidli biex lil Gasol ninsih, nibda naħsibha differenti u nistaqsi jekk l-oħrajn humiex kapaċi jagħmlu l-irwol li kienu se jagħmlu Gasol.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Biex niffurmaw opinjoni aħna ħarisna wkoll lejn il-Public Procurement Regulations.", "Issa biex inkunu qed ngħidu kollox, il-public procurement regulations ma japplikawx għal każ bħal dan, però l-prinċipju huwa li qed issemmi inti, Onor. Aquilina, u ċioè li ġaladarba dħalt f'dik il-formazzjoni trid tibqa' f'dik il-formazzjoni, almenu għal perjodu definit.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur, fir-rapport tiegħu, jirriferi għad-data ta' Jannar 2018.", "Jiġifieri jien qed nifhem li l-ftehim ma' Enemalta kien li dan il-konsorzju ma jistax jinbidel qabel Jannar 2018, ċioè meta jkun hemm il-financial closing.", "Però minkejja dan il-ftehim, tliet xhur wara l-ftehim, dawn qabdu u biegħu.", "Jiġifieri l-konsorzju talab lill-parti l-oħra fil-kuntratt jekk issibx oġġezzjoni, u ma sabux.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura it begs the question ta' għalfejn il-Gvern daħħalhom in the first place.", "Għax il-Gvern kien qalilhom li se jagħtihom il-kuntratt però ma setgħux ibiddlu u jbigħu qabel l-2018.", "Jiġifieri qalilhom li mhux l-ewwel jieħdu l-kuntratt, imbagħad ibigħu, jaqilgħu l-flus u jdabbru rashom; jekk kienu se jeħduh, riedu jagħmluha l-power station.", "U meta taraha tgħid \"ara kemm hi tajba din il-klawsola\", imma...", "GLENN BEDINGFIELD: Il-ftehim kien mal-konsorzju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però minkejja li sar dan il-ftehim, tliet xhur wara, mhux sena wara, addio l-ftehim u Gasol...", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu, il-ftehim kien ma' Gasol jew mal-konsorzju?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mal-konsorzju.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'għandu x'jaqsam!?", "Gasol kien parti mill-konsorzju.", "KAROL AQUILINA: Il-konsorzju, bħala entità legali, ma jeżistix, jeżisti min jifforma l-konsorju.", "Issa dawk li ffurmaw il-konsorzju eventwalment waqqfu kumpanija, u l-ishma ta' parti minn dik il-kumpanija, li kienu ta' Gasol, sar negozju fuqhom, ġew trasferiti.", "Dik hija l-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-undertaking kien li dan ma jseħħx qabel Jannar 2018.", "GLENN BEDINGFIELD: Però inti taf li meta jkun hemm kuntratt, jekk iż-żewġ partijiet jiftehmu fuq dak it-tibdil, dak il-kuntratt jista' jinbidel.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur Ġenerali qed jgħid li ma jistax jifhem kif il-Gvern qabel ma' dan.", "KAROL AQUILINA: Le, ma naqblux għax dak il-kuntratt ma kienx kuntratt stand alone, imma kien parti minn proċess li sar.", "Allura l-mument li qed tibdel dak il-kuntratt qiegħed ukoll teffettwa lil min kien qed jikkompeti miegħek, u min kien qed jikkompeti għandu ċerti drittijiet.", "La inti tibda tbiddel wara, min kien qed jikkompeti fil-bidu jibda jgħidlek \"kieku kont naf kont insib lil xi ħaddieħor differenti\".", "GLENN BEDINGFIELD: F'liema stadju saret il-bidla?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Din l-interpretazzjoni hija dovuta għall-fatt...", "IĊ-CHAIRPERSON: Tliet xhur wara.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri waqt li kienu għaddejjin in-negozjati...", "IĊ-CHAIRPERSON: Telaq il-lead shareholder.", "RYAN CALLUS: Onor. Bedingfield, l-issue mhijiex dik.", "Jekk kien hemm imniżżel li meta jingħata l-kuntratt ma jistax ikun hemm bejgħ tal-ishma, min kien qed jifta' l-offerta tiegħu, kellu dik f'moħħu.", "Għalhekk kien hemm ksur tal-kuntratt.", "U din mhux jien qed ngħidha.", "Aħna, li għandna fiduċja fl-Awditur Ġenerali… Se nikkwota mir-rapport tal-istess Awditur Ġenerali fejn jingħad hekk:", "Hija ċara; kien hemm ksur tal-kuntratt.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma in a way konna sfurzati ngħidu hekk u se ngħidlek għaliex.", "Aħna ma stajniex inkunu iżjed kategoriċi għax:", "Kieku ma kienx hemm dan in-nuqqas fil-leġiżlazzjoni, konna nistgħu nkunu iżjed ċarissimi.", "Aħna hemmhekk qed ngħidu li fin-nuqqas ta' legal framework li kien jirregola l-procurement, it is our understanding...", "CLAYTON BARTOLO: Sur Deguara, nifhem tajjeb li ma marrux kontra l-legal framework?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għax ma kienx hemm legal framework.", "KAROL AQUILINA: Imma l-Awditur Ġenerali ma...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għalhekk ma stajniex inkunu daqshekk kategoriċi...", "KAROL AQUILINA: Imma l-NAO qed jgħid li mil-lat ta' governanza dak żgur huwa ħażin.", "CLAYTON BARTOLO: Il-kelma kienet \"irregolari\" mhux \"illegali\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nikkwota minn paragrafu 13.1.1 li hemm f'paġna 48, fejn qed jgħid:", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela hemm ksur, mhux m'hemmx.", "L-IA huwa l-kuntratt li sar mal-konsorzju biex jibnu l-power station.", "Dan il-kuntratt, ġustament, qal \"ma tistgħux toqogħdu tilagħbu, tridu tibnuha l-power station\".", "CLAYTON BARTOLO: Jiddispjaċini li forsi se ndejqek nirrepeti, imma din li noqogħdu nikkwotaw sentenza minn hawn u sentenza minn hemm...", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela għedli minn fejn tridni nikkwota.", "CLAYTON BARTOLO: Ikkwota 13.1.2 fejn jingħad li:", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "KAROL AQUILINA: Xorta ħażina.", "CLAYTON BARTOLO: Le, m'hemm xejn ħażin.", "Ejjew nikkwotaw kollox fil-kuntest tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Bedingfield korrettament qal li meta jkun hemm kuntratt bejn tnejn, jekk jiftehmu t-tnejn, tista' tinħall minnu.", "Illum minn kollox tinħall, taf biżżejjed inti.", "Nispera li m'intix qed tirriferi… Sur President, irtiraha issa!", "Irtiraha issa!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk inftehemt ħażin, nirtiraha.", "CLAYTON BARTOLO: Ejjew ma mmorrux hemm!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tarax!", "Lanqas jgħaddili minn moħħi.", "Biex inkun sinċier lanqas naf fuqxiex qed titkellem.", "CLAYTON BARTOLO: Nispera ma mmorrux hemm għax mhux working relationship biss ma jkollniex… Qed nagħmliha ċara quddiem dawn in-nies kollha u quddiem Malta kollha.", "Nispera li ma mmorrux hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, serraħ moħħok li jekk b'xi mod inti fhimt xi ħaġa li kelli...", "CLAYTON BARTOLO: Mhux jien biss fhimtha.", "Kien hawn min ġibidli l-attenzjoni wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nassigurak li m'għandi l-ebda intenzjoni li mmur hemm.", "Serraħ moħħok.", "Għandna l-IA, li huwa ftehim fejn il-partijiet ftehmu li jimplimentaw il-bini tal-power station, fejn il-partijiet jistgħu jiftehmu li jinħallu minnu, però l-Awditur Ġenerali qed jistaqsi għalfejn allura ħallewh jidħol lil Gasol.", "Dak huwa l-punt tiegħi.", "KAROL AQUILINA: Sur President, ħalli nerġa' nagħmel mistoqsija għax forsi ma kenitx ċara l-ewwel darba.", "Sur Mercieca, inti għedt li r-raġuni li ġabu Gasol dwar għalfejn kien se jkollhom joħorġu kienet għax ma kellhomx ir-riżorsi finanzjarji biex jidħlu għal dan il-proġett.", "Imma allura dan ma kellux jirriżulta fid-due diligence jew fil-verifiki li saru qabel?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li l-fatt li l-pożizzjoni ta' Gasol kienet ftit shaky, issemma fil-proċess ta' evalwazzjoni.", "Però, kif għedt qabel, din ma kellhiex effett materjali, jiġifieri ġiet rikonoxxuta mill-kumitat ta' evalwazzjoni, kienu aware minnha...", "KAROL AQUILINA: U xorta baqgħu għaddejjin.", "KAROL AQUILINA: L-NAO qed jgħid li dwar dan kellha tixgħel bozza ħamra qabel.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Però biex inkun fair mal-kumitat ta' evalwazzjoni, ma nistgħux nattribwixxu dak li ġara tliet xhur wara lilhom.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu.", "RYAN CALLUS: Però l-fatt li mbagħad kien hemm bżonn il-garanzija bankarja huwa fl-opinjoni tiegħek nuqqas tal-mod kif sar id-due diligence f'dan l-istadju?", "RYAN CALLUS: Tista' tispjegali ftit, jekk jogħġbok?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Peress li kienet għad trid tingħata d-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar jekk kienx każ ta' state aid, is-Security of Supply Agreement (SSA) ma setax jiġi fis-seħħ.", "Fl-analiżi tagħna konna ċari dwar jekk kienx tajjeb jew ħażin, però ż-żewġ issues huma differenti.", "RYAN CALLUS: Id-domanda tiegħi mhijiex jekk kienx jikkonstitwixxi state aid jew le, imma jekk kellux…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-garanzija m'għandha x'taqsam xejn mad-diffikultajiet finanzjarji ta' Gasol.", "RYAN CALLUS: Dwar dan ftehemna, però naqblu li kieku kien hemm konsorzju b'saħħtu dik it-talba ma kenitx issir?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux neċessarjament.", "Naħseb li t-talba iktar ġiet preċipitata mill-fatt ta' kif kien se jiġi ffinanzjat il-proġett, u ċioè li kien se jiġi ffinanzjat on a non recourse basis, u l-fatt li semma s-Sur Deguara, jiġifieri li l-SSA kien għadu ma ġiex endorsed mill-Kummissjoni Ewropea.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kieku ġie iffirmat l-SSA ma kienx ikun hemm bżonn garanzija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta tgħid Gasol kien il-lead partner x'tifhem biha eżatt?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Waħda mir-rekwiżiti fl-RfP kienet li jiġi identifikat lead partner.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, mhux neċessarjament.", "GLENN BEDINGFIELD: X'kien ix-share capital tagħhom?", "GLENN BEDINGFIELD: Bejn sitt kumpaniji.", "Il-korsorzju kien magħmul minn sitta u kollha kellhom shares ugwali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, il-frażi \"lead partner\" mhux inti ħriġt biha.", "Allura minn fejn irriżultatlek?", "Fl-RfP hemm requirement li jiġi stabbilit lead partner.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħid sewwa li tliet xhur wara li ngħataw it-tender, dak li kellu jkun il-lead partner dabbar rasu?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk qed jirriżulta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "GLENN BEDINGFIELD: \"Dabbar rasu\" hija daqsxejn frażi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Biegħ l-ishma tiegħu lix-shareholders l-oħra.", "Ħeles minn kollox.", "RYAN CALLUS: Ma riedx ikollu x'jaqsam mal-proġett.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak qed tgħidu inti.", "RYAN CALLUS: Kieku kellu, kien jibqa'.", "X'taħseb?", "GLENN BEDINGFIELD: Dik hija opinjoni tiegħek.", "RYAN CALLUS: Dejjem opinjoni!", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux hekk!", "Hawn ħafna opinjonijiet!", "Hawn xi ħadd li jrid jagħmel xi mistoqsijiet biex nagħlqu l-parentesi fuq ix-share transfer ta' Gasol?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Nixtieq inżid fatt ieħor żgħir importanti.", "Ftit jiem wara, fis-27 ta' Lulju 2015, ġie ffirmat ftehim ieħor, li jissejjaħ il-pre-financial closing share transfer agreement, li effettivament jagħlaq dik il-lakuna li kien hemm, dak il-forsi dubju żgħir li seta' kien hemm, dwar jekk din il-ħaġa setgħetx issir jew le.", "F'dan il-pre-financial closing share transfer agreement kien hemm miktub kategorikament li dan ma setax isir iktar fix-shareholding tal-konsorzju...", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela l-ewwel ħallewha ssir, imbagħad jumejn wara… Jiġifieri fit-22 ta' Lulju 2015 sar it-trasferiment, imbagħad fis-27 ta' Lulju 2015 dawn ftehemu u qalu li issa daqshekk kummiedji minn dawn.", "Hux hekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dak kien l-effett tiegħu; li ma setgħux isiru iktar trasferimenti ta' ishma.", "ALEX MUSCAT: F'dak l-istadju kien hemm xi talbiet oħra minn bidders oħrajn biex ikun hemm tibdil fix-shareholders?", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dan l-istadju t-tender kien diġà ġie awarded.", "ALEX MUSCAT: Jien qed nistaqsi jekk kienx hemm talbiet sabiex ikun hemm partners oħrajn, ġodda jew eżistenti diġà, biex joħorġu.", "KAROL AQUILINA: X'kien il-valur tax-share transfer?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma naħsibx li huwa ndikat.", "In-numru ta' ishma kien indikat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex sar share transfer irid ikun sar evaluation of shares, tħallas il-boll u l-capital gains, u naħseb anke jkunu ġew in vigore il-preemption rights tal-memorandum tal-kumpanija, għax f'dan l-istadju hija kumpanija.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid nivverifika għax ma niftakarx bl-amment.", "KAROL AQUILINA: Intom għandkom kopja tax-share transfer agreement?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna m'għandniex imma nfittxuha.", "KAROL AQUILINA: Aħna li rridu nkunu nafu huwa l-valur tax-shares li ġew trasferiti u l-konferma li tħallset it-taxxa; suppost ikun hemm it-timbru tal-awtoritajiet li jikkonferma dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nimmaġina li l-istatut ta' din il-kumpanija jirregola l-mod kif jiġu trasferiti x-shares.", "F'dan il-każ – li mhuwiex stramb imma ma jiġrix ta' spiss – minflok l-ishma ġew trasferiti lil terzi persuni, jew lil xi ħadd mill-konsorzju, dawn inqassmu ugwalment bejn kulħadd.", "Kważi kważi tibda tifhem kemm kienet miftehema minn qabel din il-biċċa xogħol.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma din opinjoni tiegħek, Sur President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, hija opinjoni imma hija studjata.", "Sur Mercieca, irriżultalkom kif sar dan id-distribution of shares bejn il-ħames shareholders l-oħra?", "Ix-shareholders fil-konsorzju mhux kollha kienu ndaqs, però minkejja dan, qed nifhem, skont m'għedtilna inti, li l-ishma tal-Gasol tqassmu b'mod ugwali bejn kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri min kellu għaxra u min kellu 100 ħa l-istess mingħand il-Gasol.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Din mhijiex xi ħaġa li tikkonċernana wisq, fis-sens li aħna nagħmlu audit ta' dak li jagħmel il-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk ma dħaltux fiha ma ġara xejn.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' jkun li ma dħalniex fiha jew inkella kemm irrapurtajniha bħala...", "GLENN BEDINGFIELD: Probabbilment hija pubblika fuq is-site ta' Malta Financial Services Authority (MFSA).", "IĊ-CHAIRPERSON: Tal Malta Business Registy (MBR).", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Konna rajna dokumenti ta' dan it-tip, għax huma pubbliċi u aċċessajnihom, imma ma niftakarx bl-amment u allura ma nkunx nista' ngħidlek offhand.", "Din mhijiex xi ħaġa li normalment niffukaw wisq fuqha għax mhijiex xi ħaġa tal-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri x-shares tqassmu b'mod ugwali minkejja li x-shareholders fil-kumpanija ma kellhomx l-istess ammont ta' ishma.", "Mingħalija li hemm wieħed mix-shareholders li għandu biss xi 5%.", "Qed ngħid sew?", "GLENN BEDINGFIELD: Imma dak huwa ftehim ta' bejniethom, jiġifieri la l-Gvern u lanqas NAO ma jista' jindaħal fih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imbagħad kulħadd jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma inti qed tistaqsi lis-sinjur u hu qallek li m'għandux...", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn aktar domandi dwar ix-share transfers?", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Rajtu jekk il-ħruġ ta' din l-entità partikolari minn dan il-konsorzju kellux xi forma ta' impatt fuq l-eżekuzzjoni tal-proġett?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dik hija mistoqsija li mpossibbli nwieġbek għaliha għax ma nafx kif wieħed jista' jgħid li t-tluq tat-tali kellu effett dirett fuq l-execution.", "Però żgur li l-eżekuzzjoni kellha l-problemi wkoll għax kien hemm delays.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ta' sentejn.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Imma mpossibbli nirrispondik u ngħidlek li kien hemm \"hekk\" għax telaq \"dan\"!", "ALEX MUSCAT: Il-kollegi tiegħi min-naħa tal-Oppożizzjoni staqsew jekk Gasol daħlitx f'dan il-konsorzju minħabba affarijiet partikolari li setgħet toffri hi li forsi ħaddieħor m'offriex.", "Kull membru f'konsorzju partikolari ikollu l-qasam tiegħu, u għandi nifhem li Gasol ukoll kellha l-qasam tagħha.", "In-nuqqas ta' Gasol kien an influencing factor meta ġew għall-eżekuzzjoni tal-proġett?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Lanqas din ma nista' nirrispondik għaliha għax ma nista' nara ebda dokument jew xi ħaġa li tagħtini risposta għaliha.", "Li nista' ngħid hu li wara li ġie għall-attenzjoni ta' Enemalta u tal-Gvern it-tluq ta' Gasol, they reconvened the evaluation committee biex jaraw jekk it-tluq ta' Gasol fil-verità kienx ikollu impatt fuq l-proċess ta' evalwazzjoni, u r-riżultat kien li ma kienx ikollu impatt.", "Allura l-għażla tal-konsorzju ElectroGas baqa' validu.", "Naf li m'iniex qed nirrispondik imma...", "ALEX MUSCAT: Jien mort iktar 'il quddiem, però dan huwa dettall importanti.", "Inti qed tgħid li f'kull każ Enemalta ddeċidiet li terġa' tlaqqa' l-kumitat ta' evalwazzjoni biex tara jekk dak il-bidder partikolari li tħalla joħroġ mill-konsorzju, Gasol, setax kellu eżitu differenti fl-għażla tal-preferred bidder, u rriżulta li mhux il-każ.", "GLENN BEDINGFIELD: Dan il-kumitat iltaqa' qabel il-Gvern ta l-go ahead biex ikun hemm it-tqassim tax-shares, jew wara?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri Gasol mhux qabad u dabbar rasu, kif qal iċ-Chairman qabel, imma kien hemm l-evalwazzjoni, min kien qed jevalwa ra li mhux se jkun hemm impatt, u abbażi ta' dik l-evalwazzjoni ngħatat il-go ahead.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri mhux qabad u dabbar rasu.", "KAROL AQUILINA: Għamel li kellu jagħmel biex idabbar rasu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, x'daħal jagħmel in the first place, biex wara tliet xhur dabbar rasu?", "GLENN BEDINGFIELD: Għidli inti għax inti taf kollox!", "KAROL AQUILINA: Mill-MBR qed nara li ferm qabel ma kien hemm ix-share transfer li ġie rreġistrat fit-28 ta' Lulju, kien hemm share transfer ieħor f'April 2015 bejn żewġ kumpaniji Ingliżi li mhumiex irreġistrati Malta, Gasol LNG Import Ltd. u Gasol Malta Ltd.", "Dan irriżultalkom lilkom?", "GLENN BEDINGFIELD: Mhijiex fil-mansjoni tal-NAO li tiskrutinja deals li jsiru bejn kumpaniji privati.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Din dħalna fiha għax kienet fit-terms of reference (ToR) tagħna.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Onor.", "Aquilina qed jistaqsi fuq share transfer bejn żewġ kumpaniji li lanqas huma rreġistrati Malta!", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija tal-Onor.", "Aquilina hija ġustifikata għax fit-ToR kien hemm riferenza speċifika biex l-Awditur Ġenerali jinvestiga x-share transfer ta' Gasol.", "Probabbli din ix-share transfer saret wara li saret it-talba għax it-talba saret...", "KAROL AQUILINA: Żgur li saret wara t-talba.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Ryan Callus xtaqt jagħmel xi domandi dwar xi wħud mid-dokumenti li nbagħtulna mill-NAO f'dawn l-aħħar jiem.", "Fil-kas jistgħu jsiru dawn id-domandi u nieqfu hemmhekk għax sar il-ħin biex tibda s-seduta fil-Plenarja.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur Mercieca, fl-aħħar laqgħa konna qegħdin nitkellmu dwar kif fir-rapport tagħkom ħareġ ċar li min ġie rrifjutat fl-ewwel fażi wara l-EoIC ngħatawlu raġunijiet għalfejn ġie mwaqqa' li fl-istess ħin, però, kienu eżistenti f'bids oħrajn li baqgħu għaddejjin.", "Fl-analiżi li għamiltu intom, fid-dokument EGM2, qbadtu erba' bidders mill-EoIC u tajtuna numru ta' eżempji dwar kif kien hemm min kellu l-istess nuqqasijiet u min għadda u min weħel.", "Dak diġà fih innifsu juri li kellna proċess ivvizzjat għax juri li ma kienx hemm ekwità, ma kienx hemm a level playing field, għall-bidders kollha, għax kieku kien hemm a level playing field, jekk jien ma lbistx ingravata llum u ħaddieħor li ma libishiex ukoll, jiġi trattat bħali u mhux jingħata trattament differenti, kif ġara f'dan il-każ.", "Li xtaqt nitlob, f'isem l-Oppożizzjoni, huwa li tagħmlu l-istess paragun li għamiltu, però fejn jidħol ElectroGas, li huwa l-bidder li finalment intagħżel.", "Jiġifieri jien qed nitlobkom tagħmlu eżerċizzju fuq in-nuqqasijiet li seta' kien hemm f'ElectroGas li minħabba fihom kien hemm oħrajn, li kellhom l-istess nuqqasijiet u waqgħu.", "Intom qbadtu erba' bidders u wrejtu l-inkonsistenzi bejniethom, però dawk l-erba' bidders ma jinkludux lil ElectroGas.", "Għalhekk jien nixtieq inkun naf x'kien il-każ f'ElectroGas ikkomparat mal-bidders l-oħra fuq l-istess binarju ta' żbilanċ fid-deċiżjonijiet.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' jkun li ma kienx hemm dik il-problema fil-konfront ta' ElectroGas.", "Aħna m'għażilniex dawn l-erba' bidders b'mod random, imma għax ir-riferenza li ssir fil-paragrafu jagħmel aċċenn għalihom.", "ElectroGas ma kienx imsemmi fl-istess kuntest, però nistgħu nagħmlu dan li qiegħed titlob inti; issir kolonna oħra.", "RYAN CALLUS: Ir-risposta li tajtuni xorta juri ċertifikat ta' tmexxija għal kollox ħażina, għax il-fatt li għandna erba' bidders li ma ġewx trattati l-istess u li seta' wassal lil wieħed minnhom li kien ippreferut, diġà huwa żball f'dan il-proċess.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Naħseb li qiegħed tirriferi għall-EoIC.", "Jien qed nistaqsi x'paragun jista' jsir, f'dak l-istadju, ma' ElectroGas.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Mercieca, fit-tieni paġna tal-istess dokument, jiġifieri ta' EGM2, intom għamiltu tabella fejn qed jingħad li Med-Gas issottomettew 21 dokument minn 48 u ġew ineliġibbli; Vitol issottomettew 17-il dokument minn 48 u ġew eliġibbli; GasFin issottomettew 16-il dokument minn 48 u ġew ineliġibbli; u Shell issottomettew sebgħa dokumenti minn 48 u ġew eliġibbli.", "Jien xtaqt inkun naf id-dokumenti li ma ssottomettewx x'kienu, u kemm kienu importanti.", "Għax jista' jkun li wieħed ikun issottometta sebgħa biss imma jkunu l-iktar sebgħa importanti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Tista' tirrispondi parti mill-mistoqsija tiegħek billi tħares lejn Figure 2 fejn hemm immarkat liema dokumenti ssottomottew il-bidders.", "Huwa diffiċli ngħidlek on the fly liema huma d-dokumenti importanti u liema mhumiex, però qed nassumi li peress li qegħdin fil-kriterji hawnhekk huma kollha importanti.", "Huwa veru li wħud mid-dokumenti huma iktar importanti minn oħrajn, imma fil-każ ta' min issottometta sebgħa minn 48 huwa ftit diffiċli temmen li ma kienx hemm dokument wieħed importanti minn dawk li kienu neqsin.", "Ma nafx jekk iniex nirrispondi l-mistoqsija tiegħek.", "X'taħseb li kien il-livell ta' importanza ta' dan id-dokument fl-evalwazzjoni finali?", "Għax mid-dokumenti li jkunu ntalbu, ikun hemm li huma importanti aktar minn oħrajn u jkun hemm dokumenti li ma jkunux daqshekk essenzjali għat-teħid tad-deċiżjoni finali.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Din id-distinzjoni li qed tagħmel inti hija valida u tagħmel sens, però ma kienx evidenti fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-EoIC, fis-sens ma kienx hemm li lil \"dak\" qed neskluduh minħabba \"dan\" id-dokument speċifiku, u lill-\"ieħor\" qed ngħadduh minkejja li ma tax \"dan\" id-dokument, għax \"dan\" id-dokument mhux importanti.", "Huwa ftit diffiċli tagħmel sens mill-affarijiet f'din il-perspettiva.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-NAO għaddewlna xi dokumenti li huma commercially sensitive, u rrikkmandaw li l-Kumitat juża' l-prudenza fil-pubblikazzjoni tagħhom.", "Għaldaqstant naħseb li dawn id-dokumenti m'għandhomx jitilgħu fuq il-website tal-Parlament.", "Nesiġi wkoll li mhux biss m'għandhomx jitilgħu fuq il-website tal-Parlament, imma li l-Membri ta' dan il-Kumitat jużaw id-diskrezzjoni u mhux ikunu huma li jagħtuhom lil xi ħadd, jew jippubblikawhom, jew jgħadduhom lil min għandhom jgħadduhom, kif ġieli sar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat qiegħed jiġi aġġornat għal data li tiġi komunikata fi stadju ulterjuri.", "Fl-3:50 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210113_073d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 73", "L-Erbgħa, 13 ta' Jannar, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:03 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur); l-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet); l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 72, li saret fid-9 ta' Diċembru 2020, ġew konfermati.", "Bħala punt li joħroġ mill-Minuti l-Onor.", "Bedingfield fakkar fil-committment li kien sar mill-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat biex jippreżentaw il-lista tax-xhieda li kien beħsiebhom iressqu quddiem il-Kumitat.", "Iċ-Chairman qal li malli tispiċċa l-general overview li kienet qed tingħata issir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l-Oppożizzjoni kienet se tkun f'pożizzjoni li tgħaddi l-lista tax-xhieda li kien beħsiebha ttella' jixhdu quddiem il-Kumitat.", "Email datata 11 ta' Diċembru 2020, mibgħuta mill-Onor.", "Karol Aquilina, b'talba lill-Awditur Ġenerali sabiex jipprovdi lill-Kumitat kopja tal-kuntratti kollha li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika analizza bħala parti mill-investigazzjoni tiegħu li wasslet għar-rapport li qiegħed jiġi eżaminat mill-Kumitat, flimkien mar-risposta tal-Awditur Ġenerali għal din it-talba (Dok.", "Email mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, datata 15 ta' Diċembru 2020, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat f'Laqgħa Nru 72 (Dok.", "Email mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, datata 5 ta' Jannar 2021, b'informazzjoni mitluba mill-Kumitat f'Laqgħa Nru 72 (Dok.", "Għar-rigward ta' Dok.", "157 u Dok.", "158 il-Kumitat qabel li, minħabba li kienu jinkludu informazzjoni kummerċjalment sensittiva, dawn ma kellhomx jittellgħu fuq il-website tal-Parlament.", "Għar-rigward ta' Dok.", "156, u ċioè l-kuntratti mitluba mill-Onor.", "Aquilina, l-Awditur Ġenerali, meta mistoqsi dwarhom miċ-Chairman, qal li kienet minn dejjem il-prassi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li ma jgħaddix lil terzi dokumenti li jkunu ngħatawlu fil-kors tal-awditu li jkun qed jagħmel, u ssuġġerixxa li ssir talba għalihom lill-Ministeru konċernat.", "Għaldaqstant, l-Onor.", "Karol Aquilina, f'isem il-Membri tal-Oppożizzjoni għamel din it-talba:", "\"Illi skont dak li ġie indikat waqt l-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat, il-Ministeru responsabbli u Enemalta jintalbu jipprovdu lill-Membri ta' dan l-istess Kumitat kopja mhux iċċensurata tal-kuntratti kollha li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika analiżża bħala parti mill-investigazzjoni tiegħu li wasslet għar-rapport intitolat \"An Investigation of Matters Relating to the Contracts awarded to Electrogas Malta Ltd. by Enemalta Corporation\".", "Iċ-Chairman staqsa jekk kienx hemm qbil li l-Kumitat jitlob għal din l-informazzjoni, u peress li ma kienx hemm qbil, huwa għadda sabiex ipoġġi t-talba tal-Onor.", "Aquilina għall-vot.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "L-Onor.", "L-Onor.", "It-talba m'għaddietx.", "Wara li ttieħed il-vot, l-Onor.", "Glenn Bedingfield ivverbaliżża l-motivazzjoni tal-vot tal-Membri tan-naħa tal-Gvern u qal li:", "\"Aħna, in-naħa tal-Gvern, qegħdin nivvutaw kontra l-proposta li għamel l-Onor.", "Karol Aquilina għaliex għandna fiduċja assoluta fl-istituzzjoni tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u bl-ebda mod ma rridu li nimminaw dik il-fiduċja, anke għaliex ma kellna ebda oġġezzjoni li l-Membri tal-Oppożizzjoni, u mhux dan il-Kumitat, jagħmlu t-talba tagħhom.\".", "L-Onor.", "Aquilina, f'isem l-Oppożizzjoni, imbagħad għadda sabiex jirrileva li:", "\"Il-Membri tal-Gvern qegħdin joġġezzjonaw li jiġi pprovdut lil dan il-Kumitat il-kuntratti mhux iċċensurati dwar il-power station ta' ElectroGas, u dan biex l-istess kuntratti jinżammu sigrieti u l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ma jkunx jista' iwettaq il-funzjonijiet tiegħu.", "F'dan ir-rigward l-Oppożizzjoni tiddikjara li se tibqa' tinsisti li dawn il-kuntratti jiġu pprovduti lill-Kumitat mill-Gvern u minn dawk involuti fil-proġett ta' ElectroGas.", "L-Oppożizzjoni tinnota wkoll li l-Membri tal-Gvern m'għandhomx fiduċja fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ġaladarba mhux lesti jinsistu li l-analiżi li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika tkun diskussa bl-iktar mod sħiħ minn dan il-Kumitat.\".", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "BY ENEMALTA CORPORATION\" – PREŻENTAZZJONI ĠENERALI MILL-AWDITUR ĠENERALI DWAR IR-RAPPORT U L-KONKLUŻJONIJIET TIEGĦU (Dok.", "154 u 154a)", "Il-Kumitat irriżuma mid-9 ta' Diċembru 2020 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Iċ-Chairman stieden lill-Awditur Ġenerali u lill-uffiċjali li kienu qegħdin jakkumpanjawh sabiex jersqu madwar il-Mejda.", "Is-Sur Charles Deguara, is-Sur Noel Camilleri, u s-Sur Keith Mercieca, Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali, u Assistent Awditur Ġenerali, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "Is-Sur Keith Mercieca kompla bl-ispjegazzjoni li kien beda fil-laqgħa preċedenti.", "L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kien mitlub sabiex, sal-laqgħa li jmiss, jipprovdi din l-informazzjoni:", "Jekk fl-audit li għamlu rriżultax li l-formazzjoni tal-criteria u l-weighting tal-Expression of Interest and Capabilities ġew imfassla u ffinalizzati fil-Programme Sponsoring Group;", "Il-valur tax-shares li ġew trasferiti f'Lulju 2015 u l-konferma li tħallset it-taxxa fuqhom; u", "Comparative list ta' shortcomings li kien hemm fl-ewwel stadju tal-proċess, li wasslu lill-NAO jagħmel l-osservazzjoni li kien hemm \"similar shortcomings\", u li tinkludi lil ElectroGas.", "Matul id-diskussjoni ġiet mitluba wkoll is-segwenti informazzjoni mingħand Enemalta:", "Il-Minuti, mhux iċċensurati, li għalihom issir riferenza fid-dokument EGM5 mibgħut mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u li huwa mmarkat bħala Dok.", "L-Evaluation reports, mhux iċċensurati, li hemm riferenza għalihom fid-dokument EGM4 mibgħut mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u li huwa mmarkat bħala Dok.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fl-3:50 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat bl-istess aġenda għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210113_073m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 40", "L-Erbgħa, 20 ta' Jannar 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Jannar, 2021 fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mal-NGO Happy Parenting Malta – For Happier Children;", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210120_040a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 40", "L-Erbgħa, 20 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, fil-4:47 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ppresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Rosianne Cutajar, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 39 li saret nhar il-Ħamis, 10 ta' Diċembru 2020 ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI MAL-NGO HAPPY PARENTING MALTA – FOR HAPPIER CHILDREN", "Għal din il-laqgħa kienu mistiedna s-Sinjura Mary Gauci, Dr Ivan Sammut, is-Sinjura Mary Gauci u s-Sinjur Karl Wright rappreżentanti tal-NGO Happy Parenting Malta – For Happier Children.", "Is-Sinjura Mary Gauci, President tal-NGO, ressqet lill-Kumitat żewġ powerpoint presentations intitolati;", "Dok 62 L-Aħħar żviluppi ta' parental alienation f'Malta u proposti għal diskussjoni dwar tibdil fil-liġi u titjib fil-proċedura tal-Qorti tal-Familja;", "Wara li ġew imressqa l-powerpoint presentations il-Membri preżenti ressqu diversi mistoqsijiet lill-mistiedna.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-Onor.", "David Agius, f'isem l-Oppożizzjoni, talab lill-Kumitat sabiex tiġi diskussa l-Politika Nazzjonali dwar id-Droga.", "Fis-5.50 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT", "L-Onor."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210120_040m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 74", "L-Erbgħa, 20 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 74", "L-Erbgħa, 20 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:07 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 74, li saret fit-13 ta' Jannar 2021, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Fil-laqgħa preċedenti saret talba minn dan il-Kumitat, kemm lill-Awditur kif ukoll lil Enemalta, sabiex jiġu prodotti numru ta' dokumenti, u fil-fatt waslulna numru ta' dokumenti, fosthom il-Minuti ta' diversi laqgħat li saru f'Enemalta rigward dan il-proġett, kif ukoll informazzjoni li ġiet mgħoddija lilna min-naħa tal-Awditur Ġenerali b'mod partikolari rigward ix-share transfer li sar u l-valutazzjoni tax-shares li saru fil-konsorzju ElectroGas.", "Jien tlabt lis-Segretarja ta' dan il-Kumitat sabiex tagħmel hard copy għall-Membri kollha ta' dan il-Kumitat u qed nifhem li kull wieħed minnkom għandu kopja ta' dawn id-dokumenti, li rrid ngħid li huma voluminużi u peress li wasslu għandna llum, jista' jkun li hawn Membri tal-Kumitat li għad ma kellhomx l-opportunità li jeżaminawhom.", "Nistgħu issa ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR ĠENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "IĊ-CHAIRPERSON: Infakkar li fil-laqgħa preċedenti kien qiegħed jagħmel id-depożizzjoni tiegħu r-rappreżentant mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, is-Sur Keith Mercieca, u għalhekk nitolbu sabiex, flimkien mal-Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali, jersaq fuq il-mejda ħalli jkompli d-depożizzjoni tiegħu.", "Is-Sur Charles Deguara, is-Sur Noel Camilleri u s-Sur Keith Mercieca, Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali, u Assistent Awditur Ġenerali, rispettivament, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, qabel tkompli minn fejn ħallejna l-ġimgħa l-oħra, hawn xi Membri li xtaqu jagħmlu xi domandi dwar id-dokumenti li rċevejna aktar kmieni llum mingħand Enemalta.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jien tajt daqqa t'għajn lid-dokumenti, ma nafx jekk intom, Sur Mercieca, tafux x'għandna f'idejna hawnhekk jew le, però xtaqt konferma li d-dokumenti li għandna f'idejna huma d-dokumenti li kellkom intom f'idejkom meta għamiltu r-rapport.", "Irrid ngħid li lilna bagħtulna l-evaluation report u l-Minuti tal-laqgħat differenti li saru.", "Għal kull bon fini, niġbed l-attenzjoni li l-kopji tal-Minuti mhumiex iffirmati u fuq kull kopja tal-Minuti hemm miktub li hija \"a certified true copy as retrieved from Enemalta data repository\" whatever that may mean.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Aħna m'għandniex kopja ta' dawk id-dokumenti f'idejna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob lis-segretarja sabiex tgħaddi kopja ta' din id-dokumentazzjoni lill-Awditur Ġenerali.", "KAROL AQUILINA: Jien m'iniex qed nippretendi risposta issa, imma sempliċement qed nitlob li meta jkollkom ċans tarawhom, tikkonfermawlna, jew xort'oħra, ħalli naraw li nkunu qegħdin nitkellmu dwar l-istess ħaġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela l-mistoqsija tal-Onor.", "Aquilina hija jekk dawk id-dokumenti li ġew ippreżentati lilna minn Enemalta, u li kopja tagħhom ġiet mgħoddija lilkom issa, humiex id-dokumenti li kellkom aċċess għalihom intom fil-proċess ta' dan ir-rapport.", "Napprezza li ma tistgħux twieġbu din id-domanda issa.", "IS-SUR KEITH MERCIECA (Assistent Awditur Ġenerali): Dawn qed nagħrafhom bħala li huma l-Evaluation Committee reports ta' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Però hemm ukoll il-Minuti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, hawn il-Minuti tal-Programme Sponsoring Group (PSG).", "Nista' ngħid li aħna kellna dawn id-dokumenti, però biex nikkonferma b'mod komprensiv li huma kollha nkun irrid niċċekkja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela t-talba ta' dan il-Kumitat hija li jiġi kkonfermat li dawn huma d-dokumenti li kellkom intom, u jekk humiex exhaustive f'termini ta' Minuti, jew adirittura kellkomx inqas milli ngħatajna aħna; jista' jkun li aħna ma ngħatajniex kollox u jista' jkun li ngħatajna aktar milli ngħatajtu intom.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Li se nagħmel hu li se nirrikonċilja dan is-sett ta' dokumenti mad-dokumenti li qegħdin għandna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqblu.", "KAROL AQUILINA: U forsi tindikalna wkoll jekk il-kopja li għandu l-NAO hijiex iffirmata jew le għax jien dort il-kopji tagħna u rajt li l-ebda kopja mhi ffirmata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tajjeb, nistgħu nkomplu.", "Sur Mercieca, xtaqt nistaqsik dwar il-valuation tax-shares.", "Niftakru li Gasol Malta Ltd. kienet membru tal-konsorzju ElectroGas, però at one point in time, din ittrasferiet l-ishma tagħha.", "Ngħid sew li fid-dokument EGM7, li bgħattulna, hemm typo?", "Fit-tieni punt li hawn f'dan id-dokument hawn miktub li \"ElectroGas Malta Ltd. transferred 3,000 ordinary shares\".", "Min ittrasferixxa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Appuntu.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna qegħdin ngħidu ElectroGas bħala kumpanija overall.", "KAROL AQUILINA: Li qed jgħid iċ-Chairman huwa li x-shareholder kien Gasol Malta Ltd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura huwa Gasol li ttrasferixxa.", "KAROL AQUILINA: Jien iċċekkjajt u rriżultali li qabel Gasol għaddiet ix-shares lill-kumpaniji l-oħra li għandhom shareholding f'ElectroGas Malta Ltd., Gasol Malta Ltd. irċeviethom mingħand kumpanija oħra ta' Gasol.", "Jien hekk irriżultali mill-UK Companies House; li kien sar it-trasferiment.", "Ma nafx jekk intom, bħala National Audit Office (NAO), kontux tafu b'dan.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Aħna ħarisna lejn ir-records li hemm fuq il-Malta Business Registry (MBR).", "GLENN BEDINGFIELD: Fejn jidħol il-Gvern Malti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però t-transferor mhuwiex ElectroGas Malta.", "Jista' jkun li qed tinftiehem ħażin, għandek raġun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri mhux ElectroGas Malta Ltd. ittrasferixxew 3,000 shares imma Gasol Malta Ltd.", "Hekk hu.", "Internament, minn ElectroGas għaddew dawn it-3,000 share, fl-ordni kif spjegata fir-rapport.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri mhux ElectroGas ittrasferixxiet imma Gasol.", "Naħseb hawnhekk il-kelma \"ElectroGas\"…", "GLENN BEDINGFIELD: Ma kien hemm l-ebda kumpanija oħra minn barra li daħlet; kien hemm an internal transaction.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Mercieca, it-tluq ta' Gasol mill-konsorzju kellu mpatt fuq l-outcome finali?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri nbidlet xi ħaġa minħabba l-fatt li telqet Gasol mill-konsorzju u minn sitt kumpaniji ġew ħamsa?", "Saret xi ħaġa kontra xi kriterju li kien miftiehem?", "Għax fir-rapport hemm li:", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "Kif spjegajt lill-Onor.", "Muscat il-ġimgħa l-oħra, malli l-Gvern irċieva n-notifika li Gasol ried jitlaq mill-konsorzju kien tqabbad evaluation committee ieħor.", "Dawn reġgħu ssottomettew lill-konsorzju għall-evalwazzjoni u raw x'kien ikun l-effett kieku kellhom jerġgħu jevalwaw il-bid tagħhom mingħajr Gasol, u l-effett kien negliġibbli, jiġifieri ma kienx hemm effett.", "GLENN BEDINGFIELD: Tikkonferma li l-pożizzjoni adottata minn Enemalta kienet konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli għal dak iż-żmien?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri Enemalta mxiet mal-kriterji li kien hemm?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jekk qed tirriferi għall-Public Procurement Regulations, dawn ma kenux japplikaw direttament għal dan il-każ għax ġew esklużi.", "GLENN BEDINGFIELD: Allura x'għamlet ħażin Enemalta?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Li kien hemm u li we flagged bħala xi ħaġa irregolari kien il-fatt li l-ftehim…", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Implementation Agreement (IA).", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "L-IA li daħlu fih il-konsorzju ElectroGas tliet xhur qabel ma seħħ dan kollu, kien jikkonsidra biss il-possibilità li jitlaq xi ħadd mill-konsorzju għal perjodu ta' żmien wara li jagħmlu l-financial closing.", "GLENN BEDINGFIELD: U l-pre-financial closing share transfers restriction agreement x'kien jgħid?", "Jekk niftakar sew, fit-22 ta' Lulju dawn talbu l-permess ta' Enemalta u tal-Gvern biex jitlaq Gasol, ftit jiem wara, jidhirli fis-27 ta' Lulju…", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ħriġtha l-kronoloġija tal-fatti u nista' ngħidha.", "Fis-16 ta' Lulju 2015 saret talba lill-Ministeru u lil Enemalta biex Gasol toħroġ mill-konsorzju.", "Imbagħad, fil-21 ta' Lulju l-Ministeru informa lil ElectroGas li ma kellux oġġezzjoni.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "GLENN BEDINGFIELD: Fit-22 ta' Lulju, Enemalta infurmat lil ElectroGas li ma kellhomx oġġezzjoni.", "Imbagħad, fis-27 ta' Lulju kien iffirmat Pre-Financial Closing Share Transfer Restriction Agreement fejn fih il-partijiet qablu li jista' jsir trasferiment ta' shares.", "KEITH MERCIECA: Le, li għamel il-Pre-Financial Closing Share Transfer Restriction Agreement huwa li għalaq il-gap li kien hemm li jitilqu membri mill-konsorzju.", "GLENN BEDINGFIELD: Allura kien hemm qbil, u ma kien hemm l-ebda ksur ta' regola.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: B'mod sempliċi, li għamel dak il-ftehim huwa li qal li dik li kienet għadha kif ġrat, jiġifieri t-tluq ta' Gasol, ma setgħetx terġa' tiġri għax kienu qed jagħlqu dak id-dubju li seta' kien hemm permezz ta' dak il-ftehim.", "Però l-fatt hu li kien diġà laħaq telaq Gasol.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri qed tikkonferma li ma kien hemm l-ebda ksur ta' regolamenti minn Enemalta bid-deċiżjoni li ttieħdet.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, m'iniex qed nikkonferma.", "Jien qed ngħid li l-IA ma kienx jikkunsidra l-possibilità li jkun hemm tluq ta' membri mill-konsorzju qabel ma jseħħ il-financial closing, li kien għadu ma seħħx.", "GLENN BEDINGFIELD: Imbagħad kien hemm il-financial closing u kien hemm il-qbil.", "Però inti għadek kif għedtli li t-tluq ta' Gasol…", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma l-financial closing seħħ tliet snin wara, Onor. Bedingfield.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: Skużani, qed nirriferi għall-Pre-Financial Closing Share Transfer Restriction Agreement mhux għall-financial closing.", "F'dak l-agreement iż-żewġ partijiet qablu li seta' jsir.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fi kliem sempliċi, il-konsorzju talab lill-Gvern u lil Enemalta li jitlaq membu minn tagħhom, ikkunsidrawha u qalulhom okay.", "IĊ-CHAIRPERSON: U intom qed tgħidu li dik l-okay kienet in breach tal-ftehim.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Aħna qed ngħidu li ma kenitx skont l-IA.", "Imbagħad, li ġara wara kien li biex ma jerġax jiġri każ ieħor bħal dan, jiġifieri biex ma jerġax jitlaq xi ħaddieħor, għamlu ftehim ieħor li kien espliċitu mmens u li jgħid li din ma tistax terġa' ssir; jista' jkun li kien hemm dubju fl-ewwel ftehim jekk setgħetx issir jew le imma issa żgur li m'hemm dubju ta' xejn.", "GLENN BEDINGFIELD: Però intom għedtu li fid-deċiżjoni finali ma kien hemm l-ebda impatt mit-tluq ta' Gasol, għax Gasol kellha problema bil-finanzjament.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Imma dawn huma żewġ kwestjonijiet separati, jiġifieri jekk kienx ikun hemm effett fuq il-proċess ta' evalwazzjoni, hija kwestjoni, u jekk kienx permissibbli li shareholder jitlaq skont l-IA, hija kwestjoni separata.", "It-tnejn huma fatti, imma ma nistax norborthom flimkien għax huma separati.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma huma proċess wieħed.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Huma konnessi għax huma kollha mal-istess proġett, imma hemm ħafna affarijiet oħrajn li huma marbutin mal-proġett li ma nistax norbothom kollha f'daqqa!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri sar ftehim bejn Enemalta u l-konsorzju u Enemalta qaltilhom li x-shareholders ma jistgħux jinbidlu qabel Jannar 2018.", "Qed ngħid sew.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bażikament il-loġika kienet li Enemalta kienet qed tgħidilhom li tathom biċċa xogħol u ma jridx ikun hemm xi ħadd minnhom u jdabbar rasu.", "U Enemalta, rightly so, qalet li trid tkun ċerta li l-proġett jispiċċa, imbagħad wara jistgħu jagħmlu li jridu, imma sal-2018 riedu jagħmlu l-proġett.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm ftehim f'dan is-sens?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "L-IA kien jipprovdi li ma jistax ikun hemm bdil ta' shareholders qabel Jannar 2018, u l-loġika – u l-Awditur jirrilevaha – hija li dawn ngħataw biċċa xogħol u qabel ilestuha, ħadd minnhom ma jista' jitlaq.", "L-Awditur jirrileva li minkejja li kien hemm dan il-ftehim, fit-22 ta' Lulju 2015, ftit xhur wara li ġie ffirmat il-kuntratt, Gasol għamlet share transfer.", "L-Awditur jgħid li dawn talbu permess lil Enemalta, u Enemalta tathom permess.", "Jiġifieri wara tliet xhur li ffirmaw il-ftehim, Enemalta qalet li minn dak li qalet ma kien hemm xejn…", "GLENN BEDINGFIELD: Imma kien hemm il-Gasol Evaluation Committee u l-NAO qabel mal-konklużjoni tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur qed jgħid li kien hemm kuntratt u tliet xhur wara li ġie ffirmat il-kuntratt ingħata permess biex jinbidel wieħed mill-players.", "GLENN BEDINGFIELD: U sar kuntratt ieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, mhux sar kuntratt ieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, mhux sar kuntratt ieħor, imma qalulhom li dik kienet ta' darba.", "KAROL AQUILINA: Eċċezzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qalulhom li kienu qed jagħtuhom permess ta' darba, jiġifieri mhux joqogħdu kull erbat ijiem ibidlu x-shareholding.", "GLENN BEDINGFILED: Imma meta kien hemm il-Gasol Evaluation Committee, l-NAO qablu mal-konklużjoni tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'konklużjoni hi, Onor. Bedingfield?", "GLENN BEDINGFIELD: Il-konklużjoni li mingħajr Gasol, il-konsorzju xorta seta' jibqa' miexi 'l quddiem u, fil-fatt, baqa' sejjer 'il quddiem.", "KAROL AQUILINA: Dik hija opinjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, mhijiex opinjoni, hija konklużjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Int qed tgħid li xi ħadd ħa kuntratt, min se jesegwixxi l-kuntratt inbidel, però għalina xorta għax min ħa l-kuntratt xorta se jagħmel il-proġett.", "Mhux dak l-argument!", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm sitt kumpaniji li ffurmaw konsorzju, kumpanija minn dawk il-ħamsa rtirat...", "IĊ-CHAIRPERSON: Li kienet il-lead partner.", "GLENN BEDINGFIELD: ...u baqa' ħamsa oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-lead partner telqet.", "Jiġifieri meta ġew biex jevalwaw, dawn qalu li hemm Gasol bħala lead partner, u peress li Gasol hija kumpanija ta' ċerta portata… Tliet xhur wara li l-kumpanija ħadet il-kuntratt, il-captain tat-team telaq 'l hemm.", "ONOR: GLENN BEDINGFFIELD: U minflok il-captain kien hemm ħames players oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, però l-captain tat-team telaq 'l hemm.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien naħseb li jiddependi skont il-perspettiva li wieħed iħares minnha.", "Minn perspettiva ta' operations, jiġifieri fuq livell ta' operations, il-proġett baqa' għaddej.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ittardja b'sentejn.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, imma kull proġett kapitali… (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma meta ngħidu l-proġett baqa' għaddej… (Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: L-Isptar Mater Dei dam 20 sena, u naqra terminal fiċ-Ċirkewwa dam… (Interruzzjonijiet)", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur): Il-proġett taċ-Ċirkewwa ilħaqt kbirt jien sakemm tlesta!", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Il-kwestjoni hija jekk, l-ewwel nett, it-tluq ta' Gasol kienx in line mal-ftehim li kien hemm bejn il-Gvern u l-konsorzju, li jirriżulta li ma kienx, u t-tieni, jekk fuq livell ta' amministrazzjoni tajba, it-tluq ta' lead partner kellux effett negattiv fuq żewġ affarijiet, u ċioè fuq x'jista' jiġri min-naħa tal-Gvern f'riskju dwar il-proġett, u anke fil-konfront ta' min ħa sehem fil-proċess biex jintgħażel dak il-konsorzju u mhux oħrajn.", "Naħseb li naqblu illi kieku Gasol ma kenitx hemm fil-bidu seta' kellha effett materjali fuq id-deċiżjoni finali li ttieħdet li jintgħażel dak il-konsorzju.", "U jien qed nifhem li dik hija l-ikbar problema li hemm, għax ma jistax ikollok lead partner f'konsorzju, li joffri ċertu serħan il-moħħ li l-proġett se jsir, li jisparixxi u kollox jibqa' għaddej.", "Veru li kollox baqa' miexi, imma kieku dan il-lead partner telaq qabel, l-istorja kienet tkun differenti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux preċiż, u hawnhekk fejn naħseb li l-punt tal-Onor.", "Bedingfield jagħmel sens.", "Meta dak li nsejħulu Gasol Evaluation Committee reġa' ra l-bid, wasal għall-konklużjoni illi kieku l-bid saret in the first place mingħajr Gasol ma kienx se jkun hemm effett materjali.", "Jiġifieri hawnhekk m'iniex qed naqbel mal-punt li għamel l-Onor.", "L-aktar punt li ħassibna bit-tluq ta' Gasol huwa l-irregolarità mal-agreement li ffirma l-Gvern mal-konsorzju.", "Dak huwa l-aktar punt li dejjaqna.", "KAROL AQUILINA: Imma anke fejn jidħlu drittijiet ta' terzi.", "Dan seta' ħoloq sitwazzjoni fejn xi ħadd mill-oħrajn jagħmel azzjoni biex jgħid li hu ġie ppreġudikat għax kieku kien jaf minn qabel li l-lead partner jista' jitlaq u xorta jibqa' għaddej…", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-problema hija ta' nuqqas ta' konformità mal-IA.", "Jien qiegħed nifhem il-punt tiegħek, imma dak huwa punt ta' prinċipju.", "KAROL AQUILINA: Huwa punt akkademiku, imma li fil-kuntest seta' jippreġudika kollox.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kieku l-istess bid saret mingħajr Gasol xorta ma kien se jkun hemm effett ta' xejn fuq l-evaluation outcome.", "M'iniex qed ngħid li huwa tajjeb li telaq Gasol, imma qed ngħid li l-evaluation kien ikollu l-istess riżultat.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Dak li qed jgħid l-Onor.", "Aquilina seħħ?", "Jiġifieri l-bidders l-oħra għamlu xi protest?", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri ħadd ma ħassu nġurjat b'dak il-proċess.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-proċess, ormai, kien ilu li ġie konkluż", "KAROL AQUILINA: Il-proċess kien laħaq għadda.", "ONOR ALEX MUSCAT: Imma ma kien hemm ħadd li, qabel ma ġie konkluż il-proċess, sfida…", "KAROL AQUILINA: Għax il-proċess kien magħluq, dik il-parti kienet magħluqa.", "ALEX MUSCAT: Imma f'kull każ jibqa' rimedju li wieħed iwaqqaf dak il-proċess.", "Hemm rimedji legali, imma qed nifhem li ħadd ma ħa dawk ir-rimedji legali għax ħassu li b'dik id-deċiżjoni seta' kien hu li rebaħ it-tender.", "KAROL AQUILINA: F'dik iċ-ċirkostanza r-rimedji huma far fetched ħafna.", "Biex ngħidu hekk, imbagħad qagħdu għaliha; qalu li hemm hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli niġi għall-valuation ta' dawn l-ishma.", "Jiġifieri Gasol daħlet fil-kumpanija bi 3,000 ordinary shares li kellhom valur ta' €1-il wieħed.", "Xahrejn wara, Gasol cashed in dawn it-3,000 ordinary shares ta' €1-il wieħed, u dak li kien €3,000 ġie jiswa €2.5 miljun, għax daqshekk tħallset Gasol.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Skont l-informazzjoni li tatna t-Tax Authority, id-declared value kien ta' €2.5 miljun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri Gasol daħlet u ħarġet minn dan il-proġett, u bħala revenue daħlet €2.5 miljun.", "U dan mingħajr lanqas konna għadna ċaqlaqna skorfina.", "CLAYTON BARTOLO: Minn fejn qed tasal għal dawn in-numri?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mid-dokument.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma l-NAO ma jidħol xejn f'din il-kwestjoni, għax din hija xi ħaġa interna ta' bejniethom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, jiġifieri inti jirriżultalek li Gasol daħlet €2.5 miljun għal 3,000 share ta' €1-il wieħed.", "CLAYTON BARTOLO: Jekk qed nifhem tajjeb, hawnhekk tkun saret ix-share valuation skont il-prescribed form min-naħa tat-taxxa, jiġifieri ma jfissirx li għax l-amount subject to duty kien €2.5 miljun, Gasol daħlet €2.5 miljun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela xi tfisser?", "CLAYTON BARTOLO: Ma tfissirx hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela għedli xi tfisser.", "CLAYTON BARTOLO: Meta inti qed tagħmel share valuation – u hawnhekk dawn is-Sinjuri tal-NAO jgħallmuni għax issa ili sena nieqes minn dan ix-xogħol – trid tieħu the higher of consideration, or the market value.", "IĊ-CHAIRPERSON: At valuation.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma bħala NAO ma jidħlu xejn fiha għax dik hija tranżazzjoni bejn kumpaniji privati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nistaqsi xi rriżultalhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma lanqas hu affarihom.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-Ħadd wara n-nofsinhar tawhielna l-informazzjoni.", "CLAYTON BARTOLO: Anzi weġbuk il-Ħadd wara nofsinhar!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, kont qed tagħmlilna spjegazzjoni.", "CLAYTON BARTOLO: Jien kont qed ngħid li meta qed tagħmel xi ħaġa hekk trid tieħu the higher of consideration, or market value.", "F'dan il-każ ma nafx liema ttieħed, ħalli nkun ċar, però jekk iż-€2.5 miljun huwa l-market value tal-kumpanija, ma jfissirx li Gasol daħlet €2.5 miiljun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tax-shares mhux tal-kumpanija.", "CLAYTON BARTOLO: Imma dak meta taħdimha skont il-market value tal-kumpanija, li effettivament huwa l-market value tax-shares; ma jfissirx li daħlet €2.5 miljun.", "Wieħed ikun irid jara d-dokumenti tax-share transfer per se.", "Jista' jkun, għas-saħħa tal-argument, li xi ħadd ibigħ share €1, li l-market value tiegħu huwa ta' €10, u jħallas duty fuq l-€10 imma ma jfissirx li jkun daħħal €10.", "Dak huwa l-mod kif taħdem is-sistema tat-taxxa tagħna.", "KAROL AQUILINA: Però inti qed tgħid li qatt ma tista' tkun aktar.", "CLAYTON BARTOLO: Kif ma tistax tkun aktar?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ma tistax tiddikjara li jiswew €2.5 miljun imbagħad fil-verità jkunu għaddew €5 miljun.", "CLAYTON BARTOLO: Għalhekk qed ngħid li wieħed irid jara l-workings.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna ma dħalniex f'dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nistaqsi xi rriżultalkom għax m'għandix id-dokumenti li bagħtulkom.", "Dan id-dokumenti intom ippreparajtuh.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Essenzjalment dik hi l-informazzjoni li tawna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma dan mhuwiex id-dokument li bagħtulkom.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma viċin tiegħu.", "L-informazzjoni li tawna l-Awtorità tat-Taxxa qiegħda riflessa f'dan id-dokument.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri figuri biss tawkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed ngħid sew li mill-informazzjoni li tawkom l-Awtorità tat-Taxxa jirriżultalkom li dak li kien valued at €1 per share at point of incorporation of the company, at point of transfer ġie valued at €2.5 million?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, mill-informazzjoni hekk jirriżulta.", "GLENN BEDINGFIELD: U x'għamel ħażin il-Gvern?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa ngħidlek, mhux x'għamel ħażin, imma x'ġara.", "Jirriżulta li fil-mument li din il-kumpanija ngħatat din it-tender għal dan il-proġett, dak li kien jiswa €3,000 ġie jiswa €2.5 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Kollox maħdum bizzilla, mhux illegali.", "Kollox maħdum perfett.", "Dak li kellu valur ta' €3,000, fil-mument li t-tender ġiet awarded lil dan il-konsorzju, ġie jiswa €2.5 miljun.", "Hekk jirriżulta.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: U dan huwa ħażin.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'għedtlekx illegali jien.", "Jalla jkollok €3,000 u jsiru €2.5 miljun fi tliet xhur.", "Jalla kulħadd jagħmel dawn is-suċċessi!", "Hawn mistoqsijiet oħra fuq dan il-punt?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għax aċċettaw li jħallsu hekk il-partijiet l-oħrajn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment!", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jekk jien ngħidlek li għandi xi ħaġa u tagħtini €1 miljun għaliha, neħodhom!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk noffrilek xi ħaġa li tiswa €1 u nitolbok €10 għaliha, trid tkun worth it ħafna biex tagħtihomli.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dażgur.", "ALEX MUSCAT: Bil-mod, għax naħseb hawnhekk qed nagħmlu argumenti ftit simplistiċi, li anke kif qal l-NAO, ma kellhomx sinifikat għall-konklużjoni tal-implimentazzjoni tal-proġett.", "Matul dawn ix-xhur sakemm kien għaddej il-bidding process rajna x'kienu l-ispejjeż marbuta sabiex għamlu l-bidding?", "Ma jidhirlix li rajnihom hawnhekk.", "Sur President, inti wasalt għall-konklużjoni bl-assumption li kull bidder ipprepara l-bid tiegħu u ssottomettiha mingħajr ma kien hemm spejjeż involuti ta' expertise biex għamel dan.", "Ħa nagħmel mistoqsija li forsi għadha ma saritx.", "Biex wieħed jitfa' bid biex tkun tista' tinbena l-power station, li raħset il-kontijiet tal-enerġija f'pajjiżna, kemm ried iħallas?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li kien hemm xi fee biex wieħed jiġbor id-dokument.", "ALEX MUSCAT: Tiftakar kemm kienet dik il-fee?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma niftakarx dak id-dettall, imma nista' niċċekkja.", "ALEX MUSCAT: Naħseb li f'dawn it-tip ta' tenders, biex taqta' tmur biss għal dawk l-operaturi jkunu ta' ċerta portata, normalment…", "IĊ-CHAIRPERSON: Nimmaġina li kien hemm miżata, u forsi tkun tista' tivverifikalna l-ammont.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Nista' nfittex għax ma niftakarx bl-amment kemm kien l-ammont.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri aħna qed ngħidu li f'April 2015 saret it-talba biex ikun hemm dan it-trasferiment li ġie effettwat fit-22 ta' Lulju 2015.", "Intom dħaltu fid-dati ta' meta effettivament il-kumpanija Gasol Malta Ltd. ġiet iffurmata?", "Lili jirriżultali – u qed nara d-dati uffiċjali mir-Reġistru tal-Kumpaniji Ingliż – li din il-kumpanija ġiet iffurmata fil-25 ta' Marzu 2015.", "Jiġifieri f'inqas minn xahar, din iddeċidiet li tbigħ sehemha fil-proġett.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma dħalniex fiha.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma dħalniex fiha għax aħna mxejna mat-terms of reference (ToR).", "Aħna ħassejna li t-ToR diġà kienu wiesa' ż-żejjed – u jidher għax għamilna rapport ta' 500 paġna – u kieku wessajnihom iżjed probabbilment għadna qed naħdmu fuq ir-rapport.", "Il-parti tat-ToR li tikkonċerna dan kienet tgħid:", "U aħna ndirizzajna dik l-issue.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, jien napprezza li l-NAO eżegwixxa dan l-inkarigu li kellu, u issa dan il-Kumitat qed jeżamina dak ir-rapport.", "Tajjeb li waqt li qegħdin nagħmlu dan, ma niddiskutux biss imma jekk nistgħu, niskopru affarijiet ġodda, kif qed niskopru proprju issa, jiġifieri li kien hemm Gasol 1 li kienet Ingliża, imbagħad kien hemm Gasol 2...", "KAROL AQUILINA: ...li f'Marzu 2015 ħolqot kumpanija oħra jisimha Gasol Malta Ltd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nifhem allura li Gasol Malta Ltd. ma kenitx il-Gasol li kienet fit-tendering stage.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura inbidel il-component...", "KAROL AQUILINA: Hekk hu, għax żgur li sa dakinhar ma kenitx teżisti.", "Fil-każ ta' Steward – li hija xi ħaġa differenti – ukoll hemm Steward Malta Ltd.", "Jien naħseb li huwa normali – għalkemm m'iniex espert – li multinational company, jew kumpanija kbira, tagħmel...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma naħsibx li l-każ tal-isptarijiet u ta' Steward huwa l-aħjar eżempju biex jispjegaw in-normalità!", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għaliex?", "IĊ-CHAIRPERSON: Trump jgħidilha the new normal.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, imma huwa proċess.", "Il-punt tiegħi huwa li niltaqgħu ma' każi fejn ditta kbira barranija tagħmel subsidiary f'Malta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistgħu niddiskutu jekk hux tajjeb jew le, però bħala fatt...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, m'iniex qed nitkellem mil-lat ta' jekk huwiex tajjeb, imma mil-lat ta' proċedura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala fatt qed jirriżulta li fil-konsorzju oriġinali kien hemm Gasol UK li effettivament tefgħet l-offerta mal-konsorzju.", "KAROL AQUILINA: Gasol LNG Import Ltd. jisimha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sussegwentament dan il-konsorzju ngħata t-tender, però l-components tat-tender ma kenux identiċi għall-konsorzju għax – u tgħallimni inti, Sur Deguara – Gasol UK mhijiex Gasol Malta Ltd., imma hija persuna totalment distinta, li for all we know setgħet kellha konfigurazzjoni totalment differenti.", "Allura dan seħħ wara l-ftehim?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kif kumpanija privata tistruttura l-affarijiet tagħha… Kif qal is-Sur Deguara, l-ewwel nett hemm it-ToR, u t-tieni l-interess tagħna huma l-fondi pubbliċi.", "Forsi tgħiduli li b'xi mod din hija konnessa ma' fondi pubbliċi għax din il-kumpanja rebħet it-tender, imma allura dik id-definizzjoni tista' ġġebbidha kemm trid sakemm kważi kollox jiġi konness ma' fondi pubbliċi.", "Jien naħseb li hija ħaġa normali li kumpanija li tirbaħ tender, tistruttura l-affarijiet tagħha u tikkrea kumpanija oħra u...", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri qed tgħid li dawn il-€2.5 miljun la kellhom x'jaqsmu ma' fondi publiċi, Enemalta ma ħarġet xejn minnhom, Enemalta ma ġarrbet ebda spiża...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, qed naqblu.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela la qed naqblu għalfejn… Aħna qegħdin hawnhekk biex niddiskutu l-kontijiet pubbliċi mhux il-kontijiet ta' kumpaniji privati.", "Hekk jonqos ukoll!", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tkun daqsxejn simplistiku.", "Li ridt nirrileva jien hu – u għandu allura impatt fuq il-kontijiet pubbliċi – li xi ħaġa li kienet tiswa €3,000 għoliet fil-prezz sal-punt li ġiet tqum €2.5 miljun.", "GLENN BEDINGFIELD: Li la ħariġhom il-Gvern u lanqas Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawn ix-shares għolew minn €3,000 għal €2.5 miljun fi tliet xhur b'konsegwenza tat-tender li ngħataw.", "Mhux hekk?", "Naħseb li qegħdin naqblu.", "Jiġifieri dak kien l-effett tal-għoti tat-tender fuq il-valur tax-shares.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, imma l-€2.5 miljun kienu mħallsa għax ftehemu l-partners bejniethom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qegħdin naqblu li l-€2.5 miljun tħallsu mix-shareholders.", "L-argument li qed nipprova nagħmel jien, u konvint li inti fhimtu wkoll, huwa li l-konsegwenza immedjata tal-award ta' dan it-tender kienet l-għoli fil-valur tax-shares minn €3,000 għal €2.5 miljun.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, u li kieku minflok ElectroGas ħaditu kumpanija oħra, kien se jiġri l-istess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: U probabbilment kont tiġi hawnhekk u tgħidilna li sar ħażin ukoll!", "IĊ-CHAIRPERSON: L-argument tiegħi huwa kemm valeva la pena għal Gasol li tidħol u toħroġ, għax minn €3,000 daħħlet €2.5 miljun.", "Kellu bżonn kull investiment li jagħmel xi ħadd ikollu dan l-appreciation daqstant malajr!", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Huwa naturali li kumpanija li tirbaħ tender jiżdiedilha l-valur tagħha.", "Ir-responsabilità tal-Gvern f'dak is-sens kien li jżomm l-interessi f'dawk li huma l-obbligi tal-IA.", "U hemmhekk naqblu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: F'paragrafu 3 li hemm f'dokument EGM7 hemm imniżżel li:", "U hemm l-ammonti li ħallsu dawk li akkwistaw ix-shares.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-partijiet fit-tranżazzjoni.", "CHRIS SAID: Jiġifieri dawn setgħu ddikjaraw ammont meta fil-verità ma ġiex trasferit dak l-ammont, m'għaddiex dak il-ħlas.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Nassumi li jista' jkun il-każ, imma wieħed ikun irid jidħol fil-każ innifsu bħala taxxa.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-fatt, nhar il-Ħadd meta rajtha hekk għedt, ċioè li tħallset taxxa, jiġifieri ma kienx hawn evażjoni ta' taxxa fuqhom.", "Dik kienet l-ewwel reazzjoni tiegħi personali.", "Għax setgħu ddikjaraw €2,000 minflok €2.5 miljun u kienu jħallsu ċenteżmu taxxa.", "Bartolo, dan huwa proċess strett ħafna.", "Meta jiġi biex isir share transfer hemm proċess ta'… U qed nimmaġina li kien hemm il-preamption rights li ġew eżerċitati.", "CHRIS SAID: Fil-fatt mhux taxxa tħallset imma stamp duty għax Gasol ma ħallsu ebda taxxa.", "Kien hemm l-istamp duty li tħallset mill-kumpaniji li akkwistaw ix-shares.", "Min biegħ ix-shares, biegħhom kemm biegħhom, anke jekk daħħal €2.5 miljun tagħhom, fil-verità ma ħallas ebda taxxa fuq dak li daħħal mill-bejgħ tax-shares.", "Qed ngħid sewwa?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Naħseb li d-dipartiment responsabbli mill-income tax ikunu f'pożizzjoni aħjar minna biex iwieġbu għal dan.", "GLENN BEDINGFIELD: Hija xi ħaġa llegali?", "CHRIS SAID: Jien sempliċement qed nistaqsi.", "GLENN BEDINGFIELD: U jien ma nistax nistaqsi jekk kenitx illegali?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: L-Onor.", "Said qed jitkellem fuq punt ta' taxxa, u aħna ma nistgħux inweġbuh fuq punt ta' taxxa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Lilek jirriżultalek li Gasol, minkejja li kien hemm valur ta' €2.5 miljun, ma ħallsux taxxa, però dawk li xtraw ix-shares ħallsu l-istamp duty.", "Jiġifieri ma ħallsux il-capital gains.", "CLAYTON BARTOLO: Tawkom irċevuti bħala prova li tħallsu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna m'aħniex qed nikkontestaw dan li ntqal.", "CLAYTON BARTOLO: Imma jien qed nifhem fejn qed nippruvaw nieħdu lil dan il-Kumitat; biex noħorġu s-sound bite – għax dan ġie Kumitat tas-sound bites – li dawn qalgħu €2.5 miljun u ma ħallsu ebda taxxa.", "Però l-verità hija li għandek...", "CLAYTON BARTOLO: Għax naf fejn sejrin intom!", "CHRIS SAID: U inti Membru tal-kumitat tas-sound bites!", "CLAYTON BARTOLO: Intom hekk qed iġġibuh lil dan il-Kumitat!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, ħadd m'għamel din l-insinwazzjoni.", "Inti għedtha.", "Minn moħħok għaddiet mhux minn moħħna.", "CLAYTON BARTOLO: Mr Chairman, tajjeb nispjegaw li hemm ċerti provvedimenti fil-liġi li jħallu lil min jagħmel share transfers li ma jħallasx taxxa.", "Dawn huma provvedimenti li ilhom hemm is-snin twal, u li ħadd qatt ma kkontestahom.", "Issa jekk dik in-naħa tal-Kamra qed tagħżel li tikkontesta dawn il-provvedimenti fil-liġi...", "KAROL AQUILINA: Ħadd mhu qed jgħid hekk.", "CLAYTON BARTOLO: Mela ejjew inkunu ċari.", "KAROL AQUILINA: Qed nippruvaw naraw x'ġara u ma ġarax.", "CLAYTON BARTOLO: Naħseb li kultant iktar tippruvaw tħawwdu l-ilma milli tiċċaraw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala fatt għandna evaluation ta' €2.5 miljun, tħallsu l-bolol fuq dan l-ammont imma ma tħallsitx taxxa.", "CLAYTON BARTOLO: Imma ngħidu l-fatti kollha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa nġibu r-rappreżentanti tad-Dipartiment tat-Taxxa u forsi jkunu jistgħu jispjegawlna.", "Tajjeb hekk?", "KAROL AQUILINA: Forsi issa jiġi rappreżentant tat-taxxa u jgħidilna li skont il-liġi mhijiex dovuta taxxa fuq dak, għax \"hekk\", \"hekk\" u \"hekk\".", "IĊ-CHAIRPERSON: La l-NAO m'għandhomx risposta f'dan l-istadju.", "KAROL AQUILINA: Hekk jew b'hekk qed nifhem li din se jkollna nagħmluha għax l-NAO ma jistax iweġibna dwarha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, jien naħseb li f'dan l-istadju nistgħu nkomplu fejn ħallejna d-darba l-oħra.", "Forsi qabel tkompli tista' tfakkarna ftit fejn ħallejt l-aħħar darba, biex kulħadd jidħol fil-kuntest.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-aħħar darba waqqafna niddiskutu, u komplejna fil-fatt illum, it-trasferiment tax-shares ta' Gasol, u issa se nkompli fuq l-agreements finanzjarji li segwew dan il-proċess.", "Skont l-informazzjoni li rajna, l-ewwel ħjiel tal-assistenza provduta mill-Gvern sabiex ElectroGas jiżgura non recourse project financing kien lejn nofs l-2014.", "Li ġara imbagħad kien li f'Diċembru 2014 daħal fis-seħħ dak li jsejħulu interim bridge facility agreement, li kellu valur ta' €110 miljun.", "Dan il-ftehim kien bejn ElectroGas Malta Ltd. u numru ta' banek li kienu qed isellfu u jikkreaw din il-faċilità ta' self lill-kumpanija għax kienet għadha mhijiex konsorzju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ladarba ElectroGas Malta Ltd. rebħet it-tender ħabtet il-bibien tal-banek biex tingħata faċilitajiet biex tiffinanzja l-proġett.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "Il-proġett kellu jkun iffinanzjat on a non recourse basis, li jfisser li l-proġett se tiffinanzjah mid-dħul tal-proġett stess, u għalhekk kellha bżonn il-finanzjament tal-banek.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: 18 ta' Diċembru 2014.", "Il-valur tal-interim agreement kien ta' €110 miljun, u biex dan il-ftehim ikun possibbli l-Gvern intalab jagħti garanzija ta' 80% fuq il-valur, li kien jitla' sa €132 miljun.", "Dik kienet l-ewwel garanzija li ta l-Gvern lil ElectroGas Malta Ltd.", "GLENN BEDINGFIELD: Tista' terġa' tirrepeti?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-facility kienet ta' €110 miljun, u l-garanzija li kellha tkopri €80 miljun, eventwalment telgħet għal €132 miljun.", "Naf li hija iktar mill-facility, imma anke l-facility stess imbagħad sussegwentament żdiedet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-Gvern ta garanzija iktar...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, kienet ekwivalenti għal 80% tal-facility.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri minn €110 miljun spiċċa €132 miljun plus 80%.", "GLENN BEDINGFIELD: U b'kemm spiċċa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Inizjalment il-proġett kien stmat, jew kellhom bżonn, €100 miljun.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "IĊ-CHAIRPERSON: U ġabu €100 miljun mill-bank.", "Għal dawk il-€100 miljun huma ġabu garanzija mingħand il-Gvern ta' 80%, jiġifieri €80 miljun.", "Il-valur tal-proġett għola u allura t-80% baqgħet tapplika.", "Ta' kemm spiċċat il-garanzija?", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura kemm kien il-proġett?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Madwar €160 miljun.", "KAROL AQUILINA: U din tal-garanzija kienet maqbula minn qabel?", "Kienet parti mill-proċess sħiħ, jew inkella kienet xi ħaġa li ntalbet wara?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jiġifieri qed tistaqsi jekk il-garanzija kenitx iddikjarata fir-request for proposals (RfP)?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien hemm imsemmija l-possibilità ta' security of supply agreement (SSA), però ma kenitx imsemmija fid-dettall.", "Kienet sempliċement imsemmija in passing lejn l-aħħar tal-proċess.", "Jekk niftakar sew, il-garazija ma ssemmietx fil-proċess tal-RfP.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri l-bidders l-oħra ma kenux jafu li kien se jkun hemm din il-garanzija.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: U fil-fehema tal-NAO nimmaġina li dik kienet tagħmel differenza għall-bidders l-oħra.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri kieku kien hemm bidder ieħor minflok ElectroGas kien jiġri l-istess?", "KAROL AQUILINA: Le, mhijiex dik il-mistoqsija.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur jgħid li qatt ma ġrat xi ħaġa bħal din, lanqas għal entità tal-Gvern.", "Jiġifieri dak li għamel il-Gvern fil-konfront ta' ElectroGas, lanqas għal familtu stess ma jagħmlu.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri din ma kenitx iddikjarata minn qabel li se ssir.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri min kien qed jitfa' l-offerta ma kienx jaf li l-Gvern eventwalment se jkun lest jagħti garanzija.", "GLENN BEDINGFIELD: Lanqas ElectroGas ma kienu jafu.", "CLAYTON BARTOLO: Ħadd ma kien jaf.", "Kien hemm xi ħadd li kien jaf?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri ElectroGas Malta at RfP stage kienet vantaġġjata?", "Ħadd ma kien vantaġġjat għax ħadd ma kien jaf.", "KAROL AQUILINA: Issa naraw kenux jafu.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hija mistoqsija diffiċli biex inwieġeb.", "Ma rridx ngħid xi ħaġa li mhijiex minnha.", "GLENN BEDINGFIELD: Għalfejn diffiċli?", "Inti rriżultalek minn x'imkien li kien hemm, l-ewwel nett xi ħaġa rregolari u mhux skont il-kriterji, u t-tieni, jekk minflok ElectroGas kien hemm xi kumpanija oħra, u kien hemm bżonn ta' garanzija bankarja, il-Gvern ma kienx se jidħol għaliha?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hija mistoqsija ipotetika.", "KAROL AQUILINA: Teskludi li ElectroGas kienu jafu minn qabel li se tingħata din il-garanzija?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri m'għandek ebda evidenza li ElectroGas kienu jafu minn qabel.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma kenux jafu minn qabel, kif ma kien jaf ħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però talbuha u tawhielhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak qed tgħidu inti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux qed ngħidu jien, imma hekk jirriżulta.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Meta jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-RfP wara li jkun sar il-proċess, tagħmilha b'intenzjoni jew le, jew bi ftehim minn qabel jew le, finalment jibbenefika min ikun rebaħ it-tender.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, imma kieku rebħet it-tender kumpanija oħra, probabbilment kien jiġri l-istess, u minflok nikkritikaw lil ElectroGas konna nikkritikaw lil kumpanija oħra!", "KAROL AQUILINA: Għax il-korruzzjoni kienet tkun qed issir ma' ħaddieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: X'għandu x'jaqsam!?", "Dak għax intom kontra dan il-proġett mill-bidu tiegħu.", "Intom l-ewwel għedtu li dan id-deal huwa korrott, u issa qegħdin tippruvaw tiġġustifikaw il-konklużjoni li wasaltu għaliha.", "KAROL AQUILINA: U inti qed tiġġustifika l-korruzzjoni li saret.", "GLENN BEDINGFIELD: S'issa l-kliem \"korruzzjoni\" u \"irregolaritajiet\" ma ntużawx.", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, li għandna hu, u dan huwa fatt, li wieħed mix-shareholders jinsab akkużat il-qorti bi qtil ta' ġurnalista li kixfet dan l-iskandlu.", "KAROL AQUILINA: Dak huwa li għandna hawnhekk!", "GLENN BEDINGFIELD: Dak huwa xi ħaġa differenti.", "KAROL AQUILINA: Ħafna agħar minn korruzzjoni!", "GLENN BEDINGFIELD: Dak qed tgħidu inti, għax kien hemm ħafna affarijiet...", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan il-kuntratt huwa l-gwaj ta' dan il-pajjiż u anke ta' dak li għaddej minnu llum il-Gvern.", "ALEX MUSCAT: Din hija opinjoni.", "Hux hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, opinjoni.", "Konna qed ngħidu li l-Gvern daħal garanti għal 80% għall-facilities li kellhom il-banek, u r-rapport jagħmel il-konklużjonijiet dwar dan.", "Fil-fatt f'paġna 47 tar-rapport l-Awditur qed jgħid li hawnhekk il-Gvern espona lilu nnifsu sal-punt li seta' effettwa l-finanzi tal-pajjiż, u iktar minn hekk jgħid li l-Gvern ħareġ garanzija li lanqas għall-entitajiet tiegħu ma joħroġha.", "Naqblu li dawn huma l-konklużjonijiet?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, hekk hu.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Bla dubju, meta għandek ammont bħal dak hemm riskju nvolut.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però fir-rapport jingħad li dan huwa riskju li l-Gvern lanqas jieħu għal entità tiegħu stess.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-elettriku, li huwa sors vitali għall-pajjiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqblu li dan huwa konsorzju privat?", "GLENN BEDINGFIELD: Biex jibnu...", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur Ġenerali jgħid li dak li għamel il-Gvern ma' din il-kumpanija privata lanqas għal entità tiegħu stess, bħal pereżempju l-Enemalta jew il-Water Services Corporation (WSC), m'għamilha.", "Imma għal din il-kumpanija privata għamilha!", "IS-SUR NOEL CAMILLERI (Deputat Awditur Ġenerali): Għal Enemalta kien hemm ħafna garanziji.", "KAROL AQUILINA: Però mhux għal proġett privat.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Normalment għal entitajiet privati ma jagħmilhiex, u ħa riskju kbir.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri għal Enemalta stess jagħmilha għax hija kumpanija tal-Gvern, imma għall-privat li se jwettaq proġett b'rabta ma' Enemalta, normalment ma jagħmilhiex.", "GLENN BEDINGFIELD: Kemm ħareġ flus il-Gvern?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Per se ma ħareġ xejn.", "GLENN BEDINGFIELD: Però ggarantixxa li jkollna d-dawl f'pajjiżna.", "KAROL AQUILINA: Għal kemm għamel tajjeb il-Gvern?", "GLENN BEDINGFIELD: Imma flus il-Gvern ma ħariġx.", "Ma sabx power station minn fuq il-Yellow Pages...", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, tagħmilli tajjeb għal €10 miljun jekk jogħġbok?", "Għax m'inti toħroġ xejn!", "GLENN BEDINGFIELD: Irid ikolli l-ewwel!", "Agħmilli tajjeb għal €10 miljun, imbagħad naraw.", "M'inti se toħroġ xejn.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma l-Gvern ma ħareġ xejn.", "Iggarantixxa l-proġett biex jiggarantixxi s-supply tal-elettriku f'pajjiżna.", "Hekk hu?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-garanzija kienet bżonnjuża għax ma kienx hemm l-SSA minħabba l-kwestjoni tal-istate aid.", "Kieku ma kienx hemm din il-kwestjoni ta' state aid u ngħata l-SSA ma kienx ikun hemm bżonn il-garanzija, imma wara kulħadd bravu!", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: L-SSA hija garanzija minnha nnifisiha.", "Li rrilevajna aħna huwa r-riskju, li kien kbir.", "Ovvjament wara ma mmaterjalizzax.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li r-riskju kien kbir hija konklużjoni li wasaltu għaliha intom, jew għandkom il-konfort tal-Ministeru għall-Finanzi?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna ma nitkellmux għan-nom tal-Ministeru għall-Finanzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma nimmaġina li tkellimtu mal-Ministeru għall-Finanzi dwar din il-garanzija.", "X'kienet il-feedback li kellkom min-naħa tagħhom?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Li kien hemm riskju assoċjat ma' din il-garanzija.", "Ir-riskju huwa evidenti, anke jekk wieħed jara l-miżata li ġiet imposta, li hija ta' €11.3 miljun.", "Jiġifieri ElectroGas kellhom iħallsu lill-Gvern €11.3 miljun għal din il-garanzija.", "Dak juri r-riskju li kien assoċjat...", "IĊ-CHAIRPERSON: Tħallsu dawn il-flus?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri mhux talli l-Gvern ma ħariġx flus, talli daħħal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Daqt issellifhom l-€10 miljun, Onor. Bedingfield, għax mhux talli ma ssellifhomx talli ddaħħalhom!", "GLENN BEDINGFIELD: U €10 miljun 'l hemm u €10 miljun 'l hawn ma tagħmilx differenza!", "GLENN BEDINGFIELD: Tal-€10 miljun 'l hemm u €10 miljun 'l hawn diġà ntqalet darb'oħra.", "KAROL AQUILINA: Imma issa inti qiegħed tgħidha.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien hemm riskju kbir assoċjat ma' din il-garanzija, u l-Ministeru għall-Finanzi seta' jarah dan ir-riskju u kien concerned ukoll f'dak is-sens.", "IĊ-CHAIRPERSON: U qed tgħid li l-Ministeru għall-Finanzi kien \"concerned\" għax ġie espress dan is-sentiment magħkom?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-proċess aħna tkellimna mal-Ministeru għall-Finanzi u mas-Segretarju Permanenti, fejn ġie trasmess dan is-sentiment.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma r-riskju kien li jew il-Gvern jagħmel tajjeb b'riskju ta' €100 miljun, jew inkella jissogra li l-pajjiż jibqa' bla dawl.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawn ħadu tender biex jibnu power station.", "Jirriskja minn ħa t-tender, mela l-Gvern!", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-iktar punt importanti li nagħmlu, bħala konklużjoni f'termini ta' garanzija, huwa li l-affarijiet setgħu saru b'mod differenti u aħjar, li ma kenux jirrikjedu li l-Gvern jidħol f'dan ir-riskju.", "Il-bżonn tal-garanzija qisu nibet mill-fatt li hemm deadline sa meta jrid jitlesta l-proġett.", "Id-deadline imbagħad jitfa' pressjoni fuq il-konsorzju biex iġib il-finanzjament u biex jitlesta l-proġett.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: U ma setax jiġi ffirmat l-SSA minħabba l-kwestjoni ta' state aid għax kieku ma kienx hemm kwestjoni ta' garanzija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma skużi, il-kwestjoni ta' state aid ma waqgħetx mis-sema.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, jien m'għedtx li waqgħet mis-sema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma qed tgħid li dawn kienu se jagħmlu l-proġett, però mbagħad minħabba li aħna fl-Unjoni Ewropea daħlet il-kwestjoni tal-istate aid.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, m'għedtx hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-prinċipju tal-istate aid kien hemm at tendering stage and at execution stage.", "Jiġifieri li tgħid li għax mingħalihom li seta' jkun hemm state aid ma jreġix.", "Il-fatt li state aid ma kienx permissibbli kien fatt li kull bidder kien aware tiegħu, u allura ma tistax tuża dik l-iskuża biex tmur għand il-Gvern u tgħidlu li la ma jistax jgħinu bl-istate aid, allura jidħollu garanti għalih.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-fatt imbagħad ġiet ikkjarifikata li ma kenitx issue ta' state aid għax ma kienx hemm state aid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma qatt ma setgħet tintuża ir-raġuni ta' state aid biex tagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex jidħol garanti sal-punt li jipperikola l-finanzi tal-...", "Jien kont qed nagħti spjegazzjoni loġika illi kieku sar l-SSA ma kienx hemm bżonn garanzija għax fih innifsu huwa garanzija; għandek 18-il sena garanzija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Anke jekk ma nixtruhx.", "Sur Mercieca, tista' tkompli.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kont waqaft fuq l-interim bridge facility agreement u l-ewwel garanzija tal-Gvern.", "Li ġara imbagħad huwa li f'Lulju 2015 l-interim agreement ta' €110 miljun ġie mibdul fi bridge loan facility ta' €450 miljun, imbagħad ovvjament il-garanzija tal-Gvern żdiedet b'mod korrispondenti u telgħet għal €432 miljun.", "Però qabel ma ġiet iffirmata l-garanzija assoċjata mal-faċilità ta' €450 miljun, il-Gvern u ElectroGas daħlu f'numru ta' agreements li kienu jirregolaw x'jiġri f'każ ta' default.", "Dawn kellhom jipproteġu lill-Gvern proprju mir-riskju assoċjat mal-proċess.", "Qed nirriferi għall-Accession Compensation Agreement, Share Call Option Agreement, u x-Share Transfer Agreement.", "Dawn it-tliet agreements f'daqqa kienu jagħtu livell ta' konfort lill-Gvern li f'każ li tiġri xi ħaġa aħna għandna l-interessi tagħna protetti.", "Kif semmejt qabel, bħala miżata għall-provvediment ta' dawn il-garanziji, il-Gvern tħallas €11.3 miljun.", "Aħna ħarisna lejn il-mod kif waslu għal din il-miżata, u deherilna li l-analiżi li saret kienet tajba u l-ammont dovut kien wieħed ġust.", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri jekk qed nifhem tajjeb il-Gvern daħħal €11-il miljun ta' xejn bażikament, jiġifieri mingħajr ma ħareġ xejn.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux ta' xejn.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAYTON BARTOLO: Il-Gvern ħareġ flus jew le?", "KAROL AQUILINA: Ħadhom tar-riskju li ma kellux jieħu.", "CLAYTON BARTOLO: Il-Gvern ħareġ penny biex daħħal dawn il-€11-il miljun?", "KAROL AQUILINA: Issogra l-valur kollu tal-proġett.", "CLAYTON BARTOLO: Għandkom min fuq il-bankijiet tagħkom idaħħal il-flus u ma jħallasx it-taxxa, qed tistagħġbu għax il-Gvern ma ħareġ xejn u daħħal €11-il miljun!?", "KAROL AQUILINA: Sound bite oħra din!", "CLAYTON BARTOLO: Xorta jibqa' l-fatt li l-Gvern daħħal €11-il miljun.", "CLAYTON BARTOLO: Ma ssogra xejn għax ma mmaterjalizzax.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur ikkonkluda li this is not good governance, però intom qiskom qegħdin tiddubitaw mill-konklużjoni tal-Awditur.", "Jien qed nistaqsi jekk il-Gvern ħariġx penny wieħed...", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur qal, in not so many words, li hija ġennata, u intom qed tgħidu li kienet bravura.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Awditur ma qalx li kienet ġennata.", "CHRIS SAID: Sur Mercieca, tista' tispjega lill-Kumitat x'kienet ir-raġuni għalfejn kien hemm il-bżonn li l-Gvern jagħmel il-garanzija?", "Hawnhekk kellna tliet kumpaniji kbar: Siemens, Gasol, u tlieta mill-iktar kumpaniji b'saħħithom f'Malta.", "X'kienet ir-raġuni li għaliha l-Gvern kellu jagħmel garanzija?", "Għax din ma kenitx fit-tender oriġinali.", "GLENN BEDINGFIELD: Irrispondik diġà.", "CHRIS SAID: Xi rriżultalkom li kienet ir-raġuni għalfejn il-Gvern kellu jagħmel din il-garanzija?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hemm numru ta' fatturi.", "Il-konsorzju, iktar tard il-kumpanija li kellha tagħmel il-proġett, kellha bżonn il-finanzi, u biex iġġib il-finanzi kellha tmur il-bank.", "Il-pjan kien li l-proġett jiġi ffinanzjat mid-dħul tal-proġett stess.", "Biex il-banek ikunu komdi jsellfu lill-kumpanija sabiex ikun jista' jsir il-proġett, kellhom bżonn huma stess ma jkunux esposti għar-riskju.", "CHRIS SAID: Allura nifhem sewwa li x-shareholders ta' dawn il-kumpaniji li kienu jiffurmaw il-konsorzju minflok ma daru fuq il-kumpaniji tagħhom biex jagħmlu l-garanzija huma – jien għandi nifhem li Siemens għandha biex tagħmel il-garanzija, u t-tliet kumpaniji Maltin għandhom biex jagħmlu parti minn dik il-garanzija – marru għand il-Gvern u l-Gvern qalilhom, iva, nagħmlilkom il-garanzija.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-verità l-SSA, li hija forma oħra ta' garanzija, kienet issemmiet lejn l-aħħar tal-proġett.", "Jiġifieri diġà kien hemm il-ħsieb li l-Gvern se jkollu xi tip ta' rwol li jagħti qisu element ta' konfort f'dan is-sens.", "KAROL AQUILINA: Imma dak l-agreement kien ċirkoskritt, jiġifieri kien ċar x'inhu; kien definit.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-SSA?", "Dak kien definit mill-bidu sal-aħħar u kien magħruf minn qabel, imma li l-Gvern se jagħti forma ta' garanzija mod ieħor ma kenitx magħrufa minn qabel.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri l-Gvern ħareġ barra minn triqtu biex jiżgura li l-bidder li rebaħ dan it-tender, ipoġġih komdu sabiex ikun jista' jagħmel il-proġett.", "Prattikament il-Gvern assuma r-riskju minflok m'assumietu l-kumpanija.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "CHRIS SAID: Mela xi ħadd għamel it-talba fejn qal li ġie fis-sitwazzjoni fejn il-banek ma redux jagħtuh il-flus li kellu bżonn biex jibda l-bini ta' dan il-proġett, jew biex ikomplih – qed nissimplifika, imma probabbilment f'dik il-linja – u allura kien qed idur fuq il-Gvern biex ikun jista' jagħmillu garanzija.", "Irriżultalkom min għamilha din it-talba?", "U f'liema stadju tal-proċess saret?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għandi nota hawnhekk li saret f'nofs l-2014, però jkolli nikkonsulta mar-rapport biex nara d-dettalji.", "CHRIS SAID: Jien naħseb li b'mod naturali l-ewwel reazzjoni tkun li dik ma kenitx parti mill-kundizzjonijiet tat-tender u allura riedu jkunu huma li jagħmlu l-garanzija.", "Kien hemm din ir-risposta?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-bidders' conference kien hemm aċċenn għal dan.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kif qed jgħid is-Sur Deguara, fil-bidders' conference kien hemm aċċenn li se jkun hemm xi forma ta' SSA.", "CHRIS SAID: Imma jien qed nirriferi għall-garanzija bankarja.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mela inti trid tkun taf min għamel it-talba u x'ġara.", "CHRIS SAID: U kif ġiet diskussa, jekk il-Gvern weġibhomx lura fejn qalilhom li this is not normal, u jekk kienx hemm xi forma ta' – ħa nuża kelma naqra goffa – theddid, fis-sens ta' jekk il-Gvern ma jagħmilx din il-garanzija huma kienu se jieqfu mill-proġett għax il-banek ma ridux isellfuhom u huma ma kellhomx il-finanzi.", "Il-Gvern qalilhom bil-miktub li la huma daħlu għal dak il-proġett, rebħu t-tender, u kellhom l-SSA għal 18-il sena, allura kienet problema tagħhom kif se jġibu l-garanzija sabiex iġibu l-flus biex jagħmlu dan il-proġett?", "Għax il-Gvern għamel l-SSA biex jassigura li l-investitur li se jibni l-power station ikollu moħħu mistrieħ li għandu dħul ġej biex jagħmel tajjeb għal dak il-proġett.", "ALEX MUSCAT: Le, il-Gvern iffirma dak il-ftehim ukoll biex ikollu garanzija tas-supply tad-dawl f'pajjiżna.", "Jiġifieri dik il-garanzija l-pajjiż iridha.", "Nispera li naqblu dwar dan.", "KAROL AQUILINA: Le, imma fil-kuntest li qed nitkellmu, is-Sur Mercieca spjega li din l-issue tal-garanzija apparti l-SSA qamet proprju għax ma kienx għadu ġie ffirmat l-SSA.", "Il-bidders fil-bidu kienu jafu li l-garanzija li għandhom hija li se jkollhom dan il-ftehim li l-Gvern se jixtri l-enerġija mingħandhom, allura setgħu jmorru għand l-istituzzjonijiet finanzjarji u jgħidulhom li għandhom impenn mill-Gvern li se jixtri l-enerġija mingħandhom għal 18-il sena, li jfisser dħul ta' miljuni kbar.", "KAROL AQUILINA: Mela l-kwestjoni kienet li sa meta ġie ffirmat il-kuntratt, u jien qed nifhem anke għal perjodu wara, il-garanzija kienet dik.", "ALEX MUSCAT: Kien hemm bżonn garanzija mal-bank biex ikun hemm l-iffinanzjar.", "KAROL AQUILINA: Kif qed jispjega l-Onor.", "Said, inħolqot ċirkostanza li min rebaħ it-tender qed jgħid li b'li għandu ma jistax jasal u għandu bżonn lill-Gvern jidħol garanzija għalih għal ċertu ammont.", "U hemmhekk inħolqot din iċ-ċirkostanza.", "Said qed jistaqsi meta saret din it-talba lill-Gvern, min għamilha, u jekk kienx hemm l-attitudni li jekk ma jagħtihomx din il-garanzija kienu se jirtiraw u jwaqqgħu kollox.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandkom il-korrispondenza li għaddiet bejn Enemalta, il-Gvern u l-konsorzju rigward dan?", "CHRIS SAID: Iktar il-Gvern għax Enemalta ma tatx il-garanzija.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Parti mir-risposta tinsab f'paragrafu 10.1.2 tar-rapport.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Normalment aħna nirrappurtaw f'ħafna dettall u għalkemm jista' jkun li m'għandix risposta dettaljata għall-mistoqsija tagħkom, f'paragrafu 10.1.2 hemm miktub hekk:", "M'aħniex qegħdin nidħlu fid-dettall ta' min talab lil min, u probabbli m'għandniex risposta mingħand xi ħadd to this effect, però nista' nivverifika.", "KAROL AQUILINA: Tista' tagħmel verifika?", "KAROL AQUILINA: U tgħidilna jekk ġiet mgħoddija lilkom, mingħand min ġiet mgħoddija lilkom, u jekk hemm xi forma ta' dokumentazzjoni biex tivverifikaw dan, tipprovduha lill-Kumitat.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Nagħtikom iktar dettalji fuq kif bdiet, almenu għall-konoxxenza tagħna.", "KAROL AQUILINA: Forsi tagħmel timeline ftit iktar dettaljata dwar din, biex inkunu ċerti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Imbagħad qisu kien hemm aspett ieħor għall-mistoqsija tiegħek, Onor. Said.", "CHRIS SAID: X'kienet ir-risposta tal-Gvern għat-talba li saritlu?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Li nafu żgur hu li t-talba għal garanzija tressqet quddiem il-Kabinett, u safejn nafu aħna l-Kabinett ħa deċiżjoni dwar jekk tingħatax jew le.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri qed tgħid li kienet deċiżjoni meħuda mill-Kabinett li l-Gvern jagħmel tajjeb għas-self tal-konsorzju.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Jekk m'iniex sejjer żball, meta xehed il-Ministru għall-Finanzi l-qorti donnu ta x'jifhem li din tal-garanzija qisu ma kenitx ċara għalih, qisu saret mingħajr deċiżjoni tal-Kabinett.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: L-informazzjoni li għandna aħna hija li kienet deċiżjoni tal-Kabinett.", "Anke min-naħa tal-Finanzi qalulna hekk.", "Issa x'qal l-ex Ministru għall-Finanzi sinċerament ma nafx.", "KAROL AQUILINA: Imma din se nissorvolawha meta jkollna t-timeline u d-dettall.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela bottom line huwa li għandna kumpanija li ħadet loan.", "Kieku l-kumpanija falliet fuq dak is-self min kien se jagħmel tajjeb?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-aħħar mill-aħħar kemm telgħet il-faċilità?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-faċilità kienet ta' €450 miljun u l-garanzija kienet ta' €432 miljun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak huwa kemm bdiet.", "Jiġifieri l-Gvern għamel tajjeb għal loan ta' €432 miljun, fis-sens illi kieku they defaulted, bħalma jkun hawn li jiġri, il-Gvern kien ikun il-guarantor u kien ifalli pajjiż.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien jieħu l-proġett f' idejh.", "CLAYTON BARTOLO: Però hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq il-kieku u l-kien.", "Ipotetikament tista' titkellem fuq ħafna affarijiet; kieku waqa' u kiser siequ u miljun ħaġ'oħra.", "Il-verità kif ġraw l-affarijiet...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Meta titkellem fuq ir-riskju dejjem fuq il-kieku tkun qed titkellem.", "CLAYTON BARTOLO: Mitt darba u elf, imma…", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa niġu għall-punt x'għamlu biex dan ma jseħħx.", "Għamilna ftehim agħar minn hekk!", "CLAYTON BARTOLO: Meta nitkellmu fuq dawn it-tip ta' kumpaniji, ir-riskju li jieħdu dejjem ikun wieħed ikkalkulat.", "Naħseb li fl-audit tagħkom analiżżajtu wkoll xi risk analysis li jkun sar min-naħa tagħhom.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-fatt għalhekk għedna li l-miżata li ħallsu kienet tajba.", "CLAYTON BARTOLO: Mela qegħdin naqblu li r-riskju li daħlu għalih dawn il-kumpaniji kien wieħed ikkakulat, Enemalta ma ħallset xejn għall-impjant – li jekk m'iniex sejjer żball sewa qrib il-€500 miljun – il-Gvern ma ħallas xejn tiegħu lanqas, għax ħallsu kollox dawn il-kumpaniji, u sal-lum qegħdin iħallsu l-pagamenti.", "Jiġifieri r-riskju li daħlu għalih dawn il-kumpaniji kien wieħed ikkalkulat u saret għażla tajba.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-Gvern kellu riskju kbir, però effettivament, minn dawk l-€432 miljun la l-Gvern ma ħareġ xejn u lanqas Enemalta.", "CLAYTON BARTOLO: Anzi daħħalna €11-il miljun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax il-garanzija ġiet sostitwita bl-SSA, li bih il-Gvern intrabat li jħallas lil dan il-konsorzju, jixtri jew ma jixtrix mingħandu.", "Jiġifieri serraħ moħħok li l-loan tal-konsorzju qed inħallsuha lkoll kemm aħna, għax il-Gvern intrabat li jħallas lill-konsorzju indipendentement minn jekk jixtrix mingħandhom jew le.", "(Interruzzjonijiet) Aħna nixtru l-enerġija rħisa għall-interconnector u jkollna nħallsu lil dawn in-nies biex ma jfallux ħalli ma jkollhomx problemi.", "ALEX MUSCAT: Dak inti qed tgħidu.", "Hija opinjoni tiegħek din.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik hija konklużjoni tal-Awditur.", "CHRIS SAID: Sur Mercieca, inti għedtilna li fuq din il-garanzija kien hemm Cabinet decision.", "Il-Cabinet decision kienet fuq il-€130 miljun jew fuq l-€432 miljun?", "Għaliex issa nafu li fil-bidu l-garanzija kienet għal €130 miljun, imbagħad baqgħet tiżdied sakemm finalment telgħet għal €432 miljun, jiġifieri iżjed minn tliet darbiet aktar minn kemm bdiet.", "Dwar il-Cabinet decision intom ingħatajtu kopja tal-memo li ġie approvat?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li iva.", "CHRIS SAID: Tiftakar kemm kien l-ammont fil-Cabinet memo li ġie approvat bħala garanzija?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Bl-amment ma niftakarx, imma nista' nivverifika u nirrispondikom fil-laqgħa li jmiss.", "CHRIS SAID: Nitolbok tivverifika kemm kien l-ammont li l-Kabinett approva bħala...", "KAROL AQUILINA: Jien qed nifhem li l-Kabinett kien infurmat fl-ewwel stadju meta saret l-ewwel talba.", "Jirriżultalkom jekk it-talba reġgħetx marret lura għand il-Kabinett, in vista tal-fatt li kibret?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Nista' niċċekkja mar-rapport, imma se ndum biex insibha.", "KAROL AQUILINA: Mhux problema, tista' tiċċekkja wara.", "Jiġifieri hemm il-punt li l-garanzija bdiet b'ċertu ammont u t-talba marret quddiem il-Kabinett.", "Issa jekk l-ammont finali kien 5% inqas jew 5% iżjed mod, imma jekk l-ammont irdoppja, jew saħansittra ttrippla, naħseb li kien hemm l-obbligu li wieħed jerġa' jivverifika mal-Kabinett jekk għandux l-approvazzjoni jew le.", "Qed nitolbok sabiex, jekk jogħġbok, tiċċekkja dwar dan.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Biex nagħlaq dan il-kapitlu tal-financial agreements ngħid li l-ikbar tħassib tagħna dwar dan l-aspett tal-proġett huma dwar dawn żewġ punti: Li r-riskju seta' ġie mmitigat ftit aħjar kieku sar ippjanar aħjar qabel, speċjalment meta wieħed iqis li l-Gvern kien diġà qed jikkunsidra l-possibilità ta' SSA meta ħareġ it-tender fl-2013; kif ukoll illi kieku kien hemm default fuq il-garanzija, l-effett fuq il-finanzi tal-pajjiż kienu jkunu serji ħafna.", "Hux hekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura kif iġġustifikawha f'dak l-istadju?", "Għaliex huwa att, ma ngħidx ta' irresponsabilità, però qed jgħidulek that they are very concerned li daħlu garanti sal-punt li if it goes wrong, it destabilizes the whole country's finances, imma mexxew xorta waħda.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Naħseb ir-risposta hija li wieħed irid isib bilanċ bejn prioritajiet differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-priorità kienet li aħjar nirriskja li nistabilizza l-finanzi tal-pajjiż biex ma niddistabilizzax il-konsorzju.", "GLENN BEDINGFIELD: U ejja!", "Anke l-NAO qed jgħidlek li mhux eżatt.", "CLAYTON BARTOLO: Intom bis-serjetà qegħdin titkellmu hekk!?", "Ħallejtuna f'excessive deficit procedure u d-dejn tal-pajjiż splodut!", "CHRIS SAID: Mela ma rajthomx iċ-ċifri ta' bħalissa?", "CLAYTON BARTOLO: Se tqabbel issa mal-2013?", "CHRIS SAID: Mela fl-2013 ma kienx hemm kriżi finanzjarja fid-dinja kollha!", "CLAYTON BARTOLO: Kemm inħbejtu wara l-kriżi finanzjarja!", "U hija l-istess l-għajnuna tal-Gvern li qed tingħata llum u dak li tajtu dak iż-żmien!", "Lanqas għandha x'taqsam!", "CHRIS SAID: Tgħaġġibni! €1,500 miljun dejn f'sena u tiġi titkellem fuq iċ-ċifri tal-pajjiż!", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri inti ma taqbilx mal-għajnuna li ta l-Gvern.", "KAROL AQUILINA: Nistgħu naqblu fuq xi ħaġa?", "Jiena naċċetta li nagħmlu kummenti lil xulxin ta' livell politiku, però quddiemna għandna l-Awditur Ġenerali u, fl-opinjoni tiegħi, nimbarazzawh meta nagħmlu hekk.", "Jekk forsi nistgħu nigdmu ftit ilsinna...", "GLENN BEDINGFIELD: Smajtu x'qed jgħidlek, Onor. Said?", "KAROL AQUILINA: Qed ngħid għal kulħadd, inkluż għalija nnifsi.", "CHRIS SAID: Bir-rispett kollu, Onor. Bedingfield, ma xbajtx tgħaddi kummenti?", "GLENN BEDINGFIELD: Lanqas tkellimt!", "KAROL AQUILINA: Ejjew ma nimbarazzawx lill-Awditur Ġenerali.", "Jekk l-Awditur Ġenerali ma jkunx hawn, nistgħu ngħaddu kummenti kemm irridu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tkompli, Sur Mercieca.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-financial agreements lestejthom, u issa se ngħaddi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea.", "F'Ġunju 2016 Malta ssottomettiet il-pjanijiet dwar default lill-Kummissjoni Ewropea għal skrutinju ai termini ta' state aid.", "Sitt xhur wara, f'Jannar 2017, il-Kummissjoni Ewropea approvat, in termini ta' regolamenti ta' state aid, il-pjanijiet tal-Gvern dwar il-ħlasijiet li kellhom isiru lil ElectroGas, u bażikament qalet li r-rate of return kien konsistenti ma' proġetti simili.", "Dik kienet il-bażi tad-deċiżjoni tagħhom.", "Hemm numru ta' punti fejn qisu l-ħsebijiet tagħna u dawk li esprimiet il-Kummissjoni Ewropea huma l-istess.", "It-tħassib prinċipali tagħna fil-konfront tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar state aid huma li saru tibdiliet importanti fl-RfP lejn l-aħħar tal-proċess – xi ħaġa li diġà semmejt u anke semmiet il-Kummissjoni Ewropea – però l-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll il-bżonn tal-power station minħabba l-prinċipju \"N-1\", li huwa l-prinċipju li jekk tikkrolla energy supply minnhom, l-oħrajn ikunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lill-pajjiż.", "Li ħassibna ħafna f'dan ir-rapport tal-Kummissjoni – u aħna qisu kellna l-benefit of foresight li ma kellhiex il-Kummissjoni dak iż-żmien – kien li l-Gvern tenna li dan il-proġett ma kienx se jeffettwa lis-suq għax Malta kellha taċċetta elettriku mill-interconnector meta dan kien iktar ekonomiku, mentri l-analiżi tagħna tal-kuntratti u ta' ċerti kundizzjonijiet imposti, fl-opinjoni tagħna, xekklu dan l-aġir, jiġifieri llimitaw ftit lill-Gvern li jagħżel minn fejn jista' jixtri l-elettriku bl-iktar mod ekonomiku.", "Jiġifieri hemmhekk aħna kellna tħassib.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan il-ftehim xekkel possibilità li jkollna xiex?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fl-approval tal-Kummissjoni Ewropea hemm miktub li l-Gvern qed jagħti speċi ta' garanzija li se jixtri bl-iktar mod ekonomiku, però aħna dehrilna li hemm xi kundizzjonijiet fil-kuntratt li daħal fihom il-Gvern ma' ElectroGas, fejn ikkommetta ruħu li jixtri b'ċerti rati, li llimitaw kemm hu possibbli li jixtri minn sorsi oħrajn.", "GLENN BEDINGFIELD: Liema huma s-sorsi l-oħrajn?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-interconnector.", "GLENN BEDINGFIELD: U kemm hu tal-interconnector?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jiġifieri bħala rata?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-perjodu li analizzajna aħna kien €61.75.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri kien ogħla jew orħos minn ta' ElectroGas?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien madwar €50 orħos.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma nafx, imma jekk trid nista' niċċekkjalek.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma jista' ikun ogħla.", "Jiġifieri m'għandux rata fissa, jiġifieri tista' tiġik tajba u tista' tiġik ħażina.", "Dak iż-żmien li rajtu intom kien iktar baxx.", "U jekk tixtrix bil-lejl jew bi nhar tagħmel differenza?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, tagħmel differenza kbira.", "GLENN BEDINGFIELD: Bil-lejl kważi b'xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: U lill-oħrajn inħallsuhom bil-lejl u bi nhar ta' xejn.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jogħla.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hemm fażijiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri m'għandekx stabilità fil-prezzijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-ogħla rati tal-interconnector xorta huwa orħos minn ta' ElectroGas?", "GLENN BEDINGFIELD: Ma tistax tgħid.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ġieli jkun ogħla u ġieli jkun iktar baxx.", "CHRIS SAID: Jiġifieri biex ġibtu l-ammont ta' €61 per Megawatt hour (MWh) ħdimtuh fuq l-average?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Aħna ħarisna lejn il-perjodu April 2017 sa Ġunju 2018 u rajna kulma nxtara mill-interconnector f'dak il-perjodu u kulma nxtara minn Delimar 4 f'dak il-perjodu, u rriżulta li tal-interconnector, fuq dak il-perjodu, kien €50 per MWh orħos.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma f'dak il-perjodu.", "Jiġifieri llum jista' ikun differenti; jista' ikun €50 ogħla.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa nġibu l-esperti jgħidulna.", "CHRIS SAID: Issa jgħidulna tibżax!", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jiġifieri aħna ħarisna lejn ix-xirjiet li saru f'dak il-perjodu.", "ALEX MUSCAT: Il-prezz li ġie stabbilit fl-SSA kif kien jikkompara ma' kemm kienet tiswa lil Enemalta biex tipproduċi d-dawl?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: X'jiġifieri?", "ALEX MUSCAT: Il-Gvern imbarka dan il-proġett li l-intenzjoni tiegħu dejjem kienet li jorħsu l-kontijiet tal-enerġija għall-poplu Malti u Għawdxi kollu, kif effettivament ġara.", "Il-prezz li ġie stabbilit fl-SSA, ċioè ir-rata li ntrabtet Enemalta li se tkun qed tixtri biha mingħand il-konsorzju li rebaħ din is-sejħa, kif tikkompara mar-rata ta' kemm kienet tiswa biex tiġġenera d-dawl Enemalta?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fuq Delimara 3?", "ALEX MUSCAT: Le, Enemalta kienet qed tipproduċi d-dawl tagħha...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Primarjament minn Delimara 3.", "ALEX MUSCAT: U anke l-power station tal-Marsa li kienet għadha qed tiffunzjona.", "L-average price ta' Enemalta kif jikkompara...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma ħarisniex lejn dak.", "Ħalli nerġa' ngħid x'kienu jgħidu t-ToR li semma s-Sur Deguara iktar kmieni.", "It-talba li saret lilna kienet biex inqabblu l-ElectroGas…", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri intom ħadtu in konsiderazzjoni biss l-interconnector mhux kemm kienet qed tiswa diġà lil Enemalta… Imma għalfejn m'għamiltuhiex?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għax ma ntalbitx.", "Kieku ntalbet konna nagħmluha wkoll.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: It-ToR huma ċarissimi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nara jekk iniex qed nifhem sew.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-Gvern ikkommetta ruħu li jħallas lill-konsorzju, anke jekk ma jixtrix mingħandhom u jixtri mill-interconnector.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: It-take-or-pay obligation illimita x'jistgħu jagħmlu Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kien hemm din il-limitazzjoni.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Rabat xi ftit jew wisq lil Enemalta, mhux li jixtru kollox minn hemmhekk għax fil-fatt xtraw 932,000 MWh mill-interconnector, però...", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma stajna xtrajna iktar.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "Hemm porzjon li huwa kommess li jrid jinxtara minn Delimara 4.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minkejja li r-rata tal-interconnector tkun orħos.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux dejjem tkun orħos, kif għedna qabel.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma anke jekk tkun orħos.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-bottom line hu li f'dan il-pajjiż għandna power station u interconnector, però ma nistgħux inqabblu kif jaqblilna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ma nistgħux ngħidu...", "GLENN BEDINGFIELD: Dażgur li tista'!", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, għax aħna kommessi magħhom; irridu bilfors nixtru t-tuffieħa tagħhom, minkejja li t-tuffieħa l-oħra hija orħos u aħjar.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien m'iniex avukat, imma meta għandek proġetti kbar bħal dawn trid tagħti xi ammont ta' garanzija fit-tul.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: It-take-or-pay li, kif diġà għedna, huwa garanzija.", "Jiġifieri l-Gvern neħħa l-garanzija formali tiegħu u minflok hawn din il-garanzija.", "GLENN BEDINGFIELD: Fl-opinjoni tagħkom stajna noqogħdu fuq l-interconnector biss?", "CLAYTON BARTOLO: Sur Deguara, given is-size ta' Malta u l-fatt li mpjant ta' dan it-tip qed isir hawn Malta, kemm kien importanti dan it-take-or-pay agreement?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kien importanti għaż-żewġ naħat, minn naħa tassigura li l-Gvern ikollu steady supply u min-naħa l-oħra tħares l-interessi tal-konsorzju.", "Nerġa' ngħid li din hija garanzija.", "Waħda kienet garanzija uffiċjali tal-Gvern, u issa għandhom din il-garanzija li l-Gvern għandu minimum amount li jrid jixtri bilfors mingħandhom.", "Dan il-kriterju fiex jikkonsisti?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dawk huma alternattivi ta' sorsi ta' enerġija biex ma tiddependix fuq ħaġa waħda biss ħalli jekk tmur xi ħaġa ħażina, ikollok fallback position.", "CLAYTON BARTOLO: Diversi drabi nisimgħu li l-interconnector, jew inqata' minn barra, jew kellu l-ħsara, jew ħaġa jew oħra.", "Fl-opinjoni tagħkom, il-fatt li sar dan l-impjant, għen biex pajjiżna jżomm ma' dan il-kriterju tal-N-1?", "Mingħajr dan l-impjant konna nżommu ma' dan il-kriterju?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jiena m'iniex inġinier, imma ovvjament iktar ma jkollok alternattivi… Meta konna tfal konna nitgħallmu to never put your eggs in one basket.", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri ma stajniex noqogħdu fuq l-interconnector biss.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu, għandek raġun.", "Aħna analizzajna l-proċess li wassal sabiex tittieħed id-deċiżjoni u sibna li kien hemm numru ta' power stations ta' Enemalta li kienu viċin l-end of life tagħhom, li kellhom jiġu decommissioned, u allura sostituti b'xi ħaġ'oħra.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma nafx nirrispondik, imma bilfors li saru żmien twil ilu biex waslu lejn l-aħħar taż-żmien li setgħu jipprovdu enerġija.", "Jiġifieri kien wasal iż-żmien li jkun hemm sors ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-fatt riċentement meta kien hemm il-maltemp Sqallija kien inqata' id-dawl.", "Allaħares ma kienx il-liquefied natural gas (LNG) għax ma kienx ikollna elettriku.", "CLAYTON BARTOLO: U darb'oħra kienet saret xi ħsara fl-interconnector minħabba xi ankra.", "CHRIS SAID: Xtaqt nistaqsi mistoqsija fuq l-issue tal-clearance tal-Kummissjoni Ewropea.", "Intom ingħatajtu kopja tad-dokumenti li l-Gvern issottometta lill-Kummissjoni Ewropea?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, imma naħseb lanqas konna tlabnihom għax l-interess tagħna kien ir-riżultat finali, jiġifieri d-deċiżjoni.", "CHRIS SAID: Jiġifieri intom m'għandkomx dak li l-Gvern issottometta lill-Kummissjoni Ewropea; qgħadtu fuq dak li qalulkom.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "Ma kellniex għalfejn niddubitaw minn dak li qaltilna l-Kummissjoni Ewropea.", "Ħsibna li se jagħmlu xogħolhom sew u allura ma kellniex għalfejn niċċekkjaw x'ġie sottomess.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Li kien jinteressa lilna kien li jiġi ċċarat li ma kienx hemm state aid.", "Nafu li min-naħa tal-Finanzi ma kenux jidħlu għal din il-biċċa xogħol kieku kien hemm l-issue ta' state aid.", "CHRIS SAID: Però jirriżultalkom li fid-deċiżjoni, jew clearance, li tat il-Kummissjoni Ewropea din qalet li minn dak li ġie sottomess mill-Gvern ma kienx se jillimita s-suq.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iva, u kienet ukoll fil-public domain.", "CHRIS SAID: Imma fil-verità, wara ġie llimitat is-suq għax illum il-Gvern ma jistax jixtri minn fejn irid għax għadu mabut li bilfors irid jixtri ammont bi prezz fiss mingħand ElectroGas.", "Minn dak li qal is-Sur Mercieca jien fhimt li meta l-Gvern issottometta lill-Kummissjoni Ewropea, ta x'jifhem – forsi għax kien għadu ma ntrabatx bl-SSA jew għal raġunijiet tiegħu – li se ssir power station ġdida mill-privat però hu se jkun liberu li jixtri minn fejn irid billi jqabbel fejn jaqbillu u jixtri bl-aħjar prezz, mentri wara rriżulta li fil-verità mhux hekk.", "Issa jew l-affarijiet ma kenux hekk meta saru s-submissions diġà, jew inkella nbidlu wara.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dak jiddependi minn variable important, u ċioè minn kemm tkun għolja d-demand.", "Bħalissa d-demand hija baxxa, għar-raġunijiet ovvji li għaddejja minnhom id-dinja, imma jekk l-ekonomija tirpilja u d-demand tkun tant għolja li minbarra dak li nixtru mingħand ElectroGas, nixtru aktar ukoll…", "CHRIS SAID: Imma jien mhux għal dak qiegħed nirriferi.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jiddependi minn kemm tkun għolja d-domanda.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Onor.", "Said qisu qed jallega li l-Gvern ma qalx kollox lill-Kummissjoni Ewropea.", "Fi ftit kliem dik hija l-allegazzjoni tiegħu.", "CHRIS SAID: Dan qed jgħidu l-Onor.", "Jien għamilt mistoqsija totalment differenti.", "Bedingfield jaf x'ġara.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed nifhem x'qed tipprova tallega inti, Onor. Said.", "CHRIS SAID: Għandu raġun għax kien Kastilja, jiġifieri jaf x'ġara.", "Jien għamilt mistoqsija dwar jekk dak li qalet il-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri li dan l-agreement ma kienx se jillimita lill-Gvern li jqabbel fejn jaqbillu, jiġifieri li jixtri dejjem bl-aħjar prezz, meta fil-verità wara rriżulta li mhux hekk… Tafu jekk meta ssottometta t-talba lill-Kummissjoni Ewropea, l-SSA kienx diġà sar?", "Infurmaha lill-Kummissjoni Ewropea bl-SSA, jew dak ġie wara?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: L-SSA ġie ffirmat wara żgur.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-SSA huwa intimament konness… Il-Gvern Malti kien qed jistenna l-clearance tal-Kummissjoni biex ikun jista' jidħol fl-SSA.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien qed jistenna l-clearance biex ikun jista' jiffirma l-SSA.", "There you go; ma sar xejn ħażin u rregolari u ma kien hemm l-ebda informazzjoni moħbija mill-Kummissjoni Ewropea.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Meta l-Gvern kien qiegħed jinnegozja, jew jistenna d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, kien hemm commitment min-naħa tal-Gvern li se jaġixxi b'mod li jixtri bl-iktar mod ekonomiku.", "Kif diġà għedt aħna kellna l-benefit of hindsight.", "Inti qed tgħid li meta l-Gvern kien qiegħed jinnegozja mal-Kummissjoni Ewropea kien qed jikkommetti li jixtri bl-iktar mod ekonomiku.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu, imma aħna ġejna wara fl-istorja u ħarisna lura.", "CHRIS SAID: Il-Gvern fil-fatt għamel dak li kkommetta ruħu mal-Kummissjoni Ewropea li se jagħmel?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Aħna rriżultalna li le; kien hemm istanzi meta...", "CHRIS SAID: Jiġifieri kkommetta ruħu mod mal-Kummissjoni Ewropea u wara m'għamilx hekk.", "CHRIS SAID: Onor. Bedingfield, għandek raġun taqbeż.", "GLENN BEDINGFIELD: Għax mhux hekk qal.", "Aktar qabel l-NAO qalu li l-Gvern stenna l-go ahead tal-Kummissjoni Ewropea qabel ma ffirma l-SSA.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "CHRIS SAID: Imma allaħares le!", "GLENN BEDINGFIELD: Mela ma kien hemm xejn ħażin.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: M'aħniex qegħdin niftehmu.", "Jien qed ngħid li sar commitment min-naħa tal-Gvern, biex toħroġ l-approval tal-Kummissjoni Ewropea, li se jixtri bl-iktar mod ekonomiku.", "Issa aħna dħalna f'dan audit ftit snin wara dik id-deċiżjoni u rajna jekk il-Gvern fil-fatt xtarax b'dak il-mod.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-Kummissjoni Ewropea kienet taf bih l-SSA.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dażgur.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Imma mhux dak hu l-punt.", "Is-Sur Mercieca qed jispjegalek li l-Gvern qal lill-Kummissjoni Ewropea li se jagħmel mod imbagħad, mill-verifika li għamlu huma, irriżulta mod ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela allura l-Kummissjoni Ewropea għalfejn approvat l-SSA?", "KAROL AQUILINA: Għax kien hemm il-wegħda tal-Gvern li jixtri bl-iktar mod ekonomiku, imma issa, wara li għaddew is-snin, qed jirriżulta li l-Gvern m'għamilx hekk, imma għamel mod ieħor, xtara bl-għoli mhux bl-aktar mod ekonomiku.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma dik hija interpretazzjoni tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, aħna għandna fiduċja fil-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali, kif m'għandix dubju li għandkom intom ukoll, u bħala fatt...", "GLENN BEDINGFIELD: Jiena f'tagħkom m'għandix mhux f'tal-Awditur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala fatt l-Awditur ikkonkluda li konsegwenza tal-SSA li sar ma' ElectroGas, aħna spiċċajna qed ikollna nixtru elettriku ogħla minn dak li nistgħu nixtru bl-interconnector.", "Dan ifisser li m'aħniex qegħdin nagħmlu the best deal.", "GLENN BEDINGFIELD: Però xorta nistgħu nixtru bl-interconnector.", "Hemm ammont ta' elettriku li rridu nixtruh minħabba t-take-or-pay biex niggarantixxu li f'pajjiżna, apparti l-kontijiet orħos, ikollna supply ta' elettriku dejjem għaddejja, u over and above dak l-agreement li għandna approvat mill-Kummissjoni Ewropea msejjaħ Security of Supply Agreement, nixtru mill-interconnector.", "Il-fatt li għandek sorsi differenti minn fejn tista' iġġib l-elettriku huwa minnu nnifsu tajjeb għax la tiddependi biss fuq l-interconnector u lanqas tiddependi biss fuq l-LNG.", "Minnha nnifisha dik hija deċiżjoni tajba li għandek sorsi differenti, għax jekk tiġrilu l-ħsara l-interconnector taqa' fuq l-LNG u jekk ikun hemm ħsara fl-LNG taqa' fuq l-interconnector.", "KAROL AQUILINA: Imma, Onor. Bedingfield, naħseb taqbel ukoll li l-Gvern għandu jkollu l-faċilità li jekk at one point hu orħos li jixtri minn naħa, jixtri minn naħa, u jekk huwa orħos minn naħa oħra, jixtri minn naħa oħra, mhux jintrabat jixtri mingħand xi ħadd bilfors, ikun xi jkun il-prezz.", "Dik hi l-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma dak x'argument hu!?", "L-argument hu li aħna għandna infrastruttura, grazzi għall-interconnector, biex nixtru elettriku bl-irħis, u minħabba l-ftehim li għandna ma' ElectroGas ma nistgħux nixtru l-elettriku bl-irħis.", "Sur Mercieca, x'baqagħlek mill-presentation, jekk jogħġbok?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Baqagħli ftit punti oħra u nikkonkludi.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma m'aħniex se nlestu llum.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela inutili ngħaddu għal suġġett ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Is-suġġett tal-ġimgħa d-dieħla fuqhiex se jkun?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: U kelli ftit punti oħra dwar l-interconnector u Delimara 4.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-laqgħa li jmiss għandna nikkonkludu.", "Nagħmlu wkoll analiżi tal-prezz bejn l-interconnector u ElectroGas, imbagħad il-general conclusion.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għar-rigward tad-dokumenti li ġew ippreżentati llum jien ma narax għalfejn m'għandhomx jitilgħu fuq il-website.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma naqbilx li l-Minuti ta' Enemalta għandhom jitilgħu fuq il-website.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, tista' tispjegali għalfejn ma taqbilx?", "GLENN BEDINGFIELD: Ma naħseb li fihom xejn ta' barra minn hawn, imma...", "ALEX MUSCAT: Ma naħsibx li dan il-Kumitat għandu jippubblika hu dak li mhux ippubblikat diġà.", "Ma naħsibx li huwa r-remit tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'jiġifieri mhux remit tagħna?", "Aħna tlabna dokumentazzjoni, liema dokumentazzjoni ġiet sottomessa lilna.", "KAROL AQUILINA: M'hawn xejn fihom.", "GLENN BEDINGFIELD: Għadna lanqas flejnihom sew għax ingħataw lilna dalgħodu.", "Ejjew l-ewwel nifluhom, imbagħad nieħdu deċiżjoni darb'oħra.", "Jien ma jidhirli li fihom xejn ħażin, imma…", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela f'dan l-istadju l-Minuti ta' Enemalta ma jittellgħux fuq il-website u nieħdu deċiżjoni fi stadju ulterjuri.", "Għar-rigward tad-dokumentazzjoni li ppreżenta l-Awditur in sostenn tar-rapport tiegħu, dawk jistgħu jittellgħu.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Awditur stess qed jgħid li ma jaqbilx li l-Minuti għandhom jittellgħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fuq il-Minuti se nieħdu deċiżjoni fi stadju ulterjuri.", "L-Awditur qed jarahom issa.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħjar minni għax għadni lanqas rajthom!", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, nirringrazzjak u nagħti piż dak li qiegħed tgħidilna.", "Nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'din il-laqgħa tal-lum u naġġorna l-Kumitat għal data li tiġi komunikata iktar 'il quddiem.", "Fit-3:47 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210120_074d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 74", "L-Erbgħa, 20 ta' Jannar, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:07 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur); l-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet); l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 73, li saret fit-13 ta' Jannar 2021, ġew konfermati.", "Email datata 19 ta' Jannar 2021, mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat f'Laqgħa Nru 73 (Dok.", "Email datata 19 ta' Jannar 2021, mibgħuta mis-Sur Jason Vella, Kap Eżekuttiv ta' Enemalta, li tinkludi kopja tal-Minuti mitluba f'Laqgħa Nru 73 (Dok.", "Filwaqt li l-Kumitat qabel li l-informazzjoni mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kellha tittella' fuq il-website tal-Parlament, id-deċiżjoni dwar jekk l-informazzjoni mibgħuta minn Enemalta kellhiex tittella' fuq l-istess website, kienet se tittieħed fi stadju ulterjuri.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "BY ENEMALTA CORPORATION\" – PREŻENTAZZJONI ĠENERALI MILL-AWDITUR ĠENERALI DWAR IR-RAPPORT U L-KONKLUŻJONIJIET TIEGĦU (Dok.", "154 u 154a)", "Il-Kumitat irriżuma mit-13 ta' Jannar 2021 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Iċ-Chairman stieden lill-Awditur Ġenerali u lill-uffiċjali li kienu qegħdin jakkumpanjawh sabiex jersqu madwar il-Mejda.", "Is-Sur Charles Deguara, is-Sur Noel Camilleri, u s-Sur Keith Mercieca, Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali, u Assistent Awditur Ġenerali, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "Is-Sur Keith Mercieca kompla bl-overview, li kien qiegħed jagħti fil-laqgħa preċedenti, dwar ir-rapport.", "L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kien mitlub sabiex, sal-laqgħa li jmiss, jipprovdi lill-Kumitat din l-informazzjoni:", "Jiġi kkonfermat, jew xort'oħra, li d-dokumenti li ġew ippreżentati lill-Kumitat minn Enemalta, u li kopja tagħhom ġiet mgħoddija lill-Awditur Ġenerali waqt l-istess laqgħa tal-Kumitat, huma l-istess dokumenti li kellu aċċess għalihom l-NAO fil-proċess ta' dan ir-rapport, jew jekk bħala Uffiċċju kellhomx aċċess għal aktar jew inqas dokumenti, u jekk il-Minuti li kellu aċċess għalihom l-NAO kenux iffirmati;", "Kienx hemm miżata biex jinġabar id-dokument tat-tender, u jekk iva, kemm kien l-ammont;", "Tiġi provduta timeline dwar il-garanzija li għamel il-Gvern u li tkun tinkludi min għamel it-talba lill-Gvern, f'liema forma saret u f'liema stadju tal-proċess saret.", "Tiġi provduta lill-Kumitat ukoll kull korrispondenza li seta' kien hemm bejn il-konsorzju, Enemalta u l-Gvern dwar din it-talba;", "Kemm kien l-ammont imniżżel fil-Cabinet Memo bħala li ġie approvat sabiex jingħata bħala garanzija; u", "Jekk l-ammont li finalment ingħata bħala garanzija kien aktar, ingħatatx l-approvazzjoni mill-Kabinett għal dan it-tibdil.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-3:47 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat bl-istess aġenda għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210120_074m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 19", "It-Tlieta, 26 ta' Jannar 2021 fl-4.30 pm", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 26 ta' Jannar 2021 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Mark Causon għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għad-Danimarka.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tal-Professur John Mamo għat-tiġdid tal-ħatra ta' Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Gavin Gulia, għall-ħatra ta' Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.", "25 ta' Jannar 2021 Skrivantal-Kamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210126_019a_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 19", "It-Tlieta, 26 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 19", "It-Tlieta, 26 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 18, li saret fl-14 ta' Diċembru 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Joe Mizzi, kif ukoll lill-Onor.", "Silvio Parnis, li qegħdin hawnhekk biex inkunu nistgħu nagħmlu x-xogħol li għandna fuq l-aġenda tal-lum.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR MARK CAUSON GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR MHUX RESIDENTI TA' MALTA GĦAD-DANIMARKA", "IĊ-CHAIRPERSON: L-ewwel item fuq l-aġenda tal-lum huwa s-smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Mark Causon għall-ħatra ta' ambaxxatur mhux residenti ta' Malta għad-Danimarka.", "Dr Causon informana li minħabba raġunijiet konnessi ma' COVID-19, mhuwiex f'Malta u allura ma jistax jattendi għal-laqgħa.", "Għaldaqstant, jekk taqblu, dan l-item jiġi pospost u l-Kumitat jgħadda għall-item li jmiss.", "Il-Kumitat qabel li dan l-item jiġi pospost.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAT-TIĠDID TAL-KARIGA TA' PROF.", "JOHN MAMO BĦALA CHAIRMAN TAL-AWTORITÀ GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA (MFSA)", "IĊ-CHAIRPERSON: Quddiemna għandna għad-diskussjoni t-tiġdid tal-kariga ta' Prof. John Mamo bħala Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta Nistieden lil Prof. John Mamo sabiex jingħaqad magħna fil-Kumitat.", "Prof. John Mamo daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Mamo, nirringrazzjak talli ngħaqadt magħna.", "Bħalma taf, dan il-Kumitat huwa mwaqqaf permezz tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u skont l-artikolu 48B(4) ta' dan l-Att, il-Membri tiegħu jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati mal-mistoqsijiet oriġinali li kull naħa kellha d-dritt liberu li tibgħat.", "Ninformak li, skont l-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet isiru b'mod pubbliku, sakemm il-Kumitat ma jiddeċidix xort'oħra.", "Ninformak ukoll li din il-laqgħa qiegħda tiġi video streamed live fuq il-website tal-Parlament u se tiġi mxandra fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament fi stadju ulterjuri.", "Prof. Mamo, nitolbok tintroduċi lilek innifsek u tagħtina ftit background tal-ħidma tiegħek fil-kariga li diġà kont tokkupa.", "JOHN MAMO (Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta): Sur President, jien ġejt appuntat Chairman tal-MFSA f'April 2018.", "Kont naf li se nkun appuntat minn xi żmien qabel u, ġenerożament ħafna, Prof. Bannister, li kien il-predeċessur tiegħi, żammni miegħu għal tliet xhur sakemm għamilna r-running-in u dħalt għal din il-kariga.", "Meta l-eks Prim Ministru Joseph Muscat offrieli din il-kariga, kont naf li kienet kariga diffiċli.", "Meta ġejt nominat u rċevejt is-soltu emails u SMSs biex jawgurawli, il-ħbieb intimi tiegħi kitbuli: Should we congratulate you or give you condolences?", "Kien hemm min qalli kemm kienet pożizzjoni ta' sfida, u meta bdejt indunajt kemm kienet kariga kbira.", "Il-kariga hija enormi, għax l-ewwel nett l-MFSA hi r-regolatur ta' kamp diversifikat immens, għax tirregola banek, insurance companies, kif ukoll service providers.", "Barra minn hekk, iċ-Chairman u l-Bord għandhom ukoll funzjoni ta' Chairman u Bord ta' kumpanija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-finanzi.", "Jiġifieri għandek dan id-dual function.", "Bħala Chairman ma tkunx waħdek għax ikollok il-Bord, u nista' ngħid li fis-sentejn li għamilt ma tantx sar tibdil fil-Bord.", "Kelli nies kompetenti ħafna f'diversi sezzjonijiet tas-servizzi finanzjarji, li ħafna minnhom kienu jafu aktar minni – għax jien ġej minn background legali – però kienu sentejn ta' sodisfazzjon f'din il-kariga li matulhom sar volum enormi ta' xogħol.", "Kumbinazzjoni, għadu kemm daħal l-Onor.", "Clayton Bartolo u naħseb li jista' jitkellem dwar dan ix-xogħol, speċjalment għar-ristrutturar tal-MFSA.", "L-MFSA għal żmien twil kienet taħt Chairman u CEO li kien jokkupa ż-żewġ karigi.", "Imbagħad, meta lħaqt jien, il-kariga nqasmet fi tnejn.", "Lil Prof. Bannister inneħħilu l-kappell għax kabbar is-servizzi finanzjarji b'mod esponenzjali.", "Kif qalli xi ħadd mill-IMF, li ġara dak iż-żmien hu li we were victims of our own success, fis-sens li s-settur kiber ħafna, imma l-istrutturi li jaqgħu taħtu kienu daqsxejn dgħajfin u ħadd ma immaġina li jistgħu jiġru ċerti affarijiet.", "Kien hemm il-każijiet ta' Pilatus Bank u ta' Satabank li ġew ittrattati qabel ma lħaqt jien.", "Imbagħad, l-aftermath tagħhom kienu responsabbiltà tiegħi u tal-Bord.", "Tista' ddum tgħid sigħat fuq dan il-kamp, li huwa vast ħafna, però nixtieq ngħid li kelli Bord sod b'kompetenzi tajbin, u kien hemm CEO tajjeb ħafna.", "Imbagħad, sfortunatament, inqala' li nqala'.", "Exco Services Ltd, li ġiet ifformata minn sentejn 'l hawn, ħadmet u kienu jiltaqgħu darba fil-ġimgħa biex jagħmlu x-xogħol preparatorju kollu.", "Kif għedt, matul l-aħħar sentejn intefqu flus kbar f'investimenti li kienu neċessarji biex inkabbru kemm ir-riżorsi umani, kif ukoll il-parti teknoloġika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nilqa' magħna lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, l-Onor.", "Clayton Bartolo, u lill-Onor.", "Robert Cutajar, li ngħaqdu magħna għal-laqgħa tal-lum.", "Prof. Mamo, jekk ikollok xi informazzjoni li tkun trid iżżidha fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet supplimentari li jagħmlulek il-Membri tal-Kumitat, tista' tlaħħam kemm jogħġbok.", "Insejjaħ lill-Onor.", "KAROL AQUILINA: Prof. Mamo, nirringrazzjak li għoġbok tattendi għal dan is-smigħ.", "Naturalment, nitolbok tapprezza r-rwol li għandna aħna li rridu nagħmlu dan l-iskrutinju, imbagħad nieħdu d-deċiżjoni u nagħtu l-parir tagħna.", "Imbagħad sta għall-Gvern li jara x'għandu jagħmel b'dak il-parir.", "Jiena qrajt ir-risposti li għoġbok tagħtina għad-domandi, u se nagħmillek numru ta' mistoqsijiet, uħud minnhom ġenerali u oħrajn speċifiċi, imma nixtieq li, kemm jista' jkun, tkun ċar u dirett fir-risposti li tagħti.", "Prof. Mamo, inti konxju li matul l-aħħar tliet snin is-sitwazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji kompliet tiggrava u r-reputazzjoni ta' pajjiżna ħadet numru ta' daqqiet?", "JOHN MAMO: Skużani talli se ninterrompik, Onor. Aquilina, imma assolutament ma naqbilx miegħek.", "Kif diġà għedt, il-problemi prinċipali kienu Pilatus Bank u Satabank, imma ma kienx hemm problemi kbar oħrajn, speċjalment fuq livell nazzjonali.", "Dawn il-problemi kienu hemmhekk u qegħdin nipprovaw insolvuhom; però nixtieq inkun naf x'kienu l-problemi ġodda jew skandli kbar, għax ma jirriżultawlix.", "Skużani li qed ngħid dan.", "KAROL AQUILINA: Mhux problema, Prof. Mamo; forsi jien ngħix f'dinja oħra u jkolli impressjonijiet differenti milli jkollok inti.", "Niskuża ruħi miegħek, imma naħseb li hawn ħafna li jaħsbuha bħali, li fl-aħħar snin is-sitwazzjoni ddeġenerat.", "Allura nixtieq nisma' mingħandek, fil-pożizzjoni tiegħek ta' Chairman tal-MFSA, kif tħossok komdu li tiġi quddiem dan il-Kumitat u tippreżenta ruħek biex terġa' tiġi appuntat, meta qegħdin f'sitwazzjoni fejn hemm il-mannara fuq rasna, għax hemm ir-Rapport tal-Moneyval u minn hawn u ftit xhur oħra – ma naħsibx li hija kwestjoni ta' snin issa – se tittieħed deċiżjoni.", "Id-deċiżjoni mhux se tkun li aħna sirna l-aqwa, imma jekk għandhiex tinżel il-mannara fuq rasna jew le.", "Allura nitolbok tagħtini ftit motivazzjoni dwar għalfejn tħossok daqshekk kunfidenti li kollox sejjer sew u li dan il-Kumitat għandu jagħti l-parir li hu favur il-ħatra tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. Mamo.", "JOHN MAMO: Ħalli nibda mill-aħħar mistoqsija, dwar jekk hux kollox sew.", "Ma jidhirlix li jien għedt hekk fir-risposti tiegħi; ma nħossx li kollox huwa sew.", "Li għedt fir-risposti tiegħi hu li kien hemm ċerti defiċjenzi importanti li ġibdulna l-attenzjoni dwarhom il-Moneyval u l-IMF, speċjalment fuq awtorizzazzjoni u superviżjoni.", "Kif għedt, it-toqob li kellna mlejniehom, u llum nistgħu naċċettaw kwalunkwe sfida.", "Naf li fil-midja soċjali jingħadu ħafna affarijiet … Fil-verità, kull financial centre ikollu xi problemi, anke dawk il-pajjiżi li ma jiddefinixxux ruħhom bħala financial centre imma għandhom taxxi favorevoli.", "Is-sena l-oħra ġibna ċ-Chairman tal-BaFin, li huwa l-Bank Ċentrali tal-Ġermanja, u r-regolatur ġie hawnhekk u għamel diskors interessanti li tgħallimna ħafna minnu.", "Però issa, wara l-iskandlu tal-Wirecard, li jaf bih kulħadd, fil-Financial Times intqal li forsi dan ma kienx attent biżżejjed fis-superviżjoni tiegħu.", "Jiġifieri kull pajjiż ikollu mishaps along the road, sija jekk ikun pajjiż bħal tagħna, sija Ċipru, u anke l-Lussemburgu, li huma iktar magħrufin bħala financial centres.", "Huwa magħruf ukoll li l-ikbar financial centre li għandna fl-Ewropa jinsab l-Ingilterra – għalkemm illum m'għadhomx fl-Ewropa – li għandhom foreign direct investment enormi li ġej mill-British Virgin Islands u minn Jersey.", "L-ultimate beneficial owners (UBOs) tagħhom kulħadd jaf min huma, u allaħares kellhom jibdew jaraw il-proof of wealth, pereżempju, ta' xi ħadd bħal Abramovich u jibdew jaraw minn fejn ikun ġab il-flus, għax kieku jispiċċa jisfaxxa l-klabb taċ-Chelsea!", "Belgravia, Belgrave Square u Chelsea – kulħadd jaf li huma tal-oligarchs.", "Li rrid ngħid hu li veru li kellna mishaps u, kif diġà għedt, sa sentejn ilu forsi ma kenitx teżisti daqshekk attenzjoni għas-superviżjoni.", "Forsi matul l-aħħar sentejn ġie kkritikat l-investiment għax morna oltre l-baġit.", "Però ħafna mit-toqob li kien hemm saddejniehom, fit-teknoloġija għamilna progress enormi, ġibna n-nies minn barra biex jgħallmuna, ġibna investigaturi biex iħarrġu lin-nies tagħna, u żidna n-nies.", "Jiġifieri anke jekk tkun xi ħaġa ipotetika, nimmaġina li kieku l-mishaps ta' qabel saru llum, konna naqbduhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn iktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Prof. Mamo, waħda mid-domandi li saritlek taqra hekk:", "\"X'għamilt biex tassigura li Joseph Cuschieri ma jaqbiżx il-limiti tiegħu bħala Chief Executive Officer tal-Awtorità u josserva l-liġi fil-qadi ta' dmirijietu?\"", "U inti weġibt:", "\"L-ewwel nett, nippremetti li, safejn naf jien, is-Sur Cuschieri qatt ma ġie kkundannat u lanqas akkużat b'xi reat.\"", "IĊ-CHAIRPERSON: Prof. John Mamo.", "JOHN MAMO: Dik id-domanda ħasditni fil-fatt.", "KAROL AQUILINA: Tista' tispjegalna x'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan?", "JOHN MAMO: Kien hemm implikazzjoni li s-Sur Cuschieri kien kriminali, li fil-fatt ma kienx, għax la qatt ġie akkużat u lanqas qatt ma ġie kkundannat.", "Għal min iħoss li kien qed imur oltre l-limiti tiegħu, nista' ngħid li għamilna ħafna strutturi relatati ma' audit biex ikun hemm kontroll fuq iċ-Chief Executive.", "Għedt li nħsadt ftit bil-mistoqsija dwar x'għamilt biex inżommu milli jmur kontra l-liġi, għax biex nirrispondi jkolli nistaqsi domanda oħra: Kontra liema liġi mar?", "KAROL AQUILINA: Jekk qed tistaqsini, ngħidlek li l-affarijiet ma jimxux hekk.", "Imma ħalli npoġġilek id-domanda lura: Jirriżultalek li kien hemm ċirkostanzi fejn is-Sur Cuschieri eċċeda l-poteri tiegħu?", "JOHN MAMO: Jiġifieri qed niddistingwu bejn reati u ultra vires.", "KAROL AQUILINA: Il-poteri tiegħu.", "Hu għandu funzjoni u għandu setgħat: issa jien qed nistaqsi jekk eċċediex dawk il-funzjonijiet u dawk is-setgħat.", "JOHN MAMO: Għedt li huma ultra vires.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Prof. Mamo, f'dan il-Kumitat m'aħniex qegħdin f'Qorti.", "Aħna lkoll naċċettaw li kien hemm mumenti verament koroh matul dan iż-żmien.", "Inti semmejt li huma mishaps, jiġifieri ma kenux ċirkostanzi ordinarji.", "Prof., inti tħoss li forsi kont tkun f'pożizzjoni aħjar kieku kont Executive Chairman u mhux Non-Executive Chairman, forsi għax stajt tieħu passi oħrajn jew stajt tikkontrolla iktar l-affarijiet?", "Għax il-post ġie għad-dawl tax-xemx u ġie fuq ilsien kulħadd.", "Naħseb li dan ħadd ma jista' jaħrab minnu.", "JOHN MAMO: Assolutament ma naqbilx miegħek, jiddispjaċini.", "JOHN MAMO: Għall-MFSA qed tgħid?", "Jekk qed tgħid fuq Malta inġenerali … Ħafna drabi jiġri li l-MFSA … Pereżempju, darba kien hemm xi ħadd li qalli li ried jarani, u meta staqsejtu fuq xiex irid jarani, qalli li fuq il-mewt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Jien għedtlu: Aħna x'għandna x'naqsmu mal-mewt ta' Daphne Caruana Galizia?", "Hu poġġa u qalli: What can you tell me?", "Insomma ħadna kafè u tkellimna u telaq.", "Li qed nipprova ngħid jien hu li, sfortunatament, f'dan il-perjodu ġraw ħafna affarijiet, prinċipalment il-mewt ta' Daphne Caruana Galizia.", "KAROL AQUILINA: Profs., \"il-qtil\" u mhux \"il-mewt\" tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, għax hemm differenza kbira bejn mewt u qtil.", "Il-mamà tiegħi mietet, ma qatluhiex, imma lil Daphne Caruana Galizia qatluha.", "JOHN MAMO: Hawn m'iniex qed nagħmel eżerċizzju ta' semantika.", "KAROL AQUILINA: F'dan il-każ is-semantika għandha sensittività kbira wkoll, u allura naħseb li jkun ġust li nużaw il-kelma t-tajba.", "JOHN MAMO: Jekk ngħid l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia tajjeb?", "JOHN MAMO: Kien hawn l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia u kien hawn allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-għoti ta' kuntratti, eċċ. Jien jidhirli li dak li ġara hu li r-reputational risk ta' Malta qisha ġiet mitfugħa f'borma waħda, u ddaħħlet fiha l-MFSA ukoll.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-MFSA la kellha x'taqsam fil-korruzzjoni, jekk kien hemm, u lanqas fl-omiċidju ta' Daphne Caruna Galizia.", "Ma kellha x'taqsam f'xejn.", "Jekk tgħiduli affarijiet speċifiċi relatati mal-MFSA nirrispondi, imma tridu tgħiduli affarijiet relatati mal-MFSA.", "Jekk tgħiduli fuq Pilatus Bank u Satabank ngħidilkom li għadna qed namministrawhom.", "Qegħdin niddistribwixxu l-fondi li huma nodfa, eċċ. The elephant in the room – u jekk ma tistaqsunix intom, nixtieq nitkellem fuqu jiena – huwa din l-akkuża li s-Sur Cuschieri bħala Governor ħa xi flus li ma kenux dovuti lilu.", "Ma nafx jekk kontux se tistaqsuni dwar dan.", "KAROL AQUILINA: Jien staqsejtek – biex ma tkunx mistoqsija loaded – jekk jirriżultalekx li s-Sur Cuschieri eċċeda l-poteri tiegħu, jekk abbużax mill-pożizzjoni tiegħu.", "Jekk jidhirlek li huwa hekk, għidli; imbagħad ...", "JOHN MAMO: Anzi, nieħu pjaċir, għax mhux l-istil tiegħi li nirrispondi l-blogs u lanqas jinkwetawni esaġeratament, però jinkwetawni meta jirriflettu fuq l-istituzzjoni.", "Issa, bir-rispett lejn l-avukati li hawn, avukat jifhimha mill-ewwel Ii nqalgħet il-kwestjoni li skont il-liġi s-CEO huwa ex-officio Governor mingħajr vot.", "Jiġifieri huwa Governor in all his rights bid-doveri tiegħu, imbagħad qiegħed Chief Executive taħt contract of service.", "Jiġifieri ż-żewġ funzjonijiet huma totalment differenti.", "Issa qamet il-kwestjoni li Joe Cuschieri talab li jitħallas ta' Governor u l-Finance Unit kellimni, imma jien għedtlu li ma nistax ngħidlu.", "Kif tafu, l-emoluments tad-Diretturi, la fil-kumpaniji u lanqas f'awtorità, m'humiex funzjoni tal-bord, imma huma funzjoni tax-shareholders jew tal-istakeholder.", "Jiġifieri l-bord ma jistax jistabbilixxi d-Directors' fees.", "Allaħares kien hekk, għax probabbilment kien jieħu kollox il-bord u naraw jekk ma jkollux ix-shareholders on board.", "L-istess ħaġa.", "Meta kienu jgħidu behind the board's back, ma jagħmilx sens, għax il-bord qatt ma kellu awtorità fuq ir-remunerazzjoni tal-Governors.", "Però, wara xi ftit xhur li s-Sur Cuschieri beda jieħu dawn l-emoluments, jidhirli li l-Audit Committee qajmu l-kwestjoni u bdew jistaqsu kif dan qed jieħu r-remunerazzjoni ta' Governor.", "Jien legalment naqbel li għandu dritt għall-emoluments u għadni sal-lum ngħid li għandu dritt għalihom; però, aħjar nieħdu parir mingħand il-Prim Ministru li appuntah u stabbilixxa r-remunerazzjoni tiegħu.", "Jien kont mort għand l-eks-Prim Ministru, Joseph Muscat, li dak iż-żmien kien responsabbli mill-MFSA, u staqsejtu.", "Hu qalli li kien għadda ħafna żmien, però l-impressjoni tiegħu kienet li s-Sur Cuschieri għandu dritt għal dawn l-emoluments.", "Jien irreferejt dan lill-Board of Governors u ħafna minnhom, speċjalment l-Audit Committee, ma kenux kuntenti b'dak li għedtilhom u reġgħu bagħtuni għand il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, li sadanittant l-MFSA kienet għaddiet taħtu.", "Jien mort għand il-Ministru u għedtlu li kellna din il-kwestjoni u staqsejtu x'jidhirlu.", "Hu qalli: Dażgur li għandu dritt għar-remunerazzjoni.", "Qalli CEO hi ħaġa u Governor ħaġa oħra.", "Qalli: Dan mhux bħal meta f'kumpanija kummerċjali, lis-CEO jew lill-Manager jgħidulu biex jattendi għall-board meetings jew ikun obbligat li jattendi għall-board meetings.", "Dan għandu funzjoni ta' CEO u funzjoni ta' Governor, b'responsabbiltajiet totalment differenti.", "Jien erġajt mort jien għand il-Governors, għax kont qisni messaġġier, u għedtilhom li l-Finanzi jidhrilhom li għandu dritt għalihom.", "Wara ftit ikkomunikaw miegħi l-Finanzi, li jidher li kienu ħadu parir miċ-Ċivil, u qaluli: Milli għedna m'hemm xejn, għax f'dawn l-awtoritajiet, meta l-Executive jagħmilha ta' Governor jew ta' Director mhux hekk jimxu.", "Qalli: Fiċ-Ċivil ma nafx, imma fil-kumpaniji mhux hekk hemm, allura m'għandux dritt.", "Jien erġajt mort – dan kollu ġie minuted, jiġifieri għandi l-emails …", "KAROL AQUILINA: Tista' tibagħtilna kopja ta' dawn li qed tirreferi għalihom?", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur): Jiġifieri aħna hawnhekk qegħdin ngħidu li se nibdew noħorġu korrispondenza interna?", "Jien lest li noġġezzjona bis-saħħa.", "KAROL AQUILINA: Imma trid tobbliga ruħek.", "Jiena ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jgħid li hawnhekk m'aħniex qegħdin f'Qorti, imma intom qegħdin iġġibuha Qorti.", "CLAYTON BARTOLO: Mela allura ħu l-kelma tiegħu fuq dak li qallek.", "KAROL AQUILINA: X'jiġifieri?", "Mela din kwestjoni ta' fidi?", "(Interruzzjonijiet)", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Bir-rispett kollu, xi skrutinju qed nagħmlu hawn ġew?", "CLAYTON BARTOLO: Mela se noqogħdu ninterrogaw?", "Agħmel xogħlok, bħalma naf li inti kapaċi tagħmlu.", "KAROL AQUILINA: Ma naħsibx li Prof. Mamo qed jiċċajta.", "Hu rrefera għal dokumenti u qal li m'għandux diffikultà li jġibhom.", "Jien staqsejtu u hu qalli: Iva.", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "CLAYTON BARTOLO: Jekk m'iniex sejjer żball, diġa kien hemm xi ħaġa simili li ddiskutejnieha bejnietna l-Membri ta' dan il-Kumitat u, jekk niftakar tajjeb, konna għedna li ċerti affarijiet ma jinħallux.", "JOHN MAMO: Però għandna l-kunfidenzjalità tal-Membri ta' dan il-Kumitat.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu.", "Mhux qed ngħidlek li le.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħna għandna l-kunfidenzjalità, però qegħdin hawnhekk biex nagħmlu skrutinju.", "Prof. Mamo, id-diskors tiegħek juri ċar – u nixtieqek tikkonferma – li inti kont qed tħoss il-bżonn li titla' iktar 'il fuq mill-grad ta' Executive li kellek.", "Jiġifieri int kont qed tħoss il-bżonn li tirreferi lill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Finanzi minħabba xi diffikultajiet li kellek ma' individwu li kien taħtek.", "EMMANUEL MALLIA: Mhux hekk qal.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Qed ninterpretaha jien.", "EMMANUEL MALLIA: Prof. Mamo qal li l-prattika normali, anke f'kumpanija, hi li mhux id-diretturi jiddeċiedu dwar il-fees u r-remunerazzjoi tagħhom, imma x-shareholders.", "F'dan il-każ, l-istakeholder kien il-Gvern u allura korrettement irrefera lill-Prim Ministru u lill-Ministru għall-Finanzi.", "KAROL AQUILINA: Hawn qegħdin tħawdu ftit l-affarijiet.", "EMANUEL MALLIA: Għalfejn qed inħawwad hawnhekk?", "KAROL AQUILINA: Onor. Mallia, issa nispjegalek kif qegħdin tħawdu l-affarijiet.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar awtorità indipendenti u mhux dwar kumpanija li l-Gvern għandu sehem maġġoritarju fiha.", "F'dak il-każ tirreferi lura lil min għandu x-shareholding, imma mhux f'dan il-każ.", "JOHN MAMO: Dr Aquilina, ippermettili ftit, jekk jogħġbok.", "Jekk tara l-Att dwar MFSA – jien persważ li rajtu, imma forsi nsejt – tara li dan jgħid li the Prime Minister will appoint ...", "KAROL AQUILINA: Qed narah issa, għax fittixtha.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħna attendejna għal-lezzjonijiet tiegħek l-Università, però din il-liġi għaddejnieha fil-Parlament u konna preżenti għaliha diversi deputati.", "JOHN MAMO: Jekk wieħed jara x'tgħid il-liġi fuq Directors u Governors issib li the Prime Minister appoints the Governors and establishes their remuneration.", "KAROL AQUILINA: Id-differenza hi li fil-każ tal-Kap Eżekuttiv mhux hekk jiġri, għax mhux il-Prim Ministru jappuntah.", "KAROL AQUILINA: Imma fir-rwol tiegħu ta' Gvernatur, tappuntah il-liġi stess għax tesiġi li jkun hekk.", "Mela allura r-rwol tiegħu huwa intrinsikament marbut mal-pożizzjoni ta' CEO.", "Jiġfieri ma kellha qatt tokkorri lil xi ħadd li jgħid li għax qed jattendi l-Bord bħala Gvernatur, għandna nagħtuh remunerazzjoni oħra.", "Din ma tagħmilx sens, għax dak huwa parti mix-xogħol tiegħek.", "Kieku s-Sur Cuschieri ma kienx CEO, ma kien ikun qatt Gvernatur.", "JOHN MAMO: Qegħdin żewġ avukati u m'aħniex qed naqblu.", "M'iniex se ngħid li dak li qed tgħid int ma jagħmilx sens; però nitolbok ma tgħidx li dak li qed ngħid jien ma jagħmilx sens.", "Ma naqblux.", "KAROL AQUILINA: Jiena staqsejtek jekk hu abbużax mill-pożizzjoni tiegħu.", "JOHN MAMO: Fuq din m'abbużajtx, għax din kienet xi ħaġa proċessata bejn il-Governors.", "Il-Prim Ministru kien qabel ma' teżi, il-Ministru għall-Finanzi kien qabel mal-istess teżi, imbagħad ħadu parir miċ-Ċivil li qalulhom li Chief Executive Officer jew Governor ma jitħallasx extra, allavolja f'dawk is-servizzi ma kellux doveri ta' Governor.", "KAROL AQUILINA: Għalfejn ma kellux?", "JOHN MAMO: Għax kellu tas-CEO.", "KAROL AQUILINA: Għax ladarba toħroġ mil-liġi, ma toqgħodx tfittixha fil-kuntratt.", "Prof. Mamo, jekk tippermettili, se nkun iktar dirett.", "Meta s-Sur Cuschieri beda jieħu dan il-ħlas, inti kont taf bih fil-bidu?", "Awtorizzajtu inti?", "JOHN MAMO: Jien ma stajtx nawtorizzah għax il-Bord m'għandux l-awtorità biex jawtorizza.", "Kellmuni min-naħa tal-financial unit u qaluli li s-Sur Cuschieri qed jippretendi li jkollu dawn il-ħlasijiet.", "Jien għedt li naħseb li għandu dritt għalihom.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed nifhem li inti għedtilhom biex imexxu.", "KAROL AQUILINA: Qed nipprova nifhem min iddeċieda xiex!", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Se nitlob ruling lill-Ispeaker, għax issa ż-żejjed kollu żejjed!", "Hawn tistaqsi mistoqsija u mhux tinterroga.", "Bir-rispett kollu, tistaqsi mistoqsija, imbagħad jekk togħġbok ir-risposta jew ma togħġbokx, tista' tagħmillu mistoqsija oħra, imma mhux niġu hawnhekk biex ninterrogaw u nitolbu spjegazzjoni fuq l-affarijiet!", "Hawnhekk qegħdin naraw jekk għandux jiġi appuntat jew le.", "Se nerġa' ngħid, hawnhekk qed naġixxu qisna qegħdin il-Qorti, imma hawnhekk mhux il-Qorti.", "Bir-rispett kollu, ilni ngħid li hawnhekk qegħdin il-Parlament u l-Parlament jaħdem differenti mill-Qorti.", "Għalhekk, nitlob li l-Kumitat jiġi sospiż biex jidħol l-Ispeaker għax il-mod kif qed jitmexxa dan il-Kumitat, qisha qed issir xi interrogazzjoni, m'iniex naqbel miegħu totalment u qed narah imur kontra l-iStanding Orders.", "KAROL AQUILINA: Onor. Mizzi, jekk trid titlob ruling lill-Ispeaker, m'hemm xejn xi jwaqqfek milli titlob Ruling.", "Ma nixtieqx inwaqqfek u naħseb li l-maġġoranza tan-naħa tal-Gvern jaqblu miegħek li titlob li din il-laqgħa tiġi sospiża.", "Però, jekk m'intix se titlob dawn l-affarijiet, jien bħala Membru għandi dritt li nibqa' għaddej.", "Jekk trid, itlobhom, ifformalizzahom, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "JOE MIZZI: Onor. Aquilina, jien qed ngħid li inti qed tmur kontra l-iStanding Orders.", "KAROL AQUILINA: Itlob ruling li jien qed immur kontra l-iStanding Orders.", "ROBERT CUTAJAR: Liema Standing Order, Onor. Mizzi?", "JOE MIZZI: Ma tistgħux tinterrogaw, u f'dan il-każ il-Parlament qed jiġi interrogat.", "ROBERT CUTAJAR: Onor. Mizzi, tista' tikkwota għal liema Standing Order qed tirreferi?", "JOE MIZZI: M'għandix għalfejn ngħidlek in-numru.", "KAROL AQUILINA: Jekk qed tirreferi għal xi Standing Order, trid tikkwota n-numru.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, hemm Rulings ċari tal-Ispeaker.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi qed jikkwota Standing Order, irid jgħidilna liema wieħed qed jikkwota.", "Inti tafha, mhux hekk?", "JOE MIZZI: Jekk irressaq Ksur ta' Privileġġ irrid nikkwota n-numru.", "ROBERT CUTAJAR: Jekk jogħġbok, ikkwota liema hu l-iStanding Order.", "ROBERT CUTAJAR: Ir-Ruling inti qed titolbu, mhux jien.", "JOE MIZZI: Nerġa' ngħidlek, sibli fejn meta titlob ruling jgħidlek li trid tgħid liema Standing Order.", "ROBERT CUTAJAR: Ir-ruling inti qed titolbu.", "Għidli liema hu.", "JOE MIZZI: Għidli inti fejn.", "ROBERT CUTAJAR: Inti mhux jien.", "JOE MIZZI: Għidli fejn hemm li jien biex nitlob ruling irrid ngħid liema hu l-iStanding Order.", "Jien mhux qed irressaq Ksur ta' Privileġġ.", "Oqgħod attent.", "ROBERT CUTAJAR: Dwar l-iStanding Orders, hemm Ruling tal-Ispeaker.", "JOE MIZZI: Jien mhux qed irressaq Ksur ta' Privileġġ.", "F'dak il-każ iva, jgħidu ċar u tond.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq infakkarkom li konna diġà qbilna bejnietna li għandna niltaqgħu mal-Ispeaker biex nitkellmu dwar kif nistgħu niżviluppaw ir-rwol ta' dan il-Kumitat.", "KAROL AQUILINA: Jien issuġġerejt x'għandna nagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Peress li konna waqafna għall-vaganzi tas-sajf u issa qegħdin nerġgħu nirrankaw, naħseb li din tista' tkun waħda mill-affarijiet li nitkellmuha mal-Ispeaker biex inkomplu naraw x'inhu r-rwol ta' dan il-Kumitat b'mod komplut.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Hawnhekk saret talba mill-Onor.", "Joe Mizzi, u jien qed nitolbu jiddeċiedi hux se jitlob ruling jew li dan il-Kumitat jiġi aġġornat.", "CLAYTON BARTOLO: Onor. Aquilina, jien naħseb li l-ġist kollu hawnhekk huwa wieħed.", "Dak li hawnhekk m'aħniex qegħdin f'Qorti.", "Din diġà rajniha darb'oħra f'dan il-kumitat, jekk m'iniex sejjer żball, u diġà għamilna aċċenn għal dan l-aspett.", "Dawn l-affarijiet la jagħmlu ġieħ lil din il-Kamra, u wisq inqas lil dan il-Kumitat.", "Jekk aħna ġejna hawnhekk biex niskrutinizzaw il-kriterji tal-Prof.", "Mamo, ejja niskrutinizzaw il-kriterji tal-Prof.", "Mamo u naraw jekk għandux jiġi appuntat skont dawn il-kriterji.", "KAROL AQUILINA: Bir-rispett kollu, ma tistax tiddeċiedi kif nagħmel l-iskrutinju jien.", "Il-liġi tgħid ċar u tond kif għandu jsir.", "Issa, jekk inti ma taqbilx ma' dik il-liġi, ibdilha.", "CLAYTON BARTOLO: Anke mill-mistoqsijiet li saru, il-mistoqsijiet tan-naħa tal-Gvern kienu jidħlu fl-aspett professjonali, anke tal-MFSA, u konna diġà nafu x'tip ta' mistoqsijiet se jkunu qed jistaqsu l-Oppożizzjoni.", "KAROL AQUILINA: Għandek żball.", "CLAYTON BARTOLO: Ma naħsibx li għandi żball.", "KAROL AQUILINA: Għandek żball.", "Il-liġi tgħid ċar u tond kif għandu jsir l-iskrutinju u x'inhuma l-affarijiet li wieħed jista' jistaqsi, u aħna qegħdin nistaqsu lill-Prof.", "Mamo dwar l-esperjenza tiegħu bħala Chairman.", "Ladarba Prof. Mamo qed jiġi quddiemna biex jerġa' jiġi appuntat, kif nista' ma nistaqsihx dwar x'għamel matul l-aħħar tliet snin?", "Mhux ovvja li se nistaqsih fuq fejn kien hemm id-diffikultajiet u mhux fuq fejn kien kollox rosy?", "CLAYTON BARTOLO: Staqsi, u kif qallek l-Onor.", "Mizzi, jekk ma togħġbokx ir-risposta, m'hemmx x'tagħmel.", "KAROL AQUILINA: Bir-rispett kollu, naħseb li hawn qegħdin f'demokrazija parlamentari u jekk issegwu d-demokraziji parlamentari madwar id-dinja, tindunaw li l-grilling isir b'ċertu mod.", "Inti għandek dritt tinsisti għar-risposta.", "Issa jien noqgħod attent li ma nagħmilx ħafna loaded questions biex lil dak li jkun nagħtih l-opportunità li jwieġeb.", "Nista' nkun ħafna iktar b'saħħti fuqha, imma ma nagħmilhiex, noqgħod attent.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EMMANUEL MALLIA: Nixtieq nappella dwar min jagħmel domanda.", "Aħna avukati u l-andament ta' eżami nafuh.", "Tista' tagħmel domanda diretta jew indiretta, tista' tissuġġerixxi, però mhux targumenta.", "Hu qed jagħtik ir-risposta u qed jgħidlek li mhux qed jaqbel miegħek u qed jagħtik ir-raġuni għalfejn, imbagħad inti qed tibqa' tinsisti b'argumentazzjoni, u mhux b'domandi, biex turi x'taħseb inti.", "(Interruzzjonijiet) Hekk qed isir.", "Ippermettili ftit, jekk jogħġbok.", "Jien ma interrompejt lil ħadd u qgħadt kwiet nisma' lil kulħadd.", "Nappella li, bħala avukati, suppost nafu kif nagħmlu d-domandi.", "Prof. Mamo qed jagħtik risposta u qed jgħidlek li din ma kenitx kwestjoni tad-Diretturi jew tal-Bord, imma hija kwestjoni tal-istakeholder u, fl-opinjoni tagħna, huwa għalhekk il-Gvern li għandu jiddeċiedi.", "Issa inti qed tibqa' tgħidlu li d-deċiżjoni għandha tkun tad-Diretturi.", "Hu qed jibqa' jirrispondik l-istess ħaġa, u inti għadek qed tinsisti għal fejn trid tmur inti.", "Imma, fejn trid tmur inti mhuwiex il-verità li qed jagħtik Prof. Mamo.", "Allura ma tistax tkompli targumenta.", "(Interruzzjonijiet) Hemm aspett politiku li wieħed qed jipprova jistaqsi ...", "KAROL AQUILINA: Onor. Mallia, il-kollegi tiegħek qed jgħidu li m'għandhiex tkun attitudni tal-Qorti.", "EMANUEL MALLIA: Skużani, jekk jogħġbok ibqa' fuq dak li qed ngħid jien.", "KAROL AQUILINA: Tridu tiddeċiedu.", "Tridu l-Qorti jew ma tridux il-Qorti hawnhekk?", "EMMANUEL MALLIA: Anzi jien qed ngħidlek iżjed minn Qorti, għax aħna għandna ċerti regoli.", "Jien qed ngħidlek li hawnhekk mhux qegħdin il-Qorti, allura d-domanda tista' tagħmilha kif trid int. Prof. Mamo huwa intelliġenti biżżejjed biex jifhem id-domanda u jagħtik it-tweġiba, kif qed jagħmel, imma meta jirrispondik, qed tibqa' targumenta biex tmur fejn trid inti, u meta mhux qed jagħtik dik ir-risposta, qed tibqa' għaddej bl-argumentazzjonijiet.", "Huwa veru li hawnhekk qegħdin niġu trasmessi fuq it-televiżjoni, imma m'aħniex qegħdin ...", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jekk xi ħadd jitlob għal ruling jew li jissospendi din il-laqgħa, jagħmel it-talba, iressaqha u daqshekk; mhux titfgħuha, imbagħad tibżgħu tagħmluha.", "EMMANUEL MALLIA: M'għandniex għalfejn nibżgħu.", "Jekk fil-każ, nieħdu vot hawnhekk u naraw jekk hux qegħdin immexxu tajjeb jew le.", "M'għandniex għalfejn immorru fil-Parlament.", "KAROL AQUILINA: Onor. Mizzi, se titlob ruling jew le?", "JOE MIZZI: Mhux dik il-kwestjoni.", "Jien kont nitkellem fuq Ruling tal-Ispeaker fuq każijiet li qed jaqbdu kull darba u mhux fuq il-każ speċifiku tal-lum.", "Tkellimna kemm-il darba fuq dan ir-rigward u konna diġà ftehemna li hawnhekk m'aħniex qegħdin il-Qorti, allura ma tridx toqgħod tinterroga.", "Hawnhekk tagħmel il-mistoqsijiet.", "Kif qal l-Onor.", "Mallia, wara li l-Prof.", "Mamo jirrispondik, inti qed terġa' tipprova tgħidlu ...", "KAROL AQUILINA: Hu jagħżel jekk iweġibx jew le.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Issa kulħadd qal tiegħu, allura titressaq il-mistoqsija, ngħaddu għall-vot u mmexxu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: L-Onor.", "Parnis qed jirreferi għal xi vot li se jittieħed, imma jiena mhux qed nisma' li qed issir xi talba biex jittieħed vot.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nkomplu x-xogħol tagħna bħala Kumitat.", "Komplu staqsu mistoqsijiet supplimentari li tixtiequ tistaqsu lill-Prof.", "Mamo fuq il-mistoqsijiet oriġinali, imbagħad, wara li naslu għall-grilling, immorru għad-diskussjoni u nibqgħu mexjin bix-xogħol kif ippjanat.", "Onor. Aquilina, għandek iktar mistoqsijiet?", "Ħalli nara jekk fhimtx sew.", "Meta s-Sur Cuschieri ħa l-allowance, Prof. Mamo, inti kont konxju tagħha mill-bidu nett.", "Wara li sirt taf li hemm is-sitwazzjoni li d-direzzjoni hi li m'għandux jieħu, inti x'għamilt?", "JOHN MAMO: Mort għand il-Ministru għall-Finanzi u qaluli li ma jistax jeħodha.", "Imbagħad qamet il-kwestjoni dwar x'se jiġri minn dak li laħaq ħa.", "U kienu qaluli it looks fair li dak li ħa jżommu.", "JOHN MAMO: Il-Permanent Secretary tal-Ministru għall-Finanzi.", "KAROL AQUILINA: Qed tirreferi għas-Sur Camilleri?", "JOHN MAMO: Le, qed nirreferi għal Martin, imma mhux importanti min hu.", "Jien erġajt irreferejt lill-Bord u għedtilhom li minn dak li kont għedtilhom m'hemm xejn u jrid iħallas retroattivament.", "Min-naħa tal-Finanzi qaluli biex ngħidlu jagħmel l-arranġamenti mal-Finance Office tagħna biex jibda jħallas dak li ħa u li ma kienx dovut lilu.", "U safejn naf jien beda jħallas, ma nafx b'liema rata, imma beda jħallas.", "KAROL AQUILINA: Inti ġbidt l-attenzjoni tas-Sur Cuschieri personalment li din l-attitudini tal-mod kif tamministra mhijiex korretta?", "JOHN MAMO: Le, għax jien kont qbilt miegħu.", "EMANUEL MALLIA: Id-domanda hija skorretta, għax Prof. Mamo qatt ma qal li l-attitudini kienet korretta.", "Dik hi dikjarazzjoni tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad mhux iwieġeb kif irid?", "EMANUEL MALLIA: Le, jaħasra, agħmel id-dover tiegħek stess.", "KAROL AQUILINA: Mela ħa nagħmilha hekk.", "Onor. Mallia, jekk tridu li nġibuha bħal tal-Qorti nġibuha, għax donnu inti biss kapaċi tagħmel il-mistoqsijiet skont il-Qorti.", "Mela ħalli nagħmluha skont il-Qorti.", "Jekk tridu li nimxu hekk, nimxu hekk.", "X'affarijiet dawn!", "Ma tistax tagħmel domanda, għax jaqbeż xi ħadd min-naħa tal-Gvern u jipprova jirrispondiha hu.", "Kieku tagħmel hekk f'awla jitfgħek 'il barra, jekk mhux isfel.", "JOHN MAMO: M'għandix bżonn protezzjoni.", "KAROL AQUILINA: Appuntu, għalhekk qed ngħid hekk, għax naf li int kapaċi twieġeb u li se tweġibni, għax inti forthcoming fir-risposti tiegħek.", "Jien napprezza li inti qed twieġeb bl-iktar mod dirett kif tlabtek tagħmel u bl-iktar mod onest li taf.", "Jien daqshekk biss jinteressani; imbagħad min irid jgħaddi l-ġudizzju, imma xejn personali.", "Prof. Mamo, taqbel miegħi jekk ngħid li dak li għamel is-Sur Cuschieri kien skorrett?", "KAROL AQUILINA: Ma kienx skorrett, fl-opinjoni tiegħek.", "Jekk mhux fuq livell legali, fuq livell etiku kien żbaljat?", "JOHN MAMO: Jidher li skont il-proċeduri taċ-Ċivil, ex-officio Governor jew Director mhuwiex intitolat għal fees, oltre s-CEO.", "Jien li niġi minn background kummerċjali forsi żbaljat, imma naf li f'kuntest kummerċjali, jekk hu Director li għandu responsabbiltajiet taħt il-liġi, għandu liabilities personali.", "Kieku ma ssibx bniedem li joqgħod għalxejn, għax ma jagħmilx sens.", "Jgħidlek: Jien noqgħod Chief Executive u meta trid għajjatli f'kull meeting, imma tassumix li l-kariga ta' Governor jew ta' Director qiegħda biex nidħol għal-liabilities biss.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Prof. Mamo.", "Hawn iktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Prof. Mamo, kif taf, at one point is-Sur Cuschieri rriżenja u kien hemm proċedura interna fl-MFSA.", "Kien hemm bord li eżamina ċ-ċirkostanzi li ma wasslux għal deċiżjoni, għax ma tteħditx deċiżjoni.", "JOHN MAMO: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Tista' tispjegalna xi rriżulta minn dik id-deċiżjoni?", "JOHN MAMO: Sfortunatament, kemm mal-pubbliku u anke hawnhekk, qisni d-difensur tas-Sur Cuschieri, imma l-verità hi li fejn kelli nikkritikah, ikkritikajtu, u fejn ħassejt li kelli naqbel miegħu, qbilt miegħu.", "Is-Sur Cuschieri kien is-CEO tal-MFSA u tant kien kompetenti f'xogħlu li f'sentejn dawwar l-MFSA ta' taħt fuq.", "Li ġara hu li mill-proċeduri kontra Yorgen Fenech ħareġ li Cuschieri, Edwina, Yorgen u Sinjura oħra marru Las Vegas xi tliet snin qabel, ftit wara li sar ...", "KAROL AQUILINA: Ftit wara li s-Sur Cuschieri sar CEO tal-MFSA.", "Jien mill-bidu għidt, anke quddiem l-Imħallef inkwerenti, li dan kien assolutament kontra l-etika u ġudizzju ħażin.", "Wieħed irid jgħid ukoll li dak li ġara fi żmien meta Yorgen Fenech ma kienx suspettat, dawn kienu ħbieb fl-MGA.", "Għalija, li jien bniedem ta' din id-dinja u naf l-affarijiet kif isiru, naf li l-Ministri ta' kull partit minn dejjem imorru fuq il-boats … Imma għamlu vavata, għamlu ċuċata li marru Las Vegas.", "Għalihom fl-MGA jekk tmur Las Vegas qisek sejjer Għawdex, jiġifieri ma kienx xi misdemeanour enormi, però it was an error of judgement u ma jmissux għamlu.", "Inqalgħet din l-inkjesta u qabel ma ħareġ ir-riżultat tal-inkjesta s-Sur Cuschieri ħass li għandu jirriżenja, u rriżenja.", "KAROL AQUILINA: Dik l-inkjesta hija konkluża llum il-ġurnata?", "JOHN MAMO: Ġiet konkluża, imma għal xi raġuni ma ġietx ippubblikata.", "KAROL AQUILINA: Inti favur li tiġi ppubblikata?", "KAROL AQUILINA: Imma li kien għalik, tiġi ppubblikata jew tinżamm?", "Ma taħsibx li bħala parti minn proċess, anke ...", "JOHN MAMO: Il-verità hija li tant ma fihiex sustanza li toħroġ jew ma toħroġx ...", "KAROL AQUILINA: Imma inti privy għal dak li fiha din l-inkjesta?", "JOHN MAMO: Ma jistax ikun li nirrispondi kif tridni nirrispondi inti.", "KAROL AQUILINA: Le, mhux qed ngħidlek hekk.", "JOHN MAMO: Għalija hija immaterjali.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri għalik ma tagħmilx differenza jekk tiġix ippublikata jew le?", "JOHN MAMO: … jieħdu s-sustanza.", "KAROL AQUILINA: Ma taħsibx li r-reputazzjoni tal-MFSA tiġi protetta iktar jekk ikun hemm element ikbar ta' trasparenza?", "Mhux biss dwar dan il-każ, imma dwar ħafna deċiżjonijiet li tieħu l-MFSA.", "Pereżempju, kien hemm żmien meta ma kontx inti ċ-Chairperson, u diġà kien hemm rumblings kbar dwar Pilatus Bank.", "L-ewwel kien hemm għajdut fl-industrija, imbagħad it splashed all over the media, imbagħad l-istorja kibret u l-MFSA kienet baqgħet siekta.", "Mhux qed ngħid li ma kienet qed tagħmel xejn, imma kienet siekta.", "Allura jista' jkun li l-MFSA kienet qed tagħmel dan l-irwol ta' għassies, però ma kenitx tidher li qed tagħmlu.", "Ma taħsibx li wasal iż-żmien li l-MFSA tagħmel din il-qabża?", "Il-Pulizija, pereżempju, saru jagħmluha iktar illum il-ġurnata.", "JOHN MAMO: Mhux qed ngħidlek li le, għax it-trasparenza dejjem sabiħa.", "Però trid tiftakar li f'awtorità bħall-MFSA hemm ħafna affarijiet li aħjar jinżammu konfidenzjali, imbagħad joħorġu fil-mument opportun.", "Ħafna drabi n-nuqqas ta' trasparenza ma jkunx minħabba s-segretezza, imma għax ikun deċiż li, tajjeb jew ħażin, ma tiġix trasmessa, imbagħad eventwalment tkun trasmessa.", "Kif qed ngħidu, Pilatus u Satabank kienu żewġ inċidenti sfortunatissimi għal Malta; però f'kuntest internazzjonali kienu żewġ banek żgħar.", "Kien hemm il-ħasil tal-flus, bħalma kien hemm ħasil tal-flus f'banek il-Latvja, il-Ġermanja, l-Ingilterra u kullimkien.", "Naf li ħafna nies ma jeħdux pjaċir biha, però kien hawn daqsxejn ta' echo chamber, fis-sens li jidher artiklu hawn Malta u ma jkunx hawn ġurnalisti tal-Wall Street Journal jew tal-Financial Times, imbagħad dak l-artiklu jintbagħat lil ġurnal ieħor, dak il-ġurnal jippubblikah u l-ġurnal Malti jgħid li anke barra qed jitkellmu fuqna, meta fil-verità jkun oriġina minn Malta.", "KAROL AQUILINA: Iva, imma din tal-echo chamber, jekk irridu nittraduċuha bil-Malti tfisser li inti qed tgħid li kien hawn esaġerazzjoni, għax echo chamber bil-Malti tfisser li kien hawn esaġerazzjoni, li qed nisimgħu lil xulxin u qed naħsbu li qed jitkellmu ħafna nies.", "Taħseb li kien hawn esaġerazzjoni dwar dawn l-affarijiet?", "JOHN MAMO: Le, ħalli ngħidlek x'inhi s-sitwazzjoni.", "Il-Moneyval u l-IMF kienu ilhom inkwetati fuq l-istrutturi ta' awtorizzazzjoni, superviżjoni u infurzar.", "Probabbilment kien hemm f'pajjiżi oħrajn ukoll, imma dawk kienu hemm.", "Meta mbagħad Malta daħlet fl-aħbarijiet għal numru ta' affarijiet li mhumiex tal-MFSA, Pilatus u Sata ħadu riżonanza li ma kienux jieħdu normalment.", "KAROL AQUILINA: Se nagħmel l-aħħar mistoqsija.", "Din il-mistoqsija nagħmilha lil kull min jiġi quddiem dan il-Kumitat.", "Mhux qed nagħmilha lilek biss, imma nagħmliha lil kulħadd.", "Hemm xi ħaġa li tħoss li fil-ħajja personali tiegħek, fil-ħajja pubblika tiegħek jew fil-funzjoni li taqdi tista' timbarazza lilek, lil dan il-Kumitat li qed jagħti parir dwarek, lil min qed jaħtrek jew lill-MFSA?", "Hemm xi ħaġa li tħoss li għandek tgħidilna?", "Qed ngħidha b'mod ġenerali.", "JOHN MAMO: Qed nidħak għax ma naħsibx li triduni ngħidilkom l-affarijiet personali wkoll.", "KAROL AQUILINA: Jien dejjem nagħmilha din il-mistoqsija.", "Mhux qed ngħidlek biex tgħidha issa, imma hemm modi differenti kif tiġbed l-attenzjoni dwar xi ħaġa.", "JOHN MAMO: Qatt ma kelli fama ta' xi qaddis hawn Malta, imma dejjem għext ħajja normali; ħadt pjaċir, ħdimt u kelli karriera mhux ħażin.", "Naħseb li dan hu l-aħħar inkarigu li se jkolli.", "Anke ġuri għamilt.", "KAROL AQUILINA: Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Prof. Mamo.", "Hawn iktar mistoqsijiet?", "Nitolbok biex tirtira ftit mill-kamra sakemm il-Kumitat jiddiskuti dwar din il-ħatra.", "Prof. John Mamo ħareġ mill-Kamra tal-Kumitat.", "(Diskussjoni off mic.)", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Karol Aquilina, jekk jogħġbu, jagħti spjegazzjoni dwar kif se tivvota l-Oppożizzjoni.", "KAROL AQUILINA: Sur President, kif diġà kelli l-opportunità li nispjega lill-Kumitat, bħala Oppożizzjoni rridu nfakkru li tliet snin ilu tajna vot favur li Prof. Mamo jmexxi l-MFSA.", "Issa għaddew tliet snin u ma jidhrilniex li matul dawn it-tliet snin l-affarijiet imxew 'il quddiem, anzi nħoloq pattern ta' każ wara l-ieħor li għamlu ħsara lill-MFSA u lill-pajjiż.", "Dan nafuh fil-kuntest tal-affarijiet kollha li ġraw, li wħud minnhom issemmew hawnhekk u wħud minnhom huma magħrufa pubblikament.", "Allura llum m'aħniex f'pożizzjoni li nivvotaw favur il-ħatra ta' Prof. Mamo biex ikompli fl-MFSA.", "Irrid ngħid ukoll li skont il-liġi, dan il-Kumitat mhux biss għandu l-funzjoni li jagħmel l-iskrutinju qabel ma ssir il-ħatra, imma fuq suġġeriment li konna għamilna bħala Oppożizzjoni, qabel ma tiġi mġedda l-ħatra jrid isir skrutinju abbażi ta' dak li jkun wettaq fil-ħatra matul is-snin preċedenti.", "Allura aħna qegħdin nieħdu din id-deċiżjoni f'dak il-kuntest ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EMANUEL MALLIA: Din hija l-pożizzjoni tal-Onor.", "Aquilina jew tat-tliet membri tal-Oppożizzjoni?", "KAROL AQUILINA: Bħala Oppożizzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Aquilina spjega l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni f' dan il-Kumitat.", "Il-mistoqsija hija l-ħatra proposta tal-Prof.", "John Mamo bħala Chairperson tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab votazzjoni li, skont il-ftehim milħuq, se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "Joe Mizzi", "L-Onor.", "Il-ħatra proposta għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob lil Prof. Mamo jidħol lura fil-kamra.", "Prof. John Mamo daħal lura fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Professur Mamo, dan il-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur it-tiġdid tal-kariga tiegħek bħala Chairperson tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta skont kif ipprovdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Skont l-istess provvediment, il-parir tal-Kumitat, flimkien mal-Minuti tal-laqgħa, se jintbagħtu lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.", "Nirringrazzjawk u nawgurawlek ħafna xogħol għal Malta.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR GAVIN GULIA GĦALL-ĦATRA TA' CHAIRMAN TAL-AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għan-nomina ta' Dr Gavin Gulia bħala Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA).", "Nistieden lil Dr Gulia jingħaqad magħna fil-Kumitat.", "Dr Gavin Gulia daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Gulia, nilqgħek magħna u nirringrazzjak talli qiegħed fostna f'dan il-Kumitat.", "Dan il-Kumitat huwa mwaqqaf permezz tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u skont l-artikolu 48B(4) ta' dan l-Att, il-Membri tiegħu jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati mal-mistoqsijiet oriġinali li kull naħa kellha d-dritt liberu li tibgħat.", "Ninformak li skont l-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom isiru pubbliċi, jekk kemm-il darba l-kumitat ma japprovax xort'oħra.", "Ninformak ukoll li din il-laqgħa qiegħda tiġi video streamed live fuq il-website tal-Parlament, u se tiġi mxandra fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament fi stadju ulterjuri.", "Dr Gulia, nitolbok tintroduċi lilek innisfek u tgħidilna fil-qosor l-esperjenza tiegħek fil-kariga li kont tokkupa bħala Chairman tal-MTA.", "DR GAVIN GULIA: Sur President, kif diġà spjegajt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet li saruli min-naħa tal-Membri tal-Gvern u min-naħa tal-Membri tal-Oppożizzjoni, jien kont ili Chairperson tal-MTA għal dawn l-aħħar seba' snin, minn Mejju 2013 sakemm irriżenjajt ġimagħtejn ilu.", "Nista' ngħid li matul dan il-perjodu, l-industrija tat-turiżmu esperjenzat tkabbir enormi, bla preċedent, tant li minn sena għall-oħra kien hemm żieda fin-numru ta' turisti li żaru pajjiżna.", "Biżżejjed ngħid li meta jien ħadt l-industrija tat-turiżmu f'idejja fl-2013, fl-2012 Malta kienet irċeviet 1.4 miljun turist.", "Qed inqabbel mal-2012, għax jien ħadt din il-kariga fl-2013 u bl-ebda riflessjoni fuq dak il-perjodu.", "Anzi rrid ngħid – u dan huwa magħruf u ppubblikat – li l-industrija tat-turiżmu matul l-aħħar għaxar snin, u mhux biss fis-seba' snin li jien kont Chairperson, erperjenzat tkabbir, li mbagħad wara l-2013 kien iktar aċċellerat.", "Tant huwa hekk li, kif kont qiegħed nispjega, meta ħadt l-industrija tat-turiżmu f'idejja, kienet qed tirċievi 1.4 miljun turist, u sal-aħħar tal-2019, qabel ma faqqgħet il-pandemija, konna lħaqna l-ammont ta' 2.75 miljun turist lejn pajjiżna.", "Huwa tajjeb li ngħid ukoll li kieku ma kienx għall-pandemija, kien hemm indikazzjonijiet ċari li anke fl-2020 seta' kellna tkabbir, għax l-ewwel kwart tal-2020 kien l-aqwa kwart minn kull żmien.", "Meta x-xitwa tkun tajba, imbagħad tilħaq l-Għid u s-sajf, allura konna mexjin lejn record ieħor; imbagħad sfortunatament inqala' dak li nqala' u llum ninsabu f'din is-sitwazzjoni.", "Matul il-presidenza tiegħi, żammejt rapporti tajbin mal-istakeholders tal-industrija.", "Irrid ngħid li s-suċċess fil-qasam tat-turiżmu, kemm qabel l-2013 u kif ukoll wara, huwa dovut għas-sinerġija kbira li hemm bejn l-istakeholders kollha, mhux biss fl-MTA, imma anke mill-MIA li naħdmu fil-qrib magħhom minħabba r-rotot.", "Il-konnettività hija importanti ħafna, anzi hija ċavetta għas-suċċess.", "Hemm ukoll stakeholders oħrajn, bħall-MHRA li jirrappreżentaw il-leisure industry.", "Fil-Malta Enterprise jidhirli li hemm iċ-Chamber of Commerce, li qegħdin fuq il-Bord ex-officio, però fl-MTA hemm firxa ta' rappreżentanza mis-settur privat, tant li hemm rappreżentant mill-MHRA, hemm rappreżentant mill-Federated Association of Travel and Tourism Agents (FATTA) – li huma outgoing, imma jagħmlu incoming ukoll – hemm il-Gozo Tourism Association (GTA), hemm l-MIA per eccellenza u hemm setturi oħrajn.", "Mill-2013 'l hawn jien ippresedejt diversi bordijiet, tant li naħseb li tlift il-kont għax prattikament kull sena kien jinbidel xi ħadd, però kienu jerġgħu jiġu kkonfermati, allura ħafna nies li jirrappreżentaw is-settur privat huma kważi l-istess nies, jew inkella, pereżempju, f'sena waħda jkunu qed jirrappreżentaw lill-MHRA, imbagħad is-sena ta' wara jiġi xi ħadd ieħor jipprappreżenta lill-MHRA u dak li kien jirrappreżenta lill-MHRA jiġi min-naħa tal-Gvern.", "Hemm ħafna esperti fil-qasam tat-turiżmu li mhux kemm taqbad u ma terġax tappuntahom, għax huma nies validi ħafna, taw kontribut u kienu parti minn dan is-suċċess, u allura huwa tajjeb li wieħed jagħmel tapping.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa ngħaddu għall-fażi tal-mistoqsijiet supplimentari.", "Kull Membru jista' jistaqsi kemm irid mistoqsijiet sakemm ikunu relatati mal-mistoqsija oriġinali.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Dr Gulia, bħala Oppożizzjoni ppreżentajnilek numru ta' domandi.", "Se nirreferik għad-domanda numru 6, li taqra hekk:", "\"Tista' tindika jekk l-MTA tgħaddix parti mill-baġit tagħha lill-Air Malta plc?\"", "Inti weġibt:", "\"Jien m'għandix aċċess għal tali informazzjoni.", "F'kull każ, l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u m'iniex awtorizzat li nagħti tagħrif.\"", "Inti favur li kieku tingħata din l-informazzjoni jew le?", "DR GAVIN GULIA: Ma nistax nagħtiha.", "L-ewwel nett, bħalissa m'iniex qiegħed fl-MTA, u allura m'għandix aċċess biex inġib din l-informazzjoni.", "KAROL AQUILINA: Tista', jekk tkun Chairperson tal-MTA.", "DR GAVIN GULIA: Imma jekk inkun Chairperson tal-MTA!", "Ħalli nwieġbek għat-tieni parti.", "Meta konna quddiem il-Public Accounts Committee fl-2020, dan ukoll ma tajniehx, anke meta jsiru mistoqsijiet parlamentari ma jingħatax, imma tiġi dejjem l-istess risposta.", "Biex inkun ċar, inkun qed niżvela informazzjoni kummerċjalment sensittiva, għax apparti l-MTA, hemm il-linji tal-ajru nfushom.", "Ġustament, inti għamiltli l-istess mistoqsija għal-linji tal-ajru l-oħrajn u mhux biss għall-Air Malta, imma jien ma nistax niżvela din l-informazzjoni, għax tista' tiġi preġudikata l-linja tal-ajru.", "Aħna nagħmlu marketing activities mal-linji tal-ajru, li tkun promozzjoni tar-rotot, imma fuq quantum u kemm ngħaddu, ma nistax ngħid.", "Jiddispjaċini.", "KAROL AQUILINA: Qiegħed nifhem li jekk dan il-Kumitat japprova l-ħatra tiegħek, xorta ma tkunx propens li tagħti din l-informazzjoni.", "DR GAVIN GULIA: Inkun irrid nikkonsulta mal-Bord u mal-eżekuttiv tal-MTA.", "Bħalissa ma nifformax parti mill-Bord.", "KAROL AQUILINA: X'inhi l-pożizzjoni personali tiegħek?", "DR GAVIN GULIA: Spjegajt li kieku nixtieq, imma ma nistax.", "Hemm affarijiet oħrajn li mhux biss ikunu tal-linji tal-ajru, imma jkunu ta' natura kummerċjalment sensittiva, li jekk niżvelahom inkun irresponsabbli u nista' nippreġudika l-linja tal-ajru u kwalunkwe ħaġa oħra.", "Fejn nista' nagħti l-informazzjoni, nagħtiha.", "Otherwise, ma nipprekludikx milli tagħmel mistoqsijiet u jwieġbuk l-eżekuttiv tal-MTA jew min qiegħed hemmhekk bħalissa.", "KAROL AQUILINA: Mistoqsija numru 8 kienet tgħid hekk:", "\"Tista' tgħid min huma l-persuni li, matul iż-żmien li inti servejt bħala Chairperson tal-MTA, servew bħala konsulenti tal-istess Awtorità?\"", "DR GAVIN GULIA: Ara kieku tiġi mistoqsija parlamentari, dik il-mistoqsija mhux jien inweġibha, imma ngħadduha lit-taqsimiet u lid-direttorati kollha, bħal, pereżempju, marketing, product, eċċ., imbagħad jagħtuna r-risposti huma.", "Kultant, biex tagħti risposta teħtieġ iż-żmien, għax il-mistoqsija qiegħda mifruxa tul il-perjodu kollu.", "Mhux qed nipprova nevita r-risposta; jien dejjem nagħtik ir-risposta, imma bħalissa m'għandix aċċess.", "KAROL AQUILINA: Inti spiċċajt minn Chairperson tal-MTA ġimgħatejn ilu.", "DR GAVIN GULIA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Ġimgħatejn ilu lil min kellek bħala konsultenti tal-MTA?", "Taf tgħidli?", "DR GAVIN GULIA: Jista' jkun li ġieni f'moħħi xi ħadd, imma ma nistax nagħtiha dik l-informazzjoni.", "KAROL AQUILINA: Għalfejn?", "DR GAVIN GULIA: Għax inkun qiegħed nonqos lill-MTA.", "KAROL AQUILINA: Naqblu li l-konsulenti huma mħallsin minn fondi pubbliċi?", "DR GAVIN GULIA: Mis-sussidju li jkollha l-MTA.", "KAROL AQUILINA: Allura x'inhi d-diffikultà li jekk qed jintużaw fondi pubbliċi biex jitħallas xi ħadd ...?", "DR GAVIN GULIA: Għax m'iniex fl-MTA bħalissa.", "Mhuwiex xi sigriet statali dak.", "DR GAVIN GULIA: Jekk għandek lil xi ħadd f'moħħok għidli.", "KAROL AQUILINA: Ma nistax ngħidlek, għax m'iniex fl-MTA!", "Lanqas wieħed ma taf?", "DR GAVIN GULIA: Iva, għandi f'moħħi, imma m'hemm xejn irregolari.", "KAROL AQUILINA: Mhux qed ngħidlek irregolari.", "DR GAVIN GULIA: Forsi qed tagħmel dik l-allużjoni.", "DR GAVIN GULIA: Intqalu ħafna affarijiet fuq l-MTA, anke fuq il-midja, li lili weġġgħuni.", "KAROL AQUILINA: Dr Gulia, fl-ebda ħin m'għidt hekk jien.", "Ma nistax nagħti dik l-informazzjoni.", "M'iniex qiegħed fl-MTA u m'għandix aċċess għal tali informazzjoni.", "Inħoss li m'għandix niżvelaha, anke jekk għandi lil xi ħadd f'moħħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Aquilina, dik hi r-risposta tiegħu, ma jistax jagħti informazzjoni.", "Dr Gulia, ħadniha l-pożizzjoni tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Nirreferik għall-mistoqsija numru 9, fejn jien staqsejtek hekk:", "\"Tista' tispjega xi ftehim kellek mal-Prim Ministru dwar l-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta' Membru Parlamentari fis-Seba' Distrett Elettorali li tbattal wara r-riżenja tal-Onor.", "Edward Scicluna?\"", "Inti weġibtni:", "\"Jien ma kelli l-ebda ftehim mal-Prim Ministru, kif issuġġerejtli fil-mistoqsija.", "Nirreferik għad-dikjarazzjoni li għamilt fil-Kamra tar-Rappreżentanti nhar it-Tlieta, 13 ta' Jannar 2021.\"", "Tista' tispjega kif ġraw l-affarijiet, ħalli nkunu ċari?", "Jien ħriġt għal dik l-elezzjoni bil-volontà libera tiegħi.", "Intqal ħafna fuq il-midja li jien kelli pressjoni mill-Prim Ministru biex noħroġ.", "L-ewwel nett, lili ma jippressani ħadd.", "Jien nagħżel jekk noħroġx jew le.", "Jien kelli d-dritt li nikkontesta bye election bħalma kellu d-dritt Charles Azzopardi u bħalma kellu d-dritt Jeffrey Pulicino Orlando.", "Għamilt riflessjoni fit-tul, anke wara li ħareġ ir-writ, imbagħad finalment ħassejt li għandi nikkontesta, u kkontestajt mingħajr ma kelli l-ebda indħil mingħand ħadd, lanqas mingħand il-Prim Ministru.", "Ma kelli l-ebda pressjoni ta' xejn.", "Kont sorpriż, għax l-alfabett jaf jaħdem favurik, u tlajt jien.", "Biex nitkellem biċ-ċar: għidt li wara seba' snin se nirritorna fil-Parlament, imma mbagħad bagħat għalija l-Prim Ministru u qalli: Gavin, jien aprezzajt li inti ħriġt għal dik l-elezzjoni, kif inhu dritt tiegħek li toħroġ.", "Però jien nixtieq li inti tkompli l-ħidma tiegħek fl-MTA.", "Qalli: Inti ġej minn seba' snin ta' suċċess.", "Ninsabu f'mument kruċjali u diffiċli, u nixtieq li inti tkompli tħares l-implimentazzjoni tal-istrateġija.", "Fil-fatt, jien irriżenjajt fi żmien meta l-istrateġija lestejnieha.", "Konna ilna naħdmu fuqha minn xi sena u nofs 'l hawn.", "Konna grupp min-naħa tal-Gvern, min-naħa tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ħarsien tal-Konsumatur (MTCP), u dawk in-nies bravi ħafna li hemm fl-MTA – li minn hawnhekk insellmilhom – għax irrid ngħid li minkejja li l-aqwa suċċess sar meta kont Executive Chairman għal sentejn fuq xulxin – li kienu l-aħħar sentejn – hemmhekk hemm nies formidabbli, li kienu hemmhekk minn qabel l-2013, biex nitkellem ċar.", "Il-Prim Ministru qalli li jxtieqni nkompli f'dik il-ħidma.", "Ifhimni, l-ewwel nett onorani li qalli hekk.", "He endorsed my work at MTA u tani ċertifikat għal dak li għamilt, anke matul is-sena li ilna fil-pandemija, għax aħna bqajna naħdmu bil-galbu, kemm fuq marketing u kif ukoll fuq reklamar.", "Fejn naraw li fadlilna l-flus, ma narmuhomx, imma noqgħodu nidhru fil-wiċċ billi nużaw Instagram, Facebook u online travel agents.", "Hemmhekk ma tantx tiġik għalja; però mbagħad meta ġara dak li ġara qabel is-sajf u xammejna li l-ajruport kien se jiftaħ – għax aħna konna l-ħin kollu attenti biex naraw meta l-politiċi se jiddikjaraw li se jiftaħ l-ajruport – għafasna l-gass biex kemm jista' jkun nirreklamaw lil pajjiżna.", "Bħalissa qegħdin nistennew ukoll.", "KAROL AQUILINA: Erġa' lura, għax tlaqt 'il bogħod.", "Inti għidt li ltqajt mal-Prim Ministru u tkellimt miegħu.", "DR GAVIN GULIA: Għal mument insejt il-mistoqsija oriġinali.", "Jien aċċettajt.", "KAROL AQUILINA: Iltqajt mal-Prim Ministru u ftehemtu li tirriżenja minn ...", "DR GAVIN GULIA: Ma jien qed jiżvela xejn differenti minn dak li ddikjarajt fil-Parlament.", "Qed nikkonferma, u dħalt naqra iktar fid-dettall ta' dak li għidt.", "KAROL AQUILINA: Mal-Prim Ministru inti ftehemt li tirriżenja minn Deputat u terġa' ssir Chairperson tal-MTA.", "DR GAVIN GULIA: Hu stedinni, u jien aċċettajt.", "KAROL AQUILINA: Però inti tifhem li huwa etikament skorrett ħafna li jkollok diskussjoni mal-Prim Ministru biex tirriżenja u jaħtrek xi mkien ieħor?", "Ma tħossx li dan hu abbuż ta' pożizzjoni?", "Li inti tinħatar Deputat u tirriżenja biex tbattal is-siġġu ħalli l-Prim Ministru jkun jista' jagħmel co-option, imbagħad hu min-naħa l-oħra jpattilek billi jerġa' jaħtrek Chairperson tal-MTA – ma tħossx li hija ħażina u mġiba skorretta?", "DR GAVIN GULIA: Le, u se ngħidlek għalfejn.", "L-ewwel nett, lili kulħadd jafni, anke intom.", "Jien ma nagħmilx kundizzjonijiet lill-Prim Ministru.", "Jien kont l-MTA u l-Prim Ministru talabni biex nibqa' l-MTA – u jekk ikollkom il-pjaċir li terġgħu tappuntawni, nerġa' nkun qiegħed l-MTA.", "Ma nkun qed nieħu xejn iktar jew differenti minn dak li kelli ġimagħtejn ilu.", "Huwa pjaċir tiegħi li mmur l-MTA għax, kif spjegajt, hemm nies favolużi u bravissimi li hija xi ħaġa sabiħa li taħdem magħhom.", "KAROL AQUILINA: Ma tħossx li l-mod kif saret kien skorrett?", "Jien ma nixtieqx nagħmel paraguni odjużi.", "Daqshekk għandi xi ngħid.", "Il-persuna li kont se nsemmi nafha bħala persuna integra, hija minn Ħaż-Żebbuġ u m'għandix għalfejn noqgħod nagħmel paraguni.", "Għidt biżżejjed u fhimtuni.", "Ngħaddu għal mistoqsija numru 10, fejn jien staqsejtek hekk:", "\"Tista' tispjega kif inhija aċċettabbli n-nomina tiegħek sabiex isservi bħala Chairperson tal-MTA fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika fir-rapport intitolat: Abbuż ta' poter fil-ħatra tal-eks-ministru Konrad Mizzi bħala konsulent mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?\"", "Inti weġibt hekk:", "\"B'referenza għall-kummenti li għamel il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika, il-każ Nru 22 jispjega li meta l-Kummissarju stess qal li jien ma kontx soġġett għall-investigazzjoni tiegħu u ma kien hemm ebda kundanna fil-konfront tiegħi.", "Il-Kummissarju għamel xi kummenti fuq spekulazzjonijiet li għamel huwa stess u li, fil-fehma tiegħi, huma totalment gratwiti u bla ebda fundament fattwali.\"", "Se naqralek x'qal il-Kummissarju fir-rapport tiegħu, fil-parti tal-konklużjonijiet tiegħu, f'punt numru 50:", "\"Ma nistax ma nikkummentax dwar l-irwol tal-Kap Eżekuttiv tal-MTA u taċ-Chairman tal-Awtorità ...\"", "Biex inkunu ċari, bħala Kap Eżekuttiv, qed nirreferu għas-Sur Buttigieg, u bħala Chairman qed nirreferu għal Dr Gulia.", "\"… għalkemm dawn mhumiex parti mill-investigazzjoni tiegħi.", "Fil-fehma tiegħi, meta l-Kap Eżekuttiv irċieva l-istruzzjoni mingħand il-Prim Ministru ...\"", "Hawn qed nirreferu għal Dr Joseph Muscat.", "\"… messu rreferieha liċ-Chairman u talab direzzjoni mingħandu dwar kif għandu jimxi.", "Jekk il-Kap Eżekuttiv lanqas informa liċ-Chairman bl-istruzzjoni tal-Prim Ministru, irrenda ruħu kompliċi fit-tixjin tal-Bord li suppost kien leali lejh.", "Jekk mill-banda l-oħra huwa informa liċ-Chairman, ...\"", "DR GAVIN GULIA: Spekulazzjoni oħra din.", "\"… iżda dan ħalla kollox għaddej, ifisser li ċ-Chairman m'għamel xejn biex isostni l-pożizzjoni tal-Bord.", "Donnu kien kuntent li jinqabeż basta ma jkollux jerfa' responsabbiltà.", "Fl-ittra tiegħu iċ-Chairman ma jgħidx meta sar jaf bil-kuntratt, iżda ma jindikax li ħa xi azzjoni anki meta l-eżistenza tal-kuntratt ġiet żvelata.", "Sew iċ-Chairman u sew il-Kap Eżekuttiv ma jidhrux li ħadu xi azzjoni biex jissalvagwardaw il-liġi u jibżgħu għall-fondi pubbliċi, u b'hekk naqsu mir-responsabbiltà tagħhom.", "Biex jinżammu standards għolja fil-ħajja pubblika hemm bżonn li persuni f'karigi simili ma joqgħodux għal kollox.\"", "Infakkar li l-Kummissarju mhuwiex kwalunkwe persuna.", "Huwa uffiċjal ta' dan il-Parlament, maħtur minn dan il-Parlament.", "DR GAVIN GULIA: Ma jfissirx li jien naqbel miegħu, u għandi d-dritt ngħid l-opinjoni tiegħi.", "Hu weġġagħni u ddiżappuntani ħafna.", "KAROL AQUILINA: Mhux qed ngħidlek li trid taqbel miegħu bilfors: anzi qed nassumi li ma taqbilx miegħu.", "Jien irrid nipprova nifhem x'ġara eżattament, biex nara jekk inti mxejtx b'mod korrett jew le.", "Biex nippruvaw niċċaraw din is-sitwazzjoni, inti meta sirt taf b'dan il-kuntratt?", "KAROL AQUILINA: Jien sirt naf mill-midja.", "DR GAVIN GULIA: Meta ħarġet fil-pubbliku.", "KAROL AQUILINA: Dak għalik kien aċċettabbli jew le?", "DR GAVIN GULIA: Hemm distinzjoni bejn l-eżekuttiv u l-Bord.", "Fl-artiklu 4 tal-Kap 409 hemm il-funzjonijiet tal-Bord.", "Il-funzjonijiet tal-Bord huma macro.", "Din ħadd ma fehemha jew ħadd ma jrid jifhimha li l-Bord ma jimmaniġġjax lill-MTA.", "Il-Bord m'għandux rwol amministrattiv jew maniġerjali.", "Il-Bord tal-MTA għandu l-funzjonijiet – kieku hawn il-liġi hawnhekk, nurihielkom – li jagħti pariri lill-Gvern fuq turiżmu, fuq kif jista' jtejjeb l-industrija tat-turiżmu … hemm madwar seba' funzjonijiet, inkluż il-marketing, li huwa f'idejn l-eżekuttiv ukoll.", "Għandna Kap Eżekuttiv, għax jekk noqgħodu niddeċiedu aħna x'tenders joħorġu u x'marketing isir, m'hemmx lok għal Kap Eżekuttiv, u allura jien awtomatikament insir Executive Chairman.", "Fil-fatt kont, imma provviżorjamvent, għax ma kienx hemm Kap Eżekuttiv.", "Inċidentalment, provviżorjament kont fl-aqwa sentejn tal-industrija tat-turiżmu.", "Għalhekk nemmen li għandi l-abbiltà li nkompli mmexxi din l-industrija.", "Fuq il-mistoqsija li għamiltli, jien sirt naf dakinhar li saret pubblika.", "Hawnhekk jiddispjaċini ngħid li l-Kummissarju naqas mill-istandards tiegħu – intom l-avukati tifhmuha din, audi alteram partem – għax huwa ta process view u lili ma staqsinix.", "Mela dan iddeċieda każ fuq mistoqsija waħda fejn staqsieni jekk kienx hemm direzzjoni mill-Prim Ministru sabiex ingħata dan il-kuntratt.", "Dik kienet il-mistoqsija, u mhux jekk kontx naf.", "Jien kont leali lejn il-mistoqsija u weġibt lealment, la inqas u lanqas iktar.", "Għidtlu li wara li għamilt il-verifiki mal-Kap Eżekuttiv – kieku kont naf jien, dan ex factum, dak li weġibt jien u għalhekk hija unfair – il-Kap Eżekuttiv ikkonferma li kellu direzzjoni mingħand l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Ma kont qed niżvela xejn, għax dan ħareġ fil-pubbliku.", "Dak li weġibt jien.", "Jien kont qed nistenna li dan kien se jerġa' jibgħat għalija, jew jistaqsini xi mistoqsija oħra, imma ma rċevejt xejn iktar.", "Imbagħad, f'daqqa waħda ħarġet id-deċiżjoni.", "Fid-deċiżjoni bħala skuża qal: Għax lili ma qallix jekk kienx jaf jew le.", "Skużi, jekk inti tistaqsini jekk soqtx Mini Minor u jien ngħidlek li ma soqthiex din il-Mini Minor, imbagħad ma tistax tgħidli jekk soqtx Volkswagen, la ma staqsejtnix!", "Din għalija hija ħażina ħafna.", "Lili personali weġġagħni, u aħna bħala avukati, mingħajr l-ebda nuqqas ta' rispett lejn l-Onor.", "Membri, nifhmu li trid tkompli tistaqsi.", "Almenu kont qed nistenna li jistaqsini mistoqsija oħra u jgħidli: Imma inti kont taf b'din tal-Prim Ministru u li kkonfermalek il-Kap Eżekuttiv?", "U jien kont inwieġeb li ma kontx naf.", "Jien sirt naf fil-mument li saret pubblika.", "Qed nikkonsidra ħafna affarijiet, inkluż … ara, aħjar ma ngħid xejn!", "Għax weġġagħni … U dwar ir-rimedji li ttieħdu?", "Irrexindejtu l-kuntratt, u lanqas staqsieni biss x'għamilt!", "Assuma, qisu arbitru, li jien ma ħadtx azzjoni.", "Kulħadd jaf li ġie rexiss il-kuntratt ġurnata wara.", "Kif jiġi jgħid hekk?", "Ried iċappasni.", "U se ngħidlek ħaġa oħra.", "Meta rċevejt l-email biex inwieġeb il-mistoqsija, hu qalli: Inti m'intix soġġett għall-investigazzjoni tiegħi.", "Qalli wkoll li l-liġi lanqas biss tapplika għalija, għax tapplika biss għall-Ministri u għas-Segretarji Parlamentari.", "Mela, mnejn sa fejn inti, la lanqas għandek il-ġurisdizzjoni u l-kompetenza biex tiġġudikani, wara li għamilt dik l-analiżi kollha fuq l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat, eċċ, kellek tagħmel paragrafu fl-aħħar u tagħmel il-kummenti?", "Tista' timmaġina kieku tkunu avukati, tmorru quddiem imħallef, tippreżentaw ċitazzjoni taċ-Ċivil quddiem il-Qorti Kriminali, il-Qorti Kriminali tgħid lill-ieħor biex ma jweġibx għax mhijiex kompetenza tiegħu, imbagħad però, wara li jgħidlek li m'intix soġġett għall-investigazzjoni u li l-liġi ma tapplikax għalik, eċċ, jgħaddilek il-kummenti wkoll!", "Mur ġib ikollna dik is-sistema aħna.", "Bir-rispett kollu, il-Kummissarju għall-iStandards għandu kompetenza kważi ġudizzjarja.", "Allura mnejn sa fejn jagħmel ħaġa li l-imħallfin qatt ma naf li għamluha, u nimxu bl-istess prinċipji tal-ġustizzja naturali, meta inti għandek tribunal kważi ġudizzjarju bħal tal-qrati?", "Għalhekk weġġagħni, u issa nirringrazzjak talli għamiltli din il-mistoqsija, għax lili ħadd ma bagħat għalija, kanqas il-Kumitat tal-iStandards ma bagħat għalija biex tiġi ċċarata din.", "Bagħatli email b'mistoqsija li m'għandhiex x'taqsam u qabad u assuma hekk dan, fuq spekulazzjoni.", "Jiddispjaċini li l-Kummissarju għall-iStandards naqas mill-istandards tiegħu.", "Ngħidha bl-ikbar responsabilità u għandi kull dritt li ngħidha, għax is-saltna tad-dritt tinkludi d-dritt tal-espressjoni.", "U jien ili naqla' ġo fija.", "KAROL AQUILINA: Jidher li tajtek l-opportunità.", "DR GAVIN GULIA: Nirringrazzjakom talli għamiltuha din il-mistoqsija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi tat-tweġiba u l-ispjegazzjoni tiegħek.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ma tħossx li mhuwiex aċċettabbli li f'awtorità pubblika ta' din in-natura, huwa nuqqas li titħalla sitwazzjoni fejn iċ-Chairperson u l-Bord ma jkunux jafu li l-eks-Ministru għat-Turiżmu ta' ftit jiem qabel ikun ingħata kuntratt ta' tmenin elf ewro?", "Kif tista' taċċetta …", "DR GAVIN GULIA: Kif spjegajt qabel, il-Kap Eżekuttiv m'għandu l-ebda obbligu li jinforma lill-Bord tal-MTA, għax il-funzjoni tal-Bord tal-MTA mhijiex dik.", "Id-deċiżjonijiet li jittieħdu jeħodhom il-Kap Eżekuttiv u l-Bord tal-management.", "Din jgħiduhielek il-membri tal-Bord stess.", "Dak hu qed jgħid hekk.", "KAROL AQUILINA: Ħalli naqralek.", "Mhux hekk biss qal il-Kummissarju, imma qal ħafna affarijiet oħra.", "Issa jien inzertajt Membru tal-Kumitat, kif inhu l-Onor.", "Mifsud Bonnici, jiġifieri naf ftit il-każ mhux ħażin.", "F'punt numru 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Kummissarju jgħid hekk:", "\"Hija prattika ħażina li ministru jaqbeż il-bord tat-tmexxija ta' entità u jagħti direzzjonijiet lill-impjegati li suppost għandhom jobdu l-bord, anke fejn jgħodd l-artikolu 6 (1) tal-Kap.", "Din il-prattika tmur kontra kull prinċipju ta' governanza tajba u tagħti lok għall-abbuż.", "L-awtorità tal-bord tkun qed tinġieb fix-xejn, u l-membri tal-bord jistgħu jsibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn ikollhom iwieġbu għal deċiżjonijiet irregolari ta' ħaddieħor.\"", "Ma taqbilx miegħu li dan huwa każ …", "DR GAVIN GULIA: Le, u se ngħidlek għalfejn.", "Meta fl-2013 kont Chairperson tal-MTA għall-ewwel darba, Dr George Hyzler kien Membru tal-Bord tal-MTA – kien Direttur.", "Ma nafx lil min kien jirrappreżenta, imma hu jaf li ma nagħmluhomx dawn l-affarijiet.", "L-eżekuttiv dejjem jiddeċiedi hu.", "Ma jitilgħux quddiem il-Bord.", "Jien kif nista' nikkundanna lill-eżekuttiv jew naqbel ma' Dr Hyzler?", "Forsi għax għaddew seba' snin, nesa kif taħdem l-MTA – b'kull rispett imma, ma taħdimx hekk.", "Jista' jkun li hemm bordijiet oħrajn li jaħdmu b'mod differenti, imma l-MTA ma taħdimx hekk.", "Tant hu hekk li qed jgħid li jien inqast li ma mortx quddiem il-Bord – dato ma non concesso.", "Meta skoprejt – għax aħna d-diretturi nitkellmu bejnietna – il-Bord tad-Diretturi skont il-liġi – fil-fatt, qegħdin inbiddluha biex nagħmluha naqra aħjar, għax teħtieġ overhaul u jekk Alla jrid se nagħmluha – il-liġi tagħti d-dritta lid-diretturi kollha tal-MTA – mingħalija jridu jkunu tlieta – u mhux liċ-Chairperson biss li jordna li ssir laqgħa, anke jekk ma nsejjaħhiex jien, sabiex jiddiskuti materja ta' natura urġenti, imma din ma saritx.", "Qabel kienet saret, anke taħt iċ-Chairmanship tiegħi f'affarijiet oħrajn, naħseb xi seba' snin ilu.", "Jiġifieri d-diretturi użufruwixxew ruħhom minn dak il-poter li għandhom li jsejħu board meeting biex jiddiskutu kwestjoni ta' materja importanti.", "KAROL AQUILINA: Dwar dan il-każ, ġrat din il-ħaġa?", "DR GAVIN GULIA: Le, ma ġratx, għax jafu …", "KAROL AQUILINA: Ma ħassejtx il-bżonn li tgħid: Jien iċ-Chairperson ta' awtorità u qed issir xi ħaġa mhux regolari taħti?", "DR GAVIN GULIA: Int għandek fehma u jien għandi oħra.", "Jien irrexindejt il-kuntratt.", "IĊ-CHAIRPERSON: It-tweġiba tiegħu hi li ħa azzjoni.", "KAROL AQUILINA: Il-Bord talab spjegazzjoni?", "DR GAVIN GULIA: Le, ma talabx spjegazzjoni.", "L-ebda direttur u l-ebda ħadd ma talab spjegazzjoni.", "Il-Bord seta', teknikament: imma staqsieni u qed inwieġeb.", "KAROL AQUILINA: Il-Bord ingħata spjegazzjoni?", "DR GAVIN GULIA: Le, ma kellniex għalfejn.", "Individwalment ma kienx hemm laqgħa, imma l-membri tal-Bord nitkellmu bejnietna.", "KAROL AQUILINA: Mela qed naqblu li din ma kenitx materja tal-Bord u kien hemm deċiżjoni tal-Kap Eżekuttiv?", "KAROL AQUILINA: Tal-Kap Eżekuttiv, għax il-Kap Eżekuttiv tkellem mal-Prim Ministru.", "Mhux hekk?", "DR GAVIN GULIA: Mhu se niżvela xejn.", "Jien ma nistax nistaqsi lil ħaddieħor.", "DR GAVIN GULIA: Imma jien hawn quddiemkom u mhux se nwieġeb għal ħaddieħor.", "KAROL AQUILINA: Iva, qed naqblu.", "Mhux lilek irrid nistaqsi?", "Ma nistax nistaqsi lil ħaddieħor.", "Inti hawn quddiemna.", "Inti ħassart il-kuntratt, però xorta kellek Kap Eżekuttiv li tak dak il-kuntratt.", "KAROL AQUILINA: Inti tajt ordni.", "Din kontradizzjoni kbira.", "DR GAVIN GULIA: Le, jien ħadt ir-responsabilità biex nirrexindi l-kuntratt.", "KAROL AQUILINA: Mela kif f'daqqa waħda għandek ir-responsabilità u qabel ma kellekx?", "DR GAVIN GULIA: Għax hekk ħassejt li kelli nagħmel.", "KAROL AQUILINA: Imma din mhijiex kwestjoni ta' għax hekk.", "Jew għandek ir-responsabilità, jew m'għandekx!", "Inti qed tgħid li m'għandekx responsabilità.", "DR GAVIN GULIA: Dik hi d-deċiżjoni li ħadt, li nirrexindi l-kuntratt.", "Il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika qal li jien ma ħadtx azzjoni, imma jien ħadt azzjoni.", "KAROL AQUILINA: Dr Gulia, inti żewġ minuti ilu għadek kif għedtilna li dik id-deċiżjoni ma tappartjenix lilek, għax mhijiex funzjoni tal-Bord.", "Qed tgħid li l-Bord m'għandux x'jaqsam, imma l-Kap Eżekuttiv.", "Allura kif, f'daqqa waħda, xħin ħarġet fil-pubbliku, qed tgħid li hi deċiżjoni tiegħek?", "DR GAVIN GULIA: Ma jżomm lil ħadd mill-Bord tad-Diretturi li, minkejja li hija kwestjoni eżekuttiva, jgħid li jixtieq jisma' lill-Bord.", "Jien iddeċidejt u l-Bord tad-Diretturi ma qalu xejn, m'aġixxewx għal dak li ddeċidejt.", "KAROL AQUILINA: Mela qegħdin naqblu li d-deċiżjoni …", "DR GAVIN GULIA: Id-deċiżjoni kienet waħda ġenerali, kienet politika, jiġifieri l-kuntratt tħassar.", "Dik kienet deċiżjoni tiegħi.", "KAROL AQUILINA: Dik kienet deċiżjoni tiegħek.", "Ħadt xi azzjoni fil-konfront tal-Kap Eżekuttiv minħabba li ngħata dak il-kuntratt?", "DR GAVIN GULIA: Le, għax il-liġi ma tagħtinix il-poter u lanqas lill-Bord tad-Diretturi.", "Ħares lejn il-liġi: Kapitlu 409 jispeċifika kif jista' jitneħħa membru tal-Bord tad-Diretturi, kif nista' nitneħħa jien, kif jista' jitneħħa direttur, minħabba misbehaviour eċċ., imma fuq il-Kap Eżekuttiv ma jingħad xejn.", "KAROL AQUILINA: Kollox sew, imma ma tħossx li kellha tittieħed azzjoni?", "DR GAVIN GULIA: Il-Liġi ma tgħid xejn f'dan ir-rigward.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din hija t-tweġiba ta' Dr Gullia.", "Naċċettawha.", "Għandek aktar mistoqsijiet, Onor. Aquilina?", "KAROL AQUILINA: Se nagħmel mistoqsija ġenerali li nagħmilha lil kulħadd, mhux fil-konfront tiegħek biss.", "Hemm xi ħaġa fil-ħajja personali, privata, jew fil-kariga tiegħek li b'xi mod tista' imbarazza lilek, lil dan il-Kumitat li se jagħti parir dwarek, lil min ipproponiek jew lill-Awtorità?", "Din jien nistaqsiha lil kulħadd, bħala opportunità.", "Mhux qed ngħidlek għidha, imma għidilna jekk għandekx diffikultà fit-tali ħaġa għax kont involut f'xi ħaġa.", "DR GAVIN GULIA: Le, inħoss li għandi kondotta tajba.", "KAROL AQUILINA: Dik rajnieha qabel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Gulia, nirringrazzjak.", "Hawn iktar mistoqsijiet?", "Jekk ma fadallek xejn xi żżid, nitolbok tirtira mill-kamra ħalli l-Membri tal-Kumitat ikunu jistgħu jiddiskutu n-nomina tiegħek.", "Dr Gavin Gulia ħareġ mill-Kamra tal-Kumitat.", "(Diskussjoni off mic.)", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom tad-diskussjoni healthy li kellna.", "Kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu.", "Nifhem lil l-Onor.", "Karol Aquilina jixtieq jispjega kif se tivvota l-Oppożizzjoni.", "KAROL AQUILINA: Sur President, kif diġà kelli okkażjoni nispjega f'każ ieħor, aħna nħossu li fid-dawl ta' dak li rriżulta mir-rapport tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika, kif ukoll bil-mod kif saru l-affarijiet dwar ir-riżenja u l-ħatra mill-ġdid ta' Dr Gulia bħala Chairperson tal-MTA, ma nħossux li għandna nivvotaw favur, allura se nivvotaw kontra l-ħatra tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-ħatra ta' Dr Gavin Gulia bħala Chairperson tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab votazzjoni li, skont il-ftehim milħuq, se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "Joe Mizzi", "L-Onor.", "Il-ħatra proposta għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob lil Dr Gulia jidħol lura fil-kamra.", "Dr Gavin Gulia daħal lura fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Gulia, dan il-Kumitat iddeċieda li jagħti parir favur il-ħatra tiegħek bħala Chairperson tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Skont l-istess provvediment, il-parir tal-Kumitat, flimkien mal-Minuti tal-laqgħa, se jintbagħtu lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.", "Nawgurawlek il-ħidma t-tajba u li tkompli tagħmel l-implimentazzjoni u l-ġid f'dan is-settur tant importanti.", "DR GAVIN GULIA: Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzja lill-Onor.", "Robert Cutajar, lill-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor.", "Emanuel Mallia, flimkien mal-Iskrivan tal-Kumitat.", "Ix-xogħol tal-lum ġie eżawrit u nerġgħu niltaqgħu meta jkolllna aktar nomini.", "Nirringrazzjakom u l-Kumitat huwa aġġornat.", "Fis-7.38 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210126_019d_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 19", "It-Tlieta, 26 ta' Jannar 2021", "IlKumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi ltaqa' filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fil-5.30 pm.", "PREŻENTI", "Il-Membri tal-Kumitat li kienu preżenti għal-laqgħa kienu l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur l-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 18, li saret fl-14 ta' Diċembru 2020, ġew ikkonfermati.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR MARK CAUSON GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR MHUX RESIDENTI TA' MALTA GĦAD-DANIMARKA", "Peress li l-Kumitat kien infurmat minn Dr Mark Causon li hu ma kienx jinsab Malta minħabba raġunijiet konnessi ma' COVID-19, ma setax jattendi għal-laqgħa, il-Kumitat għadda għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAT-TIĠDID TAL-KARIGA TAL-PROF.", "JOHN MAMO BĦALA CHAIRMAN TAL-AWTORITÀ GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA (MFSA)", "Fil-5.40 pm il-Kumitat stieden lill-Prof.", "John Mamo sabiex jidher quddiem il-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari skont l-artikolu 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Prof.", "John Mamo li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Il-Prof.", "John Mamo tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fl-MFSA bħala Chairman tal-Bord ta' Gvernaturi mill-2018; dwar l-introduzzjoni ta' diversi strutturi u proċeduri ġodda biex tiġi żgurata l-governanza tajba tal-Awtorità, fosthom investiment fir-riżorsi umani, b'mod partikolari l-parti teknoloġika; it-taħriġ tal-impjegati; u xi defiċjenzi fl-istrutturi li ġew identifikati mill-Moneyval u l-IMF u li ġew indirizzati.", "Tkellem ukoll dwar it-taħriġ li ngħataw il-ħaddiema tal-MFSA minn persuni barranin, dejjem biex jissaħħaħ l-aspett investigattiv tal-impjegati.", "Fost il-mistoqsijiet li sarulu, kien hemm dawk li jirrigwardaw is-sitwazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji f'dawn l-aħħar snin u ħidmet l-eks Chief Executive Officer fl-MFSA qabel ma rriżenja mill-kariga.", "Fis-6.30 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lill-Prof.", "John Mamo u talbu sabiex jirtira mill-kamra sakemm il-kumitat jiddiskuti n-nomina tiegħu.", "Fis-6.32 pm meta l-President tal-Kumitat qiegħed il-mistoqsija fuq in-nomina tal-Prof.", "John Mamo bħala Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, intalbet votazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "VOTAZZJONI NRU 4 ĦIN: 6.32 pm", "L-Onor.", "Joe Mizzi", "Il-ħatra proposta għaddiet.", "Fis-6.35 pm, il-President tal-Kumitat stieden lill-Prof.", "John Mamo jidħol fil-kamra fejn informah li n-nomina biex il-kariga tiegħu bħala Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta tiġi mġedda, għaddiet mill-Kumitat, u skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, il-parir tal-Kumitat, flimkien mal-Minuti tal-laqgħa kellhom jintbagħtu lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR GAVIN GULIA GĦALL-ĦATRA TA' CHAIRMAN TAL-AWTORITÀ MALTIJA TAT-TURIŻMU", "Fis-6.37 pm il-Kumitat stieden lil Dr Gavin Gulia sabiex jidher quddiem il-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari skont l-artikolu 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Il-President tal-Kumitat informa lil Dr Gavin Gulia li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Dr Gavin Gulia tkellem dwar il-ħidma tiegħu bħala Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal numru ta' snin; is-suċċessi u l-isfidi li l-Awtorità ffaċċjat matul l-aħħar snin; l-effett tal-pandemija fuq l-industrija tat-turiżmu; ir-relazzjoni li teżisti mal-istakeholders fl-industrija; l-importanza tal-konnettività u l-marketing strategy tal-MTA fiż-żmien tal-pandemija.", "Fost il-mistoqsijiet li sarulu, kien hemm dawk li rreferew għar-riżenja tiegħu minn Membru Parlamentari ġimagħtejn qabel sabiex ikompli bil-ħidma tiegħu fl-MTA u r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar il-kuntratt li kien ingħata lill-eks ministru Konrad Mizzi.", "Fis-7.14 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lil Dr Gavin Gulia u talbu sabiex jirtira mill-kamra sakemm il-kumitat jiddiskuti n-nomina tiegħu.", "Fis-7.36 pm, meta l-President tal-Kumitat qiegħed il-mistoqsija fuq in-nomina ta' Dr Gavin Gulia bħala Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, intalbet votazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "VOTAZZJONI NRU 5 ĦIN: 7.36 pm", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia Robert Cutajar", "Il-ħatra proposta għaddiet.", "Fis-7.37 pm, il-President tal-Kumitat stieden lil Dr Gavin Gulia jidħol fil-kamra fejn informah li n-nomina tiegħu għall-ħatra ta' Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kienet għaddiet mill-Kumitat, u skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, il-parir tal-kumitat, flimkien mal-Minuti tal-laqgħa kellhom jintbagħtu lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.", "Fis-7.38 pm, id-diskussjoni kienet konkluża u l-Kumitat ġie aġġornat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210126_019m_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 75", "L-Erbgħa, 27 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 75", "L-Erbgħa, 27 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:03 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 74, li saret fl-20 ta' Jannar 2021, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Kif jafu l-kollegi, fl-aħħar laqgħa kienet intalbet xi informazzjoni mingħand l-Awditur Ġenerali dwar ir-rapport li qed jiġi diskuss bħalissa quddiem dan il-Kumitat.", "Fil-fatt, l-Awditur, fil-ġranet li għaddew bagħtilna l-informazzjoni li ntalbet, liema informazzjoni ġiet iċċirkolata lill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Irrid ngħid li f'dan l-istadju hawn il-qbil li d-dokumenti li ġew iċċirkolati m'għandhomx jittellgħu fuq is-sit tal-Parlament.", "Ngħaddu issa għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR ĠENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nibda billi nistieden lill-Awditur Ġenerali u lis-Sur Mercieca sabiex jersqu fuq il-Mejda.", "Is-Sur Charles Deguara u s-Sur Keith Mercieca, Awditur Ġenerali u Assistent Awditur Ġenerali, rispettivament, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, għal diversi seduti kont qed jixhed dwar dan ir-rapport, u llum se tkompli tixhed dwar l-istess materja.", "Konna qegħdin nimxu b'mod strutturat, suġġett, suġġett, li ġie eżaminat mill-Awditur f'dan ir-rapport, u llum forsi tgħidilna fuq liema parti tar-rapport se tiffoka biex anke min qed isegwi jkun jista' jsegwi dak li qed jagħmel dan il-Kumitat.", "IS-SUR KEITH MERCIECA (Assistent Awditur Ġenerali): Qabel ma nibda xtaqt niċċara xi ħaġa.", "Il-ġimgħa l-oħra xi ħadd staqsieni jekk kienx hemm xi miżata li kellha titħallas għall-ġbir tad-dokument tat-tender, u jien għedt li jidhirli li iva imma ma kontx ċert dwar l-ammont.", "Fil-fatt iċċekkjajna u jirriżulta li ma kien hemm ebda miżata.", "GLENN BEDINGFIELD: Qiegħda fid-dokumenti li ppreżentajtulna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri biex inġabar id-dokument għall-expression of interest and capabilities (EoIC) u għar-request for proposals (RfP) ma kienx hemm ħlas.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fakkarna kemm kien hemm nies li ġabru dawn id-dokumenti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fl-EoIC kien hemm 19 li tefgħu bid, li waħda minnhom kienet ineliġibbli.", "Jiġifieri kien hemm 19 żgur li ġabru d-dokument, imma jista' jkun li kien hemm aktar.", "ALEX MUSCAT: Il-mistoqsija kont għamiltha jien.", "Jiġifieri biex jinġabar id-dokument ma kienx hemm ħlas, però biex jidħlu l-bids rispettivi riedu jagħmlu garanziji bankarji.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux kulħadd għamilha.", "Fil-fatt kien hemm istanzi ta' non-compliance fejn ma saritx.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): U ġew skwalifikati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak u nistiednek sabiex tkompli bil-preżentazzjoni.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-ġimgħa l-oħra għalaqna bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istate aid u llum se nitkellem fuq l-aħħar żewġ punti, li huma l-parti tal-aħħar tal-proċess fuq financial closing, u t-tqabbil ta' rati bejn Delimara 4 (D4) u l-interconnector.", "Naf li l-ġimgħa l-oħra semmejnihom ftit, imma we went off at a tangent u xtaqt insemmi xi punti addizzjonali.", "Imbagħad nagħlaq billi nsemmi ftit konklużjonijiet overall li jirrelataw mat-terms of reference (ToR) li ntlabna nħarsu lejhom.", "Ladarba ġiet il-clearance tal-Kummissjoni Ewropea u ma kien hemm l-ebda ostaklu biex jingħalaq il-proċess, seta' jidħol dak li nsejħulu financial closing, li permezz tiegħu l-bridge loan facility, il-finanzjament temporanju li kellu l-konsorzju kien se jiġi konvertit f'finanzjament permanenti, u biex isir dan il-pass kellhom isiru żewġ affarijiet.", "Waħda minnhom kienet dak li jissejjaħ il-conversion term agreement.", "Dan l-agreement fi kliem sempliċi huwa ftehim li kien se jbiddel ir-rwol tal-Gvern u ta' ElectroGas f'dak li għandu x'jaqsam mas-supply tal-gass.", "Kien maħsub li eventwalment ikun hemm supply ta' gass alternattiva għall-floating storage unit (FSU) permezz ta' interconnector ieħor, permezz ta' gas pipeline, u allura l-Gvern ikun is-supplier tal-gass minflok ElectroGas.", "B'dak il-mod ElectroGas kien se jieqaf jissupplixxi l-gass lil Enemalta, il-Gvern jissupplixxi l-gass lil ElectroGas u ElectroGas jikkonverti dak il-fuel f'enerġija.", "Dak kien il-ħsieb tal-conversion term agreement.", "Dan setgħu jidħlu fih f'dan l-istadju ladarba…", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan il-kunċett, li l-Gvern jissupplixxi l-gass, f'liema stadju tfaċċa?", "Fl-istadju tal-EoIC, jew fl-istadju tal-RfP?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Żgur fl-istadju ta' meta kienu qed ifasslu l-kuntratti għax fil-Gas Supply Agreement (GSA) hemm exit…", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-kuntratti tfasslu wara li ntagħżlet ElectroGas, imma jien qed nirriferi għall-kunċett.", "Dan il-kunċett kien jeżisti fl-istadju ta' tendering, fl-istadju ta' RfP, jew huwa an instance fejn daħal kunċett ġdid li allura l-bidders l-oħra ma kenux aware of such…", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Qed nifhem il-mistoqsija tiegħek, però rrid nivverifika ftit għax ma niftakarx bl-amment.", "Niċċekkja u nibagħtilkom tweġiba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però naqblu li huwa ta' rilevanza għall-bidder.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dażgur, huwa arranġament sostanzjali fl-arranġamenti ta' bejn il-Gvern u s-supplier.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma f'dak l-istadju kienu għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Fl-istadju li qed tirriferi għalih inti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kienu għadhom qed jiġu nnegozjati ċerti parametri tal-arranġament u mbagħad, ladarba daħlu fis-seħħ dawn, seta' jsir il-financial closing.", "Jiġifieri iva, il-conversion term kien għadu qed jiġi nnegozjat.", "Dak li qed jistaqsi ċ-Chairman, jekk qed nifhmu sew, huwa jekk dan il-kunċett ta' conversion term issemmiex fl-istadju aktar qabel, jiġifieri fl-RfP.", "Irrid niċċekkja u nara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax naqblu li għal kwalunkwe bidder dan l-arranġament huwa rilevanti f'dak li għandu x'jaqsam ta' kif tagħmel l-affarijiet…", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dak li ħassibna l-aktar dwar dan l-arranġament kien li aħna dejjem ikkritikajna l-fatt li bil-mod kif ġie ddiżinjat l-RfP intrabtu flimkien il-power mal-gass, u anke l-bidders stess qalu li din mhijiex industry standard.", "Għalina dan kien jikkonferma aktar il-ħsieb tagħna li dawn it-tnejn setgħu faċilment jiġu sseparati, speċjalment meta aktar tard fil-proċess kien se jitneħħa l-gass mill-formola tat-tranżazzjoni.", "Dak kien il-ħsieb prinċipali tagħna; id-diżinn tiegħu kien li nkwetana ftit.", "KAROL AQUUILINA: Jiġifieri, jekk qed nifhmek sew, inti qed tgħid li mil-lat ta' kompetizzjoni kien jagħmel aktar sens li jkunu separati għax tiftaħha għal aktar kompetizzjoni u jkun hemm aktar nies li jistgħu jitfgħu l-offerti tagħhom.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "Meta qed tgħid li bilfors irid ikollok soluzzjoni kompleta, min qed jagħti soluzzjoni parzjali m'intix qed teliminah direttament imma qed teliminah indirettament.", "KAROL AQUILINA: Allura din il-ħaġa kif torbot ma' dak li semmejna l-aħħar darba, u ċioè s-sehem ta' Gasol u t-tluq ta' Gasol f'dan kollu?", "Għandha xi forma ta' effett ukoll.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Mhux ħafna għax il-gass ma kienx minn Gasol.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kieku jien ma norbothiex direttament ma' Gasol, inħallihom separati.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Xorta qed ixxekkel il-kompetizzjoni imma ma rbattnihiex, almenu mill-informazzjoni li għandna aħna, mat-tluq ta' Gasol.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fl-EoIC setgħu jagħmlu bidding separat, imbagħad kellhom kundizzjoni li jingħaqdu.", "Fl-ewwel istanza setgħu jagħmlu bidding għas-supply biss u għall-power biss.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri seta' kien b'mod li Enemalta tgħid lil \"dan\" nagħtih \"din\" il-ħaġa u lil \"dan\" nagħtih \"din\" il-ħaġa.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Però at a later stage kellhom jindikaw partner ma' min se jaħdmu.", "KAROL AQUILINA: Imma dak il-partner irid ikun xi ħadd li diġà għamel bid?", "Seta' jidħol at a later stage.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri fi kwalunkwe każ il-partner mingħand min se jġibu l-gass dejjem se jkun tal-għażla tal-preferred bidder.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-fatt kien hemm xi sitta jew sebgħa li għamlu bidding separatament.", "Fil-bidu nett kien hemm min għamel bidding għal ħaġa waħda biss.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri xi ħadd seta' jitfa' bid biex jibni l-power station, jirriżerva li jindika partner għall-provvista tal-gass, imbagħad meta jsir il-preferred bidder jiskatta l-obbligu li jgħid min hu u jdaħħal lil xi ħaddieħor miegħu.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: U din fil-fehma tagħkom mhijiex...?", "Inti għedt li mhijiex industry standard imma…", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-effett tagħha kien li llimita xi ftit jew wisq il-kompetizzjoni, u dak huwa kontra dak li żgur jixtieq il-Gvern.", "Il-Gvern jixtieq li jkun hemm aktar kompetizzjoni ħalli l-bidders ikunu jikkompetu ma' xulxin.", "Li tillimita l-kompetizzjoni hija counter productive, ma jaqbilx għall-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Spjegali ftit, għax forsi ma fhimtx u forsi min qed jismagħna ma fehemx biżżejjed, x'kien il-ħsieb oriġinali u effettivament x'ġie miftiehem.", "Għal finijiet ta' supply ta' gass inti qed tgħid li oriġinarjment il-ħsieb kien li jkun il-Gvern li...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-bidu l-ħsieb kien li l-Gvern jixtri l-gass…", "IĊ-CHAIRPERSON: ...u jissupplixxih lill-power station.", "Il-Gvern jixtri l-gass permezz tal-GSA u jixtri l-power permezz tal-Power Purchase Agreement (PPA) mill-power station il-ġdida.", "Il-gass li qed nitkellmu fuqu ma kienx intenzjonat għall-power station il-ġdida imma għal Delimara 3 (D3).", "GLENN BEDINGFIELD: Meta ngħidu l-Gvern, jiġifieri Enemalta?", "GLENN BEIDINGFIELD: Għax irridu nagħmlu distinzjoni bejn Enemalta u Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri x'kien il-ħsieb oriġinali?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-ħsieb oriġinali kien li Enemalta tidħol fi ftehim ta' GSA, tixtri l-gass għall-użu minn D3 u tixtri l-power minn D4, l-impjant li kellu jinbena minn ElectroGas.", "Imbagħad ġie ntrodott dan il-kunċett ta' conversion term, li bih ir-rwol tal-Gvern u ta' ElectroGas setgħu jinbidlu, jiġifieri l-Gvern jibda jixtri hu l-gass u jibda jbigħu lil ElectroGas minflok bil-kontra.", "GLENN BEDINGFIELD: Enemalta mhux il-Gvern.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-conversion term agreement jidhirli li r-riferenza hija għall-Gvern, imma rrid niċċekkja.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-Gvern jixtri jew Enemalta tixtri?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Nista' niċċekkja x'jgħid il-conversion term agreement.", "Jidhirli li l-Gvern.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: B'mod prattiku, minħabba l-istat finanzjarju ta' Enemalta, il-Gvern kull darba kien qisu qed jagħmel garanzija hu nnifsu għal Enemalta, jiġifieri kienet tidher Enemalta u l-bord ta' Enemalta ħa ċerti deċiżjonijiet però, kif kien l-istat finanzjajru ta' Enemalta, kellha bżonn lil xi ħadd jagħmel garanzija.", "Għalhekk aħna nsemmuhom it-tnejn.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għandek raġun, fir-rapport hawn li \"Enemalta and ElectroGas Ltd. entered into a conversion term agreement\".", "GLENN BEDINGFIELD: Kont qiegħed tgħid li permezz ta' dan l-agreement Enemalta kienet tixtri l-gass…", "IĊ-CHAIRPERSON: Enemalta ntrabtet li tixtri l-gass mingħand ElectroGas biex tħaddem l-impjant ta' Burmeister & Wain Scandinavian Contractor (BWSC).", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk kien qabel.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Qabel l-arranġament kien li Enemalta tixtri l-gass mingħand ElectroGas, imma dak l-arranġament kien inbidel wara, jiġifieri peremzz tal-conversion term agreement ElectroGas se tixtri l-gass mingħand Enemalta.", "Ir-raġuni kienet li kellu jkun hemm supply ta' gass alternattiva għall-FSU.", "Is-supplier imbagħad saret l-Enemalta.", "Ma jfissirx li ElectroGas se jitlaq mill-istampa, qed jixtri l-gass mingħandhom, ibidlu f'enerġija u jbigħu lura lil Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-konklużjoni tal-Awditur hija li dan l-arranġament xekkel il-kompetizzjoni.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Le, mhux dan l-arranġament per se.", "Jien qed ngħid li l-fatt li fil-bidu nett meta sar l-RfP, mhux il-conversion term agreement, ittieħdet id-deċiżjoni li jorbtu t-tnejn intrinsikament flimkien, illimitat il-kompetizzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-fatt il-mistoqsija tagħna kienet: Għaliex dawn it-tnejn f'daqqa f'tender waħda?", "IĊ-CHAIRPERSON: Setgħu kienu żewġ operazzjonijiet totalment distinti minn xulxin.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien inħoss li ma kellniex tweġiba għal din il-mistoqsija.", "M'iniex qed nimplika b'xi mod – fl-aħħar mill-aħħar hija policy u l-NAO qatt ma jista' jikkummenta fuq policy tal-Gvern għax dak huwa barra mir-remit tagħna –… Imma l-mistoqsija naturali hija: Għaliex intrabtu dawn it-tnejn f'tender waħda?", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta tant huma distinti minn xulxin.", "Jien qed nifhem li s-supply tal-gass għall-power station l-antika huwa arranġament totalment separat li seta' jeżisti separatament minn kwalunkwe arranġament ieħor li għandu x'jaqsam mal-power station ta' ElectroGas.", "Nonostante dan, l-Awditur josserva li dawn intrabtu flimkien u l-fatt li dawn intrabtu flimkien seta' kellu l-konsegwenza li l-Gvern mhuwiex fl-aqwa pożizzjoni li jinnegozja l-aħjar prezz kif jiġi akkwistat il-gass.", "GLENN BEIDNGFIELD: Kien hemm xi skadenzi jew timeframes li fihom dan il-ftehim kellu jkun konkluż?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kien hemm exit dates, kien hemm ġranet partikolari meta dan it-tibdil seta' jsir.", "Naħseb għal dak qiegħed tirriferi.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm constraint ta' żmien meta dan il-ftehim kellu jkun lest?", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm target dates u skadenzi li kemm Enemalta jew il-Gvern ma setgħux ikomplu oltre dawk id-dati?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-GSA kellu perjodu definit, jidhirli 18-il sena.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, m'iniex nirriferi għal meta jidħol fis-seħħ.", "Jien qed nitkellem dwar skadenzi biex ikun konkluż il-ftehim.", "GLENN BEDINGFIELD: Eżatt.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Irrid niċċekkja.", "RYAN CALLUS: Nagħmel riferenza għal żjara li kienu għamlu l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-Onor.", "Konrad Mizzi ġewwa l-Azerbaijan vis-à-vis l-ftehim mas-SOCAR, u li torbot ma' dan li qegħdin niddiskutu bħalissa.", "Meta saru numru ta' mistoqsijiet parlamentari dwar dan il-famuż ftehim, sirna nafu li dan il-ftehim tħassar.", "Intom, throughout this investigation, did you come across SOCAR jew din iż-żjara fl-Ażerbaijan minn politiċi dwar ix-xiri ta' provvista minn Malta bħala Gvern, jew Enemalta, jew ElectroGas?", "F'din l-investigazzjoni kollha, did you come across this, jew investigajtu din il-kwestjoni?", "Għax din għandha rabta mal-provvista tal-gass għall-iżvilupp tal-enerġija.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna nvestigajna s-sottomissjonijiet tat-tenders, jiġifieri kif kien it-tendering process u l-procurement process, u tkellimna dwar dan fl-ewwel laqgħa li kellna dwar dan is-suġġett.", "Aħna dħalna fuq x'wiegħdet ElectroGas u x'tat ElectroGas.", "X'kien hemm wara l-kwinti u x'laqgħat kien hemm, ma jinteressaniex mil-lat ta' procurement.", "RYAN CALUS: Imma did you come across it fl-investigazzjonijiet tagħkom?", "Għax din kienet issue kbira b'rabta mal-provvista tal-gass.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-unika link li nista' nagħmel ma' dak li qed tistaqsi hija dak li hemm f'paragrafu 7.1 tal-abridged report, u ċioè:", "Imbagħad, aktar tard fl-istess paragrafu, ngħidu li fis-7 ta' Diċembru 2017 dan il-ftehim ġie terminat.", "RYAN CALLUS: Mela 99% qed tirriferi għal dak li qed ngħid jien.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Naħseb li qed ngħidu għall-istess affarijiet.", "ONOR RYAN CALLUS: Hawnhekk hawn xi ħaġa li mhix qed iddoqq.", "X'wassal biex dan il-ftehim li sar fl-2015 ġie kkanċellat fl-2017?", "X'wassal, fl-opinjoni tagħkom, biex ikun hemm din il-U-turn fuq xi ħaġa strateġika – għax minn fejn se tixtri l-gass huwa r-riżorsa l-aktar importanti li se teffettwalek il-prezz tad-dawl u tal-gass – b'mod li dan il-ftehim ġie tterminat sentejn wara?", "Xi ħaġa ġrat.", "Along this process, il-Gvern kien mingħalih li se jġib il-gass minn \"hawn\", imbagħad spiċċajna ġibnih minn xi mkien ieħor.", "Minn dak li tista' tasal għalih inti, x'ġara hawnhekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kif qal is-Sur Deguara qabel, il-link ta' dawn l-agreements mal-agreements li qegħdin nitkellmu fuqhom aħna huwa ftit sekondarju, imma li ġara żgur hu li f'Diċembru 2017 kien hemm financial closing, jiġifieri li l-garanzija tal-Gvern, bħala government guarantee, ma kenitx għadha bżonnjuża għax il-konsorzju ElectroGas Malta Ltd. ġabu finanzjament permanenti.", "Dik hija l-aktar ħaġa sinifikanti li tista' tiġini f'moħħi issa li ġara f'Diċembru 2017 li forsi b'xi mod għandu xi effett fuq dan l-agreement, però mhijiex xi ħaġa li dħalna fiha minn din il-perspettiva ta' analiżi.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri din il-ħaġa tibqa' question mark.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "Mhijiex ħaġa li ħarisna lejha għax ma kenitx relatata direttament ma' dak li kien stabbilit fit-ToR tagħna.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Sur President, jekk ma jimpurtax xtaqt ngħid xi ħaġa fuq li staqsa aktar qabel l-Onor.", "Bedingfield rigward jekk hux Gvern jew Enemalta.", "Paragrafu 3.21 li hemm f'paġna 14 jgħid ċar u tond li:", "U dak kien il-punt li għamilt jien.", "ONOR GLENN BEDINGFIELD: Hemm il-proviso li jgħid li dan jiġri f'ċirkostanza li Enemalta ma tkunx tista' tonora l-obbligi tagħha.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "Għax is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Enemalta kienet kif kienet u allura l-Gvern kien qed jagħmel garanzija li jekk ma tkunx tista' twettaq l-obbligi tagħha hemm dejjem hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, ftit tal-ġranet ilu kien hemm l-aħbar fejn intqal li \"Malta loses out on EU cash for gas pipeline\".", "Jekk immorru lura nsibu li l-pjan tal-Istat Malti kien li l-pajjiż ikollu gas pipeline, liema pipeline kien ikollu effett fuq arranġament bħal dan għax il-Gvern ikollu aċċess għal dan il-gas pipeline u allura kieku mmaterjalizza dan il-gas pipeline dan il-kuntratt kien joħloqilna kumplikazzjonijiet.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Seta' jitwaqqa'.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-kuntratt kien hemm maħsub exit clauses.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kif spjegajt qabel, jiġifieri li jinbidlu r-rwoli ta' min qed jixtri u min qed ibigħ.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri l-Gvern ħalla options differenti ta' minn fejn jista' jikseb l-elettriku biex ikollna security of supply, mhux ikollok…", "IĊ-CHAIRPERSON: Però l-fatt li issa l-pajjiż tilef il-finanzjament biex ikun jista' jagħmel il-gas pipeline li, jekk qed nifhem sew, f'dan l-istadju mhuwiex se jsir, jagħti serħan il-moħħ kummerċjali lil ElectroGas.", "ALEX MUSCAT: Għaliex?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhijiex xi ħaġa li dħalna fiha.", "GLENN BEDINGFIELD: Toqgħodx tinkwieta, Sur Mercieca, dik hija konklużjoni li jkun wasal għaliha ċ-Chairman minn xi blog jew hekk.", "CLAYTON BARTOLO: Opinjoni personali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nipprova nagħmel argument u naħseb li hemm loġika fih.", "L-użu tal-FSU huwa proprju għax m'għandniex gas pipeline.", "ALEX MUSCAT: Mhux neċessarjament.", "CLAYTON BARTOLO: Mr Chairman, m'għandux x'jaqsam.", "Int qed tipprova…", "ALEX MUSCAT: L-assumption li qed tagħmel hija li waħda teskludi lill-oħra.", "CLAYTON BARTOLO: U li waħda mxiet mal-oħra wara dan it-tul ta' żmien kollu.", "Li m'għandhomx x'jaqsmu.", "ALEX MUSCAT: Dik il-loġika, lanqas fuq is-supply tal-elettriku ma treġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'kienet tkun l-implikazzjoni ta' gas pipeline?", "CLAYTON BARTOLO: F'dan il-każ qegħdin inħalltu l-ħass mal-gass, fil-veru sens tal-kelma!", "IĊ-CHAIRPERSON: Tafu fejn sejjer!", "Il-fatt li l-pajjiż tilef il-finanzjament tal-EU biex isir il-gas pipeline, x'implikazzjoni għandu fuq din l-operazzjoni u r-relazzjoni bejn Enemalta u ElectroGas f'dak li għandu x'jaqsam ma' supply ta' gass?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jien għandi nifhem li jkompli għaddej l-arranġament eżistenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Il-fatt li l-pajjiż, jien ngħid minħabba negliġenza, tilef il-fondi biex jagħmel il-gas pipeline u allura mhuwiex se jkollna gas pipeline, ifisser li l-arranġament li hemm se jibqa' kif inhu.", "L-Awditur, fir-rapport tiegħu, ikkritika dan l-arranġament għax qed jgħid li huwa arranġament li żgur li seta' sar ferm aħjar.", "GLENN BEDINGFIELD: Liema arranġament?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan li qegħdin nitkellmu fuqu.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Awditur żgur li ma tkellimx fuq il-gas pipeline.", "Tant hu hekk li lanqas qed tħallih jirrispondik.", "Dawn huma asserzjonijiet tiegħek u huma konklużjonijiet tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jista' jweġibni, imma trid tħallih iwieġeb!", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, iwieġeb.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-fatt li ma sarx il-gas pipeline b'xi mod għandu impatt dirett, indirett, pożittiv jew negattiv fuq ir-relazzjoni li teżisti bejn il-Gvern, Enemalta u ElectroGas f'dak li għandu x'jaqsam mas-supply ta' gass?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-uniku effett li nista' naħseb fih huwa li l-kuntratti kienu jaħsbu għal GSA exit li kien jippermetti din il-conversion.", "IĊ-CHAIRPERSON: U din l-exit mhux se ssir, li hemm bħalissa se jibqa', u dak li hemm bħalissa huwa xi ħaġa li l-Awditur jikkritika.", "ALEX MUSCAT: L-Awditur qatt ma kkritika l-kontijiet orħos.", "Dawn qatt ma ġew ikkritikati mill-Awditur.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'għandu x'jaqsam dan!?", "RYAN CALLUS: Ejjew nitkellmu fuq l-exits.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jekk ma jimpurtax ngħid xtaqt ngħid xi ħaġa qabel.", "Kollox jorbot mal-mistoqsija ta' għalfejn iż-żewġ aspetti ġew marbuta flimkien, u min-naħa ta' Enemalta kienu qalulna li dan għamluh għax riedu jitfgħu r-riskju tas-supply tal-gass fuq il-kuntrattur, ma riedux żewġ riskji.", "M'iniex qed ngħid li hija tweġiba tajba jew li hija tweġiba ħażina, imma qed nirrapporta fattwalment kif weġbuna.", "Enemalta qalulna li b'din l-istrateġia riedu jitfgħu r-riskju tal-provvista tal-gass fuq il-kuntrattur.", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-Awditur x'jgħid li hi l-konsegwenza ta' din id-deċiżjoni?", "RYAN CALLUS: Se jibqa' fis-seħħ il-ftehim li hemm illum.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna staqsejna għalfejn m'għamluhomx separati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però l-Awditur jgħid li konsegwenza ta' dan l-arranġament li sar jista' jkun li m'għandniex l-aħjar deal li seta' jkollna in terms of gas.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jista' jkun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux jista' jkun, jgħidha.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għax hemm żewġ aspetti ta' awditjar; meta tikkummenta fuq xi ħaġa fattwali, kif inhu dan, u meta jkun hemm każ ipotetiku.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Deguara, inti jew l-istaff tiegħek, qatt stajtu tkunu tafu l-eżitu ta' x'se jiġri bil-finanzjament li beda jagħmel aċċenn għalih iċ-Chairman?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dan it-tip ta'...", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri dik hija xi ħaġa li żgur ma kenitx fit-ToR tagħkom.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: U lanqas kienet għadha ssuċċediet.", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri ejjew ma nippruvawx norbtu facts ma' fiction.", "RYAN CALLUS: Sur Deguara, x'penali jeżistu fuq Enemalta, u allura l-Gvern, fl-eventwalità li ma nixtrux l-enerġija mingħand ElectroGas?", "RYAN CALLUS: Meta niġu għat-take-or-pay obligation, nistgħu niġu ppreżentati bl-ammont tal-penali li hemm f'ċirkostanzi li nixtru mill-interconnector, li għandu rati orħos?", "U din ikkonkludejtuha intom, għax għedtu li fuq perjodu ta' 36 xahar ħallasna madwar €10 miljun iktar.", "CLAYTON BARTOLO: Din li qed ngħidu li r-rati tal-interconnector huma orħos matul il-lejl?", "RYAN CALLUS: Ir-rati tal-interconnector huma orħos dejjem.", "CLAYTON BARTOLO: Huma orħos matul il-lejl, għalhekk ridtuna naħslu l-ħwejjeġ bil-lejl!", "RYAN CALLUS: Jien qed nipprova nagħmel domanda u nifhem li ma tridux risposta għaliha għax għadha moħbija.", "Sur Deguara, x'inhuma l-penali fl-eventwalità li Enemalta tiddeċiedi li għal skop kummerċjali, għax hemm sorsi orħos, tagħżel li ma tixtrix l-enerġija mingħand ElectroGas u minflok tixtri minn sorsi oħrajn?", "Bilfors li f'dawn il-kuntratti, li intom għandkom aċċess għalihom u aħna m'għandniex, hemm exit terms, mhux long term, f'mumenti differenti.", "Xi trid tħallas iktar Enemalta lil ElectroGas biex minflok tuża l-enerġija tagħha tuża sorsi oħrajn?", "Żgur li hemm dawn l-affarijiet fil-kuntratt u jien, f'isem l-Oppożizzjoni qed nitlob din l-informazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: X'informazzjoni qed titlob, jekk jogħġbok?", "RYAN CALLUS: Fl-eventwalità li Enemalta tkun trid tixtri enerġija minn sorsi oħrajn… Bħalissa l-Gvern Laburista rabatna li, kemm jekk għandna bżonn kif ukoll jekk m'għandniex bżonn enerġija, 80% tal-enerġija ġġenerata minn ElectroGas, whether we like it or not, irridu nixtruha għax dak huwa l-ftehim li dan il-Gvern daħħalna fih.", "U bilfors li hemm exit clause għal dik.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma naħsibx.", "RYAN CALLUS: Mela agħtuna risposta jekk hemmx.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ir-risposta tiegħi probabbli se tkun li hemm it-take-or-pay obligation li jobbliga lil Enemalta tixtri ammont ta' enerġija.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: U jekk ma tagħmilx hekk, il-kuntrattur jista' ifittex lil Enemalta għad-danni.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Bit-take-or-pay obligation, tieħdu jew ma tieħdux, Enemalta trid tħallas għalih.", "RYAN CALLUS: X'jgħid il-kuntratt jekk Enemalta ma tagħmilx hekk?", "Jekk hemm xi ħaġa dwar dan nitlobkom tgħidulna x'inhi.", "KAROL AQUILINA: Biex inkunu ċari, jekk Enemalta jfettlilha, għal raġunijiet li tqis li huma fl-interess nazzjonali, ma tibqax tixtri d-dawl mingħand ElectroGas, x'inhi l-liability tal-Gvern?", "X'inhu obbligat iħallas il-Gvern jekk jiddeċiedi li jagħmel hekk?", "Xi mkien fil-kuntratt hemm xi klawsola li qed tirriferi għal din iċ-ċirkostanza.", "ALEX MUSCAT: Imma din l-eventwalità hija reali?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejjew ngħidu li hija ipotetika.", "CLAYTON BARTOLO: Mela hawnhekk qegħdin niktbu l-ħrejjef ta' Esopu!?", "Ġejjin bl-ipotetika!", "ALEX MUSCAT: Jekk pajjiżna ma jixtrix dawl minn din il-power station il-ġdida, m'hemmx biżżejjed sorsi oħrajn li jkopru d-domanda ta' pajjiżna.", "Jiġfieri l-NAO żgur li ma setax jidħol f'ipoteżi li ma teżistix.", "RYAN CALLUS: Jien m'iniex qed ngħid hekk.", "Onor. Muscat, inti forsi taf għax inti Membru tal-Gvern u jista' ikollok aċċess għall-kuntratti u forsi tista' tilluminani.", "ALEX MUSCAT: Il-kuntratti ġew ippubblikati.", "RYAN CALLUS: Il-kuntratti ma ġew ippubblikati xejn għax għattejtu fejn kien hemm l-iktar affarijiet importanti.", "ALEX MUSCAT: Il-kuntratti huma pubbliċi.", "RYAN CALLUS: Le, il-kuntratti jkunu pubbliċi meta tippubblikaw il-kuntratt kollu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħudu paċenzja.", "Sur Deguara, qed issirlek mistoqsija speċifika.", "Jekk il-Gvern, pereżempju għal raġunijiet li jkunu fl-interess nazzjonali, jidhirlu li m'għandux jibqa' jixtri mingħand ElectroGas, hemm mekkaniżmu biex jagħmel dan?", "Jekk m'hemmx mekkaniżmu, x'inhuma l-konsegwenzi li jista' jiffaċċja?", "Jien fhimt li r-risposta tiegħek hija li jekk il-Gvern jiddeċiedi, anke fl-interess nazzjonali, li ma jibqax jixtri mingħand ElectroGas, il-konsegwenza tkun li dawn jistgħu jfittxu lill-Gvern għad-danni, liema danni jkunu 80% tal-konsum tal-elettriku ta' sena.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "Jien m'iniex avukat, imma naħseb li Enemalta jitilfuh hands down każ bħal dan, jekk hemm agreement li jgħid li kemm jekk tieħu, u anke jekk ma tieħux trid tħallas ta' 80%!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri r-risposta tiegħek hi li jekk il-Gvern, għal xi raġuni, anke fl-interess nazzjonali, jidhirlu li m'għandux jixtri aktar mingħand ElectroGas, tant għandu jdejh marbutin li kwalunkwe claim li jagħmel, ElectroGas tirbaħha; il-Gvern jitlifha hands down.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, inti qed tasal għall-konklużjoni u qed tipprova titfa' l-kliem f'ħalq l-Awditur.", "IS-SUR CHARES DEGUARA: Jien qed ngħid li kif inhu worded il-kuntratt, probabbilment...", "IĊ-CHAIRPERSON: ...Il-Gvern jitlifha hands down.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Naturalment jien m'iniex qorti.", "GLENN BEDINGFIELD: Probabbilment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Gvern probabbilment jitlifha hands down.", "GLENN BEDINGFIELD: U probabbilment kieku hemm il-kollegi fil-gvern qegħdin inħallsu ħafna iktar għall-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.", "U probabbilment kieku hemm il-kollegi fil-gvern għadna nużaw il-heavy fuel oil (HFO).", "Imma mhumiex qegħdin fil-gvern u ma nafx meta se jkunu!", "KAROL AQUILINA: Probabbilment kieku aħna fil-gvern ma nqatlitx Daphne Caruana Galizia.", "GLENN BEDINGFIELD: Issa dan x'għandu x'jaqsam!?", "ALEX MUSCAT: Dan huwa statement li m'għandu x'jaqsam xejn mas-suġġett.", "RYAN CALLUS: Sur President, kont se ngħaddi għat-tieni parti tad-domanda tiegħi.", "Fl-eventwalità li l-Gvern jagħżel li jieqaf għal kollox jixtri mingħand ElectroGas u jiddeċiedi li jibda jieħu over hu, x'hemm miktub fil-kuntratt?", "Jekk m'intomx tifhmuni għiduli.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Onor. Callus, il-Gvern jista' issa stess jiddeċiedi li ma jixtri xejn iktar mingħand ElectroGas.", "Imma l-issue mhijiex jekk tixtrix jew le, imma jekk tħallasx jew le.", "Il-Gvern illum jista' jiddeċiedi li ma jixtri xejn iżjed, imma jibqa' jħallas lil ElectroGas, u jkun skont il-kuntratt.", "RYAN CALLUS: Issa jien qed nistaqsi: F'dik l-eventwalità x'inhu d-dannu għall-public coffers?", "Għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma fondi pubbliċi.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna nħossu, però se niċċekkjaw...", "RYAN CALLUS: Mhux xi tħoss, imma x'hemm miktub fil-kuntratt.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dan agreement li fih \"daqshekk\" u nkunu rridu niċċekkjaw.", "RYAN CALLUS: Sur Deguara, lili għadirni għax m'għandix aċċess għall-kuntratti u allura bilfors irrid nistaqsi u noqgħod fuqkom għax min-naħa tal-Gvern m'aħna se nsiru nafu xejn.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Su due piedi, kemm jien kif ukoll il-kollega tiegħi naħsbu li mhemmx stipulat, però se niċċekkjaw biex inkunu mija fil-mija ċerti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li t-talba tal-Onor.", "Ryan Callus hija ċara ħafna.", "Huwa qed jistaqsi jekk il-kuntratt jikkontemplax sitwazzjoni fejn il-Gvern jiddeċiedi li jieqaf jixtri mingħand ElectroGas u ma jħallasx.", "Naħseb li lil ElectroGas tagħmilhom pjaċir li ma teħux u tħallsu!", "U inti, Sur Deguara, su due piedi tgħid li hekk hi s-sitwazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Qallek li jrid jiċċekkja.", "Hawnhekk qegħdin biex nitkellmu fuq fatti mhux fuq konklużjonijiet li taslu għalihom intom.", "Bir-rispett kollu!", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela l-Awditur se jiċċekkja u se jgħidilna.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Onor. Callus, tista' forsi tiċċara ftit it-tieni mistoqsija?", "RYAN CALLUS: Jien qed nistaqsi jekk il-Gvern, qua Enemalta, jiddeċiedi li jirrexindi mill-kuntratt, x'inhuma l-penali li hemm stabbiliti f'dak il-kuntratt.", "Naħseb li d-domanda hija ċara.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma rajtux lanqas il-kuntratt, imma qed nassumi li din l-informazzjoni tkun tista' tingħata dment li ma tkunx kummerċjalment sensittiva.", "KAROL AQUILINA: Kif tista' tkun kummerċjalment sensittiva xi ħaġa hekk?", "Jien qed inħalli f'idejn l-Awditur.", "KAROL AQUILINA: Jekk ittemm relazzjoni kummerċjali ta' bejn tnejn se tkun kummerċjalment sensittiva!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, l-Awditur se jieħu l-parir tiegħek, però hu jaf jagħmel dan il-ġudizzju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa nerġa' mmur lura għal dak li konna qegħdin nitkellmu dwaru, u ċjoè l-financial closing.", "Paragrafu 11.7, li hemm f'paġna 39 tar-rapport, jitkellem ċar ħafna u jgħid hekk:", "Mela l-Awditur qed jgħid li hu tal-opinjoni li l-PPA u l-GSA kellhom jiġu treated separately; huma żewġ affarijiet distinti minn xulxin.", "Sur Deguara, inti għedt li għamiltu stat ta' fatt, però ma wasaltux għall-konklużjoni, però fit-teżi tiegħi ġejtu għall-konklużjoni għax qed tgħidu hekk:", "Jiġifieri l-Awditur, mhux jien, qal li l-Gvern għaqqad il-PPA mal-GSA u fil-fehma tiegħu din id-deċiżjoni hija żbaljata għax konsegwenza tagħha spiċċat il-possibilità ta' better competition in bids at the RfP stage – jiġifieri kieku ma ġarax dan, il-pajjiż seta' għamel a better deal – thereby allowing Enemalta to secure potential savings.", "Jiġifieri l-Awditur mhux ma kkonkludiex, imma kkonkluda li b'dak li seħħ, Enemalta prejudiced potential savings.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, jiġifieri qegħdin ngħidu li l-proċess ma kienx tajjeb?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nikkwota preċiżament x'qal l-Awditur, u qed nistaqsih jekk biddilx l-opinjoni.", "CLAYTON BARTOLO: Jien nixtieq li nagħtu ħarsa lejn il-proċess kompetittiv li wassal għall-GSA u l-PPA.", "Jekk qed nifhem sew kienet ħarġet contract notice.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: ...kien il-proċess li wassal għall-GSA u l-PPA.", "CLAYTON BARTOLO: Imma dawn ġew minn qabel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kieku ġrat at RfP stage, jiġifieri tkun taf għalxiex dieħel u mhux jitfaċċaw l-affarijiet wara, kieku l-pajjiż iffranka.", "Dak huwa li qed jgħid l-Awditur.", "L-Awditur qed jgħid li nbidlu l-kundizzjonijiet wara l-RfP, u konsegwenza ta' dak it-tibdil, il-poplu Malti got a worse deal, you prejudiced a potential saving.", "Dan huwa x'jgħid l-Awditur.", "CLAYTON BARTOLO: Mhux hekk qed jgħid l-Awditur.", "Hekk qed tgħid, Sur Deguara?", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nikkwota mir-rapport.", "Għedilna, Sur Awditur.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Naħseb li se ndejqek nirrepeti.", "Aħna staqsejnihom il-mistoqsija: Għalfejn dawn għaqqadtuhom f'daqqa?", "L-opinjoni tagħna, bħala Uffiċċju, kienet li potenzjalment – u nenfasizza l-kelma \"potenzjalment\" – stajna mmorru aħjar kieku sseparajnihom.", "It-tweġiba ta' Enemalta għal din id-domanda kienet li huma xtaqu jitfgħu r-riskju fuq il-kuntrattur.", "L-opinjoni tal-Uffiċċju tiegħi kienet li iva, naħsbu li kien ikun aħjar kieku nżammew separati, imma Enemalta ddeċidew mod ieħor.", "Kieku żżommhom separati, fit-teorija, potenzjalment jista' ikollok deal aħjar, imma ma nistgħux ngħidu li żgur kienet tkun deal aħjar jew agħar.", "GLENN BEDINGFIELD: Potentially, imma hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq fatti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li hu żgur hu li b'li sar, dak il-potenzjal ġie eliminat.", "CLAYTON BARTOLO: Imma aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq il-kieku u l-kien, jew fuq il-fatti?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kien ikun aħjar kieku kienu separati.", "CLAYTON BARTOLO: Qed nippruvaw noħolqu ħafna teoriji… (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Qed tgħid hekk għax...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed ngħid li l-Awditur qed jgħid li Enemalta, għal raġunijiet tagħhom, iddeċidiet li tgħaqqadhom flimkien u konsegwenza ta' dak, l-Awditur qal – u jien noqgħod fuq li jgħid l-Awditur għax l-inqas espert huwa jien – li din id-deċiżjoni ppreġudikat, sa ċertu punt, l-RfP stage għax it would have contributed to better competition in bids submitted at RfP stage.", "Jiġifieri dak li ġara wara li għalaq iż-żmien tal-RfP seta' kellu effett fuq il-bids li saru qabel.", "Mhux hekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux eżatt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għaliex?", "GLENN BEDINGFIELD: M'int tgħid xejn eżatt, Mr Chairman.", "CLAYTON BARTOLO: Naħseb ikun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn il-proċess kollu.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Il-verità qiegħda xi mkien fin-nofs, bejn dak li qegħdin tgħidu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nikkwota eżatt.", "GLENN BEDINGFIELD: Int qed tikkonkludi għal rasek.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, int qed tikkwota eżatt imma qed tinterpretah kif jaqbillek.", "U dak hu l-iżball li qed isir f'dan il-Kumitat.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-iskop tagħna kien li l-proġett seta' ġie ddisinjat b'mod differenti, u kieku ġie ddisinjat b'mod differenti, seta' rriżulta f'savings, però ma nafux b'ċertezza għax bħala fatt…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-kelma hija \"potenzjalment\".", "KAROL AQUILINA: Imma qed tgħid hekk minħabba prinċipju ieħor fundamentali, dak tal-kompetittività.", "Meta tittraduċi dak il-prinċipju f'benefiċċju, x'inhu l-benefiċċju?", "Mhux li l-Gvern ikollu deal aħjar?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri l-conclusion hija dik.", "GLENN BEDINGFIELD: Però fl-istadju tal-RfP il-bidders kollha kienu jafu li kien se jkun hemm SSA.", "Mhux hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Imma aħna m'aħniex qed nitkellmu minn dak l-aspett.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq li fl-istadju ta' RfP, il-GSA u l-PPA rabtuhom flimkien, imma aħna qegħdin ngħidu li ma kellhomx jorbtuhom flimkien.", "ALEX MUSCAT: Meta intom staqsejtu dwar dan, it-tweġiba li ngħatajtu mingħand Enemalta kienet li huma riedu li r-riskju ma jġorruhx huma iżda jġorruh il-bidders.", "Mill-esperjenza tagħkom ta' awdituri, il-pożizzjoni finanzjarja li kienet fiha Enemalta kemm poġġietha f'pożizzjoni li ma tistax iġġorr riskju hi?", "Sur Deguara, aktar qabel inti stess għedt li as at 2013 Enemalta kellha madwar €700 miljun dejn.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Proprju għalhekk għamilniha l-mistoqsija, minħabba dan il-punt li qed issemmi.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri a financial position ħażina ġġibek f'sitwazzjoni li trid tieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet, u ċioè li taffordja ġġorr inqas riskju inti?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kif diġà għedt, aħna ma nistgħux nidħlu f'policies, però qegħdin ngħidu li hawn dawn żewġ forzi kontra xulxin, li jekk toħroġhom separatament, potenzjalment jista' ikollok iżjed kompetizzjoni, imma imbagħad kontra dak hemm il-fatt li jekk toħroġhom f'daqqa tkun qed titfa' r-riskju fuq it-tnejn li huma.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri jiġi limitat jew le r-riskju tal-exposure fuq Enemalta?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ir-riskju ta' Enemalta f'dan il-każ huwa wieħed operattiv, jiġifieri fejn ikollok supplier iwaħħal f'ieħor u l-ieħor iwaħħal fl-ieħor.", "IAN CASTALDI PARIS: Ir-riskju of exposure ġie limitat?", "Iva jew le.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: B'din id-deċiżjoni iva, jekk tfajtu fuq kuntrattur wieħed.", "IAN CASTALDI PARIS: Jiġifieri qed naqblu li iva.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Id-deċiżjoni tefgħet ir-riskju operattiv… Għax qegħdin inħalltu l-istat finanzjarju ta' Enemalta ta' dak iż-żmien mar-riskju operattiv.", "ALEX MUSCAT: Imma r-riskju operattiv għandu financial bearing.", "Mhux hekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma tantx għandu x'jaqsam.", "L-effett hu li se jkollok...", "CLAYTON BARTOLO: Però r-risk of exposure għandu effett finanzjarju.", "Jiġifieri l-fatt li Enemalta tkun qiegħda tirriskja exposure għal xi ħaġa bħal din, għandu effett finanzjarju kbir.", "Jien qed naħseb ukoll li f'dawk iż-żmenijiet diversi credit rating agencies kienu jikkummentawlna dwar il-pożizzjoni ta' Enemalta, u allura aħna nistgħu ngħidu li dak iż-żmien il-credit rating ta' Malta kienet marbuta mal-pożizzjoni finanzjarja in dire straits li kienet tinsab fiha Enemalta.", "Li kieku Enemalta ma ħaditx dan il-pass, kien se jkun hemm bearing negattiv fuq il-credit rating ta' pajjiżna.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Meta tgħid \"dan il-pass\" għalxiex qed tirriferi?", "Jiġifieri kieku sseparajnihom?", "CLAYTON BARTOLO: Le, kieku ma tfajniex ir-riskju fuq l-kuntrattur.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ma naħsibx li hemm konnessjoni diretta.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Naħseb li d-deċiżjoni ma kellhiex impatt fuq il-financial standing ta' Enemalta, fis-sens li it stands to reason li l-Gvern u Enemalta, u kull min qed joħroġ kuntratt, jaqbillu dejjem jipprova jikseb l-aħjar deal possibbli.", "U aħna dejjem b'dik il-mindset nirraġunaw.", "F'dan il-każ aħna rraġunajna li kieku kienu separati, possibbilment...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-kelma preċiża hija potenzjalment.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: ...seta' kien hemm savings.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien naħseb li iżjed milli noqogħdu nagħmlu każi ipotetiċi nippruvaw nitgħallmu xi ħaġa minn din l-esperjenza.", "Naħseb intom tapprezzaw li dan ir-rapport l-uffiċċju tagħna ġie jiswih skoss effort u skoss flus għax għaddejna sigħat twal naħdmu fuqu.", "Jekk nitgħallmu xi ħaġa minn din l-esperjenza...", "RYAN CALLUS: Huwa veru li tajjeb li nitgħallmu, però issa marbutin għal 18-il sena.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kollox sew, imma mhux dik kienet id-deċiżjoni?", "Jien ma nistax ngħid jekk kenitx deċiżjoni tajba jew ħażina.", "GLENN BEDINGFIELD: Qed ngħid sew li d-deċiżjoni fuq security of supply kienet ittieħdet, bħala policy, mill-Gvern fl-2012?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kienet meħuda biex il-Gvern ikollu garanzija li għandu...", "GLENN BEDINGFIELD: Ngħid sew li l-ewwel darba li d-diversifikazzjoni u s-security of supply issemmiet kien f'policy tal-Gvern li ttieħdet fl-2012?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu, u tagħmel sens.", "Żgur li mhijiex xi ħaġa kontroversjali li l-gvern tal-ġurnata jkollu sorsi differenti ta' enerġija u ma jkunx jiddependi...", "GLENN BEDINGFIELD: U lanqas li jkollu SSA mhuwa kontroversjali.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "Jien nenfasizza l-bżonn ta' ippjanar fi proġetti bħal dawn.", "Pereżempju, fil-kwestjoni tal-garanzija jien nibqa' ngħid illi kieku kien hemm ippjanar tajjeb u kieku ssettiljajna l-kwestjoni mal-Kummissjoni Ewropea qabel, lanqas kien ikun hemm bżonn ta' garanzija, għax l-SSA kien jidħol fis-seħħ.", "Jien nixtieq li niffukaw fuq x'se nitgħallmu minn dawn l-istejjer biex, għada pitgħada, meta nagħmlu proġett ieħor ma nerġgħux nagħmlu l-istess affarijiet.", "Kieku ppjanajna ftit aħjar, kieku lanqas kien ikun hemm bżonn garanzija u din l-istorja sħiħa ma kenitx tqum.", "Il-punt tiegħi hu li minn dawn l-affarijiet hemm x'nitgħallmu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan ir-rapport imn'Alla sar għax minnu sar magħruf x'nuqqasijiet kien hemm.", "ALEX MUSCAT: Sur Deguara, għal liema garanzija qed tirriferi?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Għall-garanzija tal-Gvern.", "ALEX MUSCAT: Din torbot b'mod dirett lil Enemalta…", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jien ġibt eżempju wieħed biss.", "ALEX MUSCAT: Imma naqblu – u inti għamilt sew li rriferejt għaliha fil-bidu nett tal-laqgħa tal-lum – li l-pożizzjoni finanzjarja ta' Enemalta fl-2013 ma kenitx tali li tista' tagħti garanziji hi, u li allura l-Gvern bilfors kellu jagħmel tajjeb.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-punt tiegħi kien illi kieku ċċarajna l-kwestjoni ta' jekk il-SSA kienx kontra r-regoli tal-Unjoni Ewropea qabel, u effettivament l-SSA seta' jiġi ffirmat mill-bidu, ma kienx ikun hemm bżonn garanzija.", "Kellna bżonn garanzija għax ma kienx hemm SSA.", "ALEX MUSCAT: Imma fir-rapport jintqal li kien ċar mal-bidders li se jkun hemm dan l-SSA.", "Jiġifieri dan il-punt kien dejjem ċar.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "L-issue tiegħi hi illi kieku din il-kwestjoni ġiet ippjanata sew u ċċarata qabel u l-SSA seta' jiġi ffirmat immedjatament mas-supplier magħżul, kieku lanqas kien ikun hemm bżonn ta' garanzija.", "Il-bżonn ta' garanzija ġie għax ma setax jiġi ffirmat l-SSA.", "GLENN BEDINGFIELD: Għax Enemalta ma kenitx f'pożizzjoni finanzjarja li...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, għax kien hemm dik l-issue mal-EU.", "Il-Gvern ma riedx jiffirma l-SSA qabel tiġi sorvolata dik il-problema mal-EU.", "Dik żammet kollox.", "KAROL AQUILINA: Ma rajtux pattern li l-Gvern qisu pprova jpoġġi l-biċċiet wara xulxin biex jikkompleta din id-deal f'dak il-format ma' dak il-konsorzju partikolari?", "Jien nifhem li jinqalgħu affarijiet fil-proċess, imma mhux tinqala' xi ħaġa maġġuri bħalma hu dan l-agreement u bħalma hi din il-kwestjoni tas-supply.", "B'dawn in-nies kollha nvoluti f'dan il-proċess ma kien hemm ħadd li okkorrietlu li se tinqala' din il-problema li din hija tant xi ħaġa kbira li kellha ssir qabel u mhux tivvintaha wara!?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dak huwa l-punt tiegħi.", "Kieku l-SSA seta' jidħol fis-seħħ minn day one, kieku ma kienx ikun hemm bżonn ta' garanzija.", "KAROL AQUILINA: Imma allura dik ma ġġegħlekx tissuspetta li kien hemm xi ħaġa skorretta fil-proċess?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma fir-rapporti tagħna ma nistgħux noqogħdu fuq suspetti, imma fuq evidenza.", "ALEX MUSCAT: L-evidenza kienet li fl-2013 Enemalta kienet falluta.", "CLAYTON BARTOLO: Kollega, l-ewwel ħaġa li jgħallmuna l-Università fl-auditing hija li the auditor is not a bloodhound.", "KAROL AQUILINA: U l-ewwel ħaġa li għallmu lili l-Università hija li trid tiddubita dwar kollox għax...", "CLAYTON BARTOLO: Kollox sew, irid ikollok ċertu element ta' professional scepticism, imma l-awditur mhuwiex bloodhound.", "Ejjew nitkellmu fuq fatti.", "(Interruzzjonijiet) U ridtu tbigħuha €1!", "KAROL AQUILINA: Ħallu lill-Awditur iwieġeb!", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kif qed tgħid inti, Onor. Aquilina, dawn id-dubji jkunu hemmhekk, u kif qal tajjeb is-Sur Mercieca, aħna staqsejniha l-mistoqsija ta' għalfejn dawn iż-żewġ affarijiet ma żżammewx separati.", "Jiġifieri l-mistoqsijiet li kien hemm bżonn, għamilnihom.", "KAROL AQUILINA: Sur Deguara, jiġifieri fil-fehma tiegħek din hija prattika li m'għandhiex tiġi ripetuta.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Liema waħda?", "KAROL AQUILINA: Li tispezzetta l-affarijiet u tibda żżidhom wara, jew ma taħsibx f'affarijiet kbar li huma ovvji li trid tagħmilhom.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Kieku kelli ngħid x'tgħallimt jien minn din l-istorja huwa li għandu jkun hemm ippjanar iżjed fit-tul u aħjar biex l-affarijiet ma jsirux ta' dak il-ħin, imbagħad ikollna...", "IĊ-CHAIRPERSON: Speċjalment fi proċess ta' tendering.", "Mhux hekk?", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri qed ngħidu li nbidel xi proċess ta' tendering?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed ngħid li meta jkollok proġett ta' dan it-tip li jkun awarded wara li jkun hemm tendering process, huwa totalment bad governance li nbiddlu l-mod kif inbiddlu l-affarijiet.", "Dak hu li jgħid ir-rapport tal-Awditur.", "L-Awditur qed jgħid li ħarġet sejħa biex issir \"X\", u minflok \"X\", il-prodott finali spiċċa \"Y\", u kieku fl-istadju tat-tendering il-bidders l-oħrajn kienu jafu li l-proċess kien \"Y\" u mhux \"X\" kif intalbu, l-affarijiet kienu jkunu mod ieħor u probabbilment kien ikollna a better deal.", "ALEX MUSCAT: Fejn qalu dan l-Awditur?", "IĊ-CHAIRPERSON: Kullimkien; mill-bidu sal-aħħar.", "L-Awditur qed jgħid il-proċess huwa vvizzjat għax wara li sar l-award tat-tender inbidlu....", "ALEX MUSCAT: Imma dik l-opinjoni tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hija l-opinjoni tal-Awditur.", "Ara l-konklużjonijiet tal-Awditur.", "ALEX MUSCAT: L-Awditur imkien ma qal li kien hemm proċess ivvizzjat.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur jidentifika seven or eight instances fejn l-affarijiet...", "ALEX MUSCAT: Sibli fejn l-Awditur jgħid li l-proċess kien ivvizzjat.", "IĊ-CHAIRPERSON: S'issa ilna niddiskutuh erba' seduti u baqagħlna ftit seduti oħra.", "RYAN CALLUS: Madwar ġimgħatejn ilu għamilna seduta fejn rajna bidders li ġew mgħoddija għall-proċess li jmiss u oħrajn li twaqqgħu meta kellhom l-istess defiċjenza li kellhom l-oħrajn.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Awditur, il-proċess kien ivvizzjat?", "IAN CASTALDI PARIS: Kien ivvizzjat?", "Iva jew le.", "RYAN CALLUS: Onor. Bedingfield, li għedt jien qiegħed fir-rapport tal-Awditur.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dan kien proċess ikkumplikat ħafna f'ħafna stadji.", "IAN CASTALDI PARIS: Però tista' tikkonferma jekk il-proċess kienx ivvizzjat?", "Iva jew le mingħajr ma noqogħdu nispekulaw.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jekk se tkun oġġettiv fuq dan ir-rapport… Dan ir-rapport mhuwiex abjad jew iswed.", "IAN CASTALDI PARIS: Kollox sew, imma trid twieġeb id-domanda.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: It-tendering process la kien ħażin kollu u lanqas kien perfett, kien fin-nofs; kien hemm aspetti li faħħarnihom u għedna li kienu tajbin, u kien hemm oħrajn li setgħu saru aħjar.", "GLENN BEDINGFIELD: Però ma tistax tasal għall-konklużjoni li kien ivvizzjat.", "KAROL AQUILINA: L-istess bħalma ma tistax tasal għall-konklużjoni li kien perfett.", "GLENN BEDINGFIELD: Fid-dinja m'hawn xejn perfett.", "KAROL AQUILINA: Qegħdin titolbuh l-impossibbli.", "IAN CASTALDI PARIS: Sur Awditur, il-proċess kien jirrifletti l-liġijiet tal-mument?", "Iva jew le.", "KAROL AQUILINA: Din mhijiex kwestjoni ta' liġijiet imma hija kwestjoni ta' governanza tajba, li tmur 'il hinn mil-liġijiet.", "RYAN CALLUS: Sur Deguara, ħa nagħmillek domanda differenti.", "Li inti twaqqa' lil xi ħadd minn proċess għall-istess raġunijiet li lil ħaddieħor ħallejtu jgħaddi, mhux proċess ivvizzjat?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, mhux il-proċess sħiħ.", "Kien hemm aspetti tajbin u oħrajn ħżiena.", "Ma tistax tgħid li kien kollu abjad jew kollu iswed.", "IAN CASTALDI PARIS: Hija wkoll kwestjoni ta' liġijiet.", "Jekk inħarsu lejn it-tender ta' BWSC, kienet kwestjoni ta' liġijiet jew le?", "GLENN BEDINGFIELD: Kienet inbidlet il-liġi!", "IAN CASTALDI PARIS: Mela ejjew inkunu ċari mill-ewwel għax qegħdin inbiddlu l-goalposts.", "KAROL AQUILINA: Ma tistax tikkompara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejjew inwaqqfu d-dibattitu u nagħmlu l-mistoqsijiet lill-Awditur.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma tistax tikkompara għax mhux minn fuq il-Yellow Pages!", "RYAN CALLUS: U xtrawha ċ-Ċiniżi tant kemm kienet tajba tal-Yellow Pages!", "IĊ-CHAIRPERSON: F'Malta seħħ qtil politiku probabbilment minħabba t-tender tal-power station.", "GLENN BEDINGFIELD: Qed tgħid li probabbilment.", "ALEX MUSCAT: Opinjoni din.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kulmin għandu għajnejh f'wiċċu fehem li kien hemm min kellu interess li tinqatel Daphne Caruana Galizia għax kien hemm…", "Għidilna x'inhi l-opinjoni tiegħek.", "GLENN BEDINGDFIELD: Hemm il-proċess tal-Qorti u nħalluh isir.", "IĊ-CHAIRPERSON: U għax qiegħed insegwi x'qed isir fil-Qorti qed…", "GLENN BEDINGFIELD: Minflok qed tistenna l-proċess jispiċċa qiegħed tasal għall-konklużjonijiet politiċi li trid!", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: ...nasal għall-konklużjonijiet politiċi li kull wieħed u waħda minna wasal għalihom.", "IAN CASTALDI PARIS: Bi statements bħal dawn qegħdin tippreġudikaw il-proċess kollu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tafu biżżejjed xi prezz ħallas il-pajjiż minħabba dan it-tender maħmuġ!", "Inqatlu n-nies minħabba dan it-tender!", "ALEX MUSCAT: Dak qed tgħidu inti.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-problema hi li tridu tkomplu tiddefendu lill-kriminali!", "GLENN BEDINGFIELD: U inti taf x'jista' jsir jekk tippreġudika l-proċess kriminali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela!", "Għax jien għandi interess nippreġudika l-proċess kriminali!", "U ħallina, Onor. Bedingfield!", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma nafx x'interess jista' ikollok.", "KAROL AQUILINA: Tippreġudika l-proċess kriminali, pereżempju, meta żżomm lil Keith Schembri bħala chief of staff b'aċċess għall-affarijiet tas-Servizz Sigrieti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna nippreġudikaw il-proċess!", "Intom bqajtu tiddefendu lil Keith Schembri s'issa, sa dan il-mument.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk trid tagħmel kummenti politiċi agħmilhom.", "Jekk taħseb li huma kummenti li permezz tagħhom qed issaħħaħ…", "IĊ-CHAIRPERSON: S'issa intom għadkom tiddefendu lil Keith Schembri; m'għandkomx il-kuraġġ tarmuhom, jekk ma tistgħux tarmuhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Għax intom titkellmu fuq il-ġustizzja, u jekk taħsbu li permezz ta' dawn il-kummenti qegħdin tgħinu biex il-ġustizzja ssir, allura ibqa' agħmilhom u ibqgħu fejn intom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-aqwa li m'iniex imċappas b'dawn il-ħneżrijiet.", "Dak huwa l-importanti għalija.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Nistgħu naqbdu l-aħħar sezzjoni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, tista' tkompli, Sur Mercieca.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Bażikament se nagħlaq is-sezzjoni tal-financial closing.", "L-SSA daħal fis-seħħ, meta daħal fis-seħħ kien possibbli li ElectroGas iħallsu l-bridge loan u jiksbu finanzjament definittiv.", "B'riżultat ta' dan il-Gvern ġie liberat mill-obbligi tal-garanzija per se għax l-SSA pprovda garanzija fiha nnifisha u allura ma kenitx bżonnjuża iktar il-garanzija tal-Gvern.", "L-aħħar aspett li ħarisna lejh hu t-tqabbil tar-rati bejn D4 u l-interconnector.", "Dan il-punt diġà dħalna ftit fih il-ġimgħa l-oħra, però se nsemmi punt li ma semmejniex il-ġimgħa l-oħra.", "Aħna ħarisna lejn il-perjodu April 2017 sa Ġunju 2018 u qabbilna r-rati ta' D4 ma' dawn tal-interconnector.", "GLENN BEDINGFIELD: Għal-liema perjodu?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għall-perjodu bejn April 2017 u Ġunju 2018.", "GLENN BEDINGFIELD: Għal dak il-perjodu biss.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Iva, għal dak il-perjodu biss, għat-tnejn li huma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri intom qbadtu perjodu ta' sena u nofs, qabbiltu r-rati ta' D4, li hija l-power station ta' ElectroGas, mar-rati tal-interconnector.", "U xi rriżultalkom?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Kif għedna l-ġimgħa l-oħra, ir-rata ta' D4 hija rata fissa, jiġifieri tixtri fi x'ħin tixtri dejjem se tħallas l-istess ammont, mentri r-rata tal-interconnector hija varjabbli, u mhux dejjem tvarja l-istess imma tvarja b'mod sistematiku; meta n-nies jibdew xogħol tkun għolja, imbagħad tibda nieżla, imbagħad terġa' togħla meta n-nies imorru d-dar, imbagħad tibda nieżla għal matul il-lejl u tard filgħaxija u filgħodu kmieni tkun irħisa ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però fl-aħħar tal-ġurnata jkollok kemm ġietek ġurnata.", "Mhux hekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Imma dak huwa l-pattern; inti tista' tiddeċiedi tixtri jew ma tixtrix, imma l-prezz jiċċaqlaq b'dak il-mod.", "GLENN BEDINGFIELD: U meta qabbiltu r-rati bejn April 2017 u Ġunju 2018 għal-liema konklużjoni wasaltu?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Li l-interconnector kien orħos b'madwar €50 per megawatt hour (MWh).", "GLENN BEDINGFIELD: Għal li jista' jkun iċċekkjajtu bejn Lulju 2018 u Jannar 2019?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri ma tafx jekk kienx ogħla.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dak l-istadju r-rapport kien diġà ġie ppubblikat.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' jkun li r-riżultat ikun differenti.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk ngħidlek li kien ogħla?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' ikun.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jekk ma jimpurtax nixtieq nagħmel punt importanti.", "Aħna mkien m'aħna qegħdin ngħidu li \"dan\" dejjem orħos minn \"dak\", jew li \"dak\" dejjem orħos minn \"dan\".", "Li għedna aħna hu li jekk jista' ikun Enemalta toqgħod b'seba' mitt għajn biex tixtri kif jaqblilha għax jiġu mumenti meta wieħed ikun orħos u jiġu mumenti meta l-ieħor ikun orħos.", "U dan jiddependi minn ħafna affarijiet għax hemm ħafna variables.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik hija s-sitwazzjoni ideali, li tqabbel fejn jaqbillek, però l-problema hi li Enemalta ma tistax ma tixtrix mingħand ElectroGas.", "(Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Enemalta għandha l-libertà tixtri minn fejn hu l-orħos?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Skont kemm tkun id-domanda.", "RYAN CALLUS: Mela m'għandhiex il-libertà dejjem.", "GLENN BEDINGFIELD: Enemalta tista' tixtri kemm mill-interconnector kif ukoll...", "RYAN CALLUS: Mela għandna konferma li jdejn Enemalta huma marbuta.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, Enemalta tista' tixtri, kemm mill-interconnector kif ukoll mingħand ElectroGas.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però ElectroGas jitħallsu dejjem xorta.", "RYAN CALLUS: Le, Enemalta mhijiex fil-libertà li tixtri mingħand ElectroGas imma trid tixtri bilfors 80% tal-elettriku.", "Hekk qed jgħid ir-rapport tal-Awditur.", "IAN CASTALDI PARIS: Però Enemalta ma tistax tiddependi fuq l-interconnector biss.", "RYAN CALLUS: Imma, Onor. Castaldi Paris, importanti tifhem li ma nistgħux nimmassimiżżaw ix-xiri mill-interconnector għax bilfors irridu nixtru 80% mingħand ElectroGas.", "CLAYTON BARTOLO: Meta jinxtara d-dawl ikun hemm hedging agreements – u l-kollega jgħallimni għax huwa inġinier – jiġifieri d-dawl ma tixtrihx qisek qiegħed fuq il-monti jew qisek qed tfittex fil-Yellow Pages.", "Forsi jista' jispjegalna l-Awditur, jew jista' jkollna persuni oħra li jispjegawlna, kif jinxtara d-dawl, imma żgur li jsiru hedging agreements bil-quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għal 18-il sena!", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri aħna ma nistgħux noqogħdu ngħidu li ipotetikament nixtri minn post filgħodu, potenzjalment nixtri minn x'imkien ieħor filgħaxija, u bil-lejl – għax kontu tgħidulna biex in-nies jaħslu bil-washing machine bil-lejl – nixtru minn xi mkien ieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: U f'dan il-każ agreement għal 18-il sena.", "IAN CASTALDI PARIS: Enemalta tixtri mill-interconnector meta l-prezz ikun baxx.", "RYAN CALLUS: Imma ma tistax tagħmlu dejjem għax trid tixtri 80% bilfors mingħand ElectroGas.", "CLAYTON BARTOLO: Jien nista' ngħidilkom li, pereżempju, bejn Lulju 2018 u Jannar 2019 il-prezz tal-interconnector kien ogħla mill-prezz tal-local generation.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma aħna mkien m'għedna...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, minflok toqgħod titfa' n-numri, tista' tgħidli minn fejn jirriżulta dan?", "CLAYTON BARTOLO: Bħalma jkun hawn min jagħmel il-homework tiegħu, għamilt il-homework jien ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għadek kif għamilt statement in a very awkward manner.", "(Interruzzjonijet) Ma tistax tirriferi għar-rapport, għax ir-rapport… (Interruzzjonijet)", "IAN CASTALDI PARIS: Minn fejn toħroġ din ta' hedging agreement għal 18-il sena?", "RYAN CALLUS: Onor. Castaldi Paris, jidher li għandkom informazzjoni li aħna m'għandniex.", "Il-Ministru Bartolo għamel riferenza għall-prezzijiet tal-interconnector vis-à-vis ElectroGas f'perjodi li hawnhekk aħna ma smajniex bihom.", "CLAYTON BARTOLO: Mhux ta' ElectroGas.", "RYAN CALLUS: Mela aqsam magħna din l-informazzjoni għax aħna m'għandniex.", "CLAYTON BARTOLO: Jien qed ngħidlek li wisq probabbli jkun hemm żmien...", "RYAN CALLUS: Imma inti m'għedtx \"wisq probabbli\", inti għamilt asserzjoni u għedt li r-rati kienu orħos.", "CLAYTON BARTOLO: Jekk m'iniex sejjer żball Enemalta qalitu dan.", "RYAN CALLUS: Jekk il-Gvern tak informazzjoni, aqsamha magħna.", "CLAYTON BARTOLO: Jekk m'iniex sejjer żball, dan qalitu Enemalta wara li ħareġ ir-rapport.", "M'aħniex qegħdin nitkellmu fi żmien ir-rapport, u għalhekk l-Onor.", "Bedingfield staqsa x'ġara f'dak il-perjodu.", "CLAYTON BARTOLO: Is-sinjuri qalulna li f'dak il-perjodu ma segwewx x'ġara għax ma kienx il-perjodu tar-rapport.", "Fair enough, nifhimha, imma ejjew noqogħdu attenti li ma ngħidux li għax dak il-perjodu kien orħos...", "ALEX MUSCAT: Sur Awditur, meta intom għamiltu l-paragun ta' meta Enemalta tagħżel biex tixtri bejn l-interconnector u Electrogas, irraġunajtu fuq prezz bil-MWh.", "Jiġifieri intom ħdimtu l-cost kemm jiġi biex Enemalta tixtrih u waqaftu hemmhekk?", "ALEX MUSCAT: Il-prezz biex Enemalta tixtri d-dawl mingħand ElectroGas jinkludi, bla dubju, l-investiment li kellu jsir...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Fil-każ tagħna ma jidħolx għax it-ToR kienu jgħidu ċar li kellna nħarsu lejn x'kien jaqbel tixtri, wieħed wieħed.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri l-capital expenditure li kien sar sabiex sar l-interconnector...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Qed nifhem il-mistoqsija tiegħek, li hija tajba u tagħmel sens, imma...", "ALEX MUSCAT: Mela għandek żewġ prezzijiet; wieħed qed jiffattura l-capital expenditure biex inbniet il-power station li taħdem bil-gass, u fl-ieħor mhijiex komputata l-ispiża biex sar l-interconnector, li jekk m'iniex sejjer żball taqbeż it-€300 miljun.", "RYAN CALLUS: Għadek żball, €200 miljun kienet.", "Biex inkunu preċiżi €180 miljun.", "ALEX MUSCAT: Jien qed nistaqsi, biex nitgħallem jien, jekk hemmhekk huwiex qed isir paragun like with like jew le.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Qed inwieġbu l-mistoqsija tat-ToR.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Fil-pożizzjoni tagħna qed nagħmlu like with like.", "Aħna qisna qegħdin fiż-żarbun ta' Enemalta, u qed ngħidu: this is a business decision, minn fejn jaqbilli nixtri.", "L-investiment li sar mhux se tagħmel differenza jekk nixtrix minn post jew minn ieħor.", "CLAYTON BARTOLO: Le, tagħmel differenza.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jekk se tqabbel ir-rati minn fejn se tixtri, ma tagħmilx differenza.", "CLAYTON BARTOLO: Ħalli nagħmel il-mistoqsija b'mod differenti.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jekk tixri minn D4, il-cost li qed tiċċarġjak D4.", "CLAYTON BARTOLO: Il-components huma differenti?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, inti trid tqabbel il-prezz biex takkwista wieħed mal-prezz biex takkwista l-ieħor.", "ALEX MUSCAT: Imma int qed tqabbel żewġ prezzijiet ta' żewġ prodotti li huma ħarira differenti minn xulxin; f'wieħed qed tieħu kont tal-ispiża kapitali u fl-ieħor le.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Hekk hu.", "Imma l-mistoqsija kienet...", "ALEX MUSCAT: Normalment, ekonomikament ma taħdimx hekk.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Skont xi tkun il-mistoqsija.", "Kieku staqsejtni kemm jiġi biex tibni wieħed komparat ma' kemm jiġi biex tibni l-ieħor, ngħidlek li għandek miljun raġun, imma l-mistoqsija kienet dwar il-prezz ta' wieħed mal-prezz tal-ieħor.", "CLAYTON BARTOLO: Però l-cost of generation irid jieħu fih il-capital expenditure (CapEx).", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna m'aħniex qed ngħidu li wieħed ikun orħos mill-ieħor, imma li wieħed ikun orħos mill-ieħor in a particular moment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Awditur, intom ma qbadtux ġurnata jew xahar u ħdimtu fuqhom, imma għamiltu eżerċizzju fuq sena u nofs.", "U meta għamiltu dan l-eżerċizzju fuq sena u nofs sibtu dik il-€50 inqas għal kull MWh.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jidhirli li għamilniha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tgħidilna, jekk jogħġbok?", "CLAYTON BARTOLO: Mela aħna qed nieħdu dak il-perjodu biss?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux fuq dan il-perjodu sar ir-rapport!?", "Issa jekk inti għandek studji fejn jgħidilna...ġibhomlna.", "RYAN CALLUS: F'dak il-perjodu biss aħna ħallasna €10 miljun iktar f'kontijiet tad-dawl.", "CLAYTON BARTOLO: U minn hemmhekk 'l hawn?", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa jekk għandek...", "CLAYTON BARTOLO: Jien qed nistaqsi.", "Dawn in-numri m'għandix f'idejja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, l-Awditur għamel eżerċizzju fuq sena u nofs, u qed jgħid li bil-€50 żejda li ħallasna kull MWh, fuq sena u nofs il-poplu Malti swietlu €10.1 miljun.", "CLAYTON BARTOLO: Imma l-punt huwa li x-xemx ma telgħetx dakinhar u lanqas niżlet dakinhar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk għandek x'jindika li rkuprajna dawn il-€10.1 miljun nistiednek tippreżentahom.", "CLAYTON BARTOLO: Jien li qed ngħid hu li d-dinja ma bdietx iddur u waqfet iddur f'dawn is-sena u nofs, imma baqgħet għaddejja.", "Jiġifieri bħalma kien hemm żmien fejn kien… (Interruzzjonijet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Din hija konklużjoni...", "CLAYTON BARTOLO: Nistenna li tkunu tafuha intom ukoll!", "(Interruzzjonijet)", "ALEX MUSCAT: Ħalli nifhem il-loġika tagħkom.", "Il-mistoqsija li saret iktar qabel kienet x'jiġri jekk one fine day Enemalta tgħid li ma jaqblilhiex tixtri mingħand ElectroGas u se tibda tixtri kollox mill-interconnector.", "IĊ-CHAIRPERSON: Konna niffrankaw €10.1 miljun.", "ALEX MUSCAT: L-interconnector għandu l-kapaċità li jdawwal Malta kollha?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-risposta hija iva.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma anke kieku għandu, in terms ta' dan l-agreement ma nistgħux nagħmlu hekk.", "KAROL AQUILINA: Fhimtu x'għadu kemm qal l-Awditur?", "Qed jgħidilkom li jekk l-interconnector għandu l-kapaċità li jipprovdi lill-pajjiż kollu, minħabba l-ftehim li sar, ma tistax issir.", "ALEX MUSCAT: Imma m'għandux.", "GLENN BEDINGFIELD: Dik kienet policy li l-Gvern għadda fl-2012, kif jista' jikkonferma l-Awditur stess.", "(Interruzzjonijet)", "CLAYTON BARTOLO: Apparti li l-interconnector m'għandux il-kapaċità li jdawwal il-pajjiż kollu, aħna konna nixtru l-N-1 għax il-pajjiż ma jistax joqgħod fuq l-interconnector biss.", "Din hija xi ħaġa li ħarġet kemm-il darba.", "Li kien għalikom noqogħdu fuq l-interconnector biss u nagħtu ċ-ċavetta tal-energy supply tagħna lill-barranin.", "RYAN CALLUS: M'għedniex hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax ElectroGas hija tal-Maltin!", "Hija ta' ftit ħafna Maltin.", "CLAYTON BARTOLO: Aħna għandna security of supply.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti ma tridx li l-elettriku jkun f'idejn il-barranin meta taf biżżejjed li ElectroGas illum mhijiex tal-poplu Malti imma hija ta' ftit, ftit, ftit Maltin u li minnhom hemm min qiegħed il-ħabs.", "CLAYTON BARTOLO: Aħna għandna security of supply u qegħdin in line wkoll mal-kriterji li għandna… Li kieku kien għall-Gvern Nazzjonalista aħna qegħdin niddependu fuq il-barrani għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew inkella fuq jekk xi ankra taqax fuq l-interconnector.", "IĊ-CHAIRPERSON: U llum qegħdin niddependu fuq ElectroGas b'shareholder li qiegħed il-ħabs!", "KAROL AQUILINA: Mela issa ċ-Ċiniżi saru Maltin?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iċ-Ċiniżi saru Maltin!", "ALEX MUSCAT: Sur President, ħa nagħmel punt li naħseb li huwa importanti li jkun iċċarat.", "L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, rightly so, irrisponda l-mistoqsijiet li saru mill-Oppożizzjoni bbażati fuq l-investigazzjoni u ħadu cut off date.", "Pubblikament Enemalta kienet għamlet numru ta' dikjarazzjonijiet fejn spjegat il-pożizzjoni tagħha fejn jidher li kien hemm punti ta' diverġenza anke fuq kif wieħed jikkalkula r-rata bejn l-interconnector… Sur Deguara, f'każ li ssir talba minn dan il-Kumitat, tkunu tistgħu, għal dik il-parti biss, taġġornaw ir-rati li qed jipprovdu ElectroGas versus ir-rati li huma disponibbli mill-interconnector u naraw jekk dawk ir-rati u l-assessment għalikom għadux l-istess?", "Ikun jista' jsir dan l-eżerċizzju?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aħna, il-punt tagħna minn din id-diskussjoni...", "IĊ-CHAIRPERSON: M'għandix problema li jsir dan.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: ...mhux li wieħed huwa orħos mill-ieħor.", "Aħna qed ngħidu li sakemm Enemalta għandha leeway biex tixtri, għandha toqgħod b'seba' mitt għajn biex kemm jista' jkun tixtri minn fejn huwa l-orħos.", "Daqshekk biss qed ngħidu.", "GLENN BEDINGFIELD: U hekk qed isir.", "RYAN CALLUS: Le, m'għandniex dik l-għażla.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, għandna.", "GLENN BEDINGFIELD: Oqgħod kwiet ħalli tisma'.", "Għandna.", "RYAN CALLUS: Mela nitolbok tgħidilna fejn għandna u fejn m'għandniex.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hemm lok ta' manuvrar, fis-sens li fil-verità Enemalta xtrat mill-interconnector ammont ta' units, però ma nistgħux ngħidu li m'hemmx limitazzjonijiet.", "RYAN CALLUS: Ħallasnihom xorta lil ElectroGas tal-80%?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: L-80% huwa l-ammont li Enemalta trid tixtri bilfors mingħand ElectroGas.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Aħna m'aħniex qed ngħidu li 80% tal-bżonnijiet kollha ta' Enemalta.", "Hemm ammont li jridu jixtruh mingħand ElectoGas.", "RYAN CALLUS: Mela inti għandek 200MW u 80% ta' dak iġġenerat trid tixtrih, kemm jekk għandek bżonnu, u anke jekk m'għandekx.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imbagħad id-differenza tixtriha minn fejn trid.", "Imma allura m'għandniex ċertu manuvrar jekk 80% bilfors trid tixtrihom mingħand ElectroGas!", "Dak li qed ngħid jien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna kellna kapaċità teknika biex nixtru iktar bl-interconnector però minħabba dan l-imbierek ftehim ma xtrajniex?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Is-sorsi żgur jikkompetu ma' xulxin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sar eżerċizzju ta' numri fejn minnu kkonkludejtu li kieku aħna ma kellniex il-limitazzjonijiet li jimponi fuqna l-kuntratt li jkollna nixtru bilfors ċertu ammont ta' elettriku mingħand ElectroGas, kieku l-pajjiż kien jiffranka, fuq perjodu ta' sena u nofs, €10 miljun.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri dan l-agreement costed the country an additional €10 million għax ma xtrajniex mill-interconnector imma xtrajna mingħand ElectroGas.", "ALEX MUSCAT: U jekk jinqtagħalek l-interconnector… (Interruzzjonijet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa nistgħu noħorġu bit-teoriji kollha tad-dinja, imma...", "ALEX MUSCAT: Dawn mhux teoriji, huma fatti.", "Sur President, naqblu li huwa fatt li kien hemm vapur li qatgħalna l-interconnector?", "(Interruzzjonijet) Allura noqogħdu nagħmlu wishfull thinking li ma jgħaddix xi vapur u jaqtgħalna l-interconnector u b'hekk jinqata' d-dawl!", "Hekk tridu intom.", "Inkunu top hekk, bħala pajjiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa nagħmel l-argument bil-kontra.", "Kieku m'għandniex l-interconnector, kieku f'dawn l-aħħar sentejn għamilna ħafna u ħafna ġranet fid-dlam.", "GLENN BEDINGFIELD: Anke meta jkun hemm l-interconnector bil-ħsara, kieku ma jkollniex il-power stations l-oħrajn ma kienx...", "IĊ-CHAIRPERSON: L-argument mhux dak.", "L-argument huwa li d-deal huwa ħażin.", "ALEX MUSCAT: Dik hija opinjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Staqsi lin-nies li jħallsu kontijiet orħos jekk huwiex deal ħażin!", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala fatt, jekk il-kontijiet roħsu \"tant\", setgħu roħsu \"tant\" plus €10 miljuni oħra.", "GLENN BEDINGFIELD: Bħala fatt, kieku intom kontu terġgħu tgħolluhom, u kieku għadna bl-HFO u bl-ambjent imniġġes.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tkompli, Sur Mercieca.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Aħna ħarisna lejn il-perjodu April 2017 sa Ġunju 2018, u għamilna dak li ngħidulu correlation analysis, fejn rajna Enemalta kif qed tixtri.", "Meta jogħla l-prezz Enemalta suppost tixtri inqas, u meta jonqos il-prezz, Enemalta tixtri iktar.", "Il-loġika tgħidlek li suppost jimxu kontra xulxin.", "Aħna ħarisna lejn dawn il-65 ġimgħa u rriżulta li għal 16-il ġimgħa Enemalta mxew preċiżament hekk, jiġifieri meta roħos il-prezz xtraw iktar, u meta ogħla l-prezz naqsu x-xiri.", "U għal numru ta' ġimgħat kien hemm effett newtrali fejn ma tista' toħroġ ebda trend, però li nkwetana kien li għal 35 ġimgħa mill-65 ġimgħa, Enemalta kienet qed tixtri iktar meta l-prezz jogħla u kienet qed tixtri inqas meta l-prezz jonqos.", "Dik aħna rajniha bħala li ma tantx tagħmel sens.", "Qed ngħid dan għax jista' jkun li hemm iktar differenza bejn il-prezz tal-interconnector u l-prezz ta' D4, li kieku Enemalta tixtri b'mod iktar effettiv.", "RYAN CALLUS: Għalfejn taħseb li f'dawk il-35 ġimgħa Enemalta resolved għal din il-buying practice?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma nistax nirrispondik b'ċertezza; wieħed ikun irid jidħol fiha.", "RYAN CALLUS: Imma naqblu li minħabba l-kuntratti?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Però jista' jkun kien hemm limitazzjonijiet estraneji...", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Mercieca, jekk ngħidlek li fis-sena ta' wara dik under review ir-rati tal-interconnector kienu ħafna iktar ogħla u ma kienx jaqblilna nixtru...?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' jkun.", "Il-punt tiegħek jagħmel sens.", "GLENN BEDINGFIELD: Qed nistaqsi jien!", "RYAN CALLUS: Għax inti għedtlu \"Kieku kelli ngħidlek...?\"", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed nistaqsih \"Kieku kelli ngħidlek li kienu iktar...?\".", "Qed tifhimha l-mistoqsija?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Forsi tajjeb nispjega għalfejn għażilna April 2017 u Ġunju 2018.", "RYAN CALLUS: Qisha statement u mhux mistoqsija.", "GLENN BEDINGFIELD: Forsi naraw minn fejn ġew u niċċekkjaw.", "CLAYTON BARTOLO: Daqskemm ilkom tgħidu intom għax \"potenzjalment hekk\" u \"probabbilment hekk\"!", "Potenzjalment is-sena ta' wara forsi kien orħos.", "Ħa ngħid waħda jien potenzjalment!", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' jkun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jidher li għandek l-informazzjoni, Onor. Bartolo.", "CLAYTON BARTOLO: Jien qed nistaqsi jekk potenzjalment jistax ikun li kien orħos.", "Li jista' jkun.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jista' jkun, u jista' ma jkunx.", "Ħa nerġa' nirrepeti.", "Aħna mkien m'aħna qed ngħidu...", "CLAYTON BARTOLO: Intom ilkom titfgħu dubji u suspetti ma nafx kemm!", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-mistoqsija li saret lilna kienet dwar ir-rata ta' wieħed ikkomparata mar-rata tal-ieħor, u għalhekk ma ħadniex into account il-capital expenditure, għax qed nitkellmu rata ma' rata.", "Issa aħna qed ngħidu li jiġi perjodu meta wieħed ikun orħos, u jiġi perjodu meta l-ieħor ikun orħos.", "Aħna lill-kollegi tagħna ta' Enemalta għednilhom biex jaddottaw xi tip ta' mudell, biex fil-limiti tal-leeway li għandhom in terms of the agreement jassiguraw li jimxu b'dak li huwa orħos.", "Naħseb li kulħadd madwar din il-mejda jaqbel ma' dan għax mhuwiex xi statement kontroversjali.", "Aħna għednilhom biex jużaw mezzi xjentifikiċi biex jassiguraw kemm jista' jkun li fil-leeway tal-ftehim jixtru minn fejn huwa l-orħos.", "Daqshekk biss qed ngħidu, u naħseb li hawn qbil madwar din il-mejda fuq dan.", "Jekk ma naqblux fuq din, ma nafx fuqxiex se naqblu!", "RYAN CALLUS: Li m'aħniex naqblu huwa fuq li mhijiex qed issir; il-Gvern qed jgħid li qed issir u aħna qed ngħidu li mhijiex.", "Grazzi għal dan ir-rapport nafu bħala fatt li għal 35 ġimgħa minn perjodu ta' sena u nofs li nvestigajtu, dan ma sarx, u minflok xtrajna minn fejn kien għoli.", "IAN CASTALDI PARIS: U fejn taf huwiex qed isir jew le?", "RYAN CALLUS: Qed ngħidlek x'ġara għax għandi l-fatti.", "IAN CASTALDI PARIS: Tina ħa naraw.", "RYAN CALLUS: Dak li hemm f'paġna 485 tar-rapport.", "Se nikkwota biex inkun preċiż:", "ALEX MUSCAT: Dwar dan jien diġà għamilt il-mistoqsija lill-NAO u tlabt, jekk ikun hemm qbil minn dan il-Kumitat, sabiex isir follow-up ħalli naġġornaw dak il-prezz sal-lum u naraw jekk dik ir-realtà għadhiex fattwalment korretta jew le.", "GLENN BEDINGFIELD: Fejn il-prezz seta' kien ogħla, u fejn seta' kien orħos.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: U hekk se tkun; ma tistax tgħid li l-prezz tal-interconnector huwa dejjem orħos jew l-ieħor huwa dejjem orħos.", "CLAYTON BARTOLO: Ma tistax tgħidha dik.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jiġifieri jekk fhimtkom sew triduna nestendu dan l-eżerċizzju li għamilna hawnhekk.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Aprezzaw li dan jieħu daqsxejn tal-ħin.", "Jiġifieri mhijiex kwestjoni ta' mil-lum għal għada.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, jien ma naħsibx li għandha tkun problema, però rridu nifhmu li qisna se ninkarigawh jagħmel rapport ġdid.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, kemm jara l-prezzijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mercieca, naħseb li għandek bżonn il-ħin tiegħek biex tagħmel dan l-excercise.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Mhux sas-seduta li jmiss, imma naħseb li għal ta' wara jkun lest.", "RYAN CALLUS: Sur President, jekk se nestendu, mhux jagħżlu l-perjodu huma, imma jsir eżerċizzju sal-ġurnata ta' meta jsir ir-rapport.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Sentejn sħaħ!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nissuġġerixxi li jkollna sena u nofs wara l-perjodu li ġie eżaminat f'dan ir-rapport biex ikollna sena u nofs ma' sena u nofs.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ovvjament dejjem subject li Enemalta jagħtuna l-informazzjoni li għandna bżonn.", "Id-data tal-interconnector nista' nġibha mill-internet għax dik hija available għal kulħadd.", "RYAN CALLUS: Inti mbagħad ikollok bżonn kemm ħallsu lil ElectroGas, li dwarha aħna għamilna mistoqsija parlamentari u ma xtaqux jagħtuna risposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk hija daqshekk faċli allura għandna nestendu l-perjodu sal-aħħar tal-2020.", "ALEX MUSCAT: It-talba tagħna għal din l-informazzjoni se nibagħtuha bil-miktub.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħsibtek se tifformalizza t-talba issa.", "ALEX MUSCAT: Le, m'aħniex se nifformalizzawha issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli tilħqu tiċċekkjaw l-affarijiet!", "GLENN BEDINGFIELD: Xi tridna niċċekkjaw?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk ir-riżultat li se titolbu jiġix tajjeb jew le.", "RYAN CALLUS: Taqblu jew ma taqblux ma' dan l-istudju?", "Jiġifieri issa se tmorru għand Enemalta, tagħżlu perjodu fejn tridu...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien tlabt minn Lulju 2018 sa Jannar 2019.", "RYAN CALLUS: Le, nestenduh sa Diċembru 2020.", "CLAYTON BARTOLO: Mela l-ewwel qisu li x-xemx telgħet f'April 2017 u niżlet f'Ġunju 2018, issa għax tlabna estensjoni sa Jannar 2019, triduh sa Diċembru 2020!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nispjegalek, Onor. Bartolo.", "Ir-rapport tal-Awditur huwa capped għal dik is-sena u nofs għax imbagħad ħareġ ir-rapport.", "Issa qegħdin fi stadju fejn qed nitolbu estensjoni.", "Aħna rridu li toħroġ il-verità kollha?", "GLENN BEDINGFIELD: Din in-naħa iva, bil-fatti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela b'mod realistiku jien naħseb li jekk nitolbuhom sal-ġimgħa l-oħra ma tkunx readily available, imma jekk nagħmlu sal-aħħar tas-sena l-oħra tkun readily available.", "Xi tridu iżjed minn hekk?", "Biex toħroġ il-verità kollha.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jiġifieri minn Lulju 2018 sa Diċembru 2020.", "GLENN BEDINGFIELD: Fejn jirriżulta li jista' jkun agħar u jista' jkun aħjar.", "RYAN CALLUS: Huma għandhom il-benefiċċju li jafu ċerti affarijiet u aħna m'għandniex, allura…", "GLENN BEDINGFIELD: Serraħ rasek illi kieku nafhom ġibthom u ppreżentajthom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Awditur, la ħadd m'għandu l-benefiċċju li jara l-affarijiet, qed nitolbok li titlob lil Enemalta tfornilek l-informazzjoni...", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: ...minn Lulju 2018 sa Diċembru 2020.", "ALEX MUSCAT: Ġaladarba l-mistoqsija tar-rapport oriġinali kienet differenti, tistgħux fil-mistoqsijiet li tkunu qed tagħmlu lil Enemalta, din id-darba titolbu li jiġi factored in il-capital expenditure li kien hemm biex sar l-interconnector.", "Naħseb li ma tistax tħallihom barra €180 miljun.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma imbagħad ma tkunx qed tipparaguna rata ma' rata.", "ALEX MUSCAT: Aħna qed ngħidu li wieħed huwa prezz li jinkludi l-capital expenditure u l-ieħor huwa prezz li ma jinkludix il-capital expenditure.", "Jien naħseb li jkun sewwa u xieraq li aħna nqabblu like with like.", "Intom stess għedtu li wieħed jinkludi capital expenditure u l-ieħor le, u allura aħna qed nitolbu li jkollna comparison like with like.", "IAN CASTALDI PARIS: Tistgħu toqogħdu bilqiegħda ma' Enemalta u taraw il-prezzijiet?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma meta Enemalta tmur tixtri, rata ma' rata tqabbel, mhijiex se tqabbel investiment...", "RYAN CALLUS: Kif qed jitlob l-Onor.", "Muscat, in-numri mhux se jagħmlu sens.", "IAN CASTALDI PARIS: Tistgħu tpoġġu ma' Enemalta u taraw il-prezzijiet?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Qabdulna biċċa xogħol u nagħmluha, imma l-parametri...", "IAN CASTALDI PARIS: Mela agħmlu hekk.", "U m'għandniex problema ta' sena u snin.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Meta inti tmur tixtri se tqabbel prezz ma' prezz, m'intix se tqabbel… Imma jekk triduna nagħmluha, nagħmluha wkoll.", "CLAYTON BARTOLO: Mela jew tinkludi l-CapEx fit-tnejn li huma jew naqtgħu l-CapEx mit-tnejn li huma.", "KAROL AQUILINA: Niġu għal dan lanqas tista' tinkludi kollox għax kien hemm parti li kienu fondi Ewropej.", "Allura dawk ma tikkalkulhomx?", "ALEX MUSCAT: Mhux xorta fondi tal-Istat dawk!?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Iddeċiedu xi triduna nagħmlu, u dak li tridu nagħtuhulkom.", "ALEX MUSCAT: Jew jidħol fit-tnejn jew jiġi eskluż mit-tnejn.", "CLAYTON BARTOLO: Jew it-tnejn bil-CapEx, jew it-tnejn mingħajr CapEx.", "Ma jistax ikollok waħda bil-CapEx u l-oħra mingħajrha.", "(Interruzzjonijet) Ma tistax tikkompara hekk.", "RYAN CALLUS: Inti trid tikkompara dejjem kull unit iġġenerat bejn sors u ieħor.", "Li qed titolbu intom huwa totalment… (Interruzzjonijiet) Fl-industrija ma ssirx dik li qed tgħidu intom.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien kulma staqsejt hu li l-Awditur jgħidilna jekk sa Jannar jew Frar 2019 l-interconnector kienx orħos jew ogħla.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma x'se nqabblu?", "GLENN BEDINGFIELD: Mhux il-prezz!?", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-prezz li tixtri minn wieħed mal-prezz li tixtri mingħand l-ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-prezz li kien hemm fil-perjodu li semmejt jien mal-prezz ta' qabel.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Mhux hekk għamilna!?", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Jaqaw għandkom informazzjoni li kien iktar għoli?", "Għalhekk ma triduhx jagħmilha?", "RYAN CALLUS: Ċajta tajba!", "ALEX MUSCAT: Sur Awditur, fir-rapport intom imxejtu mal-mistoqsija li kienet saret lilkom.", "Capital expenditure, jekk huwiex qed joħorġu l-Gvern, jekk hux mgħejjun minn fondi Ewropej, jew jekk huwiex qed joħorġu l-privat, xorta qed joħroġ.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma dak huwa sunk cost.", "Inti trid tqabbel prezz ma' prezz.", "Però aħna nagħmlu dak li tgħidulna intom.", "ALEX MUSCAT: It-talba ta' din in-naħa tal-Kamra hija li tpoġġu bilqiegħda ma' Enemalta, tikkunsidraw il-CapEx għaż-żewġ proġetti, u tikkonfermaw jew xort'oħra jekk l-interconnector waħdu huwiex kapaċi jissupplixxi l-enerġija li għandu bżonn pajjiżna, għax hawnhekk ingħatat l-impressjoni li l-interconnector waħdu huwa biżżejjed biex idawwal lil Malta kollha.", "RYAN CALLUS: Aħna qatt m'għedna hekk.", "ALEX MUSCAT: Qed nistaqsi jien.", "RYAN CALLUS: Imma inti qed tgħid li ngħatat l-impressjoni.", "Aħna qatt m'għedna li l-interconnector huwa suffiċjenti biex...", "ALEX MUSCAT: Jien qed nistaqsi lill-Awditur sabiex jistaqsi lil Enemalta jekk l-interconnector jagħtiniex biżżejjed dawl biex indawwlu lil Malta, Għawdex u Kemuna kollha.", "ALEX MUSCAT: Nista' nkun nafha jien ukoll?", "IĊ-CHAIRPERSON: X'iktar?", "ALEX MUSCAT: It-talba l-oħra hija biex isir paragun tal-prezzijiet bejn ElectroGas u l-interconnector, tenut kont il-CapEx fuq iż-żewġ proġetti.", "Dik hija x-xewqa ta' din in-naħa tal-kamra.", "RYAN CALLUS: Ix-xewqa ta' din in-naħa tal-kamra hija, kif isir fil-prattika fl-industrija, u ċioè kemm jiswa kull unit ta' ġenerazzjoni, kemm mill-interconnector kif ukoll minn ElectroGas.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Li nestendu l-perjodu mhux daqshekk diffiċli, fis-sens li mhux se jeħdilna ħafna ħin u riżorsi, però li qed jitlob l-Onor.", "Muscat, huwa audit kompletament ġdid.", "Inti tridna nħarsu lejn il-CapEx ta' żewġ proġetti massivi.", "Nistgħu nagħmluha, imma m'iniex se nagħtikom risposta malajr.", "ALEX MUSCAT: Donnu issa ħarġet ir-risposta ċara li l-interconnector waħdu mhux biżżejjed f'kull każ biex idawwal lil pajjiż kollu.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: U lanqas huwa dejjem orħos.", "CLAYTON BARTOLO: U lanqas huwa reliable waħdu; ma tistax toqgħod fuqu biss.", "ALEX MUSCAT: Intom għedtulna li waqaftu sa Ġunju 2018.", "Disposti li taġġornaw ma' Enemalta r-rati li kienu qed jiġu offruti lilhom mill-interconnector u l-prezz locked li għandhom ma' ElectroGas?", "Jien, fl-opinjoni tiegħi, meta tpoġġu bilqiegħda magħhom għandkom tikkunsidraw l-ispiża kapitali li pajjiżna għamel fuq l-interconnector.", "Dwar jekk tridux iżżommuha apparti m'iniex se nindaħlilkom għax dak huwa xogħolkom.", "Qed nitlob ukoll li jkollna rati aktar aġġornati ta' xiri ta' enerġija minn sors u minn sors ieħor.", "Jiġifieri m'iniex qed nitlob rapport ġdid.", "RYAN CALLUS: It-talba tagħna naħseb li hija ċara wkoll, u ċioè l-prezz tal-enerġija mixtrija miż-żewġ sorsi unit b'unit, jiġifieri kontinwazzjoni tal-proċess li għamiltu intom f'dan ir-rapport.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-rapport tal-Awditur ikkonkluda li fil-perjodu li huwa eżamina, l-enerġija mixtrija mill-interconnector kienet €50 per MWh orħos.", "Qam imbagħad l-argument li dan kien perjodu ta' sena u nofs u forsi jista' jkun li dawk is-sena u nofs mhumiex template rappreżentattiva ta' dak li ġara fis-sena u nofs ta' wara.", "U allura qamet din il-kwestjoni li jkun tajjeb li dan il-Kumitat jara x'ġara wara, u kulħadd beda jitfa' d-dati.", "Jien naħseb li l-aħjar mod biex ikollna an up-to-date picture tas-sitwazzjoni huwa li nitolbu l-aħħar update possibbli biex naraw over a span ta' tliet snin u nofs, u mhux sena u nofs, dak li ġie stabbilit fir-rapport, irreplikax ruħu, ikkonfermax ruħu, jew jekk dawk it-18-il xahar kenux skerz.", "Jien naħseb li b'hekk ikollna stampa ċara.", "ALEX MUSCAT: Imma inti qiegħed tieħu s-sena 2020 bħala sena normali, li żgur li lkoll naqblu li ma kenitx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma mbagħad jispjegawlna, mhux problema.", "Jekk minħabba l-COVID-19 il-prezz tal-interconnector sploda – qed nivvinta – jew jekk minħabba l-COVID-19 il-prezz tal-interconnector roħos...", "RYAN CALLUS: Il-gass roħos għax id-domanda naqset.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...dan il-Kumitat ikun stabbilixxa stampa.", "Jiġifieri iva, trid tittieħed into consideration is-sitwazzjoni partikolari li seħħet fl-2020.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Nixtieq nenfasizza li, all things being equal, ma tistax tgħid li l-interconnector huwa dejjem orħos jew l-ieħor huwa dejjem orħos.", "F'dan l-eżerċizzju se nagħtukom riżultat ta' sena u nofs, imma mhux dak huwa l-importanti.", "L-importanti hu li Enemalta toqgħod ftit iżjed attenta u jkollha rapport xjentifiċi biex tagħżel minn fejn tixtri b'mod iżjed xjentifiku.", "Daqshekk biss qed ngħidu.", "RYAN CALLUS: Sur Deguara, iktar milli toqgħod attenta, trid tara jekk tistax u jekk għandhiex il-libertà li tixtri minn fejn huwa l-orħos.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma jekk hemm ftehim, hemm ftehim.", "RYAN CALLUS: Imma jien, bħala deputat tal-Oppożizzjoni, xogħli hu li nara li l-poplu jieħu dak li huwa l-orħos fejn huwa possibbli u mhux nixtru mingħand l-ogħla għax intrabatna bih.", "Bħala deputat fuq din in-naħa tal-Kamra dak huwa l-kompitu tiegħi.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Deguara, jien niġbed l-attenzjoni għall-fatt li bejn April 2017 u Ġunju 2018, ElectroGas ma kenitx qiegħda taħdem at full capacity, u allura għandek perjodu fejn l-comparison li qed isir lanqas mhuwa wieħed li – m'iniex se ngħidlek li ma tistax toqgħod fuqu għax ma rrid bl-ebda mod niddubita minn dak – … Jekk f'dak il-perjodu kien hemm żmien fejn ElectroGas kienet għadha mhijiex qed taħdem at full capacity allura ċerti samples li ttieħdu forsi wieħed irid jerġa' jikkunsidrahom.", "U biex inkompli mal-argument li kien qed jagħmel l-Onor.", "Muscat, irrid ngħid li hemm ċerti fatturi li mhumiex qegħdin jittieħdu into consideration fil-prezz tal-enerġja ġġenerata mill-interconnector.", "Qed nirriferi għad-depreciation, interessi mill-banek, insurance u anke manutenzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma meta għada, it-28 ta' Jannar, Enemalta se tiddeċiedi minn fejn se tixtri, dawn il-fatturi ma jitteħdux into consideration.", "Se nibqa' ngħidha sakemm inkun dejjaqtkom!", "Jekk għada Enemalta tkun qed tiddeċiedi minn fejn se tixtri, dawn l-affarijiet ma jiġux ikkunsidrati; se tiċċekkja biss il-prezz.", "ALEX MUSCAT: Mill-agreements li rajtu intom, il-maintenance tal-power station ta' ElectroGas min jagħmilha?", "ALEX MUSCAT: U l-maintenance fuq l-interconnector min jagħmilha?", "ALEX MUSCAT: Imma inti dawk l-ispejjeż m'intix qed teħodhom into consideration.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, għax ix-xiri jiddependi fuq il-prezz.", "ALEX MUSCAT: Jien għandi prezz u qed nixtri servizz, mentri bil-prezz l-ieħor m'iniex qed nixtri ċertu servizz.", "Meta għadda vapur u qatgħalna l-interconnector, il-poplu Malti ġarra l-ispiża, ma ġarra ebda kuntrattur privat.", "CLAYTON BARTOLO: Imma biex tieħu l-flus mingħand l-insurance, trid tkun qed tħallasha l-ewwel.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Dażgur.", "CLAYTON BARTOLO: Li hija spiża oħra.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri jien qed nifhem li intom ma dħaltux fil-cost li Enemalta għandha fuq maintenance u depriciation, kif qed jgħid l-Onor.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Le, ma dħalniex.", "ALEX MUSCAT: U għalhekk qed ngħid li m'aħniex inqabblu like with like, għalkemm m'iniex qed ngħid li huwa xi fault min-naħa tagħkom.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Qed nifhem il-punt tiegħek.", "Kif qal is-Sur Deguara, aħna qegħdin nillimitaw il-comparison tagħna għar-rati.", "Jien kulma qed ngħid huwa li dawk ir-rati ma jirriflettux eżatt l-istess affarijiet.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dażgur, għax hemm mudell kompletament differenti wara kull rata.", "ALEX MUSCAT: Dak li qed ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk.", "Jien qed nifhem li s-Sur Mercieca temm il-preżentazzjoni tiegħu.", "Ma nafx jekk in-naħa tal-Gvern tridx lis-Sur Mercieca jkompli jixhed darb'oħra.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma naħsibx li hemm għalfejn.", "Sur President, ġaladarba s-Sur Mercieca temm il-preżentazzjoni tiegħu, nistennew li n-naħa tal-Oppożizzjoni tagħtina l-lista tax-xhieda tagħha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Ġaladarba s-Sur Mercieca għalaq il-preżentazzjoni tiegħu, nagħti l-kelma lill-Onor.", "Glenn Bedingfield li sa seduta oħra jkollna l-lista tax-xhieda li beħsiebna ntellgħu jixhdu quddiem dan il-Kumitat u nindika wkoll lis-segretarja tal-Kumitat min hija l-persuna li se tkun qed tintalab tagħti x-xhieda fil-laqgħa li jmiss.", "Nirringrazzjakom u naġġorna l-Kumitat għal data u ħin li jiġu kkomunikati iktar 'l quddiem.", "Fit-3:56 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210127_075d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 75", "L-Erbgħa, 27 ta' Jannar, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:13 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur); l-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet); l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 74, li saret fl-20 ta' Jannar 2021, ġew konfermati.", "Email datata 26 ta' Jannar 2021, mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat f'Laqgħa Nru 74 (Dok.", "Il-Kumitat qabel li, kemm din l-informazzjoni mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, kif ukoll l-informazzjoni mibgħuta minn Enemalta, li ssemmiet fil-laqgħa preċedenti (Dok.", "160), ma kellhomx jittellgħu fuq il-website tal-Parlament.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "BY ENEMALTA CORPORATION\" – PREŻENTAZZJONI ĠENERALI MILL-AWDITUR ĠENERALI DWAR IR-RAPPORT U L-KONKLUŻJONIJIET TIEGĦU (Dok.", "154 u 154a)", "Il-Kumitat irriżuma mill-20 ta' Jannar 2021 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Iċ-Chairman stieden lis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali, u lis-Sur Keith Mercieca, Assistent Awditur Ġenerali, sabiex jersqu madwar il-Mejda.", "Is-Sur Keith Mercieca kompla jagħti overview dwar ir-rapport li qiegħed jiġi diskuss.", "L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kien mitlub sabiex jipprovdi lill-Kumitat din l-informazzjoni:", "F'liema stadju tal-proċess daħal il-kunċett tal-Conversion Term Agreement;", "Jekk kienx hemm skadenzi ta' meta kellu jkun konkluż il-Conversion Term Agreement;", "Jekk il-kuntratt jikkontemplax sitwazzjoni fejn il-Gvern jieqaf jixtri l-elettriku mingħand ElectroGas, u x'inhi l-liability għall-Gvern jekk Enemalta tagħmel dan; u", "Paragun aġġornat tar-rati li kienu qed jiġu offruti lil Enemalta mill-interconnector (li għandhom jinkludu l-ispiża kapitali li pajjiżna għamel fuq l-istess interconnector) u l-prezz iffissat li Enemalta għandha ma' ElectroGas, għall-perjodu bejn Lulju 2018 u Diċembru 2020.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-3:56 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat bl-istess aġenda għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210127_075m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 17", "It-Tlieta, 2 ta' Frar, 2021 fil-4:45 p.m.", "L-Onor.", "Chris Fearne, President tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Frar, 2021 fil-4:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Proprjetà – Birżebbuġa Regatta Club, Kirkop United FC, Marsa FC, Marsaskala FC, u Senglea Regatta Club.", "29 ta' Jannar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees nao", "source": "Extracted from 20210202_017a_nao.docx"} {"text": ["KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 17", "It-Tlieta, 2 ta' Frar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Laqgħa Nru 17", "It-Tlieta, 2 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5:01 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 16, li saret fit-13 ta' Ottubru 2020, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Chris Fearne) (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ngħaddu mal-ewwel għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda.", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETÀ – KLABB REGATTA BIRŻEBBUĠA; KIRKOP UNITED FOOTBALL CLUB; MARSA FOOTBALL CLUB; MARSASKALA FOOTBALL CLUB U SENGLEA REGATTA CLUB.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din hija riżoluzzjoni waħda li tirrigwarda ħames titli separati.", "Jien nipproponi li la qegħdin f'daqqa, neħduha bħala riżoluzzjoni waħda u jekk ikollna xi problema b'xi titlu partikolari, nerġgħu nikkunsidraw.", "Nibda billi nsejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima sabiex, jekk jogħġbu, iressaq din ir-riżoluzzjoni.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji): Grazzi, Sur President.", "F'isem il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja nressaq din ir-riżoluzzjoni:", "\"Billi hija l-politika tal-Gvern li jħeġġeġ l-isport kif ukoll is-sehem fil-qasam socjali ta' għaqdiet volontarji, il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jagħti proprjetà lis­segwenti għaqdiet sportivi b'titolu ta' emfitewsi temporanju, liema proprjetà hija deskritta aħjar fl-abbozzi ta' ftehim imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra għaż-żmien, għall-iskop, bil­kanoni taċ-ċens, u taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozzi;", "A: Porzjon art ta' circa 5,873 metru kwadru lil Marsaskala Football Club b'titolu ta' emfitewsi temporanja għal perjodu ta' ħamsa u erbgħin (45) sena;", "B: L-istore bin-numru sitta u tletin (36), f'Barriera Wharf, Valletta, tal-kejl ta' circa 180 metru kwadru lill-Klabb Regatta Birżebbuġia b'titolu ta' emfitewsi temporanja għal perjodu ta' ħamsa u erbgħin (45) sena;", "C: L-istore bin-numru tlieta (3), fi Triq it-Tarzna, Senglea, tal-kejl ta' circa 196 metru kwadru lil Senglea Regatta Club b'titolu ta' emfitewsi temporanja għal perjodu ta' ħamsa u erbgħin (45) sena;", "D: Porzjon art ta' circa 3,800 metru kwadru lill-Marsa Football Club b'titolu ta' emfitewsi temporanja għal perjodu ta' ħamsa u erbgħin (45) sena;", "E: Porzjon art ta' circa 815 metru kwadru lill-Kirkop United Football Club b'titolu ta' emfitewsi temporanja għal perjodu ta' ħamsa u erbgħin (45) sena;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tal-artikolu 31 tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573), li art li tkun proprjetà tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skont riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat­trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferimenti fuq imsemmija jsiru skont riżoluzzjoni speċjali tal­Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut illi l-proprjetajiet fuq imsemmija u kif deskritti aħjar fl­abbozzi tal-ftehim li jinsabu fuq il-Mejda tal-Kamra, jiġu mogħtija b'titolu ta' emfitewsi temporanja lil Marsaskala Football Club, Klabb Birżebbuġia Regatta, Senglea Regatta Club, Marsa Football Club u Kirkop United Football Club rispettivament, għaż-żmien, għall-iskop u skont il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozzi.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Għalkemm ir-riżoluzzjoni hija ċara, Onor. Grima forsi tagħti ftit spjega tat-titli separati, imbagħad inkunu nistgħu niftħu d-diskussjoni fuqha.", "CLIFTON GRIMA: Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar numru ta' proprjetajiet li l-maġġoranza tagħhom diġà huma fil-pussess tal-għaqdiet sportivi msemmija.", "Jekk wieħed iħares lejn il-club ta' Marsaskala FC jara li dawn diġà qegħdin jokkupaw il-proprjetà msemmija, hemm numru sabiħ ħafna ta' tfal li jitħarrġu hemmhekk, u allura wieħed jifhem anke l-aspett soċjali.", "Dan il-club, minkejja li qed juża l-proprjetà, m'għandux it-titlu, u aħna qegħdin naraw li permezz tat-titlu ta' emfitewsi wieħed jagħti aktar sigurtà u stabilità u anke l-għodda lill-istess club biex ikun jista' jopera b'mod aħjar.", "L-istess argument jgħodd għal Dokument B u għal Dokument Ċ, fejn għandek ir-Regatta Club ta' Birżebbuġa u Senglea Regatta Club, rispettivament, li diġà qegħdin jokkupaw u jużaw il-proprjetà.", "L-istess jgħodd ukoll għal Dokument E, li jirrigwarda lil Kirkop United Football Club, fejn qegħdin nitkellmu dwar emfitewsi temporanja għal dik li hija huwa club house u faċilitajiet anċillari oħra li għandhom illum il-ġurnata.", "F'Dokument D qegħdin nitkellmu dwar il-Marsa Football Club.", "Fil-passat riċenti lil dan il-football club konna għaddejnilhom biċċa art tad-daqs ta' pitch 11-a-side, u permezz ta' dan l-ispazju addizzjonali se jkunu jistgħu jiżviluppaw faċilità sportiva li tkun stadium iddedikat għal dan l-isport.", "Tajjeb ngħidu li din l-art li qed tiġi mgħoddija llum m'hemm l-ebda mod ta' aċċess għaliha, ħlief mill-proprjetà li diġà għaddiet lill-istess Marsa Football Club, jiġifieri naħseb li ta' min wieħed jieħu dan in konsiderazzjoni.", "Bażikament dawn huma l-ħames proprjetajiet li titkellem dwarhom ir-riżoluzzjoni li, kif għedna, hemm erba' minnhom diġà huma okkupati mill-għaqdiet sportivi, u l-oħra hija porzjon ta' art li hija addizzjonali u tmiss b'mod dirett mal-faċilitajiet li diġà konna għaddejna lill-club rispettiv.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn domandi jew rimarki?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Tista' tgħidilna x'inhuma l-valuri?", "CLIFTON GRIMA: F'kull kuntratt hemm il-valur, li ovvjament isir min-naħa tal-Awtorità tal-Artijiet, u dejjem jinħadem bis-sistema li hija ċara ħafna, u ċioè li l-istima tħares lejn dak li huwa l-valur kummerċjali tal-art, imbagħad, minħabba li l-għaqdiet huma rreġistrati ma' Sport Malta, il-club iħallas 5% tal-valur kummerċjali.", "B'hekk, bħala pajjiż inkunu qegħdin nirrikonoxxu x-xogħol sportiv, kif ukoll soċjali, li qegħdin jagħmlu dawn l-għaqdiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Nifhem li hemm valuations, però jekk wieħed iħares lejn l-art li se tingħata lil Marsa FC, isib li għal art ta' 3,800 metru ċ-ċens huwa €1,900 fis-sena, mentri għal art ta' 5,800 metru, li qed tingħata lil Marsaskala FC, iċ-ċens jammonta għal €50,000.", "Nara li hemm daqsxejn ta' diskrepanza.", "Jien qed nifhem li t-tnejn diġà huma committed bħala football grounds, u hemm il-kundizzjoni li ma jistgħux… Jien nara li d-diskrepanza jars a bit, għax 5,800 metru kwadru fil-każ ta' Marsaskala ġew jammontaw għal €50,000, mentri fil-każ tal-Marsa, 3,800 metru kwadru ġew jammontaw għal €1,900.", "CLIFTON GRIMA: Għax fil-każ ta' Marsaskala għandek ground li diġà huwa mibni, mentri l-football ground tal-Marsa għadu ma nbeniex.", "Ovvjament il-pożizzjoni ġeografika ukoll teffettwa b'mod konsiderevoli l-istimi differenti li jsiru.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Qed nifhem li l-art tal-Marsa għad trid tiġi...", "CLIFTON GRIMA: Hija art li llum il-ġurnata mhijiex qed tintuża, hija mitluqa.", "BEPPE FENECH ADAMI: Mentri l-art ta' Marsaskala hija diġà stadium li ġie ffinanzjat primarjament mill-Gvern biex inbena.", "CLIFTON GRIMA: Hekk hu.", "Fil-fatt ġie inawgurat minn Sport Malta ftit tax-xhur ilu.", "BEPPE FENECH ADAMI: Għal kull bon fini, fi klawsola 1 hemm typo; trid tidħol il-kelma \"ta'\" wara l-kelma \"temporanju\".", "DAVID AGIUS: Il-club ta' Birżebbuġa qed nifhem li qiegħed il-Belt.", "Hux hekk?", "CLIFTON GRIMA: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Għal xiex jużawh?", "CLIFTON GRIMA: Għar-regatta.", "Jużawh bħala maħżen u għal affarijiet simili.", "DAVID AGIUS: Diġà qed jintuża għal hekk?", "Ovvjament il-lokazzjoni hija fil-Port il-Kbir anke minħabba li hemmhekk issir il-kompetizzjoni tar-regatta.", "DAVID AGIUS: U tal-Isla fejn qiegħed?", "CLIFTON GRIMA: Qiegħed l-Isla stess għax dawk kif joħorġu mill-Cottonera jiġu mill-ewwel fil-Port il-Kbir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sport Malta tidħol f'xi kuntratt separat minn dan?", "CLIFTON GRIMA: Sur President, bil-permess tal-Kumitat, nitlob li jingħaqad magħna Dr Chris Bonett sabiex ikun jista' jirrispondi għal din id-domanda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Bonett nitolbok tingħaqad magħna fuq il-Mejda.", "DR CHRIS BONETT (Konsulent fis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji): Li jiġri huwa dan.", "Ovvjament l-art tkun tal-Awtorità tal-Artijiet, issir talba lill-istess awtorità minn Sport Malta wara talba tal-club, l-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi l-art lil Sport Malta permezz ta' kuntratt, imbagħad Sport Malta tgħaddi l-art lill-club...", "BEPPE FENECH ADAMI: B'titlu ta' xiex?", "Xi jkun it-titlu?", "DR CHRIS BONETT: Taħt artiklu 31 l-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi l-art lil Sport Malta biex tiddisponi minnha kif trid, imbagħad Sport Malta tgħaddiha b'ċens biex iżżomm l-ownership min-naħa tal-Gvern fuq l-art.", "Din hija proċedura li bdiet wara li nbidlet il-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet.", "BEPPE FENECH ADAMI: Għad hemm numru kbir ta' talbiet simili minn għaqdiet sportivi?", "CLIFTON GRIMA: Dan huwa proċess kontinwu, jiġifieri mhux neċessarjament kull talba li tersaq quddiemna tiġi approvata.", "Irid ikun hemm serjetà u anke viżibilità ta' dak li huwa l-futur, id-daqs tal-isport, l-ammont ta' nies li se jkunu qegħdin jiddisponu, kif ukoll is-solidezza tal-istruttura li tkun qed tamministra.", "It-talbiet jidħlu b'mod kontinwu u għaldaqstant dan huwa proċess kontinwu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "Ir-riżoluzzjoni għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fil-5:16 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees nao", "source": "Extracted from 20210202_017d_nao.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 28", "It-Tlieta, 2 ta' Frar, 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Frar, 2021 fl-4:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Partial Local Plan Review of the South Malta Local Plan 2006 – Sites at Triq il-Marloċċ and the Junction between Triq il-Marloċċ, Triq San Ġużepp and Triq Salvu Astarita Żabbar.", "18 ta' Jannar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20210202_028a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 28", "It-Tlieta, 2 ta' Frar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru 28", "It-Tlieta, 2 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:37 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 27, li saret fit-12 ta' Jannar 2021, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Joe Mizzi): Insellmilkom u ngħaddu mal-ewwel għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "PARTIAL LOCAL PLAN REVIEW OF THE SOUTH MALTA LOCAL PLAN 2006 – SITES AT TRIQ IL-MARLOĊĊ AND THE JUNCTION BETWEEN TRIQ IL-MARLOĊĊ, TRIQ SAN ĠUŻEPP AND TRIQ SALVU ASTARITA ŻABBAR", "IĊ-CHAIRPERSON: Nibda billi nistieden lill-Ministru sabiex jagħmel l-introduzzjoni tiegħu.", "AARON FARRUGIA: Grazzi, Sur President.", "Insellem lil kulħadd inkluż lir-rappreżentanti tal-Awtorità tal-Ippjanar u tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, kif ukoll lill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Kif tafu, il-partial local plan review li għandu quddiemu llum il-Kumitat titratta dwar sit fi Triq il-Marloċċ Ħaż-Żabbar, li hija ftit 'il bogħod mill-junction bejn Triq il-Marloċċ, Triq San Ġużepp u Triq Salvu Astarita.", "Bażikament hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar area li llum fil-pjan lokali hija identifikata bħala green area imma l-post fejn tinsab jagħmilha diffiċli biex tiġi managed bħala tali.", "Għaldaqstant il-Planning Authority (PA) laqgħet it-talba li saret sabiex bħala green area l-poplu ta' Ħaż-Żabbar ikollu żona ferm ikbar, isbaħ, u better managed ftit passi 'l bogħod.", "Jiġifieri qegħdin nitkellmu dwar sit pubbliku li llum jinsab bit-tarmac imma se jkun wieħed miż-żoni fejn fih se nagħmlu proġett ta' urban greening bħalma ħabbarna fl-aħħar xhur.", "Is-sit li llum huwa green, ovvjament se jmur għall-iżvilupp għax imur tajjeb ħafna mal-binjiet li hemm fil-madwar, però se jkun hemm planning gain apposta biex il-flus li jinġabru jmorru għal proġetti ta' fejda ambjentali għal dak il-lokal, u li l-kunsill lokali jkun jista' jdawwar fi proġetti li jagħżel hu.", "Issa nħalli f'idejn l-uffiċjali tal-PA sabiex jidħlu aktar fit-teknika u jispjegaw aħjar il-ħsieb wara dan il-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lill-uffiċjali tal-PA sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom.", "IS-SUR IVAN FAVA (Uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar): Grazzi, Sur President.", "Kif intqal fl-introduzzjoni, illum se nitkellmu dwar partial local plan review ta' area f'Ħaż-Żabbar.", "Nibda biex ngħid li l-mappa partikolari fi ħdan il-pjan lokali hija ZA_A08, u bħala proposed changes għal din il-mappa fil-pjan lokali, li se nuriha aktar 'il quddiem, hemm li jkun hemm rezoning ta' sit, li bħalissa huwa zoned fil-pjan lokali bħala open space, għal wieħed residential.", "B'mod alternattiv qed isir rezoning ta' sit ieħor li, kif diġà ntqal, bħalissa huwa parti minn road junction of a tarmaced area, u li qed jiġi propost li jkun open space b'area akbar minn dak eżistenti fiż-żoning eżistenti, kif ukoll parking area.", "Biex niftehmu aħjar ħsibna li nsejħu s-siti site 1 u site 2 fejn site 1 huwa s-sit li preżentement il-pjan lokali jagħtiha zoning ta' open area, u site 2 hija aktar 'l isfel fit-triq il-Marloċċ u tinqabad aktar 'l isfel f'junction bejn l-istess Triq il-Marloċċ, Triq Salvu Astarita u Triq San Ġużepp.", "Bħalissa qegħdin naraw il-policy map li turi fejn huwa ndikat bħala open area f'kuntest tal-kumplament tal-area ta' Ħaż-Żabbar b'designation ta' residential area.", "Site 2, għandha l-istess zoning għax hija residential area wkoll, però kif spjegajt qabel, hija road junction.", "Mil-lat ta' building height limitation naraw li site 1 hija mdawra bil-bini fejn hemm height limitation ta' tliet sulari, filwaqt li site 2 għandha area aktar miftuħa għax qiegħda f'junction u tagħti lok ta' urban design aħjar.", "Fuq l-iscreen bħalissa qegħdin naraw aerial photograph ta' site 1 fejn qed naraw li s-sit, li preżentement għandu zoning ta' open space, huwa utilizzat bħala haphazard parking area, mhuwiex organizzat, u huwa mdawwar b'bini eżistenti ta' tliet sulari.", "Bħala proċedura, il-Kunsill Eżekuttiv tal-PA qabel fil-prinċipju li jkun hemm dan il-partial local plan review u f'termini tal-provvedimenti ta' artikli 41.2 tal-Att tal-Ippjanar, meta l-PA ikollha din l-intenzjoni trid tinforma lill-Ministru, u l-Ministru qabel li jkun hemm il-bidu ta' din il-proċedura u ta l-oġġettivi, li huma dawn:", "Irrid ngħid li bejn id-9 ta' Ottubru u t-30 ta' Ottubru 2020 saret konsultazzjoni pubblika fuq l-oġġettivi, u l-PA irċeviet sitt sottomissjonijiet li meta ġbarnihom flimkien ħriġna dawn il-punti li se nsemmi.", "Irċevejna wkoll sottomissjoni bħala linji gwida biex jiġi kkunsidrat ċertu diżinn fl-ispazju pubbliku, kif ukoll suġġeriment biex ikun hemm aktar green infrastructure.", "Dan iż-zoning propost huwa kompattibbli u huwa a continuation taż-zoning li hemm fid-dawra ta' din is-sit, kif urejt fil-pjanta tal-pjan lokali aktar qabel fil-preżentazzjoni tiegħi.", "Jiġifieri r-rezoning ta' żvilupp residenzjali b'għoli ta' tliet sulari u basement huwa continuation tal-iżvilupp u ż-zoning tiegħu adjaċenti.", "Imbagħad hemm il-proposta li site 2 tkun rezoned bħala public open space suġġett għall-policy SMSE_04, li hija l-policy ġenerika fil-pjan lokali li tikkontrolla l-użi u l-iżvilupp f'areas li huma designated bħala spazji miftuħa, jiġifieri mil-lat ta' policy mhu qed jiġi propost l-ebda tibdil.", "Bħalissa fuq l-iscreen qegħdin naraw il-pjanta ta' kif inhuwa ż-zoning eżistenti f'site 1.", "L-area li hija shaded bil-kulur aħdar hija dik li preżentement hija zoned bħala spazju miftuħ, u l-area mmarkata bil-kulur isfar huwa fejn suppost se tiġi ffurmata t-triq.", "Imbagħad l-area mmarkata bil-kulur kannella hija ż-zoning ta' residential development, speċifikament terraced development.", "Meta wieħed iqabbilha mal-pjanta tal-għoli jirriżulta li hawn zoning u height limitation ta' tliet sulari u basement.", "Bħalissa qegħdin naraw it-tibdil propost, jiġifieri t-triq li kienet indikata li ddur mal-ispazju miftuħ titneħħa minn \"hawnhekk\" u jkun hemm continuation ta' \"din\" it-triq, mentri l-ispazju li huwa ndikat bħala spazju miftuħ u t-triq ta' maġenbu jkunu rezoned għal terraced development.", "Issa qegħdin naraw l-ispazju eżistenti fir-road junction bejn Triq il-Marloċċ, Triq San Ġużepp u Triq Salvu Astarita, li qegħdin nirriferu għalih bħala site 2, li preżentement jikkonsisti fi spazju bit-tarmak li fih hemm roundabout li hija miżbugħa fl-art għal skop ta' traffic circulation.", "Minfloku qed issir il-proposta li jkun hemm designated green open space, li huwa akbar mis-sit li huwa zoned bħalissa f'site 1, provvediment ta' parking area u anke passaġġi pedonali.", "Dan il-passaġġ pedonali diġà jeżisti għax huwa l-bankina ta' \"din\" il-faċċata, però minnha wieħed ikun jista' jimxi fuq public open space, parking area u bankina oħra sabiex ikun hemm is-circulation mal-kumplament tat-toroq.", "\"Hawnhekk\" qegħdin naraw concept ta' kif jista' potenzjalment jiġi ddiżinjat dan l-ispazju pubbliku u rajna li permezz ta' dan id-diżinn hemm il-possibilità li jkun hemm increase fil-provvediment ta' public open space u anke żieda fin-numru ta' parkeġġi mil-layout eżistenti li hawn f'din ir-road junction.", "F'każ li tiġi approvata din il-partial review, qed nipproponu li jkun hemm il-kundizzjonijiet li site 1 tkun zoned bħala residential area soġġett għall-policy tal-pjan lokali SMHO_02 li tikkontrolla żvilupp f'residential areas, li l-bini ta' site 1 ma jeċċedix it-tliet sulari u basement u tkun soġġetta għall-policy SMCO_01 – liema policy tikkontrolla l-għoli ta' żvilupp f'sites li għalkemm huma barra mill-urban conservation areas (UCA) huma viċin u allura tagħmel provvedimenti li f'każ li żvilupp din l-area jeffettwa l-UCA, ikun hemm il-provvedimenti neċessarji – u l-aħħar kundizzjoni hija li kull permess ta' żvilupp li jinħareġ f'site 1 ikun suġġett għall-planning gain finanzjarju li jkun allokat speċifikament għall-iżvilupp tal-public open space fit-tieni sit.", "Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun bi pro rata ta' €500 għal kull metru kwadru ta' site area li fuqha jingħata permess ta' żvilupp fuq site 1.", "Bħala way forward il-Kunsill Eżekuttiv tal-PA irrifera dan id-draft review għall-iskrutinju ta' dan il-Kumitat u ġie ppubblikat ukoll dan id-draft għal perjodu ta' sitt ġimgħat, liema perjodu jagħlaq fil-5 ta' Frar li ġej.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Issa se niftaħ ir-review tal-pjan għad-diskussjoni u xtaqt nibda billi nagħmel mistoqsija jien.", "Xtaqt inkun naf kif inhu l-għoli llum fit-toroq imsemmija, u anke jekk hux se jkun hemm xi kantuniera li taqsam ma' oħra li fiha se jkun hemm varjazzjoni mill-għoli minn kif inhu issa.", "IS-SUR IVAN FAVA: Din il-pjanta li qegħdin naraw bħalissa hija estratt mill-pjan lokali li jikkontrolla l-iżvilupp f'parti sostanzjali minn Ħaż-Żabbar, u aħna qegħdin nitkellmu fuq \"din\" l-area li għalkemm fil-policy map għandha zoning ta' spazju miftuħ, fil-pjanta tal-building heights m'għandhiex kulur, jiġifieri bħalissa hija zero height, però mad-dawra tagħha qed naraw il-kulur isfar li jfisser tliet sulari u basement.", "Biż-zoning li qed nipproponu f'din il-partial review din l-area jkollha l-istess għoli tad-dawra tagħha, jiġifieri jekk preżentement, skont il-pjan lokali, fi Triq il-Marloċċ wieħed jara bini ta' tliet sulari, fuq dan is-sit se jara l-istess għoli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma peress li hemm tliet toroq involuti, nixtieq inkun naf jekk wieħed li jkollu faċċata fi triq waħda u faċċata fi triq oħra hux se jkollu diskrepanza fil-għoli, fis-sens li qabel seta' jkun hemm żewġ sulari, u issa jista' jtella' tliet sulari.", "IS-SUR IVAN FAVA: Forsi permezz tal-aerial photograph inkunu nistgħu niftehmu aħjar.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq \"dan\" is-sit, fejn faċċata tagħha hawn bini ta' tliet sulari, u f'każ li dan is-sit jiġi rezoned għal żvilupp residenzjali, ikun jista' jitla' l-istess għoli li hawn \"hawnhekk\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn aktar kummenti min-naħa tal-Membri tal-Kumitat?", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Grazzi, Sur President, u nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Membri kollha għax probabbilment din hija l-aħħar laqgħa li jien se nattendi bħala Membru ta' dan il-Kumitat.", "Dwar dan ir-review rrid ngħid li m'għandix diffikultà ma' dan ir-rezoning, però naħseb li n-nies hemm barra għandhom dritt ikunu jafu x'inhu l-proċess biex il-PA tasal hawn ġew bi proposta bħal din.", "U għaldaqstant jien nixtieq nistaqsi jekk isirx xi forma ta' lobbying mal-PA minn persuna li għandha l-art biex l-Awtorità mbagħad tmur għand il-Ministru bil-proposta li eventwalment tiġi quddiem il-Kumitat.", "U qed nagħmel din il-mistoqsija għax naħseb li fl-aħħar mill-aħħar l-aħjar skrutinju huwa tan-nies, u biex in-nies jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom iridu jifhmu l-proċess.", "Jien nifhem li l-PA m'għandhiex il-ħaddiema tagħha jduru t-toroq kollha jaraw jekk hemmx xi għalqa li mhijiex żviluppata ħalli jbidlu ż-zoning ta' dik l-għalqa, u allura l-loġika tgħidlek li jkun sar xi forma ta' lobbying, forsi mis-sid tal-art li jkun qabbad il-perit u l-perit ikun mar kellem lill-PA.", "Jien naħseb li n-nies għandhom dritt ikunu jafu x'inhu l-proċess, u għalhekk naħseb li l-Awtorità, meta tiġi bi proposta bħal din, għandha tkun trasparenti mal-Kumitat u tgħid x'kien il-lobbying li sar biex wasalna f'dan il-punt, u mingħand min sar.", "U qed ngħid dan mhux għax jien b'xi mod jew ieħor għandi dubbju mill-integrità tal-individwu imma għax naħseb li kulħadd għandu dritt ikun jaf dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Jien naf li teżisti proċedura meta jkun se jsir tibdil fil-pjani lokali, imma mbagħad inħalli f'idejn it-tekniċi biex jispjegawha.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Grazzi, Sur President, u bħall-kollega tiegħi nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Membri kollha ta' dan il-Kumitat għax probabbilment din se tkun l-aħħar laqgħa peress li issa għandi responsabilitajiet ġodda.", "Xtaqt nibda billi nagħmel punt importanti li naħseb li l-Ministru għandu jieħu inkonsiderazzjoni.", "Hemm għajta ġenerali min-naħa ta' diversi stakeholders biex dan il-proċess, u ċioè d-diversi pjani li jersqu għar-review quddiem dan il-Kumitat regolarment, ma jibqax isir b'mod spezzettat imma jsir b'mod ħolistiku.", "U jien nappella lill-Ministru sabiex jieħu inkonsiderazzjoni dan l-appell li qed isir, li aħna bħala Oppożizzjoni ma nistgħux ma naqblux miegħu għax huwa fl-interess tal-pajjjiż kollu.", "Dwar din il-proposta partikolari li għandna quddiemna llum, l-ewwel u qabel kollox irrid niddikjara, bħall-kollega l-Onor.", "Thake, li aħna bħala Oppożizzjoni m'għandniex problemi biha, però qabel ġejt hawnhekk ħarist ftit lejn il-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar fejn ġiet diskussa din il-proposta u rajt imniżżla concern partikolari ta' xi kunsilliera dwar Triq San Ġużepp.", "Ovvjament jien m'iniex familjari ma' dik l-area għax jien ġej minn Għawdex, imma t-tħassib ta' dawn il-kunsilliera kien dwar is-safety tal-pedestrians f'dik it-triq.", "U kien hemm minuta partikolari li kienet qed tagħmel appell biex f'dik it-triq partikolari jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jitħarsu l-pedestrians.", "Għaldaqstant jien nixtieq inkun naf jekk min-naħa tal-PA ħadux inkonsiderazzjoni dan il-concern li tqajjem mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar u kif irrispondew għalih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki jew domandi?", "L-Onor.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Grazzi, Sur President.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-Onor.", "Thake u lill-Onor.", "Cutajar għall-parteċipazzjoni tagħhom f'dan il-Kumitat u nawguralhom għall-ħidmiethom f'kumitati oħrajn.", "Ngħidilhom li kien sabiħ li niddibattu, fl-interess tal-ambjent tagħna, għax ċertament kull wieħed u waħda minna nixtiequ naraw li kemm jista' jkun inħallu pajjiż isbaħ u aktar akkoljenti milli sibnih.", "Sur President, f'diskussjonijiet bħal dawn jien dejjem nagħti weight kbir lill-kummenti tan-nies – ħafna drabi n-nies li jitkellmu huma dawk li jkunu se jintlaqtu bl-aktar mod dirett, u kulħadd ikollu l-aġenda u l-interess tiegħu – u fost il-kummenti li rajt kien hemm it-tħassib għall-fatt li se jiżdied il-bini.", "Għalhekk jien xtaqt nisma' mill-PA jekk huwiex minnu li se jiżdied aktar bini u jekk hux se jkun hemm kumpens ta' aktar spazji miftuħa, għax dan għadu ma ħariġx ċar fl-ispjegazzjoni li kellna.", "Min-naħa l-oħra, ġie enfasizzat il-fatt li se jkun hemm an amount of residential units u jien xtaqt li nkunu ċari jekk humiex se jkunu biss residenzjali jew hux se jkun hemm lok ta' commercial outlets – dan għas-sempliċi raġuni li jekk qegħdin nitkellmu fuq green area normalment wieħed iħares ukoll lejn postijiet mhux biss ta' rikreazzjoni imma wkoll ta' divertiment – u jekk iva, x'tip ta' outlets jista' jkun hemm.", "Tħassib li għandi jien personalment huwa l-fatt li jidher li se jiżdiedu l-units, u dan ifisser li fil-madwar se jkun hemm aktar traffiku.", "Allura jien xtaqt nisma' l-kummenti tal-PA dwar jekk rawx kif in-noise u air pollution se jiżdied, jekk hux b'mod insinifikanti jew jekk hux se jkun hemm żieda qawwija, u kif wieħed se jirribatti għalihom.", "Dwar il-green infrastructure xtaqt nistaqsi ta' liema livell se tkun.", "Il-Ministru bħalissa għaddej minn vena li jara li l-ħdura li verament jixtiequ l-Maltin tiżboq il-ħdura li, sfortunatament, ġieli naraw, u għalhekk xtaqt spjegazzjoni aktar dwar dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur Fava, inti għedt li l-ispazju miftuħ ta' site 2 huwa akbar minn dak ta' site 1.", "Tista', jekk jogħġbok, tagħtina l-qisien?", "L-ispazju tal-parkeġġ qed jitqies bħala spazju miftuħ?", "Bħalissa qed inħares lejn ritratt ta' site 1 u qed nara li hemm twieqi li jagħtu għal dan is-sit.", "Jien qed nassumi li dan huwa s-sid ta' din l-art għax inkella se tinħoloq problema ta' aċċess għall-arja eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lis-Sur Fava sabiex jirrispondi għad-domandi li sarulu.", "IS-SUR IVAN FAVA: Nirringrazzjak, Sur President, u nibda billi nwieġeb il-mistoqsija dwar il-proċedura.", "L-area li preżentement qed jiġi propost li ssir rezoning tagħha hija kkontrollata b'policy tal-pjan lokali SMSC04, liema policy tgħid li:", "jiġifieri li jkun hemm public open space,", "Qed nitkellmu fuq pjan lokali ta' 2006, jiġifieri l-pjan lokali nnifsu diġà jagħti lok ta' initiation ta' din il-proċedura.", "Il-proċedura hija kkontrollata b'artiklu fl-Att dwar l-Iżvilupp fejn jagħti spjegazzjoni ta' kif isir it-tibdil minuri fil-pjanijiet lokali u, kif spjegajt, fil-proċedura kien hemm l-inizjament tal-PA li jkun hemm dan ir-rezoning, kif ukoll il-konsultazzjoni mal-Ministru u eventwalment ma' dan il-Kumitat.", "Fuq dan s-sit partikolari kienet saret planning control (PC) application fil-passat però din l-applikazzjoni, minħabba li talbet rezoning jew żvilupp ta' area li skont il-pjan lokali ma jistax jinbena, ma kienx hemm il-possibilità legali li tiġi applikata l-proċedura tal-PC applications.", "Sussegwentement, waqt diskussjonijiet, ġiet murija l-kundizzjoni ta' dan is-sit u anke ntwera kemm kien diffiċli li jiġi żviluppat bħala green open space li jitgawda mill-pubbliku, u ngħatat il-possibilità li jkun hemm, abbażi tal-policy SMSC04, l-indikazzjoni ta' area fl-istess lokalità bl-istess daqs.", "Meta saret il-proposta għal din l-area, kien hemm diskussjonijiet mil-lat ta' sidien – is-sidien ta' din l-area mhumiex se jintlaqtu b'mod negattiv – u abbażi ta' site 2 kien hemm ukoll konsultazzjonijiet ma' Transport Malta biex ikun hemm ftehim fil-prinċipju li bħala area tista' tkun immaniġġjata b'tali mod mil-lat ta' traffiku li xorta jibqa' traffiku vejikolari aċċettabbli u fl-istess ħin tkun area safe għall-użu pedonali.", "Aħna nfurmati wkoll li kien hemm konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar u hemm ftehim fil-prinċipju.", "Rigward id-diżinn u t-tħassib fuq it-traffiku, speċjalment dak pedonali, fi Triq San Ġużepp, irrid ngħid li minkejja li qed tiġi proposta rezoning, u anke jekk tiġi approvata, l-iżvilupp per se fuq is-sit irid ikun soġġett għall-applikazzjoni ta' żvilupp.", "F'dak il-proċess ikun hemm konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet, fosthom Transport Malta, li jassiguraw li l-layout tat-traffiku jipprovdi ambjent sigur kemm għall-vetturi kif ukoll għall-użu pedonali.", "Rigward l-increase in development, tajjeb ngħid li l-policy tispeċifika li jekk se jkun hemm shift ta' open area l-bżonn huwa li jkun hemm provvediment ta' open area ekwivalenti.", "Fil-każ ta' site 1, il-current zoning ta' green area għandu madwar 139 metru kwadru, mentri ż-zoning propost ta' green area f'zone 2, li ma jinkludix il-parking spaces, huwa ta' 155 metru kwadru.", "Meta wieħed iqis il-green area u l-overall parking areas tal-madwar isib li hemm 427 metru kwadru, però like with like, bħala open area qed nitkellmu fuq areas ta' 139 metru kwadru eżistenti u 155 metru kwadru propost.", "Jiġifieri l-public open space propost huwa akbar minn dak zoned bħalissa u miegħu hemm iż-żieda tal-parking spaces.", "Ovvjament, ir-rezoning jinkludi zoning għal żvilupp residenzjali, u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq area totali ta' 277 metru kwadru, però bħalma rajna, fil-pjan eżistenti diġà hemm areas zoned għal żvilupp fil-madwar, u allura wieħed irid jikkunsidra t-totalità.", "Fir-rigward tal-provvediment ta' open space, u anke d-diżinn tiegħu, se jkun soġġett għall-applikazzjoni ta' żvilupp u n-norma hija li f'open spaces l-enfasi tkun fuq greenery, soft landscaping u green infrastructure.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Thake xtaq jagħmel xi kumment.", "DAVID THAKE: Tista', jekk jogħġbok, tgħidilna min għamel il-PC application?", "IS-SUR IVAN FAVA: Il-PC application issir mis-sidien tal-art, u kif spjegajt, minħabba ż-zoning eżistenti ta' dan is-sit, dik il-PC application ma setgħetx tibqa' tiġi proċessata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden issa lill-Ministru sabiex jagħmel ir-rimarki finali min-naħa tiegħu.", "AARON FARRUGIA: Sur President, l-ewwel nett nibda biex ngħid li nieħu pjaċir li l-Oppożizzjoni qed taqbel mal-mod kif qed nippruvaw inħaddru lill-pajjiż.", "Dan huwa proġett minn erbgħa li se ninvestu ħafna fih, jiġifieri mhux sempliċement ftit eluf biex nagħmlu erba' planters imma qed immorru għal xi ħaġa li hija urban greening u l-proġett se jiswa 'l fuq minn €1 miljun.", "Irrid ngħid li huwa dejjem l-applikant li jagħmel PC application.", "Naturalment, l-Awtorità titkellem għaliha imma jkun hemm ħafna talbiet, jiġifieri kulmin għandu biċċa area li mhijiex għall-iżvilupp imma tinsab f'xi kantuniera li jara li tista' ssir… Jiġifieri jsiru ħafna minnhom kull xahar, and most of them are shot down instantly, jew mill-PA, jew jekk jiġu jiltaqgħu magħna, minna.", "Ikun hemm oħrajn, bħal pereżempju din, fejn naraw li it's a win win situation, jiġifieri l-post se jikber, iż-żona minn post żgħir se tmur għal post kbir, u minn post li mhuwiex managed tajjeb, se ssir xi ħaġa li ż-Żabbarin se jkunu kuntenti biha.", "Tajjeb ngħid li meta jkun hemm PC application, l-ewwel nett ikun hemm skrutinju at planning stage mill-PA, u ħafna drabi l-applikazzjoni tmut hemmhekk stess, jew inkella jiddiskutuha magħna u jkun hemm mumenti li aħna stess ma nkunux komdi biha.", "Jien, bħala Ministru, irrid niffirma l-PC bilfors, u jkun hemm ħafna li ma niffirmahomx, imma jkun hemm uħud li niffirmahom, apparti li jkun hemm iż-zoning tar-rationalisation sites tal-2006 li rrid niffirma wkoll.", "Apparti minn hekk, niġu hawnhekk fil-Parlament, u kollha kemm aħna, bħala rappreżentanti tal-poplu, għandna l-fakultà nistaqsu u jkollna r-risposti u nimxu accordingly.", "Dwar il-kumment tal-Onor.", "Cutajar dwar ippjanar mhux spezzettat, ngħid li idealment hekk għandu jkun, imma bħalissa qed naħdmu b'mod spezzettat għax m'għandniex alternattiva, u ngħid għaliex.", "Bħalissa aħna qegħdin nagħmlu r-review tal-iStratagic Plan for the Environment and Development (SPED), li nafu li dan se jdum għax hemm ħafna studji demografiċi, ekonomiċi, eċċ., u li minnu se noħorġu direzzjoni dwar kif il-pjanijiet lokali li għandna llum għandhom jinbidlu, jekk għandhomx jinbidlu, eċċ. Allura jagħmel sens li nwaqqfu kollox u ndumu tliet snin...?", "Dan bħall-argument li kellna meta ddiskutejna l-height limitations f'żewġ żoni industrijali, fejn il-Membri tal-Oppożizzjoni, rightly so, ma qablux mal-proposti, u jien fhimt ħafna mill-ħsebijiet wara l-argumenti tagħhom, u fhimt il-mod ġenwin kif tkellmu dakinhar, fis-sens li dak li qalu qaluh in good faith.", "Imma allura l-pożizzjoni li għandna nieħdu hija li nieqfu tliet snin naċċettaw PC applications, jew se naċċettawhom in theory?", "Ovvjament hemm uħud which are shot down instantly, oħrajn huma kkunsidrati, u ftit oħrajn li jibqgħu għaddejjin.", "Naħseb li dan huwa l-mod għaqli kif għandna naħdmu għalkemm iva, idealment l-ewwel jiġi rivedut l-iSPED u jiġu riveduti l-pjanijiet lokali biex b'hekk ikollna direzzjoni, mhux ta' ftit snin imma għall-20 sena jew 30 sena li ġejjin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, jien qed nitlob li l-punt li semmejt dwar Triq San Ġużepp u t-tħassib tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar dwar is-safety tal-pedestrians jitniżżel fil-minuti ta' din il-laqgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, mhux problema.", "Issa se ngħaddi sabiex inpoġġi l-pjan għall-vot.", "Il-Partial Local Plan Review of the South Malta Local Plan 2006 – Sites at Triq il-Marloċċ and the Junction between Triq il-Marloċċ, Triq San Ġużepp and Triq Salvu Astarita Żabbar, kif ippreżentat quddiem il-Kumitat, ġie approvat b'mod unanimu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qabel ma nagħlaq il-laqgħa nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Cutajar u lill-Onor.", "Thake tal-koperazzjoni li dejjem urew f'dan il-Kumitat.", "Ovvjament argumenti dejjem ikun hemm, però nista' ngħid li minkejja l-argumenti dejjem imxejna b'mod ċivili u naħseb li dan il-Kumitat għandu jkun ta' eżempju għall-Kumitati l-oħrajn fil-mod kif għandhom jimxu l-affarijiet fejn kulħadd jagħti l-opinjoni tiegħu, imbagħad fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm deċiżjoni.", "Nirringrazzjakom tax-xogħol kollu li għamilna s'issa flimkien u nawgura li l-Membri l-ġodda li se jkun hawn fuq il-Kumitat ukoll jaħdmu bl-istess mod ħalli mmexxu x-xogħol 'il quddiem.", "Fil-5:20 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20210202_028d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU 28", "It-Tlieta, 2 ta' Frar 2021.", "l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:37 p.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, Chairman tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Anton Refalo, Ministru għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali); kienu preżenti.", "Kien hemm preżenti wkoll, u ħadu sehem fid-diskussjoni, l-Onor.", "Aaron Farrugia (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar), l-Onor.", "Alex Muscat u l-Onor.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 27, li saret fit-12 ta' Jannar 2021, ġew konfermati.", "PARTIAL LOCAL PLAN REVIEW OF THE SOUTH MALTA LOCAL PLAN 2006 – SITES AT TRIQ IL-MARLOĊĊ AND THE JUNCTION BETWEEN TRIQ IL-MARLOĊĊ, TRIQ SAN ĠUŻEPP AND TRIQ SALVU ASTARITA ŻABBAR (Dok.", "Fil-bidu tal-laqgħa saret introduzzjoni mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-Onor.", "Aaron Farrugia, dwar il-partial local plan review.", "Wara, is-Sur Ivan Fava, uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar, ta preżentazzjoni dwar l-istess review (Dok.", "Wara diskussjoni fejn fiha saru domandi u rimarki mill-Membri tal-Kumitat, iċ-Chairman għadda sabiex ipoġġi d-dokument, kif imressaq quddiem il-Kumitat, għall-vot.", "Il-partial local plan review għadda b'mod unanimu.", "L-Onor.", "Kevin Cutajar talab li titniżżel rimarka fir-rapport fis-sens li l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar wera concerns dwar is-safety tal-pedestrians fi Triq San Ġużepp u li kien talab sabiex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jitħarsu l-istess pedestrians.", "Fil-5:20 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20210202_028m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA 20", "AVVIŻ", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Frar, 2021 fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "L-isfidi tal-anzjani fis-soċjetà tal-lum - Diskussjoni;", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20210203_020a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 20", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, fil-4:57 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ppresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Rosianne Cutajar, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti wkoll l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-Minuti ta' laqgħa Nru 19 li saret nhar il-Ħamis, 10 ta' Diċembru 2020 ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "L-ISFIDI TAL-ANZJANI FIS-SOĊJETÀ TAL-LUM - DISKUSSJONI", "Għal din il-laqgħa kien mistieden il-Ministru Michael Farrugia, responsabbli mill-anzjani u l-anzjanità attiva.", "Kien preżenti wkoll is-Sur Matthew Vella, Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru.", "Min-naħa tiegħu l-Ministru elenka x-xogħlijiet li qed isiru min-naħa tal-Gvern favur l-anzjani u l-miri li jridu jintlaħqu.", "Wara din il-preżentazzjoni l-Membri preżenti ressqu diversi mistoqsijiet lill-Ministru.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-Onor.", "David Agius, f'isem l-Oppożizzjoni ressaq lill-Kumitat proposta għal diskussjoni bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar il-Familja;", "Dok 20 Ittra datata 03/02/21 u indirizzata lill-Onor.", "Silvio Parnis, Chairperson tal- Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u lill-Onor.", "Anthony Agius Decelis, Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja.", "Is-suġġett tad-diskussjoni huwa l-Politika Nazzjonali dwar id-Droga.", "Fis-6.47 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT", "L-Onor."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20210203_020m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 76", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar, 2021 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Frar, 2021 fis-2:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "29 ta' Jannar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210203_076a_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 76", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 76", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:09 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 75, li saret fis-27 ta' Jannar 2021, ġew konfermati.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR ĠENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Fl-aħħar laqgħa li għaddiet kienet intalbet xi informazzjoni lill-Awditur Ġenerali, u fil-fatt ilbieraħ filgħaxija ġew komunikati numru ta' dokumenti li ġew iċċirkolati lill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "L-Onor.", "Ryan Callus qed jinfurmani li għandu xi follow up questions dwar din l-informazzjoni li rċevejna u għalhekk nitlob lill-Awditur Ġenerali, kif ukoll lill-uffiċjali li qegħdin jakkumpanjawh, sabiex jingħaqdu magħna fuq il-Mejda.", "Is-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali; is-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali; u s-Sur Keith Mercieca, Assistent Awditur Ġenerali ħadu posthom madwar il-Mejda.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "RYAN CALLUS: L-ewwel nett nirringrazzjakom tar-risposti li bgħattulna.", "Nifhem li hemm ħafna xogħol fihom, anke minħabba l-kumplikazzjoni tal-kuntratt inkwestjoni, u allura napprezza u nirringrazzjakom.", "Intom weġibtu fuq l-eventwalità li Enemalta tħoss, minħabba diversi raġunijiet, li tixtieq tittermina l-kuntratt, u allura l-għażliet li hawn hawnhekk huma f'dak is-sens, peró m'għedtulniex x'jiġri fl-eventwalità li Enemalta tħoss li għandha tiddipartixxi ftit mit-80% take-or-pay.", "Jekk forsi ma kenitx ċara d-domanda l-aħħar darba huwa nuqqas min-naħa tagħna, imma jien nixtieq risposta għal dan, u ċioè jekk fil-kuntratt teżistix l-eventwalità li Enemalta tagħżel li tnaqqas it-80% xiri minn dak iġġenerat.", "Issemmiet ukoll min-naħa tal-Gvern analiżi vis-à-vis l-€10 miljun li ħallasna iktar fuq medda ta' sitt xhur għax ma wżajniex l-interconnector meta f'dak il-perjodu ir-rata tal-interconnector kienet orħos.", "Jien qed nfihem li s-sorsi tagħkom kienu limitati għall-interconnector u ElectroGas, u ma dħaltux fl-operat ta' Delimara 3 (D3), former Burmeister & Wain Scandinavian Contractor (BWSC) u li llum hija taċ-Ċiniżi.", "Jien qed nitlob li tgħidulna kemm ikkunsmajna enerġija mingħand ElectroGas u mill-interconnector kull sena, u kemm ħallset Enemalta f'dan is-sens.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Għall-perjodu ta' meta saret l-analiżi, jew qed testendi l-perjodu?", "RYAN CALLUS: Aħna qbilna li dik l-analiżi tkun estiża sal-aħħar tal-2020, jiġifieri din torbot mal-eżerċizzju li tajnikom.", "IS-SUR KEITH MERCIECA (Assistent Awditur Ġenerali): Fil-fatt dwar dan hemm mistoqsija pendenti li għadna ma rrispondejnihiex.", "RYAN CALLUS: Jien m'iniex qed nagħtikom iktar xogħol imma qed ngħidilkom kif tagħtuna t-tweġiba, fis-sens ta' kemm użajna minn dawn iż-żewġ sorsi kull sena minn meta bdejtu dan l-eżerċizzju tal-interconnector u ta' ElectroGas, u kemm kienet the corresponding expense li ħallset Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nifhem li l-Onor.", "Callus qed jagħmel żewġ domandi.", "L-ewwel waħda hija jekk hemmx konsegwenzi penali kemm-il darba Enemalta tiddeċiedi li tvarja l-obbligu li tixtri 80% minn dak li tiddeġenera ElectroGas.", "It-tieni domanda hija din: Kemm ipproduċew units ta' elettriku kull sena ż-żewġ sorsi prinċipali of supply of energy, li huma l-interconnector u l-power station ta' ElectroGas, u kemm ħallasna korrispondentement għalihom.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, naħseb li din il-mistoqsija nistgħu nagħmluha lil Enemalta iktar milli lill-Awditur Ġenerali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien naħseb li l-Awditur diġà beda dan l-eżerċizzju.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma l-eżerċizzju li qed jagħmel l-Awditur, li tlabtu jien il-ġimgħa l-oħra, kien fuq il-prezz.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: L-informazzjoni mingħand Enemalta rridu nġibuha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li ħallasna mhux prezz jiġi?", "GLENN BEDINGFIELD: Imma jekk fhimt tajjeb, dak li qed jitlob l-Onor.", "Callus kien kemm minn dak li nefqet Enemalta biex iġġenerat l-enerġija xtrajna mill-interconnector u kemm xtrajna mingħand ElectroGas.", "RYAN CALLUS: Mhux eżatt hekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Dik l-informazzjoni, kif ikkonferma l-Awditur Ġenerali stess, qiegħda għand Enemalta u misskom tistaqsu lil Enemalta.", "RYAN CALLUS: Din l-informazzjoni se nitlobha għax l-eżerċizzju li tlabtu intom dwar l-interconnector...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien tlabtu jqabbel il-prezzijiet.", "RYAN CALLUS: F'ċertu sens qegħdin ngħidu l-istess ħaġa għax l-eżerċizzju li tlabtu intom dwar il-prezzijiet tal-interconnector, post il-perjodu li għamiltu intom, is-sinjuri xorta jridu jitolbu l-informazzjoni mingħand Enemalta dwar kemm intuża l-interconnector u xi ħlasijiet saru.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna tlabna kemm kien il-prezz.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed naqblu.", "L-Onor.", "Callus qed jgħid li ċerta informazzjoni li l-Awditur se jitlob lil Enemalta biex taslu għal dak li diġà ntalab tista' tiġi wżata wkoll...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'iniex qed noġġezzjona, imma sempliċement qed ngħid li l-Awditur mhuwiex il-persuna ideali li għandna nitolbu din l-informazzjoni mingħandu.", "RYAN CALLUS: Ħa nfiehem xi ħaġa u se tifhmuni mill-ewwel.", "Sur Deguara, biex tqabblu like with like tridu taraw kemm iġġenera kull sors u kemm effettivament tħallas.", "Fix-xogħol li intom diġà bdejtu xorta hemm ir-risposta għad-domanda li saret min-naħa tal-Gvern.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Biex inżommu l-Kumitat infurmat, kif inhuwa d-dover tagħna, tajjeb li ngħidulkom li aħna diġà ltqajna mas-senior management team ta' Enemalta and we mapped a way forward biex naħdmuha magħhom, għax din hija biċċa xogħol estensiva.", "In-nies tagħna se jibdew imorru għand Enemalta biex inkunu nistgħu naraw b'għajnejna ċerti affarijiet.", "Jiġifieri, iva, din l-informazzjoni se nġibuha mingħand Enemalta għax mhijiex qiegħda għandna, però ftehemna li se naħdmuha flimkien.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Ġaladarba staqsejtuna, ħadna azzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "RYAN CALLUS: Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Saritilkom mistoqsija, u tajtuna risposta għaliha, dwar x'inhuma l-liabilities ta' Enemalta f'każ li tiddeċiedi li toħroġ mill-committments li għandha.", "Mad-daqqa t'għajn jidher li huwa eżerċizzju dettaljat.", "Sur Mercieca, tista' tissimplifikalna iżjed ir-risposta li bgħattilna għall-mistoqsija dwar x'liability ikun hemm għall-Gvern kemm-il darba dan jiddeċiedi li ma jonorax l-obbligu tal-kuntratt u jieqaf jixtri l-enerġija mingħand ElectroGas?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Se nipprova nispjega xi ħaġa kkumplikata f'termini sempliċi, u allura jista' jkun li ma nkunx preċiż mija fil-mija, għax qed nissimplifika l-affarijiet.", "Il-kuntratti kienu qishom jikkunsidraw it-term Enemalta default fare value.", "Dak it-terminu kien l-ammont li kellu jitħallas li kieku jiġri dan ix-xenarju li qed insemmu, u fil-fatt m'hemmx ammont wieħed stipulat.", "L-ammont jiġi determinat skont iċ-ċirkostanzi, skont il-kuntest, skont meta jiġri, u skont kif ikunu l-affarijiet; hemm ħafna affarijiet jiċċaqilqu.", "Min-naħa waħda hemm affarijiet li jridu jiżdiedu mal-ammont, u min-naħa l-oħra hemm dawk li jridu jitnaqqsu.", "L-affarijiet li jridu jiżdiedu huma erbgħa u wieħed minnhom huwa l-ammont li kien dovut lil dawk li sellfu l-flus, jiġifieri d-dejn li kien ikollha ElectroGas fil-punt li tiġri din il-ħaġa jiġi kkunsidrat bħala parti minn Enemalta default… (Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Kemm ikun fadal mid-dejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri jekk l-Istat jiddeċiedi li joħroġ mill-kuntratt ma' ElectroGas, the amount due to lenders, li qed nifhem huma l-banek, jassumi responsabilità tiegħu l-Gvern.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Eżatt.", "F'Figure 3 hemm schedule ta' kif dan jonqos biż-żmien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kieku l-Gvern illum joħroġ minn dan il-kuntratt ikollu exposure ta' €425 miljun.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Għal dik il-parti tal-formula biss.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti tajtna skadenza li bdiet b'€440 miljun, jiġifieri kieku l-Gvern ħareġ dakinhar li sar kuntratt kien ikun hemm exposure ta' €440 miljun.", "Kieku l-Gvern jiddeċiedi li joħroġ minn dan il-ftehim illum, fl-2021, ikollu exposure ta' €417,186,000.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ix-schedule hekk qed tgħid.", "Jista' jkun li n-numru ma jkunx preċiż daqshekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak huwa l-bilanċ tal-faċilità llum.", "Biex il-Gvern joħroġ mill-kuntratt ma' ElectroGas illum, irid iħallas €417,186,000.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dak component wieħed biss.", "GLENN BEDINGFIELD: U x'jiġri imbagħad jekk iħallas dan l-ammont?", "L-impjant imbagħad jaqa' f'idejn il-Gvern u jħaddmu l-Gvern.", "Hux hekk?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk jonqos, iżommuh!", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri mhijiex kwestjoni ta' penali, imma hija kwestjoni ta' ftehim; ikun qisu xtara l-impjant.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'inhu t-tieni component?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: It-tieni biċċa hija Enemalta default equity compensation, jiġifieri l-investiment li jkun sar fl-impjant irid jiġi rikonoxxut f'din it-tranżazzjoni wkoll.", "Ma nistax ngħidlek kemm huwa l-ammont għax irid jiġi determinat skont meta jkun qed jiġri.", "Nimmaġina li hemm formola ta' kif tinħadem din id-default equity compensation.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hemm dettalji ta' kif wieħed għandu jasal għall-figura.", "IĊ-CHAIRPERSON: U inti dħalt fiha din il-formula?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dħalna fiha iva, imma dħalna fuq kieku kif taħdem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma ma stajtx tikkwantifikaha.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma stajtx nikkwantifikaha għax huwa kunċett teoretiku, fis-sens li tista' tasal għaliha jekk ikun konkretament qed jiġri hekk f'punt partikolari.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jiddependi minn ħafna fatturi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però kieku kellu jiġri dan fl-2021, għandek il-formula biex taħdimli d-default equity compensation?", "Għandek l-ammont tal-bank, imbagħad naħseb li hemm element ta' depreciation...", "GLENN BEDINGFIELD: Suppożizzjoni din.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhijiex suppożizzjoni, huwa kalkolu professjonali.", "GLENN BEDINGFIELD: Kalkolu professjonali meta qed tgħid \"kieku\"!?", "Hija suppożizzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Figure 1 li hemm f'paġna 2 qiegħda turi dik il-formula.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri component 2 ma ħdimtuhx.", "RYAN CALLUS: Imma huwa possibbli li jinħadem?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Wieħed jista' jagħmlu, imma naħseb li mhijiex ħaġa sempliċi għax nimmaġina li wieħed ikun irid jara volum enormi ta' dokumentazzjoni.", "Barra minn hekk, din hija xi ħaġa teoretika.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Dan ifisser li jekk ElectroGas ikollu jħallas lil diversi kuntratturi tiegħu, il-Gvern jassumi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax jidħol fiż-żarbun tiegħu.", "RYAN CALLUS: Iċ-ċifra ta' din ma teżistix għax trid tiġi mitluba fl-eventwalità li ssir talba...", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "Wieħed ikun irid jgħid \"kieku ssir issa, kemm huma l-ammonti li intom tridu tħallsu\".", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-istess għar-redundancy payments for EGM employees.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Li kieku kellna nagħmluha din il-ħaġa żgur ikollna diffikultà għax f'dan l-istadju dawn id-dokumenti huma privati, mhumiex tal-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Napprezza.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma hawnhekk qed ngħidu \"li kieku\", u allura li kieku jista' jsirx, u jista' ma jsirx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija kienet din: Jekk il-gvern, kwalunkwe gvern, jiddeċiedi li joħroġ minn dan il-kuntratt, għandek primarjament l-exposure ta' kważi €0.5 biljun mal-banek, illum.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-Gvern fil-bidu kemm kien ħareġ?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri l-Gvern ma ħareġ xejn.", "Tajjeb.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): U jkun qed jixtri power station.", "GLENN BEDINGFIELD: Eżatt.", "Jiġifieri l-exposure huwa li jekk joħroġ mill-kuntratt, il-Gvern ikun qed jixtri power station.", "U s'issa l-Gvern ma ħareġ xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed iħallas prezz għoli ħafna.", "RYAN CALLUS: Għax-xiri tad-dawl.", "GLENN BEDINGFIELD: Però li kieku l-Gvern ikollu joħroġ mill-kuntratt iħallas ċertu ammont ta' flus, 'il fuq minn €400 miljun, u jieħu l-power station.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri biex il-power station terġa' ssir...", "GLENN BEDINGFIELD: U iva, qabel konna ngħidu €10 miljun 'l hawn u €10 miljun 'l hemm ma tagħmilx differenza!", "IĊ-CHAIRPERSON: U llum qegħdin nitkellmu fuq €435 miljun, mhux fuq €10 miljun.", "Jiġifieri llum, biex il-power station ta' ElectroGas nixtruha u ssir tal-Maltin irridu nħallsu €417 miljun.", "IAN CASTALDI PARIS: €400 miljun huwa l-valur reali jekk tissuċedi din il-ħaġa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak mhux valur reali.", "RYAN CALLUS: Huwa l-ammont stabbilit fil-kuntratt.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Huwa l-ammont stabbilit fil-kuntratt li huwa dovut lil-lenders.", "IAN CASTALDI PARIS: Imma bħala valur huwa reali?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Wieħed ikun irid jidħol fil-valur.", "IAN CASTALDI PARIS: Tista' wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Castaldi Paris, noqogħdu attenti għax l-implikazzjoni ta' dik il-mistoqsija hija li l-loan li hemm mal-bank ma tirriflettix… Jiġifieri noqogħdu attenti fejn sejrin.", "ALEX MUSCAT: Għandi nifhem li parti minn dik is-somma hija d-default tal-kuntratt ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din hija loan facility li għandhom huma, mhux penali.", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur): Jiġifieri aħna qegħdin nidħlu fil-but tal-konsorzju issa!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija kienet: Biex il-power station terġa' ssir tal-Maltin… (Interruzzjonijiet)", "L-investiment oriġinali li qed tgħid inti...", "ALEX MUSCAT: Mr Chairman, inti għamilt l-asserzjoni \"terġa' ssir\", imma l-power station ta' ElectroGas hija ġdida, ma kenitx teżisti.", "Jiġifieri fil-fatt mhux terġa' ssir, imma tinxtara power station mingħand il-privat li qatt ma kienet ta' Enemalta.", "CLAYTON BARTOLO: Biex saret din il-power station kemm kien l-investiment li sar?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ta' diversi mijiet ta' miljuni.", "CLAYTON BARTOLO: Jekk ngħid €500 miljun inkun qrib?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' jkun; viċin ta' dak l-ammont.", "CLAYTON BARTOLO: X'ħallas minnhom il-Gvern?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Xejn; il-Gvern daħal f'committment li jħallas over time.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri l-Gvern jista' jixtri lura l-impjant.", "CLAYTON BARTOLO: At any point in time jekk il-Gvern joħroġ minn dak il-ftehim, jixtri dik il-power station li saret ġdida u li tħammeġ inqas minn ta' BWSC.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma mhux dak huwa l-punt.", "CLAYTON BARTOLO: Naf li ma tridux tmorru hemmhekk, u nifhem għalfejn ma tridux tmorru hemm, imma...", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-punt huwa li aħna qabbadna l-barranin...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jaħasra m'għandux x'jaqsam market value.", "CLAYTON BARTOLO: M'iniex qed nispara.", "Il-fatti jibqgħu li meta saret ta' BWSC baxxejtu t-thresholds ambjentali biex mill-Yellow Pages sibtu power station...", "IĊ-CHAIRPERSON: X'għandu x'jaqsam!?", "CLAYTON BARTOLO: Mur staqsi lin-nies ta' Marsaxlokk ħa tara x'għandu x'jaqsam!", "Mur staqsi lin-nies tal-Fgura jekk għandux x'jaqsam!", "ALEX MUSCAT: Il-qofol ta' kollox huwa li jidher li hawn interess li nerġgħu mmorru lura għaż-żejt.", "RYAN CALLUS: Onor. Muscat, qed tgħid iċ-ċuċati.", "ALEX MUSCAT: B'dan il-line of questioning donnu jidher li qed timmissjawh iż-żejt.", "CLAYTON BARTOLO: Naħseb li din hi l-policy il-ġdida li se jħabbar l-Onor.", "RYAN CALLUS: Tant ma rridux immorru hemm li qegħdin nitkellmu fuq l-idroġenu, li intom tliftu l-miljuni għalih tant kemm intom iffissati fuq ElectoGas.", "ALEX MUSCAT: Dak qed tgħidu inti.", "Hija opinjoni tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Order!", "RYAN CALLUS: Staqsi lill-Kummissjoni Ewropea.", "IAN CASTALDI PARIS: Sur President, id-domanda tiegħi dwar il-valur tagħha...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Castaldi Paris, din mhijiex kwestjoni ta' valutazzjoni; dan l-ammont huwa balance of a loan.", "RYAN CALLUS: Dan il-kuntratt marbutin bih.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Castaldi Paris, kompli l-mistoqsija tiegħek.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Onor. Castaldi Paris, jien ma naħsibx li huwa xogħolna li nidħlu fil-valuations ta' power stations.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kompli, Sur Mercieca.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ir-raba' component huwa r-redundancy payments tal-impjegati ta' ElectroGas, jiġifieri l-Gvern irid iħallas ukoll lill-impjegati ta' ElectroGas.", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jirriżultalek kemm hemm impjegati ta' ElectroGas?", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-Minuti rajt li hemm dan il-component ta' nies li kienu Enemalta li kellhom jiġu sekondati ma' ElectroGas.", "Tista' tweġibna jekk immaterjalizzatx ruħha din?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Jista' jkun.", "Naf li kien hemm agreement li kien jiffaċilita dan...", "IĊ-CHAIRPERSON: Milli qrajt kien hemm numru ta' ħaddiema ta' Enemalta – li kulħadd jaf li huma nies kompetenti ħafna – who could be seconded ma' ElectroGas, però mbagħad mill-Minuti joħroġ li kien hemm ukoll il-concern li hemm areas li jridu specialisation li ma teżistix f'Enemalta.", "Jirriżultalkom x'kien il-bilanċ?", "IS-SUR KEITH MERCIECA: Ma dħalniex fiha.", "Naf li kien hemm agreement, li huwa msemmi wkoll fir-rapport tagħna, ta' kif kellhom jaħdmu l-movimenti tan-nies, imma ma nafx nirrispondik għal din il-mistoqsija.", "Biex inkompli mal-formula, hemm in-naħa l-oħra tal-equation.", "L-affarijiet li diġà semmejt huma kollha affarijiet li jridu jitħallsu min-naħa tal-Gvern, imbagħad hemm affarijiet li jridu jonqsu mill-bilanċ, bħal xi bank credit balances li jkun hemm, u xi accounts payable, jew xi hedging agreements li jkunu daħlu għalihom bil-quddiem u allura jiġu returned.", "Dawk iridu jonqsu mill-bilanċ; tagħmilhom kontra xulxin u tara x'jifdal.", "Hekk jinħadem il-valur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjawkom.", "Jidher li m'hawnx aktar domandi għall-Awditur u għalhekk nitlob li jissejjaħ fil-Kamra s-Sur David Galea, li huwa x-xhud li għandna llum.", "Is-Sur David Galea daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insellimlek, Sur Galea.", "Inti ġejt mitlub sabiex tixhed quddiem dan il-Kumitat u għaldaqstant se tingħata l-ġurament u wara se jsirulek mistoqsijiet minn kull Membru ta' dan il-Kumitat; hawn erba' rappreżentanti min-naħa tal-Gvern u tnejn min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien, David Galea, naħlef li ngħid is-sewwa, is-sewwa kollu u xejn ħlief is-sewwa.", "Hekk Alla jgħinni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur Galea, grazzi talli ġejt hawnhekk.", "Qabel nibdew bid-domandi, għedilna ftit x'kien l-irwol tiegħek fil-proġett ta' ElectroGas.", "IS-SUR DAVID GALEA: Grazzi.", "Huwa ta' pjaċir kbir għalija li nkun hawnhekk biex nispjega ftit il-proġett.", "Il-rwol tiegħi, essenzjalment, kien ta' project manager u kont qed namministra numru ta' work packages.", "Il-proġett tal-Power Purchase Agreement (PPA) u l-Gas Supply Agreement (GSA) kien jifforma parti minn an holistic energy transformation programme, u l-parti tiegħi prinċipali kienet mill-aspett ta' Enemalta li nħares lejn numru ta' work packages.", "Fosthom kien hemm work packages ta' business case justification, kien hemm area ta' site preparation, kien hemm work package marbut ma' technical specifications; kien hemm package ieħor ta' negotiations and contract preparations, u kien hemm ukoll aspetti oħrajn marbutin mal-procurement and the competitive process.", "Dak kien ir-rwol tiegħi; kont nikkordina x-xogħol u kont nieħu sehem f'numru ta' laqgħat u nikkordina l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi, u kelli sehem attiv u dirett fil-procurement process u fid-diskussjonijiet li kien hemm fuq il-kuntratti.", "RYAN CALLUS: Jekk inħarsu lejn il-lista ta' persuni nvoluti fl-adjudication process nistgħu ngħidu li inti kellek waħda mill-karigi l-iktar importanti f'dan il-proċess.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, naħseb li kont il-linchpin bejn il-gruppi differenti.", "Però konna naħdmu bħala tim kordinat.", "RYAN CALLUS: Inti lil min kont tirrapporta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien kont nirrapporta lill-Projects Sponsoring Committee, u eventwalment konna nippreżentaw ir-riżultati lill-Bord tad-Diretturi ta' Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qabel ma nitkellmu fuq ElectroGas per se, agħtina ftit il-background tiegħek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-background tiegħi huwa ta' konsulent.", "Ili konsulent mill-2007, u kont nagħmel xogħol ta' Enemalta...", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta tgħid \"konsulent\", x'jiġifieri?", "Jien għandi degree fil-business management mill-Università ta' Malta, Certified Public Accountant mill-Malta Institute of Accountants, għandi MBA mill-Università ta' Warwick, u bħalissa qiegħed nipprepara biex nibda dottorat.", "Mill-aspett professjonali kelli esperjenzi differenti; bejn l-2001 u l-2004 kont naħdem fil-konsulenza fi ħdan il-Managament Effeciency Unit (MEU), ħdimt xi ftit żmien l-Airmalta, għamilt żmien naħdem mal-Malta Enterprise, ħdimt ukoll fil-Malta Tourism Authority (MTA), u ili consultant on my own mill-2007.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta tgħid consultant on your own, jiġifieri għandek xi kumpanija?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, għandi kumpanija jisimha Beat, kelli numru ta' nies jaħdmu miegħi, imbagħad kelli problemi ta' saħħa u kelli nnaqqas l-input bħala operat, però issa erġajt bdejt naħdem iktar fuq l-aspetti fejn għandu x'jaqsam ma' project management, digital transformation and solutions.", "Għamilt proġetti fl-Ingilterra, fil-Middle East, u anke f'Malta.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'kienu l-proġetti li għamilt fil-Middle East?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-Middle East għamilna proġetti marbutin ma' excellence springworks.", "Konna mqabbdin mill-Gvern t'hemmhekk biex naraw il-performance ta' ċerti entitajiet tas-settur pubbliku b'enfasi fuq l-enerġija.", "Fl-Ingilterra kont involut f'xi proġetti marbutin mal-fuels, u proġett minnhom kien żvilupp ta' business case justification għal dismantling ta' nuclear sites.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kellek klijent l-Inglilterra li ngaġġak hu.", "Allura l-proġett ma jkunx tiegħek, imma tal-klijent.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kellek klijent u tajt pariri ta' konsulenza lil xi ħadd l-Ingilterra, mhux kellek proġett tiegħek.", "Meta twaqqfet il-kumpanija, jekk jogħġbok?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ili għal rasi mill-2007, u l-kumpanija twaqqfet fl-2015.", "IĊ-CHAIRPERSON: U x'jisimha din il-kumpanija?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħid sew li Beat Ltd twaqqfet proprju kif laħaq Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi?", "Kien dak iż-żmien?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, għadu kif qal li fl-2015.", "CLAYTON BARTOLO: Fl-2007 fetaħ għal rasu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imbagħad waqqaf kumpanija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kumpanija hija speċi ta' legal transaction.", "Jien ma nagħmilx distinzjoni bejn business u legal transaction.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħid sewwa li lil Konrad Mizzi tafu sewwa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħabib kbir tiegħek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ħabib tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħid sewwa li meta laħaq Ministru Konrad Mizzi inti bdejt tingħata direct orders mill-Ministeru għat-Turiżmu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ingħatajt direct orders bħalma ngħatajt direct orders qabel.", "GLENN BEDINGFIELD: Fl-2007 kont tieħu direct orders?", "CLAYTON BARTOLO: Anke bejn l-2001 u 2004?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak iż-żmien kont impjegat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Staqsuh kemm tridu; ġibu l-informazzjoni kif ġibt l-informazzjoni jien, u staqsuh kemm tridu.", "Mela fl-2015 twaqqfet il-kumpanija Beat Ltd, tiftakar min kien ministru għat-turiżmu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakarx bl-amment jekk kienx Dr Mizzi.", "Probabbilment dak iż-żmien kien Ministru għas-Saħħa, l-Enerġija u...", "IĊ-CHAIRPERSON: Kien Ministru ta' ħafna affarijiet; tal-enerġija, tas-saħħa… Fejn kien ikun hemm bżonn.", "Dispatched fejn ikun hemm bżonn.", "GLENN BEDINGFIELD: Inti għedt li għandek informazzjoni!", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, ġej bl-informazzjoni.", "Sur Galea, ngħid sew li inti ngħatajt direct order kuntratt ta' konsulenzi ta' €43,000 ma' Airmalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jista' jkun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tiftakarx?", "Tiftakar tal-Ingilterra u ma tiftakarx din!", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakarx l-ammont eżatt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk ngħidlek kien ta' €43,000?", "IS-SUR DAVID GALEA: Probabbli huwa tajjeb l-ammont.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tiftakar x'direct orders oħra kellek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kelli numru ta' direct orders.", "(Interruzzjonijiet)", "Ma rridx intellfek mill-via tiegħek għax nista' nifhem fejn qed tipprova tmur…", "ALEX MUSCAT: Consultancy ma tiġix direct order.", "CLAYTON BARTOLO: L-item fuq l-aġenda jgħid \"Kontinwazzjoni tal-eżami tar-Rapport tal- Awditur Ġenerali...\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa fl-interess tal-pubbliku li naraw min huma l-persuni li kellhom…", "ALEX MUSCAT: Character assassination jgħidulha din.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, mhux character assassination.", "Meta tieħu rwol pubbliku trid twieġeb għal dak ir-rwol li tkun okkupajt.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Galea, inti għedtilna li fl-2007 ħadt xi direct orders.", "Tiftakar mingħand min ħadthom dak iż-żmien?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ħadt xi affarijiet minn Enemalta, ma nafx jekk kontx għamilt xi ħaġa ma' Malta Enterprise, mingħalija kont għamilt xi ħaġa ma' Malta Communications Authority…", "CLAYTON BARTOLO: Tiftakar min kien il-Ministru dak iż-żmien?", "IS-SUR DAVID GALEA: M'għandix idea.", "CLAYTON BARTOLO: Imma l-amministrazzjoni tiftakar minn min kienet titmexxa.", "Kienet Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiena ħdimt tajjeb ma' kulħadd.", "CLAYTON BARTOLO: Prosit, u hekk għandu jkun.", "Min hu tajjeb għandu jaħdem tajjeb ma' kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk ngħidlek li tant taħdem ma' kulħadd li bejn l-2013 u l-2019 ħadt b'aktar minn €1 miljun f'kuntratti, inkun qed nivvinta, jew inkun korrett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Turnover hija differenti minn profitti; hemm differenza kbira.", "CLAYTON BARTOLO: Mela daqs kemm ħa Simon Busuttil…", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela inti bdejt tingħata direct orders.", "CLAYTON BARTOLO: Kellek xi razzett tal-fniek jew xi wine bar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'għandix.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-kollega kellu wine bar, toqgħodx timmalafamah.", "GLENN BEDINGFIELD: Tnejn kelli mhux wieħed.", "CLAYTON BARTOLO: Konsulenza fuq wine bar ridt ngħid mhux wine bar.", "Mela issa għax bniedem ikollu business...", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, staqsejtek jekk ingħatajtx direct orders fil-valur ta' €1 miljun u għedtli li iva.", "S-SUR DAVID GALEA: Ma qgħadtx ngħoddhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, mhux aħjar ngħaddu għall-mistoqsijiet?", "Qed tipprova tagħmel character assassination.", "Qed tipprova niddiskredita lix-xhud meta għadu lanqas beda!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħid sew li inti tqabbadt mill-Ministeru proprju biex teżamina l-kuntratt tal-Awditur Ġenerali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux preċiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela l-Awditur għamel rapport li fih inti ġejt identifikat bħala persuna li kellek ċerta responsabilità, l-Awditur ħareġ ir-rapport u sussegwentement – qed nissuġġerilek, issa se tispjega inti –… Jiġifieri inti ngħatajt direct order biex teżamina r-rapport tal-Awditur li eżamina dak li għamilt int!", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela għedilna.", "IS-SUR DAVID GALEA: Grazzi tal-mistoqsija għax naħseb li huwa importanti li nispjega.", "Il-prassi fil-private sector hija li meta jsir audit – u naf li dan kien investigation mhux audit – jingħata r-rapport lill-manager konċernat ta' dak l-operat fejn sar l-audit biex jagħti l-management comments tiegħu.", "Waqt li beda jsir l-eżerċizzju min-National Audit Office (NAO) kienu jistaqsu ċerti mistoqsijiet li wħud minnhom kienu jgħaddu għandi u kont nirrispondihom.", "Ma naħsibx li kelli conflict of interest…", "IĊ-CHAIRPERSON: Min kien jirriferihom għandek?", "Jiġifieri l-Awditur kien jagħmel xi queries lil Enemalta, u Enemalta kienet tirriferihom għandek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Uħud minnhom, mhux kollha, kienet tirriferihom lili għax ovvjament jien kont involut.", "Naħseb aktar minni ħadd ma seta' jitkellem fuqhom.", "Ix-xogħol li għamilt jien kien li tajt management comments bħalma jiġri fil-private sector f'kull audit.", "Kulħadd kien jaf li jien għamiltu għax il-kuntratt kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, jiġifieri mhijiex xi ħaġa li saret…", "GLENN BEDINGFIELD: ...minn wara dahar kulħadd.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "Jien tajt il-kummenti tiegħi fuq il-konklużjonijiet li għamel l-Awditur.", "IĊ-CHAIRPERSON: U ta' dan tħallast?", "IĊ-CHAIRPERSON: Taf tgħidilna kemm tħallast talli għamilt kummenti fuq ir-rapport tal-Awditur li eżamina dak li għamilt int ma' oħrajn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-proġett m'għamiltux jien waħdi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għedtlek \"int ma' oħrajn\".", "RYAN CALLUS: Il-kumpanija tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur li qegħdin neżaminaw illum, inti tqabbadt minn Enemalta biex tgħidilhom x'qal l-Awditur fir-rapport tiegħu.", "Għedilna inti x'għamilt.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ejjew neħduha bil-kontra.", "Kieku jien kont impjegat ta' Enemalta, biex nagħti l-kummenti tiegħi fuq ir-rapport tal-Awditur, kont neħodhom unpaid leave?", "Hija l-istess prassi.", "RYAN CALLUS: Imma naqblu li inti ngħatajt direct order biex tikkummenta fuq dak li ktibt?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux li ktibt jien.", "RYAN CALLUS: Fuq dak li ħdimt.", "IS-SUR DAVID GALEA: Biex nikkummenta fuq l-issues li qajjem l-Awditur.", "Hemm differenza kbira.", "IĊ-CHAIRPERSON: Wieġeb il-mistoqsija.", "Kemm tħallast?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bejn wieħed u ieħor €8,000.", "RYAN CALLUS: Min kien li tak il-kompitu li tagħmel dan il-famuż review ta' xogħlok?", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Kunu serji għal darba!", "RYAN CALLUS: Xi ħadd qabdek biex tagħmlu dan.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed jaqblu mal-mod kif għamilt il-mistoqsija.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'iniex qed naqbel mal-mod ta' kif qegħdin iġġibu ruħkom u mal-mod ta' kif qegħdin tagħmlu l-mistoqsijiet, bħal \"int min qabbdek?\"", "X'jiġifieri min qabdek?", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Xi ħadd f'Enemalta ddeċieda li jqabbdek, mhux xi ħadd fil-privat.", "ALEX MUSCAT: Se jkollna lill-uffiċjali ta' Enemalta hawnhekk u jirrispondu huma.", "Is-sinjur nistaqsuh fuq l-involviment tiegħu.", "Jidhirli, u nemmen li jidhirli tajjeb, li għandna rapport u rridu neżaminaw dan ir-rapport u mhux is-sinjur x'għamel fuq is-saħħa u x'għamel qabel l-2013…", "IĊ-CHAIRPERSON: Serraħ moħħok, kollox huwa rilevanti.", "ALEX MUSCAT: Intom esperti f'li timmuntaw storja għall-media u persuna, li jien għandi nifhem hija ta' integrità, tippruvaw tpinġuha f'lenti kerha.", "IĊ-CHAIRPERSON: S'issa, kulma staqsejtu kkonfermah.", "Kieku jien għedtlu xi ħaġa fejn qalli li qed nivvinta jew li hija gidba… Jien staqsejtu diversi mistoqsijiet, inkluż dwar il-ħbiberija tiegħu ma' Konrad Mizzi.", "U, iva, għandha rilevanza għall-poplu Malti li s-sinjur ingħata €1 miljun f'direct orders, u għandha rilevanza li Enemalta ħallsitu biex jeżamina rapport tal-Awditur li… Għalikom forsi m'għandhiex, imma għall-poplu Malti għandha.", "Dan il-Kumitat dak li jeżamina, l-infiq ta' fondi pubbliċi.", "Tista' ma taqbilx, jew tista' tgħid li għamlu sew, imma mhux tgħid li m'għandhiex rilevanza!", "ALEX MUSCAT: Dak huwa statement li qed tagħmel inti li llejla possibbilment jieħu l-front news tal-101 jew tan-NET.", "GLENN BEDINGFIELD: Mr Chairman, qegħdin out of order.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, jekk irridu naraw l-infiq ta' fondi pubbliċi nagħmlu Kumitat fuq hekk.", "Hawnhekk il-Kumitat huwa…", "CLAYTON BARTOLO: Imma s-suġġett ta' din il-laqgħa huwa ċar li huwa r-rapport tal-Awditur.", "Ejjew inżommu ma' dan ir-rapport u ma nkunux out of order għax qegħdin tkunu out of order.", "RYAN CALLUS: Sur Galea, tista' tgħidli min kienet il-persuna li nkarigatek tagħmel dan ir-review wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija kien iċ-Chief Executive Officer (CEO) ta' Enemalta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jew iċ-Chairman, wieħed minnhom.", "IAN CASTALDI PARIS: Issa staqsi u ċċekkja.", "RYAN CALLUS: Nimmaġina li kellek xi ftehim magħhom fuq dan ix-xogħol.", "RYAN CALLUS: Fuq ir-responsabilitajiet li kellek għedtilna ħafna, però m'għedtilniex xi ħaġa.", "Kien hemm rapporti li inti kont inkarigat biex tikkordina l-pożizzjoni komuni ta' Enemalta u ElectroGas dwar kif se jwieġbu n-nies involuti quddiem dan il-Kumitat.", "Dan huwa korrett jew le?", "Tista' tistaqsi lil kulħadd f'Enemalta u f'ElectroGas u staqsihom jekk jien qattx kellimt lil xi ħadd…", "RYAN CALLUS: Jiġifieri inti tiċħad li fit-task li ngħatajt, waħda mir-responsabilitajiet li inti tħallast €8,000 għalihom kienet li inti tipprepara pożizzjoni komuni u tipprepara lin-nies involuti li ġew investigati fir-rapport tal-Awditur Ġenerali għall-mod kif għandhom iwieġbu f'dan il-Kumitat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-pożizzjoni tiegħi kienet li nipprepara rapport bil-kummenti – dak iż-żmien kien hemm change in management f'Enemalta u allura kien hemm nies li ma kenux involuti fil-proġett tal-PPA u GSA – u biex nagħti l-veduti u l-kummenti tiegħi fuq l-issues li qamu fuq ir-rapport tal-Awditur.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri inti ma tiftakarx li kellek din ir-responsabilità miktuba fuq il-kuntratt mogħti lilek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien qed ngħidlek…", "GLENN BEDINGFIELD: Mr Chairman, hawnhekk aħna qegħdin...", "RYAN CALLUS: Jaħasra…", "GLENN BEDINGFIELD: Le, jaħasra xejn.", "Aħna hawnhekk qegħdin nevalwaw lil ElectroGas u mhux lill-persuna li għandna quddiemna.", "RYAN CALLUS: Sur President, ħalli ngħidlek għalfejn hija importanti, forsi l-Onor.", "Bedingfield jifhimni aħjar.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq fondi pubbliċi.", "GLENN BEDINGFIELD: Eżatt.", "RYAN CALLUS: U dwar fondi pubbliċi ma' dak kollu li huwa relatat ma' din il-kwestjoni li għandna quddiemna.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, ma' kollox xejn!", "Hawnhekk qegħdin nevalwaw u nanaliżżaw ir-rapport li l-Awditur għamel fuq il-kuntratt ta' ElectroGas u mhux in-nies.", "RYAN CALLUS: Mhux hekk qed nagħmlu?", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'għandi l-ebda problema li nidħlu fuq il-personali, però ma nixtiequx.", "Twassluniex hemmhekk għax jekk se nibdew nidħlu fil-personali u nattakkaw lin-nies u l-abilitajiet tagħhom, allura mmorru u nitolbu ruling mingħand l-Ispeaker.", "Jekk se nara li se noqogħdu niddevjaw mir-rapport tal-Awditur, li ġejna hawnhekk biex nanaliżżaw, u mmorru fuq in-nies, allura nwaqqfu dan il-Kumitat.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nanaliżżaw ir-rapport tal-Awditur fuq ElectroGas u ebda kuntratt ieħor u ebda persuna oħra.", "Dak huwa t-terminu ta' dan il-Kumitat, biex nagħmluha ċara minn issa.", "U nfakkrek, Sur President, li kellkom tagħtuna lista tal-persuni li tridu ttellgħu bħala xhieda quddiem dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Se nagħtuhielek.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk tridu tagħmlu witch hunts morru għamluhom xi mkien ieħor.", "Tinqdewx bl-istituzzjoni tal-Parlament biex tagħmlu witch hunts fuq in-nies għax m'iniex se naċċetta li jsir dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ikkalmajt, Onor. Bedingfield?", "GLENN BEDINGFIELD: Jien kalm qiegħed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, jien ma jien se naċċetta qatt li jkun hawn attakki fuq affarijiet personali…", "IĊ-CHAIRPERSON: ...però x-xhud jifhem u japprezza li meta qegħdin nitkellmu fuq biċċiet ta' xogħol li għandhom x'jaqsmu ma' fondi pubbliċi u relatati ma' dan il-kuntratt, ma nkunux qegħdin nitkellmu fuq affarijiet personali.", "Kif nifhimhom jien, affarijiet personali huma bħal, pereżempju, nistaqsi x'għamel Beppe Fenech Adami ma' nafx ma min meta mar id-dar f'ċerta data filgħaxija, jew x'għamel Beppe Fenech Adami meta ħareġ jimxi fil-kampanja bil-kelb nhar is-Sibt li għadda.", "Dawk huma mistoqsijiet dwar affarijiet personali.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Presidnet, l-ewwel mistoqsija tiegħek kienet jekk ix-xhud kienx ħabib kbir ta' Konrad Mizzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "(Interruzzjonijiet) Mhuwiex sakrileġġ!", "Konrad Mizzi għandu l-problemi tiegħu bħalissa.", "Jekk tidħol fuq in-news portals tifhem fejn qiegħed bħalissa Konrad Mizzi.", "GLENN BEDINGFIELD: Li qed nitlob jien huwa biex ma tinqdewx bl-istituzzjoni tal-Parlament biex tagħmlu witch hunts fuq in-nies.", "Għandkom media kemm tridu, u hemmhekk għamlu li tridu, però tinqdewx b'din l-istituzzjoni.", "Aħna ġejna hawnhekk biex nevalwaw ir-rapport li l-Awditur għamel fuq ElectroGas, mhux il-kuntratti li ħadet il-persuna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, is-Sinjur għadu kemm ikkonferma li, sussegwentament għar-rapport li qegħdin niddiskutu llum, huwa ġie nkarigat minn Enemalta biex jagħti l-opinjoni tiegħu u jgħaddi l-kummenti tiegħu dwaru.", "Allura tiġi tgħidli illi li nistaqsih fuq dan ir-rapport mhux pertinenti għas-suġġett tal-lum?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, mhijiex problema; m'iniex qed nikkontesta dan.", "Jien qed nistaqsik jekk għamiltx rapport wara li ngħatajt dan l-inkarigu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għamilt comparison.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jeżisti dan ir-rapport?", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tagħtina kopja tiegħu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx jekk nistax nagħtih jien.", "Jekk ir-rapport tħallas għalih, trid tara jekk min ikkummissjonah huwiex dispost jintavolah.", "Int avukat ta' klassi, bħall-eks Leader li kellkom, u allura naħseb li dawn l-affarijiet tafhom sew.", "Trid tistaqsi lil min ikkummissjona r-rapport.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri dan ir-rapport qiegħed għand Enemalta?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri Enemalta għandhom kopja tiegħu, u jekk nitolbuhulhom imbagħad naraw jagħtuhulniex jew le.", "Mela l-punt sorvolat; jeżisti dan ir-rapport.", "RYAN CALLUS: Inti għadek konsulent fuq din l-kwestjoni?", "IS-SUR DAVID GALEA: M'għadnix.", "Ilhom ma jitolbuni nidħol fih.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri min-naħa tiegħek, il-konsulenza fuq il-proġett ta' ElectroGas waqfet.", "RYAN CALLUS: Inti tiftakar min kienet l-ewwel persuna li avviċinatek biex tkun involut f'dan il-proġett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont tqabbadt minn Enemalta.", "RYAN CALLUS: Tiftakar minn min eżatt?", "IĊ-CHAIRPERSON: How did it happen?", "Dak iż-żmien x'kien xogħlok f'Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont nagħmel xi konsulenzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ma kontx impjegat ta' Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont konsulent.", "Imbagħad one fine year xi ħadd kellmek fuq il-proġett tal-power station il-ġdida.", "Tista' tgħidilna min kienet din il-persuna?", "Dawn qamu filgħodu u qalu \"ara, hemm is-Sur Galea, dak hu\"?", "Għidilna daqsxejn il-background kif ġrat.", "Kif spiċċajt involut f'dan il-proġett?", "GLENN BEDINGFIELD: Qiegħed fil-Yellow Pages inti?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, huwa ħabib ta' Konrad Mizzi.", "ALEX MUSCAT: Imma nistgħu nistaqsuh.", "Jiġifieri ma ċemplulekx minn fuq il-Yellow Pages.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, huwa ħabib ta' Konrad Mizzi minn mindu kienu tfal.", "RYAN CALLUS: Il-media qalu \"childhood friends\".", "Veru jew mhux veru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, childhood friends m'aħniex.", "IĊ-CHAIRPERSON: No problem.", "Għedilna kif ġrat l-istorja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kemm kont ilek ma jkollok x'taqsam ma' Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Minn dak iż-żmien qed tgħid?", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-2013 xi ħadd ċempillek u qallek \"għandna idea tajba, se nagħmlu power station ġdida, f'idejk\".", "Kif ġrat?", "Għedilna.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ġejt mitlub nagħti xi ideat għall-manifest, u jien tajt xi ideat.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'manifest?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-manifest elettorali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tara kif kollox jibda jaqa' f'postu!", "Qabel liema elezzjoni?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qabel l-elezzjoni tal-2013.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela qabel l-2013 xi ħadd avviċinak biex tagħti proposti għall-manifest elettorali.", "Ta' min?", "IĊ-CHAIRPERSON: U fl-2013 tajt proposti għall-manifest elettorali tal-Partit Laburista.", "Tista' tgħidilna min kienet il-persuna li avviċinatek?", "Kien Joseph Muscat, kien Keith Schembri jew kien Konrad Mizzi?", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, qed immorru għal żmien…", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħu paċenzja!", "CLAYTON BARTOLO: Le, Sur President, se jkolli nintervjeni, għax għal darb'oħra…", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedli għalfejn ikollok tintervjenti.", "Għax inkwetat, hux!?", "CLAYTON BARTOLO: Le, għandi inkwiet ħafna ikbar minn dan!", "Kulħadd jaf is-settur tat-turiżmu minn xiex inhu għaddej, u l-ħidma li għaddejja fis-settur hija kbira ħafna.", "Serraħ rasek li se nġibuhom ir-riżultati għax aħna bir-riżultati nimxu.", "RYAN CALLUS: Għax hemm il-mechanisms.", "CLAYTON BARTOLO: Mhux mechanisms, imma strateġija serja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mechanisms ma ħadmux.", "CLAYTON BARTOLO: X'differenza mill-kelliem tal-Oppożizzjoni fuq is-suġġett, intom it-tnejn!", "Tidhru li m'intomx mill-istess fazzjoni.", "Hawnhekk għal darb'oħra jiddispjaċini ninnota li qegħdin out of order.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għaliex qegħdin out of order?", "CLAYTON BARTOLO: Għax morna fiż-żmien fejn kien għad hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u konna fl-excessive deficit procedure, biex ma nsemmu xejn aktar.", "Jiġifieri dawn m'għandhom x'jaqsmu xejn u l-linja tal-mistoqsijiet hija out of order.", "Hawnhekk aħna qegħdin neżaminaw ir-rapport tal-Awditur Ġenerali u għandna nżommu mas-suġġett.", "Jekk m'għandkomx mistoqsijiet fuq is-suġġett, skużaw lix-xhud u ibagħtuh lura, mhux qbadna ma' xi ħaġa…", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, għandi ħafna mistoqsijiet.", "CLAYTON BARTOLO: Mela żomm mas-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però nagħmilhom bil-pass li jidhirli jien u fis-sekwenza li jidhirli jien, ħalli intom tifhmu dak li diġà fhimt jien.", "CLAYTON BARTOLO: Żomm mas-suġġett, Mr Chairman.", "GLENN BEDINGFIELD: Int mhux diġà fhimt, imma kkonkludejt, Mr Chairman.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien fhimt u meta tibdew tifhmu intom, tibdew tinkwetaw.", "ALEX MUSCAT: Sur President, mhuwiex sigriet li l-pjan biex inraħħsu l-kontijiet tal-enerġija kien sar qabel l-2013.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bis-saħħa tiegħu wkoll.", "RYAN CALLUS: Kien Konrad Mizzi li avviċinak biex ikollok dan is-sehem ewlieni f'dan il-proġett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, jien tqabbadt minn Enemalta.", "RYAN CALLUS: Le, qabel, fl-istadju tal-programm elettorali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur li rilevanti!", "Tant hu rilevanti li dak li ġie mwiegħed qabel l-elezzjoni kien diġà nftiehem mal-konsorzju li għamlu.", "CLAYTON BARTOLO: Għandkom raġun għax intom twiegħdu ħafna affarijiet u ma twettqu xejn minnhom.", "Dan il-Gvern jaħdem bil-maqlub.", "CLAYTON BARTOLO: Aħna għedna li se nraħħsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u raħħasnihom.", "GLENN BEDINGFIELD: Qabel naslu għall-mistoqsija ejjew naraw x'kienu l-proposti jew is-suġġerimenti tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fuq l-enerġija.", "Min kienet il-persuna li avviċinatek biex tkun the lead person fl-adjudication process?", "Bilfors li kien hemm xi ħadd għax l-affarijiet qatt ma jiġu waħedhom.", "GLENN BEDINGFIELD: Qallek diġà.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak iż-żmien kien hemm iċ-Chairman, Louis Giordimaina, u konna tkellimna…", "RYAN CALLUS: Jiġifieri qed tgħid li Louis Giordimaina kien li għażlek biex tkun f'dan il-bord?", "Hekk qed tgħid?", "Għax hemm diversi bordijiet.", "RYAN CALLUS: L-aktar rwol maġġur f'dan il-proġett kollu, jekk mhux ukoll ta' wara l-Ministru.", "Inti qed tgħid li Louis Giordimaina nnominak għal din il-kariga?", "RYAN CALLUS: Hekk qed tgħid inti.", "Hu kien il-persuna li għażlek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena staqsejtek kif ġrat.", "Inti ntlabt biex tagħti pariri lill-Partit Laburista.", "Dak iż-żmien kien hemm Kap tal-Partit Joseph Muscat, kien hemm persuna mqabbda speċjalizzata biex tipprepara pjan tal-enerġija għall-pajjiż, Keith Schembri, u kien hemm the new kid on the block, Konrad Mizzi.", "F'dan l-istadju, qabel l-elezzjoni ġenerali, kien Joseph Muscat, Keith Schembri jew Konrad Mizzi li avviċinak biex tagħti...?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur li huwa rilevanti!", "Ħu paċenzja, x'inhu rilevanti ma tarahx inti.", "CLAYTON BARTOLO: L-Onor.", "Ryan Callus kien diġà beda jistaqsi ċerti mistoqsijiet, u issa erġajna morna lura.", "Se noqogħdu nilagħbu ping pong min-naħa għall-oħra!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, jekk hemm bżonn nagħmlu ping pong.", "RYAN CALLUS: Għax importanti nifhmu minn fejn bdiet l-affari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għidilna, jekk jogħġbok, minn dawn it-tliet persuni min kienet il-persuna li avviċinatek, ħalli meta nġibuh jixhed jgħidilna le, mhux jien, jew iva, jien kont.", "RYAN CALLUS: Bħalma se nistaqsu lil Louis Giordimaina jekk huwiex veru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min kien minn dawn it-tliet persuni?", "Jew Konrad Mizzi?", "GLENN BEDINGFIELD: Agħtih ċans jirrispondi!", "Qed tagħmillu l-mistoqsijiet, qed tissuġġerilu lil min isemmi u lanqas qed tagħtih ċans jirrispondi!", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-persuna li naf kienet Konrad Mizzi, imma ovvjament, kull min jitlobni parir jien ngħinu, bħalma għamilt f'amministrazzjonijiet oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sewwa tagħmel.", "RYAN CALLUS: Stabbilixxejna xi ħaġa fl-aħħar!", "GLENN BEDINGFIELD: Stabbilixxejna wkoll li anke l-Amministrazzjoni ta' qabel kienet titolbu pariri.", "Inti għall-Partit Laburista biss qatt għamilt proposti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għamilt proposti wkoll għall-Partit Nazzjonalista.", "ALEX MUSCAT: Xi proposti għamilt għall-Partit Nazzjonalista?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakarx għax ilu ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma din tiftakarha.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma tantx niftakarha lanqas.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela kien ġie jkellmek Konrad Mizzi u qallek biex tagħtihom xi proposti.", "Tiftakar fuq xiex kienu l-proposti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq l-enerġija, imma ma niftakarx…", "IĊ-CHAIRPERSON: Dakinhar għamilt xi rapport jew xi ħaġa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux rapport għamilt, imma kont tajt xi indikazzjonijiet, għax dak iż-żmien jekk kont tħares lejn l-accounts ta' Enemalta kont tara li kien hemm problemi u kien hemm bżonn ta' regeneration tal-generation system.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ara tiftakarx li qabel l-elezzjoni kienu ġew għandek bi proposta fejn qalulek \"hawn xi ħadd qed jipproponi \"dan\"\".", "Ara tiftakarx mill-memorja.", "IS-SUR DAVID GALEA: Lanqas xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tiftakarx, jew lanqas xejn?", "Meta tgħid proposta tista' tkun forsi ftit aktar…", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-suġġeriment tiegħi huwa li l-Partit Laburista diġà kellu proposta, u inti, għax professjonist…", "ALEX MUSCAT: Din hija suppożizzjoni tiegħek.", "Hux hekk?", "Biex nikkwalifikaha ħalli anke aħna nifhmu l-questioning.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa naraw jekk is-suppożizzjoni tiegħi tirriżultax.", "ALEX MUSCAT: Din opinjoni ipotetika tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Opinjoni jew suppożizzjoni m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin", "CLAYTON BARTOLO: Potenzjalment.", "ALEX MUSCAT: Biex nifhmu, għax forsi int taf ċerti affarijiet li aħna ma nafux.", "Però dawn huma opinjonijiet.", "Hux hekk?", "Suppożizzjonijiet dawn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija tiegħi hija din: Ngħid sew li l-Partit Laburista, minn qabel l-elezzjoni, diġà kellu f'idejh mudell ta' kif għandha ssir din il-qabża fil-produzzoni tal-enerġija?", "Qalulek \"hawn \"dawn\" l-investituri...\".", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma qalulix hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tawk proposta?", "Rajt xi stampi sbieħ, xi powerpoint presentations?", "Ara jekk tiftakarx li rajt powerpoint presentation.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tara kif mhux bl-addoċċ inkun qed nitkellem!", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma l-issue tal-gass kienet diġà fil-policy tal-Gvern fl-2012, jiġifieri l-viżjoni tal-gass diġà kienet hemmhekk.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri qed tikkonferma li diġà kien hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fuq xiex kienet il-powerpoint presentation?", "RYAN CALLUS: Il-Gvern kellu viżjoni biex eventwalment naqilbu għall-gass.", "IS-SUR DAVID GALEA: Fl-2012 kien hemm viżjoni, jiġifieri ma kien hemm xejn differenti milli kien hemm diġà ppjanat.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri għandna konferma li l-gass konna diġà qegħdin naħsbu fuqu, tant hu hekk li l-power station ta' BWSC…", "ALEX MUSCAT: Ilkom taħsbu fuq affarijiet!", "CLAYTON BARTOLO: Ir-raġuni għalfejn qatt m'għamiltuha qatt m'għedtulna!", "Qed timmissjawh il-fuel procurement!", "(Interruzzjonijiet)", "ALEX MUSCAT: Iż-żejt kien konvenjenti.", "CLAYTON BARTOLO: Dażgur!", "IĊ-CHAIRPERSON: Tiftakar minn min kienet saret il-powerpoint presentation dwar il-proġett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien kont għamilt xi figuri, imma sa hemmhekk l-aktar li wasalt.", "Dak li niftakar li għamilt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħid sew li f'dan il-proċess ta' pre-electoral planning fuq dan il-proġett il-players prinċipali kienu Konrad Mizzi, li kien għadu kandidat ġdid, u Keith Schembri?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak iż-żmien lanqas kont nafu lil Keith Schembri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però wara li sirt tafu, tiftakar… Keith Schembri uffiċjalment kien tqabbad minn Joseph Muscat… Kien hemm shadow speaker tal-Oppożizzjoni dak iż-żmien li ġiet injorata, u ġew appuntati Keith Schembri u Konrad Mizzi biex jippreparaw…", "CLAYTON BARTOLO: Mr Chairman, jiġifieri issa spiċċajna nanalizzaw it-telfa u t-tkaxkira papali li qala' l-Partit Nazzjonalista wkoll?", "Hekk qed niddiskutu hawnhekk?", "F'dawn l-aħħar seba' snin tajnikom, jidhirli, xi għaxar tkaxkiriet papali…", "CLAYTON BARTOLO: Trid insemmihomlok waħda waħda?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, meta tagħmlu 25 sena fil-gvern kellimni, mill-bqija għadkom 'il bogħod ħafna.", "Meta tagħmlu 25 sena fil-gvern kellimni.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAYTON BARTOLO: Xi darba nitkellmu dwar dan, Sur President, imma issa l-punt tiegħi huwa li għal darb'oħra b'din il-linja ta' mistoqsijiet qegħdin out of order.", "IĊ-CHAIRPERSON: Assolutament le.", "CLAYTON BARTOLO: Dażgur li hija out of order.", "Qegħdin tanalizzaw lill-Partit Laburista issa!", "Naf li tgħiru ħafna għalina, imma m'hemmx x'tagħmel.", "RYAN CALLUS: L-umiltà sabiħa, Onor. Bartolo.", "CLAYTON BARTOLO: Kuntenti intom, kuntenti aħna.", "Serraħ rasek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nagħmel xogħli qiegħed.", "CLAYTON BARTOLO: Tanalizza lill-Partit Laburista.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nanalizza…", "RYAN CALLUS: Il-ħmieġ.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...kif l-istorja tal-power station bdiet fil-Kwartieri tal-Partit Laburista.", "Iva, hekk qed nagħmel.", "ALEX MUSCAT: Il-politika tal-Partit Laburista hemmhekk issir.", "Jekk fi żmienkom kienu jagħmluhielkom il-kuntratturi għalikom, dawk l-affarijiet inbidlu.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, qed titkellem qisek tafhom il-fatti.", "Għedilna s-sors tiegħek u l-homework tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-fatti qed jikkonfermahom ix-xhud li għandna quddiemna.", "CLAYTON BARTOLO: Għedilna s-sorsi tiegħek.", "Dawn suppożizzjonijiet jew fatti?", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed jikkonfermahom.", "S'issa m'għedtx waħda li ma kkonfermahiex ix-xhud.", "ALEX MUSCAT: Għamilhielek ċara li ma kellu l-ebda preżentazzjoni ta' xi power station ta' xi fait accomplit, li hija l-impressjoni li qed tippruvaw tagħtu.", "Jidher li kkonferma wkoll li jaqbel li pajjiżna ma kellux jibqa' jaħdem bil-heavy fuel oil.", "Qed nifhem li dik il-politika hemm il-qbil fuqha, imma jidher li politikament iż-żewġ partiti għadna m'aħniex naqblu fuqha għax aħna qed nifhmu li intom qed taħsbu li kien żball li morna għal-liquefied natural gas (LNG).", "RYAN CALLUS: Onor. Muscat, qed tgħid iċ-ċuċati.", "ALEX MUSCAT: Din hija opinjoni tiegħek.", "CLAYTON BARTOLO: Taqbel li kien żball li tbaxxew ir-requirements ambjentali meta l-Partit Nazzjonalista sab il-power station minn fuq il-Yellow Pages?", "RYAN CALLUS: Aħna mhux…", "CLAYTON BARTOLO: Mela tajjeb!", "Intom tistgħu tistaqsu fuq l-2012 u aħna ma nistgħux nistaqsu!", "Qegħdin out of order.", "RYAN CALLUS: Ħa ngħidlek għalfejn huwa importanti.", "Għax il-persuna li nkarigat lis-Sur Galea bħalissa qed tiġi nterrogata mill-Pulizija fuq ħasil ta' flus.", "RYAN CALLUS: Għalhekk huwa importanti, għax għandna politiċi, li ftit ilu kienu magħkom u issa ħlistu minnhom, li qed jiġu nterrogati bħalissa as we speak.", "Dawn in-nies ftit ilu kienu magħkom u intom qegħdin twaqqfuna milli noħorġu l-verità.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAYTON BARTOLO: Jien qed nistaqsi fuq l-istess perjodu ta' żmien.", "Issa jew se żżomm il-linja tal-mistoqsijiet mar-rapport…", "RYAN CALLUS: In-nies iridu jkunu jafu l-verità fuq dan il-ħmieġ kollu li hawn, u ħalluna ħalli toħroġ il-verità.", "Kulma qed tagħmlu hu li qegħdin tkomplu tappoġġjaw il-ħmieġ li għamel il-kollega tagħkom Konrad Mizzi.", "Imisskom tistħu!", "Ħalluna ħa naħdmu.", "CLAYTON BARTOLO: Il-punt huwa li x'ħin jien bdejt nistaqsi fuq l-istess żmien li kontu qed tistaqsu intom, għedtuli li ma nistax inkompli.", "RYAN CALLUS: Komplu għattu!", "CLAYTON BARTOLO: Mela tajjeb.", "Mela intom ma tistgħux tistaqsu lanqas.", "RYAN CALLUS: Komplu għattu!", "ALEX MUSCAT: Xi nkomplu nagħmlu, kollega?", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, l-Onor.", "Bartolo staqsik jekk taqbilx li qlibna mill-heavy fuel oil (HFO) għall-gass.", "Għandek risposta?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela wieġbek.", "Wasalna fil-punt li tajt il-konsulenza, pariri, qabel l-elezzjoni ġenerali, imbagħad saret l-elezzjoni ġenerali u tela' l-Partit Laburista fil-gvern.", "Kif dħalt int?", "Jien nimmaġina li tajt il-parir tiegħek, probabbilment mort tikkampanja, kif kellek dritt tagħmel, imbagħad il-Partit Laburista…", "Meta għedt \"mort tikkampanja\" as in jien mort fil-kampanja?", "X'inhi l-mistoqsija?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedtlu li mar jikkampanja kif għandu dritt jagħmel.", "ALEX MUSCAT: U dan l-istatement huwa korrett?", "CLAYTON BARTOLO: Għandek xi pożizzjoni fil-ParTit Laburista?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'għandix.", "CLAYTON BARTOLO: Qatt kellek xi pożizzjoni fil-Partit Laburista?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għalfejn qed timmalafamah jew tivvinta fuqu?", "CLAYTON BARTOLO: Ma vvintajt xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tivvinta!", "ALEX MUSCAT: Inti qed tgħid li mar jikkampanja għall-Ministru Konrad Mizzi, li dak iż-żmien kien għadu Deputat.", "Kien statement ipotetiku, u erġajt qsamt l-opinjoni tiegħek...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien m'għedt xejn minn dan kollu.", "M'għedtx li mar jikkampanja għal Konrad Mizzi.", "Kien il-kollega tiegħek li staqsih jekk kienx fil-Partit Laburista.", "IS-SUR DAVID GALEA: Li nista' ngħid hu li qabel l-2013 jien kelli kariga ta' Chairman fl-Isptar Monte Carmeli u kif inbidel il-Gvern tneħħejt.", "Dik hija l-unika ħaġa li nista' ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: U ma bqajtx Chairman tal-Isptar Monte Carmeli.", "CLAYTON BARTOLO: U Gvern Laburista neħħik.", "IĊ-CHAIRPERSON: U ma bqajtx Chairman tal-Isptar Monte Carmeli.", "Imbagħad one fine day… Int m'għandek x'taqsam xejn ma' Enemalta.", "Hux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux m'għandi x'naqsam xejn.", "Jiena kont nagħmel xogħol ma' Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-2013?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, qabel l-2013.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-2013 l-istate of play kien dan: Inti kont tajt parir, opinjoni, konsulta lill-Partit Labursta qabel l-elezzjoni, għaddiet l-elezzjoni, rebaħ il-Partit Laburista…", "IS-SUR DAVID GALEA: Tajt opinjoni lil ħafna nies oħra wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...u at one point in time xi ħadd picked you up, minn fost ħafna nies, u qal li inti se tkun il-primus inter pares, jiġifieri l-iktar wieħed b'saħħtu, f'dan il-proġett.", "Għedilna ftit kif ġrat din.", "Hekk, mil-lejl għan-nhar?", "Ikkonsultawk?", "Staqsewk jekk trid jew ma tridx?", "Għedtilna li s-Sur Giordimaina kien qallek li se jagħmlu lilek.", "Imma din hekk ġrat?", "Jiġifieri one fine morning is-Sur Giordimaina qam u qallek hello…", "IS-SUR DAVID GALEA: Is-sitwazzjoni eżatt ma tantx niftakarha.", "Qed nitkellmu dwar tmien snin ilu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont tafu lis-Sur Giordimaina qabel dakinhar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont nafu ftit.", "GLENN BEDINGFIELD: Kont diġà għamilt xogħol għal Enemalta, jiġifieri naħseb li Enemalta kienu jafu bik.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dażgur li kienu jafu bija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedilna ftit kif ġrat.", "CLAYTON BARTOLO: X'tip ta' xogħol kont tagħmel ma' Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont għamilt generation of information tal-maintenance.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bejn l-2011 u l-2012; ma niftakarx id-dati eżatt.", "Kont għent biex tiġi żviluppata l-istrateġija ta' Enemalta.", "CLAYTON BARTOLO: Nimmaġina li tħallast.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dażgur.", "GLENN BEDINGFIELD: Permezz ta' direct order?", "IAN CASTALDI PARIS: Tiftakar kemm tħallast?", "CLAYTON BARTOLO: Kien hemm iżjed xogħol ma' Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kelli numru ta' xogħlijiet ma' Enemalta.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri int kont diġà magħruf fil-qasam tal-enerġija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedilna kif ġrat.", "CLAYTON BARTOLO: Ma waqgħetx mis-sema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Se jgħidilna.", "Jien ma nafx, qed nistaqsih.", "Ma nimmaġinax li waqgħet mis-sema.", "Għedilna ftit kif ġrat.", "GLENN BEDINGFIELD: Ingħata l-inkarigu.", "Ma naħsibx li huwa fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat li jara kif ingħata l-inkarigu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, huwa fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat li nifhmu min kienet il-persuna determinanti biex ġie awarded dan il-kuntratt.", "GLENN BEDINGDFIELD: Il-mistoqsija hi kif ingħata l-inkarigu.", "Jekk hux permezz ta' telefonata jew permezz ta' email.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk kienx hemm sejħa, jew expression of interest, jew avviż, jew jekk ċempillux xi ħadd.", "GLENN BEDINGFIELD: Qallek li Enemalta mxiet mal-prassi li kien hemm qabel, li kienet iddaħħlet fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti, u li kienet b'direct order.", "Mela direct order li ngħata s-Sur Galea minn Austin Gatt meta kien ministru kien tajjeb, u direct order li ngħata minn ministru fi żmien Gvern Laburista kien ħażin!", "Tistgħu tgħiduli x'hemm ħażin f'din?", "CLAYTON BARTOLO: Għax ingħata taħt Gvern Laburista.", "Mhux kollox ħażin!?", "Ara l-familji hemm barra jafu li mhux ħażin.", "GLENN BEDINGDFIELD: Jekk is-Sur Galea ngħata direct order minn ministru taħt Amministrazzjoni Laburista, u ngħata...", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqblu li din mhijiex direct order?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għal-liema waħda qed tirriferi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għall-ħatra tiegħek fil-proċess tal-power station ta' ElectroGas.", "IS-SUR DAVID GALEA: M'iniex qed nifhem.", "Għal-liema parti qed tirriferi?", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, jien qed nassumi – u xi kultant tajjeb li ma tassumix – li se tressqu xhieda min-naħa ta' Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment.", "CLAYTON BARTOLO: Jekk hemm mistoqsijiet ta' dan it-tip fuq Enemalta, allura staqsihom lil Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien naħseb li m'intomx qegħdin tapprezzaw kemm kien importanti dan il-bniedem fil-proċess.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk quddiemna m'għandniex persuna...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien fhimt li intom diġà kkonkludejtu f'moħħkom li dan il-proġett huwa ħażin u qegħdin taraw kif tiġġustifikaw li dan il-proġett huwa ħażin.", "RYAN CALLUS: Dak x'qal l-Awditur Ġenerali mhux x'għedna aħna.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma qalx hekk l-Awditur.", "IAN CASTALDI PARIS: Sur Galea, inti ħadt direct orders minn diversi gvernijiet.", "IAN CASTALDI PARIS: U ngħatajt ċertu inkarigu għax you are a specialised person in the field.", "RYAN CALLUS: Sur Galea, x'expertise għandek fuq l-LNG u fuq il-gas turbines?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien għandi esperjenza fuq project management.", "Kont naħdem l-Ingilterra, il-Middle East, u ħdimt anke Malta fuq project management.", "RYAN CALLUS: Imma project management tant huwa vast li, bl-ebda diżrispett lejk, l-għażla setgħet marret fuq ħafna nies.", "Għal dan il-proġett partikolari, dwar il-provvista tal-gass minn vapur u l-provvista tal-enerġija mill-gass, inti xi speċjaliżżazzjoni kellek?", "Qed nifhem li ma kellekx għax inti qed tgħid li għandek esperjenza fuq project management.", "CLAYTON BARTOLO: Il-proġett kien fuq LNG biss?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kelli anke esperjenza ta' project management fl-enerġija.", "RYAN CALLUS: Imma fuq il-qalba minn HFO għall-gass ma kellekx expertise.", "IS-SUR DAVID GALEA: X'qed tara bħala rilevanti l-expertise teknika fil-gass ma' project management?", "Dawn huma żewġ affarijiet kompletament differenti.", "Project management hija dixxiplina kompletament differenti minn dik teknika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nkompli bil-mistoqsijiet tiegħi.", "Inti għedtilna li kien is-Sur Giordimaina li ffaċċjak l-ewwel darba.", "IS-SUR DAVID GALEA: Biex immexxi l-proġett.", "Fil-fatt, fil-bidu l-intenzjoni kienet li nagħmel ftit żmien, lanqas kelli intenzjoni li nkun...", "U meta dħalt programme director x'kien l-inkarigu tiegħek?", "IS-SUR DAVID GALEA: L-inkarigu tiegħi kien li nipprepara l-pjan biex nibdew infasslu l-pjan għall-PPA u l-GSA.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għal min qed jismagħna nitolbok tispjega x'inhuma PPA u GSA.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-PPA u l-GSA huma żewġ agreements biex jidħlu l-gass u d-dawl powered with a combined cycle gas turbine u struttura ta'…", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri bażikament inti ngħatajt l-inkarigu li tipprepara l-ground work, l-ispadework, biex ikollna din il-power station li eventwalment inbniet.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-power station u l-infrastruttura tal-gass.", "Eventwalment dak kien il-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'kienu t-terms of reference tiegħek?", "Qalulek \"aħna għandna proġett, għandna wegħda elettorali\".", "Li jridu jagħmlu xiex?", "IS-SUR DAVID GALEA: It-terms of reference tiegħi kienu li nilħqu numru ta' oġġettivi prinċipali li kienu tnaqqis tat-tariffi li jwasslu għal tnaqqis fit-tariffi tad-dawl u l-ilma ta' 25%, inġibu stabilità fil-cost base ta' Enemalta u stabilità fit-tariffi, li jkun hemm tnaqqis fit-tinġiż bis-saħħa tal-qalba għall-gass, u li jkun hemm ukoll turnaround ekonomiku ta' Enemalta.", "Dawk kienu l-oġġettivi tal-proġett.", "Imbagħad il-proġett kien ġie maqsum f'numru ta' work packages, fosthom kien hemm package ta' business case justification, kien hemm work package fuq site preparation and planning, kien hemm work package ieħor marbut mat-technical specifications u l-minimum functional requirements, kien hemm work package ieħor marbut mal-competitive process, kien hemm work package ieħor marbut mal-preparation of contract drafting, u ieħor fuq...", "IĊ-CHAIRPERSON: U f'dan kollu, f'din il-piramida, inti kont il-persuna on top.", "U kont nirrispondi lill-Programme Sponsoring Committee.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta kien dan?", "To put you in a context, l-elezzjoni saret f'Marzu 2013.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk m'iniex sejjer żball f'April, imma d-data eżatt ma nafhiex.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, għal liema inkarigu qed tirriferi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ta' Programme Director.", "ALEX MUSCAT: Donnkom qed timmissjaw iż-żejt!", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tibqa' tirrepeti l-istess sentenza sakemm ma tibqax tagħmel sens.", "ALEX MUSCAT: Donnkom qed timmissjawh ħafna l-heavy fuel oil mill-impressjoni tagħkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minflok ma tiġu ppreparati.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, aħna ġejna ppreparati biex nistaqsu fuq ElectroGas, u meta trid nitkellmu fuq ElectroGas, nitkellmu fuq ElectroGas.", "IĊ-CHAIRPERSON: Lanqas għandkom idea fuqhiex qegħdin titkellmu.", "ALEX MUSCAT: Aħna!", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa evidenti meta tistaqsu x'kariga kellu!", "Jien għandi kopja ta' Minuti, li kienu ppreżentawlna Enemalta, li huma datati April 2013, xahar wara l-elezzjoni, fejn inti diġà qed tidher bħala programme director.", "Allura qed nassumi li sirt qabel.", "Taf tgħidilna meta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien ftit wara l-elezzjoni, imma d-data eżatt eżatt ma nafhiex.", "Forsi bejn tlieta jew erba' ġimgħat wara.", "IĊ-CHAIRPERSON: U bdejtu tiltaqgħu bħala kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont tirrapporta lil liema kumitat?", "Fil-Minuti hemm imniżżel min kienu l-Membri.", "RYAN CALLUS: U Konrad Mizzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedilna ftit fuq dan il-kumitat.", "IS-SUR DAVID GALEA: X'tixtieq tkun taf fuq dan il-kumitat?", "IĊ-CHAIRPERSON: X'kien dan il-kumitat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħal kull struttura li jkun hemm fi project management, ikun hemm kumitat responsabbli biex jagħti strategic direction u jagħti ċerta direzzjoni fejn għandek tmur bil-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif kienet taħdem l-istruttura?", "Kien jiltaqa' dan il-kumitat, imbagħad jistiednu lilek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ikun hemm sistema ta' exception reporting u highlight reporting.", "L-exception reporting isir meta jkun hemm xi ħaġa li tmur kontra l-pjan li tkun daqsxejn serja u allura trid tiltaqa' ta' malajr, filwaqt li l-highlight reporting huwa meta jkollok periodic meetings li jkunu check points biex tirrapporta progress li jsir fuq dak il-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: U bdejtu tiltaqgħu f'April 2013.", "Ngħid sew li f'April 2013 kien kruċjali li l-proġett ikun lest fi żmien sentejn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dik kienet il-mira.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma mira sekondarja jew mira prinċipali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet mira bħall-oħrajn.", "F'kull proġett ikollok time, cost and quality, u dan kien...", "GLENN BEDINGFIELD: Ma tantx jaċċellaw fihom dawn l-affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tantx aċċellajtu fih dan!", "CLAYTON BARTOLO: L-Isptar Mater Dei, it-terminal taċ-Ċirkewwa… Insemmu iżjed?", "CLAYTON BARTOLO: Fuq ir-roħs tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li raħsu b'25% għal kulħadd, għedli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom ikkonvinċejtu lilkom infuskom li lestejtu l-power station f'sentejn.", "Daqshekk mitlufin!", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-ewwel kopja tal-Minuti li għandi jien – u nimmaġina li huma minn tal-ewwel għax qed nitkellmu fuq erba' ġimgħat wara l-elezzjoni – kien hemm diġà highlighted li Marzu 2015 kellha tkun the day of completion.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-pjan hekk kien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħid sew li mill-ewwel meeting, minbarra l-membri ta' dan il-kumitat kien beda jattendi wkoll Konrad Mizzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedilna eżattament il-frekwenza, l-input, u l-kif u l-come ta' Konrad Mizzi f'dan il-kumitat, li ma kienx membru tiegħu.", "Inti kont ċar ħafna meta għedtilna li kien ikun hemm il-membri tal-kumitat, u inti bħala mistieden.", "U Konrad Mizzi kif kien jidħol fl-istorja?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġieli kien jattendi għal dawn il-meetings, però ma nafx il-frekwenza.", "Fil-Minuti għandkom kollox.", "Il-kumitat kien jiltaqa' u hu kien jiġi bħala observer hemmhekk li...", "IĊ-CHAIRPERSON: Kien jiġi jara kif sejrin l-affarijiet.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma qatt ma kien hemm affarijiet...", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa niġu għalihom l-affarijiet.", "Però tikkonferma li għalkemm Konrad Mizzi ma kienx parti minn dan il-kumitat, inti kont tkun mistieden u Konrad Mizzi kien ikun preżenti għal numru ta' laqgħat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġieli kien ikun hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa naraw kemm-il ġieli kienet.", "RYAN CALLUS: Sur Galea, ħa nieħdok ftit lura.", "GLENN BEDINGFIELD: Ilkom sejrin lura!", "RYAN CALLUS: Sur Galea, inti għedtilna li tajt xi proposti għall-manifest elettorali fuq l-enerġija.", "Tiftakar meta kien iż-żmien?", "L-elezzjoni saret fl-2013...", "RYAN CALLUS: Seta' kien fl-2012?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk niftakar sew kien bejn Novembru u Diċembru 2012, però m'iniex ċert mija fil-mija.", "RYAN CALLUS: Fil-Minuti li rrifera għalihom aktar qabel iċ-Chairman, jissemmew id-DNV Kema.", "Għedli ftit kif intagħżlu dawn.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jidhirli li DNV Kema kienu diġà konsulenti tal-enerġija tal-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' l-ewwel nett tispjegalna x'inhi din?", "IS-SUR DAVID GALEA: DNV Kema hija kumpanija internazzjonali, bħalma hi SGS, u oħrajn, li jagħtu professional technical services f'areas differenti, fosthom quality assurance, maintenance, technical solutions, certifications, u jagħtu wkoll pariri tekniċi.", "RYAN CALLUS: Fil-Minuti tat-2 ta' Mejju 2013 hemm li kontu ddiskutejtu… Il-Kummissjoni Ewropea għandha dik li nsejħulha best available technique (BAT) fejn tippreferi li l-ħażna tal-gass issir fuq l-art.", "U intom, bħala bord, kontu konxji tagħha tant li semmejtuha.", "X'wassal li tmorru kontra, biex ngħid hekk, din il-BAT biex imbagħad mortu għall-floating storage unit (FSU)?", "RYAN CALLUS: Fil-Minuti qiegħda bħala best available technique.", "Dan il-kunċett l-NAO qajmuh wkoll fir-rapport tagħhom, però tajjeb ngħid li anke meta kien sar ir-rapport dwar BWSC kien hemm l-istess kwestjoni tal-BAT fejn l-issue kienet bil-kontra, fis-sens li Enemalta riedet tmur għall-BAT u l-NAO qalu li l-BAT ma tidħolx fil-kwestjoni tal-procurement.", "Jiġifieri kien hemm din l-issue ukoll, però d-deċiżjoni prinċipali...", "CLAYTON BARTOLO: X'jiġifieri l-issue kienet bil-kontra?", "IS-SUR DAVID GALEA: L-issue kienet bil-kontra għax Enemalta, fir-rapport tagħhom, kienu qegħdin jiġġustifikaw ċerti għażliet fuq Delimara 3 fuq BAT u, jekk m'iniex sejjer żball, rapport li kien sar mill-NAO kien qal li l-BAT ma jidħolx f'kuntest ta' procurement, imma tidħol il-most economically advantageous tender (MEAT) criteria.", "Having said that, il-procurement process li ntuża għal dan il-proġett ma jaqax eżattament taħt il-procurement guidelines li huma stabbiliti miċ-channels normali.", "RYAN CALLUS: Imma rrispettivament mill-procurement guidelines, il-Kummissjoni Ewropea tat sinjal li meta niġu għall-ħażna tal-gass, l-aħjar hu li l-infrastruttura ssir fuq l-art.", "Intom kontu tafu biha din, u allura d-domanda tiegħi hija x'kienet ir-raġuni li ma mortux għal din, imma mortu għall-FSU.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak iż-żmien kienu saru environmental impact statements u ġew ippubblikati żewġ rapporti.", "Wieħed minnhom huwa l-Quality Risk Assessment (QRA) li kkompara – ma nafx f'liema paġna, fil-każ insibhielkom u nagħtihielkom – ir-riskju marbut ma' solution li kienet fuq l-art, kontra solution li kienet floating storage moored to a jetty.", "Ir-rapport kien jgħid li filwaqt li ma kienx hemm periklu għan-nies li jkun hemm storage fuq l-art, ikun aħjar from a qualitative risk assessment li l-installation tkun fil-baħar minħabba li hemm inqas riskju għall-installation tal-impjant li kien hemm f'Delimara.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri inti ċert li r-raġuni li ma mortux on shore imma mortu off shore hija dik.", "IS-SUR DAVID GALEA: Waħda minnhom.", "RYAN CALLUS: U taħseb li dik kienet l-iktar ħaġa primarja?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hija waħda mir-raġunijiet.", "RYAN CALLUS: Kien hemm xi raġunijiet oħrajn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm ukoll social impact assessment li minnu ħareġ li n-nies kienu jippreferu li s-soluzzjoni tkun fuq il-baħar minflok fuq l-art għax kienu qed jgħidu li eventwalment dik is-soluzzjoni tista' titlaq jekk jiġi pipeline.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri dawk kienu r-raġunijiet.", "IS-SUR DAVID GALEA: Uħud minnhom.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri inti taħseb li r-raġuni li l-Prim Ministru kien ta wegħda li l-power station issir f'sentejn ma daħlitx f'din il-konsiderazzjoni?", "IS-SUR DAVID GALEA: It-timing huwa fattur, imma iktar milli wegħda elettorali hija fattur minn aspett ta' cost għax Enemalta kellha issues kbar ta' cost, ta' sustainability, u kien importanti ħafna li jkun hemm transformation ta' generation capacity tagħha fl-iqsar żmien possibbli.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri mhux għax kien hemm wegħda elettorali.", "Jiġifieri hawnhekk qed jikkontradixxu dak li qed tgħid int. Inti qed tgħid li l-ispecialists sabu li offshore huwa aħjar...", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma technical specialists ta' liema tip?", "Għaliex hemm ħafna tipi ta' technical specialists.", "RYAN CALLUS: Naturalment, imma ma nistax ngħidlek ta' liema tip għax jien qed nirriferi għal dak li hawn imniżżel fil-Minuti li ġew mgħoddija lilna, li tajjeb ngħid li ma tantx huma sostantivi għax m'hawnx imniżżel x'għedt inti jew x'qal l-Onor.", "Konrad Mizzi.", "Kont inkun qed ngħinek iktar fid-domanda tiegħi kieku naf li din qalha, perżempju, Konrad Mizzi jew inti, però hawnhekk m'hawnx indikat min qalha.", "GLENN BEDINGFIELD: Għal liema Minuti qed tirriferi, jekk jogħġbok?", "RYAN CALLUS: Qed nirriferi għall-Minuti tat-13 ta' Mejju.", "Jiġifieri inti, Sur Galea, m'intix qed tgħid li t-tied timeframes kienu l-wegħda tas-sentejn.", "Qed tgħid li dik ma kenitx issue.", "Parti mill-proġett kienet li ssir kemm jista' ikun transformation ta' Enemalta biex nilħqu ċerti targets.", "Dejjem ngħidu li Enemalta hija f'qagħda ħażina però qatt ma nikkwantifikawha.", "Jekk wieħed iħares lejn il-financial statements ta' Enemalta għall-2013 isib li n-net asset value tagħha kien madwar €245 miljun, u meta tqabbel l-cumulative losses tagħha max-share capital tagħha, issib li l-proporzjon tal-accumulated losses komparat max-share capital kien ta' 42%.", "U t-threshold li kumpanija tiġi klassifikata bħala in financial difficulty mill-Unjoni Ewropea, allura jkun hemm problemi eventwalment biex tgħin lil dik il-kumpanija, kien ta' 50%.", "RYAN CALLUS: Qed naqblu li r-riskju jiġi qabel kull konsiderazzjoni oħra, speċjalment finanzjarja?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kull riskju definittivament, iva.", "RYAN CALLUS: Hemm raġuni għalfejn il-Kummissjoni Ewropea tindika lill-Istati Membri li l-BAT għandha tkun...", "IS-SUR DAVID GALEA: X'tip ta' riskju, jekk ma jimpurtax nistaqsik?", "RYAN CALLUS: Ir-riskju għas-saħħa.", "IS-SUR DAVID GALEA: QRA jiddijlja bir-riskju tas-saħħa.", "Jiġifieri jekk għandek element ta' riskju għas-saħħa...", "RYAN CALLUS: Imma hemm raġuni għalfejn il-Kummissjoni Ewropea tgħid lill-Istati Membri biex għall-ħażna tal-gass imorru onshore u mhux offshore.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma sakemm m'hemmx alternattivi oħra.", "Il-BAT mhijiex compulsory; hija xi ħaġa preferuta, imma ma jfissirx li bilfors trid tmur għaliha.", "Jekk hemm raġunijiet għalxiex ma tmurx għaliha...", "GLENN BEDINGFIELD: Għalhekk huwa parir u mhux ordni.", "RYAN CALLUS: Mill-Minuti jidher li l-konsiderazzjoni tal-bord, li inti kont tagħmel parti minnu, kienet it-timelines.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm numru ta' affarijiet, bħalma diġà għedtlek.", "RYAN CALLUS: Imma dan x'qed tgħid inti.", "Jien qed ngħidlek x'hawn fil-Minuti.", "Fil-Minuti hawn li kontu marbutin bit-timelines.", "RYAN CALLUS: U minkejja li t-technical specialists qalu… It-technical specialists ma naħsibx li huma inġiniera biss, imma jinkludu wkoll in-nies li għamlu r-risk assessment dwar x'inhu l-iktar safe vis-à-vis floating vs onshore.", "RYAN CALLUS: Mela min kienu dawn it-technical specialists li qalu li l-onshore huwa aħjar, minbarra l-Kummissjoni Ewropea?", "IS-SUR DAVID GALEA: Wisq probabbli DNV Kema.", "Ma niftakarx eżatt min setgħu kienu, imma wisq probabbli huma kienu jekk hemm miktub hekk.", "RYAN CALLUS: Hawnhekk m'hawnx miktub min qal xiex, dik hi d-diffikultà tiegħi.", "Hawnhekk qegħdin naraw deċiżjonijiet jittieħdu minħabba li rbattu lilkom infuskom ma' deadline, u allura dan seta' wassal biex ma kellniex l-aħjar option in terms of risk assessment...", "IS-SUR DAVID GALEA: Għaliex qed tgħid li mhux l-aħjar option in terms of risk assessment?", "RYAN CALLUS: Għax it-technical specialists stess qed jgħidu li l-onshore option kienet aħjar.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk tħares lejn l-environmental impact assessment (EIA) tara li jgħid differenti minn dan li qed tgħid inti.", "Nissuġġerilek taqra l-QRA ħalli forsi tieħu idea aħjar tal-konklużjonijiet li ħarġu f'dak ir-rapport.", "RYAN CALLUS: Din id-deċiżjoni kellha x'taqsam mal-pipeline tal-gass eventwali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet konsiderazzjoni wkoll li eventwalment il-Gvern… Jien ma kontx imdaħħal fid-deċiżjonijiet tal-Gvern jekk imurx għall-pipeline jew le, imma kien jidher li kien hemm interess li eventwalment isir pipeline, għax bil-pipeline il-cost tan-natural gass huwa orħos mil-LNG.", "RYAN CALLUS: Naturalment, imma kien hemm diskussjonijiet fil-bord?", "L-idea tal-pipeline tal-gass mhux issa ħriġna biha.", "Kien hemm diskussjonijiet, fis-sens ta' meta se jidħol il-pipeline tal-gass, jekk se jkollna l-offshore unit, u how it was going to feature, u jekk aħniex se nispiċċaw b'żewġ sorsi?", "IS-SUR DAVID GALEA: L-issue tal-pipeline kienet kwestjoni li l-Gvern, dak iż-żmien, kien għadu qed jistudja, jiġifieri ma kienx qed jeskludi pipeline.", "Milli stajt nifhem, il-ħsieb kien li jmur potenzjalment għall-pipeline, però ma kenitx għadha konkretiżżata sew l-idea fiż-żmien li qed issemmi inti.", "Hux għal Mejju 2013 qiegħed tirriferi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri konna għadna fil-bidu nett...", "RYAN CALLUS: Naqblu li pipeline tal-gass għandu bżonn ħażna fuq l-art?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nistax ngħid jekk naqblux għax jiddependi minn kif inhi l-energy generation mix tiegħek.", "RYAN CALLUS: Le, m'aħniex niftehmu.", "Pipeline tal-gass mhux bħall-vit tal-ilma, tiftħu u joħroġ l-ilma, imma jkun hemm bżonn li l-pipeline jitfa' temporanjament f'ħażna.", "Naqblu li pipeline tal-gass għandu bżonn ħażna fuq l-art?", "IS-SUR DAVID GALEA: Skont kemm hi kbira l-ħażna.", "RYAN CALLUS: Jien m'iniex qed nistaqsik kemm għandhom ikunu kbar it-tankijiet tal-gass, imma qed nistaqsik jekk taqbilx li hemm bżonn tank ta' gass fejn taħżen fl-inlet meta jasal il-pipeline f'Malta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex tekniku fuq il-pipelines u allura ma nistax ngħidlek...", "RYAN CALLUS: L-area tiegħek hija project management.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiena kont qed naħdem fuq il-PPA u l-GSA.", "Kien hemm entitajiet oħrajn li kienu qegħdin jaħdmu fuq il-pipeline.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri Enemalta ma ħarsitx lejn il-fatt li fl-eventwali possibilità li jiġi ntrodott il-pipeline tal-gass, l-investiment li se nagħmlu jekk ikun fuq l-art kien se jrendi tajjeb ukoll għall-pipeline tal-gass, mentri issa bl-FSU għandna vapur li hemm kundizzjonijiet differenti miegħu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex Enemalta, jiena kont inkarigat nagħmel proġett, PPA...", "RYAN CALLUS: Jien qed nistaqsik x'kienet id-diskussjoni fil-kumitat li inti kont fih.", "Did it feature, din il-kwestjoni?", "Ovvjament huwa connected at a point in time, imma dak iż-żmien lanqas kienu għadhom jafu meta eżattament dieħel dan il-pipeline.", "Jiġifieri l-konsiderazzjoni tagħna kienet il-proġett tal-PPA u l-GSA.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Galea, il-kollegi tal-Oppożizzjoni kienu għamlu żmien jgħidu li din il-power station ma kellniex bżonnha, imma issa qegħdin jargumentaw fuq fejn kellu jsir il-gas pipeline, jekk hux onshore jew… Jidher illi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux il-gas pipeline.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma kwestjoni ta' onshore jew offshore...", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux il-gas pipeline, l-istorage.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien fuq il-power station qed ngħid.", "Li kieku din il-power station ma saritx, x'kienet tkun is-sitwazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f'pajjiżna?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kellna problema ta' provvista ta' dawl, continuity of supply, għax konna qed nibbażaw fuq old generation technology, u kellna issue partikolari fuq cost.", "Kien sar studju minn Enemalta li jħares lejn it-total system costs involuti u l-konklużjoni ta' dan l-istudju kienet li l-question ma kenitx jekk għandux jidħol il-gass, imma meta.", "L-ewwel domanda li analizza l-istudju kienet: Jekk jidħol issa l-gass, huwa tajjeb?", "It-tieni mistoqsija kienet: Jekk jidħol il-gass, x'livell ta' kapaċità huwa ideali li jidħol bħala generating unit?", "U r-risposta għal dawn iż-żewġ domandi kienet iva, jagħmel sens li jkun hemm generator ieħor ta' 200 megawatt (MW), u l-kapaċità tiegħu kienet ta' kapaċità tajba.", "GLENN BEDINGFIELD: Dan kemm kien urġenti li jsir?", "IS-SUR DAVID GALEA: From a cost point of view kien urġenti ħafna.", "Enemalta kienet qed tagħmel significant operating losses.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk m'iniex sejjer żball, at that point in time, il-cumulative losses kienu ta' €178 miljun.", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri Enemalta kienet prattikament mażżra m'għonq il-Gvern u l-poplu Malti kollu.", "Jekk tħares lejn il-kummenti li kienu jagħmlu Standard & Poor's fuq Enemalta...", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri meta jiġu biex jagħtu credit rating lill-pajjiż.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-klassifikazzjoni ta' Enemalta dak iż-żmien kienet ekwivalenti għall-junk status.", "Jiġifieri importanti li jsiru xi xogħlijiet...", "CLAYTON BARTOLO: Il-credit rating ta' min kien ikklassifikat bħala junk status?", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri jekk ngħid li l-credit rating tal-pajjiż kien marbut mas-sitwazzjoni finanzjarja ta' Enemalta, inkun korrett?", "CLAYTON BARTOLO: U jekk ngħid li l-credit rating ta' pajjiżna qatt ma seta' jitjieb jekk ma ntejbux is-sitwazzjoni ta' Enemalta, inkun korrett?", "CLAYTON BARTOLO: U allura l-mod ta' kif sar il-proġett, fejn għandek Enemalta li ma ħallsitx sold għalih, kien mod tajjeb biex bih aħna nkunu nistgħu nirranġaw il-credit rating ta' pajjiżna u fl-istess ħin innaqqsu dawn il-costs li kienu qed iwasslu għal dan il-cumulative costs li kienu se jkomplu jwasslu għal cumulative losses?", "IS-SUR DAVID GALEA: Enemalta ma setgħetx tagħmel il-proġett għax ma kellhiex minn fejn.", "Fil-fatt il-credit rating agency bdiet timbotta ħafna lil Enemalta biex tagħmel debt restructuring, u fl-2012 Enemalta għamlet debt restructuring ta' €315 miljun, għamlet l-ispecial purpose vehicle fejn neħħiet dejn ta' €300 miljun minn Enemalta u tefgħetu fuq Vault Finance u kien hemm repayment programme.", "CLAYTON BARTOLO: Kieku ma sarx dan il-proġett, x'kienu se jkunu r-riperkussjonijiet għal pajjiżna f'termini ta' electricity generation?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ovvjament għandek riskju li jista' ma jkollokx provvista tajba tad-dawl.", "CLAYTON BARTOLO: Li ovvjament se jimpatta fuq l-ekonomija tal-pajjiż.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "Però l-impatt finanzjarju huwa sinifikanti wkoll.", "Minħabba l-generation capacity tagħha, Enemalta dak iż-żmien kellha problema kbira għax...", "GLENN BEDINGFIELD: Tista' tispjegalna dawk il-€178 miljun x'inhuma?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-generation capacity ta' Enemalta kellha problema ta' effiċjenza.", "Ħafna jgħidu li l-problema ta' Enemalta kienet il-prezz taż-żejt, għax kien għoli, imma dik kienet parti mill-problema, li lanqas tinkwetani daqshekk għax dik kienet xi ħaġa li kull pajjiż ikollu.", "Enemalta kellha problema għax kellha efficiency levels baxxi ħafna fil-generation capacity tagħha.", "Kellha l-Marsa Power Station tipproduċi 23%...", "CLAYTON BARTOLO: Meta kienet saret il-Marsa Power Station?", "IS-SUR DAVID GALEA: Madwar 40 sena qabel.", "Kien hemm Delimara 1 li kienet tipproduċi madwar 26%...", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk m'iniex sejjer żball fl-1990.", "U Delimara 2 kienet tipproduċi madwar 32% u kellha xi żewġ generators stand by li kienu jaħlu ħafna.", "L-istandard efficiency levels dak iż-żmien kienu ta' bejn wieħed u ieħor 45%.", "Pereżempju l-Marsa Power Station kienet qed taħraq nofs l-ammont iktar milli suppost kienet qed taħraq, jiġifieri jekk, pereżempju, kienu jintnefqu €10 miljun, €5 miljun minnhom kienu qishom qed imorru fl-arja.", "CLAYTON BARTOLO: U din setgħet titranġa biss billi jsir investiment ġdid.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "U Enemalta għamlet sewwa li investiet kemm fl-interconnector, kemm f'Delimara 3, kif ukoll fil-PPA u l-GSA għal Delimara 4.", "GLENN BEDINGFIELD: U t-timeframes, jiġifieri l-urġenza, kienu vitali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienu kritiċi għax Enemalta kienet fi stat ħażin ħafna u ma setgħetx tagħmel investimenti għax kienet għadha...", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nifhem li t-timeframe kien li tlestu sa Marzu 2015.", "RYAN CALLUS: Sentejn wara l-elezzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Malajr kemm jista' jkun.", "GLENN BEDINGFIELD: Kieku lestejna f'sitt xhur kien ikun aħjar minn sentejn, minn tlieta, jew minn erba' snin.", "RYAN CALLUS: Eżatt sitt xhur domtu!", "Sur Galea, inti għedt li tajt il-proposti dwar l-enerġija.", "Il-proposta kif saret eventwalment, ta' ElectroGas, kienet l-istess bħall-proposta li inti kont taf dwarha li kienet ġiet diskussa qabel l-elezzjoni tal-2013?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jidhirli li dak iż-żmien is-soluzzjoni kienet onshore mhux floating storage; kienet onshore tanks u regasification unit marbutin magħhom.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri kienet pretty much simili ħlief tal-onshore.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Callus huwa jekk dak li pproponejt inti kenitx l-istess sistema… Hemm irid jasal.", "Jien m'iniex qed ngħid li stajt kont inti biss, Sur Galea, li tajt l-ideat...", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm ħafna nies, u jien m'iniex tekniku li nista' parir jekk ikunx onshore jew offshore.", "RYAN CALLUS: Imma jidher li inti kellek aċċess għall-manifest tal-Partit Laburista qabel l-2013, jew b'xi mod il-parti tad-diskussjonijiet…", "Jidher li hemm substantial similarities bejn dak li kien wiegħed...", "CLAYTON BARTOLO: Mela issa l-onshore u l-offshore m'għadhomx importanti!", "RYAN CALLUS: ...Gvern Laburista fl-2013, u dak li effettivament sar.", "Ir-request for proposals (RfP) kien jgħid ċar combined cycle gas turbine ta' madwar 300MW, u floating storage unit moored to a jetty li...", "RYAN CALLUS: Jiġifieri ma taqbilx mal-fatt li l-Awditur Ġenerali qal li there were substantial similarities bejn dak li kien qed jiġi mwiegħed mill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni, u l-mod li bih effettivament saret il-power station?", "Dan huwa x'qal u x'sab l-Awditur Ġenerali.", "Inti għandek xi ħaġa aħjar minna, fis-sens li aħna ma konniex nafu x'kienet il-proposta qabel l-2013.", "Inti ma taqbilx mal-fatt li l-Awditur Ġenerali kkonkluda, għax ra l-preżentazzjonijiet li saru qabel, kif naturalment jien naħseb li rajt inti, għalkemm ma nistax ngħid b'ċertezza, li hemm din is-similarità?", "IS-SUR DAVID GALEA: Similarità f'kuntest li Enemalta talbet dik is-soluzzjoni li xtaqet.", "Għamlet ċerti studji.", "Kien hemm varjazzjonijiet fil-mudell.", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri mhumiex l-istess.", "IS-SUR DAVID GALEA: L-istess mhumiex.", "CLAYTON BARTOLO: Il-manifest elettorali tal-Partit Laburista kien pubbliku.", "Ma nafx jekk tal-Partit Nazzjonalista kienx pubbliku, fil-verità lanqas naf jekk kellhomx manifest elettorali fl-2013.", "CLAYTON BARTOLO: Aħna konna qegħdin nistaqsu fuq ir-rapport u għal xi raġuni erġajna morna għall-qabel l-2013.", "RYAN CALLUS: Tiddejjaq qisek.", "CLAYTON BARTOLO: Mhux għax niddejjaq, imma għax aħna nżommu mat-termini ta' dan il-Kumitat.", "RYAN CALLUS: Li huma l-power station ta' ElectroGas li kienet ippjanata qabel l-2013.", "Hekk sab l-Awditur Ġenerali.", "Jien qed nistaqsi fuq x'hawn miktub fir-rapport.", "CLAYTON BARTOLO: Jaħasra konna mexjin tajjeb.", "Ejjew inkomplu nistaqsuh.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak ikkonkludejtu inti.", "RYAN CALLUS: L-Awditur Ġenerali kkonkludih, mhux jien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Peress li sar il-ħin għas-seduta fil-Plenarja naħseb li aħjar li għal-lum nieqfu hawnhekk.", "Sur Galea, nerġgħu nikkomunikaw miegħek biex ngħidulek id-data meta se terġa' tiġi tixhed.", "IS-SUR DAVID GALEA: Tixtiequ li nagħmlilkom preżentazzjoni, jew xi ħaġa simili?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għad baqagħli numru ta' mistoqsijiet x'nagħmillek, għax qagħdu jfixxkluni.", "CLAYTON BARTOLO: Anke jien, Sur President, baqagħli mistoqsijiet x'nagħmel.", "Jien xtaqt niċċara biss li, jekk m'iniex żball f'paragrafu 14.2 tar-rapport, l-Awditur jgħid li ma jistax jikkummenta dwar dak li beda jgħid l-Onor.", "Callus, u ċioè li hemm similaritajiet bejn il-proposta… Nifhem li s-Sur Galea m'għandux x'jaqsam, però xtaqt niċċara dan il-punt.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'qal l-Awditur qiegħed fir-rapport tal-Awditur.", "Sur Galea, tista' tmur.", "RYAN CALLUS: Bħalma wegħednikom, illum se nagħtukom il-lista tax-xhieda.", "ALEX MUSCAT: Le, wegħedtuna li tagħtuhielna ħafna qabel.", "It-timeframes jidher li jbeżżgħukom!", "RYAN CALLUS: Se nagħtikom kopja ta' din il-lista.", "Qegħdin nitolbu li jiġu mressqa 85 persuna, li b'xi mod huma kollha relatati ma' dan il-proġett.", "GLENN BEDINGFIELD: Grazzi.", "Qed nara li hija lista estensiva ħafna u, jekk noqogħdu fuq li rajna s'issa, kull xhud se jieħu bejn ħames u sitt seduti.", "Għaldaqstant nipproponi li l-Kumitat jiltaqa' iktar spiss u f'ħinijiet oħrajn ukoll.", "ALEX MUSCAT: Nissekonda din il-proposta.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin sentejn fuq dan is-suġġett.", "ALEX MUSCAT: Naħseb li nistgħu niftehmu mal-ewwel il-ħinijiet meta se nibdew niltaqgħu.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien għalija stajtu għamiltu 200 xhud minflok 85, m'għandix problema, imma jekk ma nżidux il-ħin, żewġ leġiżlaturi oħra nkunu għadna fuq l-istess suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, jien ma naħsibx li kull xhud se jieħu… Illum, jekk fhimtu, kellna persuna li hija l-fulcrum...", "ALEX MUSCAT: Iktar ma nitfgħu dawl fuq ir-rapport kif ukoll fuq dan il-proġett, u ma ntawlux mingħajr bżonn, naħseb li jkun fl-interess ta' kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jirriżultali li xi ħadd qed itawwal mingħajr bżonn, inkun jien li nwaqqfu.", "ALEX MUSCAT: Ix-xewqa tagħna hija li nibdew niltaqgħu b'mod iktar frekwenti.", "Aħna disposti li, jekk intom taqblu, niltaqgħu anke kuljum, m'għandniex problema.", "Nistabbilixxu ġranet li jkunu tajbin għal kulħadd, u nispera li l-Oppożizzjoni tappoġġja li l-ħidma ta' dan il-Kumitat trid tibda għaddejja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Segretarju Parlamentari fulltimer mal-Gvern, Onor. Ministru fulltimer mal-Gvern, Onor. Bedingfield fulltimer mal-Gvern, u Onor. Ian Castaldi Paris li għandek il-professjoni privata tiegħek, l-Onor.", "Ryan Callus u jien m'aħniex fuq il-payroll tal-Gvern, u ma nistgħux nitilqu x'ħin irridu...(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk hemm bżonn niltaqgħu kuljum fil-ħinijiet li jiltaqa' l-Parlament, jiġifieri nhar ta' Tnejn, Tlieta u Erbgħa wara nofsinhar.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nagħmlilkom proposta imbagħad we take it from there.", "Nibdew niltaqgħu nhar ta' Erbgħa fis-1:00 p.m. u nibqgħu għaddejjin sal-4:30 p.m.", "ALEX MUSCAT: Li qed nipproponu aħna...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, trid tifhem...", "GLENN BEDINGFIELD: Intom ukoll Membri Parlamentari, il-Parlament jiltaqa' nhar ta' Tnejn, Tlieta u Erbgħa, u biex ma neħdulkomx mill-ħin tax-xogħol tagħkom, għax nifhem li kulħadd għandu x-xogħol tiegħu, niltaqgħu f'dawk il-ġranet waqt li jkun qed jiltaqa' l-Parlament, jiġifieri fil-ħin li suppost tkunu l-Parlament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Peress li l-ħin parlamentari tiegħi, u tagħkom ukoll, ma jistax jittieħed kollu minn dan il-Kumitat, f'dan l-istadju jien ma nistax… (Interruzzjonijiet) Jien qed nipproponi li minn nhar l-Erbgħa li ġej, niltaqgħu siegħa qabel jew siegħa wara.", "GLENN BEDINGFIELD: Nhar il-Erbgħa għandkom il-festa ta' San Pawl!", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela bħal-lum ġimgħatejn niltaqgħu iktar kmieni.", "GLENN BEDINGFIELD: U jekk tridu, il-ġimgħa d-dieħla niltaqgħu nhar it-Tlieta minflok nhar l-Erbgħa.", "Jekk fil-kas niltaqgħu waqt il-ħin tal-Parlament kif jiltaqgħu l-kumitati l-oħra kollha.", "ALEX MUSCAT: Fl-4:30 p.m., wara l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, huwa l-ħin normali tal-Parlament.", "Jiġifieri nistgħu niltaqgħu mill-4:30 p.m. kif dejjem iltaqa' dan il-Kumitat; xejn straordinarju, m'iniex qed nivvinta r-rota.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nipproponi li niltaqgħu nhar it-Tlieta fis-2:00 p.m. minflok fl-4:30 p.m.", "ALEX MUSCAT: Dwar nhar it-Tlieta fis-2:00 p.m. m'għandniex inkwiet, imma aħna se nkunu qed nagħmlulkom proposta biex niltaqgħu wkoll filgħaxijiet fil-ħin tal-Parlament.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Karol Aquilina qed isegwi u bagħat jgħidli li nhar it-Tlieta għandu kumitat ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna wkoll għandna lill-Onor.", "Bartolo li ma jistax.", "Naħtru sostitut.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Onor.", "Karol Aquilina mhux qiegħed hawnhekk illum u l-Kumitat xorta mexa.", "Issa jekk tridu noqogħdu ntawlu u ntawlu...", "ALEX MUSCAT: Nhar it-Tlieta, mill-4:30 p.m. sas-7:00 p.m., jiġifieri waqt li jkun għaddej il-Parlament, huwa tajjeb ukoll għalina.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dan l-istadju l-Kumitat huwa aġġornat għal ġurnata u ħin li jiġu kkomunikati 'l quddiem.", "Fl-4:01 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210203_076d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 76", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:09 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur); l-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet); u l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 75, li saret fis-27 ta' Jannar 2021, ġew konfermati.", "Email datata 2 ta' Frar 2021, mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat f'Laqgħa Nru 75 (Dok.", "Il-Kumitat qabel li din l-email, flimkien mal-informazzjoni annessa magħha, ma jittellgħux fuq il-website tal-Parlament.", "Bħala follow up għall-informazzjoni mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, il-Kumitat talab li jingħata din l-informazzjoni addizzjonali:", "Hemmx konsegwenzi penali kemm-il darba Enemalta tiddeċiedi li tvarja l-obbligu li tixtri 80% minn dak li tiġġenera l-power station ta' ElectroGas; u", "Kemm ipproduċew units ta' elettriku kull sena ż-żewġ sorsi prinċipali ta' produzzjoni ta' enerġija, u ċioè l-interconnector u l-power station ta' ElectroGas, fil-perjodu bejn Lulju 2018 u l-aħħar tal-2020.", "Kemm ħallset Enemalta għal dawn il-units.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "154 u 154a).", "Il-Kumitat irriżuma mis-27 ta' Jannar 2021 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Fis-2:36 p.m. is-Sur David Galea ġie msejjaħ sabiex jidħol fil-Kamra tal-Kumitat u wara li ngħata l-ġurament beda jagħti x-xhieda tiegħu.", "Fit-3:54 p.m. is-Sur Galea temm jagħti x-xhieda tiegħu għal din il-laqgħa.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fi tmiem il-laqgħa l-Onor.", "Ryan Callus ippreżenta l-lista tax-xhieda li l-Oppożizzjoni kienet qed titlob li jitilgħu jixhdu quddiem il-Kumitat (Dok.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield qal li peress li l-lista tax-xhieda kienet waħda estensiva, huwa kien qed jipproponi li l-Kumitat jiltaqa' iktar spiss u ssuġġerixxa li jibda jiltaqa' nhar ta' Tnejn, Tlieta u Erbgħa fil-ħin li jkun qiegħed jiltaqa' l-Parlament.", "L-Onor.", "Alex Muscat issekonda l-proposta tal-Onor.", "Iċ-Chairman qal li l-ħin tal-Membri tal-Kumitat fil-Plenarja ma setax jittieħed kollu mill-Kumitat u ppropona li l-Kumitat jibda jiltaqa' nhar ta' Erbgħa fis-1:00 p.m.", "Il-Membri tal-Kumitat qablu li deċiżjoni dwar dan kellha tittieħed fi stadju ulterjuri.", "Fl-4:01 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat bl-istess aġenda għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210203_076m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 20", "It-Tlieta, 9 ta' Frar 2021 fl-4.30 pm", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Frar 2021 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Mark Causon għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għad-Danimarka.", "2 ta' Frar 2021 Skrivan tal-Kamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210209_020a_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 20", "It-Tlieta, 9 ta' Frar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 20", "It-Tlieta, 9 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4.42 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 19, li saret fis-26 ta' Jannar 2021, ġew ikkonfermati.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR MARK CAUSON GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR TA' MALTA MHUX RESIDENTI GĦAD-DANIMARKA", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Illum il-Kumitat għandu quddiemu n-nomina ta' Dr Mark Causon għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għad-Danimarka.", "Dr Causon jinsab barra minn Malta, u allura qegħdin nużaw il-mezzi teknoloġiċi u din il-laqgħa se ssir permezz ta' video conference.", "Nistieden lil Dr Causon biex jingħaqad magħna fil-Kumitat.", "Dr Mark Causon ingħaqad mal-Kumitat permezz ta' video conferencing.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insellmulek, Dr Causon.", "Irrid ninformak li dan il-Kumitat huwa mwaqqaf permezz tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u skont l-artikolu 48B(4) ta' dan l-Att, il-Membri tiegħu jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati mal-mistoqsijiet oriġinali li kull naħa kellha d-dritt liberu li tibgħat.", "Dr Causon, skont l-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom isiru pubbliċi, kemm-il darba l-Kumitat ma japprovax xort'oħra.", "Dr Causon, ninformak ukoll li din il-laqgħa qiegħda tiġi video streamed live fuq il-website tal-Parlament u se tiġi mxandra fuq l-istazzjoni tat-televiżjoni tal-Parlament fi stadju ulterjuri.", "Dr Causon, nitolbok tintroduċi lilek innifsek u tagħtina ftit background dwar l-esperjenzi tiegħek, kif ukoll tgħidilna għalfejn aħna bħala Kumitat għandna napprovaw din il-ħatra tiegħek.", "DR MARK CAUSON: Grazzi.", "L-ewwel nett, niskuża ruħi li fl-aħħar sessjoni m'attendejtx; ħsibt li kulma ridt nagħmel huwa li nibgħat ir-risposti għad-domandi.", "Bażikament, jien għandi 59 sena.", "F'dawn l-aħħar 15-il sena ħdimt dejjem bħala konsulent fuq affarijiet ekonomiċi u Ewropej.", "Ix-xogħol tiegħi bħalissa jinvolvi li nagħti konsulenza lil numru ta' NGOs u numru ta' kunsilli lokali, kemm f'Malta u anke barra minn Malta, fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ekonomija u affarijiet Ewropej, speċjalment fuq programmi ta' fondi Ewropej, u anke dawk mhux Ewropej.", "Wara li għamilt 20 sena naħdem fi spiżerija, iddeċidejt li it was time for a change; mort is-Slovakkja nistudja l-ekonomija u għamilt il-Masters fl-ekonomija internazzjonali fis-Slovakkja.", "B'hekk xogħli huwa f'dan il-qasam.", "Għal erba' snin kont il-Manager tal-Europe Direct, li hija parti mid-Directorate-General for Communication (DG Comm) tal-Kummissjoni Ewropea, fejn bażikament kont nieħu ħsieb il-management ta' information systems dwar kull aspett tal-Unjoni Ewropea.", "L-iktar xogħol li kien ikollna kien li we send the political message in layman's terms, biex il-poplu Ewropew ikun jista' jifhem iktar il-mekkaniżmu ta' x'qed jiġri fl-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-Kummissjoni u fil-Parlament.", "Meta kont hemmhekk, inħtart bħala membru ta' tim ta' ħamsa li konna niżviluppaw il-policies u l-aġenda politika tal-Kummissjoni Ewropea.", "Is-sentejn li għamilt f'dik il-kariga u l-erba' snin li għamilt fil-Europe Direct kienu esperjenza kbira għalija, għax minnhom titgħallem politika internazzjonali u tibni ħafna relazzjonijiet li jkunu jistgħu jgħinuk fl-iżvilupp tiegħek ukoll.", "Fil-fatt, meta spiċċajt minn hemmhekk, bdejt nagħti servizzi ta' konsulenza, għax hemmhekk bnejt network qawwi ta' kuntatti, sirt naf numru ta' sindki Maltin u barranin, u allura kont inkun nista' noffri s-servizz tiegħi bħala konsulent b'mod iktar faċli, għax diġà kelli konoxxenza ta' numru ta' nies.", "Matul dawn l-aħħar 15-il sena rnexxieli mmexxi 135 proġett u 32 ERDF projects hawn Malta għal diversi kumpaniji, fosthom tal-manifattura u lukandi, fejn għenthom biex ikunu jistgħu jagħmlu internazzjonalizzazzjoni jew biex ikabbru s-settur tagħhom, kif ukoll biex kumpaniji żgħar jiġu fformati bħala new SMEs.", "Ikkordinajt ukoll 33 proġett b'fondi tal-Unjoni Ewropea li kienu kollha relatati mal-immigrazzjoni u kwestjonijiet soċjali, speċjalment bżonnijiet.", "L-aħħar proġett kbir li kelli kien meta mexxejt il-LIFE project tal-Ministeru għall-Ambjent fil-Buskett.", "Kien proġett verament interessanti, kemm mill-aspett ta' tmexxija u anke l-isfidi li kellu għalija u anke għall-ħaddiema.", "Għamilt ukoll numru ta' studji ambjentali għal diversi kunsilli biex ikunu jistgħu jiġu f'konformità mal-isfidi Ewropej, speċjalment rigward rapporti dwar sostenibilità.", "Fl-aħħar sentejn u nofs kont ukoll rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-Forum tal-Mediterran, Sommet des Deux Rives, u jien kont ir-rappreżentant fuq is-settur tal-ambjent.", "Sfortunatament, is-sena l-oħra kellna nagħmlu kollox b'mod virtwali.", "Waħda mill-proposti li ressaqt jien ġiet fost l-aħħar għaxra u ġiet magħżula għal potential funding.", "Kien hemm xi tibdil fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Franċiż li qed jimbotta l-proġetti u l-iffinanzjar, u allura kien hemm dewmien biex inkunu nistgħu nattwaw l-implimentazzjoni tal-proġett.", "Il-proġett tiegħi kien jinvolvi numru ta' pajjiżi mill-Mediterran, fosthom il-Maghreb, Franza u Spanja, u konna se nittrattaw l-iskart iġġenerat mill-industrija tal-fish farming li, bħalma nafu, qiegħda toħloq problemi u sfidi ambjentali.", "Fil-fatt, mir-riċerka li għamilna, it-tim li qed naħdem magħhom u jien sibna numru ta' soluzzjonijiet li jistgħu jiġu applikati, però ovvjament hemm bżonn ta' fondi kbar biex wieħed ikun jista' jimplimentahom.", "In a nutshell, naħseb li koprejt is-CV tiegħi u tajt l-informazzjoni dwari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa jmiss li l-Membri tal-Kumitat jistaqsu mistoqsijiet supplimentari għall-mistoqsijiet oriġinali li inti rrispondejt għalihom bil-miktub biex inkunu nafuk iktar fil-fond.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Id-Daniżi għamlu passi 'l quddiem fi proġetti ambjentali u ngħataw ċerta attenzjoni f'pajjiżna.", "Għamilna żmien li matulu kellna delegazzjonijiet tagħna li marru d-Danimarka, jew huma ġew hawn Malta.", "Kif tista' tara li aħna, konkretament, nagħmlu xi proġetti ambjentali, speċjalment fis-settur li qiegħed jissemma ħafna, dak tar-riċiklaġġ u l-użu tar-riċiklaġġ għal skopijiet ta' enerġija?", "Taħseb li għandu jsir jew le, u f'liema ċirkostanzi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Huma jinsabu wkoll fl-ewwel post f'dak li jirrigwarda ċerti aspetti ambjentali.", "Fil-fatt, il-ġimgħa l-oħra ġie ratifikat mill-Parlament Daniż il-bini ta' an energy island li se tippropoduċi biżżejjed enerġija mir-riħ li tkun tista' tlaħħaq mal-bżonnijiet tad-Danimarka.", "Il-ħsieb tagħhom huwa li meta din tkun fully operational, jibdew ibigħu l-enerġija lill-pajjiżi ġirien tagħhom għax se jkun hemm surplus.", "Fil-fatt, rigward l-immanniġġjar tal-iskart għandhom istitut partikolari, li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Ambjent, li permezz tiegħu ssir riċerka dwar materjal riċiklabbli u kif tista' tieħu benefiċċji minnu.", "Bażikament, dawn joperaw fuq is-circular economy base.", "Dan l-istitut joffri wkoll għajnuna teknika lill-gvernijiet u għajnuna sabiex jgħallmu inġiniera u oħrajn interessati fis-suġġett.", "L-ambjent huwa wieħed mill-passjonijiet tiegħi.", "Meta kont qed nagħmel riċerka fuq id-Danimarka, identifikajt li waħda mill-mossi ewlenin tiegħi għandha tkun li nkompli nsaħħaħ ir-relazzjoni li għandna bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Daniż billi jsiru numru ta' laqgħat f'livell għoli bejn il-Ministeri biex inkunu nistgħu niddiskutu x'tip ta' għajnuna wieħed jista' jagħti lill-ieħor, speċjalment il-qsim tal-għarfien tagħhom lill-Gvern Malti.", "Barra minn hekk, forsi aġenziji jew awtoritajiet Maltin ikunu jistgħu jibagħtu ħaddiema biex jaraw kif qegħdin joperaw hemmhekk u x'qegħdin jagħmlu.", "Inġibu wkoll esperti Daniżi biex ikunu jistgħu jgħinuna fil-qasam ambjentali, speċjalment fuq ir-riċiklaġġ tal-iskart.", "Illum il-ġurnata m'għadniex nikkreaw l-iskart u narmuh, imma hemm ħafna modi kif wieħed ikun jista' jieħu benefiċċji mill-iskart, u d-Danimarka hija fuq quddiem f'dan il-qasam.", "Pereżempju, minflok ma naħarqu l-iskart tagħna f'inċineratur u ma nieħdu xejn minnu, id-Danimarka tkun tista' tgħinna sabiex nimxu fuq il-passi tagħha, għax dawn għandhom teknoloġija avvanzata immens.", "Id-Danimarka hija minn tal-ewwel fis-settur tal-innovazzjoni u r-riċerka, u għandhom istituzzjonijiet tal-aqwa kwalità fejn jinkoraġġixxu r-riċerka, fosthom fuq l-iskart, speċjalment għal soluzzjonijiet innovattivi.", "Huma jħeġġu wkoll imsieħba barranin biex jissieħbu magħhom fir-riċerka tagħhom.", "Hemm possibilità kbira li anke studenti tal-università jew riċerkaturi li jaħdmu fl-università jkunu jistgħu jiggwadanjaw billi jkun hemm skambju ta' informazzjoni u tagħlim mal-istituzzjonijiet Daniżi.", "Naħseb li għandna ħafna x'nitgħallmu mingħandhom, u forsi nkunu nistgħu ngħallmuhom ċerti aspetti għax, speċjalment fix-xjenza, wieħed irid jikkonsidra l-aspetti kollha, inkluż tat-temp u l-klima, li xi kultant ikunu ta' żvantaġġ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici jixtieq jistaqsik mistoqsija oħra, jekk jogħġbok.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Domanda żgħira.", "Malta u d-Danimarka għamlu ħafna sforzi biex iżidu t-turiżmu reċiproku.", "Dr Causon, inti ssemmiha din il-ħaġa fi-risposti tiegħek u ssemmi wkoll l-attivitajiet għall-komunità ta' Maltin fid-Danimarka, li ma tantx hija numeruża.", "Tista' tgħid x'għandek f'moħħok fuq dan l-aspett ta' turiżmu u fir-rigward tal-komunità Maltija li hemm fid-Danimarka?", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Mifsud Bonnici.", "DR MARK CAUSON: Fil-fatt, skont il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, l-għadd ta' Maltin li jgħixu b'mod permanenti fid-Danimarka huwa ta' 50 persuna biss.", "Jista' jkun li n-numru huwa xi daqsxejn ikbar, għax forsi mhux kulħadd jirreġistra jew jinforma lill-Ministeru.", "Però, mill-aspett ta' turiżmu, għalkemm għandna influss stabbli ta' turisti Daniżi lejn Malta, il-figura xorta hija baxxa meta tikkonsidra l-medja ta' 53,000.", "Fil-fatt, waħda mill-problemi li hemm hi li rridu nesploraw il-possibilità ta' rotot li joperaw għal hemmhekk, speċjalment bl-Air Malta, għax jekk tkun iffaċilitata l-aċċessibilità diġà tkun qed tinkoraġġixxi t-turiżmu kemm Malti li jmur hemmhekk u anke dak Daniż li jiġi Malta.", "Bħalissa hemm biss titjiriet bir-Ryanair.", "Minn riċerka li għamilt jirriżulta li d-Daniżi, apparti li jħobbu ħafna l-baħar u x-xemx, japprezzaw ukoll il-kultura, u l-kultura tagħna hija differenti minn dik Daniża.", "Allura jekk naħdmu speċjalment mal-MTA u mal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u jien, nista' nkun il-go-between bejn it-turiżmu Daniż u t-turiżmu Malti, inkunu nistgħu nippreparaw rapporti biex inġibu turisti mid-Danimarka li japprezzaw il-kultura, b'mod partikolari fil-low season, rather than in the summer months.", "B'hekk inkunu nistgħu ntejbu u nsostnu t-turiżmu Malti, u fl-istess ħin inkunu nistgħu nferrxu l-kultura tagħna.", "Possibiltà oħra hija li permezz tal-kuntatti li għandi kemm id-Danimarka u anke Malta, inħeġġu aktar ġemellaġġi bejn il-kunsilli, għax għalkemm xi kultant il-ġemeleġġi ma jagħtuhomx ħafna attenzjoni, joħolqu rabtiet interessanti bejn iż-żewġ pajjiżi u b'hekk ikun jista' jiżdied it-turiżmu wkoll.", "Fil-fatt, meta wieħed iqis li d-Danish Village li hemm il-Mellieħa, li huwa operat minn kumpanija Daniża, għamel suċċess, inkun nista' ninkoraġġixxi negozjanti Daniżi biex jagħmlu investiment fis-settur turistiku Malti, filwaqt li investituri Maltin ikunu jistgħu jespandu fid-Danimarka wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr Causon.", "L-Onor.", "Joe Mizzi jixtieq jistaqsi mistoqsija.", "JOE MIZZI: Fil-qasam marittimu, b'mod speċjali fir-reġistrazzjoni tal-bastimenti, id-Danimarka hija kompetitur għal Malta.", "Però l-mod kif iħarsu lejn Malta qisu għadu mhuwiex fuq linja li wieħed jista' jgħin.", "X'taħseb fuqha din?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Mizzi.", "Bħalissa ngħaqad magħna l-Onor.", "Clyde Puli, li se jkun parti minn dan il-kumitat.", "Nirringrazzjawh talli sab il-ħin u qiegħed jagħtina servizz hawnhekk ukoll.", "DR MARK CAUSON: Kif qal sew l-Onor.", "Mizzi, id-Danimarka hija kompetitur tagħna fil-qasam marittimu.", "Però, biex inkunu nistgħu ntejbu l-immaġni tas-settur Malti, naħseb li rridu nispjegaw iktar x'qegħdin noffru u x'inhuma l-kondizzjonijiet tagħna, għax naħseb li xi kultant ikun hemm nuqqas ta' ftehim, speċjalment minn pajjiżi bħalma hija d-Danimarka li hija kompetitur tagħna fil-qasam marittimu.", "Allura, naħseb li dak in-nuqqas ta' ftehim dwar il-benefiċċji u x-xogħlijiet li aħna noffru fil-qasam marittimu għandu jkun spjegat iktar.", "Naħseb li waħda mill-isfidi hija li, jekk ikun possibbli, nagħmlu konferenza żgħira speċifikament fuq il-qasam marittimu, fejn inkunu nistgħu nistiednu lin-negozjanti involuti fis-settur marittimu Daniż biex ikunu jistgħu jattendu għal din il-konferenza fejn nispjegawlhom u nagħtuhom informazzjoni iktar dettaljata dwar Malta.", "Fil-fatt, il-qasam marittimu tad-Danimarka huwa wieħed mill-aqwa; għadhom kif installaw mekkaniżmu ta' riċiklaġġ tal-iskart marittimu għal skopijiet ta' enerġija, u qegħdin minn ta' quddiem fir-riċerka biex il-vapuri ma jibqgħux jaħdmu bil-fossil fuels imma jkunu jistgħu jaħdmu bil-hydrogen.", "Fil-fatt, huma l-aqwa f'din ir-riċerka u fl-implimentazzjoni, għax għalkemm ir-riċerka dejjem għaddejja, diġà qegħdin jimplimentaw vapuri li jistgħu joperaw bil-hydrogen u għandhom teknoloġiji interessanti ħafna fejn l-iskart tal-vapuri minflok ma jintrema qiegħed jiġi riċiklat jew jerġa' jintuża.", "Dan huwa suġġett interessanti ħafna, anke għall-qasam marittimu Malti, għax inkunu nistgħu nitgħallmu mingħandhom u nirriċiklaw jew nerġgħu nużaw l-iskart li jiġi ġġenerat fil-qasam marittimu tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna, Dr Causon.", "L-Onor.", "Rosianne Cutajar tixtieq tagħmillek il-mistoqsijiet tagħha.", "ROSIANNE CUTAJAR (Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi): Dr Causon, nirringrazzjak tat-tweġibiet tiegħek.", "Ovvjament, jien se nistaqsi xi ħaġa li hija relatata mal-portafoll tiegħi, l-ugwaljanza.", "Aħna nħarsu lejn id-Danimarka bħala mudell f'dik li hija ugwaljanza bejn il-ġeneri.", "Naf li huma avant-garde ħafna fejn jidħlu n-nisa fid-dinja tax-xogħol, tant li r-rata tan-nisa fid-dinja tax-xogħol tagħhom hija għolja ħafna.", "Fejn jidħol work-life balance, huma għandhom ukoll il-paternity leave.", "Allura rridu naraw kif pajjiżna jista' jaħdem flimkien mad-Danimarka biex inkomplu nsaħħu l-kunċett ta' ugwaljanza lokalment.", "Bħalissa għandna abbozz ta' liġi li hu mmirat sabiex nilħqu l-40% rappreżentanza femminili fil-Parlament.", "Xorta se nkunu ftit 'il bogħod minn dik il-figura, imma naf li d-Danimarka, fejn tidħol ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament, laħqu t-threshold ta' 40%.", "Forsi hemm xi modi kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jaqsmu prattiċi tajbin f'dik li hija ugwaljanza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Rosianne Cutajar.", "DR MARK CAUSON: Fil-fatt, sewwa qed tgħid l-Onor.", "Naħseb li mhux talli laħqu ċerti thresholds, talli m'għandhomx problema ta' parteċipazzjoni tan-nisa għax f'ċerti setturi għandhom iktar mexxejja femminili milli rġiel.", "Naħseb li dan huwa każ ta' kif aħna nkunu nistgħu nitgħallmu mill-prattiċi tajbin tagħhom.", "Ma rridux ninsew li d-Danimarka hija waħda mill-pajjiżi fejn il-parteċipazzjoni femminili ma bdietx illum, però ilha s-snin, u allura hija inkorporata fis-soċjetà.", "Naħseb li nkunu nistgħu nitgħallmu ħafna iktar, speċjalment jekk nagħmlu skambju tal-uffiċjali tal-Ministeru tiegħek mad-Danimarka, fejn inkunu nistgħu niddiskutu magħhom u naraw x'qegħdin jagħmlu fil-prattika biex iħajru u jżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa.", "Is-servizzi soċjali tad-Danimarka huma pjuttost avvanzati, u allura jagħtu lok li jkun hemm aktar parteċipazzjoni femminili fil-qasam tax-xogħol, fil-qasam edukattiv u anke f'livelli għoljin ta' tmexxija, għax il-kultura tagħhom ma timponix restrizzjonijiet naturali.", "Allura rridu ntejbu iktar id-diskussjonijiet magħhom biex naraw kif qegħdin jegħlbu ċerti sfidi li forsi kulturalment lilna jżommuna lura.", "B'hekk naħseb li nkunu nistgħu nersqu iktar qrib biex nilħqu l-għanijiet tagħna ta' 40% parteċipazzjoni femminili fil-Parlament u anke f'setturi oħra fis-snin li ġejjin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr Causon.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Din hi mistoqsija li nagħmilha lil kull min jiġi quddiem dan il-kumitat, jiġifieri m'hemm l-ebda referenza personali.", "Dr Causon, hemm xi ħaġa li b'xi mod tista' timbarazza lilek, lil dan il-kumitat, lil min qiegħed jaħtrek jew lill-pajjiż u li allura tħoss li għandek tgħidha lil dan il-kumitat?", "Dan il-kumitat se jieħu deċiżjoni dwarek, u allura aħna nistennew li tkun trasparenti magħna u tgħidilna jekk hemmx xi diffikultà.", "Qed nistaqsik din il-mistoqsija ġenerika biex nagħtik l-opportunità li jekk hemm xi ħaġa li trid taqsam ma' dan il-kumitat dwarek innifsek jew dwar ir-rwol tiegħek, tkun tista' tagħmel dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Aquilina.", "DR MARK CAUSON: Jien naħseb li hija idea tajba li ħafna mill-ħatriet jgħaddu minn dan il-kumitat, għax b'hekk wieħed ikun jista' jiddiskuti dak kollu li jkun hemm bżonn.", "Nieħu pjaċir nilqa' d-domandi li għamiltuli, għax b'hekk inkun nista' niffoka aktar fuq dak li tixtiequ bħala Membri Parlamentari li qed tirrappreżentaw lill-Gvern u lill-poplu Malti.", "Min-naħa tiegħi, bħala persuna, naħseb li issa wasalt fi żmien li nkun nista' nagħti iktar mill-ħiliet li akkwistajt matul is-snin u napplikahom fir-rwol tiegħi ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għad-Danimarka.", "Il-pajjiż li ġejt magħżul għalih jolqotni ħafna, għax jolqot ħafna mis-suġġetti li huma ta' passjoni għalija, speċjalment l-ambjent u s-sistema soċjali tagħhom.", "Jien dejjem emmint li meta jkollok ċerta passjoni lejn ix-xogħol li tkun tagħmel, tkun kuntent u meta tqum filgħodu tkun ħerqan biex tmur għax-xogħol u mhux tqum tgerger għax erġajt stenbaħt.", "Fil-karriera tiegħi matul is-snin, meta ddeċidejt li nibdel ix-xogħol li kont qed nagħmel, irriflettejt u ħadt l-azzjoni.", "Ma bqajtx inżomm ix-xogħol li kont qiegħed nagħmel sempliċement biex ikolli xogħol.", "Kif għedtilkom, wara 20 sena naħdem fil-farmaċija, iddeċidejt li kien wasal iż-żmien li nibdel, għax irrealizzajt li ma ridtx nirtira naħdem ġo spiżerija.", "Naħseb li kemm mil-lat akkademiku, u anke mill-esperjenza tal-ħajja tiegħi, inkun nista' nagħti servizz tajjeb għall-ġid tal-pajjiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr Causon.", "Hawn iktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ippermettili, għax ma naħsibx li nftehemt tajjeb.", "Jien m'għidtlekx biex tagħti opinjoni dwarek innifsek u tgħid jekk intix kapaċi.", "Jien konvint li inti tħoss li inti kapaċi.", "Imma li staqsejtek huwa jekk hemmx xi ċirkostanza jew xi ħaġa li ġratlek fil-ħajja li trid taqsamha magħna, għax din tista' timbarazzak fil-futur meta tkun fir-rwol ta' ambaxxatur.", "Trid tifhem li hawn qisna qed nagħmlu att ta' fidi, li jiġi xi ħadd quddiemna, nitkellmu miegħu għal kwarta jew għoxrin minuta, imbagħad nivvotaw favurih u nagħtuh ir-responsabilità f'idejh.", "Allura jien nagħti l-opportunità lil dak li jkun biex jekk ikun hemm xi diffikultà, jistqarrha f'dan il-kumitat u jkun miftuħ kemm jista' jkun dwarha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Aquilina.", "DR MARK CAUSON: Le, bażikament m'għandi l-ebda diffikultà.", "Fil-ħajja tiegħi m'għamilt xejn li jista' jimbarazza lili jew lill-Gvern.", "Dejjem imxejt mal-prinċipji li nemmen fihom, li għandek tkun onest f'dak li tagħmel, tammetti fejn għandek ħażin u tammetti fejn huwa tajjeb ukoll.", "Voldieri ma naħsibx li għandi iktar xi ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna, Dr Causon.", "Hawn iktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: Le) La m'għandekx iktar xi żżid, nitolbok tirtira mil-laqgħa sakemm il-Membri tal-Kumitat ikunu jistgħu jiddiskutu l-ħatra proposta.", "Dr Mark Causon ħareġ mil-laqgħa tal-kumitat.", "(Diskussjoni off mic.)", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil fuq il-ħatra proposta ta' Dr Mark Causon bħala Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għad-Danimarka?", "(Onor. Membri: Iva) Jidher li hawn qbil unanimu.", "Nitlob lil Dr Causon jidħol lura fil-laqgħa, dejjem permezz ta' video conferencing.", "Dr Mark Causon daħal fil-laqgħa tal-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Causon, dan il-Kumitat iddeċieda li jagħti parir favur il-ħatra tiegħek ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għad-Danimarka skont kif ipprovdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Skont l-istess provvediment, il-parir tal-kumitat, flimkien mal-Minuti tal-laqgħa, se jintbagħtu lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Aħna nawgurawlek ħafna ħidma favur pajjiżna.", "Jalla jkollok ħafna suċċessi li minnhom igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi talli kont magħna.", "DR MARK CAUSON: Grazzi ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Emanuel Mallia, lis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, lill-Onor.", "Joe Mizzi u lil Ms Abela talli kienu magħna biex għamilna dan ix-xogħol.", "Sakemm nerġgħu niltaqgħu, nirringrazzjakom tal-ħidma tagħkom.", "Il-Kumitat għalhekk huwa aġġornat.", "Fil-5.16 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210209_020d_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 20", "It-Tlieta, 9 ta' Frar 2021", "IlKumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi ltaqa' filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fl-4.42 pm.", "PREŻENTI", "Il-Membri tal-Kumitat li kienu preżenti għal-laqgħa kienu s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi l-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor.", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia kien ukoll preżenti.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 19, li saret fis-26 ta' Jannar 2021, ġew ikkonfermati.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR MARK CAUSON GĦALL-ĦATRA TA' AMBAXXATUR TA' MALTA MHUX RESIDENTI GĦAD-DANIMARKA", "Fl-4.43 pm il-Kumitat stieden, permezz ta' video conference, lil Dr Mark Causon ħalli jingħaqad mal-Kumitat sabiex isirulu mistoqsijiet supplimentari skont l-artikolu 48B(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497.", "Il-President tal-Kumitat informa lil Dr Causon li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-istess liġi.", "Dr Causon, li kien jinsab barra minn Malta, skuża ruħu talli ma attendiex għall-aħħar laqgħa peress li ħaseb li ma kienx hemm bżonn jattendi personalment darba li kien bagħat it-tweġibiet bil-miktub għall-mistoqsijiet magħmula.", "Dr Causon ta ħarsa ġenerali dwar il-karriera tiegħu, fosthom bħala konsulent fuq affarijiet ekonomiċi u fuq programmi ta' fondi mill-Unjoni Ewropea, il-ħidma tiegħu ma' DG Comm tal-Kummissjoni Ewropea u bħala rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-Forum tal-Mediterran (Sommet des Deux Rives, Forum de la Méditerranée).", "Dr Causon qal kif id-Danimarka hija minn ta' quddiem fil-qasam ambjentali u fl-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinovabbli bil-għan li tikseb indipendenza sħiħa minn fossil fuel sal-2050, u allura tkellem kif il-Maltin ikunu jistgħu jitgħallmu minn prattiki tajbin Daniżi permezz ta' laqgħat bejn iż-żewġ pajjiżi, taħriġ speċjalizzat, kollaborazzjoni ta' riċerka bejn riċerkaturi Maltin u Daniżi u tagħlim fuq l-użu minn riċiklaġġ tal-iskart għal skopijiet ta' enerġija.", "Issemma wkoll il-qasam marittimu u r-riċerka li d-Danimarka għamlet biex il-vapuri ma jibqgħux jaħdmu bil-fossil fuels iżda bil-Hydrogen, u anke l-użu ta' teknoloġiji innovattivi biex il-waste minn vapuri jiġi riċiklat u użat mill-ġdid.", "Matul il-laqgħa ssemma wkoll il-qasam turistiku u l-importanza ta' konnettività bl-ajru bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Suġġett ieħor li ssemma kien l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rata tan-nisa fid-dinja tax-xogħol fid-Danimarka.", "Tkellmu dwar kif Malta u d-Danimarka jistgħu jaqsmu esperjenzi pożittivi u kif Malta tista' tibbenefika minn prattiċi tajbin fid-Danimarka.", "Fil-5.12 pm, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis irringrazzja lil Dr Mark Causon u informah li l-komunikazzjoni kienet se tinqata' għal ftit mumenti sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta.", "Fil-5.15 pm, il-komunikazzjoni ma' Dr Causon irriżumiet u l-President tal-Kumitat informah li l-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tiegħu bħala Ambaxxatur ta' Malta mhux Residenti għad-Danimarka skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Fil-5.16 pm, id-diskussjoni kienet konkluża u l-Kumitat ġie aġġornat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210209_020m_hat.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 23", "It-Tlieta, 9 ta' Frar 2021 fil-5.15 pm", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Frar 2021, fil-5.15 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Diskussjoni skont Art.", "4(2)(b) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom.", "Affarijiet oħra.", "8 ta' Frar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20210209_023a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU 23", "It-Tlieta 9 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.23 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej l-Onor.", "SKUŻATI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Onor.", "Evarist Bartolo kien imsiefer fuq xogħol tal-Gvern u l-Onor.", "Glenn Bedingfield kien xogħol fil-plenarja.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 22 li saru fit-23 ta' Novembru 2020 kienu konfermati.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċeva din il-korrispondenza:", "39 Rapport ta' Konferenza intitolat \"National Parliamentarians Conference on Kashmir 2019 – Urgent Need for Humanitarian Efforts\" li saret mill-Pakistan Institute for Parliamentary Services fit-18 ta' Settembru 2019.", "DISKUSSJONI SKONT ART.", "4(2)(B) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) 2020/2053 TAL-14 TA' DIĊEMBRU 2020 DWAR IS-SISTEMA TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA U LI TĦASSAR ID-DEĊIŻJONI 2014/335/UE, EURATOM", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Robert Camilleri, Direttur fil-Budget Division Directorate fil-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Is-Sur Camilleri ippreżenta:", "Wara kien hemm diskussjoni, fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lis-Sur Borg.", "Il-Kumitat irreġistra qbil unanimu dwar din id-deċiżjoni u qabel li ċ-Chairman jirraporta lill-Kamra f'dan is-sens.", "Fis-5.50 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta 16 ta' Frar 2021.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20210209_023m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Carmelo Abela, Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Onor. Julia Farrugia Portelli, Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja", "Onor. Jason Azzopardi MP", "Laqgħa Nru 40", "It-Tlieta, 9 ta' Frar 2021, fit-3.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Frar 2021, fit-3.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 186 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi Oħra – Prim Ministru.", "2 ta' Frar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210209_040a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 40", "It-Tlieta, 9 ta' Frar, 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 40", "It-Tlieta, 9 ta' Frar, 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 39 li saret fit-12 ta' Jannar, 2021 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-FESTI NAZZJONALI U BTAJJEL PUBBLIĊI OĦRA", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 424 tal-Erbgħa, 3 ta' Frar 2021, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Emenda tal-artikolu 6 tal-Att prinċipali.", "CARMELO ABELA (Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Sur President, permezz ta' din il-klawsola se nkunu qed nemendaw l-artikolu 6 tal-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra, Kap. 252 tal-Liġijiet ta' Malta, sabiex nagħtu d-dritt u l-jedd lil xi persuna biex dawk il-festi u btajjel pubbliċi li jiġu fil-ġurnata tas-Sibt jew tal-Ħadd, jiżdiedu mal-leave bażiku għal dik is-sena partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID THAKE: Ministru, saru xi sottomissjonijiet pubbliċi mill-Unjoni Ħaddiema Magħqudin (UĦM) vis-à-vis in-numru ta' sigħat, eċċ. Tista', jekk jogħġbok, tgħid jekk ħadtux nota tagħhom?", "CARMELO ABELA: Onor. Thake, bażikament li qed nagħmlu hawnhekk huwa li nreġġgħu lura l-emenda li kienet saret fl-2005.", "Mela l-proċedura kif kienet taħdem sal-2005 u li mbagħad twaqqfet permezz ta' emenda li kienet saret, se terġa' tibda taħdem issa li qed nirriversjaw dik l-istess emenda.", "Għalhekk, min sal-2005 kien intitolat biex jiżdiedlu l-leave meta jkun hemm festa jew btala pubblika li tiġi fil-ġurnata tas-Sibt jew tal-Ħadd, se jkun intitolat illum ukoll.", "DAVID THAKE: Dan ifisser li dak li qegħdin jgħidu l-UĦM mhuwiex korrett?", "CARMELO ABELA: Mhuwiex korrett għaliex dak li qed nagħmlu huwa li nirriversjaw l-emenda li kienet saret fl-2005 u allura min kien intitolat sa qabel ma saret dik l-emenda, se jerġa' jkun intitolat illum.", "Aħna mhux qed nestendu jew ħaġa jew oħra; il-ħaddiema li kienu intitolati qabel l-emenda tal-2005 se jerġgħu jkunu intitolati ladarba tgħaddi din l-emenda.", "Ma nafx jekk is-Sa Vella Muscat tixtieqx iżżid xi ħaġa ma' dan li għadni kif għedt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lis-Sa Diane Vella Muscat biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SA DIANE VELLA MUSCAT (Direttur Ġenerali, Department of Industrial and Employment Relations): Sur President, li nixtieq inżid ma' dak li għadu kif qal il-Ministru huwa li l-emenda għall-Kap.", "252 għamilnieha b'mod li tkun koerenti mal-liġi tax-xogħol biex żgur ma jkun hemm l-ebda ekwivoċi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "CARMELO ABELA: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra, Kap. 252\" għadda mill-Kumitat mingħajr emendi.", "Fit-3.47 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210209_040d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 77", "It-Tlieta, 9 ta' Frar, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:07 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Alex Muscat (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet); l-Onor.", "Clayton Bartolo (Ministru għat-Turiżmu ul-Protezzjoni tal-Konsumaturi), kienu preżenti.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 76, li saret fit-3 ta' Frar 2021, ġew konfermati.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "154 u 154a).", "Il-Kumitat irriżuma mit-3 ta' Frar 2021 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Fis-2:09 p.m. is-Sur David Galea ġie msejjaħ sabiex jidħol fil-Kamra tal-Kumitat u kompla jagħti x-xhieda tiegħu bl-istess ġurament li kien ingħata fil-laqgħa preċedenti.", "Matul ix-xhieda tiegħu s-Sur Galea ġie mitlub sabiex jibgħat lill-Kumitat kwalunkwe dokument li huwa pprepara għal Enemalta wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali, u kopja tal-engagement letter tiegħu għall-proġett.", "Fit-3:51 p.m. is-Sur Galea temm jagħti x-xhieda tiegħu għal din il-laqgħa.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-3:52 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat bl-istess aġenda għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210209_077m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 24", "It-Tlieta, 16 ta' Frar 2021 fl-4.30 pm", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' Frar 2021, fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Diskussjoni.", "Affarijiet oħra.", "9 ta' Frar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20210216_024a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU 24", "It-Tlieta 16 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.56 p.m.", "Il-Membri preżenti qablu li fl-assenza tal-President tal-Kumitat l-Onor.", "Emmanuel Mallia, din il-laqgħa tiġi preseduta mill-Onor.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor.", "SKUŻATI: Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar l-Onor.", "Aaron Farrugia, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej l-Onor.", "Toni Bezzina kienu qed jattendu laqgħa ta' Kumitat Permanenti.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat numri 23 li saret fid-9 ta' Frar 2021 kienu konfermati.", "Il-Kumitat stieden lill-Ambaxxatur Ronald Micallef u lis-Sur Anton Buttigieg Chief Executive Offiver ta' Trade Malta, biex jagħru preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Is-Sur Buttigieg ippreżenta Powerpoint Presentation intitolata:", "Fis-5:50 p.m il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Emmanuel Mallia ħa postu bħala President tal-Kumitat.", "Wara kien hemm diskussjoni, fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lis-Sur Borg.", "Fis-6.18 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20210216_024m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 16", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.36 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Grixti, President tal-Kumitat ippresieda.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika l-Onor.", "Oliver Scicluna (sostitut) u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 15 li saret fil-15 ta' Diċembru 2020 ġew konfermati.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Charmaine Gauci, Supretendent għas-Saħħa Pubblika u lis-Sur Steve Agius Chief Operating Officer tal-Isptar Mater Dei, sabiex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Prof. Gauci u s-Sur Agius ippreżentaw Powerpoint Presentation intitolata:", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lill-mistednin.", "Fis-6.15 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20210217_016m_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 41", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, fil-4:36 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ppresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Preżenti kien hemm ukoll l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħat Nru 38 u Nru 40 li saru nhar l-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2020 u 20 ta' Jannar 2021 ġew ikkonfermati.", "Iċ-Chairsperson tal-Kumitat poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat din il-korrispondenza;", "Dok 64 Proposta mingħand l-Onor.", "Għal din id-diskussjoni kien mistieden il-Ministru Michael Falzon, responsabbli mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, li min-naħa tiegħu ta spjegazzjoni tar-rapport fuq il-pensjonijiet li ġie mħejji mill-Grupp ta' Strateġija għall-Pensjonijiet kompost minn esperti tekniċi u oħrajn.", "Bil-permess tal-Kumitat il-Ministru Falzon qiegħed fuq il-Mejda kopja tar-rapport intitolat;", "Wara li l-Ministru lesta mill-ispjegazzjoni tiegħu l-Membri preżenti ressqu diversi mistoqsijiet lill-istess Ministru.", "AFFARIJIET OĦRA", "Iċ-Chairperson informa lill-Kumitat li kienet se tintbagħat ittra lis-Sinjura tal-President ta' Malta dwar l-ittra li l-Kumitat kien irċieva mingħand is-Sinjura Lara Said (Dok 60) dwar jekk it-talba tagħha tistax tiġi kkunsidrata.", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li fuq id-diskussjoni dwar il-Politika Nazzjonali dwar id-Droga għandha ssir laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u li aktar 'il quddiem kien se jgħaddi lill-Kumitati lista ta' organizzazzjonijiet u persuni oħra li għandhom jiġu jitkellmu quddiem il-Kumitat.", "Ovvjament jekk ikun hemm bżonn li jinġibu aktar persuni quddiem il-Kumitat dawn ikunu jistgħu jiġu miżjuda ma' din il-lista.", "Iċ-Chairperson innota wkoll li r-rapport dwar l-abbuż fuq l-anzjani, li kien inbeda mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, għadu pendenti.", "Innota wkoll li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja beda jiddiskuti l-anzjani wkoll, u għalhekk qed jipproponi li dan is-suġġett jitkompla jiġi diskuss u ffinalizzat bħala Kumitat Konġunt biex b'hekk isir rapport wieħed u ma jkunx hemm repetizzjoni tad-diskussjonijiet li diġà saru.", "Fis-5.32 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT", "L-Onor."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210217_041m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 78", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar, 2021 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Frar, 2021 fis-2:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "11 ta' Frar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210217_078a_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 78", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 78", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:08 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Insellmilkom u nilqagħkom għal din il-laqgħa.", "Irrid ngħid li f'dawn l-aħħar ġranet ġew iċċirkolati l-Minuti tal-aħħar laqgħa, hekk kif ġew redatti mis-Segretarja ta' dan il-Kumitat, kif dejjem sar.", "Sussegwentement, l-Onor.", "Bedingfield talab li jinbidlu dawn il-Minuti u jien, bħala Chairman, deherli li se mai jekk hemm draft ta' Minuti li ġew iċċirkolati mis-Segretarja ta' dan il-Kumitat u jkun hemm min irid iqajjem xi punti dwar l-istess Minuti, dan għandu jsir proprju waqt il-laqgħa li jkun imiss tal-Kumitat u mhux permezz ta' email.", "Għaldaqstant jien tlabt lis-Segretarja tal-Kumitat iżżomm il-Minuti hekk kif ippreparati minnha, u issa se nistaqsi jekk dawn il-Minuti jistgħux jiġu kkonfermati jew jekk hemmx xi punti li l-abbli kollega, l-Onor.", "Bedingfield, irid jissolleva.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, aħna nistgħu nikkonfermawhom il-Minuti, però nixtiequ nirrilevaw li m'aħniex naqblu mal-mod kif qed ikun ittrattat s'issa x-xhud.", "Naħseb li kull xhud – m'iniex nirriferi għal dan ix-xhud biss – għandu jkun ittrattat b'rispett.", "Aħna naqblu li għandhom isiru l-mistoqsijiet kollha li jixtiequ jagħmlu kemm il-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll il-Membri tan-naħa tal-Gvern, iżda nixtieq nuri d-diżapprovazzjoni tiegħi għall-mod intimidatorju kif s'issa dan ix-xhud kien ittrattat minn xi Membri ta' dan il-Kumitat.", "Dak huwa li xtaqt li jkun rilevat fil-Minuti u għalhekk qed inqajjem dan il-punt.", "Nafu li s-suġġett huwa kontroversjali, nafu li ċ-Chairman diġà esprima ġudizzju fuq dan il-kuntratt fi stadju daqshekk bikri tal-investigazzjoni ta' dan il-Kumitat, u abbażi ta' dak il-preġudizzju naħseb li kull xhud li se jitla' quddiemna minn issa 'l quddiem għandu jkun ittrattat b'rispett.", "Ċertu aġir min-naħa tal-Membri tal-Oppożizzjoni fuq dan il-Kumitat għandu jkun ikkontrollat u m'għandux ikun intimidatorju fil-konfront tax-xhieda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, dwar dak li rrileva l-Onor.", "Bedingfield, nixtieq nirrileva jien li x-xhud li kellu quddiemu l-Kumitat, minkejja li kien taħt ġurament, ma bediex jgħid il-verità u kien biss wara l-insistenza tiegħi u tal-kollegi tiegħi, permezz ta' numru ta' mistoqsijiet, li x-xhud donnu beda jiftakar x'inhi l-verità, imbagħad beda jgħid biċċa biċċa l-affarijiet li sa ftit qabel kien qed jgħid li ma jafx jew ma jiftakarx dwarhom.", "Għalhekk, bħalma jiġri f'kull hearing, meta tagħmel il-mistoqsijiet, tagħmilhom b'ċerta insistenza u anke tirrepeti, u dan proprju biex ix-xhud jgħid dak li jaf.", "U dak huwa li ġara eżattament waqt dik is-seduta, u allura ma kien hemm l-ebda forma ta' intimidazzjoni.", "Ix-xhud lanqas biss gerger dwar hekk, baqa' kalm jirrispondi u jgħid li ma jiftakarx u allura jien sorpriż kif jiġi l-Onor.", "Bedingfield illum u jgħidilna li kien hawn xi forma ta' attakk fuq ix-xhud jew intimidazzjoni fil-konfront tax-xhud.", "Ix-xhud irrisponda meta deherlu li għandu jirrispondi, aħna għamilna r-rwol tagħna li nagħfsuh għar-risposti, u allura ma kien hemm xejn ħażin f'dak li sar.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma jidhirlix li x-xhud kien qiegħed… L-ewwel qal li ma jiftakarx, imbagħad meta sussegwentement komplew isiru l-mistoqsijiet wasalna f'punt fejn qbadna numru ta' dokumenti u waddabnihomlu f'wiċċu.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk se nibdew nimxu b'dan l-atteġġjament… Darb'oħra x'nagħmlu?", "Naqilbu l-mejda?!", "KAROL AQUILINA: Hawnhekk m'aħniex qegħdin fuq il-Super One!", "GLENN BEDINGFIELD: Diġà għedtilkom li Super One ma jeżistix.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, ħadt nota ta' dak li għedt.", "Naturalment, x'jikkostitwixxi intimidazzjoni huwa suġġettiv.", "Jien napprezza li jkun hawn xhieda li forsi ma jkunux imdorrijin jixhdu, u jkun hawn oħrajn li tant ikunu mdorrijin jixhdu li jkunu anke kapaċi jiskappawlek mill-mistoqsijiet u allura jista' jkollok istanzi fejn inti tħoss li dak li jkun ikun qed jintimida, mentri xi ħaddieħor li jkun qed jagħmel mistoqsija jħoss li għandu jagħfas il-punt għax ikun konvint li għadu ma kkonvinċiex lix-xhud jgħid dak kollu li għandu jgħid.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma rridu nużaw il-prudenza!", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment jien nappella lill-Membri kollha tal-Kumitat biex ikunu prudenti.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex noħorġu aktar informazzjoni dwar dak li għandna quddiemna.", "Dwar dak li qal l-Onor.", "Bedingfield, u ċioè li jien diġà esprimejt ruħi dwar dan il-kuntratt, irrid ngħid li mhux jien biss esprimejt ruħi imma esprima ruħu l-Awditur Ġenerali, esprimiet ruħha l-Oppożizzjoni u esprimiet ruħha s-soċjetà ċivili kollha f'dan il-pajjiż, u bażikament hemm consensus.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, ma nistax naqbel li l-Awditur Ġenerali wasal għall-istess konklużjonjiet tiegħek.", "Hawnhekk m'hawnx membri tas-soċjetà ċivili u lanqas nies oħrajn, imma hawn Membri tal-Gvern u Membri tal-Oppożizzjoni li qed jinvestigaw rapport tal-Awditur dwar dan il-kuntratt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna qegħdin nagħmlu analisi ta' dak li rrapporta fuqu l-Awditur.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma inti diġà kkonkludejt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-konklużjonijiet tal-Awditur huma li huma.", "Intom tgħidu li huma konklużjonijiet pożittivi u l-kumplament tal-pajjiż jgħid li mhumiex però, again, dik hija opinjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak qed tgħidu inti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom taħsbu li l-kuntratt ta' ElectroGas kien kuntratt fejn kollox kien prim and proper u ma kien hemm l-ebda xamma ta' abbuż.", "Dak affarikom, ibqgħu ddefendu dak li għandkom tiddefendu, m'iniex se ngħidilkom jien x'tagħmlu, però ma jfissirx li għax aħna…", "GLENN BEDINGFIELD: L-Awditur qal li kien hemm shortcomings mhux korruzzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma dan ma jfissirx li aħna ma nagħmlux il-kritika tagħna, u aktar importanti, li dan il-Kumitat m'għandux iservi biex inkomplu niċċaraw u noħorġu aktar informazzjoni li forsi sal-lum lanqas kienet għadha waslet għand l-Awditur.", "Naħseb li jekk hemm xi ħaġa x'titgħallem f'dawn l-aħħar seduti huwa li qegħdin dejjem niskopru affarijiet ġodda, li jistgħu jkunu pożittivi jew negattivi, li lanqas qegħdin fir-rapport tal-Awditur.", "U għalhekk naħseb li huwa mertu ta' dan il-Kumitat li, iva, mhux irċeva rapport u baqa' b'dak li hemm, imma bena, u bil-ħidma tagħna lkoll qed niskopru dettalji relatati ma' dan il-kuntratt.", "Nifhem li dan huwa suġġett jaħraq u kontroversjali u għalhekk nippruvaw inkomplu kif imxejna s'issa, u nkomplu mmexxu 'l quddiem.", "GLENN BEDINGFIELD: L-aħħar kumment li rrid nagħmel dwar dan huwa li l-Awditur fl-ebda stadju, la fir-rapport u lanqas meta kien mistoqsi hawnhekk, ma qal li kien hemm korruzzjoni.", "Irrileva li kien hemm shortcomings, iva, imma ma qalx li kien hemm korruzzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'qal l-Awditur huwa miktub fir-rapport…", "GLENN BEDINGFIELD: U għamel erba' seduti jixhed hawnhekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...u kulħadd għamel il-ġudizzju tiegħu inkluż, għandi nifhem, il-Gvern li anke qiegħed on record li qal li qed jindirizza dak li rriżulta li ma kienx korrett, però s'issa għadna m'aħniex qed naraw l-eżitu ta' dak li suppost qed jagħmel il-Gvern.", "Imma issa qegħdin hawnhekk, u llum għandna xhud li diġà beda jixhed fil-laqgħa preċedenti.", "Dan ix-xhud partikolari, is-Sur David Galea, qed idum aktar minn xhieda oħra għax huwa l-lead person li kienet inkarigata bit-tfassil u t-twettiq ta' dan il-proġett u allura min-natura tal-kariga tiegħu stess bilfors ikun hemm numru ta' mistoqsijiet li jridu jsiru fil-konfront tiegħu.", "Nerġa' nistaqsi jekk il-Minuti jistgħux jiġu approvati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 77, li saret fid-9 ta' Frar 2021, ġew konfermati.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR ĠENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACT AWARD TO ELECTROGAS MALTA LIMITED BY ENEMALTA CORPORATION\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nifhem li qabel ikompli jixhed ix-xhud, l-Onor.", "Callus xtaq jagħmel xi mistoqsijiet lill-Awditur Ġenerali jew lir-rappreżentanti tiegħu u għalhekk nitlobhom sabiex jingħaqdu magħna fuq il-mejda.", "Is-Sur Charles Deguara, is-Sur Noel Camilleri u s-Sur Keith Mercieca, Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali u Assistent Awditur Ġenerali, rispettivament, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "RYAN CALLUS: Jien nixtieq nagħmel talba formali f'isem l-Oppożizzjoni biex, apparti l-informazzjoni l-oħra li tlabnikom, fosthom l-istudju ta' kif varja l-prezz tal-interconnector fix-xhur ta' wara li nvestigajtu intom, ikollna wkoll lista tax-shipments li saru mill-vapur tal-liquified natural gas (LNG), u allura kemm-il darba ġie floating storage unit (FSU) biex mela dak li hemm illum f'Malta, id-data ta' kull trasferiment li sar, il-volum li sar u l-prezz li tħallas għal dak il-volum, minn mindu bdiet topera ElectroGas sal-ġurnata li fihom tagħtuna l-informazzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Ovvjament, kif dejjem għedna, aħna qegħdin hawnhekk biex nagħtu servizz lil dan il-Kumitat, però xtaqt ngħid li din l-informazzjoni rridu nġibuha mingħand Enemalta għax aħna m'għandniex.", "Jiġifieri aħna se mmorru għand Enemalta u nitolbuha tagħtina din l-informazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Se mai nistgħu nitolbuha lil Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Deguara, aħna għandna lilkom bħala għodda f'idejna biex din l-informazzjoni li qiegħda tintalab tkun qed tiġi compiled fil-proċess ta' din l-investigazzjoni.", "Jien naħseb li huwa propizju għax intom diġà bdejtu dan il-proċess u naħseb li kollox jikkombina ma' xulxin.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Imma din qatt ma kienet parti mill-mansjoni tal-audit tagħna.", "GLENN BEDINGFIELD: Dawn is-sinjuri mhumiex l-iskrivani ta' dan il-Kumitat.", "La huma jridu jmorru għand Enemalta biex iġibu din l-informazzjoni, nistgħu nitolbuha lill-uffiċjali ta' Enemalta meta jkunu quddiemna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però f'dan l-istadju jkollna d-data lesta biex meta jiġu quddiemna l-uffiċjali ta' Enemalta nkunu…", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Ippermettuli, biex ma ntawlux bla bżonn.", "Din kienet xi ħaġa li diġà ddiskutejna fit-tieni laqgħa li kellna dwar dan is-suġġett, u kien l-Awditur stess li rrileva l-fatt li meta Enemalta tgħaddi dokumentazzjoni lin-National Audit Office (NAO) tkun qed tgħaddiha lill-NAO u mhux lill-Public Accounts Committee (PAC).", "Se mai, ladarba din id-diskussjoni saret diġà, informazzjoni li dan il-Kumitat għandu bżonn mingħand xi entità, inkluż Enemalta, għandu jagħmilha direttament lil dik l-entità.", "KAROL AQUILINA: Però, bir-rispett kollu, l-Awditur huwa uffiċjal ta' dan il-Parlament.", "ALEX MUSCAT: Imma mhuwiex is-segretarju ta' dan il-Kumitat.", "KAROL AQUILINA: Ippermettili, jekk jogħġbok, għax jien ma tkellimtx meta kont qed titkellem inti.", "L-Awditur Ġenerali huwa uffiċjal ta' dan il-Parlament u jaqdi rwol kostituzzjonali taħt dan il-Parlament.", "Allura huwa ovvju li meta l-Awditur Ġenerali jagħmel rapport u jiġi quddiem dan il-Kumitat, dan il-Kumitat irid ikun fil-pożizzjoni mhux biss li jara r-rapport sħiħ, imma li jiflih u li jitlob supporting documentation, inkella ma nkunux qed nagħmlu r-rwol tagħna kif suppost.", "Jiġifieri jien ma nara xejn ħażin li ladarba l-Awditur Ġenerali jiġi mitlub informazzjoni, jitlobha lil Enemalta u jipprovdiha biex dan il-Kumitat ikun jista' jwettaq ir-rwol tiegħu abbażi ta' informazzjoni vera, mhux fuq xi smajt jew x'seta' qal ħaddieħor.", "Enemalta mhijiex entità privata, imma hija entità pubblika u allura għandha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien jidhirli illi kieku l-Awditur kellu għalfejn jiġbor din l-informazzjoni meta kien qed jagħmel analiżi jew investigazzjoni tal-kuntratt, kien jitolbha hu.", "Ġaladarba l-Awditur ma ħassx li kellu jinkludi din it-talba fl-investigazzjoni tiegħu, ifisser li ma kenitx tagħmel parti mill-għan li għalih kien qed jinvestiga.", "(Interruzzjonijiet) Jekk se nirriduċu uffiċjal tal-Parlament bħala skrivan ta' dan il-Kumitat biex jiġbor l-informazzjoni, ma nkunux qed nirrispettaw l-istituzzjoni tal-Awditur Ġenerali.", "RYAN CALLUS: Sur President, jien sorpriż kif in-naħa tal-Gvern aċċettat, u aħna qbilna magħhom, li nitolbu lil Enemalta informazzjoni żejda fuq l-interconnector, imbagħad xi ħaġa bħal din, li bir-rispett kollu,…", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed ngħidlek biex tagħmel it-talba lil Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħudu paċenzja, dan il-prinċipju diġà ġie sorvolat.", "Aħna għamilna talbiet lill-Awditur, liema talbiet ġew estiżi min-naħa tal-Gvern...", "RYAN CALLUS: M'hemm xejn differenti issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...u l-Awditur …", "GLENN BEDINGFIELD: Imma aħna tlabnih jindika l-prezz għax kien qed joħroġ mir-rapport tal-Awditur stess, u ridna nqabblu prezz ma' prezz.", "Din hija xi ħaġa addizzjonali li lanqas biss waqgħet taħt l-investigazzjoni fl-ambitu tal-investigazzjoni li kien qed jagħmel l-Awditur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, m'intix korrett, Onor. Bedingfield.", "GLENN BEIDNGFIELD: Allura jien qed ngħid li meta jkun hawn in-nies ta' Enemalta, staqsu lilhom, għax kif qal l-Awditur stess, hu m'għandux din l-informazzjoni u jrid iġibha mingħand Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, dak li talab l-Onor.", "Ryan Callus jinkwadra fir-rapport li għandna quddiemna.", "GLENN BEDINGFIELD: Fejn, jekk jogħġbok?", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħalma jinkwadra fir-rapport li għandna quddiemna l-unit price li qed inħallsu għal kull unit bl-interconnector, li huwa parti sostanzjali mir-rapport… Kif tafu, għax m'għandix dubju li r-rapport qrajtuh kif qrajnih aħna, hemm parti sostanzjali mir-rapport li hija ddedikata fuq id-deċiżjoni li ttieħdet biex immorru għall-gass u sussegwentement biex minflok immorru għal onshore storage immorru għall-imbierek tanker tal-gass.", "Din hija parti integrali minn dan ir-rapport u tistgħu tikkonfermaw li r-rapport tal-Awditur daħal fid-dettall fuq kif u għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li mmorru għat-tanker.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur jagħmel il-kummenti pożittivi jew negattivi, li nistgħu nidħlu fihom, però jiddedika parti sostanzjali mir-rapport fuq id-deċiżjoni...", "ALEX MUSCAT: Intom għandkom fiduċja fl-Awditur?", "RYAN CALLUS: Tant għandi fiduċja li t-talba għamiltha lilu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-Gas Supply Agreement (GSA), li huwa wieħed miż-żewġ agreements li l-Awditur investiga.", "Jiġifieri m'aħna qed nitolbu xejn differenti.", "Intom m'intomx tkunu konsistenti għax aħna qbilna magħkom fuq it-talba għal informazzjoni dwar l-interconnector, u intom, dwar informazzjoni li hija identika fuq kuntratt ieħor ta' ElectroGas… (Interruzzjonijiet)", "ALEX MUSCAT: Hija xi ħaġa differenti, u t-talba saret lil Enemalta mhux lill-Awditur Ġenerali.", "RYAN CALLUS: Le, għandek żball, saret lill-Awditur Ġenerali.", "ALEX MUSCAT: Il-Parlament talab lill-Awditur biex jagħmel stħarriġ, u dan għamel investigazzjoni li damet għaddejja x-xhur, u fl-opinjoni tiegħi għamel biċċa xogħol dettaljata mmens.", "Suppost iż-żewġ naħat għandna fiduċja fl-Awditur u fl-Uffiċċju tiegħu li ġabru din l-informazzjoni u llum qegħdin nixtarru dak li ħareġ minn dan ir-rapport.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma l-funzjoni tagħna mhijiex biss li nixtarru.", "Aħna rridu nelaboraw, nesploraw u niskopru aktar.", "ALEX MUSCAT: Imma intom qed titolbu lill-Awditur biex ikun l-intermedjarju ta' dan il-Kumitat u jmur iġib informazzjoni li nistgħu nitolbu aħna direttament lil Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna qegħdin nitolbu informazzjoni tramite l-Awditur li tikkumplimenta dan ir-rapport.", "Nerġa' nfakkar li dan il-Kumitat qabel li jilqa' t-talba tal-Membri tan-naħa tal-Gvern biex l-Awditur jagħmel eżerċizzju komparattiv estiż bejn il-unit price tal-interconnector u dak ta' Enemalta sal-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Jiġifieri dan l-argument kollu diġà għamilnih u ssorvolajnih f'dak l-istadju.", "(Interruzzjonijiet)", "ALEX MUSCAT: Kollegi, aħna qegħdin f'istituzzjoni fejn kull wieħed minna, inkluż il-kollega l-Onor.", "Ryan Callus, nistgħu nagħmlu mistoqsijiet parlamentari, u jekk m'iniex sejjer żball, l-Onor.", "Callus diġà għamel mistoqsijiet parlamentari f'dan is-sens, u ċioè biex jikseb din l-istess informazzjoni, liema informazzjoni hija pubblika u tabled fil-Parlament.", "Jiġifieri trid nistaqsu lill-Ispeaker issa jekk saritx din il-mistoqsija parlamentari?", "Inti qed tgħid li dik il-mistoqsija parlamentari m'għamilthiex.", "RYAN CALLUS: Inti qed tgħid li ġiet imwieġba dik il-mistoqsija parlamentari?", "Ġiet imwieġba?", "ALEX MUSCAT: Iva, ġiet imwieġba dik il-mistoqsija parlamentari.", "RYAN CALLUS: Għedilna kif ġiet imwieġba.", "ALEX MUSCAT: Inti trid tgħidli għax inti għamiltha l-mistoqsija parlamentari.", "RYAN CALLUS: Jekk inti taf!", "ALEX MUSCAT: Inti għamiltha l-mistoqsija parlamentari.", "Mela din hija a fishing expedition… (Interruzzjonijiet)", "Fejn ridna tlabna lill-Awditur, li għandna fiduċja fih, biex iġib l-informazzjoni… Jien nerġa' ntenni li din l-informazzjoni hija integralissima għall-kuntratt li ngħata lil ElectroGas għax tinvolvi l-GSA.", "Jien, bħala Deputat, ninsisti li din l-informazzjoni għandi bżonnha biex nivverifika li dak li nstab mill-Awditur, u ċirkostanzi oħra li ġraw wara, fil-verità kienu kif ġie rrappurtat.", "GLENN BEDINGFIELD: Int żgur li ma ġietx ippubblikata din l-informazzjoni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura jekk inhu hekk, l-Awditur ifittex din ir-risposta u jagħtihielna.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien nixtieq nistaqsi lill-Awditur – u s-Sur Camilleri xtaq jagħmel punt ukoll – għalfejn din l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Callus ma rawhiex daqshekk importanti li kellhom jinvestigawha jew idaħħluha fl-ambitu tal-investigazzjoni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: L-iżjed importanti hu li ma kenitx taqa' taħt it-terms of reference (ToR) li ngħatajna.", "Jien bdejt bl-istatement li aħna qegħdin hawn biex nagħtukom servizz, però jien, li ili nattendi dan il-Kumitat għal iżjed minn 12-il sena, ngħid li l-Kumitat mhux hekk jaħdem is-soltu.", "Imma jekk triduna nġibulkom din l-informazzjoni, inġibuha.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI (Deputat Awditur Ġenerali): Jien xtaqt nagħmel distinzjoni bejn xi ħaġa li l-Awditur se jipproċessa u se joħroġ xi ħaġa minnha… It-talbiet kollha li saru qabel kienu, jew kjarifiki, jew biex aħna nagħmlu xi ħaġa biex naslu għal xi ħaġa, jiġifieri hemm input u added value.", "Onestament ma nara ebda added value f'li nġibu karta li teżisti xi mkien.", "GLENN BEDINGFIELD: Mhux hekk!", "Mela intom skrivani tagħna!", "Sur Awditur, inti għedt li s-soltu l-Kumitat ma jaħdimx hekk.", "Tista' tispjegalna kif jaħdem is-soltu?", "ALEX MUSCAT: Qatt ma ħadem hekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk irridu nbiddlu l-prassi ta' dan il-Kumitat, irid ikun hawn qbil bejn kulħadd.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-Kumitat għandu s-saħħa u l-poter li jibgħat għal kull uffiċjal pubbliku nvolut, u dak l-uffiċjal jagħti l-informazzjoni hu.", "Hawnhekk dejjem hekk ħdimt.", "Forsi l-Kumitat se jibdel is-sistema, imma nerġa' ngħid li mhux hekk konna naħdmu.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna ma naqblux li għandha tinbidel is-sistema u nibqgħu ninsistu li l-Awditur mhuwiex skrivan ta' dan il-Kumitat, imma huwa uffiċjal ta' dan il-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas skrivan, imma messaġġier trid iġġibu int!", "ALEX MUSCAT: Għandna nimxu bil-mod li dejjem ħadem bih dan il-Kumitat.", "GLENN BEDINGDFIELD: Inti messaġġier trid iġġibu; imur iġiblek l-informazzjoni!", "Għandek l-Awditur u d-Deputat Awditur li qed jgħidu…", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, x'inhi din il-biża' li jkun hawn din l-informazzjoni?", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandix biża'.", "KAROL AQUILINA: Allura ġibha hawnhekk, imbagħad naraw.", "GLENN BEDINGFIELD: Din mhijiex kwestjoni ta' biża', imma hija kwestjoni ta' prudenza u rispett, li intom lanqas tafu x'inhuma.", "Għadna kif ivverbalizzajna li għandna nirrispettaw u nkunu prudenti.", "Intom lanqas tafu x'inhuma prudenza u rispett!", "KAROL AQUILINA: Naħseb se tgħallimna int x'inhuma prudenza u rispett!", "GLENN BEDINGFIELD: Lill-Awditur tridu ġġibuh messaġġier.", "Aħna m'aħna se nżommu l-ebda informazzjoni milli toħroġ.", "KAROL AQUILINA: Naħseb se tgħallimna int x'inhuma prudenza u rispett!", "GLENN BEDINGFIELD: Jiena m'iniex se ngħallmek, però ma nistenniex li tgħallimni int la fuq il-prudenza, la fuq ir-rispett, u fuq xejn iktar.", "Aħna ma nieħdu ebda lezzjoni mingħandkom, lanqas fuq kif nagħmlu l-power stations għax ma nsibuhomx mill-Yellow Pages!", "Issa jkun hawn ir-rappreżentanti ta' Enemalta u dik l-informazzjoni jġibuha huma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn talba mill-Onor.", "Ryan Callus abbażi tal-istess prinċipju ta' talbiet li saru diġà f'dan il-Kumitat kemm, min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni, u dakinhar l-Awditur ma sab ebda problema to entertain…", "ALEX MUSCAT: Lill-Awditur ma tlabnihx informazzjoni ġdida.", "Lill-Awditur tlabnih jiċċara xi ħaġa fuq rapport tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhu veru xejn.", "Ejjew ma niżgwidawx lil dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, taf biżżejjed li l-Awditur għamel analiżi għal perjodu partikolari...", "ALEX MUSCAT: ...jiċċara affarijiet fuq ir-rapport tiegħu stess.", "Dak hu li tlabnih jagħmel lill-Awditur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, m'intix korrett.", "ALEX MUSCAT: Ma tlabnihx iġib informazzjoni ġdida, iżda li jiċċara affarijiet li kienu fir-rapport tiegħu stess.", "Sur President, ma tistax tgħidli li m'iniex korrett għaliex it-talba jien stess kont għamiltha.", "It-talba li għamilt jien kienet li r-rapport...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma rrid ngħallem lil ħadd hawnhekk, però jidher li l-mistoqsija parlamentari li ssemmiet aktar qabel ġiet imwieġba fil-11 ta' Frar...", "Callus qed iqarraq bil-PAC!", "KAROL AQUILINA: Qed tattribwixxi intenzjonijiet ħżiena, u dan imur kontra l-iStanding Orders.", "GLENN BEDINGFIELD: Leġiżlatura 13, Kategorija Orali, mistoqsija parlamentari 8788, 11 ta' Frar 2019, Seduta 195.", "RYAN CALLUS: X'inhu n-numru tal-mistoqsija?", "KAROL AQUILINA: Erġa' irrepeti n-numru tal-mistoqsija.", "RYAN CALLUS: Ħu paċenzja aqraha.", "GLENN BEDNGFIELD: Il-mistoqsija parlamentari nru 8788 taqra hekk:", "\"PORT TA' MARSAXLOKK – MILI MIT-TANKER TAL-LNG", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8595 u ċjoè: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma daħal l-ebda tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk.", "Madankollu, qed nagħti informazzjoni dwar il-kunsinni ta' LNG li daħlu fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station tal-gass.\".", "U hawn id-dati ta' kull kunsinna.", "RYAN CALLUS: Onor. Bedingfield, dik mhijiex it-talba li qed nagħmel illum.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma rrid ngħallem lil ħadd, imma jekk ma tagħtux kas it-tweġibiet li jingħataw għall-mistoqsijiet tagħkom… (Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Onor. Bedingfield, it-talba tiegħi tirrigwarda l-volumi tal-LNG li ġew issuplixxiti, f'liema dati, u kemm sar ħlas għalihom.", "Dik id-domanda li għamilt jien m'għandha x'taqsam xejn ma' dawn l-affarijiet li qed ngħid għax m'hemmx dawn iż-żewġ punti l-oħrajn li qed nirriferi għalihom.", "GLENN BEDINGFIELD: U trid tibgħat lill-Awditur messaġġier biex iġibhom!", "RYAN CALLUS: U intom tridu tkomplu taħbu!", "GLENN BEDINGFIELD: Xi trid taħbi?", "RYAN CALLUS: Mela kompli aħbi għal Konrad Mizzi!", "Komplu aħbu!", "Flus il-poplu.", "Imisskom tistħu!", "Flus il-poplu!", "Komplu aħbu!", "GLENN BEDINGFIELD: Mela intom tagħmlu li tridu hawn!?", "Trid tirriduċi lill-Awditur messaġġier tiegħek!", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Zrinzo Azzopardi, konna ilna ma narawk.", "Issa tibdiex taqlagħli l-problemi inti!", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Għax kulħadd għandu l-limiti!", "RYAN CALLUS: Taparsi keċċew lil Konrad Mizzi u għadhom jiddefenduh sal-lum!", "Intom għadkom tiddefendu lil Konrad Mizzi allavolja ħlistu minnu!", "(Interruzzjonijiet) Kemm iddejjaqkom il-verità.", "Komplu ddefendu l-ħmieġ li sar!", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: X'għandu x'jaqsam!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Awditur, għandek talba li saret mill-Onor.", "Ryan Callus, saret riferenza għal mistoqsija parlamentari, nitolbok tara din il-mistoqsija, imbagħad tirrapporta accordingly...", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri qed titlob lill-Awditur Ġenerali jagħmel investigazzjoni oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, m'iniex qed nitolbu jagħmel investigazzjoni, imma qed ngħidlu biex jieħu stock ta' dak li qal l-Onor.", "Ryan Callus u dak li għedt inti.", "ALEX MUSCAT: Min-naħa tal-Gvern aħna qed nitolbu li dan il-Kumitat jaħdem kif dejjem ħadem.", "GLENN BEDINGFIELD: U qegħdin nitolbu ruling mingħand l-Ispeaker.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dan il-Kumitat m'hemm ebda regola miktuba jew regola li torbot lil dan l-istess Kumitat.", "Dan huwa Kumitat li jirregola....", "ALEX MUSCAT: Hemm regoli li jorbtu, li huma l-iStanding Orders ta' dan il-Kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: Qallek l-Awditur stess li mhijiex il-prassi li jservi ta' messaġġier.", "Nitolbu ruling mingħand l-Ispeaker biex jgħidilna… (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, peress li inti qed tirriferi għall-istanding orders, tista' tgħidilna għal-liema wieħed qiegħed tirriferi?", "ALEX MUSCAT: Dan il-Kumitat, jekk għandu bżonn jitlob informazzjoni mingħand Enemalta jew kwalunkwe entità oħra, jitlobha direttament lil min għandu bżonn.", "KAROL AQUILINA: Għidilna x'inhu n-numru tal-istanding order.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, mistoqsija sempliċi ħafna.", "Hemm l-iStanding Orders u inti qed tqajjem materja fejn qed tgħid li dak li qed nitolbu is in breach of a particular standing order.", "ALEX MUSCAT: Sur President, dak qed tgħidu inti.", "Opinjoni tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux hekk qed tgħid?", "ALEX MUSCAT: Sur President, dak qed tgħidu inti.", "Irrispettaw l-Uffiċċju li għandkom quddiemkom.", "GLENN BEDINGFIELD: Standing Order 120E jirrigwarda x'jista' jagħmel dan il-Kumitat u jitkellem dwar x'għandu jinvestiga u x'm'għandux jinvestiga.", "L-Awditur Ġenerali għadu kif qallek hawnhekk li mhijiex il-prassi li hu jservi ta' messaġġier.", "KAROL AQUILINA: L-Awditur ma qalx hekk.", "GLENN BEDINGFIELD: M'użax il-kelma \"messaġġier\" imma qal li mhijiex il-prassi li jintalab jagħmel dan ix-xogħol.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Il-proċedura dejjem kienet li l-PAC jitlob lill-entità konċernata biex tagħtih dik l-informazzjoni, kif inhu dovut.", "GLENN BEDINGFIELD: U aħna naqblu mal-Awditur.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Issa jekk ma tridux iġġibuha intom, inġibuha aħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-long and short huwa li l-Awditur mhux qed jgħid li nkiser xi standing order.", "L-Awditur qed jgħidilkom li....", "GLENN BEDINGFIELD: Jien nitlob ruling mingħand l-Ispeaker dwar din il-proċedura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-laqgħa hija sospiża sakemm ikollna ruling mingħand l-Ispeaker.", "Jien qed nifhem li hawn talba għal ruling mingħand l-Ispeaker dwar din il-materja.", "Allura qed nitlob lill-Iskrivana ta' dan il-Kumitat sabiex tikkomunika....", "KAROL AQUILINA: Bir-rispett kollu, is-sistema ma taħdimx hekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, trid tagħmel sistema ġdida inti!", "KAROL AQUILINA: Jekk intom tridu titolbu ruling, fl-4:00 p.m. qum u itlob ruling fil-Plenarja.", "ALEX MUSCAT: Minn fejn toħroġ din?", "KAROL AQUILINA: Għax il-Kumitat mhux qed jitlob ruling.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed nitlob ruling mingħand l-Ispeaker.", "KAROL AQUILINA: Mela fl-4:00 p.m. trid tmur fil-Plenarja u titlob ruling lill-Ispeaker, bħalma jsir dejjem.", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandi l-ebda problema li nagħmel dan.", "Anzi aħna lesti nkomplu nisimgħu lix-xhud.", "Huwa intom ma tridux tkomplu tisimgħu lix-xhud.", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex dan il-Kumitat jagħmel talba lill-Ispeaker għal ruling irid ikun hemm deċiżjoni minn dan il-Kumitat.", "Onor. Bedingfield, int se tagħmel talba lil dan il-Kumitat biex jitlob ruling lill-Ispeaker?", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, l-ewwel għedtli mod u l-kollega tiegħek qallek mod ieħor.", "Iddeċiedu bejnietkom kif se nimxu.", "Għax inti qed tgħidli bil-kontra ta' dak li qed jgħid il-kollega tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Le, Onor. Bedingfield, jien ġbidtlek l-attenzjoni li jekk il-Kumitat ma talabx ruling, trid tmur inti għand l-Ispeaker fl-4:00 p.m. biex titolbu ruling għax iċ-Chairman ta' dan il-Kumitat mhux sejjer quddiem l-Ispeaker fl-4:00 p.m. u jirrappurtalu li l-Kumitat talab ruling.", "Jekk inti trid, tista' tressaq it-talba tiegħek hawnhekk, il-Kumitat jiddeċiedi jekk għandux jintalab ruling, u nimxu minn hemmhekk.", "Jien ma rridx infisser li jekk inti se titlob ruling, b'xi mod jew ieħor jien se nwaqqfek, però naħseb li għandna d-dritt li l-ewwel nissetiljaw din l-issue tar-ruling u nagħtuk ċans tmur titlob ir-ruling lill-Ispeaker, imbagħad inkomplu, biex dan il-Kumitat ikun jaf fejn qiegħed.", "Jekk se nimxu b'dak il-mod, nimxu b'dak il-mod, m'għandix diffikultà, jiddeċidiha l-Ispeaker.", "Jien ma rridx intellef id-dritt tiegħek li fl-4:00 p.m. tmur fil-Plenarja biex titlob ruling lill-Ispeaker.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, aħna m'għandna xejn kontra li toħroġ l-informazzjoni, imma rridu naraw il-proċedura ta' kif toħroġ.", "Ma nistgħux nirriduċu lill-Awditur Ġenerali bħala messaġġier ta' dan il-Kumitat.", "Jien qed ngħid li t-talba għandha ssir lil Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, inti taf ben tajjeb li l-Awditur Ġenerali mhuwiex messaġġier u taf li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jikkoopera b'mod brillanti ma' dan il-Kumitat.", "Taf ukoll ben tajjeb li numru ta' seduti ilu saret talba simili minnkom, li probabbilment hija iktar ikkumplikata għax intom tlabtu analiżi komparattiva, mentri hawnhekk kulma qed tintalab hija sempliċement informazzjoni.", "Intom tlabtu xi ħaġa mingħand l-Awditur li hija ħafna iktar kumplessa li ma jistax jasal għall-konklużjoni dwarha...", "ALEX MUSCAT: Din hija opinjoni.", "Hux hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: X'jiġifieri opinjoni!?", "Hija opinjoni li tagħmel a comparative bejn...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien nixtieq li nistabbilixxu proċedura, mhux ikollna lill-Awditur u noqogħdu ngħidulu: Ġibli \"dik\", ġibdli \"dik\", u agħtini \"dik\"!", "Dak hu li qed nipproponi jien; nistabilixxu proċedura skont kif dejjem mexa dan il-Kumitat, kif qal l-istess Awditur Ġenerali.", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, naħseb li l-pożizzjoni hija ċara.", "Jekk inti trid titlob ruling through l-Kumitat, agħmel it-talba tiegħek biex il-Kumitat jiddeċiedi dwarha, u jekk trid li minflok titlob lill-Kumitat tmur inti fil-Plenarja fl-4:00 p.m. u titlob ruling lill-Ispeaker hemmhekk, agħmel hekk ukoll.", "In any case, din trid tiġi deċiża u ma naħsibx li nistgħu nkomplu b'din il-laqgħa mingħajr ma niddeċiedu dwarha.", "Onor. Bedingfield, jien ma rridx intelliflek id-dritt li tmur titlob ruling kif għandek id-dritt tagħmel.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nixtieq nagħmel osservazzjoni.", "Jekk fhimt tajjeb lis-Sur Camilleri, huwa għamel osservazzjoni fejn qal li hemm differenza bejn li tinġabar informazzjoni biex tinġieb hawnhekk mill-Uffiċċju tal-Awditur, għal li tinġabar informazzjoni biex tiġi proċessata mill-Uffiċċju tal-Awditur…", "KAROL AQUILINA: Onor. Zrinzo Azzopardi, din diġà għaddejna minnha; nirrepetu, nirrepetu, nirrepetu.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, nista' nagħmel osservazzjoni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Zrinzo Azzopardi, agħmel l-osservazzjoni.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Se nirrepeti dak li fhimt li qal is-Sur Camilleri ftit tal-ħin ilu.", "Is-Sur Camilleri għamel osservazzjoni fejn qal li jara differenza bejn li tintalab informazzjoni minn entità u tinġieb hawnhekk u daqshekk – allura f'dak il-każ lill-entità in kwestjoni ssirilha t-talba meta jiġu jixhdu l-uffiċjali tagħha – għal jekk tinġabar informazzjoni biex isir xi forma ta' proċessar mill-uffiċċju tiegħu, biex dak il-proċess jiġi hawnhekk.", "Il-mistoqsija li qed nifhem li għamel l-Onor.", "Callus hi tal-ewwel tip, fejn qed jgħid lill-Awditur biex imur isiblu informazzjoni u jġibhielu.", "Kieku ntalbet informazzjoni biex imbagħad issir analiżi dwarha, allura dik tkun taqa' fil-mansjonijiet ta' dak li għandu jagħmel l-Uffiċċju tal-Awditur għax se jagħmel forma ta' analiżi.", "Qed inqajjem dan il-punt biex nara jekk fhimtx tajjeb lis-Sur Camilleri u anke għax qed nifhem li l-proċedura hija stabbilita b'tali mod li tagħmel din id-distinzjoni biex ikun hemm l-intervent tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.", "Jien nixtieq li s-Sur Camilleri jikkonferma, jew xort'oħra, jekk fhimtux tajjeb.", "IS-SUR NOEL CAMILLERI: Onor. Zrinzo Azzopardi, nikkonferma dak li għadek kemm għedt, jiġifieri l-fatt hu li l-Uffiċċju tal-Awditur jidħol fejn tkun trid issir xi analiżi, jew tiġi proċessata data biex jgħaddiha lil dan il-Kumitat ħalli jkun jista' jgħinu.", "Però kif qal l-Awditur Ġenerali, aħna m'għandna l-ebda oġġezzjoni li ngħidu lill-entità biex tgħaddilna l-informazzjoni; we would just be a vehicle li nġibu...", "GLENN BEDINGFIELD: Eżatt.", "Messaġġier.", "U aħna ma nixtiequx li istituzzjoni bħalma hu l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali tirriduċi lilha nnifisha f'vejikolu biex iġġib l-informazzjoni.", "L-Awditur Ġenerali għandu juża l-ħin tiegħu biex jinvestiga mhux biex jagħmilha ta' messaġġier.", "U li rridu nistabbilixxu aħna hija l-proċedura.", "L-informazzjoni ħalluha ħa toħroġ...", "RYAN CALLUS: Hekk hu, ħalliha ħa toħroġ.", "GLENN BEDINGFIELD: ...imma trid toħroġ kif suppost mhux billi ninqdew b'uffiċjal tal-Parlament u nirriduċuh f'messaġġier.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nirrepetu l-argumenti.", "KAROL AQUILINA: Mr Chairman, it-talba hija ċara.", "Hawn talba, u aħna qed ninsistu fuqha, ma jidhirx li hawn oġġezzjoni li din it-talba ssir...", "ALEX MUSCAT: Se nagħmlu talba lill-Kumitat biex...", "KAROL AQUILINA: Le, jekk se ssir xi ħaġa, l-ewwel fuq it-talba tagħna trid issir.", "Il-proċedura ma nivvintawhiex aħna.", "Aħna qed ngħidu li m'għandna l-ebda problema li ssir it-talba, sakemm ma tmurx kontra l-proċedura ta' dan il-Kumitat.", "Issa aħna jidhrilna li din it-talba tmur kontra l-proċedura ta' dan il-Kumitat, u għalhekk se nitolbu l-parir ta' min imexxi din l-Istituzzjoni, li huwa l-Ispeaker, u bħala Kumitat, mhux bħala Gvern, se nitolbuh ruling biex ikun hemm ċarezza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex inkunu proċeduralment korretti, se ssir it-talba tal-Onor.", "Ryan Callus, se ssir l-oġġezzjoni, kif qed nifhem, min-naħa tagħkom u nieħdu vot...", "ALEX MUSCAT: Sur President, m'aħniex qed niftehmu.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...imbagħad issir it-talba tagħkom, nieħdu vot and we take it from there.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, int qed tgħid li nieħdu vot hawnhekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux hekk!", "ALEX MUSCAT: It-talba tagħna se tkun li bħala Kumitat nitolbu ruling.", "Ix-xewqa tagħna hi li intom taqblu magħna fuq dak li se nitolbu lill-Ispeaker.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, fhimna.", "Biex inkunu proċeduralment korretti, naħseb li l-way forward għandha tkun li t-talba li għamel l-Onor.", "Callus, liema talba sabet l-oġġezzjoni mir-rappreżentanti tal-Gvern...", "GLENN BEDINGFIELD: Oġġezzjoni proċedurali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għalhekk jien qed nipproponi li nressaq it-talba tal-Onor.", "Callus għall-vot biex b'mod sistematiku jkollna b'mod formali d-deċiżjoni ta' dan il-Kumitat.", "Dawk li huma favur it-talba tal-Onor.", "Ryan Callus, ċjoè li tintalab l-informazzjoni li ssemmiet lill-Awditur Ġenerali?", "ALEX MUSCAT: Mr Chairman, trid tiġi verbalizzata eżattament it-talba, naqrawha u jekk hemm bżonn nemendawha, kif għandna dritt nagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imbagħad għamel emenda u nivvutaw fuqha, mhux problema.", "KAROL AQUILINA: L-emenda ma tistax tiċħad it-talba.", "Jekk se nimxu mal-proċedura, il-proċedura hi li ma tistax tagħmel emenda li tiċħad it-talba.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna se nivvutaw kontra t-talba tal-Onor.", "Callus fuq oġġezzjoni proċedurali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Callus, għall-formalità, nitolbok terġa' tirrepeti dak li diġà għedt.", "RYAN CALLUS: Sur President, se nirrepeti għat-tieni darba biex nifformalizza.", "Nitlob sabiex il-Kumitat jingħata mill-Awditur Ġenerali lista ta' shipments li saru, sal-ġurnata li fiha ssir din it-talba, bid-data tal-provvista, il-volum u l-prezz imħallas għal kull shipment separat lit-tanker ta' ElectroGas.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela din hija t-talba li qed jagħmel l-Onor.", "Onor. Bedingfield, issa se tagħti r-reazzjoni tiegħek għal din it-talba, imbagħad se nivvutaw fuq din it-talba.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, filwaqt li naqblu li din l-informazzjoni għandha tinħareġ, fuq punt ta' proċedura ma naqblux li għandha tintalab lill-Awditur Ġenerali, imma għandha tintalab lill-entità responsabbli, f'dan il-każ Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nifhem li inti qed tivverbalizza wkoll li taqbel li Enemalta tagħti dik l-informazzjoni?", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, jekk kont qiegħed attent, jien hekk għedt.", "Naħseb hija ċara.", "KAROL AQUILINA: Tajjeb.", "Dan huwa pass 'il quddiem.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna fuq il-proċedura oġġezzjonajna, qatt m'għedna le għall-informazzjoni.", "ALEX MUSCAT: Aħna qegħdin inkunu ċari li l-informazzjoni kollha li tixtiequ, tintalab lill-entità rispettiva.", "I highlighted a fact li parti mill-mistoqsija li għamel il-kollega kien diġà għamilha, kif għandu dritt jagħmel, f'mistoqsija parlamentari fil-Parlament, u jekk mhux l-informazzjoni kollha kif xtaq hu, kien talab parti minnha.", "Imma l-kollega m'għamilx mistoqsija parlamentari biex l-informazzjoni jagħtihielu l-Awditur.", "Ejjew ma nivvintawx ir-rota mill-ġdid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma waħda ma teskludix lill-oħra.", "Intom qegħdin tgħidu li dik l-informazzjoni għandha tingħata, però m'għandux jiġborha l-Awditur.", "GLENN BEDINGFIELD: Eżattament, għax l-Awditur mhux messaġġier ta' dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela se npoġġi l-mistoqsija fuq it-talba kif saret mill-Onor.", "It-talba kif imressqa m'għaddietx.", "ALEX MUSCAT: Sur President, issa jrid jittieħed vot fuq it-tieni mistoqsija.", "KAROL AQUILINA: X'jiġifieri vot fuq it-tieni mistoqsija?", "ALEX MUSCAT: Il-kollega vverbalizzaha.", "KAROL AQUILINA: Dik mhijiex talba.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri intom kontriha?", "KAROL AQUILINA: Le, imma dik mhijiex talba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, s'issa għadna fi stadju proċedurali fejn saret talba u saret...", "ALEX MUSCAT: Intom kontra dak li qed nipproponu aħna?", "KAROL AQUILINA: Inti ma pproponejt xejn, inti sempliċement oġġezzjonajt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti għamilt sottomissjoni li qed toġġezzjona.", "RYAN CALLUS: Intom kontra dak li qed nipproponu aħna!", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna nipproponu li t-talba ssir lil Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Ħadd mhu qed jgħidilkom li aħna kontra.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-mistoqsija tagħna hi li tali talba għandha ssir lil Enemalta.", "Issa ċ-Chairman għandu jistaqsi min huwa favur u min huwa kontra.", "KAROL AQUILINA: Ħalli nifformalizza t-talba jien għax lanqas intom ċari.", "KAROL AQUILINA: Ħalli nivverbalizzaha jien.", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Le, bir-rispett kollu, għax inti m'intix iċ-Chairman ta' dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqblu li l-Onor.", "Aquilina jista' jagħmel is-sottomissjoni tiegħu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur li iva!", "KAROL AQUILINA: Se tagħmilha?", "ALEX MUSCAT: Diġà għamilha.", "KAROL AQUILINA: Dik kienet oġġezzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Nitlob liċ-Chairman ipoġġi l-mistoqsija lil dan il-Kumitat fuq li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Ryan Callus tintalab li tingħata direttament lill-uffiċjali ta' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Tintalab u tingħata.", "GLENN BEDINGFIELD: Tintalab li tingħata lill-uffiċjali ta' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Le, ippermettuli ftit.", "Jien qabel staqsejt lill-Onor.", "Bedingfield jekk huwiex tal-fehma li Enemalta għandha tagħti dik l-informazzjoni.", "KAROL AQUILINA: Le, hemm differenza.", "ALEX MUSCAT: Is-suspetti tagħkom żommuhom għalikom jew indirizzawhom fejn tixtiequ intom.", "KAROL AQUILINA: Hemm differenza.", "GLENN BEDINGFIELD: Inti għamilt mistoqsija, issa ħalli lili nagħmel il-mistoqsija.", "Kif trid tindaħal ukoll fuq il-mistoqsijiet li rridu nagħmlu aħna!?", "Bir-rispett kollu!", "Mela intom hawnhekk tikkontrollaw kollox, u tridu tiddettaw u tagħmlu kollox li tridu?", "GLENN BEDINGFIELD: Hawnhekk, fil-qorti, barra u kullimkien tridu tagħmlu li tridu intom!", "It-talba tagħna hija li għandha ssir lil Enemalta.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Taqblu li għandha tingħata minn Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Glenn Bedingfield ftit tal-minuti ilu ntalab jikkjarifika jekk hu jaqbilx li ssir talba u li… (Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu!", "Jien qed nagħmel talba u inti m'għandekx tindaħal fit-talba li rrid nagħmel jien!", "Allaħares inti titkellem f'isem il-Gvern!", "KAROL AQUILINA: Mela hemm xi ħaġa xi żżommni milli nagħmel talbiet differenti minn tiegħek?", "Jien qed niċċara t-talba tiegħek.", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandekx għalfejn tiċċara t-talba tiegħi.", "KAROL AQUILINA: Tindaħallix x'nagħmel.", "Inti għamel li trid, u jien nagħmel li rrid.", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandix bżonn il-kjarezza tiegħek.", "Jekk trid għamel talba oħra.", "It-talba tagħna hija ċara u tonda: l-informazzjoni li ntalbet mill-Onor.", "Ryan Callus lill-Awditur Ġenerali għandha ssir direttament lil Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Għandha ssir, u tingħata minn Enemalta.", "Dik hija t-talba tiegħi.", "ALEX MUSCAT: Dik agħmilha wara inti jekk trid.", "KAROL AQUILINA: Intom għidtuha, mhux jien.", "GLENN BEDINGFIELD: Inti ma tistax tindaħal fit-talba li qed nagħmel jien.", "Mela inti hawnhekk trid tkun il-judge, jury, l-avukat difensur, l-avukat prosekutur u kollox?", "Mela inti tista' tkun kollox?", "Il-prinċipju tar-rule of law li titkellmu tant dwaru… (Interruzzjonijiet) Inti trid tagħmilha ta' kollox u tindaħal f'kollox.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna, in-naħa tal-Gvern, għamilna t-talba tagħna, u inti, bħala Membru tal-Oppożizzjoni, m'għandekx dritt tindaħal fiha.", "M'għandekx dritt!", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, ftit tal-minuti ilu, meta staqsejtek biex tiċċara, għedtilna li mhux biss taqbel li tintalab l-informazzjoni, imma taqbel li tingħata.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, imma jien qed ngħidlek li m'għandekx dritt tindaħal kif nagħmel it-talba jien.", "X'jiġifieri trid tindaħal kif nagħmel it-talba jien!", "KAROL AQUILINA: Jien m'iniex qed nindaħallek.", "Jien qed niċċaralek.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela x'qed tagħmel?", "RYAN CALLUS: Nikkalmaw ftit.", "GLENN BEDINGFIELD: Għadek ma tafx kemm jien kalm!", "Onor. Bedingfield, ftit tal-minuti ilu konfermajtilna li inti mhux biss taqbel li ssir it-talba, imma taqbel ukoll li l-informazzjoni għandha tingħata minn Enemalta.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'għandi xejn kontra li tingħata.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Biex naqblu żgur jien qed nissuġġerilek...", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu jien ma neħux suġġerimenti mingħandek.", "ALEX MUSCAT: Sur President, għax ħarablek daqsxejn il-kontroll.", "Jien ma tantx ili hawn ġewwa ħafna imma dwar proċeduri tgħallimt xi ħaġa.", "L-Oppożizzjoni għamlet it-talba u ħadna vot fuqha.", "Issa aħna għamilna t-talba tagħna, u ċioè, li l-informazzjoni li ntalbet mill-Oppożizzjoni, għandha tintalab mis-sors u mhux tramite l-messaġġier.", "Dak li qed ngħidu aħna.", "U din ġiet verbaliżżata.", "KAROL AQUILINA: Issa jien qed nemendaha.", "Nista' nemendaha?", "GLENN BEDINGFIELD: Emendaha kemm trid, imma mhux tagħmilha f'ismi u tindaħal fit-talba tagħna!", "(Interruzzjonijiet)", "ALEX MUSCAT: Imma issa rridu nieħdu l-vot fuq it-talba tagħna.", "Sur President, jekk jogħġbok, itlob il-vot.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija… (Interruzzjonijiet)", "ALEX MUSCAT: It-talba hija vverbaliżżata.", "GLENN BEDINGFIELD: It-talba aħna nagħmluha mhux intom.", "Hawnhekk inti Membru bħali.", "ALEX MUSCAT: Kollegi, sabiex din is-sitwazzjoni nevitawha darba għal dejjem, wara l-vot se nitlob sabiex dan il-Kumitat kollu jitlob ruling mingħand Ispeaker dwar il-proċedura.", "KAROL AQUILINA: Fuq liema proċedura se titlob ruling?", "ALEX MUSCAT: Issa nagħmel it-talba.", "Għandi kull dritt nagħmilha.", "Hawnhekk jien Membru Parlamentari daqsek u għandi dritt...", "KAROL AQUILINA: Iva, ma qed ngħidlek xejn jien.", "Mhux kulħadd madwar din il-Mejda għandu dritt jagħmel dak li jrid!?", "Jien qed nagħmel emenda għat-talba kif imressqa mill-Onor.", "Bedingfield, fis-sens li l-informazzjoni mhux biss tiġi mitluba lil Enemalta, imma għandna tingħata.", "ALEX MUSCAT: Imma dik hija talba sussegwenti.", "KAROL AQUILINA: Le jaħasra.", "ALEX MUSCAT: Iva, hija talba sussegwenti.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jekk tiġi mitluba l-informazzjoni u jiġu hawnhekk, x'se joqogħdu jagħmlu?", "Iħarsu lejk?", "KAROL AQUILINA: Le, hemm differenza.", "Jien qed nagħmel emenda għat-talba tal-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Bir-rispett kollu, meta saret it-talba min-naħa tal-Onor.", "Callus, il-kelma \"tingħata\" ma ntużatx.", "Issa nressqu t-talba tagħna u nimxu.", "GLENN BEDINGFIELD: Nitlob li terġa' tinqara t-talba tal-Onor.", "Callus li vvutajna fuqha.", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: It-talba kienet tgħid hekk: Nitlob sabiex il-Kumitat jingħata mill-Awditur Ġenerali lista ta' shipments li saru, sal-ġurnata li fiha ssir din it-talba, bid-data tal-provvista, il-volum u l-prezz imħallas għal kull shipment separat lit-tanker ta' ElectroGas.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela aħna se nżommu l-istess talba, imma minflok ma ssir lil wieħed issir lill-ieħor.", "Tista' tinżamm l-istess diċitura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed naqblu.", "KAROL AQUILINA: Lanqas ħaqq il-kedda li ħadt,Onor. Bedingfield.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bil-kalma nsolvu kollox.", "KAROL AQUILINA: Ftit għarfien tal-lingwa kien jiffrankalek kedda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela issa se nivvutaw fuq it-talba tal-Gvern li hija t-talba kif imressqa mill-Onor.", "Ryan Callus, però minflok il-kliem \"Awditur Ġenerali\" tiddaħħal il-kelma \"Enemalta\".", "ALEX MUSCAT: Biex inkunu aktar preċiżi ngħidu \"mill-entità konċernata\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela se nħalluha \"Enemalta\".", "It-talba għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tara dak l-istorbju kollu!", "ALEX MUSCAT: Sur President, se nitlob li dan il-Kumitat jitlob ruling mingħand l-Ispeaker fuq il-proċedura, fis-sens li kull meta l-PAC ikun jenħtieġ informazzjoni addizzjonali għal dik li tingħata lil dan l-istess Kumitat mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, dik l-informazzjoni għandha tintalab mhux lill-Awditur, iżda lill-entità konċernata, kif dejjem kienet il-prassi f'dan l-istess Kumitat.", "ALEX MUSCAT: Jien kont ċar f'dak li għedt.", "Issa inti għandek dritt li...", "KAROL AQUILINA: Jaħasra, lanqas biss tipprova tifhem x'qed ngħid.", "Għadni lanqas biss bdejt nitkellem.", "ALEX MUSCAT: Onor. Aquilina, għandek dritt ma taqbilx ma' dak li qed ngħid.", "KAROL AQUILINA: Mhux fuq hekk se nkellmek.", "M'iniex se ngħid jekk naqbilx jew le.", "Inti għandek dritt titlob ruling u jien m'iniex se noqgħod nikkummenta fuq it-talba tiegħek.", "Li rrid ngħid huwa li ġaladarba issa għandna din is-sitwazzjoni, il-Kumitat bilfors irid jieqaf għal-lum u jistenna r-ruling tal-Ispeaker.", "KAROL AQUILINA: X'jiġifieri le?", "Aħna għandna bżonn l-informazzjoni biex nistaqsu fuqha.", "Jekk intom se titolbu dan ir-ruling u r-ruling se jiġi kontra...", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-konsegwenza ta' dan ir-ruling huwa tali li l-mod kif qed jopera dan il-Kumitat, għallinqas fuq dan is-suġġett s'issa, jista' jinbidel.", "ALEX MUSCAT: Ejjew nieħdu vot fuq ir-ruling li tlabt jien.", "KAROL AQUILINA: Jien ma naħsibx li għandna bżonn nieħdu vot.", "ALEX MUSCAT: Le, jien qed ngħid li l-Kumitat qed jitlob, mhux Alex Muscat.", "Qed inkun ċar fid-diskors tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ilna siegħa ngħidu li dak li qed jitlob l-Onor.", "ALEX MUSCAT: Jien qed ngħid li l-Kumitat qed jitlob direzzjoni ċara mill-Ispeaker dwar proċedura.", "KAROL AQUILINA: Ma jidhirlix li għandna għalfejn nitolbu dik id-direzzjoni għax mhemm ebda ksur ta' ruling.", "IĊ-CHAIRPERSON: In-naħa tal-Oppożizzjoni ma taqbilx.", "ALEX MUSCAT: Allura nieħdu vot?", "KAROL AQUILINA: Fuq jekk nitolbux ruling?", "KAROL AQUILINA: Bis-serjetà!?", "ALEX MUSCAT: Għamilniha f'kumitati oħra.", "Il-Kumitat qed jitlob.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-konsegwenza ta' hekk hija, biex niftehmu...", "ALEX MUSCAT: Li se tgħid hija opinjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Agħtini ċans nispiċċa!", "Il-konsegwenza ta' dak li qed ngħid huwa li jekk dan il-Kumitat se jiddeċiedi li għandu jkun hemm ruling, allura nieqfu hawn u nistennew sakemm jingħata r-ruling.", "ALEX MUSCAT: Jekk tridu intom.", "Aħna m'għandniex problema nkomplu, kif dejjem ħdimna.", "KAROL AQUILINA: Sabiex inkunu nafu x'inhuma r-regoli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan huwa ruling li mhemmx ieħor bħalu.", "GLENN BEDINGFIELD: Għax qiegħed jissettja proċedura biex ma nirrendux lill-Awditur bħala messaġġier.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-ruling tal-Ispeaker, ikun kif ikun, jista' jibdel il-mod kif jopera dan il-Kumitat mis-seduta li jmiss.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, mhux se jibdel il-mod kif jopera imma jista' jibdel il-proċedura ta' kif tintalab l-informazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, għax pereżempju, nistgħu niefqu minn dan ix-xhud għalissa u ntellgħu lil xi uffiċjal ta' Enemalta imbagħad inkomplu b'dan ix-xhud.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma dik mhux se jgħidha r-ruling tal-Ispeaker.", "Ir-ruling se jgħid kif għandha tkun il-proċedura.", "ALEX MUSCAT: Hawnhekk donnu ma qbilniex fuq proċedura.", "Jekk qed naqblu lanqas biss għandna għalfejn nitolbu r-ruling.", "Jiġifieri jekk l-Oppożizzjoni taqbel, li meta tintalab informazzjoni, nitolbuha lil min hemm bżonn u mhux lill-Awditur Ġenerali...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, inti taf biżżejjed li ħadna vot fejn l-Oppożizzjoni ivvutat favur talba tal-Onor.", "Ryan Callus li tintalab informazzjoni direttament mingħand l-Awditur Ġenerali.", "Dak li qed titlob ruling inti fuqu huwa biex dak li talab l-Onor.", "Ryan Callus ma jkunx possibbli iżjed.", "Jiġifieri se tibdel xi ħaġa żgur, u se tibdel il-mod kif se nkomplu.", "ALEX MUSCAT: Le, anzi aħna rridu li ma nibdlux il-mod kif dejjem ħadem il-PAC.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqblu li sal-aħħar seduta dik it-tip ta' informazzjoni kienet qiegħda tintalab, u minn issa 'l quddiem tista' ma tintalabx iżjed?", "ALEX MUSCAT: Le, m'aħniex qed naqblu.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA: Jekk tippermettuli, għax jista' jkun li hemm ftit misunderstanding u forsi nġibu ftit kunsens.", "Safejn naf jien dan il-Kumitat, anke f'dan l-istess hearing, diġà talab lil Enemalta tibgħat lil dan il-Kumitat xi informazzjoni.", "Allura x'hemm ġdid?", "Enemalta diġà ntalbet, madwar tliet ġimgħat ilu, tibgħat xi informazzjoni.", "Jiġifieri this is nothing new; nibqgħu għaddejjin b'dik il-proċedura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però hawnhekk qed jintalab ruling dwar prinċipju, fuq din il-materja u fuq materji oħra.", "Issa jingħata r-ruling u niggwidaw ruħna minnu; m'għandix problema.", "GLENN BEDINGFIELD: Lanqas aħna.", "ALEX MUSCAT: Qed naqblu li dan il-Kumitat jagħmel din it-talba?", "IĊ-CHAIRPERSON: Se nivvutaw.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri intom ma taqblux li għandna nitolbu dan ir-ruling?", "KAROL AQUILINA: Aħna ma jidhrilniex li hemm bżonn jintalab għax jidhrilna li dan il-Kumitat għandu l-poter li jitlob għal informazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, dan il-Kumitat għandu l-poter li jitlob għal informazzjoni.", "Li qed ngħidu aħna huwa lil min għandu jitlob.", "KAROL AQUILINA: Lil kulħadd għandu dritt jitlob.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, fuq dak m'aħniex qed naqblu.", "Naħseb li ftehemna.", "ALEX MUSCAT: Nieħdu vot.", "KAROL AQUILINA: M'intomx qed tirrealizzaw x'kontradizzjonijiet qed tgħixu.", "ALEX MUSCAT: Dak qed tgħidu inti.", "KAROL AQUILINA: Aħna għandna xhud li tlabnih dokument ta' Enemalta u ġabulna.", "Dan huwa ċittadin privat u ġabulna.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk trid l-opinjoni tiegħi ngħidlek li x-xhud kellu jmur għand Enemalta mhux joħorġu hu.", "KAROL AQUILINA: Allura f'daqqa waħda qegħdin tbiddlu r-regoli biex l-affarijiet ma joħorġux.", "ALEX MUSCAT: Intom stess għedtu li dak id-dokument ħallset għalih Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Iva, u qiegħed għandna.", "ALEX MUSCAT: Proċeduralment titlob dokument lill-kummissjonant.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien ma rridx nerġgħu nagħmlu nofs siegħa niddiskutu l-argument li ilna niddiskutu.", "Se ngħaddi biex inpoġġi t-talba għall-vot.", "Il-mistoqsija hija t-talba kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.", "It-talba tal-Onor.", "Alex Muscat għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela issa jintalab ruling mingħand l-Ispeaker.", "F'dan l-istadju l-laqgħa hija sospiża sakemm ikollna deċiżjoni fuq din il-materja.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-3:09 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210217_078d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 78", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:08 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur; l-Onor.", "Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet; l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (sostitut tal-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Meta ċ-Chairman staqsa jekk il-Minuti setgħux jiġu kkonfermati, l-Onor.", "Glenn Bedingfield qal li huwa xtaq li fil-Minuti jiġi nnutat li l-Membri tan-naħa tal-Gvern ma kenux qegħdin jaqblu mal-mod kif kien qiegħed jiġi trattat ix-xhud minn xi Membri tal-Oppożizzjoni fuq il-Kumitat, u xtaq juri d-diżapprovazzjoni tiegħu għall-mod intimidatorju kif kien qed jiġi trattat l-istess xhud.", "Huwa qal li ċertu aġir min-naħa tal-Membri tal-Oppożizzjoni fuq il-Kumitat kellu jkun ikkontrollat u ma kellux ikun intimidatorju fil-konfront tax-xhieda.", "Huwa oġġezzjona wkoll għall-fatt li ċ-Chairman tal-Kumitat kien diġà esprima ġudizzju fuq il-kuntratt taħt eżami, fi stadju daqshekk bikri tal-investigazzjoni.", "B'risposta għal dak li qal l-Onor.", "Karol Aquilina rrileva li x-xhud li kellu quddiemu l-Kumitat, minkejja li kien taħt ġurament, ma kienx qed jgħid il-verità u kien biss wara l-insistenza tiegħu u tal-kollegi tiegħu, permezz ta' numru ta' mistoqsijiet, li x-xhud beda jiftakar x'inhi l-verità.", "Huwa qal li x-xhud ma lmentax dwar dan, irrisponda meta deherlu li kellu jirrispondi, il-Membri baqgħu jagħfsuh għar-risposti, u allura ma kien hemm xejn ħażin f'dak li sar.", "Iċ-Chairman qal li kien qed jieħu nota ta' dak li ntqal u filwaqt li qal li l-Membri tal-Kumitat kienu qegħdin hemmhekk biex joħorġu aktar informazzjoni dwar dak li kien qed jiġi diskuss, huwa appella lill-Membri kollha tal-Kumitat sabiex ikunu prudenti.", "Rigward il-punt li tqajjem mill-Onor.", "Bedingfield, u ċioè li hu kien diġà esprima ruħu dwar il-kuntratt taħt eżami, iċ-Chairman qal li mhux hu biss kien esprima ruħu imma kienu esprimew ruħhom ukoll l-Awditur Ġenerali, l-Oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili kollha.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 77, li saret fid-9 ta' Frar 2021, ġew konfermati.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "154 u 154a).", "Il-Kumitat irriżuma mid-9 ta' Frar 2021 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Iċ-Chairman talab lill-Awditur Ġenerali u lill-uffiċjali li kienu qegħdin jakkumpanjawh sabiex jersqu fuq il-Mejda peress li l-Onor.", "Ryan Callus xtaq jitlob xi kjarifiċi mingħandhom.", "Is-Sur Charles Deguara, is-Sur Noel Camilleri u s-Sur Keith Mercieca, Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali u Assistent Awditur Ġenerali, rispettivament, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "L-Onor.", "Ryan Callus talab sabiex il-Kumitat jingħata mill-Awditur Ġenerali lista ta' shipments ta' liquefied natural gas li saru sal-ġurnata li fiha tingħata t-tweġiba għal din it-talba, bid-data tal-provvista, il-volum, u l-prezz imħallas għal kull shipment separat, lit-tanker ta' ElectroGas.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield qal li filwaqt li l-Membri tal-Gvern kienu qegħdin jaqblu li din l-informazzjoni kellha tinħareġ, fuq punt ta' preċedura ma kenux qegħdin jaqblu li għandha tintalab lill-Awditur Ġenerali iżda kellha tintalab lill-entita responsabbli, li f'dan il-każ kienet Enemalta.", "Meta ċ-Chairman poġġa t-talba tal-Onor.", "Callus għall-vot il-Kumitat ivvota hekk:", "It-talba m'għaddietx.", "Iċ-Chairman imbagħad għadda sabiex ipoġġi l-mistoqsija dwar it-talba tal-Onor.", "Callus, kif emendata mill-Onor.", "Bedingfield, u l-Kumitat kollu vvota favur.", "It-talba għaddiet nem. con.", "Alex Muscat għadda sabiex jitlob ruling mingħand l-Ispeaker dwar \"li kull meta l-Kumitat jenħtieġ informazzjoni addizzjonali għal dik li tingħata lill-istess Kumitat mill-Awditur Ġenerali, dik l-informazzjoni kellha tintalab mhux lill-Awditur Ġenerali iżda lill-entita konċernata, kif dejjem kienet il-prassi fil-Kumitat\".", "Meta ċ-Chairman poġġa l-mistoqsija fuq jekk kellhiex issir it-talba għar-ruling, il-Kumitat ivvota hekk:", "It-talba għar-ruling għaddiet.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-3:09 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210217_078m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi", "Onor. Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet", "Laqgħa Nru 41", "It-Tlieta, 23 ta' Frar 2021, fit-3.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Frar 2021, fit-3.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 191 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.", "19 ta' Frar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210223_041a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 41", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 41", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3:34 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 40 li saret fid-9 ta' Frar, 2021 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 427 tat-Tnejn, 15 ta' Frar 2021, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Żieda ta' artikolu ġdid mal-Att prinċipali.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, jien fhimt x'inhu l-iskop ta' din il-klawsola; li ma fhimtx għalfejn sal-lum dak li qed tipproponi din il-klawsola huwa eskluż.", "Naħseb ilkoll naqblu li jekk kemm-il darba jiġu onorati r-rekwiżiti bażiċi, m'hemm xejn fl-Att prinċipali li jipprojbixxina milli nagħtu permess ta' residenza lil xi ħadd li jkun investa f'Malta.", "Allura għalfejn inħass il-bżonn li ssir din il-klawsola?", "Naqbel li din qed tiċċaraha però jien fhimt li sal-lum, xi ħadd li jissodisfa l-kriterji kollha u aktar minn hekk, ikun investa f'Malta, stajna nagħtuh permess ta' residenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Naqblu.", "Fil-fatt, kont ivverifikajt fuqha u bażikament li qed isir hija distinzjoni minħabba li ċertu rwol qabel kienet tokkupah Identity Malta u allura kellna aġenzija li tikkordina ma' aġenzija oħra.", "Madanakollu nixtieq li jingħaqad magħna s-CEO tal-Malta Residency and Visa Agency (MRVA) biex jippreċiża għaliex qed isir dan it-tibdil żgħir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lis-Sur Charles Mizzi biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "IS-SUR CHARLES MIZZI (CEO, Malta Residency and Visa Agency): Sur President, dak li qed tgħidu huwa kollu minnu.", "S'issa l-iskema kienet amministrata minn Identity Malta u fl-Att dwar l-Immigrazzjoni hemm l-artikolu 7, li jkopri t-tipi differenti ta' residenza, però ma tissemmiex b'mod speċifiku r-residenza b'investiment.", "Allura ħassejna li ġaladarba se nkunu qed nagħmlu dan it-tibdil, nagħmluha aktar ċara li hemm ukoll din it-tip ta' skema u li l-Ministru għandu d-dritt li jagħti ċertifikat u li eventwalment jirrevoka ċertifikati wkoll.", "BEPPE FENECH ADAMI: Kollox sew, imma għalfejn inħasset in-neċessità li nagħmlu referenza għal min ġej minn pajjiż terz?", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Għaliex it-target audience tagħna huma dawk li ġejjin minn pajjiżi terzi.", "Aħna ma nistgħux nagħtu permessi ta' residenza b'investiment lil ċittadini ta' pajjiżi Ewropej jew tal-European Economic Area (EEA).", "BEPPE FENECH ADAMI: Għaliex?", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Għax hija l-policy tal-programm li t-target audience jkunu ċittadini li ġejjin minn pajjiżi terzi.", "BEPPE FENECH ADAMI: Imma x'inhi r-raġuni?", "Jien naħseb li r-raġuni hija li ċittadini ta' pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jkollhom awtomatikament permess ta' residenza.", "ALEX MUSCAT: Jekk ċittadin ta' pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea se jirrisjedi Malta fit-tul, xorta għandu bżonn permess ta' residenza, però dak jingħatalu mingħajr ħlas addizzjonali.", "L-istess jekk ċittadin Malti jirrisjedi f'pajjiż ieħor membru tal-Unjoni Ewropea.", "Mela dik hija r-raġuni.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Byron Camilleri.", "BYRON CAMILLERI (Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi): Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infruzar tal-Liġi l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni, Kap. 217\" għadda mill-Kumitat mingħajr emendi.", "Fit-3.41 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210223_041d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur", "Onor. Deo Debattista, Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Infada Pubblika", "Onor. Joe Mizzi MP", "Laqgħa Nru 42", "L-Erbgħa, 24 ta' Frar 2021, fis-2.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar 2021, fis-2.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 185 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera) u diversi Liġijiet oħra – Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.", "22 ta' Frar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210224_042a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 41", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 41", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3:34 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 41 li saret fit-23 ta' Frar, 2021 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-ĦADDIEMA D-DEHEB U L-ĦADDIEMA L-FIDDA (ARĠENTIERA) U DIVERSI LIĠIJIET OĦRA", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 428 tat-Tlieta, 16 ta' Frar 2021, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Emendi għall-Att dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera).", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, bħala Oppożizzjoni naqblu ma' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Diġà għaddejna l-kummenti tagħna fl-istadju tat-Tieni Qari u għaldaqstant m'għandniex emendi xi nressqu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika): Sur President, jien u l-kollega fil-prinċipju qbilna fuq kollox.", "Kellna daqsxejn sharing of ideas, b'intenzjonijiet tajba, u l-kummenti li tana fil-plenarja se neħduhom.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Memrbi: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 3, 4, 5 u 6 għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Emenda tal-artikolu 22 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, għalkemm wasalna fi klawsola 7, bil-permess tal-Kumitat nixtieq nagħmel referenza għall-klawsola 6, fejn qed jissemmew il-pestiċidi eċċ. Dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qiegħed ibiddel xi ħaġa f'dan ir-rigward, jew forsi se jdaħħal xi ħaġa ġdida?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lill-Inġ.", "Helga Pizzuto biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "L-INĠ.", "HELGA PIZZUTO (CEO, Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA)): Il-klawsola 6 mhijiex qiegħda temenda l-liġi tal-pestiċidi imma l-liġi li tirregola l-Awtorità li se tkun responsabbli biex ikun fih referenza għall-Att dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera).", "L-iskop huwa li nindikaw li dak l-Att jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' dik l-Awtorità.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Ezekiel Psaila biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR EZEKIEL PSAILA (Avukat, MCCAA): Sur President, il-persuna li se tkun inkarigata minn dak is-settur se jkollha wkoll taħt id-dekasteru tagħha l-ħaddiema d-deheb u l-ħaddiema l-fidda.", "Għaldaqstant fl-Att dwar l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandha tiddaħħal referenza għall-Att dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera) għax kemm-il darba ma ssirx din ir-referenza, il-persuna inkarigata ma jkollhiex l-istess poteri.", "Allura f'din il-klawsola nsibu soluzzjoni amministrattiva.", "DEO DEBATTISTA: Din qed issir biex ma noħolqux entità oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 8, 9 u 10 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 – Emenda tar-regolament 14 tar-regolamenti prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, f'din il-klawsola qiegħed jingħad hekk:", "\"jew minn xi espert ieħor magħżul mill-Ministru responsabbli għall-Awtorità\".", "Nixtieq inkun naf min se jkun dan l-espert.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Psaila.", "DR EZEKIEL PSAILA: L-espert se tkun persuna ingaġġata mid-Direttur Ġenerali li tispeċjalizza fid-dekasteru u x-xogħol tal-ħaddiema d-deheb u l-fidda.", "Nixtiequ li jkun hemm din l-ispeċjalizzazzjoni sabiex jekk ikun hemm il-bżonn, ikollna l-assistenza ta' espert f'dak is-settur ukoll.", "Dan għaliex id-Direttur Ġenerali ma jiħux ħsieb dak id-dekasteru biss imma jieħu ħsieb ukoll dekasteri oħrajn.", "B'hekk, biex naċċertaw ruħna li jkollna lil xi ħadd sector-specific, l-espert għandu jkun persuna li tista' tmur fuq il-post tax-xogħol, tevalwa u lid-Direttur Ġenerali tagħtih parir bil-miktub, skont il-każ.", "EDWIN VASSALLO: Preżentement kemm hemm minn dawn l-esperti li jassistu lid-Direttur Ġenerali?", "DR EZEKIEL PSAILA: Jidhirli li bħalissa wieħed hemm.", "L-INĠ.", "HELGA PIZZUTO: Bħalissa hemm il-Konslu.", "EDWIN VASSALLO: Imma peress li b'dan l-Abbozz ta' Liġi se nemendaw il-liġi prinċiapli u se ndaħħlu dan l-espert, dwar il-pestiċidi hemm xi espert?", "L-INĠ.", "HELGA PIZZUTO: Preżentement, meta niġu biex nawtorizzaw ċerti pestiċidi, nużaw esperti esterni.", "Ġieli nużaw esperti tal-Università wkoll.", "Jiddependi l-materja xi tkun għax mhux dejjem ikollna espert disponibbli.", "EDWIN VASSALLO: Meta tiġu biex tiddiskutu l-pestiċidi, jew l-użu tagħhom, kemm tikkonsultaw mas-settur tal-biedwa nnifsu, anke biex forsi jkollkom ħjiel ta' x'inhuwa l-impatt tad-deċiżjonijiet tagħkom fuq dak is-settur?", "L-INĠ.", "HELGA PIZZUTO: Hemm il-Pesticides Control Board, li huwa Bord maħtur bil-liġi u li fuqu hemm rappreżentanza tas-settur tal-biedja wkoll, u bażikament ħafna mill-materji jiġu diskussi hemmhekk, biex ma ngħidx il-materji kollha.", "EDWIN VASSALLO: Mid-diskussjonijiet li qed ikolli mal-bdiewa jidher li għandna problema fir-rigward tal-pestiċidi; jidher li l-bdiewa tagħna se jispiċċaw mhux se jkollhom bexx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm in-Nitrates Directive ukoll.", "EDWIN VASSALLO: Il-bdiewa tagħna se jispiċċaw ma jkollhomx bexx, l-ewwel nett għaliex iridu jirreġistraw il-bexx magħkom u t-tariffa biex jirreġistraw kull bexx li jkollhom bżonn hija għolja u t-tieni, ħafna drabi l-bexx ikollu data ta' skadenza u għalkemm dak li jkun ma jilħaqx jużah, wara dik id-data jrid jarmih u ovvjament kollox jiswa l-flus.", "Però l-problema l-kbira hija li f'Malta għandna ċertu kontroll dwar l-użu ta' pestiċidi li l-Italja, pereżempju, m'għandhomx.", "Allura meta jsiru t-testijiet mill-Pitkalija jista' jkun li jinqabad frawli, għall-argument, li fuqu ntuża bexx mhux awtorizzat minnkom imma meta jiġi frawli minn barra minn Malta, jista' jkun li jkollu l-istess bexx għaliex fl-Italja, pereżempju, huwa awtorizzat.", "L-INĠ.", "HELGA PIZZUTO: Onor. Vassallo, dik tiġi mill-fatt li meta ssir l-analisi dwar jekk xi tip ta' bexx jistax jintuża f'Malta, ma jitteħdux biss inkonsiderazzjoni elementi ta' saħħa għall-bniedem imma jittieħdu wkoll inkonsiderazzjoni elementi ambjentali.", "Jiġi kkonsidrat ukoll kif il-bexx jintuża Malta u jekk jistax, pereżempju, jispiċċa ġol-water table, jew joqtol xi fawna speċifika.", "Ma nafx id-dettalji eżatti però hemm kondizzjonijiet li jwasslu biex jiġi pprojbit l-użu ta' ċerti pestiċidi speċifikament minħabba l-kondizzjonijiet ambjentali f'Malta.", "EDWIN VASSALLO: Dawk it-tip ta' kundizzjonijiet qegħdin iwasslu biex ikun hemm kompetizzjoni inġusta bejn il-bidwi Malti u l-bidwi barrani.", "Fuq l-użu tal-istess kwalità ta' bexx, il-bidwi barrani qed ikollu inqas rekwiżiti u użu aktar ampju mentri l-bidwi ta' Malta qed ikollu użu aktar ristrett u għandu inqas fejn jużah.", "Għalhekk, filwaqt li l-bidwi Malti ma jistax juża dak il-bexx, il-bidwi barrani jista' jużah u l-klijent f'Malta, jekk se jiekol frott jew ħaxix li ġej minn barra minn Malta, se jkollu dak il-bexx li l-bidwi Malti ma jistax juża.", "DR EZEKIEL PSAILA: Onor. Vassallo, il-finijiet tal-pestiċidi huma regolament u mhux direttiva li qed tiġi applikata fil-liġi Maltija.", "Ir-regolament jgħid li anke jekk frotta tidħol mill-Italja, pereżempju, skont il-persentaġġ li jkollok tista' ma tkunx tajba.", "Fil-fatt, għandna sistema ta' notifika, li hija sistema internazzjonali, biex jekk kemm-il darba dik il-pestiċida fuq dik il-frawla li daħlet mill-Italja tiġi eżaminata hawn Malta, nibagħtu notifika lill-Italja sabiex l-Italja tkun infurmata u mbagħad jittieħdu l-passi.", "Din mhijiex kwestjoni li bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea pajjiżna huwa differenti minn stati membri oħra.", "Aħna nimxu skont il-persentaġġ.", "It-testijiet isiru skont il-persentaġġ per quota li għandna fil-pajjiż u għalhekk, il-persentaġġ tagħna huwa tajjeb daqs tal-Ġermanija u tal-Italja, pereżempju.", "Jiġifieri f'pajjiżna m'għandniex regoli li huma aktar ristrettivi.", "L-Inġ.", "Pizzuto li spjegat huwa li għandna regoli li jabbraċċaw u jikkumplimentaw in-neċessitajiet tal-fawna u l-fora Maltija.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri intom qed tgħidu li minħabba l-fawna u l-fora tagħna, ir-rekwiżiti u l-kontroll li jsir fuq l-użu ta' ċerti pestiċidi finalment xorta se jkun differenti minn dak fuq l-użu tal-istess pestiċidi fl-Italja, pereżempju, jew fi Sqallija.", "L-INĠ.", "HELGA PIZZUTO: Nistgħu nidħlu fil-każijiet speċifiċi però dawn aħna narawhom fuq frott u ħaxix li ma jkunx ġej minn pajjiżi Ewropej iżda minn pajjiżi terzi, bħall-Eġittu, pereżempju, jew pajjiżi tal-Amerika ta' Isfel.", "EDWIN VASSALLO: Jien mhux qed nitkellem fuq pajjiżi terzi għax fuq pajjiżi terzi ovvjament ma nistgħux nitkellmu.", "L-INĠ.", "HELGA PIZZUTO: Għalhekk qed ngħidlek.", "U dawk huma xorta siguri.", "Id-differenza hija li hemm liġijiet ambjentali li huma differenti.", "DR EZEKIEL PSAILA: Għall-finijiet ta' Malta aħna kulma żidna fil-liġi mhuwiex li għandu jintuża fertilizzant differenti imma li wieħed għandu jipprova juża a biofertilizer.", "Jiġifieri jekk wieħed jista', għal xi pjanta jew xi ħaġa oħra, minflok juża l-fertilizzant juża a biofertilizer, għandu jmur għal dik l-għażla.", "DEO DEBATTISTA: F'pajjiżna m'għandniex aktar restrizzjonijiet mill-pajjiżi Ewropej.", "EDWIN VASSALLO: M'għandniex aktar restrizzjonijiet imma għandna klawsoli fil-liġi li jipprovdu għal kif jista' jkollna aktar restrizzjonijiet minħabba l-fawna.", "Meta jkollok liġi li tiġi trasposta ġol-liġi Maltija inti għandek tikkumplimenta u tgħin lill-bidwi biex jinterpreta l-figuri.", "Bħala avukat jien nista' niftagħlu l-figuri u ngħidlu \"inti ma tistax tgħid li inti injorant mil-liġi u allura interpretahom kif trid\", però aħna fil-liġi ktibna li l-ewwel għandek tagħżel materja naturali sabiex tipproteġi l-ambjent, imbagħad għandek timxi u tapplika r-regolament eżattament kif napplikawh … (Interruzzjonijiet)", "DEO DEBATTISTA: Nerġa' ngħid li m'għandniex aktar restrizzjonijiet mill-pajjiżi Ewropej.", "DR EZEKIEL PSAILA: Nikkonferma.", "DEO DEBATTISTA: F'Awwissu tal-2019 aħna daħħalna l-Chlorpyrifos qabel l-Ewropa imma mbagħad huma segwew dak li ssuġġerejna aħna minħabba li l-Chlorpyrifos għandu effetti tossiċi fuq in-nies, u dan minkejja li l-livelli tossiċi u karċinoġeniċi huma f'livelli normali.", "Aħna inzerta kellna knowhow qabel dwar dan u allura daħħalna l-Chlorpyrifos qabel l-Ewropa, però aħna daħħalnieh f'Awwissu u fil-bidu ta' Ottubru għamluh l-Ewropa wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 u 13 għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "Fi klawsola 1 minflok il-kliem \"l-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera)\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Att tal-2021 li jemenda l-Att dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera)\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għall-klawsola 1.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata verbalment.", "Klawsola 1, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Segretarju Parlamentari.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Infada Pubblika l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera), Kap. 46, l-Att dwar l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 510 u liġijiet oħra biex jassenjaw ir-responsabilità relattiva lill-istess Awtorità u biex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew konsegwenzjali għal dan\" għadda mill-Kumitat b'emenda.", "Fis-2.52 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210224_042d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 14", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Anton Refalo, President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021 fl-4:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "L-Aċċessibbiltà; u", "Affarijiet oħra.", "18 ta' Frar 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20210301_014a_gpc.docx"} {"text": ["GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 14", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "Laqgħa Nru 14", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.46 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 13, li saret fit-13 ta' Ottubru 2020, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anton Refalo): Insellem lil kulħadd u nibda billi ninforma lill-mistednin ta' din il-laqgħa li l-proċedimenti huma kollha pubbliċi u se jiġu mxandra fuq is-sit tal-Parlament ta' Malta, u anke fuq it-television channel tal-Parlament.", "Ninforma wkoll li l-preżentazzjonijiet li jsiru u li jiġu ppreżentati lill-Kumitat huma wkoll pubbliċi, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.", "L-AĊĊESSIBILITÀ FIR-RIGWARD TAL-KONNETTIVITÀ BEJN MALTA U GĦAWDEX", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għad-diskussjoni tal-laqgħa tal-lum bis-suġġett \"L-Aċċessibbiltà\".", "Għal din il-laqgħa se jagħtuna preżentazzjoni fuq is-suġġett Dr Christian Zammit mill-Ministeru għal Għawdex, u s-Sur Daniel Cilia mill-Moviment Graffitti, li se jagħti preżentazzjoni f'isem koalizzjoni ta' 16-il NGO, li xi rappreżentanti tagħhom jinsabu f'kollegament permezz ta' video conferencing.", "Bil-permess tal-Kumitat, nistieden lil Dr Chrstian Zammit biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT (Ministeru għal Għawdex): Sur President, nirringrazzjakom tax-xogħol li qegħdin tagħmlu.", "Dan huwa kumitat importanti ħafna fil-ħidma favur l-interessi ta' Għawdex u tal-Għawdxin, għaliex fl-aħħar mill-aħħar intom rappreżentanti tagħna l-Għawdxin.", "Dan il-kumitat Parlamentari twaqqaf proprju bil-għan li b'mod regolari jkun hemm diskussjoni dwar dak li qed jolqot lilna l-Għawdxin sabiex nipprovaw insibu soluzzjonijiet għall-issues li kontinwament inħabbtu wiċċna magħhom.", "Illum qiegħed hawnhekk għaliex ġejt mitlub mill-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, biex nagħti overview ta' dawn l-aħħar snin – u anke deċenji – li fihom l-Għawdxin kienu qegħdin iħabbtu wiċċhom mal-kwestjoni tal-aċċessibbiltà.", "Din hija issue li għalina l-Għawdxin hija fundamentali għaliex, fl-aħħar mil-aħħar, hija l-lifeline tagħna u s-survival ekonomiku, kummerċjali u, sa ċertu punt, anke fiżiku li jiddependu kompletament minn dawn il-kuntatti li għandna mad-dinja esterna.", "Għaldaqstant, l-aċċessibbiltà għal kull Għawdxi u Għawdxija hija suġġett jaħraq għas-sempliċi raġuni li kollox idur magħha fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Naħseb li ilna nisimgħu ad nauseam dwar il-konċett ta' double insularity, jiġifieri li Għawdex jinsab konness mad-dinja through another island, u l-problemi f'dan ir-rigward.", "Persważ li f'kull konferenza internazzjonali li attendejtu – u jekk Alla jrid minn hawn u ftit ieħor nerġgħu nattendu meta tkun għaddiet il-pandemija – meta jitfaċċa Għawdex, dejjem hemm marbuta miegħu l-konċett ta' double insularity li għalina l-Għawdxin huwa l-inkubu li rridu niffaċċjaw ta' kuljum, u għalhekk irridu naraw kif nisfruttaw il-ftit opportunitajiet li jipprovdilna dan il-konċett.", "Kif għedt, ġejt delegat mill-Ministru biex nipprovdi overview tal-kwestjonijiet li dejjem ħabbatna wiċċna magħhom fejn tidħol l-aċċessibbiltà, biex imbagħad iservi ta' spunt u anke bażi għad-diskussjonijiet li jsiru fil-Kumitat Parlamentari.", "Il-kwestjoni tal-aċċessibbiltà f'Għawdex timxi fuq żewġ binjarji, li huma l-binarju fiżiku u l-binarju aktar riċenti li huwa dak diġitali.", "Se nibda mit-tieni binarju, u mbagħad inkompli fuq l-ewwel wieħed.", "Kif tafu, sa ftit xhur ilu l-konnettività diġitali ta' Għawdex fejn jidħol internet, telekomunikazzjonijiet u televiżjoni kienet tiddependi fuq submarine fibre optic cable wieħed bejn Malta u Għawdex.", "Għall-grazzja t'Alla, matul l-aħħar snin, kien hawn żvilupp kbir fejn tidħol it-trasformazzjoni diġitali ta' Għawdex, l-aċċessibbiltà u l-iskambju ta' informazzjoni b'mod immedjat, li huma l-bażi tal-ekonomija preżenti u, nażżarda ngħid, anke dik futura.", "Ovvjament, dan l-iżvilupp ħoloq żieda fid-domanda għal konnettività b'saħħitha, reżiljenti, kontinwa, veloċi u b'kapaċità għolja.", "Ma kienx jagħmel sens finanzjarju u lanqas ekonomiku li kull wieħed mill-operaturi li għandna f'pajjiżna jinvesti f'cable bejn Malta u Għawdex bħalma kienu investew individwalment f'cables fil-baħar għal dik li hija konnettività diġitali internazzjonali.", "Fir-rigward tal-konnettività bejn Malta u Għawdex, il-Gvern kien ħaseb li jsaħħaħ l-attività ekonomika ta' Għawdex biex jattira investiment barrani.", "Ovvjament, biex tattira investiment barrani tajjeb lejn Għawdex bilfors irid ikollok dan il-back-up.", "Għaldaqstant, snin ilu, kif tiftakar żgur inti, Sur President, kien ġie kkummissjonat studju, li sewa madwar €350,000 u li kien ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, biex jinvestiga l-vijabilità teknika, finanzjarja u operattiva ta' fibre cable optic ieħor bejn Malta u Għawdex.", "L-istudju kien ikkonferma l-bżonn mill-aktar imminenti, peress li kien hemm każ ta' market failure, li kellu jkun hemm intervent mill-istat biex jidħol għal dan il-proġett ta' tqegħid ta' cable ieħor biex iżid is-sigurtà u r-reżiljenza tal-konnettività diġitali bejn iż-żewġ gżejjer.", "Il-proġett għall-grazzja t'Alla daħal fil-port bejn l-2019 u l-2020.", "Dan il-proġett sewa madwar €4 miljun u involva numru ta' proċessi ma' diversi entitajiet, fosthom il-Malta Communications Authority, l-ERA, il-Planning Authority, id-Dipartiment tal-Continental Shelf, xi kunsilli lokali, is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, kif ukoll tliet operaturi f'Malta.", "Bis-saħħa ta' dan il-proġett ittejbet u ġiet imsaħħa b'mod drastiku l-kapaċità diġitali ta' Għawdex fejn tidħol il-konnettività, peress li issa għandek passive fibre optic end to end link bejn iż-żewġ terminal stations, wieħed fiż-Żebbiegħ, Malta, limiti tal-Imġarr u ieħor fix-Xewkija, Għawdex.", "Tqiegħdu erba' kilometri ta' cables fuq l-art bejn ix-Xewkija u ż-żona magħrufa bħal l-Bajja Tal-Fessej, fil-limiti ta' Mġarr ix-Xini.", "Tqiegħdu wkoll 4.6 kilometri ta' cable fuq l-art f'Malta bejn iż-Żebbiegħ u Golden Bay, jew aħjar, kif inhi llum uffiċjalment magħrufa, il-Bajja tal-Mixquqa.", "Bejn iż-żewġ landing points tpoġġew 13-il kilometru ta' cable fil-baħar f'fond massimu ta' 170 metru u mirdum metru taħt qiegħ il-baħar.", "Mat-tlestija ta' dan il-proġett tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, twaqqfet il-kumpanija Gozo Fibre Optic Cable Ltd. biex topera u tmantni l-infrastruttura l-ġdida.", "Din il-kumpanija nnegozjat diġà u kkonkludiet b'suċċess ftehim kummerċjali ma’ tliet operaturi tal-internet lokali biex dawn issa bdew joperaw anke permezz tal-cable il-ġdid biex iwasslu servizzi aħjar f’Għawdex.", "Ovvjament, għal Għawdex din hija novità u żvilupp kbir għas-sempliċi raġuni li fid-dinja diġitali li qed ngħixu fiha huwa fundamentali li jkollok konnettività b’saħħitha, kontinwa, veloċi u b’kapaċità qawwija biex, l-ewwel nett, il-konsumatur Għawdxi jkun mogħti servizz bħall-konsumatur Malti u, it-tieni nett, kif taf tajjeb inti, Sur President, biex tattira investiment barrani f’Għawdex, bilfors teħtieġ dan it-tieni fibre optic cable li jservi bħala back-up.", "Matul din il-pandemija qegħdin nagħrfu wkoll l-importanza tat-teleworking, xi ħaġa li semmieha wkoll dan l-aħħar il-Kap tal-Oppożizzjoni, fejn ammont ta' familji jew impjegati – użajt il-kelma \"familji\", għax din hija family-friendly measure – qed jagħmlu ċertu xogħol mid-dar.", "It-teleworking jirrikjedi li jkollok digital link b'saħħitha, veloċi u kontinwa, u allura dan l-investiment huwa essenzjali.", "Niġi issa biex nitkellem dwar il-binarju fiżiku biex inkompli nagħtikom overview li tfornikom b'aktar materjal għad-diskussjoni dwar il-kwestjoni tal-aċċessibbiltà.", "Se nibda b'punt li forsi llum m'għadux daqshekk in vena, imma importanti li nsemmih għal raġunijiet storiċi u għall-finijiet ta' din id-diskussjoni dwar il-konċett tal-aċċessibbiltà.", "Se nibda bil-pont, li llum ma tantx għadna nsemmuh, imma kien hemm żmien fejn is-suġġett tal-pont bejn Malta u Għawdex kien importantissimu u saħansitra, nażżarda ngħid, kontroversjali wkoll.", "Il-konċett ta' pont bejn Malta u Għawdex kien ħa widespread coverage meta fl-1972 il-Gvern Malti ta' dak iż-żmien kien laħaq ftehim mal-Japanese Overseas Technical Cooperation Agency biex f'Marzu tal-1972 kienet ippreparat stħarriġ preliminarju biex teżamina l-fattibilità teknika tal-link bejn Malta u Għawdex.", "Dak iż-żmien dan ir-rapport kien daħal fi tliet tipi ta' links.", "Kienu daħlu fil-fattibilità ta' immersed tube tunnel, jiġifieri mhux mina taħt qiegħ il-baħar, imma tube tunnel imqiegħed fuq il-qiegħ tal-art fil-baħar.", "Kienu daħlu wkoll fil-fattibilità fiżika ta' pont, u dik li bl-Ingliż insejħulha causeway.", "Interessanti ħafna li dan ir-rapport dak iż-żmien kien anke daħal fil-fattibilità ta' rotta minn fuq Kemmuna.", "Ovvjament, xi ħaġa bħal dik illum tkun kontroversjali ħafna.", "Irrid ngħid ukoll li dan l-istudju ma kienx daħal fil-fattibilità ta' mina taħt l-ilma.", "Matul dawn l-aħħar jiem ipprovajt nirriċerka daqsxejn x'kienet ir-raġuni għal dan, però ma sibt l-ebda raġuni partikolari – forsi nuqqas ta' teknoloġija – anke jekk, Onor. Cutajar, naħseb li dak iż-żmien il-Ġappun u diversi pajjiżi kienu diġà avvanzaw fit-teknoloġija.", "Però, kif qed ngħid, strangely enough ma sibtx ir-raġuni għalfejn ma kenux daħlu f'deep board tunnel, jiġifieri mina taħt il-qiegħ tal-baħar.", "Fl-1974 kien ħareġ il-Feasibility Report on a Link Road between Malta and Gozo Islands mill-Japanese Overseas Technical Cooperation Agency li rrakkomanda li l-aħjar għażla ta' konnettività bejn Malta u Għawdex kienet ta' pont.", "Eventwalment, maż-żmien din il-proposta ġiet impoġġija fuq l-ixkaffa għal diversi raġunijiet, u reġgħet irriżuxxitat ruħha meta fl-2014 kienu ħarġu rapporti li l-kumpanija China Communications Construction Company kienet ħejjiet rapport dwar pont ta' ħames kilometri bejn Malta u Għawdex.", "Dak iż-żmien kienu qegħdin jissemmew anke diversi figuri, fosthom il-figura ta' €800 miljun u annual operational maintenance cost ta' madwar 0.5% tal-construction cost.", "Skont dan ir-rapport, il-pont kellu jgħaddi minn mal-kosta tal-Lvant ta' Kemmuna biex jgħaqqad il-Marfa mal-Qala.", "Prattikament kien se jkun hemm ħames kilometri ta' pont fuq l-ilma u 3.6 kilometri oħra ta' toroq li jwasslu mill-Marfa u mill-Qala għal dan il-pont.", "Eventwalment, dan is-suġġett tal-pont reġa' niżel fil-valur tiegħu u, matul dawn l-aħħar snin, rajna li l-għażla li reġgħet telgħet għad-diskussjoni kienet ta' mina taħt qiegħ il-baħar.", "Illum is-suġġett tal-aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex idur ma' mina u m'għadux jissemma l-pont.", "Il-mina ħadet prominenza qawwija meta madwar tmien snin ilu kellek żewġ deputati partikolari, l-Onor.", "Chris Said, li sfortunatament illum mhux qiegħed preżenti magħna, u Dr Franco Mercieca li, għalkemm kien għadu se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali tal-2013, kien jitkellem b'mod voċiferu ħafna fir-rigward.", "Niftakar li l-mina bejn Malta u Għawdex kienet saret suġġett ta' natura nazzjonali.", "Tant hu hekk li fl-2019 kienet tressqet mozzjoni fil-Parlament min-naħa tal-Gvern li fiha ntalab l-appoġġ parlamentari għal dan il-proġett infrastrutturali massiċċ ta' portata nazzjonali.", "Din il-mozzjoni kienet għaddiet mill-Parlament u ġiet appoġġjata anke mill-Oppożizzjoni.", "Fil-fatt, meta tara d-dibattiti parlamentari ta' sena u nofs ilu tinnota l-enfasi kontinwa dwar aktar aċċessibilità għal Għawdex kemm min-naħa tal-Gvern, kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Fost l-oħrajn kien jintqal li din il-mina tista' tkun il-lifeline għall-gżira Għawdxija.", "Kien jidher li hemm kunsens bejn iż-żewġ partiti dwar din il-permanent link bejn Malta u Għawdex.", "Nerġa' ngħid li fid-dibattiti parlamentari ta' dak iż-żmien issib referenzi kontinwi kif il-Gvern u l-Oppożizzjoni kellhom impenn politiku biex jagħmlu dan il-proġett.", "Kienet saret anke referenza għal studju tal-2011 li kien ikkummissjonat minn Transport Malta lil Mott MacDonald, liema studju kien ħareġ bil-konklużjoni li l-mina hija by far ħafna aktar feasible minn pont bejn iż-żewġ gżejjer.", "Kienu anke daħlu fil-kwestjoni ta' land reclamation studies u anke minn fejn sa fejn tista' twassal din il-mina.", "Fl-aħħar żviluppi rigward il-mina, f'Jannar 2020, jiġifieri aktar minn sena ilu, Infrastructure Malta ħarġet sejħa għal kumpaniji jew konsorzji biex jipparteċipaw fi Pre-Qualification Questionnaire, liema sejħa kienet ġiet eventwalment estiża sal-4 ta' Ġunju 2020 wara talba mill-offerenti prospettivi stess.", "B'kollox kien hemm erba' offerenti magħmula minn żewġ konsorzji u żewġ kumpaniji minn diversi pajjiżi differenti, inkluż Malta.", "Sussegwentament, Infrastructure Malta ħatret kumitat ta' evalwazzjoni li bħalissa qiegħed jevalwa s-sottomissjonijiet tal-erba' offerenti.", "Mill-aħħar informazzjoni li għandi jidher li, hekk kif tiġi fi tmiemha din l-evalwazzjoni ta' dan il-kwestjonarju, Infrastructure Malta se tkun qiegħda tniedi djalogu dwar il-pjanijiet għall-implimentazzjoni ta' dan il-proġett mal-offerenti magħżulin.", "Eventwalment imbagħad dawn id-diskussjonijiet se jkunu qegħdin jiġu segwiti bi ħruġ ta' tender, liema tender jistgħu jipparteċipaw biss fiha dawk l-offerenti li jkunu temmew b'suċċess din il-fażi tal-Pre-Qualification Questionnaire (PQQ).", "Mill-aħħar dettalji u informazzjoni li ottjenejt f'dawn l-aħħar jiem jidher li l-mina bejn Malta u Għawdex se tkun madwar 14-il kilometru twila u se tkun parzjalment taħt l-ilma b'korsija waħda f'kull direzzjoni u spazju għal oħra fin-nofs għall-każijiet ta' emerġenza.", "Jidher li din se tibda fl-inħawi ta' bejn l-Imbordin u l-Manikata f'Malta, u mbagħad tiżbokka fiż-żona ta' taħt it-Torri ta' Kenuna fin-Nadur.", "Is-suġġett tal-mina jidher li huwa fuq fomm kulħadd.", "Biex nerġa' npoġġilkom fl-istampa, kont qed nitkellem dwar dawn iż-żewġ binarji, li huma l-binarju diġitali u l-binarju fiżiku.", "Tajt informazzjoni storika fir-rigward tal-pont u anke dwar il-fatt li llum id-diskussjonijiet dwar il-link bejn Malta u Għawdex huma aktar dwar mina.", "Hawn qed nitkellem dejjem taħt il-binarju tal-konnettività fiżika.", "Ovvjament, fejn tidħol konnettività fiżika, hemm ukoll l-air link, jiġifieri l-konnettività bl-ajru.", "F'dan ir-rigward se npoġġikom daqsxejn fil-kontest storiku biex nagħtikom pedament fuq xiex tkomplu d-diskussjoni.", "L-ewwel air link f'Għawdex kienet permezz ta' kumpanija sussidjarja tal-Air Malta, li kien jisimha Malta Air Charter, li bejn l-1990 u l-2004 kienet ġarret medja ta' 50,000 passiġġier fis-sena.", "Eventwalment, dan is-servizz kien twaqqaf fl-2004 peress li l-Air Malta kienet qed toħroġ madwar €350,000 f'sussidji fis-sena, u għaldaqstant dan is-servizz ġie kkonsidrat li mhux qed jagħmel ebda sens ekonomiku u mhux qed ikun feasible.", "Fl-2006 kien hemm tentattiv li jiġi riżuxxitat dan l-air link bejn Malta u Għawdex mill-kumpanija Spanjola Helisureste – li naħseb ormai lkoll niftakruha – imma din kienet għalqet l-operazzjoni tagħha, u fi żmien 18-il xahar dabbru rashom 'l hemm.", "Sfortunatament, din l-air link kellha sensiela ta' fallimenti jew inkella ta' non sequiturs.", "Fl-2007 il-kumpanija Harbour Air Malta kienet nediet servizz ta' sea plane bejn il-Port il-Kbir f'Malta u l-Imġarr f'Għawdex – jew aħjar 'ix-Xatt' kif insejħulu aħna l-Għawdxin – però dan is-servizz sfortunatament fl-2012 ikkrolla u waqaf ukoll.", "Hawn qed naraw sensiela ta' air links li sfortunatament they vanished into thin air: l-ewwel, il-Malta Air Charter, il-Helisureste, u mbagħad is-sea plane bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr.", "Matul dawn l-aħħar snin saru anke diversi rapporti minn Grant Thornton, kif ukoll minn Price Waterhouse Coopers dwar il-financial feasibility u s-social economic assessment ta' din l-air link.", "Għal diversi snin kienet anke ġiet ikkonsidrata li ssir grass airstrip li tintuża għad-drones.", "L-aħħar żviluppi f'dan il-qasam seħħew fl-20 ta' Mejju 2019, meta kien hemm sejħa għall-espressjoni ta' interess fl-air link.", "Meta skada t-terminu fit-18 ta' Ġunju tal-2019, kien hemm 14-il kumpanija jew individwu li wrew interess, jew ġabru kopja, jew iffirmaw agreement of non-disclosure; però, eventwalment, kumpanija waħda biss issottomettiet proposta kompleta fil-ħin.", "Dan ma rriżultax f'xi ħaġa li saret realtà peress li l-pjanijiet biex jerġa' jibda helicopter service jew air link bejn Malta u Għawdex ma waslux għal ftehim ma' din l-unika kumpanija li ssottomettiet espressjoni ta' interess.", "Bħala Kumitat irridu niddiskutu aktar dwar din l-air link bl-għan li fl-aħħar tinstab soluzzjoni.", "Naf li dan mhuwiex faċli għax, kif tistgħu taraw, kien hemm sensiela ta' proġetti li bdew u ma komplewx; imma naħseb li fid-dinja l-ultima cosa a morire é la speranza.", "Bħalma ġara fil-każ tal-digital fibre optic cable, fejn ftit xhur ilu wasalna biex illum għandna t-tieni fibre optic cable u kif bħalissa għaddejja diskussjoni importanti fil-pajjiż fuq il-mina, naħseb li hija pertinenti li nerġgħu nidħlu wkoll f'din il-kwestjoni tal-air link.", "Għal raġunijiet storiċi l-aktar link li ilha teżisti bejn Malta u Għawdex hija dik marittima.", "Hawnhekk ukoll se nagħti spunt storiku.", "Interessanti anke għall-finijiet ta' dan il-kumitat li ngħid li l-ewwel darba li kien hemm referenza storika f'dokument għal servizz ta' traġitt marittimu bejn Malta u Għawdex imur lura għal 1241, fejn dak iż-żmien kien hemm dik l-hekk imsejħa d-'dgħajsa tal-mogħdija'.", "Hawn qed immorru lura kważi 900 sena, jiġifieri meta Malta, Għawdex u Sqallija kienu taħt Federiku II ('Stupor Mundi') li kien magħruf għall-intelliġenza u l-għerf tiegħu għax kien saħansitra mdawwar b'konsulenti ta' kull ġens u reliġjon.", "Dak iż-żmien kien ħoloq ħafna furur għax kien imdawwar ukoll minn konsulenti Nsara, Musulmani u anke Lhud, xi ħaġa li dak iż-żmien kienet all'avanguardia u kissret ħafna taboos.", "Nerġa' ngħid li fl-1241 diġà kien hemm referenza f'dokument għal servizz ta' dgħajsa tal-mogħdija bejn Malta u Għawdex.", "Fast forward għas-seklu 20 meta kien hemm l-ewwel żvilupp verament b'saħħtu ta' traġitt bejn Malta u Għawdex.", "Fl-1979 twaqqfet il-kumpanija Gozo Channel bl-intenzjoni, u nikkwota:", "Importanti l-kelma \"elsewhere\", għax ir-raison d'être tal-kumpanija ma kienx qed iħares biss lejn il-fliegu bejn Malta u Għawdex, imma anke oltre.", "Fi ftit kliem, ftit wara l-Gozo Channel bdiet topera r-rotta, l-ewwel vapuri li ntużaw kienu l-'MV Għawdex', mixtri fl-1979, u l-'MV Melitaland' u l-'MV Mġarr', li t-tnejn kienu nxtraw fl-1980.", "Dak iż-żmien – qed ngħidu fl-1979/1980 – kienu joperaw medja ta' tmien round trips kuljum.", "Illum nitbissmu meta niftakru kemm il-kumpanija Gozo Channel qed tagħmel minn kollox biex tlaħħaq mad-domanda ta' vjaġġi bejn il-gżira ta' Għawdex u l-gżira ta' Malta.", "Fl-aħħar snin tkisser saħansitra l-konċett tal-istaġjonalità ta' Għawdex għax, għall-grazzja ta' Alla, il-Maltin telgħin u neżlin lejn u minn Għawdex is-sena kollha.", "Dan rajnieh jiġri aktar matul din is-sena tal-pandemija.", "F'Ġunju tal-1981 kien sar żvilupp interessanti meta beda servizz staġjonali lejn Sqallija bil-vapur 'MV Għawdex'.", "Dak iż-żmien, il-kumpanija Gozo Channel kienet topera tliet vjaġġi fil-ġimgħa lejn Sirakuża, Katanja u Pozzallo.", "Dan is-servizz kien popolari immens mal-Maltin u l-Għawdxin li riedu jitilgħu weekend jew ġurnata Sqallija.", "Però, dan is-servizz lejn Sqallija ġie mwaqqaf fl-1995 u m'erġajniex rajnieh jibda jopera.", "Interessanti ħafna wkoll li f'rapport li ġie kkummissjonat mill-Malta Maritime Authority fl-2007 fuq l-iżvilupp ta' ferry service bejn Għawdex u Sqallija, ġie enfasizzat li idealment is-servizz jiġi magħqud mas-servizz ta' bejn il-Belt Valletta u Sqallija għal raġunijiet ta' feasibility ekonomika.", "Eventwalment, maż-żmien inbidlet il-flotta ta' vapuri.", "Fl-2000, kellek l-'MV Ta' Pinu', fl-2001 l-'MV Gaudos' u fl-2002 l-'MV Malita'.", "Imbagħad, fl-2019 daħal ir-raba' vapur l-'MV Nikolaos' li ġie introdott sabiex inaqqas il-ħin ta' stennija u l-kjuwijiet ta' traffiku fiż-żewġ portijiet bejn Malta u Għawdex.", "Dan seħħ minħabba l-fatt li, għall-grazzja t'Alla, żdiedet sew id-domanda tat-traġitt bejn Malta u Għawdex matul dan l-aħħar sitta, seba' snin.", "Imbagħad, kellek ukoll l-iżvilupp reċenti magħqud mal-vapuri tal-X300, li hija rotta li qed tmur direttament miċ-Ċirkewwa għall-punti nevralġiċi tal-pajjiż.", "Din hija rotta importanti ħafna għall-Għawdxin li jkollhom bżonn is-servizzi ta' Mater Dei, u għall-istudenti Għawdxin li jattendu l-Università ta' Malta.", "Marbut mal-ferry service bejn Malta u Għawdex, għandek it-terminals taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr.", "It-Terminal tal-Imġarr beda jinbena fl-2001 u tlesta seba' snin wara, u mbagħad kellek it-Terminal taċ-Ċirkewwa li ġie komplut f'Mejju tal-2013.", "Marbut mat-terminals, nixtieq nagħmlilkom referenza għar-rapport interessanti ħafna, li tajt titwila tajba lejh f'dawn l-aħħar jiem, li sar minn Fisher Associates, flimkien mal-Europa Research and Consultancy Services Ltd.", "Dan ir-rapport kien ġie kkummissjonat mill-Malta Maritime Authority f'Ottubru tal-2007 fuq a Strategic Plan for Imġarr, Gozo.", "Dak iż-żmien dan ir-rapport kien identifika diversi punti li riedu jiġu indirizzati u li naħseb li għadhom interessanti sal-lum, u għalhekk nistgħu neħduhom inkonsiderazzjoni meta niddibattu bejnietna.", "Fl-2007, kien hemm diġà preokkupazzjoni dwar il-fatt li għandek link road waħda li twasslek minn Għajnsielem sal-Imġarr, u l-uġigħ kbir ta' ras jekk allaħares qatt ikollok xi problemi f'din it-triq.", "Dak ir-rapport kien daħal ukoll fi tliet options differenti għall-Port tal-Imġarr, li llum qed nagħrfu dejjem iżjed li qed isir dejjem aktar iċken għas-servizzi u l-ħteġijiet li neħtieġu fl-2021.", "Dak iż-żmien, option minnhom kienet l-istatus quo, jiġifieri li nħallu l-Port tal-Imġarr kif inhu.", "It-tieni option kienet li jkun hemm aktar art reklamata fil-Port tal-Imġarr u jkun hemm breakwater li jakkomoda yacht marina oħra ftit 'il barra mill-breakwater.", "Imbagħad, kellek it-tielet option li kienet qed tara l-possibilità li jkollok il-breakwater li jimxi 'l barra minn fejn hu preżentament, biex imbagħad ikun jista' jitkabbar il-Port u miegħu tiġi inkluża cruise liner passenger terminal fuq art reklamata.", "Dak fejn jidħol il-ferry service u u l-ferry terminal.", "Suġġett interesantissimu li huwa reċenti, peress li kellek marbuta miegħu dikjarazzjoni ministerjali li ħarġet nhar il-Ġimgħa stess mill-Onor.", "Clint Camilleri u mill-Onor.", "Ian Borg jirrigwarda l-fast ferry service.", "Biex nerġa nagħti laqta storika, l-ewwel fast ferry service beda jopera b'hydrofoil fl-1964 permezz tal-kumpanija Malta Aliscafi Ltd bejn il-Port il-Kbir u l-Port tal-Imġarr.", "Dak iż-żmien kien hemm hydrofoil bl-isem 'Delfin'.", "Naħseb li wħud minnkom jiftakruh, speċjalment dawk li huma ikbar fl-età.", "Imbagħad, fl-1988, il-Gozo Channel bdiet topera hovermarine bl-isem 'STS Calypso' minn Marsamxett għall-Imġarr.", "Eventwalment, bejn l-1996 u l-2001, il-Gozo Channel biddlet dan il-hovermarine b'catamaran service high speed bejn Sa Maison u l-Port tal-Imġarr b'dik li kienet imsemmija bħala l-'SCS Victoria Express'.", "Eventwalment, dawn is-servizzi kollha ġew ikkonsidrati bħala non-feasible u, sfortunatament, dan is-servizz tal-fast ferry service twaqqaf fl-2001.", "L-aħħar żviluppi interessanti fir-rigward tal-fast ferry service tħabbru nhar il-ġimgħa li għaddiet meta kellek dikjarazzjoni ministerjali fejn ġie ddikjarat li qed jiġi lliberalizzat is-suq tal-fast ferry.", "Fl-1 ta' Ġunju 2021, jekk Alla jrid, se jkollna żvilupp kbir għalina l-Għawdxin permezz ta' dan il-fast ferry service bejn il-Port tal-Imġarr u n-naħat tal-Belt Valletta.", "F'dik il-konferenza stampa ntqal ukoll li se jkun hemm investiment min-naħa tal-Gvern ta' €5 miljun biex tittejjeb l-infrastruttura fejn se jkun qed jittrakka dan il-fast ferry service, u jidher ukoll li se jkun hemm anke l-istess roħs fin-nollijiet għall-Għawdxin.", "Jidher li se jkun qed jintuża wkoll il-Lift tal-Barrakka, però I stand to be corrected f'dan ir-rigward – iva, qed jikkonferma dan il-Ministru Clint Camilleri.", "Dan huwa l-aħħar żvilupp reċenti fir-rigward tal-fast ferry service li, nerġa' ngħid, huwa żvilupp importantissimu għalina l-Għawdxin f'dak li għandu x'jaqsam mal-konnettività fiżika.", "Kif spjegajt, maż-żmien kien hemm id-diskussjoni dwar il-pont, imma dan l-aħħar ħadet aktar importanza id-diskussjoni dwar il-mina li qiegħda fuq fomm kulħadd u tissemma kważi kull ġimgħa f'xi rapport f'xi ġurnal lokali.", "Semmejt l-air link fejn, sfortunatament, matul il-medda tas-snin kellna diversi fallimenti, l-ewwel, bil-Malta Air Charter, imbagħad bil-Helisureste, u anke bis-sea plane bejn Malta u Għawdex, li kollha kkrollaw.", "Semmejt ukoll il-link marittima li hija l-aktar link antika bejn iż-żewġ gżejjer.", "Mill-aħħar mistoqsijiet parlamentari mwieġba mill-Ministru Camilleri jidher li se jkun hemm tender għar-raba' vapur biex tkompli tissaħħaħ il-link marittima bejn Malta u Għawdex.", "Se jkun hemm ukoll link diretta man-naħat tal-Belt Valletta bil-fast ferry service li nisperaw li jibda jopera fl-1 ta' Ġunju li ġej.", "Fl-opinjoni umli tiegħi, naħseb li l-konnettività marittima se tkun verament b'saħħitha ladarba jkollok it-tender tar-raba' vapur li tiġi konkluża u r-raba' vapur jibda jopera u, ladarba jibda jopera, il-fast ferry service dirett għan-naħat tal-Belt Valletta.", "L-affarijiet li semmejt huma l-aktar punti li fl-opinjoni tiegħi huma importanti f'dik li hi l-konnettività ta' Għawdex, fejn għandek il-link diġitali li issa għandna it-tieni fibre optic, il-kwestjoni tal-mina li għaddejja diskussjoni qawwija fuqha madwar il-pajjiż u l-pont li nażżarda ngħid illum m'għadux fuq l-aġenda tal-pajjiż.", "Semmejt il-ferry services, il-ferry terminals, il-fast ferry service u anke l-air link, jiġifieri l-helicopter, il-grass air strip u s-sea plane.", "Hemm xi kwestjonijiet żgħar oħra, fosthom il-kwestjoni tal-ġarr tal-merkanzija bejn il-Port il-Kbir u Għawdex fejn, mill-feedback li pprovajt nieħu, jidher li hemm ċertu sodisfazzjon fost l-operaturi għas-servizz li qed jingħataw f'dawn l-aħħar xhur u snin peress li issa l-kumpanija Gozo Channel qed tipprovdi servizz alternattiv għall-ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Ċirkewwa.", "Dan peress li Sa Maison sar yacht marina ta' dgħajjes lussużi u l-kumpanija introduċiet inċentiv biex lill-operaturi ta' ġarr tal-merkanzija tkun tista' tissusidjalhom in-noll.", "Fil-fatt, il-merkanzija tinġarr matul il-lejl.", "Kien hemm ukoll il-kwestjoni marbuta mal-cruise liner passenger terminal fejn għal diversi snin kien hemm diskussjoni fuq roqgħa art fil-lvant ta' Għawdex li kienet indikata għal dan il-cruise liner passenger terminal.", "Jidher li għad hemm diskussjonijiet għaddejjin dwar dan il-proġett mil-lat tekniku u legali, fost l-oħrajn.", "Però, nerġa' nfakkarkom fir-rapport li kien sar fl-2007 minn Fisher Associates li kien semma t-tielet option li jiġi miġbud 'il barra l-breakwater biex jitkabbar il-Port tal-Imġarr, għax illum l-Imġarr jilqa' l-bulk tal-boutique cruise liners kollha li jżuru lil Għawdex li huma sors ta' introjtu importanti għall-ġżira.", "Infakkar ukoll li l-baga li kienet ġiet introdotta fix-Xlendi fl-2010 u li qatt ma ntużat qabel l-2012, kienet intużat darba biss.", "Għall-grazzja ta' Alla ma kellniex aċċident peress li, bil-mod kif kien qed jiddriftja l-vapur li kien sorġut ma' din il-baga, jidher li kien se jkollu xi problemi għax ġie viċin ħafna tas-sies tax-Xlendi.", "Eventwalment, din il-baga ġiet abbandunata u issa jidher li l-focus tal-Gvern huwa li jkun hemm terminal proprju għall-cruise liners.", "Sur President, min-naħa tiegħi naħseb li missejt il-punti kollha li f'dawn l-aħħar snin, deċenji u anke sekli missew mal-konnettività ta' Għawdex.", "Min-naħa tiegħi, nawgura lil dan il-kumitat Parlamentari l-ħidma t-tajba.", "Kif għedt, dan huwa Kumitat interessanti ħafna għax kontinwament u regolarment jittratta kwestjonijiet li għalina l-Għawdxin huma bread and butter issues.", "Għaldaqstant, nawguralkom il-ħidma t-tajba u jalla li minn dan il-kumitat Parlamentari joħroġ ħafna frott għall-ġid tagħna l-Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden lill-Membri biex jagħmlu xi mistoqsijiet jew rimarki.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, nirringrazzja lin-Nutar Christian Zammit tal-preżentazzjoni li għamlilna.", "L-aċċessibilità hija suġġett wiesa' ħafna.", "Jien ħadt xi spunti mill-preżentazzjoni li saret u se npoġġi xi mistoqsijiet fir-rigward.", "Sur Zammit, se nibda mill-ewwel punt li semmejt, li huwa t-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex u li issa ilu magħna għal ftit xhur.", "Nafu li kien hemm ħafna diskorsi li kien hemm bżonn dan it-tieni fibre optic cable biex jiġu ċerti investimenti lejn Għawdex, u allura għandi nifhem li kien hemm ċerta domanda ta' investimenti li kienu qed jistennew biex jiġu Għawdex, imma ma setgħux jiġu minħabba li ma kienx jeżisti l-cable.", "Nixtieq li, min-naħa tiegħek, la qed titkellem għan-nom tal-Gvern, tgħidilna kemm mid-domanda ta' investimenti li kellna jistennew fil-fatt bdew il-ħidma biex jibdew joperaw minn Għawdex.", "Issa li għandna t-tieni fibre optic cable biex nattiraw aktar investimenti lejn Għawdex, xi strateġija qed jadotta l-Gvern f'dan ir-rigward?", "Ovvjament, dan mhux sempliċement tgħid li għandek it-tieni fibre optic cable, imma trid strateġija biex dawn l-investimenti jiġu attirati lejn Għawdex.", "Inti semmejt ukoll il-kumpanija li qed tamministra l-operat tal-cable.", "Tista tagħtina ftit aktar ħjiel dwar din il-kumpanija, minn min hija komposta u kif qed tiġi mmexxija?", "Naħseb li jkun interessanti wkoll li tispjegalna kemm l-operaturi tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna qegħdin iħallsu, jekk wara kollox qegħdin iħallsu, biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan it-tieni fibre optic cable.", "Xi ħaġa oħra interessanti li semmejt, inċidentalment, tmiss ma' numru ta' mistoqsijiet parlamentari li jien għamilt lill-Ministru responsabbli mix-xogħol fi Frar.", "Inti għedt li l-preżenza tat-tieni fibre optic cable se tiffaċilita l-mod kif jaħdmu l-Għawdxin, u aċċennajt għat-telework.", "Ma nafx jekk segwejtx, imma l-kollegi Deputati fuq dan il-Kumitat jafu li din kienet issue li qamet lura f'April/Mejju fejn ipproponejna li għandna nagħtu l-opportunità lill-Għawdxin li jumejn fil-ġimgħa jaħdmu bit-telework minn Għawdex.", "Nieħu pjaċir ngħid li din il-proposta għaddiet b'mod unanimu u konna bgħatnieha lill-Ministeru għall-Finanzi biex jikkonsidraha għall-Baġit.", "Sfortunatament, fil-Baġit ma rajna xejn dwar din il-proposta.", "Jien għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru responsabbli mix-xogħol biex jgħidilna għaliex din il-proposta ma ġietx ikkonsidrata, imma l-Ministru għax-Xogħol ma tantx deher li huwa entużjast dwar din it-tip ta' proposta.", "Bħala rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Gvern tista' tgħd x'se tkunu qegħdin tagħmlu biex, fi kliemek stess, nużaw dan it-tieni fibre optic cable ħalli l-Għawdxin ikollhom aktar opportunità ta' telework f'Għawdex?", "Mill-mod ta' kif ikellmuni n-nies, partikolarment bħalissa waqt l-imxija tal-pandemija, hemm bżonn kbir li t-telework għall-Għawdxin isir realtà.", "Imbagħad nixtieq nistaqsi wkoll dwar il-Gozo Innovation Hub, li huwa proġett tajjeb, iżda li, mill-informazzjoni li għandna min-naħa tal-Oppożizzjoni, jidher li s'issa ftit li xejn qed jiġi wżat bħala Innovation Hub.", "Xi strateġija għandu l-Gvern biex juża din l-għodda ta' fibre optic cable biex dan l-Innovation Hub, li sewa ħafna flus, jibda jimtela b'xogħlijiet ta' kwalità, kif wieħed kien u għadu jistenna, għall-benefiċċju tal-Għawdxin?", "Dawk huma l-mistoqsijiet li xtaqt nagħmel fir-rigward tat-tieni fibre optic cable.", "Għandi wkoll mistoqsijiet fuq il-bqija tal-preżentazzjoni li għamilt.", "X'tippreferi tirrispondini dwar il-mistoqsijiet li għamilt, jew tridni nagħmillek il-mistoqsijiet kollha?", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Fil-każ, nibdew topic topic, għax inkella bit-topics li missejt naħseb li nistgħu nkomplu sa għada.", "KEVIN CUTAJAR: Il-preżentazzjoni kienet twila wkoll.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Iva, imma pprovajt nagħti overview kemm jista' jkun konċiż.", "KEVIN CUTAJAR: Ma ġara xejn.", "Nimxu b'dak il-mod.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Onor. Cutajar, fuq kull binarju tista' tagħmel sagħtejn għaddej.", "Però pprovajt li mmiss l-issues kollha relatati mal-aċċessibbilità ta' Għawdex.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, bil-permess, nixtieq nagħmel mistoqsija jien ukoll fuq it-tieni fibre optic cable, sabiex tal-inqas inkunu eżawrejna l-kwestjoni kollha dwar dan is-suġġett, u mbagħad nimxu għal materji oħra.", "Sur Zammit, l-ewwel nett, nirringrazzjak għall-preżentazzjoni ferm eżawrjenti u estensiva li tajt.", "Ċertament, l-aħħar li stennejt huwa li se tagħmel referenza għal Federico II 'Stupor Mundi'.", "Fakkartni f'Palermo, is-sbuħija tagħha u ċerti pjaċiri oħra.", "It-tieni fibre optic cable, li fl-aħħar wasal, kien ilu mistenni, u tajjeb li l-operaturi tat-telekomunikazzjoni qegħdin jużawh.", "Tista' tgħidilna kemm qed jintuża medjament mill-kapaċità tal-ewwel fibre optic cable, kif ukoll tat-tieni fibre optic cable?", "Il-Gvern għandu l-intenzjoni li jiżviluppa metodi oħra ta' konnettività diġitali, pereżempju, permezz tas-satelliti?", "Naf li hemm operaturi f'Għawdex li kienu u għadhom qegħdin jużaw satellite uplinks, anke qabel ma' ġie kkummissjonat dan it-tieni fibre optic cable.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: L-ewwel nett, nirringrazzjakom tal-mistoqsijiet li huma interessanti ħafna fuq suġġett li kontinwament jinbidel maż-żminijiet.", "Peress li llum qed ngħixu f'era diġitali u teknoloġika, dan it-tieni fibre optic cable huwa fundamentali.", "Kif tafu, il-kapaċità li wieħed ikollu konnettività kontinwa u veloċi llum hija fundamentali.", "Illum ma tiftaħx stazzjoni tat-televiżjoni barrani u ma tarax kontinwament reklami ta' kumpaniji barranin li joffru l-aktar konnessjoni veloċi, regolari u mingħajr interruzjonijiet.", "Din mhijiex xi ħaġa esklussiva għall-gżejjer Maltin u Għawdxin, imma fid-dinja diġitali li qed ngħixu fiha, aktar ma' jgħaddi ż-żmien, din il-konnettività se ssir dejjem aktar fundamentali.", "Kif tafu intom, jien ormai okkupajt diversi karigi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar snin, u nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li waħda mill-ikbar problemi jew ostakli li kienu jsemmgħulna regolarment kumpaniji li jixtiequ jinvestu f'Għawdex, jew dawk li jiġu biex jagħmlu riċerka dwar Għawdex, kienet il-problema ta' backup fir-rigward tal-konnettività diġitali.", "Meta kont issemmilhom li Għawdex għandu konnessjoni diġitali waħda, nassigurak li kienet tkun qatgħa kbira fl-imsaren.", "Għas-sempiċi raġuni li l-ebda kumpanija ma kienet se tieħu r-riskju li tinvesti jew inkella tkabbar l-operat tagħha f'Għawdex meta qiegħed tiddependi fuq submarine fibre optic cable wieħed.", "Hawnhekk aħna lkoll Għawdxin u kollha niftakru meta kien hemm dak l-aċċident, jidhirli ta' vapur Tork, li bl-ankra tiegħu kien laqat cable bejn l-Armier u Kemmuna, u kien tefa' lil Għawdex fi problemi kbar.", "It-tieni fibre optic cable għaddej minn metru taħt qiegħ il-baħar, jiġifieri sa ċertu punt mhux se jkun hemm dak ir-riskju li jintlaqat minn xi ankra.", "Ovvjament, jien m'iniex espert ġeoloġiku, però jidher li din il-kwestjoni ttieħdet inkonsiderazzjoni.", "Qed insemmi dan l-eżempju pwerili biex nuri kemm dan l-aċċident f'sempliċi maltempata kien ħoloq problemi, u għalhekk kemm huwa essenzjali li jkollna dan il-backup.", "Dan il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex Għawdex, l-ewwel nett, ikun fuq l-istess livell ta' Malta, u t-tieni, nerġa' nenfasizza li jien kont smajt b'widnejja stess investituri inkwetati li jinvestu f'Għawdex ladarba ma kienx hemm backup.", "Nassigurak li, minn first hand experience, nista' ngħid li waħda mil-ikbar ostakli biex investituri jiġu lejn Għawdex kien il-fatt li ma kienx hemm second fibre optic cable.", "Issa, dan it-tieni fibre optic cable qiegħed hemm.", "Jien m'iniex qed nippretendi li dawn l-investituri mill-għada li saru jafu li hemm it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex se jiġu jiġru jinvestu f'Għawdex, speċjalment f'sena fejn hawn tant problemi madwar id-dinja kkawżati minn din il-pandemija.", "Sadanittant, nassigurak li tista' żżur l-Innovation Hub tax-Xewkija u tara li bdew deħlin diversi kumpaniji.", "Illum dan l-Innovation Hub m'għadux vojt.", "Tista' tmur u tesperjenza dan b'għajnejk.", "Dan is-sit f'dawn l-aħħar snin ġie kkonvertit minn post dilapidat għal Innovation Hub.", "Niftakar li darba kont żort dan il-post u konna ħrabna niġru 'l barra bl-ammont ta' ġrieden li kien hemm f'dik li aħna l-Għawdxin konna nsejħulha il-'Magna tal-Ħalib'.", "Minn post dilapidat, abbandunat, maħmuġ u ikrah fil-qalba tal-gżira Għawdxija, fuq l-arterja prinċipali ta' Triq l-Imġarr bejn l-Imġarr u l-Belt Victoria, biex illum għandna dan l-Innovation Hub li, għall-grazzja t' Alla, anke xħin tarah biss tieħu n-nifs u tgħid li it's not an eyesore anymore.", "Il-pass li jmiss hu li nattiraw aktar kumpaniji biex joperaw minn dan is-sit.", "Nassigurak li dan il-Gvern qed jistinka u jieħu l-passi kollha, kif jista' jikkonferma l-Ministru Camilleri, biex eventwalment dan is-sit attraenti jattira aktar kumpaniji biex jibdew joperaw minn Għawdex.", "Jekk Alla jrid, eventwalment din il-problema tal-pandemija nħalluha wara daharna u l-pass li jmiss huwa li dan l-Innovation Hub jimtela bix-xogħol.", "Il-mantra ta' dan il-Gvern dejjem kienet li jinħoloq ix-xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin.", "Preżenti hawn l-eks-Ministru għal Għawdex, membru ieħor ta' dan il-Kumitat kienet Ministru għal Għawdex ukoll, illum għandna lill-Ministru Camilleri, u lkoll jaqblu li l-mantra u l-għajta ta' dan il-Gvern tibqa' li jkompli jipprovdi x-xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin.", "Dan mhux qed ngħidu jien, imma qed jgħiduh il-figuri tal-istatistika nazzjonali maħruġa mill-NSO.", "Huma ċar li f'dawn l-aħħar snin ix-xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin żdied u żdied bil-qawwa, kif jgħid kull min joħroġ hemm barra u jiltaqa' mal-Għawdxin infushom.", "Illum il-qasam turistiku lanqas ma għadu staġjonali imma jattira turisti s-sena kollha.", "Nerġa' ngħid li, fir-rigward tal-Innovation Hub, minn post dilapidat, maħmuġ u mitluq, illum għandna state of the art business centre.", "Il-pass li jmiss hu li nattiraw aktar kumpaniji.", "Kif għedt, diġà beda jimtela b'xi kumpaniji, kif tista' tara b'għajnejk jekk tmur iżżuru.", "(Interruzzjonijet) Onor. Cutajar, m'għandix il-lista uffiċjali miegħi għax, nerġa' ngħid, li kieku qgħadt nidħol fid-dettall ta' kull suġġett, kieku għandna sal-11 tal-lejla!", "Però, mhux problema, insiblek il-lista tal-kumpaniji li hemm diġà jioperaw fl-Innovation Hub u ngħaddihielek.", "Però nassigurak li l-Gvern huwa kommess mija fil-mija li jkompli jimla dan l-Innovation Hub bix-xogħol.", "Nerġa' ngħid li rridu niftakru li bħalissa, madwar id-dinja, ħafna kumpaniji mondjali qed iħabbtu wiċċhom ma' problemi ferm ikbar, għas-sempliċi raġuni li kif nafu din il-pandemija mondjali tat daqqa ta' ħarta lil ħafna kumpaniji.", "Rigward il-Gozo Fibre Optic Cable Ltd, li hija l-kumpanija li bħalissa qed topera u tmantni lill-infrastruttura l-ġdida u li diġà nnegozjat u kkonkludiet ftehim kummerċjali ma' tliet operaturi.", "Ħa nkun onest: dettalji fuqha ma fittixtx, jiġifieri min huma x-shareholders, fost oħrajn.", "Però, ovvjament, din hija xi ħaġa li tista' tagħmel faċilment mistoqsija fuqha.", "Kif għedt, ma stajtx nidħol f'daqshekk dettall għal din l-overview għax kieku konna nispiċċaw indumu ħafna aktar.", "ANTON REFALO: Peress li jidher li se ndumu bil-mistoqsijiet, nistgħu nissospendu sabiex jagħmlilna preżentazzjoni s-Sur Daniel Cilia?", "JOSEPH ELLIS: Sur President, nimmaġina li n-Nutar Christian Zammit se jkollu jerġa' jiġi.", "ANTON REFALO: Jerġa' jiġi, ma jimpurtax.", "Pjaċir tiegħi.", "JOSEPH ELLIS: Milli rajt, il-preżentazzjoni tal-għaqdiet mhux governattivi hija pjuttost twila.", "ANTON REFALO: Għalhekk qed ngħid li nitolbuhom jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom.", "CLINT CAMILLERI (Ministru għal Għawdex): Jien nissuġġerixxi li nżommu mal-aġenda.", "Però jekk, kif qed jissuġġerixxi l-Ministru Anton Refalo, issir il-preżentazzjoni tal-għaqdiet mhux governattivi, ma nsib l-ebda oġġezzjoni.", "ANTON REFALO: Biex ma nħalluhomx jistennew ħafna.", "CLINT CAMILLERI: Iva, anke sabiex ma joqogħdux jinqalgħu darb'oħra.", "Nistgħu mbagħad naġġornaw għal ġurnata oħra sabiex inkomplu d-diskussjoni, għax jidher li se tieħu fit-tul ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil dwar dan?", "IS-SUR DANIEL CILIA (Moviment Graffiti): Sur President, grazzi talli aċċettajtu t-talba tagħna bħala numru ta' għaqdiet mhux governattivi.", "Nixtieq nispjega ftit x'inhija s-sitwazzjoni.", "Qegħdin fi żmien il-pandemija: jien kont l-Italja, kulħadd kien fid-dar tiegħu, imma konna niltaqgħu darba kull ħmistax ma' numru ta' rappreżentanti ta' dawn l-għaqdiet mhux governattivi biex niddiskutu l-konnettività t'Għawdex.", "Qed nippreparaw paper li se tiġi ppreżentata dalwaqt, b'mod li qbilna fuq ċerti affarijiet.", "Ma qbilniex fuq kollox għax hemm min huwa assolutament kontra l-mina.", "Hemm NGOs oħrajn li forsi jaraw l-affarijiet differenti.", "Dak li se nippreżenta llum huwa dwar dak li qbilna kollha fuqu.", "Se nkun qed nuri Powerpoint presentation li se nippreżentaha lill-Kumitat.", "Nippreżenta:", "31 - Powerpoint presentation intitolata \"Il-Konnettività ta' Għawdex\" (Dok.", "Naħseb li lkoll kemm aħna naqblu fuq ħaġa mill-aktar importanti.", "Kif qal in-Nutar Zammit qabli, mingħajr konnettività m'Għawdex, Għawdex imut u jispiċċa.", "Naħseb li kollha kemm aħna naqblu u naċċettaw dan il-konċett.", "Naħseb li l-aktar soluzzjoni sempliċi tkun prattikament li żżid aktar vapuri u jkun hemm aktar points fejn in-nies jistgħu jitilgħu u jinżlu.", "Kif nafu sew, ir-raba' vapur għamel differenza kbira.", "Rajna kif konna – u xi kultant għadna – bħal, pereżempju, meta l-vapur jidħol id-dockyard, kif kien ftit taż-żmien ilu, fejn mill-ewwel terġa' tinqala' l-problema.", "Dan barra li għandna l-problema ta' wieħed mill-vapuri – jidhirli l-'Malita' – li dejjem ikollu problemi b'dik l-imbierka bieba tiegħu.", "Malli niġu bi tliet vapuri, terġa' tinqala' l-problema.", "F'din il-slide – forsi antiċipajtuna – għax konna se nistaqsu dwar il-possibilità li jkun hemm punt ta' kuntatt bejn il-Port il-Kbir u Għawdex, b'mod li tasal malajr għal min jaħdem jew irid imur għal xi appuntament il-Belt.", "Biss, dan mhuwiex biżżejjed.", "Aħna tlabna wkoll xi ħaġa li kienet issir fil-passat.", "Niftakar jien kont nieħu l-hovermarine mill-breakwater ta' Marsalforn u nasal Tal-Pietà, bil-vjaġġ forsi kien jieħu 40 minuta.", "Dan is-servizz kien daħal fl-1989.", "Niftakar li dak iż-żmien kont diġà bdejt naħdem f'Għawdex bħala infermier.", "Kien ikollna xi appuntament f'Malta, kont nitlaq minn Marsalforn: it-traġitt kien jgħaddi x-Xatt, mix-Xatt xi kultant kien jidħol Kemmuna, imbagħad jidħol Buġibba, minn Buġibba jidħol Tas-Sliema, u minn Tas-Sliema jidħol f' Tal-Pietà, u lura.", "Personalment, il-vjaġġ kien joqtolni, għax kien vapur żgħir u jien għadni sal-lum inbati mill-baħar.", "Però s-servizz kien hemm.", "Kif issemma qabel, kien hemm id-'Denfil' u kien hemm – jidhirli – l-SS 'Calypso', jiġifieri din mhijiex xi ħaġa tal-lum.", "Li kienet sorpriża għalina bħala għaqdiet mhux governattivi kienet id-dikjarazzjoni li għamiltu nhar il-Ġimgħa li dan is-servizz se jkun biss għan-nies.", "L-istess, se nerġgħu mmorru fil-passat.", "Jien niftakar nitilgħu fuq il-vapur minn Għawdex u tinżel komdu komdu Tal-Pietà.", "Ma nafx għalfejn meta ftaħtu l-offerta, ma inkludejtux dan is-servizz.", "Forsi jista' jkun hemm catamaran li jieħu l-karozzi.", "Il-konċett li inti titla' fuq il-vapur, tixgħel computer, taqra ktieb, tgħid kelma, tara l-veduti, tinżel il-Belt bil-karozza u tmur fejn għandek tmur, huwa komdu ħafna.", "Dan apparti li tiffranka dak it-traffiku kollu ta' Malta li kollha kemm aħna ngħaddu minnu.", "Ma naħsibx li din il-proposta għandha tintrema.", "Nerġa nistaqsi: Għaliex ftaħtu dan is-servizz għall-passiġġieri biss?", "Il-berths biex jinżlu l-karozzi qegħdin hemm diġà, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Naħseb li nkunu qed niffrankaw ħafna traġitti.", "CLINT CAMILLERI: Waħda mir-raġunijiet hija li l-Gozo Channel se jkun qed jibqa' jgħabbi l-karozzi.", "Il-liberalizzazzjoni li qegħdin nissuġġerixxu mhux se jkun hemm ebda state aid għaliha u hemm il-PSO involuta fiha.", "Se jkun hemm liberalizzazzjoni assoluta.", "Jekk ikun hemm tnejn jew aktar kumpaniji li jridu joffru s-servizz, dawn se jkunu jistgħu joffru s-servizz.", "Fl-istess ħin irridu nibqgħu nsostnu lill-Gozo Channel.", "Waħda ma tistax toqtol lill-oħra, jew b'xi mod inpoġġu lill-kumpanija Gozo Channel u 'l-ħaddiema tagħha fil-periklu.", "Però, madanakollu, kif rajna fis-snin li għaddew, kien hemm diversi tentattivi sabiex ikun hemm din il-fast ferry, li sfortunatament minħabba kwestjonijiet legali u appelli, fost l-oħrajn, ir-riżultat ma kienx qed ikun wieħed li jippermetti li dan iseħħ.", "Issa morna għal deċiżjoni ta' liberalizzazzjoni assoluta għal min irid jinvesti u jopera.", "Naħseb li dan is-servizz se jkun qiegħed iservi l-iskop li wieħed jitlaq mill-Port tal-Imġarr, jasal direttament il-Belt, mill-Belt ikun jista' jaqbad il-Lift li jwasslu għal fejn il-bus terminus, u mbagħad jagħmel connection mal-bqija ta' Malta, u vici versa.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Nirringrazzja lill-Ministru.", "Hemm imbagħad il-problema tal-merkanzija.", "Tal-Pietà tlifnieha.", "Meta daħal il-yacht marina hemmhekk, kien hemm ftehim li ftit xhur wara se jingħata berth xi mkien fil-Port il-Kbir, il-Marsa, jew Kordin għall-merkanzija.", "Dan in-nuqqas joħloq problema.", "Kollha kemm aħna ngħaddu mill-problema li tkun qed issuq lejn ċ-Ċirkewwa, issib trakk quddiemek, u minħabba li dik it-triq saret ħażina, ġieli tispiċċa teħel warajh.", "Ma naħsibx li trid xi infrastruttura kbira, speċjalment dik il-parti fejn hemm il-guard rail tal-metall li qiegħda lane waħda.", "Darba minnhom waqaft għal sagħtejn għax inzerta ħabat trakk ġo xarabank.", "Jien kont warajh, u la stajt immur lura u lanqas 'il quddiem.", "Kollox weħel hemm.", "Hemm bankina fiha daqs din il-mejda li faċilment tista' ssir triq, għax mhux qed nara ħafna nies jippassiġġaw hemmhekk.", "Ma tridx xi infrastuttura ta' barra minn hawn biex twessa' din il-parti tat-triq.", "Niftakarni ngħid lill-eks-Prim Ministru Laurence Gonzi, meta kien għadu Prim Ministru, li aħna l-Għawdxin, sakemm dik it-triq se tibqa' hekk, se nibqgħu noffendu dak il-mument li xi ħadd iddeċieda li dik it-triq tkun lane waħda.", "Hekk għadha sal-lum!", "CLINT CAMILLERI: Biex nagħmel punt politiku, naħseb li dik hija d-differenza bejn dan il-Gvern u Gvern preċedenti.", "Gvern preċedenti kien idejjaq it-toroq u dan il-Gvern, fejn jista' u fejn huwa possibbli bl-inqas ħsara lill-ambjent, inwessgħu t-toroq sabiex ikollna aċċess aħjar għal dawk kollha li jużaw il-vetturi, li huwa l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi.", "(Interruzzjonijet) Onor. Cutajar, intom dejjem issibu x-xagħra fl-għaġina!", "Iva, fejn hemm bżonn jinqalgħu s-siġar.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Hemmhekk m'għandniex problemi ta' siġar.", "CLINT CAMILLERI: Jekk ikun hemm bżonn li jkun hemm tħawwil mill-ġdid ta' siġar, nagħmlu dan ukoll.", "Però, bħas-soltu tagħkom, … (Interruzzjonijet)", "IS-SUR DANIEL CILIA: Iva, imma n-nies x'qed jagħmlu llum?", "Ilkoll kemm aħna naraw dan.", "Illum in-nies qed jaqbżu minn ġewwa.", "B'mod awtomatiku, jekk tara l-vapur se jitlaq, se tagħfsilha biex tilħaq il-vapur, għax ma tridx tagħmel dik in-nofs siegħa aktar tistenna.", "It-triq għandha titwessa' ftit hemmhekk għax – nerġa' ngħid – jekk jinqala' inċident, jeħel it-trasport kollu lejn Għawdex f'dik is-siegħa, sagħtejn sakemm dak l-inċident jiġi rranġat, u ħadd ma jista' jmur lejn il-vapur.", "JOSEPH ELLIS: Jekk nista' ngħid xi ħaġa f'dan ir-rigward, din mhijiex problema hemmhekk biss.", "Kif qal il-President, l-iskop kien li jikkalma t-traffiku lejn Għawdex għal kulħadd, għax dan – ibda minni – xħin tkun qed toqrob lejn il-vapur tgħaġġel aktar ħalli tilħqu żgur.", "Dik hija s-saħta tagħna l-Għawdxin li trid tilħaq il-vapur, u allura dejjem tellieqa kontra l-ħin.", "Però nerġa' ngħid li hija problema wkoll, pereżempju, fit-telgħa tax-Xemxija sal-Mellieħa, fejn m'hemmx fejn taqbeż karozzi oħrajn.", "Jekk tiġi wara trakk, se jkollok toqgħod tistenna.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Ħalli niġi għas-suġġett tal-mina.", "Jiena personalment, u ħafna nies bħali, sakemm kellna f'moħħna li din il-mina se ssir mill-Gvern u tkun issapportjata mill-Gvern, konna qed narawha b'ċertu mod.", "Imma issa li sirna nafu li din il-mina se tkun ta' u tkun immexxija minn kumpanija privata, nifhmu li kumpanija privata mhijiex se tidħol għall-Għawdxin, imma għall-profitt li se tagħmel fl-aħħar tas-sena.", "Allura l-goalposts tbiddlu ftit.", "Ejja nimmaġinaw li kieku l-mina hija miftuħa u kollha rridu mmorru Għawdex illejla.", "Ovvjament, din se ssolvi ċerti problemi.", "Wara kollox hemm problemi li ma nistgħux noqogħdu nistennew din il-mina titlesta biex nindirizzawhom, imma rridu nsibu soluzzjoni għalihom illum.", "Milli qal l-espert Norviġiż, Eivind Grov – ma nafx għadux konsulent illum il-ġurnata, imma kienu ġabuh iż-żewġ Gvernijiet u allura naħseb li t-tnejn jaqblu miegħu – jidher li biex titħaffer il-mina trid madwar tliet snin, imbagħad madwar sena u nofs oħra biex titranġa.", "Dan wara l-feasibility studies u l-geological studies li għad iridu jsiru.", "Hemm numru ta' studji ġeoloġiċi li saru mill-Gvern, imma dawn mhux biżżejjed biex inti tibda tħaffer.", "Għalhekk, żgur li l-kumpanija privata għandha bżonn aktar informazzjoni.", "Issa niġi għas-sitwazzjoni tal-konsorzja.", "Pereżempju, inti għadek kif għamilt żball żgħir.", "Ma nafx għalfejn ngħidu dejjem żewġ konsorzja u żewġ kumpaniji.", "Dan mhux veru għax hemm tliet konsorzja u kumpanija.", "Hemm differenza.", "Għandek il-kumpanija li llum jisimha WeBuild, li l-Gvern donnu lanqas induna li biddlet l-isem, għax fl-affarijiet tal-Gvern għadha tidher bħala s-Salini Imperiglio Group S.p.A. Din hija kumpanija tajba, għax kienet waħda mill-kumpaniji li bnew il-pont ta' Ġenova ddisinjat minn Renzo Piano, jiġifieri qed nitkellmu fuq kumpanija rinomata.", "Hemm il-konsorzju li hu magħmul mill-Equitix, fejn għandek financial group behind them għax huma ma jagħmlu xejn ħlief put up the money front.", "Għandek il-Ġappuniżi, it-Torok u l-Franċiżi, li hija kumpanija importanti u serja ħafna wkoll.", "Imbagħad niġu għat-tnejn l-oħra, fejn għandek iċ-Ċiniżi li huwa l-istess grupp Ċiniż li semmejt int qabel, li bena ċ-China Dock.", "F'Awwissu li għadda, l-Amerikani qalu li m'hemmx kumpanija Amerikana li trid taħdem magħhom, għax dawn jagħmlu minn kollox, bħal korruzzjoni, ħasil ta' flus u qerda tal-ambjent.", "Dawn huma l-istess kumpanija li tawna l-proġett tal-pont, fejn aħna l-Għawdxin qatt ma rajna lil ħadd, la n-naħa tal-Qala u lanqas in-naħa tal-Armier, jagħmel xi studji.", "Dan l-istudju donnu waqa' mis-sema', u meta tawhulna kien ħażin ukoll, għax għamlu projection ta' pont li jdur ma' Kemmuna fuq żona li hija Natura 2000, u allura ma tistax tiġi mittiefsa.", "Il-pylons hemmhekk qatt ma setgħu … Din hija l-aktar ħaġa sempliċi, li anke tifel tal-iskola jafha, li fejn huma żoni ta' Natura 2000 f'Malta u f'Għawdex qatt ma tista' ssir mina.", "Jiġifieri x'kumpanija hija din?", "Imbagħad hemm il-kumpanija ta' Hugo's Group li jmexxu l-lukandi.", "Ma nafx jekk tafux ukoll li magħhom hemm il-kumpanija Alberta.", "Hemm ukoll it-Titan International, li hija parti minn Mizzi Organization, li hija kumpanija Maltija.", "Dawn ingħaqdu flimkien bħala konsorzju biex jipproponu dan il-proġett.", "Dawn darba kienu semmew on-the-above- seabed tunnel, li prattikament hija mina li tkun mibnija bil-konkrit minn qabel u titpoġġa fil-qiegħ il-baħar.", "Din toħloq problema li semmieha s-Sur Zammit aktar qabel, għax hemm parti b'fond ta' 120 metru, jiġifieri hija diffiċli ħafna.", "Dak it-tip ta' mini jsiru f'postijiet bħad-Danimarka fejn għandek ir-ramel u allura huwa faċli biex tpoġġihom.", "Issa naraw min se jiġi magħżul għal dan il-proġett.", "Ssadanittant, f'dawn il-ħames snin sakemm jitlesta l-proġett, se nwaqqfu l-investimenti fl-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa?", "Dawn l-investimenti ma jistgħux jieqfu.", "Ladarba mbagħad il-mina tkun lesta, aħna l-Għawdxin mhux se niġu aktar dipendenti minn Malta minn qatt qabel?", "Inti liema Gvern se jinvesti, pereżempju, f'xi tip ta' operational theatre ġdid fi sptar jekk hemm wieħed Malta li tista' tasal għalih b'ambulanza?", "Jista' jkun li forsi n-nies tal-Mellieħa jibdew jiġu Għawdex ukoll?", "Għala le, aħna mhux pajjiż wieħed?", "Ħaġa li tinkwetani ħafna, li kien semmieha Dr Franco Mercieca meta 'Wirt Għawdex' kienu organizzaw seminar f'Għawdex, u kienu semmewha ukoll xi nies oħra fl-udjenza, hija li ladarba jkun hemm il-mina vapur wieħed ikun biżżejjed.", "M'għandniex bżonn aktar minn vapur wieħed li jieħu l-merkanzija perikoluża, u mbagħad il-kumplament jaqsmu mill-mina.", "Naturalment, il-privat, li se jinvesti fil-mina jekk irid, dan ma jridx li jkun hemm kompetizzjoni miegħu, għax inkella n-nies se jibqgħu jieħdu l-vapuri.", "Imma ejja naħsbu naqra x'jiġri jekk allaħares qatt ikun hemm fault u din il-mina tingħalaq għal ġimgħa: x'se nagħmlu b'vapur wieħed?", "Illum nafu s-sitwazzjoni kif inhi.", "Ma rridx noqgħod inbeżża', imma dawn affarijiet li ġraw.", "Fil-Mont Blanc Tunnel ħabat trakk u l-mina ngħalqet għal tliet snin sħaħ, jekk mhux aktar!", "Esperjenzajt dan personalment, għax mort nipprova ngħaddi minnu wara tliet snin u l-lane kienet għadha mhijiex irranġata kollha.", "Fil-fatt, dam sa sitt snin sakemm ġie jaħdem b'mod normali.", "Jiġifieri x'se nagħmlu jekk ma jkollniex backup ta' vapuri?", "Se naħdmu b'vapur wieħed biss?", "Minn dan is-suġġett kollu tal-mina, din hija waħda mill-aktar affarijiet li tbeżżagħni.", "Allaħares niġu f'dik is-sitwazzjoni, għaliex Għawdex jiġi agħar milli hu llum.", "Ma jistax ikun li jekk ikun hemm problema fil-mina, Għawdex jieqaf kompletament.", "Jien ma nafx tiftakrux meta kien hemm żmenijiet fejn il-vapur ta' Għawdex ma kienx jaħdem u l-gazzetta kienet iddum jumejn biex tiġi Għawdex.", "Se nerġgħu niġu f'dik is-sitwazzjoni?", "Naturalment hemm modi oħrajn ta' trasport.", "Pereżempju, ir-rotta X300 li għadha kif daħlet, hija xi ħaġa fid-direzzjoni t-tajba.", "Ministru, ngħid ukoll li l-Assoċjazzjoni tal-Ħaddiema f'Malta qalu li għandkom bżonn tirreklamaw aktar, għax ħafna ħaddiema Għawdxin, believe it or not, għadhom ma jafux b'din ir-rotta.", "Ma nafx għala fid-dinja tal-lum ...", "CLINT CAMILLERI: Jekk l-Assoċjazzjoni tal-Ħaddiema f'Malta qed jgħidu hekk, sta għaliha li tinforma lill-membri tagħha.", "Dan kien hemm press release wara l-oħra dwar dan is-servizz.", "Ma nafx x'nistgħu nagħmlu aktar.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Nerġa' ngħid li kien pass fid-direzzjoni t-tajba.", "JOSEPH ELLIS: Sa bus ħadtu Għawdex biex tirreklamawha!", "IS-SUR DANIEL CILIA: Imbagħad hemm ħafna modi oħra li kulħadd jaf bihom kif wieħed jista' jasal Għawdex.", "Semmejna s-servizz bl-ajru: forsi xi ħaġa li ntesiet hi li kien hemm pjan biex jew issir runway żgħira ħafna eżatt fuq l-istess imprint li għandu llum l-heliport, jew inkella bi ftit sagrifiċċju ta' art issir runway naqra aktar twila mingħajr ħafna problemi.", "Dan kien proġett li ssemma fl-2009 u kien maqbul prattikament minn kulħadd, foshtom il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex, il-Ministeru ta' Għawdex u anke l-organizzazzjonijiet, kemm tan-negozju kif ukoll tat-turiżmu, f'Għawdex.", "Għaliex xi ħaġa kważi daqshekk sempliċi għandha tkun daqshekk diffiċli li ssir?", "Kien hemm pjan li jkollok ajruplan li jieħu 19-il ruħ u li kemm jista' jkun ma jagħmilx la tniġġiż u lanqas storbju.", "Kieku dan il-pjan twettaq, kieku llum dan is-servizz qed jaħdem.", "Għalfejn ċerti affarijiet li mhumiex daqshekk ikkumplikati ntawluhom għal dejjem ta' dejjem?", "U dan, speċjalment meta jkun hemm qbil minn kulħadd, bħalma kien hemm f'dan il-każ.", "Niġi issa biex nitkellem, mingħajr ma nidħol fid-dettall, fuq il-famuża metro ta' bejn Malta u Għawdex, u ta' Malta kollha.", "Dan il-proġett jeħtieġ kunsens mill-Gvern u l-Oppożizzjoni, għax huwa proġett li jieħu fit-tul u wieħed irid ikollu foresight għalih.", "Din mhijiex xi ħaġa li se titlesta malajr.", "Dan l-aħħar kellna progress fir-rigward, meta ltaqa' l-kumitat ta' Reġjun Għawdex fejn kellek sindki li qablu u oħrajn li ma qablux dwar dan il-proġett.", "Hemm min ma jridx il-mina u hemm min ma jridx ħaġa jew oħra.", "Però, jekk qablu fuq xi ħaġa, kienet li jekk ikun hemm mina, din għandha tkun bħala parti mill-metro u mhux għall-karozzi idealment.", "Qal dan il-President ta' Reġjun Għawdex, jiġifieri idealment ikun hemm mina li tgħaqqad lil Malta b'sistema ta' metro ma' Għawdex.", "Immaġinaw x'ħolma dik, li tinżel ir-Rabat, taqbad metro u f'20/25 minuta tasal il-Belt, Mater Dei, l-Università jew l-Ajruport.", "(Interruzzjonijiet) Il-problema hi li ż-żewġ strutturi ma jmorrux ma' xulxin.", "Hija misunderstanding li mina tal-karozzi tista' tiġi magħmula b'mod li tingħaqad ma' metro.", "Qed ngħid dan mhux għax nifhem, imma għax staqsejt, jiġifieri jew waħda jew l-oħra.", "Ma tistax tgħaqqadhom ma' xulxin għax l-istruttura tagħhom hija kompletament differenti.", "Din l-islide turi kju kbir ta' karozzi jistennew il-vapur.", "Niftakar li l-Ministeru għal Għawdex dak iż-żmien kien għamel ħafna reklami u kienu telgħu ħafna Maltin Għawdex għall-aħħar tas-sena.", "Dan ir-ritratt hu meħud fit-30 ta' Diċembru, meta jien kont ġej minn Għawdex.", "It-traffiku kien jitlaq miċ-Ċirkewwa u jibqa' sejjer sal-Mellieħa isfel, fejn hemm żewġ lanes mimlija karozzi.", "Qed nitkellmu fuq distanza ta' erba' kilometri.", "Hawn irridu niftakru li l-mina tista' toħloq problemi simili.", "Inti biex tidħol fil-mina trid tieħu ċertu spazju, xi 30 metru minn waħda għal oħra.", "Pereżempju, din l-islide turi ritratt li ttieħed fl-aħħar Għid fl-Iżvizzera u turi kjuwijiet twal ta' karozzi jistennew biex jidħlu fil-mina.", "Dan mhux għax kien hemm aċċident, imma sempliċement qed jistennew biex jaqbdu l-mima.", "F'Għawdex, lanqas jekk irridu m'għandna fejn nagħmlu kju ta' 14-il kilometru!", "Qed ngħid dan biex nuri li l-mina mhux se tfisser li mhux se jkun hemm kjuwijiet, jiġifieri ma nistgħux inpinġu xi viżjoni bħal donnu l-mina se ssolvi l-problemi kollha.", "Se ssolvi ħafna problemi, imma tista' taqla' problemi oħrajn.", "Għalhekk ma nistgħux inpoġġu kollox f'keffa waħda.", "Dan huwa ritratt ieħor meħud fl-istess perjodu f'Mont Blanc fejn kien hemm kju ta' tliet sigħat biex jidħlu fil-mina.", "Il-mini kollha hekk jagħmlu, għax inti trid tidħol bil-mod u tistenna.", "M'hemmx mod ieħor, speċjalment mini bħal dawn li nzertaw kollha one lane each way, kif inhi pproġettata l-mina ta' Għawdex.", "Ovvjament, il-karozzi se jimxu aktar bil-mod.", "Niġi issa biex nitkellem fuq is-sussidji.", "Il-Gvern diġà qal li mhux se jkun hemm sussidji, jiġifieri l-prezz tas-servizz se jkun deċiż kompletament minn min se jibni l-mina.", "Din hija xi ħaġa li tinkwetana.", "Jekk immorru għal xi ħaġa simili li hija proprjetà tal-Gvern Franċiż u Taljan, li hija l-mina fil-Mont Blanc, u nħarsu lejn il-prezzijiet ta' din is-sena, biljett one way għal karozza jiswa mas-€47 u bir-return mad-€59.", "Nistgħu nimmaġinaw li aħna l-Għawdxin li naqsmu ta' kuljum, jew it-turisti u d-day trippers Maltin se jħallsu dak it-tip ta' ammont?", "Ejja ma noqogħdux ngħidu jew inbeżżgħu li dan jiddependi fuq in-numru ta' karozzi li jużaw il-mina.", "Mill-mina tal-Mont Blanc għaddew inqas karozzi milli qasmu minn Malta għal Għawdex fis-sena ta' qabel il-pandemija.", "Bejn Malta u Għawdex għaddew, jidhirli, 1,700,000 karozza u mill-mina fil-Mont Blanc għaddew ftit inqas.", "Aktar agħar huwa l-prezz tal-biljett għall-containers, fejn fil-Mont Blanc biljett bir-return jiswa €500.", "Lill-kumpaniji f'Għawdex nistgħu nagħtuhom dan it-tip ta' prezzijiet?", "Għax faċli tgħid, imma xħin tara l-affarijiet kollha, l-istampa tidher mod ieħor.", "Minn kif jidher bħalissa, il-mina t'Għawdex se tkun kompletament tal-privat.", "Kull mina li saret fid-dinja, inkluż mini kbar, ġew jiswew ħafna aktar milli kien ipproġettat, jiġifieri anke dak il-fattur se jgħolli l-prezz tal-biljett.", "Imbagħad, naturalment, hemm il-kumplikazzjonijiet tat-tħaffir.", "Waħda mill-affarijiet li semmejt fuq il-Ġappuniżi kienet il-problema tal-faults.", "Forsi dak iż-żmien it-teknoloġija ma kenitx toffri l-possibilità biex isiru ċerti strutturi li jifilħu għall-faults.", "Bejn Malta u Għawdex hemm 17-il brama, jiġifieri faults, li l-mina trid tgħaddi minnhom bilfors.", "Dan skont studju minn MacDonald, jiġifieri mhux xi ħaġa li qed nivvintawha hekk.", "Imbagħad għandek il-faults il-kbar li Kemmuna hija mibnija minnhom, fejn prattikament niżel il-ġebel fuq iż-żewġ naħat u fformat Kemmuna.", "Dan huwa fault kbir ħafna.", "Kif inħobbu ngħidu, kollox jista' jsir, anke mina fir-ramel, imma l-ispiża se tiġik aktar għolja u se tieħu aktar żmien biex tlesti l-proġett.", "Apparti dan, il-Ministru Ian Borg qal xi ħaġa lil xi ħadd over a table dwar il-fatt li hemm isfel hemm pockets żgħar ta' gass li jistgħu jaqilgħu aktar problemi.", "Meta l-boring machine tkun qed tħaffer hemm isfel, dan il-gass irid jitneħħa, għax jekk il-boring machine tmiss mal-gass, il-boring machine tinqered.", "U nafu kemm jiswew dawn il-boring machines.", "Dawn huma kollha sitwazzjonijiet li aħna nixtiequ nkunu nafu aktar fuqhom.", "L-istudji ġeoloġiċi li hemm huma ftit ħafna u għalhekk hemm bżonn li joħorġu aktar studji biex inkunu nafu x'inhu jiġri.", "Imbagħad għandek ukoll il-kwestjoni tal-maintenance.", "Min se jagħmel il-mina, minbarra l-cost li għandek biex tħaffer u tagħmel il-cladding, irid jaħseb ukoll fil-maintenance.", "Illum hawn ħafna sistemi, inkluż sistema eċċezzjonali li prattikament tibnilek il-mina waħedha, speċjalment jekk issib il-blat tajjeb tal-franka li għandna f'Malta.", "B'hekk il-mina tkun tista' ssir malajr, dejjem jekk ma jkunx hemm problemi tal-faults u tal-gass.", "Naturalment, bħala NGOs, inkluż numru ta' ENGOs, jinkwetana ħafna l-fatt li żoni bellezza bħall-Pwales u taħt in-Nadur li se jiġu kompletament milquta.", "Wara li tinbena l-mina se jkun hemm sfreġju ambjentali.", "Ma jistax ikun mod ieħor.", "Ma jistax ikun li inti tagħmel mina u t-trakkijiet li se jidħlu u joħorġu minnha ma jħallux effett fiż-żona fejn se jkun hemm il-ftuħ tal-mina, kemm min-naħa ta' Malta kif ukoll min-naħa ta' Għawdex.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-ħsejjes, fejn in-Nadur se jiġi affettwat żgur mill-boring tunnel, għax dan se jinstema'.", "Il-Pwales se jiġi affettwat ukoll, imma fil-Pwales hemm inqas residenti.", "Dan hu kollu tħassib li wieħed irid jaħseb fuqu wkoll.", "Naturalment, hemm ħtieġa ta' pjan fit-tul għat-trasport, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Hemm problema oħra li mhijiex tissemma relatata mat-trakkijiet li, skont il-policy tal-Ewropa, biex jgħaddu minn mini jridu jkunu Euro V. F'pajjiżna 67% tal-vetturi għandhom aktar minn għaxar snin, jiġifieri ma jistgħux jgħaddu mill-mina.", "Din hija xi ħaġa li rridu naħsbu għaliha wkoll.", "Huwa minnu li għandna 5 snin biex issir il-mina u allura forsi ħafna trakkjiet jilħqu jinbidlu; imma l-kumpaniji li għandhom trakkijiet antiki jridu jibdluhom, għax inkella skont il-policy tal-Ewropa ma jistgħux jużaw il-mina.", "Nixtieq insemmi wkoll dokument dwar l-Istrateġija Nazzjonali għat-Trasport li kienet ħarġet Transport Malta fl-2016, li huwa dokument tajjeb ħafna.", "Wieħed għandu jarah u hemm anke video dwaru.", "Fl-2016 kien hemm ammont xokkanti ta' karozzi fit-toroq ta' Malta.", "Issa, jekk Għawdex se jkun maqgħud ma' Malta bil-mina, il-problemi ta' Malta se jsiru ta' Għawdex ukoll, għax in-nies se jibdew ġejjin u sejrin lejn Għawdex.", "Ovvjament, dan jekk il-prezzijiet ma jkunux għoljin ħafna, għax inkella ħadd mhu se joqgħod jaqsam wisq bil-karozza lejn Għawdex.", "Ovvjament, illum l-ammont ta' karozzi fit-toroq kompla jiżdied.", "Dan l-aħħar smajna li issa qbiżna l-400,000 karozza fit-toroq ta' Malta.", "Hemm imbagħad NGOs, bħall-Gozo Tourism Association, li mhijiex taqbel mal-mina, għax minn studji li għamlet jidher li se jkun hemm aktar problemi għat-turiżmu f'Għawdex bil-mina.", "Għandek ukoll is-sitwazzjoni li bħalissa Għawdex qed jinbena b'mod sfrenat.", "Ilkoll kemm aħna nafu li ċerti żviluppaturi qed jgħidu: Ixtru l-proprjetà issa, għax meta jkun hawn il-mina l-prezzijiet se jogħlew aktar u allura x-xiri ta' proprjetà f'Għawdex hu investiment.", "Dan qed iwassal biex f'Għawdex kullimkien qed jinbena u kullimkien krejnijiet, bħalma hi s-sitwazzjoni fix-Xagħra.", "Ovvjament, jekk se jkun hemm aktar karozzi trid tbiddel it-toroq, tagħmilhom aktar wesgħin u trid tieħu aktar għelieqi.", "Dan wieħed bilfors irid jadegwa ruħu skont l-ammont ta' karozzi li se jibda jiġi lejn Għawdex permezz tal-mina.", "Waħda mill-isbaħ affarijiet f'Għawdex li naħseb ilkoll naqblu fuqha hi li l-villaġġi għadhom maqtugħin minn xulxin bl-għelieqi bejniethom, xi ħaġa li f'Malta ntilfet.", "Però rridu nistaqsu: Din se tibqa' hekk?", "Se nieħdu ħsiebha?", "Ix-Xewkija u Għajnsielem prattikament żona żgħira hemm bejniethom.", "Għandna x-Xagħra, iż-Żebbuġ u n-Nadur diffiċli li jingħaqdu ma' raħal ieħor, allavolja n-Nadur min-naħa tal-Qala sejrin lil hemm ukoll.", "Naturalment, id-domanda għall-proprjetà qiegħda hemm.", "Għandna sitwazzjoni oħra li tinkwetani li hija l-ħafna l-gideb – skużawni qed nuża din il-kelma, imma m'hemmx mod ieħor – li Infrastructure Malta qed tippreżenta dwar dan il-proġett tal-mina.", "Frederick Azzopardi għamel presentation fejn qal li:", "Ma jistax ikun li jkun veru!", "Din hi l-pjanta li ppreżentat Infrastructure Malta lill-konsorzja fejn qalulhom: Minn hawn tridu tibdew.", "Issa, jekk taraw din il-pjanta fid-dettall, għax fuq l-iscreen in-numri huma żgħar biex tarawhom, tindunaw li din il-famuża buffer zone hija 1.5 metri.", "KEVIN CUTAJAR: Meta qed tgħid \"minn hawn tridu tibdew\" qed tirreferi għal xi pjanta?", "IS-SUR DANIEL CILIA: Hawn pjanta cross section tal-mina li huma offrew.", "Kien hemm ieħor qabel ...", "CLINT CAMILLERI: Jien ma nafx id-dettalji eżatt, imma jekk qed nara tajjeb, inti għandek range ta' xi 3.5 metri, li huwa usa' milli tgħaddi karozza.", "X'aktarx l-emergency lane tkun qed tieħu biċċa minn lane u biċċa minn lane oħra, u għalhekk tinħoloq lane oħra fis-sens li tista' tgħaddi minn bejn il-karozzi, jekk il-karozzi jiġġenbu.", "Normalment karozza hi wiesgħa massimu ta' 2 metri.", "Kieku għedtli 2 metri ...", "CLINT CAMILLERI: … 1.5 metru apparti l-lane.", "Karozza qatt ma tieħu 3.5 metri.", "Biex inġib eżempju sempliċi ħalli niftiehmu: meta niddisinjaw parkeġġ biex toqgħod karozza bl-eżatt jew ftit aktar, il-wisa' jkun ta' bejn 1.8 metru u 2 metri, ovvjament dan għal vetturi standard.", "Ovvjament, jekk għandek trakk jew bus, l-ispazju jkun usa'.", "Ma nafx id-dimensjonijiet bl-eżatt, imma l-wisa' massima ta' trakk mhux se tkun aktar minn 2.5 metri.", "Xi rrid ngħid b'dan?", "Ma nafx id-dettalji bl-eżatt, imma din l-emergency lane se tkun qed tieħu miż-żewġ lanes l-oħra biex vettura tkun tista' tgħaddi.", "Dak li qed nipprova ngħid.", "I stand to be corrected, għax kif għedt ma nafx id-dettalji.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Dak li qed tgħid huwa veru; imma, jekk tara close-up ta' din il-pjanta li hija magħmula to scale, il-karozza hi Mini.", "Issa kulħadd jaf kemm hi wiesgħa karozza Mini.", "CLINT CAMILLERI: Inti trid taqbad qies standard.", "Kull meta niddisinjaw pjanti, nikkonsultaw dak li nsejħulu n-Neufert (Architects' Data) għal diversi fatturi: l-istandard tal-vetturi, standard ta' lanes u standards ta' Transport Malta.", "Ma tistax taqbad u tixħet images bl-amment, għax viżwalment tista' tkun misleading jekk ma tivverifikax mal-istandard.", "Importanti li jkun hemm fairness miż-żewġ naħat.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Iva, imma l-fairness jitlob ukoll li naraw x'inhu jiġri barra minn pajjiżna.", "Jien semmejt tliet mini li huma l-istess tul, li huma l-Fréjus, il-Gotthard u l-Mont Blanc.", "Dawn kollha saru fil-ħamsinijiet u kollha għandhom l-istess struttura, kif inhu ppjanat li ssir il-mina f'din il-pjanta li għandna hawnhekk.", "Id-differenza hija li l-Fréjus din is-sena għadhom kif fetħu mina oħra mhux biex jgħaddu aktar karozzi, imma sempliċement għall-emerġenza.", "Dawn huma problemi reali li tistgħu taqraw aktar fuqhom online.", "CLINT CAMILLERI: Għandek raġun, m'iniex immerik.", "Hemm bżonn ta' aktar konsultazzjoni.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Il-problema hi li jekk ikun hemm ħabta jew jekk wieħed jibbrejkja l-karozza, din tmurlek sideways u tagħlaqlek il-lane mill-ewwel.", "Dawn huma studji li saru f'dawn it-tliet mini li huma eżatt il-wisa' tal-mina li qed nipproġettaw li nibnu.", "Jien ma qgħadtx insib mini oħra li hemm fl-Italja li huma aktar wiesgħa, imma qed insemmi mini bl-istess wisa' bħalma hi tagħna.", "Meta jkun hemm inċident, tinħoloq problema kbira, għax ma hemmx lane ta' emerġenza.", "Pereżempju, il-Mont Blanc fin-nofs eżatt għandhom 24 hour-manned fire engine station u l-fire engine hija magħmula apposta li tista' tmur 'l hawn jew 'l hemm, jiġifieri l-isteering qiegħed fuq wara u fuq quddiem fl-istess ħin.", "Din hija fire engine żgħira ħafna biex tkun tista' tasal fuq il-post.", "Fil-fatt, hemmhekk qed jippjanaw li jagħmlu mina oħra.", "Allura aħna, jekk se nibnu mina llum, se nibdew mill-ewwel ħażin?", "Ħafna drabi dik hi l-problema tagħna.", "Dan jekk il-mina se taqla' aktar problemi milli ssolvihom, allura aħjar ma nagħmluhiex.", "Se nispiċċa bl-aħħar slide li jmiss, għax ma rridux nkunu negattivi jew nikkritikaw biss.", "Din hija l-mina li hi pproġettata minn Infrastructure Malta li tagħti lill-konsorzja, fejn qed nitkellmu dwar mina ta' 13.9 metri.", "Din se tiġi tiswa aktar, mhux qed ngħid li se tkun irħas; imma, fl-opinjoni tiegħi, hemm bżonn li jkun hemm żewġ lanes.", "Din hija s-soluzzjoni li nstabet f'Madrid, fi Brisbane u f'ħafna postijiet oħra.", "Inti qed tuża l-istess boring machine ta' 14-il metru, imma tuża l-bore kollu u mhux tħaffer il-biċċa ta' taħt u tgħaddi l-wires u l-affarijiet biss.", "Din hija sistema li biha jista' jkollok dik il-famuża emegency lane fejn tgħaddi l-ambulanza, jiġifieri tkun hemm mingħajr problemi ta' xejn, waqt li taħt għandek għaddej il-maintenance kollu.", "Jiġifieri anke ambulanza oħra tista' tgħaddi minn hemmhekk, jekk ma tkunx għolja ħafna bħala saqaf u tkun mibnija apposta.", "Il-maintenance jgħaddi minn hemm u tkun emergency ukoll f'każ li jinqala' xi ħaġa.", "F'dan il-każ, Transport Malta pproġettat lanes fil-ġenb.", "Dawk jitilqu u jagħmlu kif għamlu fil-Mont Blanc; jekk jinqala' xi ħaġa, wieħed juża l-pressurised rooms u jista' jinżel fil-mina li tkun għaddejja minn taħt.", "KEVIN CUTAJAR: Qed tgħid li jkun hemm two storeys?", "IS-SUR DANIEL CILIA: Diġà qisha two storeys.", "Iva, l-proġett jiġi jiswa aktar, imma mhux to that extent bħalma huwa li tħaffer żewġ mini biex tagħmilha aktar wiesgħa.", "Soluzzjoni hemm: ejja nipprovaw li jekk se nagħmlu mina, nagħmluha b'mod li sservi għal ħafna żmien u li jibqa' jkollha backup b'mod ta' trasport ieħor.", "Nirringrazzjak.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, nixtieq nagħmel punt żgħir.", "Din kienet preżentazzjoni interessanti ħafna u napprezza li jkollna kopja.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Fil-fatt għalhekk ippreżentajtha lill-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Naħseb li fil-laqgħa li jmiss nistgħu nkomplu bil-mistoqsijiet lin-Nutar Christian Zammit.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Fil-każ, ikunu preżenti l-NGOs li llum ma tkellmux.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, id-darba li ġejja titkellmu intom.", "JOSEPH ELLIS: Forsi nagħmlu anke xi mistoqsijiet lis-Sur Cilia fuq ċerti punti li qajjem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tajjeb jekk niltaqgħu bħal-lum ħmistax?", "Nibdew inżommu seduta kull ħmistax.", "Mela l-Kumitat jerġa' jiltaqa' t-Tnejn, 15 ta' Marzu 2021, fl-4.30 p.m. bl-istess aġenda.", "Il-Kumitat issa huwa aġġornat.", "Grazzi tal-koperazzjoni.", "Fis-6.28 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20210301_014d_gpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "LAQGĦA NRU 14", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta fl-4.46 p.m.", "L-Onor.", "Anton Refalo, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għal Għawdex l-Onor.", "Kevin Cutajar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 13, li saret fit-13 ta' Ottubru 2020, ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Anton Refalo fetaħ l-erbatax-il laqgħa ta' dan il-Kumitat billi informa lill-mistednin ta' din il-laqgħa li l-proċedimenti huma kollha pubbliċi u ser jiġu mxandra fuq is-sit tal-Parlament ta' Malta u anke fuq it-television channel tal-Parlament.", "Informa ukoll li l-preżentazzjonijiet li jsiru u jiġu ppreżentati lill-Kumitat, huma wkoll pubbliċi sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.", "L-AĊĊESSIBBILTÀ", "Il-Kumitat stieden lin-Nutar Dr Christian Zammit, mill-Ministeru għal Għawdex sabiex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu fuq is-suġġett.", "Wara l-preżentazzjoni minn Dr Zammit, il-Membri għamlulu numru ta' mistoqsijiet.", "Kien hemm qbil bejn il-Membri fuq suġġeriment tal-President tal-Kumitat sabiex d-diskussjoni fuq il-preżentazzjoni ta' Dr Zammit titkompla wara l-preżentazzjoni tal-mistednin ta' wara sabiex jilħqu jsiru ż-żewġ preżentazzjonijiet.", "Wara, il-Kumitat stieden lis-Sur Daniel Cilia, rappreżentant mill-Moviment Graffitti, sabiex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu f'isem sittax-il NGO (Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, The Archaeological Society of Malta, Association of Gozitan Employees in Malta, Rota, ACT, MaYA Foundation Malta, Għaqda Siġar Maltin, Nature Trust Malta, Gozo Tourism Association, Wirt Għawdex, Extinction Rebellion Malta, BirdLife Malta, u Green House), flimkien mas-Sinjura Maria Grazia Cassar f'isem Din l-Art Ħelwa u s-Sinjuri Ruth Mercieca u George Mario Attard f'isem Moviment Graffitti, li ngħaqdu għal din il-laqgħa permezz ta' video conferencing.", "Is-Sur Daniel Cilia ta Powerpoint presentation u ppreżenta lill-Kumitat:", "Dok 31 Powerpoint presentation intitolata \"Il-Konnettività ta' Għawdex\".", "Minħabba nuqqas ta' ħin, il-Kumitat qabel li d-diskussjonijiet fuq iż-żewġ preżenatzzjonijiet jitkomplew fil-laqgħa li jmiss.", "AFFARIJIET OĦRA", "Fis-6.28 p.m., il-President tal-Kumitat aġġorna il-laqgħa għat-Tnejn 15 ta' Marzu 2021 fl-4:30p.m. bl-istess aġenda.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20210301_014m_gpc.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 15", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021 fl-4.30 p.m.", "IlPresident talKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021 fl-4.30 p.m. filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Konferma tal-Minuti", "Xogħol pendent quddiem il-Kumitat", "Memorandum dwar l-Abbuż tal-Privileġġ Parlamentari", "Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika - Ilment tas-Sur Carmel Cacopardo dwar Abbuż ta' Poter fil-Ħatra tal-eks-ministru Konrad Mizzi bħala konsulent mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (Każ K/022) (Kont.)", "Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika - (Każ K/017)", "Xogħol ieħor", "23 ta' Frar 2021 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210301_015a_spl.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 15", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Laqgħa Nru 15", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.15 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14, li saret fil-5 ta' Jannar 2021, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-ewwel nett, nilqa' lill-Onor.", "Therese Comodini Cachia bħala Membru ta' dan il-kumitat u nirringrazzja lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici tax-xogħol li għamel.", "Niskuża ruħi li bdejna din il-laqgħa tard, imma fiċ-ċirkostanzi ma kellniex kontroll fuq ċerti ħinijiet minħabba li ridna nlaħħqu ċerti affarijiet oħra.", "L-Onor.", "XOGĦOL QUDDIEM IL-KUMITAT", "KAROL AQUILINA: Sur President, xtaqt nitlob li jkun hemm inverżjoni tal-ordni fl-aġenda u nibdew minn punt nru 2(d), li huwa Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika - (Każ K/017)", "jekk kulħadd jaqbel.", "BYRON CAMILLERI (Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi): Għalfejn?", "KAROL AQUILINA: Għaliex il-laqgħa ntalbet proprjament b'urġenza minħabba dan il-każ, u ma nixtieqx li nibdew din il-laqgħa u ma nkunux lestejna dak il-punt.", "L-ISPEAKER: Jekk hemm xi ftehim dwar l-aġenda, m'għandix problema.", "BYRON CAMILLERI: Naħseb li l-punti 2(a), 2(b) u 2(c) tal-aġenda m'għandniex indumu fuqhom, għal raġunijiet ovvji, speċjalment l-ewwel tnejn li issa hemm diskussjoni dwarhom bejn il-gruppi parlamentari u, se mai, jekk għandu jkun hemm deċiżjoni trid tittieħed bi qbil bejn iż-żewġ naħat.", "Dik issir permezz ta' emenda fil-liġi u mhux permezz ta' deċiżjoni ta' dan il-kumitat.", "Fil-fatt naħseb tkun konkluża fil-Kumitat għaliex imbagħad id-diskussjoni ssir bejnietna.", "Dwar l-item 2(c) kien hemm ruling tal-Ispeaker, però ma naħsibx li għandna ndumu.", "Memorandum dwar l-Abbuż tal-Privileġġ Parlamentari", "L-ISPEAKER: Biex niffaċilitaw l-affarijiet, nistgħu ngħidu li fuq l-ewwel żewġ items id-diskussjoni fil-Kumitat ġiet konkluża.", "BYRON CAMILLERI: Jekk jaqblu l-kollegi.", "KAROL AQUILINA: Dwar l-ewwel waħda m'hemmx diffikultà, u dwar it-tieni waħda kemm infakkar x'konna ddeċidejna.", "Aħna konna ddeċidejna li l-gruppi rispettivi tagħna jiddiskutu u jistiednu lill-Kummissarju George Hyzler.", "Aħna għamilna l-proċess intern ta' konsultazzjoni, għandna pożizzjoni u hemm xi affarijiet li nixtiequ nżidu.", "Nissuġġerixxi li nagħtu deadline lilna nfusna, iż-żewġ naħat f'dan il-Kumitat, li nifformalizzawh b'ittra lilek.", "L-ISPEAKER: Biex nirrikapitula, nista' ngħid li d-diskussjoni ġiet eżawrita, imbagħad konna ddeċidejna li l-gruppi se jiltaqgħu, u wara jiġu ...", "KAROL AQUILINA: Hekk hu.", "Imma mbagħad, jekk niftakar tajjeb, konna ftehemna wkoll li at one point ikollna diskussjoni f'dan il-kumitat dwar kif se nipproċedu.", "L-ISPEAKER: Jekk qegħdin taqblu, m'għandix problema.", "BYRON CAMILLERI: Għaliex ma naqbilx ma' din it-tip ta' triq li nieħdu?", "Għaliex din mhijiex deċiżjoni li se jieħu dan il-kumitat.", "Din hija deċiżjoni li jrid jieħu l-Parlament sħiħ għaliex issir permezz ta' emenda fil-liġi li titla' quddiem il-Parlament.", "Allura, se mai, għandu jkun hemm diskussjoni bejn iż-żewġ naħat fuq iż-żewġ kwestjonijiet, li t-tnejn huma importanti, biex imbagħad nippreżentaw abbozz fil-Parlament.", "KAROL AQUILINA: Id-diskussjoni nagħmluha f'dan il-kumitat jew ma tridux li nagħmluha hawnhekk?", "Jiena nippreferi li d-diskussjoni ssir f'dan il-kumitat.", "BYRON CAMILLERI: Id-diskussjoni għandha ssir fil-Plenarja.", "Inti qed tgħid li xi ħadd se jmur jippreżenta abbozz.", "Fit-tieni item qed nitkellmu dwar emenda għall-Kodiċi ta' Etika li wkoll huwa parti mil-liġi.", "Mela allura f'dan il-kumitat jew se naqblu dwar abbozz li għandu jiġi ppreżentat, jew inkella xi ħadd jaqbad u jippreżentah.", "L-ISPEAKER: Li hu żgur hu li l-ewwel trid issir diskussjoni u tittieħed deċiżjoni fil-grupp.", "BYRON CAMILLERI: Jien qed ngħid li ma jiddeċidix dan il-kumitat imma tiddeċiedi l-Plenarja u, ladarba tiddeċiedi l-Plenarja, isir kif normalment isir meta jitressaq abbozz ta' liġi.", "Hemm diversi abbozzi li jitilgħu bi qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, anke permezz ta' xogħol li jkun sar indaqs bejn iż-żewġ naħat, u dawn jiġu diskussi fil-Plenarja, imma m'għandux jiddeċiedi dan il-kumitat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Ma naħsibx li l-kollega qed jissuġġerixxi li dan il-kumitat jagħmel l-aħħar deċiżjoni.", "Il-kollega qiegħed jissuġġerixxi li nimxu b'mod mill-iktar trasparenti.", "Ladarba l-abbozz tal-Kodiċi ta' Etika l-ġdid mill-Kummissarju ġie ppreżentat lil dan il-kumitat, u ladarba l-ftehim qabel kien li jiġi diskuss mill-partiti, jekk għad hemm kwestjonijiet oħra li xi ħadd minna jrid jikkonsidra, għandna nikkonsidrawhom bl-iktar mod trasparenti u għandna nagħmlu ċerta diskussjoni f'dan il-kumitat.", "Dak ma jfissirx li wara d-diskussjoni f'dan il-kumitat il-Gvern m'għandux ir-responsabilità jew l-inizjattiva li jippreżenta draft u nerġgħu nitkellmu bħala partiti.", "Però mhux immorru quddiem il-Parlament b'abbozz lest u ngħidulhom li dan miftiehem mill-Oppożizzjoni u l-Gvern meta x-xogħol fil-verità beda mill-Kummissarju quddiem dan il-kumitat.", "Dan speċjalment meta qegħdin nitolbu biss li tiġi posposta għal seduta oħra u mhux tiġi posposta indefinittivament.", "Kulħadd qed jaqbel li għandha ssir reviżjoni.", "KAROL AQUILINA: Il-Kummissarju, f'diversi okkażjonijiet, kemm fuq inizjattiva tiegħu stess, kif ukoll fil-kuntest ta' investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, għamel diversi suġġerimenti ta' kif jista' jitjieb Kap. 570.", "Apparti l-kwestjoni dwar jekk għandux ikun hemm abbozz dwar dan biss jew inkella dwar il-liġi kollha, naħseb ikun iktar utli li f'dan il-kumitat ikollna diskussjoni dwar affarijiet li rridu nbiddlu fil-liġi kif inhi, inkluż dawn iż-żewġ affarijiet, u tkun proposta li għaddiet minn dan il-kumitat u marret quddiem il-Kamra.", "Ma naħsibx li qed nitolbu xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Zammit Lewis.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Onor. Aquilina, qed tissuġġerixxi li niġu t-tnejn b'pożizzjoni kristalizzata?", "KAROL AQUILINA: Jekk trid nagħmlu l-ħajja faċli nista' nikteb abbozz jien, niġi hawnhekk bih, imbagħad wieħed jara.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Wieħed jifhem li aħna rridu nirrapportaw u niddiskutu mal-kollegi, kif m'għandix dubju li se tagħmel in-naħa l-oħra wkoll.", "KAROL AQUILINA: Għalhekk.", "L-ISPEAKER: Qegħdin naqblu mal-pożizzjoni li nerġgħu niġu hawnhekk u niddiskutu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Li qed jitlob l-Onor.", "Aquilina – jekk qed nifhmu sew – hu li jkun iktar strutturat x'se nagħmlu għaliex qed naqblu li niġu lura żgur, imma rridu niftiehmu kif.", "KAROL AQUILINA: Jien qed ngħid li fuq din l-issue diġà għamilna l-proċess internament miż-żewġ naħat, però hemm affarijiet oħra li, jekk se nemendaw il-liġi, għandna nagħmluhom issa u mhux inħalluhom pendenti.", "BYRON CAMILLERI: Ir-rwol ta' dan il-kumitat mhuwiex li jipproponi emendi għal-liġi.", "Ir-rwol ta' dan il-kumitat huwa differenti, u huwa dak li joħroġ mill-Kapitlu tal-Liġi li jirregolah.", "Għaldaqstant, sinċerament ma naħsibx li d-diskussjoni għandha tibda ssir f'dan il-kumitat.", "Li ssir f'kumitat ieħor m'għandix problema, imma r-rwol tal-Kumitat mhuwiex dak.", "L-ISPEAKER: Il-punt hu li hawnhekk għandna r-rapport tar-reviżjoni tal-Kodiċi ta' Etika li ddiskutejnieh.", "Li qed jitolbu kemm l-Onor.", "Comodini Cachia, kif fhimt jien, huwa li jkun hemm diskussjoni oħra wara li l-gruppi jkunu ltaqgħu.", "BYRON CAMILLERI: Li qed ngħidu aħna huwa li se niġu 'l quddiem bi proposti li se nagħmlu għaliex nemmnu li, fost l-oħrajn, pereżempju, il-Kodiċi għandu jirregola lil kull min huwa uffiċjal tal-Parlament.", "Li qed ngħid hu li dan il-kumitat mhuwiex il-kumitat li fih għandha ssir din it-tip ta' diskussjoni għaliex ir-rwol ta' dan il-kumitat mhuwiex dak.", "Ir-rwol ta' dan il-kumitat joħroġ mil-liġi.", "Għandha ssir diskussjoni bejn il-Gvern, l-Oppożizzjoni u kull min hu interessat li nagħmlu dan, niddeċiedu l-forum adattat u l-mod addattat kif isir dan, u wara jsiru l-emendi kif suppost.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Naħseb li dak li qed ngħid jiena huwa ċar.", "Rigward dak li jaqa' fil-mansjoni tal-Kumitat wieħed irid jara l-artikolu 27(2) fejn joħroġ ċar li dan il-kumitat għandu wkoll ir-rwol li jifli kwalunkwe rapport li jagħmel il-Kummissarju.", "U l-Kummissarju għamel rapport għal emendi fil-liġi.", "L-ISPEAKER: Aħna ddiskutejnieh u forsi naqblu li jkun hemm diskussjoni iktar profonda.", "Wara li wieħed jiltaqa', nistgħu niftiehmu; però m'għandniex għalfejn ninħlew iktar fuq dan il-punt.", "Mela dwar l-ewwel item, jiġifieri 2(a) hemm qbil.", "Dwar ir-Rapport li hemm f'2(c) nixtieq nagħmel osservazzjoni.", "Peress li hawnhekk qed nitkellmu fuq rapport li fir-rigward tiegħu jiena tajt ruling u r-ruling huwa appellat, allura l-prudenza min-naħa tiegħi titlob illi b'rispett lejn il-Kamra dan ir-rapport ma jiġix diskuss qabel ma jkun hemm l-eżitu tal-appell.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Xtaqt nistaqsi lill-Gvern jekk hux beħsiebu jalloka seduta għal meta jiġi diskuss ir-ruling.", "BYRON CAMILLERI: Il-mozzjoni ta' proċedura titkellem ċar.", "B'differenza għal dak li kien isir f'leġiżlaturi oħra ta' qabel l-2013, l-Oppożizzjoni llum għandha l-ġranet allokati għaliha fil-mozzjoni ta' proċedura.", "Għaldaqstant, ħadd ma jindaħal lill-Oppożizzjoni dwar liema mozzjoni ttella'.", "Safejn naf jien, se jmisskom seduta tal-Ħamis dalwaqt.", "KAROL AQUILINA: Il-problema hi li l-Oppożizzjoni teżisti fil-Kamra darba kull sitt xhur.", "Anzi l-Oppożizzjoni għandha d-dritt, skont il-mozzjoni ta' proċedura approvata fil-bidu ta' din il-leġiżlatura, li ttella' mozzjoni kull tliet xhur.", "KAROL AQUILINA: Kollox sew, u t-tliet xhur ta' wara jkunu tal-Gvern.", "Jiġifieri kull sitt xhur tista' ttella' mozzjoni għad-diskussjoni!", "BYRON CAMILLERI: L-Oppożizzjoni għandha ċ-ċans differenti minn qabel.", "Qabel, din il-ħaġa kienet fid-diskrezzjoni assoluta tal-Gvern.", "Illum għandha dak iċ-ċans.", "L-ISPEAKER: Inħoss li ladarba qed jiġi kkontestat ir-ruling ma naħsibx li għandu jiġi diskuss ir-Rapport \"Ċ\".", "Hekk jitlob ir-rispett lejn il-Kamra.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri dak se jibqa' pendenti.", "L-ISPEAKER: Jekk tridu, tistgħu tiddiskutuh, imma jiena nħoss li hekk għandu jsir.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Siegħa ilu kien hawn il-House Business Committee – għaliex jiena Membru fih – u dan il-punt dwar id-diskussjoni dwar din il-mozzjoni lanqas ma ġie ssollevat.", "L-ISPEAKER: Jiġifieri naqblu li, ladarba hemm l-appell fir-ruling li huwa part and parcel ta' dan ir-rapport li rridu naraw l-eżitu tiegħu ...", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed ngħidu li dan se jibqa' pendenti.", "L-ISPEAKER: Hekk hu; se jibqa' pendenti sakemm ovvjament ikun hemm l-eżitu tar-ruling.", "Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika - (Każ K/017)", "L-ISPEAKER: Ngħaddu għal Rapport \"D\" li tqassam riċentement lil kull wieħed u waħda minnkom dwar l-investigazzjoni mill-Kummissarju tal-iStandards, li huwa l-każ nru 17 dwar id-Detention of Journalists at the Auberge de Castille with no explanation and by persons acting in non-official capacity.", "Peress li dan għadu ma ġiex ippubblikat – qed nimxi dejjem mal-ftehim li għandna bħala kumitat – nifhem li minn issa 'l quddiem ma jkunx imxandar.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, biex l-affarijiet ikunu ċari u ma jkunx hemm dubju dwar dak li qed nagħmlu: qed nipproponi li l-Kumitat jippubblika mill-ewwel ir-rapport ħalli ma jkollniex is-sitwazzjoni fejn irridu nagħmlu seduta bil-magħluq, in camera.", "Naħseb illum nillimitaw ruħna għall-pubblikazzjoni tar-rapport.", "Fil-laqgħa li jmiss nistiednu lill-Kummissarju biex jiġi jagħti spjegazzjoni.", "Allura kulħadd ikun jista' jifhem għaliex ir-rapport ikun pubbliku, u mbagħad wieħed jimxi minn hemmhekk għal kwalunkwe ħaġa oħra li jkun hemm bżonn skont il-liġi.", "Qed nipprova nevita s-sitwazzjoni fejn immorru in camera għal xi ħaġa li mbagħad se ssir pubblika.", "Naħseb għandna obbligu li dak li jiddeċiedi dan il-kumitat ikun pubbliku kollu kemm hu.", "L-ISPEAKER: Meta l-Kummissarju jibgħat rapport, imbagħad il-Kumitat jiddeċiedi jagħmlux pubbliku jew le.", "Allura, la qegħdin f'dik l-istanza ta' proċedura, ovvjament id-diskussjoni tkun fil-magħluq, in camera, bħalma dejjem għamilna.", "Jekk taqbel il-parti l-oħra, għalija mhux problema.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Qed nifhem x'qed jgħid l-Onor.", "Minn din in-naħa dejjem konna favur li jkun hemm il-pubblikazzjoni u t-trasparenza, però qegħdin f'fażi li rridu niddeċiedu l-ewwel jekk jiġix ippubblikat.", "Aħna għandna eċċezzjoni ta' natura preliminari li fl-opinjoni tagħna tippreċedi l-pubblikazzjoni, li rridu nqajmuha qabel nibdew.", "L-ISPEAKER: Jekk għandek xi eċċezzjoni qajjimha mill-ewwel.", "(Interruzzjonijiet)", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Bir-rispett kollu, ir-regoli hekk kienu.", "Inti ma kontx hawnhekk qabel, però r-regoli hekk kienu!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Aquilina ma qalx li r-regoli mhumiex hekk.", "Għamel suġġeriment notwithstanding li għandek il-pożizzjoni.", "Però, issa jekk għandek l-eċċezzjoni, jekk jogħġbok, agħmilha.", "KAROL AQUILINA: Imma m'għandniex immorru in camera.", "THERESE COMODINI CACHIA: Jekk hi eċċezzjoni li tibda tindika lill-pubbliku … (Interruzzjonijiet).", "L-ISPEAKER: Le le, ħu paċenzja!", "Agħmel l-eċċezzjoni mingħajr ma nidħlu fid-dettall tar-rapport.", "Min se jagħmilha l-eċċezzjoni?", "KAROL AQUILINA: Sur President, biex inkunu korretti ...", "L-ISPEAKER: Ħalli nara x'inhi l-eċċezzjoni għaliex għadni lanqas naf x'inhi.", "KAROL AQUILINA: Jiena pproponejt li mmorru għall-pubblikazzjoni – u se ninsisti dwarha – qabel ikun hemm il-pożizzjoni tal-Onor.", "Zammit Lewis dwar xi eċċezzjoni.", "L-ISPEAKER: Taqblu li għandna mmorru għall-pubblikazzjoni notwithstanding li għandkom l-eċċezzjoni?", "BYRON CAMILLERI: Qabel il-kumitat jiddeċiedi jekk nippubblikawx jew le, se nitlob ruling mingħandek.", "Jiena fit-talba għar-ruling għandi obbligu li nagħmel referenza għal dak li jintqal fil-Kumitat.", "M'għandix problema li ngħidha għax xorta naħseb għandi ngħidha on air mhux in camera.", "Allura se nkun qed nitlob ruling f'dan is-sens.", "Se naqra biex kulħadd ikun ċar, il-kliem tagħna jkun ċar u wara jkunu jistgħu jieħdu anke kopja bil-miktub ta' din it-talba.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jiena pproponejt li jiġi ppubblikat issa, u se ninsisti li l-ewwel tittieħed dik id-deċiżjoni qabel kwalunkwe ħaġa oħra.", "BYRON CAMILLERI: Kull Membru għandu dritt jitlob ruling xħin irid.", "Mela jien qed nitlob ruling.", "Ma tistax twaqqafni milli nitlob ruling!", "L-ISPEAKER: It-talba tiegħek saret u ġiet irreġistrata.", "KAROL AQUILINA: Għaliex issa t-talba għar-ruling se tiġi tippreċedi t-talba tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux hekk għaliex aħna qed nitkellmu fuq il-pubblikazzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Din hija l-ewwel laqgħa tiegħi f'dan il-kumitat, u għal din il-laqgħa għandna rapport dwar materja importanti, rapport dwar maltrattament ta' ġurnalisti u tal-istampa, u ma naqbilx li noqogħdu nsibu metodi fil-proċedura kif nassiguraw ruħna li ma jiġix ippubblikat ir-rapport billi qed nitolbu ruling fuqu.", "Ikolli rressaq il-pożizzjoni tiegħi li żgur ma naqbilx ma' din it-tip ta' proċedura.", "Veru, għandek kull dritt tagħmel ruling; però, mhux tagħmel ir-ruling biex fl-istess waqt iċċaħħad lill-pubbliku minn rapport tal-Kummissarju dwar l-iStandards meta qegħdin f'sitwazzjoni li saħansitra rapporti internazzjonali dejjem iniżżlu lil pajjiżna 'l isfel fir-ranking ta' press freedom.", "Jiena noġġezzjona għal din it-tip ta' proċedura.", "Jew, iżjed milli noġġezzjona, nuri n-nuqqas ta' qbil tiegħi ma' dak li qed isir u ninsisti li s-Sedja għandha tieħu deċiżjoni formali biex l-ewwel jiġi ppubblikat.", "Anke għat-trasparenza ta' kif taħdem il-Kamra u kif jaħdem ix-xogħol tal-Ispeaker, in-nies għandhom ikunu jafu fuq xiex l-Ispeaker qed jintalab jagħti ruling.", "L-ISPEAKER: Onor. Comodini Cachia, fuq dan li tlabt inti, filwaqt li l-pożizzjoni għamiltha ċara, ittieħdet deċiżjoni mill-Kumitat kollu, kien hemm memorandum li sar fis-seduta … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Il-Kumitat mal-proposti indikati ta ħames xenarji, b'dawn ir-riżervi: Fil-każ li l-ewwel, it-tielet u l-ħames xenarju, l-ewwel xenarju huwa sejbien prima facie ta' aġir li jmur kontra l-att.", "It-tielet huwa sejbien prima facie ta' reat kriminali jew ta' korruzzjoni, u l-ħames xenarju ma jinstab ebda bażi fuq xiex.", "Mela, għandna l-one: 'Il-Kummissarju m'għandux jippubblika r-rapport tiegħu fejn ikun hemm sejbien prima facie ta' nuqqas'.", "Il-Kummissarju għandu jibgħat ir-rapport lill-Kumitat tal-iStandards u jinforma b'dan lill-persuna li qajmet l-ilment.", "Imbagħad, il-Kumitat jiddeċiedi hu meta għandu jiddiskuti r-rapport.", "Jiġifieri jekk m'hawnx qbil ...", "THERESE COMODINI CACHIA: Jekk m'hawnx qbil, in-nuqqas ta' qbil irid jiġi rreġistrat.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nitlob vot issa ħalli l-affarijiet ikunu ċari.", "Jien qed nitlob li dan il-kumitat jiddeċiedi li jippubblika r-rapport minnufih.", "Sur President, nixtieqek li tieħu din it-talba għall-vot u titlob il-vot.", "Naturalment inti għandek vot, tista' tiddeċiedi inti wkoll, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "M'hemm xejn fil-proċedura li jgħid mod ieħor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, qabel xejn irrid nirrimarka li fuq il-media jien qrajt x'fih dan ir-rapport.", "Jiġifieri dan ir-rapport wasal għand il-media.", "Jien, bħala membru f'dan il-kumitat, bħal kull membru ieħor, għandi dritt nitlob ruling, kif diġà tlabt.", "Wara jkun hemm deċiżjoni.", "Imma, f'kull stadju, skont anke l-Ordnijiet Permanenti, jista' jintalab ruling.", "L-ISPEAKER: Hemmhekk naqblu.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, għidli x'ruling qed titlob.", "KAROL AQUILINA: Le, Sur President, se jkolli ninsisti li dan huwa stultifikar tal-proċedura!", "BYRON CAMILLERI: Lanqas ma huwa dritt nitlob ruling?", "Dan dritt sagrosant tiegħi!", "KAROL AQUILINA: Kulħadd għandu dritt jitlob ruling.", "(Interruzzjonijiet) Mela kollox kif tgħid inti hawn ġew?", "L-ISPEAKER: Ippermettili.", "L-Onor.", "Aquilina għamilha ċara.", "Inti qed tagħmilha ċara.", "Jien se nagħmilha ċara wkoll.", "Il-punt qiegħed hawn: jekk m'hawnx qbil li jiġi ppubblikat minnufih għaliex se jintalab ruling, allura rrid nisma' r-ruling.", "KAROL AQUILINA: Le, Sur President, qed nitlob vot sempliċi ħafna.", "Hawnhekk hawn ħames membri ta' dan il-Kumitat.", "Inti, Sur President, wieħed minn dawn il-ħamsa.", "Jien qed nitlob li jitressaq għall-vot li jiġi ppubblikat minnufih dan ir-rapport.", "Dik hija waħda mill-funzjonijiet bażiċi ta' dan il-kumitat, li jiddeċiedi jekk jagħmlux pubbliku jew le.", "Naħseb li the bare minimum qed nitlob illum.", "Mhux qed nitlobkom tgħiduli taqblux mar-rapport jew le: dik nifhem li għandkom riżervi, jew għandkom dubji, imma dik tiġi fi stadju ieħor.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Zammit Lewis.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, proċeduralment mhux qed naqblu fuq punt.", "In-naħa l-oħra qed tgħidilna li rridu nivvotaw.", "Aħna qed ngħidu li f'kull stadju għandna dritt nitolbu ruling u r-ruling jippreċedi kwalunkwe deċiżjoni oħra.", "Il-mozzjoni, dak li diġà kien hemm ftehim fuq kif jagħmel proċedura dan il-Kumitat, hija ċara.", "Jekk kemm-il darba u kif il-Kummissarju jibgħat ir-rapport quddiem dan il-Kumitat, l-ewwel deċiżjoni ta' dan il-Kumitat hija dwar jekk dak id-dokument għandux jiġi ppubblikat jew le.", "Mela l-ewwel nieħdu dik id-deċiżjoni.", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "Ħalli ma ntawlux.", "Se nerġa' nagħmel referenza għal dak li ddeċidejna aħna fil-laqgħa tat-3 ta' April 2019.", "Fuq meta jkun hemm in prima facie aġir li jmur kontra l-Kumitat, ix-xenarju huwa li l-Kummissarju m'għandux jippubblika r-rapport.", "Dan ma ppubblikahx.", "Imbagħad, hemm li l-Kummissarju għandu jibgħat ir-rapport lill-Kumitat dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, u jinforma b'dan lil min qajjem l-ilment u lill-persuna li tqajjem l-ilment dwarha.", "Imbagħad il-Kumitat, ovvjament meta jkollu r-rapport tiegħu, jiddiskuti u jiddeċiedi hu meta għandu, jekk ikun il-każ, jirrilaxxa r-rapport.", "Għadna fl-istadju tal-ewwel seduta.", "Ir-rapport qiegħed hawnhekk u għad irridu niddiskutuh; għalhekk jien semmejt li għandna mmorru in camera.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad il-Kumitat jiddeċiedi jekk jagħmlux tiegħu jew le u jippubblikah.", "Hawnhekk għandna talba tal-Onor.", "Aquilina li qabel ma nibdew niddiskutu r-rapport, b'mod immedjat u minnufih għandu jiġi ppubblikat.", "Hawn qbil fuqha din?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Byron Camilleri.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, qabel xejn qed ngħidu li dan ir-rapport mhuwiex ippubblikat meta l-media kollha diġà rrapportat dan ir-rapport.", "Issa jien ma nafx mingħand min ġie leaked, u ma tantx jinteressani.", "Jien, bħala membru ta' dan il-Kamra, l-Ordnijiet Permanenti jagħtuni l-lok u d-dritt li nitlob ruling f'liema stadju rrid.", "Jien ġejt hawnhekk f'dan il-Kumitat u infurmajt lis-Sedja madwar 20 minuta ilu li nixtieq nitlob ruling.", "Minn dan il-ħin għadni ma ġejtx permess li naqra karta li ffirmajna diġà l-Ministru Edward Zammit Lewis u jien, u se nitlob dan ir-ruling.", "F'kull stadju, kemm tal-Kumitat, kif ukoll tal-Plenarja, jew inkella waqt kwalunkwe xogħol ieħor tal-Kamra, jista' jintalab ruling.", "Imbagħad, ikun hemm dan ir-ruling, u naraw.", "Mhux problema, nimxu mad-deċiżjoni li jkun hemm.", "Naħseb li għandi dritt nitlob ruling lis-Sedja.", "KAROL AQUILINA: Proċeduralment it-talba tiegħi saret qabel.", "Se nimxi hekk.", "Nifhem it-talba tiegħek.", "Se nitlob vot b'mod immedjat dwar dak li talab l-Onor.", "Aquilina, u mbagħad ngħaddu għar-ruling tiegħek.", "Il-mistoqsija hija li r-rapport ippreżentat jiġi ppubblikat minnufih.", "Aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm talba għal ruling.", "Ir-rapport diġà jinsab għand il-media kollha, u allura dan huwa biss punt ta' 'mhux ta' proċedura': ma nafx x'insejjaħlu.", "Ir-rapport diġà qiegħed għand kulħadd u allura qed ngħidu li għandu jkun hemm ruling, imbagħad wara, il-Kumitat jagħmel deċiżjonijiet tiegħu skont ir-ruling li jingħata.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Li jippreċedi d-deċiżjoni.", "L-ISPEAKER: Hawn żewġ voti favur u żewġ voti kontra.", "Inti spjegajt il-vot tiegħek.", "L-ISPEAKER: Kwalifikat.", "M'hawnx qbil.", "Għaldaqstant nimxu għar-ruling.", "KAROL AQUILINA: Imma inti għandek il-vot.", "M'hawnx maġġoranza.", "KAROL AQUILINA: Inti għandek vot, Sur President!", "L-ISPEAKER: Jekk qed titolbu casting vote tiegħi, wara li smajt lill-Onor.", "Therese Comodini Cachia, l-ispjegazzjoni u l-vot kontra mill-Ministru Byron Camilleri u l-Ministru Edward Zammit Lewis, kif ukoll il-memorandum li l-Kumitat iddeċieda fis-Seduta tat-3 ta' April 2019, fejn huwa indikat li l-Kumitat imbagħad jiddeċiedi hu meta għandu jirrilaxxa r-rapport, ġaladarba s-seduta għadha qed tibda u r-rapport għadu fil-bidu nett u lanqas ġie diskuss imma sempliċement ġiet indikata t-talba minnufih mill-Onor.", "Aquilina, fiċ-ċirkostanzi, is-Sedja tiddeċiedi li għalissa, sakemm jiġi diskuss ir-rapport mill-Kumitat u jintalab dak li għandu jintalab għad-diskussjoni, m'għandux jiġi rilaxxat qabel ma jiġu eżawriti dawn il-proċeduri kollha.", "Qed nimxu ma' proċedura diġà stabbilita.", "KAROL AQUILINA: Sur President, se jkolli niġbidlek l-attenzjoni … (Interruzzjonijiet)", "BYRON CAMILLERI: Il-kelma taha lili.", "KAROL AQUILINA: Niġbed l-attenzjoni, għax din id-diskussjoni diġà saret darba.", "Jien ġejt żgwidat dwarha.", "M'hemm imkien miktub fil-memorandum li kien hemm qbil dwaru f'dan il-Kumitat, jew f'xi minuti oħrajn ta' dan il-Kumitat … (Interruzzjonijiet) Iċċekkjajthom kollha li b'xi mod jew ieħor id-diskussjoni ssir in camera qabel jiġi ppubblikat ir-rapport.", "Jien ġbidt l-attenzjoni l-aħħar darba u intom għidtuli – mingħajr ma nipponta swaba – imma ngħad lili li kien hemm qbil dwar dan il-punt.", "Jirriżultali li mhux vera kien hemm qbil f'dan il-kumitat li l-ewwel ikun hemm id-diskussjoni in camera u jkun hemm il-preżentazzjoni mill-Kummissarju in camera, u mbagħad jiġi ppubblikat ir-rapport.", "Anzi rriżultali il-kontra, li l-ewwel deċiżjoni tkun li jiġi ppubblikat ir-rapport, imbagħad isiru l-affarijiet l-oħra kollha, jiġifieri li jiġi l-Kummissarju u li jiġi addottat ir-rapport.", "Allura qed niġbidlek l-attenzjoni li l-memorandum li qed tikkwota minnu inti u anke l-Minuti tal-laqgħa tat-3 ta' April ta' sentejn ilu ma jirreferu bl-ebda mod għal dik il-proċedura.", "Ma naqbilx miegħek.", "Tant huwa hekk li meta ktibna lill-Kummissarju biex jiġi, konna għadna ma pubblikajniex ir-rapport.", "KAROL AQUILINA: U sar żball.", "Qed niġbed l-attenzjoni li sar żball.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Byron Camilleri.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, se nitlob ruling iffirmat mill-Ministru Edward Zammit Lewis u minni.", "Mingħajr il-ħtieġa li nidħlu fil-mertu tar-rapport, li wara kollox ma fih ebda bażi, dan il-kumitat illum qabel xejn huwa obbligat jiddiskuti l-metodu ta' kif tfassal dan ir-rapport.", "Għaliex xi kredibilità jista' jkollna jekk nitkellmu fuq l-istandards jekk ma jkunx dan il-kumitat stess li jara li mhux biss l-istandards jiġu osservati, iżda anke l-liġijiet?", "Biex inkunu ċari, ħadd daqs dan il-Gvern ma jemmen fil-Kummissarju tal-iStandards.", "Wara kollox, kien dan il-Gvern li mexxa 'l quddiem din ir-riforma tant importanti u ħatar Kummissarju għall-iStandards.", "Iżda anke l-istess Kummissarju għall-iStandards huwa mistenni jħares il-prinċipji fundamentali tas-saltna tad-dritt u s-separazzjoni tal-poteri, u biex tħares is-saltna tad-dritt trid qabel xejn tħares il-liġi.", "Nemmnu li l-Kummissarju mar ultra vires il-poteri tiegħu u m'operax fil-mansjonijiet u fil-limiti mogħtija lilu fil-liġi.", "Bi kliem sempliċi, ħalli jifhem min qed isegwi, skont il-liġi dan ir-rapport ma setax isir.", "Għaldaqstant, qed jintalab skont hekk kif ġej:", "Illi l-istess fatti li investiga l-Kummissarju jiffurmaw il-mertu ta' proċediment penali li ilu għaddej u li dwaru hemm proċeduri pendenti quddiem il-qrati tagħna.", "Dan ifisser li a tenur l-Artiklu 13 (3) tal-Kap.", "570 tal-Liġijiet ta' Malta, il-Kummissarju tal-iStandards mhux biss ma messu qatt wasal għal dan ir-rapport, iżda ma kellux lanqas jgħaddi sabiex jinvestiga ab initio.", "Dan mhux biss għaliex sal-lum għad hemm proċedimenti penali pendenti, iżda wkoll għaliex il-Kummissarju għall-iStandards ma seta' qatt jgħaddi biex jinvestiga allegazzjoni fuq kwestjoni li dwarha l-Kummissarju tal-Pulizija jkun istitwixxa investigazzjoni, kif seħħ fil-każ preżenti.", "Għalhekk, il-proċess kondott minnu huwa irritu u null.", "L-Artiklu 13(3) jagħmilha ċara li huwa obbligu fuq il-Kummissarju li ma jipproċedix (fit-test Ingliż \"shall\").", "Għalhekk il-Kummissarju ma seta' qatt jibqa' għaddej bl-indaġini tiegħu u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu dwar l-istess (vide kummenti tal-Kummissarju a fol 3 et seq. tar-rapport).", "Illi l-fatti investigati mill-Kummissarju tal-Pulizija u li eventwalment wasslu għal tali proċedimenti penali huma intimament marbuta mal-fatti investigati mill-Kummissarju tal-iStandards, u l-istess Kummissarju tal-iStandards ma jistax jgħid li dawn huma separati u distinti mill-fatti li hu għażel li jinvestiga għaliex jemerġu minn akkadut wieħed u, ċjoè, dak li seħħ nhar id-29 ta' Novembru 2019.", "Kieku qatt kellha tiġi aċċettata din il-linja ta' ħsieb, jinħoloq preċedent altament perikoluż għaliex jiġi li l-Kummissarju tal-iStandards huwa ogħla mil-liġi li tirregolah u jispiċċa jarroga għalih, kif għamel f'dan il-każ, setgħa li m'għandux, anzi setgħa li l-liġi espressament teskludih milli jeżerċità, u ċjoè li jgħaddi biex jinvestiga xi allegazzjoni fuq xi kwestjoni li fuqha jkun hemm pendenti proċediment fil-qorti u li ġiet investigata mill-Kummissarju tal-Pulizija, ħaġa li ex lege hu vvjetat milli jagħmel.", "In linea sussidjarja u mingħajr preġudizzju għall-argument suindicato, ir-ruling tal-Onor.", "Speaker datat 11 ta' Jannar 2021 għandu jiġi estiż ukoll għall-fatt li meta ġie konkluż tali rapport, u ċjoè, il-11 ta' Frar 2021, il-persuna indagata ma kenitx tifforma parti mill-persuni indikati fl-artiklu 3 tal-Kap.", "570, u per conseguenza inutli tibqa' tinvestiga persuna li m'għadhiex taqa' taħt tali liġi meta diġà deċiż mill-Onor.", "Speaker li ma jistgħux jiġu applikati għaliha sanzjonijiet taħt l-istess liġi kontra tiegħu.", "M'għandniex għażla oħra li nitolbu dan ir-ruling għaliex jekk inħallu dak li sar għaddej ikun qed joħloq preċedent ikrah għall-ġejjieni.", "Għax l-ebda uffiċċju, l-ebda kumitat parlamentari ma jista' jaħdem jekk mhux f'qafas ta' liġi.", "Għaldaqstant qed jintalab ruling mis-Sedja dwar dawn iż-żewġ punti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Sadanittant nitlob li mmorru in camera.", "KAROL AQUILINA: Għalfejn?", "M'hawnx deċiżjoni tal-Kumitat li mmorru in camera.", "L-ISPEAKER: Le, għaliex ovvjament se niddiskutu … (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Mhux se nirreferi għall-Ministru.", "L-ISPEAKER: Fuq dan il-punt?", "KAROL AQUILINA: Proċeduralment, ir-ruling li qed jintalab prattikament iġib fix-xejn il-funzjoni ta' dan il-kumitat.", "Huwa dan il-kumitat li jiddeċiedi jippubblikax, jadottax u jimponix sanzjonijiet fuq il-persuna li tkun instabet ħatja.", "Il-Kummissarju jirreferi lill-Kumitat.", "Il-Kumitat għandu oversight function fuq il-rwol tal-Kummissarju.", "Mela, qabel dan il-kumitat jasal biex jiddeċiedi xi ħaġa, ma jistax jintalab ruling – lanqas biss għadna bdejna – dwar xi ħaġa li lanqas biss qiegħda hawnhekk.", "Bħalissa l-Kumitat ma adotta ebda rapport, imma għandu quddiemu rapport li għamel il-Kummissarju.", "Jekk se jintalab dan ir-ruling ikun ifisser li qegħdin nippruvaw naqbżu lil dan il-kumitat.", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, mhux għax m'hemmx fiduċja fik.", "(Interruzzjonijiet) Imma li tiddeċiedi s-Sedja waħedha … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jiddispjaċini, jien ma fhimthiex hekk.", "KAROL AQUILINA: Però jien hekk nifhimha.", "L-ISPEAKER: Proċeduralment fil-Parlament jista' jintalab ruling fi kwalunkwe stadju.", "Dik hija funzjoni kostituzzjonali.", "Ħadt pjaċir nisimgħek tagħmel l-argument.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, naqbel mal-ewwel biċċa li qal dwar x'inhuwa l-funzjonament ta' dan il-kumitat: però, ċertament ma nistax naqbel li dak li tlabna aħna b'xi mod għandu jiġi wara.", "Anzi, dak li tlabna aħna tant jinfed l-oriġini ta' dan kollu li għandu jiġi deċiż issa, qabel ma nipproċedu bil-passi li qed tgħidu intom.", "L-ewwel biċċa qbilt miegħu, imma dwar it-tieni parti tal-argument, huwa kontra preċiżament dak li għidt inti.", "L-ISPEAKER: Jien fhimt x'qed jgħid l-Onor.", "KAROL AQUILINA: Qed ngħid li b'sempliċi ruling tista' twaqqa' rapport tal-Kummissarju.", "Hekk qed ngħidu.", "Intom qed titolbu ruling biex iġġibu fix-xejn rapport li għamel il-Kummissarju.", "L-ISPEAKER: Jekk fhimt sewwa, ir-ruling li qed jitlob huwa taħt l-artiklu 13(3), jekk kemm-il darba setax jibda bl-investigazzjoni jew le.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Ħadd ma huwa qed jinnega lill-kollegi milli jitolbu ruling fil-ħin li jridu huma.", "Il-kwestjoni mhijiex meta jsir ir-ruling, imma hija dwar l-outcome ta' dak ir-ruling, l-iskop tar-ruling.", "L-iskop tar-ruling huwa wieħed, singolu.", "Ma hemm ebda skop ieħor ħlief li jwaqqaf lil dan il-kumitat milli jikkonsidra dan ir-rapport.", "Anke dak li qed jitlob lilek biex tikkunsidra fir-ruling huwa meritu ta' dan il-kumitat.", "Li inti titlob lill-Ispeaker jikkunsidra jekk il-Kummissarju marx ultra vires il-poteri tiegħu, dik hija diskussjoni ta' dan il-kumitat.", "Li inti titlob lill-Ispeaker jikkonsidra jekk il-Kummissarju setax jara rapport u jinvestiga meta hemm proċeduri l-Qorti jew meta hemm investigazzjoni tal-Pulizija, dik id-diskussjoni l-ewwel trid issir hawnhekk.", "Meta l-kumitat jiddeċiedi li jadotta jew ma jadottax dak ir-rapport, imbagħad tagħmel dak ir-ruling.", "Għaliex inkella se neħduha drawwa – prassi ċara – li naqbdu u nagħmlu ruling biex inwaqqfu dak li suppost huwa mertu ta' xi ħadd ieħor.", "Jien għandi fiduċja kbira fik, imma li xi ħadd jipprova juża lilek biex jiġbed it-tapit minn taħt saqajn kumitat bħal dan li qiegħed hemmhekk preċiżament biex jipproteġi u dejjem isaħħaħ l-istandards ta' etika … Dawn mhumiex standards ta' min aġixxa fil-konfront ta' liġi jew oħra, imma standards ta' etika li l-Kummissarju għandu r-rwol li jirrapporta lil dan il-kumitat jekk kemm il-darba jinkisru.", "Id-deċiżjoni aħħarija hija ta' dan il-kumitat.", "Jekk imbagħad il-kollegi jidhrilhom li dan il-kumitat ikun għamel deċiżjoni ħażina, jappellaw jew jitolbu ruling.", "Imma li jużaw lilek biex jiġbdu t-tapit minn taħt saqajn dan il-kumitat, naħseb li huwa proċeduralment żbaljat immens.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Zammit Lewis, fuq il-punt li qajmet l-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-ewwel nett, aħna tant nemmnu fil-Kummissarju li għamilnieh b'liġi.", "Din in-naħa għamlitu.", "Dejjem ikkoperajna hawn, u dejjem imxejna tajjeb.", "Hemm preċedent li diġà kien hemm ruling mis-Sedja fuq xi ħaġa oħra.", "Se nkun ċar: huwa obbligu tagħna daqskemm huwa tagħkom li rridu naraw li l-Kummissarju jimxi u jkun ċirkoskritt fil-mansjonijiet tiegħu.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Aquilina, aħna għandna rwol superviżorju fuq dak li jagħmel ukoll l-istess Kummissarju tal-iStandards.", "Li r-rapport mar ultra vires hija opinjoni tagħna; mhux neċessarjament għandna raġun, imma bilfors kellna nissenjalaw.", "Dak li qed nagħmlu.", "L-istess Kummissarju tal-iStandards fl-aħħar mill-aħħar huwa uffiċjal ta' dan il-Parlament, ta' din il-Kamra tad-Deputati.", "Jirrispondi lil dan il-kumitat inkwantu li tgħid il-liġi, però jirrispondi wkoll lill-President tal-Kamra.", "THERESE COMODINI CACHIA: B'talba għal ruling f'dan l-istadju m'intix tippermetti lill-Kummissarju jiġi jirrispondi quddiem dan il-kumitat.", "Bit-talba li għamilt issa, f'dan il-mument, għal ruling, inti qed tgħid lill-Kummissarju: Oqgħod hemmhekk.", "Għamilt xogħlok, issa ħalli f'idejja.", "Nitlob ruling u xogħlok lanqas dan il-kumitat ma jagħmel superviżjoni tiegħu, imma nitlob ruling u naqta' kollox.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-Kumitat jieqaf hawnhekk għal-lum.", "Ovvjament, ir-ruling mhux se jingħata llum imma jingħata fil-Plenarja xħin ikun lest.", "Għalhekk il-Kumitat huwa aġġornat għal data li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fil5.29 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210301_015d_sta.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "LAQGĦA NRU 15", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021", "IlKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fil5.15 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallĠustizzja, lUgwaljanza u lGovernanza, lOnor.", "Edward Zammit Lewis, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, l-Onor.", "Karol Aquilina, u lOnor.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 14 tal5 ta' Jannar 2021 ġew ikkonfermati.", "L-Ispeaker laqa' lill-Membru ġdid tal-Kumitat, l-Onor.", "Therese Comodini Cachia, u rringrazzja lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici tal-ħidma tiegħu bħala membru tal-Kumitat.", "XOGĦOL QUDDIEM IL-KUMITAT", "L-Onor.", "Karol Aquilina talab illi tinbidel is-sekwenza tal-aġenda ta' dakinhar sabiex il-Kumitat jibda bil-konsiderazzjoni tal-item 'd'.", "Il-Kumitat ma qabilx ma' din it-talba.", "MEMORANDUM DWAR L-ABBUŻ TAL-PRIVILEĠĠ PARLAMENTARI", "Wara diskussjoni l-Kumitat qabel li d-diskussjoni dwar dan il-Memorandum fil-Kumitat ġiet konkluża u li l-pass li jmiss hu li wara diskussjoni li saret fil-gruppi parlamentari rispettivi, jitressaq abbozz ta' liġi fil-Kamra biex isir dibattitu u jittieħed vot dwar l-emendi li jistgħu jiġu proposti fir-rigward.", "Il-Kumitat iddiskuta x'għandu jkun il-pass li jmiss dwar dan ir-rapport.", "In-naħa tal-Oppożizzjoni nformat lill-Kumitat li wara li dan ir-rapport ġie diskuss fil-grupp parlamentari, l-Oppożizzjoni issa għandha pożizzjoni dwar dan ir-rapport, liema pożizzjoni tinkludi proposti addizzjonali għal dawk imressqa mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni talbu li l-Kumitat għandu jkompli jiddiskuti dan ir-rapport bil-għan li jsiru proposti għal abbozz ta' liġi li sussegwentement jitressaq fil-Kamra biex jiġi rivedut il-Kodiċi ta' Etika tal-Membri Parlamentari.", "In-naħa tal-Gvern sostniet li l-Kumitat għandu jqis li d-diskussjoni fuq dan ir-rapport ġiet konkluża u li wara diskussjoni li saret fil-gruppi parlamentari rispettivi, il-pass li jmiss huwa li jitressaq abbozz ta' liġi fil-Kamra biex isir dibattitu u jittieħed vot dwar l-emendi li jistgħu jiġu proposti fir-rigward.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA - ILMENT TAS-SUR CARMEL CACOPARDO DWAR ABBUŻ TA' POTER FIL-ĦATRA TAL-EKS-MINISTRU KONRAD MIZZI BĦALA KONSULENT MAL-AWTORITÀ TAT-TURIŻMU TA' MALTA (KAŻ K/022) (KONT.)", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat illi peress li r-ruling mogħti mis-Sedja dwar dan il-każ ġie kkontestat bil-Mozzjoni numru 458 ippreżentata mill-Onor.", "Karol Aquilina u l-Onor Carmelo Mifsud Bonnici fit-13 ta' Jannar 2021, u peress li l-Kamra kienet għada ma ddiskutitx u ħadet vot fuq din il-mozzjoni, il-Kumitat ma għandux ikompli bil-konsiderazzzjoni ta' dan ir-rapport f'dan l-istadju.", "L-Onor.", "Karol Aquilina staqsa lill-Gvern jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern itella' din il-mozzjoni għad-diskussjoni fil-Kamra.", "In-naħa tal-Gvern irrimarkat illi bis-saħħa tal-Mozzjoni ta' Proċedura numru 46 kif mgħoddija mill-Kamra fis-Seduta numru 20 tad-19 ta' Lulju 2017, l-Oppożizzjoni tista' tagħżel li ttella' din il-mozzjoni għad-diskussjoni tal-Kamra f'seduta tal-Ħamis allokata għall-Oppożizzjoni.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA - (KAŻ K/017)", "Il-Kumitat iltaqa' sabiex skont lartikolu 27 talAtt dwar lIstandards filĦajja Pubblika jikkonsidra u jiddeċiedi dwar jekk jadottax ilkonklużjonijiet u rrakkomandazzjonijiet tarrapport talKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika (Rapport K/017) li ġie mgħoddi lillMembri talKumitat nhar il-Ħamis, 11 ta' Frar 2021.", "L-Ispeaker fakkar f'dak li ġie maqbul fil-laqgħa tat-3 ta' April 2019, ċjoè li fejn il-Kummissarju jkun sab prima facie aġir li jmur kontra l-Att, il-Kummissarju ma għandux jippubblika r-rapport, iżda jgħaddih lill-Kumitat, u li għandu jkun il-Kumitat li jiddeċiedi meta jippubblika tali rapport.", "Qal ukoll li ladarba r-rapport għadu mhux pubblikat, il-Kumitat jista' jaqbel li jiltaqa' in camera.", "L-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li r-rapport inkwistjoni jkun ippubblikat b'mod immedjat u li d-diskussjoni dwaru ssir fil-miftuħ.", "L-Onor.", "Aquilina ppropona wkoll li dakinhar id-diskussjoni tal-Kumitat tkun limitata għall-pubblikazzjoni tar-rapport u li fil-laqgħa li jmiss jiġi mistieden il-Kumissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sabiex jispjega r-rapport tiegħu.", "L-Onor.", "Edward Zammit Lewis informa lill-Kumitat illi n-naħa tal-Gvern kienet ser tressaq eċċezzjoni ta' natura preliminari li fl-opinjoni tagħhom kellha tippreċedi d-diskussjoni dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport.", "L-Onor.", "Byron Camilleri informa lill-Kumitat illi n-naħa tal-Gvern kienet ser titlob ruling tas-Sedja.", "In-naħa tal-Oppożizzjoni argumentat illi t-talba għall-pubblikazzjoni tqajmet qabel l-eċċezzjoni u għalhekk il-Kumitat kellu l-ewwel jiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport.", "L-Onor.", "Zammit Lewis ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li talba għal ruling tista' ssir f'kull stadju u li tali talba tippreċedi kwalunkwe deċiżjoni oħra.", "L-Oppożizzjoni talbet li jittieħed vot dwar jekk ir-rapport għandux jiġi pubblikat.", "L-Ispeaker qiegħed il-mistoqsija dwar jekk ir-rapport għandux jiġi pubblikat.", "Il-Kumitat qabel li l-vot jittieħed b'mod immedjat u l-Membri vvutaw kif ġej:", "L-Ispeaker eżerċita l-vot deċiżiv tiegħu billi vvota ma' dawk li ddikjaraw ruħhom kontra li r-rapport jiġi pubblikat.", "Huwa spjega l-vot tiegħu billi qal li kien eżerċita l-vot deċiżiv tiegħu wara li kien sema ż-żewġ partijiet, wara li ħa in konsiderazzjoni x'kien ġie deċiż mill-istess Kumitat fil-laqgħa numru 3 tat-3 ta' April 2019 fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissarju jkun sab prima facie ksur ta' etika u wara li ħa nota li d-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet għadha fil-bidu tagħha u għalhekk il-proċeduri kienu għadhom ma ġewx eżawriti.", "Il-proposta tal-Oppożizzjoni biex ir-rapport dwar il-każ K/017 jiġi pubblikat m'għaddietx.", "L-Onor.", "Byron Camilleri qara l-eċċezzjoni f'isem in-naħa tal-Gvern fil-forma ta' talba għal ruling, iffirmata miż-żewġ Membri tal-Gvern fuq il-Kumitat dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "L-Ispeaker intalab jiddeċiedi jekk il-Kummissarju, fl-investigazzjoni tiegħu dwar il-każ K/017, marx ultra vires ilpoteri tiegħu u m'operax filmansjonijiet u fillimiti mogħtija lilu billigi ai termini tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 13(3) tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 372).", "In-naħa tal-Oppożizzjoni ġibdet l-attenzjoni tal-Kumitat li t-talba għar-ruling kienet qed iġġib fix-xejn il-funzjoni tal-Kumitat.", "L-Oppożizzjoni saħqet li l-Kumitat għandu funzjoni superviżorja fuq l-irwol tal-Kummissarju u bit-talba għar-ruling qabel biss bdiet id-diskussjoni, il-funzjoni tal-Kumitat f'dan ir-rigward qed tinqabeż.", "Ġie rrimarkat ukoll li bit-talba għar-ruling f'dan l-istadju il-Kumitat ġie mwaqqaf milli jikkonsidra r-rapport tal-Kummissarju.", "In-naħa tal-Gvern irrimarkat li l-Kumitat għandu rwol superviżorju u li huwa l-obbligu tal-Membri tal-Kumitat li jissenjalaw fejn fl-opinjoni tagħhom, il-Kummissarju mhuwiex qed jaġixxi skont kif ċirkoskritt fil-mansjonjiet tiegħu.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat illi r-ruling mitlub kien ser jingħata fil-Kamra fi stadju ulterjuri u ddikkjara li d-diskussjoni fil-Kumitat dwar ir-rapport tal-każ K/017 kienet interrotta.", "Fil5.29 a.m. ilKumitat aġġorna għal data li tkun komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210301_015m_sta.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 34", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021 fit-3.00 p.m.", "LIspeaker tal-Kamra tad-Deputati u President talKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021 fit-3.00 p.m. filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "23 ta' Frar 2021 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20210301_034a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 34", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 34", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3.22 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 33, li saret fis6 ta' Jannar 2021, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nitlob lill-Whip biex jaġġorna lill-Kumitat fuq l-Abbozzi li għandna għal din il-ġimgħa u għall-ġimgħa d-dieħla.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, ninforma lill-Kamra li llum se tibda d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Att XIV tal-2011 (Abbozz 182).", "Qiegħed nistma li din id-diskussjoni se tibqa' għaddejja sa għada.", "Min-naħa tal-Gvern, aħna għandna madwar disa' kelliema, filwaqt li min-naħa tal-Oppożizzjoni għandhom madwar żewġ kelliema.", "Wara din id-diskussjoni, għandna erba' abbozzi ta' liġi oħra li nqisuhom importanti u li nixtiequ ngħaddu qabel il-vakanzi tal-Għid.", "Għandna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Atti Varji tat-Taxxa (Abbozz 199) …", "DAVID AGIUS: Dan tal-Budget?", "Wara għandna żewġ abbozzi ta' liġi li huma ppilotati mill-Ministru Zammit Lewis.", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità (Abbozz 197), u għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 3) (Abbozz 157).", "Imbagħad, inkomplu fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi (Abbozz 173).", "Huwa stmat li l-24 ta' Marzu tkun il-ġurnata li fiha nieħdu l-voti li hemm bżonn, u dik tkun il-ġurnata li nibdew ir-recess tal-Għid.", "U nerġgħu nidħlu lura l-Parlament fit-12 ta' April.", "Il-vot tal-Awditur Ġenerali u tad-Deputat Awditur Ġenerali neħduh fl-24 ta' Marzu.", "L-ISPEAKER: Saret il-korrezzjoni tal-kunjom?", "Għandna bżonn nerġgħu rressqu mozzjoni?", "CHRIS FEARNE: Le, imbagħad dik titla' dakinhar.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien nistma li b'dawn l-abbozzi ta' liġi għandna din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla koperti.", "Imbagħad inkomplu bil-Miżuri tal-Estimi, fejn hemmhekk naħseb li se jkun hemm ħafna Deputati min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Oppożizzjoni li jridu jitkellmu.", "Fuq tal-entitajiet, l-ewwel iridu jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, imma dawk għandna sa Ġunju biex niddiskutuhom, mentri tal-Miżuri tal-Estimi għandna sa Marzu.", "L-ISPEAKER: Jekk jistgħu jsiru qabel, aħjar.", "GLENN BEDINGFIELD: Għadhom ma tpoġġewx.", "Min-naħa tiegħi dak kollox.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki min-naħa tal-Oppożizzjoni?", "DAVID AGIUS: Il-vot fuq il-mozzjoni tal-Awditur Ġenerali jittieħed skont min ikun present and voting?", "DAVID AGIUS: Jiġifieri se jkollna żewġ terzi present and voting.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Qabel jiddikjara li għaddiet irid jaċċerta ruħu li hemm żewġ terzi tal-Membri tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Żewġ terzi tal-Membri kollha u mhux żewġ terzi tal-Membri preżenti.", "L-Onor.", "XOGĦOL IEĦOR", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, għal darba darbtejn irċevejt kopja ta' ittra li kienet indirizzata lilek min-naħa ta' Shift News u li jien u l-Whip tal-Gvern konna kkopjati fiha.", "Ma nafx x'risposta ngħataw għax ma kontx …", "L-ISPEAKER: Se ngħidlek, mhux problema.", "ROBERT CUTAJAR: Bħala Oppożizzjoni m'għandna l-ebda problema li dawn jingħataw aċċess, bħalma tingħata lil kull media oħra.", "Però jien ma kellix kopja tar-risposta li ntbagħtet.", "L-ISPEAKER: Il-kwestjoni mhijiex fuq jekk hemmx xi oġġezzjoni jew le, imma hija fuq il-liġi.", "Il-liġi xi tgħid?", "Ħalli naqralek l-ittra li bgħattilhom.", "Ovvjament, dawn joqogħdu jiktbu kull darba …", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, x'inhi l-problema?", "Il-media l-oħra jingħataw aċċess.", "Nerġa' ntenni li min-naħa tagħna m'għandna l-ebda problema sabiex dawn jingħataw aċċess.", "L-ISPEAKER: Kollha tajniehom aċċess, imma jekk id-DOI jgħidilna li dawn mhumiex reġistrati, jien mhux se nikser il-liġi!", "Jien se ngħidlek li l-liġi ma tagħtinix dak il-poter.", "ROBERT CUTAJAR: Min-naħa tagħhom weġbuk?", "L-ISPEAKER: Dażgur li wieġbu, u jien weġibthom lura.", "ROBERT CUTAJAR: Jiġifieri reġgħu wieġbu?", "L-ISPEAKER: Ma wieġbu xejn, imma bħas-soltu qagħdu jtellgħu fuq il-blog tagħhom.", "ROBERT CUTAJAR: Jien qiegħed ngħidlek għax ma kellix risposta.", "Kull darba nkunu kkopjati …", "L-ISPEAKER: Imma jien kelli niktbilhom għax lili kienet indirizzata.", "L-ittra kitbitha ċerta waħda Caroline Muscat.", "Ovvjament, kitbet lili u jien għaddejtha lill-konsulent legali tiegħi, il-Professur Refalo.", "U fit-12 ta' Frar 2021 kiteb hekk:", "Qiegħed jgħidilha hekk għax kitbet lili direttament meta hemm Ordni Permanenti li jgħidlek li ma tistax.", "Ir-risposta tkompli hekk:", "Fl-ittra tagħha qalet li ma taqbilx mal-liġi, u ċjoè, li trid tirreġistra hi bħala editur mad-DOI, eċċ. Imma dik affari tagħha!", "Ovvjament, il-liġi jridu jibdluha l-Oppożizzjoni u l-Gvern.", "Mela jien qiegħed napplika l-liġi kif inhi.", "GLENN BEDINGFIELD: Jew tinbidel il-liġi, jew inkella huma jridu jottemporaw ruħhom mal-liġi.", "L-ISPEAKER: Bħalissa kulħadd irid jirreġistra.", "Pereżempju, tal-Lovin Malta talbu u tajthomlhom għax huma rreġistrati.", "Imma ta' Shift News ma jridux jirreġistraw.", "Fil-fatt, ħalli naqralkom xi tgħid il-liġi:", "\"L-Ispeaker tal-Kamra għandu, fuq talba bil-miktub minn xi Membru tal-Kamra jew mill-editur responsabbli għall-gazzetta reġistrata taħt l-Att tal-Istampa, jagħti lil dak il-Membru jew lill-editur id-dettalji tal-income dwar xi sena ta' stima dikjarata minn xi Membru tal-Kamra għall-finijiet tal-Att dwar it-Taxxa.\"", "Trid tkun reġistrata biex ngħaddihomlhom.", "ROBERT CUTAJAR: Il-punt tiegħi kien biss għax jien ġejt ikkopjat fl-ittra, imma mbagħad ma kontx ikkopjat fir-risposta.", "L-ISPEAKER: Jien weġibt lilha biss għax hi ma qaltlix li għandi nibgħat lilek ukoll.", "ROBERT CUTAJAR: Il-Whip tal-Gvern kien ikkopjat ukoll.", "L-ISPEAKER: Mhux problema, imma jien weġibt lilha peress li hi kitbet lili.", "Però l-liġi hija ċara u, sakemm hemm il-liġi, jien ikolli napplika dik il-liġi.", "Għalkemm jien avukat xorta ħassejt il-bżonn li nkun ikkonfortat, u għalhekk bgħatt lill-Professur Refalo.", "Li kieku ma nagħmilx hekk inkun qiegħed nikser il-liġi jien stess.", "Il-liġi dik hi.", "Parliamentary Friendship Group – Tuneżija", "L-ISPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kumitat bit-talba li konna rċevejna għall-Parliamentary Friendship Group mat-Tuneżija.", "Din diġà konna qbilna fuqha u, fil-bidu ta' Jannar, konna ġejna informati li se jkun hemm dan il-grupp ta' ħbiberija mill-Parlament Tuneżin.", "Kif tafu, fit-Tuneżija kien hemm l-elezzjonijiet u issa għandhom parlament ġdid.", "Min-naħa tagħna, għadha ma tteħditx id-deċiżjoni dwar jekk din it-talba għandhiex tiġi aċċettata jew le.", "Nifhem li għandha tiġi aċċettata, kif konna qbilna fl-2018, fejn konna għedna li għandhom ikunu l-Membri ta' dan il-Kumitat f'każ li ma jkunx hemm Membri oħra nominati.", "Pjan Finanzjarju 2021 tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika", "L-ISPEAKER: L-aħħar punt li xtaqt insemmi huwa fuq il-Pjan Finanzjarju 2021 tal-Kumissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "Infakkarkom li għad irridu naqblu fuq data biex dan il-Kumitat jiddiskuti dawn l-estimi.", "DAVID AGIUS: M'għandniex problema.", "Nagħmlu appuntament u niddiskutuhom.", "CHRIS FEARNE: Insibu data fil-ġranet li ġejjin.", "Ovvjament nistiednu lill-Kummissarju George Hyzler u lit-team tiegħu għal din id-diskussjoni.", "L-ISPEAKER: Tridu nsibu data issa?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Kif hawn il-Whip u d-Deputat Prim Ministru, nixtieq nistaqsi fuq xi ħaġa.", "Illum ġejt informat li mhux se ssir l-istqarrija ministerjali kif is-soltu ssir.", "Ma nafx jekk din hux se ssir għada u għalhekk qiegħed nistaqsi.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, se ssir għada.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Kemm inqajjem punt żgħir.", "Rajt ftit il-Minuti dwar il-ġurament ta' ħatra, dak iż-żmien kien se jkun Dr Gavin Gulia.", "U naħseb li dan il-Kumitat qisu \"qatt\" ma laqa' lill-Membru Parlamentari ġdid min-naħa tal-Gvern b'mod uffiċjali f'dan il-Kumitat.", "Naf li lqajnieh fis-Sala, imma dejjem nagħmluha f'dan il-Kumitat.", "U naħseb jixraq li lill-Onor.", "Scicluna nsemmuh u nilqgħuh bħala Kumitat.", "CHRIS FEARNE: Nieħdu pjaċir bl-Onor.", "Scicluna, imma, kif għedt inti, diġà lqajnieh fil-Plenarja.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzja lill-Onor.", "Agius u lill-Onor.", "Fearne ta' dan l-understanding.", "Issa nistgħu naġġornaw għal data li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fit3.35 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20210301_034d_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 21", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021 fl-4.30 pm", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Simon Cachia għall-ħatra ta' Rappreżentant Permanenti fi Strasburgu.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tal-Imħallef Emeritu Noel Cuschieri għall-ħatra ta' Chairperson tal-Bord tal-Awtorità għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.", "24 ta' Frar 2021 Skrivan tal-Kamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210303_021a_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 21", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 21", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.50 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 20, li saret fid-9 ta' Frar 2021, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Illum il-kumitat għandu quddiemu żewġ nomini, dik ta' Dr Simon Cachia għall-ħatra ta' Rappreżentant Permanenti fi Strasburgu, u dik tal-Imħallef Emeritu Noel Cuschieri għall-ħatra ta' Chairperson tal-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.", "Nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Glenn Bedingfield, lill-Onor.", "Jean Claude Micallef u lill-Onor.", "Joe Mizzi talli qegħdin preżenti għal din il-laqgħa.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR SIMON CACHIA GĦALL-ĦATRA TA' RAPPREŻENTANT PERMANENTI TA' MALTA RESIDENTI FI STRASBURGU", "IĊ-CHAIRPERSON: Nibdew bis-smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Simon Cachia għall-ħatra ta' Rappreżentant Permanenti ta' Malta fil-Kunsill tal-Ewropa Residenti fi Strasburgu.", "Nistgħu nsejħu mill-ewwel lil Dr Simon Cachia.", "Dr Simon Cachia daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Cachia, dan il-kumitat huwa mwaqqaf permezz tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u, skont l-istess Att, il-Membri jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati mat-tweġibiet bil-miktub li inti bgħattilna.", "Ninformak ukoll li skont l-istess liġi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom, kemm-il darba l-kumitat ma japprovax mod ieħor, ikunu pubbliċi.", "Ninformak ukoll li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live fuq il-website tal-Parlament u eventwalment tiġi mxandra wkoll fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament.", "Nitolbok biex, jekk jogħġbok, tintroduċi lilek innifsek u tgħidilna ftit dwar l-esperjenza tiegħek u għaliex aħna bħala kumitat għandna niddeċiedu li inti għandek tkun qed tokkupa din il-kariga.", "DR SIMON CACHIA: Jiena gradwat bħala avukat mill-Università ta' Malta, u mbagħad kont għamilt Masters fil-Liġi fl-Università ta' Cambridge, l-Ingilterra.", "Ipprattikajt għal diversi snin bħala avukat, inkluż il-Qorti.", "Fl-2015 kont ġejt appuntat bħala Kordinatur tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u għamilt madwar sentejn u nofs f'dak il-post.", "Wara l-Presidenza erġajt ġejt lura Malta u erġajt qbadt il-prattika ta' avukat.", "Nista' nżid ukoll esperjenza relevanti li qabel il-Presidenza kont ukoll il-Mutual Recognition of Professions Coordinator għal Malta, u kont nattendi working group tal-Kummissjoni fuq dan il-qasam fejn kont ukoll nirrappreżenta lil Malta u ninnegozja f'isem Malta.", "Imbagħad, wara l-Presidenza, kont ukoll nitla' f'dan il-working party bħala espert.", "Inżid ukoll li matul din l-aħħar sena tajt ukoll servizzi legali lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Inti staqsejtni wkoll għalfejn għandi niġi maħtur fil-kariga msemmija.", "Naħseb għandi esperjenza legali kif ukoll diplomatika, u għandi wkoll kwalifiki u enerġija biex nagħti dan is-servizz lill-pajjiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn Membri li għandhom xi mistoqsijiet?", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dr Cachia, inti għamilt żmien tikkoordina x-xogħol tal-Presidenza ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq ftit riflessjonijiet minn għandek dwar dan.", "Ovvjament m'hemmx għalfejn nagħmlu d-differenza bejn il-Kunsill tal-Ewropa u dan; però, fil-Kunsill tal-Ewropa hemm ħafna sfidi li pajjiżna mhux qed jaqbad biżżejjed.", "Hemm ħafna items li jitilgħu fuq diversi kumitati li pajjiżna għandu bżonn ikun imgħarraf iktar dwarhom.", "X'għamilt u x'beħsiebek tagħmel f'dawn iż-żewġ vesti separati?", "DR SIMON CACHIA: Bħala Koordinatur, jiena kont tlajt hemmhekk ħafna qabel il-Presidenza u xogħli kien li nsir naf x'irridu nagħmlu Malta għall-Presidenza u kif għandna nagħmluh, kemm mil-lat ta' policy kif ukoll mil-lat ta' sustanza bħala implimentazzjoni ta' programmi u attivitajiet.", "Kont niltaqa' mal-istituzzjonijiet kollha, fosthom mal-Kunsill, mal-Parlament, mal-Kummissjoni u mal-presidenzi ta' qabilna.", "Kont nirrapporta lir-Rappreżentanza Permanenti u lil Malta, u bażikament sirna nafu x'għandu jsir.", "Imbagħad bdejna nwettqu l-ħidma iktar viċin il-Presidenza.", "Sur President, mhux se nidħol f'ħafna dettall, imma, pereżempju, kellna nagħmlu t-Trio Programme li huwa l-programm tat-tliet presidenzi, għaliex il-Presidenzi tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jaħdmu flimkien.", "Aħna konna mal-Olanda u mal-iSlovakkja, u konna għamilna pjan ta' ħidma magħhom għal 18-il xahar li mbagħad, iktar qrib il-presidenza tagħna, ġie ridott għal sitt xhur.", "Kienu jsiru wkoll ħafna events u konferenzi jew meetings informali dwar suġġetti li kienu se jiġu diskussi fil-laqgħat.", "Infakkarkom ukoll li fil-presidenza l-laqgħat ma kenux biss ministerjali u ta' rappreżentanti permanenti, iżda hemm ukoll ħafna technical jew working parties.", "Hemm iktar minn 120 minn dawn, u fil-presidenza kellna iktar minn 1,000 laqgħa.", "Allura ridt nieħu ħsieb li l-ħidma ssir u tiġi implimentata għal dawn il-working parties kollha.", "Bħala kordinatur kont nassigura wkoll li kulħadd jagħmel xogħlu u li x-xogħol isir u jsir sew.", "Semmejtli l-Kunsill tal-Ewropa.", "Naqbel miegħek li kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-Kunsill tal-Ewropa huwa importanti li mir-rappreżentanza permanenti nattendu l-laqgħat kollha tal-Kumitat tal-Ministri fil-livell ta' deputati u anke s-sub-groups.", "Issues importanti għal Malta jiġu identifikati mill-bidu nett.", "Dik hija importanti ħafna, u jekk dawn huma favur Malta ovvjament irridu nimbuttawhom u nirsistu, u jekk ma jkunux favorevoli għal Malta rridu nidentifikawhom mill-bidu u nilqgħulhom qabel ikun tard wisq.", "Dan kollu dejjem b'rispett lejn il-liġijiet internazzjonali u l-obbligi internazzjonali tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn iktar mistoqsijiet?", "Dr Cachia, nitolbok tirtira ħalli l-Kumitat ikun jista' jiddelibera dwar in-nomina tiegħek.", "Dr Simon Cachia rtira mill-kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil fuq in-nomina ta' Dr Simon Cachia għall-ħatra proposta ta' Rappreżentant Permanenti ta' Malta fi Strasburgu?", "(Onor. Membri: Iva) Jidher li hawn qbil unanimu.", "Insejjaħ issa lil Dr Cachia biex jerġa' jidħol lura quddiem il-Kumitat.", "Dr Simon Cachia daħal lura fil-kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Cachia, dan il-kumitat iddeċieda li jagħti parir favur il-ħatra tiegħek bħala Rappreżentant Permanenti ta' Malta Residenti fi Strasburgu skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, jintbagħtu l-Minuti ta' din il-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Nawgurawlek ħafna ħidma favur pajjiżna.", "DR SIMON CACHIA: Grazzi ħafna.", "Dr Simon Cachia rtira mill-kamra tal-Kumitat.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAL-IMĦALLEF EMERITU NOEL CUSCHIERI GĦALL-ĦATRA TA' CHAIRPERSON TAL-BORD TAL-AWTORITÀ GĦALL-EDUKAZZJONI AVVANZATA U OGĦLA", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-item li jmiss li hu s-smigħ fir-rigward tan-nomina tal-Imħallef Emeritu Noel Cuschieri għall-ħatra ta' Chairperson tal-Bord tal-Awtorità għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.", "Insejħu lill-Imħallef Emeritu Noel Cuschieri biex jingħaqad magħna fil-kumitat.", "L-Imħallef Emeritu Noel Cuschieri daħal fil-kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nilqgħek magħna, Sur Imħallef.", "Bħalma taf, dan il-kumitat huwa mwaqqaf permezz tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u, skont dan l-istess Att, il-Membri jistgħu jagħmlulek mistoqsijiet supplimentari relatati ma' tweġibiet bil-miktub li inti bgħattilna.", "Ninformak li skont l-istess Att, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom, kemm-il darba l-kumitat ma jiddeċidix mod ieħor, isiru pubbliċi.", "Ninformak ukoll li din il-laqgħa qiegħda tiġi live streamed fuq il-website tal-Parlament u eventwalment tiġi mxandra fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament.", "Nitolbok biex, jekk jogħġbok, tintroduċi ruħek, mhux għaliex għandek bżonn, għaliex ħafna mill-Membri huma avukati u jafuk sew, imma biex min ikun qiegħed isegwina jkun jaf daqsxejn il-background tiegħek.", "Nitolbok tgħidilna ftit dwarek innifsek u tgħidilna ftit fuq l-esperjenza tiegħek relatata ma' din il-kariga.", "L-IMĦALLEF EMERITU NOEL CUSCHIERI: Dwar l-esperjenza tiegħi fuqi nnifsi bħala avukat?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, dwar l-esperjenza tiegħek relatata ma' din il-kariga u għaliex aħna għandna niddeċiedu li napprovawha.", "L-IMĦALLEF EMERITU NOEL CUSCHIERI: Jien kont President tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCHFE).", "Għamilt kważi seba' xhur naħdem f'din il-kariga.", "Tridu tkunu tafu x'għamilt qabel ukoll bħala mħallef?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le.", "Sitt xhur ilu diġà approvajna n-nomina tiegħek.", "Però, għall-fini ta' dawk li jkunu qegħdin isegwu u għar-record tal-Parlament, tista' tagħtina ftit introduzzjoni fuqek, sabiex dan il-Kumitat jagħmel xogħlu b'mod legali?", "L-IMĦALLEF EMERITU NOEL CUSCHIERI: Jien kont ili membru tal-Ġudikatura għal 35 sena nieqes tliet xhur; ta' 30 sena kont maġistrat.", "Ħdimt għal 11-il sena fil-ġurisdizzjoni kriminali bħala maġistrat, u l-aħħar sitt snin għamilthom nagħmel kawżi relatati mad-droga.", "Jiena kont ġejt appuntat maġistrat fl-1985, u f'Ottubru tal-2002 ġejt nominat Imħallef.", "Għamilt tliet snin naħdem fil-kamp ċivili, fil-Prim'Awla.", "Wara tliet snin naħdem fil-Prim'Awla ġejt assenjat lill-Qorti tal-Familja, fejn domt naħdem seba' snin u nofs.", "Wara dawk is-seba' snin u nofs, imbagħad bdejt naħdem fl-Appell u fil-Qorti Kostituzzjonali.", "Għamilt seba' snin hemmhekk.", "Imbagħad, out of the blue – kienet sorpriża – ġejt appuntat bħala President tal-NCHFE.", "Meta ġejt l-ewwel darba hawnhekk kont mimli teorija.", "Pereżempju, nistudja l-liġi, nara l-literature u nara xi problemi hemm.", "Issa qiegħed hawnhekk b'sitt xhur esperjenza, u allura qiegħed f'pożizzjoni ħafna aħjar li nirrispondi d-domandi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Timmatura fil-kariga, ngħidu aħna.", "L-IMĦALLEF EMERITU NOEL CUSCHIERI: Għax issa ħassejthom b'idejja l-problemi li hemm.", "Kif jgħidu, il-problemi mhumiex ostakli imma huma mezz ta' tagħlim, jiġifieri xi ħaġa tgħallimt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Fil-fażi li jmiss, kull membru għandu dritt li jagħmillek mistoqsijiet supplimentari għall-mistoqsijiet li diġà ntbagħtulek.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur Imħallef Emeritu, f'dawn is-sitt xhur li kont fil-kariga, x'tara bħala żewġ sfidi verament qawwija għall-edukazzjoni u għas-settur li inti qiegħed tieħu ħsieb?", "B'mod partikolari forsi tħoss ukoll li aħna bħala Membri ta' dan il-Kumitat għandna niġu ftit iktar a konoxxenza ta' dawn l-isfidi.", "L-IMĦALLEF EMERITU NOEL CUSCHIERI: L-ikbar sfida li nara jien hija titjib fil-quality assurance.", "Mhux għax m'hemmx il-quality assurance, mhux għax m'hemmx mekkaniżmu, imma l-mekkaniżmu, bħal kull ħaġa oħra, jista' jitjieb.", "Dan bħal meta għandek struttura li trid ittejjibha.", "Meta din l-istruttura tiżviluppa u tikber u ma jkunx hemm kontroll fuq il-kwalità, ma jkunx hemm assigurazzjoni li qed tikber b'elementi ta' kwalità tajba, u allura hemm ir-riskju reali li din l-istruttura tikkrolla u ċċedi taħt il-piż tagħha stess.", "Mentri, jekk tkun struttura li titħalla tikber u tespandi, tkun kontrollata f'qafas regolatorju u tassigura li dak li qed isir ikun ta' kwalità tajba, allura imbagħad l-istruttura ma taqax u l-iżvilupp jibqa' sejjer u l-pedamenti jkunu sodi.", "Fil-quality assurance tgħallimt li s-sitwazzjoni ssir hekk.", "L-ewwel issir applikazzjoni għal liċenzja, fejn ikun hemm pjan ta' kif il-fornitur tal-edukazzjoni se jmexxi.", "Ikun hemm dettalji dwar il-fornitur, min se jipprovdi l-edukazzjoni, u dettalji dwar il-programmi li se jagħti lill-istudenti.", "Hemmhekk issir l-akkreditazzjoni.", "Il-Kummissjoni – li issa saret Awtorità – tara jekk dawk il-programmi u dak il-fornitur għandux l-elementi biżżejjed.", "Hemm 11-il standard u tara jekk dawn humiex se jiġu sodisfatti.", "Imbagħad, jekk hemm bini jmorru jaraw u jagħtuh l-akkreditazzjoni.", "Wara li ssir dik, dan il-fornitur jibda jopera.", "Imbagħad, il-liġi tagħtih perijodu ta' ħames snin biex isir l-external quality assurance.", "Meta jgħaddi dan il-perjodu, l-Awtorità tmur hemmhekk u tagħmel audit estern.", "Tqabbad esperti f'ċertu oqsma u jsir l-audit.", "Ikun hemm fornituri li jkunu laħqu l-level standards kollha, jiġifieri jkunu għamlu dak li ppjanaw u li qalu li se jagħmlu.", "Imma, jkun hemm ukoll fornituri li ma jkunux issodisfaw il-programm jew pjan kollu, imma xorta waħda jistgħu jagħtuhom liċenzja għax ikunu qed jaħdmu tajjeb.", "Waħda mill-problemi li nara jien hija li l-perjodu ta' ħames snin bejn l-akkreditazzjoni fuq il-karta u l-akkreditazzjoni li jsir on the spot huwa twil wisq.", "F'ħames snin jidħlu l-istudenti u joħorġu.", "Irid ikun hemm ukoll iżjed monitoraġġ.", "Tgħidli: Għaliex m'hemmx iżjed monitoraġġ?", "Il-problema hija tan-nies.", "Jiena nara li hemm żewġ toroq li wieħed x'jista' jesplora.", "Waħda minnhom hi li tħalli dak il-perijodu ta' ħames snin l-istess, imma mbagħad isir l-external audit mill-Kummissjoni jew mill-Awtorità.", "Biex tagħmel hekk trid ikollok nies biżżejjed biex tibgħathom on site, on the premesis jagħmlu spot checks biex jaraw li dak li inti daħħalt fil-pjan tiegħek is being delivered.", "Dan huwa fl-interess tal-istudenti.", "Inti ma tridx iddaħħal l-istudenti, u mbagħad fl-aħħar issib li ma ngħatawx edukazzjoni ta' kwalità tajba.", "Għalhekk hija importanti l-quality assurance.", "Inutli li jkollna firxa ta' edukazzjoni, aċċessibilità kemm trid, però l-edukazzjoni ma tkunx ta' kwalità tajba.", "Jekk ma tkunx ta' kwalità tajba jintilef il-benefiċċju għas-soċjetà.", "It-tieni triq li nara hi li dawk il-ħames snin jiġu ridotti għal tliet snin.", "Id-diffikultà f'din qiegħda li l-external audit, milli stajt nara, jiswa' ħafna flus.", "Hawn fornituri li huma finanzjarjament b'saħħithom, u allura billi jonqfu ftit eluf ma ġara xejn; imma hawn ħafna fornituri li jagħtu korsijiet fil-kamp tagħhom, pereżempju, tal-hairdressers – u m'hemmx bżonn ikollok reputazzjoni kbira, imbasta tkun persuna kwalifikata li kapaċi tgħallem – li għalihom external audit tiġi ħafna flus.", "Wieħed mill-istandards li jridu jissodisfaw anke fil-bidu nett huwa li jkun hemm mekkaniżmu intern ta' internal quality audit.", "Il-fornitur irid ikollu mekkaniżmu f'postu biex jiċċekkja lilu nnifsu, biex jara li l-edukazzjoni li qed tingħata hija ta' kwalità tajba.", "Dik hija parti mill-isfidi, għax imbagħad hemm affarijiet oħra.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi tal-ispjega.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: Le) Sur Imħallef, f'dan il-istadju nitolbok tirtira ftit, sabiex inkunu nistgħu niddiskutu n-nomina.", "Imbagħad, jekk ma jimpurtax, insejħulek minn hawn u ftit ieħor.", "L-Imħallef Emeritu Noel Cuschieri rtira mill-kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistaqsi jekk hawnx qbil man-nomina tal-Imħallef Emeritu Dr Noel Cuschieri għall-ħatra proposta ta' Chairperson tal-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.", "(Onor. Membri: Iva) Jidher li hawn qbil unanimu.", "Nistieden lil Dr Noel Cuschieri jidħol fil-kamra.", "L-Imħallef Emeritu Noel Cuschieri daħal lura fil-kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Imħallef, ninformak li dan il-kumitat iddeċieda li jagħti parir favur il-ħatra tiegħek bħala Chairperson tal-Bord tal-Awtorità għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, se jintbagħtu l-minuti tal-laqgħa ta' dan il-Kumitat lill-Ministru għall-Edukazzjoni.", "Nawgurawlek ħafna ħidma favur pajjiżna.", "Min-naħa tiegħi, nirringrazzja lill-Onor.", "Membri preżenti u lill-Iskrivana tal-Kumitat.", "Dan il-Kumitat huwa konkluż u jerġa' jiltaqa' meta jkun hemm ħtieġa.", "Fil-5.16 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210303_021d_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 21", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021", "IlKumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi ltaqa' filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fl-4.50 pm.", "PREŻENTI", "Il-Membri tal-Kumitat li kienu preżenti għal-laqgħa kienu l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 20, li saret fid-9 ta' Frar 2021, ġew ikkonfermati.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR SIMON CACHIA GĦALL-ĦATRA TA' RAPPREŻENTANT PERMANENTI FI STRASBURGU", "Il-Kumitat stieden lil Dr Simon Cachia sabiex jidher quddiem il-Membri tal-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari relatati mat-tweġibiet bil-miktub li Dr Cachia bagħat lill-Kumitat, skont is-subartikolu 38(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 595.", "Il-President tal-Kumitat informa lil Dr Cachia li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Dr Simon Cachia ta ħarsa ġenerali dwar l-esperjenza tiegħu fil-qasam legali fejn hu jipprattika bħala avukat, kif ukoll dwar il-ħidma tiegħu bħala Koordinatur tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fis-snin bejn l-2015 u l-2017, f'liema perjodu kien ibbażat fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta fi Brussell.", "Qal ukoll li huwa kien il-Mutual Recognition of Qualifications Coordinator għal Malta u tkellem dwar il-ħidma relatata ma' dan.", "Suġġett li ġie diskuss kien il-Kunsill tal-Ewropa u l-importanza tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Ministri biex issues li huma ta' interess għal Malta jiġu identifikati mill-bidunett.", "Fil-5.00 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lil Dr Simon Cachia u talbu sabiex jirtira mill-kamra sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta tiegħu.", "Ftit tal-mumenti wara, il-President tal-Kumitat stieden lil Dr Cachia jidħol fil-kamra fejn informah li l-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tiegħu bħala Rappreżentant Permanenti fi Strasburgu skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TAL-IMĦALLEF EMERITU NOEL CUSCHIERI GĦALL-ĦATRA TA' CHAIRPERSON TAL-BORD TAL-AWTORITÀ GĦALL-EDUKAZZJONI AVVANZATA U OGĦLA", "Il-Kumitat stieden lill-Imħallef Emeritu Dr Noel Cuschieri sabiex jidher quddiem il-Membri tal-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari relatati mat-tweġibiet bil-miktub li Dr Cuschieri bagħat lill-Kumitat, skont is-subartikolu 38(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 595.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Imħallef Emeritu Dr Cuschieri li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Dr Noel Cuschieri tkellem dwar il-ħidma tiegħu bħala Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, f'dawn l-aħħar ftit xhur, u tkellem dwar l-isfidi li s-settur tal-edukazzjoni jippreżenta.", "Huwa tkellem dwar il-ħtieġa ta' quality assurance minn provdituri liċenzjati u l-monitoraġġ kontinwu sabiex jiġi assigurat li qed jinżamm l-istandard fil-kwalità tal-programmi edukattivi provduti.", "Fil-5.13 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lil Dr Noel Cuschieri u talbu sabiex jirtira mill-kamra sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta tiegħu.", "Ftit tal-mumenti wara, il-President tal-Kumitat stieden lil Dr Noel Cuschieri jidħol fil-kamra fejn informah li l-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tiegħu bħala Chairperson tal-Bord tal-Awtorità għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Edukazzjoni.", "Fil-5.16 pm, id-diskussjoni kienet konkluża u l-Kumitat ġie aġġornat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210303_021m_hat.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 42", "L-Erbgħa, 03 ta' Marzu 2021 fl-5:00 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 03 ta' Marzu, 2021 fl-5.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mal-Autism Parents Association;", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210303_042a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 42", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, fil-5:00 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ppresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Maria Deguara u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 41 li saret nhar l-Erbgħa, 17 ta' Frar 2021 ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI MAL-AUTISM PARENTS ASSOCIATION", "Għal din id-diskussjoni kienet mistiedna s-Sinjura Valerie Brincat, PRO tal-Autism Parents Association, li ressqet lill-Kumitat powerpoint presentation fuq ix-xogħol li tagħmel din l-assoċazzjoni sabiex tgħin tfal u persuni bl-awtiżmu.", "Bil-permess tal-Kumitat is-Sinjura Brincat ippreżentat;", "Wara li l-mistiedna ressqet il-preżentazzjoni tagħha l-Membri preżenti ressqu diversi mistoqsijiet lis-Sinjura Brincat.", "L-Onor.", "David Agius talab li l-Kumitat għandu jibgħat lill-NSO u jitlobha ddaħħal mistoqsija speċifika fiċ-ċensiment tagħha sabiex inkunu nafu kemm hawn persuni bl-awtiżmu f'pajjiżna.", "Is-Sinjura Brincat għandha tgħaddi lill-Kumitat din il-mistoqsija biex tintbagħat lill-NSO.", "L-Onor.", "Agius issuġġerixxa wkoll li fil-laqgħa li jmiss jiġi mistieden il-Professur Andrew Azzopardi ħalli l-Kumitat jistaqsih x'jista' isir sabiex ikollna studju speċifiku dwar l-awtiżmu u b'hekk nibdew nifhmu l-kobor ta' din il-problema u s-soluzzjonijiet li jista' ikun hemm.", "Fis-6.10 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT", "L-Onor."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210303_042m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 79", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu, 2021 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Marzu, 2021 fis-2:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "3 ta' Marzu 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210303_079a_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 79", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 79", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:02 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Insellmilkom u nilqagħkom għal din il-laqgħa.", "Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jidhirli li wara li għamilna t-talba min-naħa tagħna, saret talba mbagħad f'isem il-Kumitat kollu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, fil-fatt qiegħda fit-tieni paġna fejn hemm \"Iċ-Chairman imbagħad għadda sabiex ipoġġi l-mistoqsija dwar it-talba tal-Onor.", "Callus, kif emendata mill-Onor.", "Bedingfield, u l-Kumitat kollu vvota favur.\".", "Tajjeb infakkar li fil-laqgħa preċedenti kien qam diżgwid bejn Membri ta' dan il-Kumitat dwar jekk il-Kumitat setax jitlob ċerta informazzjoni mingħand Enemalta tramite l-Awditur Ġenerali.", "Imbagħad kien hemm talba għal ruling, u għandna r-Ruling, li hu li hu.", "Matul l-aħħar laqgħa kien ittieħed ukoll vot unanimu mill-Membri tal-Kumitat sabiex din l-informazzjoni tiġi mitluba direttament lil Enemalta, u naħseb li dwar dan għad hemm qbil.", "GLENN BEDINGFIELD: Naħseb li għandha ssir meta jkollna lix-xhud ta' Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik it-talba għadha ma saritx, u allura naħseb li jkun opportun li nagħmlu dik it-talba lil Enemalta u meta jiġi x-xhud jipproduċiha, però ejjew nimxu pass pass.", "GLENN BEDINGFIELD: Forsi punt ta' kjarifika.", "Ir-Ruling tal-Ispeaker ikun inkluż fil-Minuti?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, għadni ġej għalih.", "S'issa għadna fuq l-approvazzjoni tal-Minuti.", "Il-Minuti issa jistgħu jiġu kkonfermati?", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 78, li saret fis-17 ta' Frar 2021, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sussegwentement għal-laqgħa li għaddiet kien hemm ir-ruling tal-Ispeaker dwar din il-materja li għadni kif tkellimt fuqha, ir-ruling ingħata fis-seduta tat-22 ta' Frar 2021, u jien nitlob li dan jiġi annotat minn dan il-Kumitat kif ukoll jittella' fuq il-website accordingly.", "Għar-rigward ta' korrispondenza rċevejna mingħand is-Sur David Galea analiżi li kien ġie nkarigat jagħmel minn Enemalta dwar ir-rapport li qiegħed jiġi diskuss mill-Kumitat, u ċioè r-rapport maħruġ min-National Audit Office (NAO) dwar il-proġett ta' ElectroGas.", "Dan ir-rapport ġie ċċirkolat lill-Membri ta' dan il-Kumitat u nitlob lis-Segretarja tal-Kumitat sabiex jittella' fuq il-website tal-Parlament.", "Is-Sur Galea kien bagħtilna wkoll, fuq talba tal-Kumitat, kopja tal-letter of engagement li kellu, li wkoll tista' tittella' fuq il-website.", "Irċevejna wkoll email mingħand l-NAO, li tinkludi informazzjoni li kienet intalbet mill-istess Kumitat.", "Kopja ta' din il-korrispondenza diġà ġiet ċirkolata mal-Membri kollha tal-Kumitat.", "U l-aħħar korrispondenza li għandna għal-lum…", "KAROL AQUILINA: Sur President, qabel tkompli għal korrispondenza oħra, biex inżomm mas-suġġett, jien qed nifhem li abbażi tar-ruling li ngħata, issa jidħol fis-seħħ dak li ddeċidejna fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: U li kkonfermajna llum.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu, jiġifieri se ssir it-talba lil Enemalta biex jipprovdulna l-informazzjoni, mhux meta jkollna x-xhud quddiemna, imma qabel għax inkella ma nkunux nistgħu nistaqsu dwarha.", "GLENN BEDINGFIELD: Diġà ftehemna hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bażikament, it-talba li għamilna lill-Awditur Ġenerali issa tista' issir direttament lil Enemalta.", "Kif kont qed ngħid, aktar kmieni llum ġiet komunikata lili kopja ta' ittra, datata 17 ta' Frar 2021, li l-NAO irċieva mingħand is-Sur James Barbara għan-nom ta' James Caterers Ltd, liema ittra wkoll se tiġi mtella' fuq il-website tal-Parlament.", "F'din l-ittra s-Sur James Barbara qiegħed joġġezzjona għall-mod kif l-NAO qed jinvestiga talba li saret rigward tender li ngħata lill-kumpanija tal-istess Sur Barbara, jew konsorzju li jagħmel parti minnu, u bi kliem iebes jgħid li qed iżomm lill-NAO responsabbli għal kwalunkwe danni li jista' isofri fl-eventwalità li jkun hemm rapport, li fil-fehma ta' James Caterers Ltd, ikun ikkawżalhom.", "Ma' din l-ittra rċevejt ukoll kopja ta' ittra, datata 23 ta' Frar 2021, li bagħat l-NAO tramite l-avukat tiegħu, il-Prof.", "Ian Refalo, li permezz tagħha l-NAO qed jinnota li dak li hemm fl-ittra tas-Sur Barbara huwa \"extremely offensive and disturbing\" u fil-fehma tiegħu qed jagħmel pressjoni indebita fil-konfront tal-istess NAO.", "Fl-istess ittra Prof. Refalo, għan-nom tal-Awditur Ġenerali, qiegħed jesiġi li l-allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront tal-NAO minn James Caterers Ltd jiġu rtirati u jirrileva wkoll li l-Awditur Ġenerali huwa uffiċjal ta' dan il-Parlament u dan li sar permezz ta' din l-ittra jista' ikun jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ.", "Fis-26 ta' Frar l-NAO irċieva ittra oħra, din id-darba mibgħuta mill-Avukat Stefano Filletti għan-nom ta' James Caterers Ltd, fejn jirritjeni li l-ittra ntbagħtet biex jiġu salvagwardati l-interessi tal-klijent tiegħu u jikkontendi li dak li huwa magħruf lilhom li se jkun fiha din l-investigazzjoni, kien qed iħammeġ ir-reputazzjoni ta' din il-kumpanija.", "Jien nifhem li kopja ta' din l-ittra li bagħat l-Awditur Ġenerali, minbarra li ġiet komunikata lilna, ġiet ukoll komunikata lill-Ispeaker tal-Kamra.", "Aħna, bħala Kumitat, napprezzaw ix-xogħol tajjeb li jagħmel l-NAO, li għandu jaħdem b'mod indipendenti mingħajr influwenza ta' ħadd u wisq inqas taħt l-influwenza, jew ta' attentat ta' influwenza, ta' terzi li jistgħu jkunu qegħdin taħt skrutinju f'xi biċċa xogħol li jkun inkarigat biha l-NAO.", "Għalhekk naħseb li l-Kumitat jaqbel b'mod unanimu li għandna nikkundannaw kwalunkwe forma, hi x'inhi u ġejja minn fejn hi ġejja, li b'xi mod tista' tiġi interpretata bħala intimidazzjoni fl-operat tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.", "F'dan l-istadju naħseb li bħala Kumitat, in vista wkoll tal-fatt li l-Ispeaker tal-Kamra ġiet komunikata lilu din il-korrispondenza, nitolbuh jara hu jekk dak li qed jikkontendi l-Awditur Ġenerali jikkostitwixxix xi forma ta' ksur ta' privileġġ jew xi ksur ta' xi regolamenti li jirregolaw lil dan il-Kumitat, lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u lil dan il-Parlament, u jekk huwa l-każ, ikun l-Ispeaker li jieħu l-provvedimenti opportuni.", "IS-SUR CHARLES DEGUARA (Awditur Ġenerali): Mr Chairman, ippermettli nfakkar lill-Kumitat fil-laqgħa li se ssir nhar it-Tlieta 9 ta' Marzu 2021 u li għaliha se jkun hawn preżenti s-Sur Leo Brincat.", "Il-European Court of Auditors (ECA), li s-Sur Brincat huwa membru tiegħu, għamlu biċċa xogħol tajba ħafna fejn awditjaw aspetti ta' kif il-gvernijiet u l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tirreaġixxi għall-pandemija.", "Id-diskors tiegħu, bil-ħin tal-mistoqsijiet b'kollox, mhux se jkun aktar minn siegħa – se tkun bejn l-10:00 a.m. u l-11:00 a.m. – u se jiffoka l-iżjed fuq il-qasam tas-saħħa, infieq marbut mas-saħħa, u nfieq marbut mal-ekonomija, li naħsbu li se tkun interessanti ħafna.", "Jekk tistgħu tattendu, b'mod virtwali, jew anke fiżikament fl-Uffiċċju tagħna, napprezzaw ħafna.", "Nitlob lil kulmin jixtieq jattendi fiżikament sabiex javżana minn qabel ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-arranġamenti neċessarji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, fil-fatt diġà ntbagħatilna l-invit kif ukoll il-link għal din il-laqgħa.", "Illum ukoll kellna zoom meeting tal-Executive Committee tal-Commowealth Association for Public Accounts Committee (CAPAC) fejn fiha pparteċipaw Parlamentari nies mill-Kanada, minn ħafna pajjiżi fl-Afrika, mill-Pakistan, mill-Indja u saħansitra minn Malta.", "Dik hi realtà tal-lum.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Sur Deguara, u ngħaddu issa għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "BY ENEMALTA CORPORATION\" – PREŻENTAZZJONI ĠENERALI MILL-AWDITUR ĠENERALI DWAR IR-RAPPORT U L-KONKLUŻJONIJIET TIEGĦU.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob li jissejjaħ ix-xhud fil-Kamra.", "Is-Sur David Galea daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, il-wara nofsinhar it-tajjeb.", "Naturalment illum se tkompli tagħti x-xhieda tiegħek quddiem dan il-Kumitat.", "Għadek bl-istess ġurament li ngħatajt id-darba l-oħra li bażikament ifisser li inti trid tgħid is-sewwa, is-sewwa kollu, u xejn ħlief is-sewwa.", "IS-SUR DAVID GALEA: Sur President, bil-permess tiegħek qabel nibdew xtaqt nagħmel statement, jekk ma jimpurtax bl-Ingliż għax inħossni aktar komdu.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nifhem li inti qed tikkonferma li dan l-istatement se tagħmlu taħt il-ġurament li ħadt.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "U mhux personal attacks biss, talli l-aħħar darba l-Onor.", "Aquilina attakkani b'mod aggressiv, sabbat il-karti f'wiċċi u beda jsabbat fuq il-mejda.", "Jien dan l-atteġjament m'iniex se nittollerah.", "KAROL AQUILINA: Dak x'qed tgħid inti.", "KAROL AQUILINA: Ma jimpurtax, tittollerahx.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'iniex se naċċettah.", "KAROL AQUILINA: Però bl-istess mod jien ma nittollerax min ikun parteċipi fil-korruzzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex parteċipi fil-korruzzjoni.", "Jekk għandek xi provi għedhom barra, imbagħad naraw.", "KAROL AQUILINA: Jien ma nittollerax min jipparteċipa u jkun strument għall-korruzzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex strument għall-korruzzjoni.", "KAROL AQUILINA: Dak qed tgħidu inti.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, u qed ngħidu taħt ġurament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, jekk jogħġbok, kompli aqra l-istatement.", "Dan nistgħu nitkellmu fuqu aktar tard.", "Jiġifieri l-public value huwa cost?", "Qed jagħmel żewġ rwoli.", "Ma tistax tagħmel rwol ta' żvilupp tal-istandards imbagħad tagħmel auditing kontrihom.", "Jiġifieri wieħed ibbażat fuq a variable price component kontra wieħed li huwa fixed price component fejn għandek il-hedging u l-financial instruments fih.", "F'dawn l-affarijiet nista' nidħol fid-dettall biex ma taħsbux li jien se nkun ġenerali.", "Jiġifieri jekk tridu, nista' nidħol b'mod speċifiku, imma sfortunatament ma tantx għandi ħin u allura se jkolli ngħidhom hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Ma fhimtx jekk il-complaint tiegħek huwiex għax ġejt ħafna drabi jew għax trid tiġi aktar drabi.", "IS-SUR DAVID GALEA: Tistgħu tgħiduli niġi kemm-il darba kemm tridu.", "Il-problema hi li m'aħniex qed nindirizzaw...", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk qed nifhem sew, ix-xhud qed jgħid li mhuwiex qed jingħata ċans jitkellem.", "Jiġifieri intom għandkom sett mistoqsijiet li ġejtu bihom f'dan il-Kumitat…", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, inti ġejt hawnhekk biex twieġeb mhux biex tagħmel presentation.", "Inti qiegħed hawnhekk bħala xhud.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġejt bħala xhud biex inwieġeb fuq domandi marbutin mar-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "KAROL AQUILINA: Fl-istatement tiegħek tgħid \"our position\".", "Inti, jew xi ħaddieħor?", "KAROL AQUILINA: Inti tirrappreżenta lil Enemalta?", "Inti mhux lilek innifsek tirrappreżenta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dawn l-affarijiet li hawn, l-istatements hawnhekk huma...", "KAROL AQUILINA: Qed tagħmilhom f'isem Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qed nagħmilhom f'ismi.", "KAROL AQUILINA: Allura għalfejn qed tgħid \"our position\"?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiena m'iniex avukat, jiġifieri...", "KAROL AQUILINA: Imma inti hekk għedtha fl-istatement.", "Inti, jew xi ħaddieħor?", "Inti ġejt hawnhekk tagħmel statement, u jien qed nitolbok tispjegali f'isem min qed titkellem.", "F'ismek personali jew f'isem ħaddieħor?", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejjew nissorvolawha.", "Għalkemm qed titkellem fil-plural, dak li qed tgħid f'dan l-istatement huwa l-pożizzjoni tiegħek u mhux ta' ħaddieħor.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hija l-pożizzjoni tiegħi.", "KAROL AQUILINA: Dik hija l-pożizzjoni personali tiegħek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hija l-pożizzjoni personali tiegħi.", "KAROL AQUILINA: Talbek xi ħadd biex tagħmel dan l-istatement?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, għamiltu minn jeddi.", "KAROL AQUILINA: Ħa nirriferik ftit għal dokument li ppreżentajt l-aħħar darba.", "IS-SUR DAVID GALEA: Tajjeb.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili ftit, Onor. Aquilina.", "Sur Galea, aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu xogħolna u din l-attitudni tiegħek illum, li mingħalik se tiġi...", "IS-SUR DAVID GALEA: Mr Chairman, jien ma jien qed nieħu l-ebda attitudni.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...ma' min jagħmillek il-mistoqsijiet, taf kemm iddum tagħmilha?", "Sakemm niddeċiedi jien.", "IS-SUR DAVID GALEA: Anzi kont edukat ħafna.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, il-komportament tas-sinjur s'issa dejjem...", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont edukat ħafna, però illum ġejt b'attitudni...", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ġejt b'attitudni normali…", "IĊ-CHAIRPERSON: ...u jien qiegħed nipprova nikkalmak mill-bidu.", "Brincat, tista', jekk jogħġbok tgħaddili d-dokument li ppreżenta s-Sur Galea l-aħħar darba?", "Brincat, jekk jogħġbok nitolbok tgħaddi kopja lilna wkoll.", "KAROL AQUILINA: Nirriferik għal Dok.", "Tikkonferma li din hija l-aħħar verżjoni tad-dokument?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx liema kopja għandek.", "KAROL AQUILINA: Din hija l-kopja li bgħatt inti.", "KAROL AQUILINA: Ħalli ngħaddilek kopja tad-dokument u nitolbok tirritornah lis-Segretarja tal-Kumitat.", "KAROL AQUILINA: Nirriferik għal paragrafi 8.6.27, 7.1.58, 7.1.86, 10.9.7, 11.2.7 u 6.3.51, fejn jissemmew żewġ persuni, u hemm il-kummenti tiegħek.", "Jissemmew ċertu Ron u ċertu Stefan.", "Nitolbok tidentifika min huma dawn iż-żewġ persuni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ron huwa Ron Galea Cavallazzi, li huwa avukat li kien magħna fid-diskussjonijiet, u Stefan huwa ċ-Chief Operations Officer ta' Enemalta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija Calamatta.", "KAROL AQUILINA: F'paragrafu 3.6.27 hemm kumment immarkat bl-aħmar, fejn hemm \"our position\", u inti tgħid \"to check with Ron about this\".", "Wara dakinhar dan il-punt iċċekkjajtu jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma ċċekkjajtux.", "Jekk tkun trid, niċċekkjah, u nerġa'...", "GLENN BEDINGFIELD: U x'inhu dan il-punt li qed issemmi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija fuq letter of support ta' ElectroGas.", "Onor. Aquilina, tista' jekk jogħġbok terġa' tirrepetili n-numru tal-paragrafu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nikkonfermax lanqas.", "KAROL AQUILINA: F'paragrafu 7.1.86 hemm l-istess kumment bħal ta' qablu.", "Iċċekkjajt?", "Qed nifhem li dan ktibtu wara li kien tlesta r-rapport tal-Awditur Ġenerali u kien tlesta kollox.", "KAROL AQUILINA: Aqra l-kumment li għamilt int.", "KAROL AQUILINA: Kont iċċekkjajt?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma ċċekkjajtx.", "Taqra ftit fejn hemm il-kumment tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Issa dan mhux il-kontra ta' dak li għedt qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux bil-kontra.", "Dan huwa SSA, li huwa differenti minn government guarantee.", "KAROL AQUILINA: Din iċċekkjajt dwarha, jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma ċċekkjajtx.", "Tispjega ftit dwar xiex inhu l-punt?", "Fil-kummenti tiegħek għedt li trid tiċċekkja ma' Stefan.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ovvjament il-kwantitajiet tal-gass inxtraw minn Enemalta, u dan kien parti mill-operat.", "Jien ma kontx involut fl-operat tal-impjant; hija Enemalta li tixtri l-gass u allura jien ma nistax nikkummenta fuq dan il-punt.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri jekk qed nifhem sew, ix-xogħol tiegħek kien sakemm sar il-proġett.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "Fejn hemm issues li għandhom x'jaqsmu ma' x'ġara wara l-proġett, jew affarijiet fejn xtraw il-gass jew saru ħlasijiet...", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandekx informazzjoni.", "KAROL AQUILINA: Dwar dak m'għandekx informazzjoni.", "Dwar dan il-punt ma ċċekkajtx ma' Stefan?", "KAROL AQUILINA: U din qed tgħid li hija l-aħħar verżjoni tar-rapport.", "Nifhem sew allura li dan ir-rapport mhux konkluż?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm numru ta' punti.", "KAROL AQUILINA: Inti tħallast għal dan ir-rapport?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, tħallast.", "KAROL AQUILINA: Ħalli issa nurik xi ħaġa fuq l-iscreen.", "Hija l-ittra li inti ppreżentajt lill-Kumitat dwar l-engagement għal dan ir-rapport li għadna kif irriferejna għalih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tal-20 ta' Frar 2019.", "IS-SUR DAVID GALEA: M'iniex qed nara x'hemm miktub.", "KAROL AQUILINA: Qed ngħidlek jien li hija dik.", "Fl-ittra inti qed tgħid li għandek żewġ indirizzi minn fejn topera bħala konsulenza.", "KAROL AQUILINA: Mela Beat Ltd. għandha uffiċċju n-Naxxar u ieħor Dubai.", "IS-SUR DAVID GALEA: M'għadx għandi.", "Naqblu li kellek?", "Kien qisu uffiċċju rappreżentattiv.", "KAROL AQUILINA: Naqblu li dan huwa l-indirizz, jiġifieri \"Saeed Tower 1, Sheikh Zayed Road, Dubai\"?", "KAROL AQUILINA: Naqblu li dan huwa l-uffiċċju tiegħek hemmhekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġieli kont nużah.", "KAROL AQUILINA: X'xogħol kont tagħmel hemmhekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemmhekk kont nagħmel numru ta' training programmes ma' kumpanija...", "IS-SUR DAVID GALEA: M'għandu x'jaqsam xejn.", "GLENN BEDINGFIELD: Relatat ma' dan ir-rapport li għandna quddiemna?", "GLENN BEDINGFIELD: Kienet attività privata tiegħek.", "KAROL AQUILINA: L-istess bħalma kont tagħmel ma' Enemalta; attività privata tiegħek.", "Mhux hekk?", "Inti m'intix impjegat pubbliku.", "KAROL AQUILINA: U lanqas inti mpjegat ta' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Mela bl-istess setup li kellek biex tagħmel ix-xogħol hemmhekk inti kont tagħmel ix-xogħol ukoll għal Enemalta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Beat Ltd kienet tagħmel xogħol...", "KAROL AQUILINA: ...kemm f'Dubai kif ukoll għal Enemalta.", "X'xogħol kont tagħmel Dubai?", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Dan huwa relatat mar-rapport tal-Awditur Ġenerali?", "Sur President, din hija mistoqsija ammissibbli?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik hija l-mistoqsija li jrid jirrispondi x-xhud għax jien ma nafx jekk huwiex relatat max-xogħol ta' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Għalhekk qed nistaqsih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, jien ma nafx ir-risposta.", "ALEX MUSCAT: Sur President, ippermettili ftit għax jew qed nivvintaw ir-regoli mill-ġdid jew inkella jien waqajt mis-sema.", "Aħna l-ġimgħa l-oħra għamilna venja sħiħa għax dan il-Kumitat kien qabad sejjer at a tangent, li qatt ma mar fiha, tlabna b'mod korrett lill-Ispeaker biex jirregolana, u l-Ispeaker tana dirsa fejn qalilna biex nirregolaw ruħna kif suppost.", "Sur President, jien ma nixtieqx li nerġgħu niġu f'dik il-pożizzjoni, u qed nindirizza lilek għax hawnhekk inti għandek irwol doppju, u ċioè li apparti l-kappell politiku tiegħek, trid tara li l-operat tagħna hawnhekk ikun xieraq u jirrispetta x-xogħol tajjeb, nemmen jien, li jagħmel l-Awditur Ġenerali.", "Issa jekk dan se jkun xi forma ta' eżerċizzju li jmur ħafna lil hinn minn dak li għamel l-NAO, qed inkunu nivvintaw ir-regoli mill-ġdid ta' dak li suppost jagħmel dan il-Kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: Is-Sur Galea diġà qal li hemmhekk m'għamilx xogħol relatat ma' Enemalta.", "ALEX MUSCAT: Jekk din hija witch hunt fuq individwu partikolari, li saħansittra llum ħass il-bżonn li jagħmel statement b'saħħtu mmens… U jien nixtieq li jkolli l-opportunità li anke nistaqsi fuq dan l-statement.", "IĊ-CHAIRPERSON: Se jkollok.", "ALEX MUSCAT: Però, Sur President, inti trid tagħraf tirregola l-operat ta' dan il-Kumitat.", "Li nistaqsu fuq ir-rapport, fuq jekk kienx għaqli jew le li mmorru għal power station li taħdem bil-gass, we're all for it, u dak huwa l-iskrutinju li jrid jagħmel dan il-Kumitat, imma li nibdew immorru fuq l-operat ta' bniedem privat x'xogħol għamel lil hinn minn xtutna...", "KAROL AQUILINA: Li tħallas minn flus pubbliċi.", "ALEX MUSCAT: Iva, imma dwar xogħol li ma tħallasx għalih mill-Gvern m'għandna l-ebda dritt nistaqsu fuqu.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, għax-xogħol li għamilt għal Enemalta permezz tal-kumpanija Beat Ltd minn min tħallast?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux għal Enemalta, imma… F'Dubai m'għamiltx xogħol...", "GLENN BEDINGFIELD: F'Dubai m'għamilx xogħol li għandu x'jaqsam ma' Enemalta u allura dik il-mistoqsija hija inammissibbli.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Karol Aquilina qed jistaqsih jekk għamilx xi ħaġa relatata ma' dan il-kuntratt li qegħdin nitkellmu fuqu.", "GLENN BEDINGFIELD: U wieġeb li le.", "OWEN BONNICI (Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19): Li qed jgħidu sħabi huwa li jekk l-Onor.", "OWEN BONNICI: ...jaqbad dgħajsa u jmur barra fil-baħar.", "KAROL AQUILINA: Jien se nirrelata kompletament mal-affarijiet li qalli hu.", "Mhux affarijiet li għedthom jien.", "L-aħħar darba jien staqsejtu jekk kellux negozju ma' Yorgen Fenech u qalli li iva…", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'għandix negozju ma' Yorgen Fenech.", "KAROL AQUILINA: ...kien mar japproċċjah għax-xogħol.", "GLENN BEDINGFIELD: Qallek li pprova jippiċċja għax-xogħol.", "Qed iddawwar id-diskors.", "OWEN BONNICI: Jista' jkun tgħidilna fejn trid tasal b'dawn il-linji ta' domandi?", "KAROL AQUILINA: Agħtuni ċans!", "OWEN BONNICI: Prima facie jidhru li huma rrilevanti għal dan ir-rapport...", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma f'dan il-Kumitat ġie żvelat li s-sinjur, tajjeb jew ħażin, sussegwentament għall-inkarigu li kellu u li permezz tiegħu u b'deċiżjonijiet tiegħu dan il-kuntratt ingħata lill-konsorzju li wieħed mill-azzjonisti tiegħu huwa Yorgen Fenech...", "IS-SUR DAVID GALEA: Id-deċiżjoni ma ħadtiex jien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont parti mid-deċiżjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont il-lead person fil-Kumitat li fl-aħħar mill-aħħar iddeċieda.", "IS-SUR DAVID GALEA: U kelli influwenza fuq 16-il ruħ!", "IĊ-CHAIRPERSON: Sussegwentament jirriżulta li s-Sur Galea mar wara u talab xogħol mingħand wieħed mill-azzjonisti prinċipali f'din il-kumpanija, li llum nafu f'liema sitwazzjoni jinsab, u dan huwa rilevanti ħafna għal dan il-Kumitat u għat-trasparenza.", "Irridu nifhmu li meta xi ħadd jinkariga ruħu minn pożizzjoni uffiċjali… Iva, Onor. Bonnici, ir-realtà hija...", "ALEX MUSCAT: Tmur lil hinn minn dan ir-rapport.", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandu x'jaqsam xejn mar-rapport.", "ALEX MUSCAT: Sur President, allura inti qed tgħid li kull persuna privata li toffri servizz lill-Istat Malti, imbagħad hija prekluża li taħdem fil-privat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed ngħid li kull persuna...", "ALEX MUSCAT: Jekk qed immorru hemmhekk, jiġifieri issa l-istandards qed inġibuhom chewing gum.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed ngħid li kull persuna li tat servizz, u f'dan il-każ tat servizz b'mod attiv ħafna, fl-għażla biex wasalna li llum għandna power station, li tajjeb jew ħażin ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jikkritika ħafna, huwa rilevanti u huwa fl-interess pubbliku li nkunu nafu minn fejn ġej, x'għamel waqt il-proċess tal-għażla, u kif ukoll fejn mar wara dan il-proċess ta' għażla.", "OWEN BONNICI: Sur President, jien m'għedtlekx biex ma tagħmilx dawn id-domandi.", "Jien qed nistaqsi jekk jistax jispjegalna...", "IĊ-CHAIRPERSON: S'issa kulma rajna huwa ritratt ta' uffiċċju ġewwa Dubai, li s-Sur Galea kkonfema li huwa tiegħu.", "OWEN BONNICI: Sur President, inti tgħallimni li hemm issue ta' jekk domandi humiex ammissibbli jew le.", "KAROL AQUILINA: Hawnhekk m'aħniex qegħdin il-qorti.", "OWEN BONNICI: Le m'aħniex.", "KAROL AQUILINA: Allura l-issue ma tqumx.", "OWEN BONNICI: Ir-remit tagħna huwa r-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu.", "OWEN BONNICI: Li qed nistaqsu aħna huwa x'inhu r-raison d'ètre ta' din il-trail of questioning.", "Jgħidilna x'inhu, imbagħad niddiskutu għandniex nagħmlu d-domandi...", "KAROL AQUILINA: Jien se nkompli nistaqsi mbagħad tirriżulta…", "GLENN BEDINGFIELD: Le, stenna....(Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: Għiduli x'inhi.", "(Interruzzjonijiet) Inkella se nispiċċaw f'pożizzjoni li kull min jaħdem mal-Gvern… U m'iniex qed nitkellem dwar dan il-każ...", "KAROL AQUILINA: Is-Sinjur ġie hawn l-aħħar darba u qalilna li għamel xogħol f'Dubai, u f'Dubai kulħadd jaf x'hemm.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma nafx x'hemm Dubai għax qatt ma mort hemmhekk.", "KAROL AQUILINA: Ħa nistaqsih.", "OWEN BONNICI: Jekk l-Onor.", "Aquilina jgħidilna li hu jixtieq jistaqsi għal A, B, u C...", "KAROL AQUILINA: Tajjeb.", "A: għalfejn Beat Ltd għandha uffiċċju f'Dubai?", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu imma dan huwa immaterjali.", "Għall-fini ta' dan ir-rapport li għandna quddiemna, lanqas biss għandna nidħlu fuq fejn kumpanija privata għandha uffiċċji.", "KAROL AQUILINA: Ma jweġibx.", "Daqshekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu, Onorevoli Kollegi, aħna hawnhekk ġejna biex nagħmlu skrutinju tar-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "Ma nistgħux niskrutinizzaw uffiċċju ta' kumpanija privata x'imkien ieħor li m'għandu x'jaqsam xejn ma' dan l-investigazzjoni.", "OWEN BONNICI: Imma dan huwa eżerċizzju ta' kurżità?", "KAROL AQUILINA: Le, qed nagħtih l-opportunità jispjegali.", "Nimxu minn hemmhekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Jimporta jirtira x-xhud.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma jirtira xejn.", "Ħa jagħmel il-mistoqsija l-Onor.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Aquilina għandu dritt jagħmel mistoqsijiet...", "GLENN BEDINGFIELD: U aħna għandna dritt ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur, imma m'għandekx id-dritt li tiskrutinja l-mistoqsijiet li se jagħmel kull wieħed minna.", "Allaħares irrid niġi għandek biex nitolbok jekk nistax nagħmel mistoqsija!", "GLENN BEDINGFIELD: Mhijiex kwestjoni ta' permess, imma hija kwestjoni ta' etika u diċenza, li meta x-xhieda....", "RYAN CALLUS: Taf kemm kien hawn etika f'dan il-proġett!?", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hawn ħafna affarijiet minn dawk li inti ddeskrivejt fil-Parlament.", "X'inhi l-konnessjoni ma' Dubai?", "Qed nagħtik l-opportunità tgħid inti qabel ma ngħidlek jew nindikalek jien.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dubai kienet ilha mwaqqfa mill-2008 u l-2009.", "KAROL AQUILINA: Minn fejn bdiet?", "Kif bdiet din il-konnessjoni ma' Dubai?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien għandi konnessjoni ma' ħafna pajjiżi differenti, mhux ma' Dubai biss.", "KAROL AQUILINA: Inti fin-negozju waħdek kont?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, kelli sieħeb.", "KAROL AQUILINA: Min huwa dan is-sieħeb?", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu… (Interruzzjonijiet) Jien m'għandix idea min hu dan is-sieħeb li qed isemmi l-Onor.", "Aquilina, imma issemma dan fir-rapport?", "Meta inti kellek ix-xogħol ta' Enemalta kont ma' dan is-sieħeb tiegħek fin-negozju?", "GLENN BEDINGFIELD: Mela m'għandux x'jaqsam, bir-rispett kollu!", "Se noqogħdu nsemmu nies hawnhekk li lanqas biss kellhom x'jaqsmu ma' dan ir-rapport?", "KAROL AQUILINA: Jien qed nistaqsi min kien biex nipprova nifhem...", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu, jien noġġezzjona għal this line of questioning.", "KAROL AQUILINA: Wieġeb, jekk jogħġbok, Sur Galea.", "GLENN BEDINGFIELD: Meta s-sinjur kien qiegħed jagħmel ix-xogħol għal Enemalta ma kienx għadu bil-partner miegħu.", "KAROL AQUILINA: Waqt li kont qed tagħmel xogħol għal Enemalta, Beat Ltd kellha iktar minn shareholder wieħed?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għal Enemalta?", "KAROL AQUILINA: Waqt li kont qed tagħmel xogħol għal Enemalta… Jien fhimt li sa riċenti int kont qed tagħmel xogħol għal Enemalta.", "KAROL AQUILINA: F'dak il-perjodu kollu li kont qed tagħmel xogħol għal Enemalta through Beat Ltd, Beat Ltd kellha iktar minn azzjonist wieħed, u iktar minn direttur wieħed?", "KAROL AQUILINA: Waqt li inti kont qed tagħmel ix-xogħol għal Enemalta, kellek dan l-uffiċċju f'Dubai jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont nużah bħala indirizz biex inġib...", "KAROL AQUILINA: Però kellek uffiċċju hemmhekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Però xogħol għal Enemalta qatt għamilt?", "KAROL AQUILINA: Taf tgħidli viċin dan l-uffiċċju x'hemm?", "Hemm xi ħaġa partikolari viċin dan l-uffiċċju?", "KAROL AQUILINA: Qisha l-golden mile, biex niftehmu.", "ALEX MUSCAT: Imma dan x'għandu x'jaqsam ma' Enemalta!?", "KAROL AQUILINA: Ippermettuli ħalli nistaqsi ftit.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'għandkomx għalfejn tinkwetaw...", "GLENN BEDINGFIELD: Jiena m'iniex inkwetat, imma qegħdin tirredikolaw lill-Kumitat.", "ALEX MUSCAT: Qegħdin tirredikolaw lill-PAC u lix-xogħol li għamel l-NAO.", "RYAN CALLUS: X'inhi din il-biża'?", "ALEX MUSCAT: M'hemm l-ebda biża'.", "RYAN CALLUS: Mela ħallih ħalli jwieġeb.", "GLENN BEDINGFIELD: Vera m'intix mis-sbieħ imma m'int qed tbeżża' lil ħadd!", "(Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Jien m'iniex mis-sbieħ!?", "Trid taqa' fir-redikolaġni?", "Kompli aqa' fir-redikolaġni!", "Kompli agħtti l-ħmieġ!", "(Interruzzjonijiet) Aħna d-domandi tagħna se nkomplu nagħmluhom.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield u Onor. Muscat, hawnhekk ma rridu nbeżżgħu lil ħadd...", "RYAN CALLUS: Sur President, il-kummenti tal-Onor.", "ALEX MUSCAT: Il-kummenti tiegħek trid tirtira!", "RYAN CALLUS: Taqax fil-baxx.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qatt, qatt u qatt ma ngħatti ħmieġ.", "RYAN CALLUS: Tgħatti l-ħmieġ qiegħed.", "GLENN BEDINGFIELD: M'iniex qed ngħatti l-ħmieġ.", "RYAN CALLUS: Mela ħallih jagħmel id-domandi lill-kollega.", "Jekk inti m'għandekx biżgħa ħalliha toħroġ il-verità.", "GLENN BEDINGFIELD: Mhijiex kwestjoni ta' biżgħa.", "Aktar minn kollox hija kwestjoni ta' prudenza.", "RYAN CALLUS: Kompli agħtti!", "GLENN BEDINGFIELD: Il-prudenza lanqas taf fejn toqgħod inti!", "Se tgħallimni inti x'inhi prudenza!", "GLENN BEDINGFIELD: Naf li bravu ħafna inti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ix-xhud qed jwieġeb b'kalma li għandkom tispiraw ruħkom minnha.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien mhux fuq kif iwieġeb ix-xhud qed ngħid, imma qed ngħid li domandi li m'għandhom x'jaqsmu xejn u li se mmorru… (Interruzzjonijiet) Qed nieħdu via perikoluża.", "Se noqogħdu nsemmu nies u nispiċċaw nagħmlu affarijiet f'dan il-Kumitat fejn se noħolqu preċedent biex nitkellmu fuq affarijiet li lanqas biss għandhom jaqgħu fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, inti għadek ġej f'dan il-Kumitat, relattivament għaż-żmien li għamilt fih jien...", "ALEX MUSCAT: Bl-istess argument tiegħek int għadek ġej ukoll, u mill-ewwel ikkoreġik l-Ispeaker u qallek li l-line of questioning li għamiltu ġimgħatejn ilu ilu ma kienx idoneju.", "Allura se noqogħdu sejrin hekk!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma qalx hekk l-Ispeaker.", "ALEX MUSCAT: Ta ruling fejn qal b'mod ċar li kontu qed taħdmu b'mod ħażin.", "L-Ispeaker ikkoreġiekom u qalilkom li l-Awditur Ġenerali mhuwiex il-messaġġier tagħkom.", "Qalhielkom b'mod ċar l-Ispeaker.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawn m'għandhomx ikunu l-avukati difensuri tiegħek, Sur Galea, imma suppost qegħdin hawnhekk biex jaraw li toħroġ il-verità.", "KAROL AQUILINA: X'hemm viċin l-uffiċċju ta' Beat Ltd f'Dubai?", "Għandek idea?", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu, mur iċċekkja inti!", "X'għandu x'jaqsam ma' Enemalta x'hemm viċin l-uffiċċju li kien qed juża!", "KAROL AQUILINA: Naqblu li viċin l-uffiċċju ta' Beat Ltd, fil-fatt next door, hemm Noor Bank?", "Qed nurik ir-ritratt.", "KAROL AQUILINA: Taf x'inhi l-konnessjoni ta' dan il-bank ma' Malta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Naf x'qed tinsinwa ta!", "KAROL AQUILINA: Jien qed nistaqsik; jekk taf, taf, u jekk ma tafx, ma tafx.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'għandix konnessjoni ma' Noor Bank.", "KAROL AQUILINA: Jien staqsejtek jekk tafx x'inhi l-konnessjoni ta' Noor Bank ma' Malta u mal-proġett ta' ElectroGas.", "X'inhi l-konnessjoni?", "Taf x'inhi jew le?", "GLENN BEDINGFIELD: Imma x'għandu x'jaqsam il-fatt li għandu n-neighbour...(Interruzzjonijiet) Jekk jien għandi n-neighbour tiegħi li għamel xi ħaġa ħażina – għax donnok qed tinsinwa li Noor Bank għamel xi ħaġa ħażina għalkemm jien ma nafx x'inhi – jien x'għandi x'naqsam!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, l-Onor.", "Aquilina qed jgħidlu li Noor Bank kien b'xi mod jew ieħor konness mal-proġett ta' ElectroGas, u qed jistaqsi lix-xhud, li kien il-persuna li…", "GLENN BEDINGFIELD: Qallu li ma kellu x'jaqsam xejn ma' Noor Bank.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, għadu ma weġibx.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, wieġeb.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, jien qed nistaqsik x'kellu x'jaqsam Noor Bank mal-proġett ta' ElectroGas.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx hux ma' ElectroGas.", "Li naf, għax rajt fil-gazzetti, hu li Noor Bank għandu x'jaqsam ma' 17 Black.", "Qed nimxu biċċa.", "Qed naraw li Noor Bank għandu x'taqsam ma' 17 Black.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Aquilina fl-ebda mument ma qal li s-sinjur huwa xi azzjonist ta' Noor Bank, jew li hu direttur f'dan il-bank.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-fatt li qed jistaqsih qed jinsinwa.", "Il-fatt li qed jistaqsih jekk jafx kienx hemm, qed jagħti l-impressjoni li s-sinjur taf x'kien hemm f'dak il-bank.", "IS-SUR DAVID GALEA: F'Dubai hemm prattikament branch ta' Noor Bank f'kull kantuniera.", "KAROL AQUILINA: Però din il-branch inzertat qiegħda ħdejn l-uffiċċju tiegħek eżatt.", "IS-SUR DAVID GALEA: Naħseb li qiegħed tkun naqra far fetched!", "KAROL AQUILINA: Qed tgħid li Noor Bank għandha konnessjoni ma' xiex?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux dak li kien hemm fil-gazzetti!", "Ma' 17 Black.", "KAROL AQUILINA: 17 Black taf ta' min hi inti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Minn dak li qalu l-gazzetti.", "IS-SUR DAVID GALEA: Naf li l-gazzetti qalu li ta' Yorgen Fenech.", "Imma mhux jien naf.", "KAROL AQUILINA: Bħalissa qiegħed nurik fuq l-iscreen manager's cheque.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma ħriġtux jien.", "KAROL AQUILINA: Le, ħarġu Noor Bank, il-bank li għandu l-uffiċċju bieb ma' bieb mal-uffiċċju tiegħek f'Dubai.", "GLENN BEDINGFIELD: Fost ħafna branches oħra.", "KAROL AQUILINA: Dan huwa manager's cheque pagabbli lil Yorgen Fenech ta' iktar minn ħames miljuni.", "Inti għedt li ma' Noor Bank qatt ma kellek x'taqsam?", "IS-SUR DAVID GALEA: Safejn naf jien qatt ma kelli x'naqsam.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux safejn taf int; inti tkun taf ma' min kellek x'taqsam.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, qatt ma kelli kont.", "GLENN BEDINGFIELD: Qatt dħalt fih dan il-bank?", "IS-SUR DAVID GALEA: F'dan il-branch lanqas dħalt.", "KAROL AQUILINA: Mela ħalli nurik manager's cheque ieħor.", "Dan inti qatt rajtu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, qatt ma rajtu.", "KAROL AQUILINA: Ovvjament, inti taf li dawn huma pagabbli lil Yorgen Fenech.", "Għandek xi ħaġa xi tgħid f'dan ir-rigward?", "IS-SUR DAVID GALEA: X'nista' ngħid?", "X'jiġifieri?", "KAROL AQUILINA: M'għandekx xi ħaġa xi tgħid f'dan ir-rigward?", "GLENN BEDINGFIELD: Naħseb li s-sinjur diġà rrisponda.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien qatt ma kelli x'naqsam ma' dawk il-pagamenti.", "KAROL AQUILINA: Ħalli nagħmillek xi domandi biex niċċaraw ftit affarijiet.", "Kemm għandek żmien inti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija mill-1984 sal-1990.", "Ma nafx bl-eżatt.", "KAROL AQUILINA: Konrad Mizzi taf fejn kien imur skola?", "Ma konniex ħbieb dak iż-żmien.", "KAROL AQUILINA: Hemm xi ħaddieħor li kien skola miegħek li għandu x'jaqsam mal-proġett ta' Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Li naf jien personalment, le.", "Jista' jkun li hemm xi ħadd minnhom li kien imur De La Salle, imma jien ma nistax ngħid għax ma nafx lil kull min kien imur De La Salle.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ma tafx b'xi ħaddieħor… Int u Konrad Mizzi kontu fl-istess snin De La Salle.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma konniex fl-istess sena, hu iżgħar minni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma konniex ħbieb.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għandna karattri differenti ħafna.", "KAROL AQUILINA: Nispera, imma ma nafx, ma nistax ngħidlek għax ma nafekx personali.", "L-aħħar darba semmejtilna lil xi ħadd barrani li kien preżenti għal-laqgħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qabel l-elezzjoni meta kienet qed titħejja l-pożizzjoni tal-Partit Laburista biex titħabbar din il-famuża road map fil-qasam tal-enerġija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għal Thomas Leonard qed tgħid.", "Taf x'inhi l-connection ta' Thomas Leonard ma' Malta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Li naf hu li DNV Kema kienu għamlu xogħol ma' Enemalta qabel.", "KAROL AQUILINA: Thomas Leonard għandu xi connection oħra ma' Malta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk għandu m'għandix idea x'inhi.", "KAROL AQUILINA: M'għandekx idea?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri lil Thomas Leonard ma tafux f'xi kuntest ieħor?", "KAROL AQUILIIA: Kieku ngħidlek li Thomas Leonard ukoll kien imur De La Salle, xi tgħidli?", "KAROL AQUILINA: Jekk ngħidlek li Thomas Leonard trabba Malta meta kien żgħir u mar De La Salle għal numru ta' snin mhux ħażin… Inti taraha bħala kumbinazzjoni, jew inzertatura li inti, Konrad Mizzi u Thomas Leonard t-tlieta kontu tmorru De La Salle…", "GLENN BEDINGFIELD: M'intix qed tgħid li ftehmu meta kienu De La Salle għal li jista' jkun hux?", "Dalwaqt tgħid li ta' De La Salle korrotti wkoll!", "Il-kollega tiegħi kien imur hemmhekk ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Apparentement kien hemm ħafna connections li bdew, pereżempju, f'St Edward's College, ukoll relatati ma' dan il-proġett.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nipprova nifhem dan Thomas Leonard kif tfaċċa, għax s'issa għadni ma fhimtx.", "GLENN BEDINGFIELD: Meta jkun hawn Thomas Leonard staqsi lilu!", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma ntroduċejtux jien.", "KAROL AQUILINA: Sibtu hemmhekk dakinhar tal-laqgħa.", "IS-SUR DAVID GALEA: U ma kontx nafu qabel.", "KAROL AQUILINA: Min ġab lil Thomas Leonard f'din il-laqgħa fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista?", "KAROL AQUILINA: U inti ma staqsejtx dan Thomas Leonard kif tfaċċa?", "GLENN BEDINGFIELD: Mela se toqgħod tistaqsi għal kulħadd?", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħal dak li qallu kien xi kumitat ta' xi sezzjoni tal-Partit Laburista!", "GLENN BEDINGFIELD: Ħa ngħidlek, il-Partit Laburista jagħmel l-affarijiet serji għax meta ġejtu biex tagħmlu l-proposti tal-enerġija tagħkom mhuma proposti xjen.", "IS-SUR DAVID GALEA: Se jkollna ħin biex nitkellmu fuq il-kummenti tal-NAO?", "IĊ-CHAIRPERSON: M'hemmx limitu ta' kemm-il darba tista' tiġi hawnhekk.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bil-qalb kollha.", "IĊ-CHAIRPERSON: U se jkollok l-opportunità li jagħmlulek domandi wkoll il-Membri tan-naħa tal-Gvern.", "OWEN BONNICI: Imma jien nappella, għax jien naf x'qed jipprova jagħmel… Qed jipprova jara kulħadd...", "KAROL AQUILINA: Le, tattribwixxilix intenzjonijiet ħżiena.", "OWEN BONNICI: Jien qed ngħid li biex wasalt li tgħid li għax wieħed kien imur De La Salle u l-ieħor…", "KAROL AQUILINA: Onor. Bonnici, tattribwixxilix intenzjonijiet ħżiena.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Owen Bonnici, mingħajr ma natribwixxi xejn lis-sinjur, ngħidlek li fil-qrati f'Malta skoprejna li l-ikbar ħbiberija li kien hemm bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri hija relazzjoni li kienet ġejja minn żmien twil twil ilu meta kienu ħbieb ta' xulxin.", "Tiskanta kif childhood friendships jiżvolġu u jdaħħluk f'basal.", "OWEN BONNICI: Jien nappella għax naf li dak li qed jagħmel l-Onor.", "Aquilina hu li qed jipprova jistaqsi mistoqsijiet biex b'xi mod jinseġ… (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILNA: Onor. Bonnici, l-aħħar darba…", "OWEN BONNICI: Agħtini ċans!", "Lanqas taf x'se ngħid.", "KAROL AQUILINA: Ippermettili għax inti ma kontx hawnhekk l-aħħar darba.", "Ħalli nispjegalek għaliex.", "OWEN BONNICI: Jien ma ġejtx hawnhekk biex nagħmel a shouting match u m'iniex se nagħmilha.", "KAROL AQUILINA: Ħa nispjegalek għalfejn qed nagħmel…", "OWEN BONNICI: Agħtini ċans ħa nispiċċa s-sentenza!", "Jien infakkar li f'dan il-Kumitat hawn ir-regoli ta' kif għandna nimxu, u dawn ir-regoli huma ispirati ħafna mir-regoli li hemm fil-qrati.", "U waħda mir-regoli hija li l-mistoqsijiet irid ikollhom x'jaqsmu mas-suġġett, u jekk dak li jkun jaħseb li d-domanda m'għandhiex x'taqsam mas-suġġett… Jien għandi dritt nistaqsik x'inhu r-raġunament li qed iwasslek biex tagħmel din il-mistoqisja.", "KAROL AQUILINA: Imma inti m'intix imħallef hawnhekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Lanqas inti m'inti mħallef.", "OWEN BONNICI: Jien qed nistaqsik tgħidli ftit fejn trid tasal b'dawn il-mistoqsijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa rilevanti fl-interess pubbliku li hemm barra jsir magħruf kif twieled dan l-imbierek proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan l-imbierek proġett konna nafu li twieled fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali…", "GLENN BEDINGFIELD: Il-proposti tal-enerġija kienu proposti tajbin u jagħmlu sens.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...u issa f'dan l-istadju qegħdin niskopru kif twieled dan il-proġett u min kienu n-nies involuti.", "Jien nimmaġina li jekk m'għandhomx problemi, suppost qegħdin jiftaħru li kienu preżenti u li kienu parti, u mhux jaħbu u intom tiġu hawnhekk tfixxklu biex ma nsirux nafu…", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna m'aħna qed infixklu xejn.", "OWEN BONNICI: Imma li tistaqsi għax dak kien De La Salle u l-ieħor… Bir-rispett kollu, it's bordering on the ridiculous.", "Għamillu l-mistoqsijiet pertinenti bħalma jsir f'parlamenti barra minn Malta.", "KAROL AQUILINA: Irridu nfakkru li l-aħħar darba bdejt nistaqsik jekk tiftakarx min kienu n-nies preżenti, u l-ewwel għedt li ma tiftakar lil ħadd, imbagħad x'ħin bdejt nagħfsek ftit bdejt tiftakar wieħed wieħed, imbagħad bdejt tiftakar l-isem u mhux il-kunjom, imbagħad bdejt infakkrek il-kunjom…", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax bdejt nipprova niftakar.", "KAROL AQUILINA: Issa inti għedtilna li fil-bidu tal-2013 mort fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista biex tkun parti minn dan it-team li qed jipprepara din il-pożizzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kontx imdaħħal f'policy; għamilt input kif spjegajt l-aħħar darba.", "KAROL AQUILINA: Kont parti minn dan il-grupp li pprepara l-pożizzjoni tal-Partit Laburista biex ivara dan il-pjan dwar l-enerġija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kontx parti mill-grupp, tajt ftit input.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont parti mill-grupp u tajt ftit input.", "Tajjeb hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kontx parti mill-grupp, imma jekk tridu tgħidu hekk, għedu hekk.", "Kont mistieden biex nattendi laqgħa.", "Intom stedintuni hawnhekk, imma m'iniex parti minnkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna mhux stedinik, imma l-Kumitat ordnalek biex tiġi.", "Hemm differenza.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għandek raġun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien ma naħsibx li ġegħluk tmur, inti kont entużjast biex tmur.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma qiegħed hawnhekk u m'iniex parti mill-grupp.", "OWEN BONNICI: Bir-rispett kollu, isimgħu lilkom infuskom!", "Kien entużjast li jmur!", "Qabel l-2013, inti mort tiltaqa' ma' Konrad Mizzi, ma' Joseph Muscat, jew ma' xi ħadd tal-Partit Laburista biex titkellem dwar dan is-settur jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħalma għedt l-aħħar darba, kont iltqajt ma' Konrad Mizzi xi darbtejn.", "KAROL AQUILINA: U kont ippreparajt xi dokumenti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont għamilt dan l-input.", "KAROL AQUILINA: Imma dan l-input x'kien?", "IS-SUR DAVID GALEA: Spjegajtlek l-aħħar darba.", "KAROL AQUILINA: Qed nifhem li ppreparajt xi dokument.", "Għandek kopja ta' dan id-dokument?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le m'għandix.", "KAROL AQUILINA: Ma żammejtx kopja ta' dan id-dokument.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dan tmien snin ilu.", "KAROL AQUILINA: Jien żammejt anke ta' meta kelli…", "DAVID GALEA: Ma tantx jien organizzat fil-karti.", "KAROL AQUILINA: Imma ħażin.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma inti tajjeb, Onor. Aquilina.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed tgħid bil-ġurament li dan id-dokument li ppreparajt għall-Partit Laburista m'għandekx kopja tiegħu, ma żammejtx kopja.", "Tiftakar żgur għax imbagħad wettaqtuha wara l-elezzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Informazzjoni finanzjarja, analiżi finanzjarja.", "KAROL AQUILINA: U din l-analiżi finanzjarja kont għamiltha waħdek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, waħdi għamiltha, ma kenitx xi analiżi kkumplikata.", "KAROL AQUILIINA: Jiġifieri ma kontx involvejt lil xi terza persuna, bħal xi ħadd mill-Enemalta, forsi tkellimt miegħu?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti qed tgħid li din l-informazzjoni li wżajt hija available.", "KAROL AQUILINA: Għandek xi mezz kif terġa' ssib kopja ta' dan id-dokument li ppreparajt?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'għandix.", "KAROL AQUILINA: Ħaddieħor ippreżenta dokumenti bħalek f'dawn il-laqgħat li kellek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-laqgħa li kont jien ma jidhirlix li kien hemm dokumenti oħra.", "KAROL AQUILINA: Inti għedtilna li l-unika darba li mort il-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista kien fl-2013.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx jekk hux fil-bidu tal-2013 jew lejn l-aħħar tal-2012 imma in that range.", "KAROL AQUILINA: Kien viċin jew 'il bogħod minn meta tħabbret il-policy dwar l-enerġija?", "IS-SUR DAVID GALEA: Viċin.", "KAROL AQUILINA: Issa se nurik filmat li xxandar fit-8 ta' Jannar 2013 fuq l-istazzjon Super One:", "(jintwera filmat)", "\"...Fil-qasam tal-konsulenza u s-servizzi DNV Kema.", "DNV Kema isem importanti fil-qasam tal-konsulenza u s-servizzi fl-użu ta' gass bħala sors ta' enerġija.", "Id-DNV Kema, aktar minn 40 sena sservi ta' ċentru ta' għarfien għall-bini ta' infrastrutturi li joperaw bil-gass u l-użu tal-gass bħala enerġija.", "DNV Kema kienet l-għażla tal-Partit Laburista għall-pjan tal-enerġija tiegħu, kumpanija ta' konsulenza li tintuża wkoll minn Enemalta.", "Fil-fatt, il-Partit Laburista qabbad lil DNV Kema biex tagħmel skrutinju u awditjar tal-pjan tal-enerġija tiegħu biex il-familji u n-negozji jibbenefikaw mill-aktar roħs possibbli fil-kontijiet tagħhom b'teknoloġija aktar nadifa għall-ambjent u għas-saħħa.", "Ma' One News Thomas Leonard, Senior Consultant ta' DNV Kema, jitkellem dwar ir-rwol tal-...\".", "KAROL AQUILINA: Qed tagħrfu lil dan ir-raġel li hawn fuq l-iscreen?", "KAROL AQUILINA: Tikkonferma li dan huwa l-istess persuna li kienet preżenti miegħek ftit jiem qabel fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex tfasslu dan il-pjan?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien preżenti f'din il-laqgħa.", "KAROL AQUILINA: Din hija l-istess persuna li mbagħad kienet miegħek fl-adjudication board u f'dawn l-affarijiet kollha.", "Tikkonferma?", "(Ikompli jintwera l-filmat)", "\"...kumpanija fil-pjan tal-enerġija tal-Partit Laburista.", "GLENN BEDINGFIELD: Għamilha ċara u tonda.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri ma kenitx laqgħa moħbija u sigrieta kif ippruvajtu tagħtu l-impressjoni.", "Wara analiżi li għamel fuq it-teknoloġija l-ġdida li taħdem...\".", "KAROL AQUILINA: F'dik il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti…", "GLENN BEDINGFIELD: Ma kenitx konferenza tal-aħbarijiet.", "KAROL AQUILINA: Iva, dan huwa l-filmat tagħha.", "F'dik il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti Konrad Mizzi, Joseph Muscat, Louis Grech u Thomas Leonard.", "Tikkonferma li l-erbgħa li huma kienu preżenti għal din il-laqgħa li attendejt inti?", "KAROL AQUILINA: Min minnhom ma kienx preżenti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Louis Grech żgur li le u lanqas Joseph Muscat.", "KAROL AQUILINA: U tgħid dan b'ċertezza?", "IS-SUR DAVID GALEA: F'din il-laqgħa ma rajthomx.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed teskludi li dawn kienu preżenti għal xi laqgħa miegħek dwar dan il-pjan.", "(Ikompli jintwera l-filmat)", "\"...bil-gass li għażel il-Partit Laburista għall-pjan tiegħu, il-konklużjoni finali min-naħa ta' DNV Kema hija li se jkun hemm roħs sostanzjali fl-ispiża tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq kull unit tal-elettriku.", "Fil-fatt, Thomas Leonard ikkonferma li l-pjan tal-enerġija tal-Partit Laburista se jnaqqas l-ispiża tal-ġenerazzjoni fuq kull unit tal-elettriku minn 18c, kif qiegħed issa, għal 10c fuq kull unit.", "Tnaqqis fl-ispiża tal-ġenerazzjoni fuq kull unit tal-elettriku jagħmilha possibbli li jkun hemm roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-familji u n-negozji kif qed jipproponi l-Partit Laburista\".", "KAROL AQUILINA: Fl-intervista Thomas Leonard isemmi kalkolu ta' kemm jiġi jqum biex tipproduċi l-elettriku f'Malta, imbagħad ir-return on investment li tagħmel minnu.", "Inti kellek sehem f'dan il-kalkolu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien tajt l-input tal-baseline.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bażikament taqbad il-published accounts ta' Enemalta, tara x'inhuma l-costs, imbagħad tipproġetta l-baseline cost ta' dak l-ammont li Enemalta qed tonfoq over a period of time.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti qed tgħid li sat-8 ta' Jannar din il-laqgħa kienet saret żgur.", "Naqblu li qed tgħid hekk?", "KAROL AQUILINA: Wara t-8 ta' Jannar kellek sehem ieħor?", "Fil-perjodu sal-elezzjoni ġenerali x'sehem tajt?", "Kellek xi laqgħat oħra, jew forsi intervisti?", "KAROL AQUILINA: Jew forsi mort tispjega lil xi ħadd dwar x'qed jagħmel il-Partit Laburista, jew ippreparajt xi dokument aktar dettaljat?", "Għamilt xi ħaġa minn dawn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx ngħidlek, ma niftakarx.", "KAROL AQUILINA: F'din il-laqgħa li kien hemm, min kien hemm aktar?", "Min kien qed jgħaqqad kollox flimkien?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ma kontx qed immexxi, jiġifieri ma nafx ngħidlek.", "KAROL AQUILINA: Però kont qed tipparteċipa u kont taf min huma n-nies.", "Jien għamilt analisi finanzjarja, u dik tista' tagħmilha waħdek.", "KAROL AQUILINA: Apparti Thomas Leonard, min kien hemm aktar?", "Kien hemm xi ħaddieħor?", "Ma niftakar lil ħadd aktar.", "KAROL AQUILINA: Inti żgur ma tiftakar lil ħadd aktar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakar lil ħadd aktar.", "KAROL AQUILINA: Mela ħa nurik filmat u għidli jekk tiftakarx lil dan.", "Dan huwa filmat li xxandar fis-7 ta' Marzu 2013.", "GLENN BEDINGFIELD: Ixxandar pubblikament fl-aħbarijiet fejn issemmew in-nies…", "KAROL AQUILINA: Dan huwa filmat li xxandar ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali.", "ALEX MUSCAT: Qed nifhem li dan kollu huwa pubbliku, jiġifieri m'hemm xejn sigriet.", "Għalhekk ma jistax jiftakar għax huwa pubbliku!", "ONOR ALEX MUSCAT: Dan ir-rappurtaġġ – u għall-bżonn nitolbu lill-Awditur Ġenerali jiġi mal-mejda –…", "KAROL AQUILINA: Mela inti bil-ġurament qed tgħid…", "ALEX MUSCAT: Issa agħti ċans għax aħna m'aħniex qegħdin hawn biex insaħħnu s-siġġu!", "L-NAO daħal fuq l-istazzjon One u fuq jekk kienx hemm din il-proposta tal-Partit Laburista?", "KAROL AQUILINA: Daħal fuq jekk kienx hemm il-proposta qabel l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista.", "ALEX MUSCAT: Hekk hu.", "Il-proposta kienet ċara; proposta tal-Partit Laburista li nraħħsu l-kontijiet u li mmorru għal enerġija aktar nadifa.", "KAROL AQUILINA: Fit-terms of reference tal-Awditur Ġenerali hemm miktub, iva, li daħal.", "ALEX MUSCAT: X'inhi r-rilevanza ta' dawn il-mistoqsijiet?", "KAROL AQUILINA: Ir-rilevanza naraha jien.", "ALEX MUSCAT: Din x'attitudni hi!?", "IĊ-CHAIRPERSON: S'issa stabbilixxejna li s-Sur David Galea…", "ALEX MUSCAT: ...għen lill-Partit Laburista biex il-pjan tal-enerġija tiegħu…", "IĊ-CHAIRPERSON: U wara spiċċa Programme Director.", "Is-Sur Thomas Leonard kien għen lill-Partit Laburista u spiċċa membru tal-kumitat li evalwa dan it-tender.", "Dan huwa rilevanti.", "Issa għalik, dan jista' jkun tajjeb u jista' ma jkun hemm xejn ħażin fih, ħaddieħor jista' jgħid li dak huwa ġenn…", "GLENN BEDINGFIELD: Mela diġà stabbilixxejthom dawn il-fatti.", "KAROL AQUILINA: Qed jgħidhom hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jgħidlek, u donnu intom ukoll, li hija xi ħaġa tajba ħafna li toqgħod tiltaqa' fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista u wara tpoġġi lil dawk in-nies fil-kumitat tal-għażla.", "ALEX MUSCAT: Sur President, biex inkunu korretti, dawn huma fatti pubbliċi.", "Jekk DNV Kema għamlet awditjar ta' proposta elettorali qabel biss daħlet fis-seħħ, kienet xi ħaġa, minn dak li qed jurina l-Onor.", "Aquilina, pubblika, inkluż l-ismijiet tan-nies.", "Jiġifieri ma kien hemm xejn mistur jew moħbi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għalik.", "ALEX MUSCAT: Mhux għalija; huwa stat ta' fatt. Ma kien hemm xejn mistur, xejn moħbi, u kollox huwa pubbliku.", "Qed naqblu li ma kien hemm xejn mistur u xejn moħbi.", "L-Onor.", "Aquilina għamel eżerċizzju interessantissimu biex jerġa' jfakkar lil kulħadd li dan kollu kien pubbliku.", "KAROL AQULINA: Għax għandu memorja fqira.", "ALEX MUSCAT: Dan xi statement hu!?", "U ejja!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, jien m'għandix dubju li hemm barra kulħadd jifhem li huwa rilevati u fl-interess pubbliku li nkunu nafu li nies li kienu f'laqgħat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni spiċċaw fil-kumitat tal-għażla.", "Issa inti tista' tgħidli li m'hemm xejn ħażin b'daqshekk għax kienet pubblika, hawn min jgħidlek li kienet idea tajba, u hawn min jgħidlek li dan huwa skandlu.", "Kulħadd jiġġudika kif għandu jiġġudika, imma li huwa rilevanti naħseb li lkoll naqblu.", "Issa intom tistgħu tgħiduli li għamel sew il-Partit Laburista li kienu jiltaqgħu fil-Kwartieri u l-għada tal-elezzjoni poġġihom fil-bord.", "Jien qed nifhem li intom qed tgħidu li sewwa għamel, u hawn min jgħid li le, l-affarijiet ma jsirux hekk, imma lkoll naħseb li naqblu li dawn huma rilevanti għall-każ.", "Jien qed nifhem li hawn numru minna li għandhom impenn b'mod immedjat u allura s-seduta, sfortunatament, ikollha tagħlaq dalwaqt.", "KAROL AQUILINA: Ħalli niċċaraw din.", "Sur Galea, inti qiegħed tgħid li mal-Partit Laburista, qabel l-elezzjoni ġenerali, in-nies li tiftakar inti li kienu nvoluti huma inti, Konrad Mizzi, Edward Scicluna…", "IS-SUR DAVID GALEA: Rajtu fil-kuritur, ma nafx jekk kienx daħal.", "KAROL AQUILINA: Imma kien involut jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: F'din il-laqgħa ma kienx hemm.", "KAROL AQUILINA: Mela ħa nnaqsu wieħed.", "Imbagħad kien hemm Thomas Leonard.", "Aħseb ftit jekk kienx hemm xi ħaddieħor involut qabel l-elezzjoni li mbagħad spiċċa involut ukoll fil-proġett ta' ElectroGas.", "Diġà għedniha l-aħħar darba din.", "GLENN BEDINGFIELD: Wieġbek, qallek li ma jiftakarx.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed tgħid bil-ġurament li ma tiftakarx.", "KAROL AQUILINA: Mela ħa nurik:", "(jintwera filmat)", "\"...enerġija li kien ippreżentat tul din il-kampanja elettorali...\"", "Naqblu li din il-persuna li qegħdin naraw hija Thomas Leonard?", "(ikompli jintwera l-filmat)", "One News tkellem ma' Sven Lataire li huwa l-LNG Global Manager mal-kumpanija internazzjonali SGS\".", "IS-SUR DAVID GALEA: Dan ma kienx fil-laqgħa.", "KAROL AQUILINA: Dan hawnhekk qed jagħti endorsement lill-Partit Laburista u qed jikkummenta dwar… Dan kien involut jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma rajtux f'din il-laqgħa.", "KAROL AQUILINA: Taf li kien involut qabel l-elezzjoni mal-Partit Laburista?", "GLENN BEDINGFIELD: Ma kienx involut.", "(Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: L-Onor.", "Aquilina qed jipprova jgħid li dan kien involut qabel.", "KAROL AQUILINA: Iva, qabel l-elezzjoni.", "OWEN BONNICI: Is-sinjur qed jgħid li hu ma jafx.", "Hu qed jgħid li ma rahx fil-laqgħat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jirriżulta għax hemm il-filmat li qabel l-elezzjoni dan Sven Lataire kien qed jitkellem fuq il-proġett ta' Enemalta.", "Fuq il-mistoqsija jekk jiftakarx kienx preżenti, ix-xhud qed jgħid li le.", "KAROL AQUILINA: Però taf li kien involut qabel l-elezzjoni?", "KAROL AQUILINA: U qed tagħrfu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, nagħrfu.", "KAROL AQUILINA: L-ewwel darba li ltqajt ma' Sven Lataire meta kien?", "Wara l-elezzjoni ġenerali jew qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Wara l-elezzjoni żgur.", "Waqt il-proġett.", "KAROL AQUILINA: Min laqqgħek ma' Sven Lataire?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qed tistaqsini domandi li ma nistax…", "KAROL AQUILINA: Ħa nieqaf hawnhekk għal-lum u nkomplu darb'oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dan l-istadju l-Kumitat qed jiġi aġġorant għal ġurnata u ħin li jiġu kkomunikati aktar tard.", "Fit-3:15 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210303_079d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 79", "L-Erbgħa, 3 ta' Marzu, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:02 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet; l-Onor.", "Owen Bonnici, Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19) (sostitut tal-Onor.", "Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi); u l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 78, li saret fis-17 ta' Frar 2021, ġew konfermati.", "Email datata 9 ta' Frar 2021, mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat f'Laqgħa Nru. 75.", "Letter of engagement, datata 20 ta' Frar 2019, mibgħuta mis-Sur David Galea, fuq talba tal-Kumitat.", "An Analysis of NAO's Salient Conclusions – PPA & GSA, mibgħut mis-Sur David Galea fuq talba tal-Kumitat.", "Ruling mogħti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fis-Seduta 430 tat-22 ta' Frar 2021 fuq talba tal-Kumitat dwar talbiet għal informazzjoni addizzjonali.", "Iċ-Chairman qal li wara li issa kien ġie mogħti r-ruling mill-Ispeaker, il-Kumitat seta' jitlob mingħand Enemalta l-informazzjoni li kien talab l-Onor.", "Ryan Callus fil-laqgħa preċedenti, u ċioè lista ta' shipments ta' liquefied natural gas li saru sal-ġurnata li fiha tingħata t-tweġiba għall-istess talba, bid-data tal-provvista, il-volum, u l-prezz imħallas għal kull shipment separat, lit-tanker ta' ElectroGas.", "Għar-rigward tal-korrispondenza li għaddiet bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u James Caterers Limited iċ-Chairman qal li l-Kumitat, b'mod unanimu, kien qiegħed jikkundanna kwalunkwe forma ta' attitudni, hi x'inhi u ġejja minn fejn ġejja, li b'xi mod tista' tiġi nterpretata bħala intimidazzjoni fl-operat tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.", "Huwa żied jgħid li, in vista tal-fatt li l-Ispeaker tal-Kamra ġiet komunikata lilu din il-korrispondenza, il-Kumitat kien qed jitolbu jara hu jekk dak li qed jikkontendi l-Awditur Ġenerali jikkostitwixxix xi forma ta' ksur ta' privileġġ jew xi ksur ta' xi regolamenti li jirregolaw lill-Kumitat, lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u lill-Parlament, u jekk ikun l-każ, l-Ispeaker jieħu l-provvedimenti opportuni.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "154 u 154a).", "Il-Kumitat irriżuma mis-17 ta' Frar 2021 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Fis-2:19 p.m. is-Sur David Galea daħal fil-Kamra tal-Kumitat biex ikompli jagħti x-xhieda tiegħu bil-ġurament li kien ingħata f'laqgħa preċedenti.", "Qabel beda jagħti x-xhieda tiegħu għal din il-laqgħa s-Sur Galea talab, u ngħata permess, jagħmel statement.", "Fit-3:13 p.m. is-Sur Galea spiċċa jagħti x-xhieda tiegħu għal din il-laqgħa.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-3:15 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210303_079m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Clyde Caruana, Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol", "Onor. Silvio Schembri, Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija", "Onor. Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi", "Laqgħa Nru 43", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu 2021, fl-4.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Marzu 2021, fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 199 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Atti Varji tat-Taxxa – Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.", "8 ta' Marzu 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210308_043a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 29", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Marzu, 2021 fl-4:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "2 ta' Marzu 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20210309_029a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 29", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru 29", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:42 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 28, li saret fit-2 ta' Frar 2021, ġew konfermati.", "PARTIAL LOCAL PLAN REVIEW AND THE CENTRAL MALTA LOCAL PLAN – AREA OF CONTAINMENT TAL-ĦANDAQ IN ĦAL QORMI (PHASE 3)", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Joe Mizzi): Insellmilkom.", "Bħalma nagħmel is-soltu, se nibda billi nsejjaħ lill-Ministru sabiex jagħmel introduzzjoni fil-qasir, imbagħad nistieden lit-tekniċi ħalli jagħmlu spjegazzjoni dwar il-pjan, imbagħad wara, peress li m'hawnx NGOs li talbu biex jagħmlu intervent, nistieden lill-Membri tal-Kumitat sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet jew kummenti tagħhom.", "AARON FARRUGIA (Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar): Grazzi, Sur President.", "Qegħdin hawnhekk sabiex inħarsu lejn partial review tal-pjan lokali tal-Ħandaq Qormi area of containment (AoC).", "Dan il-proċess ilu għaddej minn Ġunju 2016 fejn dakinhar kien hemm pubblikazzjoni tal-oġġettivi fil-partial plan local review.", "Imbagħad, f'Settembru 2017 kien hemm il-pubblikazzjoni tad-draft policy, u fl-2019/2020 sar transport impact assessment (TIA) – ittieħed ħafna żmien għax kien hemm xi issues bl-assessment – imbagħad fi Frar ta' din is-sena, jiġifieri ftit tal-ġimgħat ilu, kien hemm il-pubblikazzjoni tar-revised draft policy.", "Għaldaqstant issa wasalna biex qegħdin inħarsu lejn il-permitted land uses ta' dan il-local plan review li se jinkludi Class 4A – offices, Class 4B – retail, Class 5A – light industry, Class 5B – general industry, u Class 6A – warehousing.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar comprehensive planning u f'dak li għandu x'jaqsam mat-talbiet mill-Planning Authority (PA) is-centrally located green strip qed tinbidel, dak li qed insejħulu 5% amenity space f'żona B, kif ukoll il-greening tal-faċċata ta' dawn il-postijiet u allura l-bżonn ta' green facade li ssebbaħ il-madwar.", "In a nutshell dak huwa l-iskop għalfejn qegħdin niltaqgħu hawnhekk illum.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lit-teknici sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni min-naħa tagħhom.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO (Uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar): Grazzi, Sur President.", "Se nibda billi nagħti ftit overview tal-planning process li ninsabu għaddejjin bih dwar l-area tal-Ħandaq, li fl-2006 kienet saret AoC fil-Central Local Plan.", "Bħalissa qegħdin naraw mappa li qed tagħti idea ġenerali tal-location.", "Qed nitkellmu dwar l-area bil-perimeter vjola; tnejn mill-areas bil-perimeters sofor diġà huma industrial areas jew inkella AoC tas-south, u fuq il-lemin hemm St Ignatius College.", "Biex nieħdu idea tal-area li qegħdin nitkellmu fuqha ngħid li l-urban area to the north hija Ħal Qormi u l-urban area to the south-east huwa Ħal Farruġ.", "Issa se ngħaddi sabiex nagħti ftit dettalji dwar is-sit innifsu.", "Is-sit huwa mmarkat bil-boundary aħmar, u qegħdin naraw li huwa l-istess bħal dak bil-boundary vjola li rajna li kien il-boundary tal-pjan lokali tal-2006.", "Bħala site area hija ta' 68,200 metru kwadru, 23% minnha hija diġà mibnija, filwaqt li 77% tas-sit għadu mhux żviluppat.", "Kif diġà spjega l-Ministru, s'issa għaddejna minn tliet stadji; kellna l-objettivi li ħarġu f'Ġunju 2006, abbażi ta' dik il-gwida ppreparajna d-draft policy li ġiet ippubblikata f'Settembru 2017, u wara li kien hemm il-konsultazzjoni u wara li sar it-TIA, issa qed nipproponu emendi għall-policy tal-2017.", "Kif rajtu, l-art għadha mhijiex żviluppata u allura kien hemm bżonn li jiġu stabbiliti d-development parameters, jiġifieri x'inhu l-użu tal-art, kemm hu għoli l-bini u r-road alignments tal-area – niġbed l-attenzjoni wkoll li s-sit, bħala AoC diġà huwa kopert b'policy, u allura dan ir-review jaqa' taħt il-gwida li toffri dik il-policy – u li jekk se nagħmlu pjan ġdid irid ikun hemm titjib fiż-żona.", "Issa se ngħid fuq fuq x'kienet tgħid il-policy fl-2017 biex nifhmu aktar it-tibdil li qegħdin nipproponu.", "Fuq l-iscreen qegħdin naraw l-iskema li ppubblikajna fl-2017 li biha ntroduċejna t-toroq il-ġodda u li huma mmarkati bil-kulur isfar, il-parti mmarkata bil-kulur vjola hija l-art li kienet zoned for industrial use, jiġifieri industrial u warehouses, u dik immarkata bil-kulur blu skur kienet il-parti kummerċjali, jiġifieri retail u uffiċini.", "L-għoli fiż-żona kollha dejjem kien ta' 15.4 metri, u konna pproponejna dak li sejjaħna l-green strip fil-biċċa tan-nofs tal-iskema biex toħloq a green element fis-sit.", "L-art imbagħad qsamniha f'żewġ subzones jiġifieri Zone A u Zone B. L-idea wara dan kienet li, filwaqt li Zone A, li hija mmarkata bil-boundary aħmar, hija diġà committed, jew b'bini eżistenti jew bil-permess ta' żvilupp, u allura l-parametri kienu diġà bejn wieħed u ieħor stabbiliti, Zone B, li hija mmarkata bil-boundary l-blu, ma kienx għad hemm commitment fiha u allura stajna nintervjenu b'mod aktar dirett.", "Bħala land uses, kif diġà ntqal, kien hemm uffiċini, retail, industrial u warehousing.", "Bħala għoli huwa ta' 15.4 metri, u kellna wkoll gwida fuq id-diżinn li ma jridx ikun hemm blank party walls u li jekk l-iżvilupp iħares fuq l-ODZ, speċjalment fil-biċċa li tħares fuq Triq Gużè Duca, allura għandu jkun hemm adequate site elevations iddiżinjati.", "Kien hemm ukoll il-bżonn ta' comprehensive planning.", "F'dak l-istadju, fl-2017, konna qegħdin ngħidu li l-comprehensive planning irid isir sont l-iskema li ppubblikajna aħna biex b'hekk naċċertaw li l-infrastruttura, speċjalment it-toroq u l-landscaping, issir b'mod ħolistiku u dan għall-ispejjeż tal-iżviluppatur.", "Konna għedna wkoll li l-parking requirements kollha jridu jkunu pprovduti on site, jiġifieri għedna li ma tistax tintuża l-iskema tal-EU Integration Facility (EUIF) fejn tħallas ammont ta' flus minflok tipprovdi parking, u kien hemm ukoll issue fuq l-aċċess minn Trq il-Ħandaq.", "Konna għamilna wkoll kundizzjoni li ma jistax isir loading and unloading fit-triq.", "Il-konsultazzjoni tal-2017 irriżultat fi tmien sottomissjonijiet, tnejn minnhom kienu mill-pubbliku inġenerali, erbgħa saru mis-sidien tal-art f'din l-area, waħda mill-kunsill lokali ta' Ħal Qormi, u waħda mingħand l-Environment and Resources Authority (ERA).", "Fost il-punti li ssemmew f'dawn it-tmien sottomissjonijiet, kien hemm l-issue għax l-art għadha mhijiex żvluppata u allura m'għandhiex tiġi żvluppata aktar, kien hemm talba biex tiżdied aktar art mal-AoC, kien hemm oġġezzjoni minn wieħed mis-sidien fuq waħda mit-toroq, li konna qed nipproponu li tgħaddi fuq l-art tiegħu, kien hemm ukoll oġġezzjoni fuq l-alignments għax kien hemm suġġerment li l-alignments jistgħu jsiru aħjar biex ma jkunx hemm framentazzjoni tal-proprjetà, kien hemm suġġerment li l-commercial ikun fuq Zone A ukoll u mhux fuq Zone B biss, u li għandhom jiżdiedu l-building heights.", "Imbagħad kien hemm numru ta' sidien li bagħtu skema alternattiva għal dik li kienet ipproponiet l-Awtorità, li l-ġist tagħha kienu żewġ punti, u ċioè li t-toroq għandhom ikunu kollha 44 pied, jiġifieri 13.7 metri, u kien hemm ukoll concern fuq dik il-green strip li wrejt, għax intqal li jekk din ħadd ma jieħu ħsiebha tista' fil-fatt tkerraħ l-area minflok isservi ta' amenity.", "Is-suġġerimenti li għamlet ERA kienu li l-uses ma jkunux limitati biss għall-commercial u industrial, li jkun hemm aktar kontroll fuq l-iżvlupp meta jħares fuq l-ODZ, li jkun hemm requirement ta' environmental management systems, li l-infrastruttura kollha għandha ssir b'mod komprensiv, li għandhom jiġu ppreparati storm water management plan u waste management plan, u li għandu jkun hemm aktar dettalji dwar il-landscaping li qed jiġi propost fl-area.", "Issa se nuri l-proposti li għamlu s-sidien.", "Fuq il-lemin qegħdin naraw l-iskema li ppreparat l-Awtorità, u fuq ix-xellug nistgħu naraw is-suġġerment alternattiv li għamlu s-sidien, fejn tneħħiet il-green strip u l-blocks tqassmu b'mod differenti.", "U issa qegħdin naraw l-oġġezzjoni li semmejt dwar l-alignment, fis-sens li l-PA għaddiet it-triq dritta, u peress li l-ownership idur b'\"dan\" il-mod, allura l-argument kien li \"hawnhekk\" se jinħoloq feles ta' art li mhux se jkun fabbrikabbli u allura s-suġġeriment kien li t-triq \"hawnhekk\" titwessa' biex issegwi l-property boundary.", "Oġġezzjoni oħra kienet mis-sid ta' \"din\" is-sit li qed naraw issa, li kien qed joġġezzjona għal \"din\" it-triq, għax qal li jekk tiġi mplimentata se taqta' madwar 25% mid-developable area, u bħalissa qegħdin naraw l-area li semmejtilkom li dwarha l-individwu talab li tikber l-AoC.", "\"Dan\" huwa s-sit ta' min kiteb, u jekk tarawha in relation mal-area li qed nitkellmu fuqha, dan is-sit jiġi \"hawnhekk\" mentri aħna dejjem konna qed nitkellmu fuq replanning ta' \"din\" iż-żona.", "Imbagħad kien hemm il-kummenti li rċevejna mingħand dan il-Kumitat fl-2017 fejn ġie suġġerit li għandu jkun hemm titjib ta' Sqaq it-Tiġieġ, li l-main road li konna qegħdin nipproponu jsir utilizzazzjoni aħjar tagħha billi jiżdied il-parking provision, li jinħolqu pedestrian passages ħalli jinfetħu faċċati ġodda minħabba li kien hemm concern dwar il-blank walls li jistgħu jħarsu fuq Triq l-Imdina jew Triq Ġużè Duca, li jsiru diskussjonijiet ma' Transport Malta dwar is-circulation u t-toroq speċjalment peress li hemm kulleġġ just across the road, u li jkun hemm waste management tajjeb fis-sit.", "Wara l-kummenti tal-pubbliku u ta' dan il-Kumtiat kienet ittieħdet deċiżjoni li jsir TIA fuq il-pjan.", "Peress li dan l-istudju influwenza mhux ħażin l-emendi li qed nipproponu, se ngħid fuq fuq x'kien il-kontenut tiegħu u l-konklużjonijiet.", "Dan l-istudju analizza erba' design options, u għal kull option ikkunsidra żewġ xenarji ta' density; f'wieħed minnhom tliet sulari u setback u fix-xenarju l-ieħor żewġ sulari u setback fejn allura d-density tkun ħafna inqas.", "Imbagħad għamel forecasting dwar it-traffiku li se jkun iġġenerat fl-2023 meta l-istudju identifika li se jibda jopera, imbagħad five years in operation, jiġifieri fl-2028.", "Jiġifieri dawk huma l-erba' options, u għal kull option hemm żewġ xenarji biex nistabbilixxu l-overall density.", "Nista' ngħidilkom li l-proposta li qed nagħmlu issa se tintrabat ma' dan l-ammont, jiġifieri qed nitkellmu fuq dak l-ammont ta' żvilupp on site.", "The main conclusion of the study kienet li considering l-iżvilupp li qed isir fl-area u anke jekk tieħu n-natural growth in traffic, dejjem kien se jkun hemm bżonn ta' upgrading tar-road network.", "Dawn kienu s-suġġerimenti li l-PA, Transport Malta u Infrastructure Malta qed jipproponu għall-upgrading ta' din l-area.", "Jiġifieri għandna tliet junctions, imbagħad titjib f'dik l-istretch ta' Triq Ġużè Duca mmarkata bl-aħmar.", "Bħala scenarios u options li wrejtkom, ukoll sar scaling tagħhom, u mil-lat ta' traffiku u circulation option 1 scenario 2 kien dak li huwa rrikkmandat u li wrejtkom qabel.", "Option 4 scenario 2 se joħloq problemi fl-2028 u allura jiġi s-second priority, u option 3 mhijiex feasible u allura ma kenitx rikkmandata.", "Issa se nidentifika l-emendi li qed nipproponu għall-policy li kellna fl-2017.", "L-aktar kriterju importanti kien li issa qed nistabbilixxu d-density tal-area, jiġifieri fejn qabel kellna area li tista' tiġi żviluppata u height limitation biss, issa qed nistabbilixxu density ratio ta' 2.75 metri.", "Imbagħad meta taħdem l-area jiġi dak l-ammont li semmejt fuq il-mappa.", "Il-vehicular routes kollha ġew standard width ta' 13.7 metri, li huwa 44 feet, inkludejna żewġ pedestrian links biex nindirizzaw il-concern ta' dan il-Kumitat u l-oġġezzjoni li kien hemm minn wieħed mil-land owners.", "Il-green strip li kienet proposta fl-2017 issa ġiet replaced b'general requirement ta' 5% amenity space min-naħa tal-iżviluppatur, saret emenda fuq il-land uses ta' Zone B, jiġifieri fejn qabel il-commercial kien ristrett għall-parti li tħares fuq Triq Ġużè Duca u l-bqija kienet kollha industrial, żdiedu l-uffiċini fuq Zone B as a whole, però qed nipproponu li jekk isir hekk, l-ammont ma jaqbiżx l-10,000 metru kwadru.", "Il-comprehensive planning, minflok mhu se jkun ibbażat fuq l-iskema li ppreparat l-Awtorità, se jkun ibbażat fuq il-boundaries tal-land ownership kif fil-fatt bagħtuhomlna s-sidien bħala parti mill-konsultazzjoni.", "Żidna wkoll mandatory requirement fuq green infrastructure, jiġifieri vertical walls, green facades, eċċ. Mit-TIA ħareġ li l-proposta oriġinali li l-parking kollu jrid ikun ipprovdut on site kien se jaggrava aktar is-sitwazzjoni tat-traffiku u allura issa qed nissuġġerixxu li l-option li l-iżviluppatur juża l-EUIF minflok jipprovdi parking tkun applikabbli.", "Suġġeriment ieħor li ħareġ mit-TIA kien li fejn hemm comprehensive planning dawn għandhom ikunu supported bi green transport plans.", "Jiġifieri l-iskema issa se tkun b'dan il-mod, u kif tistgħu taraw, l-ikbar tibdil kien fis-central green strip li issa tneħħiet però fl-area mmarkata biċ-ċirku aħmar se jkun hemm dak ir-requirement tal-5% open space.", "Iż-żona l-ħadra issa qed tinkludi wkoll uffiċini, dejjem bil-capping ta' 10,000 metru kwadru, u \"dawn\" huma l-pedestrian links li semmejt li fejn qabel \"hawnhekk\" kien hemm triq tgħaddi straight through, \"din\" l-istretch ġiet mibdula f'pedestrian foothpath.", "U hawnhekk ukoll qed nissuġġerixxu li jiġi nkluż pedestrian foothpath ġdid biex jindirizza l-issue tal-blank walls.", "Bħalissa qegħdin naraw il-comprehensive planning areas li tkellimt fuqhom, li jfisser li \"dawn\" l-erba' areas jridu jiġu ppjanati b'mod ħolisitku, jiġifieri meta xi ħadd se japplika għal permess, irid isegwi dawk il-boundaries.", "Nagħlaq billi ngħid li l-konsultazzjoni tagħlaq fl-1 ta' April u qegħdin naraw l-email address li qed nirċievu s-sottomissjonijiet fuqu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn mistoqsijiet jew kummenti?", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Perit, l-ewwel nett irrid nirringrazzjak tal-preżentazzjoni li tajtna.", "Semmejt oġġezzjoni li saret minn owner li kienet se tgħaddi t-triq mill-proprjetà tiegħu, u għedt li issa se ssir pedestrian.", "Jiġifieri dan se jsolvi l-problema biex ma neħdux 25% tal-art ta' dan l-individwu?", "Barra minn hekk, se jkun hemm green spaces fl-area?", "Kemm se tkun tesa' karozzi pparkjati ż-żona kollha?", "Iż-żona kollha se jkollha l-istess height limitation?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet jew rimarki min-naħa tal-Membri tal-Kumitat?", "Ma jidhirx li hawn għalhekk nistieden lill-Perit Scalpello sabiex, jekk jogħġbu, jirrispondi għad-domandi.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Rigward il-pedestrian foothpath qed nitkellmu fuq \"din\" il-proposta, li issa se tkun wisa' ta' tliet metri u allura l-ammont li se jittieħed mit-triq naqas drastikament, u fil-fatt din kienet proposta li saret mill-owner stess, jiġifieri fis-sottomissjonijiet li bagħtilna ssuġġerixxa li jkun hemm il-pedestrian foothpath.", "Bħala green spaces se jkollna l-kundizzjoni li 5% ta' blocks B1, B2 u B3 se jkun bħala public open space.", "Indikajna fejn għandu jiġi located fid-diżinn, jiġifieri ma jistax ikun hemm anywhere within the site.", "L-idea kienet li aħna noħolqu ċentru ġdid f'din il-junction bil-public open space u l-green area f'dik iż-żona.", "Għar-rigward ta' parking il-PA għandha l-parking standards skont l-iżvilupp, jiġifieri meta japplikaw se jiġi stabbilit l-ammont ta' żvilupp u l-użu, u minn dak joħroġ il-bżonn ta' parking provision.", "Bil-policy li qegħdin nipproponu issa, dak l-ammont kemm jista' jkun jiġi pprovdut on site, jiġifieri jekk, pereżempju, tidħol applikazzjoni fuq il-comprehensive planning area l-ħadra u nistabbilixxu li hemmhekk hemm bżonn 200 parking spaces, aħna se nippruvaw li kemm jista' jkun dawk il-200 parking spaces ikunu fuq dak is-sit.", "Jekk għal raġunijiet tekniċi u operattivi jkun hemm xi shortfall, jiġifieri jipprovdi 170 spazju ta' parkeġġ, id-differenza jkun jista' jħallashom fil-EUIF.", "Il-height limitation hija kullimkien l-istess, jiġifieri ta' 15.4 metri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Schiavone xtaq jagħmel mistoqsija oħra.", "HERMANN SCHIAVONE: Xtaqt nistaqsi jekk l-issues imqajma fl-oġġezzjonijiet li kien hemm għal dan l-iżvlupp ġewx indirizzati kollha.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Iva, naħseb li l-issues inġenerali ġew milqugħa tramite emendi li saru jew policy reform.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-Partial Local Plan Review and the Central Malta Local Plan – Area of Containment Tal-Ħandaq in Ħal Qormi (Phase 3) għall-vot.", "Nirringrazzjakom.", "Il-partial local plan review għadda b'mod unanimu.", "Fil-5:12 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20210309_029d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 43", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 43", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4:37 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 42 li saret fl-24 ta' Frar, 2021 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA ATTI VARJI TAT-TAXXA", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 435 tal-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Emendi għall-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "CLYDE CARUANA (Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol): Sur President, l-emendi f'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin jiġu proposti sabiex inkunu in linja ma' dak li qiegħed jiġi ssuġġerit mill-Moneyval.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 3, 4 u 5 għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Emenda tal-artikolu 19 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, jista' l-Ministru jagħtina aktar informazzjoni dwar il-background ta' klawsola 6?", "Jekk qed nifhem sew din hija estensjoni tad-dmir tas-sigriet professjonali tal-uffiċjali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "CLYDE CARUANA: Hawnhekk li qegħdin ngħidu huwa li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni jkollu d-diskrezzjoni li jiddetermina x'informazzjoni tista' tgħaddi persuna li jkollha dmir uffiċjali lil entitajiet oħra.", "MARIO DE MARCO: Jiġifieri mhux qegħdin nitkellmu fuq estensjoni tad-dmir tas-segretezza professjonali lil uffiċjali oħra imma fuq l-awtorità tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "CLYDE CARUANA: Iva, tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Emenda tal-artikolu 4 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Din il-klawsola hija intiża biex tneħħi l-awtorizzazzjoni mill-Prim Ministru u tingħata lill-Kummissarju.", "CLYDE CARUANA: Hekk hu.", "Fil-fatt, li qegħdin ngħidu hawnhekk huwa li l-Kummissarju jkun jista' jaġixxi mingħajr ma jkollu bżonn il-permess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 – Emenda tal-artikolu 14 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, jista' l-Ministru jagħtina aktar informazzjoni dwar il-background ta' din il-klawsola?", "Jekk m'iniex sejjer żball din hija intiża biex tagħti aktar poteri lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "CLYDE CARUANA: Il-ħsieb huwa li l-Kummissarju jkun jista', fejn ikun hemm suspett ta' evażjoni tat-taxxa, jitlob informazzjoni direttament mingħand terzi, ċjoè mingħajr il-bżonn li jinnotifika lill-istess tax payer.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 10, 11, 12 u 13 għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 – Emenda tal-artikolu 56 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "CLYDE CARUANA: Sur President, bħall-klawsola 8 din il-klawsola hija intiża biex nagħtu poteri sabiex il-Kummissarju ma jkollux bżonn il-permess.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Clyde Caruana.", "CLYDE CARUANA: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123, l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, Kap. 364, l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, Kap. 372, u l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, Kap. 406\" għadda mill-Kumitat mingħajr emendi.", "Fl-4.44 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210309_043d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 43", "L-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Marzu, 2021 fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mal-Professur Andrew Azzopardi dwar riċerka fuq l-awtiżmu;", "Diskussjoni mal-ADHD Malta;", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210310_043a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 43", "L-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, fil-5:05 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ppresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Maria Deguara u l-Onor.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 42 li saret nhar l-Erbgħa, 3 ta' Marzu 2021 ġew ikkonfermati.", "Iċ-Chairperson informa lill-Kumitat li kien irċieva r-risposta mingħand il-Malta Community Chest Fund fuq l-ittra li l-Kumitat stess kien bagħat għan-nom ta' Dr Lara Said;", "Dok 67 Ittra datata 3 ta' Marzu, 2021 mingħand The Malta Community Chest Fund.", "DISKUSSJONI MAL-PROFESSUR ANDREW AZZOPARDI DWAR RIĊERKA FUQ L-AWTIŻMU", "Għal din id-diskussjoni kien mistieden il-Professur Andrew Azzopardi, Senior Lecturer fl-Università ta' Malta, li ġie mistoqsi x'irid isir sabiex il-pajjiż ikollu riċerka fuq l-ammont ta' persuni bl-awtiżmu u bl-ADHD f'pajjiżna.", "Min-naħa tiegħu l-Professur wiegħed lill-Kumitat li kien se jħejji proposal dwar x'irid isir u jgħaddih lill-Kumitat.", "DISKUSSJONI MAL-ADHD MALTA", "Għal din id-diskussjoni kienu mistiedna u attendew b'mod virtwali s-Sinjura Pamela Muscat, is-Sinjura Daniela Xuereb, is-Sinjura Jennifer Desjardins u Dr Steven Vella, rappreżentanti tal-ADHD Malta.", "Wara li l-mistiedna ressqu l-preżentazzjoni tagħhom sarulhom diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fis-6.21 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT", "L-Onor."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210310_043m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 77", "L-Erbgħa, 10 ta' Frar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 77", "L-Erbgħa, 10 ta' Frar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:01 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 76, li saret fit-3 ta' Frar 2021, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Insellmilkom u nilqagħkom għal din il-laqgħa u nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min segwa l-laqgħa preċedenti jaf li kien beda jixhed quddiem dan il-Kumitat is-Sur David Galea, li ma laħaqx lesta mix-xhieda tiegħu u allura ġie mitlub jerġa' jiġi llum sabiex ikompli jixhed.", "Għaldaqstant nitlob li jiġi msejjaħ.", "Is-Sur David Galea daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, nagħtik il-wara nofsinhar it-tajjeb u nfakkrek li se tkompli tixhed bl-istess ġurament li ngħatajt fil-laqgħa preċedenti.", "Se jkomplu jsirulek xi mistoqsijiet mill-Membri ta' dan il-Kumitat u nitolbok tweġibhom.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, l-aħħar darba fix-xhieda tiegħek semmejt li qabel l-elezzjoni tal-2013 kont ġejt avviċinat biex tagħti xi ideat.", "Nixtieqek tipprovdini bl-isem tal-persuna li avviċinatek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħalma għedt l-aħħar darba, Dr Mizzi kien avviċinani biex nagħti xi ideat, bħal ħafna iktar nies differenti fil-partit.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta qed tgħid Dr Mizzi, qed nifhem li qed tirriferi għal Konrad Mizzi.", "Hux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bejn wieħed u ieħor Novembru jew Diċembru.", "KAROL AQUILINA: Ta' liema sena?", "KAROL AQUILINA: Kellek xi laqgħat miegħu dak iż-żmien?", "IS-SUR DAVID GALEA: L-iktar li kelli bażikament nagħti xi...", "KAROL AQUILINA: Kellek jew ma kellekx laqgħat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġieli kont niltaqa' miegħu bħala ħbieb.", "Aħna konna ħbieb u kien isemmili dwar jekk hemmx xi ideat x'nista' nagħti fuq il-kamp tal-enerġija.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti kont qed tiltaqa' miegħu fuq affarijiet oħrajn, jew iltqajtu speċifikament dwar hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq ħafna affarijiet.", "Jiena kont niltaqa' miegħu regolari fuq affarijiet personali.", "KAROL AQUILINA: Però mbagħad bdejtu titkellmu dwar hekk.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: U hu qallek li għandu bżonn xi ideat dwar il-qasam tal-enerġija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien qalli li xtaq joħroġ għall-elezzjoni – lanqas kont naf li kien daqshekk interessat fil-politika – u xtaq xi ideat għas-settur tal-enerġija.", "KAROL AQUILINA: Kemm-il darba ltqajtu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Forsi xi darbtejn jew tliet darbiet.", "KAROL AQUILINA: U fejn iltqajtu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iltqajna jew f'xi restaurant… Ma niftakarx eżatt.", "Karol Aquilina qed jistaqsik jekk ressaqtx xi proposti min-naħa tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Onor. Micallef, mhux dak qed nistaqsih.", "Qed ninkwieta li x-xhud qed jifhem u inti m'intix qed tifhem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Micallef, se jkollok ċans tagħmel mistoqsijiet lix-xhud.", "Agħti ċans lill-Onor.", "Aquilina jispiċċa l-mistoqsijiet tiegħu.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Bil-qalb kollha.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, għedtilna li tajtu xi ideat u li kont tmur tiekol miegħu.", "Kemm-il darba mort tiekol miegħu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiena niltaqa' ma' ħafna nies differenti biex immur niekol magħhom.", "KAROL AQUILINA: Jien m'iniex qed nistaqsik kemm iltqajt ma' nies differenti.", "Jekk niltaqa' ma' Konrad Mizzi nkun naf li ltqajt miegħu.", "GLENN BEDINGFIELD: Tiftakar jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienu ftit id-drabi li ltqajt miegħu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kenux għexieren.", "Forsi ltqajna darbtejn jew tliet darbiet.", "In-numru eżatt ma niftakrux.", "IĊ-CHAIRPERSON: B'mod formali minbarra...", "IS-SUR DAVID GALEA: B'mod formali qatt ma ltqajt miegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ġieli ltqajt miegħu l-Kwartieri Ġenerali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-Kwartieri Ġenerali mort darba.", "KAROL AQUILINA: U dik id-darba x'mort tagħmel?", "L-ewwel nett il-Kwartieri ta' xiex?", "KAROL AQUILINA: Dik id-darba x'mort tagħmel u meta kien?", "IS-SUR DAVID GALEA: Id-data eżatt ma niftakarhiex.", "KAROL AQUILINA: Bejn wieħed u ieħor ma tiftakarx?", "Kien qabel l-elezzjoni jew wara l-elezzjoni?", "Jew kien fi żmien il-kampanja elettorali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien ftit qabel l-elezzjoni.", "KAROL AQUILINA: Meta tgħid ftit, jiġifieri ġimgħat?", "KAROL AQUILINA: L-elezzjoni kienet fit-8 ta' Marzu.", "Jiġifieri kien għall-ħabta ta' Jannar jew Frar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bejn Jannar u Marzu, imma ma nafx ngħidlek bl-eżatt.", "KAROL AQUILINA: F'din il-laqgħa ma' min iltqajt?", "Min stiednek għal din il-laqgħa?", "Ma naħsibx li qbadt u mort.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien qalli biex nattendi, imma kien hemm ħafna nies...", "KAROL AQUILINA: Min kien qallek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dr Mizzi kien qalli biex nattendi, għax bħalma kien hemm nies oħrajn li taw l-ideat tagħhom, jien ukoll kont tajt xi ideat u qalli biex nattendi.", "KAROL AQUILINA: Din il-laqgħa min kien hemm preżenti għaliha?", "Kien hemm ħafna nies differenti.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex midħla tal-partit, jiġifieri ma nafx ngħidlek min kien hemm.", "KAROL AQUILINA: Kien hemm figuri pubbliċi f'din il-laqgħa?", "Kien hemm persuni magħrufin li huma fil-politika, li għandhom irwol, li huma deputati?", "IS-SUR DAVID GALEA: Nista' ngħidlek li rajt xi nies li kienu ministri, imma ma nafx...", "KAROL AQUILINA: Mela tiftakar żgur min kienu l-ministri.", "Naħseb trid tgħid li mbagħad saru ministri, għax dak iż-żmien ma kenux.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk m'iniex sejjer żball kont rajt lil Edward Scicluna.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti qed tgħid li Edward Scicluna kien preżenti għal dan il-meeting.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien fil-parti fejn konna aħna, għax dan ma kienx meeting…", "KAROL AQUILINA: Inti għal xiex ġejt mistieden?", "Inti qed tgħid li Konrad Mizzi stiednek u inti mort għal-laqgħa.", "Din il-laqgħa x'kienet?", "Kienet biex toqogħdu tgħidu fuq in-nies, jew kienet biex toqogħdu tgħidu fuq xi ħaġ'oħra?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-laqgħa kienet bażikament biex naqsmu xi ideat fuq xi potential proposals li jista' ikun hemm.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dwar l-enerġija.", "KAROL AQUILINA: Mela Konrad Mizzi sejjaħlek għal laqgħa li kien preżenti għaliha żgur l-ex Ministru Edward Scicluna.", "Min iktar kien preżenti għaliha?", "Inti qed tgħidli li ma kontux tlieta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont taf min hu Keith Schembri dak iż-żmien?", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont taf li Keith Schembri kien il-persuna nkarigata mill-ex Prim Ministru Joseph Muscat fl-oppożizzjoni biex jipprepara pjan għall-enerġija għall-pajjiż?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk ngħidlek li Keith Schembri kien preżenti għal din il-laqgħa, x'tgħidli?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix li rajtu.", "KAROL AQUILINA: U jekk ngħidlek li kien hemm Joseph Muscat għal din il-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix li rajtu lanqas.", "KAROL AQUILINA: Waqt din il-laqgħa x'sar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Diskussjoni.", "KAROL AQUILINA: Imma kien hemm preżentazzjoni minn xi ħadd?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix li kien hemm preżentazzjoni.", "KAROL AQUILINA: Min ippresieda din il-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet laqgħa pjuttost informali, jiġifieri l-fatt li...", "GLENN BEDINGFIELD: Kienet laqgħa ta' natura teknika?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, as such kienet laqgħa ta' natura teknika.", "KAROL AQUILINA: U xi ddiskutejtu tekniku f'din il-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bażikament jien kont għamilt high level financial analysis ta' financial statements li kienu ppubblikati ta' Enemalta, u kont ippreżentajt...", "KAROL AQUILINA: Mela għamilt preżentazzjoni inti.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux preżentazzjoni, urejthom.", "KAROL AQUILINA: Mela inti mort armat, ma mortx b'idejk f'idejk.", "IS-SUR DAVID GALEA: M'għamiltx powerpoint presentation.", "KAROL AQUILINA: Imma mort ippreparat għal din il-laqgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti mort biex tagħti presentation mhux biex tisma' presentation.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma qalulix għal xiex għandi nattendi.", "Dħalt għal din il-laqgħa u bażikament staqsewni x'ħareġ mir-riżultati tal-financial analysis li kont għamilt jien, għalkemm ma kenitx financial analysis dettaljata, it was very preliminary.", "KAROL AQUILINA: U inti mort hekk?", "Jiġifieri ma ħadtx xi ħaġa miegħek?", "Qbadt u mort u għedt se żomm tliet punti f'moħħok…", "IS-SUR DAVID GALEA: Ħadt il-laptop miegħi.", "KAROL AQUILINA: U ppreżentajt xi ħaġa lilhom.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għedtilhom x'inhuma l-key issues li ħarġu.", "KAROL AQUILINA: Naturalment għandek dokument li inti segwejt.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qed nitkellmu fuq tmien snin ilu.", "KAROL AQUILINA: Imma għandek kopja ta' dan id-dokument?", "IS-SIR DAVID GALEA: Le, m'għandix kopja ta' dan id-dokument.", "KAROL AQUILINA: Ma żammejtx kopja ta' dan id-dokument?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kienx daqshekk importanti li nżomm kopja ta' dan id-dokument.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri waqt din il-laqgħa inti tkellimt dwar is-sitwazzjoni ta' Enemalta dak iż-żmien u x'financial risks kellha Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "Tkellimt fuq il-qagħda ta' Enemalta dak iż-żmien.", "Kien hemm numru ta' issues, li jekk trid ngħidlek x'kienu.", "M'għandix ir-rapport, imma l-issues huma pjuttost ċari x'kienu.", "Bażikament Enemalta kienet tinsab f'qagħda ħażina ħafna, kellha xi accumulated loss ta' 'l fuq minn €100 miljun.", "Kellha problemi ta' generation efficiency serji.", "Konna kkalkulajna li, bejn wieħed u ieħor, kien hemm ħela ta' żejt jinħaraq fl-arja fix-xejn ta' madwar €100 miljun fis-sena.", "Kellha gearing ta' 70%, jiġifieri jekk wieħed kien iħares lejn il-kapital kollu ta' Enemalta jsib li 70% minnu kien dejn.", "Kien hemm €23 miljun imgħax u bażikament meta tħares lejn l-interest cover, jiġifieri kemm-il darba l-profitti jkopru l-imgħax, filwaqt li kumpanija tajba suppost ma jkollhiex iktar minn ratio ta' 2, fil-każ ta' Enemalta kien minus 3.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri l-expertise tiegħek intużat biex tagħmel assessment tal-qagħda preżenti?", "JEAN CLAUDE MICALLEF: U r-raġuni għall-performance negattiva ta' Enemalta dak iż-żmien kienet il-high fuel price, jew kien hemm elementi oħrajn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm element ta' high fuel price, però kien hemm żewġ elementi.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Tista' issemmihom?", "IS-SUR DAVID GALEA: Raġuni minnhom kienet il-generation efficiency; il-Marsa power station kienet tiġġenera bejn 22% u 23%, Delimara 1 kienet tiġġenera madwar 30%, u kien hemm oħra li kienet tiġġenera madwar 26%.", "L-istandard efficiency rate tal-power plant dak iż-żmien kienet ta' madwar 45%, u allura meta tqabbel standard efficiency rate ta' impjant normali mal-efficiency rates tal-impjanti l-oħrajn issib li bejn wieħed u ieħor għandek €100 miljun efficiency loss li dieħla fl-arja.", "Barra minn hekk, minħabba din il-problema, apparti li dak iż-żmien it-tariffi kienu pjuttost għoljin, jekk niftakar sew kien hemm xi rapport ta' Eurostat fejn wera li Malta kellha waħda minn fost l-ogħla rati ta' tariffi, kemm għall-konsumatur kif ukoll għall-commercial enterprise.", "Jiġifieri kienet qiegħda f'morsa, fuq naħa kellha prezzijiet għoljin tat-tariffi u fuq in-naħa l-oħra kellha telf kbir.", "Kien hemm ukoll problema oħra, fis-sens li peress li Enemalta kellha ħafna dejn, id-dejn ma bediex jitħallas u allura kellha imgħax għoli li kompla jagħfasha iktar 'l isfel.", "KAROL GALEA: Jien qed nifhem li inti għandek memorja tajba ħafna għax tiftakar dawn l-affarijiet b'mod tajjeb ħafna.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax huma affarijiet tekniċi.", "KAROL AQUILINA: Mela ħalli nerġa' nistaqsik: Min kien hemm preżenti għal din il-laqgħa?", "Għadek m'għedtlix min kien preżenti.", "IS-SUR DAVID GALEA: L-unika persuna li naf li kien preżenti għal-laqgħa kien Dr Mizzi.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti mort għal-laqgħa u ma tafx min huma n-nies preżenti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex parti mill-Partit Laburista.", "RYAN CALLUS: Lil Edward Scicluna nsejtu issa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx jekk kienx parti mil-laqgħa jew le.", "Ma nafx jekk rajtux hemmhekk u telaq jew...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-laqgħa kienet potenzjalment bejnek u bejn Konrad Mizzi.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm numru ta' nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però li spikka f'moħħok kien Konrad Mizzi.", "IAN CASTALDI PARIS: Sur Galea, bħala persuna speċjalista f'dan il-kamp u li ħdimt ma' kull amministrazzjoni, taraha abnormali li xi ħadd li jkun qed jaspira li jkun fil-gvern jagħmel laqgħa fejn jitlob speċjalista jkun preżenti biex jagħtih analiżi...?", "IS-SUR DAVID GALEA: Lanqas xejn.", "IAN CASTALDI PARIS: Jiġifieri qed taraha normali.", "U rajt li kollox kien normali.", "IAN CASTALDI PARIS: Jiġifieri partit li kien qed jaspira li jkun fil-gvern talab li inti tkun preżenti biex tagħti stampa tas-sitwazzjoni.", "IAN CASTALDI PARIS: Jiġifieri inti ma rajt xejn straordinarju jew xi ħaġa li...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma ppruvawx jaħtfuk; jiġifieri xejn straordinarju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti ħabib ta' Konrad Mizzi, u Konrad Mizzi nkarigak biex tagħmillu rapport, imbagħad inti attendejt laqgħa u f'din il-laqgħa taf li kien hemm preżenti Konrad Mizzi u għamiltu l-analiżi li għamiltilna issa.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad xi rriżulta minn din il-laqgħa?", "X'kienet il-konklużjoni ta' din il-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Li kien hemm bżonn issir xi ħaġa għas-sitwazzjoni ta' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Erġa' fakkarni meta saret din il-laqgħa.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-laqgħa kienet very close to… Ma niftakarx eżatt id-data.", "IAN CASTALDI PARIS: Għedilna in your own words x'kien l-iskop ta' din il-laqgħa.", "KAROL AQUILINA: Ma jistax ikun ma tiftakarx meta saret din il-laqgħa.", "IAN CASTALDI PARIS: Imma ma jistax jiftakar.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, qiegħed taħt ġurament.", "Kien żmien partikolari ħafna.", "KAROL AQUILINA: Kien bagħat għalik il-Partit Laburista ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni u li tiġi hawnhekk tgħidilna li ma tiftakarx meta kienet din il-laqgħa u min kien hemm f'din il-laqgħa, hija daqsxejn diffikultuża biex titwemmen.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Onor. Aquilina, is-Sur Galea diġà qalilna l-ġimgħa l-oħra – ma jidhirlix li inti kont hawnhekk – li kellu laqgħat simili mal-Partit Nazzjonalista wkoll.", "KAROL AQUILINA: Ħalli lilu jgħid.", "Ma jimpurtax, m'għandix diffikultà.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri huwa l-expertise tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhu veru xejn.", "Ma qal xejn minn dak li qed tgħid.", "Ma naf bl-ebda mument li qal li kellu laqgħat mal-Partit Nazzjonalista.", "Sur Galea, kellek xi laqgħat mal-Partit Nazzjonalista fuq is-suġġett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħala partit le, imma...", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nistaqsik biex ma jmorrux jaħsbuk Nazzjonalist.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Ġieli pproponejt ideat?", "KAROL AQUILINA: Meta kienet din il-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ħalli nkun ċar.", "Jien la għandi ties mal-Partit Laburista u lanqas għandi ties mal-Partit Nazzjonalista.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, din hija laqgħa li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista.", "Il-kollega qal li inti ġieli kellek laqgħat...", "ALEX MUSCAT: Nikkoreġi dak li għedt qabel, fis-sens li s-Sur Galea kellu laqgħat mal-Gvern Nazzjonalista, b'mod speċifiku mal-ministri tal-enerġija li kienu Ministri Nazzjonalisti...", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Ġieli pproponejt ideat lill-Partit Nazzjonalista?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-risposta hija le.", "L-aħħar darba qalilna li kien involut fl-Isptar Monte Carmeli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-aħħar laqgħa s-Sur Galea qal li fi żmien Gvern Nazzjonalista – jikkoreġini jekk jiena żbaljat – kien Chairman ta' Mount Carmel Hospital, però if I recollect well huwa qal li he never advised lill-Gvern Nazzjonalita fuq is-settur tal-enerġija.", "GLENN BEDINGFIELD: F'liema snin kont advisor ta' Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Id-dati eżatt ma niftakarhomx, imma fiż-żmien bejn l-2007 u....", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nifhem li l-informazzjoni tal-preżentazzjoni kienet mhux għax kont privy ta' ċerta informazzjoni minn Enemalta minħabba l-kariga tiegħek, imma għax kienet informazzjoni pubblika.", "Hux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "Biex inkun ċar, pereżempju, kien hemm il-Generation Report 2006-2015 ta' Enemalta, li kien ippubblikat ukoll fuq il-website ta' Enemalta, li kien hemm...", "KAROL AQUILINA: F'Jannar 2013 inti kont advisor ta' Enemalta?", "Kont tagħti pariri lil Enemalta fl-2013?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kontx nagħti pariri lil Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Ma kontx tagħmel xogħol għal Enemalta.", "GLENN BEDINGFIELD: Sakemm waqaft tagħmel xogħol lil Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien għamilt żmien ma kontx Malta u allura ma bqajtx naħdem...", "IS-SUR DAVID GALEA: L-Ingilterra.", "KAROL AQUILINA: U kien fl-istess żmien li Konrad Mizzi kien l-Ingilterra wkoll?", "KAROL AQUILINA: Kienu żmenijiet differenti.", "Mela qed tgħidli li bejn Jannar u Frar saret din il-laqgħa ġewwa l-Kwartieri.", "Kien Jannar jew Frar?", "Ħalli nipprova nasal biex nifhem x'kien qed jiġri dak iż-żmien.", "KAROL AQULINA: Però tiftakar li l-Partit Laburista kien għamel preżentazzjoni dwar is-settur tal-enerġija?", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Kien ħabbar il-programm tiegħu tal-enerġija...", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Lanqas niftakar id-data...", "KAROL AQUILINA: Onor. Micallef, agħtih ċans iwieġeb, imbagħad staqsih inti.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Le, jien ma staqsejtu xejn.", "Kont qed ngħaddi kumment lill-kollega.", "KAROL AQUILINA: U lanqas tissuġġerilu għax ix-xhud qiegħed taħt ġurament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, il-kollega staqsik jekk tiftakarx li kienet saret preżentazzjoni pubblika mill-Partit Laburista.", "IS-SUR DAVID GALEA: Niftakar li saret preżentazzjoni pubblika mill-Partit Laburista, imma d-data ta' dik il-preżentazzjoni ma niftakarhiex.", "KAROL AQUILINA: Kont involut f'dik il-preżentazzjoni?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ma ppreparajtx preżentazzjonijiet.", "KAROL AQUILINA: Imma kont involut fil-preparazzjoni ta' dik il-preżentazzjoni?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm ċerti issues li l-analiżi li għamilt… Ovvjament l-analiżi li kont għamilt kienet spark.", "KAROL AQUILINA: Qed naqblu li l-analiżi li għamilt inti wasslet għal dik il-preżentazzjoni.", "Nistgħu naqblu hekk?", "KAROL AQUILINA: Mela qed naqblu li parti mill-preżentazzjoni li saret mill-Partit Laburista biex ivara l-proposti tiegħu għas-settur tal-enerġija kienet ġejja minn dak li tajt inti lill-Partit Laburista.", "Il-preżentazzjoni saret fid-9 ta' Jannar 2013, u allura inti ltqajt qabel id-9 ta' Jannar.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk il-preżentazzjoni saret fid-9 ta' Jannar, il-laqgħa saret qabel.", "GLENN BEDINGDFIELD: Il-preżentazzjoni saret qabel, saret fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar.", "KAROL AQUILINA: Le, il-preżentazzjoni saret fid-9 ta' Jannar 2013.", "Għandi d-data quddiemi.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx meta saret biex inkun onest.", "GLENN BEDINGFIELD: It-tieni jum tal-kampanja elettorali.", "KAROL AQUILINA: Inti ltqajt għal din il-laqgħa qabel saret il-preżentazzjoni.", "Jiġifieri int kont parti minn grupp ta' nies li b'xi mod jew ieħor taw input għal din il-preżentazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Inti tajt ideat, flimkien ma' nies oħrajn, li mbagħad il-Partit Laburista...", "KAROL AQUILINA: Ma' DNV Kema meta ltqajt?", "Nimmaġina li taf min huma.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, naf min huma.", "KAROL AQUILINA: Tista' tispjega min huma biex kulħadd ikun jista' isegwi?", "IS-SUR DAVID GALEA: DNV Kema huma konsulenti li jispeċjalizzaw fil-qasam tal-enerġija, tal-gass, ta' quality certification, eċċ.", "KAROL AQUILINA: Meta ltqajt ma' xi rappreżentant jew uffiċjal tagħhom?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jidhirli kien hemm xi ħadd minnhom fil-laqgħa.", "KAROL AQUILINA: Eh issa jidhirlek li f'din il-laqgħa… Kellek tgħidli issa, wara li ħliftha, li qed tiftakar li kien hemm xi ħadd minn DNV Kema!", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ma nistax niftakar lil kull min kien hemm preżenti.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ma tiġikx f'moħħok, inti li qiegħed taħt ġurament, li meta qed nistaqsik min kien hemm preżenti għal din il-laqgħa, tgħidli li kien hemm xi ħadd minn DNV Kema!", "IAN CASTALDI PARIS: Imma x'fiha ħażin billi ftakar issa?", "KAROL AQUILINA: Bir-rispett kollu .....", "IAN CASTALDI PARIS: U ejja!", "ALEX MUSCAT: Ħalli nkompli fejn qed jgħid il-kollega tiegħi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, ħalli lill-Onor.", "Aquilina jispiċċa mill-mistoqsijiet.", "ALEX MUSCAT: Għadni lanqas għamilt mistoqsija waħda jien!", "KAROL AQUILINA: Min kien l-uffiċjal ta' DNV Kema preżenti?", "L-isem u l-kunjom.", "IS-SUR DAVID GALEA: Safejn naf jien, kien wieħed Ingliż jismu Thomas.", "RYAN CALLUS: Ħalli ngħidlek jien x'kunjomu.", "KAROL AQUILINA: Ftakar ukoll, waqt li qed tweġibni, li qiegħed taħt ġurament.", "Issa qed infakkrek jien biex tiftakar li qiegħed taħt ġurament.", "X'jismu dan il-persuna?", "IAN CASTALDI: M'hemmx għalfejn nintimidawh b'dan il-mod lix-xhud.", "U ejja!", "KAROL AQUILINA: Weġibni, Sur Galea.", "Jekk għandek il-kunjom nista' ngħidu.", "RYAN CALLUS: Dan il-bniedem kien ikun preżenti fil-laqgħat tal-Programme Sponsoring Board?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm xi drabi li attenda.", "RYAN CALLUS: Mela qed tikkonferma li dan Thomas – issa naraw kunjomu x'inhu –kien preżenti waqt il-laqgħa li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tal-2013 li kien hemm preżenti fiha inti wkoll u li intom it-tnejn ukoll kontu kumbinazzjoni magħżulin fuq il-Programme Sponsorship Team li mexxa l-aġġudikazzjoni...", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ma kontx fuq il-Programme Sponsorship Team.", "Inti kont persuna mlaħħqa ħafna fil-proġett ta' ElectroGas.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont iktar importanti.", "RYAN CALLUS: M'iniex se nixtriha meta tgħidli li ma tantx kont involut.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: L-involviment tiegħu diġà ddikjarah f'dan il-punt.", "RYAN CALLUS: Ismek huwa mniżżel f'kull Minuta u kważi fuq kull karta li għandna hawnhekk, u allura ma tistax tiġi tgħidli li ma kontx involut.", "IS-SUR DAVID GALEA: ...li jien ma tantx kont involut fil-proġett tal-power station.", "RYAN CALLUS: Anzi kont involut ħafna.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont involut ħafna.", "RYAN CALLUS: Mela kkonfermajna li dan il-bniedem kien miegħek f'din il-laqgħa li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tal-2013, u intom it-tnejn kontu magħżula biex tkunu fuq il-programm...", "KAROL AQUILINA: Qed naqblu li dan kien l-istess persuna.", "ALEX MUSCAT: Imma x'qegħdin timplikaw?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Muscat, l-implikazzjoni hija ċara ħafna: illi grupp ta' nies li ltaqa' ma' Konrad Mizzi qabel l-elezzjoni fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista spiċċaw fil-bordijiet li ddeċidew li tingħata l-power station lill-konsorzju kompost minn Jorgen Fenech u l-kumpaniji l-oħra.", "Issa n-nies jagħmlu l-ġudizzju huma u jgħidu kemm kienet idea tajba li tiltaqa' fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista biex tpoġġihom fuq il-bord.", "GLENN BEDINGDFIELD: Staqsi lill-Inġinier Emanuel Farrugia!", "ALEX MUSCAT: Dak li kien il-persuna politika li kienet qed tixxedowja l-enerġija fil-Partit Laburista li mbagħad spiċċat il-Ministru...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onorevoli, hux tajjeb jew le jagħmlu l-ġudizzju n-nies hemm barra.", "ALEX MUSCAT: Sur President, qisek il-ġudizzju tiegħek għamiltu.", "Bħala fatt hu li l-persuna li kien jixxedowja l-enerġija fi ħdan il-Partit Laburista li mbagħad sar il-Ministru tal-Enerġija, ried jara li dak il-proġett jiġi mplimentat.", "Bħal donnu l-implikazzjoni hi li hija xi ħaġa ħażina li kellek partit fl-oppożizzjoni li għamel proposta...", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-ġudizzju jagħmluh in-nies.", "ALEX MUSCAT: Kollox sew, imma rridu ngħidu l-fatti kif inhuma.", "IĊ-CHAIRPERSON: S'issa bħala fatt jirriżulta li fil-laqgħa kien hemm inti… Sur Galea, mela bdejna li ma stajtx tiftakar min kontu, imbagħad għedtilna lil kontu inti u Konrad Mizzi, imbagħad b'daqsxejn trabuxù għedna li kontu inti, Konrad Mizzi u Edward Scicluna, imbagħad b'daqsxejn trabuxù oħra spiċċajna nafu li kontu inti, Konrad Mizzi, Edward Scicluna u xi ħadd bl-isem ta' Thomas.", "Stabbilixxejna li inti u dan l-imbierek Thomas kontu nvoluti, meta nbidel il-Gvern, fil-proċess tal-għażla u l-implimentazzjoni ta' din il-power station il-ġdida.", "Issa l-mistoqsija tal-Onor.", "Karol Aquilina hija din: Tista' tgħidilna min kien hemm iżjed f'dik il-laqgħa?", "KAROL AQUILINA: Le, qabel dik staqsejtu x'kunjomu Thomas.", "ALEX MUSCAT: Staqsejthielu xi ħames darbiet!", "RYAN CALLUS: Jiġifieri inti attendejt madwar 20 laqgħa ta' dan il-bord ma' dan Thomas u ma tiftakarx x'kunjomu?", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Sur President, jien għandi mistoqsijiet x'nagħmel.", "ALEX MUSCAT: Nistgħu nagħmlu xi mistoqsijiet?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur li se tagħmluhom.", "Se jsiru l-mistoqsijiet kollha; kemm tistennew ftit.", "RYAN CALLUS: Veru li ilu seba' snin, imma qed insibha diffiċli li ma tiftakarx x'kunjomu dan Thomas meta attendejt dawn il-laqgħat kollha miegħu!", "Li ma tkunx taf kunjomu jekk tkun attendejt miegħu laqgħa waħda, nifhimha, imma nsibha diffiċli ħafna nemmen li ma tiftakarx x'kunjomu meta attendejtu dawn il-laqgħat kollha tal-Progamme Sponsorship Team.", "Jiġifieri Thomas, li inti kellek il-laqgħa miegħu… (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Qed ngħaddilek id-dokumenti forsi tiftakar mill-memorja.", "Qalleb ħalli tiftakar.", "Ftakar li qiegħed taħt ġurament.", "ALEX MUSCAT: Sur President, issa żżejjed.", "Din l-intimidazzjoni l-Onor.", "Aquilina jmur jagħmilhom fil-partit tiegħu.", "IAN CASTALDI PARIS: X'għarukaża!", "ALEX MUSCAT: Dan huwa kollu intimidazzjoni ta' xhieda.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: X'jismu l-persuna?", "ALEX MUSCAT: Jekk hemm bżonn, nitolbu ruling.", "Din l-attitudni biex nintimidaw lix-xhieda li jiġu hawnhekk… (Interruzzjonijiet) Sur President, nitlob il-protezzjoni tiegħek, inkella nitolbu ruling u nissospendu l-laqgħa issa.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, x'jismu l-persuna?", "ALEX MUSCAT: Jekk fil-każ nissospendu l-laqgħa issa u nitolbu ruling lis-Sedja għax ma jistax ikun li jkun hawn din l-attitudni fejn saħansitra nwaddbu l-karti lix-xhieda!", "Jonqosx issa li niġu hawnhekk fl-ogħla istituzzjoni tal-Parlament u nwaddbu l-mazzi tal-karti lix-xhieda.", "Sur President, nitolbok tipproteġi… Imqar għall-proċedura!", "KAROL AQUILINA: X'jismu l-persuna?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ix-xhud mhux qed jagħmel kwart tal-plejtu li qegħdin tagħmlu intom.", "ALEX MUSCAT: Bir-rispett kollu, għax-xhud din hija t-tieni darba li ġie f'dan il-Parlament.", "Hawnhekk hawn il-bullies li donnhom iridu jibbuljaw lin-nies...", "KAROL AQUILINA: Meta l-kollegi jieqfu, Sur Galea, nitolbok tgħid isem u kunjom din il-persuna biex jiġu rreġistrati sew.", "KAROL AQUILINA: Apparti dan Thomas Leonard f'din il-laqgħa, kien hemm xi ħaddieħor f'isem DNV Kema?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix.", "KAROL AQUILINA: Apparti f'din il-laqgħa, inti ltqajt ma' DNV Kema?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iltqajt f'kuntest tal-proġett meta beda l-proġett.", "KAROL AQUILINA: Qabel beda l-proġett iltqajt ma' xi ħadd minn DNV Kema?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma' Thomas Leonard f'dik il-laqgħa.", "KAROL AQUILINA: Inti approwċjajt lil DNV Kema?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma jidhirlix li approwċjajthom.", "KAROL AQUILINA: Min iktar kien involut minn DNV Kema?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm persuna, li huwa mniżżel hemm, bl-isem ta' John Deane.", "KAROL AQUILINA: Apparti John Deane kien hemm xi ħaddieħor involut?", "IS-SUR DAVID GALEA: Inti qed tgħid...?", "KAROL AQUILINA: F'kollox qed ngħid.", "Mil-laqgħa li qed issemmi inti tal-Partit Laburista fejn kellkom dawn il-laqgħat u fejn kien hemm dan Thomas Leonard preżenti, sakemm spiċċa.", "IS-SUR DAVID GALEA: F'din il-laqgħa li niftakar li kien hemm huwa Thomas Leonard, imbagħad going forward meta beda l-proġett kien hemm numru ta' nies imniżżlin kollha fil-kumitati u qegħdin fil-Minuti.", "Kien hemm xi kaptani, u kien hemm numru ta' nies.", "Però apparti DNV Kema kien hemm ħafna iktar kumpaniji, kien hemm SGS u numru ta' kumpaniji sħaħ li kienu on the science part; fejn jidħol l-environmental impact assessment (EIA) kien hemm numru ta' esperti differenti.", "KAROL AQUILINA: Ħalli nerġa' nieħdok għal din il-laqgħa li semmejtli li kellek fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista.", "Sforza ftit ieħor u għedilna min kien hemm iktar preżenti f'din il-laqgħa.", "S'issa wasalna li kien hemm inti, Konrad Mizzi, Edward Scicluna u Thomas Leonard.", "Kontu erba' biss, jew kontu iktar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Edward Scicluna ma nafx jekk kienx fil-laqgħa jew jekk iltqajtx miegħu passing by, introduċieni, u ma baqax hemmhekk.", "KAROL AQUILINA: Imma ejja nassumu li kien qiegħed hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Mela se noqogħdu nassumu!", "KAROL AQUILINA: Imma inti, b'xi mod jew ieħor, irbattu ma' dik il-laqgħa.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Qegħdin noqogħdu fuq ipoteżi u assunzjonjiet hawnhekk.", "KAROL AQUILINA: Min kien hemm iktar f'dik il-laqgħa?", "Ma jistax ikun ma tiftakarx min kien hemm iktar f'din il-laqgħa.", "Din kienet laqgħa importanti.", "Inti tidħol fil-bini tal-Partit Laburista, il-partit li dak iż-żmien kien qiegħed fit-triq li jkun fil-gvern...", "ALEX MUSCAT: Però lin-nies ma kontux tgħidulhom hekk.", "Hux hekk?", "Rebħa ċerta kontu tgħidu li kienet!", "IĊ-CHAIRPERSON: Fejn saret il-laqgħa?", "Fl-uffiċċju ta' xi ħadd partikolari?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġo kamra.", "Ma nafx jekk kenitx l-uffiċċju ta' xi ħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Possibbli ma kienx preżenti l-persuna nkarigata mill-pjan tal-enerġija tal-Partit Laburista?", "Inti taf li l-ewwel m'għamel Joseph Muscat kien li neħħa lil Marlene Farrugia minn kelliema għall-enerġija.", "Tiftakru dan l-inċident?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiena m'iniex politiku u ma nħobbx insegwi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti tiftakar li kien hemm Marlene Farrugia bħala kelliema fuq il-qasam tal-enerġija?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela ħalli nfakkrek jien.", "Kien hemm Marlene Farrugia, imbagħad tfaċċa Konrad Mizzi, the new kid on the block, u Keith Schembri l-wiċċ ġdid tal-Partit Laburista.", "Joseph Muscat, b'mod uffiċjali, kien neħħa lil Marlene Farrugia minn kelliema għall-enerġija u ħatar lil dawn iż-żewġ persuni, b'mod partikolari lil Keith Schembri bħala l-persuna responsabbli mill-pjan għall-enerġija.", "Inti tajt input fuq dan il-pjan tal-enerġija u ma tiftakarx dan id-dettall importanti!?", "IS-SUR DAVID GALEA: Keith Schembri ma jidhirlix li kien preżenti waqt il-laqgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħbatt ma' Keith Schembri f'dan il-proċess qabel ma inti mbagħad spiċċajt fil-bord?", "IĊ-CHAIRPERSON: Kien hemmhekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fejn rajtu lil Keith Schembri?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-binja.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Jekk se nibqgħu sejrin hekk se nagħtuh pjanta tal-Kwartieri!", "Jekk irridu niffukaw fuq ElectroGas, naħseb l-interess ewlieni huwa li...", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, minn hemmhekk beda kollox, Onor. Micallef!", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Kif beda jispjegalna, daħal fid-dettall...", "ALEX MUSCAT: Beda saħansitra minn qabel, għax qed jgħidlek li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l-pariri ta' Enemalta kienu li jmorru għall-gass, għal xi raġuni l-Gvern Nazzjonalista ma marx għall-gass – forsi għax intilef fil-Yellow Pages along the way – u qed joħroġ evidenti ħafna kemm qed timmissjaw iż-żejt.", "U din hija xi ħaġa straordinarja.", "L-heavy fuel oil (HFO) qegħdin timmissjawh b'mod inkredibbli.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Sur Galea, inti għedtilna li kien hemm iktar esperti nvoluti f'dan il-proġett, u elenkajt xi wħud minnhom, però għedtilna wkoll li qassamtu fuq modi differenti.", "Tista' tgħidilna l-proġett kif kien strutturat?", "Nixtieqek tgħidilna wkoll jekk huwiex korrett l-assessment tan-National Audit Office (NAO) fejn qalu li l-interconnector kien orħos b'€50 per megawatt hour (MWh).", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi tal-mistoqsija, Onor. Micallef.", "Fil-fatt, l-Awditur stess fl-aħħar laqgħa kkonferma li dak li qal ma jfissirx li r-rati tal-interconnector huma orħos minn dawk ta' Delimara… (Interruzzjonijiet)", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Sur Galea, grazzi tar-risposta tiegħek.", "Allura kien jagħmel sens li nidħlu f'fixed price għal-liquefied natural gas (LNG)?", "U għalfejn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak il-parametru ġie mogħti, però meta tħares lejn il-cost tal-fuel ta' Enemalta tara li dan kien jammonta għal madwar 70% tat-total cost of operations tal-istess Enemalta.", "Dak iż-żmien il-prezz tal-fuel kien very volatile u kont rajt li a 1% change increase in price in fuel timpatta l-bottomline ta' Enemalta by 9%.", "Jiġifieri jekk ikun hemm 5% increase in fuel, se jkun hemm a loss of profitability by 45%, li hija sinifikanti fil-kuntest li Enemalta kienet qed topera dak iż-żmien.", "GLENN BEDINGFIELD: Mhux forsi għax €100 miljun żejt kien jinħaraq fl-arja għalxejn hux?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Micallef għamillek mistoqsija speċifika.", "L-Awditur qabad perjodu partikolari, ħadem il-matematika tagħha, u kkonkluda li per konsegwenza tal-fatt li we opted for the generation of energy mill-power station minflok morna għall-interconnector, lill-pajjiż, f'dak il-perjodu ta' inqas minn sena, ġie jqumlu €10 miljun.", "Biex inkun korrett ukoll, għax inti ma kontx hawnhekk, l-NAO intalab ikompli jagħmel dak l-eżerċizzju fuq il-perjodu sussegwenti.", "Allura qed nifhem li l-mistoqsija tal-ħabib tiegħi kollega hija: L-Awditur, meta wasal għal din il-konklużjoni, kien korrett jew żbaljat?", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Kien korrett li l-interconnector veru kien cheaper?", "Dik hi l-mistoqsija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk l-interpretazzjoni tal-konklużjoni tal-Awditur kienet li l-interconnector huwa orħos minn Delimara 4 fuq dik il-bażi, jien personali ma naqbilx magħha.", "U jekk triduni nispjega għaliex, nispjega.", "GLENN BEDINGFIELD: Tista' tispjega, jekk jogħġbok?", "IS-SUR DAVID GALEA: F'dan il-kuntest, id-deċiżjoni tmurx għall-generation capacity waħda jew oħra tiddependi fuq x'livell ta' interess għandek.", "Għandek l-ewwel parti li hija investiment, jiġifieri d-domanda mhijiex jekk qabillekx tinvesti f'Delimara 4 jew le għax dak huwa a long term investment.", "Jekk qed tħares lejn long term investment se tieħu an incremental cash flow position, imma jekk tidħol l-incremental cash flow position, imbagħad trid tieħu a whole system, jiġifieri ma tistax tieħu biss Delimara 4 u l-interconnector imma trid tieħu s-sistema kollha.", "U aħna konna għamilna analiżi, li kienet saret minn E-Cubed Consultants – li altru li huma nies ta' kalibru – fejn l-issue ma kenitx jekk għandniex ninvestu in a power station jew le, imma meta se mmorru għall-gass.", "U l-konklużjoni tiegħu kienet li jaqblilna mmorru issa għall-gass għax niffrankaw il-flus.", "L-istudju ħares lejn il-generation, qabad l-energy mix u qabad jixgħel u jitfi siegħa b'siegħa over a period of time kull sistema tal-pajjiż u mhux biss Delimara, interconnector u Delimara 4, imma kwalunkwe generation capacity, inkluż il-PV panels eċċ., biex tqabbel on a whole system jekk tagħmilx sens.", "Apparti minn hekk, għandek il-price volatility.", "Kien hemm studju minn Lehmeyer – ma nafx jekk l-Awditur kellux ċans jarah – li għamel sensitivity analysis u sab li a 1% consistent increase in price of imported electricity għandu impatt fuq in-net present value tal-investiment ta' 45% u jaqleb il-feasibility tal-interconnector from a positive to a negative.", "Jiġifieri l-price volatility kienet issue kbira, u tajjeb li tikkontrollaha f'kuntest fejn għandek kumpanija bħalma hi Enemalta, li kienet fraġli at that point in time.", "Kien hemm bżonn ta' ċertu serħan tal-moħħ biex ikun hemm a consistent price li jagħti ċerta stabilità.", "Fil-fatt, Standard & Poor's jew Moody's jgħidu li huwa importanti ħafna għall-ekonomija Maltija li l-prezzijiet u t-tariffi ma joqogħdux jogħlew u jinżlu għax jimpattaw il-pajjiż minħabba li dawn jeffettwaw numru ta' setturi differenti, fosthom is-settur tal-manifattura fejn il-gross value added ta' ħafna minn dan is-settur… Teskludi s-settur tal-farmaċewtika u oħrajn li huma high value, dawk li huma low value added, an increase in tariffs fl-elettriku se jimpattahom bi kbir fuq il-bottomline tagħhom.", "Allura kien importanti li kemm jista' ikun ikun hemm ċertu ammont ta' żmien fejn ikun hemm ftit serħan tal-moħħ li l-prezzijiet qegħdin pjuttost konsistenti.", "GLENN BEDINGDIELD: L-ewwel semmejt €100 miljun żejt jinħaraq, jew jintilef, għalxejn.", "Dan kien jiġri f'ġimgħa, f'xahar jew f'sena?", "U għal xiex kien jiġri hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Biex wieħed jara sew ikun irid isir studju dettaljat.", "Ovvjament jiddependi mill-prezz taż-żejt; iktar ma jkun għoli l-prezz taż-żejt, iktar ikun hemm din il-ħela.", "U dawn il-€100 miljun ma jinkludux il-benefiċċju tal-gass, jiġifieri m'aħniex qegħdin nidħlu fil-kwestjoni tal-gass.", "U allura anke kif qed tqabbel, qed ngħidu li long term investment is one thing, imbagħad għandek it-tieni parti, li hija given li inti għamilt l-investiment f'Delimara 4, x'jaqbillek tuża at any point in time, jekk hux l-interconnector jew Delimara 4.", "Dik hija deċiżjoni differenti.", "F'dak il-każ hemmhekk jidħol marginal costing, jiġifieri taqbad il-variable cost ta' sistema, li huwa l-interconnector, kontra l-variable cost tas-sistema l-oħra, li kienet Delimara 4.", "Però ma tistax tqabbel sistema bil-full cost, bħall-availability payment… L-Awditur daħħal l-availability payment, li huwa l-cost biex tirkupra l-cost tal-infrastruttura tas-sistema.", "Ma tistax taqbad il-variable cost tal-interconnector kontra l-full cost ta' Delimara 4 għax f'dak il-każ mhijiex komparabbli.", "ALEX MUSCAT: Dan l-istudju li qed tagħmel aċċenn għalih, anke ta' nuqqas ta' effiċjenza, min kien ikkummissjonah?", "IS-SUR DAVID GALEA: L-informazzjoni dwar in-nuqqas ta' effiċjenza hija minn indikazzjoni, mhux minn studju, għax ma rridx ninftiehem li sar studju dwar dan.", "Jekk tħares lejn l-effiċjenzi tal-current generation capacity, kontra an efficient plant dak iż-żmien, issib li, bejn wieħed u ieħor, għandek a potential gain.", "ALEX MUSCAT: Milli għedtilna, int kont ilek tagħti pariri lil Enemalta, u għandi nifhem li l-pożizzjoni tal-biża', li rrakkontajtilna inti, li kienet tinsab fiha Enemalta fl-2012 u bidu tal-2013, ma ġietx mil-lum għal għada, imma kienet ħafna snin in the making.", "Għalfejn taħseb li Enemalta ma marritx għall-proġett bħal dan, li litteralment salva lil Enemalta, qabel?", "X'kien in-nuqqas li ma marrux fl-2010, jew fl-2009, jew fl-2008?", "IAN CASTALDI PARIS: Il-fatt li taħt Gvern Nazzjonalista bqajna għaddejjin bl-HFO, seta' serva sabiex din il-ħela ta' €100 miljun tkun aktar faċilitata?", "IS-SUR DAVID GALEA: From a technical point of view, li nista' ngħidlek hu li iva, kien hemm ħafna ħela f'dak il-kuntest u l-generation capacity...", "IAN CASTALDI PARIS: Meta tgħid ħafna, għal kemm qed tirriferi?", "IS-SUR DAVID GALEA: M'iniex qed nidħol fil-mertu ta'… Qed nirriferi għal dawn il-miljuni li qed nitkellmu dwarhom.", "Il-generation plan ta' Enemalta 2006-2015 kien qed jirrikkmanda li jidħlu ċerti miżuri ta' generation capacity qabel.", "Jiena ma nafx xi problemi kien hemm, jiġifieri ma nistax ngħid jekk Enemalta kellhiex xi constraints biex tinvesti, imma…", "ALEX MUSCAT: Il-pożizzjoni ta' Enemalta, u ċioè d-dejn u t-telf minkejja l-kontijiet għoljin, min kif spjegajt inti, kienet inbniet matul is-snin, imma fl-opinjoni tiegħek x'wassal – ma nafx jekk tajtx parir f'dan is-sens – biex ma titteħidx id-deċiżjoni li hemm bżonn dan l-impjant il-ġdid biex inraħħsu l-kontijiet tal-enerġija u anke nirriformaw lil Enemalta.", "Fl-opinjoni tiegħek x'wassal li ma tteħditx din id-deċiżjoni qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiddependi l-point of view, għax għandek żewġ points of view.", "Trid tagħmel differenza bejn it-technical life tal-impjant u l-economic commercial opportunity li għandek.", "Jekk taqta' l-Marsa, li kienet long due biex tagħlaq għax it-technical lifetime tagħha kien ilu li skada, Delimara 1 kien fadlilha ammont ta' snin biex tingħalaq, imma inti trid tara mhux biss teknikament kemm għandek żmien li fadallek x'tieħu mill-impjant, imma jekk jaqbillekx tinvesti f'impjant ieħor minflok dawn l-impjanti, nonostante li jkunu għadhom tajbin.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Il-mistoqsija li għamillek l-Onor.", "Muscat kienet x'wassal biex il-kumpanija jew l-amministrazzjoni ma kellhiex ir-rieda, jekk setgħet, li tmur għal dan il-proġett li inti tajt kontribut għalih.", "Inti spjegajtilna diversi fatturi, però minflok, kif nafu, dak iż-żmien morna għal Delimara 3.", "X'inhi d-differenza bejn Delimara 3 u l-proġett ta' ElectroGas?", "IAN CASTALDI PARIS: U jekk forsi nista' nżid mad-domanda.", "Il-fatt li kien hemm studju u policy ta' Enemalta li mmorru għall-gass, għaliex Enemalta xorta marret għall-HFO?", "Spjegali ftit dan il-kunċett.", "Il-generation plan kien jipprevedi li l-gass ikun available bejn l-2012 u l-2015.", "IAN CASTALDI PARIS: In a nutshell, għalfejn il-Gvern mar għall-HFO?", "Dik li nixtieqek tispjegali.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx ngħidlek.", "RYAN CALLUS: Inti kont hemm fiż-żmien meta ttieħdet din id-deċiżjoni li qed jgħid?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kontx involut.", "RYAN CALLUS: Mela ħalli nistaqsik domanda oħra.", "Fil-Minuti tat-18 ta' April 2013 issemmiet…", "RYAN CALLUS: Qal li ma kienx preżenti meta ttieħdet id-deċiżjoni.", "IAN CASTALDI PARIS: Jien staqsejtek mistoqsija.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Castaldi Paris staqsik jekk tafx ir-raġuni għalfejn Enemalta, skont hu, iddeċidiet li tmur għall-HFO minflok għall-proġett ta' ElectroGas.", "IAN CASTALDI PARIS: Minkejja li kien hemm policy u anke....ta' Enemalta.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Imma nimmaġina li tista' tgħidilna d-differenza bejn il-proġett ta' Delimara 3 u l-proġett li fih inti tajt il-kontribut tiegħek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Delimara 3 huwa fuq HFO.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Tista' tispjegalna?", "IAN CASTALDI PARIS: Allura d-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista li jmur għall-HFO marret kontra policy ta' Enemalta?", "GLENN BEDINGFIELD: Le, għax il-Kabinett biddel il-policy biex tkun tista' ssir.", "IAN CASTALDI PARIS: Weġibni fuq din, jekk jogħġbok.", "RYAN CALLUS: Ma kienx preżenti dak iż-żmien.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma dħaltx f'dik l-issue.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Però inti kont tagħti pariri.", "L-Onor.", "Bedingfield staqsik jekk tajtx pariri u jekk il-pariri tiegħek intlaqgħux jew jekk waqgħux fuq widnejn torox.", "IS-SUR DAVID GALEA: F'Enemalta kont involut f'numru ta' proġetti, fosthom kont qed nagħmel xi transformation programmes ta' numru ta' dipartimenti within Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Ngħid sew li f'Enemalta int li kellek x'taqsam kien mal-human resources?", "IS-SUR DAVID GALEA: Prinċiparjament.", "KAROL AQUILINA: Hux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri dawn il-mistoqsijiet li qed jagħmlulek ma tistax tweġibhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri meta tgħid \"transformation\" qed tirriferi għall-human resources.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Imbagħad għamilt żvolta li minn pariri fuq human resources sirt il-lead person tal-proġett ta' ElectroGas.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma kelli esperjenza fl-enerġija, mhux ma' Enemalta biss.", "RYAN CALLUS: Però ma' Enemalta ma kellekx esperjenza fuq l-enerġija, kellek esperjenza fuq human resources.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma naħseb li rrilevanti…", "RYAN CALLUS: Tifhimnix ħażin, bl-ebda diżrispett, imma hija kwestjoni ta' fatt. Ma' Enemalta, qabel l-2013, esperjenza fil-ġenerazzjoni u kif tiġġenera l-enerġija ma kellekx.", "RYAN CALLUS: Issa x'kellek ma' ħaddieħor hija kwestjoni oħra.", "Issa stabbilixxejna, permezz tal-mistoqsijiet li għamel l-Onor.", "Aquilina, li f'din il-famuża laqgħa fejn donnu kulħadd sar jaf lil kulħadd, apparti mal-Onor.", "Konrad Mizzi li inti kont ilek tafu u kellek ħbiberija miegħu minn snin qabel, inti u s-Sur Thomas Leonard, li huwa ta' DNV Kema, sirtu tafu lil xulxin.", "KAROL AQUILINA: L-ewwel darba li ltqajt ma' Thomas Leonard kien għand il-Partit Laburista?", "KAROL AQUILINA: Dakinhar li ltqajt miegħu għand il-Partit Laburista kont taf x'engagement għandu mill-Partit Laburista, jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma nafx eżatt.", "Ħalli nipprova nfakkrek.", "Kien hemm kuntratt bejn il-Partit Laburista u dan ta' DNV Kema?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qatt ma rajt kuntratt.", "KAROL AQUILINA: Ma tiftakarx li fil-pubbliku kien issemma?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakarx, sinċerament.", "KAROL AQUILINA: Wara ma skoprejtx?", "Illum il-ġurnata taf li kien hemm dan l-engagement?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ovvjament, nimmaġina li kien involut f'ċerti pariri li ta.", "GLENN BEDINGFIELD: Timmaġina imma.", "IS-SUR DAVID GALEA: Nimmaġina, imma qatt ma rajt ebda kuntratt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Taf li kien hemm ftehim bejn il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni...?", "GLENN BEDINGFIELD: Diġà qallek li le.", "RYAN CALLUS: Mela ħa nistaqsik xi ħaġa li mhijiex fuq immaġinazzjoni.", "Fil-laqgħa li kellkom fil-Kwartieri tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni saret preżentazzjoni.", "Fil-Minuti tat-18 t'April tal-bord li inti kont il-Programme Director tiegħu, hemm imniżżel li ttellgħet il-proposal ta' DNV Kema.", "Din kienet sorpriża għalik?", "IS-SUR DAVID GALEA: Safejn naf jien, ix-xogħol kien sar dak iż-żmien, meta beda l-proġett.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri din il-proposal li tellgħu DNV Kema fil-bord li inti kont il-Programme Director tiegħu…", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk ma jimpurtax nistaqsik, xi proposal qed tirriferi għalih?", "Għax it's a very vague term.", "RYAN CALLUS: Mela ħa naqralek mill-Minuti.", "Jien ma kontx preżenti, imma inti kont u naħseb li tiftakar.", "Ilu tmien snin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nitkellmu fuq il-Minuti tat-18 t'April.", "RYAN CALLUS: Tibżax se ngħinek tiftakar.", "Din il-proposal kont rajtha qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Rajtha qabel ma ttellgħet.", "Fil-kwartieri qabel l-elezzjoni ġenerali?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejjew nagħmlu kollox f'kuntest.", "L-elezzjoni saret f'Marzu 2013, u din il-laqgħa saret fit-18 t'April 2013, jiġifieri ftit ġimgħat wara l-elezzjoni ġenerali.", "U f'din il-laqgħa ma saritx preżentazzjoni minn DNV Kema, imma ġiet approvata l-proposta...", "GLENN BEDINGFIELD: Le, \"recommend to\" hemm imniżżel.", "Ħa naqra eżatt x'hemm fil-Minuti:", "Jiġifieri hawnhekk il-proposta ma kenitx għadha lesta.", "Ma kienx hemm a fait accomplit, kif qed tipprova tallega in-naħa tal-Oppożizzjoni.", "RYAN CALLUS: Fil-Minuti hawn imniżżel \"Kema proposal\".", "Għedilna din il-\"Kema proposal\" x'kienet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri Kema għamlulkom...?", "IS-SUR DAVID GALEA: Letter of engagement biex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħol.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri sar proċess.", "Dan il-proċess biex Kema ngħatat letter of engagement meta sar?", "L-għada li twaqqaf il-Kabinett, jew kollox kien lest qabel l-elezzjoni ġenerali?", "KAROL AQUILINA: Min ġab lil Kema on board?", "Dak li qed jistaqsik iċ-Chairman.", "Min ġab lil DNV Kema on board?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux Enemalta ġabuhom!", "KAROL AQUILINA: Min issuġġerixxa lil Enemalta biex ikun hemm DNV Kema?", "KAROL AQUILINA: Però taf li ltqajt magħhom qabel l-elezzjoni u erġajtu sibtu lilkom infuskom fl-istess kamra wara l-elezzjoni.", "Hekk hu?", "RYAN CALLUS: Il-ġimgħa li għaddiet inti għedt li Louis Giordimaina sejjaħlek biex tkun parti minn dan il-bord.", "Hux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: X'jiġifieri?", "KAROL AQUILINA: Min kellmek biex tkun parti minn dan il-bord?", "RYAN CALLUS: Il-ġimgħa li għaddiet jien għamiltlek mistoqsija.", "Dawn huma l-fatti li għandna s'issa.", "Konrad Mizzi.", "Inti kellek din il-laqgħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qabel l-elezzjoni.", "Wara l-elezzjoni inti spiċċajt Programme Director tal-ikbar proġett li kellu dan il-Gvern.", "U għedt li kien Louis Giordimaina li għażlek biex tkun Programme Director.", "Hekk qed tgħid?", "GLENN BEDINGFIELD: Qal li hu bagħat għalih.", "KAROL AQUILINA: Ħalluh ħa jwieġeb!", "GLENN BEDINGFIELD: Diġà wieġbek; jekk ma tridx tifhem mhux problema tiegħi, imma problema tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Le, ma weġibx għax...intom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, wieġeb il-mistoqsija.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Wieġeb il-ġimgħa li għaddiet.", "IS-SUR DAVID GALEA: Erġa' rrepetili ftit id-domanda għax issa qed nitħawwad.", "KAROL AQUILINA: Ħa ngħidlek jien għax forsi ma tifhimx lill-Onor.", "Ħa nkun aktar ċar jien.", "L-aħħar darba inti xhedt bil-ġurament li l-involviment tiegħek f'dan il-proġett kien għax Louis Giordimaina sejjaħlek.", "Hekk għedt l-aħħar darba; smajtek mid-dar għax ma kontx hawnhekk jien.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ingħatawli terms of reference biex nibda…", "KAROL AQUILINA: L-aħħar darba inti għedt li sejjaħlek Louis Giordimaina biex jingaġġak hu.", "Qed tikkonferma dan, jew issa qed tvarja minn dak li għedt dakinhar?", "Dan li għandi bżonn inkun naf.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kulma qed ngħid hu li jien kont poġġejt bilqiegħda ma' Louis Giordimaina…", "KAROL AQUILINA: Bagħat għalik hu biex poġġejt miegħu?", "Ma naħsibx li mort poġġejt…", "RYAN CALLUS: Qallek xi ħadd biex tmur tagħmel laqgħa miegħu?", "GLENN BEDINGFIELD: Bagħat għalih.", "KAROL AQUILINA: Min bagħat għalik?", "Louis Giordimaina jew xi ħaddieħor?", "GLENN BEDINGFIELD: Intom tridu tħalluh iwieġeb.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bagħat għalija.", "Nimmaġina xi ħadd qallu bija, ma nafx, imma bagħat għalija.", "KAROL AQUILINA: U x'ġara mbagħad?", "IS-SUR DAVID GALEA: Tkellimna fuq il-proġett.", "KAROL AQUILINA: Ma staqsejtux kif bagħat għalik?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ma nistaqsix lil klijent kif bagħat għalija.", "GLENN BEDINGFIELD: Onor. Aquilina, inti jekk jiġi klijent għandek tistaqsih min bagħtu għandek?", "KAROL AQUILINA: U ma rajthiex stramba li ftit ġimgħat qabel inti kont fil-Kwartieri tal-Partit Laburista, jirbaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista, jibgħat għalik iċ-Chairman ta' Enemalta u jappuntak fuq dan il-proġett, l-istess proġett li inti mort titkellem dwaru ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni.", "Ma rajthiex stramba din?", "Ma ħassejtx li hemm xi ħaġa ħażina?", "RYAN CALLUS: Taħseb li din kienet kumbinazzjoni?", "GLENN BEDINGFIELD: Louis Giordimaina kien jafek qabel meta kont l-Enemalta?", "KAROL AQUILINA: Jien mhux fuq Louis Giordimaina qed nistaqsih, imma fuqu nnifsu.", "GLENN BEDINGFIELD: U Louis Giordimaina kien jafek qabel?", "KAROL AQUILINA: Ma ħassejthiex stramba din?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont nafu ftit, imma ma tantx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xi mument se jkollna lil Louis Giordimaina u se nistaqsuh din il-mistoqsija: l-isem tas-Sur David Galea minn fejn tfaċċa?", "U jien għandi kurżità biex nara kif se jwieġeb is-Sur Giordimaina.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti qed tgħid li lil Louis Giordimaina kont tafu qabel.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont iltqajt xi darba miegħu, żmien qabel.", "KAROL AQUILINA: Fiex kont iltqajt miegħu żmien qabel?", "KAROL AQUILINA: Imma dwar Enemalta kont iltqajt miegħu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, kont iltqajt meigħu fuq Air Malta, żmien qabel.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ma kien hemm l-ebda connection ma' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: U ma rajthiex stramba li Louis Giordimaina qam filgħodu u qal: Taf għal min nibgħat?", "Għal David Galea nibgħat.", "Din ma rajthiex stramba?", "RYAN CALLUS: Jiġifieri kollox ġara b'kumbiazzjoni.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: L-Oppożizzjoni ilha taraha stramba tant li sejħitilha Alice in Wonderland.", "ALEX MUSCAT: Huwa stramb li inti tkun involut...?", "(Interruzzjonijiet) L-istess mistoqsija.", "RYAN CALLUS: Le, mhijiex.", "Agħtuh ċans iwieġeb!", "ALEX MUSCAT: Il-mistoqsija hija jekk huwiex stamb li hu jagħmel xogħol, kif għamel, fuq l-enerġija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan spiċċa l-lead person.", "ALEX MUSCAT: U intom qed tgħidu li dik hija xi ħaġa stramba.", "KAROL AQUILINA: Wieġeb.", "Dan ix-xi ħadd ma tafx min hu inti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jistgħu jkunu ħafna nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Irringrazzjajtu lil Konrad Mizzi talli għamlek fuq dan il-bord?", "GLENN BEDINGFIELD: Din x'mistoqsija hi!", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedlu: Grazzi, Ministru, ċempilli...", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Allura meta bejn l-2001 u l-2004 kont fil-management… u meta bejn l-2004 u l-2006 kont f'Malta Enterprise Strategy, meta bejn l-2006 u l-2008 kont Air Malta General Manager Financial Controller, irringrazzjatha l-Amministrazzjoni Fenech Adami?", "ALEX MUSCAT: Lil Austin Gatt kont irringrazzjajtu wkoll?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jista' jweġibni li le.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Imma agħmlu mistoqsijiet li jagħmlu sens.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta ġejt maħtur fil-kumitat, il-lead person f'dan il-kumitat…", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, jien ma kontx parti mill-kumitat.", "KAROL AQUILINA: Inti kont id-direttur tal-proġett.", "RYAN CALLUS: Inti kont kważi kollox; tmexxi l-evaluation, programme director… Jiġifieri ma noqogħdux…", "IS-SUR DAVID GALEA: Fl-evaluation kien hemm 20 ruħ.", "RYAN CALLUS: Imma inti kont kważi l-aktar perusna importanti minn dawn l-20 ruħ.", "Warajk forsi l-Onor.", "Mizzi, il-Ministru.", "ALEX MUSCAT: Dan kien diġà ngaġġat minn Enemalta.", "RYAN CALLUS: Ejjew ma nippruvawx ngħaddu lil din il-Kamra biż-żmien billi ngħidu li r-rwol tiegħek f'dan il-proġett ma kienx ċentralissimu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien qatt m'għedt li ma kienx…", "RYAN CALLUS: Imma qed tipprova tagħti l-impressjoni li qisu inti...", "KAROL AQUILINA: Li qisu ma kellekx x'taqsam.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Qatt ma qal hekk.", "ALEX MUSCAT: Dak intom qed tgħiduh.", "Dan kien diġà qed jaħdem ma' Enemalta.", "Mela waqa' mis-sema!", "RYAN CALLUS: Però mhux fuq l-enerġija, u ntgħażel biex imexxi proġett tal-enerġija.", "ALEX MUSCAT: Qed tiżvijjaw li kulmin qiegħed isegwina.", "Skont intom dan ir-raġel waqa' mis-sema meta fil-fatt kien diġà qed jaħdem ma' Enemalta.", "RYAN CALLUS: Mhux fuq l-enerġija.", "ALEX MUSCAT: Qed ngħidu li dan bħal San Valentinu, li ġej dalwaqt, niżel mis-sema...", "RYAN CALLUS: Hekk qisu.", "ALEX MUSCAT: ...meta dan kien diġà qed jagħti pariri lill-istess ażjenda.", "Ma tistgħux tgħidu li waqa' sema!", "KAROL AQUILINA: Qal li mhux hekk, hu stess.", "ALEX MUSCAT: Qallek li fil-passat diġà kien qed jaħdem magħhom!", "KAROL AQUILINA: Imma fuq human resources mhux fuq affarijiet oħra.", "ALEX MUSCAT: Imma kien qed jaħdem mal-istess ażjenda.", "RYAN CALLUS: Ħa ngħidlek x'għandna bħal San Valentinu hawnhekk, li dan is-sinjur mar laqgħa l-Kwartieri tal-Partit Laburista u, Alla jbierek, wara l-elezzjoni jispiċċa l-aktar persuna importanti li kellu setgħa f'dan il-proġett.", "RYAN CALLUS: Li kollox kien ippjanat minn qabel.", "(Interruzzjonijiet)", "ALEX MUSCAT: Il-proġett li nraħħsu l-kontijiet kien ippjanat minn qabel.", "Iva, kienet il-politika tagħna li nraħħsu l-kontijiet tal-enerġija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nkomplu bil-mistoqsijiet fuq il-Minuti tal-bord.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Inti ltqajt mal-Awditur Ġenerali?", "KAROL AQUILINA: Irrispondejt il-mistoqisjiet tiegħu?", "KAROL AQUILINA: Lill-Awditur Ġenerali ma ħassejtx li għandek tgħidlu li inti kellek din il-laqgħa għand il-Partit Laburista, meta taf li kien qed jinvestiga dwar hekk ukoll?", "M'għedtlux li qabel l-elezzjoni, u qabel ġejt maħtur Project Director, diġà kellek involviment mal-Partit Laburista u fl-istess kamra miegħek kien hemm Konrad Mizzi u rappreżentanti ta' DNV Kema.", "Din m'għedthielux lill-Awditur Ġenerali?", "GLENN BEDINGFIELD: Staqsik dwarha?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma staqsinix dwarha.", "KAROL AQUILINA: U ma ħassejtx li kellek tgħidlu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma ħsibtx li kienet xi ħaġa importanti.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm relazzjoni?", "Ma kienx hemm relazzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kienx hemm rilevanza.", "Kieku staqsieni kont ngħidlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri għalik ma kenitx rilevanti li tinforma lill-Awditur Ġenerali, li qed jinvestiga dan il-proġett, li inti ġejt involut fuq dan il-proġett minn qabel l-elezzjoni għax kont tmur għal-laqgħat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista ma' Konrad Mizzi u ma'…", "ALEX MUSCAT: Ħalli naqtgħulha rasha mill-ewwel għax il-line of questioning miexi f'dik id-direzzjoni.", "Sur Galea, inti tħoss li dan il-proġett, kif tfassal, kien imfassal għal xi ħadd minn qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Lanqas xejn.", "ALEX MUSCAT: Għax l-allużjoni hija dik.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak huwa li kkonkluda l-Awditur.", "(Interruzzjonijiet) Onorevoli, nagħtik il-parir li taqra r-rapport.", "(Interruzzjonijiet)", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Ir-rapport qrajtu u nieħu pjaċir nisma' l-pariri, però mhux biss irridu nilqgħu l-pariri imma rridu nifhmu t-tweġibiet.", "ALEX MUSCAT: Kollegi, aħjar taqraw ir-rapport sewwa.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Kważi kważi qed talludu li għax is-sinjur huwa persuna li kien jaf lill-Ministru Konrad Mizzi allura poġġih il-Ministru Konrad Mizzi mhux minħabba l-kompetenzi tiegħu...", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, hekk hu.", "Kulma miss miegħu Konrad Mizzi aħna għandna suspetti kbar dwaru.", "Fejn hemm Konrad Mizzi hemm it-taħwid.", "RYAN CALLUS: U nifhem li qed tiddejqu li toħroġ il-verità.", "ALEX MUSCAT: Aħjar tkellmuna fuq ir-rapport tal-Awditur dwar Burmeister & Wain Scandinavian Contractor (BWSC).", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Micallef qisu qed jistaqsi jekk huwiex minnu jew le.", "Il-pożizzjoni tan-naħa tal-Oppożizzjoni hija ċara ħafna…", "ALEX MUSCAT: Li tmorru għall-HFO.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kull fejn miss Konrad Mizzi u kull fejn miss Keith Schembri, iva, hemm it-taħwid.", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jekk wasalt għal dik il-konklużjoni tiegħek tista' tgħidilna x'qegħdin nagħmlu hawn?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa nkomplu niskopru.", "GLENN BEDINGFIELD: Inti ġejt hawnhekk preġudikat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax m'hemmx limitu kemm tibqa' tiskopri.", "Taqra r-rapport tal-Awditur u titbellaħ, imbagħad tiġi hawnhekk u tiskopri l-ġdid, tiskopri li qabel l-elezzjoni ġenerali jiltaqgħu fil-Kwartieri tal-Partit Laburista…", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Mela fejn ridthom isiru dawn il-laqgħat tal-partit?", "Fid-Dar Ċentrali?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawn huma l-laqgħat li kien jirriferi għalihom Anġlu Farrugia, tar-raba' sular.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Huwa fatt magħruf li l-Kwartieri tal-Partit Laburista mimli ideat u d-Dar Ċentrali vojta, kemm mill-ideat u anke min-nies.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jimporta ma nagħmlux asserzjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedilna kontx tkun hemm inti wkoll.", "RYAN CALLUS: Mhux aħna għamilnihom, imma dak li llum huwa Speaker tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk fil-kas intellgħu lill-Ispeaker tal-Kamra biex jgħidilna… (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Mela inti għedtilna li sirt taf lil DNV Kema qabel l-elezzjoni għax kienu koxxa ma' koxxa miegħek u ma' Konrad Mizzi f'din il-laqgħa, imbagħad tfaċċaw ukoll fil-proġett meta inti kont in charge minn dan il-proġett.", "Min ġab lil DNV Kema fil-proġett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienu maħturin minn Enemalta, però xtaqt nagħmel punt.", "RYAN CALLUS: Louis Giordimaina ġabhom ukoll?", "IS-SUR DAVID GALEA: Safejn naf jien, il-Project Monitoring Committee appunta numru ta' konsulenti, u tajjeb ngħid li fit-team li kien hemm fil-proġett kien hemm nies minn kull qasam politiku.", "KAROL AQUILINA: M'għandux x'jaqsam.", "DNV Kema m'għandhomx politika.", "Nispera li....huma Laburisti jew Nazzjonalisti.", "RYAN CALLUS: Fil-Minuti tat-2 ta' Mejju 2013, hemm minuta 31 li tgħid hekk:", "u ċioè n-nies li ġew fdati biex jagħmlu l-analiżi ta' min għandu jgħaddi mill-ewwel stadju,", "U għandna l-ismijiet, li huma tiegħek, Sur Galea, bħala \"non-voting Chairperson\", Thomas Leonard, John Deane, Maria Micallef, Trevor Turner, u Sven Lataire.", "Kif għedt diġà, fil-Minuti hawn \"the suggested composition\".", "Waqgħu mill-arja?", "Dawn in-nies, inkluż inti, li ġejtu magħżula biex tagħżlu min għandu jgħaddi mill-ewwel fażi, min għażilhom?", "Min ħareġ b'din il-lista?", "RYAN CALLUS: Imma min ħareġ b'din il-lista?", "Qallek il-Programme Sponsoring Committee.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux jien ħriġtha.", "RYAN CALLUS: Kollox sew mhux inti ħriġtha, imma jien ma kontx fil-laqgħa u inti kont u allura tista' tgħidli.", "Min kien f'dan il-kumitat?", "Inti kont f'din il-laqgħa tat-2 ta' Mejju 2013 u tiftakar min ressaq din il-lista ta' nies biex ikunu n-nies li se jevalwaw.", "Min kienet il-persuna?", "Ħalli nsemmilek l-ismijiet tan-nies li kien hemm għal din il-laqgħa; żgur li xi ħadd minnhom irid ikun.", "Kien hemm Joseph Montebello, li kien chief of staff, Ministry Secretariat, nimmaġina tal-Ministeru ta' Konrad Mizzi; Mario Rodgers, li kien il-permanent secretary; Louis Giordimaina; Emanuel Ellul, li kien Chairman tal-Privatisation Unit; Edwin Mintoff, Perit; Neil Caruana, Project Executive ta' Enemalta; l-Onor.", "Konrad Mizzi, inti, David Galea; Peter Zammit, Innovative Architectural Structures; u Thomas Leonard, li kien miegħek iċ-Ċentru Laburista qabel l-elezzjoni.", "Minn dawn is-seba' min-nies, f'din il-laqgħa min ippropona li dawn in-nies kellhom ikunu fl-evaluation committee?", "IS-SUR DAVID GALEA: Sa fejn naf jien kien hemm l-involviment ta' Enemalta, però ma nistax ngħid mija fil-mija.", "GLENN BEIDNGFIELD: Kien hemm diskussjoni u f'din id-diskussjoni ssemmew ċerti nies, imbagħad…", "IS-SUR DAVID GALEA: Semmejtu numru ta' kumpaniji.", "DNV Kema niftakar li kienu qalu li diġà kienu nvoluti ma' Enemalta minn qabel.", "Fil-fatt kien hemm numru ta' rapporti li kienu saru għal Enemalta, u m'iniex qed ngħid from a party angle but from a Government point of view, jiġifieri from Enemalta side kien hemm xi xogħol li sar minn DNV Kema.", "KAROL AQUILINA: Allura ma rajthiex stramba li Thomas Leonard ġie għal laqgħa fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista miegħek?", "Din ma rajthiex stramba?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mela jien kont naf li huwa nvolut?", "Jien ma kontx naf li kien involut qabel.", "RYAN CALLUS: Kont taf għax kien miegħek għal-laqgħa fil-Kwartieri.", "KAROL AQUILINA: Naħseb li ntroduċewk miegħu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, imma ma kontx naf li kien involut ma' Enemalta qabel.", "KAROL AQUILINA: Allura ma rajthiex stramba meta sibtu ma wiċċek it-tieni darba?", "GLENN BEDINGFIELD: X'jiġifieri kien involut ma' Enemalta qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien għamel xi proġetti magħhom.", "GLENN BEIDNGFIELD: Jiġifieri DNV Kema kienet ilha nvoluta ma' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Però qed tgħid li ma kontx tafu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ħu paċenzja, għax għamiltuli mistoqsija fuq l-Evaluation Committee u issa qed taqbeż fuq xi ħaġ'oħra.", "RYAN CALLLUS: Għadek ma weġibtnix.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Wieġbek u njorajtu.", "RYAN CALLUS: Le, ma weġibx.", "Ma qallix min ressaq il-lista.", "IS-SUR DAVID GALEA: Milli niftakar, ħafna minnhom kienu ġejjin minn Enemalta għax kellhom esperjenza minn qabel.", "KAROL AQUILINA: Imma xorta ma weġibtx il-mistoqsija.", "Il-kollega staqsik min, mhux minn fejn ġejjin.", "Issa jekk ma togħġbokx ir-risposta hija ħaġ'oħra!", "KAROL AQUILINA: Qed tgħid li ma kontx inti żgur.", "Kien Konrad Mizzi li ressaq din il-lista?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma jidhirlix.", "RYAN CALLUS: Ma jidhirlekx.", "KAROL AQUILINA: Ejjew induruhom wieħed wieħed.", "GLENN BEDINGFIELD: Issa se nwaqqgħu għar-redikolu!", "RYAN CALLUS: Ma tantx hawn.", "Ejjew induruhom wieħed wieħed.", "(Interruzzjonijiet)", "IAN CASTALDI PARIS: Il-€100 miljun li nħarqu għalxejn ma jdejqukx, Onor. Callus?", "GLENN BEDINGFIELD: Ix-xhud irrispondik u qallek li saret diskussjoni, fid-diskussjoni ssemmew dawn il-persuni li hemm fil-lista, ma jiftakarx min huma n-nies li semmew lit-\"tali\" persuna, u r-risposta tiegħu inti m'intix qed taċċettaha għax għandek skopijiet ulterjuri; mhux biex issib il-verità imma biex tgħawweġ.", "RYAN CALLUS: U inti trid taħbi l-verità.", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandi xejn x'naħbi.", "RYAN CALLUS: Teskludi li kien Joseph Montebello?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva neskludi.", "IS-SUR DAVID GALEA: Inti staqsejtni minn fejn ġew dawn il-konsulenti.", "Dawn il-konsulenti ġew from vast experience ma' Enemalta.", "RYAN CALLUS: Jien ma staqsejtekx minn fejn ġew.", "KAROL AQUILINA: Ifhem il-mistoqsija.", "Meta xi ħadd jistaqsik min, ma tgħidlux xi ħaġ'oħra li m'għandhiex x'taqsam.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma naħsibx li kien hu, imma ma nafx.", "GLENN BEDINGFIELD: Qed jgħidlek li ma jafx.", "RYAN CALLUS: Teskludi li kien Louis Giordimaina?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jista' jkun.", "RYAN CALLUS: Mela meta jiġi s-Sur Louis Giordimaina…", "GLENN BEDINGFIELD: Imbagħad staqsi lilu.", "Donnok tafu lis-Sur Giordimaina.", "RYAN CALLUS: Teskludi li kien Emanuel Ellul mill-Privatisation Unit?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hu kien estern għal Enemalta, jiġifieri ma naħsibx li kien hu.", "RYAN CALLUS: Teskludi li kien il-Perit Edwin Mintoff?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma naħsibx li kien hu.", "IS-SUR DAVID CARUANA: Le, żgur mhux Neil.", "RYAN CALLUS: Inti le, għax aktar qabel għedt li mingħandek ma ġewx, u allura ħa nkompli bl-ismijiet.", "Teskludi li kien Peter Zammit, Innovative Architectural Structures?", "Dak lanqas kien fil-bord.", "RYAN CALLUS: Teskludi li kien Thomas Leonard ta' DNV Kema?", "IS-SUR DAVID GALEA: Meta tgħid neskludi, x'neskludi?", "RYAN CALLUS: Għadni qed nagħmillek l-istess domanda: Min kienet il-perusna li ressqet din il-lista?", "IĊ-CHAIPRERSON: Min issuġġerixxa l-kompożizzjoni tal-bord.", "Il-Minuti huma ċari.", "RYAN CALLUS: U biex ngħinek tiftakar, qed insemmilek in-nies li hemm imniżżla fil-Minuti.", "KAROL AQUILINA: ...għax kienu tqal.", "Anke r-risposta tiegħu kienet diffiċli biex toħroġ allura trid tagħmel ċertu…", "RYAN CALLUS: Sur Galea, issa għandek kopja tal-Minuti quddiemek.", "Jien qbadt dawk is-seba' persuni li hemm imsemmija fuq u qed insemmihom wieħed wieħed.", "Thomas Leonard teskludi li kien hu li rrikkmanda l-Evaluation Committee?", "Naħseb li kont tafu sew lil Thomas Leonard.", "GLENN BEDINGFIELD: Trid tara minuta 31.", "IAN CASTALDI PARIS: Ħa nistaqsi…", "KAROL AQUILINA: Le, ħa jwieġeb l-ewwel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa jwieġeb din id-domanda, imbagħad staqsih.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-mistoqisja mhijiex li sempliċement tgħid bniedem wieħed għax din kienet ġejja wara li saret id-domanda: Tafu min huma l-aħjar nies li jistgħu jgħinuna f'din l-area?", "KAROL AQUILINA: Imma inti, kull meta nsemmulek isem, qed tgħidilna li ma kienx hu.", "Imbagħad insemmulek isem ieħor u tgħidilna li ma kienx żgur lanqas.", "Konrad Mizzi.", "Teskludi li kien Konrad Mizzi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix li qalli xi ħaġa fuq…", "RYAN CALLUS: Ma jidhirlekx jew teskludi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix.", "RYAN CALLUS: Ma taħsibx.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri pjuttost ċert li…", "IAN CASTALDI PARIS: Ma jidhirlux qal, mhux ma jafx.", "RYAN CALLUS: Ma jidhirlekx, jiġifieri hemm possibilità.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm possibilità.", "KAROL AQUILINA: Ġie b'lista.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din is-suggested composition minn fejn ġiet?", "Ma naħsibx li intom poġġejtu bilqiegħda, ħa nagħmlu proġett li qam il-mijiet tal-miljuni ta' ewro, u għedtu \"ejjew nagħmlu a brain storming session\", u kulħadd jitfa' isem u għamiltu brain storming session dak il-ħin.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għandkom il-lista ta' nies?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk tħares lejn paġna 3 tal-Minuti li għaddejnilek tara li hemm imniżżel hekk:", "Jiġifieri hemm suggested composition.", "Il-mistoqsija, fil-fehma tiegħi ġusta, tal-Onor.", "Jien qed nissuġerilek li this did not happen billi poġġejtu madwar mejda u għedtu: Ejjew naraw min se jkun fil-kumitat tal-boċċi.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm diskussjoni jew ġiet lista kompluta?", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-Minuti hemm \"suggested composition\".", "RYAN CALLUS: Wieġeb lill-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm diskussjoni, jew xi ħadd ġie b'lista?", "IS-SUR DAVID GALEA: Milli nista' niftakar kien hemm diskussjoni ta' min huma l-aħjar kumpaniji, jew nies, li jistgħu jservu...", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri ma ġiex xi ħadd b'lista, qalilkom li \"dawn huma\", u intom approvajtu.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien hemm diskussjoni fejn min isemmi lil \"dak\", u min isemmi lill-\"ieħor\"...", "RYAN CALLUS: Tajjeb ħafna.", "Mela la ma kenitx ġiet lista minn barra jfisser li n-nies li kontu preżenti għal din il-laqgħa xogħolkom kien li tagħżlu lil dawn in-nies.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma jien m'iniex il-Programme Sponsoring Committee.", "RYAN CALLUS: B'risposta għad-domanda tal-Onor.", "Bedingfield, int eskludejt li waqt din il-laqgħa tat-2 ta' Mejju ġie xi ħadd u qalilkom: din hija l-lista, dawn se jkunu l-membri li se jkunu responsabbli.", "IAN CASTALDI PARIS: Onor. Callus, jiġifieri qed jgħid li ħadd ma mponielu.", "RYAN CALLUS: Għamiltu diskussjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, kien hemm diskussjoni.", "KAROL AQUILINA: F'dik id-diskussjoni int issuġġerejt lil xi ħadd?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, jien ma naf lil ħadd minnhom.", "KAROL AQUILINA: Ma taf lil ħadd minnhom, għadek kif għedt…", "IĊ-CHAIRPERSON: Kont taf lil Thomas Leonard...", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma rridu niddefinixxu xi tfisser \"taf\".", "IS-SUR DAVID GALEA: Ħalli niċċara dan il-punt.", "Bil-kelma \"taf\" jien nifhem jekk għandix knowledge ta' kif jaħdem.", "KAROL AQUILINA: Mela ħalli nibdew.", "Faċli ħafna.", "KAROL AQUILINA: Mela inti kont iċ-chairman u dak tafu.", "Thomas Leonard nafu li kont ilqajt miegħu…", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma ma nafux.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ilqtajt miegħu fil-laqgħa.", "IS-SUR DAVID GALEA: Naf min hu imma ma nafux.", "KAROL AQUILINA: Kont ilqtajt miegħu diġà dwar dan is-suġġett.", "KAROL AQUILINA: Ma kontx tafu però kont taf li ġej minn DNV Kema.", "KAROL AQUILINA: Kont int li suġġerejt lil John Deane?", "KAROL AQUILINA: Mela min issuġġerih lil John Deane?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux DNV Kema bagħtuh!", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela DNV Kema għamlu l-composition!?", "RYAN CALLUS: Ħalli nibdew naqtgħu lin-nies.", "Thomas, li kien preżenti għal dik il-laqgħa, kien il-persuna li nnomina lil ħabib tiegħu fl-istess kumpanija biex ikun fuq il-kumitat.", "IS-SUR DAVID GALEA: Thomas Leonard nimmaġina li għandu struttura interna tal-kumpanija DNV Kema, u ma nafx jekk issuġġerihx hu jew le.", "DNV Kema appuntaw lil dawn iż-żewġ persuni.", "RYAN CALLUS: Biex inkunu ċari.", "Jiġifieri f'dan l-evaluation committee, DNV Kema, li kienet miegħek il-Kwartieri l-Ħamrun, tant kienet importanti fl-għażla tan-nies, li saħansittra kellha two voting rights għax kien hemm Thomas Leonard u John Deane.", "S'issa kkonkludejna li Thomas irrikkmanda lil John, però għadek m'għedtilniex min irrikkmanda lil Thomas f'din il-laqgħa li qed insemmu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx ngħidlek.", "Il-Programme Sponsoring Committee ddeċieda li għandhom ikunu dawn in-nies, imma ma nafx ngħidlek persuna waħda...", "KAROL AQUILINA: Però intom ħadtuha d-deċiżjoni, inkluż dwarek innifsek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex parti mill-Programme Sponsoring Committee.", "ALEX MUSCAT: Sur Galea, DMV Kema kienu diġà jaħdmu ma' Enemalta?", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri qabel l-2013, DNV Kema diġà kienu jaħdmu...", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, ħadmu ma' Enemalta fil-passat, u mingħalija anke SGS kienu ħadmu ma' Enemalta.", "ALEX MUSCAT: X'tip ta' għajnuna kienu jagħtu lil Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jidhirli li kienu għenu fil-generation plan ukoll, però m'iniex ċert, irrid nikkonferma.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri DNV Kema ma waqgħux mis-sema.", "ALEX MUSCAT: Bħalma inti kont ħdimt ma' Enemalta qabel l-2013, DNV Kema wkoll, u anke SGS, kienu ħadmu...", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt eżatt ma nafx x'kienu għamlu.", "ALEX MUSCAT: Però kienu ħadmu diġà ma' Enemalta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "GLENN BEDINGFIELD: Però DNV Kema qabel kienu tajbin, u issa saru ħżiena!", "(Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Issa meta jiġu nistaqsuhom.", "KAROL AQUILINA: Min issuġġerixxa lil Maria Micallef?", "IAN CASTALDI PARIS: Kieku ma sarx dan il-proġett setgħu jorħsu l-kontijiet?", "Setgħet tingħalaq il-power station ta' Delimara?", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura tista' tisraq lill-poplu!", "IAN CASTALDI PARIS: Weġibni, jekk jogħġbok.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ovvjament il-cost savings ġejjin mis-sistema kollha, però dan il-proġett ikkontribwixxa bi kbir biex...", "IAN CASTALDI PARIS: Jiġifieri kieku ma sarx dan il-proġett ma kenux jorħsu l-kontijiet, u l-power station tal-Marsa ma kenitx tkun tista' tingħalaq.", "Iva jew le.", "IS-SUR DAVID GALEA: Wisq probabbli.", "IAN CASTALDI PARIS: Iva jew le.", "IĊ-CHAIRPERSON: Wieġbek, qallek \"wisq probabbli\".", "KAROL AQUILINA: Wieġbek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet managing partner ta' RSM.", "KAROL AQUILINA: Inti taf li RSM huma l-awdituri tal-Partit Laburista?", "KAROL AQUILINA: Ma rajthiex stramba din?", "GLENN BEDINGFIELD: U taf min jaħdem hemm ukoll.", "IS-SUR DAVID GALEA: Naħseb li jekk hemm xi ħadd li għandu ħafna integrità, hija Marija Micallef.", "KAROL AQUILINA: Mhijiex kwestjoni ta' integrità.", "Jien li qed nistaqsi kif sabet ruħha hemmhekk.", "Min issuġġerixxa li Maria Micallef tkun f'dan il-bord miegħek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-Programme Sponsoring Committee, imma ma nafx...", "KAROL AQUILINA: Però l-Programme Sponsoring Committee m'għandux leħen, ma jitkellimx, huwa magħmul minn nies...", "Qisu jiġi deċiż, imma ħadd ma jagħmilha hu.", "Kollox waħdu jiġri!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tafx min ippropona lil Maria Micallef.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija dan jifforma parti minn Gas Strategies, li kienet waħda mill-kumpaniji li jaħtu pariri fuq il-gass.", "KAROL AQUILINA: Min issuġġerih lil dan?", "KAROL AQUILINA: X'inhi l-konnessjoni tiegħu ma' Enemalta jew man-nies li kien hemm involuti...?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija kienu ġew jagħtuna xi preżentazzjoni fuq xogħol li għamlu...", "IS-SUR DAVID GALEA: F'isem il-kumpanija Gas Strategies.", "KAROL AQUILINA: Minn fejn hi din il-kumpanija?", "Mhijiex Maltija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Safejn naf jien mill-Ingilterra.", "RYAN CALLUS: Jista' jkun li inti kellek sehem fiha peress li kont taħdem l-Ingilterra fi proġetti simili?", "IAN CASTALDI PARIS: U ejja!", "RYAN CALLUS: Is-Sur Galea qal li kien l-Ingilterra.", "Forsi ġabhom hu.", "IS-SUR DAVID GALEA: L-Ingilterra huwa pajjiż daqsxejn kbir!", "RYAN CALLUS: Jiġifieri mhux inti ġibthom il-Gas Strategies.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Ingilterra qed jaħseb li huwa s-Siġġiewi!", "KAROL AQUILINA: Is-Siġġiewi joqogħdu persuni kbar.", "RYAN CALLUS: Żommu s-serjetà please.", "Dawn affarijiet serji.", "IAN CASTALDI PARIS: U żgur li serji, għax kieku l-kontijiet kienu jiġu għoljin illum.", "Serjissimi l-affarijiet!", "IS-SUR DAVID GALEA: Huwa minn SGS u huwa speċjalista fuq ċerti proċeduri tal-gass ukoll.", "KAROL AQUILINA: U ma tafx min issuġġerih lil dan.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakarx minn fejn ġew, ma niftakarx id-diskorsi.", "Imma mhijiex xi ħaġa importanti minn fejn ġej.", "GLENN BEDINGFIELD: Importanti għall-Oppożizzjoni, għax il-kelliema tal-Oppożizzjoni moħħhom fin-nies, mhux fil-policies.", "KAROL AQUILINA: Intom moħħkom fil-flus u aħna moħħna fin-nies, għax irridu li n-nies jiffrankaw il-flus.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-ikbar ċertifikat li tagħti lil politiku huwa meta tgħidlu li huwa moħħu fin-nies.", "L-ikbar ċertifikat li tista' tagħtih!", "RYAN CALLUS: Grazzi, Onor. Bedingfield.", "KAROL AQUILINA: Ċertifikat kbir.", "GLENN BEDINGFIELD: Moħħok fin-nies mhux f'dak is-sens.", "Kieku kont moħħok fin-nies f'dak is-sens ma kontx tivvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma!", "Kieku kont moħħok fin-nies fl-2006 ma kontx tfaħħar deċiżjoni tal-Kabinett li kienet ittieħdet biex minflok gass li ma jniġġisx immorru għall-HFO.", "Hawn moħħok fin-nies f'sens tajjeb, u hawn moħħok fin-nies f'sens ħażin.", "RYAN CALLUS: Jekk jagħtik ċans wieġeb għad-domanda, għax qisu nfexx fina, nesa li għandna xhud.", "IĊ-CHAIRPERSON: J'alla l-politiċi jkunu dejjem moħħhom fin-nies.", "RYAN CALLUS: Grazzi taċ-ċertifikat.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Imma qalbhom ukoll trid tkun man-nies.", "Xi ħaġa li sfortunatament...", "KAROL AQUILINA: Zven Lataire, għal li jista' jkun ilqtajt miegħu qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, qatt ma ltqajt miegħu qabel.", "KAROL AQUILINA: Ċert li qatt ma ltqajt miegħu qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ċert mija fil-mija qatt ma tkun, imma ma jidhirlix li qatt iltqajt miegħu.", "KAROL AQUILINA: Ma rajtux x'imkien lil Zven Lataire qabel din il-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qabel liema laqgħa qed tirriferi?", "KAROL AQUILINA: Qabel bdejt tiltaqa' miegħu...", "IS-SUR DAVID GALEA: Jista' jkun li kien qabel it-2 ta' Mejju.", "Ma neskludix li qabel it-2 ta' Mejju.", "KAROL AQUILINA: Jekk ikolli ngħidlek li l-Partit Laburista kellu kuntatti ma' Zven Lataire qabel l-elezzjoni ġenerali, xi tgħidli?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien qatt ma ltqajt miegħu dak iż-żmien.", "KAROL AQUILINA: Jekk ngħidlek li mhux talli kellu kuntatti, talli ġie Malta, għamel intervista, ta kumment għal One News, u ġie mxandar dak il-kumment, x'tgħidli?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx bih jiena.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri hija kumbinazzjoni oħra li tfaċċa Zven Lataire.", "JEAN CLAUDE MICALLEF: Dwar il-Partit Laburista staqsi lilna.", "Iktar faċli nwieġbuk aħna milli x-xhud.", "KAROL AQUILINA: Jekk ikollok tagħti titlu lil Zven Lataire, xi jkun?", "IS-SUR DAVID GALEA: X'jiġifieri meta tgħid titlu?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri qabel kien tajjeb u fl-2013 sar ħażin.", "Dak li jrid jgħid.", "KAROL AQUILINA: Pereżempju speċjalista dwar xi ħaġa.", "GLENN BEDINGFIELD: Diġà qallek.", "Speċjalista fil-gass u x-shipping.", "IS-SUR DAVID GALEA: Speċjalista fl-LNG u fix-shipping.", "KAROL AQUILINA: U inti qed tgħid li qatt ma ltqajt miegħu qabel.", "Qabel it-2 ta' Mejju ma nafx, imma qabel...", "KAROL AQUILINA: Qabel l-elezzjoni ġenerali.", "IS-SUR DAVID GALEA: Żgur li le.", "KAROL AQUILINA: Kont taf li dan Zven Lataire kien inovut ukoll mal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'għandix idea.", "KAROL AQUILINA: Jien ma nirrispondix mistoqsijiet tiegħek, u lanqas qed nistaqsi lilek.", "GLENN BEDINGFIELD: Kien ta kumment lil One, apparentament.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad ftehemtu li dawn jiġu appointed.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-Programme Sponsoring Committee aċċetta li jiġu appointed.", "KAROL AQUILINA: Min ftehemtu li kellu jibgħat l-ittri biex jappunta lil dawn in-nies?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iċ-Chief Executive Officer (CEO) safejn naf jien.", "KAROL AQUILINA: Inti kont involut fid-drafting ta' dawk l-ittri?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jista' jkun li għamilt draft.", "Ma neskludix.", "KAROL AQUILINA: Ħtartu xi persuni oħra f'dak ir-rigward imbagħad?", "IS-SUR DAVID GALEA: X'jiġifieri \"f'dak ir-rigward\"?", "KAROL AQUILINA: Parti minn dak il-proċess.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri qed tirriferi għall-expression of interest and capabilities (EoIC)?", "KAROL AQUILINA: Ma' dawn il-grupp ta' nies, fejn inti kont in-non voting chairman, kien hemm ħatriet oħra jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-kumitat le, ma kienx hemm.", "Però ovvjament kien hemm nies involuti f'oqsma oħra tal-proġett, bħala huwa l-environmental impact statement…", "KAROL AQUILINA: Ħa nipprova ngħinek.", "Ħtartu xi nies biex jgħinukom fil-proċess ta' evalwazzjoni kif għandu jsir, fil-preparazzjoni tad-dokumenti, fil-preparazzjoni...?", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma dak fl-istadju tar-request for proposals (RfP) mhux fl-EoIC.", "KAROL AQUILINA: Ħtartu nies imbagħad, jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, ħtarna nies.", "KAROL AQUILINA: U min kienu dawn in-nies?", "Agħti rendikont ta' min kienu dawn in-nies.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri meta għamilna l-RfP?", "KAROL AQUILINA: Fil-proċess kollu li kont involut fih inti.", "IS-SUR DAVID GALEA: L-RfP kien maqsum f'numru ta' components.", "Kellna parti li kien hemm il-minumum function specifications, kien hemm parti marbuta mal-kuntratti, u kien hemm parti ppreparata mas-site preparation u studji tekniċi li jsiru fl-environmental impact statement.", "Prinċipalment kien hemm dawk l-aspetti.", "Kien hemm min qed jipprepara d-dokumenti tat-tender, kien hemm min qed jipprepara l-abbozzi ta' kuntratti, u kien hemm min qed jipprepara s-site planning li hemm bżonn isir fuq dawn l-istudji neċessarji biex nibdew invaraw il-proċess.", "KAROL AQUILINA: Ma tistax issemmi ismijiet?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm project initiation document u l-persuni qegħdin imsemmija hemmhekk.", "KAROL AQUILINA: Kien hemm minnhom li kienu involuti qabel mal-Labour Party, bħalma kont involut inti?", "Jew ma kien hemm ħadd?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex parti mil-Labour Party.", "Jekk hemm xi nies li kienu jagħmlu parti mil-Labour Party ma nafx, imma żgur li kien hemm ħafna barranin involuti, minn kumpaniji differenti, minbarra xi Maltin.", "KAROL AQUILINA: Se nsemmilek xi ismijiet, forsi tgħidli ftit min huma: Hank Koetzer.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak jiġi minn DNV Kema mingħalija.", "KAROL AQUILINA: Meta ltqajt miegħu l-ewwel darba?", "IS-SUR DAVID GALEA: Niddubita qatt iltqajtx miegħu.", "Lanqas nagħrfu jekk narah.", "IS-SUR DAVID GALEA: L-istess.", "KAROL AQUILINA: Ma ltqajtx miegħu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk iltqajt, xi darba meta ġew jagħmlu l-evalwazzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak kien ukoll minn DNV Kema.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx huwiex minn Microelectronics jew minn DNV Kema.", "GLENN BEDINGFIELD: Dawn in-nies li moħħhom fihom, u mhux in-nies inġenerali.", "KAROL AQUILINA: Qed nistaqsi jien.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont nafu qabel, kont iltqajt xi darba miegħu ħafna żmien ilu, meta kien il-Malta Development Corporation (MDC).", "Iltqajt miegħu hemmhekk.", "IS-SUR DAVID GALEA: Sinċerament lanqas niftakru.", "IS-SUR DAVID GALEA: M'iniex qed ngħid li ma ltqajtx miegħu, imma ma niftakrux.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ukoll minn Nexia BT.", "KAROL AQUILINA: Kif spiċċaw involuti Nexia BT f'dan kollu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Safejn naf jien ġejja minn Enemalta, imma ma nistax nikkonferma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri Enemalta pproponiet lil Nexia BT?", "KAROL AQUILINA: Inti taf li kien hemm numru ta' bids u eventwalment intagħżel xi ħadd.", "Minn dawk involuti fil-bid li ntagħżlet, jew anke f'oħrajn, fil-passat kont ħdimt ma' xi ħadd minnhom?", "Kellek xi relazzjoni ta' negozju?", "Qabbduk għal xi ħaġa dawn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għal min qed tgħid?", "KAROL AQUILINA: Qed ngħid għal kull min tefa' l-bid.", "Kien hemm xi ħadd minnhom li ħdimt miegħu fil-passat?", "KAROL AQUILINA: Assolutament ħadd.", "Jiġifieri jekk ikolli niffoka imbagħad fuq min intagħżel finalment biex jagħmel il-proġett, inti ma kellek assolutament l-ebda konnessjoni magħhom.", "KAROL AQUILINA: Assolutament ħadd, lanqas jekk ninżlu sal-livell ta' individual shareholders bħala persuni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Meta kien hemm l-evalwazzjoni le, qatt ma kelli.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, qatt ma kelli.", "IS-SUR DAVID GALEA: Wara li għadda kollox, fl-2018, kont tajt proposta lil Tumas Group biex nagħmel xi ħaġa magħhom.", "KAROL AQUILINA: U x'kienet din il-proposta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija kienet biex nagħmel xi review tal-gaming function tagħhom.", "KAROL AQUILINA: Għalfejn qed tgħid \"mingħalija\"?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax nagħmel ħafna proposti għal ħafna nies.", "KAROL AQUILINA: Imma din hija speċifika, mhux mingħalik.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma kif nista' niftakar kull proposta li għamilt?", "KAROL AQUILINA: Ma' Tumas Group għamilt waħda.", "Erġa' spjega ftit?", "IS-SUR DAVID GALEA: Biex nagħmel review tal-gaming function.", "KAROL AQUILINA: Il-contact person ma' Tumas Group min kien?", "Min avviċinak?", "Ippreżentajt ruħek int?", "ALEX MUSCAT: Din għandha x'taqsam mar-rapport?", "Ħarġet mir-rapport?", "KAROL AQUILINA: Iva, għandha x'taqsam.", "Dażgur li għandha x'taqsam.", "ALEX MUSCAT: Imma ħarġet mir-rapport?", "KAROL AQUILINA: Jekk hija shareholder tal-konsorzju!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed jirriżulta li l-persuna li hija l-factotum, jew persuna importanti ħafna, fil-proċess tal-għażla u l-eżekuzzjoni tal-proġett tal-power station, issa qed jgħidilna li kien ġie inkarigat ukoll...", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'għamiltx xogħol.", "KAROL AQUILINA: Inti qed tgħid li wara ġejt avviċinat biex tagħmel review tal-gaming operations ta' Tumas Group.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġejt avviċinat wara li għadda kollox.", "ALEX MUSCAT: Imma dan joħroġ mir-rapport tal-Awditur?", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed niskopru iktar minn dak li hemm fir-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "ALEX MUSCAT: Imma inti qed tħalli li nistaqsu fuq affarijiet kompletament unrelated mas-suġġett li għandna llum.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom għadkom kif staqsejtuh...", "ALEX MUSCAT: Fuq l-enerġija.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...fuq proċess li għadda minnu dan il-Kumitat, fuq x'ġara 10 snin ilu.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri fl-opinjoni tiegħek mhumiex pertinenti l-għażla u d-deċiżjoni strateġika ta' x'enerġija għandu jkollu pajjiżna?", "Jiġifieri dik mhijiex pertinenti u din hija pertinenti?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak li ndaga fuqu primarjament l-Awditur huwa jekk...", "ALEX MUSCAT: Sur President, jiġifieri inti jidhirlek li dan it-tip ta' line of questioning huwa pertinenti?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk qed tistaqsi lili ngħidlek li iva, huwa pertinenti ħafna għax...", "ALEX MUSCAT: Diġà għedtilna li dħalt hawn preġudikat.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...nerġa' ngħid li underlying fir-rapport tal-Awditur hemm li...", "ALEX MUSCAT: Sur President, inti għamilt dikjarazzjoni ċara li inti ppreġudikat fil-konfront tal-proġett kollu u tax-xhud li għandna qudiemna...", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur Ġenerali jagħmel dikjarazzjoni b'saħħitha ħafna, fejn jgħid li l-mod kif tmexxa dan il-proċess, b'mod partikolari kif en route inbiddlu l-affarijiet biex jakkomodaw konsorzju partikolari...", "ALEX MUSCAT: Dak qed tgħidu inti...", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed jgħidu l-Awditur.", "GLENN BEDINGFIELD: Lanqas l-Awditur ma qal hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hija konklużjoni tal-Awditur.", "Għamel erba' seduti hawnhekk l-Awditur jixhed.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, inti għedt li fl-2018 ġejt avviċinat minn Tumas Group biex tagħmel xi xogħol għalihom.", "Min avviċinak minn Tumas Group?", "GLENN BEDINGFIELD: Sar ix-xogħol?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma sarx ix-xogħol.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma sarx ix-xogħol.", "KAROL AQUILINA: Jien għamilt domanda speċifika li titlob risposta speċifika.", "Min avviċinak?", "GLENN BEDINGFIELD: Fl-2018 Yorgen kien talbek biex tagħmillu xi xogħol u x-xogħol ma sarx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tpoġġulux kliem f'ħalqu.", "KAROL AQUILINA: Naqblu li huwa Yorgen Fenech?", "Żmien wara li għadda kollox… Tiftakru li l-kuntratti kienu ngħalqu fl-2015...", "KAROL AQUILINA: M'għaddiex kollox, għax il-kuntratt għadu in place.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma jien m'għandix x'naqsam ma' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Imma l-kuntratt għadu in place.", "ALEX MUSCAT: Il-proġett ġie mplimentat.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ix-xogħol tiegħi jidhirli li kien lest f'Ottobru jew Novembru 2017.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Galea qed jgħid li f'Ottubru 2017 huwa ġie rilaxxat mill-inkarigu li kellu fuq din il-power station.", "IS-SUR DAVID GALEA: Xi ħaġa hekk, iva.", "KAROL AQUILINA: Meta ġejt rilaxxat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bejn wieħed u ieħor....", "RYAN CALLUS: U iva, bejn wieħed u ieħor, 'l hawn u 'l hemm!", "GLENN BEDINGFIELD: Imma wara l-2017 inti ma kellek l-ebda relazzjoni ma' Enemalta iktar.", "IS-SUR DAVID GALEA: Wara l-2017 ma kontx komplejt fuq il-proġett.", "ALEX MUSCAT: Għax il-proġett kien ġie mplimentat.", "KAROL AQUILINA: Wara dakinhar erġajt tħallast xi ħaġa minn Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet saret dik il-proposta, ma sar xejn...", "KAROL AQUILINA: Spjegali xi proposta hi, għax inti taf, imma jiena ma nafx.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-proposta ta' Tumas Group kienet dwar review tal-operat tal-gaming function tagħhom.", "Inti għedt li sal-2017 kont spiċċajt minn Enemalta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq dan il-proġett.", "KAROL AQUILINA: Wara l-2017 kellek xi xogħol ma' Enemalta jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, kont għamilt, imma kien għadda ħafna żmien.", "KAROL AQUILINA: Meta kien l-aħħar xogħol li għamilt għal Enemalta?", "ALEX MUSCAT: Onor. Aquilina, inti ma kontx hawn fl-aħħar laqgħa.", "Din id-domanda kien diġà rrispondiha.", "KAROL AQUILINA: Imma kont qiegħed insegwi mid-dar.", "ALEX MUSCAT: Allura jekk diġà taf it-tweġiba!", "ALEX MUSCAT: Se noqogħdu niġu hawn u nistaqsu l-istess mistoqsijiet u naħlu l-ħin ta' dan il-Kumitat!", "Sur President, qed naħlu l-ħin ta' dan il-Kumitat.", "Se nerġgħu noqogħdu nagħmlu l-istess mistoqsijiet!", "IS-SUR DAVID GALEA: Ftit żmien wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur.", "KAROL AQUILINA: Ir-rapport tal-Awditur ħareġ f'Novembru 2018, u inti, ftit wara ġejt imqabbad minn Enemalta biex tagħmel analiżi ta' dan l-istess rapport tal-Awditur u tipprepara r-risposti...", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, kummenti, bħalma jsir fis-settur privat; management comments.", "RYAN CALLUS: Naqblu li dan l-inkarigu ngħata lilek minn Enemalta fi Frar 2019?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri madwar tliet xhur wara.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jista' jkun.", "KAROL AQUILINA: Ħalli nieħdok lura għal Yorgen Fenech.", "ALEX MUSCAT: Imma dan għandu x'jaqsam ma' dan il-proġett?", "KAROL AQUILINA: Ħallih ħalli jwieġeb!", "Imbagħad għamlu intom.", "ALEX MUSCAT: Sur President, dan qisni nistaqsi lilek fuq il-Milan.", "M'għandu x'jaqsam xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mal-Milan ukoll kien hemm storja din il-ġimgħa!", "ALEX MUSCAT: Jekk jiġu merħba bihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma kienx l-aqwa eżempju!", "KAROL AQUILINA: Fl-istess żmien li Enemalta...", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, tas-sena ta' qabel...", "KAROL AQUILINA: Lil Yorgen Fenech kont tafu qabel jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bilfors li kont nafu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Meta konna niddiskutu l-kuntratti bħala grupp.", "KAROL AQUILINA: Meta sirt tafu lil Yorgen Fenech?", "KAROL AQUILINA: Ma kontx tafu qabel?", "KAROL AQUILINA: Xi kuntatti ma' Tumas Group kellek qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix li kelli.", "KAROL AQUILINA: Xi kuntatti ma' xi shareholders oħra, jew kumpaniji li kienu involuti fil-korsorzju, kellek qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix.", "KAROL AQUILINA: Hemm diversi.", "KAROL AQUILINA: Fl-2018 jew fl-2019 bagħat għalik Yorgen Fenech?", "KAROL AQUILINA: U x'talbek tagħmel?", "KAROL AQUILINA: Bagħat għalik hu?", "Iddeċiedi!", "Għax hemm differenza.", "Inti mort ippreżentajt ruħek għand Yorgen Fenech u għedtlu li tista' tagħmillu \"din\" il-biċċa xogħol, tista' tagħmillu review tal-gaming operations tiegħu.", "Hekk kont għamilt?", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "Hekk kont għamilt.", "KAROL AQUILINA: U għalfejn mort inti għand Yorgen Fenech?", "IS-SUR DAVID GALEA: X'jiġifieri?", "KAROL AQUILINA: Għalfejn iddeċidejt li tmur għand Yorgen Fenech?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħalma mmur għand...", "KAROL AQUILINA: Għax kont sirt tafu through dan il-proġett.", "Mhux hekk?", "Hemm sirt tafu.", "GLENN BEDINGFIELD: Fiż-żmien li kellimt lil Yorgen Fenech, kellimt lilu biss, jew kien hemm nies oħrajn li kellimthom?", "KAROL AQUILINA: Ħu paċenzja, wieġeb lili l-ewwel.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm oħrajn.", "KAROL AQUILINA: Fil-gaming inti mort għand Yorgen Fenech u għedtlu li tista' toffrilu li tagħmel \"din\".", "Naqblu li hekk kien?", "KAROL AQUILINA: U x'ġara mbagħad?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma ġara xejn.", "KAROL AQUILINA: Għalfejn ma ġara xejn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax ma ġara xejn.", "KAROL AQUILINA: Ma jidhirlekx li kien ħażin li inti, wara li aġġudikajt, għax inti kont involut fl-aġġudikazzjoni wkoll...", "IS-SUR DAVID GALEA: L-aġġudikazzjoni saret fl-2013.", "KAROL AQUILINA: Wara li aġġudikajt kuntratt għal 18-il sena dwar power station daqstant kontroversjali, tmur għand wieħed mix-shareholders, anzi dak li kien fuq quddiem nett tal-membri tal-konsorzju… Għax dan kien il-lead person.", "Jekk kien hemm persuna li tista' ssemmi mill-proġett kollu min-naħa ta' ElectroGas min kien?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien wieħed minnhom.", "KAROL AQUILINA: Naqblu li l-contact person ta' ElectroGas kien Yorgen Fenech?", "IS-SUR DAVID GALEA: Nista' ngħid li kien involut f'numru ta' laqgħat, imma ma kienx...", "KAROL AQUILINA: Kien hemm xi ħadd involut iktar minnu min-naħa ta' ElectroGas?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dażgur li kien hemm.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma mhux l-iktar wieħed involut fil-proġett...", "Yorgen Fenech kien il-main contact person dwar Electrogas...", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri jien, għax kont għamilt proġett ma' Enemalta, ma nistax nagħmel business ma' Gasan, ma' Apap Bologna, ma' Tumas Group...?", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Tħarisx lejna, ħares lejhom għax huma esperti tagħha din il-biċċa xogħol!", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Inti mort għand Yorgen Fenech u tlabtu x-xogħol.", "You pitched yourself għax-xogħol ma' Yorgen Fenech, u Yorgen Fenech qallek le.", "Meta mbagħad ġejt biex tagħmel ir-review tar-rapport tal-NAO għal Enemalta, ma ħassejtx li għandek tgħidilhom li mort tittallab għax-xogħol għand Yorgen Fenech ftit tax-xhur qabel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Assolutament m'għandhomx x'jaqsmu.", "KAROL AQUILINA: Għalik etikament m'hemm l-ebda problema hemmhekk?", "Għaliex għandu jkun hemm problema?", "KAROL AQUILINA: Inti għedtilna li ppreparajt xi kummenti.", "Għandek kopja ta' dawn il-kummenti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hawnhekk m'għandix.", "KAROL AQUILINA: Tista' tobbliga ruħek li tippreżentahom?", "IS-SUR DAVID GALEA: Lil Enemalta rrid ngħid; ma nistax naqbad u ngħaddi l-kummenti jien.", "KAROL AQUILINA: Imma inti għandek kopja?", "KAROL AQUILINA: U tħallast għal dan ix-xogħol?", "KAROL AQUILINA: Tħallast minn fondi pubbliċi.", "KAROL AQUILINA: Mela tista' ġġibhomlna d-darba li jmiss waqt il-laqgħa li se jkollna?", "GLENN BEDINGFIELD: Inti għamilt dan ix-xogħol f'ismek personali, jiġifieri l-ownership hija kumpanija privata, mhijiex kumpanija pubblika.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: F'dan ir-rapport li inti ppreparajt, ngħid sew li inti kellek it-talba li tipprepara risposti għaċ-Chairman ta' Enemalta għal dak li jista' jiġi mistoqsi minn dan il-Kumitat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien għamilt management comments; qbadt il-kummenti li ħareġ l-Awditur u l-ispjega fuq dik l-issue li ħareġ.", "GLENN BEDINGFIELD: L-ewwel darba li saret f'Malta din?", "IS-SUR DAVID GALEA: Din hija ħaġa normali li ssir fis-settur normali.", "KAROL AQUILINA: La hija ħaġa normali allura m'għandekx għalfejn toqgħod tistaħba jew tinkwieta.", "IS-SUR DAVID GALEA: M'iniex qed nistaħba.", "KAROL AQUILINA: Qed inserraħlek moħħok li normali.", "Inti għandek xi forma ta' engagement letter jew kuntratt.", "KAROL AQUILINA: Tista' tippreżenta kopja tiegħu lil dan il-Kumitat, jekk jogħġbok?", "IS-SUR DAVID GALEA: Diġà għandkom, imma nista' ngħaddilkom kopja tiegħu.", "KAROL AQUILINA: Inti trid tippreżentah għax inti x-xhud.", "Naħseb li għal-lum nistgħu nieqfu hawn għax dalwaqt sar il-ħin għas-seduta fil-Plenarja.", "Issa x-xhud se jibagħtilna d-dokumenti ħalli nkun nista' nistaqsih fuqhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela għal-lum nieqfu hawnhekk.", "Sur Galea, f'dan l-istadju tista' tmur.", "Nirringrazzjak.", "KAROL AQUILINA: Grazzi tad-disponibilità tiegħek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Grazzi intom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Kumitat huwa aġġornat għal data u ħin li jiġu komunikati iktar tard.", "Fit-3:52 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210310_077d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 80", "L-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 80", "L-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:01 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 79, li saret fit-3 ta' Marzu 2021, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Bħala korrispondenza, nirrileva li sussegwentement għal dak li kien iddeċieda dan il-Kumitat il-ġimgħa l-oħra, u ċioè li jgħaddi lill-Ispeaker tal-Kamra kopja tal-ittri li għaddew bejn in-National Audit Office (NAO) u rappreżentanti tas-soċjetà James Caterers Ltd, fis-Seduta ta' nhar it-Tnejn 8 ta' Marzu 2021, ingħata ruling mill-Ispeaker li fih ġie deċiż li kien hemm prima facie każ ta' ksur ta' privileġġ mir-rappreżentant ta' James Caterers Ltd.", "Irċevejna wkoll email mingħand is-Sur Nicholas Grech rigward sparpaljar ta' flus fl-Isptar Monte Carmeli.", "Nitlob lis-Segretarja tal-Kumitat sabiex tgħaddi kopja ta' din l-email lill-Membri ta' dan il-Kumitat u anke lir-rappreżentanti tal-NAO.", "Irċevejna wkoll ittra, datata 9 ta' Marzu 2021, mill-Uffiċċju taċ-Chief Executive Officer (CEO) tal-Korporazzjoni Enemalta, iffirmata mill-istess CEO, l-Inġinier Jason Vella, li fiha ngħatat informazzjoni li ntalbet minn dan il-Kumitat fil-laqgħa preċedenti.", "Kopja ta' din l-ittra diġà ġiet iċċirkolata lill-Membri kollha, u nitlob li tittella' ukoll fuq il-website ta' dan il-Kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, l-ittra li rriferejt għaliha aktar qabel, mibgħuta mis-Sur Nicholas Grech, mhijiex indirizzata lill-Public Accounts Committee (PAC).", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Daħlet dirett mill-webpage tal-PAC; ikun hemm contact form, li meta dak li jkun jimliha u jibgħatha, tidħol direttament għandi.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma m'hija ndirizzata lil ħadd partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Segretarja ta' dan il-Kumitat qiegħda tiċċara li filwaqt li din l-email daħlet fuq l-email address info@parliament.mt, effettivament tkun ġiet chanelled mill-paġna ta' dan il-Kumitat, u allura ma nistgħux ngħidu li mhijiex...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed ngħid hekk għax rajtha issa u rajt li mhijiex...", "IĊ-CHAIRPERSON: Sewwa għamilt li qajjimtha, Onor. Bedingfield, però għandna l-ispjega tas-Sinj.", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Ma nafx jekk meta talba tkun ġenerika hekk taqax fil-mansjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet, fejn anke petizzjoni ta' persuna waħda tiġi kkunsidrata.", "Milli qed nifhem dan is-sinjur qiegħed jiġbed l-attenzjoni għal xi ward partikolari fl-Isptar Monte Carmeli.", "Jien ma nafx jekk huwiex mertu....", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena fhimt li f'dik l-email is-Sur Grech qiegħed jiġbed l-attenzjoni għal diversi nuqqasijiet li jidhirlu li hemm fl-Isptar Monte Carmeli.", "Naħseb li f'dan l-istadju għandna nieħdu nota ta' dak li ntqal u naġixxu meta jkun il-ħin opportun.", "KAROL AQUILINA: Sur President, aktar milli nieħdu nota tagħha mbagħad tispiċċa fil-bir tas-skieken, forsi nista' nissuġġerixxi li nagħtu direzzjoni lilek sabiex tqiegħed id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra, għal kull azzjoni li mhux biss tista' tieħu l-Kamra imma li jistgħu jieħdu kumitati oħrajn, fosthom il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat dwar is-Saħħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li f'dan l-istadju rridu naraw x'għandna x'nagħmlu fuq din il-materja fi stadju ulterjuri.", "Ngħaddu issa għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "BY ENEMALTA CORPORATION\" – PREŻENTAZZJONI ĠENERALI MILL-AWDITUR ĠENERALI DWAR IR-RAPPORT U L-KONKLUŻJONIJIET TIEGĦU.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nifhem li x-xhud jinsab barra l-kamra tal-Kumitat hawnhekk u għaldaqstant nitlob li jiġi msejjaħ fil-Kamra.", "Is-Sur David Galea daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Galea.", "Se jkomplu jsirulek xi mistoqsijiet dwar il-materja li konna qegħdin niddiskutu fil-laqgħat preċedenti.", "Nifhem li l-Onor.", "Ryan Callus għandu xi domandi li xtaq jagħmel u għalhekk nitolbu jagħmilhom, u nitlob lilek, Sur Galea, u lil kulħadd sabiex inżommu l-kalma.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mr Chairman, nista' niċċara xi ħaġa qabel nibdew?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, mela le.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bażikament xtaqt niċċara l-pożizzjoni tiegħi mal-Awditur għax forsi kif bdejt nitkellem l-aħħar darba, instmajt wisq iebes.", "Lill-Awditur nixtieq ngħidlu li napprezza ħafna x-xogħol li qed jagħmel u bl-ebda mod ma nixtieq nuri xi diżrispett lejh bil-mod kif qed jagħmel xogħlu.", "I only wanted to point out li hemm numru ta' affarijiet fir-rapport tiegħu li ma naqbilx magħhom u xtaqt li l-punt tiegħi joħroġ ukoll minn dawn il-laqgħat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Nimmaġina li l-Awditur jifhem l-ispirtu li bih qed tixhed inti u jaċċetta l-apoloġija, jekk hemm bżonn, in the first place.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Grazzi, Sur Galea, u l-wara nofsinhar it-tajjeb.", "Jien għandi numru ta' domandi fuq il-minuti li kienu ġew mgħoddija lilna minn Enemalta.", "Fil-11 ta' Ġunju 2013, f'paragrafu nru 10 tal-minuti hemm imniżżel li fil-laqgħa tal-bord xi ħadd qal li \"at no point does Enemalta have the right to request to buy\".", "Min kienet il-persuna li għamlet dan il-kumment dakinhar, fejn qisu tat struzzjoni lill-bord li fi kwalunkwe stadju tal-konċessjoni Enemalta m'għandhiex ikollha dritt tixtri?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakarx, però li nista' ngħidilkom hu li fil-kuntratt, Enemalta għandha dritt tieħu over…", "RYAN CALLUS: Imma jien mhux dik staqsejtek.", "Jien naf li mbagħad eventwalment inbidlet għax fil-fatt ħareġ minn dan il-Kumitat illi kieku kellna nixtru l-power station illum, mill-inqas irridu nħallsu madwar €400 miljun, apparti expenses oħrajn.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien inħoss li hija vantaġġjuża għal Enemalta.", "RYAN CALLUS: €400 miljun ma jinkludux kollox, għax bħalma taf inti, hemm ħafna spejjeż oħrajn imniżżla fil-kuntratt.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk trid nikkjarifika fuq dan...", "RYAN CALLUS: Jien mhux fuq din nixtieqek tikkjarifika, imma fuq min, dakinhar tal-laqgħa tal-11 ta' Ġunju 2013, qal li Enemalta m'għandhiex ikollha dritt tixtri.", "Tiftakar min qalha din?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nifhem sew li dawn huma l-minuti ta' Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħid sew li dawn il-laqgħat kienu jsiru Kastilja?", "GLENN BEDINGFIELD: Għax il-ministeru kien qiegħed hemmhekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma dawn mhumiex laqgħat tal-Kabinett; dawn huma l-laqgħat ta' Enemalta.", "Qed nifhem sew li l-board meetings ta' Enemalta...", "IS-SUR DAVID GALEA: Dawn mhumiex board meetings ta' Enemalta imma huma laqgħat tal-Programme Sponsoring Committee.", "Dan huwa kumitat inkarigat biex jagħti strategic direction u orientation għall-proġett ta' Enemalta.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma huwa kumitat governattiv?", "GLENN BEDINGFIELD: Imma huwa kumitat tal-Gvern?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm tnejn minn nies li kienu barra minn Enemalta.", "Kien hemm il-Permanent Secretary ta' dak iż-żmien, li nsejt x'jismu,...", "GLENN BEDINGFIELD: Imma huwa kumitat maħtur mill-Gvern?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kumitat maħtur...", "KAROL AQUILINA: Tista' tiftakar x'jismu l-Permanent Secretary?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela kien hemm dan il-kumitat li twaqqaf proprju dwar dan il-proġett b'mod speċifiku, u s'issa stabbilixxejna li inti, David Galea, kont il-Programme Director.", "Meta ngħidu li inti kont il-Programme Director, ifisser li inti, pereżempju, kont tiddeċiedi meta jiltaqa' dan il-kumitat?", "IĊ-CHAIRPERSON: Min kien jiddeċiedi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-kumitat stess kien jiddeċiedi.", "Jien ma kontx membru tal-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti membru fil-kumitat.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, jien kont nirrapporta lill-kumitat.", "Hemm differenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min kienu l-membri tal-kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, l-ismijiet qegħdin imniżżlin fil-bidu tal-minuti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma m'hemmx speċifikat minn hu membru u min hu mistieden.", "IS-SUR DAVID GALEA: Joseph Montebello, li kien Chief of Staff; Mario Rodgers, Permanent Secretary; Louis Giordimaina, CEO; Edwin Mintoff, Perit; Emanuel Ellul; u bħala segretarju tal-Kumitat kien hemm Neil Caruana.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak kien il-kumitat.", "Imbagħad kienu jistiednu lil nies oħra?", "IS-SUR DAVID GALEA: Wara kull laqgħa konna niftehmu biex, pereżempju, niltaqgħu within two weeks.", "Normalment kien hemm dati fissi li konna niltaqgħu fihom għax fil-programme management għandek żewġ elementi, għandek highlight reporting u exception reporting.", "Exception reporting isir meta jkun hemm xi ħaġa straordinarja li trid tirrapporta fuqha li ma tkunx mistennija fil-proġett, u highlight reporting isir on a regular basis.", "U fil-każ tagħna kien hemm ġranet speċifiċi… Fil-fatt, fl-aħħar tal-laqgħa, safejn niftakar jien, kienu jgħidu d-data li fiha kellha ssir il-laqgħa li jkun imiss ħalli jkollna numru ta' affarijiet ippreparati għal dik id-data speċifika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk tħares lejn il-minuti tara li l-attendenza ma kenitx tkun dejjem l-istess.", "Kien hemm dawn il-key members, imbagħad bħala regola kien ikun hemm inti u Konrad Mizzi, u l-oħrajn, fosthom Thomas Leonard, James Deane, Alexandra Meli, Peter Grima, eċċ., eċċ...", "IS-SUR DAVID GALEA: Peress li kien ikollna temi differenti x'niddiskutu waqt dan il-kumitat, ovvjament konna nġibu l-esperti rispettivi f'areas partikolari tal-proġett.", "Kif spjegajt l-ewwel darba, il-proġett kien maqsum f'numru ta' work packages u kull work package kellu termini ta' riferenza partikolari x'jagħmel, u peress li jien ma stajtx inkun naf kollox, kont nieħu miegħi nies li kienu iżjed tekniċi f'dak is-suġġett partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti kont il-persuna li kont tara x'expertise ikun hemm bżonn u tissuġġerixxi min kellu jattendi għal-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva ġieli kont nissuġġerixxi.", "Pereżempju, jekk konna se niddiskutu xi ħaġa legali, kont nieħu lil xi ħadd b'background legali, għax ovvjament jien m'iniex avukat, jekk ikun hemm bżonn ta' xi ħadd tekniku from an engineering point of view kont nieħu lil xi ħadd b'background ta' engineering.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-minuti min kien iżommhom?", "IS-SUR DAVID GALEA: Neil Caruana, li kien is-segretarju tal-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-project executive.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri dawn il-minuti li għandna hawnhekk huma minuti li jkun ipprepara Neil Caruana, u nifhem li kien hemm proċedura ta' approvazzjoni minn laqgħa għall-oħra.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienu jiġu ċċirkolati lilna u naraw jekk irridux inbiddlu xi ħaġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kontu tgħaddu through the motions fejn tapprovaw il-minuti.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk ikun hemm xi ħadd li jkollu xi oġġezzjoni fuq xi minuta...", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawk li ma kenux permanent members kellhom dritt li jitolbu tibdil fil-minuti, jew is-sitt membri permanenti biss setgħu jitolbu tibdil fil-minuti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Meta konna nistiednu lin-nies jidhirli li konna niċċirkolaw il-minuti lilhom ukoll, però dwar dan m'iniex ċert mija fil-mija.", "Nista' forsi niċċekkja mal-persuna konċernata.", "KAROL AQUILINA: Inti qatt tlabt bidliet fil-minuti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, qatt ma tlabt.", "KAROL AQUILINA: Però kont tirċevihom dejjem.", "X'kien ifisser għalik dakinhar \"the capacity variable\"?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax il-prezz huwa maqsum f'żewġ elementi; hemm l-element marbut mal-capacity, jiġifieri the availability of the system fil-kuntratt, imbagħad hemm energy delivery payment li huwa marbut fuq kemm tikkonsma.", "RYAN CALLUS: Naqblu li l-capacity variable għandu x'jaqsam mat-take-or-pay?", "This is a normal practice f'kull tip ta' power purchase agreement (PPA) u gas supply agreement (GSA) fejn għandek l-infrastruttura li qed iżżomm available għall-operat qed tiċċarġja a fee għaliha...", "RYAN CALLUS: Għal kull unit.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux għall-consumption imma capacity.", "RYAN CALLUS: Bħala infrastruttura.", "IS-SUR DAVID GALEA: U dik trid tħallas għaliha.", "Imbagħad għandek skont kemm tikkonsma tħallas energy delivery payment.", "RYAN CALLUS: Għalfejn hawnhekk kien hawn diskussjoni dwar kemm tkun marbuta Enemalta tixtri bħala kapaċità, għandha tibqa' ma tkunx speċifikata?", "IS-SUR DAVID GALEA: Din mhux hekk tfisser.", "Din id-diskussjoni kienet għax kien hemm l-issue ta'… Il-capacity payment jista' jvarja bl-inflation, u hemm numru ta' elementi differenti.", "Pereżempju, il-capacity payment dak iż-żmien seta' anke jvarja bl-interest rate però dik ma baqgħetx għax that is based on the cost of making the infrastructure… Dak iż-żmien li nkitbet din il-minuta s-sitwazzjoni kienet tali fejn l-energy delivery payments fejn għandek il-commodity, li jista' jkun jew indexed jew fixed, indexed huwa marbut ma' xi ħaġa partikolari, u fixed huwa fejn iżżomm prezz fiss, jiġifieri rrispettivament mill-kambjamenti tal-commodity tħallas dak iċ-charge.", "Meta qed nitkellmu fuq fixed hemm żewġ elementi tal-commodity; waħda hija l-exchange rate, għax inti tixtri l-energy in dollars u allura jista' ikollok variation fil-prezz minħabba exchange rate fluctuations tal-commodity, u l-oħra hija l-actual hedge tal-prezz tal-gass partikolari, għax ovvjament dak ivarja...", "RYAN CALLUS: It-80% take-or-pay f'liema stadju daħlet?", "IS-SUR DAVID GALEA: L-istadju tal-expression of interest and compatibily (EoIC) – u dan huwa wieħed mill-punti li xtaqt niċċara fuq dak li hemm fir-papport tal-Awditur – kien speċi ta' market test.", "U l-market test li għamilna kien li daħħalna żewġ appendices fl-EoIC, li kienu PPA term sheet u GSA term sheet, u tlabna lill-bidders sabiex jipproponu take-or-pay level li kienu lesti jidħlu għalih mal-kuntratt.", "Ovvjament, f'dan it-tip ta' kuntratti bilfors irid ikun hemm take-or-pay, ma jistax ma jkunx hemm.", "RYAN CALLUS: Il-kwestjoni hija kemm.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu, imma l-international practice dak iż-żmien kienet bejn 90% u 100%, u waħda mill-problemi...", "RYAN CALLUS: Skont ta' fejn.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "U l-problema ta' Malta hija iktar diffiċli għax irrid infakkar li dak iż-żmien, il-liquefied natural gas (LNG) kien jinxtara fuq bażi li jkollok il-production plant, li tinbena u prattikament kważi l-output kollu tagħha jmur għal klijent partikolari.", "Allura għandek mass consumption ta' LNG li huwa pjuttost regolari.", "Il-problema li kellha Enemalta kienet li l-kwantitajiet kienu baxxi, u allura to procure LNG kien se tkun ħafna iktar diffiċli għal Enemalta in comparison to other countries fejn għandek ammonti ħafna ikbar bħala kwantità.", "U għalhekk il-flessibilità fit-take-or-pay kienet se tkun iktar diffiċli, però element ta' take-or-pay bilfors irid ikun hemm.", "Issa inti tista' tvarja skont l-actual contracted quantities għax dawn huma żewġ elementi differenti; għandek l-actual contracted quantities li dak iż-żmien kienu on a long term basis, ma kontx tixtri on a spot basis…", "RYAN CALLUS: It-80% min ħareġ biha?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ħarġet meta....", "RYAN CALLUS: Min-negozjati ma' ElectroGas?", "Anzi fil-fatt tejjibniha għal Enemalta għax at this stage it-take-or-pay kien maħsub li jkun separat bejn il-GSA u l-PPA u allura jekk, għall-argument, tuża 90% fil-GSA u 75% fil-PPA, wieħed ma kienx jikkumpensa għall-ieħor.", "Aħna għaqqadnihom flimkien u ġibna a common factor bejn iż-żewġ agreements.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri meta teħodhom fl-assjem, il-persentaġġ tat-take-or-pay naqas.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġie aktar ottimizzat.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "Fil-fatt tajjeb ngħid li anke l-kwantitajiet naqsu għax fil-bidu l-prinċipju ta' Enemalta kien… Imbagħad inbidel il-management ta' Enemalta u filwaqt li qabel kien a pecking order tal-impjanti kif jintużaw...", "GLENN BEDINGFIELD: Xi trid tfisser biha meta tgħid \"pecking order\"?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri l-ewwel tuża l-aktar impjant effiċjenti, imbagħad tuża t-tieni wieħed, imbagħad tuża t-tielet wieħed.", "Peress li għandek variability fil-pricing tal-commodity, kemm tal-interconnector kif ukoll tal-gass, inti trid tipprova tixtri dak il-commodity li dak il-ħin ikun l-aħjar għalik.", "U allura konna qabbadna lil Dr Gordon Cordina jagħmel simulation model fejn qabad il-prezzijiet tal-interconnector u l-prezzijiet tal-gass u għamel optimization model, fis-sens ta' rajna kieku kellna nixtru LNG kemm kien jaqblilna nixtru LNG fil-kuntest fejn għandna dawn il-variables kollha.", "Però m'użax biss l-interconnector u Delimara 4, imma daħħal ukoll il-PVs li hawn fil-pajjiż...", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri d-deċiżjonijiet dwar it-take-or-pay ittieħdu fuq bażi ta' data xjentifika li kien ħareġ biha l-ekonomista Gordon Cordina.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "Fil-fatt konna baxxejna l-actual contractive quantities, għax fl-EoIC l-actual contractive quantities kienu ammont – aħjar li ma ngħidx kemm kien hawnhekk minħabba l-kunfidenzjalità – u kien tnaqqas ammont minnu biex ikun ottimizzat għal Enemalta.", "Fil-fatt kellna wkoll diskussjonijiet ma' ElectroGas biex innaqqsu dawn il-kwantitajiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Xi jfisser li kien ottimizzat għal Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri nieħdu into account il-variability ta' kull tip ta' sors ta' enerġija, mhux biss li għandha Enemalta, imma tal-pajjiż kollu, biex ikun hemm financial gain għal Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Però bottomline baqa' il-fatt li rridu nixtru kollox mingħandhom.", "IS-SUR DAVID GALEA: X'jiġifieri kollox?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri Enemalta trid tixtri l-enerġija kollha li tipproduċi ElectroGas.", "IĊ-CHAIRPERSON: 80% ta' dak li tipproduċi.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux 80% ta' dak li tipproduċi.", "Fil-fatt hemm differenza kbira.", "Inti qed tordna ammont ta' gass u dawl...", "Issa inti trid tidħol on a long term contract.", "KAROL AQUILINA: Ħalli nwaqqfek ftit.", "Jiġifieri inti qed tgħid li Enemalta tordna l-gass.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux tordna l-gass imma tixtri l-gass u d-dawl.", "KAROL AQUILINA: Mela tordna l-gass, tixtri l-gass u tħallas għall-gass.", "Naqblu li Enemalta tħallas għall-gass?", "KAROL AQUILINA: Imbagħad x'jiġri minn hemmhekk?", "Inti kont qed tagħmel dawn il-premessi, u ċioè li tordna l-gass, jasal il-gass u tħallas għall-gass.", "Imbagħad?", "IS-SUR DAVID GALEA: Enemalta mhijiex qed tixtri kull ammont ta' enerġija li jiġi ġġenerat minn ElectroGas.", "RYAN CALLUS: Kemm qegħdin nixtru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx jekk nistax ngħid.", "RYAN CALLUS: Kemm aħna marbutin biex nixtru?", "KAROL AQUILINA: Dażgur li tista' tgħid!", "Mhux finanzi pubbliċi dawn?", "RYAN CALLUS: Dan mhuwiex sigriet.", "Mhux hekk?", "GLENN BEDINGFIELD: Inti għandek tagħrif dwar kemm qed jixtru llum?", "KAROL AQUILINA: Qed jgħid li jaf kemm, imma għandu dubju jekk jgħidhiex jew le.", "IS-SUR DAVID GALEA: X'hemm bħala actual contract quantities.", "RYAN CALLUS: Kemm nixtru?", "Jekk din għandha 205 megawatts (MW) mill-kapaċità kollha li tipproduċi, kemm aħna marbutin li nixtru bilfors mingħandha?", "IS-SUR DAVID GALEA: Aħna marbutin nixtru ammont li huwa ekwivalenti… Għax aħna għandna l-power station ta' Burmeister & Wain Scandinavian Contractor (BWSC) u għandna Delimara 4, jiġifieri l-kwantità mhux marbuta parti ma' Delimara 4 u parti ma' ta' BWSC, imma huwa ammont wieħed, imbagħad jiġi kkalkolat kemm qed jintuża gass u fuq Delimara 4 tuża heat rates tal-impjant biex inti taqleb.", "KAROL AQUILINA: Imma taqbel li l-maġġoranza ta' dawn ġejjin mill-power station ta' ElectroGas.", "Is-sors ewlieni tal-enerġija huwa l-power station ta' ElectroGas.", "KAROL AQUILINA: Jekk il-power station ta' ElectroGas tiġġenera 100 unit – ħalli nuża frażi sempliċi – kemm qegħdin nixtru minnhom bħalissa?", "Qegħdin nixtruhom il-100 li huma?", "Qegħdin nixtru 80 minnhom?", "Qegħdin nixtru għaxra minnhom?", "Kemm qegħdin nixtru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma tistax teħodha li inti qed tixtri gass għal Delimara 4, imma qed tixtri gass għal Delimara 4 u Delimara 3.", "KAROL AQUILINA: Jien qed inkun speċifiku ħafna.", "Insa l-gass; dak huwa marbut ma' affarijiet oħra.", "Hemm il-power station ta' ElectroGas li qed tipproduċi 100 unit – qed nissimplifikaha għall-aħħar – u jien qed nistaqsi kemm qegħdin nixtru minn dawk il-100 unit.", "Qegħdin nixtru 100 unit?", "Qegħdin nixtru 80 unit?", "Qegħdin nixtru 50 unit?", "Qegħdin nixtru 10 units?", "Jew m'aħna qed nixtru xejn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Diffiċli nirrispondi din il-mistoqsija għax mhijiex daqshekk sempliċi.", "Li nista' ngħidlek hu li l-ammont ta' gass li qed tordna Enemalta lanqas biss jammonta għat-total capacity ta' Delimara 4, jiġifieri ta' ElectroGas.", "Issa inti għandek dik li jgħidulha upward flexibility allowance, jiġifieri tista' tordna iktar with a predetermined rate, imbagħad għandna l-faċilità li nistgħu nordnaw at spot rate, jiġifieri nistgħu…", "RYAN CALLUS: Mela ħalli nagħmillek id-domanda b'mod differenti.", "X'inhu l-minimu li aħna marbutin li nixtru mingħand ElectroGas?", "IS-SUR DAVID GALEA: MMBtu nista' ngħidlek.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri shipments tal-gass.", "RYAN CALLUS: Imma trid tagħtini valur ta' persentaġġ biex aħna hawnhekk nifhmu.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri jekk ikolli nistaqsik kemm intużaw miż-2,461,604 MMBtu li daħlu fit-12 ta' Frar 2021, taf tgħidli?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kollox jintuża.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri l-gass li ġġib ElectroGas, Enemalta tixtrih kollu.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma skont kemm tordna.", "Mhux ElectroGas tiddeċiedi kemm tagħti gass lil Enemalta; Enemalta tiddeċiedi kemm għandha bżonn gass.", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, ħallih jixhed.", "GLENN BEDINFIELD: Jien qed inħallih jixhed, Onor. Aquilina, inti m'intix qed tħallih jixhed.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, mill-gass li tordna, kemm minnu jħallas għalih il-poplu Malti u Għawdxi?", "Kollu jħallas għalih?", "IS-SUR DAVID GALEA: Enemalta tħallas fuq kemm tikkonsma.", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi): L-unika ħaġa li ħadna b'xejn hawnhekk huwa l-impjant.", "Il-gass trid tixtrih.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nagħtik eżempju ta' veru.", "Jekk fit-23 ta' Marzu ta' tliet snin ilu ordnajna 2,236,220 MMBtu, dawk kollha ħallasna għalihom jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma inti qed tgħid li Enemalta ordnat...", "KAROL AQUILINA: Iva, dan huwa shipment tal-LNG.", "IS-SUR DAVID GALEA: Qed tirriferi għall-early gas period?", "KAROL AQUILINA: Għandi s-shipments li saru mill-2017 sal-2021.", "Ħalli ngħaddilek il-lista tax-shipment.", "RYAN CALLUS: Din hija lista li bagħtulna Enemalta – li fiha ngħatajna nofs l-informazzjoni li tlabna – tax-shipments li ġew ordnati f'volum ta' gass MMBtu.", "Mill-ewwel shipment li sar, kemm aħna kuntrattati mill-inqas – insa l-flexibility u jekk ikollna bżonn iktar – li rridu nħallsu minnu?", "ALEX MUSCAT: Kollega, il-mistoqsija hija fuq ix-xiri tal-gass jew fuq ix-xiri tal-elettriku?", "KAROL AQUILINA: Is-Sur Galea qed jgħid li hemm differenza bejn ix-xiri tal-gass u x-xiri tal-elettriku, u aħna qed nistaqsuh min qed iħallas għall-gass kollu li jiġi Malta.", "KAROL AQUILINA: Qed inħallsu kollu għalih aħna dak li qed jiġi?", "GLENN BEDINGFIELD: Il-gass li jmur l-Italja min iħallas għalih?", "KAROL AQUILINA: Safejn naf jien aħna ma nibagħtux gass l-Italja.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-gass li jmur l-Ingilterra min iħallas għalih?", "ALEX MUSCAT: Jekk qed nifhem sew, il-gass li tuża l-power station ta' ElectroGas, u anke għandi nifhem dik ta' BWSC li kienet taħdem bil-heavy fuel oil (HFO),...", "RYAN CALLUS: Għax setgħet tiġi konvertita.", "ALEX MUSCAT: Ġiet konvertita.", "Dak iħallas għalih l-operatur, imbagħad Enemalta...", "Is-Sur Galea għadu kif qal taħt ġurament li Enemalta tordna l-gass, imbagħad hi tħallas.", "Issa aħna qed nistaqsuh jekk dawn ix-shipments tal-gass ħallsitx għalihom kollha Enemalta.", "Jien hekk qed nifhem.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nistax ngħid jekk ħallsithomx kollha Enemalta.", "Dawn huma inputs.", "KAROL AQUILINA: Biex niftehmu, meta jiġi tanker tal-gass mimli sa ruħ ommu hawn Malta, jintuża kollu minn Enemalta?", "GLENN BEDINGFIELD: Kemm għandha iktar klijenti ElectroGas?", "Kemm-il power station għandna Malta?", "CLAYTON BARTOLO: Bl-iktar rispett, dawn huma mistoqsijiet li jridu jsiru lil Enemalta mhux lis-Sur Galea.", "KAROL AQUILINA: Għaliex is-Sur Galea għamel il-kalkolu ta' kemm...", "CLAYTON BARTOLO: Jekk aħna llum jew, wara dan il-perjodu… Sur Galea, jekk m'iniex sejjer żball, l-aħħar darba għedtilna li għamilt ix-xogħol li kellek tagħmel, imbagħad ma bqajtx...", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq l-actual, ma nafx informazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Kemm għandha klijenti ElectroGas f'Malta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Wieħed.", "GLENN BEDINGFIELD: Allura min jordna x-xogħol għand ElectroGas?", "IS-SUR DAVID GALEA: Enemalta tordna x-xogħol.", "RYAN CALLUS: Jaħasra din hija ħaġa sempliċi.", "Ħalli ngħidlek kemm hi sempliċi.", "Insa x'intuża s'issa u insa t-tabella li għadna kif għaddejnilek.", "Jien għamiltlek domanda li ili nagħfas fuqha madwar kwarta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax mhijiex daqshekk sempliċi.", "RYAN CALLUS: Imma hemm xi ħaġa sempliċi li tista' tweġibni għaliha u, jew qed tipprova taħrab minnha, jew m'intix tifhimni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'iniex qed nipprova naħrab, m'iniex qed nifhem x'qed tgħid.", "RYAN CALLUS: Jien staqsejtek: Fil-kuntratti x'aħna obbligati li nixtru enerġija bħala minimu mingħand ElectroGas?", "GLENN BEDINGFIELD: Mhux skont kemm tipproduċi!", "IS-SUR DAVID GALEA: Nista' ngħidlu?", "(Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Jiġifieri jafha u ma jridx jgħidha!", "KAROL AQUILINA: Jekk tafha, trid tgħidha.", "Ftakar li qiegħed taħt ġurament.", "RYAN CALLUS: Mela qegħdin nilagħbu nogħli!", "Id-domanda hija ċara.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, kwalunkwe mistoqsija li tirrelata ma' Enemalta naħseb li għandha ssir lill-uffiċjali ta' Enemalta, u ngħid għalfejn.", "GLENN BEDINGFIELD: Għandna ruling tal-Ispeaker fuq hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-ruling tal-Ispeaker m'għandu x'jaqsam xejn ma' din it-tip ta' domanda.", "CLAYTON BARTOLO: Il-punt tiegħi huwa wieħed.", "Jien m'għandi ebda problemi li jsiru dawn it-tip ta' mistoqsijiet, però rridu naraw lil min qegħdin isiru għax dawn huma mistoqsijiet li jirrelataw b'mod dirett ma' Enemalta.", "Sur Galea, inti qiegħed hawnhekk f'isem Enemalta?", "KAROL AQUILINA: Inti ħdimt ma' Enemalta?", "Inti tħallast mingħand Enemalta?", "GLENN BEDINGFIELD: Is-Sur Galea kien Project Manager, ma kienx… (Interruzzjonijiet)", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, jien naf fejn sejra din il-linja tal-ħsieb tal-kollegi.", "RYAN CALLUS: Lejn il-verità.", "CLAYTON BARTOLO: Mhux lejn il-verità, se tippruvaw…", "RYAN CALLUS: Jien qed nitlob il-fatti.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAYTON BARTOLO: Il-fatti itlobhom lil min kapaċi jagħtihomlok.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Galea qed jiġi mistoqsi biex iwieġeb domandi speċifiċi.", "CLAYTON BARTOLO: Eżatt, mistoqsijiet speċifiċi dwar l-operat ta' Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk is-Sur Galea, qiegħed f'pożizzjoni li jwieġeb għandu jwieġeb, jekk mhuwiex f'pożizzjoni li jwieġeb...", "CLAYTON BARTOLO: Anke l-informazzjoni li qed tistaqsu fuqha ġiet provduta lilna minn Enemalta mhux mis-Sur Galea, mela allura jwieġbu n-nies ta' Enemalta.", "RYAN CALLUS: Insa l-lista li tatna Enemalta...", "CLAYTON BARTOLO: Mhux fuqha tkellimtu!", "RYAN CALLUS: Imma jien mhux minn hemmhekk bdejt.", "CLAYTON BARTOLO: Mhux minn hemmhekk qed tistaqsi?", "CLAYTON BARTOLO: Qed tikkwota mil-lista!", "KAROL AQUILINA: Bħala eżempju qegħdin ngħidulu.", "CLAYTON BARTOLO: Qed tikkwotaw l-informazzjoni.", "Intom għandkom lista ta' aktar minn 100 xhud, meta jkun imiss jiġu hawnhekk in-nies ta' Enemalta staqsu lilhom.", "RYAN CALLUS: Is-Sur Galea kien involut fin-negozjati biex wasalna għal din iċ-ċifra u jafha l-informazzjoni, jafha ċ-ċifra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, ir-regoli ma tagħmilhomx int.", "CLAYTON BARTOLO: Għamilhom l-Ispeaker fir-ruling tiegħu fejn qal li l-informazzjoni għandkom tistaqsuha lil min hu...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-ruling tal-Ispeaker kien… Il-linja tal-Ispeaker kienet jekk… (Interruzzjonijiet) Is-Sur Galea jaf għax kien involut fil-proċess mill-bidu sal-aħħar.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Galea, taf kemm qegħdin jixtru llum?", "Mela jekk ma jafx kemm qegħdin jixtru llum!?", "ALEX MUSCAT: Sur Galea, inti hawnhekk illum tista' titkellem għan-nom ta' Enemalta u tagħti informazzjoni li hija purament ta' Enemalta?", "KAROL AQUILINA: Din mhijiex informazzjoni tagħhom.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex qed nirrappreżenta lil Enemalta.", "ALEX MUSCAT: Sur Galea, qed nifhem sew li inti tqabbadt biex tara li jiġi mplimentat il-proġett tal-enerġija relatat li mbagħad...", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-kundizzjonijiet li jirregolaw dan il-kuntratt.", "Issa dawn il-kundizzjonijiet...", "ALEX MUSCAT: Allura lis-sinjur irridu nistaqsuh fuq il-proċess.", "KAROL AQUILINA: Mhux fuq hekk qed nistaqsuh?", "RYAN CALLUS: Qed nistaqsuh fuq il-proċess, ma bediex jifhimni u allura...", "ALEX MUSCAT: Le, inti u l-kollega tiegħek qegħdin tistaqsuh affarijiet li hu mhux responsabbli minnhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Lis-Sur Galea qed nistaqsuh informazzjoni konsegwenzjali għal ftehim li hu kien responsabbli għalih.", "ALEX MUSCAT: Imma konsegwenzjali tfisser… Taf kemm hemm affarijiet konsegwenzjali?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm kuntratt li probabbilment daqskemm jaf id-dettalji tiegħu s-Sur Galea, ma jafhom ħadd.", "Dan il-kuntratt daħal in vigore u konsegwenza tiegħu llum għadna nixtru l-gass u nirregolaw l-operazzjoni…", "GLENN BEDINGFIELD: Mela staqsi fuq il-kuntratt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Lis-Sur Galea qegħdin nistaqsuh: Skont dak il-kuntratt, jekk inxtara b'€100 gass, kemm aħna obbligati nixtru jew nikkunsmaw minnu?", "U bħala eżempju kkowtaw figura ta' shipment li kien hemm fl-2017 mil-lista u staqsewh: Skont il-klawsoli ta' dak il-kuntratt kif inhu rregolat dan ix-xiri tal-gass?", "Li qed nistaqsuh fuq ix-xiri tal-lum huwa konsegwenzjali tal-kuntratt li jaf hu.", "Ir-regoli, il-kundizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet li hemm f'dak il-kuntratt, kif japplikaw għal din ix-xirja?", "Jiġifieri huwa totalment relatat u m'iniex se nittollera li noħorġu b'ideat ġodda u ngħidu lix-xhud li hu kien responsabbli mill-kuntratt, però ma jistax iwieġeb għalih għax m'għadux ma' Enemalta.", "Is-Sur Galea jaf x'fih il-kuntratt, jaf x'inhuma l-obbligazzjonijiet naxxenti minn dak il-kuntratt u allura qed nistaqsuh kif japplikaw dawk l-obbligazzjonijiet għal dawn ix-shipments ta' xiri ta' gass.", "GLENN BEDINGFIELD: Is-Sur Galea jista' jitkellem fuq l-obbligazzjonijiet ta' Enemalta?", "RYAN CALLUS: Mhux hekk staqsejt jien?", "KAROL AQUILINA: Mhux fuq hekk qegħdin nitkellmu?", "GLENN BEDINGDFIELD: Le, mhux hekk staqsejtu.", "RYAN CALLUS: Se nerġa' nirrepeti biex tifhmuni.", "Skont l-obbligazzjonijiet tal-kuntratt li inti kont parteċipi fih, minn meta ġie ffirmat sal-aħħar u bqajt anke wara għax għamilt ir-rapport b'risposta lill-Awditur Ġenerali… L-obbligazzjoni tagħna hija ċara.", "Skont il-PPA li hemm ma' ElectroGas, x'inhu l-minimu ta' enerġija li għandna nixtru mingħand ElectroGas?", "Kif inhu kuntrattat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ma nistax inwieġeb domanda daqshekk kunfidenzjalil fil-pubbliku.", "RYAN CALLUS: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq flus il-poplu.", "RYAN CALLUS: Din mhijiex kumpanija tiegħi u flus tiegħi, imma huma flus tagħna lkoll, tal-poplu.", "CLAYTON BARTOLO: Hija informazzjoni kummerċjalment sensittiva.", "RYAN CALLUS: In-nies hemm barra m'għandhomx ikunu jafu bil-flus tagħhom...", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, inti tafha din l-informazzjoni.", "RYAN CALLUS: Hawnhekk qed nitkellmu fuq mijiet ta' miljuni ta' ewro.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, inti tafha din l-informazzjoni u taf li qiegħed taħt ġurament.", "ALEX MUSCAT: Se nibdew nheddu issa!", "KAROL AQUILINA: Jekk jogħġbok tattribwixxix lili intenzjonijiet ħżiena.", "Sur Galea, aħna qed nagħmlulek mistoqsija u inti għandek għażla, jew tweġibha, kif għandek obbligu li tagħmel quddiem dan il-Kumitat, jew inkella se jkollna nieħdu azzjonijiet mod ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Onor. Aquilina, jekk trid l-azzjonijiet ħudhom inti.", "Ma tistax titkellem f'isem dan il-Kumitat.", "KAROL AQUILINA: Aħna għandna dritt, bħala Kumitat, li nkunu nafu dawn l-affarijiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Onor. Aquilina, ma tistax titkellem f'isem il-Kumitat, jekk trid, tkellem f'ismek.", "M'għandekx għalfejn toqgħod thedded lix-xhieda u lanqas lilna għax m'aħniex se noqogħdu għat-theddid.", "KAROL AQUILINA: M'iniex qed nhedded lix-xhud, qed ngħidlu li għandu obbligu jwieġeb u hu qed jirrifjuta li jwieġeb.", "ALEX MUSCAT: Mhuwiex awtorizzat minn Enemalta li jwieġeb għan-nom tagħhom.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, jekk jogħġbok, wieġeb id-domanda.", "Inti taf dik l-informazzjoni u ma tridx tagħtihielna.", "Jekk jogħġbok wieġeb id-domanda.", "CLAYTON BARTOLO: Mhux qed jgħidlek li jafha u ma jridx jagħtihielek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Minħabba s-sigriet professjonali.", "KAROL AQUILINA: Inti ilek tiġi hawnhekk għal erba' laqgħat u qatt ma nvokajt l-ebda sigriet professjonali u safejn naf jien m'għandekx sigriet professjonali.", "Se mai jekk trid tgħid, għid li għandek xi obbligu ta' kunfidenzjalità.", "Sigriet professjonali ma naħsibx li għandek.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri inti marbut b'obbligu ta' kunfidenzjalità u abbażi ta' dak ma tistax...", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "KAROL AQUILINA: Imma trid tgħidilna minn fejn joħroġ.", "Għandek xi kuntratt?", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, inti qed tgħid li ma tistax tagħti din l-informazzjoni għax għandek obbligu ta' kunfidenzjalità.", "Issa jiena, bħala Chairman, qed nistaqsik minn fejn joħroġ dan l-obbligu li qed tgħid li għandek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Joħroġ mil-letter of engagement tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' turina minn fejn joħroġ mil-letter of engagement?", "IS-SUR DAVID GALEA: M'għandix il-letter of engagement hawnhekk, u lanqas kieku għandi, hija ħaġa ovvja li...", "X'jiġifieri ovvja?", "GLENN BEDINGFIELD: Qed tippruvaw...kif dejjem tippruvaw tagħmlu f'kull laqgħa.", "Qed tistaqsu lil persuna estranea għal Enemalta biex jagħti informazzjoni fuq obbligu li għandha Enemalta.", "Issa jkun hawn il-persuni nkarigati...", "KAROL AQUILINA: Għax hu ħa ħsiebha.", "GLENN BEDINGFIELD: Intom ilkoll avukati intelliġenti ferm iktar minn din in-naħa…", "IĊ-CHAIRPERSON: U le!", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandi l-ebda dubju li l-intelliġenza tagħkom hija superjuri, u allura tafu li l-obbligi ta' Enemalta ma tistax tirrispondi għalihom persuna estranea għall-kumpanija.", "Daqskemm, pereżempju, tista' tistaqsi affarijiet tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni lil xi ħadd li ħadem xogħol għall-istess grupp.", "Agħmlu dawn id-domandi meta jkun hawn il-persuna responsabbli.", "Aħna qatt ma żammejna l-informazzjoni milli toħroġ, però għandkom lista ta' iktar minn 85 xhud…", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, aħna bgħattna ittra lil Enemalta biex jagħtuna l-informazzjoni, u ġew b'lista redikola u b'covering letter tgħid li qegħdin jirrifjutaw jagħtuna din l-informazzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Għax l-informazzjoni li tlabtu tappartjeni lil ElectroGas, u Enemalta ma tistax tirrispondi għal ElectroGas.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Kemm ħallset Enemalta għall-gass…", "GLENN BEDINGFIELD: Inti, bħala avukat, meta jiġi klijent għandek…", "RYAN CALLUS: Min iħallasha lil ElectroGas?", "GLENN BEDINGFIELD: X'għandu x'jaqsam!", "RYAN CALLUS: Min iħallasha lil ElectroGas?", "Mhux minn flusna titħallas?", "Minn fondi pubbliċi titħallas.", "GLENN BEDINGFIELD: Meta jkun hawn in-nies ta' Enemalta… Taf min kien jaħbi l-fondi pubbliċi?", "L-ex Ministru Austin Gatt, għax lanqas il-kuntratti ma kien iġibilna, u kull mistoqsija li kienet issir kien jinħeba wara l-kunfidenzjalità.", "KAROL AQUILINA: Ġewwa 17 Black.", "Hux hekk?", "GLENN BEDINGFIELD: Ipokrezija fuq żewġ saqajn hawn ġew!", "ALEX MUSCAT: Fir-risposta Enemalta qed tgħidilkom li din mhijiex informazzjoni tagħha…", "KAROL AQUILINA: L-Enemalta qed...meta tgħid hekk.", "RYAN CALLUS: Min qed iħallasha lil ElectroGas?", "ALEX MUSCAT: Stenna ftit, għax hawnhekk saret allegazzjoni li tlabna xi informazzjoni li ma ngħatatx lil dan il-Kumitat.", "RYAN CALLUS: Mija fil-mija.", "ALEX MUSCAT: Mhu veru xejn għax l-informazzjoni kollha qiegħda hawnhekk.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri intom qed tgħidulna li aħna, bħala rappreżentanti tal-poplu, m'għandniex dritt li nkunu nafu dwar dawn il-miljuni kollha ta' ewro li qegħdin inħallsu mit-taxxi tagħna lil ElectroGas.", "KAROL AQUILINA: Biegħtu ruħkom.", "RYAN CALLUS: Dan mhux aċċettabbli!", "Aħna għandna dritt inkunu nafu fejn marru dawn il-miljuni ta' ewro.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-bwiet tan-nies marru għax iffrankaw €80 miljun.", "RYAN CALLUS: Fil-bwiet ta' Keith Schembri, ta' Joseph Muscat u ta' Konrad Mizzi marru mhux fil-bwiet tan-nies!", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-ġudizzju jagħmluh in-nies li qegħdin jisimgħuna.", "Sur Galea, ħa nerġa' nagħmillek il-mistoqsija.", "Inti se twieġeb jew mhux se twieġeb?", "GLENN BEDINGFIELD: Inti taħseb li tista' twieġeb għall-obbligazzjonijiet ta' Enemalta?", "Is-sinjur ilu erba' jew ħames seduti jwieġeb hawnhekk, imma ma jistax iwieġeb fuq obbligi li għandha Enemalta.", "Sur Galea, inti firmatarju ta' dak il-kuntratt?", "KAROL AQUILINA: Imma kont parteċipi biex inkiteb dak il-kuntratt għax kont parti mid-deal li sar.", "GLENN BEDINGFIELD: Id-draft tal-kuntratt inti għamiltu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux jien.", "GLENN BEDINGFIELD: Is-sinjur kien fil-proċess tal-għażla mhux fil-kuntratt.", "KAROL AQUILINA: Inti taf l-informazzjoni u aħna qed nitolbuk tgħidilna.", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-każ ikolli nitlob ruling mingħand l-Ispeaker.", "KAROL AQUILINA: Inti ma tistax titlob ruling mingħand l-Ispeaker għax m'intix Membru tal-Kamra tad-Deputati.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mela nitlob lill-Kumitat biex ma nirrispondix.", "KAROL AQUILINA: Lanqas tista' tagħmel talbiet lil dan il-Kumitat għax m'intix parti minnu.", "CLAYTON BARTOLO: L-isfortuna hija li x-xhud għandu jingħata l-protezzjoni miċ-Chairman, imma ċ-Chairman qed jieħu n-naħa li m'għandux jieħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ix-xhud qed jiġi mistoqsi fuq materji li…", "GLENN BEDINGFIELD: Li mhux responsabbli għalihom hu.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, agħti l-protezzjoni tiegħek lix-xhud.", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa responsabbli għal għemilu u għemilu huwa…", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, din hija kollha intimidazzjoni fuq ix-xhud.", "KAROL AQUILINA: Ix-xhud jibża' mill-verità.", "Dik hija l-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan il-Kumitat, f'ġieħ it-trasparenza, qed jistaqsi fuq dettall fundamentali ta' jekk id-deal li sar huwiex deal tajjeb.", "Hawn min jargumenta li huwa deal tajjeb u hawn min jargumenta li mhuwiex deal tajjeb.", "Allura dan il-Kumitat qed jipprova jitfa' aktar dawl ta' fiex jikkonsisti d-deal.", "U element fundamentali ta' jekk huwiex tajjeb jew le dan id-deal huwa jekk l-obbligazzjonijiet li ntrabtet bihom Enemalta humiex obbligazzjonijiet favorevoli; hemm min jgħid li huma favorevoli u hemm min jgħid li mhumiex.", "Mela li nitolbuh jgħidilna x'inhuma l-obbligazzjonijiet, u ċjoè x'inhu l-committment ta' Enemalta, biex dan il-Kumitat ikun jista' jasal għall-konklużjoni ta' jekk huwiex deal tajjeb jew le, huwa fundamentali.", "Jiġifieri intom, Membri ta' dan il-Kumitat, ma tridux li aħna u n-nies hemm barra ikollhom dettall fundamentali, id-dettall ta' x'inhuma l-obbligazzjonijiet ta' Enemalta f'dan il-kuntratt?", "GLENN BEDINGFIELD: Meta toħroġ il-verità kollha l-poplu Malti se jkun jaf li dan kien deal tajjeb li minnu gawda l-poplu Malti u Għawdxi.", "GLENN BEDINGFIELD: Is-sinjur m'għandu l-ebda jedd li jwieġeb f'isem ħaddieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-sinjur jafha l-informazzjoni.", "KAROL AQUILINA: Jaf u ma jridx jgħidilna.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux ma rridx, imma marbut...", "KAROL AQUILINA: Ma tridx tgħidilna.", "Iġġibx skużi.", "IĊ-CHAIRPERSON: S'issa għedtilna 10 skużi għalfejn ma tridx twieġeb.", "Huwa fl-interess tal-Kumitat, inkluż tagħkom, li nkunu nafu x'inhuma l-kundizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn dan il-kuntratt, imma intom ma tridux.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, mhux ma rridux, anzi qed ngħidu, bħalma għedna fil-laqgħa preċedenti, u l-Ispeaker tana raġun fuqha biex tara kemm kontu skorretti,…", "KAROL AQUILINA: Ħallu lix-xhud iwieġeb.", "GLENN BEDINGFIELD: U qed terġgħu tkunu skorretti llum.", "Ipokrezija fuq żewġ saqajn hawn f'dan il-Kumitat fuq in-naħa tagħkom.", "KAROL AQUILINA: Intom għandkom bżonn tlieta jew erbgħa kull wieħed għall-ipokrezija li għandkom!", "GLENN BEDINGFIELD: Dak li qed ngħidu aħna huwa li rridu l-fatti kollha joħorġu.", "U l-Gvern jaqbillu meta joħorġu l-fatti kollha għax kulħadd ikun jista' jara li dan kien deal – intom issejħulu deal u aħna nsejħulu proġett u investiment – li minnu gawda l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Veru li s-sinjur kien parti mill-proċess li wassal għal dak il-ftehim, imma ma kienx parti mill-ftehim u lanqas kien firmatarju tal-ftehim.", "Intom qed tistaqsu lix-xhud fuq obbligi ta' Enemalta, u Enemalta għandha n-nies li jitkellmu għaliha; għandha l-avukati legali tagħha, għandha ċ-Chairman… Għandkom lista ta' aktar minn 85 xhud, li ħafna minnhom huma uffiċjali ta' Enemalta, u meta jiġu n-nies ta' Enemalta staqsu lilhom dwar l-obbligi tagħhom, mhux tistaqsu lil dan ix-xhud li huwa estraneju għall-kumpanija.", "KAROL AQUILIINA: Sur Galea, aħna qegħdin ninsistu li inti twieġeb għal din il-mistoqsija.", "Ma jidhirx li għandek xi impediment biex tweġibha.", "Ilek f'dawn is-sessions…", "IS-SUR DAVID GALEA: Dejjem weġibt għad-domandi.", "KAROL AQUILINA: U ġibtilna d-dokument.", "M'għedtx li għandek kunfidenzjalità għal dan id-dokument; ġibtulna.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma ħadt il-permess ta' Enemalta.", "Imma ġibtu.", "GLENN BEDINGFIELD: Mela jista' jistaqsi għall-permess ta' Enemalta dwar din?", "KAROL AQUILINA: M'għandux għalfejn jistaqsi l-permess ta' Enemalta.", "Qiegħed hawnhekk jitkellem u jispjega.", "Ilu erba' sessions…", "GLENN BEDINGFIELD: Inkella se nitolbu jien, u se nitlob vot.", "Jien niddejjaq nitlob vot f'dan il-Kumitat, m'huwiex gost u pjaċir tiegħi, imma…", "RYAN CALLUS: Sur President, naħseb in-naħa tal-Gvern mhijiex tirrealizza xi ħaġa importanti.", "Mill-minuti li għandna jidher – u se nikkwota – li t-total ta' dan il-kuntratt huwa stmat bejn €4 biljun u €5 biljun.", "U nibqa' nesiġi, Sur President, li bħala rappreżentant tal-poplu għandi jkun naf kif intnefqu €5 biljun mit-taxxi tagħna.", "Mela nsib dan l-impediment kollu biex toħroġ din l-informazzjoni!", "Għalija dan mhux aċċettabbli.", "Jien ma nafx x'wiċċ għandna mmorru hemm barra niffaċċjaw lin-nies meta qed ngħidulhom li m'għandux jinteressahom kif infaqna €5 biljun!", "Il-€5 biljun marru biex jiġi ġġenerat l-elettriku, li minnhom in-nies qed jiffrankaw fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma…", "KAROL AQUILINA: Mela jispjegalna kif.", "GLENN BEDINGFIELD: ...li intom ivvutajtu bil-qalb biex jogħlew!", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, ħallih iwieġeb.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn talba minn Membru ta' dan il-Kumitat biex is-Sur Galea jwieġeb din il-mistoqsija.", "GLENN BEIDNGFIELD: Sur President, ħa nagħmel talba u se nivverbalizzaha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nibdew bit-talba tal-Onor.", "Agħamel it-talba, Onor. Aquilina.", "KAROL AQUILINA: Aħna qegħdin nistaqsu lix-xhud sabiex jgħid x'ammont hu obbligat li jixtri l-Gvern Malti mill-power station ta' ElectroGas.", "Is-Sur Galea għamel riferenza għall-ammont ta' gass li jiġi supplied, urejnih il-figuri ta' Enemalta dwar hekk, u hu qed jgħidilna li qed tirrifjuta li jwieġeb din il-mistoqsijia.", "Qed naqblu li ġraw hekk l-affarijiet?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qed nirrifjuta fuq il-bażi tas-sigriet professjonali.", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-professjoni tiegħek x'inhi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qed tgħid li abbażi tas-sigriet professjonali qua għax inti accountant…", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħala persuna…", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti qed toġġezzjona.", "Issa jien irrid spjegazzjoni ta' għalfejn qed toġġezzjona li twieġeb.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħala relazzjoni professjonali mal-klijent tiegħi ma nħossx li għandi nwieġeb għal din il-mistoqsija għax hija xi ħaġa kunfidenzjali tal-klijent.", "Għandkom tistaqsuha lill-klijent mhux lili.", "KAROL AQUILINA: U kont qed tispjegalna kif taħdem.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad wasalt f'punt, fejn kont se tidħol fl-ispeċifiku, u ma ridtx tgħidilna.", "GLENN BEIDNGFIELD: Qegħdin tippruvaw toħolqu… Il-ġimgħa d-dieħla ġibu lil ta' Enemalta u staqsuhom.", "KAROL AQUILINA: Le, jaħasra, aħna qed nippruvaw nifhmu mingħandu għalfejn qed jirrifjuta li jwieġeb.", "GLENN BEDINGFIELD: Qegħdin tippruvaw toħolqu kwestjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn din it-talba.", "Il-Kumitat huwa favur li x-xhud jiġi ordnat iwieġeb din il-mistoqsija?", "Aħna kontra.", "KAROL AQUILINA: Bir-rispett kollu, din lanqas hija kwestjoni ta' vot.", "GLENN BEDINGFIELD: Itlob ruling mingħand l-Ispeaker.", "ALEX MUSCAT: Sur President, din timxi paripassu eżatt mat-talba li kont għamilt jien żewġ seduti ilu fejn għedt li l-informazzjoni għandna nġibuha minn ras il-għajn u mhux bil-messaġġiera.", "La huwa messaġġier l-Awditur u lanqas hu messaġġier ix-xhud li għandna quddiemna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hu m'għandux għalfejn imur għand Enemalta għax diġà għandu din l-informazzjoni.", "ALEX MUSCAT: Din l-informazzjoni huwa fl-interess tagħna…", "KAROL AQUILINA: Dan tħallas €1 miljun tagħha ta!", "KAROL AQUILINA: Mela kemm tħallast?", "ALEX MUSCAT: Huwa fl-interess tagħna li l-poplu jkun jaf kemm qed jiffranka flus fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.", "Imma l-informazzjoni trid tintalab mingħand min għandha tintalab.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dan l-istadju se jsiru aktar mistoqsijiet lix-xhud.", "KAROL AQUILINA: Kemm tħallast għax-xogħol ta' Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm miktub fir-rapport.", "Bl-amment ma nafx, imma żgur mhux…", "KAROL AQUILINA: Tħallast €500,000?", "KAROL AQUILINA: Tħallast €300,000?", "IS-SUR DAVID GALEA: Probabbilment inqas.", "KAROL AQUILINA: Tħallast €200,000?", "Jidher li taf u ma tridx tgħidilna.", "Dan huwa logħob li noqgħod nistaqsik jekk hux €0.5 miljun jew le.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tgħaddilna l-informazzjoni ta' kemm tħallast minn Enemalta?", "RYAN CALLUS: Ma tafx kemm tħallast?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hija miktuba fir-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "GLENN BEDINGFIELD: Intom qrajtuh ir-rapport tal-Awditur Ġenerali?", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: X'diffikultà għandek biex tgħidha?", "GLENN BEDINGFIELD: Ċirku ġibtuh dan il-Kumitat.", "RYAN CALLUS: Tridu taħbu kemm tħallas.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma rridu naħbu xejn.", "RYAN CALLUS: Ħalluh iwieġeb mela!", "KAROL AQUILINA: Din hija mistoqsija dwarek, m'għandek l-ebda sigriet għax tista' teżenta lilek innifsek.", "Jien neżenta lili nnifsi mis-sigriet professjonali fir-rigward tiegħi nnifsi.", "Kemm tħallast minn Enemalta?", "GLENN BEDINGFIELD: X'jiġifieri!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Din żgur hija informazzjoni li għandu, għax fuqu nnifsu mhux fuq Enemalta.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma mhux jgħidha hu.", "Mela din l-attitudni…", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, saritlek il-mistoqsija ta' kemm tħallast minn Enemalta, u r-risposta tiegħek hija li ma tafx.", "Mela allura nitolbok biex sal-laqgħa li jmiss…", "KAROL AQUILINA: Le, jaf bejn wieħed u ieħor, għax staqsejtu jekk hux €0.5 miljun u qalli le, u staqsejtu jekk hux €300,000 qalli le.", "Staqsejtu wkoll jekk hux €200,000 u ħa naraw x'se jwieġeb.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bejn €150,000 u €200,000.", "GLENN BEDINGFIELD: Fuq perjodu ta' kemm?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq madwar tlieta u erba' snin.", "KAROL AQUILINA: Mort tajjeb!", "Iġġibilna ftit il-kontijiet li ħriġt lil Enemalta?", "GLENN BEDINGFIELD: Inqas minn €50,000 fis-sena.", "IĊ-CHAIRPERSON: Id-doppju u nofs tal-onorarja ta' Membru Parlamentari.", "IS-SUR DAVID GALEA: M'intomx imħallsin tajjeb.", "CLAYTON BARTOLO: Kien hemm min ħa €500 żieda fil-ġimgħa, imma nsomma.", "KAROL AQUILINA: U kien hawn min ħa €5,000 kuljum mill-korruzzjoni.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma ġibtx prova waħda tagħha din.", "ALEX MUSCAT: Dawn l-invoices kont tiddikjarahom?", "Kont tħallas taxxa fuqhom?", "IĊ-DCHAIRPERSON: Mela s-sinjur se jagħtina informazzjoni dwar kemm tħallas għal din il-biċċa xogħol minn Enemalta u t-talbiet għall-ħlas li għamel għas-servizzi tiegħu.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Galea, naħseb li t-tax returns daħħalthom hux?", "GLENN BEDINGFIELD: Iddikjarajthom fit-taxxi tiegħek?", "Mela aħjar mill-Membri Parlamentari għax ma ddikjarawhomx!", "Ara fuq din ma jgħidu xejn!", "Jgħattulu!", "Jaqbżu għalih!", "KAROL AQUILINA: Apparti Enemalta, għamilt xogħol ieħor għall-Ministeru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri għall-Ministeru għall-Enerġija?", "GLENN BEDINGFIELD: Ma nafx x'għamel jew m'għamilx, imma m'għandux x'jaqsam ma' dan ir-rapport.", "KAROL AQUILINA: Ħalluh iwieġeb!", "GLENN BEDINGFIELD: Qed tagħmlu mistoqsijiet li m'għandhomx x'jaqsmu.", "Apparti Enemalta, għandek aktar klijenti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dażgur li għandi.", "GLENN BEDINGFIELD: Għandu aktar klijenti.", "Allura se toqogħdu tistaqsuh fuq il-klijenti tiegħu?", "KAROL AQUILINA: Jien qed nistaqsih biex nara r-relazzjonijiet professjonali tiegħu…", "GLENN BEDINGFIELD: Hawnhekk qegħdin biex niddiskutu r-rapport tal-NAO.", "Inkella se ndaħħlu proċeduri u prassi ġodda fejn noqogħdu nistaqsu fuq…", "RYAN CALLUS: Ħalliha ħa toħroġ il-verità.", "GLENN BEDINGFIELD: Dejjaqtu lil kulħadd!", "B'din l-attitudni qed tkomplu titilfu l-kredibilità.", "Araw il-polls!", "RYAN CALLUS: Ara l-polls tal-Ħadd li għadda ħa tara!", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, għadu ma ċċaqlaqx perċentwal Bernard Grech.", "Fejn kien għadu.", "X'affarijiet dawn!", "Noqogħdu nistaqsu x'għamel… Hawnhekk qegħdin biex ninvestigaw ir-rapport tal-Awditur, u dak hu li għandna ninvestigaw.", "KAROL AQUILINA: Ħallih iwieġeb.", "IS-SUR DAVID GALEA: Li nista' ngħid huwa li fil-ħin li qegħdin nagħmlu hawnhekk niddiskutu… Bis-saħħa tal-proġett li għamilna, bil-cost savings ta' Enemalta l-Gvern jista'…", "KAROL AQUILINA: Attent għax għandek is-sigriet professjonali.", "Ara ma tgħidx xi affarijiet għax inkella inġibu l-Gvern fl-inkwiet!", "IS-SUR DAVID GALEA: ...jissusidja erba' COVID-19 wage supplements għal sena.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħseb u ara bil-€5,000 kuljum li kienu se jieħdu Keith Schembri u Konrad Mizzi kemm konna nagħmlu affarijiet! €5,000 kuljum li kienu se jieħdu Keith Schembri u Konrad Mizzi bid-deal tal-power station li dawn għadhom jiddefendu.", "Għadhom jiddefendu lil Keith Schembri u Konrad Mizzi!", "Ara veru… U jibqgħu jgħidu li huma allegazzjonijiet!", "GLENN BEDINGFIELD: Mela kwarta ilu qal li ħaduhom u issa qed jgħid li kienu se jeħduhom!", "RYAN CALLUS: Biċ-ċifri li għadek kemm semmejt kxift affarijiet li huma privati, fejn inti ħassejt li huma tajbin għan-naħa tiegħek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Huma pubbliċi.", "RYAN CALLUS: Bir-ispett kollu, dan għalija huwa diżrispett lejn il-Kumitat.", "Inti għadek kemm tajt ċifri, b'mod indirett, in terms of wage supplements, u meta aħna staqsejnik kontrosens mistoqsijiet oħrajn fuq dispożizzjonijiet finanzjarji, inti għażilt, konvenjentement, għalija b'mod qarrieqi lejn dan il-Kumitat, li teżenti ruħek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-financial statements ta' Enemalta huma pubbliċi.", "KAROL AQUILINA: Jien staqsejtek jekk għamiltx xogħol ieħor, li tħallast għalih, għall-Ministeru ta' Konrad Mizzi.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien noġġezzjona għal dawn it-tip ta' mistoqsijiet.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, għamilt.", "Intom kontu għamiltu mistoqsija parlamentari fuqi dwar id-dipartimenti kollha tal-Gvern, u għandkom l-informazzjoni kollha.", "Ma nafx din l-informazzjoni bl-amment.", "KAROL AQUILINA: Iva, imma jien qed nistaqsik tgħidli…", "CLAYTON BARTOLO: Qed jgħidlek li l-informazzjoni qiegħda fil-public domain.", "CLAYTON BARTOLO: Jekk saret mistoqsija parlamentari!", "KAROL AQUILINA: Intom tafu biżżejjed li hemm ruling tal-Ispeaker li jgħid li ma tistax tingħata din it-tip ta' risposta, la għal mistoqsija parlamentari, u lanqas minn xhud.", "Skont ir-ruling, jekk jaf l-informazzoni jrid jgħidha.", "Sur Galea, se nerġa' nistaqsik kemm qlajt mingħand il-Gvern matul dawn l-aħħar tmien snin.", "Kemm qlajt?", "GLENN BEDINGFIELD: X'għandu x'jaqsam!?", "KAROL AQUILINA: Wara li mort tiltaqa' fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista…", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri int qed tgħid li l-proposti li ħareġ bihom Ryan Callus għamilhom kollha waħdu?", "Ma kellu lil ħadd espert?", "Insomma jidher li ma kellek lil ħadd espert għax…", "IĊ-CHAIRPERSON: Li hu żgur hu li Ryan Callus ma tħallasx.", "RYAN CALLUS: Tant għoġbukom li kkupjajtuhom.", "Fattibbli l-proposti tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li hu żgur hu li l-Onor.", "Ryan Callus ma tħallasx.", "KAROL AQUILINA: Kemm tħallast?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma tantx qlajt minnhom.", "KAROL AQUILINA: S'issa għedtilna li qlajt bejn €150,000 u €200,000.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm differenza bejn qligħ…", "KAROL AQUILINA: Jien staqsejtek kemm daħħalt.", "Inti bgħatt kont lil Enemalta ta' bejn €150,000 u €200,000.", "GLENN BEDINGFIELD: Fuq erba' snin.", "KAROL AQUILINA: U għedtilna li tħallast tagħhom.", "Mela inti qlajt madwar €200,000.", "Issa jien qed nistaqsik x'xogħol iktar għamilt mal-Ministeru ta' Konrad Mizzi u xi qlajt.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iċ-ċifri ma nafhomx bl-amment.", "KAROL AQUILINA: Imma kemm qlajt?", "Qlajt €100,000 oħra?", "Qlajt €300,000 oħra?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għamilt numru ta' proġetti imma bl-amment ma nafx kemm hu l-ammont.", "GLENN BEDINGFIELD: Qed jgħidlek li ma jafx bl-amment!", "IĊ-CHAIRPERSON: L-ewwel għedtilna li ma tafx eżatt, imbagħad għedtilna li bejn €150,000 u €200,00.", "L-Onor.", "Aquilina staqsik jekk kellekx engagements oħra mal-Ministeru ta' Konrad Mizzi – nafu l-background tiegħek u r-relazzjoni tiegħek miegħu – u inti weġibt li kellek.", "Issa qed jistaqsik kemm qlajt minn dawn l-engagements li tak il-Ministeru ta' Konrad Mizzi.", "IS-SUR DAVID GALEA: Li nista' ngħid hu li darb'oħra nġib miegħi din l-informazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Importanti li din l-informazzjoni tingħatalna.", "GLENN BEDINGFIELD: X'jiġifieri importanti tkun taf kemm jaqla'?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, huwa importanti.", "ALEX MUSCAT: X'għandu x'jaqsam dan mar-rapport tal-Awditur?", "Qed nistaqsi biex nifhmu l-kuntest.", "GLENN BEDINGFIELD: Tista' tispjegalna l-private business enterprise tas-sinjur x'għandu x'jaqsam...?", "IĊ-CHAIRPERSON: X'jagħmel is-sinjur ma' entità privata, affarih u ma jinteressanix, imma…", "ALEX MUSCAT: Mhux hekk staqsejtu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan mhux private business.", "Dan huwa fuq xogħol imqabbad minn Enemalta biex tajjeb jew ħażin spiċċajna bil-proġett ta' ElectroGas…", "ALEX MUSCAT: Li permezz tiegħu qegħdin niffrankaw €80 miljun fis-sena.", "IĊ-CHAIRPERSON: U lis-Sinjur ġusament qed nistaqsuh…", "GLENN BEDINGFIELD: Ġustament xejn.", "Ix-xogħol kollu li għamel li huwa relatat ma' Enemalta fuq dan il-proġett għandu jġibu hawn għax dak huwa li għandna quddiemna għad-diskussjoni, imma x'għamel apparti dan li hawn fir-rapport, apparti dak li hemm fil-mistoqsija parlamentari – għax dik hija pubblika –… (Interruzzjonijiet) X'jiġifieri nintimidaw lix-xhieda b'dan il-mod?", "IĊ-CHAIRPERSON: Li tistaqsi lil xi ħadd kemm ħa fondi pubbliċi tkun qed tintimidah?", "GLENN BEDINGFIELD: Komplu għaffġu.", "Tistaqsih kemm ħa fondi pubbliċi fuq dan il-kuntratt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mill-Ministru direttament involut f'dan il-kuntratt.", "U dak, iva, għandu rilevanza.", "Dażgur li għandu rilevanza.", "ALEX MUSCAT: Għaliex?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax imbagħad irid jispjega kif ġie nvolut f'kull ħaġa li kien involut fiha Konrad Mizzi.", "Mhuwiex rilevanti dan?", "Għalikom mhux rilevanti, imma għan-nies hemm barra u għalina huwa rilevanti.", "GLENN BEDINGFIELD: Għalikom biss rilevanti għax ħadd mhu qed jagħti kaskom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa rilevanti għax is-sinjur ma marx jagħti l-pariri lil Konrad Mizzi b'xejn.", "GLENN BEDINGFIELD: In-nies la qed jagħtu kaskom u lanqas qed jemmnukom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-sinjur ma marx jagħti l-pariri lil Konrad Mizzi għax ħabib tiegħu u għamillu pjaċir, imma mar jagħti lil Konrad Mizzi pariri u tħallas għal xogħlu.", "U peress li dak il-ħlas sar minn fondi pubbliċi...", "GLENN BEDINGFIELD: Bħalma għamel Joe Mizzi tal-BWSC! €4 miljun ħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Peress li s-sinjur tħallas minn fondi pubbliċi huwa ta' interess għal dan il-Kumitat.", "KAROL AQUILINA: Fuq liema proġetti tajt konsulenza lill-Ministru Konrad Mizzi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Lill-Ministru, lill-Gvern.", "KAROL AQUILINA: Lill-Gvern Malti in ġenerali.", "Fuq liema?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għamilt fuq Automated Revenue Management Services (ARMS) Ltd.", "KAROL AQUILINA: X'għamilt fuq ARMS?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq ARMS għamilna ISO quality assurance.", "Nista' nġibilkom il-lista.", "KAROL AQUILINA: Jien issa qed nistaqsik.", "X'għamilt iktar?", "Tiftakar ta' ARMS.", "Xi proġetti oħra tal-Ministru Konrad Mizzi kont involut fihom, apparti dak ta' ElectroGas?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qed nipprova niftakar għax ilu ħafna.", "KAROL AQUILINA: Qed tipprova tiftakar għax kien hemm ħafna?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ħdimt fuq ħafna affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-Gvern ukoll.", "Apparti din ta' ARMS x'kien hemm iktar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont ħdimt fuq tal-isptarijiet.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri kont involut f'ta' Vitals?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kontx involut fl-evaluation.", "KAROL AQUILINA: Ma staqsejtekx fuq l-evaluation jien.", "Fiex kont involut f'ta' Vitals?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont involut fid-diskussjonijiet tal-kuntratti.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri kont involut fin-negozjati ma' Vitals.", "KAROL AQUILINA: Kemm tħallast ta' Vitals?", "KAROL AQUILINA: Iġġibilna l-kont?", "IS-SUR DAVID GALEA: Inġibilkom.", "Kien hemm xi deal oħra li kont involut fiha?", "Forsi fuq xi biċċa art?", "Tiftakar kontx involut f'xi ħaġa hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Naħseb li qed tirriferi għall-Institute for Tourism Studies (ITS).", "Le, ma kontx involut fiha.", "KAROL AQUILINA: Kont involut fuq xi biċċa art x'imkien ieħor?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk tgħidli liema...", "KAROL AQUILINA: Jien qed nistaqsik.", "Fiex iktar tiftakar li kont involut?", "ALEX MUSCAT: Il-mistoqsija tiegħek marbuta ma' Enemalta?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "KAROL AQUILINA: Fiex iktar kont involut?", "IĊ-CHAIRPERSON: Marbut mal-Ministeru li...", "ALEX MUSCAT: Marbuta mar-rapport tal-NAO?", "IĊ-CHAIRPERSON: Marbuta mal-Ministru li kien responsabbli mill-power station ta' ElectroGas.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri mhux marbuta ma' dan ir-rapport.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed inwieġbek!", "S'issa qalilna li kien involut f'ta' Vitals.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kontx involut fil-parti tal-concession.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien kont involut fil-parti fejn għandu x'jaqsam mal-iżvilupp tal-faċilitajiet il-ġodda.", "ALEX MUSCAT: U dik torbot mar-rapport tal-NAO?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, Onor. Muscat, qed nispjegalek; torbot mal-Ministeru responsabbli...", "ALEX MUSCAT: U se nippermettu li jsir dan it-tip ta' questioning unrelated mas-suġġett li qegħdin niddiskutu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "Huwa related ħafna.", "KAROL AQUILINA: Inti qed tgħid li f'tal-ITS kont involut biex l-ITS telqet mis-sit tagħha f'San Ġiljan...", "RYAN CALLUS: ...u marret Ħal Luqa.", "ALEX MUSCAT: Imma dan x'għandu x'jaqsam mal-proġett ta' Enemalta?", "KAROL AQUILINA: Inti qed tgħidli li kont involut fuq is-sit tal-ITS.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux fuq is-sit kont involut imma fl-iżvilupp tal-faċilitajiet il-ġodda.", "KAROL AQUILINA: Il-faċilitajiet il-ġodda fejn huma?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħalissa qegħdin Ħal Luqa, imma se jiċċaqilqu għal Smart City.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri li mis-sit tal-ITS f'San Ġiljan marru Ħal Luqa u hemm il-pjan li jmorru Smart City.", "CLAYTON BARTOLO: Dan kollu joħroġ minn x'imkien fir-rapport tal-NAO?", "KAROL AQUILINA: Qed jgħidu hu!", "GLENN BEDINGFIELD: Imma qed jgħidu għax qed tistaqsih!", "KAROL AQUILINA: Qed jispjegali.", "GLENN BEDINGFIELD: U għandu dritt ma jwiġbekx jekk irid, għax m'għandu x'jaqsam xejn ma' dan ir-rapport.", "CLAYTON BARTOLO: Dan il-Kumitat ġibtuh Kumitat tas-sound bites.", "Ilni ngħidilkom, u kelli raġun.", "Kumitat tas-sound bites ġibtuh!", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, fuq liema proġetti oħra kont involut?", "CLAYTON BARTOLO: X'għandu x'jaqsam dan mar-rapport tal-NAO!", "KAROL AQUILINA: M'hemmx xi proġett ieħor li kien responsabbli għalih il-Ministru Mizzi li daħħlek fih ukoll?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, għall-ebda proġett ma daħħalni hu.", "KAROL AQUILINA: Mela min daħħlek?", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandu l-ebda obbligu jwieġbek ħlief għal domandi dwar dan il-każ.", "KAROL AQUILINA: Għall-proġett ta' ElectroGas min avvinċinak?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux diġà tkellimna fuq din l-aħħar darba?", "Min avvinċinak?", "IS-SUR DAVID GALEA: Diġà konna tkellimna dwar dan l-aħħar darba.", "KAROL AQUILINA: Le, l-letter of engagement li tana mhijiex dwar hekk.", "Sur Galea, iċċaraha.", "Hux hekk?", "KAROL AQUILINA: ...għar-reaction ta' Enemalta għar-rapport tal-Awditur Ġenerali, għal-liema xogħol inti tħallast €7,000.", "(Interruzzjonijiet) Mela inti ma tajtniex letter of engagement dwar dak kollu li tqabbadt tagħmel ma' ElectroGas.", "KAROL AQUILINA: Għandek kopja ta' dik il-letter of engagement?", "IS-SUR DAVID GALEA: Nara nsibhiex għax ilu ftit.", "KAROL AQUILINA: Letter of engagement biss kien hemm, jew imbagħad kien hemm xi kuntratt bejnietkom?", "KAROL AQUILINA: Bejn Enemalta u Beat Ltd, jew inti personali.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak iż-żmien kont waħdi, jiġifieri sar bejni u Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri fil-bidu nett, fl-2013, inti ġejt approached personalment mhux through Beat Ltd.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad waqqaft Beat Ltd wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013.", "KAROL AQUILINA: Fl-2015 waqqaft Beat Ltd u bdejt tagħmel ix-xogħol through Beat Ltd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura meta bdejt tagħmel ix-xogħol għal nom ta' Beat Ltd, reġa' sar xi kuntratt ġdid, jew kien hemm xi assenjazzjoni tal-obbligi li kellek inti għal fuq din il-kumpanija?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakarx jekk kienx hemm xi letter of engagement oħra.", "KAROL AQUILINA: Kien hemm xi proġetti oħra li nvolvik fihom il-Ministru Konrad Mizzi?", "GLENN BEDINGFIELD: Noġġezzjona għal din il-mistoqsija.", "KAROL AQUILINA: Ħallih iwieġeb.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien noġġezzjona.", "KAROL AQUILINA: Billi toġġezzjona?", "GLENN BEDINGFIELD: Għax m'għandha x'taqsam xejn fil-kuntest ta' dak li qed ninvestigaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' twieġeb, jekk jogħġbok?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħala proġetti mill-ministeru...", "KAROL AQUILINA: Xi wieħed fuq xi arjuplan, pereżempju, ma kellekx?", "IS-SUR DAVID GALEA: L-Airmalta ħdimt, iva.", "KAROL AQUILINA: U l-Airmalta kienet taħt Konrad Mizzi.", "ALEX MUSCAT: Aħna se nippermettu dan il-line of questioning?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "ALEX MUSCAT: Mela nitolbu ruling ieħor.", "GLENN BEDINGFIELD: Nitolbu ruling mingħand l-Ispeaker jekk dan il-Kumitat jistax jagħmel mistoqsijiet li ma jippartjenux għall-eżami li jkollna quddiemna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Assolutament mhux witch hunts.", "GLENN BEDINGFIELD: Se nitolbu ruling mingħand l-Ispeaker.", "Jekk tridu nkomplu nistaqsuh fuq dan…", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, il-kwestjoni kollha li hawn f'dan il-Kumitat hija li inti qed tgħid li huma… Hawnhekk ma nistgħux nagħmlulu mistoqsijiet irrilevanti, u l-argument li hawn bejnietna huwa jekk id-domandi humiex rilevanti jew le.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tistax titlob lill-Ispeaker jekk tistax tagħmel domanda...", "GLENN BEDINGFIELD: Huma rrilevanti għax qed tindimidaw lix-xhud.", "(Interruzzjonijiet) Jien nixtieq nitlob dan ir-ruling anke għall-futur biex naraw il-proċeduri ta' kif isiru d-domandi.", "Mhux niġu hawnhekk u nġibu xhud u kulħadd jispara d-domandi!", "Irid ikun hawn proċedura ta' kif wieħed jagħmel id-domandi u x'tip ta' domandi jistgħu jsiru.", "Mela hawnhekk kulħadd jista' joqgħod jistaqsi x'ħin ix-xhud iqum filgħodu u x'ħin jorqod filgħaxija!?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawk it-tip ta' mistoqsijiet ma nagħmluhomx.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma qed tagħmlu mistoqsijiet daqstant ieħor irrilevanti.", "Jien qed noġġezzjona u qed nipprova… Jew se naslu għal ftehim, jew inkella se jkollna nwaqqfu l-laqgħa.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, wara li ssuġerejtlek jien bil-kelma arjuplan, għedtli li għamilt xogħol għal Airmalta.", "Ħa nipprova nissuġġerilek xi ħaġ'oħra.", "Inti għamilt xi xogħol ieħor b'rabta mar-riħ?", "IS-SUR DAVID GALEA: Riħ?", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri tawk xi boxxla?", "Dak li jrid jistaqsi.", "KAROL AQUILINA: Boxxla ma setgħux jagħtuk għax dawn bla boxxla!", "Nisperaw li ma ppruvawx jużaw waħda minn tiegħek.", "KAROL AQUILINA: Pereżempju dwar xi investiment ta' Enemalta f'xi pajjiż ieħor?", "IS-SUR DAVID GALEA: Żgur li le.", "Ma kontx involut.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri jekk nistaqsik jekk għamiltx xi xogħol b'rabta mal-proġett ta' Enemalta f'Montenegro xi tgħidli?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, qatt ma mort.", "KAROL AQUILINA: U ma kellek l-ebda involviment f'hekk?", "KAROL AQUILINA: Lanqas għandek knowledge dwar dak id-deal?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mill-gazzetti biss.", "KAROL AQUILINA: Qatt iddiskutejt dak il-ftehim...", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu!", "Lanqas dak id-deal m'aħna qed niddiskutu hawnhekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jaħasra qed iwieġbu!", "X'jiġifieri nġibu xhieda hawnhekk u noqogħdu nagħmlu fishing expedition?", "No. Ħa nwaqqfu l-laqgħa tal-Kumitat hawnhekk u se nitolbu ruling mingħand l-Ispeaker dwar il-line of questioning.", "(Interruzzjonijiet) Le, daqshekk.", "Ma naċċettax iktar dan it-tip ta' trattament.", "No. Il-Kumitat jieqaf hawnhekk.", "Agħjruni kemm tridu u għidu li tridu.", "Jien hawnhekk l-affarijiet irrid nagħmilhom bis-serjetà.", "ALEX MUSCAT: Kumitat tal-bigilla ġibtuh!", "GLENN BEDINGFIELD: Quddiemna għandna xhud li huwa persuna professjonali, u m'aħniex inġibu ruħna b'mod professjonali.", "Qed tirredikolaw mhux lilkom biss imma qed tirredikolaw lil dan il-Parlament, u jien ma jien se nħalli lil ħadd jirredikola lil dan il-Parlament.", "Għalhekk nitlob li l-laqgħa tieqaf issa, immorru quddiem l-Ispeaker, u jagħti ruling fuq il-proċedura li għandna nadottaw.", "IS-SUR DAVID GALEA: Prattikament f'kull laqgħa qed niġi mhedded jien.", "CLAYTON BARTOLO: F'kull laqgħa x-xhud qed jiġi intimidat.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien nitlob is-sospensjoni tal-laqgħa issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, oqgħod ftit kwiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, mhux noqgħod kwiet, Mr Chairman.", "Inti hawnhekk xogħlok huwa li tippresjedi mhux li tkun parteċipi fl-intimidazzjoni li qed issir lix-xhud.", "Jien qed nitlob, u se nressaq vot issa, biex il-laqgħa tkun sospiża u mmorru nitolbu ruling mingħand l-Ispeaker.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fuq xiex se titolbu r-ruling?", "GLENN BEDINGFIELD: Fuq x'tip ta' domandi jistgħu jsiru lix-xhud u biex ikollna proċedura ta' kif...", "U ejja!", "GLENN BEDINGFIELD: Tista' ma taqbilx, imma jien m'iniex naqbel miegħek lanqas.", "Ġaladarba tridu tiġu hawnhekk u tagħmlu fishing expedition… Tajtkom biċċa news, qed inwaqqaf il-laqgħa!", "Għax intom għalhekk tiġu hawnhekk, biex toqogħdu tagħmlu l-aħbarijiet!", "KAROL AQUILINA: Ħa nkompli ftit ieħor.", "Jien qed nitlob li l-laqgħa tintemm issa u mmorru nitolbu ruling mingħand l-Ispeaker dwar x'tip ta' domandi jistgħu jsiru u l-proċedura li għandha… Il-laqgħa tintemm issa.", "Se nitlob vot biex il-laqgħa tkun sospiża.", "KAROL AQUILINA: Jekk irid ma jweġibx.", "GLENN BEDINGFIELD: Qbiżtu kull limitu!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield...", "GLENN BEDINGFIELD: Onorevoli xejn, għax m'intomx iġġibu ruħhom ta' onorevoli.", "Il-laqgħa tispiċċa issa.", "Nitolbu sospensjoni tal-laqgħa u mmorru quddiem l-Ispeaker.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, diġà jeżistu guidelines dwar ix-xhieda li jidhru quddiem dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawn il-guidelines jgħidu speċifikament li x-xhud ma jistax ikun sfurzat jixhed u jwieġeb mistoqsijiet li b'xi mod jista' jinkrimina lilu nnifsu bihom.", "Jiġifieri x-xhud irid iwieġeb għall-mistoqsijiet ħlief...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien mhux fuq ix-xhud qed ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...fejn ikun hemm mistoqsijiet li jistgħu jinkriminawh.", "X'inhu rilevanti jew le, tifhem u taprezza...", "GLENN BEDINGFIELD: Jien mhux għax-xhud qed ngħid.", "Qed ngħid fuq il-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Jiġifieri aħna nġibu xhud quddiemna… U dak huwa li rrid li l-Ispeaker jirregolana dwaru, mhux jekk jirrispondix ix-xhud jew le, imma x'mistoqsijiet isiru.", "Mela għax ikollna persuna quddiemna li jkun ħadem f'affarijiet oħrajn, nistgħu noqogħdu nistaqsuh fuq kollox?", "Allura m'aħniex qegħdin nagħmlu eżami tar-rapport tal-Awditur Ġenerali, imma qed nagħmlu eżami tal-persuna.", "U bħala Kumitat ma nistgħux nagħmlu eżami tal-persuna.", "Aħna rrid nagħmlu eżami tar-rapport, u l-mistoqsijiet tagħkom m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dan ir-rapport.", "Dak huwa r-ruling li qed nitlob mingħand l-Ispeaker.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, jien qed nifhem sew li inti trid lill-Ispeaker jagħmillek sarima ma' ħalqek dwar x'mistoqsijiet tista' tagħmel fil-Kumitat?", "GLENN BEDINGFIELD: Jien irrid is-serjetà.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan huwa diżrispett lejna kollha.", "Li inti titlob lill-Ispeaker tal-Kamra jillimita lilna, l-Onorevoli Membri ta' dan il-Kamra, dwar il-mistoqsijiet li nistgħu nagħmlu.", "Tliftu kull sens ta' rispett, anke lejkom infuskom.", "Is-sens ta' rispett tliftuh intom għax lanqas għandkom rispett lejn in-nies li jkollna quddiemna.", "Jien m'iniex qed nitlob dwar x'għandu jirrispondi x-xhud...", "IĊ-CHAIRPERSON: Trid tillimita d-dritt tiegħek li tagħmel mistoqsijiet.", "GLENN BEDINGFIELD: M'iniex qed nillimita d-dritt tiegħi.", "Jien irrid, u qed nitlob, li jkolli regoli u proċedura, li 'l quddiem tistgħu tużawhom intom ukoll għax xi darba aħna se nkunu fl-oppożizzjoni u se nkunu fis-siġġu tagħkom.", "Ma nafx meta veru, imma se nkunu fis-siġġu tagħkom.", "KAROL AQUILINA: Ħa nkomplu bil-mistoqsijiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, bir-rispett kollu, ma nkomplu xejn.", "Jien qed ngħid li l-eżami għandu jsir fuq dan ir-rapport għax aħna hawnhekk qegħdin neżaminaw ir-rapport mhux il-persuna.", "KAROL AQUILINA: Fuq hekk qed nistaqsih.", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk intom tridu tinvestigaw lill-persuna, allura qabbdu investigazzjoni fuq il-persuna.", "KAROL AQUILINA: Le, m'aħniex qed ninvestigaw lill-persuna.", "GLENN BEDINGFIELD: Hawnhekk intom qed tinvestigaw lill-persuna, u dawn huma allegazzjonijiet serji.", "Għalhekk jien qed nitlob li l-laqgħa tkun sospiża sakemm ikollna deċiżjoni mingħand l-Ispeaker.", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, jien m'għamilt ebda allegazzjoni fil-konfront tas-sinjur.", "IS-SUR DAVID GALEA: L-aħħar darba għedtli korrott.", "KAROL AQUILINA: Le, m'għedtlekx hekk jien.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dażgur li għedtli korrott.", "KAROL AQUILINA: Le, m'għedtlekx hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-mistoqsijiet mhumiex… (Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Il-mistoqsijiet m'għandhom x'jaqsmu xejn mar-rapport li qegħdin neżaminaw.", "ALEX MUSCAT: Fuq l-ITS, fuq Airmalta, fuq ir-riħ, fuq l-influwenza… X'għandhom x'jaqsmu ma' Enemalta dawn?", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur li għandhom x'jaqsmu.", "ALEX MUSCAT: Se ġġibuh kumitat tal-bigilla!", "GLENN BEDINGFIELD: Mhijiex kwestjoni ta' jekk iweġibx jew le ix-xhud – ix-xhud huwa fil-libertà li jwieġeb – imma qed ngħid fuq il-mistoqsijiet li jsiru lix-xhud.", "KAROL AQUILINA: Jekk irid ma jweġibx.", "Kien hemm domandi li ma weġibhomx.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, għax jekk ma jweġibx imbagħad intom tieħdu passi kontrih għax dak huwa obbligat iwieġeb.", "Jien qed ngħid li għandu jkun hawn regola li tgħid li meta jkollna xhud quddiemna u nkunu qegħdin nagħmlu eżami ta' rapport, il-mistoqsijiet għandhom isiru dwar dak ir-rapport mhux nippruvaw ninvestigaw il-persuna biex naraw kemm qala' flus u biex naraw x'xogħol ieħor kien involut fih.", "Qalilna li kien involut fl-ARMS.", "X'għandha x'taqsam ARMS ma' Enemalta!?", "KAROL AQUILINA: Għaliex m'għandhiex x'taqsam ARMS ma' Enemalta?", "Dażgur li għandha x'taqsam.", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandhiex x'taqsam ma' dan ir-rapport.", "(Interruzzjonijiet) M'għandhomx x'jaqsmu.", "Jien m'iniex qed noġġezzjona għar-risposti, imma għall-mistoqsijiet.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad jekk irid ma jweġibx.", "Daqshekk.", "Ma jien se ngħidlu xejn.", "(Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ninsisti li jkollna direzzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma taħsibx li mhux tajjeb għas-self respect tagħna li nitolbu lill-Ispeaker jagħmel sarima ma' ħalq il-Membri ta' dan il-Kumitat dwar x'nistgħu nistaqsu lix-xhud?", "GLENN BEDINGFIELD: Jien mingħand l-Ispeaker irrid linja gwida biex hawnhekk ikun hawn is-serjetà u mhux ninvestigaw il-persuni, u nagħmlu fishing expeditions.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandek linja gwida ċara ħafna, li tgħidlek li xhud, sakemm ma jkunx...", "GLENN BEDINGFIELD: Mhux fuq ix-xhud qed ngħid jien!", "Jien qed ngħid fuq il-mistoqsijiet li jsiru lix-xhud.", "KAROL AQUILINA: Ejjew ħa nkomplu.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, m'aħna se nkomplu xejn.", "Bir-rispett kollu lejkom.", "Jien tlabt, u t-talba tagħna għandha tkun irrispettata, is-sospensjoni ta' din il-laqgħa… (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Għandna xhud quddiemna ma nkomplux nagħmlu l-mistoqsijiet?", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk għandkom mistoqsijiet dwar dan ir-rapport, għamluhom, imma mistoqsijiet oħrajn m'iniex se nittollerahom.", "Inkella se ninsisti li l-Ispeaker jagħtina ruling fuq il-mistoqsijiet li rridu nagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, ħalli naraw x'inhi l-mistoqsija li se jagħmel l-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, jien qed nifhem li inti pprovdejt servizzi ta' project management għall-Gvern.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, project management fuq proġetti differenti.", "KAROL AQUILINA: Kellek qisu kuntratt u kont tagħti servizz lill-Gvern.", "Issa jien qed nistaqsik – biex nifhem ftit anke kemm inti kompetenti li tagħmel ċertu xogħol; m'iniex qed ngħid li m'intix kompetenti, għax milli jidher kompetentissimu – f'kemm-il ħaġa kont involut.", "Tinsiex li waħda mill-affarijiet li nvestiga l-Awditur Ġenerali kienet jekk kienx hemm ftehim minn qabel l-elezzjoni dwar dan il-proġett.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma naħsibx li kienet hekk.", "KAROL AQUILINA: Dażgur li kienet hekk.", "Kienet parti mill-investigazzjoni li għamel l-Awditur Ġenerali.", "ALEX MUSCAT: U kien hemm ċar li mhux il-każ.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Awditur ikkonkluda dak li kkonkluda.", "KAROL AQUILINA: Bil-mistoqsijiet li għamiltlu, jien diġà wasalt oltre milli wasal l-Awditur Ġenerali.", "GLENN BEDINGFIELD: Inti kont wasalt oltre qabel biss beda jinvestiga l-Awditur Ġenerali!", "KAROL AQUILINA: Imn'alla qed nagħmel il-mistoqsijiet.", "Kieku ma għamiltx il-mistoqsijiet ma konniex inkunu nafu li x-xhud mar il-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni, poġġa bil-qiegħda...", "GLENN BEDINGFIELD: X'fiha ħażin li l-Partit Laburista jieħu parir?", "KAROL AQUILINA: Din hija biċċa prova oħra, apparti li kien hemm qabel, li dan kien proġett miftiehem minn qabel, maħdum minn qabel biex jirbħuh ElectroGas u biex ħaddieħor idaħħal il-flus minnu.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak qed tgħidu inti.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, jien qed nistaqsik x'xogħol ieħor għamilt għall-Ministru Konrad Mizzi, għall-Gvern, f'dawn l-affarijiet, u xi flus qlajt mill-Gvern.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, noġġezzjona għal din il-line of questioning.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien naħseb li din il-mistoqsija diġà saret u s-sinjur qal li se jipprovdi l-informazzjoni.", "KAROL AQUILINA: Jekk ngħidlek li jekk teskludi l-VAT, bejn l-2015 u l-2018, inti qlajt mal-€400,000, xi tgħidli?", "Tista' tweġibni iva jew le għal din id-domanda.", "GLENN BEDINGFIELD: Lanqas irrid inkun naf il-mistoqsija.", "KAROL AQUILINA: Iva ħallih ħa jwieġeb!", "GLENN BEDINGFIELD: No. Jien mhux fuq it-tweġibiet qed noġġezzjona imma fuq it-tip ta' mistoqsijiet li qed isiru.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, tiċħad li daħħalt madwar €400,000 bejn l-2015 u l-2018?", "GLENN BEDINGFIELD: No. Il-laqgħa tieqaf hawnhekk sakemm ikollna ruling fuq dawn il-mistoqsijiet...", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, inti trid tweġibha din il-mistoqsija?", "RYAN CALLUS: Mela int l-avukat tiegħu?", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma jien avukat ta' ħadd.", "Jien irrid li hawnhekk nimxu mal-proċeduri.", "CLAYTON BARTOLO: Nitolbu għall-protezzjoni tax-xhud miċ-Chairman.", "Sur President, inti għandek responsabilità li tagħti l-protezzjoni lix-xhud mhux lill-kollegi ta' ħdejk.", "Dik hija r-responsabilità li għandek, u inti qed tabdika minnha!", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xhud li mhux qed isib oġġezzjoni biex iwieġeb, u intom tridu...", "CLAYTON BARTOLO: Għax qed immorru 'l hinn mis-suġġett li qegħdin niddiskutu.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma naqblux.", "Jien diġà għedt li tistgħu tagħmlu l-mistoqsijiet kollha li tridu fuq dan ir-rapport.", "Lanqas jekk ix-xhud irid iwieġeb.", "Jien m'iniex qiegħed nikkontendi...", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, inti għandek oġġezzjoni li twieġeb?", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed noġġezzjona għall-mod kif qed isiru d-domandi għax ma rridx li dan il-Kumitat jispiċċa jinvestiga persuni.", "Illum għandna lis-sinjur quddiemna...", "KAROL AQUILINA: Fuq fondi pubbliċi qed nitkellmu u mhux fuq il-persuni.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, mhux fondi pubbliċi qed titkellem.", "RYAN CALLUS: Ħeqq le!", "Mela fondi tiegħek!?", "GLENN BEDINGFIELD: Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq dan ir-rapport li suppost qed nagħmlu eżami tiegħu, imma qed nitkellmu fuq fondi pubbliċi marbuta mal-proċess ta' Enemalta, u s'issa staqsejtu fuq kollox minbarra fuq il-power station ta' Enemalta.", "CLAYTON BARTOLO: U wieġbek.", "Issa jekk m'għoġbukx ir-risposti problema tiegħek!", "GLENN BEDINGFIELD: Jien ma nistax nittollera dan it-tip ta' atteġġjament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta staqsejna fuq kemm qed tħallas Enemalta, għedtulna għax dik hija informazzjoni ta' Enemalta, issa għax qed nistaqsu lilu… Iddeċiedu!", "Ma tridu lix-xhud jixhed fuq xejn.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, ix-xhud jixhed fuq ir-rapport li għandna quddiemna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però nfakkrek li siegħa ilu inti oġġezzjonajt għal mistoqsijiet speċifikament fuq kemm qed tħallas Enemalta rigward… Mistoqsija totalment relatata mas-suġġett tal-lum.", "Issa, siegħa wara...", "GLENN BEDINGFIELD: Imma oġġezzjonajt għax il-mistoqsija tiegħek kienet, u għadek kemm irrepetejtha, dwar kemm ħallset Enemalta.", "Is-sinjur impjegat ta' Enemalta?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, jaħasra.", "GLENN BEDINGFIELD: Deep down taf li għandna raġun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien jgħaġġibni fikom kif ikollok xhud...", "ALEX MUSCAT: Sur President, inti m'intix mill-injoranti.", "Taf li qed immorru ħafna lil hinn mir-remit tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...hawnhekk lest biex iwieġeb, u tiġu intom twaqqfu...", "ALEX MUSCAT: Sur President, inti se tippermetti li hawnhekk niżvijjaw mis-suġġett?", "GLENN BEDINGFIELD: Jien mhux mar-risposti m'iniex naqbel imma mal-line of questioning, għax ma jistax ikollna nies – u m'iniex qed ngħid għas-sinjur biss għax 'il quddiem se jiġu persuni oħrajn u xi darba se nkunu bilqiegħda fis-siġġu tagħkom, jew se jkollna Membri fis-siġġu tagħkom –… Allura għandna noqogħdu nistaqsuhom kemm qalgħu flus, jew minn fejn ġabuhom!?", "KAROL AQUILINA: Qed nitkellmu fuq fondi pubbliċi.", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandux x'jaqsam!", "Allura kollox jgħaddi bħala fondi pubbliċi!", "GLENN BEDINGFIELD: Mela allura għalfejn għamilna dan ir-rapport?", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura ma neżaminawx ir-rapport.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, mhux ma neżaminawx ir-rapport.", "Anzi appuntu, neżaminaw ir-rapport u mhux in-nies.", "Jien se nibqa' nesiġi li jkollna direzzjoni mill-Ispeaker.", "RYAN CALLUS: Onor. Bedingfield, ilek sejjer għaxar minuti.", "Agħtini ċans nitkellem minuta!", "Sur President, ma jistax ikun li f'dan il-Kumitat nagħmlu domandi u jgħidulna li ma nistgħux nagħmluhom, nitolbu għal informazzjoni u ma tiġix...", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjal li m'intix timxi mal-proċedura.", "Mela hawnhekk intom tiġu tagħmlu li tridu?", "Mela din mejda ta' każin?", "Din hija mejda tal-Parlament.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin il-każin ngħidu li rridu.", "KAROL AQUILINA: M'aħniex fuq mejda tal-każin, imma mill-mod kif qed iġġib ruħek inti, mejda tal-qubbajd ġibtha!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, inħnaqt tgħajjat u ħadd ma fehem xejn hemm barra.", "CLAYTON BARTOLO: Serraħ rasek li n-nies qed jifhmu.", "KAROL AQUILINA: In-nies qed jifhmu li qabżitlek, Onor. Bedingfield!", "IĊ-CHAIRPERSON: In-nies qed jifhmu li qed toġġezzjonaw li jsiru mistoqsijiet dwar kif intnefqu fondi pubbliċi.", "Għandek iktar mistoqsijiet, Onor. Aquilina?", "GLENN BEDINGFIELD: Sakemm huma relatati mar-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "Inkella lill-uffiċjali tal-Awditur Ġenerali x'inġibuhom jagħmlu hawnhekk?", "Għalfejn immorru għand l-Awditur Ġenerali biex imbagħad inġibu n-nies hawnhekk u ma nistaqsuhomx dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali?", "Noqogħdu nistaqsuh kemm qala' flus!", "X'jiġifieri!?", "X'inhu affarik kemm qala' flus?", "KAROL AQUILINA: Qalli li se jġibhomli d-dokumenti!", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed noġġezzjona mhux hu.", "RYAN CALLUS: Jaqaw qed tiddejjaq fuq il-kuntratti li ngħataw mill-partit tiegħek?", "GLENN BEDINGFIELD: Mela jien naf x'kuntratt ingħata?", "Inti lest tiddikjara li min qed jagħmel proposti ma jkunx involut… (Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Jien m'użajtx fondi pubbliċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien inwaqqaf kull mistoqsija li ssir dwar informazzjoni li ma jkollhiex x'taqsam ma' fondi pubbliċi, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq fondi pubbliċi.", "GLENN BEDINGFIELD: Fuq fondi pubbliċi relatati ma' dan ir-rapport ta' Enemalta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fondi pubbliċi mal-Ministeru totalment inkarigat minn dan il-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma kif tiddeċiedi inti...?", "GLENN BEDINGFIELD: Niddeċiedi jien!?", "Iddeċieda min talab lill-Awditur Ġenerali jagħmel din l-investigazzjoni.", "Meta t-talba għal din l-investigazzjoni marret għand l-Awditur Ġenerali – kif jista' jikkonferma s-Sur Deguara li qiegħed preżenti hawnhekk – ma qalulux biex jinvestiga l-Ministeru – dwar dak jagħmel rapport kull sena – imma qalulu biex jinvestiga l-proċess li wassal biex ingħata t-tender għall-power station ta' ElectroGas.", "U dak hu li għandna quddiemna, u fuq dak għandhom isiru l-mistoqsijiet u mhux fuq il-Ministeru.", "Jista', jekk jogħġbu, l-Awditur Ġenerali jgħidilna jekk ir-remit tiegħu kienx il-Ministeru jew il-proċess għall-għoti tat-tender tal-power station?", "KAROL AQUILINA: Ejjew inkomplu.", "Bir-rispett kollu...", "KAROL AQUILINA: Allura se toqgħod titkellem inti?", "GLENN BEDINGFIELD: Bir-rispett kollu, mhux se noqgħod nitkellem jien, imma jekk intom se tibqgħu għaddejjin b'din il-linja ta' mistoqsijiet, se nibqa' noġġezzjona.", "Diġà tajtkom l-aħbar tal-ġurnata.", "Tistgħu tieqfu.", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, ħu paċenzja, ejjew inkomplu bil-kwiet.", "Jekk ix-xhud jgħidli li ma jafx jew li ma jridx jgħidli, ma jien se nagħmillu xejn.", "GLENN BEDINGFIELD: Mhux lilu qed ngħid jien.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Onor. Bedingfield, naf li tieħu gost tisma' leħnek stess, imma issa isma' leħinna wkoll.", "GLENN BEDINGFIELD: U x'nieħu gost!", "Daqskemm għandi leħni sabiħ!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jgħajjat żgur!", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, jien staqsejtek jekk tiċħadx li inti fi tliet snin qlajt dawn l-€400,000.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa wieġeb iva jew le, jew għedilna li ma tridx twieġeb.", "KAROL AQUILINA: Qed tgħidilna li ma tafx.", "Tista' allura fil-laqgħa li jmiss iġġibilna kwalunkwe kont li inti ħriġt lill-Gvern dwar servizzi li pprovdejtlu u li tħallast għalihom minn fondi pubbliċi?", "GLENN BEDINGFIELD: Relatati ma' dan il-kuntratt.", "KAROL AQUILINA: Qed jgħid iva.", "Jien staqsejtu u qalli iva, qed jobbliga ruħu.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidli li se jagħmilha!", "GLENN BEDINGFIELD: M'għandek ebda obbligu li tagħtihomlu.", "CLAYTON BARTOLO: Qorti ġibtuh hawnhekk!", "KAROL AQUILINA: Hu obbliga ruħu.", "Issa jġibhom, imbagħad naraw.", "GLENN BEDINGFIELD: Obbligajt ruħek jew le?", "IĊ-CHAIRPERSON: X'inhi d-diffikultà tiegħek?", "GLENN BEDINGFIELD: Għax m'għadhomx x'jaqsmu ma' dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, ir-regoli ta' dan il-Kumitat huma li inti tista' ma tweġibx jekk bir-risposta tista' tinkrimina lilek innifsek.", "Jekk tgħidli li inti tħoss li qed tinkrimina lilek innifsek...", "GLENN BEDINGFIELD: Imma l-mistoqsija, u għalhekk jien irrid immur għand l-Ispeaker, hija jekk tistgħux titolbu affarijiet oħra li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan ir-rapport.", "Inkella se tinvestigaw il-persuna u mhux ir-rapport.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-parametri biex xhud jagħżel jekk iweġibx jew le, quddiem dan il-Kumitat, hija ċara ħafna, u ċioè jekk iħoss li bil-mistoqsija li tkun qiegħda ssirlu jkun qed jinkrimina lilu nnifsu.", "Aquilina qed jagħmillek din il-mistoqsija u inti għandek dritt tgħid li ma tridx twieġeb għax taħseb li tista' tinkrimina lilek innifsek, u hemmhekk il-Kumitat ma jkunx jista' iġiegħlek twieġeb, imma f'każijiet oħrajn inti obbligat twieġeb.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma naħseb li hemm l-aspett tal-kunfidenzjalità wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, hawnhekk qed nitkellmu fuq fondi pubbliċi.", "Allaħares f'dan il-Kumitat niġu f'sitwazzjoni fejn nagħmlu domandi lil xi ħadd li jkun ħa fondi pubbliċi – jirriżulta li huwa ammont sostanzjali, good luck to you – u jgħidilna li ma jistax iwieġeb minħabba kwestjoni ta' kunfidenzjalità!", "Biex iżżomm il-kunfidenzjalità nagħtik parir biex ma teħux fondi pubbliċi, u tkun tista' toqgħod fil-kwiet u l-paċi.", "Però fil-mument li inti għażilt – tajjeb jew ħażin, u għandek dritt, u dejjem se jkun hemm min jagħti servizzi lill-Istat u se jitħallas ta' xogħlu – li titħallas minn fondi pubbliċi, hemmhekk jiskatta proċess ieħor, il-proċess tal-iskrutinju.", "U huwa proprju għal dan il-proċess ta' skrutinju li hawn dan l-imbierek Kumitat, li huwa l-Public Accounts Committee.", "Inti għamilt għażla.", "Tajjeb jew ħażin – ma nafx jekk ikollokx terġa' tagħmilha – inti għamilt għażla, u l-mument li inti għamilt dik l-għażla skatta proċess ta' skrutinju, jogħġbok jew ma jogħġbokx, u nirringrazzjaw 'l Alla li hemm dan il-proċess ta' skrutinju.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'għandix problema.", "KAROL AQUILINA: Mela se ġġibilna dawn id-dokumenti.", "IS-SUR DAVID GALEA: Inġibilkom lista għax m'għandix kollox.", "KAROL AQUILINA: Għandek żgur l-invoices li ħriġt.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma m'għandix tal-2013 għax biddilt is-sistemi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti qed tikkommetti ruħek li tagħtina dak li għandek, imbagħad isir il-ġudizzju li għandu jsir.", "CLAYTON BARTOLO: Allura għedilna wkoll x'xogħol għamilt qabel l-2013.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk trid tagħti rendikont sħiħ tas-servizzi pubbliċi kollha li tajt, m'għandux ikun hemm problema.", "Naħseb li hija idea tajba, Onor. Bartolo.", "KAROL AQUILINA: Dan id-dokument, li inti għaddejtilna tliet seduti ilu, huwa l-aħħar verżjoni?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hija verżjoni dettaljata.", "KAROL AQUILINA: Il-mistoqsija tiegħi mhijiex dik.", "GLENN BEDINGFIELD: Għal-liema rapport qiegħed tirriferi, Onor. Aquilina?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għar-rapport li nkarigawh jagħmel wara li ħareġ ir-rapport tal-NAO.", "GLENN BEDINGFIELD: Għallinqas se nistaqsuh fuq xi ħaġa li għandha x'taqsam mar-rapport.", "KAROL AQUILINA: Apparti dan id-dokument, hemm xi dokument ieħor li inti ppreparajt?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm wieħed li huwa mnaqqas bl-affarijiet li qegħdin bil-...", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri li għandna aħna mhijiex l-aħħar verżjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm kopja tiegħi personali, li żammejtha biex inkun iktar...", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Aquilina qed jirriferi għall-kontenut.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-content ma nbidilx.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri dan huwa dak li inti għaddejt lil Enemalta.", "KAROL AQUILINA: U wara dan m'erġajtx għaddejtilhom dokument ieħor jew biddilt dan?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għaddejtilhom dak li għamilt għalija personali...", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri hemm ieħor.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hemm ieħor; jekk triduni ngħaddihulkom, ngħaddihulkom, mhux problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura lilna x'tajtna?", "KAROL AQUILINA: X'jiġifieri hemm ieħor u lilna tagħtina dan?", "RYAN CALLUS: Jiġifieri int għaddejtilna dokument differenti minn dak li għaddejt lil Enemalta, meta aħna tlabnik tagħtina dokument li inti għaddejt lil Enemalta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax dak huwa d-dokument...", "KAROL AQUILINA: Dan huwa li tħallast għalih, jew hemm ieħor?", "Qed inkun sempliċi għall-aħħar.", "RYAN CALLUS: Inti tħallast €8,000 għal dan ir-rapport, u l-PAC talbek kopja tiegħu, u ċioè il-verżjoni li inti tajt lil Enemalta.", "Issa inti qed tiġi hawnhekk tgħidilna li inti tajtna dokument imbagħbas, mhux il-proprju li tajt lil Enemalta.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma qallekx li huwa dokument imbagħbas.", "ALEX MUSCAT: Dak qed tgħidu inti!", "RYAN CALLUS: Mela neħħi l-kelma \"imbagħbas\".", "Is-Sur Galea għadu kif qal, u qiegħed on record, li lil Enemalta taha dokument u lilna tana dokument ieħor.", "KAROL AQUILINA: X'hemm differenti bejn id-dokument li għandna aħna u d-dokument li tajt lil Enemalta?", "RYAN CALLUS: Inti għedtilna li għandek żewġ verżjonijiet, wieħed li tajt lil Enemalta u l-ieħor li tajt lilna.", "IS-SUR DAVID GALEA: Fid-dokument li tajt lil Enemalta hemm numru ta' slides li huma bl-aħmar, għax għad irrid inġib xi konferma tagħhom, u ...", "KAROL AQUILINA: Tista' ġġibilna dak id-dokument?", "IS-SUR DAVID GALEA: Inġibulkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex niftehmu, dan id-dokument li għandna mhuwiex \"fotokopja\" ta' dak li ppreżentajt finalment lil Enemalta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien għaddejtilhom it-tnejn li huma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna tlabnik it-tnejn li huma.", "ALEX MUSCAT: Dan id-dokument ħallsu għalih Enemalta.", "Inti ġibt l-approval biex tgħaddih lil dan il-Kumitat?", "IĊ-CHAIRPERSON: Diġà esebih, jiġifieri dik il-kwestjoni hija sorvolata.", "KAROL AQUILINA: Mhux talli esebih, talli tana l-letter of engagement dwaru.", "Jiġifieri mhemmx issue ta' kunfidenzjalità, xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, f'mument minnhom inti għedtilna li kont ġejt inkarigat minn Enemalta biex tagħmel rapport wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, aħna tlabnik tgħaddilna kopja tiegħu, u inti tajtna dan ir-rapport li għandna f'idejna.", "Aquilina qed jistaqsik jekk dan ir-rapport huwiex ir-rapport li tajt lil Enemalta u li tħallast għalih, jew jekk tajthomx xi rapport differenti, jew jekk addirittura minbarra dan ir-rapport hemmx xi rapport ieħor.", "IS-SUR DAVID GALEA: Huma l-istess, kulma hemm huma l-slides li huma...", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qed tgħid li huwa differenti u se ġġibilna kopja.", "RYAN CALLUS: X'kienet ir-raġuni li tajtna din il-verżjoni meta aħna tlabnik tagħtina r-rapport li tajt lil Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax dik hija l-verżjoni dettaljata b'kollox.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri lili qed tipprova tikkonvinċini li tajtna l-verżjoni dettaljata u lil Enemalta tajthom rapport b'inqas dettall.", "Jiġifieri min ħallsek €8,000 jew €7,000...", "IS-SUR DAVID GALEA: Enemalta għandhom iż-żewġ verżjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ejjew naqtgħulha rasha.", "Irridu kopja ta' dak kollu li ppreżentajt lil Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Tista' tgħid jekk qattx kellek xi forma ta' interess jew relazzjoni kummerċjali mal-Ministru Konrad Mizzi personalment, b'mod dirett jew indirett, jew permezz ta' xi terzi jew kumpaniji?", "KAROL AQUILINA: U qatt għamilt xogħol privat għalih inti?", "RYAN CALLUS: Ħa mmur fuq l-aħħar sett ta' Minuti li għandna, li huma datati 11 t'Ottubru 2013.", "Dawn huma l-minuti ta' laqgħa wara li l-bord tal-aġġudikazzjoni kien wasal għall-konklużjoni li l-aħjar offerent kienet ElectroGas.", "Inti kont mort, f'isem dan il-bord ta' aġġudikazzjoni, tirrapporta bl-eżitu lill-iSponsoring Programme Board.", "F'paġna 17 tal-preżentazzjoni, li dakinhar kont tajt lill-bord, qed tgħid li l-prezz kuntrattat tal-preferred bidder, u allura ElectroGas, kien se jkun ta' €103 għal kull megawatt hour (MWh) għall-ewwel ħames snin.", "RYAN CALLUS: Eventwalment dak kien il-ftehim li ġie kuntrattat?", "Fil-fatt din tinħadem fuq l-availability payment u d-delivery payment flimkien.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri skont il-ftehim ma' ElectroGas kemm irridu nħallsu għal kull unit ta' enerġija ġġenerata fl-ewwel ħames snin? €103 per MWh.", "RYAN CALLUS: Għalfejn ma ġiex rappurtat hawnhekk dan it-tnaqqis?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax ġie wara.", "RYAN CALLUS: X'kien il-fattur ta' dan it-tnaqqis?", "IS-SUR DAVID GALEA: Id-diskussjoni li kellna magħhom.", "RYAN CALLUS: U x'kien il-prezz finali għal kull unit iġġenerat li mbagħad ftehemtu magħhom li għandha tħallas Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-prezz finali diffiċli tasal għalih għax il-formula kollha kif inhi maħduma...", "RYAN CALLUS: Imma l-pagamenti lil ElectroGas isiru, jiġifieri ċifri hemm.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma biex tasal għal kull unit huwa ftit diffiċli għax din tinħadem skont kemm tordna delivery payments.", "Għax inti għandek parti li hija fissa u parti li hija variable skont il-consumption.", "Jiġifieri aktar ma tordna, il-cost per unit aktar jonqos.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri bħalma kont kapaċi toħroġ iċ-ċifra ta' €103, m'intix kapaċi toħroġ il-prezz il-ġdid?", "IS-SUR DAVID GALEA: Again, għandi l-istess issue fuqha din.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri inti, li kont qiegħed tinnegozja dawn il-kuntratti, għandek problema tgħid x'kien il-prezz finali li Enemalta ntrabtet tħallas lil ElectroGas.", "Però qed tikkonferma li madwar €103, kif hawn fil-preżentazzjoni.", "Naqblu li din il-preżentazzjoni hija korretta?", "RYAN CALLUS: Naqblu li din hija l-aħħar verżjoni?", "Mhux bħar-rapport li kellna.", "ALEX MUSCAT: Liema preżentazzjoni?", "RYAN CALLUS: Li hemm mal-minuti.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li bejn wieħed u ieħor qed inħallsu lil ElectroGas madwar €103 per MWh.", "Meta niġu għall-gass, hemmhekk ukoll qed inħallsu €11.27 per MMBtu għall-ewwel ħames snin.", "RYAN CALLUS: Jekk immorru fuq paġna 14 tal-istess presentation naraw li hemm li għall-ewwel sena l-prezz huwa ta' €103.65 per MWh, l-istess numru li għadni kif ikkwotajtek, però jidher li sal-ħames sena dak il-prezz jitla' għal bejn wieħed u ieħor €104.", "Fis-sitt sena mbagħad naraw żieda sostanzjali għax il-prezz jitla' għal €135.", "Bħalissa qegħdin nersqu għall-ħames sena, u allura, skont din it-tabella, wieħed jistenna li l-prezz li se nħallsu lil ElectroGas se jogħla bi 3 ċenteżmi iktar għal kull unit.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq stimi, għax imbagħad hemm l-indexation ukoll.", "Dak iż-żmien il-prezz taż-żejt kien mistenni li jogħla, però issa ma nafx kif se jkun il-prezz taż-żejt.", "Jiddependi dejjem minn kif ikun il-prezz taż-żejt.", "RYAN CALLUS: Imma dan huwa ż-żmien meta saru l-kuntratti.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri minn mindu tajt din il-presentation...", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma l-prezz taż-żejt varja ħafna minn dak iż-żmien.", "RYAN CALLUS: Imma inti trid timxi mal-kuntratt li ftehemt ma' ElectroGas.", "Veru li jkun hemm il-proviżjonijiet għal tnaqqis u żieda fiż-żejt, imma inti għandek baseline.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għandek index.", "RYAN CALLUS: Din hija l-presentation li għamilt wara li flimkien mal-bord tiegħek għażiltu lil ElectroGas.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma dak huwa bbażat fuq forecasts abbażi ta' variables li konna nafu dak iż-żmien.", "RYAN CALLUS: Imma ejja ma narmux din l-informazzjoni, għax kien fuq din l-informazzjoni inti għażilt lil ElectroGas u mhux lill-Endeavor.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri dan huwa li intom intrabattu bih ma' ElectroGas wara li għażiltu lil ElectroGas.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux intrabatna.", "Dawn huma projections fuq bażi ta' numru ta' assumptions li tajna lill-bidders kollha, inkluż an escalation curve tal-prezz taż-żejt kif kien imbassar li jitla'...", "RYAN CALLUS: Dawn mhumiex assumptions, għax għal ElectroGas għandi tabella u għal Endeavor għandi tabella.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ibbażata fuq assumptions.", "RYAN CALLUS: Intom għażiltu lil ElectroGas u allura din it-tabella tgħodd, u l-ftehim fuq din sar.", "Mela qegħdin naqblu li malli nibdew is-sitt sena, kull unit ta' enerġija ġġenerat se jogħla bi tliet ċenteżmi.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri din il-preżentazzjoni hija ħażina.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, għax ibbażata fuq assumptions.", "F'kull business plan li tagħmel inti għandek...", "RYAN CALLUS: Il-kuntratt huwa bbażat fuq assumptions ukoll?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, għandek indexation.", "RYAN CALLUS: Ma jistax ikun li għandek preżentazzjoni li fuqha għażilt lil ElectroGas, skont inti bbażata fuq assumptions, u l-ftehim imbagħad mhuwiex ibbażat fuq assumptions.", "U ma tridx tgħidli d-differenza bejn din il-preżentazzjoni u l-ftehim.", "Jien hawnhekk irrid nistabbilixxi l-fatti x'inhuma, u jien nixtieq li inti, li kont il-mastermind ta' dan kollu, tgħinni nifhem kif intom wasaltu għal dan il-prezz, u iktar importanti minn hekk, x'hemm imniżżel fil-kuntratt li aħna qed inħallsu lil ElectroGas għal kull unit.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għandek l-ewwel ħames snin hija kif inhu hemmhekk.", "IS-SUR DAVID GALEA: Proprjament bħalissa qegħdin inqas għax kien hemm diskussjonijiet u tnaqqas il-prezz.", "KAROL AQUILINA: Dawk għandek inti?", "KAROL AQUILINA: Inti qiegħed tirriferi għal dawk in-numri u qed tgħid li proprjament qegħdin inqas issa.", "Jiġifieri inti qed tgħid li taf x'inhuma dawk in-numri llum il-ġurnata.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dawn huma bbażati fuq a full costing exercise.", "KAROL AQUILINA: Issa għadek kif għedt, għalhekk waqqaftek fil-pront, li dawn fil-verità huma inqas.", "Allura taf x'inhuma inti.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għandi idea.", "Għax skont kemm tordna, jiġifieri mhijiex daqshekk faċli.", "KAROL AQUILINA: Jekk inti taf u tgħid xi ħaġa, mhux imbagħad għax nistaqsik tipprova tiġbor lura dak li tkun għedt.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, m'iniex qed nipprova niġbor lura dak li għedt.", "KAROL AQUILINA: Għax imbagħad bilfors li nibda nissuspetta li...", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, għax ir-risposta mhijiex daqshekk faċli.", "KAROL AQUILINA: Mela kif l-ewwel tgħidha b'awtorità, imbagħad ħames minuti wara, x'ħin niġbidlek l-attenzjoni tgħid li mhux eżatt hekk u li hija differenti!?", "IS-SUR DAVID GALEA: Li hija inqas nista' ngħid, imma the actual...", "RYAN CALLUS: Kemm hija inqas?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx ngħidlek bl-amment.", "RYAN CALLUS: Jiena nsibha diffiċli biex nemmen li inti, li kont il-mastermind ta' dawn il-kuntratti, ma tafx.", "Li tiġi tgħidli li ma tafx x'kien hemm fil-kuntratt li inti kont responsabbli minnu...", "IS-SUR DAVID GALEA: Onor. Callus, ippermettili nispjegalek.", "Għandek żewġ variables li huma kardinali; a fixed element and a variable element.", "Dawn li hawn hawnhekk huma projected lifetime costs per unit.", "Issa meta inti għandek a fixed variable li l-ammont ta' units ma jinbidilx għax huwa fuq infrastructure, iktar ma tikkonsma, il-prezz per unit se jonqos għax għandek iktar units fuq xiex qed tifrex il-fixed cost.", "U huwa għalhekk li jien ma nistax ngħidlek eżattament x'qed tħallas l-Enemalta per Enemalta, għax jien ma nafx kemm qed jordnaw b'kollox bħalissa u ma nafx kemm qed jikkunsmaw għax m'iniex imdaħħal...", "RYAN CALLUS: Mela x'inhu l-ogħla prezz per unit li qed inħallsu lil ElectroGas?", "Għax jekk qed nifhem sew int qed tgħidli li hemm region; iktar ma tikkonsma, il-prezz ta' kull unit jonqos.", "Mela agħtini l-minimum u l-highest.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-prezz huwa issue ta' kunfidenzjalità, jiġifieri ma nafx kemm nista' nidħol fiha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għal-lum naħseb li nistgħu nieqfu hawnhekk.", "KAROL AQUILINA: Ovvjament infakkruk li tlabnik xi informazzjoni u napprezzaw jekk tgħaddilna din l-informazzjoni ftit qabel u mhux xi siegħa qabel, bħalma ġara llum, biex jekk jista' jkun ma noqogħdux inġibuk darb'oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjawk.", "Il-Kumitat huwa aġġornat u d-data tal-laqgħa li jmiss tiġi komunikata iktar tard.", "Fit-3:52 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210310_080d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 80", "L-Erbgħa, 10 ta' Marzu, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:01 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi; l-Onor.", "Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet; u l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 79, li saret fit-3 ta' Marzu 2021, ġew konfermati.", "Fil-bidu tal-laqgħa ċ-Chairman irrileva li sussegwentement għal dak li kien iddeċieda l-Kumitat fil-laqgħa preċedenti, u ċioè li jgħaddi lill-Ispeaker tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u rappreżentanti tas-soċjetà James Caterers Ltd, kien ingħata ruling fis-Seduta 436 tat-8 ta' Marzu 2021 fejn fih l-Ispeaker iddeċieda li kien hemm prima facie każ ta' ksur ta' privileġġ mir-rappreżentant ta' James Caterers Ltd.", "Email datata 8 ta' Marzu 2021 mibgħuta mis-Sur Nicholas Grech rigward sparpaljar ta' flus fl-Isptar Monte Carmeli.", "Ittra datata 9 ta' Marzu 2021, mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat fil-laqgħa preċedenti.", "Għar-rigward tal-email mibgħuta mis-Sur Grech iċ-Chairman qal li l-Kumitat kien se jiddeċiedi l-way forward, rigward il-kontenut ta' din l-email, fi stadju ulterjuri.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "154 u 154a).", "Il-Kumitat irriżuma mit-3 ta' Marzu 2021 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Fis-2:10 p.m. is-Sur David Galea daħal fil-Kamra tal-Kumitat biex ikompli jagħti x-xhieda tiegħu bil-ġurament li kien ingħata f'laqgħa preċedenti.", "Matul ix-xhieda tiegħu s-Sur Galea ġie mitlub sabiex sal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat jipprovdi din l-informazzjoni:", "Kopja tal-kontijiet kollha li huwa ħareġ lill-Gvern dwar servizzi li pprovda u li għalihom tħallas minn fondi pubbliċi, inkluż il-kontijiet li ħareġ lil Enemalta għal xogħol li għamel fir-rigward tal-proġett ta' ElectroGas;", "Kopja tal-kontijiet li ħareġ fir-rigward ta' xogħol li għamel rigward Vitals;", "Kopja tal-letter of engagement dwar dak kollu li tqabbad jagħmel ma' ElectroGas; u", "Kopja tar-rapport li għamel u għadda lil Enemalta b'risposta għar-rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika rigward il-kuntratti ma' ElectroGas.", "Fit-3:50 p.m. is-Sur Galea spiċċa jagħti x-xhieda tiegħu għal din il-laqgħa.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-3:52 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210310_080m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 15", "It-Tnejn, 15 ta' Marzu 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Anton Refalo, President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 15 ta' Marzu 2021 fl-4:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "L-Aċċessibbiltà fir-rigward tal-Konnettività bejn Malta u Għawdex (kont.); u", "Affarijiet oħra.", "2 ta' Marzu 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20210315_015a_gpc.docx"} {"text": ["GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 15", "It-Tnejn, 15 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "Laqgħa Nru 15", "It-Tnejn, 15 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14, li saret fl-1 ta' Marzu 2021, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anton Refalo): Nilqa' lil kull min qed isegwina online fuq is-sit elettroniku tal-Parlament, kif ukoll lil dawk it-telespettturi li se jkunu qed isegwu l-laqgħa ta' dan il-Kumitat fuq l-istazzjon televiżiv tal-Parlament.", "Ninforma lil dawk kollha li se jindirizzaw lill-Kumitat li l-proċeduri huma pubbliċi u allura dak li se jingħad u jintwera se jkun qed jixxandar kif indikat, dejjem jekk ma jkunx indikat mod ieħor.", "L-AĊĊESSIBILITÀ FIR-RIGWARD TAL-KONNETTIVITÀ BEJN MALTA U GĦAWDEX – KONT.", "IĊ-CHAIRPERSON: Niġu għad-diskussjoni tal-laqgħa tal-lum bis-suġġett \"L-Aċċessibilità fir-rigward tal-Konnettività bejn Malta u Għawdex\".", "Kif qbilna fil-laqgħa li għaddiet, illum se nkomplu bid-diskussjoni u se nagħmlu xi mistoqsijiet rigward il-preżentazzjonijiet li taw fil-laqgħa li għaddiet is-Sur Daniel Cilia mill-Moviment Graffitti f'isem 16-il NGO, u n-Nutar Christian Zammit mill-Ministeru għal Għawdex.", "Nilqa' magħna lis-Sur Daniel Cilia, lis-Sur George Mario Attard u lis-Sa Ruth Mercieca mill-'Moviment Graffitti' u lis-Sa Maria Grazia Cassar mill-NGO Din l-Art Ħelwa li ngħaqdu magħna permezz ta' video conferencing.", "Nistieden lill-Membri sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet jew rimarki tagħhom.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, se nkomplu bl-istess sistema kif bdejna l-aħħar darba, fejn neżawrixxu suġġett suġġett skont il-preżentazzjoni li saret mill-Ministeru għal Għawdex?", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li hekk l-aħjar.", "KEVIN CUTAJAR: Safejn naf jien konna wasalna fil-mistoqsijiet dwar it-tieni fibre optic cable.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, hekk hu.", "KEVIN CUTAJAR: Min-naħa tiegħi, kien għad fadalli mistoqsija waħda pendenti li nixtieq aktar spjegazzjoni dwarha, jew mingħand il-Ministru jew min-Nutar Zammit, li għandi nifhem li qiegħed kollegat magħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, in-Nutar Zammit jinsab magħna permezz ta' video conferencing.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT (Ministeru għal Għawdex): Nikkonferma.", "KEVIN CUTAJAR: Il-mistoqsija tiegħi tirrigwarda l-proposta li kienet saret minn dan il-kumitat u għaddiet b'mod unanimu biex ikun hemm mekkaniżmu ħalli l-Għawdxin li jaħdmu f'Malta jkollhom jumejn fil-ġimgħa telework minn Għawdex.", "Dan speċjalment wara l-iżviluppi li rajna fl-aħħar 15-il ġurnata fejn il-Gvern introduċa restrizzjonijiet ġodda.", "Fl-aħħar laqgħa, in-Nutar Zammit, fil-preżentazzjoni tiegħu, jidhirli li għamel affermazzjoni fejn qal li t-tieni fibre optic cable se jkun qed jgħin biex aktar xogħol jibda jsir minn Għawdex permezz tat-telework.", "Nixtieq nisma' aktar dwar din il-proposta, speċjalment fid-dawl tal-fatt li meta jien għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru għall-Finanzi dwar din il-proposta, litteralment sibt bieb magħluq ma' wiċċi.", "Nixtieq inkun naf kif min-naħa waħda qegħdin nagħmlu dan it-tip ta' dikjarazzjonijiet li jinkoraġixxu t-telework għall-Għawdxin minn Għawdex, mentri min-naħa l-oħra l-Ministru għall-Finanzi jinsab sejjer fid-direzzjoni l-opposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min se jirrispondi?", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Sur President, nista' nirrispondi jien, jekk mhix problema għalikom.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: L-ewwel nett, il-waranofsinhar it-tajjeb lilkom, Sinjuri, u nirringrazzjakom talli erġajtu stedintuni ġimagħtejn wara li tajt il-preżentazzjoni tiegħi fi ħdan dan il-kumitat Parlamentari għal Għawdex.", "Kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Cutajar, ġimagħtejn ilu kont dħalt fuq l-issue tal-aċċessibilità diġitali peress li wieħed mill-binarji ferm importanti u essenzjali fl-2021 għal Għawdex huwa proprju l-binarju diġitali.", "Mhuwiex sigriet statali li fost l-akbar ostakli li nħabbtu wiċċna magħhom bħala Ministeru meta nkunu qegħdin nipprovaw nattiraw investiment lejn Għawdex kienet il-problema li Għawdex ma kellux it-tieni fibre optic cable.", "Diversi kumpaniji meta jiġu biex jinvestu f'Għawdex ikunu preokkupati peress li Għawdex kien jiddependi fuq fibre optic cable wieħed.", "Illum, fl-2021, huwa essenzjali li jkollok aċċessibilità diġitali u aċċessibilità li tkun kontinwa, regolari, veloċi, u kif ukoll waħda li tagħtik level playing field mal-kumplament tal-pajjiż.", "Kif kont qed ngħid fl-aħħar laqgħa, it-tieni fibre optic cable mhux biss se jiggarantixxi aċċessibilità lil dawk il-kumpaniji li jridu jinvestu f'Għawdex, imma se jkun ta' għajnuna f'dak li għandu x'jaqsam l-internet, telekomunikazzjoni, televiżjoni bejn Malta u Għawdex, u anke t-teleworking.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' remote online learning u remote working, dan it-tieni fibre optic cable se jkun ta' għajnuna kbira għax, kif konna qed ngħidu, se jkollok konnettività u skambju ta' informazzjoni kontinwa, veloċi u b'kapaċità għolja.", "KEVIN CUTAJAR: Nutar Zammit, napprezza l-ispjegazzjoni li tajtni, però forsi ma kontx ċar biżżejjed fil-mistoqsija tiegħi.", "Jien irrid inkun naf, f'dan l-istadju, meta għandna l-għodda f'idejna, li huwa t-tieni fibre optic cable u li, kif qed tgħid inti ġustament, dan għandu jiffaċilita fit-teorija aktar telework għall-Għawdxin minn Għawdex, għalfejn min-naħa tal-Gvern qegħdin naraw din il-kontradizzjoni fejn il-Ministru għall-Finanzi jidher xettiku immens dwar din il-proposta ta' aktar telework għall-Għawdxin minn Għawdex?", "Qed ngħid dan wara li jien personalment għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari dwar din il-proposta lill-Ministru għall-Finanzi.", "Inutli jkollna l-għodda jekk imbagħad il-Gvern ma jħaddimhiex.", "Dak hu l-punt tiegħi.", "Kif il-Gvern, speċjalment id-Deputati Għawdxin fuq in-naħa tal-Gvern, se jaraw li din il-kontradizzjoni fi ħdan il-Gvern tiġi eliminata?", "Dik hija l-mistoqsija tiegħi.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Li nista' ngħid f'dan l-istadju, kif urew dawn l-aħħar 12-il xahar ta' din il-pandemija li sfortunatament laqtet lid-dinja kollha, ir-remote working għaddej b'mod regolari anke fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.", "Għandek diversi impjiegati u dipartimenti li, sfortunatament, minħabba kwestjonijiet ta' kwarantina jew anke problemi loġistiċi li qed tikkawża din il-pandemija, qed jaħdmu b'remote working.", "Għalhekk ma nistax nifhem eżattament il-punt li qed tqajjem, għax ir-remote working għaddej b'mod regolari.", "KEVIN CUTAJAR: NaĦseb li l-punt huwa ċar biżżejjed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili, Onor. Cutajar.", "Naħseb li l-Ministru għal Għawdex jista' jispjega aktar fuq dan il-punt.", "CLINT CAMILLERI (Ministru għal Għawdex): Sur President, biex inkompli fuq dak li kien qed jgħid in-Nutar Zammit, rigward it-telework hemm struzzjonijiet ċari li fejn hu possibbli li ħaddiema jaħdmu permezz tat-telework dan għandu jitħalla jsir.", "Fil-fatt, hekk qed isir kemm f'dak li għandu x'jaqsam il-Ministeru għal Għawdex, fejn għandna ħafna mill-persuni li jistgħu jaħdmu b'telework li qegħdin jagħmlu dan, kif ukoll f'numru ta' dipartimenti f'Malta.", "Kif qal tajjeb il-Prim Ministru, fejn jista' jsir it-telework, dan għandu jsir.", "Nifhem li hemm ċerti xogħlijiet li fin-natura tagħhom huwa impossibbli li jsiru pemezz tat-telework.", "Jekk xogħlok huwa fuq barra jew trid tagħmel xi ħaġa b'mod manwali fuq il-post, ma tistax tagħmel dan mid-dar tiegħek.", "Għaldaqstant, hemm ċerti istanzi fejn żgur li ma jistax isir telework.", "Però, apparti l-fatt li l-Gvern qed jinkoraġġixxi t-telework fejn jista' jsir fis-settur pubbliku, qed ninkoraġġixxu t-telework anke għall-Għawdxin li jaħdmu mas-settur privat f'Malta.", "Il-Gvern qed jistieden lill-employers sabiex fejn jistgħu jagħtu xogħol b'telework jagħmlu dan.", "Fil-fatt, għal dawk l-employers li għandhom ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta, il-Gvern ħareġ skema apposta fejn hemm rifużjoni lill-istess employers kemm-il darba ħaddiem Għawdxi li jaħdem Malta u jista' jagħmel xogħol bit-telework, dan jingħata l-fakultà li jaħdem numru ta' ġranet b'telework minn Għawdex stess.", "Dan mhux biss qegħdin ninkoraġġuh, imma qegħdin ninċentivawh b'mod fiskali fejn qed igawdi kemm l-employer, għax għandu rifużjoni fuq il-paga li jagħti lill-ħaddiem, kif ukoll l-impjegat li jkun jista' jaħdem numru ta' ġranet minn Għawdex.", "CHRIS SAID: Ministru, għadek kemm semmejt l-iskema tar-rifużjoni tal-employers.", "Jidhirli li din l-iskema kienet hemm is-sena l-oħra wkoll, hux hekk?", "CLINT CAMILLERI: M'għandix id-data quddiemi.", "CHRIS SAID: Mhux qed nsitaqsi dwar id-data.", "Kien hemm jew ma kienx hemm skema?", "CLINT CAMILLERI: Kien hemm numru ta' skemi li kienu qegħdin jitħaddmu, inkluż il-Gozo Back Office Employment Refund Scheme, l-iskema li jekk tħaddem ħaddiema ġodda u diġà qed topera minn Għawdex il-Gvern jagħtik għajnuna fiskali fuq medda ta' tliet snin sabiex tkompli żżid il-kapaċità: jekk m'iniex sejjer żball, din l-iskema ġiet imnedija għal nofs is-sena l-oħra.", "Din is-sena din l-iskema reġgħet tnediet u forsi b'differenza minn dak li sar is-sena l-oħra, din is-sena qegħdin nagħmlu PR tajjeb fuqha biex mhux biss ikunu jafu biha l-Għawdxin, imma anke l-employers Maltin.", "Għaldaqstant, qegħdin naraw kif il-messaġġ dwar din l-iskema jasal għand l-employers Maltin sabiex ikunu jafu biha u jitħajru jagħmlu użu minnha.", "Jidher li qed ikun hemm konkorrenza tajba; m'għandix il-figuri fuqi, imma jidher li l-messaġġ qed jasal.", "CHRIS SAID: Ministru, tista' forsi sal-laqgħa li jmiss iġġibilna l-figuri ta' kemm ibbenefikaw ħaddiema Għawdxin minn din l-iskema bejn is-sena l-oħra u din is-sena?", "CLINT CAMILLERI: Hemm numru ta' ħaddiema Għawdxin li bbenefikaw minn din l-iskema.", "M'għandix id-data quddiemi; però, jekk tagħmel mistoqsija parlamentari nkun nista' nitlob għal din id-data u npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra biex tkun pubblika.", "Li huwa żgur huwa li s-sena li għaddiet kien hemm take-up tajjeb ta' wħud minn dawn l-iskemi.", "Fil-fatt, ninsab informat li t-take-up tal-iskemi kien irdoppja fuq is-sena ta' qabel.", "Però, b'mod speċifiku, kemm kien in-numru ta' dawk li applikaw u bbenefikaw minn kull skema nkun nista' nagħtihulek fid-dettall permezz ta' risposta għal mistoqsija parlamentari.", "CHRIS SAID: Ħa mmur lura fuq it-tieni fibre optic cable, għax din hija inizjattiva tajba imma kultant donnu li npinġu t-tieni fibre optic cable bħala s-salvazzjoni ta' kollox jew se jsolvi l-problemi f'dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' ċertu tip ta' xogħol f'Għawdex.", "Apparti dan, Ministru, tista' tgħidilna kif qed jitħaddem dan it-tieni fibre optic cable, x'tip ta' ftehim hemm, u min qed imexxih?", "Ngħid sew li dan it-tieni fibre optic cable huwa proprjetà tal-Gvern?", "Kif nafu, l-ewwel fibre optic cable huwa proprjetà ta' kumpanija privata.", "CLINT CAMILLERI: Qed nieħu gost li l-Onor.", "Said darlu l-ħsieb fuq it-tieni fibre optic cable, għax l-aħħar li smajtu jitkellem fuqu kien qal li dan huwa ħrafa ta' Esopu.", "CHRIS SAID: Ministru, jekk trid li mmorru f'dik id-direzzjoni, immorru hemm!", "Jien m'għedtx hekk.", "Jien għedt li hija ħrafa ta' Esopu li npoġġu t-tieni fibre optic cable bħala s-salvazzjoni ta' kollox.", "CLINT CAMILLERI: Jekk m'għedtx hekk nisimgħu r-recording u wieħed jara x'għedt eżattament.", "Said, jista' jkun li ħarbitlu minn ħalqu u forsi ma riedx jgħid dak id-diskors.", "CHRIS SAID: Kompli pprova poġġili kliem f'ħalqi li m'għedtx, imma ma jimpurtax!", "CLINT CAMILLERI: Toqgħodx tisfidani li m'għedtx dak il-kliem, għax dak il-kliem għedtu.", "Għedt ċar u tond li t-tieni fibre optic cable hija ħrafa ta' Esopu.", "CHRIS SAID: Qisek is-Super One li jdawwar id-diskors tal-Oppożizzjoni.", "CLINT CAMILLERI: Mhux is-Super One qalu!", "Fil-każ nisimgħu r-recording.", "Nifhem li forsi ma ridtx tgħid hekk, imma ħarbitlek.", "Dan jista' jiġri lil kulħadd, imma tgħidlix li qed nigdeb għax il-verità qed ngħid.", "CHRIS SAID: Ministru, ħa nerġa' nagħmillek il-mistoqsija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kellu bżonn it-tieni fibre optic cable jħalli ġid daqs il-ħrejjef ta' Esopu!", "CHRIS SAID: Hekk hu!", "Il-punt huwa dan: il-Gvern ilu tmien snin jgħid li t-tieni fibre optic cable se jsolvi ħafna problemi.", "Jalla huwa hekk!", "Jalla li fit-tmien snin li għaddew ma sarx investiment f'Għawdex fil-qasam tal-IT, fil-qasam finanzjarju u fil-qasam tal-gaming tort tal-fatt li ma kienx hemm it-tieni fibre optic cable.", "Jalla huwa hekk, Ministru!", "Jalla din għalina hija ħrafa u għalik hija realtà!", "Jalla li fit-tmien snin li għaddew dan l-investiment baqa' lura għax ma kienx hemm it-tieni fibre optic cable u allura fix-xhur li ġejjin se naraw li dan l-investiment jibda jiżdied b'mod qawwi f'Għawdex.", "Inneħħilek il-kappell jekk inhu hekk.", "Però l-mistoqsija hija din: it-tieni fibre optic cable huwa proprjetà tal-Gvern u mhux bħall-ewwel fibre optic cable li hu proprjetà privata?", "Kif qed jintuża?", "Min qed imexxih u xi ħlas qed ikun hemm?", "It-tieni fibre optic cable huwa mmexxi mill-Gozo Fibre Optic Cable Limited li hija kumpanija tal-Gvern li, jekk m'iniex sejjer żball, taqa' taħt il-Ministeru responsabbli mill-Malta Enterprise, jiġifieri taħt il-Ministru Miriam Dalli.", "CHRIS SAID: Jiġifieri din il-kumpanija ma taqax taħt il-Ministeru għal Għawdex?", "CLINT CAMILLERI: Le, din il-kumpanija ma taqax taħt il-Ministeru għal Għawdex.", "CHRIS SAID: Ma tħossx li kellha taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex?", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Said, ħalli lill-Ministru jirrispondi.", "Fil-Qorti paċenzja, imma hawnhekk ukoll?!", "CHRIS SAID: X'għandu x'jaqsam il-Qorti m'hawnhekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli lill-Ministru jirrispondi.", "CLINT CAMILLERI: Kif għedt, it-tieni fibre optic cable qed jitmexxa minn kumpanija tal-Gvern li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministru Miriam Dalli, li hija responsabbli mill-Malta Enterprise.", "Staqsejtni wkoll taħt min għandha taqa' din il-kumpanija.", "Għalija, l-importanti huwa li wettaqna dan il-proġett.", "Illum it-tieni fibre optic cable qiegħed hemmhekk u l-għan tiegħu huwa li jservi lil Għawdex u lill-Għawdxin.", "Mhux se nintilef fuq il-punt dwar taħt min taqa' jew ma taqax din il-kumpanija, għax aħna tim wieħed li naħdmu flimkien.", "M'għandi l-ebda oġġezzjoni rigward taħt min taqa'.", "CHRIS SAID: L-ewwel fibre optic cable huwa ta' kumpanija privata.", "CLINT CAMILLERI: Qed ngħidlek li jaqa' taħt il-Gozo Fibre Optic Cable Limited.", "CHRIS SAID: Dwar l-ewwel wieħed qed nistaqsik.", "CLINT CAMILLERI: Fuq it-tieni wieħed qed ngħidlek.", "CHRIS SAID: L-ewwel fibre optic cable għadu ta' kumpanija privata?", "CLINT CAMILLERI: Għadu kif kien qabel.", "CHRIS SAID: Fir-rigward tat-tieni fibre optic cable, kif qed jitħaddem minn din il-kumpanija?", "Tħaddmu biss jekk ikun hemm bżonn?", "Tħaddmu biss jekk l-ewwel wieħed jinqata'?", "CLINT CAMILLERI: Fir-rigward tat-tieni fibre optic cable, il-kumpanija li semmejt iffirmat ftehim mat-tliet service providers ewlenin li għandna fil-gżejjer tagħna u jista' jintuża minnhom.", "CHRIS SAID: Imma kif qed jintuża?", "Inti użajt il-kelma \"jista' jintuża\".", "Qed jintuża t-tieni fibre optic cable?", "CLINT CAMILLERI: Iva, hemm il-ftehim iffirmat.", "Issa jekk tgħidli kif qed jitħaddem, m'iniex il-bniedem li nifhem f'din it-teknoloġija.", "Forsi nibagħtu għal min imexxi din il-kumpanija u jkun jista' jispjega f'aktar dettall.", "CHRIS SAID: Min hu ċ-chairperson tal-kumpanija?", "Ma nafx l-ismijiet bl-amment.", "Naħseb kulma trid tagħmel huwa li tfittex permezz tal-Google, m'għandekx għalfejn tagħmel il-mistoqsija.", "JOSEPH ELLIS: Jidhirli li staqsejt din il-mistoqsija fl-aħħar laqgħa, imma għandi l-impressjoni li bqajt mingħajr risposta.", "Għandkom idea kemm qed tintuża mill-kapaċità ta' dawn iż-żewġ fibre optic cables, speċjalment it-tieni wieħed?", "L-ewwel wieħed huwa privat u forsi l-Gvern m'għandux aċċess għall-informazzjoni; imma t-tieni wieħed, safejn naf jien, huwa ta' kumpanija li hija sussidjarja tal-Malta Enterprise.", "CLINT CAMILLERI: Jekk tagħmel mistoqsija parlamentari dwar id-dettalji speċifiċi ta' affarijiet teknoloġiċi, bħal kemm hi l-kapaċità li qed tintuża, wieħed ikun jista' jikkonsulta man-nies li huma inkarigati li jifhmu u jmexxu dan is-settur, u nkun nista' nagħti d-dettalji kif tixtieq.", "Però, li hu żgur huwa li din kienet wegħda elettorali, li forsi ħaddieħor wegħedha kemm-il darba, imma ma waslitx.", "Bħala Gvern, wegħedna li, sal-aħħar tal-2020, it-tieni fibre optic cable jkun in place u jibda jaħdem.", "Dik il-wegħda wettaqnieha u llum tieni fibre optic cable huwa wieħed mill-aċċessibilitajiet importanti tal-gżira Għawdxija.", "Ħafna drabi nitkellmu fuq aċċessibilità fiżika, bħall-connection bil-vapur u b'mezzi oħra ta' trasport, però.", "U Għawdex kellu u għandu bżonn din l-aċċessibilità diġitali.", "Illum qiegħda hemmhekk u ġibitna at par ma' Malta.", "Kumpanija li kien ikollha second thoughts jekk tistax topera minn Għawdex minħabba l-problemi ta' konnettività f'każ li jkun hemm ħsara fuq l-ewwel fibre optic cable u m'hemmx backup connection, illum taf li m'hemmx din il-problema.", "Qabel, li tkun offline imqar għal ftit sekondi kien ifisser telf ta' eluf ta' flus għall-kumpaniji f'ċerti setturi li ma setgħux jaffordjawh.", "Kienet sitwazzjoni inaċċettabbli.", "Però llum dik id-diffikultà m'għadhiex hemm, u għaldaqstant wieħed jista' jinkoraġġixxi u jagħmel marketing sabiex aktar kumpaniji li joperaw f'dan is-settur jibdew joperaw minn Għawdex.", "CHRIS SAID: Ministru, ladarba qegħdin nitkellmu fuq is-settur tat-teknoloġija u setturi oħra marbutin miegħu, tista' tgħid jekk il-Gozo Innovation Hub huwiex immexxi mill-Ministeru għal Għawdex jew minn xi Ministeru ieħor?", "CLINT CAMILLERI: Naħseb li hija ċara: il-Gozo Innovation Hub huwa mmexxi mill-Ministeru responsabbli mill-Malta Enterprise.", "CHRIS SAID: Jiġifieri ma jaqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex?", "CLINT CAMILLERI: Hija ċara u kien hemm diversi mistoqsijiet parlamentari fir-rigward li ġew referuti lill-Ministeru konċernat, għax taqa' fir-responsabilità tagħhom.", "CHRIS SAID: Mhux se nagħmel mistoqsija, imma se nagħmel statement: bħala Oppożizzjoni, nemmnu b'mod qawwi li l-Gozo Innovation Hub u l-Gozo Fibre Optic Cable Limited – isimhom magħhom 'Gozo' – għandhom ikunu taħt il-Ministeru għal Għawdex u mhux taħt Ministeru f'Malta.", "Ir-raġunijiet huma ovvji.", "CLINT CAMILLERI: Nifhem li qed tagħmel dan l-istatement għal raġunijiet politiċi.", "CHRIS SAID: Ministru, aħna politiċi.", "CLINT CAMILLERI: Jien se nagħmel statement bħalma qed tagħmel inti.", "Fatt hu li dawn huma żewġ proġetti li ħaddieħor wegħedhom u ma wettaqhomx u aħna wegħedniehom u wettaqniehom.", "CHRIS SAID: Ministru, qed twettqu ħafna proġetti li kienu taħt il-Ministeru għal Għawdex u marru taħt Ministeri f'Malta.", "Nista' nibda nsemmilek lista sħiħa u ma niqafx.", "CLINT CAMILLERI: Jekk trid issemmihom semmihom bil-qalb kollha.", "Jien se nkun qed inwieġbek lura b'numru ta' proġetti li qegħdin taħt il-Ministeru għal Għawdex u li qed jitwettqu mill-Ministeru għal Għawdex. mentri qabel kienu taħt il-Ministeru għal Għawdex u baqgħu ma twettqux.", "CHRIS SAID: Ministru, illum kemm hemm kumpaniji u ħaddiema li qed jaħdmu fil-Gozo Innovation Hub li ilu aktar minn sena u nofs li ġie inawgurat?", "Kif nafu, il-Gozo Innovation Hub kien inawgurat f'Novembru tal-2019, fejn kont preżenti inti, Ministru, u l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, u kien ġie mpinġi bħala li se jkun hub importanti ħafna għal Għawdex.", "Illum il-ħaddiema li qed jaħdmu f'dan l-Innovation Hub qabżu l-150 jew 200 ruħ?", "CLINT CAMILLERI: M'għandix id-dettalji li qed titlob, però wieħed jista' jagħmel mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat li għandu d-data u faċilment ikun jista' jissupplixxiha lill-Parlament.", "L-importanti huwa li meta tiġi biex tattira ċerti industriji speċifiċi, bħal f'kull settur ieħor, jekk ma toffrix l-ambjent u l-faċilitajiet neċessarji, dan ma jkunx possibbli.", "Biex tattira dan it-tip ta' negozji u employers biex jibdew joperaw mill-gżira Għawdxija, irid ikollok il-faċilitajiet.", "Qabel ma tagħmel dan, ma tistax tattira ċerti kumpaniji li jridu ċerti affarijiet biex joperaw b'ċerta faċilità.", "Għaldaqstant, dak huwa li għamel il-Gvern.", "Illum għandna l-faċilità minn fejn il-kumpaniji jistgħu joperaw.", "Aktar importanti minn hekk, għandna l-faċilità tat-tieni connection diġitali bejn il-gżejjer li se tkun qed tagħti serħan il-moħħ għal aċċessibilità diġitali kontinwa.", "CHRIS SAID: L-aħħar mistoqsija f'dan ir-rigward: l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex qed topera mill-Gozo Innovation Hub?", "CLINT CAMILLERI: Iva, ninsab informat li l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex qiegħda topera mil-Gozo Innovation Hub bħala temporary premises.", "Irrid ngħid li l-Awtorità twaqqfet ftit tax-xhur ilu u qegħdin fi proċess li jkollhom il-premises li jistgħu joperaw minnhom b'mod indipendenti.", "L-idea hi li, peress li din hija awtorità, idealment ma tkunx fl-istess blokka tal-Ministeru għal Għawdex sabiex ikun hemm l-indipendenza tagħha, anke l-indipendenza fiżika.", "Għalhekk m'għandix dubju li din l-awtorità se tkun tara li 'l quddiem ikollha l-premises adegwati għaliha.", "CHRIS SAID: Jiġifieri l-premises li qed tuża din l-Awtorità fl-Innovation Hub huma għal perjodu temporanju.", "JOSEPH ELLIS: Ministru, ftit ilu għedtilna li l-Gozo Innovation Hub jaqa' taħt il-Ministru għall-Industrija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li l-Gozo Innovation Hub jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ekonomija, waqt li l-fibre optic cable jaqa' taħt il-Ministru Miriam Dalli.", "JOSEPH ELLIS: Il-President qed jgħid sew.", "Għandna sitwazzjoni li għandna mill-inqas tliet players, jiġifieri hemm il-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għall-Industrija, li taħtu taqa' l-Malta Enterprise, u din il-kumpanija li tħaddem il-Gozo Fibre Optic Cable u l-INDIS Malta Limited li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ekonomija.", "Ministru, taħsibx li hemm lok li jkun hemm kordinazzjoni aktar fil-qrib bejn dawn l-entitajiet kollha u li jista' jkun hemm nuqqas ta' focus fid-direzzjoni li wieħed għandu jieħu?", "CLINT CAMILLERI: Aħna Gvern wieħed, jiġifieri l-focus huwa wieħed.", "Il-focus huwa li, fejn hu possibbli, nattiraw aktar kumpaniji u negozji lejn Għawdex.", "Naf li l-Malta Enterprise qed jagħmlu dan, għax ikollna laqgħat ta' kordinament flimkien sabiex kumpaniji u negozji li forsi jkollhom l-idea inizjali li jaħdmu f'Malta, wieħed jipprova jikkonvinċihom li joperaw minn Għawdex.", "Però, aktar minn hekk, wieħed irid jispjega l-vantaġġi li taħdem minn Għawdex, anke permezz ta' numru ta' skemi li semmejt fejn wieħed jista' jibbenefika anke b'mod fiskali.", "Għaldaqstant, ma nara l-ebda issue ta' nuqqas ta' focus.", "Hemm kordinament tajjeb.", "Żgur li bħala Gvern kommessi li jkun hemm aktar negozji u kumpaniji li joperaw minn Għawdex.", "JOSEPH ELLIS: Wara li ġie mniedi t-tieni fibre optic cable, x'żieda kien hemm fis-setturi tal-gaming u l-informatika f'Għawdex?", "CLINT CAMILLERI: L-Onor.", "Ellis forsi japprezza wkoll il-fatt li t-tieni fibre optic cable ġie mniedi ftit tal-ġimgħat ilu, waqt pandemija.", "Għalhekk wieħed ma jistax jislet riżultat tat-tieni fibre optic cable fi ftit ġimgħat minn meta beda jopera.", "Li hu żgur huwa li se nkunu qegħdin naħdmu sabiex inġibu aktar negozji lejn Għawdex.", "Wieħed jifhem ukoll x'inhi s-sitwazzjoni preżenti madwar id-dinja kollha; però dan mhux se jaqtgħalna qalbna, u qed inħarsu 'l quddiem għal żmien aħjar fejn is-sitwazzjoni madwar id-dinja kollha tkun waħda aktar stabbli u wieħed ikun jista' jattira aktar investiment.", "Ninsab informat li qed jiġu konklużi xi investimenti ġodda għal Għawdex, u forsi aktar 'il quddiem, ladarba jkolli l-konferma uffiċjali, inkun nista' nħabbar dan b'mod pubbliku.", "JOSEPH ELLIS: Jaħsibx il-Ministru li issa li hemm it-tieni fibre optic cable u l-Gozo Innovation Hub, li għadu fil-parti l-kbira tiegħu mhux utilizzat, wasalx iż-żmien li l-Gvern iniedi inċentivi speċjali ħalli jattira kumpaniji tal-informatika u tal-gaming lejn Għawdex, u jekk hemmx ħsieb li titfassal politika f'dan is-sens?", "CLINT CAMILLERI: Naħseb li huwa suġġeriment tajjeb li tipprova tattira aktar kumpaniji f'dawn is-setturi, mhux biss għax qed toħloq il-faċilitajiet li huma l-iżjed ħaġa importanti u l-istarting point, għax mingħajrhom ma jsir xejn, imma anke billi toffri inċentivi fiskali bħalma nidejna ftit tax-xhur ilu.", "Dan huma importanti wkoll biex tattira x-xogħol lejn Għawdex.", "Imbagħad tajjeb ukoll li jkun hemm inċentivi li jkunu speċifiċi għal ċerti tipi ta' setturi.", "Naħseb li hija idea tajba.", "Ovvjament, trid tiġi diskussa u wieħed jimplimentaha.", "KEVIN CUTAJAR: Ministru, jinkwetani ftit il-mod kif irrispondejt l-aħħar mistoqsija tal-Onor.", "Jiġifieri sal-lum il-Gvern għad m'għandux politika jew strateġija ta' kif se jattira diversi tipi ta' investimenti lejn l-Innovation Hub?", "Hekk qed tgħid?", "CLINT CAMILLERI: Onor. Cutajar, qed tifhem ħażin bħalma s-soltu tagħmel anke waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "Ma ġara xejn.", "Anzi, jien qed ngħidlek kompletament il-kontra.", "Ħa nispiċċa l-mistoqsija.", "CLINT CAMILLERI: Il-mistoqsija għamiltha u qed nirrispondik.", "KEVIN CUTAJAR: Issa nagħmillek mistoqsija oħra.", "CLINT CAMILLERI: Tista' tagħmel mistoqsijiet kemm trid u nistgħu noqogħdu hawnhekk sa nofsillejl.", "Mhix problema, nirrispondi għal kull mistoqsija.", "Dak li qed tgħid mhux minnu, anzi qed iddawwar id-diskors.", "KEVIN CUTAJAR: Tajjeb, ir-risposta tajthieli.", "Tista' tispjega x'involviment għandu l-Ministeru għal Għawdex fil-ħolqien jew fit-tħejjija ta' din il-politika, jekk teżisti?", "CLINT CAMILLERI: L-ewwel nett, jiddispjaċini li xħin tistaqsi l-mistoqsijiet, dejjem tistaqsi b'din l-attitudni xejn pjaċevoli, imma ma ġara xjen.", "KEVIN CUTAJAR: Dak il-karattru tiegħi.", "CLINT CAMILLERI: Ħażin, m'hemmx x'tagħmel.", "Nieħdu paċenzja bħalma kulħadd għandu l-karattru tiegħu.", "KEVIN CUTAJAR: Kulħadd għandu l-karattru tiegħu.", "CLINT CAMILLERI: Hekk hu!", "Ellis, il-Gvern diġà nieda numru ta' skemi li huma fuq bażi aktar miftuħa sabiex nattiraw ix-xogħol lejn Għawdex.", "Nibda billi ngħid li wieħed irid jiftakar minn fejn tlaqna.", "Tlaqna mill-2013 fejn il-qgħad f'Għawdex kien wieħed ferm aktar minn dak li hu llum.", "Però wieħed ma jridx iħares lura, u rridu nħarsu 'l quddiem.", "Il-Gvern nieda tliet skemi li huma importanti u se nerġa' nispjegahom.", "L-ewwel skema hija għal dawk il-kumpaniji li diġà qegħdin joperaw minn Għawdex, però qegħdin inħajruhom jingaġġaw aktar persuni biex ikabbru n-negozju u s-servizz li joffru.", "Għal dan il-għan, dawn l-istess kumpaniji jieħdu rifużjoni fuq il-pagi tal-istess ħaddiema fuq bażi ta' tliet snin biex ix-xogħol ikun wieħed aktar sostenibbli u fit-tul.", "It-tieni skema qiegħda għal kumpaniji eżistenti li joperaw f'Malta, jew għandhom – jew jista' jkun anke le – ħaddiema Għawdxin jaħdmu f'Malta u jiddeċiedu li jirrilokaw il-back office tagħhom fil-gżira Għawdxija.", "Għal dan il-għan ukoll hemm skema li qiegħda apposta għal dawn is-sitwazzjonijiet biex kumpanija li topera f'Malta tkun inċentivata li tirriloka parti mill-operat tagħha fil-gżira Għawdxija, għax b'mod ovvju se tkun qed tħaddem numru ta' Għawdxin magħha.", "It-tielet skema hija dik tat-teleworking li, kif diġà spjegajt, hija indirizzata għal kumpaniji li jaħdmu f'Malta u jħaddmu ħaddiema Għawdxin.", "Lil dawn qed ngħidulhom li, jekk jagħtu t-teleworking lill-ħaddiema Għawdxin biex jaħdmu minn Għawdex u jtellgħu l-istess xogħol, jekk mhux aktar, se nkunu qegħdin ninċentivawhom anke b'mod fiskali.", "Kont qed nispjega wkoll li bħalissa qed nispjegaw aktar dwar dawn it-tliet skemi.", "Fil-fatt, hemm eżerċizzju ta' public relations li huwa mmirat għan-negozji f'Malta biex wieħed ikun konxju ta' dawn l-iskemi.", "Dan għaliex forsi jkun hemm min ma jafx bihom, jew sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiem jiddejjaq jitkellem dwarhom mal-employer tiegħu.", "Għaldaqstant, biex niffaċilitaw anke din is-sitwazzjoni qegħdin nagħmlu dan l-eżerċizzju ta' PR biex ninformaw lill-employers f'Malta.", "Dawn huma skemi li jistgħu jintużaw anke fejn tidħol it-teknoloġija diġitali fost diversi negozji oħrajn.", "L-iskop huwa li negozji li għamlu suċċess f'Malta – għax, kif nafu, Malta rnexxielha tattirahom lejha – u li forsi qabel ma kenux jiġu Għawdex minħabba li ma kienx hemm il-faċilitajiet, illum hemm il-faċilitajiet, u anke dawn l-iskemi li jistgħu jutilizzaw biex wieħed iħajjarhom ħalli joperaw mill-gżira Għawdxija.", "Però, apparti dan kollu, naf li fil-Malta Enterprise hemm ukoll rappreżentanza tal-Ministeru li tressaq 'il quddiem din l-idea biex ċerti kumpaniji jibdew joperaw minn Għawdex.", "Ovvjament, wieħed jispjega l-vantaġġi kollha li għażla bħal din iġġib magħha u jekk wieħed jiddeċiedi li jagħmel dan, illum nafu li l-infrastruttura qiegħda hemm.", "Issa rridu nagħmlu forsi sforz addizzjonali biex nattiraw aktar kumpaniji lejn il-gżira Għawdxija.", "KEVIN CUTAJAR: Il-Ministru ma rrispondinix fuq l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħi.", "Jien staqsejtu: X'involviment ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Kemm se ndumu ngħidu l-istess affarijiet?", "KEVIN CUTAJAR: Il-Ministru ma jridx jirrispondini dwar x'involviment għandu l-Ministeru tiegħu.", "Din hija l-aktar ħaġa importanti għal Għawdex.", "Ministeru li ma jiswiex!", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-punt sar u l-Ministru rrisponda.", "Ejja ngħaddu biex nisimgħu ftit lill-NGOs, għaliex qegħdin ngħidu dejjem l-istess affarijiet.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Nixtieq ngħid ħaġa dwar l-aħħar ħaġa li semma l-Ministru, għaliex naħseb li huwa punt interessanti.", "Il-Ministru qalilna li hemm inċentivi biex kumpaniji jkollhom back office f'Għawdex.", "Però jidhirlu l-Ministru li jkun aktar għaqli u produttiv jekk il-flus li qed jintefqu biex jattiraw kumpaniji jwaqqfu back offices f'Għawdex, jintefqu biex jiġu attirati azjendi tal-IT u tal-gaming f'Għawdex?", "Dan għar-raġuni li meta qed tattira back office, l-impjegati se jibqgħu limitati biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.", "Back office jfisser li Għawdex se jibqa' backwater.", "Għalhekk, ikunx aħjar li jkun hawn politika aktar dinamika u proattiva li tattira u tindokra dawk l-azjendi Għawdxin li diġà qegħdin jinvolvu ruħhom fil-gaming, imma forsi għadhom żgħar u jirrikjedu ħafna inkoraġġiment?", "L-istess fir-rigward tal-azjendi Għawdxin fl-IT li huma promising ħafna u qegħdin anke jesportaw is-servizzi tagħhom.", "Naħseb li aħna lkoll nixtiequ l-ġid lil Għawdex.", "Nemmen li you get more bang for your buck jekk wieħed jgħin lil dawn l-azjendi jiżviluppaw milli nibqgħu nsusu biex il-ħaddiema jibqgħu back office fejn ikun hemm limitazzjoni ċara safejn jistgħu jilħqu fil-karriera tagħhom.", "CLINT CAMILLERI: Onor. Ellis, kif kont qed nispjega qabel, waħda ma teskludix lill-oħra.", "Fir-rigward tal-back office, hemm skema waħda indirizzata għal dak il-għan.", "Però, kif kont qed nispjega kemm lilek, kif ukoll lill-Onor.", "Kevin Cutajar, hemm żewġ skemi oħra li għandhom miri kompletament differenti.", "Iva, qegħdin ninvestu biex naraw li aktar back offices jaħdmu minn Għawdex; però, qed ninvestu wkoll f'numru ta' skemi biex industriji oħrajn, inkluż dawk li semmejt inti, jiġu attirati lejn Għawdex.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden issa lill-NGOs biex min għandu xi mistoqsijiet għan-Nutar Christian Zammit jew il-Ministru fuq dawn il-punti jkun jista' jagħmilhom.", "Għandkom xi mistoqsijiet bħala NGOs?", "IS-SA MARIA GRAZIA CASSAR (Din l-Art Ħelwa): Sur President, mhux mistoqsija għandi, imma nixtieq nagħmel statement, jekk ma jimpurtax.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tagħmlu, jekk jogħġbok.", "IS-SA MARIA GRAZIA CASSAR: Jiena ġejja mill-NGO Din l-Art Ħelwa u nifforma parti minn dan il-group ta' NGOs li ilna niddiskutu u nħabblu rasna fuq il-proġett tal-mina.", "Irrid ngħid li sibt l-overview fuq il-konnettività interessanti ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sinjura Cassar, jiddispjaċini ninterrompik.", "Bħalissa mhux qed nitkellmu fuq il-mina.", "Bħalissa qegħdin nitħaddtu fuq il-fibre optic cable.", "IS-SA MARIA GRAZIA CASSAR: Kollox sew, mela nagħmel dan il-punt aktar tard.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Mela nistgħu nagħlqu d-diskussjoni fuq is-suġġett tal-fibre optic cable u ngħaddu għal xi punti dwar affarijiet oħra.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet fir-rigward tal-kummenti li għamel fl-aħħar laqgħa n-Nutar Zammit fuq ir-raba' vapur.", "Irrid ngħid li kemm jien, kif ukoll l-Onor.", "Chris Said, u jista' jkun anke l-Onor.", "Kevin Cutajar, għamilna diversi mistoqsijiet parlamentari dwar it-tender.", "Qed nifhem li l-Gozo Channel għandha l-ħsieb li tikkummissjona l-bini tar-raba' vapur u ma tibqax tikri l-'MV Nikolaus'.", "Biss m'għandniex idea ċara tat-timeframes li qegħdin nitkellmu dwarhom, jiġifieri meta se joħroġ it-tender, meta hu maħsub li dan ir-raba' vapur ikun ikkummissjonat, u anke x'teknoloġija se juża.", "Dan għaliex il-vapuri 'MV Ta' Pinu' u 'MV Malita' qegħdin jaħlu madwar 2.7 miljun litri ta' fuel fis-sena.", "L-'MV Gaudos' jaħli inqas.", "Però ovvjament dawn għandhom impatt ambjentali konsiderevoli li wieħed irid jieħdu inkonsiderazzjoni wkoll.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Biex inwieġeb il-mistoqsija li għadu kif għamilli l-Onor.", "Ellis, nixtieq nagħmel punt żgħir dwar il-fibre optic cable biex nagħlaq fuq dan il-punt min-naħa tiegħi.", "Dan il-Gvern, kif qal tajjeb il-Ministru Clint Camilleri, huwa kommess illi jisfrutta kemm jiflaħ dan it-tieni fibre optic cable biex jattira investiment lejn Għawdex.", "Fil-fatt diġà ttrasforma l-Gozo Innovation Hub ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili: bir-rispett kollu, is-suġġett dwar il-fibre optic cable ġie konkluż.", "Jekk jogħġbok, ejja nitkellmu fuq il-vapur.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Jiġifieri minn dak il-lat kommessi li nagħmlu suċċess minnu wkoll.", "Dwar ir-raba' vapur, kif qal tajjeb il-Ministru Clint Camilleri ġimagħtejn ilu, dan il-vapur daħal fis-seħħ ftit snin ilu peress li għall-grazzja t'Alla żdied bis-saħħa t-traffiku bejn Malta u Għawdex mill-Maltin u l-barranin.", "Ir-raba' vapur kien suċċess matul dawn l-aħħar snin għax b'hekk eliminajna l-kjuwijiet kbar li kienu qed jinġemgħu fiċ-Ċirkewwa u fil-Port tal-Imġarr.", "JOSEPH ELLIS: Dr Zammit, bir-rispett kollu, il-ħin huwa limitat.", "Dawn l-affarijiet kollha nafuhom.", "Il-mistoqsija tiegħi hija ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Ellis, agħtih ċans jirrispondik.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, Dr Zammit qed jirrepeti dak li diġà qalilna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Ellis, ħalli lil Dr Zammit jirrispondi.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq it-tendering tar-raba' vapur.", "L-impenn ta' dan il-Gvern huwa li kif qered il-problema tal-istaġjonalità fejn jirrigwarda t-turiżmu f'Għawdex, huwa kommess ukoll li r-raba' vapur isir realtà b'mod permanenti.", "Il-ħsieb hu li ma nibqgħux b'soluzzjoni temporanja.", "Kif nafu, din kienet a stop-gap solution peress li kienet żdiedet b'mod qawwi d-domanda tat-turiżmu lejn Għawdex matul dawn l-aħħar seba' snin.", "Illum dan il-Gvern huwa kommess li r-raba' vapur isir realtà u, kif għedt, għaddej il-proċess tat-tendering.", "Eventwalment, se jkollna wkoll aħbarijiet f'dan ir-rigward, kif qed ikollna aħbarijiet fuq il-kwestjoni tal-fast ferry.", "JOSEPH ELLIS: 'Eventwalment' hija risposta vaga ħafna.", "Il-mistoqsija tiegħi hija speċifika dwar timeframes.", "Mill-informazzjoni li għandi – kemm hi korretta ma nafx għaliex qatt ma ngħatat pubblikament, minkejja li saru anke mistoqsijiet parlamentari fir-rigward – jidher li r-raba' vapur qed jiswa €13,000 kuljum, li hija spiża konsiderevoli għall-kumpanija Gozo Channel.", "Għalhekk wieħed irid jara kemm jagħmel sens li ma jikkummissjonax ir-raba' vapur u minflok joqgħod jikri.", "Il-mistoqsija tiegħi hi: X'timeframes hemm biex joħroġ it-tender?", "Dan il-vapur mhux se jinbena mil-lum għal għada.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Clint Camilleri.", "CLINT CAMILLERI: Mill-aħħar informazzjoni li għandi mingħand iċ-Chairman tal-Gozo Channel rigward il-procurement jew ix-xiri tar-raba' vapur b'mod permanenti – għaliex bħalissa s-servizz li għandna huwa servizz mikri – ninsab informat li qegħdin jiġu drafted it-tenders tar-raba' vapur.", "Wieħed japprezza li dan mhuwiex xi proċess faċli, imma wieħed kumpless.", "Jista' jkun ukoll li wieħed jagħżel, għalkemm m'hemmx deċiżjoni finali, li jkun hemm tender jew xiri ta' servizz li jkun leasing with the option to buy, jiġifieri tagħmel leasing ta' vapur għal numru ta' snin, imma fl-istess ħin għandek l-għażla li tixtri l-istess vapur b'mod permanenti.", "Wieħed għadu qed jiddiskuti numru ta' għażliet flimkien man-nies tekniċi mqabbdin mill-Gozo Channel, u ladarba jkun hemm dan il-proċess konkluż, it-tender ikun jista' jiġi ppubblikat ħalli s-settur privat ikun jista' jitfa' l-offerta tiegħu biex ikun jista' jforni lill-Gvern b'dak li jkun qed jitlob.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHRIS SAID: Ministru, naħseb li hemm ftit konfużjoni.", "F'Diċembru li għadda, għal mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Ellis, kien intqal li fi ftit ġranet kellu joħroġ it-tender.", "Illum Dr Zammit qalilna li t-tender qed jiġi drafted.", "Imbagħad inti għedtilna wkoll li għad trid tittieħed id-deċiżjoni, jekk fhimtek sew, dwar jekk hux se jinxtara l-vapur, hux se jinkera, jew hux se jiġi leased with the option to buy.", "Ovvjament it-tender ma jistax jiġi drafted qabel ikun hemm id-deċiżjoni dwar jekk hux se jinbena vapur ġdid, hux se jiġi mikri, jew hux se jiġi mikri with the option to buy.", "Naħseb li l-ewwel deċiżjonijiet li jridu jittieħdu huma dwar f'liema direzzjoni se mmorru.", "Nispera li dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu.", "Fis-16 ta' Diċembru 2020, f'mistoqsija parlamentari nru 1775, inti għedt hekk:", "\"Fil-ġranet li ġejjin, il-kumpanija Gozo Channel se tkun qed toħroġ it-tender li jikkonċerna r-raba' vapur.\"", "Issa għaddew tliet xhur minn meta ngħatat dik ir-risposta u mhux talli ma ħariġx it-tender, imma għadu qed jiġi deċiż x'konċett se mmorru għalih.", "L-ewwel irid jiġi deċiż il-konċett.", "Se nixtru vapur ġdid?", "Se jinbena vapur ġdid?", "Kulħadd jaf li jekk se nibnu vapur ġdid se joħroġ tender biex jinbena – nispera li ma nerġgħux inġibu vapur second hand – u dan se jieħu ż-żmien biex jinbena, għax ma jinbeniex f'ġimgħa.", "Miżerjament trid sena biex jinbena vapur ġdid tat-tip li hemm bżonn bejn Malta u Għawdex.", "Ma jimpurtax, imma l-aktar ħaġa importanti hi li almenu tittieħed id-deċiżjoni jew inkella jkollna timeframes sa meta se tittieħed id-deċiżjoni biex imbagħad ikun jista' jiġi drafted it-tender.", "M'aħniex tfal żgħar.", "Jekk għadha ma tteħditx id-deċiżjoni f'liema linja se mmorru, kif għadu kemm qal il-Ministru, allura ma jistax joħroġ it-tender.", "L-ewwel trid tittieħed id-deċiżjoni dwar x'se titlob it-tender, jekk hux xiri, bini, leasing with the option to buy, leasing biss, jew għażliet oħrajn.", "Ejja ma naħlu ż-żmien ta' ħadd.", "Ejja ngħidu fejn waslu l-affarijiet u ngħidu li sat-tali data massimu nkunu ddeċidejna fuq il-konċett.", "Bħala Oppożizzjoni nemmnu li għandu jinbena jew jinxtara vapur ġdid fjamant għaliex Għawdex hekk jixraqlu.", "Gvern Nazzjonalista, 20 sena ilu, bena vapuri ġodda fjamanti.", "Illum dawn il-vapuri għandhom 20 sena u, kif qal l-Onor.", "Ellis, għandhom ċerti nuqqasijiet għaż-żmien tal-lum.", "20 sena ilu kienu moderni u tajbin, imma bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja, meta jgħaddi ż-żmien minn fuqha, tibda tnaqqas mill-effiċjenza tagħha u jibda jkollha ċerti problemi.", "L-istess jgħodd għal dawn il-vapuri, jiġifieri jrid ikun hemm deċiżjoni ċara dwar x'se jiġri.", "L-Onor.", "Ellis qed jiġbidli l-attenzjoni li għalkemm dawn il-vapuri nbnew 20 sena ilu, xorta huma aħjar mill-'MV Nikolaus'.", "Hekk hu!", "Imma dik hija xi ħaġa li nifhimha, għax il-Gvern qed jgħid li kienet soluzzjoni temporanja.", "Però issa għaddew madwar sena u nofs, jew ftit aktar, minn kemm ilu li ġie r-raba' vapur u, mir-risposti li ngħatajna llum, jidher li għandna ħafna iżjed minn sena u nofs oħra biex jinbidel dan ir-raba' vapur.", "L-appell tagħna hu li għandu jkollna timeframes ċari, jekk għandha tittieħed deċiżjoni.", "Nifhem li hemm bżonn l-input tal-esperti u li l-Ministru ma jistax jieħu deċiżjoni waħdu għaliex hija deċiżjoni laborjuża li fiha ħafna aspetti tekniċi.", "Però hemm bżonn li din id-deċiżjoni tittieħed.", "Ma noqogħdux ngħidu li ħiereġ it-tender ftit tal-ġranet oħra, meta għadna lanqas biss iddeċidejna dwar fiex se jkun jikkonsisti t-tender.", "Inkella terġa' tirrepeti l-istorja tal-fast ferry fejn ilna tmien snin nisimgħu li ħiereġ it-tender, imbagħad ħareġ u kien hemm appell.", "Ejja ma jerġax ikollna l-istess storja fuq ir-raba' vapur.", "CLINT CAMILLERI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Chris Said tal-mistoqsija tiegħu.", "Naħseb li l-Onor.", "Said japprezza li m'iniex persuna li nħobb ħafna nwiegħed u ma nwettaqx jew inwiegħed u nwaħħal fl-istudji biex imbagħad l-affarijiet ma jaslu qatt.", "Forsi jista' jara daqsxejn it-track record li għandi s'issa, fejn nipprova li meta nagħti kelma nkun ċert li l-affarijiet se jimxu u jitwettqu.", "Wieħed jista' japprezza wkoll kemm kien hemm proġetti li fil-passat kienu mwegħdin, kien min kien responsabbli ta' dan, u baqgħu ma twettqux.", "Ladarba jkollna l-affarijiet in order wieħed jagħti l-kelma u mbagħad iwettaqha.", "Hekk qegħdin nagħmlu f'numru ta' proġetti madwar Għawdex.", "Dwar ir-raba' vapur, kif diġà għedt qabel, mill-aħħar informazzjoni li għandi jidher li l-aħjar għażla hi li jkun hemm tender għar-raba' vapur.", "Ovvjament, jekk ikun hemm tender għar-raba' vapur, dan se jkun mibni mill-ġdid: però, jista' jkun hemm l-għażla li jkun leased with the option to buy.", "Naħseb li fiċ-ċirkostanzi forsi dik hija l-aktar għażla għaqlija.", "Però, ovvjament, ma nistax nagħti l-kelma minn issa dwar dan, għaliex irrid inkun ċert, bħalma nagħmel f'ħafna istanzi.", "Dwar il-fast ferry, naħseb li hija issue apparti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, issa niġu għaliha aktar tard.", "CLINT CAMILLERI: Mela nista' nieqaf hawnhekk, u mbagħad nitkellem dwar il-fast ferry meta niġu għas-suġġett.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, dwar ir-raba' vapur, hemm kwestjoni oħra li nixtieq inqajjem f'dan il-kumitat, għax tinkwetani ftit, u naħseb għandha tinkwetana lkoll.", "Il-ftehim tal-Public Service Obligation (PSO) li hemm bejn il-Gozo Channel u l-Gvern ta' Malta ilu li skada, jekk m'iniex sejjer żball, mill-2017, jiġifieri 'l fuq minn tliet snin.", "Dan il-ftehim jobbliga lill-kumpanija li timpjega tliet vapuri fuq ir-rotot ta' bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr u Sa Maison/Valletta.", "Fil-fehma tiegħi, ma jagħmilx sens li l-kumpanija se tidħol għal investiment tar-raba' vapur, anke jekk se tagħmel leasing, sakemm ma jkollhiex iċ-ċertezza li se tibqa' topera s-servizz.", "Naf li din mhijiex materja li taqa' taħt il-kompetenza tal-Ministeru għal Għawdex, imma forsi tajjeb li jkollna idea dwar meta se jiġi mniedi l-PSO il-ġdid.", "Issa suppost għandha tkun aktar faċli li dan il-ftehim jiġi konkluż ġaladarba l-kwestjoni tal-fast ferry service inqalgħet mill-ambitu ta' dan il-ftehim.", "CLINT CAMILLERI: Ma fhimtx eżattament x'inhi l-mistoqsija.", "Qed nifhem li hi dwar meta se joħroġ il-PSO.", "CHRIS SAID: Naqblu, hux hekk, li għandna l-ftehim tal-PSO li hu skadut bi tliet snin jew iżjed?", "CLINT CAMILLERI: Dan il-ftehim huwa mġedded bi ftehim mal-Kummissarju, jiġifieri m'aħniex qed niksru l-liġi u kollox huwa in order.", "CHRIS SAID: Bl-ebda mod ma qed ngħidu li mhux in order, imma qed ngħidu li l-ftehim skada.", "Il-Gvern jew l-Awtorità regolatorja kellha testendih għaliex kien hemm issues li kienu qegħdin iżommu milli jinħareġ il-ftehim il-ġdid.", "Kieku nħarġet it-tender il-ġdida, ma kienx jiġi estiż.", "X'qed iżomm issa li dan il-ftehim ġdid jinħareġ?", "Hemm timeframes dwar meta se joħroġ it-tender tal-PSO l-ġdid?", "Il-Gozo Channel se tibda miexja biex toħroġ it-tender għar-raba' vapur qabel ikun ingħalaq il-PSO il-ġdid jew se tistenna li jiġi finalizzat, imbagħad toħroġ it-tender tar-raba' vapur?", "JOSEPH ELLIS: Eżatt, din hija kwestjoni ta' x'jiġi l-ewwel, hux il-bajda jew it-tiġieġa.", "Naħseb li qabel ma jsir l-investiment fuq ir-raba' vapur huwa tajjeb li l-Gozo Channel ikollha ċ-ċertezza – allavolja l-probabbiltà hi li qiegħda f'pożizzjoni li tagħti s-servizz – li għal ċertu numru ta' snin se tkompli topera s-servizz, speċjalment bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa.", "Din hija importanti għall-kumpanija, għax anke jekk se titlob finanzjament mill-banek, dawn żgur li se jitolbu għal din iċ-ċertezza.", "Naħseb li huwa fl-interess ta' kulħadd li dan il-ftehim tal-PSO jiġi mġedded għas-snin li ġejjin.", "CLINT CAMILLERI: Il-PSO, jekk m'iniex sejjer żball, joħroġ min-naħa ta' Transport Malta, jiġifieri nimmaġina li ladarba l-ftehim ikun qiegħed jasal fi tmiemu, dan se jkun jista' jiġi ppubblikat minn Transport Malta jew mill-Ministeru għal Għawdex, li l-Gozo Channel taqa' taħtu, u se nkunu qegħdin naħdmu biex nirbħu l-bid.", "Se nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nirbħu l-bid u s-servizz ikun wieħed sostenibbli.", "Biex infiehmu daqsxejn x'inhu l-PSO, dan huwa bażikament l-għajnuna li l-Gvern jagħti lill-kumpanija biex topera servizz li huwa indispensabbli għall-pajjiż.", "Huwa għalhekk li jidħol il-PSO, biex jagħti s-sussidju – biex nuża kelma li jifhimha kulħadd – li hemm bżonn.", "Ladarba jkun hemm il-bidding, il-Gozo Channel se tkun qed tagħmel il-bid tagħha, ovvjament wara li tagħmel il-homework tagħha flimkien ma' esperti li tqabbad biex isiru l-costings, fost affarijiet oħra, u se tkun qed taħdem biex nirbħu.", "JOSEPH ELLIS: L-issue hawnhekk hi li l-Gvern qed jilbes żewġ kpiepel tramite żewġ Ministeri differenti, li huma l-Ministeru tal-Infrastruttura, li se joħroġ din il-PSO, u l-Ministeru għal Għawdex, li taħtu taqa' l-Gozo Channel.", "Jekk tħares lejn l-interessi ta' Għawdex, evidentement dan il-PSO jrid ikopri tal-inqas erba' vapuri, għaliex id-domanda llum teħtieġ li jintużaw erba' vapuri.", "Il-mistoqsija hi: Xi ħsebijiet hemm biex jiġi kkonkretizzat il-PSO il-ġdid biex il-Gozo Channel tkun f'pożizzjoni li tiddefinixxi x'se tagħmel biex ikollha r-raba' vapur?", "CLINT CAMILLERI: Naħseb li diġà weġibtek.", "Bħalissa hemm erba' vapuri.", "M'iniex persuna teknika u allura forsi jkun aħjar li nkellmu lil xi ħadd min-naħa ta' Transport Malta li jagħmlu l-bid.", "Il-fatt hu li ladarba jkun hemm il-bid tal-PSO, il-Gozo Channel se tkun qed tibbiddja.", "Bħalissa għandha erba' vapuri u żgur li l-Gvern ma jridx jonqos milli jkollna erba' vapuri li jkunu qed joperaw.", "Dak huwa stat ta' fatt.", "CHRIS SAID: Qatt ġie kkonsidrat mill-Ministeru tiegħek li r-raba' vapur, minflok ikun vapur bħall-oħrajn – mhux qed ngħid fast ferry – ikun vapur veloċi għall-merkanzija li jagħmel ċertu knots biex it-traġitt ma jkunx twil u li jkun iddedikat biss għall-merkanzija bejn l-Imġarr u l-Port il-Kbir jew il-Port ta' Marsamxett?", "Qed ngħid dan anke fid-dawl tal-fatt li llum hemm problema li l-merkanzija qed tieħu spazju mdaqqas mill-vapuri li jaqsmu bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa.", "Ħafna drabi għandek vapuri li jistgħu jieħdu sa 140 karozza li jitnaqqsilhom il-capacity bi 30 jew 35 karozza għaliex ma jkunux jistgħu joperaw b'żewġ rampi.", "Il-mistoqsija tiegħi hi: Din il-pożizzjoni ġiet ikkonsidrata anke fid-dawl tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea li fejn il-merkanzija tista' tiġi trasportata bil-baħar, għandha tiġi trasportata bil-baħar u mhux bl-art?", "Qed ngħid dan għaliex, bħala Għawdxin, ilkoll nafu li għandek is-sitwazzjoni fejn it-trakkijiet iridu jaqsmu jew Malta kollha, jew nofs Malta, miċ-Ċirkewwa sad-destinazzjoni tagħhom fiċ-ċentru ta' Malta jew ħafna drabi anke fin-Naħa t'Isfel ta' Malta għall-Port Ħieles u postijiet industrijali oħra, bil-konsegwenza tal-konġestjonijiet li dan iġib miegħu.", "Hawn qed nirreferi b'mod partikolari għall-konġestjoni fil-Mistra, ix-Xemxija u toroq oħra minn fejn dawn jgħaddu t-trakkijiet li jikkawżaw ħafna tniġġis, xi ħaġa li aħna l-Għawdxin nesperjenzawha kważi kuljum.", "Din il-possibilità li jkun hemm vapur iddedikat totalment għall-merkanzija li jagħmel numru ta' vjaġġi kuljum, mhux vjaġġ wieħed, bejn Għawdex u l-Port il-Kbir jew il-Port ta' Marsamxett, u li jkun vapur veloċi minflok ir-raba' vapur, imbagħad f'dak il-każ it-tielet vapur tal-Gozo Channel isir bil-hoistable deck biex iżżid vapur ieħor bejn iċ-Ċirkewwa u Għawdex, ġiet studjata jew le?", "U jekk iva, ġiet skartata jew għadha qed tiġi studjata?", "CLINT CAMILLERI: Nerġa' intenni li m'għandix dettalji speċifiċi f'idejja ladarba ma nkunx naf bihom minn qabel biex nipprepara ċerti risposti.", "Forsi tista' tispeċifika dwar il-merkanzija u minn min ġejja t-talba, fis-sens li jien nifhem li idealment tneħħi l-heavy vehicles mit-toroq għal diversi raġunijiet, inkluż dawk ambjentali.", "Però ninsab informat li ftit tax-xhur ilu sar arranġament ma' min jopera l-heavy vehicles biex jaqsmu matul ċerti ħinijiet, anke billejl biex ma jkunx hemm impatt, la fuqhom fl-aħħar mill-aħħar u lanqas fuq dawk li jużaw it-traġitti ta' kuljum.", "Kif qed tgħid inti wkoll, ma jkunx qed jittieħed spazju fuq il-vapur li jista' jittieħed minn vetturi oħrajn.", "Wieħed imbagħad irid ikompli jżid li fil-kontest ta' dan kollu ż-żieda tar-raba' vapur taffiet mhux ftit il-kwestjoni tal-kjuwijiet fit-terminals.", "Ma nistax ngħid li din il-kwestjoni spiċċat għalkollox, imma ġiet ridotta b'mod drastiku.", "Bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni partikolari minħabba l-pandemija, però wieħed ma jistax jiċħad il-fatt illi r-raba' vapur kellu effett pożittiv ħafna fuq dawk kollha li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer.", "Mhux qed ngħid li huwa vapur perfett, però meta staqsejt dwaru jidher li kien hemm issue kbira biex issib vapur li jaqbel ma' kif inhuma mibnija l-mollijiet, fost l-oħrajn.", "Għall-inqas, minn kif ġie spjegat lili, jidher li mhux faċli li ssib il-vessel addattat għall-użu li nirrikjedu aħna.", "Dwar il-PSO u l-merkanzija, naħseb li wieħed irid jieħu kollox fil-kontest tal-użu u l-bżonn ta' x'għandu jsir u ma jsirx.", "Għall-inqas min-naħa tal-Ministeru nista' ngħid li s'issa – għax jaf jiġu għada – ħadd minn dawk li joperaw il-heavy vehicles ma esprima li s-servizz mhux qiegħed tajjeb.", "Qed nirreferi għal kif qiegħed l-arranġament bħalissa li dawn il-heavy vehicles joperaw f'ċerti ħinijiet.", "Naf li hemm xi arranġament speċjali għalihom u jidher li qed jaħdem b'mod tajjeb.", "Però, ovvjament, kull suġġeriment li jista' jameljora s-servizz u t-traġitt u jista' jnaqqas it-traffiku fit-triq, wieħed jieħdu on board.", "Però mbagħad wieħed irid jara wkoll is-sitwazzjoni ta' operat tal-istess kumpanija.", "CHRIS SAID: Ministru, ħalli nagħmlu fil-qosor ħafna s-suġġeriment tagħna u nitolbuk li jiġi kkonsidrat, għax jidher li s'issa mhux qed jiġi kkonsidrat.", "Aħna qed ngħidu li jkun hemm vapur iddedikat u speċjalizzat għall-merkanzija li ma jkunx bejn Għawdex u ċ-Ċirkewwa, imma jkun bejn Għawdex u ċ-ċentru ta' Malta, bħall-Port il-Kbir jew il-Port ta' Marsamxett.", "CLINT CAMILLERI: Nitolbok tispeċifika r-raġuni wara l-proposta li qed tagħmel, fis-sens li r-raġuni qiegħda għal skop … (Interruzjonijiet) Dr Ellis, qed nistaqsi mistoqsija.", "Ir-raġuni qiegħda għal skop ta' easing minn fuq it-toroq ta' Malta jew għaliex min jopera dan is-servizz qiegħed forsi jgħidilkom jew ressaq ilment li mhux qed ikun komdu biex jopera?", "CHRIS SAID: Ovvja li min qed jopera dan is-servizz illum m'għandux triq oħra għax il-vapur jopera biss għaċ-Ċirkewwa.", "ONOR CLINT CAMILLERI: Li qed ngħid jien ...", "CHRIS SAID: Ministru, ħa ngħidlek ir-raġunijiet għalfejn qed nagħmlu dan is-suġġeriment.", "Huwa ovvju li min jopera s-servizz tal-merkanzija – li llum huma ħafna – m'għandhomx rotta oħra għax l-uniku traġitt bil-vapur li hemm huwa bejn Għawdex u ċ-Ċirkewwa u viċi versa.", "Illum m'hemmx alternattiva oħra, għaliex ħames snin ilu s-servizz, li diġà kien limitat u li kien jaqsam bejn Għawdex u Sa Maison, twaqqaf u sal-lum ma reġax beda.", "Dik hija l-ewwel raġuni.", "It-tieni, hemm raġunijiet ambjentali u raġunijiet ta' konġestjoni ta' traffiku fit-toroq, speċjalment fin-Naħa ta' Fuq ta' Malta.", "Diġà semmejt liema huma t-toroq partikolari fejn jinġema' ħafna traffiku.", "Hemm ukoll il-wear and tear fuq il-makkinarju ta' dawn il-vetturi u l-ħin tat-traġitt.", "Apparti dan, aħna għandna obbligu li nnaqqsu kemm jista' jkun il-heavy vehicles mit-toroq, għaliex huwa ovvju li jekk inti għandek trakk tiela' t-telgħa tal-Mistra lejn il-Mellieħa u warajh inġemgħu 50 karozza sax-Xemxija, kif jiġri ta' spiss, m'għandekx biss l-exhaust ta' dak it-trakk, imma anke tal-50 karozza li qegħdin jistennew warajh u li m'għandhom imkien fejn imorru.", "Dawn it-toroq partikolari, anke minħabba raġunijiet ambjentali, ftit li xejn jistgħu jitwessgħu jew jikbru, għaliex il-post minn fejn huma għaddejjin huwa diffiċli.", "Għalhekk, għal dawn ir-raġunijiet kollha, għandna obbligu taħt id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea li diġà semmejt, li nnaqqsu dan it-tip ta' vetturi mit-toroq tagħna.", "Naħseb li hemm ħafna aktar pożittiv milli negattiv li jkun hemm dan is-servizz.", "Sfortunatament, min jopera bejn Malta u Għawdex m'għandux possibilità oħra.", "Aħna jkellmuna nies li jaslu ċ-Ċirkewwa bil-merkanzija u jkollhom jistennew sagħtejn u anke sagħtejn u nofs, għax jiġu żewġ vapuri u ma jgħabbuhomx.", "Dan ovvjament għax ikun hemm ħafna xogħol.", "CLINT CAMILLERI: Biex inkompli ma' dan li qed tgħid, fir-rigward li jridu jistennew sagħtejn, irridu niftakru li qabel riedu jistennew ukoll, fis-sens li l-vapur tal-merkanzija ma kienx jitlaq kuljum u kull ħin minn Sa Maison.", "CHRIS SAID: Imma kellhom il-ħinijiet.", "CLINT CAMILLERI: Illum ukoll għandhom il-ħinijiet.", "Fir-rigward ta' dan is-suġġeriment, li qed ngħid jien huwa – u qed ngħid dan b'mod kostruttiv – li għall-inqas mill-feedback li għandna aħna jidher li l-operaturi tat-trakkijiet tal-merkanzija huma kuntenti bil-mod ta' kif qed jopera s-servizz bħalissa.", "Però nifhem imbagħad il-punt tiegħek, Onor. Said, li jekk ikun hemm servizz bil-baħar tkun qed tneħħi ammont kbir ta' traffiku mit-toroq lejn iċ-Ċirkewwa.", "CHRIS SAID: Mhux biss!", "Imma tilliberalizza wkoll ħafna spazju fuq il-vapuri li jaqsmu bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, Għawdex.", "Inti taf daqsi li ...", "CLINT CAMILLERI: Dan li qed tgħid huwa minnu, imma xħin tpoġġi kollox fl-istampa, wieħed ma jistax jinsa wkoll il-fatt li biż-żieda tar-raba' vapur ġiet imnaqqsa ħafna dik il-problema.", "Issa nifhem li s-suġġeriment tiegħek huwa rigward li jkun hemm traġitt dirett, kif kien hemm qabel, bejn Għawdex u port ieħor qrib iċ-ċentru ta' Malta.", "Jien ma nistax naqta' dan is-suġġeriment barra u ngħidlek: Le, ma rridx dan is-servizz.", "Anzi naf li qegħdin isiru diskussjonijiet rigward kif dan is-servizz jista' jsir jopera u l-ispiża li wieħed jirrikjedi biex jopera minn dawk in-naħat.", "Però, żgur li ma nistax naqta' din il-possibilità barra.", "Punt li rrid nikkjarifika huwa li preżentament ma jidhirx li hemm rikjesti jew suġġerimenti, għall-inqas mal-Ministeru għal Għawdex, li bħalissa min qiegħed iġorr il-merkanzija qed isib diffikultà jew b'xi mod qed jara li s-servizz mhux qiegħed jopera b'mod sew.", "Anzi, mill-informazzjoni li għandi anke miċ-Chairman tal-Gozo Channel, naf li hemm xi arranġament speċjali sabiex dawk li jġorru l-merkanzija jkunu moqdija b'mod tajjeb.", "Però ma nistax ngħid li ma rridx il-possibilità li l-merkanzija tinġarr bejn Għawdex u port ieħor ċentrali f'Malta għal xi raġuni jew oħra.", "Anzi, jekk wieħed jara l-istampa kollha u jekk din il-possibilità tkun finanzjarjament vijabbli, mhux biss bħala profitti, lesti li nikkonsidraw li dan is-servizz jibda jopera, anke minn port ieħor.", "JOSEPH ELLIS: Ministru, aħna nifhmu li kienet problematika ħafna li wieħed isib vapur tajjeb biex ikun jista' jagħmel is-servizz bejn Malta u Għawdex.", "Fil-fatt, għalhekk qed ninsistu li jinbena vapur speċifikament għar-rotta bejn Malta u Għawdex, għaliex naħsbu li dik hija l-aħjar soluzzjoni.", "Illum, għalkemm hu minnu li r-raba' vapur naqqas il-problemi li kien hemm, irridu dejjem inżommu f'moħħna li dan huwa vapur li kieku ġie biex jirreġistra ruħu taħt il-bandiera Maltija, ir-Reġistratur Marittimu Malti ma kienx jirreġistrah minħabba l-età tiegħu.", "Huwa għalhekk li bħala Oppożizzjoni qegħdin ninsistu li jibda l-proċess biex jiġi kkummissjonat ir-raba' vapur.", "Dwar il-kwestjoni tal-merkanzija, jiddispjaċini ngħid li l-feedback li għandna aħna hu totalment differenti mill-feedback li għandu l-Ministru, u se nispjega għalfejn qed ngħid dan.", "Meta l-Ministru qed jgħid li l-operaturi huma sodisfatti ma tantx jagħmel sens.", "Għaliex?", "Illum l-arranġament hu li l-Gozo Channel, biex tipprova żżomm lil dawn l-operaturi kwieti, qiegħda tagħtihom tariffa mnaqqsa b'50% jekk jaqsmu billejl.", "CLINT CAMILLERI: Onor. Ellis, biex inkompli ma' dak li qed tgħid, ma naħsibx li hija idea ħażina jekk dawn l-operaturi jagħmlu t-traġitt billejl, meta ħafna drabi jkollok l-inqas traffiku li juża l-vapur, u għaldaqstant tkun qed tevita traffiku fil-peak times matul il-ġurnata.", "Għalhekk qed ngħidlek li l-feedback li għandi jien mhuwiex dak li qed tgħid inti.", "CHRIS SAID: It-trakkijiet ikunu qasmu lejn iċ-Ċirkewwa matul il-ġurnata, jipparkjawhom iċ-Ċirkewwa u mbagħad jgħabbu matul il-lejl.", "Fis-sitwazzjoni preżenti dik hija l-aħjar soluzzjoni, però żgur li mhijiex l-aħjar soluzzjoni.", "Fiċ-ċirkostanzi l-Gozo Channel għamlet sew li tat tariffa ridotta biex it-trakkijiet jaqsmu billejl; però dik mhix qed ssolvi l-problemi jew tagħtina l-vantaġġi li speċifikajt jien aktar qabel meta għedt x'inhuma r-raġunijiet għalfejn ikun aħjar li l-merkanzija tkun diretta eqreb lejn il-post fejn trid titwassal bil-baħar milli trid taqsam Malta kollha jew tliet kwarti ta' Malta mit-toroq.", "JOSEPH ELLIS: Ministru, hawnhekk qegħdin biex insibu l-aħjar soluzzjonijiet għal Għawdex, jiġifieri din mhijiex kwestjoni li nipprovaw niskorjaw punti politiċi.", "Li kont qed nispjega huwa li dawn t-trakkijiet qed jaqsmu billejl u mbagħad ikun hemm bniedem li jniżżilhom iċ-Ċirkewwa.", "Din il-persuna titħallas ta' kull trakk, jiġifieri dik spiża oħra – vera żgħira, imma spiża oħra – u l-għada jaqsmu x-xufiera u jeħduhom fejn għandhom iwassluhom.", "Issa, sabiex dawn l-operaturi jaslu fejn għandhom jgħabbu l-merkanzija, pereżempju, fil-Port il-Kbir u lura, iridu miżerjament madwar €60 diesel.", "Mela t-tnaqqis fit-tariffa tal-Gozo Channel ma ttaffix il-fatt li m'hemmx servizz dirett għall-Port il-Kbir jew għal Sa Maison kif jispeċifika l-ftehim tal-PSO.", "Barra minn hekk, hemm il-kwestjoni tat-traġitt fit-toroq, l-emissjonijiet – għax ħafna minn dawn it-trakkijiet jarmu ammont ta' exhaust konsiderevoli – u konsiderazzjonijiet oħrajn, fosthom il-wear and tear tal-vetturi u l-wear and tear tat-tyres, fost oħrajn.", "Huwa tajjeb li l-Gozo Channel qed taġevola lil dawn l-operaturi biex jaqsmu bit-trakkijiet billejl.", "Però ma jkunx aħjar kieku l-Gozo Channel, tal-inqas fiċ-ċirkostanzi preżenti, toffri servizz billejl għall-Port il-Kbir ħalli l-qsim isir direttament mill-Imġarr għall-Port il-Kbir?", "Ħa nikkonkludi l-argument.", "Ovvjament li se jkun hemm impatt finanzjarju fuq il-Gozo Channel biex toffri dan is-servizz għall-Port il-Kbir, imma dan jista' jiġi ndirizzat bil-ftehim tal-PSO, li qegħdin ngħidu li għandu jiġi konkluż kemm jista' jkun malajr.", "B'hekk inkunu indirizzajna din il-problema kbira, għaliex jien ma nistax nifhem kif qed tgħid li l-operaturi huma sodisfatti bl-operat meta lilna jirriżultalna totalment differenti.", "Niġbidlek l-attenzjoni wkoll li xi ħmistax-ilu kien hemm impjant f'Għawdex li waqaf nofstanhar milli jkompli jopera għaliex is-supplies ma waslux minn Malta fil-ħin.", "Dan għaliex il-Gozo Channel għandha policy li tagħti preferenza lill-karozzi tal-passiġġieri qabel it-trakkijiet tal-merkanzija.", "CLINT CAMILLERI: Hekk għandu jkun.", "JOSEPH ELLIS: Hekk għandu jkun!", "Mela tajjeb, imbagħad ...", "CLINT CAMILLERI: Hekk għandu jkun li l-ewwel prijorità tingħata li dawk li jaħdmu Malta u jridu jaqsmu u jaslu lura d-dar.", "Għalhekk hemm il-ħinijiet adegwati.", "Jekk inti trid li nibdew ngħabbu t-trakkijiet minflok ngħabbu l-karozzi tan-nies, bir-rispett kollu, ma naqbilx miegħek.", "Hekk mur għidilhom lill-Għawdxin li tgħabbi lit-trakkijiet u huma jibqgħu kollha jistennew iċ-Ċirkewwa.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Ellis, m'intix tagħmel sens, bir-rispett kollu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kompli, Onor. Ellis.", "JOSEPH ELLIS: Allura sew irridu nattiraw l-investiment lejn Għawdex, imma l-industrija f'Għawdex tkun wieqfa ħalli n-nies ...", "CLINT CAMILLERI: Onor. Ellis, l-argument tiegħek ma jagħmilx sens u ngħidlek għaliex.", "Meta s-servizz kien jopera għal Sa Maison, dan kien jaħdem ftit jiem, jekk mhux ġurnata fil-ġimgħa, u issa qed tgħidli għax it-trakkijiet qed jistennew sagħtejn, irridu ngħabbu t-trakkijiet qabel ngħabbu n-nies.", "Le, ma naqbilx miegħek.", "M'għandekx raġun fuq din.", "(Interruzzjonijiet) Issa lin-nies li ġejjin mix-xogħol għidilhom li trid tgħabbi t-trakkijiet ġol-Gozo Channel u huma jitħallew jiċċassaw iċ-Ċirkewwa.", "CHRIS SAID: Le, Ministru, mhux hekk qed ngħidu.", "Aħna qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm vapur iddedikat għall-merkanzija.", "(Interruzzjonijiet) U hemm ma jkollokx il-problema ta' x'se tgħabbi l-ewwel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forċini le.", "CHRIS SAID: Aħna tim wieħed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forċini differenti.", "Il-forċini fil-purċissjonijiet ikunu.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, din mhix purċissjoni.", "Imma jien skandalizzat li l-Ministru għal Għawdex jiġi jgħid b'reverenza kbira li hekk għandu jkun, li l-industrija tieqaf … (Interruzzjonijiet)", "CLINT CAMILLERI: Mela sewwa, ngħabbu l-merkanzija u nħallu lill-Għawdxin li sejrin jew ġejjin mix-xogħol jistennew!", "(Interruzzjonijiet) Mur għidha lin-nies din, bir-rispett kollu!", "Dan meta nafu li hemm il-ħinijiet apposta għall-merkanzija biex ma jkunx hemm volum ta' traffiku f'daqqa u biex ma nħallux lin-nies jistennew iċ-Ċirkewwa.", "(Interruzzjonijiet) Imma inti le, trid tgħabbi l-merkanzija l-ewwel!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Ellis, agħmel il-mistoqsijiet tiegħek.", "Il-Ministru esprima ruħu u nistgħu nkomplu.", "JOSEPH ELLIS: Mhux ta' b'xejn ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Ellis, mhux kummenti, ejja għall-mistoqsijiet.", "Infakkar li hawn min qiegħed isegwina.", "JOSEPH ELLIS: Iva, hawn ħafna li qed isegwuna.", "Naħseb li jien qed nikkomporta ruħi sew.", "Ħaddieħor mhux qiegħed jikkomporta ruħu sew.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li fiċ-ċirkostanzi preżenti, fejn wieħed jifhem il-limitazzjonijiet tal-flotta tal-Gozo Channel, għall-inqas ikun hemm servizz billejl bejn l-Imġarr u l-Port il-Kbir.", "Dan qed ngħidu li forsi jkun hemm żewġ vjaġġi li minflok ma jkunu bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, ikunu bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli jirrispondik il-Ministru.", "CHRIS SAID: Se nagħmel mistoqsija sempliċi.", "Ministru, fl-aħħar ħames snin aħna għamilna diversi mistoqsijiet parlamentari; naħseb li kien hemm 30 waħda, dwar jekk dan is-servizz bejn Sa Maison u l-Imġarr hux se jerġa' jiġi introdott jew le.", "Ir-risposta dejjem kienet li, iva, se jerġa' jiġi introdott.", "Fil-bidu, kienu jgħidulna li dan se jsir fi ftit ġimgħat oħra, imbagħad qalulna fi ftit xhur, imbagħad qalulna li qegħdin jagħmlu l-istudji.", "Fl-aħħar sena, sena u nofs, ir-risposta kienet li qed isir studju.", "Veru qiegħed isir studju?", "Veru li hemm ir-rieda li jerġa' jiġi introdott l-vapur tal-merkanzija mill-Imġarr għaċ-ċentru ta' Malta?", "Jekk iva, fejn wasal dan il-proċess?", "Jekk le, il-Ministru għandu jkun ċar u jgħid le.", "B'hekk dak is-servizz ninsewh u ma noqogħdux inwebblu n-nies li se jerġa' jibda jopera.", "Fil-PSO l-ġdid se tinsisti inti bħala Ministru għal Għawdex li jkun hemm l-obbligu ta' dan it-traġitt jew se jiġi kkanċellat mill-PSO?", "Illum dan it-traġitt qiegħed fil-PSO, u fl-opinjoni tagħna qiegħed jinkiser il-PSO.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Ian Borg kien qalli li l-PSO mhux qed jinkiser.", "CHRIS SAID: Mux billi jgħid il-Ministru Ian Borg!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, jidhirlek li għandek tirrispondi, iva jew le?", "CLINT CAMILLERI: Nerġa' ngħid fil-qosor li jien …", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, jekk jogħġbok, ma nirrepetux.", "CLINT CAMILLERI: Sur President, mela m'għandix xi nżid aktar ma' dak li diġà għedt.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, nibda minni, irridu nżommu t-ton baxx.", "Qed ngħid dan għax aktar qabel il-Ministru tkaża bija u forsi veru li jien qbiżt ftit il-linja, imma dak huwa l-karattru tiegħi.", "Nassigurak li xejn personali, Ministru, hawn qegħdin biex niddiskutu.", "Però dak li jgħodd għalija jgħodd għalik ukoll!", "CLINT CAMILLERI: Onor. Cutajar, għandek raġun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, ejja għall-mistoqsija.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, nixtieq nagħmel tliet punti.", "Jien ninkwieta ħafna meta inti, Ministru, qed tgħid li għadkom qegħdin tippjanaw u għadkom tridu tiddeċiedu fuq dan l-imbierek raba' vapur.", "Issa jien bħalek m'iniex tekniku, imma xi forma ta' sens ta' loġika għandi.", "Għoxrin sena ilu, Gvern Nazzjonalista bena tliet vapuri ġodda fjamanti ad hoc għall-baħar ta' Malta u Għawdex.", "Iva possibbli llum ma nistgħu nużaw xejn mit-tenders u d-dokumentazzjoni kollha li ntużaw dakinhar?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għal raġuni waħda sempliċi, biex inħaffu dan il-proċess jekk irridu nġibu dan ir-raba' vapur.", "Ministru, intom tagħmlu ħafna aċċenn fuq il-kjuwijiet li nqatgħu bir-raba' vapur, u s'hemmhekk għandek raġun.", "Però, mhux in-nies kollha jaqsmu bil-karozzi.", "Ħafna nies jaqsmu bil-mixi, bħali l-ewwel wieħed.", "Inti taf ben tajjeb, għax jien ikkritikajtek kemm-il darba dwar dan, li l-'MV Nikolaus' mhuwiex aċċessibbli.", "Aktar ma nkomplu nistennew li jkollna r-raba' vapur, ifisser aktar tbatijiet għall-Maltin, Għawdxin u barranin li jridu jaqsmu bil-mixi u jkollhom jużaw dak il-vapur.", "Hawn qed nitolbok biex tikkonsidraw it-tbatija li qed ibatu ċerti nies.", "Forsi miegħek ma jitkellmux daqskemm jitkellmu miegħi, għax jien persuna b'diżabilità u allura javviċinawni aktar.", "Nista' nurik l-ammonti ta' ilmenti li jressqu miegħi n-nies.", "Fl-aħħar in-nies kważi kważi jibdew jaqtgħu qalbhom meta jaraw li għaddiet sena, tnejn u l-affarijiet ma nbidlux, imma jibqgħu l-istess.", "Kulħadd jgħidilhom \"iva, dalwaqt\", imma ma jiġri xejn.", "Dan iġibni għal punt ieħor.", "Bl-istess tip ta' argument hemm il-kwestjoni tal-vapur tal-merkanzija li ilna ħafna niddibattu fuqu.", "Jien naħseb li kien hemm ħafna ilmenti f'daqqa waħda, imma mbagħad in-nies raw li għaddew is-snin u bażikament irrassenjaw ruħhom.", "Forsi huwa għalhekk li m'għadhomx qed jaslulek daqstant ilmenti fir-rigward, Ministru.", "Hawn irrid insemmi punt ieħor li jrid jiġi kkalkolat mill-Ministeru għal Għawdex.", "Ministru, inti għamilt l-argument li wieħed irid jara jekk hemmx talba għal dan il-vapur tal-merkanzija għall-Belt Valletta.", "Jien mhux dik li rrid nara, imma affarijiet oħra, li semma anke l-Onor.", "Nafu kemm il-ġarr tal-merkanzija qed tiswa lill-ekonomija t'Għawdex?", "Kif nafu, biex iġġorr il-merkanzija bl-art hemm cost.", "Ipparagunat mal-merkanzija li konna nġorru bil-baħar, x'differenza hemm għall-ekonomija ta' Għawdex?", "Kemm qed tiswa aktar lill-Għawdxin?", "Ħalli npoġġhielek in parole povere.", "Iva jew le?", "Qatt dħaltu fiha bħala Ministeru għal Għawdex?", "Jien nemmen li għandek għal qalbek lil Għawdex daqskemm għandi jien.", "Ippermettili ħa nispiċċa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bir-rispett kollu, dan huwa kumment fil-vojt.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, ma naqbilx miegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kulħadd jaf li l-Ministru għandu għal qalbu l-interess ta' Għawdex bħal kulħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, dan ma nistennihx mingħandek.", "Ħa nikkonkludi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandek xi dubju li l-Ministru m'għandux għal qalbu l-interess ta' Għawdex?", "CHRIS SAID: Mhux hekk qal, li l-Ministru għandu għal qalbu lil Għawdex?!", "KEVIN CUTAJAR: Il-mistoqsija għamiltha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm in-nies jistennewna u ilhom jistennew żmien biex isir il-punt tagħhom.", "Jiddispjaċini.", "Le,mhux hekk l-affarijiet.", "KEVIN CUTAJAR: Ministru, qatt ikkalkolajtu kemm qed jiswa l-ġarr tal-merkanzija bl-art bħala spiża għall-ekonomija ta' Għawdex?", "Dawk huma l-mistoqsijiet tiegħi.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Clint Camilleri.", "CLINT CAMILLERI: Se nipprova niftakar il-mistoqsijiet kollha.", "KEVIN CUTAJAR: Il-mistoqsijiet kienu l-ewwel li 20 sena ilu Gvern Nazzjonalista bena tliet vapuri u allura jekk dik id-dokumentazzjoni hijiex qed tintuża llum?", "It-tieni punt huwa dwar l-aċċessibilità.", "U t-tielet punt huwa dwar kemm qed tiswina biex inġorru l-merkanzija mit-triq.", "CLINT CAMILLERI: Qed nieħu gost li l-Onor.", "Cutajar qed isemmi li 20 sena ilu bnew il-vapuri, għaliex irrid infakkru wkoll kemm-il 20 sena għaddew wara li wegħdu ħafna affarijiet u ma sarux.", "Jew kemm wegħdu li se jsiru affarijiet u damu 20 sena biex isiru, inkluż it-terminals u l-pixxina li wegħdu u qatt ma għamluha, fost ħafna affarijiet oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dik hi l-verità!", "Domtu 20 sena biex għamiltu żewġ terminals!", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, irrispondi l-mistoqsija, ħalli nagħlqu dan il-punt.", "Nerġa' nfakkar li hemm in-nies jistennew.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, qed tiġbed l-attenzjoni tal-Ministru għax ġbidtlek l-attenzjoni jien.", "Skużani, imma nqastni mir-rispett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, ma nqastek mir-rispett xejn.", "KEVIN CUTAJAR: Il-kummenti tiegħi jiswew daqs ta' ħaddieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min qallek li le, Onor. Cutajar?", "KEVIN CUTAJAR: Int għedtli li kkummentajt fil-vojt u nitolbok tiskuża ruħek.", "Ma naċċettax kumment bħal dak mingħandek, Chairperson tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien m'għedtlek xejn.", "Għedtlek: Għandek xi dubju li l-Ministru m'għandux għal qalbu l-interess ta' Għawdex?", "KEVIN CUTAJAR: Għidtli li kien kumment fil-vojt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għidtlek: Għandek xi dubju li l-Ministru m'għandux għal qalbu l-interess ta' Għawdex?", "Għalfejn qed indumu għalxejn?", "Għalfejn dawn l-affarijiet?", "CLINT CAMILLERI: Rigward ir-raba' vapur u t-tenders, diġà rrispondejt dawk il-mistoqsijiet fit-tul.", "Jekk tridu aktar dettalji b'mod speċifiku, nistgħu nitolbu liċ-Chairperson tal-Gozo Channel iġib in-nies tekniċi tal-kumpanija sabiex ikunu jistgħu jitkellmu b'mod aktar dettaljat.", "CHRIS SAID: Naqblu li fil-laqgħa li jmiss jekk jista' jiġi ċ-Chairman u n-nies tekniċi tal-Gozo Channel, ħalli dawn il-mistoqsijiet importanti jiġu mwieġba.", "Naħseb li l-Għawdxin għandom dritt ikunu jafu dawn id-dettalji, u anke bħala Oppożizzjoni biex inkunu nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ilkoll naqblu li l-aċċessibilità hija forsi l-aktar ħaġa kruċjali għal Għawdex, għax aktar ma tittejjeb l-aċċessibilità aktar jikbru l-opportunitajiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kollox sew.", "Mela Gvern u Oppożizzjoni qed jaqblu li għas-seduta li jmiss nistiednu lil dawn in-nies tekniċi, hux hekk?", "CLINT CAMILLERI: Jekk mhux diġà għandna aktar nies mistednin u nħalluhom jistennew aktar.", "Forsi jiżdiedu mal-lista, għax hawn ħafna nies li qed jistennew u se jerġgħu ma jitkellmux.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Said, nistednuhom għal-laqgħa li ġejja jew jiżdiedu fuq il-lista?", "CHRIS SAID: Bħala Oppożizzjoni, m'għandniex oġġezzjoni li jiġu fil-laqgħa ta' wara.", "Sur President, naħseb li s-suġġeriment tiegħek huwa l-aħjar soluzzjoni, li nimxu fuq punt punt.", "Is-suġġett tal-aċċessibilità lejn Għawdex huwa wiesa' u tajjeb li qbadnieh punt punt.", "Tlaqna mill-issue tal-fibre optic cable, imbagħad morna għar-raba' vapur u miegħu daħħalna wkoll it-trasport tal-merkanzija.", "Qed immissu żewġ punti f'wieħed.", "Naħseb li hekk għandna nimxu, biċċa biċċa, ħalli ma nħawdux konċetti ma' oħra.", "Ovvjament, naħseb li s-Sinjuri mill-NGOs qegħdin hawn biex jitkellmu fuq il-mina.", "Jekk naqblu, nistgħu nieqfu hawnhekk fuq ir-raba' vapur u t-trasport tal-merkanzija u nerġgħu naqbdu dan is-suġġett darba oħra meta l-Ministru jista' jġib l-esperti li semma, inkluż iċ-Chairman tal-Gozo Channel, biex iwieġbu l-mistoqsijiet tekniċi u jagħtu iżjed dawl fuq x'qed isir u f'liema linja sejrin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqblu?", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, l-uniku punt żgħir li nixtieq nsemmi huwa dwar il-PSO.", "Peress li l-PSO attwali jirrikjedi li jkun hemm servizz bejn Sa Maison jew il-Port il-Kbir u l-Imġarr, sakemm ma kienx hemm bdil jew ftehim bil-miktub bejn il-partijiet, u peress li l-Ministru għall-Infrastruttura f'mistoqsija parlamentari qal li kien hemm bidla f'dan il-PSO, jista' l-Ministru jippubblika l-emenda li saret għall-ftehim tal-PSO oriġinali ħalli naraw kif qed jiġi operat is-servizz tal-merkanzija?", "Dan għaliex naħseb li xi ħaġa daqshekk vitali għal Għawdex, bħalma hu dan il-ftehim tal-PSO, għandu ikun aċċessibbli għal kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk taqblu miegħi, nieqfu ftit hawn fuq is-suġġetti li semmejna biex nagħtu l-ispazju lill-NGOs.", "Issa wasalna fuq is-suġġett tal-mina.", "Għalhekk nistieden lill-NGOs jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom jew lin-Nutar Christian Zammit jew lill-Ministru għal Għawdex.", "IS-SUR DANIEL CILIA (Moviment Graffitti): Sur President, b'referenza għal dak li għedt inti u l-Onor.", "Chris Said, tajjeb nikkjarifika li aħna m'aħniex xi grupp tal-mina jew kontra l-mina.", "Bħala NGOs aħna nixtiequ li jkun hemm konnettività tajba bejn Malta u Għawdex, kif tixtiequ intom ilkoll f'dik il-Kamra.", "Ejja ma npoġġux kollox f'keffa waħda bħallikieku aħna ta' kontra l-mina jew favur il-mina.", "Kif għedt fil-preżentazzjoni ta' ġimagħtejn ilu, hemm affarijiet tajbin u hemm affarijiet ħżiena fir-rigward tal-mina.", "Jekk issir il-mina rridu nkunu ċerti li ħafna affarijiet oħra jsiru tajbin ukoll.", "Pereżempju, se jibqgħu jaħdmu aktar vapuri?", "Mhux se noqgħod nerġa' nirrepeti dak kollu li għedt fl-aħħar laqgħa.", "Illum se nħalli lil ħaddieħor, forsi s-Sinjura Maria Grazia Cassar, biex tagħmel il-punti tagħha.", "Però importanti li ma niġux ikklassifikati bħala xi grupp ta' kontra l-mina, għax mhux dak il-punt.", "Il-mina, jekk se ssir, tajjeb li ssir sew u jibqgħu modi oħrajn biex naqsmu bejn Malta u Għawdex.", "Dan għax jekk allaħares qatt jiġri xi ħaġa fil-mina, Għawdex jeħel.", "Din hija xi ħaġa li jaqbel magħha kulħadd.", "Ma tridx tkun xi għaref kbir jew – no disrespect, Ministru – xi perit kbir biex tifhem dan il-punt.", "Jekk ikun hemm problema fil-mina u għandna vapur wieħed, għiduli x'se jiġri f'Għawdex?", "Jekk jiġri bħalma ġara fil-mina ta' Mont Blanc u l-mina tingħalaq għal tliet snin, x'se nagħmlu?", "Jiġifieri ejja naħdmu kollha fi triq waħda li twassalna biex ikollna konnettività tajba bejn Malta u Għawdex.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sinjura Maria Grazia Cassar.", "IS-SA MARIA GRAZIA CASSAR: Sur President, grazzi tal-kelma.", "Però jekk irridu nagħmlu diskussjoni serja dwar il-mina, naħseb li aħjar nħalluha għal darb'oħra u niddiskutu b'mod dettaljat.", "X'taħsbu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien minħabba fikom biex ma nħallukomx aktar tistennew, għax naf li ilkom diġà żewġ seduti tistennew biex tagħmlu l-punti tagħkom.", "IS-SA MARIA GRAZIA CASSAR: Sur President, ma nixtieqx nagħmel il-punti tiegħi u mbagħad ma niddiskutuhomx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk intom komdi li nagħmlu din id-diskussjoni f'laqgħa oħra, nibdew bil-punti tagħkom mill-ewwel.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Sur President, jekk se nibqgħu għaddejjin sas-7.30 p.m. nistgħu nkomplu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, ma nistgħux.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Għalhekk qed nagħmel dan il-punt.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, jien irrid nitkellem fl-Aġġornament fil-Plenarja.", "CHRIS SAID: Sur President, fid-dawl ta' dak li għadha kemm qalet is-Sinjura Cassar, nissuġġerixxi – dejjem jekk hawn qbil - li fil-laqgħa li jmiss nibdew mill-ewwel bis-sehem tal-NGOs fuq il-punti li jridu jqajmu huma – mhux fuq il-mina biss, imma fuq l-aċċessibilità kollha – u dik is-seduta tkun prattikament iddedikata għall-NGOs.", "Jista' jkun li hemm NGOs oħra li jkunu jridu jingħaqdu magħna dakinhar ukoll.", "Hekk jew hekk, issa ilna għaddejjin sagħtejn u fis-7.00 p.m. jew anke qabel, kemm jien kif ukoll l-Onor.", "Ellis irridu nitkellmu fil-Plenarja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Mela qed naqblu li nagħlqu hawn.", "Onor. Cutajar, ma kenitx l-intenzjoni tiegħi li b'xi mod tkun offiż.", "Nitlob apoloġija.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, nifhem li forsi għalik mhux daqshekk faċli li tmexxi kumitat bħal dan, imma trid tapprezza li rridu nagħmlu d-diskussjoni, għax inkella nkunu qed niġu hawn għalxejn.", "Hawn ħadd m'għandu kummenti fil-vojt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tridu tapprezzaw li rridu nkunu in order u tgħinu lis-Sedja.", "KEVIN CUTAJAR: Taf kemm domt nistenna t-turn tiegħi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn kulħadd għandu għal qalbu l-interess ta' Għawdex.", "Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nitobok apoloġija.", "CHRIS SAID: Sur President, magħluqa.", "Naħseb li fis-seduta tal-lum missejna punti importanti.", "Kultant ikun hemm opinjonijiet diverġenti wkoll, imma allaħares naqblu f'kollox!", "Naħseb li kellna laqgħa tajba u ħriġna affarijiet tajbin, anke fejn forsi ma qbilniex.", "M'għandix dubju li l-Ministru ħa nota ta' dawk il-punti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzja lil kulħadd, għax qegħdin tagħmlu xogħol tajjeb favur Għawdex.", "Is-seduta li jmiss hija fit-12 ta' April 2021, fl-4.30 p.m. bl-istess aġenda.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Grazzi.", "Fis-6.31 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20210315_015d_gpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "LAQGĦA NRU 15", "It-Tnejn, 15 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta fl-4.45 p.m.", "L-Onor.", "Anton Refalo, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għal Għawdex l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14, li saret fl-1 ta' Marzu 2020, ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Anton Refalo fetaħ il-ħmistax-il laqgħa ta' dan il-Kumitat billi informa lill-mistednin ta' din il-laqgħa li l-proċedimenti huma kollha pubbliċi u ser jiġu mxandra fuq is-sit tal-Parlament ta' Malta u anke fuq it-television channel tal-Parlament.", "Informa ukoll li l-preżentazzjonijiet li jsiru u jiġu ppreżentati lill-Kumitat, huma wkoll pubbliċi sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.", "L-AĊĊESSIBBILTÀ FIR-RIGWARD TAL-KONNETTIVITÀ BEJN MALTA U GĦAWDEX (KONT.)", "Il-President stieden lin-Nutar Dr Christian Zammit f'isem il-Ministeru għal Għawdex u lis-Sinjuri Daniel Cilia, Ruth Mercieca u George Mario Attard mill-NGO Moviment Graffitti u lis-Sinjura Maria Grazia Cassar mill-NGO Din l-Art Ħelwa f'isem sittax-il NGO.", "Il-mistednin kollha ngħaqdu għal din il-laqgħa tal-Kumitat permezz ta' video conferencing.", "Il-President stiden lill-Membri ta' dan il-Kumitat sabiex iressqu d-domandi tagħhom lill-mistednin fuq il-preżentazzjonijiet li taw fil-laqgħa preċedenti.", "Minħabba nuqqas ta' ħin, il-Kumitat qabel li d-diskussjoni titkompla fil-laqgħa li jmiss.", "Fis-6.31 p.m., il-President tal-Kumitat aġġorna il-laqgħa għat-Tnejn 12 ta' April 2021 fl-4:30p.m. bl-istess aġenda.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20210315_015m_gpc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 44", "L-Erbgħa, 17 ta' Marzu 2021 fl-4:30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Marzu, 2021 fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni ma' Dr Lara Said dwar l-aċċess b'xejn għall-mediċina Daratumumab;", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210317_044a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 44", "L-Erbgħa, 17 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, fil-4:50 p.m.", "L-Onor.", "Oliver Scicluna, ippresieda l-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Għal din il-laqgħa kienet preżenti wkoll l-Onor.", "L-Onor.", "Silvio Parnis, Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kien skużat.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 43 li saret nhar l-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2021 ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI MA' DR LARA SAID DWAR L-AĊĊESS B'XEJN GĦALL-MEDIĊINA DARATUMUMAB", "Għal din id-diskussjoni kienet mistiedna Dr Lara Said, li min-naħa tagħha ressqet powerpoint presentation dwar il-mediċina Daratumumab u t-talba tagħha sabiex din il-mediċina li tingħata lil pazjenti b'ċertu tip ta' kanċer tidħol fil-formolarju tal-Gvern.", "Bil-permess tal-Kumitat Dr Lara Said ippreżentat powerpoint presentation intitolata;", "Wara li l-Dr Said ressqet il-preżentazzjoni tagħha sarulha diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Kien hemm qbil mill-Kumitat sabiex din it-talba tiġi mressqa quddiem il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "Fis-5.55 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet fi tmiemha u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT", "L-Onor."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20210317_044m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 16", "It-Tlieta, 23 ta' Marzu 2021 fl-4.30 p.m.", "IlPresident talKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Marzu 2021 fl-4.30 p.m. filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Konferma tal-Minuti", "Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika - (Każ K/028)", "Xogħol ieħor", "22 ta' Marzu 2021 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210323_016a_spl.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 17", "It-Tlieta, 23 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.14 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Grixti, President tal-Kumitat ippresieda.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet l-Onor.", "Alex Muscat (sostitut tal-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 16 li saret fis-17 ta' Frar 2021 ġew konfermati.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Michael A. Borg, Kap tad-Dipartiment tal-Kontroll tal-Infezzjonijiet u lis-Sur Steve Agius Chief Operating Officer tal-Isptar Mater Dei, sabiex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Prof. Borg u s-Sur Agius ippreżentaw Powerpoint Presentation intitolata:", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lill-mistednin.", "Fis-6.18 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20210323_017m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 22", "It-Tlieta, 23 ta' Marzu 2021 fit-3.30 pm", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Marzu 2021 fit-3.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr John Vassallo għall-ħatra ta' Non-Executive Chairman tal-Bord tal-Governaturi tal-Awtorità tal-Artijiet.", "17 ta' Marzu 2021 Skrivan tal-Kamra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210323_022a_hat.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 5 ta' Jannar 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 5 ta' Jannar 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-8.34 a.m.", "L-ISPEAKER(Onor. Anġlu Farrugia): Hemm korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, rigward il-Minuti, qed nara li hemm parti fil-tielet paġna, fit-tieni paragrafu fit-tieni sentenza, li tgħid, u nikkwota:", "\"L-Onor.", "Aquilina ppropona wkoll li dakinhar id-diskussjoni tal-Kumitat tkun limitata għall-pubblikazzjoni tar-rapport, u li fil-laqgħa li jmiss jiġi mistieden il-Kummissarju għall-iStandards ...\"", "Jien ma pproponejtx hekk.", "Jien ipproponejt li l-Kumitat jippubblika r-rapport f'dik is-seduta partikolari, imbagħad fil-laqgħa ta' wara, ġaladarba r-rapport ikun pubbliku, l-laqgħa ma ssirx in camera, imma jiġi mistieden il-Kummissarju u wara ssir id-diskussjoni.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Nirranġaw il-minuti f'dan is-sens.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Nista' nikkonferma.", "KAROL AQUILINA: Konna qed noħolqu sitwazzjoni fejn għandna rapport, jiġi l-Kummissarju jispjega, imbagħad dik l-ispjega, għax tkun saret in camera, ma ssirx pubblika.", "L-ISPEAKER: Tista' tikkwotalna eżatt sabiex nirranġawha?", "KAROL AQUILINA: Hawnhekk qed tgħid li l-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li dakinhar tad-diskussjoni l-ewwel jiddiskuti r-rapport.", "Le, l-ewwel jiġi l-Kummissarju, jispjega hu, u mbagħad il-Kumitat jiddiskuti.", "L-ISPEAKER: Il-Kumitat jaqbel li, minflok il-paragrafu:", "\"L-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li r-rapport inkwistjoni jkun ippubblikat b'mod immedjat u li d-diskussjoni dwaru ssir fil-miftuħ.", "L-Onor.", "Aquilina ppropona wkoll li dakinhar id-diskussjoni tal-Kumitat tkun limitata għall-pubblikazzjoni tar-rapport u li fil-laqgħa li jmiss jiġi mistieden il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika sabiex jispjega r-rapport tiegħu.\"", "jidħol dan li ġej:", "\"L-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li r-rapport inkwistjoni jkun ippubblikat b'mod immedjat u li d-diskussjoni dwaru ssir fil-miftuħ.", "L-Onor.", "Aquilina ppropona wkoll li dakinhar il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport u li fil-laqgħa li jmiss jiġi mistieden il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika sabiex jispjega r-rapport tiegħu.\"?", "IlMinuti talLaqgħa Nru 15, li saret fl1 ta' Marzu 2021, kif emendati, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER: Fil-folder li għandkom quddiemkom hemm dawn id-dokumenti:", "50 - Ruling tas-Sedja mogħti fis-Seduta 413 tal-11 ta' Jannar 2021, mitlub f'dan il-Kumitat dwar l-applikabilità ta' Artiklu 28 tal-Att dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, rigwardanti r-rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika dwar ilment tas-Sur Carmel Cacopardo dwar Abbuż ta' Poter fil-Ħatra tal-eks-Ministru Konrad Mizzi bħala konsulent mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (Każ K/022);", "Dok.51 - Mozzjoni 459 – Mozzjoni Privata mressqa mill-Onor.", "Karol Aquilina u l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici dwar kontestazzjoni tar-ruling mogħti fis-Seduta 413 tal-11 ta' Jannar 2021 (Dok.", "Dok.52 - Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika K/034 wara lment mis-Sur Carmel Cacopardo dwar Allegazzjoni ta' klijenteliżmu fl-ingaġġ tal-avukat Dr Cheryl Azzopardi bħala konsulent legali, datat 22 ta' Jannar 2021, li ġie mqassam lill-Membri tal-Kumitat dakinhar stess li ġie mibgħut mill-Kummissarju;", "Dok.53 - Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika K/030 wara lment mill-Prof.", "Kevin Cassar dwar Partisan content in press statement issued by Minister Silvio Schembri through the Department of Information, datat 25 ta' Jannar 2021, li ġie mqassam lill-Membri tal-Kumitat dakinhar stess li ġie mibgħut mill-Kummissarju;", "Dok.54 Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika K/029 wara lment mis-Sur Denis Tanti dwar Allegazzjoni ta' nuqqas ta' osservanza ta' miżura maħsuba biex tnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-coronavirus, datat 18 ta' Frar 2021, li ġie mqassam lill-Membri tal-Kumitat dakinhar stess li ġie mibgħut mill-Kummissarju;", "Dok.55 - Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika K/017, datat 11 ta' Frar 2021, li ġie mqassam lill-Membri tal-Kumitat dakinhar stess li ġie mibgħut mill-Kummissarju u li, f'dan l-istadju, ma hux wieħed pubbliku;", "Dok.56 - Ruling tas-Sedja mogħti fis-Seduta 434 tat-2 ta' Marzu 2021, mitlub fil-laqgħa li għaddiet ta' dan il-Kumitat, dwar, fost affarijiet oħra, il-mansjoni tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika rigwardanti r-rapport dwar il-Każ K/017;", "Dok.57 - Mozzjoni 494 – Mozzjoni Privata mressqa mill-Onor.", "Karol Aquilina u l-Onor.", "Therese Comodini Cachia dwar kontestazzjoni tar-ruling mogħti fis-Seduta 434 tat-2 ta' Marzu 2021 (Dok.", "Dok.58 - Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika K/028, datat 17 ta' Marzu 2021, li ġie mqassam lill-Membri tal-Kumitat dakinhar stess li ġie mibgħut mill-Kummissarju u li, f'dan l-istadju, ma hux wieħed pubbliku;", "Glenn Bedingfield li issa huwa membru.", "Nirringrazzja lill-Ministru Byron Camilleri li għamel ix-xogħol qablu.", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILL-KUMMISSARJU GĦALL-iSTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA - (KAŻ K/028)", "KAROL AQUILINA: Skużani.", "Sur President, jien u l-Onor.", "Therese Comodini Cachia għandna Mozzjoni.", "L-ISPEAKER: Agħtihieli.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, minn hawnhekk ma kontx nistenna lill-Onor.", "Aquilina jiġi għal dan il-Kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: L-ilment li dan il-Kumitat irid jgħaddi ġudizzju fuqu – għax hawnhekk għalhekk qegħdin, biex ngħaddu ġudizzju fuq dan ir-rapport tal-Kummissarju – sar minn ħu l-Onor.", "Għalhekk naħseb li dan jikkostitwixxi konflitt ta' interess.", "Naħseb li se mai għandu jirtira u jkun hawn deputat ieħor tal-Oppożizzjoni li jieħu postu.", "Qed nitlob li l-Onor.", "Aquilina jirrikuża ruħu.", "Mhux qed ngħid li ma niddiskutux dan ir-rapport, imma tal-inqas jirrikuża ruħu u jkun appuntat membru ieħor tal-Oppożizzjoni minfloku.", "KAROL AQUILINA: Sur President, l-ewwel nett, l-ilment ma sarx minn ħija imma sar mill-għaqda Repubblika.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ma sarx minn ħija.", "Jien rajt il-Kodiċi ta' Etika wkoll li aħna marbutin bih bħala membri parlamentari.", "Nista' niddikjara li m'għandi ebda kunflitt ta' interess u ma għandi l-ebda raġuni għalfejn nirrikuża ruħi minn dan il-każ.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (IlMinistru għallĠustizzja, lUgwaljanza u lGovernanza): Ma rridx inkun kontroversjali, però s-sitwazzjoni mhijiex feliċi.", "Hawnhekk hawn firma … (Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: Irridu niġġudikaw.", "Inti se tiġġudika xi ħaġa li tana ħuk.", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja.", "Wieħed wieħed.", "Kieku fl-atti ffirmat oħti, jiena kont nitlob li niġi sostitwit.", "Jiena mhux qed nifta' dell fuq l-Onor.", "Jien qed ngħid li għall-buon prosegwiment, ma naħsibx li hija feliċi s-sitwazzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, rigward il-frivolità li niġu f'dan il-Kumitat biha, hawnhekk għandi żewġ deputati li mhumiex se jiddejqu jiġġudikaw fuq kollega tagħhom.", "Ir-rapport huwa fuq kollega tagħhom u mhumiex se jiddejqu jiġġudikaw.", "It-tieni punt huwa li jekk hawn ġew se joqogħdu jitqajmu każi ta' kunflitt ta' interess f'xi deputat għax ġej minn familja ta' integrità, allura vera qed niżolqu fin-niexef.", "GLENN BEDINGFIELD: Mhijiex kwestjoni ta' integrità.", "THERESE COMODINI CACHIA: Dak mhuwiex kunflitt ta' interess.", "Hawn għandek rapport li nbeda fuq ilment ta' persuna li inti għandek xi konnessjoni miegħu.", "Hawnhekk m'aħniex qed niddiskutu l-ilment, imma qegħdin niddiskutu r-rapport.", "GLENN BEDINGFIELD: Qed niġġudikaw ir-rapport u mhux niddiskutuh.", "THERESE COMODINI CACHIA: Hawnhekk qed niġu biex niddiskutu x-xogħol li jkun wettaq il-Kummissarju għall-iStandards, ir-rapport tiegħu, mhux l-ilment.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Niddeċiedu wkoll.", "THERESE COMODINI CACHIA: Niddeċiedu fuq ir-rapport tal-Kummissarju u mhux fuq ir-rapport ta' min jagħmel l-ilment.", "Seta' kien l-iktar persuna kriminali fid-dinja li għamel ir-rapport, għax xorta aħna niġu hawnhekk biex niġġudikaw mhux lil min jagħmel l-ilment, imma r-rapport li jwettaq il-Kummissarju.", "KAROL AQUILINA: Sur President, jien irrid nikkonferma wkoll li l-ewwel nett jien lanqas biss kont naf li sar dan l-ilment.", "Sirt naf xħin irċevejt ir-rapport tal-Kummissarju.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Lanqas ma rrid nidħol fiha.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jimporta nidħol, jekk jogħġbok?", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, ninsistu li jibagħtu deputat ieħor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-erbgħa li aħna hawnhekk qegħdin f'sitwazzjoni skomda.", "Kull deċiżjoni li tittieħed ħafna drabi tkun fuq kollegi tagħna.", "Is-sitwazzjoni diġà mhijiex feliċi; però that is a necessary evil.", "Il-liġi tobbliga li ż-żewġ partiti jkollna żewġ membri.", "Iż-żewġ partiti qed ikollhom membru.", "Biex ngħid hekk, dan is-salib miss lilna.", "Rigward ir-rapport, irrid ngħid li lis-Sur Robert Aquilina lanqas nafu; naf li ġie bil-midja fil-Ministeru tiegħi għaxar darbiet.", "Però ma naħsibx li huwa feliċi li skont il-Kap.", "570 irridu nieħdu ċerti deċiżjonijiet … Jiena ngħid li anke fil-perċezzjoni ma naħsibx li tagħmel ġustizzja meta hemm 28 deputat ieħor li jistgħu jissostitwuh u, minkejja dan, jibqa' l-Onor.", "Ejja nevitaw dan l-iskoll.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħid … Naf li l-Ministru Carmelo Abela huwa kollega tagħna, m'hemmx x'tagħmel, però dik toħroġ mil-Liġi.", "Imma jekk hemm xi ħaġa li nista' nevitaha, jekk hawn rapport fejn is-Sur Aquilina nzerta avukat u ma nafx x'iktar ...", "KAROL AQUILINA: Tridu teliminaw lili minn dan il-Kumitat.", "GLENN BEDINGFIELD: Ma rridux neliminaw ...", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Aquilina huwa membru f'dan il-kumitat.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield qal, u qed jikkonferma l-Ministru Zammit Lewis, li peress li l-ilment f'isem l-għaqda mhux governattiva Repubblika ġie ffirmat minn Dr Robert Aquilina, li jiġi ħu l-Onor.", "Karol Aquilina, allura qed jitolbu li minħabba dik ir-raġuni, ikun hemm membru sostitut għal dan ir-rapport.", "GLENN BEDINGFIELD: Għal dan ir-rapport u mhux għal dejjem.", "L-ISPEAKER: Fiċ-ċirkostanzi, se nissospendi ftit, forsi jkun hemm xi abbokkament.", "KAROL AQUILINA: Issospendi wara dan li se ngħid.", "Jien antiċipajt li l-Ministru u l-Onor.", "Bedingfield se jiġu b'dan l-argument.", "L-ISPEAKER: Antiċipajt?", "GLENN BEDINGFIELD: La antiċipajt sinjal li kont taf li kien hemm problema u allura missek bgħatt lil ħaddieħor minflokok.", "KAROL AQUILINA: L-ewwel nett, jien mill-ewwel ħassejt li m'għandi ebda kunflitt ta' interess.", "Ivverifikajt u rajt il-Kodiċi ta' Etika b'mod l-iktar miftuħ biex nipprova nara jekk hemmx xi ħaġa, imma assolutament m'hemmx.", "GLENN BEDINGFIELD: Tal-House of Commons iċċekkjajthom?", "KAROL AQUILINA: Apparti minn hekk, jien nista' nikkonferma li ma kontx naf li sar dan ir-rapport minn ħija.", "Sirt naf wara, u bl-ebda mod ma ddiskutejt il-konklużjoni ta' dan ir-rapport ma' ħija.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Onor.", "Aquilina komdu milli jidher … (Interruzzjonijiet) Fil-bidu ma kienx jaf.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Allura inti x'se tagħmel?", "Se tirriżenja mill-Partit Laburista biex tiddeċiedi dwar dan il-każ?!", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed ngħid li kieku ma kontx naf, u mbagħad sirt naf li oħti għamlet ir-rapport, kont nirtira u ngħidilhom biex isibu deputat ieħor.", "L-Onor.", "Karol Aquilina ma jħossux skomdu jiġġudika xi ħaġa instigata minn ħuh stess.", "Dan il-Kumitat irid jesprimi ġudizzju.", "Aħna nafu x'inhija l-pożizzjoni tan-naħa l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Ma rridux nimminaw lilek, toqgħodx iġġibhom bi kbar!", "Fuq dan il-każ kulma qed ngħidu huwa li għandkom 30 deputat, baqa' 28 ieħor, ikun hemm xi ħadd ieħor u mmexxu.", "Issibha daqshekk bi kbira?", "KAROL AQUILINA: Għaliex ma hemm l-ebda raġuni għalfejn.", "GLENN BEDINGFIELD: X'jiġifieri ma hemm ebda raġuni għalfejn?!", "KAROL AQUILINA: Għax ma hemm ebda kunflitt ta' interess fiċ-ċirkostanza partikolari.", "GLENN BEDINGFIELD: Hemm il-fatt li jidher li jista' jkun hemm kunflitt ta' interess ukoll.", "KAROL AQUILINA: Allura ngħidlek tirriżenja mill-Partit Laburista jekk min hemm involut huwa Ministru tal-Partit Laburista wkoll?", "GLENN BEDINGFIELD: Xi ħadd qallek biex tirriżenja mill-Partit Nazzjonalista?", "Qed ngħidulek: Irrikuża ruħek minn dan il-kumitat.", "L-ISPEAKER: Onor. Aquilina, inti qed tiddeċiedi li ma hemm l-ebda konflitt.", "KAROL AQUILINA: Ma hemm ebda raġuni għalfejn.", "Ma hemm ebda bażi, assolutament.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'iniex komdu li jkolli l-Onor.", "Aquilina (Interruzzjonijiet) Nitilqu!", "Jekk nitilqu mhux problema.", "Nitilqu u ma jkunx hawn quorum.", "X'jiġri mbagħad?", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, ara nistgħux naslu.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Onor.", "Therese Comodini Cachia qed tkeċċina!", "Qaltli: Jekk tridu, itilqu.", "THERESE COMODINI CACHIA: M'iniex inkeċċikom.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qiegħed hawn maħtur mill-Parlament.", "M'għandi l-ebda parentela man-nies li qed irressqu dan.", "Inħossni komdu li nesprimi l-ġudizzju tiegħi.", "M'iniex komdu li jkun hawn parentela, saħansitra ħuh.", "THERESE COMODINI CACHIA: Jien rajt ir-rapport li bgħattilna, Sur President.", "Huwa ċar li l-obbligi tagħna hawnhekk huwa li naraw ir-rapport, niġġudikaw ir-rapport u mhux lil min għamel l-ilment, u niġġudikaw ix-xogħol tal-Kummissarju.", "Jien hawnhekk komda nagħmel deċiżjoni, minkejja li għandi quddiemi żewġ kollegi li huma l-kollegi u l-ħbieb tal-persuna kontra min hemm dan ir-rapport.", "Dan anke kieku dak ir-rapport kien fuq kollega deputat min-naħa tiegħi.", "Jien hawnhekk niġi biex nagħmel xogħli.", "Huwa kompletament irrelevanti.", "(Interruzzjonijiet) Jien nixtieq li xi darba, meta xi ħadd ikun qed jitkellem f'dan il-Parlament, forsi ma tgħajtux daqshekk.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Lanqas xejn.", "THERESE COMODINI CACHIA: U ma tintervjenux daqshekk.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Lanqas xejn.", "THERESE COMODINI CACHIA: Tajjeb.", "Il-punti tiegħi huma ċarissimi.", "Hawn ġew kulħadd jista' jkun skomdu biex jagħmel xogħlu, però f'din iċ-ċirkostanza ħadd m'għandu jkun skomdu.", "Qegħdin niġġudikaw rapport ta' kummissarju.", "Dak ir-rapport huwa ġustifikat, huwa oġġettiv, u rridu niġġudikawh aħna bl-ikbar oġġettività.", "Dik l-oġġettività mhijiex imċappsa, la għax hawn żewġ kollegi li jpoġġu u ħbieb ta' min huwa akkużat mill-Kummissarju, u lanqas għax hawn xi ħadd li jiġi minn xi ħadd li għamel dak l-ilment.", "L-ISPEAKER: Il-punt tiegħek huwa ċar.", "Għalhekk qegħdin hawnhekk, biex nagħmlu xogħolna fuq dak li jiġi quddiemna marbut mal-Att tal-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "Ġaladarba nqalgħet din il-kwestjoni, jien bħala Chairperson irrid nara li tiġi riżolta biex inkomplu bix-xogħol.", "Il-punt li qed jiġi sollevat huwa li li l-Onor.", "Karol Aquilina se jkun f'dan il-Kumitat jiddiskuti rapport partikolari li ffirmah ħuh.", "In-naħa tal-Gvern qed tgħid li tkun aktar komda li ma jkunx hu.", "Jien nixtieq li tiġi riżolta bonarjament.", "GLENN BEDINGFIELD: Hawn l-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mhijiex kwestjoni li nkunu skomdi aħna, imma anke għall-perċezzjoni.", "Jien ma nafx kif mhux qed tagħtu kas il-perċezzjoni.", "Tgħidli li mhux l-ilment se niġġudika u lanqas ir-rapport.", "Però se nieħdu ċerti deċiżjonijiet fuq rapport li oriġina minn ilment.", "L-ISPEAKER: Ma nixtieqx intawwal iktar.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ridt ngħid biss: Ejja ma nikkonfondux mal-irwol tagħna li dejjem naqdu abbilment – u anke l-membri tal-Oppożizzjoni jagħmlu xogħlhom b'mod abbli u jirrappreżentaw lill-grupp parlamentari tagħhom minħabba din il-Liġi – minħabba dan il-każ partikolari li hemm ilment li ffirmah ħu persuna li qiegħda hawn.", "Jien nixtieq inkun naf x'kien jiġri kieku kelli, pereżempju, oħti li ressqet ilment u ġejt hawn.", "Jien naħseb li fl-ewwel lok ma kontx niġi: però, nixtieq inkun naf x'kontu tgħidu.", "Kieku naħseb li diġà għamiltu xi ħames faċċati fuq il-gazzetti.", "KAROL AQUILINA: Nerġa' nirrepeti li ma kelli ebda diskussjoni ma' ħija, la meta għamel ir-rapport u lanqas wara.", "GLENN BEDINGFIELD: Mhijiex kwestjoni.", "KAROL AQUILINA: It-tieni, jien ma ddiskutejt bl-ebda mod ir-rapport.", "Ma għandi ebda kunflitt ta' interess, la skont dak li hemm indikat fil-Kodiċi ta' Etika tal-Membri Parlamentari – u dan jista' jikkonfermah Mr Speaker ukoll – u lanqas bl-ebda mod ieħor.", "Hawnhekk għandna rapport tal-Kummissarju.", "Fuq ir-rapport qed nitkellmu, u mhux fuq affarijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet) Għandna nipproċedu bil-Mozzjoni li ressaqt.", "L-ISPEAKER: Il-punt huwa li fuq dan il-punt hemm xi mod forsi wieħed jasal bonarjament.", "Hemm oġġezzjoni min-naħa tal-Gvern li inti trid tkun parti fid-diskussjoni.", "(Interruzzjonijiet) Biex naslu ...", "KAROL AQUILINA: Jien ikkunsidrajt dak li qalu, u għamilt il-pożizzjoni tiegħi ċara.", "L-irwol tiegħi se naqdih kif suppost, skont il-Liġi u skont il-Kodiċi ta' Etika.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jien m'iniex komdu.", "Anke jekk nasal biex nemmnu li ħuh ma ltaqax miegħu, ma kellmux u ma qallu xejn, il-fatt li llum nafu li huwa ħuh, hawn dan ir-rapport u hu jrid jgħaddi ġudizzju fuqu.", "Dan il-Kumitat irid jgħaddi ġudizzju fuq rapport li kien instigat minn ħuh f'isem Repubblika.", "Hawnhekk hawn il-firma ta' Robert Aquilina, mhijiex firma ta' xi ħadd ieħor mir-Repubblika.", "L-Onor.", "Aquilina jrid jesprimi ġudizzju fuq rapport instigat minn ħuh f'isem Repubblika.", "Jien qed nitlob biss li jirrikuża ruħu u jġibu deputat ieħor.", "Mhux qed nitlob affarijiet ta' barra minn hawn.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma nipproċedu xejn.", "THERESE COMODINI CACHIA: Jien qed nifhem li l-kollegi qed jgħidu li mhumiex komdi jiddiskutu din il-kwestjoni għaliex dak li ressaq l-ilment huwa ħu l-Onor.", "Però, nifhem ukoll li dak juri n-nuqqas ta' responsabilità tagħna bħala deputati.", "Aħna komdi dejjem nagħmlu d-deċiżjoni jekk id-deċiżjoni hija tajba.", "Hija dwar min hi.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jiena m'iniex lest li nkompli niddiskuti dan ir-rapport fil-preżenza tal-Onor.", "KAROL AQUILINA: Se jkolli ninsisti.", "Sur President, ippreżentajtlek mozzjoni u se naqraha għall-fini tal-proċedura.", "Ma hawn l-ebda talba … (Interruzzjonijiet)", "GLENN BEDINGFIELD: M'iniex lest li nkompli niddiskuti.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Sur President, se naqra din il-mozzjoni:", "Peress li nhar l-Erbgħa, 17 ta' Marzu 2021, il-Kumitat għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika rċieva mingħand il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika rapport dwar il-Każ Nru K/028 dwar l-allokazzjoni ta' fondi pubbliċi għal reklami politiċi fil-media stampata;", "Peress li fil-konklużjonijiet tal-imsemmi rapport il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika rrakkomanda lill-Kumitat dwar Standards fil-Ħajja Pubblika sabiex jippubblika l-imsemmi rapport u li kopja tiegħu tingħata lil min għamel l-ilment, kif ukoll lill-Ministru Carmelo Abela;", "Peress li huwa fl-interess tal-aqwa standards ta' trasparenza u kontabilità li l-imsemmi rapport jiġi minnufih ippubblikat fl-intier tiegħu;", "Għaldaqstant, il-Kumitat dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, imlaqqa' llum it-Tlieta, 23 ta' Marzu 2021, jirriżolvi li r-rapport mħejji mill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika dwar Nru K/028 jiġi ppubblikat minnufih.", "GLENN BEDINGFIELD: Mhuwiex aċċettabbli li jinjorana b'dan il-mod.", "Jien se nirtira minn dan il-Kumitat sakemm l-Oppożizzjoni taħtar persuna oħra.", "L-ISPEAKER: Hawnhekk għandna mozzjoni li permezz tagħha l-Onor.", "Karol Aquilina u l-Onor.", "Comodini Cachia qed jitolbu li mill-ewwel niddeċiedu li għandu jiġi ppubblikat dan ir-rapport.", "Darb'oħra diġà ddiskutejna meta rapport ma jkunx għadu ġie diskuss u jiġi approvat jiġix ippubblikat jew le.", "Għandna proċedura u se rressaqha għal vot.", "GLENN BEDINGFIELD: Għall-vot xejn!", "Jien m'iniex lest li nipparteċipa u nesprimi ġudizzju bl-insistenza tal-Onor.", "Jien qed noġġezzjona.", "L-ISPEAKER: Intom qed toġġezzjonaw.", "Jien għand din il-mozzjoni.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Aħna ġbidna l-attenzjoni.", "Għall-bon prosegwiment ta' din il-laqgħa l-Onor.", "Aquilina għandu jiġi sostitwit.", "KAROL AQUILINA: Din hija pożizzjoni bla bażi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Pożizzjoni bla bażi?!", "Kif ma teżisti ebda bażi?", "KAROL AQUILINA: Inti membru tal-Kabinett.", "Dan ir-rapport huwa kontra kollega tiegħek.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: X'għandu x'jaqsam?", "GLENN BEDINGFIELD: Ir-rapporti kollha huma kontra kollegi, però ħadd minnhom ma huwa ħija jew oħti.", "Jien inħoss li bħala deputat għandi nkun hawn.", "X'għandu x'jaqsam ħija?", "(Interruzzjonijiet) Sur President, nitolbok li nipproċedu.", "GLENN BEDINGFIELD: Le, jien ma nistax inkompli.", "KAROL AQUILINA: Kull darba qed nivvintaw xi skuża!", "Dawn kollha skużi.", "L-ISPEAKER: Ġaladarba l-membri qegħdin preżenti, se jkolli nipproċedi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Aħna m'aħniex komdi.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja ħalli nimxu.", "Għandi mozzjoni hawnhekk iffirmata mill-Onor.", "Karol Aquilina u l-Onor.", "Therese Comodini Cachia li se nġibha għall-vot.", "(Interruzzjonijiet)", "Fil-5.08 p.m. il-Membri min-naħa tal-Gvern ħarġu mil-laqgħa.", "L-ISPEAKER: Peress li m'hawnx quorum, se jkolli nwaqqaf il-laqgħa tal-Kumitat hawnhekk.", "Għaldaqstant il-Kumitat huwa aġġornat għal dak li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fil-5.09 p.m. il-Kumitat aġġorna minħabba nuqqas ta' quorum.."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210324_016d_sta.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "LAQGĦA NRU 16", "It-Tlieta, 23 ta' Marzu 2021", "IlKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fil5.40 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallĠustizzja, lUgwaljanza u lGovernanza, lOnor.", "L-Onor.", "Karol Aquilina għamel referenza għat-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-paġna numru 3 tal-Minuti tal-aħħar laqgħa u ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li huwa ma kienx ippropona li ssir diskussjoni dwar ir-rapport iżda li r-rapport jiġi pubblikat minnufih u li l-laqgħat dwar dan ir-rapport isiru fil-miftuħ inkluż dik il-laqgħa li fiha jista' jiġi mistieden il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jagħti spjega dwar ir-rapport.", "Il-Kumitat qabel li minflok il-paragrafu:", "\"L-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li r-rapport inkwistjoni jkun ippubblikat b'mod immedjat u li d-diskussjoni dwaru ssir fil-miftuħ.", "L-Onor.", "Aquilina ppropona wkoll li dakinhar id-diskussjoni tal-Kumitat tkun limitata għall-pubblikazzjoni tar-rapport u li fil-laqgħa li jmiss jiġi mistieden il-Kumissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sabiex jispjega r-rapport tiegħu.\"", "għandu jidħol dan li ġej:", "\"L-Onor.", "Karol Aquilina ppropona li r-rapport inkwistjoni jkun ippubblikat b'mod immedjat u li d-diskussjoni dwaru ssir fil-miftuħ.", "L-Onor.", "Aquilina ppropona wkoll li dakinhar il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport u li fil-laqgħa li jmiss jiġi mistieden il-Kumissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sabiex jispjega r-rapport tiegħu.\"", "IlMinuti talLaqgħa Nru 15 tal1 ta' Marzu 2021 kif emendati ġew ikkonfermati.", "L-Ispeaker laqa' lill-Membru ġdid tal-Kumitat, l-Onor.", "Glenn Bedingfield, u rringrazzja lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, l-Onor.", "Byron Camilleri tal-ħidma tiegħu bħala membru tal-Kumitat.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat b'numru ta' dokumenti li huwa kien irċieva mingħand il-Kummissarju għall-Istandards mill-aħħar laqgħa u li kienu diġà ġew mgħoddija lill-Membri:", "RAPPORT DWAR INVESTIGAZZJONI MILL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA - (KAŻ K/028)", "Il-Kumitat iltaqa' sabiex skont lartikolu 27 talAtt dwar lIstandards filĦajja Pubblika jikkonsidra u jiddeċiedi dwar jekk jadottax ilkonklużjonijiet u rrakkomandazzjonijiet tarrapport talKummissarju għallIstandards filĦajja Pubblika (Rapport K/028) li ġie mgħoddi lillMembri talKumitat nhar l-Erbgħa, 17 ta' Marzu 2021.", "L-Onor.", "Karol Aquilina ressaq talba bil-miktub kif ġej:", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li l-ilment li dwaru sar ir-rapport K/028 ġie ffirmat minn Dr Robert Aquilina li jiġi ħu l-Onor.", "L-Onor.", "Bedingfield ikkontenda li għaldaqstant jeżisti kunflitt ta' interess u talab li waqt li l-Kumitat ikun qed jikkonsidra dan ir-rapport l-Onor.", "Aquilina għandu jirrikuża ruħu u jkun sostitwit minn Membru ieħor tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Aquilina qal illi għalkemm it-talba kienet iffirmata minn Dr Robert Aquilina, din saret f'isem l-għaqda Repubblika.", "Huwa żied illi minkejja li s-Sur Aquilina huwa ħuħ, huwa ma kienx iddiskuta dan il-każ miegħu, u sar jaf biss bl-ilment meta rċieva r-rapport tal-Kummissarju dwar il-każ inkwistjoni.", "L-Onor.", "Therese Comodini Cachia rrimarkat illi l-Kumitat huwa mitlub jiġġudika r-rapport tal-Kummissarju u mhux min qajjem l-ilment.", "In-naħa tal-Gvern insistiet illi sabiex ikun eliminat kull dubju ta' kunflitt ta' interess, l-Onor.", "Aquilina għandu jirrikuża ruħu mil-laqgħat li fihom jiġi diskuss dan ir-rapport, u jkun sostitut b'Membru ieħor mill-Oppożizzjoni.", "Il-Membri min-naħa tal-Gvern qalu wkoll li fin-nuqqas ta' dan, huma ma kenux lesti jipparteċipaw fil-Kumitat u li għaldaqstant il-laqgħa ma tkunx tista' tkompli minħabba nuqqas ta' quorum.", "L-Onor.", "Aquilina rrimarka illi hu ma jħossx li jinsab f'sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess u allura ma ħassx li kellu jirrikuża ruħu.", "Fil-5.08 p.m. il-Membri min-naħa tal-Kumitat ħarġu mil-laqgħa.", "Fil-5.09 p.m. wara li l-Ispeaker ikkonstata li ma kienx hemm quorum, aġġorna l-Kumitat għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210324_016m_sta.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 22", "It-Tlieta, 23 ta' Marzu 2021", "IlKumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi ltaqa' filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fit-3.31 pm.", "PREŻENTI", "Il-Membri tal-Kumitat li kienu preżenti għal-laqgħa kienu l-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 21, li saret fit-3 ta' Marzu 2021, ġew ikkonfermati.", "Il-Kumitat irringrazzja lis-segretarja tal-kumitat, is-Sa Pauline Abela, għall-ħidma tagħha fil-Parlament peress li kienet se tirtira fi ftit ġranet oħra.", "SMIGĦ FIR-RIGWARD TAN-NOMINA TA' DR JOHN VASSALLO GĦALL-ĦATRA TA' NON-EXECUTIVE CHAIRMAN TAL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET", "Il-Kumitat stieden lil Dr John Vassallo sabiex jidher quddiem il-Membri tal-Kumitat biex isirulu mistoqsijiet supplimentari relatati mat-tweġibiet bil-miktub li Dr John Vassallo bagħat lill-Kumitat, skont is-subartikolu 38(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 595.", "Il-President tal-Kumitat informa lil Dr Vassallo li d-domandi u t-tweġibiet tiegħu kienu ser jiġu ppubblikati ai termini tal-artikolu 38(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Dr John Vassallo tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-kariga ta' Deputy Chairman fil-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet għal dawn l-aħħar erba' snin.", "Huwa semma l-isfidi li għandha l-Awtorità biex dejjem tagħti servizz aħjar lill-pubbliku inġenerali u l-professjonisti li jirrikorru għand l-Awtorità għal xi servizz.", "Suġġetti, fost oħrajn, li tqajmu kienu l-ilmenti li jagħmlu l-membri tal-pubbliku u kif dawn jistgħu jiġu indirizzati; il-ħtieġa ta' aktar trasparenza fl-operat tal-Awtorità; lista ta' proprjetajiet tal-Gvern u l-aħjar użu possibbli ta' din l-art pubblika; ir-rwol tal-kap ezekuttiv tal-Awtorità; u l-pubblikazzjoni tal-issues li jkunu se jiġu quddiem il-Bord għal deċiżjoni.", "Fl-4.30 pm, il-President tal-Kumitat irringrazzja lil Dr John Vassallo u talbu sabiex jirtira mill-kamra sakemm il-kumitat jiddiskuti l-ħatra proposta tiegħu.", "Ftit tal-mumenti wara, il-President tal-Kumitat stieden lil Dr Vassallo jidħol fil-kamra fejn informah li l-Kumitat qabel li għandu jagħti parir favur il-ħatra tiegħu bħala Non-Executive Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet skont kif provdut fis-subartikolu 38(5) fit-Tielet Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u li skont l-istess provvediment, flimkien mal-parir imsemmi, kellhom ukoll jintbagħtu l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija.", "Fl-4.36 pm, id-diskussjoni kienet konkluża u l-Kumitat ġie aġġornat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hat", "source": "Extracted from 20210324_022m_hat.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 25", "L-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2021 fl-4.30 pm", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2021, fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Laqgħa virtwali mal-Kummissarju Didier Reynders.", "Diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali 2020 tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515).", "Affarijiet oħra.", "18 ta' Marzu 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20210324_025a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU 25", "L-Erbgħa 24 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-4.33 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qalet it-talba.", "LAQGĦA VIRTWALI MAL-KUMMISSARJU DIDIER REYNDERS", "Bil-permess tal-Kumitat, l-Onor.", "Emmanuel Mallia stieden lill-Didier Reynders, Kummissarju għall-Ġustizzja biex jagħti preżentazzjoni dwar l-Istat ta' Dritt.", "Il-Kummissarju Reynders għamel l-intervent tiegħu permezz ta' videolink.", "Preżenti wkoll permezz ta' video conferencing kien hemm Dr Elena Grech, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, l-Onor.", "Cyrus Engerer Membru tal-Parlament Ewropej u s-Sur Ian Paul Bajada, Rappreżentat tal-Parlament ta' Malta għall-Parlament u Istituzzjonijiet Ewropew.", "Wara l-preżentazzjoni tal-Kummissarju Reynders, kien hemm diskussjoni fejn il-membru preżenti u l-Onor.", "Engerer staqsew diversi mistoqsijiet lill-Kummissarju.", "Fis-5.51 pm intemmet id-diskussjoni.", "Il-Minuti tal-laqgħat numri 24 li saret fid-9 ta' Frar 2021 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦAS-SENA 2020 SKONT IS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 7 TAL-ATT DWAR KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA (KAP.", "Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artiklu 7 (2) tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515), il-Kumitat iltaqa' biex jiddiskuti r-Rapport Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għas-sena 2020, liema rapport kien imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-1 ta' Marzu 2021 u li kopja tiegħu kienet tqassmet lill-Membri tal-Kumitat.", "Dok 39 Ir-Rapport Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għas-sena 2020.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Onor.", "Evarist Bartolo, li huwa wkoll iċ-Chairperson tal-Kunsill, ta preżentazzjoni fuq l-inizjattivi prinċipali li kienu qegħdin jittieħdu, fosthom:", "Il-Preparamenti biex titlaqqa' l-Konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta f'Malta;", "Forum ta' Esperti Maltin li jgħixu Barra minn Malta;", "Reġistrazzjoni ta' Proprjetà;", "Kunsill Ġenerali;", "Nuqqas ta' Membri tal-Kleru,", "Tagħlim tal-Ilsien Malti,", "Aħbarijiet mill-PBS;", "Websajt għall-materji relatati mad-Diaspora Maltija;", "Aġġornament tal-Att XX tal-2011", "Kiem hemm preżenti wkoll is-Sur John Buttigieg, Kap tad-Direttorat responsabbli għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta, u s-Sur Joseph Xerri, Segretarju tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta.", "Il-Kumitat innota b'sodisfazzjon il-ħidma fejjieda tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta kif muri fir-rapport annwali għall-2020 u kien hemm qbil mal-mod kif kienu qegħdin jiġu indirizzati l-kwestjonijiet li jolqtu lill-Maltin li jgħixu barra u li ċ-Chairman kellu jirrapporta lill-Kamra f'dan is-sens.", "Fis-6:00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20210324_025m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 81", "L-Erbgħa, 24 ta' Marzu, 2021 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Marzu, 2021 fis-2:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "18 ta' Marzu 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210324_081a_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 81", "L-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru 81", "L-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:07 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Beppe Fenech Adami): Il-Minuti jistgħu jiġu konfermati?", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Nipproponi li fejn fil-Minuti hemm miktub \"Email datata 8 ta' Marzu 2021 mibgħuta mis-Sur Nicholas Grech rigward sparpaljar ta' flus fl-Isptar Monte Carmeli.\", għandha tiġi taqra \"Email datata 8 ta' Marzu 2021 mibgħuta mis-Sur Nicholas Grech rigward allegat sparpaljar ta' flus fl-Isptar Monte Carmeli.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: M'għandix problema li ssir din il-korrezzjoni f'dak ir-rigward.", "Qed nifhem li m'hemmx korrezzjonijiet oħrajn u għaldaqstant il-Minuti qed jiġu kkonfermati hekk kif emendati.", "Il-Minuti emendati ta' Laqgħa Nru 80, li saret fl-10 ta' Marzu 2021, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala korrispondenza nfakkar li rċevejna emails datati 22 ta' Marzu 2021, mibgħuta mis-Sur David Galea, li jinkludu informazzjoni mitluba minn dan il-Kumitat fil-laqgħa preċedenti.", "Kopja ta' dawn l-emails diġà ġiet iċċirkolata lill-Membri tal-Kumitat.", "Irċevejna wkoll email, datata 24 ta' Marzu 2021, mibgħuta mill-Awditur Ġenerali fejn fiha qed jirribatti diversi argumenti u sottomissjonijiet li għamel is-Sur David Galea f'rapport li ġie sottomess lil dan il-Kumitat, liema rapport sar fuq inkarigu minn Enemalta.", "L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ppreżenta ittra li fiha jikkummenta u jirribatti diversi statements li saru fl-istess rapport sottomess.", "Kopja ta' din l-email ukoll ġiet ċirkolata lill-Membri tal-Kumitat.", "Irrid nirrapporta wkoll li jiena, bħala Chairman ta' dan il-Kumitat, attendejt b'mod virtwali għal-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Commonwealth Association of Public Accounts Committee (CAPAC), li saret fit-3 ta' Marzu 2021.", "Barra minn hekk, fis-17 ta' Marzu, attendejt ukoll, b'mod virtwali, l-Annual General Meeting tal-istess assoċjazzjoni, u għal kull bon fini qed nippreżenta kopja tal-aġenda u l-minuti ta' dawn il-laqgħat li jien attendejt biex jidħlu fl-arkivji ta' dan il-Kumitat.", "Ngħaddu issa għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD BY ENEMALTA CORPORATION\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob li jissejjaħ ix-xhud fil-kamra.", "Is-Sur David Galea daħal fil-Kamra tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, nilqgħuk magħna għal darb'oħra.", "Se nerġgħu nagħmulek xi mistoqsijiet, u nittamaw li forsi llum tkun l-aħħar darba li jkollok bżonn tiġi quddiem dan il-Kumitat.", "Se nagħmillek riferenza għall-minuti li ġew ippreżentati lilna minn Enemalta.", "L-ewwel nett, to recapitulate, ta' liema laqgħat huma dawn il-minuti?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri aħna qegħdin nitkellmu fuq minuti tal-Isteering Committee li kien il-kumitat inkarigat speċifikament u unikament mill-proġett tal-power station il-ġdida.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, kien inkarigat biex jagħti direzzjoni lill-projecting biex imexxi l-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, inti tiftakar li kien hemm wegħda elettorali li din il-power station tibda u tispiċċa fi żmien sentejn.", "Tiftakar ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni dak iż-żmien kien għamel wegħda elettorali li din il-power station titlesta fi żmien sentejn u saħansittra kien rabat il-futur politiku tiegħu għax qal li kemm-il darba din il-power station ma titlestiex fi żmien sentejn, hu kien jirriżenja, ħalliha li mbagħad damet iktar biex tlestiet u ma rriżenjax.", "Bħala fatt, do you recall li kien hemm dan il-commitment elettorali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Niftakar li kien intqal ċertu kliem, però jien ma tantx insegwi l-politika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però tiftakar li kien hemm commitment politiku li din il-power station kellha tibda tiffunzjona fi żmien sentejn minn meta jitla' Gvern ġdid?", "IĊ-CHAIRPERSON: U allura nifhem li din kienet id-direzzjoni lil ngħatajtu meta twaqqaf dan l-Isteering Committee.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet indikazzjoni li idealment il-proġett jitlesta f'dak iż-żmien, però ovvjament not at the expense of the quality, għax inti fi proġett għandek time, cost and quality.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però meta kien hemm commitment li din il-power station trid tinbena u tibda tiffunzjona fi żmien sentejn, kien commitment realistiku, jew kien biss commitment politiku?", "Mill-aspett tekniku, meta tgħid li proġett ta' din id-dimensjoni jibda u jispiċċa fi żmien sentejn u tpoġġi l-karriera politika tiegħek li jekk ma jitlestiex fi żmien sentejn… Meta titkellem fuq it-timeframe ta' proġett bħal dan fi żmien sentejn, what's your take on it?", "IS-SUR DAVID GALEA: Huwa a tight timeframe, però kien hemm elementi… Forsi nista' nagħti r-raġuni tad-delay, imma ma nafx jekk intomx interessati fiha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik nilħaq niġi għaliha.", "Jiġifieri l-istruzzjonijiet tagħkom kienu li l-proġett jibda u jispiċċa fi żmien sentejn.", "KAROL AQUILINA: Inti kont involut biex fil-bidu nett jiġi ssettjat dan iż-żmien ta' sentejn?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ma kontx involut f'din il-wegħda li saret?", "KAROL AQUILINA: Lanqas kienet issemmiet fil-preżenza tiegħek?", "RYAN CALLUS: Milli taf inti, minn fejn kienet ħarġet il-wegħda ta' sentejn?", "Jiġifieri kif waslu għal dawn is-sentejn?", "Dejjem milli taf inti.", "IS-SUR DAVID GALEA: L-ewwel darba li smajtha kienet bħalma sema' biha kulħadd, jiġifieri...", "RYAN CALLUS: Fil-media.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu, fil-media.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri meta qabel l-elezzjoni kellek dik il-laqgħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, din tas-sentejn ma ssemmietx?", "IĊ-CHAIRPERSON: Huwa realistiku li proġett bħal dan isir f'sentejn?", "L-argument tiegħi huwa dan: Intom kellkom fuq raskom il-mannara tas-sentejn, u allura l-aspett taż-żmien ħa prijorità, anke fl-għażliet li spiċċajtu mortu għalihom.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iż-żmien kien importanti għalija prinċiparjament mhux minħabba wegħda elettorali, imma minħabba costs li kien hemm bżonn li Enemalta trażżan.", "Nista' nimmaġina li waħda mir-raġunijiet kienet din ukoll, u ċioè li kien hemm il-wegħda tas-sentejn, għax dak iż-żmien kien hemm bżonn urġenti li jkun hemm bidla fit-tip ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li qed issir.", "Allura kien importanti ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però li qed nissuġġerilek jien huwa illi l-fatt li kellkom it-timeframe ta' sentejn, ikkundizzjona wkoll ċerti deċiżjonijiet li ħadtu, jiġifieri jekk tmorrux għal onshore jew offshore, jew jekk tmorrux għal option 1 jew għal option 2.", "Jiġifieri li qed nissuġġerilek jien hu illi peress li kien hemm dan il-commitment elettorali marbut mal-wegħda li jirriżenja jekk ma ssirx fi żmien sentejn, b'reverse engineering, basically intom kontu kostretti li tmorru għal numru ta' options li in the long term setgħu ma kenux the right options minħabba li ridtu tlaħħqu ma' dan it-timeframe.", "IS-SUR DAVID GALEA: Iż-żmien ċertament li kien importanti bħala parti mill-objettivi tal-proġett, però qatt m'għażilna option li kienet ħażina minħabba li ridna nlaħħqu maż-żmien.", "Jiġifieri qatt m'għamilna din il-premessa.", "Dak iż-żmien probabbli l-aħjar option kienet tkun gas pipeline, imma gas pipeline is a very long term solution biex tasal għaliha.", "Jien qed nitkellem dwar x'options ridtu tużaw għall-power station li kienet deċiża li se tinbena.", "Inti qed tgħid li l-fattur taż-żmien ma kienx determinanti biex tagħżlu option \"A\" minflok option \"B\".", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien importanti wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tgħidli x'inhuma dawk l-għażliet li għamiltu li kienu kkundizzjonati mill-fatt li ridtu tlestu fi żmien sentejn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nistax ngħid li kien hemm deċiżjoni speċifika li bilfors ridna nagħmluha għax ridna nagħmlu l-proġett f'sentejn.", "Meta inti tagħmel għażliet differenti jkollok numru ta' karatteristiċi li trid tħares lejhom, fosthom il-kwalità, is-safety, l-ispecifications, il-cost, u anke ż-żmien.", "Meta qed tgħid options qed tirriferi għal engineering options?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mill-aspett tekniku u operattiv.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-power station combined cycle gas turbine dak iż-żmien kienet the most appropriate għax kienet ilha tissemma fil-generation plan.", "Imbagħad, bħala options li ġew ikkunsidrati, nista' ngħid li konna bdejna nagħmlu l-project description statement fejn konna bdejna bi tliet options, kien hemm l-onshore, kien hemm il-floating storage unit (FSU), u regasification onshore.", "RYAN CALLUS: U f'ħin minnhom kien hemm il-possibilità, wara kritika li saret mill-Oppożizzjoni, li l-FSRU jitpoġġa 'l barra mill-port.", "Naqblu li din ikkunsidrajtuha wkoll?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ikkunsidrajniha, però dak iż-żmien...", "RYAN CALLUS: U għalfejn ma mortux għal dik l-option?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għax dak iż-żmien ma tantx kien hemm options bħalhom fid-dinja, kien hemm a couple of options, fosthom wieħed, jekk m'iniex sejjer żball, l-Italja, insejt f'liema reġjun, però dak l-FSRU li kien offshore li kien qiegħed l-Italja kien jissupplixxi biss 4% tal-gass nazzjonali tal-Italja.", "Issa aħna qegħdin nitkellmu fuq infrastruttura importanti konsiderevolment għall-enerġija ta' Malta, jiġifieri ma tistax tmur għall-experimental technology f'infrastruttura daqstant importanti fil-kuntest Malti.", "RYAN CALLUS: Però dan il-punt li semma ċ-Chairman huwa importanti ħafna minn aspett ta' sigurtà, mhux tal-provvista imma tas-saħħa, jiġifieri health safety.", "Jiġifieri mill-aspett ta' sigurtà għall-bniedem, biex innaqqsu l-possibilità tal-ħruġ ta' gas cloud, li għalkemm hija possibilità remota, tista' tiġri.", "Meta jien kont fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar dak iż-żmien fejn kien qiegħed jiġi diskuss il-permess tal-power station, kont staqsejt lill-espert Grieg hekk: Fil-possibilità li jkun hemm leak ta' materjal mit-tanker li llum hemm sorġut f'Marsaxlokk u r-riħ jinzerta ġej min-naħa t'isfel lejn it-Tramuntana u allura l-gas cloud timxi fuq il-power station, x'inhi l-probabilità li din tieħu n-nar?", "U hu kien qalli li l-power station hija a combustion activity u allura l-probabilità hi 100%.", "Allura naqblu li d-dmir tagħkom kien li f'kull eventwalità tippruvaw tmorru għall-għażla li tnaqqas kemm jista' jkun l-iktar riskju.", "Kif qal iċ-Chairman, mill-minuti huwa ovvju li d-deċiżjoni ttieħdet għax kontu marbutin ma' dawn is-sentejn, għax il-land based option, ċjoè li jsir tank ta' ħażna ta' liquefied natural gas (LNG) fuq l-art, kienet se ddum iktar u allura kienet se twassal biex il-wegħda tal-Prim Ministru ta' dakinhar ma tinżammx – ħalliha li xorta ma nżammitx… L-option li ssir fuq l-art kienet l-iktar waħda safe mill-aspett ta' sigurtà għan-nies li jgħixu fid-dawra, però madanakollu intom, għal xi raġuni...", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-minuti mhux hekk qed jgħidu.", "RYAN CALLUS: Ħalli naqra x'hawn miktub f'minuta nru 14.", "u allura l-option li t-tank tal-ħażna tal-LNG isir fuq l-art u mhux kif inhu issa fuq it-tanker sorġut fil-bajja ta' Marsaxlokk,", "jiġifieri fl-eventwalità li jkun hemm leak, l-inqas li jista' jkollha impatt fuq il-power station.", "Però l-minuta tkompli tgħid li:", "Jiġifieri s'issa stabbilixxejna bil-fatti li s-soluzzjoni fuq l-art hija sigura għas-saħħa tan-nies iktar minn tal-baħar li mortu għaliha intom.", "Il-minuta tkompli tgħid li:", "Naqblu li t-tanker tal-gass tneħħewlu l-magni biex jopera?", "RYAN CALLUS: Jiġifieri dik hija għażla oħra li konxjament intom, jew lil min qabbadtu, wassaltu biex it-tanker li hemm fil-bajja ta' Marsaxlokk jiġi żarmat mill-magni tiegħu.", "Dan ifisser li f'eventwalità ta' leak, kif qed jingħad hawnhekk, huwa iktar diffiċli biex toħorġu mill-bajja ta' Marsaxlokk għax irid jiġi miġbud minn vapuri terzi minflok kieku kellek it-tanker qed jopera.", "Hawnhekk, fl-opinjoni tiegħi, jidher li l-konsiderazzjoni tagħkom tas-sentejn impinġiet mhux biss fuq is-saħħa u s-sigurtà tan-nies tad-dawra, għax ma mortux għall-iktar option safe – u din mhux qed ngħidha jien imma qed jgħiduha l-minuti – però agħar minn hekk, għedtu: u iva, ħa mmorru għat-tanker għax it-tanker nistgħu nċaqilquh.", "Imma l-iktar mod rapidu li wieħed jista' iċaqlaq tanker huwa billi jitħalla bil-magni tiegħu jaħdmu, però intom għażiltu li żżarmaw il-magna tat-tanker.", "Dan huwa x'qed jgħidu l-minuti.", "IS-SUR DAVID GALEA: Onor. Callus, sa mill-ewwel ġurnata, anke qabel ma ħarġu t-terms of reference tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA), l-ewwel studju li bdejna naħdmu fuqu kien il-qualitative risk assessment, li kienu qed jagħmluh l-SGS.", "Huma għamlu analiżi ta' tliet options differenti – jien m'iniex tekniku u allura qed nibbaża fuq dak li qalu huma – u anke ta' kif tiċċaqqlaq gas cloud minn post għall-ieħor u l-probabilità li jiġri xi inċident – u hemm metodu xjentifiku ta' kif wieħed jasal għaliha – u l-konklużjoni ta' dan ir-rapport kienet li l-option fejn ikollok l-FSU qiegħed moored to the jetty toffri iktar serħan tal-moħħ għax il-probabilità tal-mod kif tiċċaqlaq din il-gas cloud ma kenitx se tolqot iż-żoni fejn hemm il-power station u fejn hemm ir-residenzi.", "Dik kienet il-konklużjoni ta' dan ir-rapport.", "RYAN CALLUS: Imma x'wassalkom biex mortu għall-floating tanker minflok għal tankijiet fuq l-art, minkejja li fil-minuti intom kontu konxji 100% li that was not the safest option?", "IS-SUR DAVID GALEA: Minn dan ir-rapport kien jidher ċar li din kienet option li kienet iktar safe.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri inti qed tgħid li r-rapport irrikkmanda li t-tanker huwa iktar safe milli tank tal-gass fuq l-art?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien jidhirli li r-rapport hekk jgħid.", "Fil-minuti qed jingħad l-oppost ta' dak li qed tgħid bħalissa issa.", "Jiġifieri jew il-minuti huma ħżiena jew inkella r-rapport huwa ħażin.", "KAROL AQUILINA: Inti għandek kopja ta' dan ir-rapport?", "IS-SUR DAVID GALEA: Huwa pubbliku.", "KAROL AQUILINA: Tista' tirriferina għal liema wieħed hu?", "Ir-riferenza eżatt...", "KAROL AQUILINA: U int qed tgħid bil-ġurament li dan jgħid li huwa aktar safe hekk.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur Galea, ħa nieħdok lura għal dak li ddikjarajt inti ftit qabel fejn għedt li kien hemm ammont ta' costs li Enemalta ma kenitx qed tiflaħ għalihom.", "Tista' tgħidilna x'kienu dawn il-costs?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak il-cost kien tal-generation.", "Bħalma spjegajt l-aħħar darba, l-efficiency levels tal-magni li kien hemm fil-kuntest ta' Enemalta kienu baxxi ħafna.", "Il-Marsa power station kellha efficiency level ta' 23% u Delimara power station kellha efficiency level ta' 30%, jiġifieri l-average kien ta' madwar 32%.", "Il-power station tal-PPA għandha effeciency level ta' 52%.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak kien l-argument li għamilt għalfejn kien hemm bżonn ta' power station ġdida, mhux l-argument ta' għalfejn għażilna vapur minflok ma morna fuq l-art.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma ma tistax tagħmel… Il-power station mhijiex se taħdem…", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan l-argument diġà għamiltu fis-sessjonijiet l-oħra, u qed terġa' tagħmlu llum, fejn qed tgħid li intom mortu għal dik il-power station għax kien hemm \"dawn\" id-deficencies.", "Però dak l-argument ma tistax iġġebbdu wkoll għall-għażla li għamilt jekk tmurx għall-vapur jew għal ħażna fuq l-art!", "ALEX MUSCAT (Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet): Jekk qed nifhem sew, din hija marbuta ma' spejjeż għax fil-bidu kien hemm mistoqsija minnek, Mr Chairman, dwar għaliex l-urġenza li nfittxu naqilbu għal din it-teknoloġija ġdida.", "U jekk qed nifhem sewwa, parti mir-risposta hija l-flus li kienu qed jinħarqu għalxejn fil-generation.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura, Sur Galea, inti qed tgħid li għamiltu ċerti għażliet biex tiffrankaw il-flus.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet kunsiderazzjoni wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien għandi l-minuti tat-2 ta' Mejju 2013, li jekk mhijiex l-ewwel laqgħa, hija t-tieni waħda wara l-elezzjoni, fejn qed jingħad...", "IS-SUR DAVID GALEA: M'għandix kopja hawnhekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nista' naqralek jien u jikkonferma li qed naqra sew l-Onor.", "F'minuta nru 5 hemm imniżżel hekk:", "Jiġifieri fit-2 ta' Mejju 2013 kontu qed titkellmu fuq 18 month project timelime.", "Mela kellna Prim Ministru li poġġa l-karriera politika tiegħu dipendenti fuq proġett li kellu jispiċċa fi żmien sentejn mill-elezzjoni, u hawnhekk, xahrejn wara l-elezzjoni, qegħdin nitkellmu fuq an 18 month project timeline.", "Imbagħad il-minuta tkompli tgħid li:", "Allura ngħid sewwa li intom mortu għal floating storage u mhux għal onshore storage minħabba l-commitment li għamel il-Prim Ministru, u mhux minħabba dawn il-ħafna raġunijiet li għadek kif tajtna, fosthom cost u saħħa.", "Jiġifieri jien qed nissuġġerilek li dan kollu m'hu minnu xejn, għax f'Mejju 2013, xahrejn wara l-elezzjoni ġenerali, intom kontu diġà ddeċidejtu li bilfors tridu tmorru għal floating storage, minħabba t-timeline li kien impona fuqkom il-Prim Ministru.", "U allura addio health issues, addio cost issues, u addio kollox; il-prijorità kienet li kien hemm timeline u ridtu timxu miegħu u allura kellhom tmorru għal floating storage, jiġifieri dak il-vapur li hemm fil-bajja ta' Marsaxlokk, għax il-Prim Ministru ddeċieda li fi żmien sentejn jitlesta dan il-proġett.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ħalli nispjega żewġ punti.", "L-ewwel punt huwa dak tat-18-il xahar.", "Il-proġett suppost kien se jsir over two years, li jinkludu perjodu ta' capacity building and development bil-procurement process b'kollox, li kien ippjanat li jieħu sitt xhur, u allura għalhekk hemm ir-riferenza tat-18-il xahar.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri ma nbidilx minn sentejn għal 18-il xahar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għax kien hemm sitt xhur oħra fil-proċess li ridtu tagħmlu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed naqblu.", "Allura intom għedtu: forget everything else, la għandna 18 months irridu mmorru bilfors għal floating storage.", "Jiġifieri dak il-ħafna diskors kollu li sar...", "RYAN CALLUS: Qabel sar dan il-famuż rapport li semmejt.", "IĊ-CHAIRPERSON: So my suggestion is, and tell me why it's not, that you were constrained li tmorru għal floating storage qabel ma kellkom ir-rapport ta' saħħa, sigurtà, eċċ., probabbilment qabel ma kellkom il-feasibility study.", "Is-sitwazzjoni kienet li ma kellkomx żmien u allura bilfors ridtu tmorru għal floating storage, as minuted, jiġifieri m'iniex qed nivvinta jiena.", "GLENN BEDINGFIELD: F'din il-laqgħa ttieħdet id-deċiżjoni tal-floating storage, jew kien diskuss?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, issa niġu għalihom.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix li ħadna d-deċiżjoni dakinhar.", "M'għandix il-minuta hawnhekk.", "KAROL AQUILINA: Però tikkonferma li ħadtuha.", "GLENN BEDINGFIELD: Hawnhekk kienet diskussa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak li ġie floated f'Mejju 2013, prattikament fl-ewwel laqgħa, huwa dak li effettivament sar.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ħalli ngħidlek...", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqblu li morna għal floating storage?", "IS-SUR DAVID GALEA: Morna għal floating storage.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqblu li f'Mejju 2013 tkellimt fuq floating storage minħabba l-limitazzjonijiet tat-timeline.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet waħda mill-fatturi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-ewwel ħaġa li tkellimtu dwarha fl-ewwel laqgħa kienet li kellhom dawk l-imberkin 18-il xahar, so no ifs and buts, ridtu bilfors tmorru għal floating storage.", "Bħala fatt hekk ġara.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma lanqas kieku l-Isteering Committee kellu dak il-ħsieb, ma kienx se jagħmel sens għax fl-aħħar mill-aħħar dan il-proġett ried jgħaddi mid-development application...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ma jagħmilx sens dak li ftehemtu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma jagħmilx sens li tibbaża d-deċiżjoni fuq żmien biss, għax il-proċess xorta ried jgħaddi mill-planning application development process u l-Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC) permit.", "KAROL AQUILINA: Imma dawk ma jiddependux fuq dak li tgħidu intom?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, l-IPPC u l-planning...", "KAROL AQUILINA: Imma intom tiddeċiedu biex tmorru quddiem il-Planning Authority (PA) u quddiem l-Environment and Resources Authority (ERA).", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma huma mbagħad se jagħmlu l-analiżi tagħhom.", "KAROL AQUILINA: Iva, imma inti se tipproponiha mhux huma se jipproponuhielek.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma huma mhux se jaċċettaw soluzzjoni li mhijiex sigura.", "KAROL AQUILINA: Iva, m'iniex qed ngħidlek li le, però mingħandek ġiet mhux mingħandhom.", "IS-SUR DAVID GALEA: Aħna fil-bidu bdejna bi tliet options, imbagħad ipproponejna li mmorru għal...", "KAROL AQUILINA: Id-deċiżjoni li tmorru għat-tanker, biex niftehmu, hija tagħkom.", "KAROL AQUILINA: Aħna qed nippruvaw nistabbilixxu meta ġiet stabbilita dik.", "Iċ-Chairman qed jgħidlek li...", "IĊ-CHAIRPERSON: Proprju fl-ewwel laqgħa għedtu li minħabba ż-żmien li kellhom… Fil-minuti kkwalifikatuha u għedtu li \"given the 18 month project timeline\", jiġifieri minħabba li kulma kellkom kienu 18-il xahar, l-option li kellkom kienet to go for a floating storage.", "Allura dak kollu li sar wara biex taparsi ninvestigaw u nesploraw jekk għandux ikun floating storage, jew jekk hux onshore, kien kollu każ ta' xi ħadd – ma rridx ngħid li int – qed jgħaddi n-nies biż-żmien, għax ma setax isir mod ieħor ħlief hekk.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nistax ngħid li ż-żmien ma kienx fattur, imma...", "IĊ-CHAIRPERSON: Din qiegħda minuted.", "GLENN BEDINGFIELD: Imma hawnhekk m'hawnx minuted deċiżjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela ta' xiex għamlu minuti?", "GLENN BEDINGFIELD: Qalu li waħda mill-options biex tlaħħaq it-18-il xahar kienet li jkun...", "KAROL AQUILINA: Naqblu li din kienet deċiżjoni tal-kumitat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm statement mill-kumitat li fil-kuntest taż-żmien, dik kienet...", "KAROL AQUILINA: Tista' tindika min mill-kumitat ħareġ biha din?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx ngħidlek hekk.", "KAROL AQUILINA: Ma kien hemm ħadd partikolari li qal...?", "Jien qed nistaqsik għax aħna għandna dritt insejħulu biex jispjegalna.", "Kont int li ħriġt biha din?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, jien m'iniex tekniku, jiġifieri ma nistax ngħid jekk hux...", "KAROL AQUILINA: Nistgħu nduruhom faċilment forsi tiftakar.", "KAROL AQUILINA: Kien il-Ministru li ħareġ biha?", "Kien Konrad Mizzi.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri m'għandekx idea din minn fejn ġiet?", "Bħala statement ma nafx...", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, ngħid sew li l-Ministru kien jattendi għal-laqgħat ta' dan il-kumitat b'mod parteċipattiv ħafna?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa nerġa' mmur lura għat-13 ta' Mejju...", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk m'iniex sejjer żball l-ex Prim Ministru poġġa l-karriera tiegħu on the line fuq il-kontijiet tad-dawl, mhux fuq il-power station.", "Minn fejn ġibtuha li l-Prim Ministru Joseph Muscat rabat il-karriera politiku tiegħu ma' sentejn.", "Mill-memorja?", "RYAN CALLUS: Jien jidhirli li fuq is-Super One kien inqtal li jekk ma titlestiex f'sentejn, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien jirriżenja.", "GLENN BEDINGFIELD: Jew jekk ma jorħsux il-kontijiet kienet?", "Għax hemm differenza bejn li jorħsu l-kontijiet u li titlesta l-power station.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Prim Ministru, biex jiġġustifika l-korruzzjoni ta' ElectroGas, rabatha...", "GLENN BEDINGFIELD: Opinjoni tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, l-opinjoni qed jgħid.", "Il-verżjoni tiegħi hija, għax issa nifhem kif kien jaħdem moħħ il-Prim Ministru, li huwa rabat il-proġett ta' ElectroGas mal-karrotta li jorħsu l-kontijiet, biex in-nies jgħidu li raħħas il-kontijiet...", "CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur): Karrotta sabiħ, €80 miljun fis-sena fil-bwiet tan-nies!", "IĊ-CHAIRPERSON: ...però fil-frattemp bena l-power station li wasslet għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Jien qed nistaqsik...", "ALEX MUSCAT: Timmissjawh iż-żejt!", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, jien qed nistaqsik dwar l-involviment tal-Ministru.", "Fil-minuti hawn li:", "Meta tgħid li \"the Hon.", "X'kien jagħmel il-Ministru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Tista' tindikali fejn, jekk jogħġbok?", "IĊ-CHAIRPERSON: Din qiegħda f'diversi postijiet, però jien qiegħed naqralek minn paġna 3 tal-minuti tat-18 ta' April 2013.", "F'dawn il-minuti jingħad ukoll li \"the timelines for negotiations are considered very tight\".", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma niftakarx eżatt...", "Kien jiġi l-Ministru u jagħmel preżentazzjoni?", "Il-Ministru kien Konrad Mizzi.", "Il-Ministru kellu ħafna esperjenza fis-settur tal-enerġija...", "IĊ-CHAIRPERSON: Kellu ħafna esperjenza?", "Fiex kellu l-esperjenza kbira l-Ministru fis-settur tal-enerġija?", "Kien jaħdem l-Ingilterra.", "Għamel żmien...", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti għamilt statement fejn għedt li l-Ministru Konrad Mizzi kellu ħafna esperjenza fil-qasam tal-enerġija.", "Allura meta kien jiġi hemmhekk kien jiġi jaqsam l-esperjenza tiegħu bħala bniedem ta' esperjenza, jew għax kien il-Ministru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iktar bħala bniedem tekniku għax hu kien bniedem tekniku wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-Ministru kien jikkontribwixxi anke fuq livell tekniku.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġieli kien jagħmel… Iva, nista' ngħid li kien hemm xi oqsma fejn seta' kkontribwixxa.", "KAROL AQUILINA: Bħal, pereżempju?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx speċifikament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Però kien jikkontribwixxi.", "Il-Ministru kien jiġi għal-laqgħat li qegħdin jiddeċiedu l-proċess tal-power station ta' ElectroGas u kien jikkontribwixxi fuq livell tekniku, u nimmaġina fuq livell politiku wkoll, ta' policy tal-Gvern.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħala policy.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru kien jilmenta fuq iż-żmien?", "Kien jgħid li ta' sena u nofs, sentejn, hija ġennata u li ma tistax issir?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qatt ma ddiskutejniha as such.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk ngħidlek li l-Ministru kien jesprimi frustrazzjoni li xi ħadd, il-Prim Ministru, insista li din issir fi żmien sena u nofs, sentejn...?", "Qed nissuġerilek li l-Ministru kien jilmenta fuqha għax kien jgħid li mpossibbli ssir f'dak iż-żmien.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma tantx konna nikkummentaw fuqha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-minuti stess, il-Ministru kien qal li \"the timelines for negotiations are considered very tight\".", "Skont il-minuti li għandna hawnhekk, il-Ministru, fil-laqgħat li kien ikollkom, qajjem il-kwestjoni li the timeframes are too tight.", "Intom x'għamiltu?", "Ma qbiltux?", "Għedtu li m'hemmx x'tagħmel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-fatt ma laħħaqnihomx it-timelines għax domna ħafna iżjed.", "M'għamilniex il-proġett f'sentejn, kif kien maħsub.", "CLAYTON BARTOLO: Però lanqas ma domtu 17-il sena bħalma dam biex jitlesta l-isptar!", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija ċara ħafna.", "Issa inti, ftit ilu, għedt li t-timeframes kienu realistiċi.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kieku jimxi kollox ħarir, iva, imma fi proġett qatt ma jimxi kollox ħarir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri fid-dinja realistika l-wegħda ta' Joseph Muscat ma kenitx realistika.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Galea, inti xogħlok huwa fil-project management?", "IĊ-CHAIRPERSON: Se jibdew jiddubitawk issa!", "CLAYTON BARTOLO: Le, agħtini ċans!", "Jien ma nippruvax nitfa' dell ikrah jew nintimida x-xhud bħalma kien hemm min ipprova jagħmel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ix-xhud kalm iktar minnkom.", "CLAYTON BARTOLO: Illum iva għax qegħdin tħalluh.", "KAROL AQUILINA: Ix-xhud ġie hawnhekk iwieġeb bl-iktar kumdità.", "Jien m'iniex qed narah jibża'.", "IS-SUR DAVID GALEA: M'għandix għalfejn nibża'.", "CLAYTON BARTOLO: Għandu għalfejn jibża'?", "KAROL AQUILINA: Però intom donnkom imbeżżgħin minn dak li jista' jgħid hu.", "CLAYTON BARTOLO: Lanqas xejn!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru Bartolo, kompli l-mistoqsija.", "CLAYTON BARTOLO: Il-mistoqsija tiegħi kienet se torbot max-xogħol u mal-professjoni tiegħek.", "Meta xi ħadd jagħtik timeline, bħala project manager, ovvjament ikun hemm il-constraints dejjem, imma hemm xi ħaġa ħażina li jkollok timeline li tkun kemmxejn challenging?", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri l-argument li qed iġibu min-naħa tal-Oppożizzjoni li qisu għax it-timeline kien challenging...", "IS-SUR DAVID GALEA: Kieku t-timeline kien sitt xhur kont ngħidlek iva, imma ma kienx il-każ.", "KAROL AQUILINA: X'irriżulta mbagħad?", "Inqabeż it-timeline jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dażgur li nqabeż.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri kontu żbaljati.", "IĊ-CHAIRPERSON: B'kemm inqabeż it-timeline?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-proġett spiċċa mingħalija f'April 2017.", "RYAN CALLUS: F'Awwissu fil-fatt.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ħa d-doppju u nofs taż-żmien.", "IS-SUR DAVID GALEA: L-ikbar problema kienet xi ħaġa li ma konniex qed inbassru, li kienet l-issue tal-banek.", "KAROL AQUILINA: Imma din ma kenitx xi ħaġa li kontu tafu mill-bidu dwarha?", "Mhux ovvja.", "Jekk inti għandek xi ħadd li tefa' l-offerta u ppreżenta ruħu bħala li għandu kollox settled u lest jibda l-proġett, allura ma ħassejtekx ittradut li ġiet ippreżentata din l-istampa li kollox se jimxi, imbagħad f'daqqa waħda, minn 18-il xahar nispiċċaw dawn is-snin kollha?", "CLAYTON BARTOLO: Dawn is-snin kollha kemm? 17-il sena?", "IĊ-CHAIRPERSON: Minflok ħa sentejn ħa ħames snin.", "CLAYTON BARTOLO: Minfllok sentejn, ħa erba' snin.", "Intom ħadtu tliet leġiżlaturi biex għamiltu sptar!", "KAROL AQUILINA: Kif ħassejtek inti?", "X'kienet ir-reazzjoni tiegħek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Aħna ħsibna li l-financing kien se jittranġa in a couple of months, imma peress li kien proġett pjuttost kumpless, il-banek bdew jagħmlu ħafna affarijiet biex jidħlu iktar fid-dettall u biex jiċċekkjaw ċerti issues.", "KAROL AQUILINA: Allura m'antiċipajtux li se jkun hemm dawn il-mistoqsijiet?", "IS-SUR DAVID GALEA: Antiċipajna, imma ma ħsibniex li se jdum daqshekk.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri mill-esperjenza tagħkom ma stajtux tgħidu li f'każijiet bħal dawn il-banek se jibdew jistaqsu ħafna mistoqsijiet, se jibdew jaraw kemm dan il-proġett huwa vijabbli, u kemm hemm impenn min-naħa tal-Gvern?", "Ma bdejtux tarawhom dawn intom?", "IS-SUR DAVID GALEA: Normalment idum bejn 12 u 15-il ġimgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed ngħid sew illi kieku ma ntervjeniex il-Gvern, fosthom bil-garanziji, dan il-proġett kien jiġġammja?", "Kieku mhux ħames snin kien jieħu imma ma kienx isir il-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kien hemm perjodu fejn kieku ma daħalx il-Gvern bil-garanzija, waqaf kollox.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri sar fi żmien ħames snin minflok sentejn għax intervjena l-Gvern bil-garanzija, għax kieku lanqas dak ma sar.", "Kieku probabbilment il-proġett ma sarx.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux ma sarx, imma kieku dam iktar.", "RYAN CALLUS: X'kien jiġri kieku ma ngħatatx il-garanzija?", "IS-SUR DAVID GALEA: Konna ridna nistennew il-clearance tal-istate aid mill-Kummissjoni Ewropea.", "RYAN CALLUS: Lil hinn mill-effett politiku – dak m'għandix għalfejn nidħol fih għax in-nies jafuh – kien hemm impatti minħabba l-fatt li l-wegħda tas-sentejn ma nżammitx.", "CLAYTON BARTOLO: Traħħsu l-kontijiet f'dawk is-sentejn.", "RYAN CALLUS: Fil-kuntratt kien hemm li l-konsorzju jeħel multi għal kull perjodu li jdum iktar.", "RYAN CALLUS: U effettivament il-multi ħarġu, u dawn kellhom jitħallsu immedjatament, però ħareġ fil-pubbliku li kien hemm l-intervent ta' Ministru u dawn il-multi ħafirhomlhom biex jitħallsu 18-il sena oħra.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nħafrux.", "Xorta jridu jitħallsu.", "Ġew posposti.", "RYAN CALLUS: Imma hemm differenza bejn li tagħtini €18-il miljun 18-il sena oħra u li tagħtihomli llum.", "IS-SUR DAVID GALEA: Però hemm l-imgħaxx.", "RYAN CALLUS: Din id-deċiżjoni kif ittieħdet?", "X'taf fuqha inti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Li naf hu li kien hemm issues fuq il-financing.", "Il-proġett diġà kellu cost overruns min-naħa tagħhom, imma dak ma jidħolx fih il-Gvern għax il-cost overruns huma f'idejn l-operatur.", "Bażikament kienet se tkun problema biex iġib il-finanzjament għall-penali u allura sar ftehim biex jitħallsu bin-nifs, imma jitħallas l-imgħaxx fuq l-ammonti dovuti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nifs twil tajtuhom, għax se jibdew iħallsu 18-il sena oħra!", "Fl-esperjenza tiegħek, u forsi mill-esperjenza li kellu Konrad Mizzi f'dan il-qasam, huwa normali li jkun hemm penali ta' €18-il miljun u in good practice din il-multa tibda titħallas 18-il sena wara?", "Jiġifieri mhux jitħallsu over a period of 18 years, imma jingħataw moratorju ta' 18-il sena.", "IS-SUR DAVID GALEA: To be fair Enemalta ukoll ħadet ċerti affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'ħadet Enemalta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Enemalta ħadet affarijiet in return ukoll, jiġifieri it wasn't just something li...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħadet power station li ħallset għaliha.", "Mhux hekk?", "RYAN CALLUS: Imma dak kien il-kuntratt innifsu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, pereżempju tnaqqas l-ammont ta' żmien kemm jittieħed il-gass.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qed tgħid li d-deċiżjoni li jiġi pospost il-moratorju li ngħata, biex titħallas il-multa ta' €18-il miljun għal 18-il sena oħra, kienet parti minn negozjati u ftehim ikbar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ovvjament kien hemm issues u wieħed jiddiskutihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri jeżisti xi ftehim fejn għedtu li huma għandhom jagħtukom €18-il miljun, se tagħtuhom ċans jibdew iħallsuhom 18-il sena oħra, però in return Enemalta se tieħu \"X\", \"Y\", \"Z\"?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-Conversion Term Agreement.", "IAN CASTALDI PARIS: Imma qegħdin tinsew l-imgħaxx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minn fejn toħroġ li l-multa hija bl-imgħaxx?", "IAN CASTALDI PARIS: Dan bl-imgħaxx kien?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, joħroġ mill-Conversion Term Agreement.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri qisha bullet loan; jien insellfek €10 miljun, inti tagħmel għaxar snin tħallasni l-imgħaxx, imbagħad fl-aħħar tal-għaxar snin tagħtini €10 miljun.", "Hekk hu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk tiġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa nagħmillek riferenza għall-minuti tat-13 ta' Mejju, għax jien nibqa' ninsisti – u din hija xi ħaġa recurring fil-minuti; kif qed tara għandi ħafna marki – li d-deċiżjoni li tmorru għal offshore kienet biss xprunata mill-għaġġla.", "U se ngħidlek għalfejn.", "Fil-minuti tal-laqgħa tat-13 ta' Mejju hemm hekk, u se naqralek verbatim:", "Jiġifieri intom qabbadtu l-esperti, l-esperti tawkom parir, u intom ma qagħdtux fuq il-parir tal-esperti because of the timelines.", "Hawnhekk fil-minuti għedtu li taqblu li l-esperti qed jgħidulkom li huwa aħjar fuq l-art, però dik ma kenitx option, ab initio.", "Jiġifieri way back in May 2013, kontu diġà skartajtu l-possibilità li tagħmlu dan l-imbierek storage fuq l-art għax bit-timelines li kellkom ma stajtu tagħmluha qatt.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq Mejju 2013.", "Għax hawn ħafna tipi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-minuti hawn \"technical specialists\".", "IS-SUR DAVID GALEA: Probabbilment...", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux probabbilment.", "IS-SUR DAVID GALEA: Engineering jiġifieri bħala… Kien hemm iżjed tipi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Orħos?", "Aktar malajr?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jista' jkun iktar effiċjenti...", "IĊ-CHAIRPERSON: Agħtini raġuni waħda għalfejn għamilnih fil-baħar u mhux fuq l-art ħlief għax kontu mgħaġġlin.", "CLAYTON BARTOLO: Jista' jkun għaliex forsi nbiddlu xi regolamenti tal-ambjent, bħalma kien sar fil-każ ta' Burmeister & Wain Scandinavian Contractor (BWSC)?", "CLAYTON BARTOLO: Ma nbidel xejn minn dawk l-affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: How smart!", "CLAYTON BARTOLO: Sibtuhom fil-Yellow Pages ukoll dawn l-affarijiet?", "RYAN CALLUS: Sur President, kemm infakkar lill-Kumitat li r-rapport li ħareġ dan l-aħħar ma sab l-ebda korruzzjoni fl-għoti tat-tender tal-power station ta' BWSC.", "Kemm infakkar biss.", "CLAYTON BARTOLO: M'iniex qed nitkellem fuq korruzzjoni.", "KAROL AQUILINA: U m'hemm ħadd il-qorti fuq il-każ.", "RYAN CALLUS: M'hemm ħadd il-qorti, mhux kif għandkom issa.", "Isma' minni oqgħod kwiet, għax iż-żejt tiela f'wiċċ l-ilma!", "Oqogħdu kwieti!", "KAROL AQUILINA: Għandkom il-ħbieb qegħdin il-ħabs.", "CLAYTON BARTOLO: Qed timmissjawh iż-żejt.", "RYAN CALLUS: Sħabkom qegħdin il-ħabs.", "CLAYTON BARTOLO: Veru qed timmissjawh iż-żejt.", "KAROL AQUILINA: Issa morru żuruhom il-ħabs u ħudulhom figolla jew bajda tal-Għid!", "RYAN CALLUS: U sellulna għalihom ukoll kif tkunu hemm.", "CLAYTON BARTOLO: Kien għal qalbkom iż-żejt!", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, fil-minuti hawn li t-technical specialists qalulkom li l-onshore option is better.", "Tista' tgħidli min huma dawn it-technical specialists?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri Thomas Leonard?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jista' jkun, imma m'iniex qed ngħid li żgur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri Thomas Leonard kien jagħtikom dawn il-specialist advice – m'iniex qed ngħid li għamel ħażin – u probabbli din il-technical specialist advice, li mmorru for an onshore option, ġejja minn min qabbadtu.", "Dan qisek qabbadt lil xi ħadd jagħtik parir, tak il-parir u njorajtu.", "Hekk tiġi.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma għandek perspettivi differenti.", "Għandek perspettiva ta' inġinerija f'kuntest ta' kemm tkun effiċjenti...", "IĊ-CHAIRPERSON: Li qegħdin ngħidu li hija… Hemm il-kuntest tas-sigurtà wkoll.", "Mela mill-punt ta' inġinerija għandna l-ispeċjalisti li qed jgħidulna to go onshore not offshore, mill-aspett ta' saħħa u sigurtà qegħdin jgħidulna li jekk ikollok leakage fuq il-baħar huwa ħafna iktar perikoluż milli fuq l-art, imbagħad għandek il-fattur taż-żmien li ġiegħlek tmur fuq il-baħar u mhux fuq l-art.", "Jiġifieri l-mistqosija tiegħi hi jekk il-fattur taż-żmien rebaħx fuq il-fattur tas-saħħa u s-sigurtà.", "IS-SUR DAVID GALEA: Żgur li le.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma minn fejn joħroġ dan?", "Għax minn dan li qed naqralek jien jirriżulta bil-kontra.", "Il-minuti qegħdin jgħidu li as a health measure we should go onshore, u li for technical matters we should go onshore.", "Allura x'inhuma r-raġunijiet għalfejn morna fuq il-baħar?", "Spjegali għalfejn morna fuq il-baħar.", "Fil-proċess dejjem għandek a learning curve, jiġifieri mhijiex xi ħaġa linear li tagħżel xi ħaġa, imbagħad you don't go back to...", "GLENN BEDINGFIELD: With hindsight kienet deċiżjoni ħażina tal-istorage fuq il-baħar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dażgur li le.", "RYAN CALLUS: With hindsight kont tibni t-tank tal-gass fuq l-art minflok tpoġġi tanker fil-baħar?", "B'dawn l-affarijiet li għedna s'issa, u li kollha huma minuted, kollox jindika li kemm l-inġiniera, kif ukoll l-esperti tas-saħħa u s-sigurtà qalulkom biex tagħmluh fuq l-art.", "Ma jimpurtax, kulħadd jiżbalja.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma naqbilx li l-esperti tas-saħħa u s-sigurtà qalu hekk.", "RYAN CALLUS: Jaħasra qrajtlek il-minuti!", "Fil-minuti tas-17 ta' Lulju 2013 hemm hekk:", "Mela inti għandek sistema li it is assumed li kważi qatt ma tfalli vis-à-vis s-sistema li mortu għaliha intom.", "Sur Galea, hawn miktub iswed fuq l-abjad li kemm l-inġiniera tekniċi, kif ukoll l-esperti tar-risk assessment tas-saħħa u s-sigurtà qalulkom li l-għażla li mortu għaliha mhijiex l-aqwa waħda.", "With hindsight, nerġa ngħidlek...", "IS-SUR DAVID GALEA: Nista' nispjega xi ħaġa?", "RYAN CALLUS: Imma weġibni, mhux taħrabli fuq xi ħaġ'oħra.", "IS-SUR DAVID GALEA: Se nwieġbek fuq din.", "Intom qed tħarsu biss lejn probability.", "Inti trid tara x'inhu wkoll l-impact.", "Jiġifieri meta tqabbel riskju ta' żewġ installations...", "RYAN CALLUS: Inti taf iktar minni, għax għandek iktar esperjenza minni għax kont involut, li malli jkollok leak ta' gas cloud, the impact is disaster.", "Dan inti tafu aktar minni.", "Forsi n-nies madwar din il-mejda mhumiex qed jifhmu x'inti tgħid, però hawnhekk għandna ħaġa ċara: il-possibilità ta' leak ta' gass minn onshore għal offshore, fl-offshore hija ħafna ikbar.", "Allura ovvja li huwa evidenti li l-onshore huwa aktar safe.", "Ma nistax nifhem għalfejn m'intix tirrealizza li dawn l-affarijiet kollha, li għedtuhom intom f'dawn il-laqgħat, qed jindikaw lejn is-sitwazzjoni li intom mortu għall-għażla li mhijiex l-iktar sigura, mhux għax hand on heart bħala tekniċi jew bħala persuni fil-kapaċità tiegħek ta' project management, tajtu kas x'qalulkom l-esperti, kemm tekniċi u anke ta' risk assessment, imma għax poġġejtu l-ewwel il-prijorità li tlestu l-affarijiet fiż-żmien sabiex tiġi rispettata l-wegħda politika.", "Kollox hekk qed jindika hawn.", "Jekk mhux qed jindika hekk, għidli fejn hemm bil-miktub li jindika mod ieħor.", "IS-SUR DAVID GALEA: Nirriferik għall-Qualitative Risk Assessment.", "Naħseb li l-aħjar ħaġa tkun li tistiednu lill-persuna li kiteb dan ir-rapport...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk Alla jrid.", "IS-SUR DAVID GALEA: ...għax jien m'iniex tekniku daqshekk fuq is-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nagħmillek mistoqsija oħra.", "RYAN CALLUS: Però dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu f'dan l-iktar kumitat importanti.", "RYAN CALLUS: Kollox jindika hawnhekk li ridtu taslu hemm u li għamiltu minn kollox biex taslu hemm, minkejja li l-esperti qalulkom biex tmorru xi mkien ieħor.", "Dan huwa l-inkwiet tagħna li dan kien proġett ivvizzjat, mhux biss mill-aspett ta' procurement, imma mill-aspett ta' saħħa u sigurtà tan-nies.", "GLENN BEDINGFIELD: Jiġifieri l-proġett mhuwiex safe?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-esperti qalu li huwa iktar safe fuq l-art.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-mistoqsija mhijiex fejn huwa l-iktar safe, imma jekk il-proġett kif inhu llum huwiex safe jew le.", "IS-SUR DAVID GALEA: Dan mhux jien qed ngħidu imma qalitu l-MEPA, li approvat id-development application u l-IPPC permit.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk qed nitkellmu fuq safe, safer, safest.", "Allaħares hemm periklu li jisplodi...", "CLAYTON BARTOLO: Mhux diġà qalilna li ma jistax iwieġeb hu!", "IĊ-CHAIRPERSON: Minn dawn il-minuti, mid-diskussjoni li kien hemm, mhux opinjoni għax inti ma tifhimx fis-saħħa...", "GLENN BEDINGFIELD: Mela jekk ma jifhimx għalfejn qed tistaqsih?", "Staqsi lil min jifhem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nistaqsik jekk tikkonfermax li kien hemm minuted li it is the best from a technical aspect, and safest from a safer… Forsi tgħidli li l-oħra hija safe ukoll, però hawnhekk huwa minuted, u qrajnilek il-minuti, illi li jkun fuq l-art huwa aħjar u iktar sigur.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, x'inhi l-aġenda?", "Li nerġgħu nibdew inbeżżgħu?", "Jien niftakar id-diskussjonijiet dak iż-żmien kemm qalu li se jisplodi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, Onor. Bartolo, dak iż-żmien ma kellniex il-minuti, u dak li konna qegħdin nesprimu aħna kien qed jiġi espress fil-minuti.", "CLAYTON BARTOLO: Jien niftakar ċerti persuni, li llum lanqas għadhom jiffurmaw parti mill-Kamra, li kienu jbeżżgħu fuq kollox.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, dakinhar konna nesprimu l-preokupazzjoni tagħna fuq dawn il-materji, u llum, minn dawn il-minuti, qed jirriżulta li...", "KAROL AQUILINA: Kellna raġun.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...our preoccupations were the board's preoccupations, but not withstanding such preoccupations, xi ħadd – u m'iniex qed ngħid li s-Sur Galea – baqa' għaddej bil-proġett.", "Sur Galea, se nistaqsik fuq dan l-imbierek ministru.", "Il-Ministru, fit-12 ta' Ġunju...", "CLAYTON BARTOLO: Imbierek il-Ministru.", "KAROL AQUILINA: Illum ma naħsibx li għadu jiġi l-Parlament jiġbor l-onorarja.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Konrad Mizzi, kif għadu sal-lum u li dakinhar kien Ministru, kien ġie jagħtikom update regarding a visit to Qatar who were interested in the project.", "Għidli ftit fuq din.", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-bidu nett kien hemm żmien fejn kien hemm kontemplazzjoni li jkun hemm government to government agreement għas-supply tal-gass biex forsi l-Gvern iġibu bi prezz aħjar.", "Però jien ma kontx involut fih u ma nafx x'kien ġara.", "KAROL AQUILINA: Inti qatt sifirt mal-Ministru Konrad Mizzi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq dan, le.", "KAROL AQUILINA: U fuq affarijiet oħra?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġieli sifirt, iva.", "KAROL AQUILINA: Tista' tgħidilna fejn mort?", "IS-SUR DAVID GALEA: Meta morna dwar l-istate aid.", "IS-SUR DAVID GALEA: Meta konna qed nagħmlu argument għall-istate aid...", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri mortu Brussell?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq xogħol.", "KAROL AQUILINA: Mort postijiet oħra, apparti Brussell, mal-Ministru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mort mal-avukati, ukoll fuq state aid.", "KAROL AQUILINA: Londra għand min mort?", "IS-SUR DAVID GALEA: Morna għand Clifford Chance mingħalija.", "KAROL AQUILINA: Li huma?", "IS-SUR DAVID GALEA: Huma avukati tal-gvern rinomati fuq state aid.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri mort għal diversi laqgħat mal-Ministru.", "Mort postijiet oħra mal-Ministru, apparti l-Ingilterra u Brussell?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix.", "KAROL AQUILINA: Kellek xi laqgħat barra minn Malta ma' persuni oħra relatati ma' dan il-proġett jew fuq xi proġetti oħra?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġieli kelli f'Londra u fi Brussell, prinċipalment ma' dawn l-avukati li kellna.", "KAROL AQUILINA: Qed nistaqsik jekk kienx hemm oħrajn.", "Ma' min kontu?", "Ma' min iltqajtu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Niftakar mingħalija darba konna morna Pariġi u kien hemm ukoll Alfred Camilleri.", "KAROL AQUILINA: Ma' min iltqajtu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma' Clifford Chance għax għandhom uffiċini mferrxa madwar id-dinja.", "KAROL AQUILINA: Postijiet oħra mort?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dawk li mort, safejn naf jien.", "KAROL AQUILINA: Kellek, pereżempju, laqgħat oħra barra l-Ewropa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Qatar ma mortx.", "IS-SUR DAVID GALEA: Skużani.", "Kelli, imma mhux mal-Ministru.", "Kont mort minħabba l-power purchase agreement (PPA) ma' Shanghai Electric Power.", "KAROL AQUILINA: Min kien hemm miegħek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm inġinier.", "KAROL AQUILINA: X'jismu?", "KAROL AQUILINA: Tgħidlix li mort Shanghai ma' xi ħadd u ma tiftakarx x'jismu!", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien inbati ħafna bl-ismijiet.", "GLENN BEDINGFIELD: Inġinier ta' Enemalta kien?", "KAROL AQUILINA: Min hija din il-persuna li mort magħha?", "Kemm hija twila t-titjira biex tmur Shanghai?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għandek kważi 24 siegħa biex tasal.", "KAROL AQUILINA: Allura 24 siegħa koxxa ma' koxxa miegħu suppost li tiftakar x'jismu!", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk tgħidli l-isem mill-ewwel niftakru.", "KAROL AQUILINA: Jien ma nafux l-isem, inti tafu.", "Apparti dan l-inġinier kien hemm xi ħaddieħor?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm nies oħra.", "Jien kont mort biss dwar il-parti tal-PPA li għamilna ma' Shanghai Electric Power.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti mort Shanghai ma' dan il-grupp ta' nies.", "Min kienu dawn il-grupp ta' nies?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm Ron Cavallazzi, li huwa partner f'Camilleri Preziosi, kien hemm Steve DeCesare, li wkoll kien jaħdem ma' Camilleri Preziosi, kien hemm Jonathan Scerri, li dak iż-żmien kien chief operations officer (COO) ta' Enemalta, u kien hemm Kevin Chircop.", "Naħseb li dawk kien hemm.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri f'din id-delegazzjoni ma kien hemm ħadd mill-Ministeru?", "Jew inti kont qed tirrappreżenta lill-Ministeru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, jien kont ma' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Ma kien hemm ħadd mill-Ministeru?", "IS-SUR DAVID GALEA: F'dawn il-laqgħat partikolari ma rajt lil ħadd.", "KAROL AQUILINA: Lanqas mis-Servizz Pubbliku ma' kien hemm ħadd?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix li kien hemm.", "KAROL AQUILINA: Apparti dawn il-persuni li semmejt, għedt li kien hemm inġinier ta' Enemalta.", "Ma tiftakarx x'jismu?", "KAROL AQUILINA: Tista' tiftakar x'kien l-irwol tiegħu?", "Għalfejn kellu bżonn ikun preżenti?", "IS-SUR DAVID GALEA: Huwa kien jaf sewwa fuq BWSC.", "Kien imqabbad ħafna fuq overall…", "KAROL AQUILINA: Mela dik kienet id-delegazzjoni li marret Shanghai biex tiltaqa' ma' Shanghai Electric Power dwar il-PPA?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, dwar il-PPA ma' Shanghai Electric Power.", "KAROL AQUILINA: Kien hemm xi Maltin oħra li mbagħad iltqajtu magħhom hemmhekk waqt din iż-żjara?", "KAROL AQUILINA: Ma kienx hemm xi ħadd uffiċjalment min-naħa tal-Gvern għal dawn, li qed nifhem li kienu, negozjati?", "Iltqajtu ma' Shanghai Electric Power biex tiftehmu kif se jaħdem il-PPA?", "GLENN BEDINGFIELD: Bejn min il-PPA?", "RYAN CALLUS: Wara li xtraw il-power station ta' BWSC?", "Jew qabel xtrawha?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien parti mill-istess ftehim għax fil-ftehim kien hemm li fl-istess nifs jixtruha, imbagħad jagħmlu l-kuntratt biex jikkonvertuha.", "Kellu jkun hemm numru ta' perjodi; heavy fuel oil period, perjodu ta' trasformazzjoni tal-magni, imbagħad l-istable period...", "KAROL AQUILINA: Semmejna li kien hemm erba' okkażjonijiet.", "Jista' jkun hemm il-ħames waħda li kont preżenti għaliha inti f'xi pajjiż ieħor?", "Darba kont mort ma' delegazzjoni ta' Malta Enterpise.", "KAROL AQUILINA: Fejn kienet din id-delegazzjoni?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija kienet l-Oman u l-Qatar.", "KAROL AQUILINA: X'kienet din id-delegazzjoni?", "Però ma kellha x'taqsam xejn ma' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ma kienx hemm nies involuti f'dan il-proġett f'din id-delegazzjoni.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, kienet delegazzjoni biss...", "KAROL AQUILINA: Kien hemm żjarat oħra barra minn Malta fejn kellek xi rwol tirrappreżenta l-interessi ta' Enemalta jew tal-Gvern Malti?", "KAROL AQUILINA: Lanqas waħdek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien sifirt ħafna fuq xogħol...", "KAROL AQUILINA: Fuq xogħol tal-Gvern Malti qed nistaqsi jien.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma jidhirlix li kien hemm.", "KAROL AQUILINA: Kien hemm xi okkażjonijet fejn persuni minn barra minn Malta ġew Malta għal-laqgħat miegħek u mal-Ministru?", "IS-SUR DAVID GALEA: Minn ElectroGas kienu jiġu.", "KAROL AQUILINA: Min kien jiġi minn ElectroGas minn barra minn Malta?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm avukat, li kien normalment imexxi d-diskussjonijiet min-naħa tagħhom.", "Minn fejn kien?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, dak kien minn ditta partikolari.", "Kien beda ma' ditta imbagħad biddel ditta oħra.", "Insejt x'jisimha d-ditta tal-avukati; iktar lilu naf.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri dan kien jiġi regolari hawn Malta biex jinnegozja ma' Enemalta u magħkom.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "Kien hemm ukoll rappreżentant ta' Siemens.", "Kien hemm tnejn; wieħed inġinier jismu Gerard, imma nsejt x'kunjomu, u kien hemm ieħor...", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri kien hemm dawn it-tnejn minn Siemens.", "U min kien jiġi iktar?", "Kellhom laqgħat oħra ma' nies?", "Dawn kienu jkunu regolari?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienu jkunu pjuttost regolari.", "KAROL AQUILINA: Meta tgħid regolari fil-proċess kollu?", "Kemm qabel ma beda x-xogħol u kemm waqt ix-xogħlijiet?", "IS-SUR DAVID GALEA: Meta saru l-preferred bidder, aħna bdejna niltaqgħu u għamilna żmien intensiv ħafna niddiskutu ċerti klawsoli biex niċċarawhom u nġibuhom iktar robusti, u konna nagħmlu chunks of time sew niddiskutu.", "KAROL AQUILINA: Ngħid sew li inti kont l-iktar persuna hands-on fuq il-proġett min-naħa tal-Gvern Malti?", "KAROL AQUILINA: Jekk ikollok tgħid min-naħa għall-oħra, jiġifieri minn min qed iwettaq il-proġett, min kienet l-iktar persuna hands-on fuq il-proġett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Min-naħa tagħhom?", "IS-SUR DAVID GALEA: Stephen Yurgenson, li kien dan l-avukat li għedtlek...", "KAROL AQUILINA: Imma on the ground hawn Malta, min kienet il-persuna li qed tara li kollox isir?", "IS-SUR DAVID GALEA: From an engineering point of view jien ma dħaltx fiha, jiġifieri ma nafx ngħidlek.", "KAROL AQUILINA: Mhux fuq dak qed inkellmek għax naf li ma tistax tirrispondi fuq dak.", "Jien qed nistaqsik min kienet il-persuna li kienet qed tikkordina l-ħidma ta' dawn l-entitajiet kollha privati kif jgħaqqdu flimkien dan il-korsorzju u jara li jkun hemm id-direzzjoni.", "Jiġifieri jekk inti kellek kwestjoni ma' ElectroGas għand min kont tmur?", "Għand liema direttur kont tmur minn ta' ElectroGas?", "IS-SUR DAVID GALEA: Konna niltaqgħu magħhom.", "Meta jkun hemm kwestjoni...", "KAROL AQUILINA: Ovvja li kontu tiltaqgħu magħhom, u allaħares le.", "Imma ma' min?", "Jekk kienet tinqala' kwestjoni inti kont tgħolli t-telefon, jew tibgħat memo, lil xi ħadd.", "Min kienet dik il-persuna?", "KAROL AQUILINA: Jien qed nistaqsik għal dawk li kienu hawn Malta.", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħala inġinier Malta wieħed kien hemm, li hu Jurgen, imma ma kienx hu li qed imexxi l-proġett.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti tista' tgħid li kellek kuntatt kontinwu miegħu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, ma tantx kelli kuntatt.", "KAROL AQUILINA: Kont tkun ikkuppjat fl-emails li kien ikun hemm għaddejjin fosthom fejn Jurgen Fenech jgħid li se jkellem lill-ministru, jew se jintervjeni ma' \"dak\" u mal-\"ieħor\"?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx ngħidlek għax jgħaddu ħafna emails.", "KAROL AQUILINA: Jurgen Fenech ġieli kien jiktiblek?", "IS-SUR DAVID GALEA: Direttament lili?", "KAROL AQUILINA: Jew forsi tkun ikkupjat fl-emails li jibgħat hu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ġieli kont inkun ikkuppjat.", "KAROL AQUILINA: Ġieli ċempillek Jurgen Fenech?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jekk ċempilli rari ħafna.", "KAROL AQUILINA: Ġieli skambjajtu messaġġi dwar issues li jinqalgħu?", "Fil-mument li kien hemm din is-sitwazzjoni allarmanti ta' jekk il-proġett huwiex se jimxi 'l quddiem minħabba dan il-ftehim tal-istate aid, eċċ, kellek kuntatti miegħu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, lanqas qatt ma kelli.", "KAROL AQUILINA: Kont inkwetat inti meta żviluppat din is-sitwazzjoni fejn qisu dan il-proġett weħel?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont inkwetat fis-sens li in a way aħna konna qed inwaħħluh il-proġett at that point in time.", "KAROL AQUILINA: Għax ma kontux ħsibtu f'din il-problema qabel.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, fis-sens li konna qed niddiskutu ċerti affarijiet u ma konniex qed naqblu bejnietna fuq ċerti kwestjonijiet.", "KAROL AQUILINA: Fuq xiex ma kontux qed taqblu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nafx eżatt.", "Internament f'dan il-kumitat, jew...?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bejn ElectroGas u aħna.", "KAROL AQUILINA: U x'kienu l-iktar affarijiet li ma kontux qed taqblu dwarhom?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bħal b'kull kuntratt, dejjem se jkollok affarijiet… Pereżempju, fuq id-definizzjoni ta' force majeure, fejn allura ridna nistabbilixxu kif se...", "KAROL AQUILINA: Kellkom kwestjoni fuq hekk jiġifieri?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qatt ma kien hemm kwestjoni ta' force majeure.", "KAROL AQUILINA: Inti qed tgħidli li kellkom diskussjoni dwar xi affarijiet u semmejt force majeure.", "Jien qed nistaqsik x'kienu l-issues li kien hemm kwestjonijiet dwarhom.", "KAROL AQUILINA: Imma dawn innegozjajtuhom.", "Wara li nnegozjajtuhom...", "Kellna ħafna issues biex naslu għal qbil.", "U għalhekk dam il-proċess ukoll, għax ma bdejniex naqblu flimkien.", "KAROL AQUILINA: Pereżempju, kellkom kwestjoni dwar il-garanzija?", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-garanzija ma tantx dħalt fiha.", "KAROL AQUILINA: Jekk kien hemm persuna li setgħet tinduna li kien hemm problema kont int.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "RYAN CALLUS: Imma ġiet diskussa.", "KAROL AQUILINA: Min-naħa tal-Gvern Malti, jekk kien hemm xi ħadd li kellu oversight tal-proġett kollu kont inti.", "GLENN BEDINGFIELD: Min-naħa ta' Enemalta mhux min-naħa tal-Gvern.", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "Jien kont min-naħa ta' Enemalta mhux mill-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti qed tgħid li l-bżonn tal-garanzija min-naħa tal-Gvern hija xi ħaġa li tfaċċat at a later stage?", "Meta weħlu mal-banek?", "Jiġifieri kienet xi ħaġa li ma kenitx prevista?", "IS-SUR DAVID GALEA: Oriġinarjament il-Gvern ma xtaqx ikun f'pożizzjoni li jagħti xi forma ta' garanzija lil ElectroGas, però sfortunatament meta konna qed nagħmlu procurement kien jidher ċar li minħabba kif kienet il-qagħda ta' Enemalta bilfors kellna nagħtu xi forma ta' garanzija biex ikun jista'...", "IS-SUR DAVID GALEA: Oriġinarjament kien l-SSA.", "KAROL AQUILINA: Iva, imma imbagħad għamiltu l-garanzija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti qed tgħid li idealment ma kellhiex tinħareġ garanzija.", "Issa jien qed nissuġerilek li l-idea ta' garanzija kienet hemm mill-bidu.", "Ħalli naqralek il-minuti tad-19 ta' Ġunju.", "Niftakru li l-elezzjoni saret f'Marzu, u allura f'Ġunju kontu għadkom fil-bidu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma xtaqniex nagħtuha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri fid-19 ta' Ġunju għamiltu l-minuti u għedtu li se tiġu bżonn garanzija, però ma kellhiex tissemma fl-RfP...", "IĊ-CHAIRPERSON: ...imma malli t-tender ġie awarded, l-ewwel ħaġa li għamiltu kienet li rsistejtu biex toħroġ il-garanzija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, aħna...", "IĊ-CHAIRPERSON: Li qed nissuġġerixxi jien huwa li intom kontu tafu mill-bidu li kien se jkun hemm bżonn ta' government guarantee, daħħaltuha fil-minuti – kważi tasal biex tgħid li lanqas tistħu –…", "ALEX MUSCAT: Opinjoni din.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, mhux opinjoni.", "Qed naqra l-minuti, Onor. Muscat.", "ALEX MUSCAT: Però qed tasal għall-konklużjoni tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fid-19 ta' Ġunju f'Kastilja saret laqgħa...", "ALEX MUSCAT: Fejn kien jinsab il-ministeru responsabbli mill-enerġija.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...fejn fil-minuti ta' dik l-istess laqgħa tniżżel hekk:", "Imbagħad il-minuta ta' qabel tgħid:", "IS-SUR DAVID GALEA: \"May be\" hemm miktub mhux \"will\".", "Hemm differenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur, imma l-may be, malli ngħata t-tender, happened.", "GLENN BEDINGFIELD: Bejn may be u will hemm differenza.", "Anzi intom tafu bl-Ingliż iktar minn kulħadd!", "IĊ-CHAIRPERSON: Tant it happened, li r-rapport tal-Awditur...", "RYAN CALLUS: Imma b'kumbinazzjoni it happened.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...jagħmel riferenza għal din il-garanzija u jgħid li din il-garanzija kienet tali li setgħet tiddistabbilizza l-finanzi tal-pajjiż.", "CLAYTON BARTOLO: Taf x'kien qed jiddistabbilizza l-finanzi tal-pajjiż?", "Enemalta kienet qed tiddistabbilizza l-finanzi tal-pajjiż, dik li intom ridtu tbigħuha għal €1.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...Enemalta u l-prezz taż-żejt ogħla u mn'Alla saret il-power station ta' ElectroGas biex raħas u nqatlet Daphne Caruana Galizia!", "U aħna tajna €80 miljun lill-poplu fis-sena.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ipprova ejja b'ritornell aħjar!", "CLAYTON BARTOLO: €80 miljun fis-sena lill-poplu Malti kollu.", "ALEX MUSCAT: U d-dejn li ħallejtu!", "IĊ-CHAIRPERSON: Qabel l-RfP, jiġifieri at the initial stages, intom kontu diġà ddiskutejtu u kkonkludejtu li aktarx se jkun hemm il-bżonn ta' garanziji.", "IĊ-CHAIRPERSON: U għedtu li ma kellkomx issemmuha fl-RfP.", "Imbagħad saret il-bid, ingħata lil ElectroGas b'kumbinazzjoni, u l-ewwel ħaġa li kellu jagħmel il-Gvern kienet li jagħmel il-garanzija.", "U l-Awditur, fir-rapport tiegħu, jinnotaha din u jgħid li l-ewwel nett ma kienx hemm a mention ta' din il-garanzija li allura żvantaġġjat lill-bidders, għax min għamel il-bid probabbilment kien jagħmel bid differenti kieku kien jaf li l-Gvern se jagħmel din il-garanzija.", "Però din l-idea tal-garanzija ma baqgħetx fl-arja.", "Tant ma baqgħetx fl-arja li l-ewwel ħaġa li saret kienet li l-Gvern ħareġ garanzija, mhux lil Enemalta, imma lill-konsorzju.", "U l-Awditur Ġenerali qal li din hija ħaġa li ġrat rari ħafna, għax il-Gvern mhuwiex azzjonista f'dan l-operat, u qal li din kienet mossa li setgħet ipperikolat il-finanzi tal-pajjiż.", "Issa jien qed nissuġerilek li din il-mossa li setgħet ipperikolat il-finanzi tal-pajjiż, kif ikkummenta l-Awditur, kontu tafu biha as early as 19th June 2013.", "GLENN BEDINGFIELD: Dak huwa suġġeriment tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, qiegħda fil-minuti.", "Qed naqralu l-minuti.", "GLENN BEDINGFIELD: Inti għedt li qed tissuġġerixxi.", "Allura huwa suġġeriment tiegħek!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bedingfield, kieku taqraw il-minuti, tkunu iktar ippreparati.", "GLENN BEDINGFIELD: Mhijiex kwestjoni ta' preparazzjoni.", "Inti għadek kif għedtlu li qed tissuġġerilu.", "Mela allura huwa suġġeriment!", "KAROL AQUILINA: Jaħasra, lanqas bil-Malti ma qiegħed tifhem.", "Tissuġġerilu jiġifieri tfakkru li veru hekk hu.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien m'għandix dubju li intom tifhmu bil-Malti u bl-Ingliż ferm ħafna iktar minn kulħadd, u tifhmu f'kollox sewwa iktar minn kulħadd.", "Dak m'għandix dubju minnu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex jifhimni l-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-minuti tad-19 ta' Ġunju 2013, u din mhijiex opinjoni imma huwa fatt,...", "GLENN BEDINGFIELD: Mela mhux qed tissuġġerixxi.", "IĊ-CHAIRPERSON: ...f'punti 10 u 11 hemm imniżżel hekk:", "jien ngħid strangely enough,", "Mela dan huwa fatt, m'iniex qed nissuġġerixxi.", "Fatt ukoll huwa li l-Awditur, fir-rapport tiegħu, qal li mhuwiex sewwa li l-Gvern daħal garanti wara li ngħata t-tender, għax b'hekk, min tefa' l-offerta ġie żvantaġġat.", "Anzi l-Awditur imur pass oltre u jgħid li l-mod kif, in layman's terms, il-Gvern ħareġ għonqu għal din il-kumpanija li hija purament privata, l-ewwel nett mhuwiex normali – tajjeb kieku l-Gvern jagħmel tajjeb għad-dejn li għandu kull wieħed u waħda minna! – u t-tieni, tant din il-garanzija kienet estensiva, li if it were to go wrong setgħet tiddistabbilizza the finances of the country.", "Jekk niftakar sew, subject to correction, l-Awditur wasal għal din il-konklużjoni fuq dak li qalilhom is-Sur Alfred Camilleri fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.", "Jiġifieri l-Ministeru għall-Finanzi wkoll esprimew din il-concern, li din hija \"ġennata\" li tista' tiddistabbilizza l-finanzi tal-pajjiż.", "GLENN BEDINGFIELD: U x'inhi l-mistoqsija?", "ALEX MUSCAT: Tal-ġennata hija suġġeriment tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma qrajtu xejn, ma ppreparajtu xejn…", "GLENN BEDINGFIELD: Dak qed tgħidu inti!", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri inti qed tgħid li l-Awditur kiteb \"ġennata\" fir-rapport?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le.", "ALEX MUSCAT: Jew dan huwa suġġeriment tiegħek?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, l-Awditur Ġenerali qal b'mod ċar ħafna and in not so many words – u nissuġġerilek taqra r-rapport – għax l-Awditur ġustament huwa iktar diplomatiku minni, li mill-konklużjonijiet li seta' jasal għalihom jirriżultalu li dak li seħħ f'dan il-każ huwa xi ħaġa li qatt ma tiġri min-naħa tal-Gvern, u tant saret bil-goff, din il-ħaġa li qatt ma tiġri, li setgħet tiddistabbilizza l-finanzi tal-Gvern.", "Jien nissuġġerilek taqra r-rapport biex tikkonferma dan li qed ngħidlek.", "GLENN BEDINGFIELD: U l-mistoqsija x'inhi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura, Sur Galea, jien qed nistaqsik tgħidli, iva jew le, jekk intom kontux tafu mill-bidu nett li se jkun hemm bżonn garanziji, però m'għamiltuhiex fi stadju tal-RfP bil-konsegwenza li ġew żvantaġġati l-bidders l-oħra.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-garanzija li qed tirriferi għaliha hawnhekk hija dik li eventwalment ġiet żviluppata bħala l-SSA.", "Din mhijiex ir-riferenza għall-garanzija li eventwalment saret fuq ElectroGas; huma żewġ affarijiet kompletament differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'jiġifieri?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak iż-żmien ma konniex għadna ħriġna bil-kunċett ta' SSA, imma konna qed nirriferu għaliha bħala garanzija.", "Imbagħad eventwalment ġie żviluppat bħala SSA...", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura fuqhiex qed titkellmu hawn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Waħda mill-problemi li kellna bħala garanzija, mill-pariri li bdew jagħtuna, kienet illi kieku kellna nagħtu an outright guarantee, jista' jkun li jiġi qisu d-dejn huwa fuq il-Gvern.", "Però ma kienx se jkun jagħmel sens...", "KAROL AQUILINA: Mela x'garanzija kontu qed tirriferu għaliha?", "IS-SUR DAVID GALEA: Din eventwalment ġiet żviluppata bħala SSA.", "KAROL AQUILINA: Le, mhux fiex ġiet żviluppata.", "Fil-bidu nett fuq liema garanzija kontu qed titkellmu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, m'intix korrett.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq garanzija li tfisser guarantee instruments, jiġifieri l-Gvern jagħmel garanzija… Jiġifieri qed niftehmu dwar x'inhi l-garanzija li qed nitkellmu fuqha hawnhekk.", "KAROL AQUILINA: Imma dik mhux diġà kienet issemmiet?", "Allura kif qed tħawwad dawn l-affarijiet?", "Naqblu li fil-bidu nett kien hemm din l-idea li jsir il-ftehim li fuq numru kbir ta' snin il-Gvern Malti jkollu jixtri l-enerġija mingħand il-kumpanija?", "KAROL AQUILINA: Mela allura l-SSA diġà kien hemm.", "Il-kunċett kien hemm.", "IS-SUR DAVID GALEA: Li żgur nista' ngħidlek hu li hawnhekk qatt ma konna tkellimna fuq garanzija li jkun hemm… Biss biss ma konniex nafu li se jkun hemm din l-issue li l-bidders bilfors iridu konferma mingħand il-Kummissjoni Ewropea li l-istate aid huwa validu.", "KAROL AQUILINA: Mela jekk mhux fuq dik, fuq liema garanzija kontu qed titkellmu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dak iż-żmien konna qed ngħidu...", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri dawn huma l-istess?", "Jew waħda hija differenti mill-oħra?", "IS-SUR DAVID GALEA: Aħna konna qed naħsbu għal garanzija, imma imbagħad minflok garanzija aħna tajna SSA.", "KAROL AQUILINA: Il-garanzija li kontu qed taħsbu fiha x'forma kien se jkollna?", "KAROL AQUILINA: Mela fi stadju ulterjuri kellkom li l-garanzija ġiet definita bħala SSA.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "KAROL AQUILINA: Fil-bidu nett, meta bdejtu taħsbu fiha x'forma kellha din?", "Il-Gvern jikkommetti xi ħaġa li għandu bħala garanzija għal dak li tista' tinkorri ElectroGas?", "IS-SUR DAVID GALEA: Bażikament għall-pagamenti dovuti...", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri mhux marbuta ma' li jien nobbliga ruħi li nixtri mingħandek jew nagħmel xi ħaġ'oħra biex tagħtini garanzija, imma li l-Gvern jaqbad tant… Kemm kien hemm bżonn miljuni ta' ewro?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dik kienet waħda mill-problemi li kellna għax diffiċli tikkwantifikaha.", "KAROL AQUILINA: L-inqas kemm?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri l-Gvern kien se jaqbad €200 miljun u jgħid li se jobbliga ruħu li jħallashom jekk tmur xi ħaġa ħażina.", "Fil-bidu dik kienet il-garanzija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Huwa l-credit risk ta' Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Din il-garanzija li kellkom f'moħħkom intom, għedtuha lill-bidders kollha jew le?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux il-garanzija, imma l-SSA.", "Din il-garanzija ma ngħatatx.", "KAROL AQUILINA: Imma fil-bidu kontu qed taħsbu fiha.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma inbidlet u evolviet fil-kunċett ta' SSA.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri l-SSA kien magħruf mal-bidders kollha?", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "KAROL AQUILINA: Però mbagħad il-garanzija li spiċċat ingħatat ma kenitx magħrufa mal-bidders kollha.", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għall-garanzija ta' ElectroGas qed tgħid?", "KAROL AQUILINA: Ara aħniex naqblu.", "L-ewwel ħsibtu fil-garanzija tal-€200 miljun, li jista' jkun li kienet iktar, imbagħad iddeċidejtu li tagħmluha SSA, imma fil-verità għamiltu l-garanzija kif suppost, tal-€200 miljun.", "KAROL AQUILINA: Imma għamiltuha.", "Mhux hekk?", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri ħsibtu fl-ewwel garanzija tal-€200 miljun, imbagħad taparsi ttrasformajtuha...", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma ma kienx il-ħsieb...", "KAROL AQUILINA: ...f'SSA, imma xorta spiċċajtu għamiltu l-garanzija tal-€200 miljun.", "Naqblu li hekk sar?", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma din il-garanzija li hawn riferenza għaliha hawnhekk mhijiex l-istess waħda.", "KAROL AQUILINA: Il-kunċett kien an outright guarantee.", "Jiġifieri l-Gvern jidħol jagħmel tajjeb għat-telf li setgħet għamlet ElectroGas.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma l-underlying notion kienet qisu li ħsibna f'garanzija, imma m'għednihiex biex imbagħad eventwalment tajniha xorta.", "Ma kienx dak il-każ.", "KAROL AQUILINA: Imma mhux hekk ġara?", "GLENN BEDINGFIELD: Garanzija u mhux garanzija, din iffavorixxiet lil xi ħadd?", "Biddlet l-outcome tal...?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dażgur li ffavorixxiet!", "GLENN BEDINGFIELD: Kienet tajba għall-Gvern.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Kienet tajba għal ElectoGas għax kellhom moħħhom mistrieħ!", "KAROL AQUILINA: Il-garanzija favur min kienet?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jiġifieri għal min kienet tagħmel tajjeb?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "IS-SUR DAVID GALEA: Għal ElectroGas.", "KAROL AQUILINA: Mela kif tajba għall-Gvern!?", "Il-Gvern kien qed jidħol f'riskju u mhux kien qed jagħmel xi ħaġa għalih.", "Kien qed jagħmilha għal vantaġġ ta' ħaddieħor.", "IS-SUR DAVID GALEA: Fuq il-finanzi tal-Gvern ma nistax nitkellem għax m'għandix oversight tal-finanzi tal-Gvern, però from an Enemalta point of view aħna kellna a share call option agreement li jekk tiskatta l-garanzija, aħna nieħdu over l-impjant.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri inti qed tgħid – milli qed nifhem jien, li m'għandix esperjenza f'dawn l-affarijiet – li l-Gvern għamel din il-garanzija biex just in case ElectroGas jiġrilha xi ħaġa, il-Gvern jinnazzjonalizza l-power station.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mhux jinnazzjonalizza, imma jieħu over Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Jekk jagħmilha tiegħu, jagħmilha nazzjonali.", "Inti għedt jieħu over il-power station.", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-kuntest li jiġri xi ħaġa mill-istate aid.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri lil ElectroGas serraħtulhom moħħhom li jekk huma ma jaslux, il-Gvern jidħol fiż-żarbun tagħhom.", "Hekk kienet.", "Kemm spiċċat kienet fil-verità l-garanzija?", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija €350 miljun jew €360 miljun.", "KAROL AQUILINA: U kemm bdiet fil-bidu l-garanzija?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dejjem hekk kien hemm maħsub.", "Kien hemm bridge guarantee, imbagħad ingħatat a higher guarantee skont il-programm.", "KAROL AQUILINA: Taqbel miegħi li kienet spiċċat fl-ammont ta' €375.8 miljun?", "IS-SUR DAVID GALEA: Xi ħaġa hekk.", "KAROL AQUILINA: Ma jidhirlikx li dan kien riskju kbir għall-pajjiż?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien mill-aspett ta' Enemalta nista' nitkellem.", "Mill-aspett ta' Enemalta...", "Mhux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, imma huma żewġ entitajiet differenti.", "KAROL AQUILINA: Imma waħda tinkludi lill-oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri meta tħares lejn l-interessi, inti jinteressak l-interess ta' Enemalta mhux tal-pajjiż?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma ngħidx hekk, imma jien m'għandix oversight tal-finanzi tal-pajjiż, u allura ma nistax nieġu deċiżjoni fuq l-oversight tal-pajjiż.", "Jiena nista' nitkellem biss fuq Enemalta.", "CLAYTON BARTOLO: Imma hawnhekk inti qed titkellem f'isem Enemalta?", "KAROL AQUILINA: Ma taqbilx mal-Awditur Ġenerali li dan kien riskju kbir, għax li kieku marret xi ħaġa ħażina setgħet tiddistabilizza l-ekonomija tal-pajjiż?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nistax ngħid għax m'għandix oversight tal-finanzi tal-pajjiż kollu.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nistaqsik jekk taqbilx mal-konklużjoni tal-Awditur Ġenerali.", "Għalik kienet aċċettabbli din jew le?", "CLAYTON BARTOLO: Inti għandek l-istess informazzjoni at your disposal biex tasal għall-konklużjoni bħalma wasal għaliha l-Awditur?", "KAROL AQUILINA: Le, hu ta l-garanzija.", "Kien parti mit-team li ħa d-deċiżjoni li tingħata l-garanzija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Il-garanzija l-Gvern ta, mhux Enemalta.", "KAROL AQUILINA: Imma int kont parti biex wasaltu għal dik il-garanzija.", "Inti għedt li mort anke Shanghai.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma dak m'għandux x'jaqsam.", "KAROL AQUILINA: Inti Shanghai mort għall-PPA.", "IS-SUR DAVID GALEA: Imma m'għandux x'jaqsam mal-… X'għandha x'taqsam Shanghai Electric Power mal-...?", "KAROL AQUILINA: Inti spjegali għax inti nvolut f'dan kollu u mhux jien!", "Jien qed nistaqsik xi rwol kellek inti għall-għoti ta' din il-garanzija.", "GLENN BEDINGFIELD: Aħna li ma nifhmu xejn, fhimna.", "GLENN BEDINGFIELD: Fhimna li Shanghai Electric Power u l-PPA huma żewġ affarijiet differenti.", "L-ewwel staqsejtu fuq kollox barra fuq dan, issa qed tħawwad l-affarijiet ma' dak li...", "KAROL AQUILINA: Ħallih iwieġeb!", "Sur Galea, inti kont involut fil-garanzija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma kontx involut fil-garanzija, imma fix-share call option agreement.", "Il-garanzija l-Gvern ħa ħsiebha.", "KAROL AQUILINA: Inti ma kontx parti mill-kumitat li semma din il-garanzija fil-bidu nett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, dik garanzija oħra.", "KAROL AQUILINA: Ħa nerġa' nirrepetilek forsi naslu.", "Fil-bidu intom ħsibtu li se jkun hemm bżonn an outright guarantee, jiġifieri l-Gvern iwarrab ammont ta' flus, jew jintrabat li f'każ li ElectroGas tfalli jew jiġrilha xi ħaġa, il-Gvern jidħol u jagħmel tajjeb b'dawk il-flus u jieħu over l-impjant li għandha ElectroGas.", "Naqblu li dak kien il-ħsieb fil-bidu?", "KAROL AQUILINA: Imbagħad żviluppajtu l-ħsieb u għedtu li se tagħmlu SSA, li huwa forma ta' garanzija oħra, billi tgħidu li Enemalta tintrabat li tixtri l-enerġija mingħand ElectroGas.", "Imma mbagħad spiċċajtu li anke għamiltu l-outright guarantee li kellkom fil-bidu li, kif għedtlek, spiċċat bi €375.8 miljun.", "IS-SUR DAVID GALEA: Mingħalija kienet €380 miljun.", "KAROL AQUILINA: L-informazzjoni li hawn hawnhekk hekk turi.", "ALEX MUSCAT: Naqblu li din il-garanzija għaddiet mill-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea u kien hemm l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea?", "KAROL AQUILINA: Naqblu li l-ewwel forma ta' garanzija li ħsibtu fiha fil-verità spiċċat ingħatat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhijiex l-istess, għax l-ewwel garanzija kienet maħsuba lil Enemalta, filwaqt li t-tieni waħda, li qed tirriferi għaliha inti, ngħatat lil ElectroGas.", "KAROL AQUILINA: Li allura hija agħar, għax qed tiggarantixxi lil xi ħadd fil-privat.", "ALEX MUSCAT: Opinjoni din.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nistax ngħid jekk huwiex agħar jew aħjar.", "Mill-aspett ta' Enemalta, irnexxielha tagħmel il-proġett f'inqas żmien.", "KAROL AQUILINA: Allura dan għalik huwa prattika tajba jew prattika ħażina?", "IS-SUR DAVID GALEA: Fiċ-ċirkostanzi naħseb li trid tagħżel jekk tixtieqx tnaqqas l-ispejjeż tal-pajjiż… Mill-aspett ta' Enemalta kienet aħjar għax setgħet twettaq il-proġett qabel iż-żmien.", "KAROL AQUILINA: Allura r-riskju tal-pajjiż ma jidhirlekx li kien kbir?", "GLENN BEDINGFIELD: Ir-riskju l-ieħor kien li nisbħu bla dawl.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien m'iniex f'pożizzjoni li nevalwa r-riskju tal-pajjiż, għax jien imqabbad minn Enemalta u m'għandix l-oversight ta' x'garanziji għandu l-Gvern u x'inhuma l-prassi tal-garanziji.", "KAROL AQUILINA: Imma taf li din kienet a first.", "IS-SUR DAVID GALEA: U lanqas biss kont involut fil-proċess tal-garanziji.", "KAROL AQUILINA: Kont taf li qiegħda ssir?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kont naf li qiegħda ssir.", "KAROL AQUILINA: Inti għedtilna li kif kien qed jiżviluppa l-proġett, f'punt minnhom inqalgħet din il-problema.", "U allura inti bdejt tispera – ħa npoġġiha hekk – li din is-sitwazzjoni tissolva kemm jista' jkun malajr.", "M'għorkitekx għajnek li saret din il-garanzija?", "M'għedtx kif il-Gvern daħal f'din il-ħaġa u ħa dak ir-riskju?", "Ma rajthiex stramba inti bħalma raha l-Awditur Ġenerali?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien ma nistax niddubita xi ħaġa meta ma jkollix l-informazzjoni kollha.", "Biex inkun nista' nesprimi opinjoni fuq xi ħaġa jrid ikolli the full information of that particular aspect in mind.", "L-Awditur għandu iżjed foresight minni fuq dawn l-affarijiet.", "KAROL AQUILINA: U kieku jkollok tgħid x'kien ir-rwol tiegħek fl-għoti ta' din il-garanzija, kif tiddeskrivih?", "X'għamilt?", "IS-SUR DAVID GALEA: Parti mill-condition precedent kien li jiġi kkompletat…", "KAROL AQUILINA: Spjega ftit, jekk jogħġbok.", "Jien fhimtha, imma…", "IS-SUR DAVID GALEA: Fil-kuntratt ikollok numru ta' kundizzjonijiet li jridu jitwettqu qabel ma tagħmel ċertu tip ta' passi.", "Biex tingħata l-garanzija ried ikun hemm numru ta' affarijiet li riedu jitwettqu, u fosthom kien hemm li nagħlqu ċerti kuntratti, fosthom il-Conversion Term Agreement, li huwa the master agreement li jirregola l-PPA, il-Gas Supply Agreement (GSA), u l-ancillary agreements l-oħra kollha li huma marbutin ma' dan il-kuntratt.", "Ir-rwol tiegħi kien li naslu biex nagħlqu l-Conversion Term Agreement.", "KAROL AQUILINA: U dak sar, imbagħad skattat il-garanzija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "KAROL AQUILINA: Imma kif tiddeskrivi ir-rwol tiegħek fl-għoti tal-garanzija?", "Dak kien ir-rwol tiegħek?", "Li tara li dawn il-kriterji, jew dawn il-milestones, jintlaħqu mbagħad ma dħaltx iktar fiha?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma dħaltx fil-garanzija.", "KAROL AQUILINA: Jekk ma dħaltx inti, min daħal fiha?", "Eventwalment aħna se jkollna xhieda oħra u allura rridu naraw lil min irridu nistaqsu.", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm il-Ministeru għall-Finanzi.", "KAROL AQUILINA: Bħala persuna min?", "Bħala avukati kien hemm Ron Cavallazzi, li kien miegħi fid-diskussjonijiet fuq il-Conversion Term Agreement, u mingħalija kien hemm ukoll xi nies mill-Ministeru għall-Enerġija, jekk m'iniex sejjer żball kien hemm Ronald Mizzi, li kien il-Permanent Secretary.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri kieku jkollok tgħid, dawn huma t-tlieta min-nies li, jekk dan il-Kumitat għandu jfittex risposti, għandu jistaqsi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "Però dwar Ronald Mizzi m'iniex ċert mija fil-mija.", "RYAN CALLUS: Imma xi ħadd mill-Ministeru għall-Enerġija bilfors kien hemm fil-garanzija.", "IS-SUR DAVID GALEA: Nimmaġina.", "RYAN CALLUS: Mela jekk mhux Ronald Mizzi min kien hemm?", "IS-SUR DAVID GALEA: Għalhekk qed ngħidlek li nimmaġina li hu kien hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, x'kien l-involviment ta' Joseph Muscat fil-proċess kollu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien qatt ma ltqajt miegħu f'dak il-kuntest.", "Iltqajt miegħu f'xi okkażjoni soċjali u ntroduċieni xi ħadd miegħu.", "Probabbilment lanqas jafni lili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-adjudication process tal-power station x'kien l-involviment tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b'mod partikolari tal-Prim Ministru Joseph Muscat?", "Joseph Muscat qatt ma ndaħal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qatt ma ndaħal?", "IS-SUR DAVID GALEA: Almenu fejn kont involut jien qatt ma rajtu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk ngħidlek li mhux talli ma kienx jindaħal talli kontu tkunu kostretti tagħmlulu presentations u tispjegawlu fiex wasal u ma wasalx il-proġett, xi tgħidli?", "Kien jinteressa ruħu direttament fil-proġett.", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien personalment qatt m'għamiltlu presentations.", "CLAYTON BARTOLO: Fiha xi ħaġa ħażina li prim ministru jinteressa ruħu fi proġett nazzjonali?", "Mhux ta' b'xejn qatt ma sar xejn taħthom ħlief dejn!", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom għamiltu imma u għamiltu opra kbira!", "Staqsu lin-nies hemm barra!", "Staqsi lil min għex nhar is-Sibt li għadda biex taraw x'opra kbira għamiltu.", "Sur Galea, jien qed nistaqsik speċifikament: Il-Prim Ministru Joseph Muscat involva ruħu b'xi mod fl-adjudication process?", "Kien jistaqsi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Safejn naf jien qatt ma rajtu u qatt ma tkellimt miegħu fuq...", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux dik kienet il-mistoqsija tiegħi.", "Jien m'iniex qed nistaqsik jekk qattx rajtu jew jekk qattx kellimtu, imma qed nistaqsik jekk Joseph Muscat kienx jinvolvi ruħu b'xi mod dirett jew indirett fil-proċess tal-aġġudikazzjoni ta' dan il-proġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kien isegwi b'mod attiv dak li kien qed jiġri f'dan il-proġett?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jien qatt ma…", "KAROL AQUILINA: Kien hemm xi ħadd ieħor viċin tal-Prim Ministru li kien isegwi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kien hemm żewġ laqgħat fejn kien attenda għalihom Keith Schembri.", "KAROL AQUILINA: X'kienu dawn iż-żewġ laqgħat?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ta' dan il-kumitat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux tal-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tara kif jibdew joħorġu l-affarijiet!", "CLAYTON BARTOLO: X'hemm ħażin li… (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Fejn hemm Keith Schembri kollox ħażin.", "KAROL AQUILINA: X'kienu dawn iż-żewġ laqgħat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Dawn kienu dwar issues… Waħda mil-laqgħat, safejn naf jien, kienet fejn ġew it-top people tal-banek biex jiddiskutu ċerti punti...", "Ġew it-top people tagħhom Malta u kienet saret laqgħa Kastilja li għaliha attendew madwar 25 ruħ.", "F'din il-laqgħa kienu poġġew ir-requirements importanti, li l-SSA irid jiġi endorsed mill-Kummissjoni Ewropea.", "KAROL AQUILINA: Min kien jippresjedi din il-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Qed nassumi li hu kien ippresjeda din il-laqgħa.", "U kien qiegħed hemm fil-vesti uffiċjali tiegħu bħala...", "IS-SUR DAVID GALEA: Iva, fil-vesti uffiċjali.", "RYAN CALLUS: Din il-laqgħa saret wara li ngħata l-kuntratt lil ElectroGas, jew qabel?", "KAROL AQUILINA: X'kien l-eżitu ta' dik l-ewwel laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Li rridu naraw x'se nagħmlu to clear l-SSA mal-Kummissjoni Ewropea.", "KAROL AQUILINA: Minuti ta' din il-laqgħa jeżistu?", "IS-SUR DAVID GALEA: Żgur ma żammejthomx jien.", "KAROL AQUILINA: Imbagħad għedtli li kien hemm laqgħa oħra.", "X'kienet il-laqgħa l-oħra?", "IS-SUR DAVID GALEA: At the final stages, meta konna qed immorru għall-financial close u ġie diskuss il-bżonn li titneħħa l-garanzija ladarba l-SSA kien ġie endorsed.", "KAROL AQUILINA: Min kien preżenti għal din il-laqgħa?", "IS-SUR DAVID GALEA: Jidhirli li kien hemm Keith Schembri u xi nies tekniċi.", "KAROL AQUILINA: Din il-laqgħa ssejħet minn Keith Schembri, la ppresjediha hu.", "Hux hekk?", "IS-SUR DAVID GALEA: Hekk hu.", "KAROL AQUILINA: Għalfejn kellu bżonn ikun hemm l-intervent ta' Keith Schembri f'dan kollu?", "Inti qatt ma semmejtu u lanqas aħna ma semmejnih.", "Għalfejn imbagħad f'dawn iż-żewġ laqgħat kien hemm dan il-bżonn?", "IS-SUR DAVID GALEA: Naħseb li hija xi ħaġa normali li fi proġett daqshekk importanti, at critical junctures, ikun hemm rappreżentant min-naħa tal-Gvern.", "KAROL AQUILINA: Imma rajtha normali li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jsejjaħ laqgħa mal-banek internazzjonali biex jiddiskuti dan, u li jkun qiegħed hemmhekk meta jiġi biex jagħmel il-closure agreement?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma nara xejn ħażin fiha jiena.", "KAROL AQUILINA: M'għorkitekx għajnek dak iż-żmien?", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif daħal Keith Schembri fuq il-Ministru Konrad Mizzi?", "IS-SUR DAVID GALEA: Lanqas xejn.", "KAROL AQUILINA: L-aħħar darba jien semmejtlek meta sar magħruf li Yorgen Fenech kellu l-kumpanija 17 Black.", "F'dan li għadek kif għedtli issa, dakinhar m'għedtx xi ħaġa lilek innifsek?", "Inti għedtli li Keith Schembri ħa nteress jorganizza dawn iż-żewġ laqgħat, waħda mal-banek internazzjonali preżenti, u l-oħra biex isir il-closure agreement u titneħħa l-garanzija.", "Sa dakinhar inti kont taf li għandu kumpaniji barra minn Malta Keith Schembri?", "IS-SUR DAVID GALEA: Kienet tissemma fil-midja.", "KAROL AQUILINA: Kienet tissemma fil-midja li Keith Schembri kellu kumpaniji fil-Panama, trust fi New Zealand, eċċ. Naqblu?", "Kien issemma li hu u l-Ministru li taħtu kont taqa' inti għandhom arranġament biex jirċievu flus fil-kontijiet tagħhom barra minn Malta.", "Kienet pubblika din.", "IS-SUR DAVID GALEA: X'kienu qed jgħidu naf.", "KAROL AQUILINA: U m'hawn ħadd li ċaħadha din.", "Lanqas Keith Schembri stess ma ċaħadha.", "Ftit tax-xhur iktar tard kien hemm l-aħbar li Yorgen Fenech huwa s-sid tal- kumpanija 17 Black, li minnha kellhom jiġu l-flus għand il-kumpaniji ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Issa, mix-xhieda tiegħek, jirriżulta li Yorgen Fenech, Keith Schembri u Konrad Mizzi, it-tlieta li huma, bħalek – però m'iniex qed ngħid li għamilt bħalhom – kienu nvoluti fil-proġett ta' ElectroGas.", "Meta f'Novembru ta' sentejn ilu ħarġet din l-aħbar, inti m'għorkitekx għajnek?", "IĊ-CHAIRPERSON: M'għamiltx one plus one?", "KAROL AQUILINA: M'għaqqadtx id-dots?", "KAROL AQUILINA: Mhux dik staqsejtek jien.", "Inti ma ssuspettajtx li kien hemm xi ħaġa ħażina?", "Dan l-involviment, din ir-rabta bejn dawn it-tliet persuni, il-proġett komuni ta' ElectroGas… Inti għedtli li f'Malta l-persuna on the ground li kienet qed timmaniġġja l-affarijiet f'isem ElectroGas kienet Yorgen Fenech, imbagħad għedtli li Konrad Mizzi kien involut sew, tant li kien jattendi għal-laqgħat, imbagħad meta staqsejtek kienx hemm involviment iktar għedtli li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma daħalx fiha, però kien hemm ħaddieħor, u meta staqsejtek min huwa dan ħaddieħor, għedtli li Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, għamel dawn iż-żewġ laqgħat, fl-opinjoni tiegħek, importanti.", "Allura meta ħarġet l-aħbar li Yorgen Fenech kien is-sid ta' 17 Black, u inti kont taf ukoll, bħalma kont naf jien u bħalma kienet taf Malta kollha, li 17 Black kellha tħallas fil-kontijiet tal-kumpanija taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, u fil-kont tal-Ministru Konrad Mizzi €5,000 kuljum, m'għorkitekx għajnek ir-rabta ma' dan il-proġett?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għadhom jaqbżu għal Keith Schembri!", "KAROL AQUILINA: Ma ssuspettajtx li hemm xi ħaġa ħażina?", "IS-SUR DAVID GALEA: Ma ssuspettajtx għax kien ir-rwol tiegħu li jipparteċipa f'dawn il-laqgħat.", "Ma nara xejn ħażin li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru...", "KAROL AQUILINA: U llum ma tissuspettax li hemm xi ħaġa ħażina?", "Infakkrek li llum hemm il-provi li s-sid ta' 17 Black huwa Yorgen Fenech.", "Illum, as we speak, Keith Schembri qiegħed il-ħabs taħt arrest preventiv għal numru ta' reati serji, fosthom ħasil ta' flus, frodi, falsifikazzjoni, u ġurament falz.", "ALEX MUSCAT: Għandhom konnessjoni mal-power station?", "KAROL AQUILINA: Mhux qed togħrkok għajnek?", "M'intix qed tara li hemm dan il-grupp ta' nies flimkien li għamlu xi ħaġa ħażina?", "IS-SUR DAVID GALEA: Li nista' ngħid jien hu li qatt ma rajt xi ħaġa ħażina fil-proċess.", "KAROL AQUILINA: Imma ma tissuspettax li kien hemm xi ħaġa ħażina?", "Mhijiex kważi ovvja li dawn it-tlieta min-nies ħadu interess partikolari f'dan il-proġett, u jista' jkun li anke wżaw lilek – m'iniex qed nipprova nitfa' dell fuqek; jista' jkun li nqdew bik – biex dan il-proġett isir b'ċertu mod, imbagħad huma b'mod parrallel joħolqu din l-istruttura – m'iniex qed ngħid li int kont involut fiha; sirt tafha bħalma sirt nafha jien u sar jafha kulħadd – u jagħmlu l-miljuni minn fuq dan il-proġett?", "M'għandekx is-suspett li kien hekk?", "U jekk għandek dan is-suspett, ma tħossx l-obbligu li titkellem u tgħid...?", "Qed ngħidlek issa, mhux bl-attitudni ta' tlieta jew erba' snin ilu, fejn kulħadd kien jgħid il-verżjoni u l-interpretazzjoni tiegħu.", "Illum għandna n-nies qegħdin il-ħabs, għandna fatti stabbiliti li ma jmerihom ħadd, lanqas in-nies li huma akkużati.", "Ma tarax li hemm xi ħaġa ħażina?", "Anke fid-dawl li inti ġejt mistieden għand il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni.", "Tħoss li ġejt użat?", "IS-SUR DAVID GALEA: Li nista' ngħid jien hu li fil-proċess kellna a free hand biex naħdmu bil-mod liberu kif xtaqna, jiġifieri ma kienx hemm indħil fil-proċess.", "L-aħħar events li ġraw, iva jdejquni...", "ALEX MUSCAT: Allura qatt ma ġejtu kkundizzjonati biex b'xi mod tiffavorixxu lil xi ħadd, kif qed jagħti x'jifhem il-kollega tiegħi, l-Onor.", "KAROL AQUILINA: Le, le, jien m'għedtx hekk, anzi għedt bil-kontra.", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri intom qatt ma ngħatajtu direzzjoni ċara mill-Ministru, minn Kieth Schembri, jew minn xi ħaddieħor li t-tender riedu li jieħdu t-\"tali\" u mhux it-\"tali\".", "IS-SUR DAVID GALEA: Dażgur li le!", "ALEX MUSCAT: Jiġifieri dak li qed jgħid il-kollega, u ċioè li b'xi mod intom kontu ddirezzjonati minn day one li t-tender jingħata lil xi ħadd u mhux lill-ieħor, m'huwiex minnu.", "Inti, li kont wieħed mill-piloti ewlenin ta' dan il-proġett, li bih il-poplu Malti sal-lum iffranka iktar minn €0.5 biljun f'kontijiet li kienu jbellgħuna ta' qabilna, qatt ma kellek lil xi ħadd li qallek: morru \"hawn\" u tmorrux \"hemm\".", "IS-SUR DAVID GALEA: Lanqas xejn.", "ALEX MUSCAT: Grazzi.", "KAROL AQUILINA: Sur Galea, inti għadek kif għedtilna li dawn l-affarijiet idejquk.", "KAROL AQUILINA: Se nerġa' nistaqsik, għax qed naraha diffiċli… Inti m'intix bniedem kwalunkwe.", "L-impressjoni li ħadt tiegħek hija li inti bniedem smart ħafna, li taf eżatt x'għandek tagħmel, li inti organizzat, li ma tagħmilx l-affarijiet bl-addoċċ, u li allura għandek ċertu insight tal-affarijiet kif isiru, li tirrealizza jekk xi ħadd ikun qiegħed jipprova jagħmel l-affarijiet kif mhux suppost.", "Illum, bl-għarfien li għandna tas-sitwazzjoni li jinsabu fiha n-nies involuti, ma tarax li hemm suspetti raġjonevoli ħafna, u għandu jkollok suspetti raġjonevoli ħafna, li kien hemm korruzzjoni f'dan il-proġett?", "M'iniex qed ngħidlek biex tagħtini l-prova, imma qed nistaqsik jekk tissuspettax b'mod raġjonevoli li hemm korruzzjoni f'dan il-proġett.", "M'iniex qed ngħidlek li għamilt xi korruzzjoni inti, anzi qed nissuġġerilek li nqdew bik, użawk; bil-Malti ngħidu li sabuk tifel tajjeb għal sninhom.", "Dik hija l-impressjoni li qed nieħu.", "ALEX MUSCAT: Illum, issa, fl-aħħar!", "Mela fil-bidu ppruvajtu ssalbuh, u issa f'daqqa waħda sar tifel tajjeb!", "Mela l-ewwel witch hunt fuq l-individwu fejn kellu anke jidħol l-Ispeaker, u issa sar raġel sewwa biex nippruvaw inġegħluh jgħid li kien hemm xi forma ta' korruzzjoni!", "KAROL AQUILINA: Issa huwa ċ-ċans li titkellem.", "Dan il-pajjiż għaddej minn sitwazzjoni fejn għandu bżonn ikun jaf il-verità, u l-verità kollha.", "Irridu nkunu nafu l-verità kollha.", "Ma tissuspettax, ma tħossx, li hemm xi ħaġa ħażina f'dan kollu?", "M'iniex qed ngħidlek biex tgħidli xinhi, imma qed nistaqsik jekk tissuspettax li hemm xi ħaġa ħażina.", "Qed nagħtik din l-opportunità għax ma nixtieqx li jaslu tlieta, erba' xhur oħra, jew ftit tal-ġimgħat oħra u jkolli ndur lura għal dak li għedt inti.", "Jien qed nagħtik l-opportunità li tgħidilna x'taħseb inti, mhux x'jaħseb ħaddieħor jew xi smajt fil-midja, imma x'taħseb inti bħala l-aktar persuna nvoluta f'dan il-proġett, dwar jekk kienx hemm, jew jekk għandekx suspett li kien hemm xi ħaġa ħażina bl-involviment ta' dawn in-nies li semmejtlek, u ċioè Keith Schembri, Konrad Mizzi, u Yorgen Fenech.", "IS-SUR DAVID GALEA: Ara, minn mindu kien hemm l-events li ġraw dan l-aħħar I tried to revisit the process, kif nagħmel dejjem, biex nara jekk kienx hemm xi ħaġa li potenzjalment saret ħażina, però sinċerament u onestament, ma nistax naħseb fuq xi ħaġa partikolari fejn nista' ngħid li \"dak\" il-fatt huwa \"għalhekk\", \"għalhekk\" u \"għalhekk\".", "Tant kellna freehand fil-proċess li m'iniex qed nara...", "KAROL AQUILINA: Imma għalik huwa aċċettabbli li kien hemm dawn l-affarijiet għaddejjin in parallel mal-proġett ta' ElectroGas?", "IS-SUR DAVID GALEA: Le, mhux aċċettabbli.", "CLAYTON BARTOLO: Jiġifieri hawnhekk qegħdin nippruvaw nippreġudikaw il-każ li hemm il-qorti jew xi ħaġ'oħra li hemm għaddejja?", "CLAYTON BARTOLO: Hekk qed tippruvaw tagħmlu.", "Noqogħdu attenti!", "KAROL AQUILINA: Is-sinjur mhuwiex akkużat il-qorti.", "CLAYTON BARTOLO: Noqogħdu attenti fejn qed nieħdu lix-xhud u x'qed nitolbuh jagħmel, għax imbagħad wara malajr iddur l-istorja!", "Għax biex iddawwru l-istorja tinqalgħu ħafna!", "Diġà rajniha tiġri.", "KAROL AQUILINA: L-aħħar mistoqsija min-naħa tiegħi.", "Għandek xi stqarrija, jew kwalunkwe ħaġ'oħra, li tħoss li għandek tgħid lil dan il-Kumitat qabel tiġi dismissed u ma jkollniex bżonn nerġgħu ntellgħuk tixhed?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nifhem li n-naħa tal-Oppożizzjoni waslet fl-aħħar tal-mistoqsijiet tagħha, u qed nifhem ukoll li n-naħa tal-Gvern hija ppreparata biex tagħmel il-mistoqsijiet li għandha, però llum sar il-ħin.", "Forsi tgħiduli ftit jekk tridux li x-xhud jerġa' jitla' jixhed.", "ALEX MUSCAT: Issa nikkommunikaw miegħek dirett, jew through s-segretarja tal-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Galea, nirringrazzjak.", "Għal-lum tista' tmur, jekk ikollna bżonnok terġa' tkun imsejjaħ.", "CLAYTON BARTOLO: Mr Chairman, jien qed nifhem tajjeb li n-naħa tal-Oppożizzjoni lesta mix-xhud?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva.", "CLAYTON BARTOLO: Sur Galea, wisq probabbli jkun għadda s-sajf u jerġgħu jsejjħulek.", "Tistagħġibx jekk ikun hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandek avukat difensur veru tajjeb.", "U lanqas tlabtu!", "IS-SUR DAVID GALEA: Mr Chairman, ftakart f'xi ħaġa li xtaqt ngħid.", "L-aħħar darba, meta konna qegħdin nitkellmu fuq it-take-or-pay obbligation, eċċ., jien mort għand Enemalta biex jagħtuni d-dispensa tal-kunfidenzjalità.", "L-aħħar darba żbaljajt għax irriferejt għalih bħala sigriet professjonali, imma ma kienx sigriet professjonali.", "Niskuża ruħi, però jien m'iniex avukat.", "KAROL AQUILINA: L-aħħar darba jien issuġġerejtlek li se mai kien obbligu ta' kunfidenzjalità.", "IS-SUR DAVID GALEA: Eżatt.", "Jien mort għand Enemalta, u r-risposta tagħhom kienet to follow my legal advice.", "Jien tkellimt ma' avukat biex nara what is the right way to go about things, u the right way of going about things huwa li nitlob gwida mill-Kumitat kollu dwar x'għandi nagħmel, u ċioè jekk għandix niżvela dik l-informazzjoni kunfidenzjali.", "CLAYTON BARTOLO: Imma dan il-punt ġie sorvolat l-aħħar darba.", "IĊ-CHAIRPERSON: F'dan l-istadju aħna m'għandniex iżjed mistoqsijiet x'nagħmlulek.", "Jekk waqt li jkunu qegħdin jagħmlulek il-mistoqsijiet in-naħa tal-Gvern tqum din il-kwestjoni, we will cross that bridge dakinhar.", "Nirringrazzjak.", "Qabel nagħlaq ridt nirrileva li fis-Seduta tas-16 ta' Marzu 2021 l-Ispeaker kien ta ruling li jirrelata mal-kwestjonijiet li qamu fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat dwar mistoqsijiet li jistgħu jsiru fil-konfront ta' xhud.", "Ir-ruling jgħid x'għandu jiġri u ma jiġrix f'ċirkostanzi bħal dawk.", "Naturalment dan ir-ruling se jinżamm fl-arkivji ta' dan il-Kumitat għal meta nistgħu niġu bżonn nirriferu għalih.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għal ġurnata u ħin li jiġu kkomunikati iktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fl-4:01 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210324_081d_kon.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "LAQGĦA NRU 81", "L-Erbgħa, 24 ta' Marzu, 2021.", "IlKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi ltaqa' filParlament, ilBelt Valletta, fis-2:07 p.m.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur; l-Onor.", "Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet; u l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Fuq suġġeriment tal-Onor.", "Glenn Bedingfield, il-Kumitat qabel li l-Minuti tal-Laqgħa Nru 80 għandhom jiġu emendati kif ġej:", "\"L-ewwel item tal-korrispondenza għandu jiġi jaqra hekk: \"Email datata 8 ta' Marzu 2021 mibgħuta mis-Sur Nicholas Grech rigward allegat sparpaljar ta' flus fl-Isptar Monte Carmeli.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 80, li saret fl-10 ta' Marzu 2021, kif emendati, ġew konfermati.", "Emails datati 22 ta' Marzu 2021, mibgħuta mis-Sur David Galea, li jinkludu informazzjoni mitluba mill-Kumitat fil-laqgħa preċedenti.", "Email datata 24 ta' Marzu 2021, mibgħuta mill-Awditur Ġenerali, fejn fiha ġew ribattuti diversi argumenti u sottomissjonijiet li għamel is-Sur David Galea f'rapport li hu kien ħejja fuq inkarigu ta' Enemalta, liema rapport kien ġie ppreżentat ukoll lill-Kumitat.", "Kopja tal-aġenda u l-minuti tal-laqgħat, li saru b'mod virtwali, tal-Eżekuttiv tal-Commonwealth Association of Public Accounts Committee (CAPAC), li saret fit-3 ta' Marzu 2021, u tal-Annual General Meeting tal-istess assoċjazzjoni, li saret fis-17 ta' Marzu 2021, u li għalihom attenda ċ-Chairman tal-Kumitat.", "KONTINWAZZJONI TAL-EŻAMI TAR-RAPPORT TAL-AWDITUR GENERALI INTITOLAT \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD.", "154 u 154a).", "Il-Kumitat irriżuma mill-10 ta' Marzu 2021 id-diskussjoni dwar dan ir-rapport.", "Fis-2:12 p.m. is-Sur David Galea daħal fil-Kamra tal-Kumitat biex ikompli jagħti x-xhieda tiegħu bil-ġurament li kien ingħata f'laqgħa preċedenti.", "Fl-4:00 p.m. is-Sur Galea spiċċa jagħti x-xhieda tiegħu.", "Id-diskussjoni dwar dan ir-rapport kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Qabel aġġorna l-Kumitat iċ-Chairman fakkar li l-Ispeaker, f'Seduta 441 tas-16 ta' Marzu 2021, kien ta ruling dwar x'mistoqsijiet huma permissibbli li jsiru lix-xhieda li jidhru quddiem il-Kumitat, fuq talba li kien għamel l-Onor.", "Glenn Bedingfield f'Seduta 440 tal-15 ta' Marzu 2021.", "Fl-4:02 p.m. iċ-Chairman aġġorna l-Kumitat għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kon", "source": "Extracted from 20210324_081m_kon.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Edward Zammit Lewis, Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza", "Onor. Josè Herrera, Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali", "Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej", "Laqgħa Nru 44", "It-Tnejn, 29 ta' Marzu 2021, fis-1.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 29 ta' Marzu 2021, fis-1.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Abbozz Nru 197 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità – Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza;", "Abbozz Nru 181 – Abbozz ta' Liġi dwar Riforma fil-Professjoni Legali – Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza; u", "Abbozz Nru 169 – Abbozz ta' Liġi dwar ir-Riforma tal-Ġustizzja tal-Proċedura Ċivili – Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza.", "25 ta' Marzu 2021 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210329_044a_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 44", "It-Tnejn, 29 ta' Marzu, 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Laqgħa Nru 44", "It-Tnejn, 29 ta' Marzu, 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-1:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 43 li saret fid-9 ta' Marzu, 2021 ġew ikkonfermati.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR VITTMI TAL-KRIMINALITÀ", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 437 tat-Tlieta, 9 ta' Marzu 2021, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Emenda tal-artikolu 6 tal-Att prinċipali.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza): Sur President, qabel ma nispjega l-klawsola 2 nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Therese Comodini Cachia jekk ma bgħatnilhiex l-emendi li se nressqu għal dan l-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Fil-fatt, kont qiegħda nara l-emendi u ġbidt l-attenzjoni tal-Avukat tal-Istat għall-emenda għall-klawsola 3 għaliex din trid tiġi riemendata u jidhirli li l-Avukat tal-Istat qiegħda jagħmel il-korrezzjoni meħtieġa.", "Qed nifhem ukoll li dawn l-emendi saru wara d-diskussjoni li kellna fil-plenarja.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, dawn saru wara li tkellimt inti fil-plenarja.", "Dakinhar jien kont qiegħed nieħu n-noti u fejn rajt li nistgħu mmexxu, se mmexxu.", "THERESE COMODINI CACHIA: M'għandix diffikultà.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Fis-subartikolu (4)(ċ) tal-Att prinċipali, kif miżjud bil-klawsola 2, il-kliem \"sakemm ma tkunx ingħatat deċiżjoni motivata kuntrarja\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"sakemm il-vittmi ma jkunux irrifjutaw din ir-rappreżentanza, b'mod espliċitu u bil-miktub, jew ma tkunx ittieħdet deċiżjoni motivata għall-kuntrarju mill-Uffiċjali tal-Pulizija li jkunu qegħdin jinvestigaw, fejn huma jkunu tal-opinjoni li l-persuna magħżula tista' toħloq kunflitt ta' interess fl-investigazzjoni\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Jien qed nifhem li b'din l-emenda l-unika raġuni għalfejn il-vittma ma jistax ikollha persuna tirrappreżentaha jew magħha hija biss jekk il-persuna magħżula toħloq kunflitt fl-investigazzjoni.", "Jiġifieri f'dak il-każ tingħażel persuna oħra u tidħol minflokha.", "Tal-inqas hekk qiegħda miktuba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqbel miegħek għaliex jekk hija ad personam, jiġifieri jekk kien hemm problema b'persuna, ma jfissirx li ma tistax iġġib persuna oħra li tkun speċjalizzata.", "Inħossni komdu bl-emenda kif inhi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Christopher Soler biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR CHRISTOPHER SOLER (Avukat tal-Istat): Din hija riflessjoni tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/29/UE.", "Fil-fatt, id-Direttiva tirreferi għal preġudizzju għall-investigazzjoni u kunflitt.", "U effettivament hekk hu, kif qed tgħid l-Onor.", "Therese Comodini Cachia, jiġifieri jekk il-persuna hija ta' preġudizzju għall-investigazzjoni, xejn ma jżomm lill-vittma milli tkun assistita minn persuna oħra.", "Din hija impliċita però.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali): Jiġifieri hawnhekk se mmorru beyond?", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar meta l-vittma tista' b'xi mod tinkrimina ruħha?", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar assistenza legali?", "THERESE COMODINI CACHIA: Assistenza legali għall-vittma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 2 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 2 kif emendata.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Emenda tal-artikolu 7 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Fil-klawsola 3 il-kliem \"skont l-artikolu 415 tal-Kodiċi Kriminali\" għandu jiġi mħassar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 3 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Żieda ta' artikoli ġodda mal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, b'rabta mal-klawsola 4 irrid ngħid li fejn jidħol id-dritt għal rimborż tal-ispejjeż, jeħtieġ li jkollna aktar regolamentazzjoni, kif anke semmiet l-Onor.", "Comodini Cachia fil-plenarja.", "Fil-fatt, nista' ngħid li se jkun qed jiġi mħejji u ppubblikat avviż legali biex ikun hemm capping u nikkwalifikaw x'inhuma l-ispejjeż li huma intitolati għal rimborż.", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"Ċ\" L-artikolu 10A tal-Att prinċipali, kif miżjud bi klawsola 4, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"Dritt għal rimborż ta' spejjeż.", "Bla ħsara għar-Regolamenti dwar Skema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità, il-vittmi li jipparteċipaw fil-proċedimenti kriminali għandu jkollhom il-possibbiltà li jiġu rimborżati għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu b'riżultat tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fi proċedimenti kriminali, f'konformità mar-rwol tagħhom fil-proċedimenti kriminali rilevanti.", "Il-kondizzjonijiet jew ir-regoli proċedurali li bihom il-vittmi jistgħu jiġu rimborżati għandhom jiġu determinati mill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej): F'din l-emenda qed ngħidu \"determinati mill-Ministru\" u jien qed nifhem li jiġu determinati mill-Ministru permezz ta' regolamenti jew liġi sussidjarja.", "Allura ma nafx għandniex inżidu ngħidu li dawn għandhom jiġu determinati b'regolamenti taħt dan l-Att.", "Qiegħed nitkellem għal fini ta' diċitura.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Ma nissuġġerixxix li nillimitaw ruħna għal regolamenti għaliex effettivament dan jista' jsir ukoll permezz ta' strumenti legali oħra.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Tista' tkun policy pereżempju.", "Għalkemm nista' niddikjara li se nippubblika avviż legali f'dan ir-rigward.", "THERESE COMODINI CACHIA: Jien naħseb li jekk tkun policy jista' jkun li tkun attakkabbli u allura għandha bilfors tkun liġi sussidjarja.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: U hekk se tkun.", "JOSÈ HERRERA: Però din l-emenda mhux qiegħda timpedih milli jagħmel hekk lill-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hekk hu.", "Hija wiesgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 4 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"Ċ\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Emenda tal-artikolu 11 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, permezz ta' din il-klawsola se nkunu qegħdin indaħħlu żewġ subartikoli ġodda fl-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità.", "L-ewwel subartikolu jirreferi għal meta persuna tkun qed toqgħod fi Stat Membru ieħor u, pereżempju, tkun inqalgħet investigazzjoni Malta.", "F'dan il-każ qed ngħidu li l-istqarrija tagħha trid tittieħed mill-aktar fis biex ma mmorrux kontra l-prinċipju tal-free movement of persons u l-persuna ma nżommuhiex fil-pajjiż għal żmien inutili.", "It-tieni subartikolu jitkellem dwar il-possibbiltà li jintużaw video-conferencing facilities u mezzi diġitali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Sostituzzjoni tal-artikolu 12 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Fi klawsola 6 il-kelma \"repetuta\", kull fejn tidher, għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"ripetuta\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 6 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 6 kif emendata.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Emenda tal-artikolu 14 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 7 titkellem b'mod aktar speċifiku dwar vittmi li jkunu minorenni, li allura minħabba l-età tagħhom ikunu vulnerabbli.", "Għaldaqstant permezz tal-klawsola 7 qegħdin nagħtuhom aktar protezzjoni.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Żieda ta' artikolu ġdid mal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din hija klawsola pjuttost elaborata li bażikament titkellem dwar drittijiet ta' protezzjoni speċifiċi.", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Is-subartikolu (1) tal-artikolu 14B tal-Att prinċipali, kif miżjud bi klawsola 8, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(1) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, tat-Taqsima III tal-Att dwar il-Pulizija (Kapitolu 164 tal-Liġijiet ta' Malta) u għad-drittijiet tad-difiża u skont ir-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja, vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni li jibbenefikaw minn miżuri speċjali identifikati bħala riżultat ta' valutazzjoni individwali kif provdut fl-artikolu 12 jistgħu jibbenefikaw mill-miżuri provduti f'dan l-Att.", "Miżura speċjali prevista wara l-valutazzjoni individwali m'għandhiex tkun disponibbli jekk restrizzjonijiet operazzjonali jew prattiċi jagħmlu dan impossibbli, jew fejn ikun hemm ħtieġa urġenti li tiġi interrogata l-vittma u jekk dan ma jsirx tkun tista' ssir ħsara lill-vittma jew persuna oħra jew tista' tippreġudika l-kors tal-proċedimenti.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: F'din l-emenda qed issir referenza għat-\"Titolu II tat-Taqsima III tal-Att dwar il-Pulizija\" u nixtieq inkun naf b'mod speċifiku għal xiex qed issir referenza.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Hawnhekk qegħdin naħsbu għal ċirkostanzi meta vittma tkun partikolarment vulnerabbli.", "L-iskop huwa li ma nippreġudikawx in any manner whatsoever the witness protection programme li effettivament il-Pulizija jistgħu jħaddnu biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tax-xhieda, partikolarment ix-xhieda tax-xhieda, ċjoè the eventual deposition of the witness.", "Dan għaliex ix-xhud jista' jkun vittma wkoll.", "THERESE COMODINI CACHIA: Jiġifieri r-referenza għall-Att dwar il-Pulizija tirrigwarda l-protezzjoni tax-xhieda.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Hekk hu, preċiżament il-witness protection programme.", "Imbagħad f'din l-emenda qed jingħad \"għad-drittijiet tad-difiża\" u qed nifhem li dawn ħallejtuhom ġenerali biex ikopru kollox, u kull fejn jinsabu, hux hekk?", "DR CHRISTOPHER SOLER: Hekk hu.", "THERESE COMODINI CACHIA: Qiegħed jingħad ukoll \"skont ir-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja\".", "Liema huma r-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja?", "DR CHRISTOPHER SOLER: Probabbilment dawk riżultanti mill-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u r-rules of the Court.", "THERESE COMODINI CACHIA: Din il-liġi għal liema regoli tad-diskrezzjoni qiegħda tirreferi?", "Nifhem li d-Direttiva tgħid skont ir-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja, u d-Direttiva bilfors hekk trid tgħid għaliex ma tafx liema huma r-regoli ta' kull pajjiż, però naħseb li aħna rridu nkunu daqsxejn aktar preċiżi.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Però xejn ma jżomm lill-qrati tagħna milli jużaw ċerti mezzi biex jipproteġu l-vittmi fi proċediment kriminali, bħal pereżempju l-użu tal-voice distortion jew inkella l-użu ta' psewdonomi.", "THERESE COMODINI CACHIA: Allura tagħmlux referenza għal regoli.", "Għidu biss \"skont id-diskrezzjoni ġudizzjarja\" għaliex m'iniex ċerta liema huma r-regoli u m'iniex ċerta jekk humiex fil-liġi.", "JOSÈ HERRERA: Għandha raġun.", "THERESE COMODINI CACHIA: B'dan il-mod l-istanding tal-parte civile għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dak ukoll?", "Qed nistaqsi għaliex fil-verità qed nitkellmu fuq vittmi bi ħteġijiet speċifiċi imma dan li qed nattwaw hawnhekk huwa oltre dak li tagħti l-liġi diġà.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Il-vittma se tkun patroċinata mill-avukat u allura l-parte civile, b'mod impliċitu, hija koperta wkoll.", "THERESE COMODINI CACHIA: Nixtieq nassigura ruħi li m'aħniex nippreġudikaw dak li diġà għandna fil-liġi għax qed nifhem li dawn għandhom ikunu oltre dak li diġà għandna.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-iskop huwa li nagħtu protezzjoni extra.", "THERESE COMODINI CACHIA: Iva, imma jekk tqum xi kwestjoni ma nafx huwiex ċar dan.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Allura jekk qed nifhem sew lill-Onor.", "Comodini Cachia fil-bidu nistgħu ngħidu \"Mingħajr preġudizzju għal-locus standi tal-parti leża\", pereżempju, jew ngħidu xi ħaġa f'dak is-sens, jekk taqblu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqbel.", "THERESE COMODINI CACHIA: Il-liġi \"parte civile\" tgħid jew \"parti leża\"?", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jidhirli l-parti leża però se niċċekkja.", "THERESE COMODINI CACHIA: Id-digrieti tal-Qorti kollha jgħidu \"parte civile\" però nissuspetta li mhumiex il-kliem tal-liġi.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Il-\"parti leża\" jingħad.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, se nerġa' nipproponi l-emenda għall-klawsola 8 bil-korrezzjonijiet li għadna kif iddiskutejna:", "\"E\" Is-subartikolu (1) tal-artikolu 14B tal-Att prinċipali, kif miżjud bi klawsola 8, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(1) Mingħajr preġudizzju għal-locus standi u drittijiet tal-parti leża, għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tat-Taqsima III tal-Att dwar il-Pulizija u għad-drittijiet tad-difiża u skont id-diskrezzjoni ġudizzjarja, vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni li jibbenefikaw minn miżuri speċjali identifikati bħala riżultat ta' valutazzjoni individwali kif provdut fl-artikolu 12 jistgħu jibbenefikaw mill-miżuri provduti f'dan l-Att.", "Miżura speċjali prevista wara l-valutazzjoni individwali m'għandhiex tkun disponibbli jekk restrizzjonijiet operazzjonali jew prattiċi jagħmlu dan impossibbli, jew fejn ikun hemm ħtieġa urġenti li tiġi interrogata l-vittma u jekk dan ma jsirx tkun tista' ssir ħsara lill-vittma jew persuna oħra jew tista' tippreġudika l-kors tal-proċedimenti.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 8 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 8 kif emendata.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Christopher Soler.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Sur President, jekk tippermettili nixtieq nattira l-attenzjoni tal-Ministru għal emenda oħra għall-klawsola 8, liema emenda għamlet ukoll referenza għaliha l-Onor.", "Comodini Cachia fil-bidu ta' din il-laqgħa.", "Qed nirreferi għall-emenda biex minflok \"judge\" ngħidu \"person presiding the Court\".", "Din l-emenda ma nqratx u naħseb li għandha tinqara.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Din ma nqratx.", "Għaldaqstant nipproponi li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq il-klawsola 8.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 8.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' KLAWSOLA 8", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Fil-paragrafu (2)(d) tal-artikolu 14B tal-Att prinċipali, kif miżjud bi klawsola 8, il-kelma \"imħallef\" għandha tiġi sostitwita bil-kliem \"persuna li tippresjedi l-Qorti\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"F\" għal klawsola 8 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 8 kif emendata.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità, Kap. 539\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Fis-2.07 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat ġie sospiż.", "Fis-2.20 p.m. il-Kumitat irriżuma u bi qbil għadda għar-raba' item fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIFORMA TAL-ĠUSTIZZJA TAL-PROĊEDURA ĊIVILI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 417 tat-Tlieta, 19 ta' Jannar 2021, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Sostituzzjoni tal-artikolu141 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Klawsola 2 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda tal-artikolu 144 tal-Kodiċi.", "L-artikolu 144 tal-Kodiċi għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fis-subartikoli (1) u (2) tiegħu, il-kliem \"għoxrin jum\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"tletin jum\"; u", "(b) minnufih wara s-subartikolu (2) tiegħu għandu jiżdied is-subartikolu (3) ġdid li ġej:", "\"Indirizz meta hemm ħafna partijiet.", "(3) Meta jidhru flimkien żewġ partijiet jew iżjed, fir-rikors tal-appell jew risposta, dawn għandhom mal-preżentata tal-iskritturi, jiddikjaraw indirizz wieħed fejn għandha titwettaq in-notifika tal-avviż tal-garanzija tal-ispejjeż tal-appell u n-notifika tal-avviż li l-kawża tħalliet għas-sentenza.\".\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ministru, fil-każ ta' appell fejn ikollok partijiet b'interessi differenti, x'tagħmel?", "Nifhem li din qed issir għal raġuni ta' speditezza, però għandek dik il-problema, apparti li l-avukati ma jaċċettawx li jiġu notifikati bl-atti.", "Jiġifieri jekk qed nimmaġinaw li l-partijiet se jindikaw indirizz ta' xi avukat, naħseb qegħdin noħolmu!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mhux hekk qed jgħid.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Onor. Aquilina, din l-emenda qed tgħid li għandu jiġi indikat indirizz wieħed.", "Issa jien qed nifhem x'qed tgħid inti.", "Mela jekk għandna tliet konvenuti, inti qed tgħid li jista' jkollok żewġ konvenuti li għandhom interess mod u konvenut li għandu interess mod ieħor, però li qegħdin ngħidu hawnhekk huwa li minn tlieta, jekk tinnotifika wieħed isir kulħadd notifikat.", "Dik hija l-konsegwenza ta' din l-emenda.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-Onor.", "Aquilina li qed jgħid huwa li jista' jkollok konvenut li jagħti l-indirizz tiegħu u jkollu interess li lanqas jinformah lill-konvenut l-ieħor.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu.", "Trid tifhem il-konsegwenza tagħha din.", "JOSEPH ELLIS: X'inhu l-iskop tagħha din l-emenda?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-iskop huwa ċar x'inhu.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Din ma nafx tapplikax għall-każijiet fejn il-partijiet jidhru konġuntament, jiġifieri fejn ir-rikors ikun konġunt, u allura forsi nsolvu l-punt li qajjem l-Onor.", "Aquilina billi nirranġawha f'dan is-sens.", "JOSEPH ELLIS: Jekk m'iniex sejjer żball, fir-rigward tal-appelli diġà hemm provvediment li jgħid li m'hemmx għalfejn jiġu notifikati l-partijiet kollha bl-appell.", "Fil-fatt, dan l-aħħar kelli każ.", "Però hawnhekk naħseb li l-problema hija dik li semma l-Onor.", "Aquilina għax jista' jkollok kawża ta' qsim ta' proprjetà, pereżempju, u jkollok ċipep differenti ta' nies ...", "DR CHRISTOPHER SOLER: Però hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni li jkollhom interess komuni.", "Tant hu hekk li f'din l-emenda qed jingħad \"Meta jidhru flimkien żewġ partijiet jew iżjed\", jiġifieri dawn ikollhom l-istess intenzjoni, jew l-istess premessi, jew l-istess difiża, whatever, u allura l-argumenti tagħhom se jkunu simili ħafna jekk mhux identiċi.", "KAROL AQUILINA: Iva u le għaliex meta mbagħad niġu għall-kwestjoni tal-garanzija tal-appell, hemmhekk jibdew ivarjaw daqsxejn l-interessi.", "Ilkoll nafu li teżisti s-sitwazzjoni fejn xi ħadd jippreżenta appell u mbagħad meta jiġi biex iħallas il-garanzija, jirrokka.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Din se tkun fid-diskrezzjoni tal-Qorti hux hekk?", "Għaliex jekk hija diskrezzjonali, m'għandniex problema.", "KAROL AQUILINA: Mhijiex diskrezzjonali għaliex fl-emenda qed jingħad li \"dawn għandhom, mal-preżentata tal-iskritturi, jiddikjaraw indirizz wieħed\".", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: La qed jintuża t-terminu \"għandhom\" allura hija tassattiva.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu, u dan ifisser li suppost ir-reġistratur tal-Qorti, meta jippreżentaw l-appel, jew ir-risposta, ma jaċċettax jekk ma jkunx hemm indirizz wieħed.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Din hija tassattiva, kif qed jgħid l-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Oqogħdu attenti għaliex din tista' tkun ukoll abbużiva, fis-sens li wieħed jindika persuna waħda a skapitu ta' ħaddieħor u allura tirċievi r-rikors tal-appell persuna li ma tgħaddihx lill-oħrajn.", "Se narawha daqsxejn din u għaldaqstant nipproponi li ngħaddu għall-item li jmiss.", "U jekk hemm xi punti oħrajn li tridu tgħiduli bihom, tajjeb li tgħiduhomli ħalli nilħaq narahom ukoll.", "JOSEPH ELLIS: Naħseb din li jiġi mogħti indirizz wieħed għan-notifika għandha tkun in prima istanza, ċjoè mal-preżentata tar-rikors tal-appell.", "Diġà hemm il-fakultà li wieħed jindika indirizz wieħed imma jekk tridu tagħmluha tassattiva mod ieħor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naħseb li din għandha tkun diskrezzjonali, ċjoè għandha nħalluha fid-diskrezzjoni tal-Qorti jekk tapplikahiex jew le għax il-Qorti se tieħu l-feel tal-affarijiet.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Il-Qorti se tinduna u allura jekk nagħtu d-diskrezzjoni lill-Qorti f'dan is-sens, ma jkollniex ir-riskju li qajjem l-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqbel.", "Għaldaqstant nipproponi li l-klawsola 2 u l-emenda jiġu posposti sabiex tkun tista' ssir aktar diskussjoni dwarhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 2 u l-Emenda \"A\" jiġu posposti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil li l-Kumitat jgħaddi għat-tielet item fuq l-aġenda?", "Fis-2.30 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta u l-Kumitat għadda għat-tielet item fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RIFORMA FIL-PROFESSJONI LEGALI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 429 tal-Erbgħa, 17 ta' Frar 2021, il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 – Emendi tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, l-ewwel taqsima ta' dan l-Abbozz ta' Liġi temenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta, u għaldaqstant f'din il-klawsola qed ngħidu li din it-taqsima għandha tinqara u tinftiehem ħaġa waħda ma' dan il-Kodiċi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Emenda tal-artikolu 78A tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Il-klawsola 3 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda tal-artikolu 78A tal-Kodiċi.", "L-artikolu 78A tal-Kodiċi għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala s-subartikolu (1) u minnufih wara għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(2) Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, kemm-il darba r-rabta ta' kliem ma teħtieġx xort'oħra:", "\"ditta legali\" tfisser assoċjazzjoni jew soċjetà ċivili, sew jekk formalment kostitwita u sew jekk le, jew kwalsiasi struttura legali oħra ta' avukati kwantu professjonisti;", "\"Kumitat\" tfisser il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali kif imwaqqaf bl-artikolu 3 tal-Att dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja;", "\"Reġistru\" tfisser ir-Reġistru miżmum mill-Kumitat skont l-artikolu 88D fejn tinżamm informazzjoni fuq individwi li għandhom warrant sabiex jipprattikaw bħala avukati jew prokuraturi legali u fuq ditti legali.\".\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Fi klawsola 3 minnufih qabel it-tisfira \"ditta legali\" għandha tiżdied din it-tifsira ġdida li ġejja:", "\" \"avukat\" tfisser persuna awtorizzata li tipprovdi servizzi legali f'Malta taħt id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 79 ta' dan il-Kodiċi;\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jekk qed nifhem sew, qed jiġi propost li jkun hemm definizzjoni ta' avukat fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili f'dan il-kuntest.", "Jiġifieri bl-emenda tal-Onor.", "Aquilina se nkunu qegħdin niddefinixxu l-professjoni proprja ta' avukat.", "KAROL AQUILINA: Proprjament il-Kamra tal-Avukati kienu qed jipproponu li jkun hemm ukoll definizzjoni ta' ditta legali u ta' parir legali.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Id-definizzjoni ta' ditta legali se tiddaħħal bl-emenda tal-Ministru; id-definizzjoni ta' parir legali mhux se tiddaħħal però.", "KAROL AQUILINA: Skużawni.", "Il-Kamra tal-Avukati kienu qed jipproponu li jkun hemm definizzjoni ta' parir legali u ta' servizzi legali.", "Jien rajthom daqsxejn wesgħin wisq.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien m'għandix problema biha l-emenda tal-Onor.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Dwar din id-definizzjoni per se ma narax problemi, però jekk imbagħad se mmorru għad-definizzjonijiet ta' servizz legali u parir legali ħaġa oħra.", "KAROL AQUILINA: Le, mhux qed nissuġġerixxi li niddefinixxuhom ukoll.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jekk se nillimitaw ruħna għal din, assolutament ma nsibx problemi.", "KAROL AQUILINA: Nimmaġina li kulħadd ra dak li qed tipproponi l-Kamra tal-Avukati u forsi jkun daqsxejn wisq jekk nidħlu fid-definizzjonijiet l-oħrajn.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Il-problema hi li ladarba jkollna definizzjoni ta' avukat, jiġifieri ta' xi ħadd li jipprovdi servizzi legali, imbagħad kważi kważi wieħed iħoss il-bżonn li jiddefinixxi servizz legali.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien naħseb li dik tkun straitjacket għalxejn.", "Jiġifieri naqbel miegħek.", "KAROL AQUILINA: Jien għalhekk ħallejtha wiesgħa d-definizzjoni ta' avukat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqbel miegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jekk tiddefinixxi x'inhu parir legali u jkollok definizzjoni wiesgħa, jista' jagħti l-każ li jkollok servizzi li qed jingħataw minn professjonijiet oħrajn li mbagħad se jaqgħu taħt dik id-definizzjoni u jispiċċa jkollok problema jekk dik il-professjoni l-oħra tistax tipprovdihom jew le.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Eżatt.", "KAROL AQUILINA: Naf, imma fil-kwestjoni ta' xi tfisser ditta legali wkoll għandek involuti persuni oħrajn li mhumiex avukati.", "Minn kif fhimt jien mill-emendi li qegħdin jiġu proposti, dak se jibqa' possibbli u jien fhimt li l-pożizzjoni tal-Kamra hija li tiddefinixxi b'mod aktar restrittiv min għandu l-kontroll fuq ditta legali.", "Jiġifieri dik hija l-kwestjoni, ċjoè li persuna li mhijiex avukat ma jistax ikollha xi forma ta' kontroll fuq ditta legali jew l-ownership tagħha.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li xi ħadd, minflok ikollu investiment f'kumpanija jkollu investiment f'ditta legali.", "KAROL AQUILINA: Ejja ngħidu li jien parti minn ditta legali però ħadd mit-tfal tiegħi ma jkun sar avukat.", "Jekk jien ma nitlaqx l-equity li għandi f'dik id-ditta legali u nagħtiha lilhom, allura t-tfal tiegħi se jsiru owners mingħajr ma jkunu avukati.", "Issa din hija problema, mhux hekk?!", "Li f'daqqa waħda xi ħadd li m'għandu x'jaqsam xejn mal-professjoni legali jispiċċa benefiċċjarju u saħansitra jkollu kontroll, naħseb li hija problema u naħseb li rridu nindirizzawha.", "IĊ-CHAIPERSON: Grazzi.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Sur President, nixtieq inqajjem punt.", "L-artikolu 79 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jgħid hekk:", "\"Ebda persuna ma tista' teżerċita l-professjoni ta' avukat mingħajr l-awtorità tal-President ta' Malta mogħtija b'warrant taħt is-Siġill Pubbliku ta' Malta.\".", "Ġaladarba hemm regolamentazzjoni tal-għoti tal-warrant, li terġa' se tkun aktar sofistikata fil-kuntest tad-drittijiet tal-Kumitat li se jingħataw b'dan l-Abbozz ta' Liġi, jista' jagħti l-każ li jkun hemm ftit ta' overregulation jekk se jkun hemm definizzjoni ta' avukat għaliex huwa l-warrant li jingħata u l-mansjonijiet u r-remit tal-President fl-għoti tal-istess warrant li kważi kważi qed jiddefinixxu l-parametri tal-professjoni legali u l-eżerċizzju tagħha.", "Allura għalkemm id-definizzjoni ta' avukat kif proposta mill-Onor.", "Aquilina bla dubju hija korrettissima, ma nafx kemm toqgħod fil-kuntest tal-artikolu 79 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Il-poter tal-President fil-kuntest tal-għoti tal-warrant hu dak li qed jiġi propost fl-Abbozz ta' Liġi nnifsu u allura ma nafx hux il-każ li din id-definizzjoni nikkonsidrawha fl-aħħar ta' din il-laqgħa wara li nkunu rajna d-dispożizzjonijiet kollha.", "KAROL AQUILINA: M'għandix diffikultà li nagħmlu kif qed jgħid l-Avukat tal-Istat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kollox sew.", "Dr Soler, inti għandek xi emenda oħra li tixtieq tipproponi f'dan il-kuntest?", "Jien li qed nipproponi huwa li peress li d-definizzjoni ta' avukat, kif proposta mill-Onor.", "Aquilina, hija kważi l-aktar ħaġa importanti f'dan l-Abbozz ta' Liġi għaliex taffettwa kollox u hija overriding, għandna nikkonsidrawha fl-aħħar nett mhux issa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 3 u l-emendi li ressaqna għall-istess klawsola jiġu posposti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 3, l-Emenda \"A\" u l-Emenda \"B\" jiġu posposti.", "Klawsola 4 – Emenda tal-artikolu 79 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 4 qed tirregola l-warrant u titkellem dwar meta persuna tagħmel dak li konna qed nispjegaw qabel mingħajr ma jkollha l-warrant, jiġifieri jkun hemm misrepresentation li din il-persuna hija avukat b'xi mod.", "Fil-fatt, f'din il-klawsola għandna s-sanzjoni, li hija ċara u iebsa, u hemm ukoll perjodu karċerarju għal każijiet bħal dawn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Is-sanzjoni tapplika għal meta xi ħadd ma jidħolx fir-Reġistru jew jekk xi ħadd jaġixxi meta mhuwiex avukat? (off mic) Iż-żewġ kollegi tiegħi qegħdin jindikawli li din tapplika għal meta xi ħadd jaġixxi ta' avukat u ma jkunx.", "Jekk m'iniex sejjer żball, hemm dispożizzjoni fil-Kodiċi Kriminali apposta għaliha dik.", "Imma ejja ngħidu li l-Kumitat ma jirreġistranix bħala avukat, f'dak il-każ x'jiġri?", "KAROL AQUILINA: F'dak il-każ ma tkunx tista' teżerċita.", "Kif qiegħda hawnhekk tfisser li jekk persuna m'għandhiex il-warrant … Naħseb li għandna dispożizzjoni doppja għaliex l-artikolu 79 jgħid hekk:", "\"Ebda persuna ma tista' teżerċita l-professjoni ta' avukat mingħajr l-awtorità tal-President mogħtija b'warrant taħt is-siġill pubbliku ta' Malta.\".", "Imbagħad permezz tal-klawsola 4 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qed ngħidu li għandhom jiżdiedu l-kliem \"fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat\".", "Mela allura s-subartikolu (3) ġdid għall-artikolu 79, li se jkun qiegħed jiddaħħal permezz ta' din l-istess klawsola, qed jirreferi għall-warrant hux hekk?", "Jiġifieri jekk diġà hemm dispożizzjoni fil-Kodiċi Kriminali fil-każ li inti taġixxi mingħajr warrant, ċjoè tippresta ruħek bħala avukat, allura jekk hemm piena aktar taħt il-Kodiċi Kriminali se tapplika din u mhux l-oħra.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Milli nista' nifhem – u hawnhekk qed naqbel mal-Onor.", "Mifsud Bonnici – hawnhekk qed nitkellmu fuq jekk ikun avukat però ma jkunx irreġistrat mentri l-provvediment tal-Kodiċi huwa dwar misrepresentation.", "KAROL AQUILINA: Minn fejn jirriżulta dan li qed tgħid, Ministru?", "L-artikolu 79 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili bil-klawsola 4 se jiġi rinumerat bħala s-subartikolu (1) u se jiġi jaqra hekk.", "\"(1) Ebda persuna ma tista' teżerċita l-professjoni ta' avukat mingħajr l-awtorità tal-President mogħtija b'warrant taħt is-siġill pubbliku ta' Malta fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat.\".", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq meta wieħed ma jkollux il-warrant u allura l-piena fis-subartikolu (3) ġdid tapplika għal meta wieħed ma jkollux il-warrant.", "Jiġifieri jekk m'għandekx il-warrant, mela inti qed tippresta ruħek bħala avukat meta m'intix għaliex avukat huwa biss b'warrant.", "Għalhekk, ikun hemm misrepresentation, li huwa reat li jaqa' taħt il-Kodiċi Kriminali u x'aktarx il-piena għal dan ir-reat taħt il-Kodiċi Kriminali hija aktar u allura mbagħad tiġi tapplika din għaliex ma jistax ikollok żewġ pieni u ovvjament dejjem tapplika l-aktar waħda favur l-akkużat.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Qed nivverifikaw jekk hemmx tali dispożizzjoni fil-Kodidiċ Kriminali.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dażgur li hemm!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hemm żgur dispożizzjoni.", "JOSEPH ELLIS: Jekk m'iniex sejjer żball hemm ukoll xi ħaġa fil-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10.", "KAROL AQUILINA: X'kienet l-intenzjoni wara din il-klawsola?", "Jekk l-intenzjoni kienet fil-każ li inti avukat, għandek il-warrant, imma ma ħadtx ħsieb li tiġi rreġistrat u allura tapplika din mod, imma jekk inti m'għandekx il-warrant u bdejt tgħid li inti avukat u ftaħt uffiċċju mod ieħor.", "Naħseb li t-tieni waħda hija aktar gravi.", "JOSEPH ELLIS: It-Taqsima III tal-Kap.", "10 tal-Liġijiet ta' Malta hija dwar il-qrati u l-artikolu 42 jgħid hekk:", "Għall-finijiet ta' din it-Taqsima ta' dan il-Kodiċi l-kelma \"ħottab\" tfisser kull persuna li, fil-waqt li ma jkunx avukat jew prokuratur legali jew nutar pubbliku kwalifikat ...\"", "– din qamet anke fid-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar in-nutara għax issa n-nutara se jkunu jistgħu jagħtu l-pariri imma fil-fatt dejjem setgħu jagħtu l-pariri –", "\"… kif imiss skont il-liġijiet ta' Malta, jindaħal, bi ħlas ta' xi dritt, rigal jew rimunerazzjoni sew bi flus jew bi ħwejjeġ oħra, jew b'xi tpattija oħra, li jagħmel xi waħda mill-ħwejjeġ li ġejjin:", "(a) li jabbozza jew iħejji ...", "(b) li jagħti lil xi persuna parir legali ...", "(ċ) li jfittex klijenti għal xi avukat jew prokuratur legali jew nutar pubbliku.\".", "Imbagħad l-artikolu 43 jgħid li huwa reat li wieħed jagħmilha ta' ħottab għal xi avukat jew prokuratur legali eċċ. Jekk m'iniex sejjer żball, tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija huma kontravvenzjonijiet.", "Għalhekk, ma nafx għandux wieħed idaħħal dan il-provvediment hawnhekk u jikkonsidra li jneħħih mill-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija għaliex naħseb se jkunu at cross purposes.", "U fi kwalunkwe każ, peress li din hija liġi posterjuri, tieħu preċedent fuq il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.", "JOSEPH ELLIS: It-tnejn huma kodiċijiet imma lex posterior derogat priori kienu jgħallmuna.", "Barra minn hekk, nissuġġerixxi wkoll li nbiddlu n-nota marġinali tal-artikolu 79 tal-Kap.", "12 għaliex m'għadhiex tagħmel sens.", "Illum din qed tgħid li hemm xi restrizzjonijiet dwar membri tal-Parlament.", "Ma nafx x'restrizzjonijiet kienu imma l-liġi ġiet emendata u allura n-nota marġinali għandha tkun tirrifletti l-artikolu kif se jiġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 4 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li Klawsola 4 tiġi posposta.", "Klawsola 5 – Emenda tal-artikolu 80 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 5 tgħid hekk:", "\"Fl-artikolu 80 tal-Kodiċi, minnufih wara l-kliem \"eżerċizzju tal-professjoni\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"tal-avukat\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fir-rigward tal-klawsola 4, niġbdilkom l-attenzjoni għall-artikoli 122 u 123 tal-Kodiċi Kriminali.", "JOSEPH ELLIS: Naħseb l-aktar li hemm dispożizzjonijiet huwa fil-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.", "KAROL AQUILINA: Jiddependi x'kienet l-intenzjoni; l-intenzjoni kienet li nagħmlu dan ir-reat ġdid jew inkella li nilleġiżlaw fuq il-kwestjoni tar-reġistrazzjoni?", "Jien qed nifhem li se jkollna kategorija ta' avukati li għandhom il-warrant imma mhumiex reġistrati.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Mill-qari tagħha ma jidhirx li qiegħda tippenalizza n-nuqqas ta' reġistrazzjoni mal-Kumitat.", "Tant hu hekk li s-subartikolu (3) qed jirreferi għas-subartikolu (1), minn fejn joħroġ ċar li ma tistax tipprattika bħala avukat jekk m'għandekx il-warrant mogħti taħt is-siġill pubbliku ta' Malta.", "Fis-subartikolu (2) imbagħad qed jingħad li kif jingħata l-warrant, il-Kumitat għandu obbligu li jirreġistra, jiġifieri ma jistax ma jirreġistrakx la għandek il-warrant.", "Imbagħad fis-subartikolu (3) qed jingħad li jekk taġixxi bi ksur tas-subartikolu (1), inti ħati ta' reat.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nifhimha li l-agħar sitwazzjoni tkun ta' xi ħadd li qatt ma kellu warrant u jagħmilha ta' avukat u forsi ftit inqas gravi tkun meta xi ħadd li tneħħielu l-warrant baqa' jagħmilha ta' avukat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Membri, erġajtu qegħdin tiddiskutu l-klawsola 4 però dik ġiet sospiża u għaldaqstant nitlob biex ma jsirux aktar rimarki fuqha ġaladarba ftaħna d-diskussjoni fuq il-klawsola 5.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Emenda tal-artikolu 81 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 6 qed temenda l-artikolu 81 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u titkellem dwar ir-rekwiżiti li jrid ikollha persuna biex tingħata l-warrant.", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"Ċ\" Fil-paragrafu (ċ) tal-klawsola 6 minnufih wara l-kliem \"attività jew prattika\" għandu jiżdied il-kliem \"li fil-fehma tal-Kumitat mhijiex kompatibbli mal-eżerċizzju tal-professjoni legali\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Il-Kumitat jiddeċiedi dak il-ħin, skont il-każ, jew inkella se jkun hemm kriterji ċari dwar l-attivitajiet jew prattiċi li mhumiex kompatibbli mal-eżerċizzju tal-professjoni legali?", "Naħseb li hawn daqsxejn nuqqas fil-liġi u naħseb li għandu jkun obbligu ta' dan il-Kumitat li minn żmien għal żmien jelenka x'inhuma dawk li huma inkompatibbli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Christopher Soler.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Ma nafx jekk il-Kumitat jistax jagħmel dan ġaladarba jkun kostitwit.", "Jiġifieri l-Kumitat jagħmel dawk ir-rules of procedure, jew inkella l-internal guidelines tiegħu stess, li jiddeterminaw u jikklassifikaw ab initio liema huma ċ-ċirkostanzi li jirrendu l-eżerċizzju tal-professjoni inkompatibbli f'dan is-sens.", "U allura biex nindirizza l-punt tiegħek, Onor. Aquilina, forsi l-Kumitat jista' jagħmel hekk.", "Xejn mhu se jżommu milli jagħmel dan.", "KAROL AQUILINA: Hemm differenza bejn li jista' jagħmel hekk u li għandu jagħmel hekk.", "Għalhekk, biex anke nkunu korretti mal-professjoni u biex dak li jkun ma jidħolx f'ċerti affarijiet u mbagħad wara jiskopri li se jiġi ġġudikat mill-Kumitat għax dawk l-affarijiet huma inkompatibbli, naħseb għandu jkun hemm l-obbligu li l-Kumitat, minn żmien għal żmien, jippubblika dawk l-affarijiet li huma inkompatibbli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Aquilina, se tressaq xi emenda f'dan is-sens?", "Jien qiegħed sempliċement niġbed l-attenzjoni għaliha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Louis de Gabriele biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR LOUIS DE GABRIELE (President tal-Kamra tal-Avukati): Nissuġġerixxi li l-artikolu 81 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jiġi rinumerat bħala s-subartikolu (1) u mbagħad indaħħlu s-subartikolu (2) ġdid li permezz tiegħu l-Kumitat ikun jista' jipprepara u jippubblika regoli u linji gwida biex jgħid x'inhuma l-affarijiet li persuna għandha tissodisfa minn żmien għal żmien biex tkun kompatibbli mal-paragrafi (a) u (b) tas-subartikolu 81(1).", "Jiġifieri nagħtu rule-making powers lil dan il-Kumitat biex jiddetermina minn żmien għal żmien partikolarment xi tfisser \"fit and proper\".", "Inkella \"fit and proper\" eżattament x'inhu?", "Xi ħadd irid jiddeċiedi x'inhu!", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Dak li għadu kif issuġġerixxa Dr de Gabriele fakkarni f'dak li sar mill-Judicial Appointments Committee, liema Kumitat ippubblika x'kienu l-kriterji.", "KAROL AQUILINA: B'dak li qiegħed jipproponi Dr de Gabriele tiġi tassattiva li jkun hemm dawn ir-regoli.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Iva, il-Kumitat irid jagħmel dawn ir-regoli.", "Jista' forsi jkollna kopja ta' dak li qiegħed jipproponi Dr de Gabriele sabiex inkunu nistgħu nabbozzaw l-emenda u naraw il-Kumitat jaqbilx magħha?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, se nagħmlu photocopy.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, il-kriterju li jkun hemm regoli u linji gwida huwa tajjeb, però għandu jkun hemm ukoll il-qbil min-naħa tal-Ministru dwarhom għaliex dawn imbagħad se jolqtu min isir jew min ma jsirx avukat, jew min jista' jikkwalifika u ma jikkwalifikax, u allura hemmhekk il-bżonn li jkun hemm il-public seal fiha l-ħaġa.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqbel miegħek, Onor. Mifsud Bonnici.", "JOSEPH ELLIS: Allura jekk hawn qbil, ikun aħjar jekk nemendaw l-artikolu 81A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għaliex jitkellem dwar regolamenti li jsiru mill-Ministru biex iġib fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki u r-regolamenti kollha magħmulin taħtu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Diġà hemm dispożizzjoni internazzjonali u Ewropea dwar dak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Soler, inti qiegħed tipprepara emenda f'dan is-sens?", "DR CHRISTOPHER SOLER: Iva, Sur President, però jekk jista' jirrepeti dak li qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici jkun aħjar, biex nifhmu eżattament kif għandna nabbozzawha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 6 u l-Emenda \"Ċ\" jiġu posposti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 6 u l-Emenda \"Ċ\" jiġu posposti.", "Klawsola 7 – Sostituzzjoni tal-artikolu 84 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola qed tirreferi għall-kawżi ta' skwalifika ta' persuna milli tipprattika l-professjoni ta' avukat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Sur President, fl-aħħar ta' din il-klawsola hemm proviso li jaqra hekk:", "\"Iżda jkun legali għall-President ta' Malta li fi kwalunkwe żmien ineħħi l-iskwalifika msemmija qabel.\".", "Nipproponi li dan ukoll isir fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat.", "Jiġifieri bħalma l-iskwalifika ssir fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat, ir-reinstatement tal-kwalifika wkoll isir fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat.", "Għaldaqstant wara l-kliem \"l-iskwalifika msemmija qabel\", fl-aħħar parti tal-proviso, nissuġġerixxi li jiżdied il-kliem \"fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat\".", "KAROL AQUILINA: Hemmhekk għandna problema għaliex il-President jaġixxi fuq il-parir tal-Kabinett, jiġifieri trid teskludi dik il-funzjoni biex nagħmlu dak li qed tissuġġerixxi, Dr de Gabriele.", "Issa f'din il-funzjoni l-President ma jużax moħħu imma juża moħħ il-Kabinett.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Fl-ewwel parti ta' din il-klawsola se jkun qed juża moħħ il-Kummissjoni attwalment, lanqas il-moħħ il-Kumitat.", "KAROL AQUILINA: Għalhekk trid teskludi dik u ddaħħal il-Kummissjoni meta qed titkellem fuq il-President, inkella se tibqagħlek pendenti li l-President irid isegwi lill-Gvern.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien naqbel u ma naħsibx li għandha tintmiss.", "KAROL AQUILINA: Jekk il-President, meta jaġixxi biex jagħti l-warrant, jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat, jekk imbagħad jiġi biex ineħħi l-iskwalifika fuq ir-rakkomandazzjoni ta' min se jaġixxi?", "Waħdu żgur ma jistax jaġixxi għax din żgur li ma ma taqax taħt waħda minn dawk l-affarijiet illi huma prerogattiva tiegħu personali.", "Allura mbagħad se naqgħu għad-dispożizzjoni tal-Kostituzzjoni, li tgħidlek li l-President irid jaġixxi skont dak li jiddeċiedi l-Kabinett jew il-Ministru li jkun delegat b'dak il-poter.", "Ma jista' jaqa' fuq ħadd aktar.", "Issa jien ma naħsibx li l-intenzjoni hi li l-funzjoni li xi ħadd titneħħhielu l-iskwalifika minflok tkun tal-Kumitat tkun tal-Gvern.", "Min jagħmilha jrid ineħħiha.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Is-subartikolu (1) tal-artikolu 84 bħalissa fl-Abbozz ta' Liġi jaqra hekk:", "\"(1) Persuna tista' b'mod perpetwu jew għal xi żmien ma titħalliex tipprattika l-professjoni ta' avukat fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, jekk dik il-persuna ...\".", "Allura mbagħad jekk persuna se tiġi reinstrated fil-professjoni, il-President se jiddeċiedi to reinstate her mhux hekk?", "KAROL AQUILINA: Ma jistax; ma jista' qatt jagħmilha din.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Naħseb se mai jrid ikun hemm rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li kienet l-organu inizjali li rrakkomandat li jitneħħa l-warrant.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Imma l-President mhux il-kap tal-Kummissjoni?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Hekk hu, imma jkun qiegħed jaġixxi b'funzjoni differenti.", "Ma jkunx qed jaġixxi qua ċ-Chairman tal-Kummissjoni.", "KAROL AQUILINA: Inkella li nistgħu nagħmlu huwa li naqilbu l-proviso u jiġi jaqra hekk:", "\"Iżda jkun legali għall-Kummissjoni li tirrakkomanda lill-President ta' Malta li fi kwalunkwe żmien ineħħi l-iskwalifika msemmija qabel.\".", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mela terġa' tmur għand il-Kummissjoni.", "KAROL AQUILINA: Tibda mill-Kummissjoni; ma jistax jibdieha l-President waħdu.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Però jrid ikun hemm eċċezzjoni għal deċiżjoni tal-Qorti f'każ fejn ikun hemm interdizzjoni għaliex inkella jkollna problema.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: X'jiġifieri?", "KAROL AQUILINA: Jekk għandek sentenza tal-Qorti li tordnalek interdizzjoni, inti ma tistax tmur tappella lill-Kumitat biex jagħmel rakkomandazzjoni li jaqlibha, inkella s-sentenza tkun għalxejn u tkun annullata.", "JOSEPH ELLIS: Il-preokkupazzjoni tal-Avukat tal-Istat diġà qiegħda indirizzata fis-subartikolu (3) għax jgħid \"sakemm l-avukat ma jiġix interdettjat permezz ta' sentenza finali mogħtija minn qorti\".", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq il-proviso.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Imma jekk se ssir emenda kif ippropona l-Onor.", "Karol Aquilina, il-preokkupazzjoni tiegħi tissustisti xorta waħda għaliex inkunu qegħdin immissu l-proviso.", "JOSEPH ELLIS: Il-proviso jgħidlek \"Iżda jkun legali għall-President ta' Malta li f'kwalunkwe żmien ineħħi l-iskwalifika msemmija qabel\".", "Jekk ma nbiddlu xejn, xorta jekk hemm sentenza ta' priġunerija għal aktar minn sena, avukat se jkun interdett.", "U se jkun interdett għal dejjem sa fejn naf jien.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Hekk hu.", "JOSEPH ELLIS: Jiġifieri lanqas mhi applikabbli.", "Bħalissa fl-Abbozz ta' Liġi qed jingħad hekk:", "\"… instabet ħatja minn qorti ta' delitt kontra l-fiduċja pubblika jew ta' serq jew frodi jew li xjentement irċiviet proprjetà miksuba minn serq jew frodi jew ta' xi delitt punibbli bi priġunerija ta' aktar minn sena (1) bl-eċċezzjoni ta' reati involuntarji\".", "Issa llum bil-mod kif inhi miktuba l-liġi hija ġenerali, jiġifieri tapplika għal kwalunkwe kundanna, u allura frankament ma nafx għaliex wieħed issa qiegħed jirrestrinġi għal \"delitt kontra l-fiduċja pubblika jew ta' serq jew frodi jew li xjentement irċiviet proprjetà miksuba minn serq jew frodi\".", "Mela jekk avukat jinstab ħati li abbuża minn minorenni, pereżempju, u ntbagħat erba' snin il-ħabs, skont din il-liġi għandu dritt jibqa' jżomm il-warrant!", "KAROL AQUILINA: Forsi tista' tiġi hekk:", "Iżda ħlief għall-każ li avukat ikun ġie interdett permezz ta' sentenza finali mogħtija minn Qorti, il-Kumitat jista', fi kwalunkwe żmien, jirrakkomanda lill-President ta' Malta biex ineħħi l-iskwalifika msemmija qabel.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Id-diffikultà li qed nara hija li hawn mekkaniżmu ta' kif tneħħi u tissospendi però mbagħad m'hemmx mekkaniżmu biex wieħed jikkontestaha, jew inkella biex imur kontra tagħha fejn m'hemmx sentenza tal-Qorti.", "Mela jekk kemm-il darba l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tiddeċiedi li toħroġ sospensjoni, inti b'liema mekkaniżmu tista' titlob li tiġi reinstated?", "KAROL AQUILINA: Taħt l-artikolu 469A.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiġifieri tagħmel kawża taħt l-artikolu 469A?", "DR CHRISTOPHER SOLER: Tagħmel kawża ta' stħarriġ ġudizzjarju.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiġifieri x-xogħol tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja jaqa' taħt dak l-artikolu?", "DR CHRISTOPHER SOLER: Huwa att amministrattiv minn awtorità pubblika.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'iniex daqshekk ċert li huwa hekk għaliex din hija aktar funzjoni ġudizzjarja milli funzjoni amministrattiva.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Hemm sentenzi tal-Qorti li anke t-Tribunal Industrijali, pereżempju, li huwa kważi ġudizzjarju, huwa amministrattiv għall-finijiet tal-artikolu 469A u fil-fatt, il-Qorti tirrevedi sentenzi ta' dan it-Tribunal.", "Però naħseb dak li qegħdin niddibattu hawnhekk huwa li jekk permezz ta' sentenza dak li jkun jitlef il-warrant, biex isir ir-reinstatement ta' dak il-warrant żgur li s-sentenza jrid ikun għadda t-terminu tagħha u allura nistaqsi: Wieħed ma jkollu qatt l-opportunità li jirriabilita ruħu wara li tkun skadiet dik is-sentenza?", "U xi jrid tagħmel?", "Mhux qed ngħid li jista' jkun riabilitat; qiegħed biss inpoġġi l-mistoqsija.", "Jien inkun irrid li jkun hemm bilanċ fl-affarijiet.", "Kif inhu bħalissa l-proviso qed jgħid li jista' jkun legali li l-President tar-Repubblika, fi kwalunkwe żmien, ineħħi l-iskwalifika msemmija qabel, u allura qed tingħata awtorità ta' presidential pardon li qed testendi ruħha u hija parti mill-poteri tal-President.", "Hekk kif inhi tkopri kollox, jiġifieri m'għandekx bżonn tikteb xi raġunijiet partikolari, però jekk avukat jgħaddi minn mument ħażin u jagħmel xi affarijiet żbaljati, pereżempju, jekk imbagħad jiddispjaċih, m'hemmx rimedju għalih?", "DR LOUIS DE GABRIELE: F'ċirkostanza bħal dik naħseb l-ewwel għandek tmur quddiem il-Kummissjoni, il-Kummissjoni tevalwa l-każ li jkun għamel l-avukat quddiemha, imbagħad se mai tagħmel rakkomandazzjoni lill-President biex ikun jista' jerġa' jiġi rintegrat fil-professjoni.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Naqbel miegħek, però l-Kummissjoni għandha l-poter li tagħmilha din?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Kif inhi l-liġi bħalissa le, però naħseb bil-proposta li fil-proviso jingħad \"Iżda jkun legali li l-Kummissjoni tista' tirrevedi dak il-każ u tirrakkomanda lill-President\" naħseb li mbagħad il-liġi tkun qiegħda tagħtih dak il-poter.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għalija aħjar hekk għax xi sfortuna dejjem tista' tinqala' fil-ħajja.", "Ovvjament l-azzjoni kriminali tibqa' azzjoni kriminali.", "DR CHRISTOPHER SOLER: F'dak il-każ mal-proviso nistgħu nżidu xi ħaġa fis-sens li dan sakemm l-iskwalifika ma tkunx stabbilita mill-Qorti permanentement.", "Jiġifieri jekk il-Qorti fis-sentenza tagħha tgħid illi inti perpetwament inabilitat, naqbel ma' Dr Soler ...", "Hemm dispożizzjoni tal-liġi fir-rigward tal-interdizzjoni li tgħid li anke meta l-Qorti tgħid hekk, inti tista' tagħmel rikors u tista' tiġġustifika l-pożizzjoni u l-Qorti jkollha dritt li ddawwar dik id-deċiżjoni.", "Però dik għall-interdizzjonijiet pubbliċi.", "Issa aħna hawnhekk għandna forma oħra ta' interdizzjoni li mhijiex għal uffiċjal pubbliku.", "Fil-fatt, jekk tridu nistgħu ngħidu li din tapplika mutatis mutandis.", "Jien li qed ngħid però huwa li l-proviso kien qed jagħti l-konfort u l-opportunità li jekk xi ħadd wara ċertu żmien iħossu aggravat, jew iħossu li jista' jbiddel iċ-ċirkostanzi, ikollu proċedura li jista' jsegwi.", "Bħalma hemm il-proċedura li neħħietu għandu jkun hemm proċedura biex jiġi rintegrat għaliex li tgħidlu jagħmel kawża skont l-artikolu 469A jfisser li meta toħroġ id-deċiżjoni għandu sitt xhur biex jagħmilha, mela dak iż-żmien mhuwiex ġustifikat, imma aktar tard, jekk ikun żmien ġustifikat, dawn se jgħidulu li għaddielu ż-żmien stabbilit fl-artikolu 469A u dan ikun ifisser li jkun qiegħed mingħajr rimedju.", "Mhux hekk?!", "JOSEPH ELLIS: Naħseb il-problema ta' dan il-provvediment kif inhu propost hija li l-liġi kif inhi llum hija ċarissima li jekk avukat jiġi kkundannat għal delitt punibbli bi priġunerija ta' aktar minn sena, bl-eċċezzjoni ta' reati involuntarji, jista' jkun hemm l-inabilitazzjoni perpetwa għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' avukat mentri issa, kif qed jiġi propost li tiġi emendata l-liġi, se nidħlu f'ħafna inċertezzi.", "Ejjew ngħidu li avukat jinstab ħati ta' omiċidju.", "Kif inhu l-provvediment mhuwiex ċar jekk għandux jiġi inabilitat għal dejjem jew għat-tul tas-sentenza.", "U d-diskrezzjoni hija f'idejn il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja jekk tirrakkomandax inabilitazzjoni temporanja jew perpetwa, irrispettivament mid-delitt li għalih instab ħati l-imsemmi avukat.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Naħseb li fiha fondazzjoni, fis-sens li filwaqt li l-Qorti qiegħda tiddetermina x'għandha tkun is-sentenza abbinata mar-reat, il-Kummissjoni, jew dak l-organu li qed jiddixxiplina l-avukat, tiddeċiedi hi x'konsegwenza se jkollha fuq dik il-persuna in kwantu avukat.", "Naħseb hija drakonjana wisq is-sitwazzjoni llum li għal kwalunkwe tip ta' sentenza, in perpetuity, bħala avukat tista' titlef il-warrant kompletament u m'għandek l-ebda mezz ta' kif tista' terġa' tingħata dak il-warrant lura.", "Hekk qiegħda tgħid id-dispożizzjoni tal-liġi llum mentri din id-dispożizzjoni qed tagħti l-opportunità li filwaqt li l-Qorti tiddeċiedi fuq x'sentenza se teħel in konnessjoni mar-reat, in konnessjoni mal-aspett professjonali ta' ħajtek jiddeċiedi dak l-organu li għandu l-kompetenza jiddeċiedi fuq il-warrant.", "JOSEPH ELLIS: Naqbel li hija drankonjana wisq.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jekk qed nifhem sew, qegħdin naqblu li fil-proviso nnifsu wara l-kliem \"l-iskwalifika msemmija qabel\" jiżdiedu l-kliem \"fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat\" hux hekk?", "KAROL AQUILINA: Jien nissuġġerixxi li nagħmluha l-kontra, ċjoè li toriġina mill-Kumitat għaliex il-President f'Malta ma jħaddimx moħħu, ħlief meta tgħidlu l-Kostituzzjoni, u allura qatt ma tista' tibda minnu.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Onor. Aquilina, jiġifieri inti qed tgħid li l-proċess huwa triggered mill-Kumitat innifsu u allura l-inizjattiva tkun tal-Kumitat u għaldaqstant hemmhekk il-President ikun ir-riċevitur tar-rakkomandazzjoni.", "KAROL AQUILINA: Fil-proviso int qed tissuġġerixxi li ngħidu li l-Kumitat jista', fi kwalunkwe żmien, jirrakkomanda lill-President biex ineħħi l-iskwalifika msemmija qabel.", "Però rridu nagħmlu l-eċċezzjoni tal-interdizzjoni għaliex inkella nkunu qegħdin noħolqu sistema kif is-sentenzi tal-qrati tagħna, fil-każ tal-interdizzjoni ta' avukat, jistgħu jispiċċaw inutili.", "JOSEPH ELLIS: Imma hawnhekk fuq interdizzjoni ta' uffiċjal pubbliku li jeżerċita funzjoni pubblika qegħdin nitkellmu?", "KAROL AQUILINA: Le, qed nitkellmu fuq interdizzjoni ġenerali.", "JOSEPH ELLIS: Imma dik għall-uffiċjali pubbliċi mhux għall-avukati.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Skont xi tkun ir-raġuni għall-interdizzjoni.", "KAROL AQUILINA: L-Onor.", "Ellis qed jirreferi għal dawk l-interdizzjonijiet li jsiru fil-konfront ta' uffiċjali pubbliċi, imma l-interdizzjoni tapplika wkoll fil-privat.", "JOSEPH ELLIS: Qed nirreferi għal meta ma jkunux jistgħu jeżerċitaw kariga pubblika.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Frankament jekk inti interdett mill-Qorti lanqas għandek teżerċita l-professjoni ta' avukat.", "JOSEPH ELLIS: Aħna m'aħniex uffiċjali pubbliċi.", "Dak il-punt tiegħi.", "KAROL AQUILINA: Le, mhix dik il-kwestjoni.", "JOSEPH ELLIS: Frankament minħabba li l-paragrafu (ċ) jgħid li kwalunkwe delitt punibbli bi priġunerija ta' aktar minn sena, bl-eċċezzjoni ta' reati involontarji, jagħti lok għal inabilitazzjoni perpetwa jew temporanja, ma narax għalfejn hemm il-paragrafi (a) u (b).", "Pereżempju l-paragrafu (a) jgħid \"ma għadhiex persuna tajba u xierqa\" u naħseb li dawn huma konċetti vagi ħafna.", "Għax x'jiġifieri ma għadhiex persuna tajba u xierqa?!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Imma trid tagħti ftit diskrezzjoni.", "JOSEPH ELLIS: Għalhekk irid ikollok kriterji oġġettivi, bħal li xi ħadd jinstab ħati ta' delitt punibbli bi priġunerija ta' aktar minn sena.", "Għax li ngħidu li persuna ma għadhiex aktar tajba u xierqa xi jfisser?", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Il-kwestjoni tal-\"fit and proper\" qegħdin ngħidu li se nindirizzawha.", "Issa aħna li qegħdin niddiskutu hawnhekk huwa jekk hemmx iċ-ċans li persuna li nstabet ħatja tiġi rintegrata fil-professjoni jew inkella tibqa' perpetwament eskluża.", "Dak hu l-punt.", "Jiġifieri jekk qegħdin naqblu li se nagħtu lok lill-Kumitat li b'xi mod jew ieħor jiskatta xi proċess biex persuna tiġi rintegrata hija kwestjoni u jekk qed ngħidu li għandha tibqa' in perpetwità eskluża hija kwestjoni differenti.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Wara l-proposti tagħkom forsi l-proviso jista' jiġi jaqra xi ħaġa hekk:", "Iżda l-Kumitat jista' jirrakkomanda lill-President ta' Malta li jneħħi l-iskwalifika msemmija qabel.", "Dan salv meta jkun hemm interdizzjoni perpetwa tal-avukat li tiġi imposta minn Qorti.", "Naħseb li it captures everything.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, agħti l-poter totali!", "Il-President għandu l-poter assolut; dak huwa parti mill-presidential pardon tiegħu.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Imma m'għandux ikollu l-poter assolut.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, ma naqbilx, avolja jkun hemm interdizzjoni perpetwa għaliex hemm mekkaniżmu fis-sistema tagħna li permezz tiegħu uffiċjali pubbliċi li jiġu interdettjati perpetwament jistgħu jagħmlu rikors apposta – u hemm ċerti kriterji – u l-Qorti tista' tikkonsidra u tista' tneħħihielhom u timponi affarijiet oħrajn u allura għall-avukati se ngħidu li m'għandhomx ċans li jerġgħu jieħdu l-warrant?!", "DR CHRISTOPHER SOLER: Imma l-final arbiter tkun il-Qorti u mhux il-President.", "Forsi hawnhekk li ma tantx qed naqbel miegħek.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qed nitkellmu fuq meta kien hemm sentenza u l-Kumitat, abbażi ta' dik is-sentenza, irrakkomanda t-tneħħija tal-warrant, imbagħad kien hemm trapass ta' żmien u terġa' ssir rakkomandazzjoni għal rikonsiderazzjoni.", "Fl-opinjoni umli tiegħi, din ma nistgħux norbtuha għal dejjem.", "KAROL AQUILINA: Jien xorta m'iniex qed nifhem kif il-Kumitat jista' jirrakkomanda meta għandek is-sentenza tal-Qorti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Stefan Camilleri biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR STEFAN CAMILLERI (Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati): Il-Qorti ma tirrakkomandax.", "KAROL AQUILINA: Apparti minn hekk, lanqas tagħmel sens.", "Int kif se tirrakkomanda li xi ħadd jingħata l-warrant lura jekk il-Qorti tkun imponiet fuqu interdizzjoni?", "Lanqas tista'!", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jien b'mod impliċitu dak li għedt meta għedt li l-final arbiter hija l-Qorti.", "(Interruzzjonijiet)", "DR CHRISTOPHER SOLER: Mela nneħħu l-aħħar biċċa li għadni kemm ikkwotajt u l-proviso jiġi jaqra hekk:", "Iżda l-Kumitat jista' jirrakkomanda lill-President ta' Malta li jneħħi l-iskwalifika msemmija qabel.", "JOSEPH ELLIS: Hekk l-aħjar għax ma rridux nikkonfondu l-konċett ta' interdizzjoni mal-iskwalifika mill-professjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 7 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 7 tiġi posposta.", "KLAWSOLA 6 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, jien kont diġà ressaqt emenda għall-klawsola 6 u wara d-diskussjoni li kellna, u fuq proposta tal-Kamra tal-Avukati, forsi nistgħu nkomplu nemendaw il-klawsola 6 kif ġej:", "\"(g) minnufih wara s-subartikolu (1) tiegħu għandu jidħol is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(2) Il-Kumitat għandu jipprepara u jippubblika regoli u linji gwida li jipprovdu ħtiġijiet illi persuna trid tissodisfa minn żmien għal żmien biex tħares mal-provvedimenti ta' artikolu 81(a), (b) u (ċ), bl-approvazzjoni tal-Ministru\".\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Naħseb li l-kliem \"minn żmien għal żmien\" fis-subartikolu (2) iridu jiġu qabel u allura tiġi taqra \"Il-Kumitat għandu minn żmien għal żmien jipprepara u jippubblika ...\" għaliex inkella se tiġi tinftiehem li inti minn żmien għal żmien trid toqgħod tiċċekkja li inti in line ma' dawk ir-regoli eċċ.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqbel.", "Nistgħu nbiddluha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Jien nissuġġerixxi li anke l-kliem \"bl-approvazzjoni tal-Ministru\" jiġu qabel u allura tiġi taqra: Il-Kumitat għandu minn żmien għal żmien, bl-approvazzjoni tal-Ministru, jipprepara u jippubblika ...\".", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqbel ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 6 terġa' tiġi posposta sakemm ma ssir l-emenda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 6 tiġi posposta mill-ġdid.", "Klawsola 8 – Sostituzzjoni tal-artikolu 85 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 8 tirreferi għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' prokuratur legali.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 – Emenda tal-artikolu 87 tal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 9 qiegħda temenda l-artikolu 87 tal-Kap.", "12 tal-Liġijiet ta' Malta u tirreferi għall-eżami ta' prokuratur legali, li jrid ikun approvat minn żewġ imħallfin.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 – Żieda ta' artikoli ġodda mal-Kodiċi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola hija dwar id-ditti legali u nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Klawsola 10 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) l-artikolu 88A tal-Kodiċi, kif miżjud bi klawsola 10, għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) is-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi mħassar u s-subartikoli (2), (3) u (4) tiegħu għandhom jiġu rinumerati bħala subartikoli (1), (2) u (3); u", "(ii) fit-test Ingliż tas-subartikolu (3) tiegħu, kif rinumerat, il-kliem \"twelve thousand\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"twelve thousand euro\";", "(b) l-artikolu 88B tal-Kodiċi, kif miżjud bi klawsola 10, għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) tiegħu, il-kliem \"lill-pubbliku\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"bil-pubbliku\"; u", "(ii) fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) tiegħu, il-kliem \"lill-persuni\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"bil-persuni\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Sur President, jien kont bgħatt xi emendi lill-Ministru b'rabta ma' din il-klawsola, fosthom biex jiġi determinat min jista' jkollu interess ta' equity jew ownership f'ditta legali.", "Aħna, bħala Kamra tal-Avukati, qed nipproponu li għandu jkun hemm dispożizzjoni fil-liġi li tgħid li dawk li huma warranted advocates biss għandhom ikollhom interess ta' ownership f'ditta legali, u allura dawk in-nies li huma awtorizzati jaġixxu ta' avukati u li huma marbutin bil-Kodiċi ta' Etika tal-avukati.", "Inkella se jkollna sitwazzjoni fejn kwalunkwe persuna tista' tagħmel ditta legali billi timpjega avukati.", "Jekk inti m'intix avukat, tista' timpjega lil xi avukati miegħek u taġixxi ta' ditti legali?", "Jekk inhu hekk, allura kwalunkwe persuna, għaliex ikollha l-flus, tista' timpjega avukati magħha meta hi mhijiex avukat u taġixxi u tipprovdi servizzi legali.", "Issa aħna naħsbu li ditta ta' avukati għandu jkollha ownership interests mill-avukati.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Dr de Gabriele, qed nifhem il-ħsieb tal-Kamra li min hu warranted biss għandu jkollu sehem f'ditta legali però li kieku wieħed kellu jagħmel dik ir-restrizzjoni, avukat barrani li m'għandux warrant Malta, pereżempju, ma jistax ikollu a controlling share in a partnership.", "Jiġifieri bl-argument tiegħek, jekk pereżempju hemm erba' avukati u wieħed minnhom huwa barrani u t-tlieta l-oħra huma avukati Maltin bil-warrant, jekk dawn jiddeċiedu li jagħmlu ditta legali bejniethom, ladarba l-avukat barrani m'għandux warrant f'Malta u intom qed tgħidu li min hu bil-warrant biss jista' jkollu a controlling share in a partnership, f'dak il-każ dan ma jistax ikun partner f'dik id-ditta legali.", "Madanakollu dak l-avukati barrani li m'għandux warrant jista' jkollu sehem, però ma jistax ikollu a controlling share.", "Jiġifieri inti li trid teskludi hu li d-ditti legali ma nġibuhomx qishom xi negozju, fejn xi ħadd li jrid jagħmel investiment, minflok jagħmel investiment f'kumpanija joħloq kumpanija tal-avukati u jimpjega l-avukati.", "Inti dak li trid teskludi.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Il-pożizzjoni tiegħek tista' faċilment tiġi riżolta għaliex nistgħu ngħidu: Persuna li għandha warrant taħt dan l-Att u/jew persuna li tista' tiġi awtorizzata li taġixxi ta' avukat taħt dan l-Att.", "Qed ngħid hekk għaliex taħt il-mutual recognition of European lawyers, kwalunkwe persuna li għandha warrant f'pajjiżha biex taħdem ta' avukat, tista' tiġi hawn Malta u għall-ewwel tliet snin tista' taħdem under her own system, jiġifieri ma tistax tqis lilha nnifisha avukat, imbagħad wara tliet snin – hawnhekk però naf li hemm daqsxejn ta' dibattitu dwar jekk għandekx bżonn tagħmel l-eżami tal-warrant jew le – tista' taħdem saħansitra under the whole Member State title.", "Allura din nistgħu nsolvuha billi nirreferu għal min huwa awtorizzat b'warrant taħt dan l-Att jew inkella taħt l-Establishment Directive jew il-liġi nazzjonali li tittrasponiha.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Ejja ngħidu jkollok avukat li jkun partner ma' avukati oħrajn u dan jiġi nieqes u jkollu tifel li mhuwiex avukat, f'dak il-każ dak it-tifel jista' jissuvventra fid-ditta legali jew jinxtara s-sehem tiegħu u jrid jeskludi ruħu?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Nista' ngħidlek li tliet kwarti mill-partnership agreements li rajt jien kollha huma to the effect li l-partners l-oħrajn iridu jixtru s-sehem u jħallsu lill-familja tal-avukat li jkun ġie nieqes.", "Għax int ma jistax ikollok sitwazzjoni fejn jekk it-tfal tiegħek mhumiex avukati, f'daqqa waħda jissuventraw fil-pożizzjoni tiegħek fid-ditta legali għaliex ir-rekwiżit prinċipali huwa li trid tkun avukat.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Naħseb li dan il-punt se jiġi faċilment sorvolat għaliex apparti l-fatt li ssospendejna l-klawsola 3 u għad irridu niddiskutuha, u fl-emenda proposta għal dik il-klawsola hemm definizzjoni ta' \"ditta legali\" li naħseb hemm qbil dwarha, jekk se naddottaw il-proposta tal-Onor.", "Aquilina, jiġfieri li \"avukat\" tfisser persuna awtorizzata li tipprovdi servizzi legali f'Malta taħt id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 79 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, allura l-problema hija solvuta.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Niskuża ruħi għax ma kontx hawnhekk għal dik il-parti tad-diskussjoni.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Naf, għalhekk qiegħed inqajjem il-punt.", "Bl-emenda li ppropona l-Onor.", "Aquilina se jiġi sorvolat kollox.", "KAROL AQUILINA: Għaliex kollox jiġi ċirkostritt għal dik id-definizzjoni.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Hekk hu.", "Il-kwestjoni tad-ditta legali tant hija marbuta mal-klawsola 3 li meta niddeterminaw il-klawsola 3 fl-aħħar nett ta' din il-laqgħa, għandna nikkonsidraw din ukoll.", "Però ma naħsibx li huwa idoneu li niddiskutuha f'dan l-istadju.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Kollox sew, mela tista' tiġi diskussa mal-klawsola 3.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, se nallaċċja ftit ma' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi u se nipprospetta xenarju daqsxejn differenti, fis-sens li jista' jkollok ditta legali li tħoss il-ħtieġa li magħha ddaħħal awditur, pereżempju, jew perit, biex toffri servizz multidixxiplinarju.", "Mill-banda l-oħra jista' jkollok ukoll ditta ta' awdituri, kif diġà hawn, li timpjega avukati.", "Issa ditta ta' awdituri ċertament ma tistax tiġi definita bħala ditta legali bid-definizzjoni li qegħdin niddiskutu hawnhekk.", "Biss, il-fatt li qegħdin nillimitaw il-partners ta' ditta legali għal avukati, se jxekkel lid-ditti legali milli jikkonkorru at par ma' ditti multidixxiplinarji oħrajn?", "Huwa l-każ li forsi wieħed jikkonsidra li ditta legali tkun ikkontrollata minn avukati imma mhux neċessarjament nipprojbixxu li jkollhom soċji li ma jkunux avukati?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Hawnhekk il-biċċa tax-xogħol tibda ssir komplessa u l-problema hija fejn se taqta' l-linja.", "Kif jaf il-Ministru, aħna għamilna proposti dwar kif din tista' taħdem, però mbagħad trid tiddefinixxi dawk is-servizzi li jistgħu jipprovdu l-avukati, li aħna nsejħulhom \"reserved legal services\", kif ukoll dawk is-servizzi li jista' jipprovdi ħaddieħor li mhuwiex avukat imma li potenzjalment għandu l-kwalifiki akkademiċi u n-knowhow biex jipprovdihom.", "F'dak il-każ però mbagħad trid emenda li tmur ferm oltre minn dak li qegħdin ngħidu hawnhekk.", "Illum dawk id-ditti kollha – irrelevanti jekk humiex ditti legali jew ditti ta' accountants – li jaqsmu fees ta' servizzi legali bejn avukati u accountants, pereżempju, teknikament qed imorru kontra l-Kodiċi ta' Etika u kontra l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija għaliex mhuwiex permessibbli li tagħmilha.", "Għalhekk, jekk se nagħmlu dik it-tip ta' emenda jkollna mmorru ferm oltre minn dak li hawn propost hawnhekk.", "Barra minn hekk, permezz tal-klawsola 10 se jidħlu l-artikoli ġodda minn 88A sa 88D fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u jien kont se nipproponi li jiġi introdott ukoll l-artikolu ġdid 88E sabiex jiġi regolat punt li proprju konna qegħdin nitkellmu fuqu, ċjoè l-punt dwar l-avukati li huma impjegati mhux ma' ditta legali.", "Aħna l-ewwel tkellimna dwar min jista' jkun owner ta' ditta legali però teżisti wkoll il-possibbiltà li bank, pereżempju, jimpjega avukati miegħu u f'dan il-każ il-proposta tagħna hija li dawk l-avukati – jew in-house counsel – jistgħu jaġixxu biss ta' avukati tal-bank u li l-bank innifsu ma jistax juża lill-impjegati tiegħu biex jipprovdi servizzi legali lil terzi.", "Jiġifieri bank, għaliex impjega 50 avukat, ma jistax f'daqqa waħda jibda jipprovdi servizzi ta' ditta legali lil terzi.", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellem fuq kwalunkwe kumpanija imma qed nieħu l-eżempju ta' bank għaliex aktar faċli nivviżwalizzawh.", "Il-punt hu li għandu jkun hemm parametri f'dan is-sens fil-każ li avukat ikun impjegat ma' kumpanija li mhijiex ditta legali għax ovvjament jekk huwa impjegat ma' ditta legali, qiegħed hemm biex jipprovdi servizz lill-pubbliku.", "L-artikolu ġdid 88E, kif qegħdin nissuġġeruh aħna, huwa proprju biex jagħmel din it-tip ta' eċċezzjoni, jiġifieri lil min il-bank ma jistax jipprovdi s-servizzi.", "Ovvjament l-avukat li huwa impjegat miegħu, a nome proprio, u jekk mogħti l-permess mill-bank, jista' jipprovdi servizzi kemm irid, imma ma jistax jirrendi lil dak il-bank f'ditta legali.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Trid tirreġistra ruħek però!", "Jiġifieri inti qed tgħid li jien ma nkunx permess nirreġistra ruħi f'dawk iċ-ċirkostanzi hux hekk?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Li qed ngħid huwa li f'dawk iċ-ċirkostanzi ma tistax sempliċement timpjega lill-avukati miegħek u tipprovdi, tramite dawk l-avukati, servizzi legali lil terzi għaliex il-prinċipal mhuwiex l-avukat imma huwa xi ħaddieħor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dr Gabriele, id-definizzjoni ta' \"ditta legali\" mhux se toħroġ minnha din?", "DR CHRISTOPHER SOLER: U toħroġ mir-Reġistru wkoll.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Il-problema hi li fil-prattika llum għandek ħafna avukati li jaħdmu ma' ditti li mhumiex ditti legali u li permezz tagħhom dawn id-ditti li jaħdmu magħhom jipprovdu servizzi legali lill-klijenti tagħhom.", "Allura biex tagħlaq dik il-possibbiltà trid tagħmel xi ħaġa ftit aktar sofistikata milli sempliċement definizzjoni ta' \"ditta legali\" għaliex dawn ma jippreżentawx ruħhom bħala ditta legali.", "Pereżempju dawn jippreżentaw lilhom infushom bħala accountancy firms, jew generic advisory firms, però mbagħad jagħmlu kuntratti tal-kirjiet, jagħmlu kuntratti tal-impjegati u jagħmlu ħafna servizzi oħrajn li fir-realtà għandhom jipprovduhom l-avukati.", "Din hija l-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri jekk kumpanija timpjega lil xi ħadd bħala avukat, inti qed tgħid li ma tistax tagħti servizz ta' avukat imbagħad?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Le, li qed ngħid hu li jekk jien impjegat mad-ditta tiegħek bħala avukat, jien nista' nipprovdi s-servizzi legali tiegħi lilek biss, però inti ma tistax tuża lili biex tipprovdi servizzi legali lil klijenti oħrajn hemm barra.", "Mela ejja ngħidu li jien impjegat bħala in-house counsel mal-Bank of Valletta (BOV).", "F'dak il-każ jien nista' nagħti servizzi legali lill-BOV, però l-BOV ma jistax juża lili biex jibda jipprovdi servizzi legali lill-klijenti tiegħu għaliex mhuwiex ditta legali.", "DR STEFAN CAMILLERI: Inti jista' jkollok il-VAT number tiegħek u wara l-ħin tax-xogħol tipprovdi servizzi legali, imma l-invoice toħroġ f'ismek mhux f'isem il-BOV.", "Dik hija d-differenza.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Dr de Gabriele, ejja mmorru għal realtà daqsxejn differenti minn dik ta' bank.", "Ejja nieħdu audit firm bħala eżempju.", "Jekk din għandha impjegati magħha avukati, kif qed tgħid inti, jekk jien klijent tagħha u rrid tax advice mingħand avukat li jaħdem magħha, hi ma tistax tipprovdili dak l-advice.", "Ara jekk hux qed nifhmek sew.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Din tirrelata ma' xi ħaġa li nixtieq nissuġġerixxi b'rabta mal-klawsola 3, ċjoè li jkollna definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi legal services u legal advice.", "Illum, kif inhi s-sitwazzjoni, tax advice teknikament ma jistgħux jipprovduh l-accountancy firms.", "Madanakollu lkoll kemm aħna nafu li fil-fatt jipprovduhom dawk il-pariri.", "Għalhekk, u dan jorbot ma' dak li qal l-Onor.", "Ellis, aħna konna poġġejna bilqiegħda mad-ditti tal-awdituri u ħriġna b'lista ta' x'inhuma reserved legal services u x'inhuma restricted u t-tax advice kienet tkun parti mir-restricted legal services, pereżempju, għaliex huma kompetenti biex jipprovduhom.", "Issa wieħed jew se jagħżel li nagħmlu xi ħaġa aktar sempliċi biex nirregolaw, jew inkella we go for the whole infrastructure ta' kif nagħmlu dik id-distinzjoni.", "Il-pożizzjoni llum, bil-Kodiċi ta' Etika u l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, hija li biex tagħti parir legali, u parir ta' taxxa huwa parir legali, trid bilfors tkun avukat.", "Mela jekk tagħti parir legali u m'intix avukat, huwa reat taħt il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.", "Hekk qiegħda l-liġi llum u allura naħseb li jekk se tinbidel is-sitwazzjoni, irridu nagħtu każ ukoll dik id-dispożizzjoni.", "U għalhekk aħna hawnhekk ma ssuġġerejniex li jkun hemm dak it-tibdil, avolja oriġinarjament dik kienet l-intenzjoni tagħna.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Meta wieħed jara kif dan l-artikolu qed jiddefinixxi min jista' jkun f'ditta legali u x'inhi ditta legali, teknikament qed jillimita dak li jista' jkun qed jippreżenta lilu nnifsu bħala ditta legali u joffri s-servizzi ta' ditta legali.", "Jien hekk qed nifhimha s-sitwazzjoni.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Jekk inti avukat f'ditta li mhijiex ditta legali però, f'dak il-każ tista' d-ditta tiegħek tipprovdi servizzi legali lil terzi?", "Jekk aħna se ngħidu li ditta legali hija skont id-definizzjoni li wrieni Dr Soler, xorta jrid ikun hemm il-konnessjoni li jekk m'intix ditta legali reġistrata ma tistax tipprovdi dawk is-servizzi, inkella mhux se jkun hemm konnessjoni.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sakemm mhux f'isimha personali.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Hekk hu.", "U fl-emenda li kont se nipproponi qegħdin ngħidu li dik il-persuna tista', f'isimha personali, tipprovdi dawk is-servizzi, però trid toħroġ il-kont hi.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Ejjew nestendu daqsxejn aktar l-argument.", "Ejjew nieħdu l-eżempju ta' kumpanija tal-kostruzzjoni li timpjega an in-house lawyer biex jagħtiha l-pariri.", "Jekk dak l-avukat wara l-ħin joffri s-servizzi hu bħala avukat m'hemmx problema, imma li l-kumpanija tal-kostruzzjoni toffri pariri legali hi għaliex għandha avukat impjegat mhuwiex permessibbli.", "KAROL AQUILINA: Jidhirli li din diġà għamilnieha fil-każ tan-nutara.", "Fil-fatt konna għamilna li jekk inti nutar impjegat ma' bank, tista' tipprovdi s-servizzi tiegħek mal-bank, bħal pereżempju tagħmel kanċellamenti eċċ., però ma tistax tagħmel affarijiet oħrajn f'ħin ieħor bħala nutar separatament.", "U din konna għamilnieha biex wieħed ma jitlifx il-warrant.", "DR STEFAN CAMILLERI: Fil-Kodiċi tal-Etika ilha hekk żmien.", "Il-Kodiċi tal-Etika espressament jgħidlek li kwalunkwe avukat impjegat ma' xi ditta li mhijiex ditta legali ma jistax jagħti pariri legali għajr lil dik id-ditta li huwa impjegat magħha.", "Hija ċara daqs il-kristall u allura hawnhekk m'aħniex qegħdin nivvintaw ir-rota!", "Din qiegħda fil-Kodiċi tal-Etika u ilha hekk żmien.", "DR LOUIS DE GABRIELE: L-unika problema jekk dik tibqa' biss fil-Kodiċi tal-Etika hija li qiegħda taqbad lill-avukat però mhux qed taqbad lill-employer tal-avukat, ċjoè l-prinċipal li qed jipprovdi s-servizz.", "Hekk dejjem se jeħilha l-avukat għaliex jekk qed jaħdem ma' xi ħadd u tramite dak ix-xi ħadd qed jagħti servizz legali, peress li l-Kodiċi tal-Etika japplika biss għall-avukati, qatt m'inti se taqbad lill-employer li qed jieħu l-benefiċċju ta' dak ix-xogħol.", "Se taqbad biss lill-avukat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien smajt l-argumenti kollha u ma nħossnix komdu li nagħmlu din l-emenda.", "Nixtieq li nimxu bid-definizzjoni li għandna, li hija definizzjoni ċara.", "KAROL AQUILINA: Jien qed nifhem li d-diffikultà hawnhekk hi li għandna strutturi oħrajn fil-pajjiż li għandhom avukati magħhom, il-kontroll ta' dawn l-istrutturi mhuwiex f'idejn l-avukati imma f'idejn professjonisti oħrajn, u dawn qed jipprovdu servizzi legali bl-użu ta' dawk l-avukati fil-kors tal-professjonijiet l-oħrajn.", "Jien hemmhekk ukoll nara problema għax inti ma tistax timpjega lili u għaliex għandi warrant, tuża dak il-warrant biex tagħmel affarijiet oħrajn.", "Jien għandi concern fuq hekk, speċjalment fil-kuntest tad-diskussjoni li kellna ftit ilu meta għedna li xi ħadd li mhuwiex avukat m'għandux ikollu equity f'law firm u li qatt ma jista' jassumi dik ir-responsabbiltà għaliex mhuwiex avukat.", "Soluzzjoni ta' malajr m'għandix, imma nara li hemm problema.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Aquilina, m'iniex qed ngħid li l- argumentazzjoni li qed issir u l-eżempji li ssemmew mhumiex tajbin.", "Li qed ngħid hu li ma nħossnix komdu li din l-emenda tidħol f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Mhux qed ngħid li għandi raġun jien u l-argumentazzjoni ma tagħmilx sens.", "Se jkun hemm definizzjoni ta' \"ditta legali\" u se jkun hemm reġistru li se jkun tassattiv u għall-ewwel darba, mill-aspett ta' client dimension, wieħed se jkun jista' jiċċekkja dawn l-affarijiet.", "U dik hija xi ħaġa importanti għaliex kulħadd jista' jagħmel żewġ ismijiet wara xulxin u jgħid li huwa law firm però dik trid tinqata'.", "Ma tkunx law firm billi tagħmel żewġ ismijiet wara xulxin, għandek riperkussjonijiet oħrajn, u jien nixtieq nasal li jkun hemm dik id-definizzjoni.", "Onor. Aquilina, mhux qed ngħid li m'hawnx dawn il-problemi prattiċi li qed tirreferi għalihom inti.", "KAROL AQUILINA: Nixtieq insibu soluzzjoni.", "Jien ma nixtieqx li nimxu bil-mod kif imxejna fil-liġi tan-nutara imma jekk immorru f'dik id-direzzjoni, anke biex inkunu konsistenti, allura x'nagħmlu?", "Nagħtuh il-warrant imma nillimitawh għal dak ix-xogħol intern?!", "Jekk nimxu kif imxejna fil-liġi tan-nutara hekk nagħmlu kieku.", "Aħna fil-liġi tan-nutara għedna li jekk nutar jaħdem ma' bank, ma nirtirawlux il-warrant, kif kien jiġri qabel, però jkun jista' jagħmel dak ix-xogħol għall-bank biss u mhux through il-bank għal xi ħaddieħor.", "Dan huwa eżempju ta' x'għamilna fi professjoni oħra.", "Qed niġbed l-attenzjoni biex ma jkunx hemm inkonsistenza.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Ħafna drabi – u din nista' ngħidha għaliex anke jien għaddejt minnha meta kont l-Università – il-limitazzjoni tirriżulta mill-kuntratt tal-impjieg tal-avukat stess.", "Jien kont in-house counsel fl-Università ta' Malta u kont Director (Legal Services) però ma stajtx nipprovdi servizzi legali lil terzi.", "JOSEPH ELLIS: Forsi nistgħu nsolvu dan l-impasse billi ndaħħlu provvediment li jgħid li kwalunkwe persuna legali li mhijiex ditta legali ma tkunx tista' tagħti servizzi legali.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Jekk mhijiex reġistrata bħala ditta legali.", "JOSEPH ELLIS: Eżatt, inkella għandna l-periklu li jkollok kumpanija kwalunkwe, bħal pereżempju kumpanija ta' kuntratturi, li jkollha in-house lawyers u tiddeċiedi li tagħti servizzi legali.", "KAROL AQUILINA: Jista' jkun ukoll li inti tmur tagħmel deal ma' xi ħadd u jgħidlek biex tinqeda għand l-avukat tiegħu.", "Dak ma jagħmilx sens.", "Dan bħalma argumentajna fil-każ tan-nutara, fejn għedna li l-banek m'għandux ikollhom il-possibbiltà li jimponu fuqek li n-nutar tagħhom jagħmel dak ix-xogħol.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Il-problema tiegħi hija wkoll li għandna sitwazzjoni fejn il-prinċipal, li qiegħed jieħu l-benefiċċju tagħha din, mhijiex taqbdu l-liġi.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda penali fil-liġi għall-prinċipal jekk jimpjega l-avukati u taparsi qed jipprovdu s-servizzi huma però fir-realtà jkun qed jieħu l-benefiċċju ta' dawk is-servizzi hu u mhux l-avukat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 10 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 10 kif emendata.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 6 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-Emenda \"Ċ\" tiġi rtirata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li l-Emenda \"Ċ\" tiġi rtirata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Il-klawsola 6 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fil-paragrafu (ċ) tagħha, minnufih wara l-kliem \"attività jew prattika\" għandu jiżdied il-kliem \"li fil-fehma tal-Kumitat mhijiex kompatibbli mal-eżerċizzju tal-professjoni legali\"; u", "(b) minnufih wara l-paragrafu (f) tagħha għandu jidħol il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(g) l-artikolu 81 għandu jiġi rinumerat bħala s-subartikolu (1) fl-intier tiegħu u minnufih wara s-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi miżjud dan is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(2) Il-Kumitat għandu minn żmien għal żmien u bl-approvazzjoni tal-Ministru, jipprepara u jippubblika regoli u linji gwida li jipprovdu ħtiġijiet illi persuna trid tissodisfa minn żmien għal żmien biex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-artikolu 81(a), (b) u (ċ).\".\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 6 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 6 kif emendata.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 7 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, wara d-diskussjoni li kellna aktar kmieni, nipproponi li l-proviso għas-subartikolu (3) tal-artikolu 84 tal-Kodiċi, li se jkun qiegħed jiġi miżjud permezz tal-klawsola 7, jiġi sostitwit hekk kif ġej:", "\"Iżda l-Kumitat jista' jirrakkomanda lill-President ta' Malta li jneħħi l-iskwalifika msemmija qabel.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Nixtieq niġbed l-attenzjoni li dan il-proviso ma jfissirx dak li konna qed niddiskutu qabel.", "Jekk m'aħniex se ndaħħlu l-esklużjoni tal-parti tal-Kostituzzjoni, se jkun hemm problema.", "Il-President f'Malta m'għandux moħħ.", "Għandu moħħ biss fejn tgħid il-Kostituzzjoni.", "Il-President ma jħaddimx moħħu x'jagħmel u ma jagħmilx!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Aquilina, x'qed tara ħażin?", "KAROL AQUILINA: Jekk se tagħmilha li \"l-kumitat jista' jirrakkomanda lill-President ta' Malta\" ikun ifisser li d-deċiżjoni fl-aħħar mill-aħħar se tiġi tal-President.", "Mela jekk hu se jiddeċiedi, se jdur fuq il-Kostituzzjoni u se jgħid: Din tippermettihieli jew irrid lil xi ħaddieħor jagħtihieli?", "U meta jmur għal xi ħaddieħor ifisser il-Kabinett jew il-Ministri jew Ministru delegat.", "Allura jrid jissemma li din m'għandhiex taqa' taħt dak l-artikolu partikolari tal-Kostituzzjoni; jidhirli li huwa l-artikolu 84 jew 85.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jiġifieri rridu ngħidu li din hija b'eċċezzjoni għal dak l-artikolu tal-Kostituzzjoni, hux hekk?", "Taħt il-Kostituzzjoni l-President għandu żewġ aspetti: taħt dak l-artikolu jista' jagħti ġudizzju deliberat, mill-bqija fl-oħrajn kollha jimxi fuq parir, u l-parir fil-Kostituzzjoni tagħna ċirkoskritt għall-Kabinett u għall-Ministri.", "JOSEPH ELLIS: Ikkoreġuni, imma sa fejn naf jien l-imħallfin u l-ġudikanti se jkunu qed jinħatru mill-President fuq parir tal-Kummissjoni u mhux tal-Kabinett.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Però f'dak il-każ saret emenda għall-Kostituzzjoni.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: U b'dik l-emenda tajna poter eżekuttiv lill-President.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Ellis, qed tifhem x'qed ngħidu?", "Dik hemm provdut għaliha għaliex hija eċċezzjoni.", "Din mhijiex għaliex din hija liġi ordinarja.", "JOSEPH ELLIS: Għandkom raġun.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għaliex ma nagħmluhiex li r-rakkomandazzjoni tgħaddi tramite l-Ministru?", "B'hekk inkunu solvejnieha.", "KAROL AQUILINA: Għaliex imbagħad il-Ministru jista' jiċħadha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għaliex se tagħti diskrezzjoni lill-Ministru mbagħad hux hekk?", "KAROL AQUILINA: Eżatt, mentri f'ta qabel m'għandekx.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Tista' ma tagħtihx dik id-diskrezzjoni u tgħid li jrid jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.", "KAROL AQUILINA: Jien sempliċement ġbidt l-attenzjoni.", "Mhux biex nitfagħha fuq ħaddieħor imma naħseb aħjar nagħmel hekk; jekk l-Avukat tal-Istat jaħseb illi nistgħu mmexxu kif inhi ...", "KAROL AQUILINA: L-artikolu 85(1) tal-Kostituzzjoni jgħid hekk:", "(1) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu l-President għandu jaġixxi skont il-parir tal-Kabinett jew ta' Ministru li jaġixxi skont l-awtorità ġenerali tal-Kabinett ħlief fil-każijiet meta huwa meħtieġ b'din il-Kostituzzjoni jew b'xi liġi oħra li jaġixxi skont il-parir ta'xi persuna jew awtorità li ma tkunx il-Kabinett:\".", "Imbagħad hemm il-proviso.", "Issa jekk tgħiduli li din it-tieni parti tfisser dak li qed ngħidu hawnhekk, li forsi nistgħu nagħmlu, biex inpoġġuha aħjar, minflok \"rakkomandazzjoni\" ngħidu \"parir\" ħalli tinftiehem fis-sens li l-President mhux qed juża moħħu iżda qed juża moħħ ħaddieħor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Tajjeb, immexxu hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, għadni daqsxejn konfuż dwar il-kwestjoni tal-interdizzjoni għaliex naf li l-liġi diġà hekk qiegħda, ċjoè li kemm-il darba l-avukat ma jkunx ġie interdett bl-istess sentenza.", "Allura l-fatt li avukat jiġi interdett, ġaladarba avukat mhuwiex uffiċjal pubbliku, x'effett għandu jkollu fuq jekk ikollux warrant jew le?", "Naħseb li l-kwestjoni ta' interdizzjoni m'għandhiex timpinġi fuq jekk avukat għandux ikollu warrant jew le.", "Ovvjament jiġi skwalifikat milli jkollu kariga pubblika, imma mhux li jeżerċita l-professjoni ta' avukat.", "KAROL AQUILINA: Interdizzjoni tiġi imposta f'każijiet fejn wieħed ikun naqas b'mod serju.", "U jekk hemm xi ħaġa li veru tagħmlek inkompatibbli hija proprju l-interdizzjoni għaliex il-ġudizzju tal-Qorti dwarek kien li inti tant m'għandekx tkun fdat illi prattikament qed iġġibek numru.", "Jiġifieri fil-verità l-interdizzjoni tiġi imposta f'każijiet estremi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-warrant huwa importanti f'kull professjoni.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Sur President, nixtieq nindirizza l-punt li qajjem l-Onor.", "Aquilina qabel dwar il-proviso.", "Kif se jiġi ma tantx qed jikkonvinċina u naħseb li rridu nagħmlu rewording tiegħu għaliex bil-mod kif se jiġi l-President kważi mhu se jkollu poter ta' xejn imma sempliċement jirċievi l-parir.", "Aħna qed ngħidu li l-proviso għandu jiġi jaqra hekk: Iżda l-Kumitat jista' jagħti parir lill-President ta' Malta li jneħħi l-iskwalifika msemmija qabel.", "Mela effettivament il-Kumitat qed jagħtih parir, però l-President x'poteri għandu?", "KAROL AQUILINA: Bil-Kostituzzjoni mbagħad il-President irid jaġixxi skont dak.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jiġifieri impliċita.", "KAROL AQUILINA: Hemm differenza bejn li wieħed jirrakkomanda u li jagħti parir.", "Meta ngħidu li l-President irċieva parir, huwa ma jkollux fejn imur u jrid jimxi fuqu, mentri jekk issirlu rakkomandazzjoni qisu jien qed ngħidlek tagħmel hekk imma mbagħad tiddeċiedi inti.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Mela nistgħu nżommuha kif inhi, jekk qed nifhem sew.", "KAROL AQUILINA: Le, minflok \"jista' jirrakkomanda\" ngħidu \"jagħti parir\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 7 tiġi posposta mill-ġdid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 7 tiġi posposta mill-ġdid.", "Klawsola 11 – Emendi għall-Att dwar il-Kummissjoni għall-Ammistrazzjoni tal-Ġustizzja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fil-klawsola 11 tibda t-Taqsima II ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, li se tkun qed temenda l-Att dwar il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, Kap. 369 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 – Emenda tal-artikolu 2 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fi klawsola 12 għandna cross-reference għall-konċetti li konna qed niddiskutu qabel fir-rigwatd tal-Kap.", "12 għaliex dawn l-istess konċetti se jidħlu wkoll fil-Kap.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 – Emenda tal-artikolu 3 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 13 tirrigwarda l-kompożizzjoni tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Fi klawsola 13 ħassar il-kliem:", "\"(2) Il-Kumitat għall-Avukati u Prokoraturi Legali għandu jkun magħmul minn:", "(a) Chairperson maħtur minn fost l-imħallfin irtirati mill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' (4) snin;", "(b) avukat maħtur mill-Avukat Ġenerali għal perjodu ta' erba' (4) snin;", "(ċ) avukat maħtur mill-Avukat tal-Istat għal perjodu ta' erba' (4) snin;", "(d) uffiċjal anzjan mill-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja li għandu jiġi maħtur mill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; u", "(e) tliet (3) avukati maħtura mill-Kamra tal-Avukati għal perjodu ta' erba' (4) snin, b'dan li meta l-Kumitat ikun qiegħed jittratta ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-professjoni ta' prokuraturi legali, jew li għandhom x'jaqsmu mal-kondotta ta' xi prokuratur legali, tliet (3) prokuraturi legali maħtura mill-Kamra tal-Prokuraturi Legali għandhom joqogħdu minflok it-tliet (3) avukati maħtura mill-Kamra tal-Avukati.\";", "u minflok daħħal il-kliem:", "\"(2) (a) Il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali għandu jkun magħmul minn sitt (6) membri, li għandhom jinħatru kif ġej:", "(i) avukat li jkollu mhux anqas minn għaxar (10) snin esperjenza li jkun maħtur mill-Kummissjoni;", "(ii) l-Avukat tal-Istat jew avukat li jkollu mhux anqas minn għaxar (10) snin esperjenza mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat;", "(iii) uffiċjal anzjan mill-Ministeru responsabbli għall-Ġustizzja li għandu jiġi maħtur mill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; u", "(iv) tliet (3) avukati maħtura mill-Kamra tal-Avukati, b'dan illi meta l-Kumitat ikun qiegħed jittratta ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-professjoni ta' prokuraturi legali, jew li għandhom x'jaqsmu mal-kondotta ta' xi prokuratur legali, tliet (3) prokuraturi legali maħtura mill-Kamra tal-Prokuraturi Legali għandhom joqogħdu minflok it-tliet (3) avukati maħtura mill-Kamra tal-Avukati.", "(b) It-terminu tal-ħatra ta' kull membru tal-Kumitat għandu jkun għal perjodu ta' erba' (4) snin.", "(ċ) Iċ-Chairperson tal-Kumitat għandu jkun elett mill-membri tal-Kumitat minn fosthom.", "F'każ li l-membri jonqsu milli jeleġġu Chairperson għal perjodu ta' aktar minn xahrejn, il-Kumitat għandu jirreferi l-ħatra ta' Chairperson lill-Kummissjoni li għandha tagħti direzzjoni dwar il-kwistjoni lill-Kumitat inkluż, jekk il-Kummissjoni jidhrilha xieraq, l-għażla ta' dak il-membru tal-Kumitat li għandu jinħatar bħala Chairperson.", "(d) Deċiżjoni tal-Kumitat għandha tkun valida jekk tgħaddi bil-vot ta' maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti f'laqgħa li għaliha jkun hemm quorum.", "Kull membru għandu jkollu vot wieħed.", "Iċ-Chairperson m'għandux ikollu vot deċiżiv.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Din hija xi ħaġa li ġiet diskussa wkoll fil-Plenarja, fis-sens li l-Oppożizzjoni ssuġġeriet kompożizzjoni differenti, u mhux qed nara li jista' jkun hemm qbil dwarha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Bażikament f'din l-emenda aħna qegħdin ngħidu li l-Kumitat jibqa' kompost minn sitt persuni iżda ċ-Chairperson jinħatar b'elezzjoni minn fost il-Membri tal-Kumitat, bil-perjodu jibqa' ta' erba' snin, u meta ma jkunx hemm qbil dwar il-ħatra taċ-Chairperson, din tiġi riferuta lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni tagħti parir dwar min għandu jinħatar.", "Qed ngħidu wkoll li l-Avukat Ġenerali m'għandux ikun wieħed minn dawn is-sitt membri għaliex illum il-ġurnata l-Avukat Ġenerali huwa l-prosekutur, jiġifieri m'għandux dak ir-rwol.", "JOSEPH ELLIS: Bażikament l-Avukat Ġenerali fl-emenda tagħna qed jiġi sostitwit mill-Avukat tal-Istat.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Le, l-Avukat tal-Istat diġà qiegħed hemmhekk.", "KAROL AQUILINA: L-Avukat tal-Istat hemm qiegħed.", "JOSEPH ELLIS: Fil-liġi oriġinali qed ngħid, jiġifieri fil-liġi oriġinal llum hemm l-Avukat Ġenerali u issa se nżidu l-Avukat tal-Istat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 13 u l-Emenda \"F\" jiġu posposti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 13 u l-Emenda \"F\" jiġu posposti.", "Klawsola 14 – Emenda tal-artikolu 4 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, permezz tal-klawsola 14 se nkunu qed nemendaw l-artikolu 4 tal-Att dwar il-Kummissjoni għall-Ammistrazzjoni tal-Ġustizzja u qed ngħidu li fis-subartikolu (2) tiegħu, minflok il-kliem \"Tliet membri\" għandhom jidħlu l-kliem \"Erba' (4) membri, inkluż iċ-Chairperson,\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 – Sostituzzjoni tal-artikolu 5 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"G\" Klawsola 15 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subartikolu (2) tal-artikolu 5 tal-Att prinċipali, kif sostitwit bi klawsola 15, il-kliem \"b'dik l-imġieba ħażina, u f'kull każ mhux aktar tard minn ħames (5) snin minn meta tkun saret dik l-imġieba ħażina.\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"b'dik l-imġiba ħażina:\" u minnufih wara għandu jiżdied il-proviso il-ġdid li ġej:", "\"Iżda f'kull każ, kull investigazzjoni jew inkjesta kif imsemmija taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) tista' tinbeda mhux aktar tard minn ħames (5) snin minn meta tkun saret dik l-imġiba ħażina.\"; u", "(b) fis-subartikolu (2) tal-artikolu 5 tal-Att prinċipali, kif sostitwit bi klawsola 15, il-kliem \"mid-data li fiha l-Kummissjoni jew il-kwerelant\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"mid-data li fiha l-Kummissjoni, il-Kumitat jew il-kwerelant\".", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellmu fuq il-proċedura meta jkun hemm ilment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Sur President, nixtieq nagħmel punt mil-lat prattiku għaliex għamilt żmien Chairman ta' dan il-Kumitat meta jikkonsidra każijiet ta' dixxiplina.", "Fl-opinjoni tiegħi, it-terminu ta' tliet xhur huwa qasir wisq.", "It-terminu ta' tliet xhur huwa minn meta int ssir taf b'dik l-imġiba ħażina u ħafna drabi li jiġri huwa li l-klijent jiġi għand il-Kamra tal-Avukati, nipprovaw insibu medjazzjoni … (Interruzzjonijiet) Hawnhekk m'iniex qed nitkellem bħala Kamra.", "Il-verità hi li ċ-ċittadin ma jafx minn fejn għandu jgħaddi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nikkonferma li hekk jiġri.", "Fil-każ nagħmluh sitt xhur.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Jien naħseb sitt xhur ikun aktar aħjar.", "KAROL AQUILINA: Jista' jkun ukoll li rridu ndaħħlu l-frażi \"liema waħda minnhom tiġi l-ewwel\".", "DR LOUIS DE GABRIELE: Hawnhekk qed nitkellmu fuq tliet xhur minn meta tkun sirt taf jew minn meta l-Kumitat sar jaf b'dik l-imġiba ħażina.", "Il-problema hija li kif qiegħda l-liġi llum, u din tajna diversi sentenzi fuqha bħala Kumitat, it-tliet xhur li jagħmlu huwa li jneħħu l-kompetenza tal-Kumitat.", "Jiġifieri din mhix kwestjoni ta' preskrizzjoni li stajt tinterrompi; il-Kumitat m'għadux aktar kompetenti li jista' jieħu konjizzjoni ta' dak l-ilment u tista' tkun frustranti ħafna għaċ-ċittadin li mingħalih għandu xi tip ta' rimedju u mbagħad tgħidlu \"jiddispjaċini imma ġejtni jumejn tard\", pereżempju.", "Nista' nassigurakom li biex tispjegaha hija diffiċli!", "U l-aħħar ħaġa li rridu, anke aħna bħala Kamra tal-Avukati, hija li xi ħadd idaħħal f'rasu li hawnhekk qegħdin avukati bejnietna nipprovaw ngħattu lil xulxin!", "DR STEFAN CAMILLERI: U din mhux kwestjoni li jekk l-avukat ma jissollevahiex, aħna nibqgħu għaddejjin.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Dik hi l-problema.", "DR STEFAN CAMILLERI: Dik hija sollevabbli ex officio għaliex il-liġi teħodlok il-poter mill-ewwel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-Emenda \"G\" tiġi rtirata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li l-Emenda \"G\" tiġi rtirata.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 15 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 15 tiġi posposta.", "Klawsola 16 – Emenda tal-artikolu 6 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, din il-klawsola wkoll tittratta kwestjoni ta' proċedura u nipproponi din l-emenda:", "\"H\" Il-klawsola 16 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fil-paragrafu (a) tal-paragrafu (a) tagħha, il-kliem \"ikun kont kontra\" għandu jiġi sostiwtit bil-kliem \"ikun kontra\";", "(b) fit-test Ingliż tal-paragrafu (a) tal-paragrafu (a) tagħha, il-kliem \"a Committee\" għandu jiġi sostiwtit bil-kliem \"the Committee\"; u", "(ċ) fit-test Ingliż tal-paragrafu (b) tagħha, il-kliem \"or inquiry\" għandu jiġi sostiwtit bil-kliem \"or injury\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR LOUIS DE GABRIELE: F'din is-sezzjoni l-massimu tal-penali għadu abbinat ma' one tenth tas-salarju tal-Avukat Ġenerali u aħna jidhrilna li dan huwa baxx wisq.", "Fil-fatt, ħafna mill-issues li jinqalgħu quddiem dan il-Kumitat jinqalgħu fuq overcharging.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk għandek overcharging sostanzjali ta' avukat fil-konfront ta' klijent u f'daqqa waħda tgħidlu li l-massimu li tista' tiċċarġjah huwa €4,000, kważi kważi qed tagħmilha worth it li jkun hemm l-overcharging għaliex minn dak l-overcharging se teħel porzjon żgħir wisq f'penali.", "Għaldaqstant aħna qed nissuġġerixxu li almenu l-Kumitat ikun jista' jwaħħal penali proporzjonat sa €20,000 għaliex il-massimu ta' €4,000 huwa ftit wisq.", "U hawnhekk ukoll qiegħed nitkellem mill-esperjenza ta' x'jiġri f'dak il-Kumitat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: X'taħsbu fuqha din?", "DR STEFAN CAMILLERI: Kif inhi llum, fi żmien xahar xi ħadd jista' jiġi għandna, bħala Kumitat, u jikkontesta l-kont, imbagħad aħna nisimgħuh u jekk jidhrilna li kien hemm każ ta' overcharging, il-liġi ma tagħtiniex il-poter li nordnaw li tingħata rifużjoni.", "Mela lil dan il-bniedem tgħidlu: L-avukat overcharged you, imma issa trid tmur fil-Qorti ta' kompetenza ordinarja, terġa' tfittxu u abbażi tad-deċiżjoni tagħna tagħmillu kawża biex jirrifondik.", "Din ma tagħmilx sens!", "Il-poter għandu jkun hemm li nordnaw ir-rifużjoni.", "KAROL AQUILINA: Naf li kien hemm każijiet fejn xi ħadd ġie ordnat jirrifondi l-flus, m'għamilhiex, imbagħad il-persuna kellha tmur il-Qorti.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Ħafna drabi li jiġri f'dawn il-każijiet huwa li l-Kumitat lill-avukat jgħidlu li jekk ma jobdix dik l-ordni se jerġa' jfittxu għal ksur tal-Kodiċi tal-Etika talli m'obdiex dik l-ordni, però frankament il-Kumitat ikun qiegħed jestendi daqsxejn il-poteri li għandu f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien naraha minn lenti oħra; jien naraha li ċ-ċittadin li jagħmel l-ilment ma tajtux rimedju effettiv.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Nista' nassigurakom li hija frustranti meta tkun fuq dak il-Kumitat, taf li l-klijent għandu raġun, qed tagħtih ir-raġun, però ma tistax tordna r-rifużjoni ta' dak li ċċarġjah over and above!", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Allura, fl-opinjoni tiegħi, jagħmel aktar sens kieku kellu jingħata dan il-poter tar-rifużjoni milli nżidu l-massimu tal-multa.", "KAROL AQUILINA: Imma hemm problema oħra.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiġifieri inti se tagħmel titolu eżekuttiv fih dan?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Mifsud Bonnici, qegħdin biss niddiskutuh dan il-punt.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Tajjeb, imma jrid jiġi mlaħħam.", "Il-Kumitat se jieħu funzjoni ġudizzjarja li jagħti mhux biss sentenza fuq il-komportament etiku ta' xi ħadd imma wkoll li jordnalu r-rifużjoni tal-flus.", "Allura hemmhekk x'se tagħmel?", "Se tagħti l-fakultà lill-persuna li tagħmel l-ilment li toħroġ mandat ta' sekwestru jew toħroġ mandat ta' qbid biex jitħallas dak l-ammont?!", "Wieħed irid joqgħod attent.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Biex tkun effettiva jrid ikun titolu eżekuttiv!", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'għandix diffikultà li tiġi strutturata, nifhem, imma mbagħad trid tara l-funzjonijiet tagħna x'inhuma u x'mhumiex, jew inkella tagħti fakultà li taħt l-awtorità ġudizzjarja, dak li jkun sab il-Kumitat jiġi res f'titolu eżekuttiv.", "Mifsud Bonnici li ma tistax lill-Kumitat tagħtih funzjonijiet li għandha qorti.", "Jiġifieri dan huwa punt validissimu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 16 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 16 kif emendata.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 7 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"I\" Il-proviso għas-subartikolu (3) tal-artikolu 84 tal-Att prinċipali, kif sostitwit bi klawsola 7, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"Iżda l-Kumitat jista' jagħti parir lill-President ta' Malta li jneħħi l-iskwalifika msemmija qabel.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 7 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 7 kif emendata.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 – Emenda tal-artikolu 7 tal-Att prinċipali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-klawsola 17 hija dwar il-proċedura li ssir quddiem dan il-Kumitat, jiġifieri dwar id-dritt li min qed jilmenta jtella' x-xhieda eċċ. Nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Fit-test Ingliż tal-paragrafu (a) tal-klawsola 17, il-kelma \"investigate\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"investigated\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Sur President, f'din il-klawsola qed jingħad hekk:", "\"jedd li jkunu preżenti waqt li jkun għaddej il-proċess investigattiv kollu\".", "Hawnhekk għandna nirreferu għall-proċess investigattiv jew għall-proċess dixxiplinarju?", "DR CHRISTOPHER SOLER: Il-proċess dixxiplinarju jinkorpora fih innifsu investigazzjoni.", "U investigazzjoni f'dan il-kuntest mhijiex fis-sens pulizjesk biss imma wkoll bħala stħarriġ, jew eżami.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Tidher ċar mill-kuntest.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 17 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 17 kif emendata.", "Klawsola 17, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 – Tħassir tar-Regoli dwar il-Proċedura tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, permezz tal-klawsola 18 se jiġu mħassra r-Regoli dwar il-Proċedura tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali, L.S. 369.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Minn xiex se jiġu sostitwiti dawn ir-regoli?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għaddietli minn moħħi l-istess mistoqsija jien u nispjega l-klawsola u naħseb li dawn se jiġu sostitiwiti bil-proċedura li stipulajna hawnhekk, mhux hekk?", "DR CHRISTOPHER SOLER: Bil-poteri tal-Kumitat stess, li qed jiġu stabbiliti.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hekk hu.", "Fil-fatt, imbagħad għamilna dik il-klawsola li għedt inti, ċjoè li l-Kumitat jista' jagħmel regoli u linji gwida hu stess.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Imma dik kienet għar-rigward ta' regoli u linji gwida in konnessjoni biss mat-tifsira ta' good conduct to be fit and proper.", "Fil-fatt, jien se nipproponi li tidħol klawsola ġdida f'dan l-Abbozz ta' Liġi biex nagħtu lil dan il-Kumitat il-funzjonijiet u r-rwol tiegħu.", "Illum l-irwol ta' dan il-Kumitat huwa li jeżerċita dixxiplina fil-konfront tal-Kodiċi tal-Etika u li jagħmel ir-rakkomandazzjoni tal-warrant lill-President.", "Fundamentalment dawk huma l-uniċi żewġ rwoli li għandu u allura se nispiċċaw li jkollna professjoni li in the interim, jiġifieri jew mill-estrem ta' passi dixxiplinarji jew biex tidħol fil-professjoni, ma għandha l-ebda organu li għandu xi tip ta' ...", "KAROL AQUILINA: Però r-regoli li qegħdin nagħmlu referenza għalihom m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' hekk.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Dawn le.", "Jien qiegħed biss nistaqsi.", "KAROL AQUILINA: Dawn kulma jgħidu min għandu jippresjedi l-laqgħa u nikkwota:", "\"Meta l-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali jkun kompost ukoll kif maħsub fl-artikolu 3(2)(a)(iii) tal-Att dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, l-istess Kumitat għandu jeleġġi, jekk il-president tiegħu jkun wieħed mill-membri appuntati mill-Kamra tal-Avukati, wieħed mill-membri tiegħu kif hekk kompost, biex jippresjedi l-laqgħat tiegħu.\".", "Mela dawn ir-regoli m'għandhom x'jaqsmu xejn, però qed jagħtu piż lill-emenda li ppreżentajt jien li tgħid li jeleġġi u mhux jinħatar bil-liġi minn xi ħaddieħor.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Dejjem hekk kienet, ċjoè li l-Kumitat innifsu jaħtar iċ-Chairman tiegħu u mhux ikun impost lill-Kumitat.", "Ovvjament il-Kummissjoni tappunta lil xi ħadd fuq dak il-Kumitat, però mhux neċessarjament tappunta liċ-Chairman, jiġifieri bażikament iċ-Chairman imbagħad jiġi magħżul bejn l-individwi li jkun hemm madwar il-mejda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nistgħu ngħaddu għall-vot?", "KAROL AQUILINA: Jekk intom se tivvotaw kontra l-emenda tiegħi għall-klawsola 13, aħna se nivvotaw kontra din il-klawsola.", "F'dak il-każ nipproponi li l-klawsola 18 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 18 tiġi posposta.", "Klawsola 19 – Emendi għar-Regoli dwar Appelli minn Deċiżjonijiet tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, permezz tal-klawsola 19 qed nagħtu d-dritt ta' appell lil ditti legali ladarba qegħdin niddefinixxuhom.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 15 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, wara d-diskussjoni li kellna fuq il-klawsola 15 nipproponi din l-emenda:", "Is-subartikolu (2) tal-artikolu 5 tal-Att prinċipali, kif sostitwit bi klawsola 15, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"Kull investigazzjoni jew inkjesta kif imsemmija taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) tista' tinbeda mill-Kumitat biss fi żmien sitt (6) xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni, il-Kumitat jew il-kwerelant isiru jafu b'dik l-imġiba ħażina:", "Iżda f'kull każ, kull investigazzjoni jew inkjesta kif imsemmija taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) tista' tinbeda mhux aktar tard minn ħames (5) snin minn meta tkun saret dik l-imġiba ħażina.\".", "Taqblu li tiġi hekk, Onor. Membri?", "KAROL AQUILINA: Jien qed nara li hemm problema fil-mod kif tista' tiġi interpretata din.", "Hawnhekk qisna qed ngħidu li s-sitt xhur jibdew jgħoddu minn meta l-kwerelant isir jaf, imbagħad jerġgħu jibdew jgħoddu meta l-Kumitat isir jaf, imbagħad jerġgħu jibdew jgħoddu meta l-Kummissjoni ssir taf!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mela allura sewwa għedt inti l-ewwel li rrid ngħidu liema waħda minnhom tiġi l-ewwel għax dan jista' jgħidlek li għadu fit-terminu stipulat għax jeħodlok l-aħħar waħda.", "KAROL AQUILINA: Mhux hekk!", "Imma l-Kumitat jista' jitfagħha quddiem il-Kummissjoni u terġa' tibda!", "DR LOUIS DE GABRIELE: Il-Kummissjoni mhux se tagħti każ; il-Kummissjoni se tisma' l-appelli u żgur li mhux se tieħu konjizzjoni tal-ilment.", "KAROL AQUILINA: Jiġifieri jekk xi ħadd jibgħat ittra lill-Kummissjoni ....", "DR LOUIS DE GABRIELE: Il-Kummissjoni mbagħad tibgħatha lill-Kumitat.", "JOSEPH ELLIS: Jien kieku nippreferi li l-perjodu ta' sitt xhur, li qegħdin naqblu dwaru, ikun minn meta min qed jagħmel l-ilment – u hawnhekk nissuġġerixxi li nneħħu l-kelma \"kwerelant\" għaliex din għandha tifsira oħra – isir jaf b'dak l-aġir.", "Fl-istess ħin però qegħdin ngħidu li \"f'kull każ … mhux aktar tard minn ħames snin minn meta tkun saret dik l-imġiba ħażina\".", "Mela allura qed ngħidu li dan jista' jressaq l-ilment fi żmien sitt xhur minn mindu sar jaf, imma l-imġiba ħażina m'għandhiex tkun saret aktar minn ħames snin qabel u għaldaqsrant dan japplika għalih biss u mhux għall-Kumitat jew il-Kummissjoni.", "KAROL AQUILINA: Il-Kummissjoni u l-Kumitat jistgħu jibdew xi ħaġa waħedhom?!", "DR LOUIS DE GABRIELE: L-unika raġuni hija li l-Kummissjoni u l-Kumitat jirrisolvu li għandhom jibdew proċeduri kontra avukat.", "Jiġifieri jkun hemm xi ħaġa li ma jkunx hemm ilmentatur fiha.", "Mela, pereżempju, ikun ħareġ rapport f'ġurnal dwar avukat u l-Kumitat jista' ex officio jinvestiga dak l-akkadut.", "DR STEFAN CAMILLERI: Nassigurak li ssir regolari.", "KAROL AQUILINA: Mela allura f'dak il-każ l-emenda trid tiġi taqra \"mid-data li fiha l-Kummissjoni, il-Kumitat jew il-kwerelant, skont il-każ, isiru jafu b'dik l-imġiba ħażina\" għaliex hekk tkun tfisser li s-sitt xhur jibdew minn fejn oriġinat.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jiġifieri nżidu l-kliem \"skont il-każ\".", "Apparti minn hekk, \"kwerelant\" ma tfissirx hekk; se mai ngħidu \"l-ilmentatur\".", "JOSEPH ELLIS: Jew ngħidu \"min jagħmel l-ilment\".", "Aħna bil-klawsola 15 se nkunu qegħdin nissostitwixxu l-artikolu 5 tal-Att dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, li s-subartikolu (2) tiegħu bħalissa jaqra hekk:", "\"(2) Kull investigazzjoni jew inkjesta dwar kull imġiba ħażina ta' xi avukat jew prokuratur legali tista' tinbeda mill-Kumitat biss fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni, il-Kumitat jew il-persuna li tagħmel l-ilment isiru jafu b'dik l-imġiba ħażina, u f'kull każ mhux aktar tard minn ħames snin minn meta tkun saret dik l-imġiba ħażina.\".", "Allura eżattament x'qegħdin inbiddlu minn dan li għandna fil-liġi llum?", "KAROL AQUILINA: It-tliet xhur żidniehom għal sitt xhur.", "JOSEPH ELLIS: Allura dik biss għandna bżonn inbiddlu!", "L-aktar l-aktar inneħħu l-kelma \"Kummissjoni\", mill-bqija kważi nistgħu nbiddlu biss il-kliem \"tliet xhur\" għal \"sitt xhur\".", "KAROL AQUILINA: Però jeħtieġ li niċċarawha għaliex kif inhi miktuba tista' tinftiehem li inti, fil-mument li mort quddiem il-Kummissjoni, is-sitt xhur reġgħu bdew meta qatt ma kienet intenzjonata għal hekk.", "JOSEPH ELLIS: Fl-Abbozz hemm emenda sostanzjali mentri fil-prattika m'għandekx xi tbiddel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-klawsola 15 tiġi posposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li klawsola 15 tiġi posposta mill-ġdid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Fuq il-klawsola 13 m'aħniex se naqblu għaliex din in-naħa qed tinsisti li l-Kumitat jibqa' kompost kif indikat f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fil-każ nagħmlu l-klawsola 13 u l-klawsola 18 wara xulxin biex l-Oppożizzjoni tivvota kontra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Naħseb tajjeb wieħed iżomm f'moħħu li minbarra li se jkun hemm avukat rappreżentant tal-Avukat Ġenerali f'dan il-Kumitat, se jkun hemm ukoll uffiċjal anzjan mill-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja.", "Għalija dan il-provvediment se jimpinġi fuq l-awtonomija tal-professjoni legali.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Ellis, illum il-ġurnata l-Avukat Ġenerali jiġi appuntat wara sejħa pubblika u għandu s-security of tenure, jiġifieri llum huwa totalment at arm's length mill-Gvern.", "KAROL AQUILINA: M'hemm l-ebda raġuni għalfejn għandu jkun hemm l-Avukat Ġenerali.", "Din qed issir biex sempliċement ngħaqqdu n-numru b'mod li jkun deċiż minn xi ħadd!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għalfejn qed tgħid hekk?", "KAROL AQUILINA: Għax hekk ġiet!", "Qabel ma kellniex l-Avukat tal-Istat u allura żidna l-Avukat tal-Istat imma l-Avukat Ġenerali xorta ħallejnieh hemmhekk biex in-numru ġie b'tali mod li jkun hemm kontroll minn xi ħadd.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Imma dan ix-xi ħadd x'se jikkontrolla bih dan il-Kumitat?!", "JOSEPH ELLIS: Allura jekk inhu hekk għaliex qed tinsisti li taħtar uffiċjal anzjan mill-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja?", "U mill-Ministeru qed tgħidu mhux mid-Dipartiment tal-Ġustizzja!", "Għaliex il-Ministeru għall-Ġustizzja jrid ikollu rwol fid-dixxiplina ta' avukati?", "Din hija xi ħaġa li l-Ministeru għall-Ġustizzja għandu jkollu rwol fiha?!", "Ma nafx il-Kamra tal-Avukati kif taħsibha, imma jien dan narah bħala attakk fuq l-awtonomija tal-professjoni legali.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien m'iniex se nqiegħed persuna mis-Segretarjat!", "Jista' jkun li dan l-uffiċjal ikun il-Permanent Secretary tal-Ministeru.", "S'issa qatt inħasset il-ħtieġa li jkun hemm uffiċjal għoli tal-Ministeru li jieħu sehem fi proċeduri dixxiplinarji ta' avukati?", "Hawnhekk rajna r-responsabbiltà tal-Kamra tal-Avukati, li saħansitra pproponiet li l-multa li għaliha jkunu soġġetti l-avukati tiżdied b'ħames darbiet.", "Jien, bħala avukat, dan narah bħala attakk fuq l-awtonomija tal-professjoni legali għaliex iddejjaqni din li uffiċjal anzjan mill-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja se jkun parti minn dan il-Kumitat.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Qed nużaw il-kelma \"attakk\" imma dan x'attakk se jkun?!", "Mhux xorta se tibqa' professjoni libera?!", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kwestjonijiet ta' dixxiplina.", "Ħalli nerġa' nirrepeti dak li għedt fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi; il-warrant huwa xi ħaġa li qed jagħtiha l-Istat.", "Mela allura hawnhekk se jkollna sitwazzjoni fejn l-Istat se jirregola min qed jimxi kif suppost u min le u għaldaqstant dan mhux qed narah bħala attakk jew bħala li xi ħadd se joħnoq xi libertà fuq il-professjoni legali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Nixtieq niġbed l-attenzjoni li dan huwa Kumitat li effettivament jeżerċita d-dixxiplina fuq l-avukati.", "Sal-lum il-Kamra tal-Avukati dejjem kellha l-maġġoranza fuq dan il-Kumitat għaliex tirrappreżenta l-professjoni li qiegħda tesiġi li tagħmel dixxiplina fuq il-membri tagħha għaliex ma jkunux qed iġibu ruħhom sew.", "Għaliex?", "Għaliex dak ikollu impatt avvers fuq il-professjoni kollha u aħna jidhrilna li mhux sew li membru tal-professjoni li jġib ruħu ħażin għandu jħalli impatt negattiv fuq il-kumplament tal-professjoni.", "B'din l-emenda però dik il-maġġoranza li l-Kamra tal-Avukati dejjem gawdiet minn kemm ilu jeżisti dan il-Kumitat se tintilef.", "Aktar tard jien kont se nipproponi li r-rwol ta' dan il-Kumitat jikber però b'din il-kompożizzjoni, u b'aspetti regolatorji, jista' jkun hemm każ għaliex għandu jikber dak ir-rwol.", "Madanakollu meta qed nitkellmu fuq id-dixxiplina, naħseb li l-kompożizzjoni għandha tibqa' kif inhi llum.", "Ejjew niddistingwu r-rwoli li għandu dan il-Kumitat.", "Fejn tidħol id-dixxiplina tal-avukati, ma naħsibx li jkun idoneu li din tiġi eżerċitata fuq l-avukati minn Kumitat fejn il-Kamra tal-Avukati u r-rappreżentanza tal-avukati mhijiex fil-maġġoranza.", "Jiġifieri jekk se naraw dan il-Kumitat bħala l-organu li b'mod ġenerali jagħti pariri fuq il-warrant, dak huwa rwol wieħed, u jien f'moħħi kelli li dan il-Kumitat inżidulu l-kapaċità regolatorja tiegħu, però meta niġu għad-dixxiplina naħseb li l-Kamra tal-Avukati għandha żżomm il-maġġoranza fuq il-Kumitat, kif wara kollox kienet it-tradizzjoni s'issa.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Wieħed irid jgħid ukoll li f'dan iż-żmien kollu l-Kamra tal-Avukati użat tajjeb dan il-poter u ma kienx hemm abbuż.", "Barra minn hekk, hemm l-odjożità li l-Istat, jew il-Ministeru għall-Ġustizzja, irid jidħol fi kwestjonijiet ta' dixxiplina mentri hekk, Ministru, qed iżżomm lilek innifsek barra minn dawn il-kwestjonijiet u dawn jibqgħu xi ħaġa regolata mill-avukati u mhux ikun hemm l-intervent ministerjali tiegħek fil-kwestjoni.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-iskop li forsi mhux qed naraw hawnhekk huwa li għandek id-dimensjoni tal-ilmentatur ukoll.", "Mela jekk jien se npoġġi l-Permanent Secretary, pereżempju, għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq uffiċjal għoli, dan m'għandux jara d-dimensjoni tal-ilmentatur?", "M'għandux ikun hemm persuna li dik id-dimensjoni tipproteġiha wkoll?", "JOSEPH ELLIS: Jien naħseb li l-membri kollha tal-Kumitat għandhom jaraw dik id-dimensjoni!", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hemm differenza bejn li żżid element fil-konsiderazzjoni u l-bilanċ ta' who's voice has way hemmhekk.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Imma se jkun hemm nuqqas ta' bilanċ għaliex se jkun hemm avukat rappreżentant tal-Avukat tal-Istat u avukat rappreżentant tal-Avukat Ġenerali?!", "DR LOUIS DE GABRIELE: Illum dan il-Kumitat huwa magħmul minn rappreżentant tal-Kummissjoni appuntat mill-Kummissjoni, rappreżentant tal-Avukat tal-Istat, u tliet rappreżentanti tal-Kamra tal-Avukati.", "DR CHRISTPOHER SOLER: As we speak għad hemm rappreżentant tal-Avukat Ġenerali u mhux tal-Avukat tal-Istat.", "Issa jekk f'dik il-kompożizzjoni xi ħadd jgħidli li għandna bżonn inżidu d-dimensjoni tal-konsumatur għar-rigward tas-servizzi legali, m'għandi l-ebda problema fil-prinċipju u naqbel li għandu bżonn ikun hemm id-dimensjoni tal-konsumatur, però biex inżidu d-dimensjoni tal-konsumatur ma naħsibx li għandu għalfejn ikun hemm rappreżentant tal-Ministeru.", "L-ewwel nett għaliex qed nitkellmu fuq rappreżentant tal-Ministeru aktar milli fuq rappreżentant tad-Dipartiment tal-Ġustizzja?", "X'distinzjoni hemm?", "DR LOUIS DE GABRIELE: M'iniex konvint għaliex ma nafx eżattament x'inhi d-distinzjoni bejn id-Dipartiment u l-Ministeru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hawnhekk qed nitkellmu fuq uffiċjal għoli miċ-Ċivil, jiġifieri jien mhux se nibgħat persuna mis-Segretarjat.", "KAROL AQUILINA: Però mbagħad inżommuk responsabbli għal hekk, Ministru, għaliex imbagħad fuqek irridu nibdew induru u mhux fuq il-Kamra tal-Avukati.", "Imbagħad nibdew induru fuq l-Istat!", "JOSEPH ELLIS: Frankament ma narax għaliex hemm bżonn li tinbidel il-liġi.", "Jidher li dan il-Kumitat ħadem.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Il-liġi għandha bżonn tinbidel kompletament.", "JOSEPH ELLIS: Iva, imma fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-Kumitat ...", "DR STEFAN CAMILLERI: Se mai jidħol l-Avukat tal-Istat minflok l-Avukat Ġenerali.", "JOSEPH ELLIS: Eżatt.", "DR LOUIS DE GABRIELE: M'għandi l-ebda oġġezzjoni għall-prinċipju li jkun hemm rappreżentanza tad-dimensjoni tal-konsumatur fis-servizzi legali però ma rridx li mbagħad, minħabba f'hekk, l-organu li jirrappreżenta l-professjoni jitlef il-maġġoranza f'dan il-Kumitat, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspett dixxiplinarju.", "Dan il-Kumitat bażikament għandu żewġ funzjonijiet; għandu l-funzjoni dixxiplinarja u l-funzjoni purament regolatorja.", "Fir-regolatorja nifhem din it-tibdila però fl-aspett dixxiplinarju għandi oġġezzjonijiet serji li l-professjoni ma żżommx il-maġġoranza f'dan il-Kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Kumitat se jiġi sospiż għal ftit minuti.", "Grazzi.", "Fil-4.45 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fil-5.24 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nilqagħkom lura biex inkomplu bix-xogħol ta' dan il-Kumitat.", "Hawn aktar rimarki fuq il-klawsola 13?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 13 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament?", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-Emenda \"F\" m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda verbali:", "Fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (2) tal-artikolu 3 tal-Att prinċipali, kif emendat bil-klawsola 13, il-kliem \"uffiċjal anzjan\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"uffiċjal pubbliku anzjan\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għall-klawsola 13.", "L-emenda verbali għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 13 kif emendata verbalment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament?", "L-Onor.", "L-Onor.", "Klawsola 13, kif emendata verbalment, għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 18 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament?", "L-Onor.", "L-Onor.", "Klawsola 18 għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 3 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Sur President, in linja ma' dak illi kont qed nipproponi qabel, nixtieq nipproponi li fil-klawsola 3, li titkellem dwar it-tifsiriet, jidħlu żewġ tifsiriet ġodda: it-tifsira ta' \"servizzi legali\" u t-tifsira ta' \"pariri legali\".", "L-unika ħaġa għaliex din saret qabel ma daħal il-Company Service Providers (CSP) Rulebook il-ġdid hija illi li tiddraftja memorandum and articles of association, għalkemm fil-Kodiċi ta' Etika tal-avukati hija xi ħaġa riżervata għall-avukati, lest li nneħħiha stante li tiġi superseded b'liġi oħra.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Niskuża ruħi però ma naqbilx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jien m'għandix emenda ppreparata imma jekk ikun hemm ċans ta' recommittal, beħsiebni nidħol fiha.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Imbagħad naraw.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Sur President, nixtieq nagħmel kumment dwar l-emenda tal-Onor.", "Aquilina għall-klawsola 3.", "L-emenda tiegħu tgħid hekk:", "\" \"avukat\" tfisser persuna awtorizzata li tipprovdi servizzi legali f'Malta taħt id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 79 ta' dan il-Kodiċi\".", "Nistieden lill-Kumitat biex forsi jikkonsidra emenda għal din l-emenda biex jitneħħew il-kliem \"li tipprovdi servizzi legali f'Malta\" u allura din it-tifsira tiġi taqra hekk:", "\" \"avukat\" tfisser persuna awtorizzata taħt id-dispożiżzjonijiet tal-artikolu 79 ta' dan il-Kodiċi\".", "B'hekk ma jkollniex bżonn nagħmlu definizzjoni għal \"servizzi legali\".", "Il-ġist jibqa' l-istess mhux hekk?", "Għalkemm jien mhux qed ngħid li hekk għandu jkun imma qiegħed sempliċement nistieden lill-Kumitat jikkonsidra din il-possibbiltà.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Naħseb li jekk se nżidu l-kliem \"servizzi legali\" taħt l-artikolu 79 tal-Kodiċi mingħajr ma niddefinixxuhom, is-servizzi legali se jibqgħu daqsxejn in arja.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jekk immexxu bid-definizzjoni \" \"avukat\" tfisser persuna awtorizzata taħt id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 79 ta' dan il-Kodiċi\" m'għandux ikollna problema.", "DR LOUIS DE GABRIELE: L-artikolu 79 dwar xiex inhu?", "DR CHRISTOPHER SOLER: L-artikolu 79 qiegħed jiġi emendat bil-klawsola 4 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "KAROL AQUILINA: Dan jitkellem dwar il-Kumitat u l-għoti tal-warrants eċċ.", "DR LOUIS DE GABRIELE: L-artikolu 79 tal-Kodiċi bħalissa jaqra hekk:", "\"Ebda persuna ma tista' teżerċita l-professjoni ta' avukat mingħajr l-awtorità tal-President ta' Malta mogħtija b'warrant taħt is-Siġill Pubbliku ta' Malta.\".", "Jekk se ddaħħlu l-kliem \"jew tipprovdi servizzi legali\" wara l-kliem \"l-professjoni ta' avukat\" allura I'm with you, però kif inhu bħalissa l-artikolu 79 ma jsemmihomx is-servizzi legali u fil-klawsola 4 imkien ma jissemma li se jidħlu l-kliem \"u servizzi legali\" wara l-kelma \"avukat\".", "KAROL AQUILINA: Le, m'aħniex se ndaħħluhom, però jien qed nikkommetti ruħi li wara li jsir ir-recommittal u nerġgħu niġu f'dan il-Kumitat biex niddiskutu mill-ġdid dan l-Abbozz ta' Liġi, nipproponi emenda ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk se jsir ir-recommittal!", "DR LOUIS DE GABRIELE: L-artikolu 79 qed jitkellem dwar avukat li jipprattika l-Qorti.", "Jien smajt id-diskorsi li għamiltu fil-plenarja u kulħadd tkellem dwar kif l-avukati mxew milli sempliċement jipprovdu servizzi l-Qorti.", "KAROL AQUILINA: Anzi, il-maġġoranza hekk huma llum, ċjoè ma jipprovdux servizzi l-Qorti.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Hekk hu, allura jekk fl-artikolu 79 se żżidu l-kliem \"u jipprovdi servizzi legali\" naħseb li mbagħad bilfors trid tiddefinixxi x'inhuma servizzi legali.", "Dik hija question mark li għad m'għandniex però almenu tkun qed tkopri parti mill-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nipproponi li l-Emenda \"B\" li ressaqt aktar kmieni għall-klawsola 3 tiġi emendata kif ġej:", "\"B\" Fi klawsola 3, minnufih qabel it-tisfira \"Ditta legali\" għandha tiżdied din it-tifsira ġdida li ġejja:", "\" \"avukat\" tfisser persuna awtorizzata taħt id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 79;\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-Emenda \"A\" għall-klawsola 3 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"B\", kif emendata mill-ġdid, għall-klawsola 3, imressqa mill-Onor.", "L-Emenda \"B\", kif emendata mill-ġdid, għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 15 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"K\" Is-subartikolu (2) tal-artikolu 5 tal-Att prinċipali, kif sostitwit bi klawsola 15, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(2) Kull investigazzjoni jew inkjesta kif imsemmija taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) tista' tinbeda mill-Kumitat biss fi żmien sitt (6) xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni, il-Kumitat jew min għamel l-ilment, skont il-każ, isiru jafu b'dik l-imġiba ħażina:", "Iżda f'kull każ kull investigazzjoni jew inkjesta kif imsemmija taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) tista' tinbeda biss mhux aktar tard minn ħames (5) snin minn meta tkun saret dik l-imġiba ħażina.\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 15 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 15 kif emendata.", "Klawsola 15, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 4 (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Sur President, il-klawsola 4 se tkun qed tissostitwixxi l-artikolu 79 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Bħalissa l-artikolu 79 jaqra hekk:", "Jien nipproponi li jitneħħew il-kliem \"in the Courts of Justice in Malta\" u dan l-artikolu jiġi jaqra hekk:", "u tkompli, imbagħad fl-aħħar, minnufih wara l-kelma \"committee\", tiġi taqra hekk:", "Jien qed nipprova nneħħi l-kliem \"fil-qrati ta' Malta\", inkella nibqgħu nagħtu l-impressjoni li dak ix-xogħol biss jagħmlu l-avukati, u minflok indaħħal il-konċett ta' servizzi legali jew li xi ħadd jagħti l-impressjoni li jipprovdi servizzi legali.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Din hija aktar emenda teknika u allura nixtieq inkun naf l-Avukat tal-Istat x'jaħseb.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Naħseb li tirrifletti r-realtà.", "KAROL AQUILINA: Jien naqbel, però jekk se nagħmlu pass 'il quddiem, u m'għandix problema li nagħmluh, imbagħad ...", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jien naħseb li l-iskop tal-President tal-Kamra tal-Avukati huwa li llum l-avukat jipprovdi diversi servizzi legali lil hinn mill-qrati, anzi, effettivament hekk hu.", "Jiġifieri de facto hekk jiġri.", "Jien ilni membru 20 sena u l-Kamra tal-Avukati ilhom jgħiduha din.", "KAROL AQUILINA: Naħseb li għandna nimxu hekk, però jekk se nagħmlu recommittal, wieħed forsi jikkonsidra jekk għandniex nagħmlu definizzjoni ta' servizzi legali.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Jien għalhekk bdejt minn hemm.", "JOSEPH ELLIS: Ippermettuli.", "L-artikolu 79 fil-preżent jaqra hekk:", "Ebda persuna ma tista' teżerċita l-professjoni ta' avukat mingħajr l-awtorità tal-President ta' Malta mogħtija b'warrant taħt is-Siġill Pubbliku ta' Malta.\".", "U allura fejn hemm referenza għall-qrati?!", "DR LOUIS DE GABRIELE: Dik ir-referenza qiegħda f'dan l-Abbozz ta' Liġi u qed jingħad \"in the Courts of Justice in Malta\".", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dr de Gabriele, inti għall-klawsola 4 qed tirreferi?", "JOSEPH ELLIS: Fil-klawsola 4 m'hemm l-ebda referenza għall-qrati.", "DR CHRISTOPHER SOLER: L-Onor.", "Ellis għandu raġun.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva, għandu raġun.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Fl-artikolu 79 qed ngħidu li wara l-kelma \"advocate\" għandhom jidħlu l-kliem \"or provide legal services in Malta or otherwise hold himself out as providing any legal service in Malta\", jiġifieri mhux biss tipprovdih imma anke li tipproġetta lilek innifsek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden lil Dr Corinne Gail Pace biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR CORINNE GAIL PACE (Avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat): Jekk m'hemmx referenza għall-qrati xorta trid issir din l-emenda?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Iva, għax advocate.", "DR CORINNE GAIL PACE: Hekk xorta se nerġgħu niġu bil-problema li rridu niddefinixxu s-servizzi legali.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Għalhekk jien bdejt billi pproponejt emenda li permezz tagħha niddefinixxu what constitutes legal services.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Frankament jien ħadt id-definizzjoni ta' servizzi legali mill-Kodiċi ta' Etika, jiġifieri I did not reinvent the wheel.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Qed nipprova naraha fil-kuntest.", "Mela aħna qed ngħidu \"may exercise the profession of advocate\" u mbagħad l-ekwivalenti għal dak huwa \"provide legal services in Malta\".", "Mela allura dawn qed nagħmluhom fl-istess basket.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien kieku ninkludiha l-prattika fil-Qrati tal-Ġustizzja wkoll.", "KAROL AQUILINA: Jien kieku nuża biss il-kliem \"servizzi legali\" għaliex li tipprattika l-Qorti huwa servizz legali wkoll.", "Jiġifieri lanqas għandek għalfejn toqgħod toħloq żewġ kategoriji.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Però legal services tippresupponi servizz lil hinn mill-Qorti għaliex kieku inti tagħmel \"legal representation\" jew \"legal assistance\".", "KAROL AQUILINA: Appuntu, għalhekk qed ngħidlek li m'għandekx għalfejn tiddistingwihom.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Kull meta avukat jippatroċina klijent ġeneralment jitniżżlu l-kliem \"legal assistance\" jew \"legal representation\"; ma jitniżżilx li qed iforni jew jipprovdi servizz legali.", "Dak li qed ngħid.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Imma fir-realtà qed jipprovdi servizz.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Fir-realtà hekk hu, imma mhuwiex rifless fil-liġijiet tagħna.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien naħseb li nistgħu mmexxu fuqha din għaliex m'għandhiex xi effett li tbiddel jew tiżnatura xi ħaġa milli għamilna.", "Aħna fejn nistgħu ntejbu, se ntejbu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Paragrafu (a) tal-klawsola 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(a) is-subartikolu (1) tiegħu, kif enumerat mill-ġdid, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(1) L-ebda persuna ma tista' teżerċita l-professjoni ta' avukat jew tipprovdi servizzi legali f'Malta jew b'xi mod ieħor tipproġetta lilha nnifisha bħala furnitur ta' kwalunkwe servizz legali f'Malta mingħajr l-awtorità tal-President ta' Malta mogħtija permezz ta' warrant taħt Siġill Pubbliku ta' Malta li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat u wara li tali persuna tkun tniżżlet fir-Reġistru kif xieraq skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi.\"; u\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 4 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 20", "KAROL AQUILINA: Sur President, nitlob il-permess biex inressaq Klawsola Ġdida 20 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba skont l-Ordni Permanenti Nru 101.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 20:", "\"M\" Minnufih wara l-klawsola 19 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Żieda ta' artikolu ġdid mal-Kodiċi.", "Minnufih wara l-artikolu 84 tal-Kodiċi għandu jiġu miżjud dan l-artikolu ġdid li ġej:", "\"Il-Kamra tal-Avukati.", "(1) Il-Kamra tal-Avukati għandha tkun korp professjonali indipendenti għall-avukati f'Malta u għandha tkun irregolata mill-istatut tagħha u minn dan il-Kodiċi.", "(2) Il-Kamra għandha teżerċita funzjonijiet dwar ir-rappreżentanza u l-promozzjoni tal-interessi tal-professjoni u tal-avukati u d-ditti legali.", "Dawn il-funzjonijiet għandhom jinkludu:", "(a) il-ħarsien u l-protezzjoni tad-dinjità, l-unur u r-reputazzjoni tal-professjoni ta' avukat;", "(b) l-inkoraġġiment ta' professjoni legali indipendenti, b'saħħitha, diversa u effettiva;", "(ċ) li tippromwovi u tiżgura konformità ma' prinċipji professjonali għolja u ma' regoli ta' mġiba etika minn avukati;", "(d) li ġġib 'il quddiem u tippromwovi livell u standard ta' kompetenza u ħila fil-professjoni fost oħrajn permezz ta' żvilupp professjonali kontinwu u biex tagħmel arranġamenti u rekwiżiti għall-iżvilupp professjonali kontinwu.", "(3) Is-sħubija fil-Kamra għandha tkun miftuħa għall-avukati u ditti legali kollha li huma eliġibbli biex jiġu mniżżla fir-Reġistru taħt dan il-Kodiċi skont l-Istatut tal-Kamra applikabbli minn żmien għal żmien, bil-ħlas ta' dik is-sħubija u l-miżata annwali kif il-Kamra tista' minn żmien għal żmien tistabbilixxi.", "Il-Kamra tista' tiġbor ħlasijiet oħra għall-provvista ta' servizzi oħra lill-membri.", "(4) Jekk fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħha bħala korp professjonali, il-Kamra ssir taf b'kondotta ħażina minn avukat jew ditta legali u jkun jidher li dik il-kondotta ħażina tista' jkollha riperkussjonjiet serji u negattivi ġenerali fuq id-dinjità, l-unur u r-reputazzjoni tal-professjoni kollha, il-Kamra għandha d-dritt li tippreżenta rapport lill-Kumitat għal azzjoni ta' dixxiplina li għandha tittieħed kontra dik il-persuna regolata.\".\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Illum il-Kamra tal-Avukati għandha numru ta' rwoli, anke Kostituzzjonali, però m'hemm l-ebda bażi jew rikonoxximent li l-Kamra tal-Avukati teżisti.", "Issa hawnhekk qed nagħmu statement of principle għaliex anke wara diskussjonijiet mal-Ministru, fejn kien hemm probabbilment l-intendiment mill-Kamra tal-Avukati li jkollha rwoli regolatorji, qed jiġi stabbilit li l-Kamra għandha biss rwol ta' professional body u mhux rwol regolatorju.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Dr de Gabriele, f'dak li qed jiġi propost qed tissemma s-sħubija fil-Kamra tal-Avukati.", "Din is-sħubija tkun miftuħa jew obbligatorja?", "DR LOUIS DE GABRIELE: Miftuħa.", "Aħna l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn mhijiex mandatorja li tkun membru tal-Bar Association.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: U hekk ħallejtha hux hekk?", "Qed ngħidu li hija miftuħa għal kulħadd.", "Però rrid inġib a konjizzjoni ta' dan il-Kumitat li fl-Ewropa kollha, meta mmorru l-Council of Bars and Law Societies of Europe (CCBE) ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hawnhekk speċi qed jgħidlek minn fejn jinbet l-istatus tiegħek.", "It-tieni punt huwa li filwaqt li fil-kumplament tal-Ewropa, jekk trid tkun avukat, bilfors trid tkun membru tal-Bar Association, Malta hija l-uniku pajjiż fejn mhijiex mandatorja li tkun membru tal-Bar Association.", "DR STEFAN CAMILLERI: Iva, hekk se tibqa'.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Iva, l-emenda proposta mhijiex qed tibdel is-sitwazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR CHRISTOPHER SOLER: Jekk qed nifhem sew, b'din il-klawsola ġdida se nkunu qed nifformalizzaw u nikkristallizzaw ir-rwol u l-funzjoni tal-Kamra tal-Avukati, jiġifieri dak li hemm diġà hemm se nagħmluh b'mod stipulat espliċitu.", "Jekk inhu hekk, jien insostnih dan u assolutament naqbel miegħu.", "KAROL AQUILINA: Fil-liġi tagħna għandna pożizzjonijiet aktar estremi.", "Pereżempju fil-każ tan-nutara, il-Kunsill Notarili hija awtomatika li tkun membru tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: F'din il-klawsola ġdida qed jingħad \"tippreżenta rapport lill-Kumitat għal azzjoni ta' dixxiplina\" u naħseb din trid tintrabat ma' dak li għedna fir-rigward tal-klawsola 5.", "KAROL AQUILINA: Biha qed nagħtu locus standi quddiem il-Kummissjoni.", "JOSEPH ELLIS: Naħseb quddiem il-Kumitat li jeżerċita d-dixxiplina mhux quddiem il-Kummissjoni.", "KAROL AQUILINA: Imma l-Kummissjoni tfisser il-Kumitat.", "DR LOUIS DE GABRIELE: Il-Kummissjoni bilfors trid tgħaddih lill-Kumitat għaliex taħt il-liġi tal-Kummissjoni, l-organu li għandu l-esklussività fuq id-dixxiplina tal-avukati huwa l-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.", "KAROL AQUILINA: Hekk hu.", "Waħda tinkludi lill-oħra.", "Il-Kumitat parti mill-istruttura tal-Kummissjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 20 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 20 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 20 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 20 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola Ġdida 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-qosor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Rimarki?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi din l-emenda verbali:", "Fi klawsola 1 il-kliem \"l-Att tal-2020\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"l-Att tal-2021\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, aħna se nivvotaw favur però ovvjament għandna r-riżervi tagħna fuq l-emendi li tlabna division fuqhom u nixtiequ li kemm jista' jkun malajr, qabel jerġa' jiltaqa' l-Parlament fil-plenarja tiegħu, isir recommittal ta' dan l-Abbozz ta' Liġi biex jekk jista' jkun nilħqu ftehim dwar hekk.", "Nifhem li ma nistax nobbliga lill-Ministru, imma se nivvotaw favur għaliex irridu li l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nirringrazzja lill-Membri ta' dan il-Kumitat u lilek, Sur President, tal-ħin tagħkom.", "Nirringrazzja lill-Avukat tal-Istat u lill-avukata mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, kif ukoll lill-membri tal-Kamra tal-Avukati għaliex bl-input ta' kulħadd, fil-limiti li kellna minħabba nuqqas ta' qbil, għamilna liġi aħjar milli kienet oriġinarjament.", "Ovvjament fuq recommittal ma nistax nikkommetti ruħi at this stage, però nibqa' nisma' u nipprova ntejjeb kemm jista' jkun l-affarijiet għaliex dak huwa obbligu tiegħi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għall-klawsola 1.", "L-Emenda verbali għaddiet nem. con.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata verbalment.", "Klawsola 1, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-liġi li tirregola l-professjoni legali\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Fis-5.55 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20210329_044d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 17", "Il-Ġimgħa, 9 ta' April 2021 fl-10.30 a.m.", "IlPresident talKumitat Permanenti għallIstandards filĦajja Pubblika javża li lKumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 9 ta' April 2021 fl-10.30 a.m. filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Konferma tal-Minuti", "Rapport dwar Investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika - (Każ K/028) – Kont.", "Xogħol ieħor", "5 ta' April 2021 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210409_017a_spl.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 17", "Il-Ġimgħa, 9 ta' April 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Laqgħa Nru 17", "Il-Ġimgħa, 9 ta' April 2021", "Il-Kumitat kellu jiltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-10.30 a.m.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Bonġu.", "Ilna għaxar minuti nistennew.", "Peress li m'hawnx quorum, ma nistgħux nibdew il-laqgħa tal-Kumitat.", "Qed nagħmel referenza għall-Ordni Permanenti 128, dwar il-quorum ta' dan il-Kumitat li jikkonsisti f'erba' membri.", "Ovvjament jien bħala Chair m'għandix vot, u allura jrid ikun hawn tal-inqas tliet membri minn dawn l-erbgħa.", "Hawn preżenti l-membri tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Skont l-Ordni Permanenti 128 dwar ix-xogħol ta' dan il-Kumitat, ladarba m'hawnx quorum, jien bħala Chair marbut li fi żmien sebat ijiem insejjaħ laqgħa oħra.", "Se nagħmilha ċara, biex ma jkun hemm l-ebda ekwivoku, li l-laqgħa se nsejjaħha waqt li jkun diġà beda l-Parlament.", "Min-nhar it-Tnejn se nerġgħu nibdew bis-seduti parlamentari.", "Se nsejjaħ il-laqgħa għal nhar l-Erbgħa, 14 ta' April 2021, fl-4.30 p.m., wara l-ħin tal-mistoqsijiet.", "Nitlob lill-Iskrivan biex jieħu nota.", "Grazzi.", "L-Onor.", "Mhux fuq xogħol tal-Kamra.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, jekk tippermettili, jien nifhem id-deċiżjoni li qed tagħmel inti.", "Irrid ngħid, però, li artiklu 26 tal-Att jindika lilek ukoll bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "Meta l-interpretazzjoni ta' dak l-artiklu flimkien mal-Ordni Permanenti 128 tkun li ż-żewġ membri nominati mill-Prim Ministru jibbilanċaw iż-żewġ membri nominati mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-quorum jiddependi biss fuqhom, dak jagħti lok għal abbuż kbir tal-proċeduri ta' dan il-Kumitat.", "Jagħti lok għal dak li qed jiġri llum, li inti jkollok żewġ membri li jiftiehmu bejniethom fuq strateġija ta' kif jistultifikaw ix-xogħol ta' dan il-Kumitat.", "Rajnieha tiġri.", "Ilbieraħ kellna t-tħabbira mill-membri tal-Gvern.", "L-ISPEAKER: Ma nidħlux fuq is-suġġett.", "THERESE COMODINI CACHIA: Mhux se nidħol fuq is-suġġett.", "L-ISPEAKER: Tajjeb.", "THERESE COMODINI CACHIA: Ilbieraħ kellna tħabbira miż-żewġ membri tal-Gvern li saħansitra xandru l-ittra li bagħtu lilek.", "Din hija sempliċement strataġemma ta' kif hawnhekk, il-Kumitat ma jitħalliex jagħmel xogħlu.", "L-ISPEAKER: Onor. Comodini Cachia, fuq l-ittra għandi ħafna xi ngħid però ma' nistax niddiskuti x-xogħol tal-Kumitat.", "THERESE COMODINI CACHIA: M'iniex qed niddiskuti l-ittra, imma qed niffoka fuq il-quorum.", "Jiġifieri meta l-quorum jiġi interpretat b'dan il-mod, qiegħed jiġi mogħti d-dritt liż-żewġ membri tal-Gvern li kompletament iwaqqfu x-xogħol ta' dan il-Kumitat.", "L-ISPEAKER: L-argument tiegħek ħadtu.", "L-Ordni Permanenti 128 jagħmilha ċara li l-quorum huwa kompost minn tliet membri tal-Kumitat eskluż iċ-Chair.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "(Interruzzjonijiet) Għamiltu l-argument.", "THERESE COMODINI CACHIA: Fadalli punt ieħor x'nagħmel.", "L-ISPEAKER: Imma ddumx, għaliex ma nistgħux nibdew xogħol.", "Ix-xogħol ma jistax jibda għaliex il-membri tal-Gvern iddeċidew li jagħmlu boycott ta' din il-laqgħa.", "L-ISPEAKER: Fhimtek.", "THERESE COMODINI CACHIA: Dan hu l-aġir tad-deputati tal-Gvern li s'issa dejjem ipprevala f'dawn il-laqgħat.", "Kull darba li jkun hemm xi rapport tal-Kummissarju li dan il-Kumitat irid jiddeċiedi jekk jippubblikahx jew le, dejjem jiġu hawnhekk b'xi strataġemma biex dan il-Kumitat ma jaħdimx.", "L-ISPEAKER: Dwar il-pubbikazzjoni għandi ħafna xi ngħid; dwar dak li sar għandi ħafna xi ngħid, imma ma rrid niddiskuti xejn ġaladarba m'hawnx il-quorum.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, nikkondividi dak li għadha kif qalet l-Onor.", "L-artiklu 26 tal-Att li jwaqqaf dan il-Kumitat jgħid speċifikament li l-Kumitat ikun jikkonsisti mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati bħala Chairman, żewġ membri nominati mill-Prim Ministru, u żewġ membri nominati mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Huwa kompost allura minn ħames persuni.", "Dan huwa Kumitat kompost minn ħames persuni, tnejn min-naħa tal-Gvern, tnejn min-naħa tal-Oppożizzjoni u l-Ispeaker.", "Allura bir-rispett kollu lejk, Sur President, inti fil-fatt membru ta' dan il-Kumitat.", "Minbarra li inti membru, għandek kariga oħra, inti Chairman, però l-fatt li inti Chairman ma jfissirx li inti m'intix membru.", "Inti membru, u minn fost il-membri hemm persuna li hija chairman.", "M'għandix dubju, minn ewl id-dinja, li l-liġi hija intenzjonata biex jiġi evitat dak li qed iseħħ illum.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn in-naħa tal-Gvern jekk iridu, jiddeċiedu li ma jiġux, u b'din id-deċiżjoni li qed tieħu inti, Sur President … (Interruzzjonijiet) Tgħidli li jista' jsir fi żmien ġimgħa.", "Veru, però jista' jkun hemm mumenti fejn ix-xogħol irid isir b'urġenza u fl-aħħar mument ma jitfaċċawx.", "Jekk naċċettaw li żewġ membri ta' dan il-Kumitat, huma min huma, jammontaw għal quorum – u għada nistgħu nkunu aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni – dawn jistgħu, f'mumenti fil-futur meta jista' jkun hemm element ta' urġenza, jimblukkaw il-ħidma ta' dan il-Kumitat.", "Jien naħseb li hija pożizzjoni li trid tirrikonsidra.", "L-ISPEAKER: Nirrispetta dak li qed tgħid, pero' ma naqblux.", "Iċ-Chair, għall-fini tal-interpretazzjoni tal-Ordni Permanenti 128, mhuwiex membru.", "Il-membri huma l-membri komposti minn tnejn tal-Gvern u tnejn mill-Oppożizzjoni.", "BEPPE FENECH ADAMI: Aħna għandna Liġi speċjali, proprju l-Att li jwaqqaf dan il-Kumitat.", "Dik il-Liġi tieħu preċedenza fuq kwalunkwe Att anke għall-finijiet tal-Interpretation Act.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, jien niddejjaq ħafna meta d-deċiżjoni li inti tiġi mġiegħel tagħmel biċ-ċirkostanzi li jinħolqu mill-membri ta' dan il-Kumitat ...(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili.", "Jien ġejt hawn biex nagħmel il-laqgħa.", "Ġejt ippreparat hawnhekk bil-folder b'kollox.", "THERESE COMODINI CACHIA: Jekk tippermittili nkompli...", "L-ISPEAKER: Il-fatt li m'hawnx quorum hija deċiżjoni tiegħi li qed ninterpreta, u ovvjament għandi raġuni … (Interruzzjonijiet) Imma ma tistax tgħid li jien kompliċi!", "THERESE COMODINI CACHIA: Miniex qed ngħid hekk, anzi qed ngħid l-oppost!", "BEPPE FENECH ADAMI: Anzi ma rridukx tkun kompliċi!", "THERESE COMODINI CACHIA: Anzi qed ngħid l-oppost.", "L-ISPEAKER: Jien se nsejjaħ il-laqgħa f'inqas minn sebat ijiem mil-lum biex nara li l-affarijiet jimxu.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, forsi ħsibtni membru tal-Gvern, imma m'iniex.", "Kont qed ngħid eżattament l-oppost ta' dak li għadek kif għidt int.", "L-ISPEAKER: Niskuża ruħi.", "THERESE COMODINI CACHIA: Kont qed ngħid li meta tiġi hawnhekk u lilek xi ħadd minna jpoġġik f'sitwazzjoni fejn inti trid tieħu deċiżjoni bħal din, li l-konsegwenza tagħha hija li twaqqaf id-diskussjoni fil-Kumitat, dak huwa abbuż u diżrispett lejn l-irwol tiegħek.", "Huwa abbuż u disrispett lejn ir-rwol tiegħek u anke lejn l-irwol ta' dan il-Kumitat.", "Dak li qed jiġri, u se nkompli fuq punt li beda l-Onor.", "Jekk tasal il-ġimgħa d-dieħla u ma jiġux, inti x'deċiżjoni se tintalab biex tieħu?", "L-ISPEAKER: Niġu l-ġimgħa d-dieħla.", "THERESE COMODINI CACHIA: Dan il-Kumitat se jieqaf jaħdem?", "L-ISPEAKER: Jien għandi ħafna xi ngħid, mhux fuq dak li għidt inti biss, imma anke affarijiet oħra li b'xi mod qed ifixklu lil dan il-Kumitat.", "Mhux se nidħol fuq ix-xogħol ta' dan il-Kumitat u dak kollu li għandna niddiskutu fuq dan ir-rapport li kien fl-aġenda, l-ittra li ntbagħtet jew dak li deher fil-media.", "Mhux se nidħol f'dawn is-suġġetti għalissa għax biex issir il-laqgħa jien jidhirli li jrid ikun hawn il-quorum u jkun hawn bilanċ għad-dibattitu, mhux nisimgħu naħa waħda biss jew tisma' lili biss, imma jkun hawn bilanċ tax-xogħol li jrid isir.", "Għaldaqstant, jekk jogħġobkom, issa niefqu hawnhekk.", "Il-punti tagħkom għamiltuhom kollha.", "Jien ovvjament nirrispetta kull argument u nidħol f'kull wieħed minnhom.", "Peress li skont lartiklu 26 talAtt dwar lIstandards filĦajja Pubblika u l-Ordni Permanenti tal-Kamra 128, il-Membri preżenti ma jikkostitwixxux quorum u allura l-laqgħa tal-lum ma tistax issir, skont l-istess Ordni Permanenti 128, qed niddikjara li lKumitat għandu jiltaqa' nhar lErbgħa, 14 ta' April 2021, fl4.30 p.m.", "Fl-10.55 a.m., wara li l-Ispeaker ikkonstata li skont lartiklu 26 talAtt dwar liStandards filĦajja Pubblika u l-Ordni Permanenti tal-Kamra 128, il-Membri preżenti ma kenux jikkostitwixxu quorum, skont l-istess Ordni Permanenti 128 stabbilixxa li lKumitat kellu jiltaqa' nhar lErbgħa, 14 ta' April 2021, fl4.30 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210409_017d_sta.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALLISTANDARDS FILĦAJJA PUBBLIKA", "LAQGĦA NRU 17", "IlĠimgħa, 9 ta' April 2021", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Fl-10.55, wara li l-Ispeaker ikkonstata li skont lArtiklu 26 talAtt dwar lIstandards filĦajja Pubblika u l-Artikolu 128 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, il-Membri preżenti ma kenux jikkostitwixxu quorum, u skont l-istess Ordni Permanentni 128 stabbilixxa li lKumitat kellu jiltaqa' nhar lErbgħa, 14 ta' April 2021 fl4.30 p.m.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees spl", "source": "Extracted from 20210409_017m_sta.docx"} {"text": ["GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 16", "It-Tnejn, 12 ta' April 2021", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "Laqgħa Nru 16", "It-Tnejn, 12 ta' April 2021", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-4.37 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 15, li saret fil-15 ta' Marzu 2021, ġew ikkonfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Anton Refalo): Nilqa' lil kull min hawn preżenti għal din il-laqgħa.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Sur President, bil-permess tiegħek, nixtieq niġbed l-attenzjoni għal materja li kienet pendenti u li naf li hemm korrispondenza dwarha quddiem dan il-Kumitat minn grupp imdaqqas ta' LSEs Għawdxin.", "Ovvjament hija korrispondenza li nifhem li għad trid tiġi diskussa u tingħata wkoll tweġiba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, imbagħad niftiehmu dwar f'liema laqgħa se niddiskutu din il-materja.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Naħseb nistgħu naqblu li titpoġġa fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Said, tista' tgħidli x'inhu eżattament is-suġġett dwar din il-materja?", "CHRIS SAID: Hemm korrispondenza li għaddiet minn grupp ta' LSEs lill-Kumitat, liema korrispondenza ilha għaddejja ftit.", "KEVIN CUTAJAR: Dawn l-LSEs għandhom numru ta' kwestjonijiet xi jressqu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil li għal-laqgħa li jmiss din il-materja nniżżluha fuq l-aġenda?", "(Onor. Membri: Iva) Jidher li hawn qbil dwar dan u nistgħu mmexxu.", "L-AĊĊESSIBILITÀ FIR-RIGWARD TAL-KONNETTIVITÀ BEJN MALTA U GĦAWDEX - KONT.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għas-suġġett tal-lum li huwa l-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq l-aċċessibilità fir-rigward tal-konnettività bejn Malta u Għawdex.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Jekk irridu nkomplu mexjin fuq l-aħħar laqgħa, konna ttrattajna l-ewwel aspetti tal-aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex.", "Imbagħad konna qbilna li llum nistgħu nibdew fuq il-parti tal-aċċessibbiltà li tittratta l-konnettività permanenti.", "Fil-fatt, fl-aħħar laqgħa tkellimna dwar il-konnettività diġitali, it-tieni interconnector, u tkellimna wkoll dwar ir-raba' vapur tal-Gozo Channel, il-vapur tal-merkanzija, eċċ. Naħseb li baqa' diversi kwestjonijiet oħrajn, u llum, anke in vista tal-fatt li għandna magħna numru ta' mistednin online li jixtiequ jitkellmu dwar l-aċċessibilità, nistgħu nibdew b'dan l-aspett.", "CHRIS SAID: Dwar l-issue tal-konnettività permanenti – il-permanent link – hawnhekk qed nitkellmu fuq issue li hija iktar long-term, li matul l-aħħar snin smajna u rajna diversi sottomissjonijiet dwarha.", "Ovvjament għandek min hu favur u min hu kontra.", "Iż-żewġ partiti ewlenin tkellmu diversi drabi dwarha wkoll u poġġewha wkoll fil-programm elettorali – jekk m'iniex sejjer żball – tal-aħħar żewġ elezzjonijiet, tal-2013 u l-2017, però qegħdin f'sitwazzjoni fejn naħseb li hemm bżonn ħafna iktar informazzjoni u konsultazzjoni.", "Aħna bħala Oppożizzjoni qegħdin nisħqu li l-Gvern mhux jagħti informazzjoni biżżejjed u li mhux qed jikkonsulta biżżejjed.", "Ovvjament, biex wieħed ikun jista' jasal għall-aħjar deċiżjoni dwar din il-proposta kbira – għax mhijiex proposta żgħira – naqblu li hija proposta li fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha, fis-sens li fiha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha, bħal kull ħaġa oħra, però biex wieħed ikun jista' jasal għall-aħjar deċiżjoni, anke n-nies, b'mod partikolari l-Għawdxin, ikunu jistgħu jaslu biex jifformaw deċiżjoni tajba hemm bżonn żewġ passi importanti, u ċjoè l-informazzjoni u l-konsultazzjoni.", "Aħna nsostnu li fejn tidħol l-informazzjoni huwa importanti li mhux ngħidu li poġġejna studju fuq il-website.", "Jekk l-istudju sar minn nies tekniċi – u ħafna drabi hekk ikun – dak l-istudju mhux se jinftiehem minn kulħadd u għalhekk huwa importanti li tingħata l-informazzjoni fuq dawk l-istudji li jkunu saru, it-tajjeb u l-ħażin li joħroġ minn dawn l-istudji, kif ukoll l-informazzjoni ta' x'sar fejn jidħlu studji u liema studju jonqos.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk qed nitkellmu dwar l-istudju tal-fattibilità dwar jekk il-mina tistax issir jew le mill-mod ġeoloġiku dak mod, imma jekk qed nitkellmu fuq l-istudju ta' x'impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku l-mina jew kull tip ta' permanent link se jkollha fuq Għawdex, m'għandix dubju li hawnhekk wieħed irid jidħol ħafna iżjed fil-fond.", "Safejn naf jien, illum l-uniku studju li sar f'dak il-lat huwa l-istudju mill-Gozo Business Chamber minn persuna waħda – li nneħħilha l-kappell għall-kompetenza tagħha – però naħseb wieħed irid jidħol ħafna iżjed fil-fond għaliex m'għandix dubju li hemm impatt li huwa far reaching fuq Għawdex – anke fuq Malta, però b'mod partikolari fuq Għawdex – minn proġett ta' dan it-tip.", "Allura l-ewwel u l-iktar ħaġa importanti li nisħqu fuqha hi li jkollna l-informazzjoni.", "It-tieni hija l-konsultazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, dwar il-konsultazzjoni l-Gvern irid jagħmel ħafna iżjed.", "Safejn naf jien, f'dawn l-aħħar tmien snin – almenu dawk li jingħataw pubbliċità, għax minn wara l-kwinti jew minn laqgħat li ma sarux b'mod pubbliku jew ma ngħatawx pubbliċità fuq dawn ma nistax ngħid – laqgħat pubbliċi ta' konsultazzjoni ma sarux u naħseb li dak huwa nuqqas.", "Hemm l-obbligu li wieħed jikkonsulta.", "Aħna bħala Oppożizzjoni ma ġejna kkonsultati prattikament qatt matul dawn is-snin fuq proġett daqshekk importanti, li m'għandix dubju li jekk se jsir – li wieħed għad irid jara d-deċiżjonijiet, l-istudji, eċċ. – mhux se jkun proġett ta' gvern wieħed, imma se jkun proġett li jolqot numru ta' leġiżlaturi.", "Allura huwa importanti li jkun hemm dan il-proċess ta' konsultazzjoni biex wieħed ikun jista' jasal għad-deċiżjoni finali jekk għandux isir jew le, il-fattibilità tiegħu jew le, u kif jolqot lil Għawdex u lill-Għawdxin.", "Għalissa se nieqaf fuq dawn iż-żewġ punti biex ikollna l-opportunità nisimgħu wkoll lill-kollegi tiegħi, kif ukoll l-għaqdiet li għandna rappreżentati.", "Nerġa' nisħaq fuq l-iktar ħaġa importanti li f'dan l-istadju hija żgur l-informazzjoni korretta bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi tar-rapporti li saru, kif ukoll x'jonqos isir, u anke mbagħad il-konsultazzjoni f'kull stadju tal-proċess biex meta tiġi biex tittieħed id-deċiżjoni finali, verament tkun deċiżjoni li tkun ittieħdet bl-aħjar mod possibbli u wara l-parteċipazzjoni ta' kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Ħafna affarijiet li xtaqt ngħid diġà tkellem dwarhom l-Onor.", "Chris Said, għalhekk mhux se nerġa' nirrepetihom.", "Però hemm ħaġa waħda li nixtieq nenfasizza u nixtieq li min qed jismagħna, partikolarment l-Għawdxin, jifhmu u japprezzaw hija li l-permanent link, issa l-mina – għaliex illum hemm qbil bejn iż-żewġ partiti li l-għażla għandha tkun ta' mina – għandha ssir biss jekk tkun se tissarraf f'opportunità għal Għawdex.", "Illum naħseb li qegħdin f'sitwazzjoni fejn ir-reazzjonijiet huma mħalltin: mhux kulħadd hu tal-fehma li l-permanent link, il-mina, hija opportunità għal Għawdex, u s-suspett tiegħi hu li din is-sitwazzjoni nħolqot għaliex matul dawn l-aħħar tmien snin, fejn kellna Gvern Laburista, rajna li l-komunikazzjoni man-nies dwar x'qed jiġri jew kienet nieqsa jew kienet ftit li xejn.", "U biex wieħed iwassal politika daqstant importanti fejn tidħol il-konnettività, proġett daqstant importanti li jekk isir ikun l-ikbar proġett li Għawdex qatt kellu, naħseb kien nuqqas min-naħa tal-Gvern preżenti li mewwet ħafna l-konsultazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li matul l-aħħar sentejn, tlieta tal-aħħar leġiżlatura ta' Gvern Nazzjonalista ma kenitx qiegħda ssir, anzi kien qed isir l-oppost.", "Niftakar li meta l-Onor.", "Chris Said kien Ministru saru laqgħat ta' konsultazzjoni u ngħatat informazzjoni dwar dan il-proġett, u kien inħoloq ċertu entużjażmu u interess qawwi fost l-Għawdxin dwar dan il-proġett x'kien se jfisser għal Għawdex.", "Għalhekk l-appell tiegħi hu li malajr kemm jista' ikun, irrispettivament minn x'jiġri jekk il-permanent link issirx jew le, il-Gvern preżenti jrid jerġa' jimbarka, partikolarment il-Ministeru għal Għawdex għaliex huwa l-vuċi prinċipali, jew suppost huwa l-vuċi prinċipali tal-Għawdxin, fuq komunikazzjoni, fuq djalogu man-nies biex in-nies jifhmu eżattament x'qed jiġri u x'għad fadal isir.", "Chris Said, għad baqa' wkoll numru ta' studji li għad iridu jsiru – għaliex naħseb hemmhekk għad baqa' l-ikbar dubju f'moħħ in-nies – u eventwalment din x'se tkun qiegħda ssarraf għal Għawdex.", "Dak huwa l-appell li nixtieq nagħmel jien f'dan ir-rigward.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JOSEPH ELLIS: Ma naħsibx li għandna nħallu l-attenzjoni tagħna tkun iffokata biss fuq din il-kwestjoni tal-mina għaliex, jekk din il-mina xi darba se ssir, ċertament li dan huwa proġett fit-tul u qegħdin nitkellmu fuq timeframe ta', pereżempju, is-sena 2030.", "Sas-sena 2030 se jkun hemm ħafna żviluppi f'Għawdex, u mhux f'Għawdex biss, kif ukoll fil-mod kif isir it-trasport tal-persuni.", "Jiġifieri jista' wkoll jinċidi fuq kwalunkwe mezz ta' aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer.", "Illum għandna kwestjonijiet iktar pressanti li rridu nindirizzawhom, irrispettivament mill-istudji li jridu jsiru dwar il-mina u dwar jekk din il-mina hijiex fattibbli jew le.", "Għandek il-kwestjoni tal-vapuri u meta se jinbidlu.", "Għandek il-kwestjoni tar-raba' vapur.", "Għandek il-kwestjoni tas-servizz lejn il-Port il-Kbir.", "Issa se jkollna l-fast ferry li huwa limitat għall-passiġġieri biss, kif qed jipproponih il-Gvern, xi ħaġa li għadna ma fhimnihiex.", "Irridu naraw il-Gozo Channel x'beħsiebha tagħmel issa li se jkun hemm moll ġdid fil-Belt Valletta għall-użu tal-fast ferry, jekk il-Gozo Channel hijiex beħsiebha tibda tuża wieħed mill-vapuri tagħha ħalli tilħaq dak li suppost qed tagħmel skont il-public service obligation li għandha li topera servizz bejn Sa Maison u l-Port il-Kbir u Għawdex.", "Dawn huma kwestjonijiet li jridu jiġu indirizzati llum, u fl-istess ħin f'Għawdex ir-rata ta' żvilupp għaddejja, irrispettivament jekk hux se ssir mina jew le.", "Jiġifieri anke din irridu narawha, mhux għaliex qed isir l-iżvilupp, imma l-mod kif qed isir dan l-iżvilupp.", "Naħseb li dawn huma l-kwestjonijiet li għandna niffokaw fuqhom b'mod immedjat, filwaqt li ovvjament il-kwestjoni tal-mina se tibqa' dejjem għaddejja.", "Se tibqa' dejjem id-diskussjoni: hemm min hu favur tagħha b'ruħu u b'ġismu, hemm min hu kontriha b'ruħu u b'ġismu, hemm min hu favuriha għal ċerti raġunijiet, hemm min hu kontriha għal ċerti raġunijiet.", "Biss, minkejja din id-diskussjoni, xorta waħda l-kwestjonijiet li semmejt iridu jiġu indirizzati.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Permezz ta' video conferencing nilqgħu magħna lin-Nutar Christian Zammit mill-Ministeru għal Għawdex, lis-Sur Daniel Cilia, lis-Sur George Mario Attard, lis-Sa Ruth Mercieca mill-Moviment Graffitti u lis-Sinjura Maria Grazia Cassar mill-NGO Din L-Art Ħelwa.", "lS-SA MARIA GRAZIA CASSAR (Din l-Art Ħelwa): Grazzi, Sur President, però ftehemna li se jibda s-Sur Daniel Cilia.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Daniel Cilia.", "IS-SUR DANIEL CILIA (Moviment Graffitti): Grazzi li qegħdin hawn għal darb'oħra.", "Ruth ma setgħetx tkun magħna għaliex għal kull laqgħa li kellna kellha bżonn tieħu ġurnata leave.", "Issa peress li din hi t-tielet ġurnata li fiha qed niddiskutu dan is-suġġett, ma setgħetx tieħu ġurnata leave oħra.", "Nixtieq nikkummenta dwar xi ħaġa li ntqalet s'issa.", "Jekk m'iniex sejjer żball, f'Jannar tal- 2019, Dr Franco Mercieca, li kien il-Head tal-iSteering Committee ta' fuq il-panel, kien għamel dikjarazzjoni qawwija ħafna meta qal: \"The debate is closed u t-tunnel se ssir\".", "Jekk il-każ hu hekk, ma nafx għalfejn għadna niddiskutu dwar it-tunnel la se ssir mingħajr ma nafu ħafna affarijiet dwarha, kif tkellimna fil-passat u fil-preżentazzjoni li għamilna iktar minn xahar ilu.", "Din tal-informazzjoni, kif qal l-Onor.", "Kevin Cutajar, naħseb hija l-iktar ħaġa li tinkwieta lill-Għawdxin, għaliex qegħdin jingħadu ħafna affarijiet u ma qed jingħad xejn sa ċertu punt.", "Huwa inutli li qed ngħidu li se ssir il-mina u m'aħniex se nkunu nafu x'hemm fl-istudji ġeoloġiċi, li huma importanti.", "L-Onor.", "Joseph Ellis semma s-sena 2030, u dan jekk kollox imur sew, għaliex jekk hemm il-problema hemm isfel, kif sirna nafu li donnu hemm, jista' jkun li se ddum ħafna iktar biex issir.", "Jista' jkun ukoll, allaħares qatt, li l-problemi li jkun hemm ma jissolvewx kompletament … Din hija xi ħaġa li qal il-Ministru Ian Borg lil xi ħadd personalment, u jien personalment lil din il-persuna nafha u ma naħsibx li kienet qed tigdeb jew qed tivvinta fuq il-Ministru Ian Borg meta qallu li x-xogħol tal-mina jista' jibda u ma jispiċċa qatt, fis-sens li jibda jsir it-tħaffir, ikun hemm il-problemi u nagħmlu full stop.", "Jalla mhux hekk għaliex lanqas ħaqq il-flejjes li jintnefqu!", "JOSEPH ELLIS: Sur Cilia, skużani se ninterrompik.", "Għalhekk jiena sħaqt li rridu nikkonċentraw fuq l-iktar kwestjonijiet pressanti.", "Ħafna affarijiet iridu jiġu solvuti llum qabel għada.", "Kif qal l-Onor.", "Ellis, il-Virtù Ferries ħabbar li se jibda jaħdem bil-katamaran.", "Il-katamaran, jekk dan jieħu l-liċenzja, għandu spazju jidhirli għal madwar 40 karozza, u se jkun vojt hemm isfel, li għalija hija ħela.", "Missieri dejjem kien jgħid li aħjar tisraq milli taħli għaliex il-ħela ma tieħu xejn minnha.", "Se jkun hemm spazju għal 40 karozza, it-traġitt se jsir u xorta mhux se jkun hemm karozzi fuq dan il-katamaran.", "Jien se nieqaf hawnhekk bħala introduzzjoni.", "Nixtieq inħalli l-kelma lil George Mario Attard fuq il-ħaddiema għaliex naħseb li huwa bniedem li jaqsam bejn il-gżejjer u għandu esperjenza tiegħu, anke għan-nom tal-Moviment Graffitti.", "Naħseb li huwa tajjeb li nisimgħu l-opinjoni tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insejjaħ issa lis-Sur George Mario Attard.", "IS-SUR GEORGE MARIO ATTARD (Moviment Graffitti): F'isem il-Moviment Graffitti nirringrazzjakom tal-istedina biex nipparteċipaw f'din id-diskussjoni.", "Ta' min jinnota l-fatt li kellna nattendu żewġ laqgħat biex inkunu nistgħu nsemmgħu leħinna u dan qed ngħidu b'rispett għaliex hawnhekk suppost qed tiġi rappreżentata s-soċjetà Maltija kollha.", "Hawnhekk m'aħniex qed niddiskutu proġett biss tal-Għawdxin.", "Jekk xejn, il-pandemija kompliet turi kemm nies għal raġunijiet diversi jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer bi frekwenzi differenti, u dan kollu rridu neħduh inkonsiderazzjoni meta se niddiskutu proġett bħal dan.", "Bħala student jew ħaddiem li nixtieq inkompli nitgħallem u nopera f'Malta, jien irrid niddedika ċertu ħin u ammont ta' flus biex inkun nista' naqsam bejn il-gżejjer, idealment bit-trasport pubbliku, jiġifieri x-xarabank u l-vapur, u x-xarabank tkun bejn iż-żewġ gżejjer.", "Li nixtiequ nistaqsu hu jekk sarx studju li jidentifika liema huma l-irħula jew bliet f'Malta l-iktar li qegħdin jattiraw il-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin biex inkunu nistgħu nindirizzaw il-ħtieġa li ntejbu l-aċċessibbiltà li tipprovdi soluzzjoni tant bżonjuża bit-trasport pubbliku.", "Dan qed ngħidu rigward il-proposta tal-fast ferry u xi proġetti oħrajn li se jiġu proposti fil-futur.", "Għaliex mhux diġà qegħdin ninċentivaw mezzi pubbliċi ta' trasport alternattiv li jħarsu lejn miri ambjentali, fosthom it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-dijossidu tal-karbonju u n-nitroġenu, speċjalment meta għandna miri stipulati mill-Ewropa biex nilħquhom fl-2050.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu li forsi l-proġett tal-mina jitlesta fis-sena 2030, li minnu nnifsu qed jinċentiva iktar użu ta' karozzi li biex inbiddlu l-vetturi kollha se jieħu żgur għexieren ta' snin.", "Naħseb ta' min naraw fejn huma l-miri u l-ambizzjonijiet tagħna biex fl-aħħar mill-aħħar inkunu wkoll konformi mal-blokk Ewropew.", "Fir-rigward ta' dan kollu, sew jekk il-fast ferry jew inkella l-mina, huwa minnu li l-ħin tal-ivvjaġġar se jkun qed jonqos?", "Nixtiequ li dawn l-affarijiet jittieħdu bis-serjetà.", "Kif se jassigura l-Gvern li jkun hemm trasparenza assoluta, bi gwidi ċari fir-rekwiżiti u fil-proċess ta' evalwazzjoni, meta persuna Għawdxija jew xi ħadd residenti Għawdex japplika għar-rifużjoni jew għajnuna meta resident ikun qed isegwi kors f'Malta jew inkella jaħdem f'Malta?", "Il-Ministru kien assigurana li se jkun hemm xi tip ta' inċentiv li jissussidja lill-istudenti jew lill-ħaddiema, imma huwa tajjeb li jsemmielna xi eżempji.", "Se jkollna xi tip ta' assigurazzjoni li se jkun hemm proċess trasparenti li jilħaq lil kulħadd fis-soċjetà tagħna?", "Għaliex din hija xi ħaġa li tolqot lil kulħadd.", "Dwar il-proġett tal-mina jeħtieġ isiru studji serji, li hawnhekk qisu kulħadd qed jaqbel dwarhom.", "Però jridu jindikaw x'inhuma l-bżonnijiet immedjati u attwali tan-nies illum.", "Il-mina, kif nafu, ilha tissemma s-snin, però aħna fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq il-preżent u fuq il-futur, u xi ħaġa bħal dan il-proġett trid tiġi riveduta għall-mezzi li llum huma konformi mal-ambizzjonijiet globali.", "Hemm bżonn naraw liema modalità jew modalitajiet ta' trasport jeħtieġ jiġu implimentati biex dawn jiġu indirizzati b'mod ħolistiku u għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.", "Biex il-proġett ikun finanzjarjament sostenibbli għall-investitur, kif qed jiġi propost illum jeħtieġ li jgħaddu madwar 9,000 vettura kuljum.", "Allura nistaqsu: Il-vijabbiltà tal-proġett se jkun servizz finanzjarjament aċċessibbli għall-poplu kollu li jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer?", "Nerġgħu nistaqsu: Se tkun qed tiġġenera iktar traffiku fit-toroq tagħna u żżid il-ħin tal-ivvjaġġar?", "Hawn jeħtieġ li jkun hawn trasparenza dwar kemm il-Gvern se jikkommetti li jissussidja l-proġett mit-taxxi tal-poplu biex il-privat ikun jista' jopera dan is-servizz b'mod li verament ikun aċċessibbli u jiffaċilita konnettività aħjar bejn il-gżejjer.", "Il-fatt li dan il-proġett se jkun f'idejn il-privat iħassibna għaliex l-interess tal-investitur privat huwa li jiġġenera profitt u mhux li jservi lin-nies.", "Kemm hi realistika li l-mina se tiġi ffinanzjata għal kollox mis-settur privat?", "Il-Gvern se jassigura li n-noll jibqa' affordabbli għas-soċjetà kollha?", "Għalkemm l-ammont ta' flus meħtieġ biex tinbena l-mina għadu ma ġiex determinat, l-indikazzjonijiet huma li l-fażi ta' kostruzzjoni biss se tilħaq ċifri ta' madwar €300 jew €500 miljun, biex ma nsemmux l-ispejjeż addizzjonali ta' spezzjonijiet, operazzjonijiet u manutenzjoni li jkunu meħtieġa li jsiru kull sena.", "Wieħed bilfors jistaqsi jekk l-investiment mill-privat hux se jkun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż kollha involuti, jew jekk il-Gvern hux se jkollu eventwalment jissussidja l-proġett mit-taxxi tal-poplu.", "F'dan ir-rigward fuq il-konnettività ta' Għawdex, bħalma wera tajjeb fil-preżentazzjoni tiegħu s-Sur Cilia, aħna nistaqsu: Sar progress jew rigress rigward konnettività għall-Għawdxin u Maltin li jaqsmu u li għandhom interess jaqsmu bejn il-gżejjer?", "Meta wieħed iħares lejn is-servizzi li kienu joperaw u jiġu offruti fil-passat nistgħu ngħidu li f'dan il-qasam kien hemm rigress u mhux progress.", "Hija ironika li minkejja l-progress ekonomiku li jagħmel il-pajjiż u l-progressi fit-teknoloġija, speċjalment fejn tidħol il-konnettività u l-modalitajiet ta' trasport li jgħaddu bejn iż-żewġ gżejjer, il-Gvern baqa' jkaxkar saqajh u naqas milli jimplimenta proġetti effiċjenti li verament isolvu l-problemi ta' konnettività għall-Għawdxin.", "Għalhekk, jekk se jsir proġett bħal dan, ejjew nagħmluh sew u b'mod li verament ikun jaqdi l-bżonnijiet tal-poplu kollu.", "U biex dan ikun possibbli jeħtieġ li jsiru studji serji li jkunu jistgħu jindikaw x'inhuma l-bżonnijiet immedjati tan-nies illum u naraw liema modalitajiet ta' trasport jeħtieġu jiġu implimentati biex dawn jiġu indirizzati b'mod ħolistiku.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SINJURA MARIA GRAZIA CASSAR (Din l-Art Ħelwa): Il-preżentazzjoni tan-Nutar Christian Zammit uriet, kif qal ukoll is-Sur George Mario Attard qabli, li kien hemm sensiela ta' fallimenti matul iż-żmien, u aħna nsostnu li ma nixtiequx inżidu wkoll il-mina ta' taħt il-baħar ma' din il-lista.", "Għalhekk naħsbu li d-deċiżjoni għandha tkun frott ta' diskussjoni serja u trasparenti bbażata fuq studji li sal-lum huma neqsin.", "Qbilna fuq dan il-punt, però nixtieq insemmi liema huma dawn l-istudji.", "L-ewwel nett, naħseb li l-iktar punt importanti hu li l-proġett tal-mina ma ddaħħalx fl-istrateġija ta' Transport Malta tal-2016.", "Ma ssemma xejn fuq dan il-proġett.", "Kif jista' jkun inkomplu fuq din il-linja jekk lanqas fl-istrateġija nazzjonali tagħna mhu inkluż il-proġett tal-mina ta' taħt il-baħar?", "Jiġifieri l-ewwel ħaġa li trid issir hija li terġa' tinkiteb l-Istrateġija Nazzjonali għat-Trasport sas-sena 2050 u nżidu l-proġett tal-mina magħha, biex inkunu nafu verament jekk dan jistax ikun parti mill-istrateġija nazzjonali tagħna.", "Dan huwa nuqqas kbir, speċjalment għaliex żewġ punti minn din l-istess strateġija ta' Transport Malta tal-2016 jgħidu li jitnaqqas l-użu tal-karozza privata fil-futur, u wkoll hemm il-protezzjoni tal-ambjent kulturali u naturali Għawdxi.", "Naħseb li l-Gvern irid jibda minn dan il-punt l-ewwel nett.", "It-tieni punt huwa l-istudju dwar l-impatt fuq l-industrija tat-turiżmu, li huwa nieqes, apparti dawk li ssemmew diġà, fosthom l-istudju tal-impatt fuq l-ambjent mibni, iż-żieda tal-bini u l-kostruzzjoni, u l-effett li se jkollha fuq l-ekonomija u fuq l-ambjent.", "Irid isir ukoll studju fuq ir-reklamazzjoni tal-art, li huwa fattur importantissimu, huwa prodott dirett u konsegwenza tal-mina, liema studju jrid jiddaħħal mal-istudji kollha.", "Irridu naraw x'se jsir, mhux nagħmlu mina u r-reklamazzjoni tal-art tkun xi ħaġa apparti.", "Il-ħames punt huwa l-impatt ambjentali fuq il-wirt storiku fl-Imbordin u fin-Nadur, kif ukoll il-ħsara potenzjali fuq il-perched aquifer, fuq l-ilma ta' taħt l-art.", "Dawn l-istudji nafu li qegħdin isiru, però jridu jitlestew u jridu jkunu ppubblikati biex naraw eżattament l-impatt ta' dan il-proġett: forsi niddeċiedu li dan l-impatt nistgħu nevitawh.", "Kif semma fil-preżentazzjoni tiegħu s-Sur Cilia, il-proġett tal-mina jrid jinkludi wkoll l-idea ta' metro ta' trasport għall-massa.", "Ma nistgħux nikkonsidraw il-mina waħedha jekk ma nikkonsidrawx il-possibilità ta' trasport tal-massa wkoll.", "Jekk nagħmlu l-istudji sew insibu li dan il-proġett ta' mina għat-trasport tal-massa jimmitiga ħafna mill-effetti ambjentali li semmejna qabel u li jitnaqqsu l-karozzi u nevitaw id-distruzzjoni tal-Imbordin f'Malta u tan-Nadur f'Għawdex fejn toħroġ il-mina, u verament noħolqu konnettività għall-Maltin u għall-Għawdin.", "Dawk kienu l-punti tiegħi.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Naħseb li meta tiġbor flimkien l-interventi li għamlu Daniel, Mario u Maria Grazia, il-punt prinċipali li joħroġ jibqa' dejjem l-importanza li jsiru l-istudji, isiru tajjeb, li mill-istudji tingħata l-informazzjoni kemm tajba kif ukoll ħażina, kemm ta' vantaġġi u kemm ta' żvantaġġi, imbagħad wara li jkun hemm dan kollu wieħed jikkonsulta abbażi ta' dak li jkun ħareġ.", "Biex nagħti eżempju, George Mario għamel lista twila ta' mistoqsijiet – rightly so – li jista' jkun li għandi risposta għal uħud minnhom, imma għal uħud oħrajn m'għandix.", "Huma n-nies tekniċi jew inkella l-esperti fl-oqsma rispettivi li se jkollhom risposta għal dawk il-mistoqsijiet.", "Biex nagħti eżempju ieħor, Maria Grazia staqsiet jekk hux se jkun hemm impatt fuq l-aquifer, fuq l-ilma, u bir-raġun tagħmilha dik il-mistoqsija.", "Aħna l-politiċi żgur m'għandniex ir-risposta għal dik il-mistoqsija, imma huma l-esperti li jridu jagħmlu l-istudji u jagħmluhom tajjeb u mhux ta' malajr, ħalli mbagħad dawk l-istudji jiġu mfissra.", "Hawnhekk norbot ma' punt li jista' jkun għamel is-Sur George Mario Attard dwar l-istudji ġeoloġiċi.", "Qed nisma' mistoqsijiet bħal: Dawn huma lesti?", "X'qegħdin juru?", "Dawn qegħdin juru fattibilità, jiġifieri jekk il-mina tistax tgħaddi minn ġol-blat?", "Tista' ssir jew ma tistax issir skont dawk l-istudji?", "Jekk tara l-istudji fuq il-website, ma nifhmuhomx aħna jew nies kważi esperti.", "Mela, se jifhmuhom il-maġġoranza tal-Għawdxin li mhumiex persuni tekniċi fejn tidħol il-ġeoloġija?", "Allura għalhekk l-importanza li mhux biss isiru l-istudji, li jsiru tajjeb u li joħorġu kemm il-vantaġġi u kemm l-iżvantaġġi, imma li dawn jiġu mfissrin, li tingħata l-informazzjoni b'mod sempliċi li tinftiehem minn kulħadd.", "Dan qegħdin nisħqu fuqu aħna bħala Oppożizzjoni li huwa hekk biss li finalment tista' tittieħed id-deċiżjoni t-tajba.", "M'hawn xejn li għandu vantaġġi biss.", "Xi żvantaġġi kollox ikollu, però finalment wieħed ikun jista' jiżen u jara li jekk imur għal ċertu tip ta' proġett, il-vantaġġi by far jgħaddu l-iżvantaġġi.", "Illum din nistgħu nagħmluha prima facie, imma ma nistgħux nagħmluha b'ċertezza.", "Nistgħu nagħmluha biss b'ċertezza meta jkun hemm dawn l-istudji kollha u l-informazzjoni fuq dawk l-istudji.", "Il-mistoqsijiet li tqajmu mit-tliet rappreżentanti tal-NGOs naħseb li huma validissimi u jistgħu jiġu mwieġba biss billi fejn diġà saru l-istudji – għaliex hemm mistoqsijiet li fuqhom diġà saru studji – tingħata l-informazzjoni b'mod sempliċi lill-pubbliku, u minn hemmhekk toħroġ ir-risposta.", "Dawk il-mistoqsijiet li saru u li dwarhom għadhom ma sarux studji, nassiguraw li jsiru l-istudji u toħroġ l-informazzjoni.", "Huwa importanti li l-informazzjoni toħroġ u toħroġ kollha, anke fejn hemm l-iżvantaġġi.", "Aħna nappellaw lill-Gvern u lil Transport Malta li jkunu trasparenti u fejn hemm il-problemi jgħidu li hemm il-problemi; ikunu ċari u jgħidu liema huma l-vantaġġi, liema huma l-problemi, x'jista' jsir biex dawk il-problemi jingħelbu, jew inkella xi problemi hemm li jidher li mhummiex sormontabbli u allura jkollu jinbidel biċċa mill-pjan.", "Naħseb dak hu li qegħdin jistennew in-nies, li jkun hemm dan it-tip ta' kuntatt kontinwu fuq proġett daqshekk kbir, għaliex hawn mhux qed nitkellmu fuq jekk nagħtux it-tarmac lil xi triq jew le.", "Dan huwa proġett massiv li jekk isir ikun l-ikbar proġett li qatt sar f'pajjiżna, anke mil-lat ta' finanzi, u wieħed irid jidħol fl-aspetti kollha, jiġifieri kemm l-aspett ta' ġeoloġija kif ukoll l-aspett soċjali - anke din trid tissemma fil-mistoqsijiet – jiġifieri x'se jkun l-impatt soċjali fuq Għawdex.", "Għalija almenu dan huwa wieħed mill-ikbar fatturi li rridu nidħlu fid-dettall fih.", "It-trend tal-lum hi li persentaġġ qawwi taż-żgħażagħ Għawdxin – mhux kulħadd biex ma ninftiehemx ħażin - li jkunu komplew jistudjaw qegħdin jirrilokaw lejn Malta.", "Mhux qed imorru jaħdmu Malta, imma qegħdin imorru jgħixu Malta.", "Illum dan wassal għal sitwazzjoni fejn ż-żgħażagħ naqsu drastikament bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu.", "Allura fis-snin li ġejjin, mina u mhux mina, x'nistgħu nagħmlu to reverse the trend?", "Għaliex fejn għandek soċjetà li fiha m'hemmx il-faxxa taż-żgħażagħ jew inkella l-faxxa taż-żgħażagħ naqset, ikun hemm ċerti riperkussjonijiet.", "Għalhekk tajjeb li wieħed jistaqsi: It-trend ta' dawn l-aħħar snin kif tista' tiġi mdawra?", "Din it-trend bdiet bil-mod, imma mbagħad qisha qabdet rankatura f'ċerti snin.", "Dawn huma mistoqsijiet li jien u sħabi m'għandniex il-bakketta maġika biex niksbu s-soluzzjoni għalihom.", "Is-soluzzjonijiet jistgħu jiġu biss permezz ta' studji, informazzjoni, diskussjoni, kif ukoll b'konsultazzjoni mal-oqsma kollha, inkluż maż-żgħażagħ li rrilokaw.", "Wieħed għandu jistaqsi: Inti x'ġegħlek tirriloka lejn Malta?", "Għaliex xtrajt id-dar tiegħek Malta meta inti trabbejt u kbirt f'Għawdex?", "U tibda tifhem ftit x'inhuma dawn il-problemi.", "Mill-mistoqsijiet li għamel is-Sur George Mario Attard tinduna kemm il-kwestjoni hi komplessa, u li mhijiex materja li tista' tfaqqa' subgħajk u ssib is-soluzzjoni, għalhekk huwa tajjeb li qegħdin niddiskutuha u li hemm il-ħsieb li wieħed jidħol fid-dettall u jara hemmx fattibilità jew le.", "Fl-opinjoni tagħna, dan hu l-aktar li hemm bżonn isir f'dan il-mument, jiġifieri li tingħata informazzjoni tajba, kif ukoll li ssir konsultazzjoni.", "F'isem l-Oppożizzjoni nirringrazzjakom tal-interventi li għamiltu għaliex qajjimtu mistoqsijiet importanti ħafna.", "F'isem l-Oppożizzjoni se nitlob li għal-laqgħa li jmiss ikun hawn rappreżentanza ta' Transport Malta, speċjalment ta' min qed jaħdem fuq dan il-proġett, biex inkunu nistgħu flimkien nagħmlulhom il-mistoqsijiet u naraw fejn waslu l-istudji, xi studji jonqos u nkunu nafu jekk l-affarijiet humiex mexjin u f'liema direzzjoni mexjin.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Xi ħaġa li l-Onor.", "Chris Said għadu kif qal qed tfixkel ħafna.", "Jien nitkellem ma' ħafna nies u qed jistaqsu lili, qisni sirt xi espert!", "Imma mistoqsija li ma nistax nirrispondi hija: Jekk il-Gvern diġà għamel shortlist ta' erba' konsorzja, li dawn issa malli jintgħażlu jridu jibdew jagħmlu x-xogħol, dan l-istudju u l-informazzjoni kollha li qed nitolbu u nixtiequ, kemm aħna kif ukoll l-Oppożizzjoni u n-nies hemm barra, se jsiru?", "Jekk il-Gvern jiddeċiedi fuq konsorzju partikolari u jgħidlu li jista' jibda jibni … Milli nista' nifhem f'dik il-fażi qegħdin.", "Qed nitkellmu fuq Jannar tal-2020.", "CHRIS SAID: Jien ma fhimtx bħalek, fis-sens li allaħares huwa hekk.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Imma hekk hu għax meta l-Ministru Ian Borg iltaqa' ...", "CHRIS SAID: Din hija xi ħaġa li naħseb li tista' toħroġ ċara minn Transport Malta meta nitolbuhom biex ikunu preżenti.", "Meta ħarġet is-sejħa, mhijiex is-sejħa finali – ovvjament subject to be corrected … Għalhekk huwa ferm importanti li l-Gvern jagħti l-informazzjoni t-tajba, għax in-nuqqas ta' informazzjoni jġib it-taħwid fl-imħuħ.", "Jien fhimt li f'din is-sejħa kien hemm anke l-libertà li wieħed jipproponi kull tip ta' link permanenti.", "Jiġifieri l-Gvern għadu f'dik il-fażi li għad irid jara biex se joħorġu dawk li huma interessati.", "Dan x'fhimt jien, imma għal darb'oħra subject to correction.", "Jien li qiegħed hawn u nsegwi l-ħin kollu għandi din il-mistoqsija f'moħħi, aħseb u ara dawk in-nies li qegħdin isegwuna, u anke dawk li mhumiex isegwuna, li ma għandhom l-ebda informazzjoni.", "Jekk inti, Daniel, li qed issegwi dan is-suġġett mill-qrib, tikteb fuqu, titkellem fuqu u għamilt il-preżentazzjonijiet, għandek mistoqsija kbira fuq din, aħseb u ara l-pubbliku inġenerali.", "Forsi hawnhekk jista' jikkorreġini jew jagħtina ftit iktar informazzjoni, għalkemm ma taqax direttament taħtu, Dr Christian Zammit.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Nirringrazzjak u nirringrazzja wkoll lill-mistednin li qegħdin magħna tal-interventi tagħhom.", "Nixtieq ngħaddi żewġ punti prinċipalment.", "Wieħed minnhom jibni fuq u nieħu spunt minn dak li qal l-Onor.", "Said, li jiftaħ ukoll spektrum qawwi ħafna tal-impatt, jew l-effett, jew il-konsegwenza li jista' jkollu l-link permanenti, li huwa l-aspett soċjali.", "Is-soċjetà Għawdxija, il-link permanenti, jew in-nuqqas tiegħu, jew jekk isir, kif se jinbidel?", "Aħna llum nafu, u minn hawn nieħu l-ispunt milli semma l-Onor.", "Said, dwar l-esodu tal-istudenti u żgħażagħ minn Għawdex.", "Din hija realtà u nkunu qed niżbaljaw jekk ma nammettuhiex.", "U din ma bdietx ilbieraħ, imma f'dawn l-aħħar snin żdiedet u żdied ir-ritmu tagħha.", "Mhijiex neċessarjament xi ħaġa li bilfors u totalment hija ħażina għaliex dak ifisser l-ammont ta' żvilupp li rajna fl-Għawdxin, li l-Għawdxin jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom u jimxu 'l quddiem, li hija ħaġa tajba.", "Imma mbagħad kien hemm mill-banda l-oħra l-aspett l-ieħor li ħalla dan il-vojt, dan il-vakum tal-ġenerazzjoni żagħżugħa Għawdxija.", "Sur President, dan huwa vakum li qed jimlew ħafna Maltin u wkoll ħafna barranin.", "Jien noqgħod ix-Xagħra f'Għawdex, u sa ftit snin ilu hemmhekk ma kontx issib ħafna barranin.", "Il-barranin li kont issib kienu forsi Ingliżi, forsi ftit Ġermaniżi, imma mhux nazzjonalitajiet oħrajn.", "Illum, jekk tmur tagħmel il-house visits issib nies minn kull ġens, fosthom mil-Liberja, mill-Afrika, u minn kull kantuniera tad-dinja.", "Dan mhuwiex neċessarjament żvilupp negattiv, però huwa żvilupp li naħseb li taqblu miegħi se jkollu il-konsegwenzi tiegħu fuq il-ħajja soċjali f'Għawdex.", "Dan għax ovvjament kull min jiġi minn barra se jġib il-kultura tiegħu, se jġib it-tradizzjonijiet tiegħu, se jġib il-mod kif jgħix.", "Din hija xi ħaġa li sal-lum naħseb li għadna m'aħniex qed nagħtuha attenzjoni biżżejjed.", "Allura, jekk ma jsirx il-link – għax imbagħad dan huwa l-punt – dan il-fenomenu soċjali, li għandi nifhem li se jibqa' jikber għaliex il-vakum, speċjalment il-ġenerazzjoni Għawdxija, qiegħed hemm, x'effett se jkollu fuq Għawdex?", "U għall-kuntrarju tal-argument, jekk isir il-link permanenti, il-vakum li qed jinħoloq illum se nwaqqfuh?", "Jien nixtieq nara studju, nixtieq nara analiżi serja u studjata li tagħtina ftit għarfien dwar kif din tista' tiżviluppa u dwar ix-xenarji kollha li jista' jkollna quddiemna.", "Naħseb li l-Għawdxin dik qegħdin jistennewha wkoll biex ikunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni informata.", "Forsi n-Nutar Christian Zammit ikun jista' jirrispondi għal din.", "L-interventi kollha li saru saħqu fuq in-nuqqas ta' informazzjoni, komunikazzjoni u djalogu dwar il-link permanenti x'se ssarraf għal Għawdex.", "Ovvjament, il-proġett nifhem li huwa f'idejn Transport Malta, li jaqa' taħt ministeru li mhuwiex il-Ministeru għal Għawdex, imma l-Ministeru għal Għawdex – f'ġieħ kemm hemm! – huwa l-Ministeru li jirrappreżenta l-interessi tal-Għawdxin, u allura llum għandu jew il-privileġġ jew l-unur li jirrappreżenta l-Ministeru għal Għawdex.", "Jista' n-Nutar Zammit jgħidilna jekk il-Ministeru għal Għawdex huwiex kuntent u sodisfatt bl-ammont ta' komunikazzjoni u djalogu li qed isir mal-Għawdxin u l-informazzjoni li qed tingħata?", "Jekk le, x'qed jagħmel biex jara li jkun hemm iktar informazzjoni hemm barra, sabiex il-mistoqsijiet tal-Għawdxin, inkużi anke l-mistednin li hawn magħna llum, ikollhom it-tweġibiet għalihom?", "DR CHRISTIAN ZAMMIT (Ministeru għal Għawdex): L-ewwel nett, il-waranofsinhar it-tajjeb.", "Ovvjament huwa ta' pjaċir tiegħi li nerġa' nkun hawn magħkom illejla.", "Jidher biċ-ċar li dan il-kumitat parlamentari, li twaqqaf ftit taż-żmien ilu, qed jaqdi rwol importanti peress li qed jindirizza kwestjonijiet li jolqtu lil Għawdex u lill-Għawdxin fil-laħam il-ħaj, il-bread and butter issues prattikament.", "Ħadt nota ta' diversi punti li kienu qed iqajmu wkoll is-Sur Cilia, is-Sur Attard u s-Sinjura Cassar mill-għaqdiet mhux governattivi preżenti, peress li huma kwestjonijiet li qed nindirizzaw anke bħala Ministeru għal Għawdex.", "Sfortunatament, illum il-Ministru Camilleri ma setax ikun magħna.", "Però, kif tafu intom, l-espożizzjoni tiegħi kienet tittratta diversi kwestjonijiet relatati mal-aċċessibilità.", "Dan huwa punt li llum ngħid li huwa kardinali: l-aċċessibilità fiżika ta' Għawdex, il-kwestjoni tal-mina.", "Bħalissa l-proċess wasal fl-istadju li Infrastructure Malta qabbdet kumitat ta' evalwazzjoni, liema kumitat qiegħed jevalwa s-sottomissjonijiet ta' erba' konsorzji differenti.", "Dan l-istadju huwa wieħed sensittiv immens peress li għandek l-evalwazzjoni ta' erba' offerenti.", "F'dan l-istadju, aħna, bħala Ministeru għal Għawdex, kontinwament nikkonsultaw u nikkomunikaw ma' Infrastructure Malta, però naħseb li f'dan l-istadju, fejn jidħol il-lat tekniku ...", "CHRIS SAID: Dr Zammit, fuq il-kwestjoni tal-evalwazzjoni li qed issir minn Infrastructure Malta, x'tip ta' evalwazzjoni qed issir?", "Se jintgħażel, kif qal is-Sur Cilia, min se jibda jħaffer is-sena d-dieħla?", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Nirringrazzjak talli speċifikajt dan il-punt partikolari.", "Ovvjament, jien naħseb li f'dan l-istadju – norbot anke mal-proposta li għamilt int – peress li ovvjament għandek kwestjoni ta' kunfidenzjalità u kwestjoni ta' sensittività fejn tidħol l-evalwazzjoni, fl-aħħar mill-aħħar hija xi ħaġa teknika immens.", "Għaldaqstant, dan il-punt, dan is-suġġett, dan il-proġett huwa fi ħdan Infrastructure Malta, peress li huma n-nies tekniċi u kapaċi … Mhux għax qed ngħid li fil-Ministeru għal Għawdex m'hemmx nies kapaċi, però ovvjament huwa proġett ta' natura massiċċa, ta' natura nazzjonali, li jeħtieġ għarfien tekniku fejn jirrigwarda dan il-proġett.", "CHRIS SAID: Dr Zammit, nifhem perfettament il-pożizzjoni tiegħek u l-pożizzjoni tal-Ministeru li tirrappreżenta.", "Però aħna m'aħniex se niddiskutu ...", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Fil-fatt, Onor. Said, f'dan l-istadju naqbel mal-proposta tiegħek li eventwalment ikun hemm anke preżenti fil-futur qarib f'dan il-kumitat stess rappreżentant ta' Infrastructure Malta li jkun jista' jelabora, anke minħabba kwestjonijiet ta' sensittività kummerċjali, ta' kunfidenzjalità industrijali u kummerċjali, u ovvjament anke mil-lat tekniku, li jkun jista' jelabora u safejn jista' jelabora fi ħdan dan il-kumitat.", "CHRIS SAID: Qed naqblu, u se nagħmel it-talba fl-aħħar tal-laqgħa biex għal-laqgħa li jmiss ikun hawn rappreżentant ta' Infrastructure Malta.", "Ma tinteressanix l-evalwazzjoni u lanqas, f'dan l-istadju, x'offra liema konsorzju.", "F'dan l-istadju l-iktar li jinteressana – u naħseb li l-Ministeru għal Għawdex huwa informat – huwa minn din l-evalwazzjoni x'se joħroġ.", "Ir-riżultat finali x'se jkun?", "Dik hija l-mistoqsija.", "Nafu li ħarġet sejħa: għalxiex ħarġet din is-sejħa?", "Biex il-konsorzju li jintgħażel jibda x-xogħol jew biex il-konsorzju li jintgħażel jagħmel xi ħaġa differenti?", "Pereżempju, il-konsorzju li jintgħażel jibda jissottometti l-istudji, jibda jipprepara l-istudji, jibda jipprepara l-applikazzjonijiet.", "Qisu hemm xi taħwid.", "Aħna wkoll ma nafux ċar.", "Nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni fl-aħħar madwar sentejn ma kellha l-ebda informazzjoni, l-ebda laqgħa ta' konsultazzjoni, la min-naħa ta' Infrastructure Malta, la min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex, u lanqas mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Allura dan bilfors ipoġġina f'pożizzjoni li aħna rridu nagħmlu l-mistoqsijiet.", "Kważi kważi qegħdin fl-istess sitwazzjoni li qegħdin l-għaqdiet mhux governattivi u anke l-pubbliku inġenerali Għawdxi.", "Li jinteressana f'dan l-istadju huwa x'riżultati mistennija tagħti l-evalwazzjoni li qed issir.", "Minn din x'irid joħroġ?", "Jintgħażel l-aħjar konsorzju bl-aħjar idea jew inkella se jintgħażel il-konsorzju bil-mekkaniżmu kollu ta' x'tip ta' mina se ssir, kemm se tiswa, min se jħallas, kemm se jħallsu n-nies biex jaqsmu?", "X'se jkun l-eżitu ta' din l-evalwazzjoni?", "Għax jekk qed issir evalwazzjoni u ma nafux x'se jkun l-eżitu għandna problema.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Nirringrazzjak tal-mistoqsija.", "Inti semmejt is-sejħa.", "Biex inkun daqsxejn iktar preċiż, mhux għax kont skorrett, imma biex inkun preċiż fejn tidħol terminoloġija: kif għedt sewwa inti, Infrastructure Malta kienet ħarġet sejħa għal kumpaniji jew konsorzji li huma interessati fil-parteċipazzjoni fir-rigward ta' dan il-pre-qualification questionnaire (PQQ), li kien ħareġ f'Jannar tal-2020.", "Is-sejħa kienet eventwalment ġiet estiża sal-4 ta' Ġunju tal-2020 wara talba mill-offerenti prospettivi stess.", "Eventwalment, Infrastructure Malta kienet ħatret kumitat ta' evalwazzjoni, li preżentament jevalwa s-sottomissjonijiet tal-erba' offerenti.", "L-informazzjoni li għandna bħala Ministeru hija li, hekk kif tiġi fi tmiemha l-evalwazzjoni ta' dan il-kwestjonarju, imbagħad Infrastructure Malta timxi għall-pass li jmiss, ċjoè, Infrastructure Malta se tkun qiegħda tniedi djalogu dwar il-pjanijiet għall-implimentazzjoni ta' dan il-proġett mal-offerenti magħżula.", "Eventwalment, biex naqtgħu storja twila fil-qosor, dawn id-diskussjonijiet se jkunu qegħdin jiġu segwiti bil-ħruġ ta' tender, li jistgħu jipparteċipaw biss fih dawk l-offerenti li jkunu temmew b'suċċess il-fażi tal-PQQ.", "Dik hija l-informazzjoni li għandna aħna bħala Ministeru għal Għawdex.", "Ovvjament, fejn tirrigwarda informazzjoni iktar elaborata u teknika, jien tal-parir li eventwalment ikun hemm rappreżentant ta' Infrastructure Malta fuq dan il-kumitat biex ovvjament ikun jista' – fejn jista', anke minħabba, kif għedt qabel, natura ta' informazzjoni kummerċjali u sensittiva u industrijali – jelabora iktar fuq dak li qed isir.", "Però, mill-aħħar informazzjoni li għandna bħala Ministeru, preżentament il-Kumitat tal-Evalwazzjoni maħtur minn Infrastructure Malta qiegħed bħalissa jevalwa s-sottomissjonijiet ta' dawn l-erba' offerenti.", "JOSEPH ELLIS: Naħseb li lkoll qegħdin naqblu li tinħtieġ iktar informazzjoni min-naħa ta' Infrastructure Malta.", "Naħseb li iktar diskussjoni f'dan l-istadju tkun xi ftit sterili għaliex m'għandniex l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex wieħed jifforma opinjoni.", "Issa jien xtaqt, Dr Zammit, nagħmel referenza għal dak li semmejt inti fil-preżentazzjoni tiegħek madwar żewġ seduti ilu, fejn fost l-oħrajn kont għedt li mill-feedback li għandu l-Ministeru għal Għawdex jidhrilkom li s-settur tal-burdnara, tal-merkanzija, huwa sodisfatt bl-arranġamenti preżenti.", "Lilna jirriżultalna l-kuntrarju, li dan huwa settur li llum mhuwiex moqdi.", "Nhar il-Ġimgħa stess kellimni xufier u qalli li ġieli jdum jistenna seba' vapuri qabel ma jgħabbih il-vapur.", "Dan minħabba li tingħata prijorità lill-passiġġieri u dawk bil-karozzi, eċċ. Dan qed ikun ta' detriment kbir għas-settur kummerċjali f'Għawdex, u dan nista' nikkonfermah għax jien niltaqa' ma' bosta nies u lkoll jgħiduli l-istess ħaġa, li kulħadd ikollu jħallas iktar għall-overtime tal-ħaddiema eċċ, u dewmien kif ukoll għall-burdnara, li eventwalment dawn l-ispejjeż żejda se jispiċċaw ikollu jagħmel tajjeb għalihom il-konsumatur.", "Meta ttieħdet id-deċiżjoni li jieqaf is-servizz minn Sa Maison, konna nafu li l-Gozo Channel kellha tliet vapuri: illum għandha erba' vapuri u issa l-Gvern qed jgħid li se jinvesti €5 miljun biex ikun hemm moll ġdid fil-Port il-Kbir u anke biex itejjeb il-mollijiet li hemm.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Iż-żewġ portijiet.", "JOSEPH ELLIS: Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkonsidra li jerġa' jibda s-servizz għall-Port il-Kbir minn wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel?", "B'hekk ikun hemm link dirett għaċ-ċentru ta' Malta, li jfisser ukoll ħafna inqas emissjonijiet ta' CO2, ħafna inqas traffiku fit-toroq, u ovvjament dan is-servizz ikun miftuħ ukoll għall-passiġġieri.", "Jiġifieri qed naqleb naqra l-equation mill-fast ferry li qed jiġi limitat biss għall-passiġġieri.", "Naħseb li f'dan ir-rigward huwa tajjeb li l-Ministeru għal Għawdex jispjega għaliex ittieħdet id-deċiżjoni … Hawnhekk ma nistgħux ngħidu li l-Ministeru għal Għawdex ma kienx involut fid-deċiżjoni li l-fast ferry ikun limitat biss għall-passiġġieri.", "Jekk, kif qal is-Sur Cilia – u naħseb li s-Sur Cilia huwa informatissimu fuq din il-ħaġa – il-katamaran li se juża l-Virtù Ferries jista' jgħabbi 40 karozza, allura din tkun assolutament ma tagħmilx sens.", "Se jkollok katamaran iġorr il-passiġġieri u fl-istess ħin għandu garaxx li jista' jgħabbi 40 karozza li se jaqsam bejn Malta u Għawdex vojt.", "Anke hawnhekk huwa tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu wkoll li l-fast ferries jikkontribwixxu sew għall-emissjonijiet tas-CO2, li huma konsiderevoli.", "Biex wieħed jara kemm jagħmlu sens mil-lat ambjentali wieħed irid ukoll jiżgura li nimmassimizzaw il-possibbiltà tagħhom.", "Għalhekk naħseb li l-Ministeru għal Għawdex għandu jgħidilna kif qed iħares lejn dawn iż-żewġ aspetti ta' trasport bejn Għawdex u l-Port il-Kbir.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Kif għedt tajjeb inti, dak iż-żmien kien inħoloq inkonvenjent għal diversi burdnara peress li n-naħat ta' Sa Maison ġew konvertiti f'yacht marina ta' dgħajjes lussużi, u ovvjament intilef il-moll li qabel kellu l-Gozo Channel f'dawk l-akkwati.", "Sadanittant, matul dawn l-aħħar snin intlaħaq ftehim amikevoli mal-burdnara u, mill-informazzjoni li għandna s'issa bħala Ministeru, jidher li l-burdnara kienu kuntenti b'dan is-servizz li qed nipprovdulhom bi prezz sussidjat matul il-lejl biex ma jeħilx fit-traffiku li jkun hemm binhar fil-gżira ta' Malta.", "Ovvjament, perfett mhuwiex għaliex l-isbaħ ħaġa hija li tasal fl-akkwati ta' Sa Maison; però, sadanittant kien instab dan il-kompromess li jsir trasport billejl bi prezz sussidjat, li skont informazzjoni li kellna kien li qed jaħdem b'mod effiċjenti.", "Rigward il-fast ferry rrid ngħid li huwa pass kbir importanti u pożittiv għall-gżira Għawdxija, fl-opinjoni personali tiegħi u naħseb li fl-opinjoni tagħna lkoll, għax fl-aħħar mill-aħħar naħseb li kull rappreżentant ta' kwalunkwe partit fi ħdan dan il-kumitat Parlamentari jixtieq l-avvanz ta' Għawdex.", "Kif semmiet is-Sa Cassar ftit minuti ilu, xi żewġ laqgħat ilu jien kont semmejt sensiela sfortunata ta' fallimenti ta' fast ferries minn żmien id-'Delfin' sal-'Victoria Express', eċċ, li sfortunatament ma baqgħux joperaw, bir-raġuni normalment dejjem kienet waħda finanzjarja.", "Il-pjan, l-objettiv u l-impenn politiku ta' dan il-ministeru huwa li dan il-fast ferry ikun suċċess.", "Għall-grazzja t'Alla jidher li minn hawn u ftit ġimgħat oħra se nibdew dan is-servizz bejn il-Port il-Kbir – mhux iktar Sa Maison, imma l-Port il-Kbir – u l-Port tal-Imġarr.", "L-impenn tagħna huwa li dan is-servizz narawh jiffjorixxi.", "Ovvjament qed nieħdu nota ta' kull proposta li qiegħda ssir fil-konfront tagħna.", "Però l-parir tiegħi huwa li ma nitilqux niġru, nitilqu pass pass sabiex, eventwalment, fejn ikun hemm bżonn tweaking u fine tuning ta' dan is-servizz, nagħmluh.", "Diġà huwa pass kbir u pożittiv 'il quddiem li fl-ewwel ta' Ġunju, jekk Alla jrid, se jerġa' jkollna, wara tant snin ta' assenza, fast ferry bejn il-gżira Maltija u dik Għawdxija.", "Iva, naqbel miegħek li everything comes at a cost, anke mil-lat ambjentali.", "Ovvjament il-fast ferry huwa dak li l-Amerikani jħobbu jsejħulu gas guzzler, għax ovvjament mhuwiex xi dgħajsa tal-latini li timxi bir-riħ.", "Din hija vettura navali li tikkonsma ammont mhux ħażin ta' fuel.", "Però anke mil-lat Ewropew, mill-Unjoni Ewropea qed ikun hemm enfasi qawwija ħafna fuq trasport marittimu, sabiex ovvjament it-traffiku fit-toroq tagħna u fit-toroq tal-Ewropa jonqos drastikament.", "Anke minn dak il-lat aħna qed inkunu fuq l-istess frekwenza tal-Unjoni Ewropea li jkollna iktar trasport marittimu, speċjalment aħna li aħna arċipelagu ta' gżejjer.", "Ovvjament, nerġa' ngħid, u nenfasizza l-punt li l-impenn tagħna huwa li naraw dan is-servizz jiffjorixxi.", "Nirringrazzjaw 'l Alla fl-aħħar se jkollna dan is-servizz lura wara tant snin ta' assenza bejn il-Port il-Kbir u l-Port tal-Imġarr.", "Nisperaw li minn hawn u ftit snin oħra nerġgħu niltaqgħu u ngħidu li hemm lok li dan is-servizz jikber.", "Dak huwa l-awgurju tiegħi.", "JOSEPH ELLIS: Nutar, xorta bqajt bla spjegazzjoni.", "Kif għedt tajjeb int, l-Unjoni Ewropea stess tinkoraġġixxi t-trasport bil-baħar.", "Allura għaliex il-Gvern qiegħed jelimina t-trasport tal-merkanzija bil-baħar?", "Qiegħed jillimitaha għaċ-Ċirkewwa biss.", "Ma tagħmilx sens!", "X'inhija r-raġuni li s-servizz tal-fast ferry ġie limitat għall-passiġġieri?", "Xi pjanijiet għandha l-Gozo Channel, jekk għandha, biex tibda topera servizz għall-Port il-Kbir?", "Naħseb li dawn huma kwestjonijiet li jridu jiġu indirizzati llum.", "Nassigurak li l-feedback li għandek mingħand il-burdnara mhuwiex korrett.", "Il-burdnara kollha rrabjati.", "Forsi jiddejqu jitkellmu magħkom, imma kollha mdejqin mill-fatt li jkollhom jibagħtu t-trakkijiet billejl, isibu lil xi ħadd biex iġorrhomlhom, biex iħallihom ipparkjati ċ-Ċirkewwa għar-raxx tal-baħar, ħalli filgħodu mbagħad jaqsmu x-xufiera u jgħaddu.", "Mhijiex soluzzjoni tajba.", "Aħjar, ovvjament, li qegħdin iħallsu nofs tariffa, imma xorta għandhom spejjeż kbar ta' diesel u ta' tyres.", "Is-soluzzjoni hija li jkun hemm is-servizz għall-Port il-Kbir, kif wara kollox il-public service obligation li għandha l-Gozo Channel jobbligaha li għandha tagħmel.", "Naħseb li huwa tajjeb li l-Gvern jagħtina tweġiba għaliex dan is-servizz mhux qed jingħata.", "Issa li fl-aħħar issuperajna dawn il-kwestjonijiet kollha li kien hemm fuq tender u mhux tender għall-public service obligation, u f'daqqa waħda deher li biex jibda jingħata dan is-servizz ta' fast ferry mhijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn, għax b'investiment minimu ta' €5 miljun se jkun hemm żewġ operaturi jaħdmu dan il-fast ferry, jista' jgħid allura x'kien il-ħsieb li s-servizz tal-fast ferry jiġi limitat għall-passiġġieri biss?", "Kif għedt tajjeb inti, l-Unjoni Ewropea tinkoraġġixxi t-trasport bil-baħar, speċjalment it-trasport tal-merkanzija, li huwa kontributur qawwi tal-emissjonijiet tas-CO2 li aħna lkoll kommessi li nnaqqsu.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Nirringrazzjak.", "Onor. Ellis, nerġa' ngħidlek li l-enfasi tagħna f'dan il-stadju hija li naraw dan is-servizz jerġa' jitlaq wara tant snin ta' assenza.", "Ovvjament ma jfissirx li aħna se nkunu qegħdin inniedu u nvaraw dan is-servizz u nieqfu hawnhekk.", "Għadhom għaddejjin diskussjonijiet interni u esplorazzjonijiet ta' diversi għażliet biex dan is-servizz ikompli jitjieb fil-futur.", "Però f'dan l-istadju qed naraw li fl-1 ta' Ġunju, jekk Alla jrid, nerġgħu nibdew b'dan is-servizz wara tant snin ta' assenza.", "Eventwalment malli dan is-servizz jerġa' lura fuq saqajh, nisperaw li jsir fine tuning u jkun hemm it-tweaking neċessarju biex ikun hemm servizz dejjem aħjar.", "Però l-fatt li, wara tant snin ta' assenza, se jkollna lura mill-ġdid dan is-servizz ta' fast ferry bejn Għawdex u Malta, diġà naħseb li huwa pass kbir 'il quddiem fl-interess tagħna lkoll.", "Rigward il-burdnara nerġa' ngħidlek li id-diskussjonijiet ma naqsu qatt.", "Din il-kwestjoni dejjem qiegħda fuq l-aġenda tal-Ministeru għal Għawdex.", "F'dan l-istadju l-feedback li kellna mill-burdnara dwar dan il-kompromess li nstab s'issa – jalla ntejbu dan il-lat ukoll – kien li dawn kienu kuntenti għax instabet din is-soluzzjoni ta' billejl bil-prezz issussidjat.", "L-informazzjoni tagħna kienet li min-naħa tal-burdnara kien instab kompromess sodisfaċenti.", "CHRIS SAID: Fuq il-kwestjoni tal-burdnara rrid ngħid li għalkemm għalihom li jaqsmu billejl b'nofs prezz huwa tajjeb, però xorta t-trakkijiet qed jaqsmu fit-toroq ta' Malta u Għawdex matul il-ġurnata, jiġifieri waqt il-peak tat-traffiku.", "Dik hija xi ħaġa li fl-opinjoni tagħna għandha tiġi indirizzata malajr u t-trasport tal-merkanzija jerġa' jkun lejn iċ-ċentru ta' Malta kif kien sa ħames snin ilu.", "Ladarba dħalna fiha, għandi mistoqsija dwar il-fast ferry.", "Mill-ewwel ta' Ġunju – issa suppost li qegħdin sitt ġimgħat 'il bogħod biex jibda dan is-servizz – il-Ministeru għal Għawdex se jesiġi skeda tal-ħin jew l-operaturi jaħdmu kif iridu?", "L-iskeda tal-ħin jiddeċidiha l-operatur?", "Naħseb li din hija importanti ħafna għal Għawdex u għall-Għawdxin li jużaw is-servizz bejn Malta u Għawdex.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Onor. Said, jidher li se tkun qed toħroġ informazzjoni ulterjuri, u se tkun imwieġeb b'mod uffiċjali nisperaw fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.", "CHRIS SAID: Fil-każ tal-Gozo Channel, li hija kumpanija tal-Gvern, huwa l-Gvern li jagħmel l-iskeda tal-ħin skont l-esiġenzi.", "Kieku l-Gozo Channel taħdem biss għall-profitt, kif taħdem kumpanija privata, il-vjaġġi ta' billejl jew il-vjaġġi ta' ċerti ħinijiet ma tagħmilhomx kull tliet kwarti jew kull nofs siegħa, iżda tagħmilhom kull siegħa jew kull siegħa u nofs.", "Fil-każ tas-servizz li se jibda sitt ġimgħat oħra dawn se joperaw xħin iridu?", "La huwa liberalizzat nista' mmur jien u ngħid li jien se nopera biss, pereżempju, nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ħadd filgħodu u filgħaxija.", "Nista' nagħmel hekk?", "Kulħadd jista' jopera xħin irid hu, bil-ħinijiet li jrid hu?", "Jekk se jsir hekk għandi nifhem li se jkun hemm servizz fil-peak hours, imma f'ħinijiet oħrajn dan is-servizz l-operatur mhux se jagħtih.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Nirringrazzjak, però f'dan l-istadju li nista' ngħidlek huwa li ħierġa informazzjoni uffiċjali dalwaqt.", "Ippermettili li f'dan l-istadju jkolli nwieġbek b'dan il-mod, però se jkun hemm informazzjoni b'mod uffiċjali dalwaqt.", "JOSEPH ELLIS: Skużani, imma dan kollu jurini li jidher li ma kienx hemm preparazzjoni adegwata qabel ma jiġi mniedi dan is-servizz.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Onor. Ellis, ninformak li se jkollok l-informazzjoni kollha meħtieġa.", "Is-servizz se jitlaq fl-ewwel ta' Ġunju, jekk Alla jrid, u se jkun hemm informazzjoni dalwaqt.", "Inserraħlek rasek li dalwaqt se tinħareġ l-informazzjoni b'mod uffiċjali.", "JOSEPH ELLIS: Hawnhekk aħna qegħdin f'laqgħa tal-Kumitat tal-Parlament ...", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Bla dubju, imma se jkun hemm avviż b'mod uffiċjali.", "JOSEPH ELLIS: Li tgħidilna li se toħroġ informazzjoni b'mod uffiċjali mhijiex tweġiba adegwata.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Le, it-tweġiba hija adegwatissima.", "JOSEPH ELLIS: Aħna m'aħniex hawnhekk biex noqogħdu nistennew li toħroġ stqarrija mid-DOI.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili.", "Jien ħadt nota tal-kummenti tiegħek, li dan servizz li dwaru issa naraw, u mbagħad nagħmlulu tweaking!", "Jien informat li operatur minnhom xtara vapur apposta.", "Dan ovvjament xtrah skont l-ispeċifikazzjonijiet li ħarġu mill-Gvern, jiġifieri għall-passiġġieri biss.", "Din mhijiex xi ħaġa li se tbiddilha għax hawnhekk qed nitkellmu fuq spiża kapitali qawwija … (Interruzzjonijiet)", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Se nerġa' nkun ċar ...", "JOSEPH ELLIS: Ippermettili ħalli nispiċċa l-kumment tiegħi, jekk jogħġbok.", "Il-ħsieb ried isir qabel ma jitnieda s-servizz.", "Qed ninsisti fuq il-mistoqsija tiegħi.", "Nixtieq spjegazzjoni għalfejn il-Gvern illimita dan is-servizz għall-passiġġieri biss.", "Li tgħidli li mbagħad 'il quddiem naraw, imbagħad nirfinawh … Bħalma semmejt inti, is-servizzi l-oħrajn li fallew, forsi waħda mir-raġunijiet li fallew kienet għaliex kienu biss limitati għall-passiġġieri.", "Jekk m'aħniex se nitgħallmu mil-lezzjonijiet tal-passat se jkollna riċetta għal falliment ġdid.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Nirringrazzjak.", "Onor. Ellis, se nerġa' nkun ċar kristall, sabiex ma jkun hemm ebda dubju dwar dak li qed ngħid jien.", "Din mhijiex deċiżjoni li jieħu l-Ministeru għal Għawdex waħdu.", "Din hija deċiżjoni meħuda mill-entitajiet kompetenti wara li jkunu ħadu inkonsiderazzjoni diversi ipoteżi u diversi kalkoli, u allura, jekk ittieħdet din id-deċiżjoni wara li ġew ikkonsultati n-nies tekniċi f'dan il-qasam, ifisser li mil-lat tekniku din hija l-aħjar għażla f'dan il-mument.", "Jien ma neskludix li minn hawn u tliet snin, ħames snin, jew għaxar snin oħra gvern ieħor ikun irid li eventwalment jirfina s-servizz.", "Però, f'dan l-istadju, fl-2021, dik hija d-deċiżjoni għat-triq 'il quddiem rigward dan is-servizz li ilu tant snin nieqes bejn Malta u Għawdex.", "KEVIN CUTAJAR: Sur Zammit, ħu ftit paċenzja bija, ħa nara fhimtx sewwa t-tweġiba għall-mistoqsija li għamiltlek l-ewwel dwar il-mina, il-link permanenti.", "Jien staqsejtek jekk bl-informazzjoni, bid-djalogu li sar s'issa mal-pubbliku dwar dan il-proġett massiċċ, intom bħala Ministeru għal Għawdex intomx sodisfatti.", "Jekk le, x'għandkom ippjanat li tagħmlu f'dan ir-rigward?", "It-tweġiba tiegħek kienet li din hija fażi sensittiva u jien qisni bħal fhimt li waqaft hemm u ma jista' jsir xejn iktar.", "Ejjew nassumu li din verament hija fażi sensittiva, kif qed tgħid inti, allura l-fażi tad-djalogu, fejn lin-nies se nispjegawlhom x'se jsir jew fiex se jiżvolġi dan il-proġett fis-sustanza u n-nies ikollhom iċ-ċans jagħmlu l-mistoqsijiet, jiddjalogaw u jiddiskutu, dan meta se jsir?", "Allura se jsir meta nkunu diġà kommessi ma' bidder partikolari?", "Jekk inkunu diġà kommessi ma' bidder partikolari, allura d-djalogu se jkun ċirkoskritt għal dak li se joffrilna dak il-bidder partikolari?", "Mistoqsija preċiża u nixtieq tweġiba preċiża, jekk jogħġbok.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Nirringrazzjak.", "Iva, kif għedt l-ewwel, żgur li din il-fażi preżenti hija fażi ta' natura sensittiva immens.", "Jekk inti għandek lil Infrastruttura Malta li ħatret kumitat ta' evalwazzjoni u dan il-kumitat bħalissa qiegħed jevalwa s-sottomissjonijiet tal-erba' offerenti, qiegħed żgur f'sitwazzjoni ta' stadju delikat ħafna u sensittiv.", "F'dan l-istadju huwa rakkomandabbli li dan il-kumitat eventwalment jistieden rappreżentant ta' Infrastruttura Malta biex, fejn huwa possibbli u fejn jista', jelabora iktar dwar din il-fażi partikolari.", "F'dan l-istadju rrid nerġa' nenfasizza li din hija sitwazzjoni ta' fażi sensittiva immens, anke ta' natura kummerċjali u ta' natura ta' tendering, li f'dan l-istadju ma tantx nista' nelabora iktar dwarha.", "Naħseb li tifhem il-kwalità tas-sensittività ta' tali sitwazzjoni.", "KEVIN CUTAJAR: Aħfirli, imma fhimt li bħalissa d-djalogu ma jistax isir.", "Dik li qed nifhem prattikament.", "DR CHRISTIAN ZAMMIT: Korrezzjoni żgħira fuq dak li qed tgħid.", "F'dan l-istadju huwa rakkomandabbli li eventwalment ikun hemm intervent min-naħa ta' Infrastruttura Malta fuq dan il-Kumitat, għas-sempliċi raġuni li ċerta informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali u sensittiva kummerċjalment u industrijalment.", "Speċjalment jekk tikkonsidra li bħalissa hemm kumitat li qiegħed jevalwa s-sottomissjonijiet tal-erba' offerenti, huwa rakkomandabbli li jkun hemm rappreżentant ta' Infrastruttura Malta li jkun jista' jelabora dwar dan il-punt, u safejn jista' jelabora.", "KEVIN CUTAJAR: M'għandix iktar x'inżid.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Grazzi.", "Nibda fuq tal-aħħar dwar fejn suppost ġej il-jetty l-ġdid fil-Belt, b'investiment ta' €5 miljun.", "Għawdex mhux se jkun hemm il-€5 miljun għax se jkun fil-ġenb fejn bħalissa jidħlu l-patrol boats, skont il-pjanti li ppreżentat Infrastruttura Malta fi Frar li għadda.", "Il-problema tal-Belt hija li s'issa għadu ma bediex xogħol.", "Jien ma nistax nifhem jekk jistax ikun – hemmhekk hemm il-fond, u forsi Dr Zammit jista' jgħidilna – li minn issa sa Ġunju se jkun hemm dan il-moll.", "Ma nafx kemm jista' jkun possibbli, anke jekk naħdmu lejl u nhar.", "L-aħħar li għaddejt minn hemm ma kien għad hemm xejn, żero!", "Lanqas deher li kienu qed jippjanaw xi ħaġa jew kien hemm xi krejn!", "Setgħu marru llum; illum ma mortx, u allura ma nistax ngħid.", "Mil-lat l-ieħor, fejn se jkun dan il-moll tal-Port il-Kbir – li qed nurih għax forsi nsejtuh – kif inhu magħmul dak il-moll, milli nista' nifhem jien … Din oħra li ma nistax nifhem hawn Malta.", "Skużawni li se nkun naqra kritiku, imma ma nifhimx kif qegħdin fl-2021, tmur l-Università, eċċ. u kulħadd jagħmel il-pjanti 3D u perfetti, imma mbagħad Infrastruttura Malta fuq proġett importanti tippreżentalek sketch li minnu ma nistgħux inkunu nafu sew x'joffru jew x'mhux qed joffru.", "Hawnhekk, milli jidher minn din il-pjanta ta' Infrastruttura Malta, li ħarġet mill-preżentazzjoni tagħhom meta kienet saret il-konferenza stampa fi Frar li għadda, jidhirli, hija ċara minn din il-linja ħamra hawnhekk li mhux qiegħed mat-triq … Jiġifieri karozza bl-ebda mod ma tista' tinżel minn fuq ir-rampa u taqbad it-triq.", "Hemmhekk huwa passaġġ għan-nies.", "Prattikament in-nies jinżlu, jimxu fuq ix-xellug u jmorru lejn il-lift, li se tkun ħaġa tajba li se jkun b'xejn.", "Għal kull min jieħu dan it-trasport, il-lift għall-Belt se jkun b'xejn, li hija idea tajba.", "Imma l-karozzi nfushom ma jistgħux jinżlu hemm wara dan l-investiment ta' €5 miljun.", "Ellis semma li diġà hemm żewġ kumpaniji li jagħtu dan is-servizz, imma s'issa kumpanija waħda biss għamlet stqarrija għall-istampa dwar dan.", "Ma nafx jekk għandekx tweġiba ...", "JOSEPH ELLIS: Hekk hu, imma b'mod kunfidenzjali informat li se jkun hemm operatur ieħor.", "Naħseb li inti qed tqajjem punt validissimu, li wieħed irid jistaqsi: X'jiġġustifika investiment ta' €5 miljun biex imbagħad tillimitah għall-passiġġieri biss?", "Dawn huma mistoqsijiet li naħseb li f'dan il-Kumitat irridu nistaqsu.", "Nitlob li d-darba li ġejja, apparti Infrastruttura Malta, ikun hawn anke rappreżentat il-Harbour Master sabiex jispjega għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni.", "Din tmur kontra kull loġika, għall-inqas kif qed naraha jien, li tagħmel investiment ta' €5 miljun … Għax, kif qal tajjeb is-Sur Cilia, fil-maġġorparti dan l-investiment se jsir fil-moll li qatt ma sar qabel biex jippermetti lill-Gozo Channel topera.", "Jien nistenna li dan il-moll ikun jista' jintuża mill-Gozo Channel ukoll.", "Hekk jagħmel sens, li l-Gozo Channel, jekk irridu nżommuha on an equal footing, ikollha wkoll aċċess għal dan il-moll.", "Naħseb li dawn huma tweġibiet li anke l-Ministeru għal Għawdex għandu jsemma' leħnu dwarhom, u mhux se nonfqu €5 miljun biex imbagħad nillimitaw is-servizz għall-passiġġieri biss.", "Kompli, Sur Cilia, u skużani.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Nirringrazzjak.", "Skont l-informazzjoni li għandi, fejn se jkun l-irmiġġ għal dawn in-nies naħseb li nistgħu naqblu li sa sitt ġimgħat oħra mhux se jkun lest.", "Il-Virtù Ferries diġà qed tippjana li torbot fejn jorbtu huma s-soltu; huma fil-Port il-Kbir diġà għandhom post għall-irmiġġ.", "Meta l-katamaran il-kbir imur Sqallija hemmhekk ikun vojt.", "Jiġifieri l-katamaran li nħadem għal Għawdex, għax mhux se jkun hemm fejn jidħol għax mhux se jkun lest, se jidħol hemm, u jekk il-Captain Morgan se jagħtu s-servizz li s'issa għadhom … Kulħadd jaħseb, għax diġà għandhom il-katamarani lesti għan-nies, għandhom tnejn kbar u tnejn żgħar.", "It-tnejn kbar jagħmlu sens li jmorru Għawdex u jiġu lura l-Port Il-Kbir.", "Dawn bħalissa jistgħu jitrakkaw il-Port il-Kbir eżatt fejn bħalissa qed jidħol il-katamaran li jaħdem bejn it-Tlett Ibliet u l-Belt, hemmhekk jista' jidħol dan.", "Mela jekk iż-żewġ operaturi li se jkunu qed joperaw is-servizz diġà għandhom moll, forsi għalhekk m'hemmx din l-għaġla kollha li jitlesta l-moll ta' €5 miljun.", "Dawn suppożizzjonijiet.", "Imma, kif qed ngħidu, min jgħaddi minn hemm jista' jara li ma hemm ebda xogħol għaddej.", "Hemmhekk il-baħar fond.", "Mhijiex xi ħaġa li se tagħmel mil-lum għal għada.", "Jekk se jagħmlu floating pontoon hija storja oħra, imma ma narax li dan jiġi jiswa €5 miljun.", "Jien ma naħsibx –jien m'iniex espert u l-baħar għadu jagħmilli d-deni, jiġifieri m'iniex xi wieħed li mmur ħafna fuq id-dgħajjes – li floating pontoon bħalma hemm fil-yacht marinas se jiġi jiswa €5 miljun.", "Jista' jkun li dan qed jiġi mibni xi mkien bħalissa, u jpoġġuh f'postu hemmhekk.", "Jien ma nifhimx f'dawn l-affarijiet.", "Huma mistoqsijiet li wieħed jista' jagħmel.", "Jekk nista' ndur lura fuq il-biċċa xogħol li qal Dr Zammit, naħseb li naqblu mija fil-mija li għandu jkun hawn preżenti xi ħadd minn Infrastruttura Malta sabiex inkunu nistgħu nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna.", "Aħna m'għandniex bżonn l-informazzjoni sensittiva imma rridu l-famuża road map li kulħadd isemmi, li dan jispjegalna x'se jsir jew x'qed jippjanaw li se jsir, waħda wara l-oħra, ħalli n-nies jifhmu.", "Xħin imbagħad jidħlu fin-nitty gritty tal-kuntratt, jew inkella humiex tajbin jew le l-konsorzja li applikaw, għax bħalissa dak li suppost qed jagħmlu milli nistgħu nifhmu, dak ma naħsibx li lilna jinteressana wisq.", "Aħna rridu din ir-roadmap ta' Infrastruttura Malta fuq din il-biċċa xogħol.", "Ngħiduha kif inhi: hawnhekk il-biċċa l-kbira kollha Għawdxin.", "Intom tgħixu Għawdex iktar minni.", "X'qed jgħidu l-Għawdxin?", "Ma noqogħdux ninħbew wara subgħajna.", "Issa taf meta toħroġ?", "Meta tfaqqa' l-elezzjoni, għax dejjem hekk sar, bħal tal-mina ta' Għawdex u l-pont ta' Għawdex!", "Meta tfaqqa' elezzjoni!", "Qisu se jsir ġimgħa wara!", "Dan hu li qed jgħidu l-Għawdxin, anke fuq din il-biċċa xogħol.", "Meta ntgħażlu dawk l-erba' konsorzji, jidhirli li kien Ġunju 2020, kulħadd beda jgħid: Issa x'se jiġri?", "Dawn huma affarijiet li naħseb li l-Għawdxin, u anke l-Maltin, qed jistaqsu.", "Aħna nikkomunikaw bejnietna, jien u Maria Grazia, u staqsietni: Jekk kollox huwa lest, il-konsorzju magħżul, il-mina se ssir, iż-żewġ partiti qablu … Il-bieraħ tkellem l-Onor.", "Bernard Grech u minn kif tkellem jidher li huwa assolutament, mija fil-mija, favur li ssir, anzi qal li l-Partit Laburista baqa' lura u kieku ma baqax lura kieku s'issa diġà qed iħaffer il-mina!", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn id-deċiżjoni ttieħdet.", "Jekk ittieħdet id-deċiżjoni għalfejn għandna, Onor. Said, nistaqsu għall-proġetti?", "M'għandniex għalfejn jekk id-deċiżjoni ttieħdet.", "Kemm il-Gvern, kif ukoll l-Oppożizzjoni, mhux se jagħtuna informazzjoni … (Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Skużani, se jkolli nwaqqfek ftit, minuta.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Mistoqsija … Jien lest, daqshekk.", "CHRIS SAID: Naħseb li qiegħed tikkwota ħażin lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Ilbieraħ kien qed iwieġeb mistoqsija speċifika, fost ħafna mistoqsijiet oħrajn, u l-messaġġ li ried jagħti kien li ntilef ħafna żmien.", "Iva, intilef ħafna żmien fuq dan il-proġett.", "Kulħadd jaf.", "Bernard Grech kien ċar meta tkellem fid-dettall fuq il-mina, prattikament insista li għandha tingħata l-informazzjoni, li jsiru l-konsultazzjonijiet.", "Mar pass oltre, qal li meta jingħalqu l-istudji kollha, meta tingħata l-informazzjoni kollha, meta l-pubbliku jkun ġie informat tajjeb u kkonsultat, għandha tintuża l-aqwa għodda ta' konsultazzjoni, u ċjoè referendum fost l-Għawdxin.", "Imma meta jkun sar kollox, biex imbagħad id-deċiżjoni finali, meta kollox ikun fuq il-mejda, ċar, x'se jkunu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi fl-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, eċċ. il-pubbliku jkun jista' jiddeċiedi hu xi jrid għal Għawdex.", "Naħseb li pożizzjoni iktar ċara minn hekk … Hemm min jgħidlek li din kienet fil-programmi elettorali taż-żewġ partiti u allura m'hemmx bżonn referendum.", "Tista' wkoll targumenta hekk.", "Però l-Kap tal-Oppożizzjoni mar pass oltre, u qal li finalment, meta jsir il-proċess kollu, imbagħad tintuża l-aqwa għodda.", "Naqblu li r-referendum huwa l-aqwa għodda ta' konsultazzjoni.", "Ma jistax ikollok għodda aktar demokratika ta' konsultazzjoni minn referendum.", "Imbagħad, jekk il-gvern tal-ġurnata jkun irid jibqa' għaddej bil-proġett jew iwaqqaf il-proġett minkejja dak li jkunu qalu l-Għawdxin, minkejja li jkun hemm deċiżjoni kuntrarja fir-referendum, imbagħad jerfa' r-responsabbiltà hu.", "Jista' jagħmilha għax ir-referendum huwa konsultattiv, imma m'għandix dubju li ebda gvern, ikun min ikun, m'hu se jinjora riżultat ta' referendum.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xi tgħid għall-fatt li fil-Parlament iddiskutejna mozzjoni u ħadna vot fuqha u ż-żewġ partiti qablu?", "Qbilna ż-żewġ naħat!", "CHRIS SAID: Sur President, il-vot li ħadna fil-Parlament kien ċar, li ż-żewġ partiti rappreżentati fil-Parlament jaqblu mal-kunċett li jkun hemm link permanenti.", "Però jekk tara tajjeb dik il-mozzjoni ssib li f'paragrafu minnhom hemm ċar li jridu jsiru l-istudji kollha, li tingħata l-informazzjoni kollha u li ssir konsultazzjoni sħiħa.", "S'issa, dawk l-affarijiet - u dan jidher mit-tweġibiet li ngħatajna - … Għax anke li hawnhekk ikollna rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex li jgħidlek li qegħdin f'fażi sensittiva u ma jaħsibx li jistgħu jagħtu l-informazzjoni kollha!", "Imma skużi, fl-aħħar tmien snin saret laqgħa waħda ta' informazzjoni?", "Saret laqgħa waħda ta' konsultazzjoni?", "Allura bilfors li l-poplu jistaqsi u jkun inkwetat fuq proġett ta' dak il-kobor.", "Ma sarux dawn l-affarijiet.", "Kieku saru kontinwament in-nies kien ikollhom id-dritt li jaslu għal deċiżjoni informata.", "Illum kulħadd qiegħed jispara, inkluż aħna.", "M'hemmx l-informazzjoni; m'hemmx il-konsultazzjoni.", "Dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett assolutament huwa konformi mal-mozzjoni li kienet ġiet dibattuta fil-Parlament.", "Iva, mela aħna nistgħu nkunu kontra li tiġi esplorata din il-possibbiltà?", "Aħna bħala Partit u bħala Oppożizzjoni nemmnu li l-konnettività bejn Malta u Għawdex hija kollox għal Għawdex.", "Kollox jiddependi minnha.", "Għax nemmnu hekk, nemmnu li dejjem irridu ntejbu din il-konnettività, u jkollna l-aqwa konnettività possibbli.", "Allura, apparti li nħarsu short-term, u naraw li jkollna l-fast ferry, servizz tal-merkanzija, servizz bil-helicopter, eċċ.; irridu wkoll inħarsu long-term.", "Long term x'se tkun l-aqwa tip ta' konnettività?", "Dik hija l-mistoqsija li qed nagħmlu.", "Jekk jirriżulta li l-aqwa tip ta' konnettività, bil-vantaġġi kollha li se jkollha, hija l-link permanenti, ejjew immorru għaliha.", "Jekk, però, mill-istudji jirriżulta li fiha ħafna iżjed żvantaġġi milli vantaġġi u jirriżulta wkoll li n-nies – wara li tkun ikkonsultajt magħhom - ma jriduhiex, allura mbagħad ma ssirx.", "F'dak il-każ naħseb li jkun min ikun fil-gvern, ma jagħmilhiex.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Jekk nista', nixtieq ngħid xi ħaġa fuq ir-referendum.", "Sitwazzjoni li intom, bħala Kumitat, naħseb li għandkom tiddiskutu - u jien mhux se nkun involut - hija s-sitwazzjoni li għandna f'Għawdex bħalissa u li qed tiżdied u se tkompli tiżdied, ta' ammont kbir ta' appartamenti jew, kif sejħilhom l-Arċisqof, \"kaxxi\", li qed jinbnew.", "Dawn il-\"kaxxi\" żgur li se jkunu għall-Maltin, għal weekends f'Għawdex.", "Il-popolazzjoni t'Għawdex, jekk m'iniex sejjer żball, taqbeż it-30,000 u hemm kalkolu li fost din iċ-ċifra hemm numru kbir minn dawn il-Maltin.", "Għax dawn, minħabba s-sistema, għalija ħażina, li jħallsu l-istess tariffa tal-Gozo Channel bħalma jħallsu l-Għawdxin, qalbu r-residenza tagħhom fuq Għawdex.", "Għalhekk jien ngħid li referendum, kif qed jgħid il-Partit Nazzjonalista, kważi ma jagħmilx sens lanqas.", "Dawk il-Maltin kollha li rreġistraw l-ID card tagħhom Għawdex aktarx li mhux se jivvotaw kontra l-mina.", "CHRIS SAID: Daniel, naħseb li din hija opinjoni.", "Jien mill-esperjenza tiegħi mill-kuntatt man-nies, nista' ngħid li llum, as we speak - għax l-affarijiet jistgħu jinbidlu - l-iktar nies li huma kontra l-kunċett tal-link permanenti huma dawk li għandhom il-holiday house tagħhom f'Għawdex.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Jista' jkun ukoll.", "CHRIS SAID: Għaliex?", "Għax parti minnhom qed jirraġunaw li – ma rridx niġġeneralizza u qed nitkellem mhux b'xi studju xjentifiku, imma qed nitkellem minn kuntatti li jkolli ma' dawn in-nies li għandhom it-tieni dar tagħhom, il-holiday home, il-weekend house tagħhom ġewwa Għawdex – huma lil Għawdex iriduh kif inhuwa u huma lesti li jiġu Għawdex għall-kwiet, biex jistrieħu.", "U għandhom kull dritt jagħmlu dan.", "Min-naħa l-oħra mbagħad għandek Għawdxin li qed jgħidu li għandhom din il-problema biex imorru għax-xogħol kuljum, biex imorru jistudjaw.", "Hija sitwazzjoni kumplessa ħafna.", "Però finalment l-ikbar l-għodda ta' konsultazzjoni li tista' tintuża hija r-referendum.", "Jien nemmen fih ħafna.", "Tista' taqbel u tista' ma taqbilx, però m'għandix dubju li huwa l-aqwa mod kif finalment tista' tikkonsulta man-nies.", "Biss in-nies iridu jkunu informati minn qabel, u mhux tmur taqbad taqgħmel referendum fuq l-emozzjonijiet; trid tagħmel referendum wara li inti tkun għamilt proċess ta' informazzjoni, spjegajt it-tajjeb, il-ħażin, il-vantaġġi, l-iżvantaġġi u l-aspetti kollha.", "Rigward l-iżvilupp f'Għawdex, ikolli ngħid li hemm min jargumenta li dan l-iżvilupp kollu li għaddej f'Għawdex bħalissa huwa għax qed jaħsbu li se ssir il-mina; il-Maltin qed jixtru l-proprjetà f'Għawdex għax se ssir il-mina.", "Jien ma naħsibx li l-konsiderazzjoni prinċipali ta' xi ħadd li qed jixtri proprjetà f'Għawdex hija li xi darba se jkun hemm il-mina.", "Allura l-iżbalji fl-ippjanar, bil-mina jew mingħajrha, jistgħu jsiru, bħalma saru … Pereżempju, ix-Xlendi jew Marsalforn fl-aħħar 40 sena ħassarniehom minkejja li ma kienx hemm mina jew ħsieb ta' mina.", "Żbalji fl-ippjanar saru u qed isiru, bil-mina u mingħajrha.", "Fejn jidħol l-iżvilupp aħna bħala Għawdxin irid ikollna l-kuraġġ li niddeċiedu xi rridu mill-futur tal-gżira tagħna.", "Irridu nżommu l-identità tagħna.", "Sa liema stadju għandu jsir l-iżvilupp?", "X'tip ta' żvilupp irridu?", "Dan bħalma fi żmien qasir qlibna minn djar għal appartamenti.", "Ir-raġuni tista' tkun waħda ekonomika wkoll, imma għaliex fl-irħula tagħna, fl-14-il lokalità li għandna, naraw li fiċ-ċentru tal-lokalitajiet hemm prattikament tliet kwarti tad-djar vojta, imbagħad qed nibnu l-appartamenti fil-periferija u dejjem inżidu fil-periferija?", "Jistgħu jsiru policies u inċentivi biex nużaw il-proprjetà vojta li għandna f'Għawdex?", "Għawdex bħala reġjun huwa l-iktar reġjun li għandu proprjetà vojta.", "Allura dawn huma mistoqsijiet li mhux se nirrisponduhom illum, però m'għandix dubju li nixtiequ li anke 'l quddiem ikunu fuq l-aġenda ta' dan il-Kumitat Parlamentari.", "IS-SUR GEORGE MARIO ATTARD: Kemm ngħid xi ħaġa tal-aħħar.", "Huwa ta' tħassib serju għalina li qegħdin hawnhekk f'laqgħa li tiddiskuti l-konnettività bejn il-gżejjer u, skont kif ikkonferma Dr Zammit, il-proġett tal-mina għall-karozzi se jsir mingħajr ma saru jew ġew ippubblikati l-istudji li qegħdin nistaqsu għalihom illum, fid-dawl ta' nuqqas serju ta' komunikazzjoni.", "Kif aċċennaw kelliem oħra, il-premessa li bħalissa huwa perjodu sensittiv, mhijiex tweġiba ġustifikata.", "Kif ikkonfermaw ukoll il-membri ta' din il-laqgħa jidher ċar li ħadd ma kien jaf f'liema stadju qiegħda l-evalwazzjoni u għalxiex se twassal din l-evalwazzjoni bħala eżerċizzju.", "Dan ifisser li l-Gvern mexxa mingħajr proċess trasparenti ta' studju serju u konsultazzjoni.", "Kif aċċennaw l-Onor.", "Said kif ukoll is-Sinjura Maria Grazia, studju għandu jkopri wkoll impatt kulturali, l-impatt fuq il-kultura, l-ambjent, is-soċjetà, l-ekonomija u l-infrastruttura tal-gżira Għawdxija.", "Ir-ritratt ta' warajja juri l-ambjent Għawdxi, li bħalma tafu, ħafna drabi nħobbu nużawh sabiex nirreklamaw il-gżejjer Maltin.", "Kulma jmur qiegħed jiċkien l-ambjent, allura nitlobkom biex nagħrfu kif nimxu u x'tip ta' deċiżjonijiet nieħdu għall-ġejjieni ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistgħu nieqfu hawn għal-lum.", "Ma nafx taqblux li l-ittra ta' Dr Jimmy John M. Vella inħalluha għalissa għaliex għal-laqgħa li jmiss, li hija skedata għas-26 ta' April, irridu żgur nistiednu lill-Inġinier Fredrick Azzopardi, li huwa s-CEO ta' Infrastructure Malta (Interruzzjonijiet) … Kif tridu intom.", "Għax jekk nġibu lil dawn l-esperti biex niddiskutu affarijiet importanti u mbagħad ma naslu mkien … Jew ħaġa jew oħra!", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li għandna nħalltu ż-żewġ affarijiet.", "Jekk tridu, nagħmluha, imma naħseb li issa wasalna f'punt importanti dwar l-aċċessibilità li aħjar nisimgħu lil dawn in-nies u nistaqsuhom affarijiet importanti.", "Lis-CEO ta' Infrastructure Malta mhux se nġibuh għal kwarta; hemm ħafna mistoqsijiet li tridu tagħmlulu.", "Nistiednu wkoll lill-Harbour Master u xi ħadd minn Transport Malta wkoll, jew il-Ministru jew xi ħadd ieħor.", "CHRIS SAID: L-Inġinier Fredrick Azzopardi naħseb li huwa l-persuna teknika ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħidu lis-Sur Farrugia minn Transport Malta?", "CHRIS SAID: Nistgħu.", "Jistgħu jkunu flimkien.", "(Interruzzjonijiet)", "KEVIN CUTAJAR: Jien nixtieq li kieku tiġi diskussa … (Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Nagħmlu għaxar minuti jew kwarta fuqha fil-bidu tal-laqgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jidher li hawn qbil li fl-ewwel għaxar minuti tal-laqgħa jiġi ttrattat il-każ dwar l-LSEs Għawdxin, li diġà għandna korrispondenza dwaru.", "Lil min tridu nistiednu?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela nistiednu lill-Avukat Jimmy John M. Vella.", "Imbagħad il-laqgħa tkompli billi nkomplu bid-diskussjoni fuq l-aċċessibilità bejn Għawdex u Malta u għal din il-parti jiġu mistiedna jipparteċipaw l-Inġinier Fredrick Azzopardi, li hu s-CEO ta' Infrastructure Malta; il-Harbour Master Captain David Bugeja, kif ukoll is-Sur Kevin Farrugia, rappreżentant ta' Transport Malta.", "JOSEPH ELLIS: Naħseb li huwa tajjeb li jipparteċipaw ukoll kemm in-Nutar Zammit kif ukoll rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governattivi.", "IS-SUR DANIEL CILIA: Grazzi.", "Naċċettaw l-istedina.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi lil kulħadd tal-koperazzjoni.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għat-Tnejn, 26 ta' April 2021, fl-4.30 p.m. bl-istess aġenda.", "Fis-6.29 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20210412_016d_gpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-AFFARIJIET TA' GĦAWDEX", "LAQGĦA NRU 16", "It-Tnejn, 12 ta' April 2021", "Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex iltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta fl-4.37 p.m.", "L-Onor.", "Anton Refalo, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 15, li saret fit-12 ta' April 2021, ġew ikkonfermati.", "Il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Anton Refalo fetaħ is-sittax-il laqgħa ta' dan il-Kumitat billi informa lill-mistednin ta' din il-laqgħa li l-proċedimenti huma kollha pubbliċi u ser jiġu mxandra fuq is-sit tal-Parlament ta' Malta u anke fuq it-television channel tal-Parlament.", "Informa ukoll li l-preżentazzjonijiet li jsiru u jiġu ppreżentati lill-Kumitat, huma wkoll pubbliċi sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.", "AFFARIJIET OĦRA", "Fil-bidu tal-laqgħa ġie imqajjem punt fir-rigward ta' ittra li rċieva dan il-Kumitat mingħand l-Avukat Jimmy John M. Vella datata 14 ta' Jannar 2021 f'isem grupp tal LSEs Għawdxin.", "Kien hemm qbil bejn il-Membri tal-Kumitat li l-Avukat Vella jiġi mistieden fil-laqgħa li jmiss sabiex din il-kwestjoni tiġi diskussa fil-bidu tal-laqgħa.", "L-AĊĊESSIBBILTÀ FIR-RIGWARD TAL-KONNETTIVITÀ BEJN MALTA U GĦAWDEX (KONT.)", "Il-President stieden lin-Nutar Dr Christian Zammit f'isem il-Ministeru għal Għawdex u lis-Sinjuri Daniel Cilia u George Mario Attard mill-NGO Moviment Graffitti u lis-Sinjura Maria Grazia Cassar mill-NGO Din l-Art Ħelwa f'isem sittax-il NGO.", "Il-mistednin kollha ngħaqdu għal din il-laqgħa tal-Kumitat permezz ta' video conferencing.", "Il-President stieden lill-Membri ta' dan il-Kumitat sabiex iressqu d-domandi tagħhom lill-mistednin fuq il-preżentazzjonijiet li kienu taw fil-laqgħa preċedenti.", "Il-Kumitat qabel li għal laqgħa li jmiss għandhom jiġu mistiedna l-Inġinier Fredrick Azzopardi, CEO tal-Infrastructure Malta, il-Kaptan David Bugeja, Harbour Master u Chief Executive fi ħdan Transport Malta, is-Sur Kevin Farrugia, Chief Operating Officer u Deputy CEO fi ħdan Transport Malta u jerġgħu jiġu mistiedna l-mistednin tal-lum.", "Fis-6.29 p.m., il-President tal-Kumitat aġġorna il-laqgħa għat-Tnejn 26 ta' April 2021 fl-4:30p.m. bl-istess aġenda.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees gpc", "source": "Extracted from 20210412_016m_gpc.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 35", "It-Tnejn, 12 ta' April 2021 fit-3.15 p.m.", "LIspeaker tal-Kamra tad-Deputati u President talKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 12 ta' April 2021 fit-3.15 p.m filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "7 ta' April 2021 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20210412_035a_xog.docx"}