{"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 13", "It-Tnejn, 23 ta' Frar, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 13", "It-Tnejn, 23 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:41 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 12, li saret fit-2 ta' Frar 2015, ġew ikkonfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Ngħaddi għall-Matters Arising mill-Minuti tal-Laqgħa Nru. 11, li tirrigwarda dak li se nkunu qegħdin niddiskutu lllum.", "F'dik il-laqgħa – biex infakkar lil min kien hawnhekk, u anke għall-benefiċċju tal-Onor.", "Marthese Portelli, li llum hija l-ewwel darba li qiegħda tingħaqad magħna f'dan il-Kumitat – l-Onor.", "Charles Buhagiar talbu sabiex fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat – li hija din – issir preżentazzjoni minn UC Ltd., liema preżentazzjoni tkun tinkludi d-dokumenti tal-MEPA inkwantu tad-Development Permission Application Reports (DPAR), id-deċiżjoni tal-MEPA u, jekk teżisti, kopja tal-environmental permit.", "Ġie mitlub ukoll li kopja stampata ta' din il-preżentazzjoni tkun għand il-Membri tal-Kumitat qabel il-laqgħa, sabiex l-istess Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom b'mod aktar infurmat.", "Fl-istess laqgħa, jien kont tlabt lill-MEPA sabiex b'mod formali jagħtu s-sequence of events ta' kif qed jiġi ttrattat il-każ ta' fejn intqal li l-Awtorità trid iġġib lil kulħadd on board biex ikollu environmental permit, u biex jaġġorna ruħu għall-istandards tal-lum.", "L-Onor.", "George Pullicino talab ukoll sabiex tinġieb evidenza tal-argumenti kollha li saru mis-Sur Johann Buttigieg, CEO tal-MEPA, kif ukoll kwalunkwe dokumentazzjoni li tista' tkun ta' interess għall-Membri tal-Kumitat dwar is-suġġett.", "Kif nagħmlu dejjem, aħna nfurmajna lil kulħadd sabiex illum jersqu hawnhekk ippreparati għal dak li aħna tlabna mingħandhom, ħalli nkunu nistgħu niċċaraw mal-Membri ċerti fatti.", "Meta llum, fit-3:00 ta' wara nofsinhar, ikkuntattjajna lil UC Ltd. għax konna għadna ma smajna xejn mingħandhom, dawn qalulna li l-avukat tagħhom ma jiflaħx, u allura ma jistgħux jattendu.", "Nixtieq hawnhekk ninforma li Ordni Permanenti Nru. 164 jgħid li l-Kamra għandha s-setgħa u l-awtorità li tħarrek quddiem il-Kamra, jew quddiem xi Kumitat tagħha, kull persuna biex tixhed jew tagħti parir dwar xi ħaġa fil-ġurisdizzjoni tal-Kamra, u dan bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati.", "Ngħid ukoll li l-artikli rilevanti ta' din l-Ordinanza huma 4, 8 u 11.", "Dawn l-artikli jgħidu x'passi tista' tieħu din il-Kamra jekk lil min nitolbu biex jiġi jixhed quddiem dan il-Kumitat ma jaċċettax l-istedina tagħna.", "Jiġifieri UC Ltd. – għal-lum nagħtuhom il-benefiċċju tad-dubju, forsi l-avukat veru ma jiflaħx, għalkemm dan mhuwiex mod kif wieħed jimxi mal-Kamra tar-Rappreżentanti jew ma' Kumitat tal-Kamra – huma obbligati sabiex, meta nerġgħu nsejħulhom, jersqu quddiem dan il-Kumitat u, jekk ma jersqux – hu min hu, mhux huma biss – jittieħdu passi sabiex jiġu hawnhekk u jagħtu x-xhieda tagħhom.", "Nistgħu issa ngħaddu għall-item li għandna fuq l-aġenda għal-lejla.", "DISKUSSJONI SABIEX TINGĦATA AKTAR INFORMAZZJONI FID-DETTALL DWAR L-ISSUES AMBJENTALI U TA' SAĦĦA LI POTENZJALMENT JISTA' JKUN HEMM FIR-RIGWARD TAL-IŻVILUPP TAS-SILO TAS-SIMENT FIL-VIĊINANZI TA' KORDIN GRAIN TERMINAL (KONT.)", "MADAM CHAIR: Nitlob lill-uffiċjali tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) sabiex jingħaqdu magħna fuq il-Mejda, u jinkwadrawlna ftit aktar b'mod ċar kif ingħata permess biex is-cement silo ikun jista' jopera ħdejn Kordin Grain Terminal (KGT), bl-implikazzjonijiet kollha li jista' jkollha din id-deċiżjoni.", "Is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer, u s-Sur Michael Sant, Project Manager, min-naħa tal-MEPA, ingħaqdu madwar il-Mejda tal-Kumitat.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): Għar-rigward ta' development permission tas-cement silo, mill-files sibna li, f'Ottubru 2012, f'ittra maħruġa mis-CEO ta' dak iż-żmien, Dr. Ian Stafrace – li qed nippreżenta kopja tagħha lill-Kumitat – kien intqal hekk:", "Ovvjament, b'dan l-istat ta' fatt kien ġie mgħarraf ukoll il-Bord tal-MEPA li l-impjant ma kellux bżonn a formal development permission minħabba dik l-ittra li ħarġet mis-CEO, u bqajna ninsistu magħhom biex japplikaw għal environmental permit, li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-iktar oġġett importanti biex nassiguraw l-operat … Fil-fatt, UC Ltd. kienu applikaw għal environmental permit.", "Preżenti hawn is-Sur Michael Sant li huwa l-persuna responsabbli li kien ħadem ukoll fuq l-environmental permit, u ġibna d-dokumentazzjoni kollha tagħna, flimkien mal-preżentazzjoni li konna għamilna lill-Bord tal-MEPA vis-à-vis l-environmental permit.", "MADAM CHAIR: L-environmental permit kien bżonnjuż biex huma ...", "Ta' min isemmi wkoll – u importanti li nġib a konjizzjoni ta' dan il-Kumitat – li bħalissa għaddejja kawża bejn KGT u UC Ltd. biex, għal kull buon fini ...", "MADAM CHAIR: Dan il-Kumitat mhuwiex qorti.", "L-irwol tagħna huwa li ninvestigaw kif istituzzjonijiet differenti nazzjonali kkoordinaw flimkien biex, jew we rule out li m'hemmx ħsara fuq is-saħħa tal-poplu, jew inkella hemm; u sabiex, jekk hemm jew kollox jindika li jista' ikun hemm, naraw kif l-istituzzjonijiet tagħna waslu biex xorta ħarġu il-permess.", "Aħna dik li rridu nkunu nafu, biex ma terġax tiġri.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Minbarra l-environmental permit, se nkunu qegħdin nippreżentaw ukoll iż-żewġ monitoring reports ta' kif qed jaħdem l-impjant, li juru li m'hemm ...", "MADAM CHAIR: L-impjant tas-cement silo?", "MADAM CHAIR: Jiġifieri, dak se tippreżentawh intom bħala MEPA, jew nistennew lil UC Ltd.?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Se nippreżentawh aħna bħala MEPA.", "La l-informazzjoni qiegħda għandna, nistgħu nagħtuhielkom.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Mela nisimgħu lis-Sur Sant sabiex jagħtina ftit is-sekwenza u ftit iktar informazzjoni.", "L-iktar importanti hu li tiċċara magħna, u ma' min qed isegwina, x'ġiegħelkom isserħu raskom, u kif serraħtu raskom li cement silo maġenb grain terminal jista' ikun tant safe li intom toħorġu permess.", "IS-SUR MICHAEL SANT (Project Manager, MEPA): Aħna ppreparajna timeline tal-affarijiet kollha li ġraw fl-istallazzjonijiet kollha li jinsabu fl-inħawi ta' KGT.", "Fi Frar 2013, bdejna nirċievu ċerti complaints, partikolarment dwar l-operat ta' KGT.", "Għaddiet diversi korrispondenza ma' Valletta Gateway Terminals (VGT) u KGT dwar l-issue, u kellna sottomissjoni ta' applikazzjoni minn KGT.", "Bejn Marzu u Lulju 2013, kien hemm diversi mistoqsijiet mill-Environment Protection Directorate (EPD), fejn kienu qegħdin jistaqsu lil KGT dwar kif jistgħu jagħmlu improvements għall-operat tagħhom minħabba l-issues li kienu qegħdin jikkawżaw.", "Naħseb li diġà rajtu, mid-diversi ritratti li ġew ippreżentati, kif jinħatt il-qamħ jew l-għalf tal-annimali, u t-trabijiet li kienu qegħdin jirriżultaw li qed joħorġu minn dak l-operat.", "Jiġifieri, l-ewwel darba li aħna konna nvoluti ma' KGT kien f'dan l-ambitu, biex aħna nirrispondu għall-complaint li kien qed isir.", "Fiż-żmien ta' wara, saru diversi spezzjonijiet ta' KGT u, lejn Diċembru tas-sena l-oħra, aħna erġajna staqsejnihom eżattament x'kien hemm bżonn li jagħmlu biex iġibu l-operat għal-livell tali li ma jkomplux iqajmu dawn il-problemi.", "Dan għamilnih għax jidher biċ-ċar li hemm bżonn ta' ċerti upgrades.", "Ir-ritratti jitkellmu għalihom ...", "MADAM CHAIR: Jiġifieri l-upgrade li qed issemmi trid tkun min-naħa ta' KGT?", "IS-SUR MICHAEL SANT: Hekk hu.", "MADAM CHAIR: Imma KGT kien diġà jeżisti, u kien qed jopera b'tali mod qabel ma ngħata l-operating permit lil UC Ltd., u intom kontu fully aware dwar dak li kien qed jiġri f'KGT u kif kien qed jopera.", "Allura ma nħassx il-bżonn li, jekk kif qegħdin tgħidu intom, KGT kellu bżonn upgrade, dawn jintalbu qabel?", "U kif KGT kellu permess biex jopera jekk ma kellux il-livelli li intom qegħdin tgħidu li suppost kellu?", "IS-SUR MICHAEL SANT: KGT m'għandu l-ebda permess mingħandna biex jopera.", "MADAM CHAIR: Huwa obbligat li jkollu?", "IS-SUR MICHAEL SANT: Skont l-interpretazzjoni tagħna, billi qed ikun hemm ammont konsiderevoli ta' emissions matul l-operat, aħna bħala MEPA jidhrilna li għandu bżonn operational permit, li aħna nsejħulu environmental permit.", "MADAM CHAIR: Li s'issa m'għandux.", "IS-SUR MICHAEL SANT: Hekk hu.", "Ħalli nagħti ftit background.", "Bejn l-2006 u l-2007, bdejna nintroduċu r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea, u bdejna nintroduċuhom primarjament ma' dawk li l-Ewropa tqis li huma ta' natura l-iżjed importanti, u ċjoè dawk li huma definiti fil-Liġi tal-Integrated Pollution, Prevention and Control (IPPC).", "Jiġifieri, bejn l-2007 u l-2010, il-prijorità tal-MEPA kienet dawk l-istallazzjonijiet, u KGT u oħrajn li se nsemmi issa ma kenux parti minnhom.", "Imbagħad, billi l-MEPA kienet stabbilixxiet il-proċess ta' environmental permitting, bejn l-2009 u l-2012 il-prijorità imxiet għall-waste management facilities oħrajn, jiġifieri qegħdin ngħidu li, dak iż-żmien, kien hemm stallazzjonijiet, bħal pereżempju l-impjant ta' Sant'Antnin jew stallazzjonijiet oħrajn tal-Wasteserv jew oħrajn privati, li kollha wassalnihom għall-fażi li jkollhom environmental permit.", "Jiġifieri, importanti li nżommu f'moħħna li aħna qegħdin fil-fażi ta' roll out ta' dawn il-permessi; induru settur settur, naraw l-operat differenti li hemm, nipprijoritizzawhom skont il-bżonn, naħdmu flimkien magħhom biex noħorġulhom environmental permit, u ngħinuhom biex jagħrfu dawk l-istandards li japplikaw għalihom biex ikunu jistgħu joperaw.", "Issa, hawnhekk hawn ħames stallazzjonijiet li aħna nqisu li huma dawk l-iżjed viċini – għalkemm fir-realtà wieħed jista' jikkunsidra anke iżjed – u m'iniex se nidħol fil-merti tal-Power Station tal-Marsa jew l-inċineratur, li qegħdin inqas minn kilometru 'l bogħod, għax dawk huma stallazzjonijiet regolati taħt l-IPPC, li diġà għandhom environmental permit.", "Hawnhekk qegħdin inħarsu lejn stallazzjonijiet oħrajn li l-MEPA, f'xi żmien jew ieħor, talbithom environmental permit minħabba l-impatti li kienu qegħdin jikkawżaw.", "Jiġifieri, l-MEPA indunat li hemm ċertu operat għaddej, u fost il-prijoritizzazzjoni li qed tagħmel hawnhekk u f'partijiet oħrajn ta' Malta, talbithom japplikaw għal environmental permit.", "Jiġifieri, hawnhekk għandna KGT, UC Ltd., Malta Cement, VGT u Palumbo.", "Pereżempju, l-istorja ma' Palumbo bdiet fl-2010, meta beda jkollna l-problemi minħabba l-grit blasting.", "Il-MEPA intervjeniet biex tikkontrolla dik il-problema, u esiġiet li jkun hemm ċerti kontrolli fil-kwalità tal-operat, fosthom li jsiru ċerti tibdiliet fin-natura tal-operat tal-grit blasting.", "Dwar dan hemm storja sħiħa li għaddejja sal-ġurnata tal-lum, u l-environmental permit ta' Palumbo għadu ma ħariġx, għax hemm ċerti dettalji finali li għadna qegħdin inħarsu lejhom, bħal pereżempju, il-ħsejjes.", "In kwantu ta' VGT, ir-rikjesta biex ikun hemm applikazzjoni għal environmental permit saret f'Marzu 2014.", "VGT hija stallazzjoni …", "MADAM CHAIR: Ħalli niċċaraw l-affarijiet.", "Jiġifieri lil KGT, li kienu ġew hawnhekk f'laqgħa oħra u għamlulna preżentazzjoni, fejn assigurawna li għandhom kollox up to standard, intom tlabtuhom sabiex japplikaw ħalli jkollhom environmental permit, u huma għadhom fil-proċess li jottjenu dan l-environmental permit?", "IS-SUR MICHAEL SANT: Hekk hu.", "MADAM CHAIR: Jekk qed nifhem sew, intom ħriġtu permess lis-cement silo, filwaqt li KGT għad m'għandhomx environmental permit.", "Jiġifieri, jista' jagħti l-każ li dak li qegħdin ninkwetaw għalih aħna, jiġifieri li jista' ikun hemm elementi ta' contamination li ġew earmarked mill-istudji tat-tobba li ġew inkarigati miż-żewġ kumpanniji, jista' ikun fatt, għax il-fatt li intom għadkom ma ħriġtux environmental permit lill-ieħor li qiegħed biswit is-cement silo, jista' jkun minħabba li m'hemmx assigurazzjoni li biha aħna nistgħu nserrħu rasna.", "Qed nagħmillek statement biex inti tikkonvinċini li it's not the case.", "IS-SUR MICHAEL SANT: Ħalli nħarsu lura lejn is-sitwazzjoni li konna fiha qabel l-2005.", "Fl-2005, kellna dawn l-entitajiet kollha li kienu qegħdin joperaw mingħajr ebda forma ta' operational jew environmental permit.", "Iż-żewġ termini qegħdin nużawhom interchangeably, imma fir-realtà qegħdin inħarsu lejn environmental permit.", "Meta ġew UC Ltd. biex japplikaw, aħna dehrilna li, fiċ-ċirkostanzi tal-Port, hemm sitwazzjoni li għandna bżonn inħarsu lejha.", "Aħna konna diġà ħarisna lejn ix-xaqliba l-oħra fejn qed jopera Palumbo, imma f'dan ir-rigward iżjed konna qegħdin inħarsu lejn l-issues li hemm vis-à-vis tat-Tlett Ibliet.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri, tħarsu lejn Palumbo bħala a possible source of contamination?", "IS-SUR MICHAEL SANT: Konna qegħdin inħarsu lejn Palumbo bħala entità li kapaċi taffettwa, u li fil-fatt kienet u għadha taffettwa, lit-Tlett Ibliet.", "Jiġifieri, hemmhekk il-MEPA diġà kellha ċerta attività għaddejja.", "Meta ġew għall-attenzjoni tagħna s-cement silos, fir-realtà konna nafu – u fil-fatt il-pajjiż kollu kien jaf – li s-siment kollu li jidħol Malta jidħol tramite il-portijiet li hemm il-Marsa.", "Nafu wkoll, mill-istudji fuq il-kwalità tal-arja, li kwestjonijiet dwar kwalità tal-arja mhumiex kwestjoni ta' lokalità.", "Pereżempju, jekk inħarsu lejn id-distribution studies li saru f'dak l-ambitu mill-2012 sal-2014, naraw li l-power stations li hemm il-Marsa jaffettwaw prattikament lis-South kollu kemm hu.", "Allura hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar sustanzi li għandhom ċertu travel.", "MADAM CHAIR: Imma l-esperti tagħkom qalulkom li … Aħna nafu li diġà hemm livell ta' kontaminazzjoni, u sfortunatament, kif għedt tajjeb inti, ma tteħdux passi jew ma setgħux jittieħdu passi.", "Imma allura x'jiġġustifika li nafu li hemm dak il-livell ta' kontaminazzjoni, u ħareġ permess għal cement silo biswitu?", "Għaliex hemm u mhux x'imkien ieħor?", "Għaliex ingħata?", "Jekk intom qegħdin tgħidu li KGT għandhom bżonn isaħħu l-livelli u l-istandards tiegħu – xi ħaġa li KGT nnegaw – allura kif il-MEPA iddeċidiet li tagħti permess għal cement silo biswit?", "Meta KGT kif kien, diġà kien espost għall-kontaminazzjoni tal-madwar, allura iktar kien se jkun espost b'cement silo biswitu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kien proprju għal dik ir-raġuni li, wara li nħarġet dik il-clearance, insistejna li qabel ma jibda jopera jkollu environmental permit, u ma konniex se nħalluh jopera qabel ma l-environmental permit ikun mogħti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "Saħansitra ħadna passi biex issiġillajna s-silo fuq il-post meta, minkejja li ma kellux anke l-environmental permit, dan xorta ġab is-siment fuq il-post.", "Kieku konna ċerti li dan m'għandux forma ta' emissions, kieku lanqas kien ikollu bżonn environmental permit; imma, għaliex ma konniex konvinti li ma kienx hemm emissions, allura tlabna li jsir l-environmental permit.", "L-environmental permit għadda l-proċess tiegħu, saru l-konsultazzjonijiet kollha ...", "MADAM CHAIR: U l-esperti tagħkom assigurawkom ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament, aħna noqogħdu fuq x'jgħidu esperti barra mill-Awtorità.", "Issa għandna wkoll il-monitoring reports li qegħdin juru li s-sitwazzjoni hija ferm iktar aħjar milli ħsibna.", "MADAM CHAIR: Il-monitoring reports kemm huma riċenti?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Wieħed ta' Diċembru, u ieħor ta' Jannar.", "Fil-fatt, qegħdin nippreżentaw kopja tagħhom lill-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Tajjeb ħafna.", "Sur Sant, tista' tfehemna daqsxejn x'fihom, jekk jogħġbok?", "IS-SUR MICHAEL SANT: Meta konna qegħdin naħdmu fuq l-environmental permit, aħna esiġejna ma' UC Ltd. li jkun hemm monitoring systems pjuttost sofistikati.", "Fil-fatt, kien hemm xi delays sakemm UC Ltd. ġabu l-apparat, għas-sempliċi raġuni li dawn mhumiex monitoring systems li s-soltu jitqiegħdu fuq silos ta' dak it-tip.", "Aħna xtaqna noqogħdu mal-istandards tal-IPPC, għalkemm mhux stallazzjoni ta' IPPC; ħarisna lejn l-istorage reference documents li jeżistu taħt il-Liġi tal-IPPC, u dehrilna li għandna nadottaw dawn l-istandards, u nsistejna li jkun hemm dan il-monitoring equipment.", "Fir-riżultati tal-ewwel żewġ sessions ta' Diċembru u Jannar, nistgħu naraw il-limit value li huwa mmarkat bil-linja l-ħamra.", "Jekk inħarsu lejn din il-linja, naraw li bilkemm irreġistra li kien hemm emissjonijiet, jiġifieri l-effiċjenza li kien hemm spjegata fil-proċess tal-applikazzjoni u li aħna evalwajna, ġiet ikkonfermata.", "MADAM CHAIR: Dan huwa differenti ħafna minn dak li tkellimna dwaru l-aħħar darba.", "Illum intom qegħdin tassigurawna li, mill-monitoraġġ li għamiltu, iċ-ċans jew l-eventwalità ta' kontaminazzjoni tal-grain li jgħaddi minn KGT hija baxxa ħafna.", "L-emissjonijiet li ħerġin huma limitati ħafna.", "MADAM CHAIR: Fix-xjenza \"limitati\" tista' tfisser ħafna, kif tgħallmuni intom.", "Jiġifieri dawn huma limitati tant li intom moħħkom mistrieħ li dak li qed jasal bħala grain, li mbagħad jiġi maħdum f'ikel għan-nies, huwa within the safe limits li wieħed jistenna f'pajjiż ċivilizzat?", "IS-SUR MICHAEL SANT: Limitati b'tali mod li jilħqu l-livelli ta' best available technique li huma fid-direttiva tal-IPPC għal storage of substances.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien mhux hekk qed nifhem li qegħdin tgħidu.", "Intom qegħdin tgħidu li l-emissions li joħorġu mis-cement silo ma jagħmlux ħsara, imma ma jfissirx li emissions oħrajn li joħorġu minn x'imkien ieħor fuq KGT ma jagħmlux ħsara.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: U għalhekk hemm l-insistenza li KGT trid tiġi in line u jkollha environmental permit, għax bħalma joħroġ, jista' jidħol.", "MADAM CHAIR: Nixtieq nistieden lir-rappreżentanti tal-Ministeru tas-Saħħa sabiex jiġu madwar il-Mejda, ħalli jekk jista' ikun nissostanzjaw dak li qegħdin ngħidu.", "Is-Sur Joseph Rapa, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa, Dott. Christine Baluci, Resident Specialist fid-Direttorat tal-Ambjent għas-Saħħa Ambjentali, u s-Sur Clive Tonna, Direttur fid-Direttorat tal-Ambjent għas-Saħħa Ambjentali, ingħaqdu madwar il-Mejda tal-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Wara, inkun nixtieq li kull Membru jkun jista' jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu; imbagħad, jekk hawn xi membri tal-pubbliku li jixtiequ jagħmlu xi mistoqsija, inkunu nistgħu nisimgħu l-mistoqsijiet tagħhom.", "Keep your questions brief ħalli nkunu nisimgħu lil kulħadd.", "Il-MEPA illum, differenti mill-aħħar darba li ltqajna – u għalhekk aħna tajna ż-żmien – assigurawna li, mill-monitoraġġ li qed isir, is-cement silo mhuwiex qiegħed joħroġ minnu emissjonijiet tant li wieħed jinkwieta li hemm kontaminazzjoni ta' dak li jgħaddi mill-grain terminal.", "Intom tistgħu tissostanzjaw dak li qegħdin jgħidu l-MEPA?", "X'għamiltu intom fil-proċess biex inħareġ dak il-permess – meta kien hemm grain terminal maġenbu – ħalli tassigurawna li l-istituzzjonijiet qegħdin jiffunzjonaw tajjeb biex iċ-ċittadin jiġi protett?", "U x'qegħdin tagħmlu, f'dak li huwa monitoraġġ, biex tassiguraw li l-istandards jinżammu u aħna nibqgħu moħħna mistrieħ?", "IS-SUR JOSEPH RAPA (Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa): Kif għedna fl-aħħar laqgħa, l-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika tagħna għamlu testing on a sample base on the retail level tad-dqiq, għandna r-riżultati u, bil-permess tagħkom, l-awtoritajiet tagħna, li huma dipendenti mill-Ministeru, lesti li jaqsmu r-riżultati ta' dan it-testing magħkom.", "IS-SUR CLIVE TONNA (Direttur fid-Direttorat tal-Ambjent għas-Saħħa Ambjentali): F'Novembru tas-sena l-oħra, aħna għamilna sampling programme min-naħa tagħna fejn ħadna b'kollox 40 kampjun ta' packed cereal grains minn retail outlets, u anke minn bakeries, 39 minnhom ...", "39 minnhom kienu lokali, u wieħed li hu ppakkjat barra minn Malta, jiġifieri impurtat.", "Dan sar bejn l-20 u s-26 ta' Novembru, u ovvjament ġew ittestjati fil-Public Health Laboratory tagħna li jinsab ġewwa Evans Building.", "Bħala parametri, ttestjajnihom għal-lead, cadmium, iron and aluminium, u ovvjament dawn kienu ttestjati skont MSA EN 13804.", "MADAM CHAIR: Imma hemm heavy metals oħrajn?", "IS-SUR CLIVE TONNA: Il-metals kollha, jiġifieri l-lead, il-cadmium, l-iron u l-aluminium irriżultaw li qegħdin within il-livelli aċċettabbli tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea (EU Regulation 1881/2006).", "Bażikament, dan kien is-sampling programme li għamilna f'Novembru tas-sena li għaddiet, u kien l-ewwel sampling programme tat-tip tiegħu li sar.", "MADAM CHAIR: Kull meta qiegħed isir issa?", "IS-SUR CLIVE TONNA: Hemm ipprogrammat li għal din is-sena nagħmlu sampling programme ieħor.", "MADAM CHAIR: Tħossukom sodisfatti minn dak li rriżulta minn dak l-istudju?", "IS-SUR CLIVE TONNA: Minn dawn ir-riżultati b'dawn il-kampjuni ma rriżultax …", "MADAM CHAIR: U l-heavy metals l-oħrajn.", "IS-SUR CLIVE TONNA: Dawn huma l-parametri li rajna x'hemm fis-siment u x'hemm fir-regolament tal-Unjoni Ewropea.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjakom.", "Hemm xi ħaġa oħra x'iżżidu?", "CHRISTINE BALUCI (Resident Specialist fid-Direttorat tal-Ambjent għas-Saħħa Ambjentali): Apparti minn hekk, qegħdin nirċievu wkoll ir-riżultati tal-air monitoring li qed isiru min-naħa tal-MEPA, u nirringrazzjawhom għar-riżultati.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri jidher li hemm koordinament sħiħ biex intom tassiguraw li l-livelli ta' kontaminazzjoni jibqgħu taħt il-livell mixtieq.", "Nistieden issa lill-Membri tal-Kumitat sabiex, jekk għandhom xi mistoqsijiet x'jagħmlu lis-sinjuri li għoġobhom jiġu llum hawnhekk, jagħmluhom.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli nipprova nifhem ftit is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri, minbarra s-cement silo tal-UC Ltd., hemm silo ieħor tas-siment ħdejh?", "MADAM CHAIR: Ftit 'il bogħod.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri, hemm żewġ silos tas-siment u wieħed tal-grain.", "Tal-grain mhuwiex ikkontrollat għax huwa antik, ilu hemmhekk u allura ma kienx jaqa' taħt il-parametri ambjentali li qegħdin jesiġu llum; però s-cement silo li nbena issa għandu environmental permit.", "Is-cement silo l-ieħor għandu environmental permit?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, m'għandux.", "Applika, u jrid ukoll jiġi in line mar-regolamenti.", "CHARLES BUHAGIAR: Mela bħalissa għandna żewġ applikazzjonijiet għaddejjin, waħda ta' KGT u l-oħra tas-cement silo; però, minkejja li dawn għad m'għandhomx il-permess, mill-monitoraġġ li qed isir qed jirriżulta li m'hemmx tniġġiż taċ-ċereali li jista' jikkawża ħsara.", "MADAM CHAIR: Il-permessi tas-Saħħa jkopru kollox.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma allavolja m'għandhomx permessi ambjentali.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-monitoraġġ tagħna huwa dwar dak li ħareġ minn UC Ltd.", "Safejn naf jien, m'għandniex informazzjoni ...", "CHARLES BUHAGIAR: Imma huma ttestjaw il-grain.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Eżattament.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk ittestjaw il-grain, ittestjaw anke għal emissions li ħerġin mingħand ħaddieħor.", "MADAM CHAIR: Għalhekk importanti li tikkoordinaw flimkien.", "Jekk hawn xi ħadd mill-pubbliku li jixtieq jagħmel xi mistoqsija, jista' jersaq madwar il-Mejda tal-Kumitat.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA (Rappreżentant legali ta' KGT): Nixtieq nistaqsi lir-rappreżentanti tal-MEPA taħt liema provvediment tal-liġi, meta ġie ppjanat u mibni s-silo tas-siment, kien hemm eżenzjoni mill-permess ta' żvilupp.", "Apparti minn hekk, nixtieq nistaqsi liema huma l-istandards internazzjonali jew Ewropej li bihom kejlu, u jekk hemmx xi guidelines dwar il-prossimità ta' silo tas-siment ħdejn industrija jew silo tal-ikel.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fid-definizzjoni ta' x'inhu żvilupp wieħed isib eżattament x'inhu żvilupp, u impjant ma jikkwalifikax bħala żvilupp.", "Ovvjament, is-CEO ta' dak iż-żmien ħass li kellu jikteb dik l-ittra li intom għandkom kopja tagħha ...", "MADAM CHAIR: Ittra jew legal notice kienet saret dak iż-żmien?", "Fil-fatt, fl-ittra qal li l-legal notice se tiċċaraha, imma l-legal notice qatt ma saret.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Mela minn fejn qed jiġi kkwotat li fid-definizzjoni ta' \"żvilupp\", impjant ...", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Liema Att?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Liema artiklu fl-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp jgħid ...?", "Meta tgħid \"impjant\", jiġifieri impjant kwalunkwe?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed tgħid x'inhu żvilupp.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: U qed tgħid li impjant mhuwiex żvilupp.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, impjant mhuwiex żvilupp.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Kwalunkwe impjant mhuwiex żvilupp?", "Jiġifieri, biex jiena nibni silo ħdejn l-Isptar Mater Dei m'għandix bżonn permess għax mhux żvilupp, hux hekk?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien m'iniex qed ngħid hekk, u ma tajtx dik l-interpretazzjoni.", "Dik l-interpretazzjoni taha s-CEO ta' qabli.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Jien m'iniex qed nistaqsik dwar l-ittra tas-CEO, u naf li inti ma tajt ebda interpretazzjoni simili; imma qed nistaqsik jekk, bħala liġi jew regolament taħt l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, hemmx x'imkien li silo tas-siment huwa eżent milli jitlob a planning application.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed ngħidlek li l-uniku mod kif wieħed jista' jgħid li m'għandux bżonn permess huwa għaliex fid-definizzjoni ta' 'żvilupp', impjant mhuwiex bżonn ta' permess.", "MADAM CHAIR: Avukat Delia, is-CEO ta' qabel ħataf dik l-interpretazzjoni ...", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Jien m'iniex qed nistaqsi dwar interpretazzjoni ta' liġi.", "Id-definizzjoni ta' 'żvilupp' skont l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp hija wiesgħa ħafna, u tinkludi prattikament kollox, għajr dak li huwa speċifikament eskluż.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, u impjant huwa eskluż.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Minn fejn joħroġ dan?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mid-definizzjoni.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Le, assolutament m'intix korrett.", "Id-definizzjoni nnifisha hija comprehensive, imbagħad tagħmel riżerva u proviso ħlief fejn speċifikament x'imkien ieħor fl-Att ikun speċifikament eskluż.", "Jiġifieri, kull ma wieħed jagħmel f'Malta jeħtieġ żvilupp, kemm jekk ikun struttura temporanja, kif ukoll permanenti, għajr fejn hemm esklużjoni speċifika.", "Jiġifieri, jekk x'imkien jgħidlek li għal knisja m'għandekx bżonn żvilupp, allura tista' tibni knisja mingħajr żvilupp; mill-bqija kollox huwa nkluż – tieqa, bitħa, kanna, plakka, ħajt tas-sejjiegħ, kollox.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Sakemm ma jgħidlekx li huwa eskluż.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: U jien qed nistaqsik mil-liema ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed ngħidlek li huwa eskluż.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: U jien qed nistaqsik mil-liema artiklu joħroġ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien qed ngħidlek x'inhu dak li huwa bżonn ta' żvilupp.", "MADAM CHAIR: Imma jekk m'iniex sejra żball, fil-portijiet ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Is-CEO preċedenti qal li fil-portijiet ...", "MADAM CHAIR: Din ħarġet minn ittra ...", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Dak x'qal fl-ittra li kien bagħat is-CEO ta' dak iż-żmien, l-Av.", "Ian Stafrace, u ma kkwota l-ebda liġi.", "Jien qed nistaqsi lis-CEO preżenti, mhux bħala persuna, imma bħala rappreżentant tal-MEPA, jekk hemmx definizzjoni – u qed nistaqsih għax huwa ċar daqs il-kristall li m'hemm ebda esklużjoni biex jinbena silo tas-siment – … Dak hu li qed nistaqsih, 'il hinn minn dik l-interpretazzjoni, magari skorretta.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Espliċitament fuq silo tas-siment, m'hemmx.", "Għandek aktar domandi?", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Naqblu li fl-2012 kien hemm enforcement order, jiġifieri avviż ta' twaqqigħ, fuq l-operat tas-silo tas-siment?", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Naqblu li dan tneħħa, għax sussegwentement daħlet applikazzjoni għal permess sħiħ fuq boiler room u kmamar anċillari mas-silo tas-siment?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kif diġà għedtlek, l-Awtorità ħadet in konjizzjoni li s-silo per se, għax huwa impjant, m'għandux bżonn permess.", "L-istrutturi kellhom bżonn permess, u allura kellu japplika għall-permess għall-istrutturi u għal environmental permit għall-operat tal-impjant.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Mela, qed nifhmek korrett li silo tas-siment sħiħ ma jirrikjedix permess – għallinqas skont dik l-interpretazzjoni – għalkemm esklużjoni fil-liġi m'hemmx; però, biex tibni kmamar anċillari u boiler room għall-istess impjant jeħtieġ permess?", "Dan dejjem skont il-MEPA.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, m'iniex komdu nirrispondi, għax dawn huma domandi li diġà saru fil-Qorti, u ma naħsibx li huwa l-lok fejn inwieġbu dawn l-affarijiet li għadhom sub judice.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Madam Chair, il-Qorti li qed isemmi s-Sur Buttigieg mhijiex il-Qorti Kriminali, u allura m'hemmx lok ta' eżenzjoni mit-tweġibiet għax m'hemm l-ebda imputazzjoni kriminali, u huma proċeduri paralleli li jistgħu jsiru f'kull waqt.", "MADAM CHAIR: Ħu paċenzja, Sur Avukat.", "Kif diġà għedt, hawnhekk mhux qorti.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nisimgħu l-informazzjoni li għandna bżonn biex il-pubbliku li qiegħed isegwina jkun infurmat.", "Aħna m'aħna se naqtgħu l-ebda kawża; l-unika ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa rapport biex bħala parlamentari ngħidu xi nħossu li għandu jsir wara li studjajna l-każ.", "Pereżempju, jekk naraw li hemm lakuna fil-liġi, aħna nistgħu nissuġġerixxu li tiġi rranġata b'tali mod li tkun ċara, biex ma jerġgħux jiġru dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri, m'għandekx għalfejn toqgħod tinkwieta li twieġeb għax hawnhekk m'aħniex il-Qorti.", "Jien nieħu pjaċir nisma' dawn id-domandi, għax jekk hemm elementi li aħna ma ndirizzajniex ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma mhumiex domandi relatati mas-suġġett li qegħdin niddiskutu għar-rigward is-saħħa ambjentali tan-nies inġenerali.", "MADAM CHAIR: Jistgħu jkunu relatati għal inċidenzi oħrajn li jistgħu jseħħu 'il quddiem, u inti, bħala CEO, m'inti se titlef xejn billi twieġeb: anzi, tkun qed tillumina lilna l-parlamentari li nħarsu lejk biex tfehemna x'hemm available biex nikkontrollaw l-iżvilupp tal-istrutturi li għandna madwarna.", "JOSEPH SAMMUT: Madam Chair, jien naħseb li s-CEO għandu raġun, fis-sens li jekk hemm kawża li qiegħda sub judice, l-informazzjoni li jista' jagħti hawnhekk tista' tkun ta' preġudizzju kbir għall-kawża li hemm il-Qorti.", "Ma naħsibx li huwa lok jirrispondi fuq ċerta materja sensittiva li għandha bearing fuq kawża li għadha sub judice.", "MADAM CHAIR: Onor. Sammut, il-Parlament huwa fuq il-Qorti, u hawnhekk għandna kull dritt nisimgħu kollox.", "Ma jfissirx li, jekk xi ħaġa qed tinstema' l-Qorti, ma tistax tinstema' hawnhekk.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Nixtieq inserraħ moħħ l-Onor.", "Sammut li l-kawża li hemm quddiem il-Qorti hija waħda ta' natura ċivili u mhijiex kontra l-MEPA, jiġifieri żgur li bl-ebda mod mhu se jinkrimina lanqas ċivilment u jippreġudika ruħu s-CEO tal-MEPA, għax m'hemmx kawżi kontra l-MEPA fil-Qorti llum.", "Qed ngħid dan in addition ta' dak li ntqal.", "MADAM CHAIR: Lanqas likieku.", "Il-Parlament għandu d-dritt li jisma' lil kulħadd.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Ċert.", "MADAM CHAIR: Għax kawża qed tinstema' l-Qorti, ma jfissirx li l-Parlament m'għandux għalfejn jisma'.", "Bl-istess raġunament, il-Public Accounts Committee jista' ma jkomplix jisma' xhieda; ikun hemm attivitajiet li qegħdin isiru fil-Qorti u attivitajiet li qegħdin isiru fil-Parlament, u jiġifieri waħda ma tippreġudikax lill-oħra.", "Għandek iktar mistoqsijiet, Sur Avukat?", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Iva.", "Jista' s-CEO iweġibni fuq standards Ewropej jew internazzjonali, u l-linji gwida li ġew illuminati minnhom meta raw, jekk investigaw, dwar id-distanza tal-impjant mis-silo tal-grain jew attività oħra ta' ikel?", "IS-SUR MICHAEL SANT: Bħala distanzi bejn cement silos u attivitajiet oħrajn, jew grain silos u attivitajiet oħrajn, ma jidhirlix li għandna xi linji gwida lokalment, u m'iniex aware li hemm imkien ieħor.", "Għal dawk li huma standards applikabbli taħt liġi ambjentali, wieħed jista' iħares lejn il-best available technique tad-direttiva tal-IPPC, u nistgħu ngħidu li l-istandards applikabbli ta' dawk il-guidelines, ġew applikati fil-każ tas-cement silo.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Jissemma metraġġ f'dawn il-guidelines, 100 metru jew 'il fuq minn 100 metru?", "IS-SUR MICHAEL SANT: Le, ma jidhirlix li jissemma.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Hawn iktar membri tal-pubbliku li jixtiequ jagħmlu xi mistoqsijiet?", "Dott. Godfrey Grech, konsulent ta' KGT, ingħaqad madwar il-Mejda tal-Kumitat.", "GODFREY GRECH (Konsulent ta' KGT): Ir-riżultati tal-air monitoring li sar fil-post fejn hemm is-cement silo – naħseb ilkoll naqblu li l-perimetru ta' UC Ltd. huwa l-istess bħal dak ta' KGT, u allura nimmaġina li l-arja hija l-istess – jistgħu jimxu għal KGT bħala environment assessment tal-arja madwar KGT?", "IS-SUR CLIVE TONNA: Bil-qalb kollha.", "MADAM CHAIR: Hawn iktar mistoqsijiet?", "ASTRID VELLA (Flimkien għal Ambjent Aħjar): Madam Chair, nixtieq nistaqsi lill-MEPA kemm-il darba fis-sena se jsir dan il-monitoraġġ, u għal kemm tul ta' żmien.", "Bħalma diġà ssemma fl-aħħar laqgħa, peress li l-impjant huwa ġdid, standards li preżentement hemm fl-impjant jistgħu jkunu għoljin u sodisfaċenti; però, mal-medda taż-żmien, jistgħu jiddeterjoraw, u allura nixtieq inkun naf jekk il-monitoraġġ huwiex long term, u kemm-il darba fis-sena jsir.", "IS-SUR MICHAEL SANT: Il-monitoraġġ huwa kontinwu, u napprezza l-concern rigward li l-istandards jiddeterjoraw biż-żmien, għax din hija problema li nsibuha ma' wiċċna bħala xogħol ta' kuljum, u hija waħda mir-raġunijiet għalfejn ikun hemm monitoraġġ anke ta' ċertu certification tal-equipment, tal-kwalità tal-filter, eċċ., u anke biex wieħed ikun jista' jagħmel evalwazzjoni ta' performance matul medda ta' żmien, ħalli jara jekk hemmx il-bżonn li jsir aġġornament tal-permess.", "IS-SUR CLIVE TONNA: Min-naħa tagħna, kif diġà spjegajt, din is-sena se nerġgħu nagħmlu dan it-tip ta' sampling programme, imbagħad skont ir-riżultati li jkollna, inkunu nistgħu nqabbluhom mar-riżultati li għandna preżentement.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Ma jidhirx li hawn aktar mistoqsijiet.", "Fid-dawl ta' dak li ntqal illum, u anke tal-istudji li ġew ippreżentati, nixtieq nistaqsi lill-Membri tal-Kumitat jekk jixtiequx li aħna nerġgħu nagħmlu talba formali biex UC Ltd. jiġu jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom.", "Jidher li hawn il-qbil tal-Kumitat.", "Qabel naġġorna, nixtieq nitlob il-permess mill-Membri ta' dan il-Kumitat sabiex id-dokumenti kollha li ġew ippreżentati lill-Kumitat, flimkien ma' ritratti u dokumenti li ġew ippreżentati fl-aħħar laqgħa fejn ġie diskuss dan is-suġġett, jitpoġġew fuq il-website tagħna.", "Jidher li m'hawn ebda oġġezzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-għan ta' dan il-Kumitat huwa li, jekk NGO talbitna niċċaraw ċerti punti, għall-benefiċċju tal-pubbliku li wara kollox eleġġiena, aħna nagħmlu dan.", "Il-pajjiż għandu l-Leġiżlattiv, għandu l-Eżekuttiv, u għandu l-Ġudikatura: kulħadd jista' jaħdem indipendentement minn kulħadd, però l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż tibqa' il-Parlament.", "Jekk jiena tiġini talba bħal din u ma nressaqhiex hawnhekk biex tiġi diskussa u nvestigata, inħoss li bħala Kumitat għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp inkunu qegħdin nonqsu ħafna lill-elettorat.", "Nirringrazzjakom u naġġorna l-Kumitat għal data li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fis-7:27 pm, il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150223_013d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 23 ta' Frar, 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:41p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Marthese Portelli, u l-Onor.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Michael Falzon, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti mill-Ministeru għas-Saħħa, mill-Malta Environment and Planning Authority (MEPA), minn Kordin Grain Terminal, minn UC Limited, kif ukoll rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 12 li saret fit-2 ta' Frar, 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI SABIEX TINGĦATA AKTAR INFORMAZZJONI FID-DETTALL DWAR L-ISSUES AMBJENTALI U TA' SAĦĦA LI POTENZJALMENT JISTA' JKUN HEMM FIR-RIGWARD TAL-IŻVILUPP TAS-SILO TAS-SIMENT FIL-VIĊINANZI TA' KORDIN GRAIN TERMINAL (Kont.)", "Fil-bidu tad-diskussjoni, Madam Chair qalet li kif isir dejjem, il-partijiet kollha konċernati kienu avżati li kellhom jattendu għal-laqgħa tal-Kumitat li kellha ssir illum.", "Dik il-ġurnata stess wara nofsinhar, UC Ltd. ġew ikkuntattjati mill-iskrivana tal-Kumitat għax kienu għadhom ma bagħtux risposta għall-ittra li kienet intbagħtitilhom sabiex tavżahom li kellhom jattendu għal-laqgħa, u r-risposta tagħhom kienet li ma kenux se jattendu għax l-avukat tagħhom kien indispost.", "Madam Chair għamlet riferenza u fakkret x'kien jgħid Ordni Permanenti Nru. 164 u anke x'kienu jgħidu artikli 4, 8 u 11 tal-Ordinanza dwar is-Setgħat u l-Privileġġi tal-Kamra tad-Deputati.", "Hija qalet li kull min ikun imsejjaħ jidher quddiem il-Kumitat, huwa obbligat li jagħmel dan, u min ma jersaqx jittieħdu l-passi neċessarji sabiex dan isir.", "Is-Sur Johann Buttigieg u s-Sur Michael Sant, Chief Executive Officer u Project Manager tal-MEPA rispettivament, is-Sur Joseph Rapa, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa, u Dott. Christine Baluci u s-Sur Clive Tonna, Resident Specialist u Direttur fid-Direttorat tal-Ambjent għas-Saħħa Ambjentali rispettivament, ħadu parti fid-diskussjoni u rrispondew għad-domandi magħmula mill-Membri tal-Kumitat.", "Waqt id-diskussjoni, l-uffiċjali tal-MEPA ippreżentaw lill-Kumitat dawn id-dokumenti:", "9 – Ittra datata 11 ta' Ottubru 2012 mibgħuta minn Dr. Ian Stafrace, Chief Executive Officer, Malta Environment and Planning Authority, lis-Sur Johann Borg ta' UC Ltd;", "10 - Tabella li turi s-sekwenza ta' kif ġraw l-affarijiet fil-kuntest tas-cement silo ta' UC Ltd;", "12 – Ritratti li juru l-operat ta' Kordin Grain Terminal; u", "13 – Emission Reports – UC Ltd. għal Diċembru 2014 u Jannar 2015.", "Fil-laqgħa ħadu sehem ukoll l-Avukat Adrian Delia u t-Tabib Godfrey Grech, konsulent legali u konsulent ta' Kordin Grain Terminal rispettivament, kif ukoll is-Sinj.", "Astrid Vella mill-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar.", "Fis-7:27p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard..", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150223_013m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 39", "L-Erbgħa, 4 ta' Marzu, 2015", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 4 ta' Marzu, 2015 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Implimentazzjoni tal-politika dwar is-saħħa sesswali – Diskussjoni ma' rappreżentanti mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150304_039a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 39", "L-Erbgħa, 4 ta' Marzu, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 39", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 38 li saret nhar l-Erbgħa, 18 ta' Frar 2015 ġew konfermati.", "IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI – DISKUSSJONI MA' RAPPREŻENTANTI MID-DIPARTIMENT TAL-EDUKAZZJONI.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Ngħaddu mill-ewwel għas-suġġett tagħna llum li huwa l-implimentazzjoni tal-politika dwar is-saħħa sesswali, fejn illum se jkollna diskussjoni mar-rappreżentanti mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu għal din l-istedina u rrid navżakom li dawn il-laqgħat ikunu video streamed fuq il-websajt tal-Parlament.", "Għalhekk jekk għandkom xi oġġezzjoni għal dan tistgħu tgħiduli issa.", "Bħalissa qegħdin nerġgħu nirrevedu r-rapport li kien sar fil-leġiżlatura l-oħra dwar is-saħħa sesswali biex naraw jekk ir-rakkomandazzjonijiet li kienu saru fih seħħewx għax mhux imbilli nagħmlu r-rapporti, huwa importanti wkoll li naraw li l-affarijiet ikunu mexjin.", "Fl-ewwel laqgħa li għamilna fuq dan is-suġġett kellna r-rappreżentanti min-naħa tal-Promozzjoni tas-Saħħa u waħda mill-affarijiet li konna kurjużi dwarha kienet fuq jekk din is-sexual health policy kenitx qiegħda tiġi implimentata kif suppost fl-iskejjel kollha, jiġifieri kemm fl-iskejjel tal-Istat, tal-Privat u anke dawk tal-Knisja.", "U llum se nisimgħu mingħand l-iskejjel tal-Istat kif ukoll mill-iskejjel tal-Knisja.", "Tal-Privat se nisimgħuhom f'laqgħa oħra.", "Fil-fatt magħna llum għandna lis-Sur Stephen Camilleri, lis-Sinjura Kathleen Bonello u lis-Sur Mario Muscat min-naħa tal-iskejjel tal-Istat.", "U għandna wkoll lil Dr Rose Anne Cuschieri, Director for Educational Services in Church Schools.", "Se nibda l-ewwel mill-iskejjel tal-Istat u li nixtieq inkun naf mingħandkom hu dwar kif qiegħda tiġi mħaddma din is-sexual health policy fl-iskejjel.", "Nixtieq inkun naf jekk hijiex qiegħda tiġi mħaddma kif kien mistenni, jekk hemmx varjazzjonijiet ta' kif qiegħda tiġi mħaddma fl-iskejjel differenti u x'hemm li tixtiequ li jsir b'mod differenti.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI (Għalliem tal-PSCD fl-iskejjel tal-Istat): Jiena ħejjejt power point biex nipprova nispjega aħjar x'nagħmlu fis-suġġett tagħna u mbagħad nagħti l-kelma lil sħabi l-oħra biex jitkellmu fuq is-suġġett tagħhom.", "Fil-verità fejn tidħol l-edukazzjoni ma nitkellmux fuq is-saħħa sesswali għaliex dik għandha konotazzjonijiet mediċi u allura, ġeneralment tispiċċa titkellem fuq mard u affarijiet bħal dawn.", "Aħna nitkellmu fuq sexuality and relationship education, jiġifieri l-ambitu tal-edukazzjoni neħduh mill-aspett ħolistiku għax l-istudenti jkunu għaddejjin minn diversi stadji; għandek psychological, sexual, physical u social aspects hawnhekk u allura aħna nipprovaw neħduha b'mod aktar ħolisitku.", "Meta ħarġet l-istrateġija ħarġu linji gwida fuq kif wieħed għandu jgħallem l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel tal-Istat u anke fl-iskejjel tal-Knisja.", "Huwa dokument li ħareġ mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u fih insibu ċerti prinċipji.", "Kif qegħdin taraw hemm prinċipji bażiċi li wieħed irid iżomm f'moħħu meta qed jitkellem fuq edukazzjoni sesswali fl-ambitu ta' relazzjonijiet imma ma naħsibx li hemm għalfejn noqogħdu narawhom waħda waħda, imbagħad forsi tkunu tistgħu taqrawhom bil-kwiet.", "Biex ikollok edukazzjoni sesswali tajba jrid ikollok ċerti affarijiet fil-klassi, jiġifieri jrid ikollok a safe environment, fejn l-għalliem ikun imħarreġ biżżejjed biex jindirizza ċerti temi li mhux dejjem ikun faċli jindirizzahom għax dejjem jinbidlu u anke għaliex xi kultant it-tfal jistaqsuk mistoqsijiet li mhux dejjem tkun taf kif se tirrispondihom.", "THE CHAIRPERSON: L-għalliema jkollhom taħriġ speċjali fuq dawn l-affarijiet?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Fil-B.Ed u fil-PGCE tal-PSCD ikollhom, għalkemm mhux biżżejjed fl-opinjoni tiegħi.", "Issa tar-reliġjon u tax-xjenza ma nafx imma naħseb li ma jkollhomx u allura dik hija xi ħaġa nieqsa.", "Issa peress li fil-PSCD hemm aktar element ta' dan is-suġġett, ikun hemm taħriġ speċifiku.", "Xorta mhux biżżejjed għax meta joħorġu fl-iskejjel, l-istudenti jinnotaw li għandhom bżonn aktar taħriġ, speċjalment issa b'dawn il-ħafna tibdiliet li qed iseħħu fejn jidħol il-ġeneru, eċċ. Fl-iskejjel tal-Istat il-PSCD jibda minn Year 3 u kif qed taraw f'dik it-tabella aħna nibdew nitkellmu fuq it-tibdiliet emozzjonali, fuq is-sexual changes, fuq il-gender, eċċ. L-informazzjoni hija addattata għal kull età.", "L-għalliema tagħna, qabel ma jibdew dawn it-tip ta' lezzjonijiet huma obbligati li jagħmlu laqgħa mal-ġenituri tat-tfal u jkollok skejjel fejn ikun hemm turn out mhux ħażin ta' ġenituri u jkollok skejjel oħra fejn ikollok turn out baxx ħafna.", "Madankollu din hija xi ħaġa li nagħmluha kull sena biex il-ġenituri jkunu jafu t-tfal x'qed jitgħallmu fl-iskola.", "Idealment ikunu l-ġenituri li jibdew jagħtu dan it-tagħlim imma ħafna drabi ssib li għad hemm ċerta mistħija u biża' dwar kif se jitrattaw dan is-suġġett.", "Ovvjament aħna nipprovaw ninvolvu lill-ġenituri kemm jista' ikun.", "Imbagħad fis-sekondarja, għal kull sena hemm dawk li ngħidulhom learning objectives, jiġifieri oġġettivi differenti li jmissu mas-sesswalità u mar-relazzjonijiet.", "Illum 'il ġurnata qegħdin nitkellmu wkoll fuq ir-relazzjonijiet tramite l-internet għax qegħdin naraw ħafna relazzjonijiet tat-tfal li qed isiru minn fuq l-internet milli wiċċ imb'wiċċ.", "THE CHAIRPERSON: Dawn il-learning objectives jibdew mill-Form 1?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Iva, u jibqgħu sejrin sa Form 5.", "Aħna nibdew mill-aspett tal-valuri, li tkun lest meta tiddeċiedi li tagħmel l-att sesswali ma' xi ħadd, eċċ. Nitkellmu wkoll fuq l-astinenza u nitkellmu fuq dak li ngħidulu l-ABC model, jiġifieri li inti tkun responsabbli biex jekk tiddeċiedi li se tagħmel l-att sesswali tal-inqas tuża' xi tip ta' kontraċezzjoni.", "Dik importanti ħafna.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Il-kurrikulu li tapplikaw intom huwa l-istess wieħed li jintuża fl-iskejjel tal-Knisja?", "Pereżempju x'inhi l-pożizzjoni tal-iskejjel tal-Knisja fuq il-kwestjoni tal-kontraċettivi?", "Jagħtu l-istess tip ta' tagħlim u informazzjoni fl-iskejjel tal-Knisja?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Ġeneralment huma jsegwu s-sillabi tagħna imma jista' ikollok ċerti għalliema li jkollhom ċertu biża' biex jagħmlu dan.", "Pereżempju l-linji gwida, li semmejt aktar qabel, illum jagħtu l-fakultà lill-għalliem sabiex ikun jista' iġib condom fl-iskola sabiex juri lit-tfal kif jintlibes.", "Aħna nemmnu li dan huwa importanti ħafna għax altru li qed titkellem fuqu u qiegħed turi power point u altru qed turi lit-tfal kif jintlibes u jekk jista' jkun jipprovawh huma stess.", "Fl-iskejjel tal-Istat ikollna ftit tar-reżistenza, anke minn xi kapijiet tal-iskejjel imma b'mod ġenerali hija aktar aċċettata.", "Fil-fatt bħala education officers qegħdin ninsistu sabiex l-iskejjel jixtru contraceptive kit biex it-tfal isiru konxji aktar ta' x'inhuma l-affarijiet li jeżistu llum.", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI (Direttriċi tal-Iskejjel tal-Knisja): Kif qal is-Sur Stephen Camilleri aħna naħdmu b'sinerġija kbira mad-Dipartiment.", "L-HODs tal-PSCD hemm erbgħa minnhom u dawn jattendu b'mod regolari għall-korsijiet li jsiru.", "Apparti minn hekk nagħmlu seminars flimkien u għalhekk din l-idea li għall-iskejjel tal-Knisja dan is-suġġett qisu xi taboo mhuwiex minnu.", "Nammetti li hemm ċerta biża' u li hemm ċerta reżistenza, anke minn ċerti kapijiet, imma hawnhekk nista' nitkellem fuq meta kont ngħallem jien il-PSCD fis-snin disgħin.", "Jien kont ngħallem fi skola tas-subien u fuq il-contraception kont nibdilhom mill-bidu għax inti ma tistax taħrab mir-realtà.", "Huwa inutli li nitfgħu t-trab taħt it-tapit!", "Il-valuri rridu ngħadduhom kemm nistgħu u l-edukazzjoni bla valuri hija myth, ma teżistix għax xi tip ta' valur se tgħaddi żgur.", "Il-valur tal-astinenza huwa l-ewwel wieħed u mbagħad għandek il-valur tar-responsabilità.", "Jekk se jkun hemm relazzjoni sesswali jew xi tip ta' relazzjoni intima, din għandha tkun b'responsabilità.", "Ovvjament għandek il-valur tal-fideltà u l-protezzjoni.", "Illum it-tfal qed ikunu esposti għal relazzjonijiet ma' żgħażagħ oħra bħalhom minn età żgħira u għalhekk irridu nagħtuhom l-għodda meħtieġa.", "THE CHAIRPERSON: Nifhem li l-ideal huwa dan imma meta aħna tkellimna ma' persuni differenti sibna li teżisti din id-distinzjoni ta' kif jiġi mgħallem dan is-suġġett fl-iskejjel tal-Istat u fl-iskejjel tal-Knisja.", "Issa jiena mhux qiegħda ngħid li l-ideal mhuwiex dak li qiegħda tgħid inti imma l-aktar li jinteressani huwa li fl-iskejjel tal-Knisja, meta tiġu biex tgħallmu dan is-suġġett, jekk qegħdin nitkellmu fuq contraception kit jew fuq l-użu tal-condom, tgħallmuhom dwarhom jew le?", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Forsi mhux daqshekk b'mod dirett imma se nispjegalek.", "Jiena staqsejt lill-Head of Department tal-PSCD qabel ġejt hawnhekk u l-contraception kit fittxitu għax aħna rridu nimxu at par mad-Dipartiment.", "Forsi li għandna żvantaġġ huwa li fil-livell tal-primarja għad m'għandniex il-peripatetic teachers tal-PSCD.", "S'issa dawk għadhom ma tawhomlniex mid-Dipartiment – jiġifieri mhux minnha jonqos - u allura l-lezzjonijiet tal-PSCD isiru mill-għalliema tal-klassi.", "L-ideali hu li jkun hemm għalliem apposta għax, kif nafu, mhux kull għalliem kapaċi jgħallem dan is-suġġett, speċjalment f'età żgħira fejn ikollok tagħti ċerti affarijiet bażiċi.", "Inħossu li hemmhekk għandna ftit ta' żvantaġġ imma xorta it is picking up u hemm skejjel fejn qed jinvestu f'għalliema li tħallashom l-iskola stess biex il-PSCD jibda minn età żgħira.", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa li qamet fil-laqgħa preċedenti meta kien hawn ir-rappreżentanti min-naħa tal-Health Promotion kienet li fis-suġġetti l-oħra bħall-matematika, ix-xjenza, eċċ. hemm l-eżamijiet.", "Issa jien mhux qiegħda nippretendi li jsir eżami għall-PSCD imma għandu jkun hemm xi forma ta' assessment biex naraw li t-tfal qed jiġu mgħallma l-affarijiet kif suppost u biex naraw jekk il-messaġġ huwiex qiegħed jasal?", "Aħna m'aħniex interessati li jkun hemm xi ħaġa li titniżżel fir-result sheet imma interessati li naraw jekk il-messaġġ huwiex qed jasal jew le.", "L-inkwiet tagħna hu – u din mhijiex relatata biss mas-sesswalità imma anke mar-relazzjonijiet – li għandna ġenerazzjonijiet ta' nies miżżewġin li għadhom żgħar u li qed isibuha diffiċli ħafna sabiex ikollhom relazzjoni dejjiema.", "Forsi huwa nuqqas li ġej minn meta kienu iżgħar u allura forsi nistgħu ngħinu liż-żgħażagħ biex ma jmorrux f'dik it-triq.", "Meta llum fil-familji għandek iktar tifrik u allura t-tfal il-first hand experience tagħhom qegħdin jeħduha mid-dar, jiena naħseb li għandna nħeġġu aktar dan it-tagħlim.", "U għalhekk nixtieq inkun naf jekk nistgħux b'xi mod nassessjaw kemm qed jasal il-messaġġ li intom qegħdin tagħtu.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Fil-verità jekk tagħmel xi tip ta' assessment se tkun qiegħed tassessja biss fuq l-informazzjoni.", "Nassumu li għamilt lezzjoni fuq l-STIs u mbagħad wara tajthom kwestjonarju.", "Hemmhekk kulma se tkun qed tassessja huwa fuq jekk tgħallmux x'inhuma dawn l-STIs.", "Jekk ħadux il-ħiliet u jekk l-attitudnijiet tagħhom, li ġabu mid-dar, inbidlux, hija iktar diffiċli u ħafna drabi din titkejjel - jekk tista' titkejjel - aktar fil-bogħod.", "Ħafna mill-affarijiet li inti tgħallem l-iskola, u din tgħodd għas-suġġetti kollha, inti ma tkunx tista' tkejjilhom dak il-ħin.", "Imbagħad x'jagħmlu bihom it-tfal meta joħorġu mill-iskola.", "Kif għedt inti, it-tfal diġà jiġu b'baggage ta' valuri jew b'attitudnijiet differenti u allura l-iskop tal-għalliem hu li jiffaċilita l-lezzjoni b'tali mod li t-tfal idarrihom jaraw aspetti differenti.", "Il-media lilna ma tantx qiegħda tagħtina għajnuna.", "Il-bieraħ kont fi skola ġo Bormla u t-tfal ħlief jitkellmu fuq il-programm ta' Xarabank li sar nhar il-ġimgħa li għadda m'għamlux!", "Jien ma rajtux dan il-programm għax ma narahx imma qaluli li ħlief fuq kif il-mara qagħdet għar-raġel u li r-raġel huwa dominanti u hekk ma semmewx fih!", "Jiġifieri kultant dak li tibni f'ħafna lezzjonijiet li tagħmel, isirlek programm wieħed bħal dan u jkissirlek kollox f'sagħtejn!", "Issa jien mhux qed ngħid għall-programm ta' Xarabank biss imma anke dawn id-drammi bil-Malti li qed jittellgħu, fejn għandek ħafna vjolenza u dak jaqlibha lil dik u viċiversa, u l-fatt li jkunu bil-Malti t-tfal aktar jassoċjaw ruħhom magħhom.", "Meta jagħmlu l-lezzjonijiet tagħhom l-għalliema jgħiduli li ħafna tfal isemmuhom dawn l-affarijiet.", "Aħna bħala education officers nagħmlu ħafna monitoring fl-iskejjel, jiġifieri mmorru u naraw il-lezzjonijiet li jsiru u niċċekkjaw il-files tal-għalliema.", "Issa kull għalliem huwa differenti, hawn min jeħodha bis-serjetà u hawn min jeħodha b'inqas serjetà imma inti ma tistax tippretendi kollox minn kulħadd.", "Din il-ġimgħa kont ma' rappreżentanta tal-Health Promotion Unit li qiegħda ddur l-iskejjel miegħi għax ikun hemm għalliema li ma jħossuhomx komdi li juru lit-tfal ċerti affarijiet.", "Imma din qaltli li meta staqsiet lit-tfal ċerti mistoqsijiet kienu jidhru li jafu ċerti affarijiet, jiġifieri naħseb li t-tagħlim hemm qiegħed.", "Il-probleam hi x'qed jagħmlu bih it-tagħlim meta għandek ħafna mixed messages mis-soċjetà ta' madwarhom.", "THE CHAIRPERSON: Però isir monitoring ta' jekk it-tagħlim huwiex qed isir bl-istess metodu kullimkien?", "Hemm xi metodu ta' kif id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jkun jaf jekk dik il-parti tal-kurrikulu hijiex qiegħda tiġi mgħallma?", "Qiegħda ngħid hekk għax peress li ma jkunx hemm eżamijiet ma jkunx daqshekk faċli biex tinduna jekk xi ħadd ikunx qabeż parti mis-sillabu.", "Bażikament kull għalliem suppost ikollu a scheme of work li jagħmel fil-bidu tas-sena u jkollu lesson plan għal kull lezzjoni.", "Imbagħad it-tfal għandhom ir-reflective logbook fejn huma jiktbu l-ħsieb tagħhom wara kull lezzjoni.", "U meta jien immur fil-klassi l-ewwel ma niftaħ huwa dan ir-reflective logbook tat-tfal.", "Ormai issa ilni seba' snin bħala education officer u l-għalliema nafhom bl-amment.", "Fil-fatt nista' ngħidlek min huma l-aħjar għalliema, min huma dawk tan-nofs u min huma dawk li kieku nista' naqbad u nneħħihom imma ma nistax nagħmel hekk.", "Ħafna mix-xogħol isir għax nagħmlu monitoring kontinwu fl-iskejjel tagħna.", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Barra minn hekk tagħmel differenza wkoll għax it-tfal jistgħu jitgħallmu imma mbagħad għandek il-pass l-ieħor, u ċioè jekk humiex se jaddottaw dak li jkunu tgħallmu.", "Meta niġu għall-għalliema nsibu li hemm min jgħallimhom biex jgħallimhom, hemm min jgħallem b'ċerta konvinzjoni u hemm min jgħid ħaġa u l-messaġġ jagħtih bil-kontra, jiġifieri hemm dawn il-fatturi kollha.", "Inti tista' tara l-ischemes of work imma diffiċli li tara x'qed jiġri f'kull lezzjoni li ssir.", "U hawnhekk qiegħda nitkellem mhux bilfors fuq is-sesswalità imma l-għalliem jista' ikun qed jitkellem fuq il-bullying, fuq ir-razziżmu jew fuq kull topic ieħor li jiġi diskuss fil-PSCD, fejn aħna nemmnu li dan suppost qed isir mod imma fil-fatt ma jkunx qed isir hekk.", "THE CHAIRPERSON: Anke l-metodu.", "Pereżempju jien għandi tifel li jaqa' f'din l-età u qiegħed Year 5 fi skola tal-Istat.", "Xi ġimagħtejn ilu mort għal din il-laqgħa li semmejtu u qalulna li l-parti fejn jitkellmu fuq iċ-ċiklu menstrwali tal-bniet u fuq affarijiet konnessi mas-subien it-tfal jiġu mifrudin.", "U r-raġuni għalfejn jagħmlu hekk hija għax is-subien iħossuhom aktar komdi meta jitkellmu fuq l-affarijiet tagħhom meta jkunu għal rashom u l-istess il-bniet.", "Xi ħaġa li ġietni f'moħħi hi li f'din l-era, fejn aktar qegħdin nersqu lejn co-education biex it-tfajliet u l-ġuvintur li għadhom żgħar jitgħallmu jgħixu flimkien u mhux ikollhom dawn it-taboos …", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Ir-riċerka turik li fejn għandek ċerti temi jkun aħjar li jsir hekk.", "Issa dawn jifirduhom għal lezzjoni waħda jew tnejn biss, biex jekk hemm tifla li forsi għadu ma ġihiex il-period waqt li ta' sħabha ġie, din tkun aktar lesta li tistaqsi jekk ikunu bniet biss.", "L-istess jekk ikun hemm tifel li forsi qed jikbirlu xi ftit sidru għax forsi għandu xi ftit flab, ikun iżjed komdu li jistaqsi ċerti mistoqsijiet jekk ikun mas-subien biss.", "Imbagħad għal-lezzjonijiet l-oħra kollha, fejn jitkellmu fuq relazzjonijiet, rispett, eċċ. dawk dejjem flimkien ikunu.", "L-iskop tagħna mhuwiex dak li nifirduhom imma li jitgħallmu fuq xulxin.", "Mela fil-Year 6 is-subien se jitgħallmu fuqhom infushom u fuq x'qed jiġrilhom il-bniet u viċiversa.", "Fil-Year 5 dik ma nagħmluhiex għax nimxu skont id-development stages tat-tfal, dejjem hekk saret u sibna li taħdem.", "Fil-Form 1 hekk se nagħmluha, jiġifieri l-għalliema se jieħdu lezzjoni waħda u jifirdu t-tfal għax huwa importanti wkoll li tagħti ftit spazju lis-sess separat.", "THE CHAIRPERSON: Il-bieraħ lestejna t-Tieni Qari tal-Gender Identity Bill.", "Issa bħalma tafu jista' jkollna tfal li huma transgender u fil-fatt diġà għandna tfal hekk fl-iskejjel.", "Intom kif se tindirizzaw din l-issue meta tiġu biex tgħallmu l-PSCD?", "Kif se tittrattaw din il-materja mhux biss mal-istudenti normali imma anke mat-tfal li huma transgender fil-grupp?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Naħseb li dawn huma affarijiet li bdew jidħlu issa fix-xena u għalhekk irridu naraw ftit ir-reazzjonijiet tal-kapijiet tal-iskejjel, tal-għalliema u anke tat-tfal stess.", "Safejn naf jien s'issa qatt ma kien hemm xi transgender fis-sekondarja.", "Jekk kien hemm xi ħadd li ried ikun f'tas-subien u jilbes ta' tifla ma kenux jaċċettawh.", "Aħna nitkellmu waqt il-lezzjonijiet tagħna imma mbagħad trid tara l-attitudnijiet tat-tfal kif se jkun iżjed 'il quddiem.", "Imma aħna nitkellmu fuq l-orjentazzjonijiet sesswali differenti.", "THE CHAIRPERSON: Titkellmu fuq orjentazzjonijiet sesswali u tal-ġeneru differenti?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Iva, nitkellmu fuqhom.", "Kif għedt, it-tfal jiġu b'ċerti attitudnijiet mid-dar u allura mhux sempliċi biex tispjegalhom li xi ħadd huwa gay għax it-tfal kif iħarsu lejh u jgħidu \"jaqq\" żgur li mhijiex kelma sabiħa li tgħid fuq xi ħadd imma mhuwiex faċli lanqas biex tibdel dik l-attitudni.", "U għalkemm ikollok l-edukazzjoni kollha, sfortunatament ċerti affarijiet ikunu diġà ingrained fit-tfal.", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Inħoss li fuq is-suġġett tat-transgender din hija xi ħaġa ġdida, fis-sens li issa qiegħda toħroġ aktar fil-beraħ.", "Jiena naf b'każ wieħed fi skola minn tagħna u nammetti li tiġi f'diffikultà kif se taqbad issolviha għax din għandha implikazzjonijiet oħra marbuta magħha.", "Kumbinazzjoni llum konna qegħdin nitkellmu fuqha għax għandek ukoll il-kwestjoni tal-bathrooms, speċjalment fi skejjel li mhumiex co-ed.", "L-iskejjel tagħna mhumiex co-ed, mela hemmhekk x'se jiġri?", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt l-istudenti transgender li jkollkom x'isir minnhom?", "Tibdlulhom l-iskola jew le?", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Jiena naf b'każ wieħed u mill-ewwel fittixt l-għajnuna.", "S'issa għadna ma biddilnilux l-iskola għax għadna fil-bidu imma qegħdin naħdmu mal-ġenituri, mas-social worker u anke mal-Gay Movement.", "Ċerti sitwazzjonijiet trid tfittex l-għajnuna għax għadna rridu nsibu saqajna fihom u hemm ċerti implikazzjonijiet marbuta magħhom, jiġifieri mhux kemm taqbad u tgħid se nagħmel transfer.", "Naħseb li anke bħala adulti għandna bżonn ta' ċertu taħriġ fuq dawn l-affarijiet.", "KATHLEEN BONELLO (Għalliema tar-Reliġjon fl-iskejjel tal-Istat): Trid timxi skont it-temperatura tiegħu jew tagħha, jiġifieri ma tridx tgħaġġel u trid tara l-bżonnijiet tat-tifel jew tat-tifla.", "Trid tara kif qed iġibu ruħhom ma' sħabhom u anke d-dar u għalhekk jidħol ukoll is-social worker.", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Anke d-dar, jekk is-sitwazzjoni hija aċċettata d-dar tiegħu, allura se tagħmel differenza kbira ħafna.", "Hemm ħafna fatturi li trid tieħu akkont tagħhom.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Wara l-istrateġija ħriġna l-linji gwida u għamilna dawn il-workbooks għal Year 4 u Year 6.", "Ħdimna mal-Kummissarju għat-Tfal u mal-MCAST biex it-tfal jieħdu dawn il-workbooks id-dar u jkunu jistgħu jitkellmu mal-ġenituri tagħhom, eċċ. Mal-Year 5 għandna dan il-booklet li huwa sponsored mid-ditta \"Always\" u dan nagħtuh ukoll lit-tfal biex jużawh.", "Semmejna t-taħriġ u f'dan ir-rigward ħdimna mal-Health Promotion, fejn għamilna seminar ta' sitt ijiem għall-education officers tal-PSCD, tar-reliġjon, tax-xjenza u għall-HODs għax kultant it-tfal jistgħu jieħdu messaġġi differenti ħafna.", "Naħseb li kien seminar interessanti ħafna - is-Sur Muscat u s-Sinj.", "Bonello kienu preżenti għalih ukoll – għax tibda tara d-differenzi fil-ħsieb li hemm bejn l-għalliema.", "Din is-sena fil-PSCD ħdimna wkoll mal-Wardija Special School.", "Naħseb li dak huwa nuqqas kbir li għandna, fis-sens li għalkemm għandna l-inklużjoni tat-tfal b'diżabilità biex ikunu fil-lezzjonijiet tal-PSCD, aħna ma nkunux nafu … Inti semmejt li jkun diffiċli biex tara x'tgħallmu t-tfal jekk ma tagħmilx eżami jew test fuq dak is-suġġett partikolari u fuq it-tfal b'diżabilità għandna problema ikbar għax għal kull tip ta' diżabilità għandna bżonn ta' programm differenti u m'għandniex dak it-tip ta' programm.", "Fil-fatt is-surmast tal-iskola tal-Wardija ħa l-inizjattiva u aħna ħdimna mal-għalliema tiegħu fejn ħloqna programm kemm għall-ġenituri tat-tfal kif ukoll għall-istudenti nfushom peress li ħassejna li dawn ma jafu xejn.", "Wara 16-il sena fil-mainsteam dawn it-tfal lanqas kif jieħdu ħsieb tagħhom infushom u fuq l-affarijiet bażiċi ma jafu.", "U għalhekk dan huwa importanti ħafna.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-iskejjel normali, jekk ikollok studenti li jkollhom bżonn l-LSA u dawn ikunu mhux tal-istess rittmu tal-istudenti l-oħra, f'dak il-każ l-LSA taddata skont ir-rittmu tat-tifel?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Ħafna drabi fil-PSCD ma tidħolx l-LSA għax aħna nipprovaw nagħtu ftit spazju lil dak it-tifel jew tifla.", "Kemm jekk ikollok tifel li għandu bżonn one to one jew inkella full-time minħabba forsi problemi ta' behaviour, aħna nħossu li t-tfal għandhom bżonn ftit spazju għalihom għax il-fatt li jkollok LSA mwaħħla miegħek ġurnata sħiħa mhijiex healthy.", "Ir-rapport li ħareġ fuq l-inklużjoni juri biċ-ċar li t-tfal b'diżabilità qed ngħallmuhom fuq il-helplessness and we are not empowering them.", "Kultant lanqas l-LSA ma jkun kapaċi jgħallem dawn it-tip ta' lezzjonijiet u allura l-għalliem tal-PSCD jagħmel l-almu tiegħu biex jinkludi lill-istudent li għandu diżabilità.", "Issa kif għedna, jekk għandek tifel bid-down syndrome dan għandu bżonn tip ta' direzzjonijiet mentri jekk huwa autistic għandu bżonn direzzjoni mod ieħor imma dawk għad m'għandniex fl-iskejjel tagħna.", "Għandna inklużjoni imma fl-opinjoni tiegħi mhijiex inklużjoni akkademika.", "Fl-aħħar slide tal-powerpoint tiegħi tistgħu taraw il-gaps fl-ispecial needs tal-post secondary.", "Statistikament tfal minn 16-il sena 'l fuq isiru iżjed sesswalment attivi u f'dawn il-post secondary schools m'għandna l-ebda tip ta' edukazzjoni marbuta mas-sesswalità, mar-relazzjonijiet, drogi, eċċ. Huma biss istituzzjonijiet akkademiċi u daqshekk!", "Naħseb li wieħed irid jara kif jindirizza dan l-aspett mal-ġenituri għax ħafna drabi mhux qed nilħquhom lill-ġenituri fl-iskejjel tagħna.", "U r-raġunijiet huma varji; jew għax ma jiġux jew għax ikunu assenti, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Issa se ndur ftit fuq is-sur Mario Muscat.", "Fil-lezzjonijiet tax-xjenza, x'tip ta' tagħlim isir fuq dan it-topic?", "Jiena kont fi skola tal-Knisja u niftakar li l-uniku ħjiel ta' edukazzjoni sesswali - jekk tista' ssejħilha hekk – kienet damet biss ħames minuti f'sena sħiħa waqt il-lezzjoni tax-xjenza!", "U aħna domna sena sħiħa nsemmu dik il-paġna fejn kien hemm is-sexual reproduction, li jekk m'iniex sejra żball kienet paġna 93 għax tant kienu damu jgħiduha li 30 sena wara għadni niftakarha.", "Min-naħa tagħkom, kif tikkontribwixxu lejn dan is-suġġett tas-saħħa sesswali?", "IS-SUR MARIO MUSCAT (Għalliem tax-Xjenza fl-iskejjel tal-Istat): Kif għedt inti, fil-każ tas-suġġett tax-xjenza, dik naħseb li hija xi ħaġa li ilha ssir snin twal, anke meta kont student jien niftakarha.", "Ir-remit tiegħi huwa fil-Form 1 u l-Form 2 u se nitkellem ftit fuq is-suġġett tax-xjenza.", "Fil-primarja huwa parti mill-kurrikulu tal-istudenti.", "Kull meta jsir, kemm fil-primarja kif ukoll fil-Form 1 u fil-Form 2, imma f'dan il-każ fil-Form 1, aħna dejjem inħeġġu fis-sillabi miktuba biex l-għalliema tax-xjenza, fejn jistgħu, jikkoordinaw ma' dak li qed isir fl-iskola tagħhom mill-għalliema tal-PSCD biex dak li jkun ma jagħtix messaġġi differenti minn xulxin.", "B'hekk ma tassumix li xi ħaġa saret mentri forsi fis-suġġett l-ieħor ma tkunx saret.", "Għalhekk kemm jista' jkun dak li jkun jagħti backing lil xulxin f'dak li jkun qed isir.", "Fil-fatt dan is-seminar li semma s-Sur Camilleri se jkun ta' għajnuna kbira. ll-fatt li l-għalliema ta' suġġetti differenti ġejna flimkien u qed naraw a common vision flimkien tista' tkun ta' ġid.", "F'Lulju li ġej se nipprovaw nagħmlu in-service training għall-għalliema ta' żewġ kulleġġi, fejn se nġibu l-għalliema ta' dawn is-suġġetti flimkien u bħala in-service training se nieħdu din it-tema mill-aspett tas-suġġetti differenti flimkien.", "U nittamaw li tmur tajjeb.", "Fil-każ tal-primarja fuq ix-xjenza għandna issue kbira fuq jekk għandhiex issir jew le, mhux biss fuq din it-tema imma anke bħala s-suġġett tax-xjenza in ġenerali.", "Ir-responsabilità tal-lezzjoni tax-xjenza fil-primarja hija tal-class teacher imma hemm reżistenza kbira mill-għalliema tal-primarja għax qed jgħidu li hemm nuqqas ta' kompetenza biex jgħallmuh.", "Issa biex ilaħħqu mal-iskejjel tal-Istat hemm 22 peripatetic teachers li jduru l-iskejjel u jiltaqgħu ma' kull klassi sakemm ma tintilifx xi lezzjoni minħabba xi vakanza jew minħabba xi ħaġa oħra.", "Imma ġeneralment jiltaqgħu darba kull ġimagħtejn.", "Imma fl-aħħar survey li kellna tat-TIMS, li huwa survey internazzjonali, ħareġ li minn madwar 60 pajjiż, bħala average tax-xjenza fil-primarja, aħna ġejna fl-aħħar post!", "U filwaqt li l-average kienet ta' 90 jew 100 siegħa fis-sena, l-average ta' Malta kien ta' 15-il siegħa fis-sena!", "PAULA MIFSUD BONNICI: Inti qed titkellem għall-iskejjel tal-Istat?", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Aħna lanqas għandna peripatatic teachers tax-xjenza għax ma jiġux approvati!", "Suppost li aħna intitolati għal nofs il-peripatetic teachers li hemm fis-settur tal-Istat imma m'għandniex.", "THE CHAIRPERSON: Ma jkollkomx għax mhux qed ikun hemm biżżejjed?", "Minħabba l-finanzi.", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Ħa nagħti eżempju.", "Jien suppost miegħi għandi erba' head of departments, li jkollhom half il-load fl-iskejjel u half il-load l-ieħor għal xogħol ieħor li jagħmlu barra mill-iskola tagħhom.", "Imma kull m'għandna hija waħda u din waslet biex tirtira!", "U l-indikazzjoni li għandi hija li din is-sena lanqas biss se toħroġ il-call!", "Mela minn banda rridu nikkompetu u nlaħħqu ma' pajjiżi oħra f'dawn is-surveys u mill-banda l-oħra mhux qed insibu r-riżorsi.", "Fil-każ tal-primarja, minkejja li skond in-National Curriculum Framework, li huwa l-qafas li jirregola l-edukazzjoni, suppost li l-istudenti tal-primarja għandhom entitlement għas-suġġett tax-xjenza daqs kemm għandhom għall-matematika, jiġifieri 15% tal-ħin, fir-realtà għadna ħafna 'l bogħod.", "Issa dak li qed jiġri fix-xjenza.", "Din it-tema hija biss waħda minnhom u hemmhekk nieqfu biss mil-lat xjentifiku u bioloġiku.", "Nerġa' ngħid li aħna dejjem ninsistu u nħeġġu ħafna lil dak li jkun sabiex jaħdem f'kollaborazzjoni ma' dak li qed jiġri fil-PSCD.", "Fil-każ tal-Form 1 dan huwa topic li nkopruh matul dik is-sena, jiġifieri dan it-topic huwa parti integrali mis-sillabu tagħna u jkun hemm mumenti fejn joħorġu l-aspetti tar-relazzjonijiet eċċ. u nerġa' ngħid li hawnhekk huwa importanti li dak li jkun jaħdem f'kollaborazzjoni mal-għalliema tas-suġġetti l-oħra.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nistaqsik l-istess ħaġa li staqsejt lil Dr Cuschieri.", "Illum il-ġurnata sirna aktar konxji tal-persuni transgender u li hawnhekk tidħol ix-xjenza f'dan l-aspett ukoll.", "Issa waqt il-lezzjonijiet, għalkemm qegħdin ngħidu li diġà jkunu ftit, imma qegħdin inkellmuhom fuq kif jeżistu nies bi struttura differenti?", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Mhijiex parti mis-sillabu tagħna imma jiena ċert li xi darba se tqum din il-mistoqsija.", "Ikun hemm min ikun konxju u ċert li jkun hemm min ġieli jistaqsi.", "Issa kemm huma ppreparati għaliha mil-lat ta' xjenza biex jifhmuha dik hija storja oħra għax hawnhekk se tidħol fit-topic tal-ġenetika, li fil-każ tax-xjenza fil-Form 1 u fil-Form 2 inkunu għadna ma wasalniex sa dak il-livell.", "Dan it-topic jiġi tackled f'aktar dettall fil-Form 3 meta l-istudenti jagħżlu l-bijoloġija u jerġa' it-topic tal-ġenetika jiġi covered fil-Form 5.", "Jiġifieri mhuwiex xi suġġett li se taqbad u tgħallmu fil-Form 1.", "THE CHAIRPERSON: Nifhem li m'intix se tgħallem il-ġenetika fil-Form 1, imma bħal kull suġġett ieħor li fih il-komplikazzjonijiet tiegħu, tista' għallinqas tagħti ħjiel li jeżistu persuni b'orjentazzjoni sesswali differenti.", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Personalment ħadd mill-għalliema qatt ma ġew jistaqsuni li saritilhom it-tali mistoqsija fil-klassi u ma kenux jafu kif se jwieġbu.", "Jien ilni 20 sena ngħallem u ħadd qatt ma staqsihieli din il-mistoqsija.", "Issa ma jfissirx li ma jkunx hawn illum min jistaqsiha.", "THE CHAIRPERSON: Illum il-ġurnata t-tfal aktar qed jisimgħu fuqhom dawn l-affarijiet u allura aktar se jistaqsu.", "Jien nieħu mit-tifel tiegħi li għandu disà snin, li dan sempliċement ħadtu l-polyclinic u kien qed jara l-file tiegħu u fejn għandek il-kaxxi biex timmarka jekk hux raġel jew mara, dan dar fuqi u staqsieni għalfejn ma jagħmlux \"gender\" minflok \"sex\"? issa l-kelma \"gender\" aktar tagħmel sens minħabba l-persuni transgender.", "Jiġifieri dan it-tifel qabad u staqsini din il-mistoqsija minn jeddu għax dak il-ħin lanqas kont qiegħda biss inkellmu.", "Li rrid ngħid hu li llum it-tfal jisimgħu ħafna aktar u allura bilfors li se jistaqsu aktar.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Fil-fatt fis-suġġet tagħna - anke fil-primarja stess – it-tfal jistaqsu x'inhu gay, eċċ. Ħafna drabi dawn ir-risposti jingħataw imma kif għedt inti, ikollok tfal li jistaqsu ħafna mistoqsijiet minħabba forsi l-background tagħhom u jkollok tfal oħra li jkunu għadhom ma waslux għal ċerti ideat.", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Pereżempju din hija l-ewwel sena li fiha l-iskejjel tal-Istat qed jesperjenzaw il-co-ed fil-Form 1.", "U kien hemm kulleġġ wieħed li bdewha s-sena l-oħra.", "Imma tajjeb ngħidu li ma qamitx l-issue biex is-subien u l-bniet jinfirdu waqt dan it-topic.", "Fil-fatt kien hemm xi ħadd li staqsa jekk huwiex minnu li se jinfirdu t-tfal imma ħadd ma semma xejn għas-suġġett tax-xjenza.", "THE CHAIRPERSON: L-idea hi li ma jinfirdux fis-suġġett tax-xjenza.", "THE CHAIRPERSON: U min-naħa tar-reliġjon?", "KATHLEEN BONELLO: Ir-reliġjon jibda jiġi mgħallem mill-Year 1 sal-Form 5.", "THE CHAIRPERSON: Meta ngħidu reliġjon, qed nitkellmu limitatament għar-Roman Catholic Religion u qed nirriferu għall-iskejjel tal-Istat?", "Imma għandek tfal li għandhom ir-reliġjon musulmana li jistgħu jġibu nota mingħand il-ġenituri tagħhom u b'hekk jistgħu ma jidħlux għal-lezzjoni.", "Però għandna sitwazzjonijiet - li mhumiex waħda jew tnejn – fejn ikun hemm tfal li jinteressaw ruħhom fil-lezzjoni minħabba l-interattività tal-lezzjoni u jieħdu sehem xorta waħda.", "Pereżempju a case in point hija l-Year 6 fejn it-tfal għandhom kapitlu jismu \"Pontijiet\" u dan għandu x'jaqsam mar-relazzjoni bejn ir-reliġjonijiet differenti.", "U ssib tfal musulmani li jiġu mistoqsija mit-tfal l-oħra dwar ir-reliġjon tagħhom u allura jkun hemm din l-interattività u l-lezzjoni toħroġ iktar sabiħa għax dawn ikunu qegħdin jesprimu dak li jgħixu fil-familja tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Għat-tfal li mhumiex Roman Catholics suppost li setgħu jibdew jattendu s-suġġett tal-etika.", "Hux hekk?", "Imma għandi d-dubji tiegħi kemm beda jiġi mgħallem dan is-suġġett!", "KATHLEEN BONELLO: Dan bħalissa qiegħed bħala proġett pilota f'żewġ skejjel primarji u f'żewġ skejjel primarji.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Fil-fatt għandek l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar u dik ta' Birżebbuġa u għandek l-iskola sekondarja tan-Naxxar u l-oħra ta' Pembroke.", "THE CHAIRPERSON: Mela hemmhekk it-tfal qegħdin jinqasmu biex min ma jridx jitgħallem ir-reliġjon ikun jista' jitgħallem is-suġġett tal-etika.", "KATHLEEN BONELLO: Hekk hu.", "THE CHAIRPERSON: U intom kif tindirizzawhom it-temi tar-relazzjonijiet u tas-sesswalità?", "KATHLEEN BONELLO: Kif għedtlek aħna nibdew il-programm tagħna minn Year 1.", "Bħalissa qegħdin fi proċess sabiex jitbiddlu l-kotba kif ukolli is-sillabu.", "Qabel kellek il-Year 1 u l-Year 2 b'topics bażiċi ħafna u mbagħad minn Year 3 sa Year 5 kienu jittrattaw l-ħajja ta' Ġesù u mbagħad minn Form 1 jaqilbu għal topics oħra.", "Issa biddilna s-sillabu b'tali mod li aspetti li jgħinu fl-iżvilupp sesswali u r-relazzjonijiet jidħlu kull sena.", "L-importanti hu li mill-Year 1 se nibdew ngħinuhom biex jiżviluppaw mhux biss l-għarfien tagħhom fuq ir-reliġjon imma wkoll fuq ir-rispett, li jagħrfu t-tajjeb mill-ħażin u li jaċċettaw id-differenzi.", "Pereżempju semmejna l-orjentazzjonijiet sesswali.", "Illum fl-iskejjel tagħna mhux biss għandek orjentazzjoni sesswali differenti imma għandek ukoll il-kulur tal-ġilda differenti, b'mod speċjali minħabba l-immigrazzjoni irregolari.", "U naħseb li għalkemm ikun hemm sitwazzjonijiet fejn minħabba l-ġenituri tagħhom, ikun hemm tfal li ma jaċċettawx biżżejjed lil dawn it-tfal l-oħra, on the whole naħseb li dawn qed ikunu infilzati b'mod san.", "Imbagħad għandhom it-topic tar-rispett through il-ħbiberija.", "Jista' jkun li f'sena jkollok chapter speċifiku imma l-ħbiberija u r-rispett jidħlu f'kull chapter.", "Ma ninsewx li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ir-reliġjon Kattolika u kif inhu mibni t-tagħlim tar-reliġjon tagħna, dejjem se tidħol il-kelma ta' Alla.", "Fil-fatt Ġesù tana mod kif nirrelataw mal-ħbieb!", "Mela aħna ma nidħlux biss fuq ir-relazzjonijiet imma anke fuq ir-role models fil-ħajja tagħna.", "Ir-role models huma importanti ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Aħna qegħdin fi stadju fejn jidħlu r-relazzjonijiet, l-imħabba u ż-żwieġ.", "Issa daħlu notions li jagħmlu distinzjoni kbira bejn dak li huwa tal-Knisja u dak li huwa tal-Istat, fosthom id-divorzju u l-koabitazzjoni.", "Fil-fatt dalwaqt se tidħol il-liġi tal-koabitazzjoni f'pajjiżna.", "Għandna wkoll l-unjoni ċivili bejn nies tal-istess sess u anke bejn nies tas-sess oppost.", "Intom kif tinkorporaw dawn l-aspetti fil-lezzjonijiet tagħkom?", "Fil-lezzjonijiet tar-reliġjon tillimitaw ruħkom għall-aspett reliġjuż biss jew inkella turu lit-tfal li hemm distinzjoni bejn iż-żewġ affarijiet?", "Meta tkunu qegħdin tgħallmu lit-tfal li forsi jkunu daqxejn akbar fl-età, - għalkemm biex inkun onesta ma nieħu xejn bi kbir għax illum il-ġurnata fil-klassijiet tagħna hemm ħafna tfal li għandhom il-ġenituri separti u li allura jibdew jistaqsu dawn il-mistoqsijiet minn età żgħira – qegħdin turuhom li hemm distinzjoni bejn l-affarijiet tal-Knisja u l-affarijiet tal-Istat?", "Jew inkella tillimitaw ruħkom għall-aspett reliġjuż biss?", "Pereżempju fil-Year 5 hemm chapter fuq il-familja u fuq iż-żwieġ.", "Aħna nuruhom x'inhu l-valur tal-familja u naturalment l-għalliema huma konxji tal-fatt li għandek ħafna separazzjonijiet.", "Imbagħad inti trid tgħid li kemm dak it-tali li l-familja tiegħu hija n-nanna jew inkella l-ieħor li l-familja tiegħu hija ommu biss.", "Jiġifieri mhux se ngħidlu li qed jgħix b'mod ħażin għax kieku tispiċċa tkissru!", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nsemmi xi ħaġa li lili tinkwetani sa ċertu punt.", "Is-sena l-oħra ltqajt ma' tfal li kellhom il-ġenituri tagħhom gay u qed irabbu l-ulied.", "Qabel dawn ma kienux rikonnoxxuti bħala family unit imma xorta t-tfal kienu jitrabbew ma' koppji gay.", "Ħafna drabi dawn it-tfal qed ikunu fl-iskejjel u jkunu wkoll fil-lezzjonijiet tar-reliġjon.", "Allura meta inti qed issemmi l-kelma \"familja, relazzjonijiet u relazzjonijiet sesswali\" aħna dejjem se naraw koppja magħmula minn raġel u mara, speċjalment fil-kotba tar-reliġjon.", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa faċli.", "KATHLEEN BONELLO: Fil-Form 3 għandna dik li nsejħulha \"mixja għar-relazzjonijiet\" fejn jitrattaw speċifikament ir-relazzjonijiet, inkluż dawk LGBT.", "U jingħad speċifikament li dawn iridu jiġu aċċettati u hemm miktub li jekk ma taċċettahomx tkun qiegħed tagħmel qtil psikoloġiku!", "Ma nistgħux ma naċċettawhomx.", "Jien inħoss li għalkemm mhuwiex faċli għall-għalliema imma trid tifhem li l-bniedem għandu l-inklinazzjonijiet tiegħu.", "Kull bniedem huwa uniku u għandu d-dinjità tiegħu.", "Issa għalkemm forsi jien lilek narak differenti minni jew inkella jien inqis lili nnifsi normali u inti m'intix hekk, ma jfissirx li għandi nittrattak b'mod differenti.", "THE CHAIRPERSON: Dak l-istage huwa parti essenzjali mis-sillabu tal-Form 4 u Form 5 ukoll?", "THE CHAIRPERSON: Anke fil-lezzjonijiet tar-reliġjon?", "KATHLEEN BONELLO: Iva, dażgur.", "Dan il-ktieb li ħriġna issa ilu għal dawn l-aħħar sentejn jiġi mgħallem.", "Bdejna mill-primarja u s-sekondarja.", "L-ewwel għamilna restructuring tas-sillabu u mbagħad bdejna noħorġu l-kotba accordingly.", "Dan is-suġġett kien importanti ħafna.", "L-ewwel nett f'dawn ir-relazzjonijiet għandek id-dinjità tal-persuna u mbagħad għandek ukoll kif tibni relazzjoni.", "Imbagħad għandek ukoll fuq ir-relazzjonijiet sesswali, jiġifieri għandek tarġa tarġa.", "THE CHAIRPERSON: Fil-lezzjonijiet tar-reliġjon, fejn jidħlu suġġetti bħal kontraċettivi, fejn trid tara wkoll xi jgħid il-katekiżmu tal-Knisja Kattolika fuq is-suġġett, intom kif tindirizzawh dan is-suġġett fil-lezzjoni tar-reliġjon?", "KATHLEEN BONELLO: Dik qiegħda f'tal-ħames sena u kull m'għandek hu fuq x'inhi kontraċezzjoni.", "Dan mhuwiex suġġett faċli biex jiġi mgħallem għax il-Knisja dejjem hija miftuħa għall-ħajja.", "Ovvjament waqt it-tagħlim tar-reliġjoni trid toqgħod attent.", "Naturalment importanti ħafna li inti tagħmel l-affarijiet b'mod responsabbli.", "Inti ppreparat sabiex tuża l-condom?", "Dan għaliex il-condom mhuwiex 100% secure.", "Imma mbagħad inti lest li tidħol għar-responsabilità tal-parenthood?", "Meta nagħmel l-att sesswali jien qed nużak għall-gost u għall-pjaċir jew inkella qiegħed nibni relazzjoni miegħek li ilni naħdem għaliha?", "Irridu nżommu quddiem għajnejna wkoll li dawn huma żgħażagħ.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri fil-lezzjonijiet tar-reliġjon tindirizzawh dan is-suġġett tal-kontraċezzjoni?", "THE CHAIRPERSON: Nifhem li r-relazzjoni hija deeper than the physical jew lil hinn minn kemm forsi jistgħu jieħdu pjaċir tal-mument, eċċ. Peress li għandek il-katekiżmu tal-Knisja Kattolika fuq naħa u trid jew ma tridx għandek il-pożizzjoni tal-Knisja fuq il-kontraċezzjoni, f'liema dawl wieħed li jgħallem ir-reliġjon fl-iskejjel tal-Istat ipoġġi l-kontraċettivi u l-kontraċezzjoni?", "F'dawl tajjeb jew le?", "KATHLEEN BONELLO: Li tkun proġettata bħala xi ħaġa tajba żgur li le għax il-Knisja dejjem tgħallem li l-att sesswali huwa miftuħ għall-ħajja.", "Issa mbagħad ikun hemm każijiet fejn …", "THE CHAIRPERSON: Għax qisek tidħol f'kunflitt ma' dak li tkun qed tgħallem fil-PSCD.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Jista' jkun li wieħed jikkumplimenta lill-ieħor.", "Aħna nitkellmu wkoll fuq il-valuri tar-rispett, tal-intimità, eċċ. U għalhekk l-ewwel semmejt l-ABC model.", "Ovvjament il-lezzjoni tar-reliġjon trid tieħu l-aspett tar-reliġjon ukoll.", "Fil-lezzjoni tal-biology jgħallmuhom ukoll fuq il-kontraċettivi.", "Għalhekk nerġa' ngħid li fl-opinjoni tiegħi s-suġġetti jikkumplimentaw lil xulxin.", "Ovvjament it-tfal jafu li fil-lezzjonijiet tar-reliġjon se tieħu ċertu tip ta' informazzjoni, fil-PSCD se tieħu tip ta' informazzjoni oħra, eċċ. Imbagħad huma jagħmlu l-għażliet skont il-valuri tagħhom.", "Pereżempju għalliema minn tiegħi kienet qiegħda tagħmel demostrazzjoni ta' condom lit-tfal tal-Form 5 u wieħed mill-istudenti qalilha li bħalissa hi kienet qiegħda tagħmel dnub!", "Jiġifieri hemm ċerti valuri li t-tfal ikollhom magħhom li inti ma tistax tarmihom!", "Għalhekk inti jkollok suġġetti differenti li jieħdu dan it-topic minn aspetti differenti u b'hekk it-tfal ikollhom viżjoni iktar wiesa.", "Imbagħad fl-aħħar id-deċiżjonijiet huma iridu jagħmluhom fil-ħajja tagħhom.", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Jiena naħseb li l-importanti hu li ma tkunx konflinġenti.", "Fil-fatt għamilna seminars mal-għalliema tar-reliġjon, tax-xjenza u tal-PSCD mal-għalliema tagħna.", "Messaġġ wieħed irid jingħata, dak tal-valur tar-relazzjonijiet.", "Imma mbagħad kulħadd se jinfirex fil-linja tiegħu.", "L-informazzjoni trid tgħaddi kif għandha tgħaddi.", "Hu x'inhu rridu niftakru li ħafna drabi, f'din is-sitwazzjoni, l-unika informazzjoni li se jieħdu t-tfal hija mill-iskola.", "Għalkemm mingħalina li avvanzajna, għal ħafna ġenituri jew m'għandhomx il-ħin biex jitkellmu mat-tfal fuq dawn l-affarijiet, jew inkella xorta għadhom iħossuhom skomdi li jgħaddu din it-tip ta' informazzjoni.", "U allura l-iskola għadha the main source of information għat-tfal tagħna.", "Jekk ma tingħatax informazzjoni tajba mill-iskola, jien ma nafx minn fejn tista' tingħata aktar!", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk jiena ninsab ikkonċernata minn dan l-aspett għax reliġjożament, li inti tuża mezzi kontraċettivi mhijiex looked upon b'mod pożittiv mir-reliġjon Kattolika, mentri għas-saħħa sesswali, li inti tagħmel att sesswali u ma tużax mezzi ta' kontraċettivi biex tipproteġi lilek innifsek minn ċertu tip ta' mard, hija looked upon negattivament!", "Mela lil dak it-tifel li qed jitgħallem fil-klassi se jisma' in-naħa tar-reliġjon u se jisma' in-naħa tal-PSCD, ovvjament se jkollu xi mistoqsijiet għax jibda jitfixkel, u dan se jmur id-dar u hemmhekk probabilment se jsib lil xi ħadd li aktar se jgħaffiġha!", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Però statistikament fejn tidħol is-saħħa sesswali, aktar ma tipposponi milli jkollok l-att sesswali, u mhux tibda ta' 14 jew 15-il sena, iċ-ċans huwa inqas li jkollok ħafna partners u allura b'hekk se jkollok inqas mard trażmess.", "Aħna, kemm bħala PSCD u kemm bħala reliġjon inwasslu dan il-messaġġ b'mod kostanti.", "Ovvjament jiddependi wkoll x'tip ta' valuri għandu l-għalliem.", "Jekk għandek għalliem li huwa liberu ħafna jista' jagħti ċertu messaġġi li lanqas m'huma tajbin.", "Għalhekk il-valuri tal-għalliem, anke fejn jidħol reliġjon, se jinfluwenzaw ħafna l-mod ta' kif tgħaddi l-messaġġ.", "U dik hija xi ħaġa li ħafna drabi ma jkollokx kontroll fuqha.", "KATHLEEN BONELLO: Biex inkompli ma' dak li qalet Dr Cuschieri, ċerti postijiet huma aktar vulnerabbli minn oħrajn.", "Jien ma ngħidx li l-għalliema tal-PSCD, tar-reliġjon u tax-xjenza ma jimxux flimkien.", "Jien għamilt żmien ngħallem il-PSCD u r-reliġjon u kont nimxi id f'id mal-għalliema tax-xjenza.", "Imma jkun hemm postijiet fejn tkun trid tibda minn x'imkien.", "Dawn il-kulleġġi li se nibdew minnhom huma l-aktar kulleġġi fejn naraw li hemm l-aktar vulnerabilità dwar dan il-messaġġ.", "U qed nitkellmu fuq il-Kulleġġ ta' Santa Margeritha u l-Kulleġġ ta' St Thomas Moore.", "THE CHAIRPERSON: Rigward il-PSCD, meta titkellmu fuq relazzjonijiet, tagħmlu distinzjoni bejn nies li jikkoabitaw u dawk miżżewġin?", "Lit-tfal tagħtuhom idea ta' x'inhu the best case scenario?", "Tgħidulhom li aħjar tkun miżżewweġ milli tkun tikkoabita?", "Bħalma nafu r-relazzjoni taż-żwieġ hija l-iktar relazzjoni soda.", "Statistikament dejjem joħroġ li pereżempju l-koabitazzjoni hija aktar weak bħala tip ta' stabilità f'relazzjoni.", "Allura intom tindirizzawh dan is-suġġett waqt il-PSCD?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Dawn insemmuhom meta nitkellmu fuq familji differenti u ssir ukoll fil-primarja.", "Jista' pereżempju jkollok stampi differenti ta' familji differenti.", "Ikollok pereżempju stampa ta' mara, raġel u tifel u stampa oħra ta' raġel u raġel, fejn imbagħad toħloq diskussjoni u toħroġ l-affarijiet mit-tfal.", "Ovvjament aħna ngħallmuhom li idealment biex ikollhom tarbija jridu jkunu maturi u li jkunu f'relazzjoni soda.", "THE CHAIRPERSON: Imma l-ebda stampa mhi se turi d-differenza bejn dawk li huma miżżewġin u dawk li qed jikkoabitaw.", "Dik ma tistax taraha fi stampa.", "Imma tista' toħroġha waqt id-diskussjoni.", "THE CHAIRPERSON: Iva, imma intom tiddiskutu li waħda għandha aktar valur mill-oħra jew li t-tnejn huma ndaqs?", "Lit-tfal qed nagħtuhom messaġġ li veru teżisti l-koabitazzjoni minkejja li din mhijiex regolata imma li jkun aħjar li jkunu fiż-żwieġ?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Illum it-tfal fil-klassijiet qed jgħixuhom dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri meta titkellem fuq familja ma tistax tgħid mara u raġel għax jista' jkollok tifel jew tifla li qed jgħixu man-nanna jew inkella mal-missier biss.", "Anke fid-diskussjonijiet li jkollna, it-tfal ikunu jafu min qiegħed ma' single parent, min huwa fostered u min huwa adopted.", "U dawn aħna kollha nindirizzawhom.", "Imma mbagħad, kif għedt qabel, kollox jiddependi minn fuq kif ipoġġi l-affarijiet l-għalliem fil-klassi.", "U dik hija xi ħaġa delikata ħafna.", "Jekk jien għandi ċerti valuri diffiċli biex dawk il-valuri ma ngħaddihomx lill-istudenti ta' quddiemi, anke jekk inkun konxju.", "Kif għedt, ċerti mistoqsijiet u ċerti statements li nagħmel nista' lanqas inkun konxju li qed nagħmilhom u ngħid li l-aħjar relazzjoni hija dik bejn mara u raġel.", "THE CHAIRPERSON: Rigward il-kwestjoni tal-ġeneru, il-fatt li n-nisa u l-irġiel ugwali, dik tindirizzawha fil-lezzjonijiet?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Hawnhekk qed nitkellmu fuq gender stereotypes u dik anke fil-primarja nagħmluha.", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Bħalissa qegħdin naħdmu fuq proġett mal-Kummissarju għat-Tfal fuq stereotyping u gender issues.", "THE CHAIRPERSON: Pereżempju jien iltqajt ma' bosta tfal li l-ġenituri tagħhom jattendu xi komunità u mhux l-ewwel darba li f'dawn il-komunitajiet jiġi enfasizzat li r-raġel huwa l-kap tal-familja u li l-missier jieħu d-deċiżjonijiet!", "U din ovvjament tmur kontra dak kollu li nixbgħu nippritkaw!", "Dawn huma fazzjonijiet reliġjużi!", "Fil-lezzjonijiet tar-reliġjon, meta tafu li dan qed isir, tindirizzawha biex it-tfal ma nħalluhomx b'din l-idea żbaljata fil-fehma tiegħi?", "KATHLEEN BONELLO: Ma naħsibx li fir-reliġjon jingħad li r-raġel huwa l-kap tal-familja!", "THE CHAIRPERSON: Mhux fir-reliġjon imma t-tfal li jkollhom xi ġenitur li jmur f'dawn il-laqgħat tal-katekumeni.", "Tingħad ħafna!", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Tagħlim uffiċjali żgur mhuwiex tal-Knisja!", "THE CHAIRPERSON: Li qed ngħid hu li dan qed isir f'ċerti laqgħat.", "Meta għandek dak il-kuntest, li għat-tfal huwa kuntest reliġjuż, u dawn forsi qed jattendu mal-ġenituri tagħhom u qed jisimgħuhom direttament, jiena naħseb li fil-kuntest tal-klassijiet tar-reliġjon għandna aktar ngħidu xi ħaġa to counter balance this situation.", "KATHLEEN BONELLO: Jien naħseb li biex din il-biċċa xogħol tkun miġġielda hemm bżonn li titkabbar l-attituni tal-għalliem.", "U trid tkun miġġielda mhux biss fit-tagħlim tar-reliġjon.", "Anzi fit-tagħlim tar-reliġjon ngħinu lil kulħadd għax ngħallmu fuq il-modrija, fuq il-ħbiberija u fuq li taqsam l-affarijiet ma' kulħadd.", "U li r-raġel fil-familja huwa d-dominanti lanqas biss tissemma.", "Jiena nemmen li hija l-attitudni tal-għalliema li fil-klassi jittrattaw lil kulħadd l-istess.", "Pereżempju jekk ikollok għalliem raġel u dan jagħti aktar importanza lis-subien, dan qed jgħaddi messaġġ mod imma jekk ikollok għalliem li jittratta lil kulħadd l-istess, dan qed jgħaddilhom il-messaġġ li gender is equality.", "Anke mill-aspett tal-intelliġenza, ta' attività fil-klassi, ta' min iwieġeb u ta' min inqabbad biex jagħmel l-affarijiet.", "Jiġifieri ma naħsibx li hija xi ħaġa tar-reliġjon u allaħares issir fir-reliġjon!", "THE CHAIRPERSON: Ma rridx ninftiehem ħażin għax jien ma kontx qiegħda ngħid li ssir fil-klassi tar-reliġjon imma kont qiegħda nirriferi għal ċerti għaqdiet reliġjużi.", "Imma aħna konxji li għandna nibbilanċjaw dan b'għarfien korrett fuq il-ġeneru?", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Jista' jkun li tiġri mhux għax ikunu jappartjenu fi grupp partikolari reliġjuż imma jista' ikun hemm ċertu stratt fis-soċjetà fejn għandhom il-kultura li r-raġel huwa kollox, li kif dan jidħol id-dar qisu jkun daħal ir-re!", "U dik hija xi ħaġa li ssibha mhux biss fejn jidħol ir-reliġjon imma teżisti f'kulturi oħra wkoll.", "Lanqas nistgħu ngħidu li ġejjin minn xi lokalitajiet partikolari għax jista' ikollok ukoll ċertu livell ta' soċjetà għolja li għad għandha dik il-mentalità.", "Li hu żgur hu li din hija xi ħaġa li rridu niġġielduha flimkien!", "THE CHAIRPERSON: Se nagħmel l-aħħar mistoqsija u nixtieq li kollha tirrisponduha.", "Aħna dejjem nipprovaw intejbu għax perfetti m'aħniex u qatt mhu se nkunu imma intom x'qegħdin tistennew bħala riżorsi jew affarijiet oħra biex it-tagħlim isir aħjar?", "X'jista' jsir aħjar?", "X'hemm nieqes?", "Bażikament l-ewwel kontu qegħdin tgħidu li minħabba nuqqas ta' finanzi għandkom shortage ta' riżorsi umani.", "Hemm xi ħaġa oħra li nistgħu naraw?", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Xi ħaġa li ma semmejtx u tajjeb li nkunu konxji tagħha -anke minħabba l-framework il-ġdid tal-edukazzjoni ta' dawn l-aħħar tlett snin - hi dik li issa għandna tibdil fis-suġġetti.", "Pereżempju fil-każ tax-xjenza bħalissa qegħdin naħdmu fuq is-sillabu, fejn qegħdin nipproponu li s-suġġett tax-xjenza jista' jibqa' jiġi mgħallem sal-Form 5.", "Mela dan is-suġġett ma jibqax aktar sal-Form 1 u Form 2 u allura waħda mill-options tkun li inti mhux tagħżel biss il-physics, il-chemistry jew il-biology imma tista' tagħżel ukoll ix-xjenza.", "Allura jekk xi ħadd għażel l-accounts għax ma jridx jispeċjalizza fix-xjenza, issa jista' jagħżel li jkollu x-xjenza sal-Form 5 u s-suġġett tax-xjenza se jkollu elementi tal-physics, chemistry u biology abbinati flimkien.", "Mela inti se tagħti aktar il-possibilità li tal-inqas fil-Form 3, Form 4 u Form 5 din it-tema ma tkunx trattata biss mill-punto di vista tax-xjenza għal ftit studenti li jagħżlu l-biology imma tista' tolqot ukoll lill-istudenti l-oħra wkoll.", "THE CHAIRPERSON: Din hija option li qiegħda tiġi kkonsidrata?", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Le, legalment diġà qiegħda hemmhekk.", "Bħalissa qegħdin jinħadmu s-sillabi l-ġodda tas-suġġetti kollha.", "Fil-fatt dan huwa proġett li jissejjaħ \"Learning Outcomes Framework\".", "Wieħed minn dawn is-suġġetti huwa proprju x-xjenza li mill-primarja jista' jibqa' tiela' sal-Form 5.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Nixtieq inkun ftit utopiku hawnhekk, fis-sens li l-iskejjel tagħna ma jgħallmux biss għall-eżamijiet imma jgħallmu għall-ħajja.", "Ħafna drabi, li kieku ma jkunx suġġett bħal tagħna, li jagħti ftit element ta' umanità fl-iskejjel, ħafna mit-tfal tagħna kulma jitgħallmu jkun għall-eżami li jmiss u għall-eżami ta' wara!", "Fl-opinjoni tiegħi dak huwa nuqqas kbir fis-sistema kollha li għandna aħna.", "THE CHAIRPERSON: Din dejjem tkiddni lili għax ngħallmu s-suġġetti tal-matematika, tal-ingliż, eċċ lit-tfal tagħna, u mbagħad dawn imorru d-dar u jkollhom homework fuq homework x'ilestu.", "Nipprovaw inżidulhom fuq dak li diġà għandhom għax nirrealizzaw li dak huwa suġġett importanti u allura niftgħuh fis-sillabu biex imbagħad wara nirrealizzaw li f'dak is-sillabu hemm biżibilju ta' affarijiet oħra!", "Issa biex filwaqt li qed ngħallmuhom dawn is-suġġetti għall-eżamijiet tagħhom ngħallmuhom ukoll fuq il-ħajja, hemm xi mod partikolari li dan nistgħu nagħmluh?", "Ma nafx jekk jistax isir għax jien m'inix għalliema.", "Jew inkella din hija xewqa minn dawk fejn ngħidu \"tgħix bix-xewqa u tmut bil-piena\"?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Naħseb li l-problema hi li suġġetti bħal tagħna, jiġifieri bħall-PSCD, ir-reliġjon u l-PE mhumiex ikkonsidrati bħala suġġetti importanti.", "Fil-fatt anke l-ammont ta' ħin li jingħataw fit-time table huwa limitat.", "Pereżempju għall-matematika għandek lezzjoni kuljum kif ukoll għas-suġġett tal-ingliż.", "Issa mhux qed ngħid li m'għandux ikun hekk imma dak, minnu nnifsu qed iwassal ċerti messaġġi.", "Illum nafu li lit-tfal mhux informazzjoni trid tagħtihom għax din jistgħu jiksbuha anke permezz tal-internet.", "Meta t-tifel tiegħi jiġi biex jagħmel il-homework imur fuq il-Google u jsib ir-risposti kollha li għandu bżonn!", "Għalhekk kif bdejna ngħidu, il-ħiliet, l-attitudnijiet, il-critical thinking u sfortunatament anke l-mod ta' kif ngħallmu aħna għall-eżami biss, dawn l-affarijiet m'aħniex niżviluppawhom fit-tfal!", "THE CHAIRPERSON: Il-ħin li hemm għat-tfal fl-iskola naf li huwa a sore point mal-għalliema, speċjalment jekk issemmi biex iżżid il-ħin, u lanqas qiegħda ngħid li għandu jiżdied il-ħin, imma hija kwestjoni ta' li m'hemmx ħin biżżejjed?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Ftit ilu ġiet persuna barranija tagħmlilna kors u din qaltilna li aħna għandna l-inqas ħin fl-Ewropa bħala schooling imma għandna l-aktar suġġetti!", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Forsi fuq dan il-punt nixtieq inżid xi ħaġa oħra.", "Illum hawn ħafna għaqdiet mhux governattivi li jorganizzaw attivitajiet differenti u dawn jibagħtu l-istediniet tagħhom lill-iskejjel.", "U donnu li l-kapijiet tal-iskejjel qed jinqabdu f'sitwazzjoni fejn donnhom jibżgħu jgħidu \"le\" għal xi inizjattiva.", "Allura fiwaqt li l-ħin tal-iskola diġà huwa limitat, it-tfal qed ikollhom biżibilju ta' attivitajiet oħra li jkompli jnaqqsilhom mill-ħin tagħhom l-iskola.", "Pereżempju l-kotba tax-xjenza li nużaw aħna huma bbażati fuq sena ta' 40 ġimgħa mentri aħna għandna sena ta' 27 ġimgħa!", "Nerġa' ngħid li l-iskejjel jieħdu sehem f'biżibilju ta' attivitajiet imma kif għedt inti, kollha huma importanti.", "Allura liema se tħalli barra?", "KATHLEEN BONELLO: Imbagħad ikollu problema li pereżempju jkollok attivitajiet li jaħbtulek dejjem fl-istess ġurnata; allura jekk pereżempju x-xjenza tiġi l-Ġimgħa, allura forsi f'xahar mat-tfal tiltaqa' darba jew darbtejn.", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda nifhem xi trid tgħid.", "Aħna kellna l-PE lesson mal-Evanġelju ta' nhar ta' Ġimgħa!", "Mela konna nagħmlu 20 minuta Evanġelu, imbagħad 10 minuti biex inbiddlu għall-PE, 10 minuti fil-grownd u 10 minuti oħra biex inbiddlu lura fl-uniformi!", "Apparti minn hekk kull punishment li konna naqilgħu fil-klassi kienet tfisser li ma mmorrux għal-lezzjoni tal-PE!", "Jiġifieri l-attitudni lejn il-PE, eċċ. mhijiex ta' prijorità.", "Issa qed ikun hemm dik il-push biex fl-iskola ikun hemm dawn il-clubs 3 to 16, li to a certain extent huwa ħin li ħafna drabi qed inqattgħuh fil-bini tal-iskola wkoll.", "Issa dawn is-suġġetti li qed issemmi inti, ovvjament mhux qiegħda ngħid li l-isport ta' matul il-ġurnata għandek tibda tagħmlu wara nofsinhar, imma naħseb li hemm nuqqasijiet li jridu jiġu indirizzati.", "Allura nistgħu forsi nagħmlu xi ħaġa biex dawn is-suġġetti li għandna dan in-nuqqas fihom jiġu mogħtija xorta waħda lit-tfal?", "Pereżempju jsiru aktar crafts, aktar lezzjonijiet tal-PE u aktar critical thinking.", "Naħseb li dawn huma kollha affarijiet tajbin.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Għalfejn m'għandhomx ikunu fil-ħin normali tal-iskola?", "THE CHAIRPERSON: Le, mhux m'għandhomx ikunu imma jekk se jkollna t-tfal wara l-ħin tal-iskola u se jkunu qegħdin jagħmlu xi ħaġa, mela might as well li jagħmlu minn dawn l-affarijiet.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Jien ma nafx x'jagħmlu fil-clubs 3 to 16 imma mhux kulħadd jibgħat lit-tfal tiegħu hemmhekk!", "THE CHAIRPERSON: Jien mhux qiegħda ngħid li għandu jkun parti mill-kurrikulu.", "Anzi m'għandux jieħu post il-kurrikulu.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Pereżempju, oħt il-mara tiegħi qiegħda l-Ingilterra u tgħidilna kif it-tfal qatt ma jkollhom homework!", "U wieħed mit-tfal tagħha qiegħed fis-sekondarja.", "Din l-idea li bil-homework u bl-eżamijiet it-tfal qed jitgħallmu aktar hija idea żbaljata ħafna.", "L-istudju kollu jurina li dan mhuwiex minnu.", "Issa aħna nsemmu l-importanza tal-familja imma mbagħad jiġu l-vakanzi tal-Karnival u qattajnihom nistudjaw għax it-tifel kellu l-eżamijiet tal-half yearly dik il-ġimgħa.", "Mela għandek kontradizzjoni l-ħin kollu.", "Jien kieku kont nippreferi li dakinhar noħroġ mal-mara u t-tifel.", "THE CHAIRPERSON: Naf li hawn ħafna ġenituri li huma ffissati fil-homework u jaħsbu li l-għalliema mhijiex tajba biżżejjed jekk lit-tfal ma tagħtihomx ħafna homework.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Dik hija waħda mill-problemi.", "Issib ġenituri li jgħidulek li dik l-għalliema mhijiex tajba għax ma tagħtihomx biżżejjed homework jew għax ma jgħaddux mill-eżami!", "THE CHAIRPERSON: Allura qegħdin tgħidu li kważi kważi we can do without il-homework u dak nagħmluh waqt il-ħin tal-iskola?", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Suppost li jsir classwork ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Ġaladarba diġà għandna l-ħin tal-iskola li huwa limitat, aħna qegħdin inbiddlu l-ħin li m'għandniex l-iskola permezz tal-homework?", "Li kieku kellna ġimgħa ta' 40 siegħa bħall-Ingilterra, kien ikollna 13-il siegħa aktar l-iskola u allura dak il-homework jistgħu jagħmluh l-iskola.", "Li t-tifel fl-Ingilterra jmur id-dar u ma jkollux homework ma jfissirx li dan qed jagħmel inqas xogħol imma jista' jfisser li dak ix-xogħol qiegħed jagħmlu l-iskola minflok id-dar.", "Jista' jkun li hemm dik id-diskrepanza wkoll.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Imma naħseb li hija l-mentalità wkoll.", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Apparti minn hekk għandek il-privatijiet.", "THE CHAIRPERSON: Kif ukoll il-mużewijiet.", "Ħafna mit-tfal imorru darbtejn fil-ġimgħa u aktar ma jikbru jibdew imorru kuljum.", "F'San Pawl il-Baħar naf li meta jkunu żgħar ħafna jmorru jumejn fil-ġimgħa u mbagħad meta jikbru għandhom kuljum.", "Issa mhux qiegħda ngħid li din hija xi ħaġa ħażina.", "Imbagħad hawn min jitgħallem ukoll xi strument tal-mużika jew imur jagħmel xi sports.", "IS-SUR MARIO MUSCAT: Għal fini ta' korrettezza l-ewwel ridt ngħid sena ta' 40 ġimgħa u mhux sena ta' 40 siegħa.", "Filwaqt li l-programmi u l-kotba ta' barra li jiġu f'idejna huma bbażati fuq sena ta' 40 ġimgħa, aħna għandna sena skolastika ta' 27 ġimgħa.", "Riċentement l-għalliema qed isibu li minħabba l-bidliet fis-suġġetti u l-mod ta' kif saru t-time tables, il-lezzjonijiet tas-sekondarja qed ikunu ta' 40 minuta-il waħda.", "Issa sakemm jiġu l-istudenti u jieħdu posthom inti ma jkollokx aktar minn 30 jew 35 minuta biex tagħmel il-lezzjoni.", "Jien ma nafx fi 30 minuta x'se tilħaq tagħmel!", "KATHLEEN BONELLO: Barra minn hekk mhux l-istudenti kollha huma l-istess!", "Hemm studenti li jkunu brillanti u jkunu jridu jieħdulek il-kliem minn ħalqek u kif ipoġġu bilqiegħda jissettiljaw mill-ewwel u jkollhom ġenn biex jibdew il-lezzjoni.", "Imbagħad ikun hemm klassijiet oħra fejn tirringrazzja lil Alla jekk sal-aħħar tal-lezzjoni jkun irnexxilek tpoġġihom f'posthom!", "Għalhekk jien ma nwaħħalx fl-għalliema għax dawn iridu jiffaċċjaw dawn id-diffikultajiet!", "THE CHAIRPERSON: Rigward l-iskejjel tal-Knisja hemm wieħed x'jista' itejjeb fihom?", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Jekk jismagħni l-Ministru jaf li għandna bżonn insolvu l-problema tal-peripatetic teachers!", "Din il-kwestjoni ilha għaddejja u issa rridu nsibu soluzzjoni għaliha.", "Issa rrid ngħid ukoll li veru li aħna ngergru imma nemmen li f'dawn l-aħħar snin għamilna passi kbar 'il quddiem.", "Qabel kulħadd kien fis-settur tiegħu u ma kienx hemm komunikazzjoni bejn xulxin, jiġifieri reliġjon għalihom, xjenza għalihom u PSCD għalihom.", "Illum naħseb li ġejna ħafna viċin ta' xulxin.", "Il-fatt li student qed jieħu messaġġ wieħed naħseb li jagħmel ħafna ġid.", "Apparti minn hekk sa ftit tas-snin ilu t-tfal kienu jmorru d-dar u kienu jsibu lil xi ħadd mill-ġenituri tagħhom hemmhekk mentri llum ir-realtà hi li dawn it-tfal qed imorru d-dar u jagħmlu ħafna ħin waħedhom!", "Ovvjament dawn it-tfal imbagħad se jispiċċaw fuq il-computer, internet u s-social medias l-oħra.", "B'hekk dawn jista' ikollhom influwenza negattiva.", "Għaldaqstant il-valuri li ngħaddulhom lit-tfal iridu jkunu ta' sinsla.", "U naħseb li għandu jkun hemm ukoll aktar sinerġija magħkom għax kultant nara li hemm distakk wisq kbir bejnietna.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri magħna bħala politiċi?", "DR ROSE ANNE CUSCHIERI: Iva, bħala politiċi, u iktar u iktar bħala nies li għandkom x'taqsmu mal-leġiżlazzjonijiet.", "Intom tkunu tafu min-naħa tal-pajjiż u aħna jkollna hands on fuq il-materja.", "Għalhekk xi kultant ikun tajjeb li nersqu viċin ta' xulxin u nitkellmu.", "Intom tafu b'ċerti bżonnijiet u aħna nafu bi bżonnijiet oħra.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb ħafna.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li dan il-Kumitat m'għandux poteri eżekuttivi imma aħna nipprovaw inwasslu l-messaġġ biex forsi dan jasal fil-ministeri differenti u fil-kabinett tal-ministri, biex nuru fejn qegħdin in-nuqqasijiet li jeżistu.", "Importanti wkoll li minn żmien għal żmien naraw jekk l-affarijiet li qed jiġu rrakkomandati minna bħala Kumitat humiex qed iseħħu fir-realtà.", "Ħassejna li dan is-suġġett huwa importanti ħafna li naraw lejn liema direzzjoni sejrin u jekk humiex qegħdin jitranġaw l-affarijiet.", "U mid-dehra jidher li kien hemm passi kbar.", "Għalkemm wieħed dejjem jipprova jersaq lejn sistema fejn ikollok l-istudent li qed jieħu mhux biss edukazzjoni bl-eżamijiet imma jieħu wkoll edukazzjoni għal ħajja f'kuntest aktar wiesa'.", "Jiena waħda minn dawk il-persuni li nemmen ħafna fuq il-multi faceted education u nemmen li għandna niġu f'daqqa u mhux li jkollna kollox in compartilasation.", "L-istess fil-politika dejjem nipprova nara l-ministri f'daqqa x'jistgħu jagħmlu biex tinħoloq xi ħaġa li tagħmel sens aktar milli kulħadd jipprova jaħdem għal rasu.", "Naħseb li jekk hemm xi ħaġa pożittiva li nħoss li għandna bħala Kumitat hija l-fatt li aħna ma naqgħu taħt l-ebda dekasteru u allura nistgħu mmissu ministeri differenti u nagħtu l-pariri tagħna b'mod ġenerali.", "Min-naħa tiegħi nirringrazzjakom ħafna tal-ħin u nisperaw li nerġgħu niltaqgħu darb'oħra.", "Aħna niltaqgħu bħal-lum ġimgħa fl-istess ħin fejn se nipprovaw inġibu lir-rappreżentanti tal-iskejjel tal-Privat biex inkomplu din id-diskussjoni magħhom u naraw kif kull skola Indipendenti qiegħda titratta dan is-suġġett.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150304_039d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 39", "L-Erbgħa, 4 ta' Marzu 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:10 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat, kienet preżenti għal-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 38 li saret nhar l-Erbgħa, 18 ta' Frar 2015 ġew konfermati.", "IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI – DISKUSSJONI MA' RAPPREŻENTANTI MID-DIPARTIMENT TAL-EDUKAZZJONI.", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mit-18 ta' Frar 2015.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti tliet għalliema mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li kollha jgħallmu dan is-suġġett fil-klassijiet tagħhom.", "Dawn kienu s-Sur Stephen Camilleri li jgħallem il-PSCD, is-Sinjura Kathleen Bonello li tgħallem ir-Reliġjon u s-Sur Mario Muscat li jgħallem is-suġġett tax-Xjenza.", "Dok 41 \"It-tagħlim tar-reliġjon, is-sesswalità u r-relazzjonijiet.\"", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150304_039m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015 fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015 fis-7:00 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Diskussjoni.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150311_010a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00 p.m.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 9 li saret fis-17 ta' Diċembru 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Etienne Grech): Qabel ma nibdew niddiskutu s-suġġett tal-lum \"Empowering Primary Health Care\" mal-mistiedna preżenti, se nagħti introduzzjoni qasira fuq l-istess suġġett.", "Ilkoll kemm aħna hawn preżenti ntiżi fuq dan is-suġġett u għalhekk mhux se noqgħod nispjega x'differenza hemm bejn primary, secondary u tertiary u llum l-ġurnata qed nużaw wkoll il-quaternary health care.", "Importanti li nfakkru li l-kura, speċjalment f'pajjiżna, trid tilħaq lil kulħadd u li rridu nagħmlu enfasi ikbar fuq il-prevention, apparti mill-essential care.", "Ħadt snapshot tad-dokument Health in Transition (HIT), li huwa maħruġ fl-2014 mill-World Health Organisation (WHO), li jgħid li minn studju li sar fl-2011, 70% tan-nies li użaw il-primary health care hawn Malta marru fil-privat u li dawn ħallsu out-of-pocket.", "Imbagħad fl-2013, 34% tal-ispejjeż tal-health cost kienu out-of-pocket, 64% intefqu mill-Gvern u 2% minn tipi ta' insurances.", "Dan id-dokument qabbel ukoll il-proporzjon tal-health expenditure li ntefaq fl-Isptar ma' dak li ntefaq fl-ambulatory care - jiġifieri fil-Primary Health Care - u hemm differenza sostanzjali ma' pajjiżi oħra.", "Fil-fatt f'Malta hawn deskrepanza kbira bejn in-nefqa fis-Secondary Health Care man-nefqa fil-Primary Health Care, mentri f'pajjiżi oħra, in-nefqa hija ikbar fuq il-Primary Health Care.", "Għaldaqstant f'din il-laqgħa rrid li apparti li niddiskutu l-Primary Health Care, niddiskutu wkoll kif nistgħu ntejbu dan il-qasam.", "Kulħadd jaf li dan l-aħħar sar ħafna titjib speċjalment fuq Ċentri tas-Saħħa, fejn kien hemm żieda ta' ċentri u sar refurbishment f'oħrajn.", "Żdiedu wkoll il-magni tal-x-rays diġitali, u t-testijiet tal-INR li issa qed jittieħdu fiċ-Ċentri tas-Saħħa minflok pazjent imur l-isptar.", "Hemm affarijiet oħra wkoll li iktar 'l quddiem nelaboraw iktar dwarhom.", "Irrid insemmi wkoll li għad hemm xi affarijiet li jiena bħala tabib tal-familja, bħalma hu wkoll l-Onor.", "Michael Gonzi, nixtieq li jiġu ffaċilitati.", "Pereżempju li tobba privati jkollhom aċċess għar-riżultati tal-x-rays u tat-testijiet tad-demm li jsiru fl-isptar.", "Bħalissa r-riżultati tat-testijiet tad-demm jintbagħtu bil-posta xi għaxart ijiem wara li jkunu saru, għalkemm bħalissa hemm kwestjoni mal-UĦM.", "Nixtieq li jkun hemm iktar inċentivi għall-group practises.", "Fil-fatt kien sar seminar dwar dan, fejn it-tobba tal-privat ikunu jistgħu jgħaġġlu każijiet li jkunu urġenti fl-Outpatients.", "Veru li fuq ir-referral ticket ikun hemm in-numru tat-telefon tal-konsulent biex forsi t-tabib ikun jista' ikellmu biex tingħata data eqreb tal-appuntament, imma mhux dejjem tkun tista', speċjalment fil-ħinijiet ta' flgħaxija.", "Problema oħra hi li ma tistax iddaħħal pazjent fl-Isptar Monte Carmeli after hours permezz ta' referral ticket normali imma permezz tal-Mental Health Act.", "Nitlob ukoll lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Chris Fearne biex jikkonfermalna jekk tabib privat hux se jkun jista' jagħmel referalls direttament għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija l-ġdid, minflok jibgħat pazjent bil-kanċer fil-Casualty Department.", "Ħaġa oħra li nixtieq li nelaboraw fuqha huwa dwar il-metodu tal-prescriptions for free medicines.", "Bħalissa dawn jinkitbu bl-idejn u qed ikun hemm ħafna tgergir mill-POYC u mill-ispiżjara, li mhux dejjem jagħrfu l-hand writing tagħna t-tobba u forsi fil-futur jista' jkun hemm żvilupp f'dan il-qasam.", "Issa nistieden lill-President u lis-Segretarju tal-Association of Private Family Doctors (APFD), lil Dr Anthony Azzopardi u Dr Jason Bonnici rispettivament biex jersqu mal-mejda u jagħtuna presentation.", "Ninfurma lil kulmin hawn preżenti li din il-laqgħa qegħda streamed-live fuq l-internet.", "DR ANTHONY AZZOPARDI (President APFD): Grazzi tal-istedina u nibda billi nagħti rèsumè biex inġib lill-Onor.", "Buttigieg up-to-date, peress li hi membru ġdid fil-kumitat.", "L-assoċjazzjoni tagħna, hija magħmula minn madwar 100 membru li huma tobba li jaħdmu fil-privat biss.", "Aħna l-major gate-keepers fil-kura primarja.", "U dan għal diversi raġunijiet, fosthom għax pazjent jippreferi jmur għand it-tabib tiegħu biex jikkurah hu u l-problema tiegħu tissolva malajr milli joqgħod jistenna sakemm imur l-isptar.", "It-tieni ħaġa għax tabib tal-familja tal-privat ma jistax jibgħat kull pazjent li jkollu l-isptar, għax inkella jispiċċa bla pazjenti, allura huwa fl-interess tiegħu li l-pazjenti tiegħu jibqa' jżommhom id-dar.", "U t-tielet ħaġa, it-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa jkollhom, iridu jew ma jridux, jirreferu lill-pazjent l-isptar.", "Mela proporzjonalment aħna qed inżommu aktar pazjenti d-dar milli nirreferuhom l-isptar.", "L-istatut tagħna jgħid li t-tobba jistgħu jagħtu kura ottima lill-pazjenti tagħhom, imma aħna ma nistgħux nagħmlu dan mingħajr ma jkollna s-sapport.", "Għax, irridu jew ma rridux, għandna bżonn is-sapport tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Niġi għad-dokument li ħareġ id-Dipartiment tas-Saħħa \"A National Health System Strategy for Malta\".", "Hemm tliet miri mportanti, l-aċċess għal high quality medical care, economic sustainability, u li jkun within available budgetary resources.", "Din issir l-iktar billi jkun hemm interactions bejn is-servizzi u jkun hemm continuity of care biex ma jkunx hemm duplication, imma nafu wkoll li dan mhux dejjem huwa faċli.", "Pereżempju, id-discharge letter mhux dejjem tasal għand it-tabib meta jkollu bżonnha l-iktar, jiġifieri fl-ewwel ftit ġranet meta pazjent joħroġ mill-isptar, fejn l-iktar hemm ċans li jinqalgħu xi problemi, għax hemm tendenza li dawn l-ittri ma jkunux kompluti u mhux dejjem huwa faċli li tistaqsi lil xi ħadd xi jkun ġara.", "Fid-dokument tan-National Health System Strategy insibu dawn is-sitt punti mportanti: li kemm jista' jkun pazjent jibqa' joqgħod fil-komunità, li jkun hemm early diagnosis, li l-management u l-effiċjenza speċjalment fil-Private Public Partnership jitjiebu, kif ukoll li titjieb il-quality of care billi jkun hemm kura konsistenti, quality standards u jkun hemm continuity of care.", "L-aħħar ħaġa u l-iktar ħaġa fundamentali hi li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom jagħmlu minn kollox biex il-kura primarja tkun il-pedament ta' saħħa kontinwa, imma din niġi għaliha aktar tard.", "In-National Health Service għandha tkun kura tal-privat u tal-pubbliku kkombinati flimkien, mhux waħda taħdem indipendentiment mill-oħra, għax sfortunatament ġieli jsir xogħol parallel u ma jiltaqax.", "Is-sostenibbilità tas-saħħa trid tkun magħmula fil-prattika u mhux fit-teorija biss.", "Sfida fis-sistema tas-saħħa hija s-sostenibbilità u n-non-communicable diseases bħad-dijabete, il-pressjoni u l-obeżità li huma kwistjonijiet importanti.", "Kull pazjent li jagħmel operazzjoni tal-qalb huwa persuna li aħna bħala tobba nqasnih, għax bħala kura jew bħala sistema unika, aħna konna nikkurawh u forsi ma kienx jagħmel l-istents jew bypass.", "Pazjent imur għand tabib fil-privat, minħabba l-continuity of care, għax iktar issibha fil-privat milli fiċ-Ċentri tas-Saħħa pubbliċi.", "Iċ-Ċentri tas-Saħħa mhux dejjem iżommu records, għax daqqa jarak tabib u daqqa jarak ieħor.", "Din tifhimha, għax tabib mhux qiegħed hemmhekk 24 siegħa fil-ġurnata imma pazjent, speċjalment dawk anzjani, jobogħdu li kull darba jaraw tabib differenti imma jkunu jixtiequ jaraw dejjem l-istess tabib.", "Hemm bżonn li l-kura fil-privat issir aktar attraenti u t-tobba jkunu iktar mottivati.", "Biex isir hekk, trid tingħata aktar elbow room fejn tabib ikun jista' jaħdem u jkun hemm ukoll il-patient registration.", "Għandu jkun hemm sistema tal-IT li tgħaqqad il-kura primarja ma' dik sekondarja.", "Pereżempju, dan l-aħħar sirna nafu li fil-Finlandja, li bħala area hija fost waħda mill-ikbar pajjiż fl-Ewropa, it-tobba tal-familja rnexxielhom ikollhom aċċess minn kullimkien għall-istejjer u l-informazzjoni tal-pazjenti.", "Mela jekk pajjiż b'dak il-kobor irnexxielu, kif aħna pajjiż żgħir daqs nitfa ma jirnexxielnix?", "Hemm bżonn li ntejbu l-expertise tat-tobba tagħna u m'għandniex nistrieħu biss fuq il-College of Family Doctors, għax jagħmlu kemm jagħmlu xogħol mhux biżżejjed, għax il-Gvern xorta waħda għandu jagħti daqqa t'id.", "L-Onor.", "Grech diġà semma' li għandu jkun hemm inċentiv għall-group practices.", "Xi ftit snin ilu bħala Kulleġġ konna qed nibagħtu rappreżentant biex darbtejn f'sena jattendi seminars tal-Europen Quality in Primary Care (EquiP).", "Din hija għaqda fejn tobba tal-familja mill-Ewropa kollha inkluż l-Israel, jorganizzaw laqgħat f'pajjiżi differenti fejn il-Gvern tal-pajjiż jerfa' l-piż biex jorganizza dawn il-laqgħat.", "Wara ftit tas-snin, jien personalment ma bqajtx nattendi iżjed, għax kont nistħi ngħid li Malta qatt mhu se tistiedinhom lil dawn in-nies, għax m'għandna lil ħadd min jissapportjana u spiċċajna waqajna lura.", "Issa bħala għaqda dawn jipprovdu expertise, l-għarfien u kulħadd jaqsam l-esperjenzi tiegħu.", "Imma dan il-kuntatt issa ntilef.", "80% tat-tobba li jaħdmu maċ-Ċentri tas-Saħħa, għażlu li jieħdu Contract A. Dan ifisser li mhux se jibqgħu jaħdmu fil-privat u b'hekk in-numru ta' tobba li jaħdmu fil-privat dejjem qed jonqos.", "Barra minn dan, bħala età t-tobba fil-privat qegħdin in the late 50's. Għalkemm bħala regola nibqgħu naħdmu kważi kważi sakemm naqgħu u mmutu, imma s-sitwazzjoni ma tistax tibqa' sejra hekk u rridu naħsbu għall-futur.", "Meta jkollok tabib privat jibbenefika l-pubbliku, jagħti job satisfaction lit-tabib tal-familja u jkun cost effective għas-sistema tas-saħħa.", "Hekk ikkwotat lill-Ministru Fearne The Times fl-24 ta' Frar 2015.", "Aħna sirna nafu b'din l-aħbar mill-gazzetti u mhux għax informawna d-dipartiment, imma bħala tobba fil-privat m'għandniex inkunu nafu x'inhu jippjana d-Dipartiment?", "Issa tabib tal-familja diġà jmur jara l-pazjenti tiegħu, imma xorta jidhrilna li meta jkun hemm aħbar bħal din, l-ewwel li għandna nkunu nafu huwa aħna.", "Sirna nafu li t-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa jistgħu jordnaw il-mediċini tal-kartuna s-safra - is-Schedule V - għall-pazjenti li jkunu morda b'mard kroniku tal-pressjoni u z-zokkor.", "Bħala assoċjazzjoni jidhrilna li la hemm protokolli biex tinħadem mit-tobba taċ-ċentri, għandha tiġi estiża wkoll għat-tobba privati tal-familja.", "Jista' jkun li dan il-pass qiegħed in the pipeline, imma s'issa ma nafu b'xejn u bħala tobba fil-privat, ħadd ma qalilna li nistgħu nirreferu pazjent direttament għand konsulent fiċ-Ċentri tas-Saħħa minflok nibagħtuhom l-isptar.", "Jekk pazjent huwa dijabetiku, finalment xorta se jieħu l-istess trattament jarah min jarah u jekk jarah tabib fil-privat, ikun qed iqassar il-waiting list.", "Tabib fil-privat jeħtieġ li jkollu iktar aċċess għall-informazzjoni.", "Is-sistema tal-myhealth tieħu wisq fit-tul biex taċċessaha u jekk ikollok pazjent quddiemek, ma tistax titlef il-ħin biex tara x'inhuma r-riżultati.", "Hemm bżonn ta' iktar aċċess għall-investigazzjonijiet u għall-informazzjoni, speċjalment minħabba l-prevenzjoni u l-ħtieġa li jkollna aċċess dirett - kif diġà semma' l-Onor.", "Grech - biex ikollna fast tracking għall-pazjenti fid-Dipartiment tal-outpatients.", "Biex tabib li mar fiċ-Ċentri tas-Saħħa jiġu inkorraġġit jerġa' lura lejn il-privat, għand ikollhom ċerti konċessjonijiet bħal tax credits u CME allowances, kif għandhom it-tobba mal-gvern.", "L-aħħar punt huwa il-Quality Assurance, li hawn Malta ma tantx nagħtu kasu u li l-ISO 9000 tispjegah bħala \"A part of quality management focused on providing confidence that quality requirements will be fulfilled.\"", "Aħna l-Quality Assurance għandna bżonnha, biex l-istandards jitjiebu u dejjem inżommu l-fiduċja tal-pubbliku fl-ispeċjalità tagħna.", "Fil-Quality Assurance hemm tliet gruppi li jridu jaħdmu flimkien: il-Gvern li jgħin b'guidelines u protocols, il-Malta College for Family Doctors biex it-tobba jkomplu bl-CMEs għad-dedikazzjoni fit-tagħlim u t-tobba individwali li m'għandhomx iħossuhom imbeżża' li se jiġu ttestjati u ma jitħallewx jaħdmu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak Dr Azzopardi.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Jiena naqbel ma' ħafna mill-punti li għidt, Dr Azzopardi.", "Imma għalkemm ikkritikajt li ċ-Ċentri tas-Saħħa qishom group practise - għax illum tara tabib imbagħad l-għada tara tabib ieħor - imbagħad semmejt li jrid ikun hemm inċentivi biex jitwaqqfu l-group practise.", "DR ANTHONY AZZOPARDI: Għal group practises fil-privat kont qed ngħid.", "Jien ma nistax nagħti 24 siegħa kuljum lill-pazjenti tiegħi, għax huwa fiżikament impossibbli, imma jekk inkunu erba' tobba, min jagħmel lejl u min jagħmel ieħor.", "MICHAEL GONZI: X'differenza hemm bejn a private Group Practise u Ċentru tas-Saħħa normali li minnu nnifsu huwa Group Practise?", "Semmejt ukoll ir-records tal-pazjenti fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Nimmaġina li iktar hemm din il-problema mat-tobba privati.", "DR ANTHONY AZZOPARDI: Ħa ngħaddi l-kelma lil Dr Bonnici li għandu iktar esperjenza f'dan il-qasam.", "DR JASON BONNICI (Segretarju APFD): Nirringrazzjakom.", "Dawn l-aħħar 15-il sena jiena ħdimt fi group practise fil-privat, imma kont ġejt obbligat naħdem fiċ-Ċentri tas-Saħħa bħal parti mill-GP training tiegħi.", "Li nista' ngħid hu li għalkemm fil-prinċipju dak li qed tgħid jista' jagħmel sens, imma fil-prattika dan mhuwiex il-każ.", "Group practise fil-privat huwa nukleu żgħir ta' tobba li huma kollha fuq l-istess livell.", "Il-group practice li naħdem fih jien, kollha speċjalisti fil-qasam tal-mediċina tal-familja, u wkoll GP trainers, fejn regolarment nagħmlu korsijiet biex nagħmlu upgrade tal-ispeċjalizzazzjoni tagħna.", "Investejna f'sistema Olandiża li tintuża f'minn tal-inqas disa' pajjiżi oħra fejn jinżammu l-appuntamenti u r-records tal-pazjenti tagħna.", "Regolarment nagħtu input fir-riċerka tagħna b'papers regolari biex intejbu l-kwalità tas-servizz u l-kwalita tal-qasam tal-familja,.", "Għandna ftehim bejnietna t-tobba, biex inżommu clinics u pazjenti regolari.", "Bħala clinic aħna noffru servizz ta' 12-il siegħa kuljum, u matul il-lejl u fi tmien il-ġimgħa għandna roster bejnietna.", "Peress li aħna grupp żgħir jippermetti li jkun hemm ċertu kollaborazzjoni.", "Fiċ-Ċentri tas-Saħħa teżisti iktar diversità fil-kwalifiċi tat-tobba, imma bħalma hemm tobba tal-familja li huma speċjalizzati fil-qasam tal-familja, imma hemm ħafna li huma GP trainers, House Officers u Foundation Doctors li jkunu għadhom kemm ħarġu mill-bank tal-Università u li jaraw il-pazjenti u jagħtu s-servizzi tagħhom.", "Ovvjament dan jagħmluh mill-aħjar li jistgħu, imma mhux se nqabbel il-kwalità tas-servizz fil-qasam tal-kura primarja ta' Foundation Doctor ma' dak ta' tabib tal-familja ta' ċertu esperjenza u ta' ċertu kwalifiċi!", "Ikun hemm numru ta' GPs li huma in-training għax ukoll rridu jitgħallmu u jagħtu l-almu tagħhom.", "Dak huwa mezz kif titgħallem, bħalma tgħallimt jiena u kif tgħallmu oħrajn qabli u se jitgħallmu oħrajn warajja.", "Imma across the board, il-kwalità ta' servizz mhux ser ikun l-istess bħalma għandek tabib tal-familja li diġà hu speċjalizzat u qed joffri dak is-servizz.", "Hemmhekk hemm ukoll ċertu diskrepanza, għax il-kontinwità tal-kura ukoll mhijiex l-istess.", "Bħala records, iċ-Ċentri tas-Saħħa għandhom il-karti fejn tikteb, imma llum tabib jikteb dak li jixtieq hu u għada jkun hemm tabib ieħor u jikteb dak li jixtieq hu jew li tixtieq hi.", "Mhijiex l-istess bħal meta jkollok sistema elettronika li with a touch of a button ikollok l-interactions bejn il-mediċini differenti, ikun hemm alert system jekk ikun hemm affarijiet importanti bħal family history jew personal history, li kif tikklikkja, aħna bħala tobba niġu ggwidati b'dak il-mod.", "MICHAEL GONZI: Kemm nagħmel domanda oħra.", "Dr Azzopardi qabbiżt slide li hija dwar Ongoing Trade Union Dispute.", "MICHAEL GONZI: Sa dalgħodu ma kenitx solvuta.", "Issa jekk hemm xi ħaġa ġdida għidli, għax importanti biex navża lill-pazjenti tiegħi li rrid neħdilhom id-demm.", "DR ANTHONY AZZOPARDI: Forsi jkun jista' jgħidilna l-Onor.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Li nixtieq insaqsi hija x'inhi d-differenza bejn il-presentation li għamiltu llum u l-presentation li kienet saret fl-2009 għar-riforma fil-kura primarja?", "DR ANTHONY AZZOPARDI: Ċertu affarijiet iva, tranġaw u issa hemm iktar aċċess għal testijiet bħal dak tad-dijabete l-HbA1c biex pazjent tagħtih il-kura, u b'hekk iffrankajna ħafna referrals għall-isptar.", "Test ieħor huwa dak tal-PSA li taqbad il-każijiet tal-kanċer tal-prostata u tat-thyroid li issa nistgħu nikkurawhom aħna milli noqgħodu nirreferu n-nies l-isptar.", "Qabel kont nibgħat pazjent l-isptar għand urologu u kien idum jistenna sena biex jagħmel test tal-PSA, issa nista' nordnahom jien.", "B'hekk naqqasna in-nies milli jmorru l-isptar.", "U dan japplika għat-tliet testijiet partikolari.", "Fil-Mosta u l-Floriana issa jistgħu jittieħdu x-rays diġitali u jkollna risposta aktar malajr u hemm ukoll il-physiotherapists.", "Kienu ħafna l-affarijiet li marru għall-aħjar.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Forsi ma kontx ċara fil-mistoqsija tiegħi.", "Il-proposta għar-riforma li kienet saret fl-2009 kienet ġiet imwaqqa' kompletament.", "B'liema mod qed taraw dak li qed tipproponu differenti?", "Għadek kemm semmejt il-patient registration, l-aċċess għal IT u group practice.", "DR ANTHONY AZZOPARDI: Il-patient registration donnha hija a sore point, u aħna nixtiequha bl-art u l-baħar imma jista jkun li hemm partijiet oħrajn li ma tantx jixtiequha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHRIS FEARNE: Punt żgħir, għax naf li għad iridu jitkellmu rappreżentanti tal-MAM, tal-MUMN u s-CEO u ċ-Chairman tal-Primary Healthcare u allura ma rridx nieħu ħafna ħin.", "Il-politika tal-Gvern hi li l-kura primarja tissaħħaħ u għandna nemmnu, li t-tabib privat tal-familja huwa essenzjali għall-kura primarja.", "Aħna rridu nkomplu nsaħħu l-kura tradizzjonali li intom bħala tobba tal-familja tagħtu, għax napprezzaw ħafna x-xogħol li tagħmlu u nixtiequ li niffaċilitawh.", "Nixtiequ wkoll li nkomplu naraw it-tabib tal-familja tradizzjonali, li meta kont żgħir jien, is-sistema tas-saħħa kienu jmexxuha huma, u li jkollhom l-għarfien u l-mezzi kollha biex jaħdmu u biex ikomplu jissaħħu.", "Nixtiequ wkoll li s-servizz ikun estiż.", "Nafu li huwa mpossibbli, għax l-esiġenzi huma kbar u tabib waħdu ma jistax jipprovdi servizz ta' 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa.", "Għalhekk nixtiequ, kif semma' Dr Jason Bonnici, li jkun hemm group practises aktar b'saħħithom.", "Il-Gvern qiegħed jaħdem biex jiffaċċilita t-twaqqif ta' group practises privati, li jkunu jistgħu jagħtu aktar servizzi lill-pazjenti tagħna, għax nemmnu li l-kura fil-komunità hija l-aħjar kura li tista' tingħata u li l-isptarijiet għandhom ikunu biss għal dawk in-nies li verament għandhom bżonn il-kura terzjarja.", "Qed insaħħu l-Bereġ u ċ-Ċentri tas-Saħħa tagħna - u minn hawn u ftit ieħor se jkollna okkażjoni nitkellmu mas-CEO u ċ-Chairman tal-Primary Health Care - għax nemmnu li s-sinsla tal-Kura Primarja hija t-tabib privat tal-familja, u ma nagħmlu ebda apoloġija lil ħadd meta ngħidu li t-tabib privat tal-familja huwa b'saħħtu f'pajjiżna.", "Dan nemmnuh u rridu nkomplu nsaħħuh.", "Dwar il-punt li semma' Dr Azzopardi, iva aħna wkoll nixtiequ li jkun hemm iktar kollaborazzjoni bejn dak li jsir fis-servizz pubbliku ma' dak li jsir fis-servizz privat u naħseb li iva l'hemmhekk irridu nimxu.", "Aħna nixtiequ li t-tabib tal-familja jibqa' jsegwi l-pazjenti li jkunu taħt il-kura tiegħu u li jidħlu l-isptar.", "Sfortunatament xi kultant jiġri, li tabib jibgħat pazjent l-isptar u ma jkunx jaf x'ġara, imbagħad jistenna li jirċievi d-discharge letter.", "Nixtiequ u rridu niffaċilitaw li t-tabib tal-familja jkollu parti mill-kura meta l-pazjent tiegħu qiegħed ġol-isptar u wara meta joħroġ mill-isptar.", "Ikollna numru ta' pazjenti li joħorġu mill-isptar u jerġgħu jidħlu lura wara jumejn jew tlieta.", "Nixtiequ nnaqqsuh dak in-numru u għalhekk il-gazzetta ikkwotawni meta għidt li nixtiequ li ninvolvu t-tobba tal-familja meta l-pazjent joħroġ mill-isptar.", "Huwa dan il-proċess sħiħ.", "Aħna nemmnu li l-continuity of care li semmejt, jibqa' għaddej meta l-pazjent jidħol l-isptar u wara wkoll.", "Dak huwa l-għan tagħna.", "Bħalma diġà taf l-Association of Private Family Doctors - għax diġà kellna laqgħat flimkien – aħna nixtiequ li nkomplu naħdmu, biex dawn l-għanijiet nilħquhom, għax nemmen li huwa ta' ġid għall-pazjent tagħna.", "THE CHAIRMAN: Onor. Fearne, kien hemm xi żviluppi ġodda dwar kif it-tabib privat tal-familja jista' jkollu r-riżultati tal-x-ray u tad-demm mill-isptar?", "CHRIS FEARNE: Qegħdin naħdmu – kif anke semma' iktar kmieni Dr Azzopardi - biex is-sistemi tal-IT ikunu iktar aċċessibbli għall-kura fil-komunità.", "Wasalna għal sistema biex ir-riċetta għall-mediċini tas-Schedule V issa ssir online u toħroġ b'mod awtomatiku u m'hemmx għalfejn li t-tabib joqgħod jikteb.", "Għalissa din is-sistema se tkun aċċessibli biss fiċ-Ċentri tas-Saħħa, imma 'l quddiem se tkun estiża wkoll għall-pazjenti li jieħdu l-kura tagħhom mingħand it-tabib privat.", "Għax kif semma' l-Onor.", "Grech kien hemm tgergir li ċerti tobba ma jiktbux ċar u b'din is-sistema toħroġ il-prescription lesta.", "Dan ifisser li jekk pazjent ikollu xi tibdil fil-mediċina f'Schedule V, li mhux neċessarjment tkun tidher fuq il-kartuna s-safra - għax it-tabib ġieli jikteb mediċini li l-pazjent ma jkunx għadu jieħu - ikun hemm il-ħela, allura dan jinqatà għax is-sistema issa hi diretta.", "Il-pjan hu li iktar tard din is-sena nkunu nistgħu nibdew inħaddmuha.", "THE CHAIRMAN: Għandek iktar informazzjoni dwar il-komunikazzjoni bejn it-tabib fil-privat u r-riżultati tad-demm tal-pazjent tiegħu?", "CHRIS FEARNE: Qed talludi għall-pazjenti li huma taħt il-kura ta' tobba fil-privat?", "Waħda mill-affarijiet li qegħdin ngħidu hija li fejn ikun hemm group practices - jiġifieri fejn tobba tal-familja jingħaqdu flimkien u jagħtu servizz ta' 24 siegħa kuljum għal 7 ijiem fil-ġimgħa - inkunu nistgħu niffaċilitaw is-sistema.", "Għalissa nixtiequ li tkun bħala inċentiv biex ikun hemm iktar group practices.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lill-Onor.", "Grazzi tal-kontribut tagħkom.", "Issa nistieden lil Dr Renzo Degabriele, CEO u Dr Stephen West, Clinical Chairman mill-Primary Health Care biex jingħaqdu magħna.", "Nippruvaw inżommu fil-qosor biex kemm jista' jkun ikollna biżżejjed ħin għal diskussjoni.", "Irid ikun hemm strateġija biex il-Kura Primarja tissaħħah u tkun tista' titwettaq.", "Dr Azzopardi semma' li n-National Health System Strategy.", "Din l-istrateġija hija bbażata fuq studji magħmul minn ħafna nies, fejn illum ma tistax tirrifjuta li l-kura primarja hija s-sisien tas-sostennibilità.", "Barbara Starfield kienet waħda mill-pijunieri.", "Issemma' wkoll li jrid ikun hemm relazzjoni bejn il-pazjent u mhux biss mat-tabib imma mal-multi-disciplinary team kollu.", "Irridu ngħallmu u nagħtu sapport lill-pazjent għal self-care u jkun hemm kordinazzjoni tas-servizzi.", "Irridu nkunu iktar patient focus u mhux immorru biss fuq il-marda, imma nittrattaw il-pazjent b'mod ħolistiku u fil-ħin, biex ma nirrikorrux għall-kura sekondarja.", "Ir-riċerka turi li jekk inħaddmu din is-sistema, il-Kura Primarja taħdem b'mod effiċjenti, aktar ekwità u tkun iktar aċċessibli.", "Għalkemm ir-riżultat ma jidhirx mal-ewwel, imma defenittivament ikun hemm medium to long term benefit.", "Kif diġà għidt, irridu nżidu l-aċċessibilità kemm fil-pubbliku kif ukoll fil-privat, inżidu l-kwalità u nnaqqsu l-ispejjeż biex nagħmlu s-sistema iktar sostennibbli.", "B'din is-sistema ikollok patient u public expectations aħjar għax tkun qed tingħata aktar kwalità u aktar aċċessibilità, u r-riżultati se jkunu aħjar kif huma anke dokumentati.", "Is-sisien ta' din is-sistema huma Patient-Provider Relationship.", "Trid tara x'inhu jiġri fis-sistema, tanalizza u tieħu d-data.", "Issemma' l-HiT report tal-2013 li d-data tiegħu inġabret bejn l-2010 u l-2011.", "Kien hemm tibdil sostanzjali fis-sistema mill-2013 għall-2014 u se nagħti ftit eżempji: il-viżti għand il-GPs żdiedu b'9%, it-talbiet għal x-ray żdiedu b'11%, u minn meta żidna l-aċċess għall-physiotherapy lit-tobba tal-familja privati, iż-żieda kienet ta' 29%.", "Jiġifieri f'sena u nofs, bħala somma totali kien hemm żieda ta' madwar 300,000 patient contacts.", "Meta imbagħad minn April tal-2014 infetħu l-Chronic Disease Management Clinic u l-Anti Coagulation Clinic (ACC) kien hemm żieda ta' 5,000 ruħ,.", "Dawn huma kollha transizzjonijiet, u kollha rridu ngħodduhom għaliex huma data mportanti u jridu jiġu mkejla b'mod preċiż.", "Din is-sena introduċejna l-Key Performance Indicators (KPIs) għat-tobba fejn qed nitolbu ċertu tip ta' performance.", "Għaliex?", "Għax il-pubbliku jistenna ċertu performance minn tabib u għandu dritt li jkollu din il-performance.", "B'hekk il-unions u l-assoċjazzjonijiet jaħdmu flimkien, biex nagħtu l-kwalità and we get value for money.", "Biex taħdem din is-sistema, irid ikun hemm leadership.", "Bnejna l-istrateġija tal-kura primarja fuq il-prevenzjoni, l-infrastruttura, it-tagħmir biex pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu użu minnu u żieda fir-riżorsi umani.", "Bħala prevenzjoni din terġa' tinqasam fuq screening, immunisation, health education u school services.", "Iktar tard din is-sena, se nintroduċu s-Cervical Screening għan-nisa bejn il-25 u l-35 sena.", "Bħala Breast Screening, se nżidu l-iscreening għal dawk bejn il-50 u l-65 sena u l-Colon Screening issa se jkun bejn il-51 u l-61 sena.", "Dawn se nżiduhom biex ikollna sistema ta' screening, paripassu mal-Ewropa.", "Qed isiru l-preparamenti kollha biex is-Cervical screening jibda għall-aħħar ta' Ottubru, bidu ta' Novembru.", "Il-proċess se jkun bil-mod il-mod, ħalli ma jkollniex skossi u se nibdewh minn ċentru wieħed, għax minn esperjenzi li kellna, il-Big Bang Apprach ma taħdimx.", "Bil-mod kif implimentajna u ntroduċejna l-Anticoagulant Clinics u l-Chronic Disease Management Clinics, kien ta' suċċess.", "Fl-2014, aktar nies ħadu t-tilqima għal kontra l-kanċer fl-utru għax minn 79% fl-2013, żidna għal 87.5% fl-2014.", "Min-naħa l-oħra mingħajr ma żidna ebda spejjeż fi flus - u dan kien ir-riżultat għax saħħaħna l-performance – żidna 97 siegħa fix-xahar ta' tilqim billi għamilna tibdil fir-roster, biex il-pubbliku jinqeda aħjar.", "Dan għamilnih billi s-servizzi tat-tilqim issa beda jingħata anke filgħaxijiet għal dawk l-ommijiet li jaħdmu, u xi ftit minnhom idumu sas-7.00 p.m. B'hekk bħala wieħed mill-parametri li rajna fil-bidu, żidna l-aċċessibilità.", "Huwa ppjanat li għal min isiefer, iċ-Ċentri għat-Tilqim jinfetħu b'dawn il-ħinijiet ukoll.", "Bħala Health Education, bdejna bil-Lifestyle Clinics fil-bereġ tagħna u qed niddiskutu mal-kunsilli lokali dwar xi bżonnijiet jista' jkollhom fil-lokalit rispettiv tagħhom.", "Ovvjament ma stajniex nagħmlu l-bereġ kollha mal-ewwel f'daqqa, imma għandna pjan imfassal biex f'dawn l-erba' snin li ġejjin, intejbu l-postijiet minn fejn jingħataw s-servizzi tagħna.", "Kull sena, fil-bereġ ikun hemm mal-100,000 patient contact fis-sena, jiġifieri ma nistgħux ma nagħtux każ, għax huma ħafna l-pazjenti li jużaw il-bereġ.", "Parti mill-Health Education hija li nżommu Health Promotion Activities.", "Matul is-sena jinżammu l-World Diabetes Day u l-World Heart Day li b'kollaborazzjoni mal-Health Promotion Unit ninfurmaw il-pubbliku dwarhom.", "Pereżempju għada sa jkun hemm il-World Kidney Day.", "Jinżammu wkoll attivitajiet mal-Bank tad-Demm, u fil-fatt hemm il-ħsieb li jkun hemm promozzjoni meta jkun hemm dawn l-attivitajiet.", "Nagħmlu ħafna użu permezz tal-IT, Facebook pages, flyers, u nagħtu servizzi lill-kunsilli lokali.", "Peress li aħna noffru servizz ta' pariri b'xejn lill-pubbliku, qed nagħmlu pressjoni lill-kunsilli biex jgħidulna x'għandhom bżonn ir-residenti tagħhom, biex inkunu nistgħu nkellmuhom fuqha.", "Żidna throughput fis-school services u se nippruvaw inżidu l-manpower biex l-attivitajiet fl-iskejjel sekondarji jkunu jistgħu jiżdiedu.", "L-infrastruttura tinqasam fuq refurbishment u espansjoni ta' premises ġodda.", "Peress li d-domanda qegħda tiżdied b'rata iktar minn kif kienet fis-snin ta' qabel, irridu nżommu ruħna avvanżati mat-teknoloġija.", "Kif għidt qabel, biex nevitaw lin-nies imorru Mater Dei, irridu kwalità ta' servizz aħjar, motivazzjoni lill-istaff billi jkollu apparat li bih ikun jista' jikkura l-pazjenti tiegħu, inqas referrals għall-kura sekondarja biex innaqsu iktar l-ispiża u s-sostenn.", "Nagħtu holistic treatments u mhux noqogħdu nġerru pazjent minn post għall-ieħor, u jkun hemm one stop shop.", "Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta ġie refurbished u ċ-Ċentri tar-Rabat u l-Floriana waslu fit-tielet fażi tar-refurbishment fejn se ssir reception ġdida, cold room u anke generator għall-electrical supply.", "Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid għaddejjin xi xogħlijiet filwaqt li fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u r-Rabat se jkollhom generators ġodda.", "Fil-fatt hemm programm sħiħ ta' refurbishment ta' Ċentri tas-Saħħa li huwa maqsum fuq tul ta' żmien.", "L-istess hemm għall-bereġ, u se nkunu qed nitkellmu mal-kunsilli lokali biex ikun hemm kollaborazzjoni u jitranġaw dawn l-istrutturi.", "Se jkun hemm Ċentru tas-Saħħa ġdid f'Ħal Kirkop, kif ukoll l-Paola Regional Hub biex jingħata servizz adegwat għall-kura tal-lum.", "Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara se tiżdied Physiotherapy Wing u se jkun hemm aċċess għall-pubbliku u għat-tobba privati.", "Ċertu bereġ se jkun rilokati, għaliex mhumiex adegwati għall-ħtiġijiet tal-lum.", "F'din l-islide ssibu lista ta' tagħmir ġdid għal Kura Primarja fosthom żewġt Digital X-ray Machines, żewġt Fundus cameras, tliet Vascular Dopplers u apparat tal-ECG, tal-Podiatry u tal-Oftalmoloġija.", "Bħala Ċentri tas-Saħħa, tal-Mosta u tar-Rabat issa l-apparat huwa kollu ġdid.", "Qed nikkonsolidaw is-servizzi preżenti u qed nintroduċu servizzi ġodda.", "Pereżempju ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara, issa qed jiftaħ bħaċ-ċentri l-oħrajn kollha u l-Orthopaedic Outreach Clinic estendejnieh f'lokalitajiet oħra.", "Bħala statistika, fl-2013 kien hemm 2000 pazjent li attendew, imma fl-2014 kien hemm żieda ta' 'l fuq minn 70%, u bejn wieħed u ieħor kien hemm 7,000 pazjent li attenda.", "Dan ifisser li kif diġà semmejt qabel, dawk il-pazjenti li jmorru għand tobba privati issa għandhom aċċess kemm għall-physiotherapy kif ukoll għall-x-ray.", "It-talba għall-Bone Density ftaħniha ukoll għat-tobba kollha li jaħdmu f'Malta u Għawdex u b'hekk il-waiting list naqqset.", "Nixtieq ngħid li l-metodu ta' kif se tiġi ntrodotta x-Schedule V huwa kif semmejt qabel u mhux bil-Big Bang Approach.", "Fit-12 ta' Jannar bdejna din is-sistema bit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa biex naraw l-ispejjeż involuti u wara se nestenduha għall-congestive heart failure, imma għalissa ħa naraw jekk dan il-metodu hux sustainable.", "Iktar 'l quddiem se tkun tista' tintuża wkoll mit-tobba privati, b'hekk inkunu qed nintroduċu l-affarijiet gradwalment.", "Bħala servizzi ġodda, ftaħna l-Anticoagulant Clinics, li minn April tas-sena li għaddiet attendew 5,000 ruħ.", "Dawn qegħdin f'sitt ċentri, u s-seba' wieħed ser jinfetaħ fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla f'April li ġej.", "Jiġifieri fi żmien sena se nkunu ftaħna Anticoagulant Clinics f'seba' ċentri.", "Qed inħaddmu sistema li qabel ma niftħu clinic ġdida, dejjem nanalizzaw x'ikun qed jiġri f'clinics oħra, biex ikollna inqas problemi.", "Bil-ftuħ tal-Chronic Disease Management Clinics daħħalna aktar patient continuity.", "Dan il-clinic huwa mmirat għall-mard kroniku u dejjem jarak l-istess tabib jew grupp restritt ta' tobba.", "Dan il-clinic infetaħ għall-ewwel darba f'Ħal Qormi u x-xahar li għadda ftaħna t-tieni clinic fir-Rabat.", "Peress li dan huwa forma ta' patient continuity, se noffru wkoll sessions għat-tobba privati.", "Fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira u ta' Ħal Qormi se nikkonvertu l-magni tal-x-ray għal dawk digital għal aktar aċċessibilità.", "Fl-2014 saru madwar elf ġibs fil-Backslab Plaster Service fiċ-Ċentri tas-Saħħa, meta fis-sena ta' qabel kienu saru madwar 300 biss.", "Dan ifisser li b'komunikazzjoni diretta mat-tobba tal-Isptar Mater Dei permezz tad-Digital X-Ray machines fiċ-Ċentri tas-Saħħa, dawn il-pazjenti jkollhom dijanjosi u jsirilhom backslab fiċ-Ċentri tas-Saħħa stess, minflok ma jmorru Mater Dei.", "Servizz ġdid ieħor huwa li qed isiru operazzjonijiet żgħar tal-orthopaedics, surgical, opthalmic u dermatology fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta filwaqt li fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta, hemm l-Outreach Clinics.", "Dawn qegħdin jinfetħu biex pazjent ikun moqdi fil-komunità biex inaqqsu pazjenti minn Mater Dei.", "Nista' ngħid li kemm il-minor operations kif ukoll l-Outreach Clinics kienu ta' suċċess, għax il-pazjenti mhux qed jirrikorru f'Mater Dei.", "Kif diġà ssemma' qabel, hemm ukoll il-kuntratt li sar mal-privat.", "Din hija strateġija li rridu nagħmlu, anke permezz ta' iktar aċċessibilità bl-IT.", "Għalkemm l-IT mhuwiex taħt ir-responsabbilità diretta tiegħi, imma b'mod jew ieħor qegħdin naraw kif is-servizz ta' meta tabib fil-privat jordna test tad-demm, jiġi integrat b'mod ħolistiku biex ma jkunx hemm dislivell bejn il-privat u l-pubbliku.", "Qabel ma nagħlaq, nixtieq ngħid li din hija strateġija biex ikollna kwalità, ekwità u effiċjenza mibnija fuq is-sisien tal-NHSS u ta' mudelli li urew li huma effettivi biex isaħħu l-kura primarja.", "Nitlob lill-Onor.", "Gonzi biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "MICHAEL GONZI: Bħala CEO tal-Primary Health Care, x'inhi l-funzjoni tiegħek jekk ma jkunx hemm komunikazzjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-GPs u l-MAM?", "Dan li għidt int kollu tajjeb, imma meta tara li żewġ terzi mill-pazjenti xorta jmorru fil-privat, allura kif qed tissaħħaħ il-komunikazzjoni bejn is-servizz privat u dak pubbliku biex ma jkunux hemm duplikazzjoni?", "Ma nafx għalfejn tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa għandhom aċċess għal I-Soft u għall-packs kif ukoll aċċess għal kważi l-investigazzjonijiet kollha li kważi jista' jordna konsulent, u l-private doctor m'għandux, meta nafu li żewġ terzi tal-pazjenti f'Malta jmorru għand tobba fil-privat?", "Bħala tabib tal-familja privat, jiena nista' nordna X-Ray, imma imbagħad ma jistax ikolli r-riżultat għax jew irrid insaqsi lil xi ħadd biex jagħtini r-riżultat jew inkella hemm proċedura li tieħu ħafna ħin.", "Għaldaqstant x'inhi r-rabta bejnek bħala CEO u l-kura primarja kollha ta' Malta inkluż iż-żewġ terzi tal-pazjenti li ma jmorrux fil-Kliniċi tal-Gvern imma jmorru għand it-tobba fil-privat?", "DR RENZO DEGABRIELE: Fil-fatt dawk l-affarijiet li għadek kemm semmejt - l-aċċess għal x-ray, għall-bone density u għall-physiotherapy – kollha ġew indirizzati.", "Min-naħa tal-IT, il-pjan hu li jkun hemm integrazzjoni u b'mod elettroniku jkunu ordnati permezz tal-i-Soft.", "Il-Ġimgħa li għaddiet saret teleconference proprju biex naraw jekk il-komunikazzjoni tkunx through iLab direttament, jew through ICM imbagħad through iLab.", "Kif diġà għidt, dan mhuwiex fir-remit tiegħi, imma qed insegwi x'inhu għaddej, għax kif għidt, il-kura primarja ma tistax taqsamha.", "Meta xi snin ilu l-e-health ġiet varata, kienet idea tajba, imma rridu nirranġawha.", "Meta nitkellmu fuq aċċessibilità, l-IT hi xi ħaġa importantissima.", "Aħna ma naħdmux b'mod iżolat, anzi rridu nikkollaboraw l-istrateġiji tagħna u anke tkellimna mal-unions meta għamilna l-KPIs lit-tobba tagħna.", "Kif anke semma' Dr Azzopardi, riċentement inqalgħet kwistjoni li setgħet kienet ta' problema għat-tobba privati, imma konna minn tal-ewwel li ppruvajna ngħinu u b'xi mod jew ieħor qed nippruvaw intaffu s-sitwazzjoni kemm jista' jkun.", "Jiġifieri altru milli naħdmu in isolation!", "Jiena kont naħdem bħala tabib u ħdimt fil-privat ukoll, u kont f'union u assolutament ma nippruvax nissegrega l-affarijiet, anzi ...", "MICHAEL GONZI: Jiena m'iniex qiegħed f'union minħabba l-pożizzjoni tiegħi, allura jekk il-union tkun taf xi ħaġa, jien mhux se nkun naf x'qed jiġri u ma jiġrix.", "Kont anke issuġġerejt li ssir xi ħaġa mill-Primary Health Care biex l-informazzjoni li jkun hemm fost l-impjegati tal-Gvern, tkun aċċessibli wkoll mit-tobba privati.", "Xi ħaġa żgħira kulma hemm bżonn u xi ħadd li jieħu ħsiebha, anke web page.", "DR RENZO DEGRABRIELE: Hemm l-e-health u l-myhealth ukoll (Interuzzjoni) Fil-fatt bħalissa għaddej proċess ieħor, peress li anke se toħroġ l-ID card il-ġdida biex ikun hemm ċertu integrazzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Filwaqt li jien, I am all for empowering the patient for equity and efficiency, naħseb li l-argument li għamel Dr Gonzi, għandu x'jaqsam mal-kuntatt u l-informazzjoni speċjalment mal-private GPs, li huwa l-punt kruċjali.", "Snin ilu, meta proprju kien qed jiġi diskuss dan is-suġġett, kienet qamet din il-kwistjoni li biex verament ikun hemm empowerment tal-pazjent, it-tobba fil-privat iridu jkunu infurmati tajjeb.", "Meta tmur ġo Ċentru tas-Saħħa, illum issib tabib u l-għada ssib tabib ieħor.", "U allura forsi ma tħossokx komda li tiftaħ qalbek ma' tabib li ma tafx fuq il-kondizzjoni li jkollok, imma jekk ikun tabib tal-familja privat, li jkun ilu jafek minn ċkunitek, bħalma qal anke Dr Azzopardi, allura jkun jista' jifhmek iktar, u kważi kważi jgħidlek x'għandek, mingħajr ma jkun għadu rak, għaliex ikun jaf l-istorja medika tiegħek.", "X'inhu jsir biex proprju tiżdied il-komunikazzjoni, mhux biss mil-lat teknoloġiku, imma anke bħala informazzjoni bażika?", "Illum għadna kemm smajna li hemm xi servizz li għadu kemm ġie introdott, imma t-tobba tal-familja privati għadhom lanqas jafu bih.", "Inti għidt li dan għalissa se jiġi introdott f'ċerti Ċentri tas-Saħħa biss, għax ma tridux tmorru għall-big bang, imma t-tobba dan jafuh?", "DR RENZO DEGABRIELE: Naħseb hemm żewġ elementi fil-mistoqsija tiegħek.", "Hemm l-element li ssemma' fil-bidu nett, dik li tkun taf it-tabib tiegħek.", "Dan l-aħħar ġiet introdotta l-Chronic Disease Management Clinic, fejn pazjent li jkollu marda kronika, jidħol f'sistema li jkollu t-tabib jew group practice tiegħu u jkollok il-kontinwità.", "Jiġifieri bdejna minn dak l-aspett.", "Mill-aspett l-ieħor, iva qed ikun hemm komunikazzjoni tas-servizzi li qed nintroduċu.", "Pereżempju kienet ħarġet ċirkolari fejn konna avżajna lit-tobba dwar il-bone density, u meta se jkun hemm l-aċċessibilita għall-x-rays.", "Fit-12 ta' Jannar introduċejna sistema fiċ-Ċentri tas-Saħħa fejn il-mediċina fis-Schedule V se jibdew jiġu ordnati online.", "Aħna qed nintroduċu dan il-proċess b'mod gradwali u naraw kif se jimxi u jekk ikunx sostenibbli.", "Kif naraw li rnexxa u li ma kienx hemm xi splużjoni ta' spejjeż, inkomplu bil-proċess u ninfurmaw lit-tobba fil-privat u l-assoċjazzjonijiet kif ser issir.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Importanti li l-pubbliku jkun jaf.", "DR RENZO DEGABRIELE: Il-pubbliku mportanti li jkun jaf, imma fl-aħħar mill-aħħar, it-tabib irid ikun jaf li għandu l-mezz li jordna online.", "Għax jekk pazjent ibati bil-pressjoni, biex nagħti eżempju, it-tabib irid jiggwidah x'mediċini jieħu u ma jieħux.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma jekk il-pubbliku ma jkunx infurmat li issa s-Schedule V jista' jimlihielu t-tabib u mhux l-ispeċjalista, se jerġà jmur għand l-ispeċjalista.", "DR RENZO DEGABRIELE: L-ispeċjalista xorta se jkollu d-dritt li jibqa' jimlihom.", "Meta qed nitkellmu fuq informazzjoni lill-pubbliku, kif diġà semmejt qabel, dan huwa parti minn proċess li jimxi gradwalment.", "Issib nies li għax ma jkunux fehmu l-proċess sew, imorru għand it-tobba u jsaqsuhom kif se jġibu dik u l-oħra.", "Mela jrid ikun hemm proċess fejn l-ewwel ikunu infurmati l-healthcare professionals, meta jissolvew it-teething problems, wara nespandu u ninfurmaw lin-nies, biex ma jkunx hemm an onslaught on the system meta għadha qed tiġi rfinuta.", "Il-ġimgħa li ġejja għandna nevalwaw kemm daħlu applikazzjonijiet, għax din is-sistema kulma ilha, xahrejn.", "DR STEPHEN WEST: Kumbinazzjoni lbieraħ kelli programm fuq ir-radju u ssemma' dan il-proċess il-ġdid tas-Schedule V. Kien hemm ħafna interventi mingħand in-nies li mhux għall-pressjoni biss iriduha, imma għal kollox, biex ikun aktar faċli għalihom.", "Imma aħna qed nimxu b'protokols u skont il-prassi li suppost jinħarġu, u ovvjament biex ikun hemm aktar aċċessibilità għan-nies.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS FEARNE: Nibda billi nirringrazzja lil Dr West u lil Dr Degabriele għax-xogħol kbir li qegħdin jagħmlu.", "Wara snin kbar ta' telqa qed nerġgħu naraw il-qasam tal-kura primarja jieħu r-ruħ.", "Irrid ngħid li ironikament jumejn biss ilu l-Onor.", "Gonzi - li huwa membru ta' dan il-Kumitat - għoġbu jgħid li fil-qasam tal-kura primarja ma sar xejn f'dawn is-sentejn, u naħseb li llum tajtuh risposta u risposta tajba ħafna.", "(Interuzzjonijiet) Jiena ngħidlek li f'dawn is-sentejn sar ħafna iktar xogħol fil-kura primarja milli sar f'25 sena, Onor Gonzi.", "Naħseb li min għandu rasu fuq għonqu jaf, li wara 25 sena telqa kbira fil-kura primarja, kien hemm problemi kbar u li għadna qed nirtuhom illum.", "F'dawn l-aħħar sentejn sar xogħol kbir grazzi għal Dr Degabriele u Dr West u minn hawn nagħtihom rikonoxximent.", "Irrid insemmi żewġ punti oħra li għalkemm Dr De Degabriele semmihom fil-preżentazzjoni tiegħu, m'elaborax ħafna fuqhom, imma naħseb li huwa importanti li jissemmew.", "Servizz ġdid li beda jiġi offrut fil-Kura Primarja f'numru ta' bereġ u ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex huwa dak li jissejjaħ Lifestyle Clinic, fejn pazjenti qegħdin jieħdu dan is-servizz one to one, mhux għax għandhom bżonn xi kura, imma għax jixtiequ jieħdu parir fuq il-mod ta' kif jgħixu ħajjithom.", "F'dawn il-kliniċi, pazjenti jistgħu litteralment jagħmlu appuntament, fejn speċjalista - li ħafna minnhom huma nurses speċjalizzati – jitkellmu magħhom u jagħtu pariri fuq kif jgħixu ħajjithom aħjar, x'jieklu, x'ma jieklux, kemm jagħmlu eżerċizzju, jekk hux qed jixorbu żżejjed, jekk hux qed ipejpu, u dan kollu biex ibiddlu ħajjithom u jipprevenu l-mard, milli kif imdorrijin aħna li l-mard nikkurawh wara li jasal.", "Naħseb li għamilna shift importanti meta bdejna dan is-servizz u rridu nespanduh.", "Aħna rridu nibdew nagħtu servizzi kif nipprevenu l-mard, iktar milli kif nikkurawh.", "Dan huwa servizz kbir li qed jingħata lill-komunità.", "It-tieni ħaġa li Dr De Degabriele semma' fuq fuq u jeħtieġ li jsir aċċenn għaliha, għax dan il-Gvern qed jaħdem bis-serjetà fuqha, hi li t-tobba tal-familja u taċ-Ċentri tas-Saħħa jkollhom jidħlu wkoll f'dik li hija speċjalizzazzjoni.", "Bdejna s-servizz ta' fibromyalgia u hemm żewġ tobba qegħdin jagħmlu t-taħriġ tagħhom biex tkun tista tinfetaħ fibromyalgia clinic.", "Naf li qegħdin f'diskussjoni anke mad-Dipartiment tal-Kardjoloġija biex ikun hemm speċjalizzazzjoni għal Chest Pain Clinic.", "Aħna rridu nnaqsu l-pazjenti milli jkollhom għalfejn imorru l-Outpatients tal-Isptar Mater Dei, imma min-naħa l-oħra jkunu jistgħu jieħdu l-istess servizz fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokalità tagħhom, iżjed viċin tal-komunità u fl-istess ħin biex innaqqsu dawk il-folol kbar li jkun hemm f'Mater Dei li sfortunatament hija xi ħaġa li dan il-Gvern wiret.", "Naħseb li dan huwa servizz kbir li qegħdin tagħtu u qed ikun hemm investiment kbir fis-servizzi u fil-mod ta' kif qed taħdmu intom u r-riżultati diġà bdew jidhru li s-servizz fil-komunita qed jerġà jieħu r-ruħ.", "Nirringrazzjakom mill-ġdid.", "THE CHAIRMAN: Kemm ngħaddi suġġeriment.", "Peress li ċ-Ċentri tas-Saħħa għandhom aċċess għall-iSOFT u għar-riżultati tal-pazjenti, jista' tabib fil-privat jikkomunika magħhom permezz tat-telephone, fejn xi ħadd mill-clinic, ikun jista' jagħti lit-tabib l-informazzjoni li jkollu bżonn?", "Dan sakemm isir l-IT connection bejn it-tobba privati u l-isptar, peress li għadkom qed taħdmu fuq din is-sistema.", "CHRIS FEARNE: Minħabba d-data protection ma naħsibx li tkun vijabbli li xi ħadd iċempel minn fuq it-telephone biex jitlob riżultat ta' pazjent.", "Imma l-pjan huwa li 'l quddiem it-tobba tal-familja kollha jkollhom aċċess għas-servizzi u r-riżultati tat-testijiet li jkunu talbu huma billi jkunu mqabbdin mas-sistema.", "Dan huwa proċess li qegħdin naħdmu fuqu.", "(Interuzzjonijiet) Onor. Gonzi, intom għamiltu 25 sena (Interuzzjonijiet).… Bir-rispett kollu, inti 'lbiraħtlula kellek l-ardir tqum fil-parlament u tgħid li dan il-gvern m'għamel xejn fil-qasam tal-Kura Primarja.", "Illum b'din il-preżentazzjoni, tawk risposta tal-affarijiet kollha li saru .… Ħu paċenzja issa u stenna naqra, għax lilek ma nterrompejtekx.", "(Interruzzjonijiet) Issa dawn iż-żewġ tobba tawk risposta, qegħdin quddiemek u staqsihom Onor. Gonzi u għidilhom li ma għamlu xejn f'dawn is-sentejn.", "F'dawn is-sentejn, Onor. Gonzi, dawn għamlu ħafna iżjed milli għamiltu intom f'25 sena.", "Issa ħu paċenzja … il-verità ma tistax tmeriha.", "Il-verità hi li sar ħafna xogħol u l-proċess miexi b'ritmu mgħaġġel u r-riżultati ġejjin.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom Dr West u Dr De Gabriele tal-preżentazzjoni li tajtuna u tad-diskussjoni li kellna.", "Nirringrazzjakom ħafna tax-xogħol li tagħmlu, għaliex ħafna drabi meta pazjent ma jsibx it-tabib tal-privat imur fiċ-Ċentru tas-Saħħa, minħabba li l-kunċett tal-group practises għadha ma żviluppatx daqstant hawn Malta.", "Imma kif rajna, saru seminars fuq din it-tema u 'l quddiem għandha tiżviluppa.", "Nirringrazzjakom.", "Nistieden issa lil Dr Martin Balzan, Dr John Paul Tabone u Dr Joe Portelli Demajo li qed jirrapreżentaw lill-Medical Association of Malta.", "DR MARTIN BALZAN: Grazzi tal-istedina.", "Ħafna mill-punti li qajjem Dr Azzopardi by and large, aħna naqblu magħhom ukoll.", "Kif qegħdin taraw fl-ewwel slide, hemm mal-mitt tabib taċ-Ċentri tas-Saħħa u mal-200 tobba privati li huma mseħbin mal-MAM.", "Il-MAM għandha mad-900 membru li fosthom hemm konsulenti u speċjalisti fl-isptarijiet.", "Il-pożizzjoni tal-assoċjazzjoni tagħna hi li jinstab ekwilibriju u dak li huwa disponibbli għat tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa, għandu jkun ukoll disponibbli għat-tabib privat.", "Jekk se jibqa' jkun hemm unequal playing field, pazjent jaqbillu jmur għand tabib li jaħdem mal-Gvern għax jaf li se jkollu ħafna affarijiet aċċessibbli għalih u b'hekk tkun qed tkisser is-settur privat.", "U l-kont li jirċievi l-Ministru li jintbagħat lill-Ministeru tal-Finanzi se jikber u jikber u jikber.", "Jiena naqbel li rridu nissapportjaw it-tabib privat u nagħtuh l-għodda kollha biex lill-pazjent jaqdih pressa a poco bl-istess mod u jħossu at an equal footing mal-kollegi tiegħu li jaħdmu l-isptar.", "Jiena naħseb li jekk se jinħoloq screening programme, why not from the word go tinvolvi t-tobba privati wkoll?", "Nixtieq nippuntwalizza li 60% tat-tobba miċ-Ċentri tas-Saħħa għażlu Contract A, fejn Dr Azzopardi għandu raġun li 80% tat-tobba li għadhom ħerġin mit-training, għażlu dan il-ftehim.", "Hemm ħafna raġunijiet għalfejn tabib jagħżel li jieħu Contract A. Ħafna minnhom huma nisa, u allura l-commitment tal-familja jkun kbir u hawn tendenza fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa, li ma jridux ibatu kif batejna aħna u ma jridux joqogħdu s-sigħat bħala GP li jagħmel mit-8 ta' filgħodu sat-8 ta' bil-lejl mit-Tnejn sas-Sibt bin-nies jibbumbardjawh il-ħin kollu.", "L-Onor.", "Michael Gonzi qal li żewġ terzi tal-pazjenti jmorru għand it-tobba fil-privat.", "Imma nixtieq nikkategorizza ftit.", "Mill-esperjenza tagħna, nies close to the poverty line, b'mod speċjali mill-inħawi tal-Kottonera, jużaw esklussivament iċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Għall-nies bi problemi, b'saħħa mentali, drogati jew nies li huma emarġinati mis-soċjetà, dan huwa l-ħajt ta' kenn tagħhom, avolja fl-inħawi tal-Kottonera hemm ħafna tobba privati li jaħdmu bla ħlas.", "Min-naħa l-oħra meta pazjent ifittex il-kura mit-8.00 ta' filgħaxija sat-8.00 ta' filgħodu, kważi dejjem imur f'Ċentru tas-Saħħa.", "Is-sistema ta' Kura Primarja li għandna llum, fejn hemm tliet Ċentri tas-Saħħa ċentrali armati tajjeb, b'nurses, paramediċi u apparat, x-rays online, f'kuntatt dirett mal-isptar, mhemmx għalfejn inżommu lit-tobba kollha ta' Malta mqajma bil-lejl u ngerrxu l-ġenerazzjoni żgħira biex ħadd ma jmur jaħdem fil-privat.", "Din hi s-sistema li dejjem iġġelidt għaliha, li jkun hawn ftit Ċentri tas-Saħħa miftuħa imma armati sew biex kemm-il pazjent u l-professjoni medika jkunu moqdija aħjar.", "Ikun hawn 15-il tabib madwar Malta kollha, u kulħadd ikun moqdi.", "Hemm forsi problema fin-naħa ta' fuq ta' Malta għax iridu jmorru l-Mosta, imma dejjem ikun hemm ambulanza standby il-Mosta.", "Il-MAM għamlet collective agreement lejliet l-elezzjoni, fejn il-viżjoni tagħna ppruvajna nbiegħuha lil kwalunkwe gvern.", "Iġġieldu kemm tridu, imma l-viżjoni tagħna mhux se tinbidel.", "Il-viżjoni tagħna ġejja mill-John Hopkins Report fejn dan jgħid li fl-isptar imorru wisq nies, sew fl-emerġenza għall-affarijiet akuti u kif qal tajjeb l-Onor.", "Xogħolna l-isptar qiegħed għall-problemi serji, u nsolvuha bis-CT scan u l-MRI.", "Ladarba pazjent jiġi stabbli u fi stat kroniku, m'hemmx għalfejn jinżamm iktar l-isptar, imma jkun jista' jmur għand tabib fil-Kura Primarja.", "Issa tabib privat għandu vantaġġ li l-pazjent jarah dejjem hu u hemm forma ta' reġistrazzjoni mingħajr ma tissejjaħ reġistrazzjoni, imma min-naħa l-oħra, m'għandux ir-riżultati tad-demm u l-x-rays, u l-għodda neċessarji l-oħra biex jaħdem, kif għandu tabib f'Ċentru tas-Saħħa.", "Il-continuity of care fil-privat hija vantaġġ, imma mbagħad fiċ-Ċentri tas-Saħħa hemm il-mezzi kollha, imma l-continuity of care trid tissaħħaħ.", "Il-MAM taqbel mal-approach li qed jieħu Dr Degabriele li ma tintużax il-big bang method u li l-Chronic Disease Clinic jinfetħu bil-mod il-mod fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Imma jekk dawn il-Clinics jirriżultaw li huma tajbin, se jkomplu jkissru s-settur privat u mhux jgħinu.", "Min-naħa l-oħra imbagħad sforz kemm ikun tajjeb is-servizz, lill-Ministru tas-Saħħa mhux tnaqqaslu l-ispiża imma tkabbarhielu.", "THE CHAIRMAN: Taħseb li għandu jsir endoscopy fiċ-Ċentri tas-Saħħa?", "DR MARTIN BALZAN: Bħala assoċjazzjoni, dan is-suġġett qatt ma ddiskutejnih imma se nagħtik l-opinjoni personali.", "Affarijiet serji, bħal kanċer akuti, diffiċli tabib jikkompeti ma' Mater Dei.", "Jien miegħi għandi team ta' tobba speċjalisti, nurses ittrenjati u għandi l-apparat biex naħdem.", "Jien m'hemmx għalfejn nagħmel xogħol ta' tabib fl-isptar, imma nagħmel dak li naf nagħmel tajjeb, insolvi l-problema.", "Jalla l-pazjent ifieq għal kollox u ma jkollu bżonn ebda tabib ieħor, imma jekk fil-każ imbagħad imur għand it-tabib tiegħu.", "Imma s-safety li jipprovdi Mater Dei, bit-teknoloġija u bit-teamwork – u minn hawn infaħħar in-nurses u l-paramediċi kollha sal-cleaners - il-GP privat m'għandux.", "Biex tilħaq tabib, trid tgħaddi ħames snin Università, sentejn foundation programme u training programme ta' tliet snin.", "Minn studju li kien sar bejn l-1994 u l-2004, fis-settur privat kienu daħlu 17-il tabib biss.", "Għalhekk hemm dak il-fenomenu tal-age gap, għax kien hemm ġenerazzjoni ta' xi 20 sena li ħadd ma ried jaħdem fil-privat.", "Din inbidlet minn meta dħalna fl-Ewropa għax bilfors kellna ndaħħlu il-GP training scheme, fejn kien inħoloq entużjażmu ġdid biex ġew attirari iżjed GPs.", "Imma ovvjament meta tilħaq tabib mhux lakemm għax togħġbok l-iskema, imma jrid ikollok kondizzjonijiet tax-xogħol biex tibqa' Malta.", "Dak iż-żmien kien hemm brain-drain imbagħad ġie reversed.", "Fl-2013 kien hemm 785,000 doctor-patient encounters li jinkludu viżti f'bereġ u anke repeat prescriptions.", "Jista' jkun li numbers do not necessarily mean quality għax pereżempju meta jkollok repeat prescription, din jekk iddum 4 minuti.", "Proposta li hemm fil-collective agreement hi, li nixtiequ flok naraw pazjent sitt darbiet f'sena għall-erba' minuti, nippreferu narawh darbtejn għall-20 minuta kull darba.", "Għallinqas issaqsih x'jismu, x'kunjomu, trattajtek ta' bniedem, kelli ċans neżaminak, kelli ċans jekk għandek problema nitkellmuha.", "Aħna naħsbu li r-repeat prescription għandha tiġi żviluppata f'Chronic Disease Clinic u nixtiequ li tkun available kemm għat-tobba tal-Health Centres kif ukoll għat-tobba privati.", "Din l-islide turi algorithm dwar l-għażliet li jkollu pazjent meta jimrad.", "Jew li jmur għand it-tabib tiegħu u jsolvihielu, u jekk ma jsolvihielux jaqa' fuq l-isptar, jew imur l-emerġenza jew l-outpatients.", "Fl-opinjoni tal-MAM, illum fiċ-Ċentri tas-Saħħa m'hemmx tobba biżżejjed, u trid tistenna 3 sigħat għal walk in, which is not an ideal service.", "Jien minn hawnhekk nappella lil Dr Degabriele, biex fiċ-Ċentri tas-Saħħa ssir sistema li meta pazjent imur, jieħu numru u jingħata l-ħin ta' żmien tal-istennija sabiex ikun jaf li għandu ċertu żmien jistenna.", "Meta jkun hemm dik il-geġwiġija ta' nies, jista' jkollok ċertu inċidenti li tkun trid ċertu sigurtà, għax hawn min jitlef rasu jekk idum tliet sigħat muġugħ u ma jafx x'għandu.", "Imma min-naħa l-oħra din hija xi ħaġa bażika li jkollok.", "Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jidhirli li jkun hemm meta jmissek u kemm fadallek tistenna għat-tabib.", "Ma naħsibx li hija xi ħaġa diffiċli.", "Għax xi kultant ikun hemm nies li jirrabjaw u t-tobba jiġu harassed.", "Kulħadd huwa bniedem u kulħadd jista' jiżbalja, imma għandu jkun hemm zero tolerance għall-physical u verbal abuse.", "Min-naħa l-oħra nappella lilkom il-politiċi biex ma jinħolqux unreasonable expectations, u qed nirreferi speċifikament għall-house visits.", "Ikun hemm min imur fiċ-Ċentru tas-Saħħa u jekk jara kju twil ta' nies, imur id-dar u jċempel għall-viżta.", "Biex issir viżta d-dar hemm kriterji.", "Jekk tabib joħroġ miċ-Ċentru tas-Saħħa u jmur bil-karozza biex jagħmel viżta barra u jmur għat-tieni waħda se jieħu nofs siegħa, meta fiċ-Ċentru tas-Saħħa kull 6 u 10 minuti jara pazjent.", "Irid ikun hemm l-effiċjenza biex jinqeda kulħadd u allura jrid ikun hemm prioritisation speċjalment fix-xitwa meta jkun kollox overwhelmed.", "Mis-734,000 pazjent li daħal fl-Emerġenza, 8,000 pazjent kienu referuti mit-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa u 25,000 pazjent kienu referuti mit-tobba tal-privat, filwaqt li 700,000 qabdu u għamlu ta' rashom u marru mingħajr l-ebda karta tat-tabib.", "Issa għalfejn naħsbu li hemm 25,000 pazjent li ġew referuti mit-tobba tal-privat?", "L-ewwel ħaġa, kif għedt tajjeb inti, meta pazjent jaħseb li għandu xi ħaġa serja, jippreferi jmur għand tabib li jafu, u aħna naċċettaw li hemm dak il-fattur.", "Min-naħa l-oħra, it-tabib tal-privat m'għandux l-għodda, filwaqt tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa għandu magna tal-x-ray ħdejh u jekk jaħseb li pazjent għandu bżonn chest x-ray qabad għamilulu u rah dak il-ħin.", "It-tabib fil-privat ma jkollux x-rays x'jara u jekk ikollu dubju li għandu xi sintomu mhux tas-soltu, jagħmel id-discharge letter.", "Issa aħna nixtiequ li d-discharge letter tkun online għat-tobba tal-privat, l-istess kif qegħda għat-tobba tal-Health Centres.", "Ma nafx tistax issir, imma naħseb ikun aħjar jekk jinstab mezz li ssir lill-GPs ukoll.", "Qed ngħid dan mhux biex inmaqdar, imma naħseb li dan ikun jgħin ħafna lill-GP għax jgħin qed jgħin lill-pazjent.", "THE CHAIRMAN: Jista' jkun li jkun hemm tobba li jaraw riżultati ta' pazjenti oħrajn?", "DR MARTIN BALZAN: Fil-bidu qam punt tajjeb li l-e-ID is extremely cumbersome, imma kif qal il-Prim Ministru 'lbieraħ, irid ikun hemm element ta' burokrazija ta' safety.", "Fil-ħajja ma jistax ikollok zero bureaucracy, irid ikollok security.", "Min-naħa l-oħra ma tridx tkun daqshekk ingombranti li ma tħallikx taħdem.", "Irridu nitgħallmu mill-istituzzjonijiet kummerċjali bħall-banek, li jagħtuk calculator u lest, u la għandek bżonn e-IDs u xejn.", "Aħna meta morna quddiem il-Kummissarju tal-Burokrazija u kien talabna liema żewġ affarijiet jistgħu jiffaċilitaw iktar l-operat tas-saħħa - u kif qal l-Onor Fearne diġà qed jaħdem fuqhom – għiidnilu li l-e-ID mhijiex tajba u li kemm jista' jkun is-Schedule V eventwalment għandha tiġi online u ladarba tiġi online jkollna level playing field għat-tobba fil-privat.", "Aħna l-viżjoni tagħna hi lets empower Primary Health Care, jiġifieri kemm il-GPs taċ-Ċentri tas-Saħħa, kif ukoll il-GPs privati.", "Naħseb li as such, we don't have enough GPs in the country, imma sfortuntament kellna din il-kawża l-qorti u f'dawn l-aħħar sentejn weħilna, imma nisperaw li l-ġimgħa li ġejja l-Qorti taqtagħha jew vi jew va.", "Dik il-viżjoni tagħna, li n-numru ta' tobba privati jirdoppja, li nagħtu servizz aħjar u li ma jbatux.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak Dr Balzan.", "MICHAEL GONZI: Bħala MAM kemm tagħtuh importanza l-John Hopkins Report?", "DR MARTIN BALZAN: Fuq livell ta' Gvern, la l-Gvern Nazzjonalista u lanqas il-Gvern Laburista qatt ma ppubblikaw il-John Hopkins Report.", "Jista' jkun li hemm bżonn li xi affarijiet m'għandhomx jidhru, imma by and large naħseb tajjeb li għandu jkun widely available.", "Imma tant saru referenzi għalih, u waħda minnhom kienet li hemm wisq nies l-outpatients u l-emerġenza, li dawn setgħu faċilment marru għand l-GP u hemmhekk naqblu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Taqblu ma' dak li qal Dr Azzopardi li għandu jiżdied l-aċċess, b'mod partikolari fejn issemma' l-IT.", "X'inhi l-pożizzjoni tagħkom fuq patient registration?", "X'taħsbu fuq dak li qal l-Onor.", "Fearne meta semma' li għandu jkun hemm group practises 24 hours.", "DR MARTIN BALZAN: Jekk naraw il-proposta dwar ir-riforma fil-kura primarja li kien ħabbar il-Ministru Dalli, l-aktar ħaġa li t-tobba fil-privat kienu kontra hi li jkunu disponibbli għall-pazjent 24/7.", "U dan qaluhulna t-tobba privati stess.", "Il-MAM kienet ipproponiet li jkun hawn tlieta jew erbgħa Ċentri tas-Saħħa li jiftħu 24 siegħa kuljum u li jkunu armati sew, u ladarba t-tobba fil-privat kollha ta' Malta jidħlu wkoll fis-sistema tal-Gvern, ikunu jistgħu jiżdiedu fil-pool tan-night shift.", "Għax jekk tabib jaħdem 6 iljieli f'sena mhijiex big deal, imma meta trid tagħmel żewġt iljieli fil-ġimgħa, hija differenti.", "(Interuzzjoni) Matul il-lejl, bħala volum jiġu ftit nies li jkunu morda serjament.", "Darba l-Ministru Dalli kien qal li ħafna pazjenti jmorru l-emerġenza bil-lejl għal xejn.", "Imma l-uċuħ li jaraw bil-lejl, qatt ma jkunu rawhom fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "U m'hemmx każijiet soċjali jew emarġinati għax imur kulħadd.", "U l-mard li jaraw ikunu affarijiet serji bħal attakki tal-qalb.", "Il-viżjoni tagħna hi li jkollna ftit tobba imma armati sew bl-ECG, bl-x-rays, bin-nurses kapaċi, bil-paramediċi u ffokati f'post wieħed.", "B'hekk jiġi evitat li 80% ta' dawk it-tobba kollha li jiggradwaw jagħżlu Contract A, biex imorru jaħdmu f'Health Centre, u jafu meta jmisshom bil-lejl, mhux bħat-tabib privat li mhux lakemm jagħmilha.", "Illum il-ġurnata patients vote with their feet, għax fejn tidħol il-kura tas-saħħa, imorru għand min iridu fil-privat.", "L-istorja wkoll għallmitna li meta kien hemm gvern li pprova jagħlaq l-isptarijiet privati, kien hawn rewwixta, għax in-nies riedu li bi flushom, jagħmlu li jridu.", "Jekk pazjent imur għand tabib u ma għoġbux, jgħidlek lili mhux se jindaħalli l-Gvern għand min immur.", "U din li jridu n-nies u tajjeb anke fuqna l-professjoni medika.", "Min-naħa taċ-Ċentri tas-Saħħa, mhemmx biżżejjed tobba biex tagħmilha u allura l-idea tal-MAM hi li tiġi ristrutturata l-kartuna s-safra u minflok tabib jara pazjent biex jimlihielu biss, tkun a proper patient contact.", "Issa jekk pazjent minflok jiddeċiedi li jmur għand it-tabib privat tiegħu jista' wkoll, u forsi jkun hemm xi forma ta' rimunerazzjoni, imma jista' jiddeċiedi li jmur fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Jekk pazjent jidhirlu li t-tali tabib m'għoġbux, sena oħra ma jmurx għandu, kif inhi s-sistema tal-POYC.", "Imma l-MAM ma taqbilx li jkun hemm sistema komunista fejn pazjent jirċievi envelope u jrid bilfors imur għand dak it-tabib, għax lill-pazjent trid tħallih liberu u jekk irid imur għand it-tabib privat imur u jekk irid imur fiċ-Ċentru tas-Saħħa.", "Irid ikun hemm level playing field u lin-nies ma tridx tgħidilhom int mur hemm u mhux hemm.", "THE CHAIRMAN: Grazzi Dr Balzan.", "Kumment mingħand l-Onor.", "CHRIS FEARNE: Aħna naqblu li l-pazjent ikollu l-għażla, imma naturalment irridu naċċertaw li s-servizzi li nagħtu aħna bħala Gvern fiċ-Ċentri tas-Saħħa tagħna, ikunu l-aħjar possibbli.", "Inti għedt li ċ-Ċentri tas-Saħħa tant ikunu tajbin li mbagħad il-pazjenti jitħajjar imur hemm u ma jmurx għand il-privat.", "Il-level playing field trid tkun fis-servizzi li jiġu provduti min-naħa tagħna bħala Gvern u rridu ngħinu lill-privat biex hu jgħolli l-livell tiegħu ukoll biex ikun jista' jikkompeti mal-Gvern.", "(Interuzzjonijiet).", "Qegħdin nippruvaw inwessgħu s-servizz fil-komunità mhux biss fiċ-Ċentri tas-Saħħa imma anke fil-bereġ u qed indaħħlu lill-Kunsilli Lokali biex jinvolvu ruħhom fil-kura taċ-ċittadini u mhux biss biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet u jirranġaw il-bankini u l-bozoz.", "Naqbel miegħek li t-tabib tal-familja għandu rwol importanti ħafna u naqbel li rridu nkomplu nsaħħuħ biex dan ir-rwol jibqa' jeżisti.", "Kif issemma' diġà, hemm il-periklu li t-tabib tal-privat jista' jinqatà għax illum l-kuntratti tal-Gvern huma tajbin finanzjarment għal min irid jidħol bħala tabib fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Aħna ma nixtiequx narawha din, imma biss nixtiequ li s-servizzi li aħna noffru, ikunu tajbin u jibqgħu b'xejn.", "Sakemm qed nagħtu servizz tajjeb, il-pazjent għandu jkollu l-għażla bla dubju ta' xejn.", "DR MARTIN BALZAN: Bħala MAM, m'għandna xejn kontra l-Public Private Partnership (PPP) imma nippreferu li l-kuntratt ikun bejn il-Gvern u l-General Practitioners' innifishom, kif hemm f'Franza u fl-Italja milli ssir ma' kuntrattur wieħed jew ma' entità kummerċjali.", "THE CHAIRMAN: Kif inhu mmexxi ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla.", "DR MARTIN BALZAN: Mhux bilfors \"immexxi\", imma jista' jikkuntrattjalek servizzi.", "Imma aħna qed nippretendu li jkun hemm level playing field, u mhux tingħata lil tabib u lil tabib ieħor le.", "Irid ikun hemm PPP, imma trid taħdem b'sistema ekwa u tkun aċċessibbli għat-tobba privati kollha.", "Jekk tabib ma jridx jidħol fiha, jista' ma jidħolx.", "Il-MAM taħseb li iva hemm lok għal-PPP imma tippreferi li jsir kuntratt mat-tabib privat, li tkun with a level playing field u b'mod ekwu li kull tabib li jixtieq jidħol fiha jista' jidħol fiha, imma jekk ma jridx jidħol fiha, ma jidħolx.", "MR CHAIRMAN: Onor. Fearne x'inhi l-viżjoni tal-Gvern dwar Patient Registration minn tobba privati jew group practises?", "CHRIS FEARNE: Il-ħsieb tal-Gvern mhux li jkun hemm reġistrazzjoni ma' tabib partikolari, imma fejn pazjent ikollu ċertu mard kroniku, irridu ninvolvu t-tabib tal-familja.", "Jekk tabib tal-familja qed jipprovdi servizz lill-pazjent tiegħu li jbati minn xi marda kronika, meta l-pazjent ikun stabbli, joħroġ minn Mater Dei u jidħol fil-komunità, dak il-pazjent irid ikun reġistrat mat-tabib tiegħu biex ikompli jagħtih dik il-kura.", "Speċi ta' MOP fil-privat.", "Irid tkun reġistrat bilfors biex aħna nkunu ċerti li qegħdin isiru t-testijiet neċessarji, u jkun hemm ukoll renumerazzjoni ....", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lill-MAM għall-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll għall-kummenti tagħhom.", "Issa nistieden lis-Sur Colin Galea u lis-Sinj.", "X'inhu r-rwol tan-nurses fil-Primary Health Care u kif jistgħu jikkontribwixxu aktar?", "X'tissuġġerixxu li jkollhom iktar dawk in-nurses li jaħdmu u jagħmlu dan ix-xogħol importanti ħafna fil-Primary Health Care?", "IS-SUR COLIN GALEA: Nirringrazzjakom tal-istedina.", "L-ewwel nett irridu nagħmlu distinzjoni meta nitkellmu fuq kura primarja u fuq kura fil-komunità.", "Aħna mill-att ta' kura primarja, bħala union nieħdu gost meta nisimgħu li qed jinfetħu clinics ġodda speċjalment immexxijin min-nurses, imma l-fatt dejjem jibqa' li hemm nuqqas ta' nurses.", "Għax jekk infetħu tliet clinics, mhux intbagħtet nurse ġdida oħra, imma l-istess nies li diġà għandhom ħafna xogħol, qed jispiċċaw jassistu l-clinics ukoll.", "Filwaqt li huwa żvilupp pożittiv u li naqblu miegħu u kif għandha tkun il-way forward, imma rridu nieħdu ħsieb ukoll ir-riżorsi umani.", "Barra minn hekk, aħna qed nissuġġerixxu wkoll li jsir studju bejn il-management ta' Mater Dei u dak tal-Primary Health Care, għalfejn ċertu pazjenti li suppost imorru fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-lokal tagħhom, qed imorru fil-Casualty Department.", "Nifhmu li f'ċerti Ċentri tas-Saħħa jittieħdu l-x-rays, isir il-ġibs, l-ECG għaddej il-ħin kollu, biex dak li jkun ma jmurx l-emerġenza f'Mater Dei.", "Forsi jkun hemm min jiġi riferut għall-Emerġenza miċ-Ċentri tas-Saħħa stess u dak li jkun jgħidlek minflok noqgħod f'żewġt kjus noqgħod f'wieħed mill-ewwel.", "Imma jista' jkun hemm ċerti affarijiet fl-amministrazzjoni inġenerali, li m'aħniex qed narawhom.", "F'Malta għadna rridu niżviluppawh il-kunċett ta' komunità, li l-pazjent ma jmurx ġol-bini taċ-Ċentru tas-Saħħa, imma aħna rridu mmorru d-dar tiegħu.", "L-ewwel nett meta pazjent imur l-outpatients, jew it-treatment room jew il-clinic irridu nibqgħu naraw kif għadda anke wara sitt xhur.", "Jeħtieġ li ssir clinic ukoll għal prevenzjoni u mhux biss għall-kura.", "THE CHAIRMAN: Taħseb li fejn tidħol is-speċjalizzazjoni, in-nurses fil-komunità qed jingħataw biżżejjed training?", "Hemm nurses li jiġu speċjalizzati fil-kura tal-feriti, jew kif jużaw ċerta faxex jew ċerta ointments jew li jużaw ċerta medikazzjoni li tgħinhom biex jagħmlu xogħolhom aħjar fil-komunità.", "Din hija issue, fil-każ tagħkom?", "IS-SUR COLIN GALEA: Hemm speċjalizzazzjoni wkoll fil-komunità.", "Imma dejjem qegħdin handicapped minħabba n-nuqqas ta' nurses.", "Għax hekk kif nurse minn Mater Dei jew minn Ċentru tas-Saħħa tmur biex tagħmel kors, trid tiġi replaced.", "Għalkemm li tattendi kors huwa pożittiv, imma tieħu qatgħa għax għalkemm 'l hemm rridu nmorru u rridu nsaħħu dawn l-affarijiet, imma ma nistgħux ninsew l-problema li għandna.", "THE CHAIRMAN: Ikollkom problema ta' nurses li jkunu jridu jmorru jaħdmu f'ċertu sptarijiet jew f'ċertu Ċentri tas-Saħħa, milli jmorru jaħdmu f'Mater Dei?", "IS-SUR COLIN GALEA: Ma jkunx hemm problemi min-nurses li għadhom jilħqu, għax Mater Dei ikun l-ewwel post tal-għażla tagħhom.", "Imbagħad ikun hemm min veru jħobb il-komunità u l-Kura Primarja, li anke jagħmel il-Masters u jippreferi li jmur jaħdem hemm.", "Imbagħad hemm is-servizz tal-CommCare.", "Aħna bħala union ma naqblux li dan għandu jkun taħt id-Dipartiment tal-Elderly, imma għandha tkun taħt id-dekasteru tas-Saħħa.", "Ma tagħmilx sens li l-kura fil-komunità ma tagħmilx parti mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Għandu jissaħħaħ ukoll is-servizz fl-iskejjel u li jkun hemm nurse f'kull skola li tkun tieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-istaff u tal-istudenti kollha inkluż it-tilqim.", "Jekk tibda tara x'hemm bżonn fil-komunità, lanqas tieqaf, imma l-ewwel irridu nsaħħu dak li hemm u nkomplu niżviluppawh.", "THE CHAIRMAN: Grazzi Sur Galea.", "Hawn xi mistoqsijiet jew kummenti.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Nixtieq nistaqsi x'taħseb fuq an advance practise nurse?", "Li nurse tieħu rwol iktar attiv milli qed tieħu issa.", "IS-SUR COLIN GALEA: Fl-aħħar sectoral agreement li l-MUMN iffirmat qabel l-elezzjoni, saħħaħna lis-specialisation framework.", "Fejn qabel kien hemm Specialised Nurse issa ġie Practise Nurse.", "Għamilna wkoll career progression in specialisation u proprju hemm Practise Nurse, Senior Practise Nurse – li dalwaqt ħerġin il-call for applications għalih – u l-Advance Practise Nurse bil-PHd.", "MICHAEL GONZI: Il-follow-up tad-domanda hija l-MUMN fl-istess ħin, qegħda toħroġ ċerti direttivi minħabba l-liability u affarijiet oħra, li nurse ma tistax tieħu d-demm jew ma tistax tagħmel, venflon, cannula.", "IS-SUR COLIN GALEA: Dawk id-direttivi mhux għan-nurses fil-Kura Primarja qegħdin imma għall-isptarijiet.", "Fl-ambulanzi anzi konna nsistejna ma' Dr Cassar li anke jagħtu ċertu mediċini bħal valium f'emerġenza, u ntuża protokol li anke issa jistgħu jagħtuhom.", "Hemm raġuni legali fiha din.", "Imma dawk iktar għal Mater Dei milli għall-Kura Primarja.", "THE CHAIRMAN: Aħna mhux għal-lum biss rridu naħsbu, imma wkoll kif tista' tinbidel il-mediċina fil-futur.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Interessani ħafna d-diskors li għamilt fuq dak li għandu x'jaqsam mal-kura fil-komunità.", "Mingħajr ma jieħu għalih l-Onor.", "Fearne imma naħseb l-ikbar żball li għamel dan il-Gvern huwa li s-saħħa qegħda taħt id-dekasteru tal-enerġija minflok ma qegħda mal-anzjani u l-kura fil-komunità.", "Dan huwa żball, li fl-aħħar mill-aħħar huwa ta' disservizz lejn il-komunità.", "B'rispett lejn it-tobba li hawn preżenti, il-pożizzjoni tan-nurses kif ukoll tal-Allied Health Professions irridu niftħuha iktar anke f'għajnejn in-nies.", "L-ewwel ssemmew il-physiotherapists pereżempju.", "Biex inkunu aktar effiċjenti fil-Kura Primarja, dawn is-servizzi rridu jkunu ħafna iktar available u nerġa' mmur lura għal dak li konna qegħdin niddiskutu fil-bidu, li l-pubbliku jrid ikun infurmat ħafna iktar bihom.", "Għaliex jibqa' jiġri l-istess ħaġa li qed jiġri issa.", "THE CHAIRMAN: Tista' tispjega ruħek aħjar Onor. Buttigieg?", "Għax jekk tkun persuna li ma tarax il-media, ma tarahomx dawn l-affarijiet.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jien inzertajt persuna nara ħafna l-media, għax naħdem fil-media u ġejja mill-media u għandi 20 sena esperjenza fil-media.", "Din il-kritika diġà għamiltha u nerġa' nagħmilha.", "Jiddispjaċini ngħid li m'aħniex qegħdin ninformaw in-nies hemm barra.", "Tant ma tħabbritx sew, li llum smajna żewġ verżjonijiet tal-istess ħaġa.", "Le ma tħabbritx sew, l-affarijiet irridu ngħiduhom ċari lin-nies.", "U jekk hemm servizz li n-nies jistgħu jmorru għalih ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa u mhux għand it-tabib privat, ngħidu hekk.", "Kulħadd jaf li ħafna nies jaqbżu anke lit-tabib u jmorru dritt għand il-konsulent u din hija r-realtà, jiġifieri tista' tmur għand fiżjoterapista minflok tmur għand Ċikku u Peppu.", "In-nies mhux nedukawhom irridu għax in-nies huma diġà edukati, imma ninfurmawhom.", "Din hija d-differenza.", "U l-istess għar-rwol ta' nurse.", "Jiena dejjem inġib l-eżempju ta' meta kont żgħira u kien jiġi t-tabib tal-familja, li dejjem konna nippreparaw sapuna u xugaman għax ġej it-tabib.", "Illum kif għadu kemm qal ukoll Dr Balzan, l-affarijiet m'għadhomx hekk.", "X'jiġifieri jiġi t-tabib d-dar tiegħek qed jaqdik, veru bid-diffikultà, u tgħajru.", "It is not on. Imma xorta waħda ngħid li għandna bżonn ninformaw lin-nies li dawn huma l-parametri li fihom tista' titlob li jiġi tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa d-dar u għandna nispjegaw x'inhuma.", "Tista' tmur l-emerġenza meta għandek hekk, hekk u hekk, inkella mur ġo Ċentru tas-Saħħa jew għand it-tabib tiegħek tal-privat.", "Aħna dan li m'aħniex nagħmlu.", "Il-problema li mhux qed ninfurmaw lin-nies sewwa, ilha magħna u naħseb li n-nurses huma wkoll at the receiving end minn dan l-aspett negattiv tas-sistema tagħna, dan li qed ngħid.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak Onor. Buttigieg.", "IS-SUR COLIN GALEA: F'dawn l-aħħar 20 sena bħala MUMN l-aħjar sistema li kien hawn kif ikunu mqassmin il-ministeri u d-dipartimenti fil-gvern, kien bejn l-1992 u 1-1997 meta l-Ministru tal-Politika Soċjali - li dak iż-żmien kien Dr Louis Galea - kellu taħt id-dekasteru tiegħu Segretarju Parlamentari tal-Elderly u Segretarju Parlamentari għas-Saħħa.", "Dik għalina kienet l-aħjar sistema, għax l-ewwel ħaġa kellek kollox miġbur flimkien, mhux min qiegħed ma' Għawdex, min qiegħed mal-Elderly imma hemm sistema waħda.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak Sur Colin Galea.", "Inħalli l-aħħar kelma lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, l-Onor.", "CHRIS FEARNE: Nirringrazzjak.", "Nibda biex ngħid li naqbel perfettament ma' dak li qalet l-Onor.", "Buttigieg, li d-Dipartiment tas-Saħħa jagħmel ħafna affarijiet tajbin imma ħafna drabi ma jkunux reklamati biżżejjed u anke bħala professjoni, ma niftaħrux biżżejjed bihom.", "Naħseb li għandna ħafna iżjed biex niftaħru.", "Bla dubju ta' xejn, il-professjonisti tagħna jagħmlu xogħol siewi ħafna sabiex jagħtu servizz, li fil-maġġoranza tal-każi, huwa eċċellenti.", "Nirringrazzja lilkom, lill-membri kollha tagħkom, lin-nurses, il-midwives, it-tobba, u n-nies kollha li jaħdmu fil-qasam pubbliku kif ukoll fil-qasam tal-privat.", "Jien ħdimt f'ħafna pajjiżi oħrajn u s-servizzi tas-saħħa f'Malta huma bla dubju ta' xejn, ta' servizz eċċellenti.", "Il-Gvern qed jieħu l-inizjattiva biex ir-rwol tal-infermiera u tal-midwives fil-komunità, dejjem jiżdied.", "Bħala Gvern aħna ħdimna mal-MUMN u qegħdin inkomplu naħdmu u anke qed nibagħtu midwives fid-djar tal-pazjenti.", "Mis-sena li għaddiet bdejna inizjattiva li għand kull mara li twelled, toħroġ mill-isptar u tmur id-dar tagħha, qed tintbagħat midwife għandha dakinhar stess, u terġa' tmur għandha jumejn u jekk ikun hemm bżonn tliet ijiem wara wkoll.", "Din ma kenitx tiġri qabel, u bdejniha aħna.", "Diġà kellna bejn 3,000 u 4,000 omm li kellhom dawn il-viżti mingħand il-midwives u qed tintlaqà tajjeb ħafna mill-familji u anke r-rata ta' breast feeding żdiedet .", "Problemi li qabel kienu jwasslu biex l-ommijiet jintbagħtu l-isptar, issa qegħdin jiġu milqugħa fil-komunità u dawn huwa s-servizz li rridu nagħtu.", "Apparti s-servizz tal-midwives, irridu nżidu wkoll servizzi oħrajn.", "Bdejna ħidma flimkien mal-MUMN, għal dawk il-pazjenti li jkunu għamlu hip jew knee replacement li l-għada li jmorru d-dar - u kultant anke dakinhar stess - tintbagħat nurse d-dar tagħhom biex tara li dawk il-mediċini li qegħdin jieħdu, qegħdin jieħduhom sew, li jekk għandhom taraġ jistgħu jitilgħuh u li l-għamara tad-dar qegħda kif suppost.", "Qed insibu li b'dan is-servizz nistgħu nnaqsu l-ġranet li pazjent għandu bżonn joqgħod l-isptar wara hip replacement u allura qed nagħmlu użu aħjar tas-sodod tal-isptar kif ukoll qegħdin nagħtu servizz aħjar lill-pazjenti.", "Dan it-tip ta' servizz irridu nkomplu nestenduh għal speċjalitajiet oħra.", "In-nurses u l-midwives għandhom rwol importanti ħafna f'dan is-settur.", "Is-Segretarju tal-MUMN enfasizza l-problema li m'hemmx biżżejjed staff.", "In-nurses ma jaqgħux mis-sema, imma nafu li bejn l-2006 u l-2011 kien hemm numerus clausus fuq id-dħul tan-nurses u sal-lum għadna qed inbatu l-konsegwenza ta' nuqqas ta' nurses.", "Qegħdin naħdmu mal-MUMN sabiex inġibu nurses minn barra l-pajjiż.", "Għall-grazzja tal-Bambin din is-sena jidher li sal-aħħar ta' Settembru għandhom jiggradwaw mal-180 nurse ġdida u minn hawn nawguraw li dawn kollha jgħaddu mill-eżamijiet u jkunu mpjegati fis-sistema tas-saħħa tagħna u xi uħud minnhom ukoll jibdew jaħdmu fis-settur primarju.", "Nagħlaq kif bdejt, li l-Gvern hu determinat li jkompli jsaħħaħ is-settur tal-komunità u s-settur primarju għaliex nemmnu li this is the way forward.", "Nemmen li biex is-sistema tagħna tibqa' sostenibbli, irridu nagħtu aktar servizzi fil-komunità u nnaqqsu dawk is-servizzi li mhemmx bżonn fil-kura terzjarja.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "L-aħħar kumment li nixtieq ngħaddi huwa fejn jidħlu n-nurses speċjalment fir-role out tal-PPP taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla.", "Qed ikun hemm komunikazzjoni bejn il-Gvern u l-Unions tan-Nurses, rigward kif se jiġu managed kif ukoll il-kondizzjonijiet tan-nurses eċċ.?", "IS-SUR COLIN GALEA: Minn meta tħabbret sal-lum, kellna numru ta' diskussjonijiet.", "Kellna xi problemi u ċċarajnihom imma se jkun hemm iktar taħdidiet, imma qegħdin kuntenti kif qegħda s-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lill-mistednin u lill-membri ta' dan il-kumitat, għal din il-laqgħa li kienet verament fruitful.", "Fid-9:06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150311_010d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 9 li saret fis-17 ta' Diċembru 2014 ġew konfermati.", "Wara introduzzjoni qasira mill-Onor Etienne Grech, il-Kumitat stieden lil Dr Anthony Azzopardi, President tal-Association of Private Family Doctors (APFD) biex jagħti l-opinjoni tal-assoċjazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Azzopardi ta preżentazzjoni lill-Kumitat intitolata:", "Fost affarijiet oħra, Dr Azzopardi semma li jrid ikun hemm iktar kollaborazzjoni bejn is-Servizz tas-Saħħa pubbliku u dak privat.", "Huwa kompla jisħaq li X Rays u t-testijiet tad-demm għandhom ikunu ukoll aċċessibbli għat-tobba fil-privat.", "Bil-permess tal-Kumitat intervjena wkoll Dr Jason Bonnici, Segretarju tal-APFD.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Renzo De Gabriele, Chief Executive Officer tal-Primary Health Care Department biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr De Gabriele ta preżentazzjoni lill-Kumitat intitolata:", "Dr De Gabriele semma li l-istrateġija tal-Primary Health Care hija biex tissaħħaħ il-prevenzjoni, jissaħħu l-infrastuttura u equipment iktar avvanzat biex iktar nies ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu u jissaħħu s-servizzi nkluż dak tar-riżorsi umani.", "Dr De Gabriele spjega fid-dettal id-diversi servizz ġodda li ġew introdotti riċentament fil-kura primarja.", "Bil-permess tal-Kumitat intervjena wkoll Dr Stephen West, Clinical Chair.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Martin Balzan, President tal-Medical Association of Malta (MAM) biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Balzan ta preżentazzjoni lill-Kumitat intitolata:", "Dr Balzan semma l-problemi li jiffaċċjaw il-pazjenti fil-Health Centres fosthom l-istennija biex jarahom it-tabib u li t-tabib dejjem ikun differenti.", "Kif ukoll il-problemi li għandhom it-tobba fil-privat prinċipalment minħabba nuqqas ta' aċċess għar-riżultati tat-testijiet tad-demm u X-Rays.", "Kien hemm preżenti wkoll Dr John Paul Tabone u Dr Joe Portelli Demajo.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Colin Galea Segretarju Ġenerali u s-Sinj.", "Maria Cutajar Viċi President tal-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) biex jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Fid-9:06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150311_010m_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 27", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 27", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 26, li saret fid19 ta' Jannar 2015, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, se nitkellem dwar il-Minuti; però, mhux biex issir korrezzjoni għalihom, imma dwar il-matters arising tagħhom.", "Jien kont qajjimt punt dwar ir-rapporti tal-inkjesta interna li saret mill-Korp tal-Pulizija.", "Kif qegħdin naraw minn dan li għandna quddiemna hawnhekk, aħna għandna wkoll mozzjoni li titlob biex ir-rapporti ta' żewġ inkjesti dwar l-operat tal-Pulizija jiġu ppubblikati.", "Qed nirreferi għal Mozzjoni nru 174, imressqa mill-Onor.", "Jason Azzopardi u mill-Onor.", "Jien qed nitlob li dan ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Le, għadu ma tpoġġiex.", "MR SPEAKER: Dwar il-Minuti kif inhuma m'għandekx problema hux hekk?", "Jiġifieri inti qed tagħmel mistoqsija fuq … (Interruzzjonijiet) Mela dik tiġi mal-items dwar ix-Xogħol tal-Kamra, tajjeb?", "Il-Binja l-Ġdida tal-Parlament", "MR SPEAKER Peress li hawnhekk qed nara liċ-Chairperson tal-GHRC, il-Korporazzjoni għarRiġenerazzjoni talPort ilKbir, nissuġġerixxi li ma niġux għax-xogħol tal-Kamra għalissa, u għalhekk insejjaħ mill-ewwel lil Dr Zrinzo Azzopardi biex jingħaqad magħna madwar il-Mejda ħalli jkun jista' jinforma lill-Kumitat fiex wasal ix-xogħol fuq il-binja l-ġdida tal-Parlament, kif ukoll iwieġeb mistoqsijiet, jekk ikun hemm, min-naħa tal-membri tal-Kumitat.", "Hawn qbil?", "Dr Azzopardi, nistiednek tingħaqad magħna biex, jekk jogħġbok, tilluminana u tagħti aktar informazzjoni lil dan il-Kumitat dwar fiex wasal ix-xogħol fil-binja l-ġdida tal-Parlament.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Chairman tal-GHRC): Sur President, bħal f'laqgħat oħrajn ħejjejna preżentazzjoni biex nispjegaw fiex jinsab ix-xogħol.", "Bħala kumment ġenerali, nista' ngħid li l-binja f'ħafna mill-partijiet tagħha laħqet dak li wieħed jista' jsejjaħlu 'practical completion', fis-sens li l-bulk tax-xogħlijiet maġġuri hu lest.", "Madankollu, bis-sofistikazzjonijiet, bid-disinn u bix-xogħol estensiv li kien hemm, bħalissa qed nagħmlu l-final checks, jiġifieri qegħdin fil-proċess ta' snagging, fejn wieħed ikun qed iħares lejn ċerti dettalji.", "Il-preżentazzjoni qsamnieha sular sular, u se nibdew minn dak fejn se jkunu l-uffiċini okkupati mill-iSpeaker u l-istaff immedjat tiegħu.", "Hemmhekk nistgħu ngħidu li x-xogħol huwa lest, ħlief għal xi affarijiet żgħar.", "Fil-fatt, jekk wieħed jgħaddi għall-islide li jmiss jara li l-uffiċċju tal-iSpeaker huwa lest.", "Barra minn hekk, il-kuntratturi diġà naddfu.", "Bdejna b'dan l-uffiċċju biex inkunu bdejna mill-isbaħ parti tal-Parlament, u wkoll b'rispett lejn is-Sedja.", "MR SPEAKER: Napprezza ħafna.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Fl-islide li jmiss naraw l-istat li tinsab fih il-kamra tal-kumitati li hemm fit-tielet sular.", "Hawnhekk il-congress system diġà hija armata, imma s-siġġijiet ovvjament għadhom magħluqin biex nieħdu ħsiebhom.", "Fil-fatt, dawn iż-żoni kollha qegħdin maqfulin u, biex wieħed jaċċessahom, irid jitlob permess.", "Qed inżommu rekord ta' min qed jidħol fiż-żona mhux biss biex nevitaw li jkun daħal xi ħadd u jkun hemm il-ħsara, imma anke for security purposes.", "L-unika biċċa xogħol li għad fadal f'dan il-livell tirrigwarda l-cameras, li se jeħlu meta jinqalgħu minn din is-sala li qegħdin fiha.", "Dawn se jmorru fil-post meta jsir it-trasferiment tal-Parlament minn naħa għall-oħra.", "Fl-islide li jmiss se naraw it-tieni sular, fejn hemm l-uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni u numru ta' uffiċini għall-Ministri.", "F'das-sular ħafna mill-ispazji ġew handed over lill-GHRC.", "Hawnhekk ukoll qed nagħmlu l-isnagging.", "Qed nagħmlu l-aħħar touch-ups, kif ukoll testing inġenerali tal-apparat; però, prattikament wieħed jista' jgħid li, anke f'dan il-livell, ix-xogħlijiet huma lesti, salv għal xi rqaqat żgħar li wieħed irid jibqa' jiċċekkja sakemm inkunu ċerti li x-xogħlijiet ikunu approvati mill-periti u mill-inġiniera li qed isegwu l-proġett.", "Ninżlu issa sular aktar 'l isfel, u allura għall-ewwel sular fejn hemm l-uffiċċju tal-Prim Ministru, li nistgħu ngħidu jinsab fl-istess livell tat-tieni sular, jiġifieri m'hemmx xogħlijiet ta' barra minn hawn.", "Fil-fatt, matul l-aħħar ġimgħa kien qed jinżebagħ mill-ġdid, għax ovvjament ikollok postijiet li jkunu ntlaqtu waqt xogħlijiet oħrajn.", "Anke l-art, peress li hija parquet, saru diversi ħsarat matul ix-xogħol, iżda dawn daruhom il-kuntratturi.", "Ovvjament, il-periti jkunu qegħdin jaraw il-progress f'aktar dettall, u xi kultant jidentifikaw xi affarijiet.", "Però, kif għidt, dawn l-uffiċini ġew handed over u, bħala GHRC, issa għandna ċ-ċwievet f'idejna biex imbagħad nikkonsenjawhom lill-Iskrivan tal-Kamra.", "Però, rrid ngħid li qegħdin inżommu rekord ta' kull min qed jidħol biex, anke jekk jidħol kuntrattur jagħmel xi xogħol, inkunu nafu ħalli, jekk jinqala' xi ħaġa, mhux kulħadd joqgħod iwaħħal f'kulħadd, għax kellna problemi simili matul il-proġett.", "L-uffiċċju tal-Prim Ministru huwa identiku għal dak tal-Kap tal-Oppożizzjoni, jiġifieri hemm l-istess għamara, l-istess disinn u kollox l-istess.", "Il-Board Room imbagħad – ta' isfel għadha mhijiex qiegħda in order – qiegħda biswit l-uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni u hija kompluta bis-siġġijiet b'kollox, ready to operate.", "Fil-fatt, utilizzajnieha għal xi contractors' meeting min-naħa tagħna.", "Dawk is-siġġijiet għandhom garanzija ta' 50 sena –għall-inqas hekk hemm imwaħħal mas-siġġu!", "Ngħaddu issa għall-ground floor.", "Ovvjament, għadni qed nitkellem fuq l-Office Block.", "Din hija żona li għad fadlilha daqsxejn aktar xogħol minn postijiet oħrajn, u għad fadal xi affarijiet li jrid jiġu armati.", "Sal-lum stess kien hemm xi grilles tal-air conditioning fl-art li għad iridu jitwaħħlu.", "Però, mill-iskadenzi li għandna, jidher li x-xogħol il-kbir – jiġifieri mhux l-irqaqat, imma x-xogħol maġġuri – sal-14 ta' Marzu se jkun lest, u jkun jifdal imbagħad l-affarijiet iż-żgħar.", "Aħna qegħdin naraw li overall, salv il-kwestjoni tal-isnagging u tat-testing and commissioning, sat-23 ta' Marzu l-maġġoranza tal-kuntratturi se jkunu ħarġu mill-binja.", "Fl-islide li jmiss, se naraw l-istat li jinsab fih il-Public Reception, jiġifieri minn fejn se jkunu qed jidħlu l-pubbliku u l-ġurnalisti.", "Qed jidher daqsxejn diżordinat għal raġuni sempliċi: l-ewwel nett, il-counter tar-reception huwa mgħotti b'injam apposta biex ma ssirx ħsara, jiġifieri kemm jiżżarma dak l-injam, u joħroġ ir-reception desk kif diġà jidher fuq in-naħa tal-VIP reception.", "F'dawk il-kaxxi ta' wara għad hemm xi loose furniture; imma, kif jitlestew l-affarijiet li hemm f'dak il-livell u jiġu żbarazzati, prattikament se jkun lest kollox.", "Hemm parti li għadha miftuħa, jiġifieri dawn huma dak it-tip ta' xogħlijiet li għad fadal anke f'dan il-livell.", "Aħna qegħdin naraw li matul il-ġimgħa d-dieħla, l-aktar l-aktar il-ġimgħa ta' wara , dawn ikunu kompluti.", "Mil-livelli kollha, l-aktar spazju li nistgħu ngħidu li qiegħed fi stadju avvanzat – probabbli li wara t-23 ta' Marzu se jkun jista' jibda jilqa' n-nies fih – huwa l-lower ground floor.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li f'dawn l-aħħar jiem tkellimna ħafna mal-Iskrivan tal-Kamra dwar kif se jsir il-handing over biex parti mill-istaff ikun jista' jibda jutilizza dawn l-uffiċini.", "Għaldaqstant, ngħid li dawn l-uffiċini huma lesti b'mod totali, ħlief għal xi rqaqat li jistgħu jinqalgħu, għax meta l-periti jagħmlu l-final inspections, jistgħu jindikaw xi affarijiet żgħar.", "Ħaġa importanti wkoll hija li l-lifts huma ċertifikati u kollha jistgħu jintużaw b'mod regolari.", "Is-slide li jmiss turi uffiċini f'dak li nsejħulu l-lower garden.", "Dan qisu open plan maqsum f'numru ta' sections fejn inti għandek diversi work stations.", "Meta l-istaff iġib il-computers, kulma jkun fadal il-plugging, u kollox jista' jaqbad mas-sistema tal-IT li diġà qiegħda tiġi ttestjata.", "Imbagħad hemm il-lower basement.", "Ovvjament, hemmhekk hemm il-qalb tax-xogħol kollu.", "Hemmhekk għandek l-air conditioning, l-HVAC, l-electrical plant u x-xogħol kollu.", "Dak huwa kollu tested, anzi nista' ngħid li ilu jsir testing għal diversi ġimgħat, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjant tal-air conditioning.", "Billi l-binja hija tad-daqs li hi, u għandek ukoll il-kwestjoni taċ-Chamber, ridna naċċertaw li s-sistema li se tintuża tkun tested fuq żmien twil.", "Minn dak li għallimni l-Inġinier Joe Grech, li qed isegwi dan il-qasam għan-nom tal-GHRC, dan jgħodd għall-heating aktar milli għall-cooling.", "Dan għal raġunijiet tekniċi li ma nafx nispjegahom.", "Biex ngħidu hekk, qisek qed tagħmel stress test tas-sistema.", "Apparti minn hekk, dan kien ferm importanti, anke minħabba l-mod kif inhi ddisinjata s-sistema u l-mod kif inhu channelled l-air conditioning – hemm ir-raised floor u l-gaps ta' bejn il-ħitan – li huwa parti integrali mill-istruttura nnifisha, speċjalment fiċ-Chamber.", "Kien aktar importanti li naċċertaw li s-sistema fiċ-Chamber tkun up and running għaliex, jekk allaħares qatt ikun hemm xi problema maġġuri, ikun diffiċli ħafna biex wieħed jindirizzaha.", "Fl-islide li jmiss se naraw parti mill-plant room.", "Prattikament il-plant room huwa dak it-tunnel – hemm min jgħidlu train station, u hemm min jgħidlu l-Yellow Garage – li jibqa' dieħel sa taħt it-Teatru.", "Dak l-ispazju huwa kompletament okkupat mill-impjanti kollha.", "Interessanti wkoll li f'dak il-livell hemm impjant biex tintuża l-enerġija ġeotermika, li hija waħda mis-soluzzjonijiet li ġew addottati mill-inġiniera biex ikun hemm low carbon emission f'dan il-bini.", "Wieħed mill-parametri li kien hemm meta ngħata l-brief kien li jkun hemm 80% reduction tas-CO2 f'din il-binja, u waħda mis-soluzzjonijiet għal dan kienet proprju l-geothermal system.", "Immorru issa għall-binja li naħseb li hija l-focal point tal-ħidma tal-Parlament.", "Se mmorru għan-naħa ta' fejn hemm iċ-Chamber u, bħalma għamilna fil-binja l-oħra, se nibdew mit-tielet sular fejn hemm l-ewwel parti tal-iStrangers' Gallery.", "Nistgħu ngħidu li hawnhekk kollox ġie stallat.", "Twaħħlu wkoll il-fire doors li ħadu aktar ħin minn dak mistenni.", "Però, wieħed jista' jgħid li f'dan il-livell fadal biss it-tindif u xi affarijiet żgħar li forsi jistgħu jindikaw il-periti fl-aħħar spezzjonijiet li jagħmlu.", "Fl-islide li jmiss, qegħdin naraw iċ-Chamber, jekk wieħed ikun dahru lejn l-iSpeaker u on the right-hand side facing the Strangers' Gallery.", "Dan ir-ritratt ittieħed xi ġurnata jew jumejn ilu, għax illum tneħħa l-plastic li qed jgħatti dawk is-siġġijiet, kif ukoll dak li kien qed jgħatti s-siġġijiet l-oħrajn.", "Jiġifieri, kieku kellna nerġgħu nieħdu ritratt aktar reċenti, id-dehra tkun naqra aħjar.", "Infakkar li l-ewwel tier se jkun iddedikat lill-ġurnalisti, imbagħad dak li huwa stepped se jkun l-iStrangers' Gallery, u jkompli bl-istess mod in-naħa l-oħra.", "Jekk imorru fuq is-second floor, nistgħu ngħidu li qegħdin fl-istess sitwazzjoni tat-tielet sular.", "Fil-gallarija ddedikata għall-media, kollox huwa tested u tħaddmu l-affarijiet kollha, għalkemm il-focal point tibqa' l-kwestjoni tat-testing and commissioning tal-congress system li se tkun qed tintuża waqt is-seduti.", "Però dik niġi għaliha meta ninżlu sular iktar 'l isfel.", "Niġi għar-ritratt li jmiss.", "Dan huwa l-ewwel sular.", "Fil-fatt, għajr li jitneħħew xi affarijiet li kienu għadhom qegħdin jintużaw biex jitlestew ix-xogħlijiet, dak li kellu jitlesta skont id-disinn huwa lest.", "L-istess il-lifts.", "Li fadal xi affarijiet relattivament żgħar.", "Pereżempju, xħin kont hemmhekk illum kien għad hemm xi track lights li ma kenux qed jiffunzjonaw, u dan hu xogħol li la jaqla' konfużjoni kbira … però xorta waħda jieħu l-ħin tiegħu given il-mod kif ġie ddisinjat dan il-proġett u d-diffikultajiet kollha biex tilħaq ċerti postijiet.", "Għal dak li huwa ċ-Chamber, nistgħu ngħidu li l-attenzjoni kollha issa hija ffokata fuq it-testing and commissioning tal-congress system.", "Dwar din is-sistema kellna ħafna diskussjonijiet fl-aħħar ġranet, anke mas-Sur Scicluna li, min-naħa tiegħu, elenka numru ta' affarijiet li jien ninsab infurmat li qegħdin jiġu indirizzati min-naħa tal-kuntrattur, li f'dan il-każ huwa Telmaco.", "Bejn il-mod kif jaħdem il-Parlament illum u s-sistema li ġiet ordnata mingħand it-Telmaco hemm differenzi teknoloġiċi kbar u, minn dak li jirriżulta, min se jkun qed iħaddem is-sistema żgur li se jkollu bżonn ta' aktar taħriġ.", "Il-bidla tolqot mhux biss lil min iħaddem is-sistema, fis-sens li jrid jieħu ħsieb is-sound u jixgħel il-microphones u jitfihom, imma tolqot ukoll lill-parlamentari li se jkunu qegħdin jużaw din il-binja ġdida.", "Dan għax hemm użu akbar ta' teknoloġija.", "Pereżempju, kull deputat se jkollu card li permezz tagħha se jindika l-preżenza tiegħu fiċ-Chamber.", "Biex iħaddem il-microphone jrid jinserixxi din l-istess card f'dak l-apparat li se jkollu quddiemu u, minn hemmhekk, is-sistema se tidentifika li quddiemha għandha lill-Onorevoli \"X\" jew lill-Onorevoli \"Y\".", "Is-sistema hija integrata b'tali mod li, meta deputat iqum jitkellem minn post partikolari, peress li jkun daħħal il-card tiegħu fl-apparat ta' dak il-post partikolari, fuq l-iscreen se jiġi jidher ismu.", "Dwar dan il-punt iddiskutejna fit-tul mas-Sur Scicluna, għax kien hemm żewġ għażliet.", "L-ewwel għażla kienet li kulħadd ikollu l-post fiss tiegħu: però, jidher li fil-Parlament hawn tradizzjoni li kulħadd jibdel postu, u allura jekk xi ħadd iqum jitkellem minn post ħaddieħor, jista' jagħti l-każ li jitla' isem ħaddieħor fuq l-iscreen.", "Il-card system se tkun ukoll importanti biex wieħed jidħol fil-Parlament.", "Minn kif spjegali s-Sur Scicluna, apparti min se jkun fil-Control Room, naħseb li anke l-parlamentari nnifishom iridu jidraw is-sistema biex l-apparat li nxtara jintuża bl-aħjar mod.", "Kif qed ifakkarni s-Sur Chris Paris, dik il-card tista' tintuża wkoll f'każ li s-sistema tal-votazzjoni fil-Parlament tiġi mibdula għal waħda elettronika, kif isir f'parlamenti ta' pajjiżi oħrajn.", "Qed nagħmel referenza għal dan kollu għax naħseb li, lil hinn mix-xogħol tal-kuntratturi li kif semmejt huwa verament fi stadju finali, u qegħdin naraw li sat-23 ta' Marzu l-bulk tal-ħaddiema tal-kuntratturi se jkunu ħarġu, se jkun hemm bżonn ta' żmien għal dawn it-teknikalitajiet.", "Hawn qed nirranġaw l-affarijiet anke grazzi għall-feedback li tana s-Sur Scicluna.", "Wara kollox, naħseb li f'dan l-istadju aktar ma nitkellmu mal-end user aktar aħjar għax, fl-aħħar mill-aħħar, irridu nassiguraw li l-end user jieħu dak li kien imwiegħed mill-kuntratturi, kif ukoll jieħu dak li għandu bżonn.", "Kien hemm terms of reference, u aħna rridu naċċertaw li l-kuntratturi tawna dak li nxtara skont it-terms of reference, biex naċċertaw li dak li kien ġie ordnat, ġie fil-fatt ikkonsenjat.", "Aktar minn hekk, irridu naċċertaw li l-end user jieħu dak li għandu bżonn.", "Naħseb li dan nistgħu naċċertawh biss jekk se nipprovaw kemm jista' jkun dan l-apparat.", "F'dawn l-aħħar ġranet, parti mill-istaff tal-Parlament, flimkien mas-Sur Scicluna, għamlu diversi sessjonijiet jitkellmu mal-uffiċjali ta' Telmaco u, minn dawn is-sessjonijiet, ħarġu diversi punti fejn hemm bżonn li wieħed jagħmel titjib fuq is-sistemi li qegħdin jiġu ppreżentati.", "Fil-fatt, sa ftit tal-ħin ilu konna qegħdin nitkellmu mas-Sur Scicluna, kif ukoll mas-Sur Jonathan Mizzi, li kontinwament ikun preżenti on site, flimkien mal-Inġ.", "Joe Grech u man-nies tagħna, biex naraw li nilħqu t-targets li hemm bżonn.", "Jista' jagħti l-każ li jkun hemm bżonn ta' xi software li jilqa' għal ċerti challenges li hemm fis-sistema kif inhi llum, mhux biss biex ikollna performance aħjar, imma anke performance aktar komda għal min se jkun qed jopera s-sistema.", "Peress li llum naħdmu bit-touch screens aktar milli bil-buttuni tradizzjonali, jista' jagħti l-każ li jkollok bżonn software li jiffaċilita l-affarijiet.", "Fil-fatt, is-Sur Scicluna ssolleva xi punti importanti, fosthom kif jaħdem il-Parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, fejn inti se jkollok nies li mhumiex booked li se jitkellmu, imma jkollok min iqum jitkellem b'mod aktar sporadiku u spontanju.", "Is-sistema forsi ma kenitx biżżejjed aġli li taqleb minn post għal ieħor; allura, flimkien ma' dawn il-kuntratturi, rajna kif din il-problema tista' tiġi indirizzata, u għalhekk jidher li hemm soluzzjoni at hand.", "Mela, kif kont qed ngħid, biex inkunu ċerti li meta dan il-Parlament imur live, l-affarijiet ikunu qegħdin jaħdmu mija fil-mija, naħseb irid ikun hemm żmien adegwat biex min se jopera jingħata t-taħriġ u jħossu komdu u konvint mas-sistema.", "L-istess min se jkun qed jitkellem fil-Parlament, dan irid jidra kif se taħdem is-sistema.", "F'kollox hekk meta taqleb minn sistema għal oħra; naħseb li dejjem ikun iż-żmien ta' learning curve.", "Dan mhuwiex rocket science, però naħseb li xorta wieħed irid jgħaddi minn dak iż-żmien, u allura lil hinn mix-xogħol tal-kuntratturi.", "Naħseb li qegħdin f'dik il-fażi importanti tal-handing over, fejn l-istaff ikollu ċ-ċans jidħol fil-binja b'mod komdu.", "Dan apparti ċ-ċans li nibdew nużaw is-sistemi biex naraw li kollox qiegħed jaħdem ħalli, jekk jirriżulta xi ħaġa li s'issa ma rriżultatx, toħroġ qabel ma l-Parlament jibda jaħdem hemmhekk.", "Apparti minn hekk, hemm il-kwestjoni tal-aħjar użu possibbli taċ-Chamber.", "Naħseb li hemmhekk wieħed irid jevalwa sewwa kif se jkun qed isir dan il-handing over.", "Nista' ngħid li diġà bdejna bil-mod; però aħna qegħdin nissuġġerixxu li nkunu għamilna dak it-testing u dawk it-trial runs bl-aktar mod estensiv biex inkunu ċerti li, once li l-Parlament qed jaħdem minn hemmhekk, kollox jimxi skont kif maħsub.", "Iż-żewġ slides li jmiss huma perspettivi differenti taċ-Chamber.", "Irrid niġbed l-attenzjoni li fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, għalkemm mal-art hemm il-mekkaniżmu biex jeħel siġġu ieħor, dan is-siġġu ma twaħħalx.", "Ir-raġuni hija li, jekk xi darba jkollna persuna li jkollha problemi ta' mobbiltà jew diżabilità, u allura jkollha bżonn wheelchair, din xorta jkollha aċċess għaċ-Chamber.", "Qed insemmiha din għax rajt xi kummenti f'dan is-sens.", "Jekk immorru livell aktar 'l isfel għall-ground floor level, nista' ngħid li l-punt minn fejn se jkunu qegħdin jidħlu d-deputati lest.", "Ir-ritratt li se naraw fl-islide ta' wara juri xi ħaġa kif kienet madwar jumejn ilu, però li llum hija cleared.", "Hemmhekk hemm kollox stallat.", "Ftit affarijiet żgħar għad fadal jitwaħħlu.", "Jiġifieri, ix-xogħol li għad fadal huwa aktar biex naċċertaw il-funzjoni tal-Parlament.", "Rigward iċ-challenges li semmejna d-darbtejn li ġejna quddiem dan il-Kumitat b'rabta mal-kwestjoni tal-ġebla u ma' diffikultajiet fid-disinn, naħseb li dawk għelibniehom kollha, u l-proġett twassal lejn l-aħħar.", "Ġustament, il-periti qegħdin jispezzjonaw kullimkien biex jaraw li dak kollu li kellu jsir, attwalment sar.", "Fejn hemm difetti qegħdin jiġu identifikati biex imbagħad isir l-isnagging process.", "Għaldaqstant issa naħseb li l-focus aktar se jmur fuq il-kwestjoni tal-handing over, u – jekk tippermettuli – hawnhekk insemmi żewġ affarijiet importanti ħafna.", "L-ewwel nett, irid ikun hemm deċiżjoni min-naħa tal-Uffiċċju tal-iSpeaker dwar meta l-kuntrattur tal-HOR se jibda jieħu over it-tindif tal-binja biex nagħtu tindifa tal-aħħar qabel jidħlu n-nies.", "Is-Sur Scicluna diġà tana indikazzjoni meta se ssir; però, dik hija xi ħaġa li taqa' strettament taħt l-Uffiċċju tal-iSpeaker.", "Xi ħaġa oħra importanti ħafna, fil-fehma tagħna, hija l-kwestjoni tas-sigurtà.", "Bħalissa, il-binja għandha security kif dejjem kellha matul il-proġett: hemm security minn kumpanija tas-security, u hemm numru ta' security officers detailed mill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura.", "Però din hija security għall-building site, u għalhekk hija differenti minn security ta' meta l-Parlament jibda jiffunzjona.", "Hawn irrid insemmi u nirringrazzja lill-Pulizija li, f'dawn l-aħħar xhur, anke żiedu n-numru ta' rondi u patrols, dejjem minn barra, għaliex naħseb it's only fair li f'dak il-post ikun hemm aktar attenzjoni.", "Mela, waħda mill-affarijiet importanti li l-Parlament irid jibda jieħu over hija l-kwestjoni tas-sigurtà.", "Dan anke sabiex aħna nkunu nafu kemm se nestendu ż-żmien lill-kuntrattur li qed jieħu ħsieb is-security, kif ukoll biex inkunu nafu jekk għandhomx jiġu dettaljati aktar is-security min-naħa tal-Ministeru.", "Dan oltre l-fatt li, meta binja se tibda tużaha bħala Parlament, nemmen li jrid ikun hemm livell ta' sigurtà aktar adegwat.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-cameras diġà qegħdin hemmhekk.", "Mil-lat ta' teknoloġija, kollox jinsab f'postu.", "Però, having said that, naħsbu li jrid ikollok il-viżibilità.", "Ma ninsewx li l-binja ġiet iddisinjata b'mod li tkun miftuħa mad-dawra kollha, jiġifieri hemm diversi issues ta' sigurtà li wieħed ...", "MR SPEAKER: Dik issa niġu għaliha għax għandi laqgħat mal-Kummissarju ...", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: I'm highlighting it għax inħossni obbligat li nagħmel dan.", "Dik aħna rridu niddeċiedu fuqha.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Imbagħad, minn hemmhekk wieħed irid ifassal pjan ta' migration.", "Kif diġà għedt, is-Sur Scicluna diġà tana indikazzjoni li jista' jkun li, fil-livell minus 1, jiġifieri fil-lower garden, jibdew deħlin xi ħaddiema tal-Parlament; però, ovvjament, biex isir il-handing over żona żona lill-Uffiċċju tal-iSpeaker, irid ikun hemm proċess fejn wieħed jifhem x'għadu fir-responsabilità tal-GHRC, x'qed jaqa' fir-responsabilità tal-Uffiċċju tal-iSpeaker, u jekk hemmx xi esiġenzi jew nuqqasijiet għax, wara kollox, wieħed mill-aktar rwoli importanti tagħna huwa li jiġi delivered dak li ġie ordnat.", "Xi ħaġa li għalija hija importanti ħafna hija l-kwestjoni tal-building certification.", "Aħna jrid ikollna firma mingħand il-periti li dak li nbena huwa sigur.", "Bħalissa għandna persuna mill-GHRC li qed tiġri wara din iċ-ċertifikazzjoni li hija importanti ħafna, u … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Ma niflaħhomx dawn l-affarijiet, imma se jkolli ngħidlek!", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Għidli, Onor. Agius.", "DAVID AGIUS: Għadni kif ġejt infurmat li r-ritratti tagħna diġà qegħdin għand il-media.", "Qed jidhru fuq tvm.com.mt.", "MR SPEAKER: Din il-laqgħa qiegħda live.", "DAVID AGIUS: Ir-ritratti qegħdin on site.", "Dan mhux rispett.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jien ma nafx x'ġie ċċirkolat.", "Jien ma ċċirkolajt xejn.", "Onor. Agius, nixtieq ngħidlek ukoll li kien hemm xi ritratti …", "DAVID AGIUS: Qed nirreferi għar-ritratti li qegħdin naraw issa hawnhekk – jien m'iniex iblah – l-Uffiċċju tal-iSpeaker, li huwa l-istess ritratt bħal dan li qegħdin naraw issa.", "Għadna lanqas spiċċajna l-presentation, u diġà qiegħed fuq tvm.com.mt!", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jien ġejt bil-preżentazzjoni ...", "DAVID AGIUS: M'hawn ħadd minn tat-TVM hawnhekk.", "Diġà għandhom ir-rapport ta' x'jgħidu lilna.", "Tista' tarah.", "MR SPEAKER: Jien li qed ngħid hu li dan huwa video streamed.", "DAVID AGIUS: Le, m'għandux x'jaqsam mal-video streaming; naf x'inhi d-differenza bejn video stream u li jkollok ir-ritratt proprju!", "Dawn għandhom ir-ritratti proprji li qegħdin naraw issa aħna.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jien naf li r-ritratti diġà ġew iċċirkolati qabel lill-media, imma ...", "DAVID AGIUS: L-istess għaxra li ppreżentajt jien?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Onor. Agius, aħna qegħdin hawnhekk nagħmlu l-preżentazzjoni ...", "MR SPEAKER: Onor. Agius, għamilt sew li qajjimtha.", "Dr Zrinzo Azzopardi, jimporta tlesti għax għandi x-xogħol?!", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Kif kont qed ngħid, l-aħħar punt tiegħi huwa fuq is-certification li għalina hija importanti ħafna.", "U l-aħħar ħaġa li nixtiequ nissuġġerixxu hi li jiġu organizzati familiarization visits, anke għall-Membri Parlamentari.", "Nissuġġerixxu li dawn jiġu organizzati min-naħa tas-Sur Scicluna, u bażikament hemmhekk nintroduċu lill-Membri Parlamentari għal din il-binja, biex wieħed jifhem aħjar il-mod kif dan il-bini se jkun qed jaħdem, u anke jkollhom l-opportunità jaraw kif se titħaddem il-binja, filwaqt li jingħata t-taħriġ kollu meħtieġ kif kont qed nispjega aktar kmieni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet.", "Rigward is-sigurtà – li għamilt sew li qajjimtha – diġà kelli laqgħat mal-Kummissarju tal-Pulizija biex ikun hemm sistema ta' sigurtà organizzata mill-Pulizija fuq il-mudell tal-House of Commons.", "Reċentement, jien kont mistieden biex immur il-House of Commons fuq xogħol, u rajt li hemmhekk il-Pulizija għandhom is-sistema tagħhom kif iżommu l-Parlament fool proof.", "Aħna se nimxu fuq dak il-mudell.", "Tagħna huwa differenti minn dak tal-House of Commons għax dan huwa miftuħ, qiegħed litteralment fuq il-kolonni, u allura s-sigurtà wieħed irid jaħseb aktar fuqha.", "Fil-fatt, kellna laqgħa on site mal-Kummissarju u mad-Deputat Kummissarju, is-Sur Andrew Seychell, u ma' delegazzjoni mmexxija mill-istaff.", "Ħdimna fuq mudelli, u we are exchanging these models: però, id-deċiżjoni hija li s-sigurtà titmexxa mill-Pulizija.", "Qegħdin nitkellmu fuq il-Parlament, li huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u rridu nfornuh tajjeb bis-sigurtà.", "Il-binja hija kif inhi llum u fiha se ngħixu, jiġifieri security-wise hija dik.", "Dwar il-congress system, diġà tkellimna mal-Kummissarju, u hemm ftehim fuq kif se naħdmu.", "Jien kif ikolli l-mudelli ppreparati ninforma lil kulħadd.", "Li rridu naqblu żgur hu li ma nistgħux naħdmu b'żewġ suldati jew tlieta.", "DAVID AGIUS: Aħna għadna ma qbilniex fuq security, hux hekk?", "MR SPEAKER: Jien qed nissuġġerixxi.", "Issa jekk għandek xi ħsebijiet oħra ...", "DAVID AGIUS: Il-Kumitat għadu ma qabilx fuq din.", "Anzi, l-aħħar darba li tkellimna dwar security konna qed nitkellmu fuq l-Armata.", "DAVID AGIUS: Jekk ikun hemm il-qbil, nistgħu nibdlu.", "MR SPEAKER: Għalija mhux problema.", "X'tiddeċiedu intom jien nagħmel.", "Però, issa qegħdin nitkellmu fuq security ta' binja differenti milli kellna.", "L-Onor.", "David Agius għandu raġun jgħid li semmejna l-Armata; però, l-Iskrivan tal-Kamra qed ifakkarni li meta tkellimna mal-Armata rrifjutaw li jidħlu għas-security tal-Parlament.", "DAVID AGIUS: Din xi ħaġa li ma nafux.", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn.", "M'għandniex għalfejn nagħmlu storbju fuqha.", "Irid ikollna s-sigurtà, jiġifieri 'l hemm jew 'l hawn irridu niddeċiedu.", "Ħalli issa niġu għall-oħra.", "Dwar il-kwestjoni tal-congress system hemm xi problemi, però dawn qed jiġu indirizzati.", "Irid ikun hemm workable solution għaliex jien ma nistax inkun qed nippresjedi l-Kamra u jkolli problema bid-delay.", "Bħala staff jidher li se nibdew nimxu fis-27 ta' Marzu.", "Parti mill-istaff se jimxi biex nibdew nagħmlu migration, u ċertament din trid issir in stages.", "Dwar il-familiarisation visits, ovvjament se nieħu ħsieb jien li nara li kulħadd ikollu l-ħin jara kif taħdem is-sistema, għax hija sistema li rridu nidraw naħdmu biha flimkien.", "Dawn mhumiex affarijiet ta' ġurnata jew tnejn għax qegħdin nitkellmu fuq il-ġimgħat li ġejjin.", "Irid ikollna sigurtà fil-binja, u l-Membri Parlamentari jridu jiddeċiedu kif se naħdmu.", "Żgur li l-binja ma tistax tiffunzjona mingħajr ma jkun hemm a very good security, mhux permezz ta' security privati, imma permezz ta' security eżekuttiv, jiġifieri li, meta jinqala' xi ħaġa, għandek biex taħdem.", "Qegħdin nitkellmu fuq binja miftuħa bil-problemi kollha li jista' jkollha.", "Min-naħa tiegħi, sal-aħħar ta' Marzu jidher li kulħadd se jkun jista' joħroġ mill-Palazz.", "Jiġifieri, qegħdin nitkellmu bejn ġimagħtejn u xahar ieħor biex inkunu qegħdin hemmhekk, u allura qegħdin għall-aħħar ta' April, bidu ta' Mejju.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Biex wieħed ikun ultra ċert, irid jikkonsidra li l-ewwel ġimgħa għandek parti sostanzjali minnha fejn kulħadd se jkun wieqaf għax għandek l-Għid.", "Minn hemm 'il quddiem, però, naħseb li jkollok żmien biżżejjed biex wieħed jagħmel dak it-testing.", "Madankollu, il-focus ewlieni tagħna huwa li the big works ikunu out of the way, u aħna nkunu qegħdin induru litteralment mad-dettall u, kif għedt, l-attenzjoni tkun speċifikament biex naċċertaw li l-ħteġijiet tal-end user ikunu indirizzati kollha.", "MR SPEAKER: Għall-benefiċċju tal-Kumitat, irrid ngħid li l-istaff kuljum qed jaħdem biex il-problemi jiġu indirizzati għax, ovvjament, aħna ridna narawhom dawn għax aħna għandna din ir-responsabilità.", "Però, hemm ċerti problemi, u dawn qed jiġu indirizzati.", "Issa nitlob lill-Membri Parlamentari jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tkellimna fuq problemi fuq il-congress system u tkellimna fuq delays.", "Hemm xi problemi oħrajn barra delays?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Rigward il-congress system, l-aktar ħaġa li kienet qiegħda tinkwieta lill-Iskrivan tal-Kamra kienet il-mod kif topera din il-congress system.", "Ħalli nispjega ftit fuq fuq.", "Biex l-operatur jagħżel lill-Onor.", "Agius, pereżempju, li se jqum jagħmel mistoqsija parlamentari, irid jidħol fi screen u jagħżel ismu.", "Dan huwa proċess li jieħu ftit tas-sekondi.", "Issa, fil-Question Time jista' jkollok interchanges b'mod aktar spissi, fejn deputat jagħmel mistoqsija supplimentari, imbagħad iqum jirrispondi l-Ministru, u jista' jkollok dibattitu f'dak is-sens.", "Għal dan il-għan, trid sistema fejn il-microphones jiġu mixgħula u mitfija b'aktar ħeffa.", "Dan il-punt ġie spjegat b'mod ċarissimu, kemm bil-kitba u anke permezz ta' laqgħat.", "Hawn preżenti hawn is-Sur Joe Grech, li huwa l-persuna teknika li qed tara din il-problema, flimkien mas-Sur Ray Scicluna u anke man-nies ta' Telmaco.", "Ġie identifikat software partikolari biex tingħeleb dik is-sitwazzjoni, u allura se niffaċilitaw aktar l-affarijiet.", "Bħala sistema kif qiegħda taħdem, fis-sens jekk is-sound jinstemax tajjeb, jekk iżarżarx eċċ., dak jidher li kollox ġie sorvolat.", "Aktar qed naraw id-dettall minħabba s-sofistikazzjoni tas-sistema stess.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ingħad li se nkunu qegħdin indaħħlu l-card fis-sistema.", "X'jiġri jekk xi ħadd jinsa l-card?", "Fil-Council of Europe wkoll għandna sistema ta' card u, jekk inti tinsa l-card – li kemm-il darba ġratli ...", "MR SPEAKER: Onor. Schembri, aħna se jkollna l-istess sistema.", "DEBORAH SCHEMRI: Jiġifieri, ikun hemm spare u jagħmillek waħda dak il-ħin?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Hemm ukoll spares.", "Mhux se tkun bħalma hi l-Cashlink, pereżempju, li jekk ma tkunx l-istess, ma tagħtikx il-flus.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien just biex nassigura ruħi.", "Naf għax kemm-il darba ninsewha, u kemm-il darba jagħtuna waħda extra, u naf li qegħdin timxu fuq dik is-sistema.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Però, il-cards kollha huma personalized bir-ritratt.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kollox sew, l-aqwa li jaħdmu.", "Meta aħna niddeċiedu li rridu nibdew nivvotaw bis-sistema tal-card, din se tkun sempliċement deċiżjoni tal-House Business Committee jew tkun trid issir xi ħaġa oħra?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Is-sistema hija propensa li jkun hemm vot b'mod elettroniku; però, meta tintuża jew le hija xi ħaġa fid-diskrezzjoni ta' dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: Għalissa mhux se tkun qed tintuża għal dan l-iskop.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Li forsi hemm bżonn huwa li min se jopera s-sistema jkun imħarreġ kif se jaħdem l-electronic voting.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hemm il-faċilità li jkun hemm translation?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Iva, hemm translation facilities estensivi, li qegħdin fil-lower ground floor.", "Hemm għal erba' postijiet għaliex, oriġinarjament, il-kamra tal-kumitat li hemm fil-livell minus 1 level kienet maħsuba għall-Foreign Affairs Commitee, u allura kienet saret it-translation booth hemmhekk.", "Però, jekk ikollok bżonn minn postijiet oħrajn, xorta tista' tintuża.", "DEBORAH SCHEMBRI: Konna tkellimna fuq book rest.", "Ġie deċiż liema tip ta' book rest issir?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Iva, u saret.", "L-Onor.", "Schembri qed tagħmel referenza għall-modifika li saret fl-imwejjed minħabba l-kwestjoni tad-distanza.", "Is-sistema li adotta l-uffiċċju ta' Renzo Piano kienet dik fejn l-imwejjed, apparti li ġew ftit imċekkna għall-finijiet ta' aktar spazju għal min iqum bilwieqfa jitkellem, they flap over biex tiżdied id-distanza bejn is-siġġu u l-mejda nnifisha.", "Għalhekk, kienu ntbagħtu l-imwejjed lura l-Italja, u reġgħu ġew lura Malta.", "L-unika ħaġa li għad fadal issir hija li l-parti li tintlewa ʼl fuq; din se tinkesa b'ġilda u qed jitwaħħlu bħalissa.", "Jekk imbagħad tkun trid, l-usher tal-Kamra jista' jagħtik leġiju u twaħħlu quddiemek biex inti jkollok il-karti aktar qrib tiegħek.", "Però, din hija xi ħaġa li jekk inti tixtieq, u mhijiex xi ħaġa li tibqa' hemmhekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Darba konna tkellimna fuq post biex ikun hemm librerija.", "Għadu hemm dan il-ħsieb?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Iva, f'dan l-istadju dik il-parti tal-Parlament għadha ma ġietx żviluppata.", "Reċentement, għamilna meeting estensiv mal-Iskrivan tal-Kamra fejn rajna t-terms of reference mill-ġdid ta' dak li hu meħtieġ u, kif inkunu għalaqna x-xogħlijiet, nitilqu bid-disinn u l-procurement procedures kollha biex immexxu fuq dik il-parti tal-parlament ukoll.", "Fil-frattemp, il-librerija se tibqa' fil-Palazz.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naf li kontu għidtulna li se jkollna coffee machines wara l-plenarja, imma konna għidna li l-parti li bħalissa se tkun qed tintuża għal xi ħaġa oħra ʼil quddiem se tinbidel f'cafeteria.", "Għad hemm dan il-ħsieb?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: S'issa għadna ma identifikajniex area li se tintuża bħala cafeteria; però, f'parti mid-diskussjonijiet li għamilna relatati mal-iżvilupp tat-train station, hemm ukoll il-possibiltà li wieħed jaħseb għal xi ħaġa simili hemmhekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: U dwar il-kwestjoni tal-parking?", "MR SPEAKER: Fuq tal-parking għadna għaddejjin b'diskussjonijiet.", "Jien qed ninsisti li jkollna kemm il-parkeġġ tas-Central Bank, kif ukoll il-parkeġġ l-ieħor li qiegħed kif toħroġ.", "Għad m'għandix is-soluzzjoni finali; imma, kif ikolli, se ninfurmak.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Dik hija xi ħaġa li qed tiġi segwita ma' Transport Malta.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-parking tal-Membri Parlamentari se jkun għall-Membri Parlamentari biss?", "Qed nistaqsi għaliex dejjem insib problema, niġi fi xħin niġi.", "MR SPEAKER: Qabel ma niddiskutu l-parking, Onor. Schembri, baqagħlek xi mistoqsijiet oħra fuq il-presentation?", "MR SPEAKER: Għax dik hija xi ħaġa li se nitkellmu fuqha.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Grazzi ħafna u napprezza.", "Jiddispjaċini li kelli nqajjem il-punt li l-presentation tagħkom spiċċat għand il-media, però dan għalija mhuwiex aċċettabbli.", "Nispera li ssiru tafu u tgħidulna kif din il-presentation diġà kienet għand it-TVM qabel ma spiċċajnieha hawnhekk.", "Sur President, nixtieqek tieħu azzjoni fuq din għaliex naħseb li din hija kwestjoni ta' rispett lejn din il-Kamra.", "Jien m'għandix problema li tagħtu kollox lill-media għax hawnhekk qegħdin live stream, imma mhux qabel ma tiġi għand il-Kumitat.", "It-tieni xtaqt inkun naf jekk il-live streaming, kemm tal-kmamar tal-kumitati kif ukoll taċ-Chamber, ġiex ippruvat.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Infurmat li l-live streaming ġie ppruvat.", "Infurmat ukoll li anke saru diskussjonijiet dwar kif se jkun qed jitmexxa ʼl quddiem anke fuq livell ta' televixin.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, ipprovajna ċ-Chamber mal-kumpaniji li se jxandru?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Li naf hu li għaddejjin diskussjonijiet f'dak is-sens.", "Cameras hemm, u bħala streaming qed jaħdem kollox.", "Minn hemmhekk ʼil barra huwa beyond our remit; però, teknikament, bħala streaming kollox qed jaħdem.", "MR SPEAKER: Dik hija xi ħaġa kummerċjalment sensittiva; però, niġu għaliha.", "DAVID AGIUS: Iva, dik issa narawha.", "Il-bqija, il-live streaming u t-televixin huma concurrent?", "Ġew ipprovati?", "Jiġifieri, inti dak li qed tara fuq il-laptop tiegħek u fuq it-televixin ...", "MR SPEAKER: Dwar dik nista' nwieġbek jien għax diġà ġieli dħalt fiha.", "Tarah dak il-ħin u b'mod immedjat.", "DAVID AGIUS: Il-Wi-Fi fiż-żewġ binjiet huwa funzjonabbli?", "MR SPEAKER: B'mod eċċellenti.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Dan ilu hekk mill-istadju ta' kostruzzjoni.", "DAVID AGIUS: Saret il-link bejn iċ-Chamber u l-binjiet fis-sens ta' audio, microphones eċċ.?", "Jiġifieri, mill-kmamar tal-Whips tisma' s-seduta, pereżempju?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Iva, il-Public Address system (PA system) ġiet tested.", "MR SPEAKER: Għandek kollox.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Kollox qiegħed jaħdem.", "Joe Grech biex, jekk ikun hemm xi affarijiet tekniċi li ma nkunx nista' nagħti d-dettalji dwarhom, ikun jista' jweġibna hu; però, għal dak li huwa relatat ma' lighting, mas-sistema tal-IT u mal-PA system mad-dawra tal-parlament, nista' ngħid li kollox huwa tested u hemm approvazzjoni totali.", "Jiġifieri, int minn kwalunkwe kamra tista' tagħżel li tisma' kumitat jew is-seduta.", "L-aktar ħaġa li għad hemm bżonn nagħtuha attenzjoni hija kif se titħaddem iċ-Chamber għal dawk iċ-challenges li kont qed insemmi aktar kmieni.", "MR SPEAKER: Il-congress system.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, fil-congress system kull microphone li jeżisti u kull voting system li teżisti hija tested u kull microphone qed jaħdem?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Hija aktar l-operational side milli l-hardware side, biex niftiehmu.", "U r-recording system tal-Parlament hija tested ukoll?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Hekk hu; però, ovvjament, biex wieħed ikun ultra ċert irid jibqa' jagħmel użu minnu.", "Għalhekk, aħna qegħdin ngħidu li għandna nibqgħu nutilizzaw is-sistema u – jekk tippermettuli nissuġġerixxi – a mock session.", "Issa, jekk issirx mill-istaff jew mill-Membri Parlamentari, dik mhijiex deċiżjoni tiegħi.", "Dan bħal meta għandek karozza bir-running in, you have to give it its trial run aktar milli tmur live biex imbagħad tinqala' xi problema dakinhar.", "DAVID AGIUS: Qed nifhem ukoll li anke l-IT system relatata mal-kmamar ta' fejn hemm il-Gvern u l-Oppożizzjoni ...", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Onor. Agius, kieku l-IT system ma tkunx in place, ma jaħdem xejn, lanqas il-lighting tal-uffiċini.", "DAVID AGIUS: Dan il-Palazz se nżommuh funzjonabbli, hux hekk, anke meta nibdew in-naħa l-oħra?", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Ħlief is-sistema tal-cameras li għandna li jridu jinqalgħu u jmorru hemmhekk ...", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Il-cameras li hawn hawnhekk iridu jeħlu fit-tielet sular.", "DAVID AGIUS: U dak ifisser li kamra waħda jew il-kmamar kollha tal-kumitati jridu ...", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Il-kamra tal-kumitati li tinsab fil-livell minus 1 għandha l-cameras lesti.", "Rigward tat-third floor – dik li tinqasam fi tnejn – iridu jinqalgħu l-cameras minn hawnhekk u jmorru hemmhekk, jiġifieri hawnhekk ma jibqax jiffunzjona f'dak il-każ.", "MR SPEAKER: Mhux aħjar għax tiffrankaw ftit flus?", "DAVID AGIUS: Kemm timmaġinaw li tista' ddum biex issir din?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Mhux se ngħidlek kwestjoni ta' sigħat ...", "DAVID AGIUS: Ġranet jew ġimgħa?", "Iżda, qed nifhem tajjeb li hawnhekk ikun funzjonabbli bħala Plenarja, però ma jkollniex l-istreaming tal-kumitati, waqt li n-naħa l-oħra jkun funzjonabbli bil-kumitati b'kollox?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Anke l-apparat tat-televixin ġie stallat mill-kumpaniji.", "Jiġifieri, dak li qed tgħid inti mqiegħed fuq il-post bil-lest.", "DAVID AGIUS: Għal min jiġi l-Parlament u jkun akkumpanjat minn xi ħadd minna, x'sistema qegħdin tipproponu?", "Aħna għandna l-cards biex nidħlu bħala deputati; iżda min ikun magħna minn fejn se jgħaddi?", "DAVID AGIUS: Le, sempliċement minn fejn se jgħaddu.", "Min jiġi miegħek ma jistax jibqa' dieħel kif tidħol int. Inti għandek is-sistema tiegħek, il-persuna li tkun miegħek trid tiġi identifikata.", "Però, ħalli jispjegalek Dr Zrinzo Azzopardi.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: L-ewwel nett, is-sistemi kollha u dak kollu li hemm fil-parlament huwa dak li kien ġie deċiż mill-bidu dwar dan il-proġett.", "Minn dejjem kien hemm il-ħsieb li jkollna żewġ receptions biex il-Membri Parlamentari jidħlu mill-VIP Reception, jiġifieri minn dik ir-reception li hija taħt iċ-Chamber.", "Jekk il-Membru Parlamentari se jkun akkumpanjat minn ħaddieħor, irid imur fir-Reception ta' taħt l-Office Block u jaċċedi għall-Parlament minn hemm.", "DAVID AGIUIS: Dik hija funzjonabbli?", "Għad fadal jintramaw biss il-ħġieġ biex inti tkun tista' tidħol.", "Il-bqija kollox qiegħed in place.", "DAVID AGIUS: Peress li qegħdin nifirdu żewġ binjiet, hemm bibien li jingħalqu kif tidħol, u min huwa awtorizzat jitla' sular u ħaġa u oħra: dawn l-affarijiet qegħdin in place ukoll?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Kwestjoni ta' setting, u wieħed jista' jimxi minn hemmhekk.", "MR SPEAKER: Dwar dan li għadu kif qal l-Onor.", "Agius, tajjeb ninforma daqsxejn 'il-Membri li qed nipprepara Security Policy document biex, jekk inti trid iġġib lil xi ħadd jakkumpanjak, ikun hemm linji gwida.", "Imma mbagħad ngħaddilkom id-dokument.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Tista' tgħidli xi spazju hemm fiċ-Chamber?", "GODFREY FARRUGIA: Fis-sens li meta, pereżempju, jkun hemm il-Baġit, il-Ministru partikolari jkollu l-esperti miegħu.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Meta wieħed iħares lejn iċ-Chamber b'dahru lejn is-Sedja hemm sitt seats, tlieta fuq kull naħa, li huma maħsuba għall-esperti jew Permanent Secretaries jew min ikun hemm.", "MR SPEAKER: Hemmhekk fejn jistgħu jpoġġu l-esperti.", "GODFREY FARRUGIA: Jiġifieri, jekk ikollna l-ftuħ tal-Parlament wisq probabbli jkollna problema lil min inġibu bħala guests.", "MR SPEAKER: M'hemmx għalfejn nagħmlu xi ċerimonja kbira; l-importanti li nibdew naħdmu.", "Xi ħaġa oħra li nnutajt jien – u ġbidtlek l-attenzjoni dwarha dakinhar – għandha x'tqasam mal-health and safety tal-Membri Parlamentari: jista' jkun hemm xi ħadd li mill-iStrangers' Gallery jissotta b'xi ħaġa minn hemm fuq għal isfel.", "Se jkun hemm xi tip ta' protective glass?", "MR SPEAKER: Se jkun hemm żewġ cameras, għax bħalissa għandna camera waħda biss.", "GODFREY FARRUGIA: Imma mbagħad tkun qlajtha d-daqqa!", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, issa ilu ma jkollna inċident, u jalla ma jkollna qatt.", "Jista' wieħed ifettillu jagħmel qabża wkoll minn hemmhekk, imma ma nagħtux ideat!", "Però, security-wise definittivament għandna ħafna x'nagħmlu.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Iċ-Chamber u kull parti hija magħmula skont id-disinji tal-uffiċċju ta' Renzo Piano, u aħna segwejna l-proċess skont kif ġie mfassal minnhom.", "Issa qegħdin nistennew li l-uffiċċju ta' Renzo Piano jiffirma li l-affarijiet saru skont il-konċett tiegħu.", "Jekk eventwalment ikun hemm queries oħrajn, inħalli f'idejn l-għerf ta' dan il-Parlament.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk fhimtek sew, inti għedt li l-bulk tal-kuntratturi jkunu ħarġu minn hemm sat-23 ta' Marzu?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Biex nipprova nagħmel distinzjoni, altru jkollok lil xi ħadd fuq scaffolding qed jiżbogħ, u altru jkollok lil xi ħadd qed jagħti l-polish għax sabu girfa mal-art.", "Jekk bħalissa qed ikun hemm 40 jew 50 ruħ on site, anke għal security purposes, il-fatt li dawk jinżlu għal ħamsa jew għal għaxra li qegħdin jagħmlu naqriet 'l hawn u 'l hemm diġà għandek security aħjar.", "Apparti minn hekk, lanqas għandek kwestjoni li naddaft u xi ħadd reġa' ħammeġ.", "Dan bħal meta tidħol f'dar at the end of the day, biss din hija proprjetà ħafna akbar.", "Aħna qegħdin naraw li, mill-ġimgħa tat-23 ta' Marzu ʼl quddiem, il-maġġoranza l-kbira tal-ħaddiema jkunu ħarġu mill-binja, u jkun għad fadal dawn in-nies li qegħdin jagħmlu testing and commissioning, inkluż xi xogħlijiet żgħar li jistgħu jiġu identifikati mill-periti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Dak il-mock exercise li semmejt inti, sal-aħħar ta' April jew bidu ta' Mejju jista' jsir?", "MR SPEAKER: Nistgħu negħlbu dik il-problema tal-congress system żgur.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Grazzi.", "Niġu issa għal affarijiet oħra, u nerġa' nsejjaħ lill-Onor.", "Rapport ta' inkjesta interna", "millKorp talPulizija", "LOUIS GRECH: Fuq ir-Rapport tal-Bord ta' Inkjesta, naħseb li … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Dak li ġie ppubblikat fis-16 ta' Settembru; fuq wara għandek miktub, 'Iffirmat: 16 ta' Settembru, 2013'.", "Aħna qegħdin nirreferu għall-fatt li l-Kummissarju Peter Paul Zammit kien għamel inkjesta, u ntalab biex din titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.", "Qegħdin ngħidu għal dak li kien ikkummissjona l-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit, u kien intqal li kien se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li kien se jiġi ppubblikat.", "MR SPEAKER: Hawnhekk ir-rapport ...", "DAVID AGIUS: Mhuwiex hu!", "Infatti, jekk naraw il-ġurnal The Times tat-3 ta' Marzu 2015, insibu li d-Data Commissioner ukoll talab lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex, anke fuq request ta' The Times, jippubblika dak ir-rapport.", "Sal-lum għadu mhux ippubblikat.", "MR SPEAKER: Insa l-ġurnal The Times għalissa, għax hawnhekk mhux x'tgħid The Times!", "Hawnhekk ġie ppreżentat rapport: jiġifieri, minbarra dan hemm rapport ieħor?", "DAVID AGIUS: Dażgur.", "MR SPEAKER: Mela dak li trid tgħidlu lill-Viċi Prim Ministru.", "DAVID AGIUS: Hekk qed ngħidlu!", "Għidthielu d-darba l-oħra, erġajt għidthielu din id-darba, u lbieraħ poġġa rapport li, jekk m'iniex sejjer żball, diġà kien tpoġġa.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, minbarra dan hemm rapport ieħor ta' inkjesta?", "Fil-fatt, il-Ministru tenna li r-rapport tal-inkjesta li kien irċieva kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u issa erġajna poġġejnieh.", "Ma jimpurtax; però tenna l-commitment tiegħu li, kif ikollu r-rapport tal-inkjesta l-oħra ...", "MR SPEAKER: Mela hemm żewġ inkjesti?", "DAVID AGIUS: Iva, din li għandna quddiemna, u hemm oħra.", "MR SPEAKER: L-inkjesta l-oħra min għamilha?", "DAVID AGIUS: Il-Kummissarju tal-Pulizija, Peter Paul Zammit.", "DAVID AGIUS: Iva, imma hemm inkjesta oħra.", "MR SPEAKER: Kollox sew, hemm żewġ inkjesti.", "MR SPEAKER: Tista' tieħu nota tagħha din?", "DAVID AGIUS: Le, din mhijiex tiegħu, din Neville Aquilina, Lawrence Cutajar ...", "MR SPEAKER: Imma ġew maħtura mill-Kummissarju Peter Paul Zammit.", "DAVID AGIUS: L-Imħallef fil-kawża qal li għandu jkun għand il-partijiet, u mbagħad mar għand il-media, u dak għadu ma tqiegħedx fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Nistgħu ngħaddu għax-xogħol tal-Kamra?", "L-Onor.", "Xandir talħidma talParlament", "GODFREY FARRUGIA: Nista' nqajjem il-kwestjoni tal-video streaming issa, jew hemm affarijiet oħrajn?", "MR SPEAKER: Jekk trid tqajjimha issa mhux problema.", "Jiġifieri fuq il-guidelines?", "MR SPEAKER: Dawn huma standard, u fuq l-aktar mudell konservattiv.", "GODFREY FARRUGIA: Inti għidt li jkun hemm intermittent open shots tal-Kamra.", "Nistgħu nagħmluha speċifikament fuq il-persuna li tkun qiegħda titkellem, imbagħad l-intermittent shots isiru bi qbil bejnietna?", "Għax inkella jista' jidher il-vojt tal-Kamra wkoll.", "GODFREY FARRUGIA: Niddeċiedu aħna.", "MR SPEAKER: Dak li tiddeċiedu intom.", "DAVID AGIUS: Imma, min qed iħaddem il-camera ma nistgħux jien u inti naqblu miegħu dwar x'se jġib!", "MR SPEAKER: Le le, jimxi fuq il-guidelines.", "LOUIS GRECH: F'okkażjonijiet speċifiċi, anke min iħaddem il-cameras fil-Parlament Ewropew ikollu guidelines speċifiċi kif jaħdem.", "MR SPEAKER: Dawn huma guidelines mill-aktar konservattivi.", "Issa, jekk l-image qed iddejjaqkom, għidulna.", "Dan ifisser li, meta jfettillu, il-cameraperson jaqbad u jitfa' l-camera fuq il-Kamra as a whole.", "Għalhekk, min-naħa tagħna, nissuġġerixxu li dawn isiru on very specific occasions fejn ikun hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Mela, qegħdin naqblu mal-guidelines.", "Tal-ewwel jgħid hekk:", "MR SPEAKER: Mela, qegħdin naqblu kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Imbagħad, l-artiklu 9 jgħid hekk:", "Din tar-reaction shots hija fuq il-mudell tal-House of Commons.", "Jekk ma triduhiex, ma nagħmluhiex.", "Jekk l-Onor.", "Deborah Schembri li trid tagħmel reaction, ovvjament se jkun hemm ir-reaction ...", "GODFREY FARRUGIA: It-televixin jista' jġibhom it-tnejn f'daqqa on a screen, wieħed qed jitkellem u l-ieħor qed jirreaġixxi.", "DAVID AGIUS: Hu qed jgħid li, jekk qed nitkellem jien u qed nirreferi għall-Onor.", "Louis Grech, jista' jġib shot tal-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jista' jġibhom it-tnejn f'daqqa wkoll.", "MR SPEAKER: Hi qiegħda hekk:", "Mela, il-Ministru qed jitkellem u qed jagħmel referenza għall-Onor.", "David Agius li qiegħed fil-Kamra, hemmhekk iddur il-camera.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk jien ninterrompi lill-Onor.", "David Agius, dik hija reaction shot, u allura dik tista' tidħol ukoll?", "MR SPEAKER: Le, hawnhekk qiegħda \"during Question Time and Statement\".", "DAVID AGIUS: Meta tnejn min-nies qegħdin jirreferu għal xulxin, għandek dibattitu, jiġifieri nġibu tnejn min-nies li qegħdin jirreaġixxu għal xulxin.", "MR SPEAKER: Dan huwa dettall sempliċi … (Interruzzjonijiet) U mela le!", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Is-sistema hija magħmula b'tali mod li, appena inti għandek il-card f'postha u qed titkellem, il-camera se ddur fuqek.", "Farrugia biex jagħmel point of order jew point of explanation, appena jixegħlulu l-microphone tiegħu, il-camera se ddur fuqu.", "Meta qegħdin ngħidu \"reaction shot\", mhux għal din qegħdin nirreferu, imma għal meta, pereżempju, l-Onor.", "Farrugia u, bħalma jagħmel il-PBS, waqt li inti għandek il-floor, il-camera ddur fuqu biex tara r-reazzjoni tiegħu.", "MR SPEAKER: Imma jrid ikun preżenti.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Issa dik, bil-permess tagħkom, irridu nagħmluha.", "MR SPEAKER: Irid ikun preżenti.", "Però, jekk tneħħu din ukoll …", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Għax tista' toħloqlok abbuż.", "DAVID AGIUS: Jien naqbel, inkella jkun monotonu.", "MR SPEAKER: Mela l-guidelines qegħdin naqblu magħhom.", "U, ladarba qegħdin nitkellmu fuq din il-kwestjoni tat-televixin, nippreżentalkom il-kuntratt li ġie ffirmat.", "Il-Parlament mhux se jħallas ċenteżmu wieħed.", "Anke l-apparat huwa a spejjeż tagħhom.", "Se jkun hemm ukoll trażmissjoni mill-kumpanija l-oħra.", "Aħna żammejna d-dritt tal-copyright eċċ., u allura l-kuntratt huwa wieħed tajjeb.", "GODFREY FARRUGIA: Il-kuntratt għal kemm qiegħed?", "MR SPEAKER: Qiegħed għal ħames snin.", "Wara ħames snin, imbagħad min ikun hawnhekk jara kif se jagħmel kuntratt ieħor.", "Li stajna nagħmlu għamilnieh min-naħa tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hemmx flus, la mal-kumpanija GO, u lanqas mal-Melita.", "Ix-xogħol li bdejna matul is-sajf li għadda, u li kkonkludejnieh f'dawn il-ġranet, hu li ż-żewġ kumpaniji għamlu l-infrastruttura neċessarja biex ikunu jistgħu jittrażmettu fuq it-televixin.", "Il-Melita bħalissa hija aktar b'saħħitha, għax għandha madwar 74,000 abbonat, jiġifieri on Day One se jkun hawn ħafna nies isegwu l-Parlament fuq it-televixin.", "Il-GO bl-interactive għandhom madwar 10,000 abbonat.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri l-GO se jmur fuq l-interactive mhux fuq il-basic.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Ma jistax.", "MR SPEAKER: Hekk hu, għax ma jistax, waqt li l-Melita tista' tagħmilha.", "Dik hija l-infrastruttura teknoloġika tagħha.", "Ovvjament, dawk huma ż-żewġ kumpaniji.", "Qegħdin naqblu hu li, once li għandna l-guidelines, meta nidħlu fil-Parlament nibdew mill-ewwel bil-video streaming tal-Plenarja fuq it-televixin.", "Ovvjament, jista' jkun hemm kumpanija oħra – u, jekk irid il-PBS, by all means – jiġifieri aħna qegħdin hemmhekk, nagħmlu l-kuntratt u nimxu.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx, irid jara l-PBS.", "Il-PBS irid jara hu, bħalma ra ħaddieħor.", "Nistgħu nimxu fuq ix-xogħol tal-Kamra?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Ovvjament, dak li jintwera, kemm fuq il-GO kif ukoll fuq il-Melita, jista' jintuża u jista' jintwera fuq stazzjonijiet oħrajn mingħajr ma l-Melita u l-GO jwaqqfu t-trażmissjoni partikolari.", "MR SPEAKER: Hemm l-Internet, jiġifieri l-online streaming qiegħed hemmhekk għal kulħadd.", "DAVID AGIUS: Kollox sew, imma jekk hemm xandira tal-Baġit, pereżempju, ma jfissirx li se nerġgħu nġibu u ndaħħlu l-cameras tal-PBS, jew tan-NET Television, jew tas-Super One fil-Kamra meta se jkollna l-cameras imwaħħlin hemmhekk?", "MR SPEAKER: Imbagħad tiddeċiedu intom x'se tagħmlu.", "DAVID AGIUS: Le, mhux x'se nagħmlu aħna qed ngħid.", "Il-kuntratti li għamilna ma jżommuniex milli ...", "Qgħadt attent għal dan.", "Naf x'inti tgħid, Onor. Agius, għax dik hija biċċa uġigħ ta' ras.", "L-Onor.", "Mario de Marco jaħdem ħafna fil-kummerċ, u jaf x'jien ngħid.", "Però le, m'hemmx dan it-tip ta' restrizzjonijiet.", "Jekk irridu li ndaħħlu cameras oħrajn, jistgħu jidħlu, mhux problema, jiġifieri jekk waqt il-Baġit jiġu ta' NET Television, jew tas-Super One, jew tal-PBS, dawk jistgħu jidħlu.", "Ovvjament, dejjem bl-approvazzjoni tagħna.", "Jien nifhem li l-fatt li, għall-ewwel darba fl-istorja, se jkollna a parliamentary channel huwa xi ħaġa li tkun ta' benefiċċju mhux biss għall-Parlament.", "Din issa mhux xi ħaġa li bqajna nitkellmu fuqha, iżda se ssir realtà.", "Hawn nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-istaff li ħadem miegħi biex stajna naslu għal dawn l-affarijiet.", "Hija xi ħaġa li mhu se tinvolvi l-ebda spejjeż għall-Parlament għal numru ta' snin, jiġifieri mal-GO għandna tliet snin oħra, u mal-Melita sseħibna for a number of years, imma dik hija xi ħaġa pożittiva.", "Ovvjament, is-servizzi l-oħrajn, bħall-Internet u t-telefonija, se jibqa' jħallas għalihom il-Parlament.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Skużani se nerġa' mmur għall-guidelines tal-video.", "Jien naqra fitta, u naħseb ma nistgħux nibdlu l-artiklu 8 mingħajr ma mmissu wkoll l-artikli 7 u 13.", "Tal-ewwel jgħid hekk:", "DAVID AGIUS: Imma dik għall-kumitati.", "MR SPEAKER: Onor. Schembri, kompli, għidli xi trid tgħid.", "X'inhi l-problema tiegħek?", "DEBORAH SCHEMBRI: Hawnhekk m'hawnx miktub li għall-kumitati.", "DAVID AGIUS: Iva mela, għax qed jingħad \"witness summoned by a Committee\".", "DAVID AGIUS: Onor. Schembri, dawn konna qbilna fuqhom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Allura rridu niktbu li għall-kumitati, għax hawnhekk mhijiex ċara.", "DAVID AGIUS: Dwar artiklu 13 għandek raġun li għandna nispeċifikaw li għall-kumitati.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fl-Artiklu 11 hemm miktub hekk:", "DAVID AGIUS: Dik għall-kumitati.", "MR SPEAKER: Dik se nieħdu nota u se tiġi rreġistrata.", "MR SPEAKER: Naf li hemm, imma ħalli nimxu għax inkella noqogħdu neħlu.", "Onor. Schembri, serraħ moħħok!", "Mela qegħdin naqblu kemm fuq il-guidelines, kif ukoll fuq il-kuntratti.", "Ma naħsibx li għandna problema fuq il-kuntratti u, meta nidħlu fil-parlament il-ġdid, mill-ewwel se nibdew bil-live streaming anke fuq it-televixin.", "Dan qed nagħmlu minħabba li rridu nemendaw klawsola 173 u klawsola 173(a) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, li jidher li hawn qbil fuqhom.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, rridu nemendaw l-iStanding Order?", "MR SPEAKER: Iva, dik konna tkellimna fuqha diġà.", "DAVID AGIUS: Ħalli nemendaw, imbagħad ngħaddu għal affarijiet oħrajn.", "MR SPEAKER: Ħalli naqraha.", "DAVID AGIUS: Le, għandna emendi oħrajn għall-iStanding Orders.", "MR SPEAKER: Imma qegħdin naqblu magħhom dawn?", "DAVID AGIUS: Iva, qegħdin naqblu.", "Ovvja, inkella ma nagħmlu xejn!", "Xogħol tal-Kamra", "Issa ħalli ngħaddu għax-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Il-ħsieb tagħna huwa li fl-24 u fil-25 ta' Marzu, ilKamra tikkunsidra, fi stadju ta' Kumitat, lAbbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri talEstimi – Abbozz Nru 74.", "Dan qed ngħidu għax rajt ir-records tas-sena l-oħra, fejn ħadna bejn erbgħa u ħames laqgħat biex għaddejna l-miżuri tal-Baġit.", "Il-ġimgħa ta' wara għandna t-30 ta' Marzu, il-31 ta' Marzu hija festa, imbagħad hemm l-1 ta' April li hija ġurnata qabel Ħamis ix-Xirka, meta nagħlqu.", "MR SPEAKER: U bis-serjetà l-1 ta' April!", "GODFREY FARRUGIA: Iva, bis-serjetà!", "Fl-1 ta' April, għandu jsir itTielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Din hija xi ħaġa li ddiskutejtha b'mod informali mal-Whip tal-Oppożizzjoni.", "Fit-30 ta' Marzu, imbagħad, ikun hemm ċelebrazzjoni dwar Jum il-Ħelsien, li nzerta l-ġurnata ta' wara.", "Jidher li l-ewwel ċelebrazzjonijiet jibdew għall-ħabta tas-6.00 p.m., u se jkun diffiċli ħafna biex jitlaqqa' l-Parlament.", "Għalhekk, jien qed nara li fit-30 ta' Marzu l-Parlament ma jiltaqax; imbagħad, il-vot fuq it-Tielet Qari talAbbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri talEstimi jittieħed fl-1 ta' April.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Għandi bżonn nikkonfermalkom dwar l-24 ta' Marzu u l-25 ta' Marzu filgħodu, jekk ma jimpurtax.", "DAVID AGIUS: Sur President, qegħdin ngħidu li f'żewġ seduti filgħaxija ma naħsbux li nlestu.", "MARIO DE MARCO: Għax jekk filgħaxija, nista' nikkonferma minn issa stess.", "Però, jekk hemm seduti filgħodu u filgħaxija, jista' jkun ikolli problema.", "GODFREY FARRUGIA: Filgħaxija jkollna żgur; imma, jekk naraw ir-records tas-sena li għaddiet, ħadna bejn erbgħa u ħames seduti.", "Darba ħadna erbgħa, u darba oħra ħadna ħamsa.", "Jista' jkun li tagħmlu xi xogħol minn qabel int u l-Ministru Scicluna biex forsi anke titħaffef il-proċedura; imma, jien qiegħed nara li mill-inqas irid ikun hemm tliet seduti żgur, waħda filgħodu u tnejn filgħaxija.", "Nitlob għal full day biex ikollna r-raba' seduta ħalli nkun fiż-żgur, għax għadni m'iniex ċert dwar l-andament tad-diskussjoni.", "MARIO DE MARCO: Se nikkomunika daqsxejn mal-Onor.", "Agius u niġu lura fuq il-ġranet.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk ma jsirx hekk, ikollna nlaqqgħu l-Parlament il-Ħamis.", "Din biex inħalliha bħala safety valve, just in case.", "LOUIS GRECH: Fuq din se tiġi lura int, Onor. de de Marco, hux hekk?", "MR SPEAKER: Imbagħad m'hemmx għalfejn inlaqqgħu l-House Business Committee.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Fuq ix-xogħol l-ieħor tal-Kamra, li jirrikjedi l-ġranet tas-16, 17 u 18 ta' Marzu, jien rajt x'fadal, u għaldaqstant nipproponi li fis-16 ta' Marzu naqbdu ż-żewġ liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-intrapriżi ż-żgħar.", "Dawn nistgħu naqbduhom it-tnejn f'daqqa.", "Qed nirreferi għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar – Abbozz Nru 72 – u għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Abbozz Nru 73.", "Dawn it-tnejn jaqgħu taħt l-istess Ministeru.", "Għaldaqstant, qiegħed nipproponi li fis-16 ta' Marzu nitkellmu fuq dawn iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi.", "Qiegħed nara wkoll li għandna nagħtu prijorità lil numru ta' rapporti ta' entitajiet, għax qiegħed jagħfas iż-żmien u rridu rressquhom.", "Allura nipproponi li, fis-17 ta' Marzu, rressqu r-rapport tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lbieraħ, u l-Erbgħa naraw ir-rapport tal-Awtorità tad-Djar, liema rapport tqiegħed illum fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Mela, it-Tlieta jitressaq ir-rapport tal-OHSA, u l-Erbgħa tal-Awtorità tad-Djar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Meta se niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika?", "Għax dan ilu mwiegħed minn Novembru u, jekk mhux se nagħmluh fil-ġranet li qed isemmi l-Onor.", "Farrugia, jiġifieri fis-16, 17, 18, 24, 25 u 26, u nagħlqu April, se nibdew Mejju, u ma naħsibx li huwa sew.", "Dik waħda.", "It-tieni punt huwa li aħna għandna mozzjoni li se tagħlaq sena: qed nirreferi għall-mozzjoni biex il-pazjenti jingħataw l-għażla li jieħdu l-kura tas-saħħa li huma intitolati għaliha skont ir-regolamenti dwar kura tas-saħħa transkonfinali minn fornituri privati lokali.", "Din ilna ngħidu dwarha.", "Fil-każ, niltaqgħu nhar il-Ħamis.", "Ir-rapport tal-OHSA għadu kemm ġie issa, u anke tal-Awtorità għad-Djar.", "GODFREY FARRUGIA: Wieħed irid jirrealizza li fir-rigward tal-entitajiet għandna ċertu terminu ta' ħin li rridu nirrispettaw.", "Naqbel miegħek li rridu rressqu wkoll l-aġenda tal-Oppożizzjoni, inkluż l-Abbozz ta' liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "Fil-fatt, jien ippreparajt skeda tax-xogħol u dak nistgħu nagħmluh fit-tieni jew fit-tielet ġimgħa ta' Mejju.", "Mhux hekk biss, fl-ewwel jew fit-tieni ġimgħa ta' Mejju nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "DAVID AGIUS: Sur President, anke din tal-kunsilli lokali.", "L-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali huma fil-11 ta' April, u l-Oppożizzjoni trid titkellem qabel, imqar kelliem jew tnejn!", "U naf x'se jiġri, f'Mejju jiġu jgħidulna li l-estimi tal-OHSA u tal-Awtorità tad-Djar iridu jgħaddu f'Ġunju, u allura nispiċċaw nerġgħu ma nagħmluhomx dawn il-liġijiet.", "Dan mhux ġust.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qed nagħtih il-kelma li fit-tieni jew fit-tielet ġimgħa ta' Mejju se niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "Nistgħu anke niffissaw data.", "DAVID AGIUS: Tal-kunsilli lokali jrid isir qabel il-11 ta' April!", "Fil-każ, isir nhar it-Tnejn, 16 ta' Marzu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Fiċ-ċirkostanzi kollha tal-ħajja politika li teżisti illum, mingħajr ma nipponta subgħajja lejn xi partit jew ieħor, naħseb li jekk naraw l-opinion polls u r-ratings tal-pubbliku u t-trust ratings fil-politiċi inġenerali, naraw li hemm defiċit qawwi.", "Irridu naħdmu biex nirkupraw il-kredibilità tal-pubbliku Malti, li naħseb li qed isir ċiniku ħafna dwar il-politiċi, forsi bir-raġun.", "Naħseb li bħala nies li naħdmu ġol-Parlament nixtiequ li xi darba nerġgħu nsiru kredibbli f'għajnejn il-pubbliku Malti.", "Li rrid ngħid hu li l-Abbozz ta' liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika għandu jkun ta' prijorità għal dan il-Parlament.", "Onor. Farrugia, l-appell tiegħi lilek bħala Whip tal-Gvern – anke lid-Deputat Prim Ministru – huwa biex nimpenjaw ruħna f'din il-liġi li qed naqblu fuqha ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Aktar milli niftiehmu dwar din il-liġi, ejja nagħmluha realtà.", "Naħseb li għandna responsabilità lejn il-pubbliku hemm barra li we really act on this.", "GODFREY FARRUGIA: Bħalma għidt lill-Onor.", "Agius – u ma nafx forsi jekk fehemnix jew le – jien ukoll xtaqt li nħaffu d-diskussjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura tal-Kamra, u b'hekk irressqu aktar qrib l-Abbozz ta' liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "Barra minn hekk, jien ħarist lejn it-timetable ta' min għandi msiefer il-ġimgħa d-dieħla, u l-Ministru George Vella nhar it-Tnejn se jkun imsiefer.", "Huwa daħal sew f'dan l-Abbozz ta' Liġi, sa anke kien hemm sottokumitat li kien ħa sehem fih.", "Jista' jkun ukoll li jkolli d-Deputat Prim Ministru msiefer it-Tlieta u l-Erbgħa.", "Apparti dan, jien esprimejt ix-xewqa – privatament mal-Onor.", "Agius – li l-proċedura tal-Kamra nħaffu fiha biex b'hekk noqorbu għad-diskussjoni li għandha x'taqsam mal-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "Direct linkage m'hemmx, imma assoċjazzjoni hemm.", "Bħall-Onor. de Marco, jien ukoll nistqarr li l-għan tiegħi hu li kemm jista' jkun ngħolli l-livell tal-ħajja pubblika mill-aspett ta' politika.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Naħseb li m'hemmx x'wieħed iżid ma' dak li qal l-Onor de Marco.", "Huwa dover tagħna li nagħmlu dak kollu li huwa possibbli biex inżidu t-trust rating li jkollu ċittadin fil-politiċi.", "Ovvjament, aħna rridu naħdmu għalih.", "Naħseb li llum irridu niffissaw id-dati li jkunu fit-tieni jew fit-tielet ġimgħa ta' Mejju.", "MR SPEAKER: Nistgħu nagħmluha llum?", "Agħtina data għall-inqas.", "MR SPEAKER: Hemm bżonn li r-recess ikun sal-aħħar tal-April.", "Jien stess bgħatt lil kulħadd biex kemm jista' jkun ir-recess ikun twil biżżejjed biex nidħlu fil-parlament il-ġdid.", "Għalhekk, nissuġġerixxi li fejn is-soltu ndumu ġimagħtejn jew tliet ġimgħat, din id-darba nidħlu lura t-Tnejn, 4 ta' Mejju.", "Jiġifieri inti trid tibda mill-4 ta' Mejju biex tagħti data.", "GODFREY FARRUGIA: L-ewwel possibilità hi t-Tnejn, 18 ta' Mejju.", "MR SPEAKER: Mela t-Tnejn, 18 ta' Mejju, se jkollna t-Tieni Qari tal-liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, tajjeb?", "GODFREY FARRUGIA: Tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali nistgħu nagħmluha issa wkoll.", "DAVID AGIUS: Nagħmluha l-ġimgħa d-dieħla qabel ir-recess.", "Ftaħtu intom u aħna ma tkellimniex.", "Aħna rridu nagħmlu l-pożizzjoni tagħna fuq liġi daqshekk importanti li, minn erba' snin, l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jibdew isiru kull ħames snin.", "Dan meta għandhom elezzjoni ġejja fil-11 ta' April!", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma din hija elezzjoni tal-kunsilli lokali filwaqt li aħna qed nitkellmu fuq leġiżlazzjoni.", "DAVID AGIUS: Tista' taffettwahom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Leġiżlazzjoni qegħdin nitkellmu; m'aħniex qed nitkellmu fuq kunsilli lokali.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq elezzoni speċifika ta' kunsill lokali ta' sena partikolari, imma qed nitkellmu fuq liġi!", "Teknikament, dawn iż-żewġ affarijiet mhumiex relatati!", "DAVID AGIUS: Dażgur li relatati!", "Inti għandek terminu ta' erba' snin li issa se ttellgħu għal terminu ta' ħames snin, filwaqt li min suppost għandu elezzjoni fl-2017, se nneħħuhielu biex ikollu elezzjoni fl-2019.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma l-elezzjonijiet tal-2015 mhux se jinbidlu!", "Dak huwa l-punt tiegħi!", "GODFREY FARRUGIA: Jien nissuġġerixxi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali niddiskutuh it-Tnejn, 11 ta' Mejju.", "DAVID AGIUS: Assolutament ma naqblux, inkella se jkun hemm żbilanċ bejn iż-żewġ naħat!", "Ma jistax ikun!", "Aħna rridu mmexxu, imma mhux inkunu minn taħt aħna!", "Il-pożizzjoni tal-Gvern għamilha l-Ministru Owen Bonnici.", "Issa aħna rridu nagħmlu l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fuq il-kunsilli lokali.", "Kieku qegħdin f'sitwazzjoni differenti, m'għandix problema.", "L-Abbozz ta' Liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika se nagħmluh it-Tnejn, 18 ta' Mejju.", "Tajjeb.", "Ir-rapport tal-Awtorità għad-Djar wasal illum, u għad irrid nagħtih lill-Grupp Parlamentari, u allura għad irridu nippreparaw.", "Allura kif nagħmluha l-ġimgħa d-dieħla?", "MR SPEAKER: L-Erbgħa, hux hekk?", "DAVID AGIUS: Se mai nibdlu waħda minn tnejn.", "MR SPEAKER: Intom tridu taraw.", "(Interruzzjonijiet) Il-pożizzjoni hija dik.", "Mela m'hawnx qbil.", "DAVID AGIUS: M'għandux għalfejn ma jkunx hemm qbil, Sur President.", "Dejjem sibna qbil.", "Naħseb li m'għandux ikun hemm problema li r-rapport tal-Awtorità għad-Djar imur għal wara li nidħlu mir-recess.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Hawn qbil fuq kollox, imma fuq dan l-item m'hawnx qbil.", "DAVID AGIUS: Mela allura nagħmlu d-data tat-18 ta' Marzu.", "MR SPEAKER: Tista' tiġi kkonsidrata?", "GODFREY FARRUGIA: Le, ma tistax tiġi kkonsidrata.", "DEBORAH SCHEMBRI: Diġà kienet ikkonsidrata.", "Ma tiġix hawn mingħajr ma tikkonsidra x-xogħol kollu!", "Wieħed ma jridx jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi biss, imma jrid jikkonsidra x-xogħol kollu li jrid isir!", "MARIO DE MARCO: X'inhi d-diffikultà li fit-18 ta' Marzu tiddiskutu l-kunsilli lokali?", "GODFREY FARRUGIA: Għax se niddiskutu l-estimi tal-Awtorità għad-Djar.", "MARIO DE MARCO: Nifhem li dik hija x-xewqa tal-Gvern.", "Però, x'inhija d-diffikultà li l-Gvern ikun flessibbli għall-proposta tal-Oppożizzjoni li minflok, fit-18 ta' Marzu niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali?", "Jekk tgħidli li l-Ministru konċernat fit-18 ta' Marzu se jkun imsiefer, pereżempju, nifhimha; però, mhux ma tagħtiniex risposta bir-rispett kollu!", "GODFREY FARRUGIA: Konna qegħdin naraw ħolistikament x'inhu ta' aktar prijorità mix-xogħol kollu tal-Kamra.", "DAVID AGIUS: Ir-rapport tal-Awtorità għad-Djar ma nistgħux nagħmluh għax m'għaddietx ġimgħa!", "GODFREY FARRUGIA: Iva, se tkun għaddiet ġimgħa!", "DAVID AGIUS: Le, mhux se tkun għaddiet ġimgħa għax ġie ppreżentat illum.", "Nimxu bil-punto u l-virgola!", "Issa ma nkunx prattiku jien, mela!", "MARIO DE MARCO: Kieku tgħidli li l-Ministru konċernat mhux se jkun qiegħed Malta għax għandu Council Meeting nifhimha, m'aħniex qed inkunu intransiġenti; però, li ma tagħtix risposta, bir-rispett kollu … (Interruzzjonijiet) Daqsxejn rispett lejna!", "DAVID AGIUS: Tafu li kollaborazzjoni min-naħa tagħna qed ikun hemm il-ħin kollu!", "MARIO DE MARCO: Forsi, biex inkunu prattiċi, nistgħu nagħmlu r-rapport tal-OHSA fit-18 ta' Marzu, u fis-17 ta' Marzu nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali?", "Ma nafx jekk hemmx problema biex il-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jkun preżenti fit-18 ta' Marzu.", "Qed nassumi li jista' jkun hemm xi problema?", "DAVID AGIUS: Ma nafx ikkonsidrajtux li dawn għandna l-voti fuqhom.", "MR SPEAKER: Forsi option oħra hija li jkun hemm seduta filgħodu?", "GODFREY FARRUGIA: Nikkonsidra t-talba tagħhom.", "MR SPEAKER: Ikun hemm komunikazzjoni.", "LOUIS GRECH: Biex inkunu aktar ċari ngħid li se naraw jekk nistgħux nakkomodaw din it-talba.", "Jiġifieri rridu nikkonsidrawha.", "Fuq din għadna ma ddeċidejniex, tajjeb?", "Se jkun hemm abbokkament.", "DAVID AGIUS: Ħaġa oħra, Sur President: qed nagħmlu żewġ entitatjiet li jitolbu vot.", "Aħna morna speċifikament għat-23 ta' Marzu biex nieħdu l-vot fuq l-Estimi tal-Baġit għal raġunijiet li diġà tajt lill-Gvern.", "Issa, jekk irridu nimxu hekk, nimxu hekk!", "Iż-żewġ naħat qbilna li mmorru għat-23 ta' Marzu biex kulħadd ikun preżenti.", "GODFREY FARRUGIA: Għat-23 ta' Marzu fuq il-miżuri tal-Baġit.", "DAVID AGIUS: Il-voti fuq l-estimi tal-OHSA u tal-Awtorità tad-Djar se neħduhom fis-17 ta' Marzu u fit-18 ta' Marzu?", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-voti ġieli jkun hemm qbil li jsiru f'seduta oħra.", "DAVID AGIUS: M'hemmx qbil.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, bir-rispett kollu, l-Oppożizzjoni qed tgħid li għandha problema u tixtieq li nieħdu l-voti meta jkun hawn kulħadd … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Dik mhijiex problema, iż-żewġ naħat qbilna fuq hekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-Gvern qed jagħti lill-Oppożizzjoni l-għażla li l-voti neħduhom meta jkun hemm kulħadd.", "Jekk ma jagħżilx dik l-option mhux tort tal-Gvern.", "Jekk trid li nimxu b'dak il-mod, nimxu b'dan il-mod!", "Se jkun hemm aktar problemi minn hekk!", "GODFREY FARRUGIA: Onor. Agius, infakkrek li l-għażla tat-23 ta' Marzu ...", "Issa nieħdu żewġ voti fis-17 ta' Marzu u fit-18 ta' Marzu biex niksru dak il-ftehim?", "GODFREY FARRUGIA: Ma stajniex nagħmlu mod ieħor.", "DAVID AGIUS: Allura niksru l-ftehim u f'dawn iż-żewġ dati nagħmlu żewġ awtoritajiet li għandna bżonn li nieħdu vot fuqhom?", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, ma nkunux qed niksru l-patt.", "Inti l-vot tista' tieħdu fit-23 ta' Marzu, u d-diskussjoni ssir fis-17 ta' Marzu u t-18 ta' Marzu!", "DAVID AGIUS: M'għandna l-ebda raġuni għalfejn dawn iż-żewġ awtoritajiet ngħadduhom il-ġimgħa d-dieħla, għax għandna sa Ġunju biex ngħadduhom!", "Dan meta għandna liġi oħra … (Interruzzjonijiet) Allura ma nikkoperawx, u ma jgħaddu qatt!", "MR SPEAKER: Naqblu li hemm dan il-ftehim li tikkomunikaw.", "DAVID AGIUS: Sur President, jien qed nitkellem dwar il-mozzjoni tagħna li ilha sena fuq l-aġenda.", "Inkella nagħmluha l-Ħamis bħala xogħol tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Dwar il-mozzjoni li għadu kif semma l-Onor.", "David Agius, għandkom xi idea?", "DAVID AGIUS: Nagħmlu data.", "LOUIS GRECH: Jien naħseb li aħjar inkunu daqsxejn aktar prattiċi.", "Araw daqsxejn id-dati li jista' jkun hemm disponibbli, u nagħtu data.", "Araw jekk taqblux iż-żewġ Whips u mexxu hekk.", "Onor. Farrugia, ara x-xogħol tiegħek kif se tqassmu, iddiskuti mal-Onor.", "Agius, u mexxi hekk.", "MR SPEAKER: Inkluż il-ġurnata tal-Ħamis, jekk hemm bżonn?", "LOUIS GRECH: Jaraw huma.", "Ma noqgħodx ngħid inkluż u mhux inkluż.", "Jaraw id-data meta din tista' tiġi diskussa.", "Tifkira fil-Kamra", "Niġi għat-tifkira tal-eks-Membru Parlamentari Victor Galea Pace.", "Sat-Tnejn se jkolli l-pubblikazzjoni tal-ktejjeb.", "Jaqblu l-Whips li nistgħu nagħmluha nhar it-Tnejn stess?", "Jekk tiddeċiedu intom, nimxi.", "Nhar it-Tnejn, 16 ta' Marzu.", "MARIO DE MARCO: Se jikkonferma.", "Attendenza ta' Membri", "fil-Kumitati tal-Kamra", "Xtaqt nagħmel rimarka fuq l-attendenza għall-kumitati parlamentari.", "Jien niddejjaq naqra fil-gazzetti li l-Onor.", "Deborah Schembri tmexxi kumitat waħedha, jew li jkun hemm Membru Parlamentari ieħor biss preżenti.", "Dan mhuwiex aċċettabbli.", "Qed nagħmel referenza għaż-żewġ gruppi.", "Il-Whips iridu jiġbdu l-attenzjoni ta' min qiegħed f'kumitat li jew lest jikkontribwixxi fil-kumitat li jkun fih, jew jgħid li ma jkunx jixtieq li jkun fil-kumitat u jagħmel spazju għal ħaddieħor.", "Jekk nimxu eżatt mal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, ebda kumitat ma jista' jibda x-xogħol jekk ma jkunx hemm quorum.", "(Interruzzjonijiet) Onor. de Marco, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jkollu sala mimlija nies, kollha ppreparati biex jipparteċipaw, imbagħad il-Membri tal-Kumitat infushom ma jkunux preżenti.", "Ma naħsibx li hija xi ħaġa aċċettabbli.", "MARIO DE MARCO: Naqbel miegħek: però, mhux suppost isiru kumitati mingħajr quorum.", "MR SPEAKER: Hekk hu!", "MARIO DE MARCO: Dak huwa l-iżball.", "Huwa ħażin li membri tal-kumitati ma jiġux.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Allura jien qed ngħid dan biex ma nibagħtux messaġġ hemm barra – kif fil-fatt diġà wasal – li jkollok kumitat b'sala mimlija nies ippreparati, esperti u tekniċi, imbagħad il-membri ma jkunux preżenti.", "Għamlet sew l-Onor.", "Qed ngħid lilha għax kien inċident li ġara.", "MARIO DE MARCO: Però s-soluzzjoni mhijiex li wieħed ilaqqa' l-Kumitat mingħajr quorum.", "LOUIS GRECH: Trid titlaq mill-fatt li jrid ikun hemm quorum.", "MARIO DE MARCO: Preċiżament.", "LOUIS GRECH: Però, il-problema li tqum hija li inti tkun stedint xi nies biex jiġu hemm speċifikament.", "Imbagħad x'se tagħmel f'dik iċ-ċirkostanza?", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-punt dejjem kien li jista' jkun li ma jkunx hemm quorum.", "Però, bi qbil mal-membri li jkun hemm preżenti, sakemm ikun hemm membru tal-Oppożizzjoni, nistgħu nibdew.", "Ġieli jkolli sitta min-nies jistennew!", "Ġieli kelli aktar!", "X'nagħmel?", "Nibagħthom 'l hemm u nwaqqa' lill-Parlament għaċ-ċajt, u nerġa' nġibhom darba oħra u nerġa' nibgħathom 'l hemm?", "MR SPEAKER: Onor. Schembri, din hija kwestjoni ta' dixxiplina li għandha tiġi infurzata fost il-gruppi parlamentari.", "Jien qed ngħid dan bħala President tal-Kamra għax inħoss li d-dinjità ta' dan il-Parlament tinkludi wkoll it-tħaddim ta' dawn il-kumitati parlamentari, li inċidentalment qed jagħmlu xogħol importanti.", "Imma naħseb li l-messaġġ huwa ċar.", "M'għandix għalfejn intawwal fuqha.", "DAVID AGIUS: Sur President, naqbel miegħek; però llum għandna numru ta' kumitati mhux ħażin, u fil-Plenarja qed ikollna moviment mhux ħażin ta' deputati jitkellmu.", "Jien diġà kont għedt li għandna bżonn nagħmlu kalendarju u, qabel ma president jew skrivan tal-kumitat jiffissa laqgħa, jara f'dik id-data x'se jiġri.", "MR SPEAKER: Aħna qed nitkellmu fuq quorum.", "Jiġifieri mhux qed ngħidu li kulħadd għandu jkun hemm, imma għall-inqas ikun hemm quorum.", "DAVID AGIUS: Qabel ma nagħmlu laqgħa, tibda tintbagħat email.", "GODFREY FARRUGIA: L-idea tal-kalendarju hija tajba.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tajba, u suppost diġà bdejnieha.", "MR SPEAKER: Iva, din bejn iż-żewġ gruppi.", "DAVID AGIUS: Le, trid issir mill-uffiċċju tiegħek, Sur President.", "Bilfors, għax il-ħaddiema tal-Parlament jgħinuna ħafna fiha.", "Il-president jgħidlek biex tagħmillu laqgħa u l-ħaddiem tal-Parlament jipprova jagħmel laqgħa.", "Imma ma toqgħodx tara meta l-oħrajn għandhom laqgħat.", "Allura jkollok tlieta jew erba' kumitati fl-istess ħin.", "GODFREY FARRUGIA: Bħall-iskeda tas-safar.", "MR SPEAKER: Jekk ikolli l-koperazzjoni tal-Membri Parlamentari u mhux ħafna problemi biex inlaqqgħu l-kumitati … (Interruzzjonijiet) Għax imbagħad wieħed jitkellem differenti.", "U jista' jkun hemm raġuni.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, aħna konna diġà tkellimna f'seduta preċedenti ta' dan il-Kumitat li hemm il-faċilità għax qed jinżamm kalendarju.", "Fil-fatt, jien dejjem nipprova ngħid lis-Segretarju tiegħi biex jiċċekkja; però, ġieli jiġri bħalma ġara llum stess għax kelli nqabbad lil ħaddieħor biex jippresjedi l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali biex niġi hawn.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jista' jkun hemm istanzi – forsi mhi tort ta' ħadd li s-sistema mhijiex qiegħda taħdem sewwa.", "DAVID AGIUS: Onor. Schembri, jekk aħna jkollna kalendarju u nafu li l-House Business Committee se jsir u hawn aħna l-ħamsa, lill-Onor.", "Mario de Marco ma nistax nagħmillu laqgħa ta' kumitat ieħor, jew lilek laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali!", "DEBORAH SCHEMBRI: Veru li jrid ikun hemm quorum, imma ma jfissirx li l-membri l-oħrajn ma jkunux hemm!", "Skont l-Ordnijiet Permanenti min ma jkunx hemm irid javża lill-Whip u ssir sostituzzjoni.", "Suppost ikun hemm kulħadd.", "MR SPEAKER: Naqblu perfettament!", "Hekk kien isir f'ħafna okkażjonijiet.", "Dan l-aħħar irrid ngħid li ma kienx qed isir hekk, allura rridu ninfurzaw l-Ordnijiet Permanenti u jrid ikun hemm sforz kollettiv.", "Din mhijiex kwestjoni ta' dak jew l-ieħor.", "DAVID AGIUS: Sur President, forsi taħt id-direzzjoni tiegħek, l-Onor.", "Farrugia u jien wara dan il-Kumitat niltaqgħu ftit u naħdmuha b'mod intelliġenti.", "MR SPEAKER: L-importanti li dan il-messaġġ nagħmluh ċar.", "Dimensjoni Parlamentari tal-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017", "MR SPEAKER: Qed inqassmilkom kopja ta' rapport imħejji mill-uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra dwar id-dimensjoni parlamentari tal-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017.", "Arawh ftit għax, ovvjament, nitkellmu fuqu darb'oħra.", "Esebizzjoni dwar il-Parlament Malti", "MR SPEAKER: Fuq l-esebizzjoni tal-Parlament Malti, diġà konna ftehemna li għandu jkun hemm tliet professuri jaħdmu flimkien – il-Professur Frendo, il-Professur Mangion u l-Professur Pirotta.", "Jien għandi komunikazzjoni mis-Sur Formosa li, biex inkunu nistgħu nimxu, irridu nlaqqgħu l-Executive Committee tal-Foundation ħalli nkunu nistgħu nibdew, u jkollna l-exhibition lesta wkoll.", "Hemm xi ħaġa oħra?", "(Onor. Membri: Le) Grazzi.", "Dan il-Kumitat huwa aġġornat għal data li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fit8.34 p.m., ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150311_027d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 27", "LErbgħa, 11 ta' Marzu 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis6.45 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippreseda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Implimentazzjoni talManifest Elettorali, lOnor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 26 li saret fid19 ta' Jannar 2015 kienu kkonfermati.", "ILBINJA LĠDIDA TALPARLAMENT", "Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, Chairman talKorporazzjoni għarRiġenerazzjoni talPort ilKbir (GHRC), ġie mistieden sabiex jaġġorna lKumitat dwar fiex waslu xxogħlijiet filbinja lġdid talParlament.", "Dr Zrinzo Azzopardi kien assistit misSur Dennis Vella, Kap Eżekuttiv talGHRC, misSur Chris Paris, Kap Eżekuttiv preċedenti talGHRC u millInġ.", "Dr Zrinzo Azzopardi għamel preżentazzjoni lillKumitat dwar fiex waslu xxogħlijiet filpartijiet kollha talbinja.", "Huwa indika li luffiċċji fillower ground floor ser ikunu jistgħu jilqgħu lewwel ħaddiema talParlament wara t23 ta' Marzu 2015, meta lparti lkbira talkuntratturi għandhom ikunu ħarġu millbinja.", "Dwar isSala talParlament Dr Zrinzo Azzopardi qal illi lattenzjoni kollha tinsab fuq ilcommissioning u ttesting talcongress system.", "Huwa tkellem ukoll dwar is-sistema ta' cards li Membru ser ikollu bżonn biex jidħol filParlament u li biha jkun jista' jitkellem minn post fisSala li ma għandux għalfejn ikun wieħed fiss.", "Huwa żied illi f'każ li lParlament jiddeċiedi li għandha tiddaħħal sistema ta' votazzjoni elettronika, ilcard tkun tista' tintuża wkoll għal dan liskop.", "Dr Zrinzo Azzopardi qal li għandu jkun hemm biżżejjed żmien sabiex min ser ikun qed jopera dawn issistemi ġodda jidrahom u jħossu komdu bihom.", "Fuq mistoqsija talOnor.", "Deborah Schembri, Dr Zrinzo Azzopardi qal illi f'każ illi Membru jinsa lcard jeżisti sett spare talcards.", "Dr Zrinzo Azzopardi rrefera għassigurtà filbinja talParlament.", "LIspeaker irrimarka illi dik hija xi ħaġa li għandu jiddeċiedi dwarha lKumitat.", "Huwa qal ukoll li lForzi Armati ma qablux li għandhom ikunu responsabbli għassigurtà filbinja lġdida u għaldaqstant lIspeaker kien qiegħed f'laqgħat malKummissarju talPulizija sabiex, simili għal kif isir filHouse of Commons, issigurtà tkun f'idejn ilKorp talPulizija.", "LIspeaker informa lillKumitat illi huwa qiegħed jipprepara security policy document sabiex ikun jista' jitqassam lillKumitat.", "David Agius ġibed lattenzjoni talIspeaker illi lpreżentazzjoni li kienet qiegħda ssir millGHRC lillKumitat diġà kienet tinsab fuq issit elettroniku .", "Dr Zrinzo Azzopardi rrimarka illi dawk irritratti kienu ġew imqassma lillmedia.", "Agius talab lillIspeaker jieħu azzjoni dwar dan.", "Dr Zrinzo Azzopardi ssuġġerixxa illi luffiċċu talIskrivan talKamra jorganizza familiarisation visits għallMembri Parlamentari filbinja lġdida.", "Huwa suuġġerixxa wkoll li jkun hemm mock sessions millimpjegati talParlament jew minn Membri Parlamentari filbinja lġdida.", "Għal mistoqsija talOnor.", "Louis Grech, Dr Zrinzo Azzopardi qal illi lmock sessions jistgħu jibdew mill1 ta' April.", "LIspeaker informa lillKumitat li lewwel grupp ta' impjegati talParlament kellhom jiċċaqalqu għallbinja lġdida fis27 ta' Marzu.", "Huwa rrimarka illi millpreżentazzjoni kien jidher li kien baqa'madwar xahar ieħor sabiex ilbinja tkun tista' tiffunzjona.", "Għallmistoqsija talOnor.", "Deborah Schembri dwar illibrerija talParlament Dr Zrinzo Azzopardi qal illi din ilparti kienet għadha ma ġietx żviluppata u li wara li kellu laqgħa malIskrivan talKamra ġew identifikati lbżonnijiet talParlament sabiex jinbdew ilprocurement procedures ladarba jingħalqu xxogħlijiet.", "Fuq mistoqsija talOnor.", "David Agius lIspeaker qal illi lfaċiltajiet filbinja eżistenti ser jinżammu funzjonabbli sakemm ilParlament jibda jiltaqa' filbinja lġdida, minbarra lcameras filkmamar talkumitati, li jkollhom jinqalgħu sabiex jitwaħħlu filbinja lġdida.", "XOGĦOL TALKAMRA", "Godfrey Farrugia informa lillKumitat li lħsieb talGvern kien li:", "nhar it-Tnejn, is16 ta' Marzu lKamra tiddiskuti lAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar lIntrapriżi żŻgħar – Abbozz Nru 72, u lAbbozz ta' Liġi li jemenda lKodiċi talOrganizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Abbozz Nru 73;", "nhar it-Tlieta, is17 ta' Marzu lKamra tiddiskuti l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 skont l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kap. 424; u", "nhar l-Erbgħa, it18 ta' Marzu lKamra tiddiskuti l-Istqarrijiet Finanzjarji għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2014 u l-estimi finanzjarji għas-sena 2015 tal-Awtorità tad-Djar.", "Godfrey Farrugia informa wkoll li lħsieb talGvern kien li fl24 u l25 ilKamra tikkunsidra, fi stadju ta' Kumitat, lAbbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri talEstimi – Abbozz Nru 74 u li tTielet Qari tiegħu kellu jsir fl1 ta' April, li tkun laħħar seduta qabel ma lKamra taġġorna għallwaqfa talGħid.", "Farrugia qal li fl24 u l25 ta' Marzu jista' jkun hemm bżonn li jkun hemm seduti filgħodu wkoll.", "Mario de Marco qal illi kellu jikkonferma fi stadju ulterjuri dwar isseduti ta' filgħodu.", "David Agius rrefera għallAbbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika – Abbozz 63, u rrimarka li d-diskussjoni dwaru kienet ilha mwiegħda minn Novembru.", "L-Onor.", "Agius irrefera wkoll għall-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex pazjenti jingħataw l-għażla li jieħdu l-kura tas-saħħa li huma intitolati għaliha skont ir-regolamenti dwar kura tas-saħħa transkonfinali minn fornituri privati lokali.", "L-Onor.", "Agius irrimarka wkoll li l-Oppożizzjoni tixtieq li jkollha ċ-ċans li jkollha kelliem jew tnejn li jitkellmu fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Abbozz Nru 84, qabel l-elezzjonijiet tal-11 ta' April, peress li sa issa dan l-Abbozz infetaħ mill-Gvern biss.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia issuġġerixxa illi d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali tkompli nhar it-Tnejn, 11 ta' Mejju.", "Huwa qal ukoll illi l-ewwel possibbiltà li tibda d-diskussjoni fi stadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika kienet nhar it-Tnejn, 18 ta' Mejju.", "L-Onor.", "Agius irrimarka li jekk ma jkomplix id-dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali ser ikun hemm żbilanċ.", "Dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika l-Onor.", "Agius irrimarka li l-Oppożizzjoni taqbel li d-dibattitu jibda fit-18 ta' Mejju.", "L-Onor.", "Farrugia qal illi n-naħa tal-Gvern kienet ser tikkonsidra t-talba tal-Oppożizzjoni sabiex tkompli d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali qabel il-waqfa tal-Għid.", "Dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar kura tas-saħħa transkonfinali, id-Deputat Prim Ministru ssuġġerixxa li l-Whips jitkellmu bejniethom sabiex tinstab data meta din tista' tiġi diskussa.", "L-Ispeaker irrimarka illi huwa diġà kien bagħat jinforma li sabiex isir it-testing neċessarju fil-binja l-ġdida, wara l-waqfa tal-Għid il-Parlament għandu jerġa' jiltaqa' fl-4 ta' Mejju.", "Id-Deputat Prim Ministru kkonferma din id-data.", "AFFARIJIET OĦRA", "Rapport ta' inkjesta interna millKorp talPulizija", "David Agius irrefera għallpunt imqajjem minnu filbidu tallaqgħa dwar irrapport ta' inkjesta kkummissjonat millKummissarju Peter Paul Zammit li kellu jiġi ppubblikat u mqiegħed fuq ilMejda talKamra.", "Xandir talħidma talParlament", "LIspeaker irrefera għallinji gwida dwar video streaming taddibattiti parlamentari li jridu jkunu adottati qabel ma lParlament jibda jiltaqa' filbinja lġdida, u lemenda relattiva għallOrdnijiet Permanenti talKamra.", "IlKumitat iddiskuta ddispożizzjonijiet fillinji gwida dwar intermittent wideangle shots u reaction shots.", "Dwar intermittent wideangle shots ilKumitat qabel illi dawn għandhom ikunu permessi b'mod limitat u bi qbil bejn iżżewġ naħat.", "IlKumitat qabel li linja gwida 8 għandu jaqra kif ġej:", "IlKumitat qabel illi reaction shots għandhom ikunu permessi u li linja gwida 13 għandu japplika għal-laqgħat talkumitati.", "IlKumitat qabel ukoll illi għandhom isiru lemendi neċessarji flOrdnijiet Permanenti talKamra.", "LIspeaker informa lillKumitat illi huwa kien iffirma kuntratt malkumpanija Melita dwar ixxandir talħidma talParlament lillklijenti tagħha, simili għal dak iffirmat malkumpanija Go.", "Fuq mistoqsija talOnor.", "David Agius lIspeaker ikkonferma li dawn ilkuntratti ma jeskludux li stazzjonijiet oħra tatteleviżjoni jistgħu jkollhom ilcameras tagħhom li jieħdu filmati.", "Tifkira fil-Kamra tal-ex Membru Victor Galea Pace", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li l-ktejjeb ta' tifkira tas-Sur Galea Pace kien ser ikun disponibbli minn nhar it-Tnejn, 16 ta' Marzu, meta setgħet issir it-tifkira fik-Kamra.", "L-Onor.", "Mario de Marco rrimarka li kellu jagħmel il-verifiki neċessarji dwar id-data.", "Attendenza ta' Membri fil-Kumitati tal-Kamra", "L-Ispeaker ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat għal rappurtaġġ li deher f'ġurnal lokali dwar nuqqas ta' attendenza ta' Membri għal laqgħat tal-kumitati.", "Huwa rrimarka li ebda laqgħa ta' kumitat ma għandha tibda jekk ma jkunx hemm quorum u qal li għandha tkun infurzata aktar dixxiplina fost il-gruppi parlamentari.", "L-Onor.", "Agius talab li l-iskrivana tal-kumitati jikkordinaw il-laqgħat bejniethom b'mod li Membru ma jkollux żewġ laqgħat skedati fl-istess ħin.", "Dimensjoni Parlamentari tal-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017", "L-Ispeaker qassam dokument imħejji mill-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra dwar id-dimensjoni parlamentari tal-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 sabiex jiġi diskuss f'xi laqgħa oħra.", "Esebizzjoni dwar il-Parlament Malti", "L-Ispeaker irrefera għal komunikazzjoni li huwa rċieva mis-Sur John Formosa dwar l-esebizzjoni dwar il-Parlament u qal illi l-pass li jmiss hu li jitlaqqa' l-Kumitat Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Parlament ta' Malta.", "Fit8.34 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150311_027m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 40", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 2015", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 2015 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Implimentazzjoni tal-politika dwar is-saħħa sesswali – Diskussjoni ma' rappreżentanti mill-Iskejjel Indipendenti.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150311_040a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 40", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 40", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m.", "IS-SUR STEPHEN GRECH (Segretarju tal-Kumitat): Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri bħalissa qiegħda fil-House Business Committee u għalhekk irridu nibdew din il-laqgħa bl-elezzjoni ta' Chairperson għal din il-laqgħa.", "ROBERT CUTAJAR: Nipproponi lill-Onor.", "IS-SUR STEPHEN GRECH: Min jissekonda?", "Il-Kumitat qabel unanimament u l-Onor.", "Silvio Parnis ġie elett bħala Chairperson.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Silvio Parnis): Ngħaddu għall-konferma tal-Minuti tal-aħħar laqgħa.", "Hawn xi oġġezzjonijiet għall-Minuti?", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 39 li saret nhar l-Erbgħa, 4 ta' Marzu 2015 ġew konfermati.", "IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI – DISKUSSJONI MA' RAPPREŻENTANTI MILL-ISKEJJEL INDIPENDENTI", "Min-naħa tagħna se nistaqsu lill-mistieden tagħna dwar l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel tal-Privat wara li Dr Gauci jagħmel l-introduzzjoni tiegħu.", "DR JOE GAUCI (Head of San Anton School and President of the Independent Schools Association): Jiena qiegħed hawnhekk biex naqsam magħkom dak li jsir fl-iskola li mmexxi jien u bejn wieħed u ieħor f'dak li jsir fl-iskejjel Indipendenti l-oħra fuq l-edukazzjoni sesswali.", "Dan is-suġġett l-aktar li jintmiss huwa fil-PSD għalkemm issib xi skejjel li jitrattaw dan it-topic f'suġġetti oħra, fosthom waqt il-lezzjonijiet tar-reliġjon minħabba li għandu fih l-aspett morali wkoll.", "Madankollu, kif għedt aktar qabel, dan is-suġġett l-aktar li jiġi trattat huwa fil-PSD, u jien se naqsam magħkom dak li jsir f'dan is-suġġett.", "Fl-iskola tiegħi nsegwu l-kurrikulu nazzjonali kif jagħmlu l-iskejjel l-oħra Indipendenti u l-edukazzjoni sesswali, partikolarment fl-iskola tagħna, tibda mill-Year 5 fejn matul dik is-sena nibdew immissu l-aspett tal-boundaries li t-tfal iridu jżommu u l-boundaries li għandhom jistennew.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq il-personal space tagħhom u kif għandhom jittutelawh, x'inhu meqjus bħala approprjat u dak li hu inapproprjat fil-mod ta' kif xi ħadd imissek, eċċ. B'hekk ovvjament nippreparawhom fuq l-għarfien ta' dawn l-affarijiet f'każijiet ta' pedofilja jew abbużi oħra.", "Fil-Year 6 nittrattaw il-pubertà għaliex dak huwa suġġett topiku ħafna mat-tfal ta' dik l-età.", "Il-lezzjonijiet – almenu f'San Anton School – jinżammu separatament bejn is-subien u l-bniet.", "Ma ninsewx li l-iskejjel Indipendenti kollha ħlief għal waħda huma kollha co-ed u allura l-bniet u s-subien ikunu fl-istess klassi.", "Madankollu għal dawn il-lezzjonijiet fl-iskola tiegħi nippreferu li s-subien jinfirdu minn mal-bniet.", "Ovvjament din ma nagħmluha fl-ebda lezzjoni oħra.", "Kif kont qed ngħid fil-Year 6 naraw x'inhi l-pubertà u x'tip ta' kambjamenti wieħed għandu jistenna mill-ġisem tiegħu jew tagħha.", "Lill-bniet ngħidulhom sabiex jippreparaw pouch għall-first menstrual cycle tagħhom u nidħlu wkoll fuq it-topic tar-reproduction imma ma nidħlux f'wisq dettall.", "Fil-Form 1 nerġgħu nittrattaw - fost aspetti oħra - l-aspett tal-pubertà u hawnhekk il-bniet u s-subien ikollhom lezzjoni flimkien.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jinnota li jkun hemm sens ta' rispett reċiproku - li forsi wieħed ma jistennix - kbir u anke jkun hemm sens ta' boundaries kbar.", "U dan nagħmluh ukoll għax inħossu li f'dak l-istadju huwa għaqli li s-subien ikunu konxji ta' xi jħossu l-bniet u li l-bniet ikunu konxji ta' xi jħossu s-subien għax b'hekk jikber aktar ir-rispett bejniethom.", "Bażikament nittrattaw dak li jseħħ bioloġikament, emozzjonalment u fiżikament.", "Niddiskutu wkoll il-ħtieġa għal iġjene personali akbar u nitkellmu fuq dak li jiġri fis-subien u fil-bniet fiż-żmien tal-pubertà.", "Nispjegawlhom il-menstrual cycle f'ċertu dettall u dak li hu meħtieġ mill-bniet.", "Nispjegawlhom mingħajr ma nidħlu f'dettall żejjed il-prinċipju ta' konċezzjoni, tqala u twelid.", "Fi Grade 9 – li tiġi l-Form 2 - niddiskutu t-topic tal-internet safety.", "Kif tistgħu timmaġinaw l-internet huwa realtà li sfortunatament jista' iwassal għal abbuż sesswali u allura hemmhekk aħna nidħlu f'ċertu dettall.", "Fost affarijiet oħrajn nitkellmu dwar il-kwestjoni li wieħed itella' ritratti tiegħu nnifsu u dwar l-aspett tar-rispett personali li dak li jkun għandu jkollu in terms of internet use.", "Fi Grade 10 niddiskutu t-topic tal-alkoħol u kif l-abbuż tal-alkoħol jista' iwassal għal imġieba riskjuża mil-lat sesswali, fosthom problemi relatati ma' casual sex, il-possibbiltà ta' unwanted pregnancies u l-possibbiltà ta' mard trażmess sesswalment.", "Fi Grade 11 - li tiġi l-Form 4 – nittrattaw x'jagħmlek raġel u x'jagħmlek mara għax ta' dik l-età it-tfal ikunu aktar maturi.", "U hawnhekk naraw il-gender stereotyping u x'inhuma l-aspettattivi tas-soċjetà mill-irġiel u minn nisa.", "Nitkellmu wkoll fuq l-identità sesswali u fuq issues li ċerti nies għandhom bl-identità sesswali tagħhom u xi tfisser għalihom.", "Nitkellmu wkoll fuq l-aspett tal-omosesswalità.", "Aspett importanti ħafna in these teenage years li mmissu miegħu nsejħulu \"It is ok to be me\" u dan iħares lejn l-importanza li l-adoloxxent ikun komdu bih innifsu.", "Naħseb waħda mill-akbar problemi li niffaċjaw maż-żgħażagħ ta' dik l-età b'mod partikolari hija l-peer pressure u l-istress li dawn iż-żgħażagħ jgħaddu minnu għax ikunu jridu jikkonformaw ma' ċerta imġieba ta' sħabhom jew tas-soċjetà.", "U hawnhekk tidħol id-dehra tagħhom, b'mod partikolari fil-bniet imma anke fis-subien.", "Ovvjament hawnhekk jidħlu l-aspettattivi tas-soċjetà fuq il-mara, in termini ta' figura u sbuħija imma anke in terminu ta' imġieba.", "Jiġu trattati wkoll issues ta' eating disorders u l-perikli konnessi magħhom.", "Hawnhekk tajjeb ngħidu li llum il-ġurnata huwa numru żgħir immens ta' studenti li jibdew joħorġu ma' xi ħadd mill-iskola tagħhom stess għax dawn tant iqattgħu ħin flimkien u tant ikunu ilhom is-snin flimkien li jiġu qishom aħwa.", "Madankollu aħna nittrattaw l-aspett tad-dating għax ikun hemm numru minnhom li diġà jkunu bdew joħorġu ma' xi ħadd.", "Ovvjament meta naslu għal dik id-diskussjoni niddiskutu wkoll il-mod ta' kif taħdem is-sistema riproduttiva.", "Nitkellmu wkoll – u din hija pertinenti ħafna mar-rapport u mal-għanijiet tar-rapport - dwar l-astinenza u r-responsabilità.", "Apparti minn hekk nitkellmu wkoll dwar il-kwestjoni tal-miti sesswali li ovvjament kull adoloxxent ikollu.", "Nitkellmu dwar l-issues ta' kontraċezzjoni u s-sexually transmitted infections kif ukoll dwar l-issue ta' relationship abuse.", "Bejn wieħed u ieħor dak huwa s-sillabu li għandu x'jaqsam mal-edukazzjoni sesswali li jiġi trattat fl-iskola tagħna u li jiġi trattat ukoll fl-iskejjel l-oħrajn.", "THE CHAIRPERSON: Mistoqsijiet?", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Dr Gauci, biex intom tevalwaw il-mod ta' kif qegħdin tgħallmu lill-istudenti tagħkom, għandkom xi longitudinal studies?", "Jiena waħda mid-degrees li għandi hija proprju fil-youth work u topic mit-teżi tiegħi kien proprju fuq is-sexually transmitted diseases u l-għarfien taż-żgħażagħ fuq dawn is-sitwazzjonijiet.", "U allura xtaqt inkun naf jekk intom tagħmlux re-evaluation tat-tagħlim li tagħtu lill-istudenti tagħkom jew inkella tibqgħux issegwu lill-istudenti u liż-żgħażagħ wara li dawn jitilqu mill-iskola?", "Jew inkella t-tagħlim huwa limitat biss għal meta jkunu f'dak il-perijodu tal-iskola?", "DR JOE GAUCI: Bħala regola ġenerali aħna nsegwu lit-tfal sakemm dawn jaslu sal-Form 5 imma għandna - partikolarment fl-iskola tiegħi u hawnhekk qiegħed nitkellem fuq San Anton School – pastoral team li huwa b'saħħtu ħafna.", "Fil-fatt għandna school counsellor għas-settur tal-primarja u għandna school counsellor għas-settur tas-sekondarja.", "U dan huwa mfittex mill-istudenti tagħna, jiġifieri dawn jistgħu jitolbu appuntament biex jaraw lill-ischool counsellor.", "Ir-relazzjoni tant tkun tajba li bosta drabi anke meta jkunu telqu mill-iskola, l-istudenti jibqgħu jfittxu lil dan il-counsellor u anke jiġu l-iskola biex jitkellmu miegħu fuq bażi regolari.", "Ovvjament dan jiġri ġeneralment meta jkunu qegħdin jiffaċċjaw xi issues partikolari f'ħajjithom.", "Imma le, longitudinal study per se m'għandniex fl-iskola.", "Li nagħmlu - li ma jittrattax is-suġġett in kwestjoni - hu li nsegwu permezz ta' tracer studies li jsiru nazzjonalment imma ma nagħmlux a longitudinal study per se.", "Madankollu jkun interessanti għalina li naraw kif nistgħu nesploraw diversi possibilitajiet biex nibqgħu nsegwu lit-tfal tagħna, anke għaliex aħna għandna l-Old Antonians Association u allura in parallel ma' din l-assoċċjazzjoni forsi nkunu nistgħu naraw kif nistgħu nkomplu ntejbu dan is-servizz.", "THE CHAIRPERSON: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Bħala skola u anke fil-kapaċità tiegħek Dr Gauci, bħala President ta' assoċċjazzjoni li tgħaqqad flimkien l-iskejjel Indipendent, kif issibu r-relazzjoni tagħkom mal-aġenziji tal-Gvern u anke ma' dawk non-governattivi?", "Pereżempju ġieli ġejtu bżonn ta' xi servizz mingħand xi aġenzija tal-Gvern jew minn xi aġenzija non-governattiva?", "DR JOE GAUCI: L-għajnuna tintalab u aħna, ovvjament huwa fid-dmir tagħna li jekk ninnotaw xi forma ta' abbuż, li ġeneralment din tkun fl-ambitu domestiku, aħna nirrapportaw dan l-abbuż, kif fil-fatt isir.", "Ovvjament dan jiġi sourced mill-ischool counsellor li jiddiskuti l-issue miegħi u l-każ jiġi rrapportat mill-ewwel.", "Dawn il-każijiet naturalment jiġu segwiti wkoll.", "Aħna nikkooperaw mas-servizzi governattivi in kwantu għal investigazzjonijiet li jkunu qed isiru.", "Aħna nużufruwixxu mis-servizzi governattivi imma r-realtà hi li hawn nuqqas kbir ta' manpower in that respect!", "Bħala skejjel Indipendenti nixtiequ ningħataw aktar ċans sabiex nużufruwixxu minn dawn is-servizzi imma nifhmu li r-riżorsi diġà huma limitati għall-iskejjel tal-Istat.", "Imma bl-issues li llum qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ, anke minn età pjuttost żgħira, jiena naħseb li għandu jkollna struttura nazzjonali b'saħħitha biżżejjed sabiex taqdi lit-tliet setturi.", "THE CHAIRPERSON: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Dr Gauci, xtaqt nagħmillek xi mistoqsijiet.", "Dan il-Kumitat diġà iltaqa' ma' diversi rappreżentanti tal-iskejjel tal-Istat kif ukoll ma' Dr Rose Anne Cuschieri, li hija d-Direttriċi għas-Servizzi Edukattivi tal-iskejjel tal-Knisja.", "U minn dawn il-laqgħat ħareġ biċ-ċar li t-tagħlim dwar is-saħħa sesswali f'dawn l-iskejjel tiddependi mill-għalliema li jkollok fihom.", "Allura se nistaqsi l-istess mistoqsija lilek ukoll.", "Ovvjament jekk inti jkollok għalliema li jew mhumiex imħarrġin biżżejjed jew inkella min-naħa tagħhom mhumiex komdi jgħallmu dan is-suġġett, ġeneralment li se jiġri hu li dan is-suġġett se jibqa' fuq l-ixkaffa.", "Ma nafx jekk huwiex l-istess każ għall-iskejjel tagħkom u ċioè jekk għandkomx għalliema jew kapijiet ta' skejjel li b'xi mod jew ieħor għadhom jipprovaw iżommu lura minn dan is-suġġett, bil-konsegwenza li għandek tfal li ma jkunu qegħdin jitgħallmu xejn dwar is-saħħa sesswali.", "Il-mistoqsija l-oħra hija aktar dwar il-ġenituri tat-tfal għaliex sfortunatament jirriżulta li anke jekk ikollok it-tagħlim fl-iskola, dawn it-tfal se jmorru lura d-dar u jekk hemmhekk se jsibu ambitu differenti jew inkella l-ġenituri tagħhom għadhom iqisu dan is-suġġett bħala taboo u allura ma jitkellmux fuqu, mela dak li jkunu tgħallmu mill-iskola se jispiċċa fix-xejn meta jmorru lura d-dar.", "Allura bħala skejjel Indipendenti tagħmlu laqgħat mal-ġenituri fuq dan is-suġġett biex il-ġenituri wkoll ikunu in sync ma' dak li jkunu qegħdin jitgħallmu t-tfal fl-iskejjel?", "DR JOE GAUCI: Rigward dan is-suġġett ma naħsibx li hemm xi issue kbira but I do not want to paint a pretty picture here.", "Aspett importanti u pożittiv ħafna tal-iskejjel Indipendenti hu li dawn huma appuntu indipendenti u allura għandhom ċerta leeway.", "U din il-leeway aħna dejjem interpretajniha – hawnhekk naħseb li nista' nitkellem ukoll għall-iskejjel li jmexxu l-kollegi tiegħi – billi nipprovaw nindividwaw x'inhuma l-bżonnijiet tal-cohort tagħna għax finalment dawk huma l-klijenti tagħna.", "Illum il-ġurnata fl-Independent schools kulħadd huwa konxju li dan huwa suġġett li jekk aħna m'aħniex se ngħallmuh lill-istudenti tagħna, dawn se jitgħallmu dak li d-dinja toffrilhom u allura mhumiex se jieħdu tagħlim tajjeb.", "Ħaġa importanti li rrid insemmi hi li din il-flessibilità hija wkoll relatata mal-fatt li aħna m'aħniex skejjel tal-Knisja.", "Jiġifieri għalkemm l-iskejjel tagħna kollha għandhom ethos kattoliku imma dawn mhumiex skejjel tal-Knisja u allura m'għandniex ċerta retiċenza li forsi jista' ikollhom l-iskejjel tal-Knisja.", "Issa dan ma jfissirx li aħna ma nitrattawhx bis-sensittività u bis-sensibilità meħtieġa dan is-suġġett imma dan jagħti lok ukoll sabiex ikun hemm aspetti tas-suġġett li jiġu trattati b'mod lajk, hu x'inhu t-twemmin personali tal-għalliema fuq dan is-suġġett.", "Għalhekk l-ewwel semmejt li waqt il-lezzjonijiet tar-reliġjon aħna nħarsu wkoll minn aspetti ta' imġieba soċjali.", "U dak li tgħallem il-Knisja jiġi esplorat minn ambitu totalment differenti.", "Pereżempju San Anton School kien hemm perijodu fejn kull sena nagħmlu live in ta' tlett ijiem f'Għawdex għall-istudenti tal-Grade 12 jew Form 5 bħala konklużjoni tal-esperjenza tagħhom f'din l-iskola.", "U hemmhekk kien ikollna qassis li kien imur iqaddsilhom il-quddies u t-tema tal-edukazzjoni sesswali kienet tiġi trattata minn żewġ aspetti.", "Illum il-ġurnata dan qed isir ukoll fil-kuntest tas-sillabu għax inħasset il-ħtieġa – u għadha tinħass sal-lum – li nagħtu l-perspettivi kollha lill-istudenti tagħna biex huma mbagħad ikunu jistgħu jaġixxu skont il-kuxjenza tagħhom.", "Imma ma naħsibx li hemm xi reċitenza fuq dan is-suġġett.", "Wieħed irid iqis ukoll li ġeneralment fl-iskejjel tagħna – u allura ngħaddi għat-tieni mistoqsija tiegħek – aħna pjuttost iffortunati għax il-klijenti tagħna, u allura l-istudenti tagħna, jiġu minn familji li ġeneralment ikunu familji pjuttost edukati jew jekk ma jkollhomx il-ġenituri b'livell ta' edukazzjoni terzjarja, ikunu jixtiequ li wliedhom ikollhom dik it-tip ta' edukazzjoni.", "Għalkemm wieħed ma jista' jeskludi xejn fil-ħajja u forsi fil-każ tagħna jista' jagħti l-każ li l-problemi jkunu ftit iżjed misturin f'ambiti soċjali oħra, però minkejja kollox naħseb li qatt ma kellna xi forma ta' reżistenza.", "Pereżempju l-counsellor tagħna jżomm teaching duties apposta biex ikollu l-polz fuq l-issues tal-istudenti tagħna.", "Imma nerġa' ngħid li qatt ma ħassejna li kien hemm xi konflitt bejn dak li kien qed jiġi mwassal lill-istudenti ma' dak li xtaqu jisimgħu jew ma' dik li kienet l-attitudni ġenerali fid-dar.", "THE CHAIRPERSON: Din il-ġimgħa kelli ċans nitkellem ma' ġuvni li qatt ma esprima s-sentimenti tiegħu u qatt ma ħareġ fil-beraħ bl-orjentazzjoni sesswali tiegħu.", "Illum dan għandu 24 sena u huwa persuna gay.", "Fil-fatt dan il-ġuvni qalli li kien jattendi skola tal-Gvern u li għadda minn tbatija kbira.", "Dan ħareġ jgħid min hu verament riċentement għax ħadd ma kien fehemu qabel.", "Dan il-ġuvni pprova joħroġ mat-tfaljiet u kien anke tgħarras ma' waħda imma xorta fl-aħħar kellu joħroġ jgħid x'kienu l-ġibdiet tiegħu.", "U nerġa' ngħid li t-tbatija li għadda minnha kienet kbira.", "X'policy tadattaw intom fl-iskejjel tagħkom fuq dawn l-affarijiet?", "Forsi llum aħna nitkellmu ma' dawn l-istudenti b'ċertu mod, fis-sens li ngħidulhom li issa jikbru, isiru ġuvintur u jiltaqgħu ma' tfalja, eċċ, eċċ. Issa għandna din il-minoranza żgħira ta' nies li llum qegħdin joħorġu fil-beraħ imma dawn l-istudenti li jkunu għadhom żgħar kemm qed ikollhom ċans biex jitkellmu fuq dak li jkunu qegħdin iħossu?", "Meta inti tkun għadek fil-bidu trid toħroġ tgħid fil-beraħ dak li qed tħoss u allura intom kemm qed tagħtuhom iċ-ċans biex jitkellmu?", "L-istudenti jkollhom ċans li jitkellmu b'mod personali ma' xi ħadd tal-fiduċja tagħhom?", "Xi kultant noqogħdu lura milli nitkellmu fuq dawn l-affarijiet imma t-tbatija psikoloġika li jgħaddu minnha dawn in-nies hija kbira ħafna.", "Dan il-ġuvni li semmejt għandu ommu għad ma tridx taċċettah u staqsietu għalfejn kien tgħarras jekk kien iħoss ġibdiet oħra!", "Min-naħa tiegħu dan il-ġuvni qal li kien iħoss dawn il-ġibdiet minn età żgħira imma qatt ma tkellem dwarhom.", "DR JOE GAUCI: Il-maġġoranza tal-iskejjel tagħna għandhom pastoral team pjuttost b'saħħtu imma naħseb li nkun aktar korrett jekk nitkellem dwar l-esperjenza tal-iskola tagħna.", "Kif diġà għedt kull student għandu l-faċilità li jieħu appuntament waħdu mal-counsellor tagħna li issa ilu hemmhekk għal dawn l-aħħar 23 sena u għalhekk għandu esperjenza vasta f'diversi oqsma, u b'hekk ikunu jistgħu jiftħu qalbhom miegħu.", "Ovvjament in-natura tal-laqgħa tkun kunfidenzjali u allura, il-ħsebijiet, il-feelings u l-emozzjonijiet tal-individwu jista' jitkellem fuqhom b'mod apert għax ħadd mhu se jikxef xejn.", "Kien hemm sitwazzjonijiet fejn - għalkemm jien ma nkunx privy tagħhom għax ikunu kunfidenzjali – dawn l-issues jiġu diskussi.", "Li hu ċert hu li aħna noqogħdu attenti ħafna kif nittrattaw is-suġġett u nipprovaw inkunu kemm nistgħu politikament korretti.", "Huwa fatt magħruf li filwaqt li fl-imgħoddi l-omosesswalità kienet tittieħed bħala marda, illum mhijiex meqjusa hekk.", "Issa meta niġu għar-reliġjon u ovvjament se jqumu ċerti issues, l-għalliema, bir-raġun kollu trid tispjega l-perspettiva nisranija u t-tagħlim tal-Knisja.", "Aħna dejjem noqogħdu attenti dwar dak li ngħidu.", "Fil-fatt aħna ngħidu li Alla jħobb lil kulħadd, huma x'inhuma l-orjentazzjonijiet sesswali tiegħu.", "U ngħidu wkoll li wieħed għandu jesprimi ruħu sesswalment b'responsabilità kbira.", "Ovvjament hawnhekk għandek aspetti ta' natura morali li wieħed irid iħares lejhom ukoll.", "Issa għalkemm l-istudenti ma tantx jiftħu qalbhom mal-għalliema tar-reliġjon għax aktar se jiftħu qalbhom mal-counsellor, imma meta jkun hemm issues ta' dan it-tip, dawn jiġu referred mill-ewwel lill-counsellor.", "F'kelma waħda nipprovaw kemm jista' ikun inżommu bilanċ għax l-aspett reliġjuż trid bilfors twasslu u għandna d-dmir morali li nwassluh.", "Li hu żgur hu li aħna dejjem ngħallmu li Alla jħobb lil kulħadd, hu kif inhu għax Alla ħalaq lil kulħadd.", "THE CHAIRPERSON: Fuq din irridu noqogħdu attenti għax anke l-Knisja llum infetħet aktar fuqha u fil-fatt issa qiegħda taċċettahom lil dawn in-nies.", "DR JOE GAUCI: Jiena naħseb li huwa importanti ħafna li l-bniedem iħossu maħbub.", "Fundamentalment kull bniedem irid iħossu maħbub u aċċettat.", "U aħna nipprovaw kemm jista' ikun nagħtu s-support kollu li hemm bżonn.", "Fil-fatt il-counsellor huwa bniedem li qatt ma jkun wieqaf.", "THE CHAIRPERSON: Nerġa' ngħid li t-tbatija li jgħaddu minnha dawn in-nies hija tremenda.", "Naħseb li l-aktar ħaġa importanti hi – kif ipprovajt infiehem lil dan il-ġuvni li ġie jkellimni – li dak li jkun jaċċetta lilu nnifsu għax jekk ma taċċettax lilek innifsek se jkollok problema psikoloġika kbira fil-ħajja tiegħek.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jekk qed niftakar tajjeb fl-introduzzjoni tiegħek inti għedt li fi Grade 9, u allura fil-Form 2, tagħtu importanza lit-topic tal-internet safety.", "DR JOE GAUCI: Hekk hu.", "ROBERT CUTAJAR: Jiġifieri din qiegħda speċifika fil-kurrikulu li għandkom tittrattaw dak it-topic f'dak l-istadju?", "Qed ngħid dan għax illum it-tfal tal-Form 2 ikun ilhom li bdew jidħlu fuq l-internet u jagħmlu użu mill-kompjuter.", "Allura jidhirlekx li forsi wieħed jistax jikkonsidra biex dan it-topic jibda jiġi mgħallem qabel il-Form 2?", "DR JOE GAUCI: Aħna dak it-topic ngħallmuh fi Grade 9, jiġifieri fil-Form 2 fil-lezzjonijiet tal-PSD, però l-IT teacher ikun ilu jtambar mill-Grade 3 - fil-fatt l-istudenti jibda jkollhom żewġ lezzjonijiet tal-IT mill-Grade 3 'il fuq – fuq l-aspetti tal-internet safety u issues oħra relatati ma' dawn l-affarijiet.", "Proprju l-bieraħ stess kont qiegħed niddiskuti mal-leadership team tiegħi fuq dan il-punt li se nsemmi.", "Aħna niktbu lill-ġenituri u navżawhom fuq ċerti sites bħall-\"ask.fm\", fejn inti bil-velu tal-unanimità tista' tgħid li trid fuq kulħadd u tista' tkisser lin-nies!", "U allura l-ġenituri jkunu informati biex jispezzjonaw x'qiegħed jiġri mat-tfal tagħhom.", "Apparti minn hekk, waħda mill-issues kbar li qiegħda tqum bħalissa - u li jista' ikun li jkollha rilevanza ma' dan is-suġġett – hija dik marbuta ma' ċertu logħob li t-tfal jilagħbu fuq il-kompjuters jew consoles tagħhom.", "Pereżempju llum qegħdin niskopru fenomenu fejn it-tfal jilagħbu logħob li huwa rated 18 meta jkunu għadhom fil-primarja!", "Hemm logħba partikolari fejn bażikament inti tieħu aktar punti jekk tistupra l-prostituti jew toqtolhom, jekk taħbat fil-karozzi l-oħra, eċċ.!", "U din tant hija problema serja li ġiet diskussa wkoll fil-Kungress Amerikan.", "U minħabba li l-ġenituri mhux dejjem ikunu konxji tal-logħob li jkunu qed jilagħbu t-tfal tagħhom qegħdin niskopru li logħob bħal dan qed iħallu riperkussjonijiet fuq it-tfal.", "Fil-fatt logħob bħal dawn iħallu riperkussjonijiet fuq il-kbar stess, aħseb u ara fuq tfal li għadhom qed jifformaw il-valuri tagħhom!", "Waħda mill-affarijiet li ddeċidejna li nagħmlu hu li perjodikament, at given milestones tal-esperjenza edukattiva tat-tfal, nibdew insejħu lill-ġenituri sabiex jattendu għal laqgħat li jkunu kemm akkademiċi kif ukoll li laqgħat li jitrattaw dawn l-issues partikolari u b'hekk l-ġenituri jkunu konxji tagħhom.", "U dawk it-tfal li nafu li qegħdin jilagħbu dawn il-logħob se jiġu avviċinati mill-counsellors tagħna u se nkellmuhom dwar il-problemi konnessi magħhom.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: In vista tal-liġi li qiegħda tiġi trattata bħalissa fil-Parlament u li dalwaqt naslu għat-tielet stadju tagħha, u ċioè il-Gender Identity Bill, li kif nafu se ġġib magħha diversi bidliet li wieħed irid jindirizza, fosthom l-użu ta' faċilitajiet, eċċ., kif tara li l-iskejjel Indipendenti se jkunu qegħdin jimxu in line ma' din il-liġi biex iwettqu d-diversi bidliet meħtieġa?", "DR JOE GAUCI: Ovvjament aħna se nkunu qegħdin insegwu u nimplimentaw dak kollu li se joħroġ minn din il-liġi.", "Fit-tagħlim tagħna se nintroduċu wkoll l-aspetti tal-liġi li se jbiddlu l-ideat li jeżistu llum.", "Definitely wieħed mill-aspetti li wieħed irid iqis huwa l-fatt - u llum il-ġurnata t-tfal lanqas biss għandhom bżonn li tgħidomlhom dawn l-affarijiet – li l-persuni tal-istess sess illum jistgħu jiżżewġu.", "It-tfal ġieli jistaqsu, anke fil-kuntest ta' dawn il-lezzjonijiet u fil-kuntest ta' meta jiġi trattat l-aspett tal-omosesswalità, u wieħed hemmhekk irid jispjega kif l-Istat jista' jagħti ċerti drittijiet u allura jimponi fuq iċ-ċittadin ċerti obbligi, bħal dak li wieħed għandu jirrispetta lil min forsi għandu orjentament differenti.", "Jiġifieri ma nistax nara sitwazzjoni fejn aħna ma nistgħux inkunu compliant mal-liġi.", "Li naħseb ikun tajjeb hu li – kif fil-fatt jiġri ħafna drabi - fl-inset courses li jkollhom l-għalliema, isir wieħed b'mod partikolari għall-PSD teachers, ħalli dak li se jiġi introdott permezz ta' din il-liġi jkun jista' jiġi implimentat fis-sillabu u jkun jista' jiġi trażmess lill-istudenti, ovvjament bl-għaqal li għandu jiġi trażmess.", "THE CHAIRPERSON: Għandkom aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Dr Gauci nirringrazzjak ħafna ta' dawn il-pariri siewja li tajtna llum u ngħidlek prosit tax-xogħol li qegħdin tagħmlu.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150311_040d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 40", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:15 p.m.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat, kienet preżenti għal-laqgħa.", "L-Onor.", "Robert Cutajar ippropona li l-Onor.", "Silvio Parnis ikun maħtur Chairman.", "L-Onor.", "Il-Kumitat qabel unanimament u l-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri kienet skużata minħabba li kienet fuq xogħol ieħor tal-Parlament.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 39 li saret nhar l-Erbgħa, 4 ta' Marzu 2015 ġew konfermati.", "IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI – DISKUSSJONI MA' RAPPREŻENTANTI MILL-ISKEJJEL INDIPENDENTI.", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mill-4 ta' Marzu 2015.", "Għal din il-laqgħa kien preżenti Dr Joe Gauci, Head of San Anton School and President of the Independent Schools Association, li spjega l-aspetti tas-sillabu marbut mas-saħħa sesswali li jiġi mgħallem fl-iskejjel Indipendenti.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-7:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150311_040m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 14", "L-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni minn UC Ltd. kif mitluba mill-Membri tal-Kumitat f'Laqgħa Nru. 11.", "5 ta' Marzu 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150318_014a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 14", "L-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 14", "L-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:01 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 13, li saret fit-23 ta' Frar 2015, ġew ikkonfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "PREŻENTAZZJONI MINN UC LTD.", "KIF MITLUBA MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT F'LAQGĦA NRU.", "MADAM CHAIR: Infakkarkom li konna qegħdin niddiskutu l-kwestjoni fuq talba ta' Non-governmental Organisation (NGO) dwar il-preżenza ta' silo tas-siment maġenb Kordin Grain Terminal (KGT).", "Nistgħu ngħaddu mill-ewwel għall-preżentazzjoni minn UC Limited, hekk kif mitluba mill-Membri tal-Kumitat f'Laqgħa Nru. 11.", "Nitlob lil min se jagħmel il-preżentazzjoni sabiex jersaq mal-Mejda.", "IS-SUR IVAN CARABOTT (Direttur, UC Ltd.): Kif ġejna mitluba, għandna preżentazzjoni biex nuru s-sitwazzjoni u l-operat tagħna.", "F'din il-preżentazzjoni, se naraw fuq fuq is-surroundings tax-xatt minn fejn noperaw, Laboratory Wharf, ftit timeline of events rigward permessi tal-MEPA, meta nħarġu, kif inħarġu eċċ., xi studji u risk assessments li għamilna, u x'tip ta' monitoraġġ qegħdin nagħmlu bħalissa.", "Fuq l-iscreen qed naraw Xatt il-Laboratorju, il-kaxxi s-sofor huma minn fejn joperaw iż-żewġ kumpanniji li jimpurtaw is-siment – tagħna qiegħda l-iktar waħda fuq il-lemin – il-kaxxi l-orange huma minn fejn isiru s-seasonal operations tal-fish farming, il-conveyor belt it-twil huwa l-post fejn jitgħabba l-qamħ għall-esportazzjoni jew meta jiġi mpurtat, u l-kaxxi l-ħomor huma minn fejn jitgħabba l-iscrap metal għall-export.", "Fuq il-lemin, imbagħad, hemm Dock 6 tal-Palumbo Shipyard, u fuq ix-xellug tiegħu hemm fejn jinħażen il-grit tal-blasting.", "Bħalma għedna, f'din l-area, isiru diversi xogħlijiet, jidħlu l-vapuri tal-passiġġieri, il-cruiseliners, hemm handling tas-siment, il-handling tal-grain, ir-ro-ro cargo, hemm ukoll tliet vapuri li jidħlu tliet darbiet fil-ġimgħa u jġibu trailer mill-Italja, il-handling tal-iscrap metal, hemm il-Marsa Power Station, u hemm il-fish farming operations.", "Din hija s-sitwazzjoni ta' dawk l-inħawi.", "Issa qed naraw ftit ritratti tas-sistema antika tas-siment li kienet sistema miftuħa, li però mhijiex is-sistema li noperaw biha aħna, u hawnhekk qed naraw ritratti tas-sistema ta' kif jitgħabba jew jinħatt il-qamħ.", "Issa qed naraw il-metalli li jitgħabbew mill-istess żona tagħna, u qed naraw ukoll waħda mill-iktar affarijiet li tinkwieta lin-nies, jiġifieri t-tfigħ bl-addoċċ tal-grit blasting użat, u li qiegħed viċin ħafna tagħna u tal-conveyor belt ta' KGT.", "Nisperaw li dik issa spiċċat, u ma nerġgħux naraw dak ix-xenarju.", "Qed naraw ukoll il-fish farming operations li hemm fil-viċin.", "Ġejna mitluba wkoll sabiex nagħtu timeline fuq il-permessi li ottjenejna, u jien se nispjegaha ftit.", "Fil-11 ta' Ottubru, meta kellna l-intenzjoni li nagħmlu dan l-investiment, iltqajna mal-MEPA u tkellimna, u fil-11 ta' Ottubru, kienu bagħtulna clearance letter fejn qalulna li hemmhekk qiegħed designated cargo area – cargo port – ilu jopera bħala cargo port għal żmien twil, u allura din hija kkunsidrata bħala normal cargo operation u ma jeħtieġux permessi.", "Aħna ma konniex komdi li nagħmlu dak l-investiment sostanzjali fuq sempliċement ittra, u għednilhom li konna se nibagħtulhom il-pjanti ta' x'konna qegħdin nagħmlu, u x'kien beħsiebna nagħmlu u ma nagħmlux.", "Fil-fatt, fis-17 ta' Ottubru, reġgħu bagħtulna dawk il-pjanti endorsed, li kienu jinkludu site plan tal-pjattaforma, kemm kienet se tiġi kbira u kif kien se jiġi ankrat is-silo fuq il-post.", "Għednielhom li din kienet xi ħaġa demountable structure, jiġifieri ma kenitx binja tal-ġebel, u setgħet tiżżarma f'biċċiet, kif fil-fatt ġiet armata biċċa biċċa.", "Fl-20 ta' Diċembru, meta konna għaddejjin bix-xogħlijiet tal-armar, irċevejna mandat ta' inibizzjoni mingħand KGT biex iwaqqfu x-xogħlijiet.", "Dan instema' u, fis-17 ta' Jannar, l-Imħallef Anna Felice ddeċidiet li ma kellhiex tilqgħu għax qalet li, f'din iċ-ċirkostanza, Valletta Gateway Terminal (VGT) – għax dan il-mandat kien kontra VGT li mingħandhom nikru l-art – ma kellhomx x'jaqsmu fix-xogħlijiet, imma kienu UC Ltd. li kellhom x'jaqsmu magħhom.", "U allura l-mandat ma ġiex milqugħ.", "Fit-13 ta' Awwissu (2013), meta beda jasal Malta l-ħadid għall-bini tas-silo, u konna lestejna l-pjattaforma u l-irbit kollu, irċevejna mandat ta' inibizzjoni ieħor li din id-darba nstema' quddiem il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, issottomettejna d-dokumenti kollha, inkluż id-drawings u l-ittri li konna rċevejna mingħand il-MEPA, u l-mandat ma ġiex milqugħ għax qal li kellna kollox in regola, u ħalliena nkomplu għaddejjin bix-xogħol tal-assembly.", "Wara ftit jiem, irċevejna ittra mingħand il-MEPA fejn qalulna li, notwithstanding the clearance letter issued by them, talbuna napplikaw għal environmental permit.", "Din kienet xi ħaġa li ma stajniex nifhmuha, ma staqsewx għaliha mill-bidu, u kienet xi ħaġa li ma kienu talbuha lil ħadd iktar; biss iddeċidew li jitolbuh lilna.", "Aħna konna ħadna madwar ħames ġimgħat sakemm ippreparajna d-dokumenti u l-affarijiet kollha mitluba mingħandna u, fl-10 ta' Ottubru, applikajna għal dan l-environmental permit.", "Wara ftit, eżattament fl-20 ta' Novembru, għamilna applikazzjoni oħra għax irriżulta li l-Enemalta talbet li tinbena sub-station, liema sub-station inbniet għax kien hemm bżonnha malajr, u daħħalna applikazzjoni biex nissanzjonaw il-bini ta' din il-kamra, u applikajna għal żewġt ikmamar żgħar – li flimkien kienu jammontaw għal madwar tmien metri kwadri – biex iservu bħala toilet u store.", "Fl-applikazzjoni għall-environmental permit tal-MEPA, intlabna nagħmlu ċerti studji mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fosthom air quality monitoring exercise, risk assessment mingħand inġinier biex jara fejn, u jekk jistax ikun hemm, failing tal-equipment tagħna, u ntlabna wkoll nagħmlu health impact review.", "Matul il-kors ta' din l-applikazzjoni, iltqajna ma' diversi nies u kellna diversi laqgħat, kif ukoll unannounced on-site visits, fejn bażikament ġew jiċċekkjaw x'konna qegħdin nagħmlu.", "Fost l-oħrajn, konna ltqajna mas-Sur Henwood u s-Sur Sant min-naħa tal-MEPA, mas-Sur Mario Cassar, is-Sinj.", "Miriam Grech, is-Sur Louis Vella, Dott. Baluci u Dott. Karen Vincenti min-naħa tal-Environmental Health, u mas-Sur Mario Camilleri u s-Sur Keith Desira min-naħa tal-Port Health.", "Is-silo kien komplut f'Jannar 2014, u fil-15 ta' Jannar waslitilna l-ewwel kunsinna ta' siment.", "Kif qed taraw mill-presentation, aħna nġibu s-siment fuq dak it-tip ta' vapuri li huma vapuri ddedikati għall-ġarr tas-siment.", "Dawn huma sealed minn kullimkien, sistema li hija the latest fil-qasam tas-siment.", "Dakinhar stess li wasal il-vapur, il-MEPA toħroġilna stop notice u tgħidilna li aħna għad m'għandniex environmental permit, u għalkemm ebda ħadd fil-port ma kellu tali permit, il-MEPA dehrilha li lilna kellha twaqqafna għax ma kellniex dan il-permess, filwaqt li ħaddieħor seta' jopera mingħajru.", "Aħna dehrilna li din ma kenitx xi ħaġa fair: l-ewwel nett, aħna kellna commitments li konna dħalna għalihom sa minn xhur qabel mas-suppliers u, kieku ħassarna x-shipment, jew żammejna l-vapuri hawn Malta mingħajr ma jħottu, kien se jkun hemm damages enormi.", "L-iskop tagħna kien li nonoraw dawk il-commitments, jiġifieri nimlew is-silo, però ma noperawx ħalli nirrispettaw id-deċiżjoni tal-MEPA, u nistennew l-eżitu tal-Bord tal-MEPA fuq l-environmental permit.", "L-għada filgħodu, nirċievu t-tielet mandat mingħand KGT biex jippruvaw iwaqqfuna.", "Dan kien it-tielet mandat f'perijodu ta' xi disa' xhur.", "Id-deċiżjoni kienet waħda l-istess, eżaminaw l-affarijiet u l-mandat reġa' ma ntlaqax.", "Din id-darba kien l-Imħallef Anthony Ellul.", "Fi Frar 2014, ġejna nfurmati li l-proċess kien wasal fl-aħħar, u kienu lesti biex jieħdu deċiżjoni fuq dan l-environmental permit, u konna ngħatajna data għas-6 ta' Marzu biex nidhru quddiem il-Bord tal-MEPA.", "Sadanittant laħqu għaddew ftit ġimgħat, kellna concerns li s-siment seta' jiġrilu xi ħsara, u għalhekk iddeċidejna li nitolbu lill-MEPA exemption temporanja, u stedinnihom jaraw b'għajnejhom kif jaħdem is-silo.", "Jiġifieri, aħna daqshekk konna kunfidenti fl-equipment li stallajna.", "Dan kien ikun tajjeb għalina, għax b'hekk konna nevitaw il-ħsara lis-siment, u tajjeb ukoll għalihom qabel ma jieħdu deċiżjoni naħa jew oħra.", "Fl-24 ta' Frar, il-MEPA kitbitilna lura u tatna ġimgħa prova fejn matulha huma setgħu jiġu u jaraw b'għajnejhom kif qed jinħadem ix-xogħol.", "Kif diġà għedt, fis-6 ta' Marzu deherna quddiem il-Bord tal-MEPA u l-environmental permit ħareġ.", "Dan huwa permess differenti minn permessi oħra, jidhirli li fih 'il fuq minn 26 paġna, u fih ħafna kundizzjonijiet li mhuwiex faċli biex timxi magħhom.", "Fil-fatt, kellna nqabbdu nies apposta biex inkunu qegħdin attenti li nimxu eżatt ma' dan il-permess.", "Xi ħaġa li ta' min jinnota hija li l-aħħar darba ntqalu xi kummenti li l-equipment kollu jibda tajjeb, u mal-ħin jibda jiddeterjora.", "Nista' ngħid li, fil-każ tagħna, dan ma jistax iseħħ, anke minħabba li dan huwa permess li jiġi renewed kull erba' snin, u allura huwa fl-ikbar interess tagħna li nżommu kollox tip top.", "L-istess permess kien jimponi monitoring, u aktar 'il quddiem se naraw x'tip ta' monitoring qegħdin nużaw.", "F'April – fil-presentation jidher li hemm data ħażina – inħareġ ukoll it-tieni permess, jiġifieri tas-sub-station u tas-sanitary facilities, u hawnhekk qegħdin naraw fuq fuq l-istudji li ġegħlitna nagħmlu l-MEPA waqt il-proċess tal-applikazzjoni.", "Qabel ma bdejna noperaw, aħna għamilna air monitoring campaign, fejn stallajna xi apparat u ħadna r-readings biex naraw kif kienet is-sitwazzjoni qabel ma bdejna aħna.", "Il-kampanja kienet fuq 21 ġurnata u, f'sitt ijiem minnhom, il-limiti kienu ssuperaw it-thresholds li huma permessi mill-Unjoni Ewropea, u anke mil-liġi Maltija.", "U ma kienx hemm pattern ta' meta kienu qegħdin jiżdiedu, jiġifieri ma setgħux jiddeskrivu għalfejn kienu qegħdin jiżdiedu: setgħet kienet il-Power Station, il-vapuri u ħafna affarijiet oħra.", "Aħna ttestjajna għal diversi affarijiet, inkluż metalli.", "Rapport ieħor li ntlabna nagħmlu kien il-failure mode and effects analysis, u aħna kkummissjonajna inġinier biex jidħol fid-dettall tas-silo.", "Għalkemm konna diġà għamilna r-risk assessment qabel ma bdejna nibnu s-silo, l-inġinier qalilna li biex ikun iktar komdu xtaq jara il-proċess tal-assembly isir biċċa biċċa, għax qalilna li għalkemm l-equipment ikun tajjeb, kien importanti ħafna li jiġi assembled tajjeb, u bqajna nkarkru bih sal-aħħar biex ikun ċert li sal-inqas skorfina saret kif suppost.", "Din li qed naraw hija silta mill-istess rapport, li nistgħu ngħaddulkom full copy tiegħu, u tagħti deskrizzjoni fuq fuq ta' kemm hi kbira s-site u kemm jesa' s-silo.", "Bażikament, għandna site ta' 1100 metru kwadru – 450 kwadru hija l-loading area u 650 metru kwadru huwa is-silo nnifsu.", "Irrid ngħid li bħala silo għandu kapaċità ta' 6,000 metru kubu, li jesgħu madwar 8,500 tunnellata siment.", "Kif diġà għedt, is-siment jiġi f'self-unloading cement carriers, li huma vapuri li ma jintużaw għal xejn iktar ħlief għall-ġarr tas-siment, u huma ssiġillati.", "Is-siment jinħatt mill-vapur għal ġos-silo minn pipes issiġillati tal-ħadid u tar-rubber; imbagħad, l-istess siment jinħatt permezz ta' screw conveyors għal ġo loading bellows li minnhom jimtlew it-trakkijiet.", "Il-proċess huwa ssiġġillat all the way, u s-siment ma jara d-dawl tax-xemx imkien.", "Hawnhekk qegħdin naraw dak li għadni kif spjegajt, jiġifieri kif ikun self- unloading vessel, kif jiffluwidizza s-siment, itellgħu f'chamber fuq, imbagħad jikkompressah għal ġos-silos tagħna.", "Issa qed naraw il-pipe li minn ġo fih jgħaddi s-siment għal ġos-silo tagħna, kif ukoll is-cement carrier qed iħott għandna.", "F'din l-islide qed naraw il-pipe tar-rubber imqabbad, jgħaddi s-siment minn taħt l-art u jitla' għal ġos-silo; kollox enclosed bla trab ta' xejn.", "Li qed naraw issa huwa s-silo kif jidher, il-partijiet blue huma s-screw conveyors li jgħabbu għal ġot-trakkijiet, u taħthom ikun hemm il-loading bellow, li fil-fatt qed naraw issa.", "Dak jinżel ġot-trakk.", "Fil-fatt, aħna nużaw bowsers sħaħ, għalkemm hawn minnhom bil-compartments, għax inkella nkunu rridu noqogħdu naqilgħu u nwaħħlu kull darba, u jkun hemm ħafna iktar logħob u riskji.", "Il-bowsers li nużaw aħna huma the latest li jintużaw f'din l-industrija tas-siment, u kollox jiġi mgħobbi ssiġġillat.", "Ġo fihom stess hemm stallati ten square metres ta' filters, u wara li jimtlew il-bowsers bis-siment, din tibqa' għaddejja għal madwar żewġ minuti biex tkompli tiffiltra l-arja tat-trakk u, kif titla', jingħalaq it-trakk, u dak ikun lest biex jiġi despatched.", "Hemm ħafna security features, fosthom li jekk ma ttellax il-bellow, ma jinqalbux il-lights, u allura t-trakk ma jkunx jista' jimxi.", "It-trakk jitgħabba direttament fuq il-miżien, jiġifieri m'hemmx għalfejn immorru f'site oħra biex niżnu l-materjal.", "L-iskop ta' dan ir-risk assessment kien biex jara l-kapaċità tas-silo fir-rigward ta' dust emissions.", "Issa qed naraw spjegazzjoni tal-proċedura li uża l-inġinier biex assessja l-impjant skont l-EN60812/2006.", "Huwa qabad proċess proċess u tah score – is-severity li jista' jkun hemm, iċ-ċans ta' occurrence, u ż-żmien li jgħaddi sakemm jiġi detected.", "Jekk l-iscore ikun 1, allura jfisser li huwa negliġibbli, u jekk ikun 4 ifisser li huwa catastrophic.", "Dawn jiġu mmultiplikati, u fl-aħħar toħroġ b'riżultat biex tara jekk l-impjant ikunx a low risk, medium risk jew high risk.", "Meta nħadmet il-formula – u issa nħallulkom kopja tagħha – ħareġ li fir-realtà s-silo tagħna huwa low risk, is-silo tagħna.", "Issa qed naraw xi ftit mill-equipment li hemm stallat fis-silo.", "Bażikament, għandna 15-il microwave continuous level indicators.", "Dawn huma sensors li qed jagħtuna stampa l-ħin kollu ta' x'inhu għaddej fis-silo fejn jidħol livelli – jagħtu real time reading biex nevitaw xi overfilling, u affarijiet bħal dawn.", "Apparti mill-15-il continuous level indicators, hemm stallati 12-il sensor ieħor li huma tar-rotating type.", "Dawn, meta jkun se jilħaq il-maximum level, jintmissu huma, jibagħtu signals lill-programme logic contoller u lill-computer tas-sistema biex taqta', u ma nkomplux nimlew.", "Il-filling tas-silo huwa dejjem carried out in continuous direct communication mal-crew tal-vapur permezz ta' two-way radios, u anke permezz tal-visible and audible signals li għandna biex, jekk naraw li jista' jinħoloq xi inċident, inwaqqfu s-sistema b'mod immedjat, apparti li l-valves kollha jingħalqu b'mod komputerizzat.", "Fuq is-saqaf tas-silo hemm stallati żewġ filters kbar li fihom 90 metru kwadru ta' filtering area kull wieħed, huma mgħammrin bl-aħħar teknoloġija, huma automatic self-cleaning – kull 10 sekondi titnaddaf row ta' filters – u fihom stallati wkoll continuous monitors, jiġifieri nkunu qegħdin nieħdu readings tal-emissions mhux perjodikament, kif hawn min jagħmel, imma l-ħin kollu.", "Hemm ukoll xi under pressure valves stallati fuq is-silo.", "Li qed naraw issa huma xi dettalji fuq il-filtration units, kemm li hemm stallati fuq is-silo għal meta nkunu qegħdin nħottu mill-vapur għal ġos-silo, u anke li hemm stallati f'dawk li nużaw meta nħottu mis-silo għal ġot-trakkijiet.", "It-Torex bellows huma the latest, u jekk wieħed ifittex fuq l-Internet jara li dawn huma marketed bħala dust-free loading bellows, u huma wżati madwar l-Ewropa kollha.", "Issa qed naraw il-proċess ta' kif nimlew it-trakkijiet.", "Kif diġà għedt, il-loading bellows fihom il-filters u, wara li jimtela l-bowser, inħalluh għaddej għal ftit sekondi oħra biex ikompli jnaddaf l-arja ta' ġol-istess bowser.", "Dawn fihom ukoll ħafna safety features bħal sensors, rotary blades li jaqtgħu biex qatt ma jista' jkollok xi overfilling, u allura jkun hemm xi siment li ma jkunx ikkontrollat.", "Jien ukoll hekk naħseb, imma dan innutah ukoll l-inġinier.", "Ir-rapport qal li, f'worst case scenario fejn ikun hemm xi dust release, din tiġi identifikata immedjatament, and mitigation measures may be taken in a timely manner għax hemm il-kontrolli kollha stallati.", "Intlabna nagħmlu wkoll health impact review, u ġie kkummissjonat Dr. Ramiro Calì-Corleo sabiex jagħmlu.", "Irrid ngħid li normalment ma jsirux dan it-tip ta' studji fuq low profile set-ups bħal tagħna, u allura Dr. Calì-Corleo ma sabx papers u studji fuq xi ħaġa simili, u kellu jibbaża l-istudju tiegħu fuq cement factories fejn għandek kiln areas u quarry areas li, fl-opinjoni tiegħi u ta' ħafna, huma żewġ affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu flimkien.", "Ir-riskji u l-emissjonijiet f'cement factory huma ħafna ikbar milli f'post fejn isir l-istorage tas-siment.", "Xi ħaġa oħra li ta' min jinnota hija li kull fejn dawn l-istudji sabu xi findings, dejjem kienu f'pajjiżi tat-tielet dinja fejn il-kontrolli, sfortunatament, mhumiex daqshekk stringent.", "Fil-fatt, Dr. Calì-Corleo ikkwota xi rapporti li saru fl-Amerka u fin-Norveġja fejn il-findings kienu zero, u dan f'cement factories, aħseb u ara f'cement storage bħalma għandna aħna.", "Il-continuous emissions monitoring hija kundizzjoni li tinsab fl-environmental permit tagħna, u aħna qed nagħmluha bil-qalb għax konvinti mis-set-up li għandna.", "Aħna għandna sistema fejn stallajna probes fil-filters stess, jiġifieri m'aħniex qegħdin naqraw x'hemm barra, imma qegħdin naqraw kull farka li toħroġ mingħandna, jekk toħroġ.", "Kundizzjoni oħra fuq l-environmental permit hija li, fl-aħħar ta' kull xahar, nibagħtu rapport dettaljat lill-MEPA ta' x'ħareġ u ma ħariġx, u fl-aħħar tas-sena marbutin li parti mill-annual environmental report – li ma jinkludix biss ir-readings tal-monitoring, imma jinkludi ħafna affarijiet oħra – ikun fih rapport xahar b'xahar tal-maximums, il-minimums u l-averages tal-emissions li pproduċejna aħna.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Jekk hawn xi persuni preżenti li jixtiequ jagħmlu mistoqsijiet lil UC Limited, jistgħu jersqu mal-Mejda u jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "Infakkarkom li dawn il-laqgħat fejn qegħdin nisimgħu dawn il-preżentazzjonijiet saru fuq talba ta' Non-governmental Organisation (NGO) li xtaqet li jkun hemm kjarifikazzjoni u iktar informazzjoni ta' x'jista' jkun l-impatt fuq is-saħħa minħabba l-approximation taż-żewġ industriji ħdejn xuxlin.", "IS-SUR IVAN CARABOTT: Punt żgħir li nixtieq inżid huwa li lil dawn l-NGOs aħna stedinnihom sabiex jinżlu u jaraw b'għajnejhom l-operat, u ma joqogħdux fuq li qed ngħidu aħna.", "Però, għal xi raġuni jew oħra, dawn iddeċiedew li ma jinżlux.", "L-AVUKAT PAUL LIA (Konsulent legali ta' UC Ltd.): Lis-Sinj.", "Astrid Vella ċempiltilha jien personalment, fejn stedinthom sabiex jiġu ħalli jaraw b'għajnejhom u jkunu jafu fuqxiex qed jitkellmu; però, għal xi raġuni, dehrilha li m'għandhiex, la hi u lanqas xi ħaddieħor mill-NGO tagħha, sabiex jiġu jaraw b'għajnejhom.", "MADAM CHAIR: Id-dover tagħna huwa li nistiednuhom sabiex jiġu hawnhekk u jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "Jekk hawn xi ħadd preżenti li jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet, jista' jersaq mal-Mejda u jistaqsi dak kollu li forsi għad qed iħallilu dubju jekk is-saħħa taċ-ċittadini Maltin, u ta' kull min jieħu l-prodotti tal-grain, hijiex qed tiġi affettwata.", "ASTRID VELLA (Flimkien għal Ambjent Aħjar): Madam Chair, jien xtaqt nirrispondi għal dak li ntqal.", "Huwa veru li stednuna, imma din mhijiex kwestjoni li tmur u tara b'għajnejk għax il-partiċelli tant huma żgħar li nkunu qed nidħku bina nfusna jekk immorru ngħidu li kollox jidher li huwa all right, u noħorġu 'l barra kuntenti.", "Mhijiex serjetà li wieħed jagħmel dik it-tip ta' inspection.", "Dawn it-tip ta' inspections iridu jsiru minn xjenzati u nies kwalifikati, u jittieħdu t-testijiet, kif milli jidher sar.", "Dak mhuwiex id-dover tagħna, għax aħna la aħna pulizija u lanqas bord ta' monitoraġġ.", "Issa l-monitoraġġ sar, u l-importanti għalina hu li jkompli jsir, li jsir bis-serjetà neċessarja, u li jsir tul il-medda taż-żmien.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Napprezzaw u nirringrazzjawk li qed tirrikonoxxi li l-monitoraġġ u l-istudji saru.", "L-iskop li għalih stedinnikom sabiex tiġu taraw ma kienx li tagħmlu l-monitoraġġ jew l-inspections intom, imma sabiex almenu wieħed ikun jista' jara fuqhiex qed jitkellem.", "Kif diġà ntqal, il-makkinarju huwa wieħed innovattiv għal Malta, u meta wieħed jisma' l-kelma 'silo' lanqas jimmaġina li fil-verità s-siment ma tarah qatt u ma jidher imkien – la jidher fl-istivi tal-bastimenti, la jidher fid-dħaħen, la jidher waqt it-tagħbija, u lanqas jidher waqt il-ħatt.", "Dan kuntrarju għal dak li qed jiġri erba' passi 'l bogħod.", "Mir-ritratti meħduin mill-ajru rajna fejn qiegħed l-impjant tal-kompetituri tagħna, u rajna wkoll id-dħaħen li jkun hemm meta jkun jaqbel ir-riħ, liema dħaħen kollha jiġu għal dawk in-naħat: però dwarhom ħadd qatt ma għamel complaints.", "MADAM CHAIR: Li nista' ngħidilkom huwa li meta aħna rċevejna din ir-rikjesta mingħand l-NGOs – u konna diġà rċevejna talba simili qabel – ħassejna li huwa d-dover ta' dan il-Kumitat li niċċaraw l-affarijiet, nistiednu l-partijiet konċernati sabiex jikkjarifikaw il-pożizzjoni tagħhom, u b'hekk nisperaw li serraħna moħħ il-pubbliku.", "Il-funzjoni ta' dan il-Kumitat mhijiex waħda ta' qorti.", "L-unika ħaġa li nistgħu nagħmlu aħna, from this point onwards, hija li t-transcription ta' dak kollu li ngħad hawnhekk, flimkien mal-istudji li ppreżentajtulna, inpoġġuhom fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex ikunu available għal kull min jixtieq jarahom.", "Jidher li hawn xi ħaddieħor li jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet, u nitlobkom tiġu madwar il-Mejda.", "IT-TABIB GODFREY GRECH (Konsulent ta' KGT): Fil-presentation intqal li l-impjant huwa low risk; però, xorta mhuwiex no risk.", "Allura, jekk ir-riskju huwa eżistenti, liema huwa l-iktar wieħed li ġie identifikat fir-risk assessment?", "X'impatt għandu fuq KGT?", "X'nistgħu nagħmlu bil-grains jekk ikun hemm ir-riskju li jikkontamina l-commodities?", "L-AVUKAT PAUL LIA: Forsi se nwieġbek ta' avukat.", "Jien nippretendi li l-ewwel riskju li KGT jipprova jelimina huwa li, pereżempju ...", "IT-TABIB GODFREY GRECH: Mhux hekk staqsejt jien.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Imma jien se ngħidlek ir-risposta tiegħi.", "Fid-dinja m'hawn xejn li huwa no risk.", "Jekk għandek ċilindru tal-gass id-dar, allavolja għandek is-safety features kollha, fit-teorija għandek riskju.", "Jekk għandek termometru tal-merkurju d-dar li anke ddaħħlu f'ħalq it-tfal biex tara x'temperatura għandhom, fit-teorija għandek riskju.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Ir-riskju huwa dejjem relattiv.", "Aħna għandna s-safety features kollha possibbli kif huma aċċettati u ordnati llum fl-Unjoni Ewropea – xi ħaġa li la intom m'għandkom fl-impjant tagħkom, u lanqas għandhom il-kompetituri tagħna erba' passi 'l bogħod minna ...", "IT-TABIB GODFREY GRECH: Ma nafx fuq liema kriterji qed tiddeċiedi hekk.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Qed niddeċiedi hekk fuq meta nara d-dħaħen itiru, fuq meta nara gaffa li taħdem f'barriera tal-ġebel, u tiġi ...", "IT-TABIB GODFREY GRECH: Tista' tirrispondili d-domanda tiegħi, jekk jogħġbok?", "L-AVUKAT PAUL LIA: … tiġi mniżżla bit-trab fl-istiva tal-qmuħ li mbagħad irridu nieklu.", "Għax imbagħad bilfors li nibda nistaqsi kemm aħna ġenwini.", "Dik hija t-tweġiba tiegħi.", "Fil-ħajja m'hawn xejn no risk; ir-riskji huma kollha relattivi.", "IT-TABIB GODFREY GRECH: Liema huwa l-akbar riskju?", "Jekk jiġri xi ħaġa lill-grains, x'se nagħmlu bihom?", "L-AVUKAT PAUL LIA: Fil-preżentazzjoni diġà ntwera kif, kieku kellha tiġri xi ħaġa, il-monitoring huwa 24 siegħa kontinwi, u hemm safety features biżżejjed biex jiġi eliminat mill-ewwel il-kontinwazzjoni tagħha.", "Kollox jiġi mwaqqaf, u m'hemmx ir-riskju kif qed timplika inti li xi siment jidħol fis-silo tal-qamħ.", "IT-TABIB GODFREY GRECH: Jien ma implikajt xejn: għamilt mistoqsija sempliċi ħafna.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Imma d-domanda qisha qed timplika li hemm xi sitwazzjoni fejn ħafna siment se jispiċċa fis-silos tal-qamħ.", "IT-TABIB GODFREY GRECH: Jien m'għedtx hekk.", "MADAM CHAIR: Hawn aktar domandi?", "IT-TABIB GODFREY GRECH: Għandi domanda oħra jekk ma jimpurtax.", "Fil-bidu tal-preżentazzjoni għedtu li, qabel bdejtu l-operat, il-livelli ta' pollution fil-port area kienu jaqbżu t-threshold għal ċerti ġranet, u mill-air monitoring figures li qed tibagħtu, qed nara li l-peaks huma pjuttost żgħar f'xahar sħiħ.", "Tista' tispjegali dan, għax ma nistax nifhem?", "IS-SUR IVAN CARABOTT: L-ewwel studju li kien sar kien jaqbad il-pollution li hemm fil-port area mill-vapuri, minn scrap metal, forsi anke mill-inġenji tagħkom stess, u saħansitra anke mill-Power Station, mentri s-sistema li għandna stallata, kif diġà spjegajt, huma probes stallati fil-filters tagħna stess biex jiena nkun nista' nkejjel l-emissions li qed joħorġu mingħandi mhux ta' ħaddieħor.", "Jiena rrid inkun ċert li qiegħed mija fil-mija.", "Issa, jekk il-qamħ jiġi nkwinat mill-vapuri jew mill-Power Station, sta għalikom li timminimizzaw ir-riskju billi tagħlqu l-conveyors kif suppost, u ma tħallux dak il-ftuħ għad-droppings tal-ħamiem, għall-frak tal-ħadid, heavy metals …", "IT-TABIB GODFREY GRECH: Dawk l-affarijiet iddiskutejnihom mal-awtoritajiet.", "IS-SUR IVAN CARABOTT: Aħna ġejna hawnhekk biex nispjegaw kif taħdem l-operazzjoni tagħna, u mhux biex nispjegaw kif intom se tnaqqsu r-riskju.", "Kif diġà għedt, aħna qegħdin low risk bħala riskju, u dan qed jgħiduh l-esperti.", "IT-TABIB GODFREY GRECH: S'issa għad ma kellix risposta waħda.", "MADAM CHAIR: Dik hija t-tweġiba tiegħu.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Li ħareġ pożittiv minn din l-istorja kollha – għalkemm lilna dejquna ħafna u ħolqulna ħafna problemi – huwa li l-MEPA issa hija aware ħafna iktar mis-sitwazzjoni, u talbet diġà li anke KGT tagħmel l-environmental permit tagħha biex ikun assigurat li anke huma joperaw b'mod li r-riskju tal-kontaminazzjoni tal-qamħ jitnaqqas.", "Il-MEPA kellha titlob ukoll – ma nafx għamlithiex diġà – lis-Central Cement jagħmlu environmental permit, u allura jidher li għallinqas minn dan l-intrigu kollu qed joħroġ il-ġid, għax ftit ftit kulħadd se jkollu jottempora ruħu mal-istringent controls li għandna aħna.", "MADAM CHAIR: Hawn iktar mistoqsijiet?", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA (Konsulent Legali ta' KGT): Iktar minn mistoqsija xtaqt nagħmel punt dwar l-issue li ssemmiet tal-conveyor belt.", "Jiena ppreżentajt rapport mingħand l-iktar nies esperti li jeżistu fid-dinja fejn jidħol silos tal-ġwież, u spjegajtilkom miljun darba li huwa inutli li l-conveyor belts jingħalqu għax in-natura tal-ġwież hija tali li l-vapuri, li huma bulk carriers, iridu jinħattu bil-hatches miftuħin.", "Il-preokkupazzjoni kbira li kellna hija għax nafu kif jaħdem silo tal-ġwież.", "Jien dort diversi silos tal-ġwież madwar id-dinja, u nista' nassigurakom li m'intix se ssib silo ieħor madwar id-dinja li huwa ta' standard li nżommuh aħna, kemm bħala ċertifikazzjonijiet, kif ukoll bħala standards li għandna.", "U dik kienet il-preokkupazzjoni tagħna meta nbena silo tas-siment less than 5 metres 'il bogħod mis-silo ta' KGT, għax nafu li qed titkellem fuq industrija fil-miftuħ.", "Jien jinkwetani l-fatt – kif inkwetajtu intom ukoll – meta l-MEPA bagħtitilkom biċċa ittra fejn qaltilkom li biex tibnu silo tas-siment m'għandhomx bżonn permess.", "Intom tant inkwetajtu li bgħattulha l-pjanti biex iġġibu ċertifikazzjoni fuqhom.", "U aħna għadna inkwetati sal-lum.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Bir-rispett kollu, m'intix qed tkun korrett.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Qed inkun korrett ħafna, għax intom stess għedtuh dan id-diskors.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Aħna mhux inkwetajna għax konna se noperaw bla permess, imma ridna nserrħu rasna minn kollox għax l-investiment huwa kbir, u kieku ma kellniex is-serħan il-moħħ mingħand il-MEPA u mingħand il-gvernijiet – f'dan il-każ kien hemm overlap minn gvern għal ieħor – li nistgħu nagħmlu dak l-investiment, ma konniex nagħmluh.", "Aħna dħalna għal dak l-investiment meta serħulna rasna li, bħala port area, u minħabba li diġà kien isir dak ix-xogħol hemmhekk b'diversi tipi ta' bulk li jinħatt hemmhekk, ma kienx hemm bżonn permess speċifiku.", "Wara kollox, dik mhijiex binja, imma aktar hija struttura bil-makkinarju.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Jimporta nistaqsikom kemm sewa l-investiment?", "L-AVUKAT PAUL LIA: Iva jimporta, għax ma naħsibx li huwa rilevanti.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Però aħna m'għandniex problema ngħidulkom li KGT sewa lill-Gvern Malti 'l fuq minn €30 miljun.", "Jiġifieri, jekk l-investiment tagħkom sewa l-flus, KGT sewa l-flus għall-Gvern u għaċ-ċittadin Malti, u huwa fl-interess tiegħi li nipproteġi dan l-investiment.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Jien qed inwieġeb għall-kumment li għamilt inti li aħna konna preokkupati.", "Mhijiex kwestjoni ta' preokkupazzjoni li se nagħmlu xi ħaġa ħażina, imma ridna nserħu rasna li l-awtoritajiet ikunu well aware minn qabel x'tip ta' struttura kienet se titla' hemmhekk biex, qabel nagħmlu dak l-investiment, ikollna moħħna mistrieħ li m'hemmx intoppi, kif fil-fatt ma kienx hemm.", "L-intoppi bdew meta, min-naħa tagħkom u min-naħa tal-NGOs, kien hemm ħafna pressure – ejjew ngħidu li kien hemm preokkupazzjonijiet ġenwini, ma neskludix dan – u nispera li bil-kontrolli, bl-assigurazzjonijiet u bl-istudji kollha li saru, dawk il-preokkupazzjonijiet, jekk almenu wieħed jarahom b'mod oġġettiv, ġew eliminati sal-iktar possibbli li wieħed jista' jeliminahom.", "Nerġa' ngħid li kollox huwa relattiv fil-ħajja.", "Jien dejjem inġib l-eżempju tal-gass.", "Kulħadd jaf li jekk iċ-ċilindru tal-gass jisplodi, joqtol lin-nies, imma ħadd ma jgħidlek li mhux se jdaħħal gass id-dar.", "L-importanti hu li wieħed joqgħod attent kif jagħmel l-affarijiet, f'kollox.", "Anke sempliċi sikkina hija periklu, imma ħadd ma jgħidlek biex ma tużax sikkina.", "Il-ħajja kollha hekk hi magħmula.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Naqbel miegħek, imma ma tmurx tibni kamra tan-nar ħdejn pompa tal-petrol.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Bir-rispett kollu, imma dan mhuwiex kamra tan-nar.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Imma inti ma tressaqx il-periklu …", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjakom.", "Hawn iktar mistoqsijiet?", "L-AVUKAT LAURO FAVA (Avukat ta' KGT): L-ewwel issemmew livelli differenti ta' risks.", "Dawn id-descriptors liema ċirkostanzi jqisu?", "Jiġifieri \"low risk\" meta tikkunsidra l-fatt li qegħdin daqshekk qrib ta' silo tal-qamħ?", "U x'inhu dak il-low risk li semmejtu?", "IS-SUR IVAN CARABOTT: Kif diġà għedt, se nħallu kopja lill-Kumitat tar-rapporti kollha li saru mill-esperti.", "MADAM CHAIR: Liema rapporti se jkunu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku through l-website tal-Parlament.", "IS-SUR IVAN CARABOTT: Aħna m'aħniex esperti u lanqas m'aħna inġiniera; imma r-rapporti saru skont norma tal-Unjoni Ewropea dwar kif jinħadmu dawn l-affarijiet, u tqis l-failure risks tas-silo, jiġifieri fejn jidħol loading tat-trakkijiet, filters, joints, eċċ. Nista' ngħid li l-inġinier ma riedx joqgħod fuq il-literature li tajnih, imma ried jara l-assembly isseħħ fir-realtà, u daru biċċa biċċa, u ħa into consideration kull joint u kull xaqq bejn panel u ieħor.", "Saħansitra kien jiġi jiċċekkja t-torque li bih nissikkaw il-boltijiet, daqshekk daħal fid-dettall l-inġinier.", "MADAM CHAIR: Hawn iktar mistoqsijiet?", "Ma jidhirx li hawn aktar domandi, u għalhekk nirringrazzja lil kulħadd.", "Kif għedtilkom fil-bidu tal-laqgħa, l-għan tagħna kien li nesploraw possibilitajiet fejn nistgħu ntejbu, jekk inhu possibbli, l-operat taż-żewġ kumpanniji li qegħdin joperaw fejn xulxin, biex neliminaw, jekk jeżisti, kull riskju li jista' jkun hemm għas-saħħa tal-bniedem.", "Li nista' nassigurakom żgur huwa li ttieħdet kull inizjattiva, kemm min-naħa tal-MEPA, kemm min-naħa tal-awtoritajiet tas-Saħħa, kif ukoll min-naħa tal-kumpanniji nvoluti, sabiex jekk kien hemm fejn wieħed jista' jtejjeb, dan jitjieb.", "Nisperaw li l-monitoraġġ li qed isir ikompli jsir kif suppost, u nispera li weġibna għall-inkwiet li kien qed jiġi espress mill-pubbliku u li wasal għandna hawnhekk.", "Kif diġà għedt, it-transcriptions ta' kulma ntqal hawnhekk, flimkien mad-dokumenti ppreżentati, se jkunu online fuq il-website tal-Parlament, u wieħed ikun jista' jirreferi għalihom.", "Min-naħa tagħna, kemm it-transcripts, kif ukoll il-Minuti tal-laqgħat, se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex ikunu għad-dispożizzjoni ta' kull min ikun irid jirreferi għalihom.", "Nirringrazzjakom talli attendejtu għal din il-laqgħa, u naġġorna l-Kumitat b'data u aġenda li jiġu kkomunikati aktar tard.", "Fis-7:49 pm, il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150318_014d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:01p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Joe Mizzi (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura) (sostitut), kienu preżenti.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti mill-Ministeru għas-Saħħa, mill-Malta Environment and Planning Authority (MEPA), minn Kordin Grain Terminal, minn UC Limited, kif ukoll rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 13 li saret fit-23 ta' Frar, 2015 ġew konfermati.", "PREŻENTAZZJONI MINN UC LTD.", "KIF MITLUBA MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT F'LAQGĦA NRU.", "Waqt il-preżentazzjoni li għamel, is-Sur Ivan Carabott, Direttur ta' UC Ltd, ippreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti:", "14 – Preżentazzjoni mogħtija minn UC Ltd;", "15 – Risk Assessment Report dwar is-Cement Bulk Storage Terminal ta' UC Ltd;", "Fil-laqgħa ħadu sehem ukoll l-Avukat Paul Lia, konsulent legali ta' UC Ltd.; l-Avukat Adrian Delia u t-Tabib Godfrey Grech, konsulent legali u konsulent ta' Kordin Grain Terminal rispettivament u l-Avukat Lauro Fava, avukat ta' Kordin Grain Terminal, kif ukoll is-Sinj.", "Astrid Vella mill-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar.", "Fit-7:49p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150318_014m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 41", "L-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni tar-rapport annwali ta' ħidma għas-sena 2013 mill-Bord tal-Pulizija ta' Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150318_041a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 41", "L-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 41", "L-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "PreŻentazzjoni tar-rapport annwali ta' Ħidma gĦas-sena 2013 mill-Bord tal-Pulizija ta' Malta.", "THE ACTING CHAIRPERSON (Onor. Kristy Debono): Nifhem li din il-laqgħa mhijiex se tieħu fit-tul.", "Fil-fatt se nibdew mill-ewwel bil-preżentazzjoni tar-rapport annwali ta' ħidma għas-sena 2013 mill-Bord tal-Pulizija ta' Malta.", "L-IMĦALLEF FRANCO DEPASQUALE (Chairman tal-Bord tal-Pulizija ta' Malta): Skont il-liġi aħna obbligati li nħejju rapport annwali li mbagħad ngħadduh lill-Ministru, lill-Kummissarju tal-Pulizija u liċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Fl-assenza taċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri, jiena se nilqa' dan ir-rapport u mbagħad inkunu nistgħu naġġornaw għal laqgħa oħra.", "L-IMĦALLEF FRANCO DEPASQUALE: Dan huwa rapport li jixbaħ - jekk tfittex fil-file għandek issibhom – ħafna r-rapporti l-oħra li għamilna f'dawn l-aħħar 13, 14-il sena.", "Issa jekk għandkom xi affarijiet li tixtiequ tistaqsuna aħna lesti li nweġbukom.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Forsi tistgħu tagħtuna preżentazzjoni ħafifa ta' dan ir-rapport?", "L-IMĦALLEF FRANCO DEPASQUALE: Ir-rapport jagħmel analiżi tal-istituzzjoni nnifisha u ta' dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu aħna, kif ukoll jagħmel rakkmandazzjonijiet dwar affarijiet li minn sena għal sena nħossu li għandna nagħmlu.", "Hekk kif dan ir-rapport jiġi approvat aħna nibagħtuh lil dawn it-tliet awtoritajiet li semmejt aktar qabel.", "Issa biex inkun għedt kollox qatt ma taw kas tar-rakkmandazzjonijiet li nagħmlu.", "Jiena bniedem li ma nħobbx indur mal-lewża u dik hi r-realtà; qatt ma taw kashom!", "Aħna dejjem ipprovajna nagħmlu xi ħaġa fejn ngħidu dak li nixtiequ però qatt ma kellna feedback pożittiv.", "Madankollu jiena ngħid li dak huwa d-dover tagħna u għalhekk nibqgħu nagħmluh xorta waħda.", "X'inhi n-natura ta' dan il-bord?", "In-natura ta' dan il-bord hija l-pulizija.", "Issa ħadd ma jieħu gost bil-pulizija wara biebu u lanqas il-puliizja ma tieħu gost li l-pulizija jkollha l-pulizija tagħha … Jekk m'inix sejjer żball dan il-bord kien imwaqqaf fl-2002 u kien il-brain child ta' Dr Joe Brincat meta kien għadu fil-Parlament.", "Matul is-snin dan tkompla u ġie addottat kif inhu llum.", "Ġieli saru xi emendi żgħar fih.", "Pereżempju ma kellniex il-fakultà li nħarrku persuna u nagħtuha ġurament, u għalhekk saru l-emendi meħtieġa sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru.", "Aħna nipprovaw ngħidu x'inhuma l-affarijiet li nkunu għamilna matul dik is-sena u l-problemi li nkunu ltqajna magħhom.", "Hemm ħafna xi tgħid dwar il-ħidma tal-bord imma aħna se nieħdu din l-okkażjoni biex formalment ngħaddulkom kopja ta' dan ir-rapport.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Formalment nirċievu dan ir-rapport u nirringrazzjak tal-ħidma tiegħek.", "Hemm aktar kummenti?", "L-IMĦALLEF FRANCO DEPASQUALE: Le.", "Nisperaw li tapprezzaw u tkunu sodisfatti bil-ftit li stajna nagħmlu.", "Dan kien rapport ftit antipatiku, fis-sens li fl-intervall kelli tibdil fil-membri tal-bord.", "Dan ir-rapport ikopri dawn iż-żewġ affarijiet u issa erġajna kellna ntopp ieħor, fis-sens li biddilna ċerti membri tal-bord.", "Kull darba trid iddaħħal il-membri ġodda fis-sistema imma l-importanti li jkun hemm il-volontà.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Ħadt nota tal-kummenti li qed tagħmlu u se ngħaddihom liċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "Naħseb li nistgħu naġġornaw din il-laqgħa sakemm m'għandkom xejn aktar x'iżżidu.", "L-IMĦALLEF FRANCO DEPASQUALE: Aħna m'għandna l-ebda intenzjoni li naħlulkom il-ħin.", "Il-formalità titlob li jien nippreżenta dan ir-rapport u għalhekk irrid naderixxi mal-liġi.", "Madankollu aħna dejjem disponibbli.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Dik hi l-proċedura.", "L-IMĦALLEF FRANCO DEPASQUALE: Kif tridu imma jkolli ngħid li qatt ma ġejna hawnhekk fi 12-il sena!", "Madankollu l-ameljorament dejjem sabiħ.", "Is-soltu konna nibagħtuhom bil-posta u għandi pjaċir ngħid li fi 12-il sena lanqas biss acknowledgement wieħed ma rċevejna!", "Nibagħtu rapport bħal dan kull sena u lanqas acknowledgement ma nirċievu.", "Imma ma jimpurtax.", "Aħna ma nagħmlux mirakli.", "Nirringrazzjawkom tal-ħin li tajtuna u nispera li tkunu kuntenti b'dak li għamilna.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Kumtiat huwa aġġornat għal data oħra li tiġi komunikata aktar tard.", "Fis-7:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150318_041d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 41", "L-Erbgħa, 18 ta' Marzu 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:10 p.m.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat, kienet preżenti għal-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat, maħtura ad hoc, qalet it-talba.", "PREŻENTAZZJONI TAR-RAPPORT ANNWALI TA' ĦIDMA TAL-BORD TAL-PULIZIJA TA' MALTA GĦAS-SENA 2013.", "l-Imħallef Franco Depasquale, Chairman tal-Bord tal-Pulizija, ippreżenta lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali:", "Dok 41 Rapport Annwali dwar il-ħidma tal-Bord tal-Pulizija għas-sena 2013.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150318_041m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 27", "L-Erbgħa, 1 ta' April 2015 fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 1 ta' April 2015 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-E.T. Bruno Macaes, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall.", "Affarijiet oħra.", "Rapport mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech fuq il-konklużjonijiet tal-Laqgħa dwar il-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u s-Siġurtà li saret f'Riga, il-Latvja;", "Approvazzjoni tal-ftehim milħuq fil-Grupp ta' Ħidma I dwar il-parteċipazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej fix-xogħol tal-istess Grupp; u", "16 ta' Marzu 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150401_027a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 27", "L-Erbgħa, 1 ta' April 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 27", "L-Erbgħa, 1 ta' April, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 26, li saret fit-28 ta' Jannar 2015, ġew ikkonfermati.", "LAQGĦA MAL-E.T. BRUNO MAÇÃES, SEGRETARJU TAL-ISTAT GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ TAL-PORTUGALL", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRPERSON: Se nqiegħed fuq il-Mejda dan li ġej:", "- Il-konklużjonijiet tal-Laqgħa dwar il-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà li saret f'Riga, il-Latvja, u li għaliha attendejt jien u l-Onor.", "Hawn xi rimarki fuq id-Draft Conclusions?", "(Onor. Membri: Le) Mela nistgħu nikkonsidrawhom bħala approvati.", "Nitlob ukoll l-approvazzjoni tal-", "ftehim milħuq mill-Grupp ta' Ħidma I, fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Frar 2015, dwar il-parteċipazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej fix-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma tiegħu, li kien jgħid kif ġej:", "\"Fuq talba li saritlu min-naħa ta' Membru Parlamentari Ewropew, il-Grupp iddiskuta l-irwol tal-Membri Parlamentari Ewropej fix-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, liema gruppi jiltaqgħu fil-magħluq, u unanimament qabel kif ġej:-", "Ordni Permanenti 120F diġà jipprovdi li l-'Membri Parlamentari Ewropej eletti minn Malta għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fix-xogħol tal-Kumitat Permanenti (dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej), iżda ma jkollhomx id-dritt jivvotaw jew id-dritt li jressqu mozzjonijiet u emendi', u allura jagħmel sens li l-Membri Parlamentari Ewropej ikollhom dan l-istess dritt fir-rigward tax-xogħol tal-gruppi ta' ħidma fi ħdan l-istess Kumitat Permanenti; u", "jekk Membru tal-Parlament Ewropew ma jkunx jista' jattendi għax-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, spiss minħabba xogħol barra minn Malta konness mal-Parlament Ewropew, dan ikun jista' jinnomina persuna biex tattendi l-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma mingħajr id-dritt li titkellem jew tivvota jew li tressaq mozzjonijiet u emendi.\"", "Dan nistgħu nikkonsidrawh ukoll bħala approvat.", "Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Korrispondenza:", "THE CHAIRPERSON: Inqiegħed fuq il-Mejda:", "Il-Kumitat iddiskuta l-ittra ta' Ms Diane Spiteri, Aġent Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, dwar koperazzjoni u kollaborazzjoni bejn il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u dak għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, speċjalment dwar materji ta' sorveljanza fuq il-budgets u l-proċess ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika u finanzjarja, u qabel li għandha ssir laqgħa dwar dan.", "Il-Kumitat innota wkoll li kien hemm indikazzjonijiet li l-Viċi President Valdis Dombrovskis, inkarigat mill-Ewro u d-Djalogu Soċjali, kien se jżur Malta għall-bidu ta' Mejju 2015.", "Fil-fehma tiegħi, għalkemm din il-materja tittratta l-European Affairs li jaqa' taħtha dan il-Kumitat, hija aktar rilevanti għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "U għaldaqstant naħseb li nistgħu nagħmlu laqgħa konġunta bejn dawn iż-żewġ kumitati.", "Se nqiegħed ukoll fuq il-Mejda:", "L-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Federali Russu fejn ħabbar l-elezzjoni tiegħu f'din il-kariga, u fejn ippropona djalogu u żjarat reċiproċi bejn iż-żewġ kumitati.", "Il-Kumitat innota l-parir tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fis-sens li ma kien hemm l-ebda projbizzjoni u/jew sanzjonijiet fuq laqgħat u kuntatti fil-livell ta' parlamentari, għalkemm meta wieħed jiġi għall-ispeċifiku dejjem kellu jaċċerta li persuna ma tkunx milquta minn sanzjonijiet.", "Nitlobkom taraw draft tal-ittra li beħsiebni nibgħat b'risposta, u nistaqsi jekk għandkomx xi emendi għal din l-ittra.", "Mela, jidher li l-Kumitat qiegħed jaqbel mal-abbozz tal-ittra li se nibgħat bħala l-President ta' dan il-Kumitat.", "Inġib għall-attenzjoni tagħkom:", "Dwar Joint Consultation Paper 'Towards a new European Neighbourhood Policy', maħruġa mir-Rappreżentant Għoli tal-U.E. għall-Affarijiet Barranin u l-Politika għas-Sigurtà, il-Kumitat innota li din il-konsultazzjoni kienet miftuħa sal-aħħar ta' Ġunju 2015, u li diġà kienet saret talba għall-pożizzjoni tal-Gvern dwarha sabiex aktar 'il quddiem issir diskussjoni u, jekk ikun il-każ, issir sottomissjoni.", "Talba li saret lir-rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell għal informazzjoni dwar suġġetti li l-Parlament Nazzjonali kien qiegħed jiddiskuti, jew li jixtieq jiddiskuti, mal-Kummissjoni, u dan sabiex jittieħed kont tagħhom fl-iskedar ta' żjajjar ta' Kummissarji fl-Istati Membri.", "Il-Kumitat qabel li jressaq dawn iż-żewġ suġġetti, jiġifieri l-policy ġdida dwar in-Neighbourhood Policy u l-Comprehensive European Agenda on Migration.", "Fuq il-proposta Daniża sabiex jitwaqqaf 'European Business Forum' bil-għan li tonqos il-burokrazija żejda, ħalli ssir aktar faċli li wieħed jagħmel negozju, il-Kumitat qabel li jappoġġja din il-proposta meta u jekk issir formalment.", "L-applikazzjoni ta' Malta biex tagħmel parti mill-Convention on the International Hydrographic Organisation (IHO) li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għarrfu biha, minkejja li din taqa' taħt Art.", "5 tal-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304); u", "Ir-rapport annwali għall-2014 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta, liema rapport kellu jiddiskutih sal-aħħar ta' Mejju u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kamra, skont Art.", "7 tal-Att li waqqaf l-istess Kunsill (Kap 515).", "Naġġornaw din il-laqgħa għal data oħra li tiġi mħabbra lilkom aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7.45 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150401_027d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 1 ta' April 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:55 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Toni Bezzina u l-Onor.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 26 li saret fit-28 ta' Jannar, 2015 kienu konfermati.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAL-E.T. BRUNO MACAES, SEGRETARJU TAL-ISTAT GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ TAL-PORTUGALL", "Wara introduzjoni qasira, il-Kumitat u s-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej Portuġiż iddiskutew diversi kwestjonijiet ta' interess komuni kemm fuq livell bilaterali u kemm fuq livell Ewropew, fosthom, is-sitwazzjoni fil-Libja u t-Tuneżija; ċerti aspetti dwar il-migrazzjoni irregolari fosthom il-ħtieġa ta' reviżjoni tar-rwol tal-Frontex, tal-burden sharing u forsi anke tar-regolamenti ta' Dublin; u l-politika tal-viċinat tal-Unjoni Ewropea li fir-rigward tal-pajjiżi fin-naħa t'isfel tal-Mediterran għandha toffri aktar għajnuna u sostenn kemm mil-lat ekonomiku u fit-twaqqif u t-tisħiħ tal-instituzzjonijiet.", "Affarijiet Oħra:", "106 Il-President tal-Kumitat ippreżenta l-konklużjonijiet tal-Laqgħa dwar il-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u s-Siġurtà li saret f'Riga, il-Latvja, li attenda għaliha flimkien mal-Onor.", "107 Il-Kumitat approva l-ftehim milħuq mill-Grupp ta' Ħidma I, fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Frar 2015, dwar il-parteċipazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej fix-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma tiegħu li kien jgħid kif ġej:", "Fuq talba li saritlu min-naħa ta' Membru Parlamentari Ewropew, il-Grupp iddiskuta r-rwol tal-Membri Parlamentari Ewropej fix-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, liema gruppi jiltaqgħu fil-magħluq, u unanimament qabel kif ġej:-", "Ordni Permanenti 120F diġà jipprovdi li l-\"Membri Parlamentari Ewropej eletti minn Malta għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fix-xogħol tal-Kumitat Permanenti (dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej), iżda ma jkollhomx id-dritt jivvotaw jew id-dritt li jressqu mozzjonijiet u emendi\" u allura jagħmel sens li l-Membri Parlamentari Ewropej ikollhom dan l-istess dritt fir-rigward tax-xogħol tal-gruppi ta' ħidma fi ħdan l-istess Kumitat Permanenti; u", "jekk Membru tal-Parlament Ewropew ma jkunx jista' jattendi għax-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, spiss minħabba xogħol barra minn Malta konness mal-Parlament Ewropew, dan ikun jista' jinnomina persuna biex tattendi l-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma mingħajr id-dritt li titkellem jew tivvota jew tressaq mozzjonijiet u emendi.", "108 Il-Kumitat iddiskuta l-ittra ta' Ms Diane Spiteri, Aġent Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, dwar koperazzjoni u kollaborazzjoni bejn il-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u dak għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, speċjalment dwar materji ta' sorveljanza fuq il-baġits u l-proċess ta' kordinazzjoni tal-politika ekonomika u finanzjarja, u qabel li għandha ssir laqgħa dwar dan.", "Il-Kumitat innota wkoll li kien hemm indikazzjonijiet li l-Viċi President Valdis Dombrovskis, inkarigat mill-Euro u d-Djalogu Soċjali, kien se jżur Malta għall-bidu ta' Mejju 2015.", "109 Il-Kumitat ikkonsidra l-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Federali Russu fejn ħabbar l-elezzjoni tiegħu f'din il-kariga u ippropona djalogu u żjarat reċiproċi bejn iż-żewġ kumitati.", "Il-Kumitat innota l-parir tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fis-sens li ma kien hemm l-ebda projbizzjoni u/jew sanzjonijiet fuq laqgħat u kuntatti fil-livell ta' parlamentari għalkemm meta wieħed jiġi għall-ispeċifiku dejjem kellu jaċċerta li persuna ma tkunx milquta minn sanzjonijiet.", "Il-Kumitat qabel ukoll mal-abbozz tal-ittra li kienet se tintbagħat taħt il-firma tal-President tal-Kumitat.", "110 Fir-rigward tal-Joint Consultation Paper 'Towards a new European Neighbourhood Policy' maħruġa mir-Rappreżentant Għoli tal-U.E. għall-Affarijiet Barranin u l-Politika għas-Sigurtà, il-Kumitat innota li din il-konsultazzjoni kienet miftuħa sal-aħħar ta' Ġunju 2015 u li diġà kienet saret talba għall-pożizzjoni tal-Gvern dwarha sabiex aktar 'il quddiem issir dikussjoni u, jekk ikun il-każ, issir sottomissjoni.", "111 Dwar it-talba li saret lir-rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell għall-informazzjoni dwar suġġetti li l-Parlament Nazzjonali kien qiegħed jiddiskuti jew li jixtieq jiddiskuti mal-Kummissjoni u dan sabiex jittieħed kont tagħhom fl-iskedar ta' żjajjar ta' Kummissarji fl-Istati Membri, il-Kumitat qabel li jressaq dawn iż-żewġ suġġetti, i.e. il-policy ġdida dwar in-Neighbourhood Policy u l-Comprehensive European Agenda on Migration.", "112 Fuq il-proposta Daniża sabiex jitwaqqaf 'European Business Forum' fil-għan li tonqos il-burokrazjja żejda ħalli ssir aktar faċli li wieħed jagħmel negozju, il-Kumitat qabel li jappoġġja din il-proposta meta u jekk issir formalment.", "113 Il-Kumitat ħa nota tal-applikazzjoni ta' Malta biex tagħmel parti mill-Convention on the International Hydrographic Organisation (IHO) li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għarrfu biha minkejja li din taqa' taħt Art.", "5 tal-Att dwar ir-Ratifik ta' Trattati (Kap. 304); u", "114 Il-Kumitat ħa nota tar-rapport annwali għall-2014 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta, liema rapport kellu jiddiskutih sal-aħħar ta' Mejju u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kamra skont Art.", "7 tal-Att li waqqaf l-istess Kunsill (Kap 515).", "Din id-dokumentazzjoni kollha kienet tqassmet lill-Membri bil-quddiem.", "Fis-7.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150401_027m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 28", "It-Tnejn, 27 ta' April 2015 fis-1.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 27 ta' April 2015 fis-1.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "24 ta' April 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150427_028a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 28", "It-Tnejn, 27 ta' April 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 28", "It-Tnejn, 27 ta' April 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1.04 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 27, li saret fil-11 ta' Marzu 2015, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn talba mill-media biex jiffilmjaw.", "Il-permess ingħata.", "Niġu għax-xogħol tal-Kamra, u nistieden lill-Onor.", "Godfrey Farrugia biex jagħmel ir-rimarki għan-naħa tal-Gvern.", "Xogħol tal-Kamra", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, is-seduta li jmiss hija fl-4 ta' Mejju, u għaldaqstant, billi se nkunu f'parlament ġdid, diġà qsamt fehmti mal-Onor.", "David Agius, b'mod one to one, u għedtlu li tkun ħaġa sabiħa li naqbdu suġġett li miż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu fuq il-kontenut tiegħu.", "U mhux hekk biss, imma naraw li jkollu kontenut li fuq pjattaforma internazzjonali jkompli jagħti ġieħ lil Malta.", "Għaldaqstant, qed nipproponi li meta niftħu l-Parlament il-ġdid, nibdew bl-Abbozz ta' Liġi fuq Azzjoni dwar il-Klima, li hija liġi totalment ġdida.", "Ladarba naqblu fil-prinċipju miż-żewġ naħat tal-Kamra, naħseb li jkun tajjeb li nibdew biha.", "L-aħħar seduta li kien hemm konna waqafna fuq it-Tieni Qari tal-Liġi fuq is-Suċċessjoni.", "Jekk jifdal spazju, dakinhar nistgħu nkomplu biha.", "Hekk qed nitkellmu fuq il-ftuħ tal-4 ta' Mejju.", "Miftiehmin ukoll li, fit-tieni ġimgħa ta' wara li jiftaħ il-Parlament, se nitkellmu fuq il-Liġi tal-Kunsilli Lokali.", "Irrid nagħti prijorità ukoll biex niddiskutu l-entitajiet.", "Hemm tlieta minnhom li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra: hemm dik tal-Awtorità tad-Djar, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, din min-naħa tal-Ministru Owen Bonnici.", "Nixtieq li fit-tieni ġimgħa nkunu diġà ttrattajna waħda minnhom – dik tal-Awtorità tad-Djar – u ġimgħa wara ġimgħa, sa Mejju, rridu neħilsu l-ħamsa l-oħra.", "Dwar l-Abbozz ta' Liġi tal-iStandards tal-Ħajja Pubblika, l-aħħar darba semmejna li għandna nitkellmuh fit-18 ta' Mejju, iżda minn dakinhar 'l hawn irriżulta li d-Deputat Prim Ministru għandu laqgħa, u allura rridu nipposponuha bi ftit ġranet.", "Magħha, għalkemm mhijiex fil-lista, hemm il-proċedura dwar l-iStanding Orders.", "Irridu nimxu pari passu magħha dwar il-proċedura li rridu nbiddlu.", "Għaldaqstant, qed nistenna l-feedback min-naħa tal-Oppożizzjoni dwar ix-xogħol siewi li sar min-naħa tal-istaff tal-Clerk of the House, fejn għamilna kollox tabulated.", "Il-proposti tagħna qegħdin hemmhekk; issa jonqos il-proposti tal-Oppożizzjoni u, barra minn hekk, irridu naraw dak id-dokument li ħejja l-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici, biex naraw u nqabblu kollox.", "Hemm biċċa xogħol siewja fejn irridu nitkellmu sew jiena u l-Onor.", "David Agius, imma qed nistenna r-rappreżentazzjoni tagħhom.", "MR SPEAKER: Fl-4 ta' Mejju, apparti ċ-ċerimonja – li se niġu għaliha, flimkien mal-programm li għandna – se jitla' l-Abbozz ta' Liġi fuq Azzjoni dwar il-Klima, Abbozz 93: qed naqblu, Onor. David Agius?", "DAVID AGIUS: Iva, Sur President, m'għandix diffikultà.", "Fadlilna ngħadduh ftit internament; però, m'għandux ikun hemm diffikultà li nagħmluh nhar it-Tnejn.", "MR SPEAKER: Kollox sew, fuq dik qed naqblu.", "DAVID AGIUS: Anke tas-suċċessjoni, m'għandniex diffikultà.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, għandna għal tlett ijiem ta' xogħol bejn it-Tnejn u l-Erbgħa.", "DAVID AGIUS: Ovvjament, għall-Erbgħa rridu naraw x'se nagħmlu, għax il-liġi tas-suċċessjoni bejn żewġ kelliema tingħalaq.", "Irridu xi ħaġa oħra.", "MR SPEAKER: Jekk tingħalaq, irridu xi ħaġa oħra.", "DAVID AGIUS: Nistgħu naqbdu tal-Awtorità tad-Djar.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Rigward l-iStanding Orders, min-naħa tagħna diġà għaddejna x-xogħol fuqhom, u issa nitkellem ftit mal-kollega tiegħi u nkunu nistgħu nimxu.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali): Fir-rigward tal-iStandards, jekk mhijiex problema, nagħmluha ġurnata oħra minflok fit-18 ta' Mejju.", "Aħna qed naħsbu li tkun jew il-Ġimgħa ta' wara eżatt, jew it-Tnejn ta' wara.", "MR SPEAKER: Se tiġi posposta b'ġimgħa.", "LOUIS GRECH: Huwa importanti li, f'din il-leġiżlatura, it-tibdil li rridu nagħmlu fuq l-iStanding Orders inkunu għamilnihom ukoll, u allura huwa tajjeb li jkollna l-feedback tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Fil-fatt, kulħadd qed jaħdem fuqhom.", "MARIO DE MARCO: Diġà rajnihom u diġà għandna l-veduti tagħna fuqhom.", "MR SPEAKER: Aktar tard illum irridu nagħmlu Standing Order partikolari, minħabba raġunijiet ta' teknikalità.", "S'issa qiegħda bir-radju, u issa rridu mmorru għall-Internet u għat-television.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, xi ħaġa oħra li nixtieq li nagħtuha importanza – biex, jekk għandna nidħlu fiha, nidħlu fiha – hija dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum.", "Forsi nagħmlu dan wara t-tieni ġimgħa, forsi fit-tielet ġimgħa.", "MR SPEAKER: Le, issa niġu għaliha aktar tard.", "Onor. Mario de Marco, kont se tgħid xi ħaġa?", "MARIO DE MARCO: Sur President, l-idea tagħna dejjem kienet li qegħdin nimxu ma' dawn in-numri ta' abbozzi ta' liġi.", "Però, ovvjament, irridu rressqu 'l quddiem ukoll il-Private Members' motions, li issa ilhom pendenti għal numru ta' xhur.", "GODFREY FARRUGIA: Hemm waħda partikolari li qiegħda fl-istadju tat-Tieni Qari li hemm bżonn li niltaqgħu dwarha.", "Safejn naf jien, dik li hemm mozzjoni pendenti.", "DAVID AGIUS: Le, hemm ukoll il-mozzjoni biex jiġi ppubblikat ir-rapport tal-inkjesti dwar l-operat tal-Pulizija.", "Diġà tellajtha xi tliet darbiet hawnhekk.", "MR SPEAKER: Konna diġà tkellimniha.", "DAVID AGIUS: Imma ma sibniex soluzzjoni.", "Jiġifieri, għadu mhux dak ir-rapport li tkellimna dwaru.", "Dan l-aħħar fil-media ngħad li l-Gvern qed jeħel penali għax mhux qed jagħti l-informazzjoni lill-media minħabba d-data protection.", "Din nixtieq li nsibu soluzzjoni għaliha.", "Għandna wkoll l-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilità.", "GODFREY FARRUGIA: Liema waħda?", "DAVID AGIUS: L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Opportunità Indaqs għal Persuni b'Diżabilità\", Mozzjoni 193.", "GODFREY FARRUGIA: Nagħtik risposta dwarha wkoll.", "DAVID AGIUS: It-tnejn l-oħra huma tal-Kostituzzjoni; imma nifhem li għadkom bl-istess pożizzjoni li jidħlu kollha f'daqqa.", "Hemmhekk ukoll irridu nieħdu deċiżjoni, għax għadda …", "MR SPEAKER: Il-mozzjoni meta ġiet imressqa?", "DAVID AGIUS: Fit-3 ta' Diċembru tal-2014, u l-oħrajn kienu f'Mejju, jiġifieri issa kważi ilhom sena.", "MARIO DE MARCO: Dwar mozzjonijiet 125 u 134 – li issa kważi għaddiet sena minn fuqhom – nixtieq inżid li l-idea kienet tagħkom, jekk m'iniex sejjer żball, li l-emendi kostituzzjonali jitressqu kollha flimkien, wara li ssir analiżi sħiħa tal-emendi fil-Kostituzzjoni.", "Però, s'issa jidher li dak għadu ma sarx.", "Naħseb li mhuwiex għaqli li nibqgħu nistennew sakemm dan isir.", "Wieħed seta' jifhem kieku din kienet se tkun xi ħaġa immedjata; però, issa qegħdin sena tard u naħseb li huwa utli li dawn l-emendi li huma għall-Kostituzzjoni jitressqu biex jiġu dibattuti kemm jista' jkun malajr.", "MR SPEAKER: Nistgħu nimxu?", "MR SPEAKER: Ħa nimxu għal xogħol ieħor.", "Niġu issa għal programm dwar iċ-ċerimonja tal-ftuħ.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "DAVID AGIUS: Nifhem li l-Mozzjoni dwar l-Awtorità tad-Djar ġiet ippubblikata, mozzjoni 221.", "L-oħrajn, tal-Heritage u tal-MEPA, għad iridu jiġu ppubblikati?", "(Interruzjonijiet) Qegħdin?", "Jista' jkollna kopja biex nirbħu ġimgħa?", "MR SPEAKER: Jekk hawn qbil, anke jekk għadhom ma tpoġġewx, ngħaddulkom kopja.", "Nistgħu nimxu, Onor. David Agius?", "XOGĦOL IEĦOR", "Ftuħ tal-binja ġdida tal-Parlament", "MR SPEAKER: Qed nagħtikom kopja tal-programm taċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali tal-binja l-ġdida tal-Parlament.", "Din se ssir bħal-lum ġimgħa, jiġifieri t-Tnejn, 4 ta' Mejju.", "Skont il-programm, se niltaqgħu kollha kemm aħna – ovvjament min irid jiġi – quddiem il-bieb prinċipali tas-sala li użajna sal-lum, jiġifieri quddiem dan il-bieb tal-entratura tas-sala prinċipali ħdejn is-sala tal-Arazzi, fit-3.30 p.m. Minn hemmhekk, nimxu l-kuritur lejn l-entratura prinċipali tal-Palazz, u hemmhekk se nassistu għal ċerimonja simbolika fejn il-Forzi Armati jgħaddu l-muftieħ lill-Pulizija, għax issa s-sigurtà se tkun f'idejn il-Pulizija.", "Dan se jsir bħala simbolu tar-responsabilità tas-sigurtà li se tkun qed tiġi mgħoddija għand il-Pulizija.", "Imbagħad, mill-Palazz nimxu flimkien lejn il-binja l-ġdida tal-Parlament.", "Hemmhekk isir diskors minni u mill-President tar-Repubblika.", "Imbagħad isir il-kxif tal-plakka kommemorattiva, li tiġi mbierka mill-Arċisqof.", "Id-dettalji qegħdin fil-programm.", "Se jkun hemm riċeviment żgħir u, fis-6.00 p.m., nibdew il-ħidma tagħna.", "Id-dettalji bil-ħin qegħdin kollha fil-programm.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, forsi se nkun barra minn loki bħala issue, però nista' nissuġġerixxi li jkun mistieden kull min serva bħala deputat f'xi waqt?", "MR SPEAKER: Il-mistednin huma limitati minħabba li l-postijiet fejn ipoġġu huma limitati; però, ibqa' ċert li l-membri tal-Assoċjazzjoni tal-eks-Membri Parlamentari se jkunu mistednin.", "MARIO DE MARCO: B'kollox kemm hemm eks-Membri li għadhom ħajjin?", "Hemm limitazzjoni fejn se jpoġġu.", "Fil-fatt, l-ewwel wasalna sal-Maġistrati, u mbagħad wasalna sad-Diretturi Ġenerali.", "L-ispazju huwa dak li hu.", "Eks-Speakers, eks-Presidenti u eks- Prim Ministri huma mistednin.", "MARIO DE MARCO: B'diżrispett lejn ħadd minnhom, imma …", "LOUIS GRECH: Veru, naħseb li hija aktar idonea li jkunu hemm huma.", "Imma, jekk tista' tagħmel rappreżentanza tagħhom …", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Rappreżentanza hemm l-Assoċjazzjoni.", "MR SPEAKER: Għalija nistgħu nistiednu lil Malta kollha; imma, kif qed ngħidilkom, l-ispazju huwa limitat.", "MARIO DE MARCO: Kull min kien deputat u jħoss rabta, mhux tant mal-binja …", "DEBORAH SCHEMBRI: Fejn se ssir iċ-ċeremonja?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Fil-ftuħ tal-Parlament, l-Assoċjazzjoni biss tiġi mistiedna.", "MR SPEAKER: Dejjem l-Assoċjazzjoni ġiet mistiedna.", "MARIO DE MARCO: Aħna għandna l-vantaġġ tan-numru, jiġifieri huwa limitat ħdejn dak ta' pajjiżi oħrajn.", "M'għandniex parlament ta' 400 ruħ – għandna parlament ta' 65 ruħ.", "Il-fatt li għandna biss 100 li għadhom ħajjin jagħmilha possibbli.", "Mhux qed ngħid li nistednuhom man-nisa u l-irġiel tagħhom.", "MR SPEAKER: Partners ħadd mhu se jkun mistieden.", "MARIO DE MARCO: Il-figura ta' 100 hija a manageable number.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, il-punt tiegħek huwa importanti.", "Jien qed nitkellem fuq il-kwestjoni.", "Araw intom; jekk tgħidulna biex nistednuhom, nistednuhom.", "GODFREY FARRUGIA: Jista' jkollna indikazzjoni min huma l-persuni li se jkunu mistednin?", "MR SPEAKER: Il-Membri Parlamentari eżistenti, membri tal-Ġudikatura, membri tal-Korp Diplomatiku, Ambaxxaturi, u issa daħħalna d-Diretturi Ġenerali wkoll.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Il-problema hija l-ispazju.", "L-ispazju quddiem iż-żewġ binjiet huwa dak li hu.", "LOUIS GRECH: Ejjew nikkonkluduha: jekk hemm spazju, jidħlu, u jekk mhemmx spazju, huwa inutli li nitkellmu.", "Jiġifieri, inkomplu għaddejjin.", "MR SPEAKER: Ilna għaddejjin fuq xahar.", "DAVID AGIUS: Se jkun hemm mistednin barranin?", "Dwar \"The Times of Malta\", dan il-ġurnal kellu xi domandi x'jistaqsini għax fuq din ħadet interess, u jien irrispondejt.", "Jidher li anke l-Perit Belveder, ir-rappreżentant tiegħu, se jkun mistieden.", "Jekk tridu li nistiednu 'l-eks- membri parlamentari li għadhom ħajjin, nistednuhom, għalkemm jien nifhem li mhux se jiġu kollha.", "MARIO DE MARCO: Japprezzawha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien naraha xi ħaġa sabiħa jekk nistgħu.", "MR SPEAKER: Nistednuhom, imbagħad min jista' jiġi jiġi, u naraw kif se nkunu.", "Xogħlijiet pendenti fil-binja l-ġdida tal-Parlament", "MR SPEAKER: Rigward ix-xogħol fil-binja, irrid ninformakom li għad għandna ftit hiccups għaddejjin sakemm naraw li l-istream kullimkien huwa in order.", "Meta tkun qed tiddependi mill-kuntratturi, hija xi ħaġa oħra.", "Irrid nirringrazzja lill-istaff tal-Parlament tal-isforzi li qed jagħmel, u talli għaddej gas down kuljum.", "Nisperaw li jkollna l-ordni ma ndumux.", "Kif diġà tkellimna, is-sigurtà mingħand l-Armata se tgħaddi f'idejn il-Pulizija, kif hemm f'kull parlament tal-Commonwealth.", "Il-mudell tas-sigurtà tagħna huwa bbażat fuq kif inhi s-sigurtà fil-House of Commons.", "Sar ħafna xogħol, u għamilna dak kollu li hemm bżonn.", "Illum diġà hemm numru ta' pulizija li qegħdin hemmhekk, u meta jinfetaħ il-Parlament, se jkun hemm aktar armonija ta' kif isir ix-xogħol.", "Kif għidtilkom, is-sigurtà se tgħaddi mingħand l-Armata għal għand il-Pulizija b'ċerimonja formali.", "Il-Pulizija se tkun fil-Parlament.", "Il-proposta tal-Pulizija hija li l-parametri tal-binja jingħalqu għall-pubbliku għal raġunijiet ta' sigurtà.", "Intom taqblu li għandna nimxu fuq il-parir li qed jagħtuna l-Pulizija għal raġunijiet ta' sigurtà għalina u għall-binja?", "MARIO DE MARCO: Jekk fhimt sew, il-parti ta' taħt il-Parlament kienet se tkun aċċessibbli għall-pubbliku: hekk se jkun?", "MR SPEAKER: Ikun hemm ċerta sigurtà, mhux taqbad u tidħol.", "MARIO DE MARCO: Jekk qed nifhem sew, l-idea hi li taħt il-Parlament ikun miftuħ għal pubbliku.", "Hekk kienet l-idea, u naħseb li dak il-konċett, li għandek parti miftuħa għall-pubbliku apparti l-aċċess għall-Parlament, li kif nifhem huwa dejjem ikkontrollat, għandu jibqa' u huwa parti mis-sabiħ ta' din il-binja.", "MR SPEAKER: Mhemmx dubju li kollox huwa sabiħ meta tkun qed tarah bħala sabiħ.", "Jekk ikollok inċident terroristiku, xi tkun il-pożizzjoni tiegħek?", "Kellna laqgħat kbar fuq is-sigurtà.", "Jiena bħalek kont naħsibha, Onor. de Marco.", "II-perimetru tal-binja huwa miftuħ, u jista' jkun hemm xi terrorista – li jista' jkun barrani u jista' ma jkunx – li jidħol viċin ħafna tal-Parlament minn Triq l-Ordinanza, bil-karozza mimlija bl-isplussiv, jibqa' ġej għal taħt il-Parlament, jieqaf u jisplodiha u ninżlu kollha miegħu.", "Jiena bħalek kont naħsibha; imma, meta tkellimt mal-esperti fuq is-sigurtà, kelli nagħmel din il-mistoqsija wkoll.", "Illum, m'aħniex qegħdin f'sitwazzjoni li ma naħsbux għal ċerta eventwalità.", "L-idea hekk kellha tkun u hija idea sabiħa; imma imbgħad, bħala sigurtà ...?", "MARIO DE MARCO: Bl-ebda diżrispett, però għal dik il-preokkupazzjoni hemm soluzzjoni.", "Tista' tagħmel il-bollards, kif kienu għamlu l-Ambaxxata Amerikana meta kellhom l-ambaxxata fi Triq Sant'Anna.", "Triq Sant'Anna ma ngħalqitx għall-pubbliku, u lanqas l-arkati ta' taħt l-Ambaxxata Amerikana, imma għamlu l-bollards.", "MARIO DE MARCO: Jekk niġu għall-istess argument, allura anke t-taraġ li hemm biswit il-Parlament huwa fil-periklu.", "Jiġifieri, irridu ngħixu dan ir-riskju ta' kuljum.", "Aħna li naħdmu l-Qorti jkollna theddida ta' bomba ta' kuljum.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, għandek punti tajbin, però l-punti kollha fihom diskussjoni.", "MARIO DE MARCO: Huwa parti mill-konċett li l-Parlament huwa simbolu tad-demokrazija li għandna ngħixuha, u dak l-ispazju għandu jkun miftuħ.", "MR SPEAKER: Irridu nieħdu ħsieb ukoll li d-demokrazija nibżgħu għaliha, għax jekk jidħol xi ħadd u ntiru kollha … Jiena naqbel miegħek dwar il-bollards, u biex isiru, naħseb li rridu nitkellmu dwar kif se nagħmluhom.", "Il-Perit Renzo Piano ma ħasibx għall-bollards.", "Anzi, meta tkellimna fuq bollards, ma naħsibx li kien hemm qbil.", "Kien hemm reżistenza.", "Ma nagħtihx tort għax dak huwa l-proġett tiegħu, hemm ħafna affarijiet.", "LOUIS GRECH: Ma naħsibx li għandna nieħdu deċiżjoni llum.", "Jiena naħseb li hemm żewġ opinjonijiet differenti.", "Ejjew inħarsu preċiżament x'inhu dan l-element ta' sigurtà għax, veru, l-idea kienet li jkun hemm intermingling tal-pubbliku mal-Parlament; però, wieħed ma jistax jinjora dak li qed jgħid l-iSpeaker rigward is-sigurtà.", "Id-deċiżjoni m'għandhiex tittieħed illum, u għandna naraw x'inhi l-pożizzjoni tal-Pulizija u x'inhuma s-suġġerimenti tagħhom.", "DAVID AGIUS: Għas-sigurtà tal-Parlament, il-Pulizija huma favur li jkun hemm il-Monti viċin?", "MR SPEAKER: Le, mhumiex favur u lanqas huma favur il-kwantità ta' żgħażagħ li dejjem ikunu hemmhekk fil-weekends f'dak l-ambjent ta' ħġieġ.", "Dak huwa t-tħassib tagħhom, u kellhom ħafna tħassib.", "Mhux qed ngħid li ż-żgħażagħ qed jagħmlu l-vandaliżmu, ħalli ma niġix ikkwotat ħażin; imma, minħabba dak l-ambjent ta' ħġieġ, kemm jista' jkun iridu jżommu ż-żgħażagħ 'il bogħod minn dik iż-żona.", "Hemm ħafna fatturi, imma l-aktar wieħed inkwetanti huwa dwar xi att terroristiku.", "Darba jkollok każ, ma jkollokx darbtejn!", "Mhux qed ngħid li se jsir jew li hemm xi att ippjanat, u allaħares hemm, imma dan huwa tħassib.", "Qed inqajjem dan is-suġġett għax jien għamilt sigħat mal-Kummissarju u mal-esperti fuq is-sigurtà.", "Jiena, li għandi ħafna esperjenza, wkoll ċerti affarijiet ma jgħaddulix minn moħħi, fosthom il-mod kif tista' timmira arma minn post fil-Belt u li minnu ġġib faċċata tiegħek ċerti uffiċini.", "Dawn huma affarijiet li kellna nidħlu fihom għax hemm is-sigurtà tagħna involuta.", "Mhux qed ngħid minn fejn.", "Dħalna f'dawn l-affarijiet, però naħseb li m'għandniex ngħaġġlu.", "Naħseb li f'dan l-istadju, dak li ġie deċiż, jew li qed jissuġġerixxu l-Pulizija, b'mod professjonali u b'mod inizjali, m'għandniex immorru kontra tiegħu.", "Imbagħad, bħala Kumitat, ħalli forsi nagħmlu laqgħat magħhom dwar kif se naħdmu 'quddiem.", "L-idea tal-bollards hija waħda minnhom.", "Pereżempju, l-Palazz Montecitorio ġewwa l-Italja jtella' l-bollards, u l-pjazza tingħalaq x'ħin iridu.", "Il-binja tant hija miftuħa li, biex ikun hemm is-sigurtà, hemm bżonn ħafna pulizija.", "Fejn qegħdin bħalissa, hawn il-bieb u minn dak il-bieb trid tidħol bilfors.", "Fil-Parlament il-ġdid hemm l-ispazju miftuħ.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hija kurżità kbira għax smajtek kemm-il darba tgħid li din il-binja hija miftuħa minn ħafna postijiet, u li hemm bżonn ħafna aktar pulizija.", "Issa qed naraw il-kwestjoni ta' sigurtà.", "Jiena naqbel mal-Onor. de Marco li kienet maħsuba għall-pubbliku, u allura jekk nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex inwaqqfu l-periklu, imma fl-istess ħin inħalluha aċċessibbli, għandh tkun hekk.", "MR SPEAKER: Se jkun hemm aċċess għall-pubbliku.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma allura, fl-aħħar mill-aħħar, binja bħal din ma ngħatatx konsiderazzjoni li trid tkun sigura?", "Spiċċajna b'binja li lanqas nistgħu nużawha kif irridu għax irridu naraw jekk hijiex sigura?", "MR SPEAKER: Hija tassattiva li jkollok is-sigurtà llum.", "Onor. Schembri, għandek raġun, imma ladarba dik il-binja se tkun il-binja tal-Parlament, li hija l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, bilfors trid tingħata prijorità assoluta lis-sigurtà, tmur fejn trid fl-Ewropa.", "LOUIS GRECH: Sur President, irridu nikkonkludu, fis-sens li naħseb li inizjalment għandna mmexxu kif qed tgħid int fir-rigward tas-sigurtà, u mbagħad wara nagħmlu l-laqgħat neċessarji biex naraw kif se nindirizzaw il-konċett li jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.", "Però, f'dan l-istadju, jidher ċar li m'aħniex se naslu għal soluzzjoni immedjata, u allura inutli li nkomplu għaddejjin bl-istess argument.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nifhem li l-esperti huma min huma f'dan il-qasam, però rridu naraw kif nistgħu ntejbu l-affarijet.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Naħseb li tagħmel differenza bejn meta l-Parlament qiegħed waqt seduta u meta mhuwiex.", "MR SPEAKER: F'dan l-istadju, is-sistema hija dik.", "L-arranġament għall-parkeġġ min-nhar it-Tnejn, 4 ta' Mejju, huwa li l-membri parlamentari jipparkjaw quddiem il-Bank Ċentrali ta' Malta, filwaqt li l-Ministri, is-Segretarji Parlamentari u l-Kap tal-Oppożizzjoni jipparkjaw fi Triq l-Ordinanza, ħdejn Palazzo Ferreria.", "Dak huwa l-arranġament wara ħafna diskussjoni.", "Ma tarax, se nagħmlu distinzjoni bejn Ministri u Deputati!", "Dan Parlament, naħa Gvern, u naħa Oppożizzjoni, nofs Gvern u nofs Oppożizzjoni.", "Aħna dejjem hekk ftehmna, li naraw fejn huma l-islots, u nofs jeħodhom il-Gvern u nofs teħodhom l-Oppożizzjoni, bid-differenza tal-maġġoranza li hemm.", "MR SPEAKER: Dan sar wara diversi diskussjonijiet bejn l-Uffiċċju tal-Parlament u Trasport Malta.", "DAVID AGIUS: Dejjem sar bi qbil.", "L-ispazju huwa dak li hu, jiġifieri ma tantx fadal spazju viċin.", "Il-massimu ta' parkeġġ ħdejn il-Bank Ċentrali huwa …", "DAVID AGIUS: M'għandix diffikultà: jekk hemm 60, hemm 60.", "Imma għandu jinqasam, nofsu naħa u nofsu n-naħa l-oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Il-punt tal-Onor.", "Agius huwa punt ta' prinċipju.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq parkeġġ tal-Parlament, u fil-Parlament għandek deputati.", "Fair enough, uħud mid-Deputati huma membri tal-Kabinett: imma, ma nistgħux nagħmlu distinzjoni bejn min hu parti mill-Eżekuttiv u min mhuwiex parti mill-Eżekuttiv għal dak li għandu x'jaqsam il-parkeġġ tal-Parlament, għax inkella nkunu qed nagħmlu distinzjoni li mhijiex lokha għal dak li għandu x'jaqsam il-parkeġġ tal-Parlament.", "Ovvjament, kull ministru għandu dritt għall-parkeġġ tiegħu għal dak li għandu x'jaqsam il-ministeru tiegħu.", "Però, ladarba qed nitkellmu dwar id-Deputati, u ladarba l-Ministri ġejjin fil-funzjoni tagħhom ta' deputat tal-Parlament, naħseb il-punt ta' prinċipju li dejjem segwejna s'issa – li essenzjalment kellek naħa għall-Gvern u naħa għall-Oppożizzjoni – għandu jinżamm b'sens ta' rispett lejn il-funzjoni parlamentari tagħna.", "L-ebda sens ta' diżrispett lejn il-ministri – ovvjament, diġà għandhom il-funzjoni tagħhom u nirrispettawha; però, ladarba qed nitkellmu dwar il-Parlament, għandna nirrispettaw dan il-punt ta' prinċipju.", "MR SPEAKER: Din hija xi ħaġa li domna għaddejjin madwar tliet xhur fuqha.", "Hawn xi kummenti oħrajn?", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-parkeġġ se jkun fil-ħin tal-Parlament biss, jew il-ħin kollu?", "Għax jekk le, se jkollna problema.", "LOUIS GRECH: Meta jkollok il-Kumitat ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhux fil-kumitati biss issir ħafna ħidma.", "Jien inkun ħafna l-Parlament ...", "MR SPEAKER: Onor. Louis Grech, ħalli ngħidlek kif wasalna.", "Waqt is-seduti tal-Parlament, se jkollna 62 parkeġġ ħdejn il-Bank Ċentrali u, matul il-bqija tal-ġurnata, jew meta jkun hemm kumitat tal-Kamra, eċċ., se jkollna 20 parkeġġ.", "GODFREY FARRUGIA: L-istess numru li kien hemm qabel.", "MR SPEAKER: Biex inkunu aktar korretti, se nipprovaw nagħmlu anke sistema ta' sigurtà billi tgħaddi l-card biex tidħol u terġa' tagħlaq.", "Rigward il-punt li qed iqajjem l-Onor.", "David Agius, iddeċiedu intom: għalija mhux problema.", "DAVID AGIUS: Agħtina pjanta tat-62 slot u naqsmuhom bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, kif dejjem għamilna, nofs għall-Gvern u nofs għall-Oppożizzjoni.", "LOUIS GRECH: Sur President, nitolbok tispjega daqsxejn kif inhu l-parkeġġ, kemm dak fi Triq l-Ordinanza, kif ukoll dak li qiegħed quddiem il-Bank Ċentrali, għax jien qatt ma rajthom dawn.", "MR SPEAKER: Kif taf inti, bħalissa għandna problema kbira ta' parkeġġ minħabba x-xogħlijiet li qed isiru madwar Kastilja.", "L-arranġament li ġie offrut minn Trasport Malta huwa li l-membri parlamentari kollha jipparkjaw quddiem il-Bank Ċentrali, waqt li l-Ministri, is-Segretarji Parlamentari u l-Kap tal-Oppożizzjoni se jkunu mogħtija parkeġġ separat aktar viċin il-Parlament, fuq in-naħa ta' Triq l-Ordinanza, fejn hemm Palazzo Ferreria.", "Dan l-arranġament tal-Ministri u tal-Kap tal-Oppożizzjoni ħarġu bih il-Pulizija, biex bħal speċi jkunu addizzjonali.", "GODFREY FARRUGIA: Alternattiva oħra min-naħa tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kienet li – għax nafu li hemm in-nuqqas ta' parkeġġ – li meta jkun hemm is-seduta tal-Kamra, ix-xufier tagħhom imur jipparkja fil-parkeġġ tal-Ministeru.", "Imma jien qed nifhem ukoll il-prinċipju li semma l-Onor. de Marco.", "Dawn kienu disposti li jibagħtu lix-xufier fil-parkeġġ tagħhom, jew inkella f'Belt is-Sebħ għal dawk li m'għandhomx parkeġġ il-Belt, u mbagħad isejħulu tliet minuti qabel tispiċċa s-seduta biex jiġi għalihom.", "LOUIS GRECH: B'kollox kemm għandek parkeġġ?", "MARIO DE MARCO: Ħalli nagħmel suġġeriment biex ma noqogħdux naħlu l-ħin hawnhekk fil-Kumitat.", "Huwa punt ta' prinċipju, kif huwa ukoll punt loġistiku, u jidher li, globalment, is-sentiment bejnietna huwa fuq l-istess linji.", "Nista' forsi nissuġġerixxi li l-Onor.", "Godfrey Farrugia u l-Iskrivan tal-Kamra tiltaqgħu daqsxejn, tħabbtu daqsxejn raskom flimkien, u taraw kif issibu soluzzjoni li hija ekwa ma' kulħadd?", "Din hija loġistika.", "MR SPEAKER: Mhux se neskudi l-laqgħa, imma tant qegħdin … (Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Riedu 69, imma mbagħad hemm ħames Ministri li diġà għandhom slot ta' parkeġġ ħdejn Kastilja.", "LOUIS GRECH: Imma, fil-mument kemm hemm b'kollox parkeġġi disponibbli fi Triq l-Ordinanza u quddiem il-Bank Ċentrali?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Hemm għal kulħadd.", "LOUIS GRECH: Jiġifieri, hemm għal kulħadd bejniethom it-tnejn?", "GODFREY FARRUGIA: U jibqa' post ta' parkeġġ.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, bilfors irridu nużaw Triq l-Ordinanza u ħdejn il-Bank Ċentrali.", "Jiena deherli li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jkun ukoll fis-slot bħall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma ma nafx kemm se nsolvuha bin-numri li hawn.", "MR SPEAKER: Il-parkeġġ tal-Bank Ċentrali kollu l-istess.", "GODFREY FARRUGIA: 62 post ta' parkeġġ hemm.", "LOUIS GRECH: Le, aħna qed ngħidu li se nużawhom dawk.", "Jien hekk jidhirli, imma huma qegħdin joġġezzjonaw li l-Kap tal-Oppożizzjoni mhux qiegħed … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk tridu li nneħħi l-bay, inneħħih.", "Jien għamiltha b'sens ta' rispett.", "DAVID AGIUS: Il-prinċipju mhuwiex dak.", "MR SPEAKER: Aħna mhux kollha hemm fuq se nkunu?", "Xi prinċipju hu?", "LOUIS GRECH: Jekk hemm 80 post ta' parkeġġ, jinqasmu 40 u 40, u jekk hemm 60, jinqasmu 30 u 30.", "Ejja ma noqogħdux naħlu wisq ħin.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhux 40 u 40.", "Jekk aħna m'aħniex qegħdin indaqs fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, ma jistax ikollna ndaqs, imma jrid ikun hemm għall-Oppożizzjoni u għall-Gvern fl-istess ħin.", "Ejja npoġġu bilqiegħda madwar mejda u nsolvuha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma jistgħux ikunu f'post wieħed għax mhux se joqogħdu.", "LOUIS GRECH: Iva, m'hemm xejn kbir.", "MR SPEAKER: Il-parkeġġ ma jistax janqasam nofs bin-nofs għax naħa qegħdin 39 membru, u n-naħa l-oħra qegħdin 30 membru.", "LOUIS GRECH: Ovvju li aħna jrid ikollna aktar spazji għax qegħdin aktar membri.", "MR SPEAKER: Ħudu paċenzja ħalli ma naħlux ħin.", "Din li se ngħid hija importanti.", "Onor. Deborah Schembri, jekk jogħġbok.", "Rigward il-parkeġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni fi Triq l-Ordinanza, inħalluhulu l-post tal-parkeġġ hemmhekk jew le?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, mhux dak hu l-punt.", "Tina l-pjanta ta' kullimkien, u mbagħad nimxu.", "LOUIS GRECH: Ejjew nassumu li se jkun qiegħed hemmhekk.", "MR SPEAKER: Se jkun qiegħed hemmhekk, kollox sew.", "DAVID AGIUS: Mhux hu biss għandu jkun qiegħed fi Triq l-Ordinanza.", "MR SPEAKER: Minn seba' postijiet, min irid joqgħod hemmhekk?", "DAVID AGIUS: Il-Viċi Prim Ministru u l-Viċi Kapijiet għandhom ikunu hemmhekk, u nimxu.", "MARIO DE MARCO: Mhux dak hu l-punt.", "(Interruzzjonijiet) Il-kwestjoni mhijiex dwar seniority … (Interruzzjonijiet)", "LOUIS GRECH: Imma nafu x'qed ngħidu?!", "MR SPEAKER: Triq l-Ordinanza nneħħiha, ħalli ma jkunx hemm problemi.", "MEMBRU: Le, żommha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, nista' nagħmel suġġeriment?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk hemm 69 membru ...", "GODFREY FARRUGIA: Hemm tal-iSpeaker ukoll.", "MR SPEAKER: Le, jien nidħol minn wara.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk hemm 69 membru, u hemm 62 post ta' parkeġġ, jiġifieri bażikament jonqos seba' postijiet, allura ma jistax ikun hemm post għall-Prim Ministru ...", "DAVID AGIUS: Issa naraw il-pjanta ...", "GODFREY FARRUGIA: Issa nitkellmu u nagħmluhom malajr jien u l-Onor.", "LOUIS GRECH: Il-parkeġġ fi Triq l-Ordinanza jibqa' hemmhekk.", "GODFREY FARRUGIA: Ħallih il-parkeġġ fi Triq l-Ordinanza.", "LOUIS GRECH: Ma nistgħux ngħaddu mingħajru.", "DAVID AGIUS: Niftiehmu kif se jinqasmu.", "LOUIS GRECH: Kif jinqasmu issa naraw għax il-prinċipju fhimnieh; però, ovvjament ma jistgħux ikunu nofs bin-nofs.", "MARIO DE MARCO: Ovvjament!", "Nhar it-Tnejn ikun hemm il-parkeġġ ħalli nibdew naħdmu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li barrier għad m'hemmx.", "GODFREY FARRUGIA: Il-barrier hemmhekk qiegħda.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Naħseb dik hija kwestjoni oħra li l-kuntrattur għadu ma wasalx fiha.", "Is-sistema tal-cards għadha mhijiex qed taħdem, minkejja insistenza kontinwa min-naħa tagħna.", "Qegħdin tard fl-istreaming, għax li kieku ma dħalniex hawnhekk, imma kieku ltqajna fil-binja l-ġdida.", "MR SPEAKER: Hemm ftit teething problems mal-kuntrattur, imma ma jfissirx li mhux se nidħlu.", "Fl-4 ta' Mejju se nidħlu.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Ħalli nagħmluha ċara biex inserrħu ras id-deputati li, bħala Kamra, fis-sens ta' kumitati, cards, eċċ., il-Ħamis li għadda dħalna, u kollox qed jaħdem kif għandu jkun, hux hekk?", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: L-istreaming.", "DAVID AGIUS: Fil-Kamra?", "MR SPEAKER: Le, fil-Kamra qed jaħdem l-istreaming.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Imma għadna ma rajniehx.", "DAVID AGIUS: Bħala televiżjoni se jkun qed jiffunzjona mill-ewwel ġurnata?", "MR SPEAKER: Iva, it-televiżjoni se jkun qed jaħdem mill-ewwel ġurnata.", "GODFREY FARRUGIA: Se jkun hemm post għad-drop-off, fejn wieħed jista' jieqaf qabel ma jmur għall-parkeġġ?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Għalhekk il-Pulizija ssuġġerixxew Triq l-Ordinanza għax qabel kien se jkun hemm drop-off ħdejn … (Interruzzjonijiet) Ħdejn il-Bank Ċentrali matul il-ġurnata se jkun hemm 20 post ta' parkeġġ, bħalma għandna llum, waqt li filgħaxija, meta jkun hemm is-seduta, se jkun hemm 46 post ta' parkeġġ, 30 post għall-Partit Nazzjonalista u 16-il post għall-Partit Laburista.", "Id-drop-off għax-chaffeur-driven se jkun fil-ponta ta' Palazzo Ferreria; jiġifieri, minn dik it-triq, imbagħad kulħadd imur jipparkja x'imkien.", "GODFREY FARRUGIA: Bilfors irid ikun hemm post għad-drop-off qrib il-membri tas-sigurtà wkoll.", "MR SPEAKER: Jiena naħseb li huwa importanti li jkun hemm post għad-drop-off.", "GODFREY FARRUGIA: Mhux hekk?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Jinġabru flimkien għas-sigurtà, jiġifieri biex ikunu taħt għajnejhom.", "MR SPEAKER: Niġu issa għall-Malta Fashion Week.", "Quddiemkom għandkom żewġ talbiet biex isiru attivitajiet li jiġu organizzati mill-Malta Fashion Week.", "It-talba hija biex ikunu organizzati fis-sala l-qadima tal-Parlament, kif ukoll madwar l-entratura tal-binja l-ġdida.", "Qed naraw korrispondenza li għaddiet biex issir attività fi Triq l-Ordinanza, in-naħa ta' Kastilja.", "It-talba hija għall-11 ta' Mejju fit-8.30 p.m. Peress li l-kamra tal-kumitati li hemm fil-livell t'isfel mhijiex soundproof, tlabnihom biex l-avveniment jibda wara d-9.00 p.m., u aċċettaw.", "It-tieni talba tikkonċerna sfilata tal-moda bit-tema 'L-omm li tatna isimha', u qed jiġi propost li l-isfilata ssir fil-Kamra tad-Deputati.", "Jiena personalment diġà ktibt li ma naqbilx; imma se ngħaddiha lilkom u ddeċiedu intom.", "Fil-folder għandkom issibu l-informazzjoni kollha.", "Issa nixtieq nisma' ir-reazzjoni tagħkom.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Fir-rigward tal-isfilata fil-Parlament il-qadim, fir-realtà f'dan l-istadju tista' toħroġ barra, fis-sens li aħna m'aħniex aktar responsabbli.", "Jiena qed nassumi li fil-mument li noħorġu minn din il-binja fl-4 ta' Mejju, din il-binja se tgħaddi f'idejn Heritage Malta.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Se jaqa' taħt il-Presidenza.", "F'dan l-istadju, naħseb li mbagħad għandha tkun f'idejn il-Presidenza li tiddeċiedi jekk hux użu għaqli jew le.", "Imma ma naħsibx li għandna nkunu aħna d-deputati li ngħidu.", "(Interruzzjonijiet)", "LOUIS GRECH: Filwaqt li aħna għadna qegħdin ...", "MR SPEAKER: L-argument kollu huwa li hemmhekk il-bini għandu l-image tal-Parlament, jiġifieri tlaqna jew ma tlaqniex minn hemmhekk … Jien ma nafx, araw intom.", "MR SPEAKER: Ġimgħa wara li mmorru fil-parlament il-ġdid.", "Jiġifieri l-Presidenza trid tgħid.", "LOUIS GRECH: L-iSpeaker kien hemm u aħna rridu nappoġġjawh.", "MARIO DE MARCO: Però ma naħsibx li għandna nkunu aħna li niddeċiedu.", "MR SPEAKER: F'dan l-istadju, qed naqblu magħha jew le?", "Jekk ma naqblux, imbagħad trid tiddeċiedi l-President.", "GODFREY FARRUGIA: Jien għandi r-riżervi tiegħi dwar attività bħal din fil-Kamra tad-Deputati.", "Jiena nemmen li ladarba ndirizzaw lilek, inti għandek tkompli l-biċċa xogħol sal-aħħar f'dan ir-rigward.", "MARIO DE MARCO: Taqa' barra mill-ġurisdizzjoni tagħna bħala Parlament.", "GODFREY FARRUGIA: B'ġimgħa.", "Dwar it-tieni talba tal-użu tal-parlament il-ġdid, dik hija deċiżjoni oħra li rridu nieħdu hawnhekk, mhux hekk?", "Aħna għandna r-riżervi dwarha.", "MARIO DE MARCO: Jekk qed nifhem sew, it-tieni talba hija għal attività fi Triq l-Ordinanza, qed ngħid sew?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Nistgħu nagħtu l-permess għax wara d-9.00 p.m.", "MARIO DE MARCO: Triq l-Ordinanza qiegħda viċin il-Parlament.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, fil-fatt tlabnihom biex l-avveniment isir wara d-9.00 p.m. Naqblu u dwar dik kollox sew.", "Xandir dirett awdjo u viżiv ta' seduti u laqgħat parlamentari", "MR SPEAKER: Issa niġu għall-emenda konsegwenzjali li konna diġà ftehmna fuqha, imma ovvjament trid tidħol l-emenda fl-iStanding Orders peress li l-iStanding Orders dejjem jitkellmu fuq l-audio, u issa se jkollna l-viżiv, jiġifieri l-video streaming of parliamentary debates.", "Wara l-aħħar laqgħa qbilna dwar il-linji gwida ġodda għall-video streaming tas-seduti parlamentari u tal-Plenarja, kif ukoll tal-kumitati, u issa qed ngħaddilkom il-verżjoni finali kif maqbula fl-aħħar laqgħa, għall-informazzjoni tagħkom.", "Irrid infakkar li, fil-laqgħa tal-1 ta' Ottubru tal-2014, fuq suġġeriment tad-Deputat Prim Ministru, l-Onor.", "Louis Grech, konna qbilna li minbarra li nirrevedu l-linji gwida dwar il-video streaming, għandna wkoll nemendaw l-Ordinijiet Permanenti tagħna biex jipprovdu għat-trażmissjoni, għax inkella ma nkunux koperti għat-trażmissjoni tal-Parlament, mhux biss permezz tar-radju imma anke xandir televiżiv u permezz tal-Internet, eċċ. Għalhekk, jiena nifhem li min-naħa tal-Gvern għandha titressaq din il-mozzjoni.", "L-emenda bil-Malti tgħid hekk:", "\"Peress li l-Ordni Permanenti nru.", "173 jitkellem dwar il-Kamra tad-Deputati u dwar ix-xandir, minnufih wara l-Ordni Permanenti nru.", "173 għandu jidħol l-Ordni Permanenti l-ġdid", "– u jiena innumerajtu bħala Ordni Permanenti nru 173A –", "\"Xandir tal-ħidma parlamentari", "Il-Kamra tawtorizza, skont it-termini u kondizzjonijiet li jistgħu jkunu determinati mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, minn żmien għal żmien:", "L-audio u video streaming tal-laqgħat tal-plenarja u fil-kumitati;", "Ix-xandir u repetizzjoni/ix-xandir mill-ġdid ta' tali laqgħat fl-intier tagħhom permezz ta' radju, it-televiżjoni, l-internet jew kull mezz ieħor li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jħoss xieraq, iżda kull rappurtaġġ uffiċjali mill-mezzi tax-xandir għandu jkun konformi ma' dawk ir-regoli u linji gwida li jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra minn żmien għal żmien.", "L-iSpeaker jista' jordna l-interruzzjoni ta' dawk ix-xandiriet meta fl-opinjoni tiegħu jkun hekk meħtieġ.\"", "Imbagħad hemm l-emenda bl-Ingliż.", "Peress li fl-4 ta' Mejju konna diġà ftiehmna li se nitilgħu mill-ewwel fuq it-televiżjoni u video streaming, irridu bilfors nagħmlu din l-emenda konsegwenzjali.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-173A(1)(a) hemm \"audio u video recording\".", "Naħseb li jekk irridu streaming, irid jiġi streaming and recording, għax inkella jfisser li se tirrekordja biss u ma tagħmilx streaming tiegħu.", "MR SPEAKER: Għandek raġun.", "Onor. Schembri, issa qed niftakar għalfejn għamilniha.", "Dik għamilniha għax ikollok il-ħażna tar-recording.", "Imbagħad hemm il-(b), fejn għandek l-istreaming.", "Għax il-Parlament jista' joħroġ programm b'dak li jkun sar fil-kumitat tat-Tnejn ta' qabel.", "Allura, jrid ikollok ir-recording tagħha.", "Fil-(b) għandek l-istreaming, it-televiżjoni u l-Internet.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qed ngħid dan għax meta għandek xandir ma jfissirx li jkun live, u meta għandek streaming ifisser li jkun dirett.", "Jiġifieri, hemm distinzjoni bejn it-tnejn.", "MR SPEAKER: Jiġifieri inti x'qed tissuġġerixxi?", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta inti fil-(b) għandek xandir, m'għandek xejn x'juri li huwa dirett.", "Xandir dirett.", "Tidħol il-kelma \"dirett\".", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jien naħseb li qbiżt mill-173 għall-memorandum tiegħek.", "MR SPEAKER: Tal-linji gwida?", "Nista' nagħmel referenza għalihom?", "Dawk konna diġà għaddejnihom.", "MARIO DE MARCO: Iva, però naħseb li mhux qed jirrifletti kompletament dak li konna tkellimna.", "L-idea tagħna kienet – biex tifhmu minn fejn tlaqna – li waqt seduta tal-Parlament għandu jsir biss shot ta' min qed jitkellem.", "MR SPEAKER: Waqt li qed jitkellem – hija ċara ħafna.", "MARIO DE MARCO: Però, jekk tibda tara artikolu 6, qed jingħad dan li ġej:", "Mela, il-punt ta' tluq diġà huwa ħażin.", "Hawnhekk qed jgħidlek li l-istandard shot se jkun wide-angle, mentri mhux hekk kien il-ftehim.", "Imbagħad, f'artiklu 7 hemm xi ħaġa daqsxejn stramba, fejn hemm:", "Issa, sakemm xhud jew advisor jitlob not to be video webcast, nista' nifhimha; però, li deputat tal-Parlament jista' jitlob not to be video webcast hija daqsxejn stramba.", "Però, imbagħad li huwa aktar stramb huwa li għandek:", "Għal darb'oħra, din tmur kontra dak li kien ġie diskuss f'dan il-Kumitat.", "MARIO DE MARCO: Però, hawnhekk mhux qed jgħidlek li huwa fil-kumitat!", "Għidli minn fejn tirriżulta … (Interruzzjonijiet) … Le, nistgħu nagħmluha li Committee tirreferi għall-witnesses, bir-rispett kollu!", "MR SPEAKER: Jista' jkollok membru parlamentari li huwa witness.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jista' jkollok kumitat bil-plenarja.", "Se mai, għandek tibda bil-kliem \"During Committee meetings ...\".", "Però, artiklu 6 naħseb li huwa ħażin li huwa tal-Plenarja.", "MR SPEAKER: Onor. Mario de Marco, inti qed tgħid li fl-ebda stadju ma għandu jkun hemm wide-angle shots?", "MARIO DE MARCO: Hekk kien ġie diskuss u miftiehem f'dan il-Kumitat.", "MARIO DE MARCO: Jien qed ngħid x'kien ġie diskuss; jekk fhimt ħażin jiena, ikkoreġuni.", "MR SPEAKER: Aħna konna ftehmna – u għandna l-minuti li nistgħu nerġgħu nirreveduhom – li meta l-Parlament ikun in session u, pereżempju, jkun hemm l-Onor.", "Deborah Schembri qed jitkellmu, ix-shot ikun fuqhom. … Qed neskluduh totalment, jiġifieri fl-ebda mument ma jista' jsir dan?", "Pereżempju, ejjew ngħidu li jkun hemm il-camera waqt il-Baġit u jkun daħal kulħadd, m'għandux ikun hemm wide-angle shot?", "MARIO DE MARCO: Jekk bi ftehim taż-żewġ naħat, iva.", "Però, jekk m'hemmx ftehim miż-żewġ naħat, għandu jkun dejjem ta' min qiegħed jitkellem biss!", "LOUIS GRECH: Qiegħed subject to the agreement li hawn hawnhekk, bejn iż-żewġ naħat.", "MARIO DE MARCO: L-ewwel punt ta' tluq għandu jkun li x-shot għandu jkun biss tal-individwu; iżda, bi ftehim bejn iż-żewġ naħat, jistgħu jsiru wide-angle shots.", "LOUIS GRECH: Naħseb li fuq dak il-prinċipju għandek raġun.", "Però mbagħad, artiklu 8 jkopri artiklu 6.", "MARIO DE MARCO: Trid tiġi redrafted.", "LOUIS GRECH: Trid tiġi redrafted għax il-prinċipju hemm qiegħed, però … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Tridu li nneħħu artiklu 6?", "GODFREY FARRUGIA: Tiġi eċċezzjoni, bħalma qed jgħid l-Onor. de Marco.", "LOUIS GRECH: Fil-fatt, artiklu 6 huwa kopert mill-artiklu 8.", "Naħseb li artiklu 6 jista' jitneħħa.", "MR SPEAKER: Naqblu li jitneħħa artiklu 6?", "LOUIS GRECH: Jekk jitneħħa artiklu 6, fil-fatt tiġi aktar streamlined.", "DAVID AGIUS: Dawn se jkunu għall-Plenarja biss, jew għall-kumitati wkoll?", "MR SPEAKER: Għat-tnejn.", "DAVID AGIUS: Mela, jekk għat-tnejn, ma jistax jitneħħa għax fil-kumitat trid tagħmilha wkoll!", "(Interruzzjonijiet) Jew se tagħmel linji gwida għall-Plenarja u kumitati separati, jew inkella rridu ngħidu li din tkun għall-kumitati u l-oħra għall-Plenarja.", "MR SPEAKER: Linji gwida għat-tnejn, għax it-tnejn se jkunu.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Imma kumitat mhux problema li jkollna tmienja min-nies hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Prattikament kumitat ilna ħafna għaddejjin bil-live streaming.", "DAVID AGIUS: Id-differenza li rridu noħorġu għall-Plenarja hija sempliċement li l-wide-angle shot isir meta jkun hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat.", "Għall-anqas naraw li jkun hemm xi emendi fil-linji gwida rigward l-Ordni Permanenti, biex inkunu koperti għal nhar it-Tnejn.", "GODFREY FARRUGIA: Dwar artiklu 9, il-punt ta' tluq huwa hekk.", "Bħala prinċipju, il-kelliema se jkunu qed jindirizzaw lill-iSpeaker.", "Biex ma ninkoraġġixxux li jkun hemm disruption, naħseb li huwa importanti li l-camera tkun dejjem fuq il-persuna li qed titkellem, ħlief meta jkun hemm point of order li forsi tagħtih inti l-mezz ladarba se jkun hemm point of order.", "Affarijiet oħrajn jiġu totalment esklużi, għax inkella jkun hemm … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, l-camera se ddur fuqek jekk kemm-il darba nagħtik il-floor.", "Jekk is-Sedja ma tagħtix il-floor, il-camera ma ddurx.", "Din mhux qed ngħidha jien.", "It-teknoloġija hekk hija maħduma, hija marbuta mal-microphone.", "Huwa inutli li xi ħadd mill-Gvern jew mill-Oppożizzjoni jibda jinterrompi fil-konfront ta' xi membru li qed jitkellem!", "Ladarba s-Sedja ma tagħtihx il-floor, il-camera se tibqa' fuqek.", "Irrid nagħmilha ċara li din hija parti mit-teknoloġija.", "MR SPEAKER: Fl-ewwel seduta ta' nhar it-Tnejn.", "GODFREY FARRUGIA: Il-footage – dejjem bil-permess tal-Kamra – min-naħa tiegħek … (Interruzzjonijiet) Jista' jkun hemm time lag ...", "LOUIS GRECH: Diġà tkellimna.", "Naħseb li l-footage jista' jintuża bil-permess taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Anke jekk diffiċli li tikkontrollaha, imma xorta … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Indaħħluha fil-linji gwida li l-footage jiġi trasmess kollu waqt il-Plenarja.", "Però, imbagħad jekk xi ħadd irid jużah għal xi footage, bil-...", "DAVID AGIUS: Jekk int ittrasmettejt, hi liema hi l-kamra tal-aħbarijiet, tkun ħaditu!", "LOUIS GRECH: Huwa pussess tal-Parlament.", "DAVID AGIUS: Jekk fis-6 p.m beda l-ħin tal-mistoqsijiet u beda jiġi trasmess, dak ma jibqax tagħna.", "LOUIS GRECH: Naħseb li aħna qed ngħidu li l-footage huwa proprjetà tal-Parlament.", "Barra l-funzjoni għal xiex qed tintuża meta tkun streamed live, però l-proprjetà attwali tappartjeni lill-Parlament.", "Allura, biex tintuża għall-footage ...", "MR SPEAKER: Huwa tajjeb li ninkluduha fil-linji gwida.", "Għamilt sew li semmejtha.", "LOUIS GRECH: Huwa diffiċli li tikkontrollaha.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qed nifhem li se jkun hemm time lag, pereżempju, ta' minuta jew ftit sekondi, waqt li jkun qed jiġi trasmess il-footage dirett.", "GODFREY FARRUGIA: Fejn tista' twaqqfu għal li jista' jkun.", "MR SPEAKER: Dażgur.", "(Interruzzjonijiet) Aħna se nxandru dirett, prattikament bħalma hemm fl-Ewropa kollha.", "Jiġifieri ninti qed tissuġġerixxi li, jekk il-Parlament jiltaqa' fis-6.00 p.m., ix-xandira diretta tibda ħierġa … (Interruzzjonijiet) Ikollna nerġgħu nagħmlu s-sistema mill-ġdid.", "Ma nafx kemm se jirnexxielna.", "GODFREY FARRUGIA: Kif jagħmlu fuq ir-radju.", "Għandi d-dirett!", "Dan ifisser li nhar it-Tnejn ma noħorġux dirett.", "Iddeċiedu intom.", "Għalija mhux problema.", "Jien irrid noħroġ.", "Il-poplu Malti għidnilu li se noħorġu dirett.", "Issa jekk intom jidhrilkom dan, ma noħorġux dirett.", "GODFREY FARRUGIA: Xi jżommni milli, pereżempju, jekk hemm l-Onor. de Marco qed jitkellem, immur fejnu?", "MR SPEAKER: Imma dik mhux responsabbiltà tiegħek?", "Hija l-azzjoni tiegħek.", "Bir-rispett kollu, huwa għalhekk li l-komportament irid ikun marbut.", "DAVID AGIUS: Jista' jkun hemm xi ħadd li qed jitkellem, u mmur ħdejh.", "GODFREY FARRUGIA: Se nagħti eżempju ta' dak li ġara fil-Parlament tal-Indja.", "Kien hemm deputat li kien qed jitkellem dwar kwestjoni finanzjarja, u waqt id-dibattitu qabad borża mimlija flus u xerridha fil-Kamra.", "Inti jkollok il-jedd li, minħabba li dak id-deputat ma mexiex kif suppost, twaqqaf it-trasmissjoni u ma tħallihx jagħmel publicity stunts hemmhekk u tiġi trasmessa live, u mbagħad kulħadd jitkellem fuq dak li ġara!", "DAVID AGIUS: Mhux xorta se jkollna l-media hemm ġew?!", "DAVID AGIUS: Kulħadd jerfa' r-responsabilità tiegħu!", "MR SPEAKER: M'iniex qed nifhem xorta!", "LOUIS GRECH: L-argument prinċipali li qed isemmi l-Onor.", "Farrugia huwa li, jekk inti trid twaqqaf xi ħaġa, f'disa' sekondi ma naħsibx li se jkollok il-ħin neċċessarju.", "Jekk taħseb li inti komdu b'disa' sekondi, ħalliha hekk, u jekk le, naħseb li jkollok bżonn iżżidu.", "MR SPEAKER: X'se nagħmlu għal nhar it-Tnejn?", "LOUIS GRECH: Nibqgħu għaddejjin.", "MR SPEAKER: Diġà għandi x'nista' nagħmel jekk jinqala' inċident.", "Kollox huwa organizzat.", "Issa, il-kwestjoni hija jekk tridux li noħorġu dirett b'ħin differenti, għax dak ifisser li trid titranġa s-sistema.", "Rigward il-linji gwida, se jkun hemm l-exchange tad-drafting ħalli wieħed jagħmlu aħjar, kemm dak li qal l-Onor. de Marco, kif ukoll dak li qalu l-Onor.", "Ħa nkun ċar: jien għandi buttuna li dak il-ħin stess nista' nwaqqaf it-trasmissjoni.", "Imma li tgħidli li dak li beda fis-6.00 p.m., joħroġ fis-6.05 p.m. hemmhekk għandna problema għax m'għandux ikun hekk!", "Il-poplu għandu jara dak li qed jiġri issa!", "Però, jekk jiġri inċident – huwa x'inhuwa – jiena għandi, b'mod assolut, il-faċilità li dak il-ħin stess nista' nwaqqaf ix-xandira!", "Naqblu li għandha ssir korrezzjoni fuq il-(b), dwar ix-xandir dirett, kif qalet l-Onor.", "Deborah Schembri, u li dan għandu jidħol minnufih.", "(Interruzzjonijiet) Għax inkella ma jkollniex is-setgħa … (Interruzzjonijiet) Il-173A, tajjeb it-test Malti u t-test Ingliż?", "Rigward il-linji gwida, id-dettalji huma dawk li huma, u mbagħad nagħmlu l-korrezzjonijiet.", "Hemm xi affarijiet oħrajn?", "DAVID AGIUS: Irrid nerġa' nagħmilha ċara li huwa importanti li jidher x'jidher fuq it-televiżjoni, eskluża xandira diretta, isir bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-ħinijiet li mhux se jkun hemm il-Parlament, x'se jkun hemm fuq dak l-istazzjon?", "MR SPEAKER: Pereżempju, ikun sar il-kumitat tal-Kamra li tippresjedi inti.", "Dak jista' joħroġ ir-recording tiegħu matul il-ġimgħa, ovvjament bi qbil.", "DAVID AGIUS: Issir skeda bi qbil.", "Ma jistax kumitat jixxandar għaxar darbiet, u kumitat ieħor jixxandar darba.", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, għandek raġun hemmhekk.", "Imma lili ma tistax torbotni, bħala Sedja, li minn ġurnata għal ġurnata rrid noqgħod kull darba noħroġ skeda.", "DAVID AGIUS: Iva, jekk hemm bżonn!", "Għax, fl-opinjoni tiegħi, jien irrid inħares l-interessi taż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: L-iskeda … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: L-iskeda ta' x'jingħata prijorità mis-Sedja trid tiġi għall-konoxxenza taż-żewġ naħat, għax forsi kumitat wieħed jidher li jkun aktar importanti minn kumitat ieħor, u nibdew bid-diffikultajiet.", "Aħjar naqblu u nimxu bħalma nagħmlu fil-liġijiet.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naqbel, imma rridu noqgħodu attenti għax hemm kumitati li jiltaqgħu spiss ħafna, u hemm kumitati li jiltaqgħu anqas spiss.", "DAVID AGIUS: Onor. Schembri, m'għandix diffikultà.", "Jekk kumitat iltaqa', iltaqa'.", "Mhux dak li qed ngħid.", "Jien qed ngħid dwar li kumitat minnhom ma jixxandarx, u l-ieħor jixxandar ħames darbiet.", "MR SPEAKER: Ħa nimxu kif jimxu parlamenti tradizzjonali, li dejjem imxew b'mod korrett.", "Dak li jsir fil-Plenarja irid joħroġ dak il-ħin.", "Issa, ejja nieħdu eżempju li bdejna l-Parlament fl-4 ta' Mejju, u filgħaxija kien hemm il-kumitat tal-Onor.", "Allura, dak seta' joħroġ għax ma kienx hemm ieħor.", "Se nkun ċar, jekk kemm-il darba jkun hemm żewġ kumitati fl-istess ġurnata u fl-istess ħin, hemmhekk is-Sedja tikkonsulta mal-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra u tara liema se joħroġ l-ewwel.", "DAVID AGIUS: Dak huwa l-argument tiegħi, li mhux, pereżempju, joħroġ is-Social Affairs Committee filwaqt li l-Foreign Affairs Committee ma joħroġx u jkollna l-problemi.", "MR SPEAKER: Imma jekk f'ġurnata partikolari, fis-6.00 p.m. kien hemm il-kumitat tal-Onor.", "Deborah Schembri, waqt li fis-7.00 p.m. kien hemm il-kumitat tal-Onor.", "David Agius, wieħed ħareġ fis-6.00 p.m. u wara li spiċċa, ħareġ l-ieħor.", "Ma jkollu l-ebda prijorità li jibda qabel għax ikun diġà qablu.", "Jaf ikun hemm talba minn xi president ta' kumitat biex ma jixxandarx, imma dak arawh intom.", "Jew se nkunu trasparenti, jew le!", "Nirringrazzjakom.", "Fis2.11 p.m., ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150427_028d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 28", "It-Tnejn, 27 ta' April 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis1.04 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippreseda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Implimentazzjoni talManifest Elettorali l-Onor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 27 li saret fil11 ta' Marzu 2015 kienu kkonfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li kien hemm talba mill-media għall-permess biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Godfrey Farrugia informa lillKumitat li lħsieb talGvern kien li:", "wara diskussjoni li kellu mal-Whip tal-Oppożizzjoni, fisseduta ta' nhar it-Tnejn, 4 ta' Mejju 2015, meta l-Parlament se jkun qed jibda jiltaqa' fil-bini l-ġdid, għandu jiġi diskuss fl-istadju tat-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi fuq Azzjoni dwar il-Klima – Abbozz 93 – u jekk jagħlaq id-dibattitu tkompli d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Suċċessjoni – Abbozz Nru 91;", "fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 11 ta' Mejju 2015, tkompli d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Abbozz Nru 84 – u matul dik il-ġimgħa jiġu diskussi l-estimi għas-sena 2015 tal-Awtorità tad-Djar; u", "sal-aħħar ta' Mejju jkunu għaddew l-estimi finanzjarji tal-bqija tal-awtoritajiet u korporazzjonijiet.", "Dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika – Abbozz Nru 63 – l-Onor.", "Louis Grech talab li d-diskussjoni dwaru tkun posposta minn meta kienet skedata fit-18 ta' Mejju minħabba n-nuqqas ta' disponibilità tad-Deputat Prim Ministru.", "L-Onor.", "Farrugia tkellem ukoll dwar il-ħidma li qiegħda ssir f'dawk li huma emendi għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u qal li l-Gvern kien qiegħed jistenna r-reazzjoni tal-Oppożizzjoni għall-proposti mressqa mill-Gvern.", "L-Onor.", "Farrugia qal ukoll li l-ħsieb tal-Gvern kien li fit-tielet ġimgħa tibda d-diskussjoni fi stadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum – Abbozz Nru 90.", "L-Onor.", "David Agius fakkru lill-Kumitat fil-private members' motions li kienu għadhom pendenti, jiġifieri:", "L-Ewwel Qari tal-abbozzi ta' liġi li jemendaw il-Kostituzzjoni ta' Malta;", "Mozzjoni 174 biex jiġu ppubblikati rapporti taż-żewġ inkjesti dwar l-operat tal-Pulizija; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilità.", "AFFARIJIET OĦRA", "Ċerimonja tal-ftuħ talBinja lĠdida talParlament", "L-Ispeaker qassam lill-Membri kopja tal-programm tal-ftuħ uffiċjali tal-binja l-ġdida tal-Parlament li kellha ssir nhar it-Tnejn, 4 ta' Mejju 2015 fl-4.00pm u spjega fil-qosor kif ser timxi ċ-ċerimonja.", "L-Onor.", "Mario De Marco talab illi dawk il-persuni kollha li servew bħala Membri fil-Kamra tad-Deputati – madwar 100 – ikunu mistiedna għaċ-ċerimonja.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li normalment, f'okkażjonijiet simili, jiġu mistiedna l-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Membri Anzjani.", "Wara diskussjoni kien hemm qbil li jinħareġ invit lill-Membri Anzjani kollha.", "L-Onor.", "David Agius staqsa jekk kienx hemm mistiedna barranin.", "L-Ispeaker wieġeb illi kienu mistiedna l-Perit Renzo Piano u l-Perit Antonio Belvedere.", "Sigurtà fil-binja l-ġdida tal-Parlament", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li s-sigurtà fil-binja l-ġdida tal-Parlament ser tgħaddi mingħand il-Forzi Armati ta' Malta għal għand il-Korp tal-Pulizija u li dan it-trasferiment se jsir b'mod formali f'ċerimonja simbolika fl-4 ta' Mejju 2015.", "Il-Kumitat iddiskuta diversi aspetti tas-sigurtà tal-binja fid-dawl li l-binja hija ddisinjata biex tippermetti l-pubbliku jiċċirkola b'mod liberu madwarha.", "Peress illi kien jidher li hemm opinjonijiet differenti dwar kemm għandha tkun miftuħa d-dawra tal-binja, id-Deputat Prim Ministru qal illi ma kellhiex tittieħed deċiżjoni dakinhar imma li l-Pulizija għandhom jiġu mitluba jagħtu l-pożizzjoni tagħhom dwar dan l-aspett ta' sigurtà.", "Parking għall-Membri Parlamentari", "Il-Membri tal-Kumitat ġew informati li mill-4 ta' Mejju l-parking għall-Membri Parlamentari kien ser ikun fil-parkeġġ quddiem il-Bank Ċentrali ta' Malta, filwaqt li għall-Ministri, is-Segretarji Parlamentari u l-Kap tal-Oppożizzjoni l-parking kien se jkun fi Triq l-Ordinanza fejn Palazzo Ferreria, quddiem il-Ministeri rispettivi tagħhom fil-Belt jew fil-viċinanzi.", "Il-Membri ġew informati wkoll li fil-parkeġġ ta' quddiem il-Bank Ċentrali meta jkunx qed jiltaqa' l-Parlament ser ikun hemm 20 parkeġġ disponibbli Wara saret diskussjoni fuq diversi punti fosthom l-istallazzjoni ta' sistema ta' barrier fil-parking area tal-Bank Ċentrali li tkun ikkontrollata bl-istess cards li se jużaw il-Membri fil-Kamra tad-Deputati.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat illi huwa kien irċieva żewġ talbiet sabiex jintuża l-bini l-antik tal-Parlament kif ukoll spazju qrib il-binja l-ġdida għal diversi attivitajiet konnessi mal-organizzazzjoni tal-Malta Fashion Week.", "Filwaqt li ntweriet riżerva dwar l-użu tal-Kamra tad-Deputati fil-Palazz għal sfilata tal-moda, ma nstabet l-ebda oġġezzjoni dwar l-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tal-Kamra u tal-Palazz.", "Dwar it-talba għal sfilata fi Triq Ordinanza l-Kumitat qabel li sakemm l-attività ssir wara d-9.00pm ma kienx hemm oġġezzjoni.", "Xandir talħidma talParlament", "Fuq domanda tal-Onor.", "Agius, l-Ispeaker ikkonferma li l-video streaming tal-Kamra ser ikun qed jaħdem mill-4 ta' Mejju u li s-seduti ser ikunu wkoll trażmessi fuq it-televiżjoni minn dakinhar.", "LIspeaker irrefera għallemenda għallOrdnijiet Permanenti talKamra meħtieġa sabiex il-Parlament ikun jista', sa mill-ftuħ tiegħu fl-4 ta' Mejju, jittrażmetti s-seduti tiegħu fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tiegħu.", "L-Ispeaker qara l-emenda segwenti għat-test Malti tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra:", "Minnufih wara ordni permanenti 173 għandu jidħol dan l-ordni permanenti ġdid:", "Xandir tal-ħidma parlamentari", "173 A. (1) Il-Kamra tawtorizza, skont it-termini u kundizzjonijiet li jistgħu jkunu determinati mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra minn żmien għal żmien:", "L-audio u video streaming tal-laqgħat fil-plenarja u fil-kumitati; u", "Ix-xandir u r-repetizzjoni/ix-xandir mill-ġdid ta' tali laqgħat fl-intier tagħhom permezz tar-radju, ir-televiżjoni, l-internet jew kull mezz ieħor li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jħoss xieraq.", "Iżda, kull rappurtaġġ uffiċjali mill-mezzi tax-xandir għandu jkun konformi ma' dawk ir-regoli u linji gwida li jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra minn żmien għal żmien.", "(2) L-Ispeaker jista' jordna l-interruzzjoni ta' dawk ix-xandiriet meta, fl-opinjoni tiegħu, hekk ikun meħtieġ.", "L-Onor.", "Deborah Schembri rrimarkat illi:", "is-subartikolu 173A(1)(a) għandu jaqra 'L-audio u video streaming u recording tal-laqgħat fil-plenarja u fil-kumitati'; u", "li fis-subartikolu 173A(1)(b) għandha tidħol il-kelma 'dirett' wara l-kelma 'ix-xandir'' u qabel il-kliem 'u r-repetizzjoni'.", "Il-Kumitat qabel ma' dawn l-emendi.", "Wara diskussjoni dwar il-linji gwida li tqassmu lill-Membri tal-Kumitat u li fuqhom kellha titħaddem is-sistema tal-cameras kemm fil-plenarju kif ukoll fil-kumitati, l-Ispeaker informa lill-Kumitat li kienet qed tittieħed nota ta' kull punt mqajjem mill-Onor.", "Membri sabiex l-istess linji gwida jiġu emendati kif maqbul fil-Kumitat.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor David Agius, il-Kumitat qabel li bħala trażmissjoni diretta għandha tingħata dejjem priorità lis-seduti fil-plenarja u f'dak li jirrigwarda x-xandir ta' laqgħat ta' kumitati rrekordjati, dawn jixxandru b'mod kronoloġiku skont il-ħin li ltaqgħu fih u dan sabiex l-ebda Kumitat ma jixxandar għal aktar drabi minn oħrajn.", "Dwar il-kwestjoni ta' jekk president ta' kumitat għandux ikollu l-jedd li jitlob li laqgħat partikolari ma jixxandrux, il-Kumitat qabel li tali deċiżjoni tittieħed aktar 'il quddiem.", "Fis2.11 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150427_028m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 11", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015 fid-9:30 a.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015 fid-9:30 a.m. fil-Parlament, Triq ir-Repubblika, b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Valdis Dombrovskis, Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Ewro u d-Djalogu Soċjali, dwar il-European Semester.", "24 ta' April 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150508_011a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 11", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 11", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-9:40 a.m.", "LAQGĦA MAL-E.T. VALDIS DOMBROVSKIS, VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA RESPONSABBLI MILL-EWRO U D-DJALOGU SOĊJALI, DWAR IL-EUROPEAN SEMESTER", "Fl-10:20 am, il-Kumitat ikkonkluda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150508_011d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU 11", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, Valletta, fl-9:40 a.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna u l-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej kienu hemm preżenti wkoll l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA VALDIS DOMBROVSKIS RESPONSABBLI MILL-EWRO U D-DJALOGU SOĊJALI DWAR IL-EUROPEAN SEMESTER.", "Il-President tal-Kumitat l-Onor.", "Luciano Busuttil stieden lill-Viċi-President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis biex jindirizza lill-Kumitat f'din l-ewwel laqgħa tal-Kumitat fil-binja ġdida tal-Parlament.", "Il-Viċi-Kummissarju responsabbli mill-Ewro u d-Djalogu Soċjali beda l-intervent tiegħu billi spjega li huwa qed iżur diversi pajjiżi Ewropej fil-qafas tal-European semester.", "Huwa kompla jgħid li qed jiġu implimentati diversi strateġiji fosthom li tissaħħaħ ir-rappreżentazzjoni fil-pajjiżi membri sabiex il-kummissjoni tkun iktar qrib il-politika nazzjonali u fost affarijiet oħra, semma:-", "l-inizjattivi li kienet qiegħda tieħu l-Kummissjoni l-ġdida, pereżempju l-Capital Market Union biex tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament minn SMEs, id-Digital Single Market li kellu potenzjal qawwi għall-ħolqien ta' impiegi u l-Energy Union fejn tnediet green paper dwar is-sorsi ta' enerġija u infrastruttura integrata;", "b'referenza għall-Country Report Malta 2015 (SWD(2015)37) u l-Annual Growth Survey 2015 (Com(2014)902) maħruġa mill-Kummissjoni fis-26 ta' Frar 2015 u t-28 ta' Novembru 2014 rispettivament semma (a) mil-lat pożittiv: it-tkabbir ekonomiku f'Malta kien akbar mill-medja tal-UE; sistema bankarja b'saħħitha u li d-defiċit u d-dejn kienu qed jonqsu b'rata aktar minn dik stabbilita mill-Kunsill u (b) aspetti li kienu jeħtieġu attenzjoni: is-sostenibilità fit-tul tal-pensjonijiet u tas-servizz tas-saħħa; tinżamm u titjieb il-kompetittività; sistema edukattiva li tipprovdi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; sistema ġudizzjarja aktar effiċjenti u li t-tkabbir ekonomiku ma kienx qed jirrifletti ruħu biżżejjed fit-tnaqqis ta' persuni f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali;", "li r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk Malta titneħħiex jew le mill-excessive deficit procedure kienet se titressaq fil-Kunsill tal-Ministri li kien imiss.", "li l-ekonomija ta' Malta qed tkun iktar ibbażata fuq servizzi,", "li kien hemm titjib fl-esportazzjoni netta u s-settur bankarju domestiku baqa'b'saħħtu,", "ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet,", "is-sostennibilità fis-sistema tal-Public Health Care u", "l-parteċipazzjoni dejjem tiżdied ta' nisa fil-Labour Market", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Ġew iċċirkolati id-dokumenti:", "Fl-10:20 a.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150508_011m_fin.docx"} {"text": ["LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015 fid-9.30 a.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015 fid-9.30 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-binja tal-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Laqgħa ma' Valdis Dombrovskis, Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Ewro u d-Djalogu Soċjali, dwar il-European Semester.", "24 ta' April 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150508_028a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 28", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 28", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.30 a.m.", "LAQGĦA DWAR IL-EUROPEAN SEMESTER MAL-VIĊI-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA, VALDIS DOMBROVSKIS, RESPONSABBLI GĦALL-EWRO U D-DJALOGU SOĊJALI", "Fl-10.20 a.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150508_028d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fid-9:30 a.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Toni Bezzina kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Silvio Schembri, il-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna u l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA VALDIS DOMBROVSKIS RESPONSABBLI MILL-EWRO U DJALOGU SOĊJALI DWAR IL-EUROPEAN SEMESTER", "Fl-indirizz tiegħu, il-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Ewro u d-Djalogu Soċjali semma, fost affarijiet oħra:-", "l-inizjattivi li kienet qiegħda tieħu l-Kummissjoni l-ġdida, e.g. il-Capital Market Union biex tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament minn SMEs, id-Digital Single Market li kellu potenzjal qawwi għall-ħolqien ta' impiegi u l-Energy Union fejn tnediet green paper dwar is-sorsi ta' enerġija u infrastruttura integrata;", "il-European Semester li jikkonċerna governanza ekonomika aħjar permezz ta' responabbiltà fiskali u sorveljanza;", "it-tisħiħ tal-uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati Membri u tad-djalogu mal-parlamenti nazzjonali u mal-imsieħba soċjali;", "b'referenza għall-Country Report Malta 2015 (SWD(2015)37) u l-Annual Growth Survey 2015 (Com(2014)902) maħruġa mill-Kummissjoni fis-26 ta' Frar 2015 u t-28 ta' Novembru 2014 rispettivament semma (a) mil-lat pożittiv: it-tkabbir ekonomiku f'Malta kien akbar mill-medja tal-UE; sistema bankarja b'saħħitha u li d-defiċit u d-dejn kienu qed jonqsu b'rata aktar minn dik stabbilita mill-Kunsill u (b) aspetti li kienu jeħtieġu attenzjoni: is-sostenibilità fit-tul tal-pensjonijiet u tas-servizz tas-saħħa; tinżamm u titjieb il-kompetittività; sistema edukattiva li tipprovdi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; sistema ġudizzjarja aktar effiċjenti u li t-tkabbir ekonomiku ma kienx qed jirrifletti ruħu biżżejjed fit-tnaqqis ta' persuni f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali; u", "li r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk Malta titneħħiex jew le mill-excessive deficit procedure kienet se titressaq fil-Kunsill tal-Ministri li kien imiss.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fl-10.20 a.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150508_028m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 13 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2015 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati Numru 2 fil-Parlament:", "Preżentazzjoni tar-Rapport dwar id-Donazzjonijiet tal-Organi u Tessuti maħruġ b'mod konġunt bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150513_011a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 13 ta' Mejju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 13 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.53 p.m.", "PREŻENTAZZJONI TAR-RAPPORT DWAR ID-DONAZZJONIJIET TAL-ORGANI U T-TESSUTI MAĦRUĠ B'MOD KONĠUNT BEJN IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI U L-KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum qegħdin nerġgħu niltaqgħu bejnietna sabiex nagħlqu l-kapitolu marbut mad-donazzjoni tal-organi u t-tessuti.", "Ir-rapport tagħna ġie mħejji u mgħoddi lilkom biex tkunu tistgħu taqrawh.", "Irrid ngħid li huwa rapport dettaljat ħafna fuq l-issues li ddiskutejna fil-laqgħat li għamilna.", "Jinkludi wkoll l-elenku tal-mistednin li ġew jitkellmu hawnhekk.", "Ir-rapport jitratta s-sitwazzjoni preżenti tad-donazzjoni tal-organi, x'dispożizzjonijiet tal-liġi jeżistu kif ukoll jitratta proposti għal sistema ġdida.", "Iddiskutejna forom differenti ta' kunsens li jeżistu f'pajjiżi differenti u rajna x'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħhom.", "Imbagħad dħalna ftit fuq il-kwestjonijiet etiċi.", "Huwa importanti li ħadna dan l-ispectrum ta' nies u ta' ideat fuq id-donazzjoni tal-organi ħalli b'hekk dan il-Kumitat ikun jista' iressaq il-punti tiegħu dwar il-White Paper li ħarġet fuq dan is-suġġett u b'hekk inkunu nistgħu nkomplu nitrattaw din il-proposta leġislattiva fil-Parlament.", "Illum li huwa importanti hu li nagħlqu dan il-kapitolu bir-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "Issa r-rapport ktibnih, lin-nies kellimnihom u naħseb li hemm diversi punti li rridu naraw aħna bħala Kumitat biex naraw x'naħsbu fuqhom u nagħtu l-pariri tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li żgur irridu nitkellmu fuqha hija fuq x'nippreferu bħala option u allura, jekk nixtiequx l-opt-in system jew l-opt-out system jew inkella naħsbux li għandna mmorru għal sistema li hija hybrid.", "Naħseb li huwa importanti li nżommu f'moħħna l-fatt li d-donazzjoni tal-organi f'Malta, għalkemm ma kenitx regolata b'liġi, s'issa din dejjem tħaddmet b'mod li tat riżultati tajbin ħafna, anke fejn jidħlu numri.", "Għalhekk huwa importanti ħafna għal dan il-Parlament li ma jistultifikax dan il-proċess - li kważi beda b'mod naturali - b'leġiżlazzjoni li forsi tkun riġida jew inkella billi jwarrab lin-nies aktar milli jħeġġiġhom isiru donaturi tal-organi.", "Meta nkunu qegħdin naħsbu fuq x'parir se nagħtu dan il-punt irridu nżommuh f'moħħna.", "Naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nitkellmu fuqha hija appuntu s-sistema li nħossu li għandha tkun l-aktar waħda preferibbli għal Malta.", "Issa għandi ittra mingħand il-Partit Nazzjonalista fejn qed jieħu l-pożizzjoni tiegħu fuq id-donazzjoni tal-organi.", "Għalhekk nitlob lil xi ħadd mill-Membri tal-Partit Nazzjonalista sabiex jagħtina l-pożizzjoni tagħhom fuq din il-materja.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Aħna ddiskutejna din l-issue fi ħdan il-grupp parlamentari Nazzjonalista u ltqajna wkoll mal-istakeholders interessati, fosthom l-assoċazzjoni li kienet ukoll preżenti f'dan il-kumitat, fejn iddiskutejna magħhom fit-tul.", "Wara li kellna diskussjoni interna, kif diġà għedt, ħriġna bl-option li nipproponu li jkollna l-hard opt-in system għal pajjiżna.", "Biex inkun ċara għal min forsi jkun qiegħed jismagħna u ma jkunx familjari ma' dak li ddiskutejna, aħna qegħdin ngħidu li s-sistema eżistenti ta' bħalissa għandha tiġi legalizzata u rinforzata imma jekk xi ħadd jiddeċiedi li jixtieq ikun donatur, il-familjari tiegħu għandhom jirrispettaw dik id-deċiżjoni.", "Fil-fatt kif inhi s-sistema bħalissa – u dan smajnih mingħand dawk li ġew ikellmuna f'dan il-Kumitat u anke fil-laqgħat li għamilna bħala Partit Nazzjonalista - fil-mument tad-deċiżjoni l-familja ġieli jbiddlu d-deċiżjoni tal-pazjent!", "U din hija xi ħaġa li qiegħda tinkwieta lill-professjonisti fil-qasam mediku.", "Xi ħaġa li qegħdin insemmu wkoll hawnhekk huwa l-fatt li għandna ħafna familji li għandhom sens altruwist għal aħħar, speċjalment f'sitwazzjoni ta' inċidenti jew mewt għall-għarrieda, li huma l-maġġor parti tal-każijiet fejn ikun hemm donazzjoni tal-organi, u dan il-ġest jagħmluh b'sens ta' altruwiżmu kbir.", "U allura, għalkemm qegħdin ngħidu li it is a hard opt-in, qegħdin ngħidu wkoll li l-liġi għandha tħalli spazju sabiex dak li diġà huwa tajjeb, jibqa' hemmhekk.", "Dwar l-età aħna ssuġġerejna li din għandha tkun ta' 16-il sena minħabba li bħalissa għaddejjin minn diversi taqlibiet leġiżlattivi li jorbtu mal-età ta' 16-il sena.", "Aħna nħossu li l-poplu jinsab lest għal din l-età.", "Issa jekk 'il quddiem wieħed jara li din l-età nistgħu nespanduha, aħna mhux se neskludu dik il-possibilità imma nħossu li ż-żgħażagħ tagħna qegħdin jingħataw dan is-sens ta' maturità proprju ta' dik l-età, fosthom anke permezz tal-vot.", "Il-Partit Nazzjonalista qed jissuġġerixxi li tinħoloq sistema ċara ta' kif persuna tista' tirreġistra u allura s-sistema tas-saħħa għandha tipprovdi diversi points fis-sistema fejn tiddaħħal l-informazzjoni fuq il-pazjent u li forsi jinħolqu points fejn xi ħadd ikun irid jistaqsi din il-mistoqsija, fosthom fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-isptarijiet.", "Qed ngħidu dan għax waħda mill-affarijiet li ssemmiet fil-laqgħat mal-istakeholders hi li mhux bilfors għandek tmur f'post wieħed biex tirreġistra.", "Mela jekk jien kelli bżonn immur fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta u l-istaff hemmhekk jindunaw li ħadd għadu m'għamilli l-mistoqsija dwar jekk nixtieqx inkun donatur jew le, jistaqsuhieli f'dak il-punt u x-xewqa tiegħi tiġi reġistrata.", "Jekk ikun hemm min ikun irreġistra x-xewqa tiegħu imma mbagħad jirtira dak il-ħsieb, importanti li dan il-ħsieb jiġi rreġistrat għax jista' jkun li ma jilħaqx jgħid il-ħsieb tiegħu lil tal-familja jekk imut għall-għarrieda.", "Naħseb li dawk kienu l-ħsebijiet tagħna bħala Partit Nazzjonalista.", "THE CHAIRPERSON: Is-Segretarju Parlamentari CHRIS Fearne.", "CHRIS FEARNE (Segretarju Parlamentari għas-Saħħa): Paripassu ma' din id-diskussjoni li ilha għaddejja fi ħdan dawn iż-żewġ Kumitati konġunti għal dawn l-aħħar ġimgħat, il-Gvern nieda White Paper li l-perjodu tal-konsultazzjoni fuqha, jagħlaq bħal-lum ġimgħa.", "Irrid ngħid li matul dawn ix-xahrejn jidher li kien hawn ċertu kunsens u qegħdin noqorbu lejn pożizzjoni waħda.", "Irrid ngħid ukoll li llum reġa' kelli laqgħa mal-Kurja, u għalkemm aħna għandna Parlament lajk u pajjiż sekulari, xorta nemmnu li l-pożizzjoni tal-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi huma importanti.", "Ftit tal-minuti ilu, il-Kurja ħarġet stqarrija għall-media fejn bejn wieħed u ieħor jidher li qegħdin nitkellmu fuq l-istess binarji.", "Jiena naħseb li rridu noqogħdu attenti biex ma nintrabtux b'labels, jiġifieri ma noqogħdux ngħidu li rridu bilfors opt-in, opt-out, opt-in soft, opt-in hard, etc.", "Aħna għandna sistema f'Malta li ilha tiffunzjona u tiżviluppa ruħha mill-aħħar tas-sebgħinijiet, fejn dak iż-żmien bdew isiru l-ewwel corneal transplants, u mbagħad maż-żmien bdew isiru l-kidney transplants u l-heart transplants.", "Aħna tgħallimna, grazzi għall-ħidma kbira tal-professjonisti tagħna, li dejjem ħdimna b'mod etiku u fil-parametri tal-liġi.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li bnejna sistema tajba.", "U grazzi għall-altruwiżmu tal-Maltin għandna fost l-ogħla rati ta' trapjanti u donazzjonijiet tal-organi fl-Ewropa.", "Bħala Gvern naħsbu li din is-sistema li għandna f'pajjiżna u li qiegħda taħdem, għandna kemm jista' ikun nipprovaw inżommuha u nagħtuha qafas legali peress li s'issa mhijiex qiegħda topera f'dan il-kuntest.", "Madankollu s-sistema tagħna ma taqa' taħt l-ebda label partikolari, jiġifieri għandna sistema li biex tkun legalizzata naħseb li għandna bżonn l-ewwel u qabel kollox li jkollna reġistru.", "Dan ir-reġistru għandu jkun wieħed volontarju, fejn persuna tista' tiddikjara fuqu jekk tridx tkun donatur jew le.", "Aħna nemmnu – bħalma qalet ukoll l-Onor.", "Buttigieg – li persuna li tkun irreġistrat ix-xewqa tagħha li tkun donatur, dik ix-xewqa tibqa' marbuta wara l-mewt tagħha.", "L-istess dik il-persuna li turi x-xewqa li ma tkunx donatur, id-deċiżjoni tagħha għandha torbot dan ukoll.", "Persuna tista' tgħid ukoll li tixtieq tagħti biss il-kliewi tagħha, jew inkella l-qalb biss, jew inkella tgħid li hi lesta tagħti l-organi kollha tagħha, jew inkella ma trid tagħti xejn.", "Għalhekk naħseb li għandu jkun hemm dawn l-options kollha.", "U dan ir-reġistru għandu jkun miftuħ għal nies tekniċi li jistgħu jkunu transplant surgeons u l-awtoritajiet mediċi, kif ukoll għall-persuna nnifisha li tixtieq tara l-informazzjoni fuqha, u f'każ ta' mewt dan ir-reġistru jkun miftuħ ukoll għall-qraba tagħha.", "Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, dan ir-reġistru m'għandux ikun miftuħ għall-pubbliku ġenerali.", "Mela aħna qegħdin ngħidu li persuna tista' tgħid \"iva\" jew \"le\" u naqblu li dik id-deċiżjoni għandha torbot.", "Imma għandu jkun hemm option oħra fejn persuna la tgħid \"iva\" u lanqas \"le\", jiġifieri m'għandhiex tkun obbligata li bilfors trid tagħti risposta għax mid-diskussjonijiet li kellna hawnhekk jidher li meta inti qed tobbliga lil xi ħadd sabiex jgħid \"iva\" jew \"le\" u dan ikollu dubju, x'aktarx li se jgħidlek \"le\" biex ikun safe.", "U allura f'dak il-każ se tnaqqas iżjed lin-nies milli jkunu disponibbli għad-donazzjoni tal-organi.", "Il-kunsens jidher li qed jinħoloq fejn min jgħid \"iva\" iva, min jgħid \"le\" le u min ma jrid jgħid xejn nibqgħu nużaw is-sistema li għandna llum u ċjoè li wara mewtu nistaqsu lill-qraba tiegħu sabiex jieħdu deċiżjoni għalih.", "Mela jekk xi ħadd ikun idoneu biex jitteħdulu l-organi tiegħu għat-trapjanti imma dan matul ħajtu ma jkunx esprima ruħu, aħna nibqgħu nużaw is-sistema li għandna llum fejn il-professjonisti tekniċi, bħalma huma t-transplant surgeons, in-nies tal-ITU li għandhom taħriġ apposta, eċċ., wara li persuna tiġi dikjarata brain dead skont il-criteria li se nkunu qegħdin indaħħluhom ukoll fil-liġi, li huma l-Harvard Criteria, ikunu jistgħu jiddiskutu mal-qraba tal-mejjet jekk jixtiequx jagħtu l-organi tiegħu jew le.", "Din is-sistema li dejjem ħadmet f'pajjiżna u li m'hawnx sistema oħra bħala għax mhijiex opt-in jew opt-out imma hija hybrid, jiena nemmen li m'għandniex inxekkluha billi ngħidu bilfors opt-in jew bilfors opt-out.", "Din is-sistema li għandna f'pajjiżna hija sistema Maltija u li ħadmet f'pajjiżna.", "Għalhekk għandna nagħmlu liġi biex dak li qed jaħdem f'pajjiżna jibqa' jaħdem u nsaħħuħ billi nagħmluh b'mod legali ħalli jkun protett kulħadd, inkluż il-qraba, ir-reċipjenti u l-ħaddiema tal-isptarijiet li s'issa mhumiex protetti u qegħdin jagħmlu dan b'ġenerożità u b'kuraġġ kbir.", "Hemm xi affarijiet kontroversjali imma naħseb li m'għandniex nidħlu fihom f'dan l-istadju u minflok għandna nillimitaw ruħna fuq il-cadaveric donors with a beating heart.", "In-non-beating heart donors għadu kmieni wisq biex niddiskutuhom u fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li jkun għaqli li ndaħħluhom fil-liġi f'dan l-istadju.", "Naħseb li qegħdin niggravitaw lejn l-età ta' 16-il sena imma wieħed irid jara din għandhiex tkun ta' 14-il sena.", "Madankollu kif qed naraha jien, il-kunsens għandu jkun ta' 16-il sena.", "Irridu nieħdu ħsieb ukoll il-live donors, fejn irridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm riskju għalihom u rridu nagħmluha ċara li f'pajjiżna ma tistax tbiegħ jew tixtri xi organi.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nillimitaw ruħna fuq din il-parti tad-diskussjoni u l-live donors niddiskutuha aktar tard.", "Jiena naħseb li dak li qed jingħad fil-White Paper u anke min-naħa tagħna bħala Gvern hu proprju li m'għandux ikollna labels ta' opt-in jew opt-out imma jkollna liġi Maltija li tkun tirrifletti bażikament dak li qegħdin ngħidu.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jiena rajt il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li hemm fir-rapport u jidhru li huma interessanti.", "THE CHAIRPERSON: Il-konklużjonijiet li hawn fuq ir-rapport għalissa huma biss suġġerimenti ta' min ħejja dan ir-rapport.", "Il-konklużjonijiet għadna rridu nagħmluhom illum f'din il-laqgħa.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri dawn nistgħu nbiddluhom ukoll?", "THE CHAIRPERSON: Iva, u se nagħmluhom illum.", "Dawn kienu sempliċement rakkomandazzjonijiet li għamlet Dr Elaine Burmingham.", "ETIENNE GRECH: Kif qal l-Onor.", "Fearne, jidher li hemm consensus u li qisu qegħdin niffokaw fuq l-opt-in system.", "Imma mbagħad jekk persuna ma tkunx tat l-opinjoni tagħha matul ħajjitha, ovvjament irridu nduru fuq il-qraba tagħha.", "Li nixtieq nirrimarka wkoll huma fuq dawk li jkunu jgħixu waħedhom u ma jkunu taw l-ebda opinjoni fuq x'iridu jagħmlu f'każ ta' mewt.", "F'każijiet bħal dawn x'se jiġri?", "Rigward l-immigranti ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni jew inkella kemm irid ikun għadda żmien sabiex persuna li tkun qiegħda tgħix Malta ssir eliġibbli sabiex tniżżel ix-xewqa tagħha fuq ir-reġistru.", "Dr Zarb Adami espert kbir f'dan is-suġġett u persuna li għandi rispett lejh u naf li dan is-suġġett huwa għal qalbu ħafna, dejjem ta l-opinjoni li m'għandniex immorru ż-żejjed fuq in-nies biex nistaqsuhom x'iridu jagħmlu.", "Issa bħala rakkomandazzjoni nixtieq li bħalma hawn ġranet iddedikati għal affarijiet oħra, bħal ngħidu aħna għall-HIV, għall-breast feeding, eċċ., naraw insibux ġurnata li tkun iddedikata għad-donazzjoni tal-organi.", "Din kienu qablu magħha wkoll it-Transplant Support Group.", "Rigward l-allokazzjoni tal-organi jiena nformat li l-live transplantation jieħdu ħsiebha tal-LOTAC.", "Fuq l-allokazzjoni tal-organi li jittieħdu minn persuni kadaveriċi huwa r-Renal Unit li jiddeċiedi għand min imorru u dawn jużaw is-sistema tal-first come first served basis.", "Issa aħna rridu naraw jekk għandniex nidħlu f'dan id-dettall kollu u nissuġġerixxu li l-allokazzjoni għandha titkompla fuq l-istess binarji li hemm bħalissa.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq insemmi hija dwar il-coordinators għax din mhijiex ċara biżżejjed fuq ir-rapport.", "Fuq it-transplant coordinators il-Ministeru jrid jara li ladarba tidħol fis-seħħ il-liġi, ikun hemm coordinators kemm meħtieġa u mhux bħalma hemm bħalissa, li kif qalilna l-Onor.", "Franco Mercieca, m'hemmx coordinators biżżejjed, tant li t-trapjanti tal-corneas waqgħu lura.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Bħalma se nkunu qegħdin inħallu l-fakultà f'idejn id-donaturi sabiex jgħidu huma liema organi jixtiequ jħallu bħala donazzjoni, fl-istess waqt se nkunu qegħdin nagħtu l-fakultà lil dawn l-istess donaturi sabiex jillimitaw lil min iridu jagħtu l-organi tagħhom?", "Jiġifieri dawn jistgħu jirreġistraw ix-xewqa tagħhom li l-organi jixtiequ jħalluhom għall-membri tal-familja tagħhom jew inkella jsemmu lil min iridu jagħtuhom?", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena fittixt daqxejn ta' malajr u jidher li s-6 ta' Awwissu hija l-world day iddedikata għad-donazzjoni tal-organi.", "CHRIS FEARNE: Hawn ħafna ġranet iddedikati għal din il-ġurnata.", "Pereżempju fl-Istati Uniti jużaw Valentine's Day.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Mhijiex idea ħażina kieku.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li l-aħjar ħaġa li nagħmlu hu issa li smajna lill-mistiedna li kellna fid-diversi laqgħat u wara li għamilna diversi diskussjonijiet fuq din il-materja, nimxu pass pass u nibdew nagħtu r-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "L-ewwel ħaġa jidher li hemm kunsens li għandu jkun hemm reġistru.", "Qisu fid-diskussjoni bdejna nistaqsu jekk għandniex nagħmlu reġistru jew donor card jew inkella titniżżel fuq l-ID card u qisu qbilna li għandu jkun hemm reġistru.", "Issa jiena qiegħda nassumi li dan ir-reġistru jkun wieħed elettroniku għax illum huwa aktar feasible li jkun hekk.", "Tat-Transplant Support Group qalulna li din tista' titniżżel fir-records tal-pazjent imma dik ma tantx tista' taċċessaha daqshekk malajr.", "Għalhekk l-ewwel irridu ngħidu li dan għandu jkun reġistru elettroniku.", "ETIENNE GRECH: Trid tara kif se taġġornah dak ir-reġistru wkoll.", "THE CHAIRPERSON: Rigward ir-reġistru hija l-liġi li trid tara kif se jkun.", "Jekk aħna naqblu li għandu jkun hemm reġistru elettroniku mela nistgħu ngħidu li waħda mir-rakkomandazzjonijiet tagħna tkun proprju din.", "Dwar min se jkollu aċċess għalih naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Fearne u ċjoè, li l-aċċess għandu jkun miftuħ għall-persuni mediċi li għandhom x'jaqsmu mad-donazzjoni tal-organi.", "Naqbel ħafna wkoll – u din iddiskutejtha f'fora differenti – li r-reġistru m'għandux ikun miftuħ għall-pubbliku ġenerali għax jista' ikollok lil xi ħadd li jmur ifittex min hu donatur u dan jista' ikun ta' periklu għad-donatur.", "Għalhekk naħseb li nistgħu naqblu fuq din.", "CHRIS FEARNE: Il-persuna nnifisha jrid ikollha aċċess għall-entry tagħha għax din tista' tibdel ix-xewqa tagħha.", "U anke l-familjari tagħha għandu jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni wara mewtha biex jaraw huma stess x'kienet ix-xewqa tal-mejjet.", "THE CHAIRPERSON: Il-persuna nnifisha għandu jkollha dejjem mezz kif tara dan ir-reġistru biex tkun ċerta li dak li hemm miktub jirrifletti verament ix-xewqa tagħha u li jekk f'xi ħin partikolari tixtieq tibdel il-fehma tagħha, tkun taf li dik il-bidla ġiet reġistrata.", "Jekk tkun sistema elettronika tant l-aħjar għax illum 'il ġurnata …", "ETIENNE GRECH: Pereżempju, bħalma hemm sistema fl-isptar biex inti tkun tista' tara l-file tiegħek u dan tista' tagħmlu permezz tal-customer care, nistgħu naraw li jkollna sistema simili f'dan il-każ ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Kif issir as such ma naħsibx li għandna nidħlu fiha.", "Aħna bħala prinċipju rridu ngħidu li għandu jkun hemm sistema elettronika li tirreġistra x-xewqat tal-persuna u li din is-sistema tkun miftuħa għall-persuna li tirreġistra x-xewqa tagħha kif ukoll għall-qraba tagħha.", "Issa qegħdin ngħidu li tkun miftuħa wkoll għall-qraba mhux għax dawn jistgħu jbiddlu x-xewqa tal-persuna imma sempliċement biex ikunu jafu x'kienet ix-xewqa tal-mejjet.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Jekk ix-xewqa tal-persuna tkun trid tinbidel, din trid tinbidel bilfors fir-reġistru u mkien aktar.", "Jiġifieri dak li jkun ma jistax jgħid lit-tabib tiegħu imma legalment bilfors irid jibdel ix-xewqa tiegħu permezz tar-reġistru.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel miegħek.", "X'taħsbu intom?", "MICHAEL GONZI: Ħalli nesaġeraha.", "Jekk jien pereżempju nkellem nutar jew inkella nkellem lit-tabib tiegħi qabel mewti u ma nkunx ilħaqt għamiltha fuq ir-reġistru, dik ma tgħoddx?", "CHRIS FEARNE: Onor. Gonzi għandek raġun.", "Pereżempju llum mar-rappreżentanti tal-Kurja ddiskutejna każ fejn titwieled tarbija mingħajr moħħ, dak li ngħidulu encephalic baby, u allura dan ma tistax tiddikjarah bħala brain dead.", "Imma dawn huma każijiet rari ħafna u l-liġi ma tistax tipprova tindirizza dawn l-affarijiet kollha.", "Ovvjament meta niġu għal-liġi se niddiskutuha wkoll din għax eventwalment irridu nressquha quddiem il-Parlament din il-White Paper.", "Jiena naħseb li jrid ikun hemm body apposta li jkollu l-vires tal-liġi biex ikun jista' jieħu d-deċiżjonijiet fuq każijiet li jkunu ta' eċċezzjoni, fosthom fejn ikollok encephalic baby jew f'każ fejn ikollok lil xi ħadd li jkun mar għand in-nutar imma ma jkunx daħħal ix-xewqa tiegħu fir-reġistru.", "Jiena naħseb li għandu jkun hemm dan il-body fejn każijiet eċċezzjonali jkunu jistgħu jiġu riferuti lilu.", "THE CHAIRPERSON: Issa biex taċċessa r-reġistru għandu jkun sempliċi kemm jista' ikun ħalli jekk xi ħadd ikollu a change in direction, ma tkunx xi ħaġa diffiċli għalih biex ibiddel ix-xewqa tiegħu.", "MICHAEL GONZI: Xi ħaġa li naħseb ngħaddu minnha aħna t-tobba hija li meta jmut xi ħadd u nagħmillu ċ-ċertifikat tal-mewt, eċċ., kif se jiskatta l-proċess tad-donazzjoni tal-organi?", "CHRIS FEARNE: Aħna hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq id-donazzjoni tal-organi minn fuq beating heart cadaver biss.", "(Interruzzjonijiet) Li tista' tieħu minn kadavru mejjet huma l-corneas u allura rridu nagħmlu educational campaigns mat-tobba u man-nies, imma ma nafx għandniex indaħħlu r-required request fil-liġi għax din hija naqra …", "MICHAEL GONZI: Jiena naqbel mal-educational campaigns imma meta kien hemm l-educational campaigns fuq l-HIV, kemm saru minnhom?", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li jrid jgħid l-Onor.", "Fearne hu li jsiru educational campaigns mat-tobba.", "Huwa tajjeb li jkollna educational campaigns imma dawn mhux se jsiru kull ġimgħa, kull xahar jew kull sena!", "Mela allura wara ċertu żmien it wains off u mbagħad trid terġa' issir.", "CHRIS FERANE: Il-kliewi, il-qalb, il-pancreas u l-pulmun iridu jiġu mingħand a beating heart donor.", "In-non-beating heart m'aħniex se ndaħħluha fil-liġi għax inkella se nidħlu f'ħafna aktar komplikazzjonijiet.", "Ovvjament din għad irridu niddiskutuha fil-Parlament.", "Issa dawn kollha se jkunu nies fl-ITU.", "Jista' ikun hemm ITU x'imkien ieħor, jiġifieri mhux bilfors fl-Isptar Mater Dei, imma naħseb li n-nies li qegħdin fl-ITU nafu min huma u allura faċli li l-messaġġ jasal, kif fil-fatt qiegħed jiġri.", "Fuq il-corneas jekk nagħmlu kampanja mat-tobba tal-isptar biss, lanqas ikollna għalfejn niġbru corneas minn barra l-isptar għax ikollna biżżejjed.", "Issa inti qed tgħid jekk ikollok pazjent li jmut id-dar u dan verament xtaq jagħti l-corneas tiegħu.", "Mela f'dak il-każ wieħed irid iċempel lill-facilitator jew lit-transplant coordinator u jekk ikun fil-ħin u jkun idoneu, jeħdulu l-corneas tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb li għandna nirrakkomandaw – għax għalhekk qegħdin hawnhekk – li jekk ikun hemm sistema ta' required request, din trid tkun within the hospital, jiġifieri jekk imutlek pazjent fl-isptar u qiegħed ġo ward u mhux l-ITU, hemmhekk naħseb li tkun xi ħaġa tajba li nagħmlu li għandu jkun hemm ir-required request.", "Issa jekk ikun hemm nies li jmutu fid-djar tagħhom u l-qraba jkunu jridu jagħtu l-organi, dik se nħalluha f'idejhom.", "Imma naħseb li jekk nagħmlu required request within the hospital context inkunu koprejna lil min għandna bżonn u wisq probabbli jkollna corneas żejda wkoll.", "CHRIS FEARNE: Jien li ma nixtieqx hu li nagħmlu required request tassattiva fuq it-tobba li mbagħad għax ikun hemm xi ħadd għajjien jew li jkun nesa tispiċċa ttellgħu l-Qorti!", "THE CHAIRPERSON: Però taqblu li r-required request għandha tkun within the hospital context għax bħalissa qed nitilfuhom dawn l-organi?", "CHRIS FEARNE: I will say required request mhux b'mod legali imma b'mod li aħna nirrakkomandaw li jkun hemm din it-talba, u allura rridu nagħmlu educational campaigns fuqha.", "Nerġa' ngħid li tagħmilha tassattiva fuq it-tobba u li jekk inti titlef cornea waħda qisu għamilt xi att kriminali …", "THE CHAIRPERSON: Biex titqies bħala att kriminali trid tkun fil-liġi.", "Jekk għallinqas nagħmlu rakkomandazzjoni li għandha tkun within the hospital context, naħseb li ma nkunux qegħdin nesaġeraw l-affarijiet.", "Il-kuntest qiegħed dejjem within l-isptar għax bħalissa qegħdin nitilfuhom dawn l-organi minn pazjenti li jmutu f'partijiet differenti tal-isptar.", "Hemm lista mhux ħażin tagħhom dawn u fil-fatt meta kien hawn preżenti Dr Zarb Adami, kien qalilna li kieku nistaqsu għalihom, insolvu l-problema tal-waiting lists.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fuq din naħseb li għandu raġun l-Onor.", "Fearne li rridu noqogħdu attenti għax qed nipprovaw nagħmlu xi ħaġa ta' ġid imma n-nies li qegħdin jaħdmu hemm ġew forsi jarawha bħala ta' xkiel!", "U għalkemm il-liġi forsi ma tgħidx li hija llegali imma malajr ikun hemm min jibda jgħid li t-tali ma mexiex mal-liġi.", "Ejjew nuru aktar ħniena ma' min qiegħed on the ground fuq dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRPERSON: Ikkoreġuni jekk jien żbaljata imma meta jkun hemm required request, din titlob mit-tabib li jekk imut xi ħadd dan irid javża lit-transplant coordinator.", "Dak hu l-obbligu fuq it-tabib, li javża lit-transplant coordinator.", "DEO DEBATTISTA: Imma t-tabib irid ikun jaf biha.", "MICHAEL GONZI: Pereżempju jiġu l-Ingliżi u jagħmlu talbiet biex meta jmutu ġisimhom …", "CHRIS FEARNE: Imma dawk iħallu biex ġisimhom imur ...", "MICHAEL GONZI: Eżatt.", "Issa jien kont qed ngħid hekk għax waħda mill-affarijiet li qiegħda tberren f'moħħi hi li meta dawn imutu u ovvjament jien irrid niċċertifikahom li mietu għax huma lili kienu jafu … Qed tifhimni?", "Allura bdejt indaħħal waħda mal-oħra u bdejt ngħid li jekk din se nagħmluha tassattiva lili tista' iddaħħalni f'ħafna nkwiet.", "THE CHAIRPERSON: Mela naqblu li m'għandhiex tkun tassattiva.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Xtaqt nagħmel xi punti fuq is-sistema tar-reġistru.", "Mela jekk jien irreġistrajt ruħi bħala donatur u mbagħad wara ftit taż-żmien bdilt il-fehma tiegħi, irid ikun hemm track ta' dik il-bidla fid-deċiżjoni.", "Qiegħda ngħid hekk għax jista' ikollok każijiet fejn ikollok donatur li jibda jibdel l-opinjoni tiegħu l-ħin kollu.", "Għalhekk ikun tajjeb li jkun hemm track records ta' dawn il-bidliet.", "It-tieni punt fuq jekk inti tmurx għand nutar biex tniżżel ix-xewqa tiegħek din tkunx valida jew le.", "Jekk aħna qed ngħidu li dawn l-organi għandhom lifespan verament qasira, meta persuna tmut mhux se jkun hemm in-nutar biex jiftaħlek it-testment ħalli jara x'kienet ix-xewqa tiegħek.", "CHRIS FEARNE: Eżatt.", "Imma aħna qed ngħidu donazzjoni ta' organi minn cadavers with a beating heart, jiġifieri dawn ikunu fuq il-magni u allura m'hemmx dik l-għaġġla partikolari, fis-sens li n-nutar ikollu ċans jiftaħ it-testment … (Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Ma jmurx imbagħad jiġi xi ħadd u jgħid li t-tali kien qal hekk, hekk u hekk.", "Jien naf li r-reġistru biss irid ikun tassattiv.", "ETIENNE GRECH: It-Transplant Support Group, il-health centres, eċċ., - kif semmiet l-Onor.", "Buttigieg – irid ikollhom struzzjonijiet tajbin dwar kif għandhom jidderiġu lin-nies …", "CHRIS FEARNE: Għandu raġun l-Onor.", "Gonzi li l-liġi tgħid li hija tassattiva fuq ir-reġistru biss.", "Imbagħad irridu ngħidu kif se jkun aċċessibbli r-reġistru, jekk huwiex bid-donor card, jekk huwiex mill-health centre, eċċ.", "Mela r-rakkomandazzjoni tagħna għandha tkun biss fuq ir-reġistru.", "CHRIS FEARNE: In-nutar għandu jkun jaf il-liġi u jekk xi ħadd imur għandu jrid jgħidlu li dik ix-xewqa jrid jagħmilha fuq ir-reġistru.", "THE CHAIRPERSON: Mela r-rakkomandazzjoni tagħna se tkun li jkun hemm ir-reġistru, li jkun fuq bażi volontarja, li wieħed jista' jgħid \"iva\" jew \"le\" u jista' jgħid ukoll liema organi jixtieq jagħti.", "Ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ukoll li għandu jkun hemm track changes tax-xewqa ta' dak li jkun, li r-reġistru jkun miftuħ għad-donatur u għat-team mediku imma ma jkunx miftuħ għall-pubbliku ġenerali.", "CHRIS FEARNE: Fuq ir-reġisteru naħseb irridu ngħidu wkoll l-età ta' meta wieħed jista' jirreġistra ruħu.", "U li ma ddiskutejnix hu kemm trid tkun ilek Malta biex tista' tapplika fuq ir-reġistru.", "Jidhirli l-White Paper tissuġġerixxi xi perijodu u naħseb dak il-perijodu ...", "MICHAEL GONZI: Fil-fatt il-White Paper qiegħda tistenna feedback fuqha.", "CHRIS FEARNE: Imma naħseb li rridu nieħdu terminu …", "THE CHAIRPERSON: Bħala etajiet x'qegħdin ngħidu bejn wieħed u ieħor?", "CHRIS FEARNE: Naħseb li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-età ta' 16-il sena.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk imbagħad se nagħmluha bħalma għedna u ċjoè li tkun sistema hybrid … Jiena hawnhekk naqbel miegħek mija fil-mija għax mhux se nkunu daqshekk ristretti.", "U allura fl-aħħar mill-aħħar jiddependi wkoll mill-familjari, jiġifieri jekk verament għandek sitwazzjoni fejn dik il-persuna riedet tagħti l-organi tagħha …", "THE CHAIRPERSON: Qed ngħidu 16-il sena mhux biex tkun donatur jew le imma biex tkun inti li tieħu d-deċiżjoni għalik innifsek.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għalhekk qiegħda ngħid.", "Naħseb li l-età ta' 16-il sena biex tieħu deċiżjoni għalik innifsek hija età tajba.", "Ovvjament jekk imbagħad għandek inqas minn 16-il sena u tkun trid tagħti l-organi tiegħek, m'għandniex inkunu ristretti lanqas f'dak il-każ.", "Fl-Ingilterra għadu kemm kien hemm każ ta' tewmin.", "CHRIS FEARNE: Irridu noqogħdu attenti għax għandek żewġ kunċetti; waħda qed ngħidu li tirreġistra ruħek għal wara mewtek.", "Mela inti tista' tmut ta' 50 sena imma ta' 16-il sena tista' tkun irreġistrajt ix-xewqa tiegħek u jekk tmut l-għada, dik ix-xewqa tiegħek tkun tgħodd.", "Imbagħad jista' ikollok tifel ta' għaxar snin li dan ma jistax iniżżel ix-xewqa tiegħu fuq ir-reġistru u jiġi mtajjar minn karozza u jmut.", "F'dak il-każ il-ġenituri tiegħu jistgħu jagħtu l-organi tat-tifel tagħhom għax jekk ma nagħmlux hekk qatt mhu se jkollna organi għat-tfal.", "Issa dak it-tifel ma jkunx imniżżel fuq ir-reġistru imma aħna qed ngħidu li min mhuwiex imniżżel fuq ir-reġistru jistgħu jiddeċiedu għalih il-qraba tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: Jekk m'intix fuq ir-reġistru, mela jiddeċiedu għalik il-qraba tiegħek.", "Inti tista' ma tkunx fuq ir-reġistru għax tkun għadek ma ħadtx deċiżjoni jew inkella għax tkun għadek taħt l-età u f'dan il-każ, wara l-mewt tiegħek ikunu l-qraba li jieħdu ħsieb biex jieħdu deċiżjoni għalik.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Issa dawk in-nies li jkunu mietu u li jkunu ħadulhom l-organi għad-donazzjoni, xi jsir minnhom fil-lista tar-reġistru?", "Naħseb li l-liġi trid tispeċifika fuq din il-biċċa wkoll.", "Jiġifieri dawn imbagħad se jiġu mneħħija minn fuq il-lista tar-reġistru?", "U jekk isir xi żball u d-donazzjoni ma ssirx, li jista' ikun hemm ħafna raġunijiet għal dan, din se tiġi meqjusa bħala offiża kriminali?", "Jekk jien donatur u nispiċċa l-ITU u nkun fuq ir-reġistru imma għal xi raġuni jew oħra kif immut ma jitteħduliex l-organi, x'jiġri f'dak il-każ?", "CHRIS FEARNE: Aħna qed ngħidu li din mhux se tkun tassattiva u li jkun hemm ir-required request.", "Mela jekk inti tmut u tkun fuq ir-reġistru, imma għal xi raġuni jew oħra ma jitteħdulekx l-organi tiegħek, dik mhux se tkun tassattiva.", "MICHAEL GONZI: Mela qegħdin ngħidu li mhijiex offiża kriminali.", "Importanti li nispeċifikawha.", "Li kieku kienet tassattiva kienet tkun att kriminali.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri lanqas f'kuntest ta' sptar mhu se ngħidu li għandha tkun tassattiva?!", "Qegħdin nitolbu ħafna jekk ngħidu li xi ħadd għandu jaqbad it-telephone u javża li miet pazjent u b'hekk insalvaw għajnejn ta' xi ħadd?!", "CHRIS FEARNE: Ma tagħmilhiex tassattiva.", "Jiġifieri aħna qegħdin ngħidu li għandha tkun rakkomandazzjoni u mhux tassattiva.", "THE CHAIRPERSON: Irid ikun hemm xi ħaġa.", "Ir-rakkomandazzjoni trid tgħid li nippreferu li jkun hemm required request f'kuntest ta' sptar.", "Ma tagħmilhiex kriminali jekk ma jittieħdux organi.", "MICHAEL GONZI: Għandek raġun imma ma nistgħux allura nistennew sal-20 ta' Mejju biex nilħqu naħsbuha ftit u mbagħad nagħtu l-konklużjonijiet tagħna?", "THE CHAIRPERSON: Le, ma nistgħux.", "Bħala Kumitat aħna rridu niddeċiedu llum għax irridu nilħqu nibagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew imma llum irridu nagħlquh dan is-suġġett.", "Din hija laqgħa konġunta bejn żewġ kumitati u mhux se nerġgħu nagħmlu laqgħa oħra.", "Jiġifieri llum se nagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħna u nagħlqu r-rapport.", "Gonzi u ċjoè li m'għandniex nagħmluha tassattiva.", "Ir-raġuni għal dan hija waħda sempliċi.", "Ma jistax ikun li t-tabib jittieħdu passi legali kontrih …", "MICHAEL GONZI: Ma tridx tagħmilha legalment tassattiva u li jkun hemm xi ħadd kriminalment responsabbli.", "Aħna fuq dik li għandna question mark.", "Jien nista' ngħid li talli m'għamiltx id-donazzjoni għandi offiża kriminali …", "CHRIS FEARNE: Irridu noqogħdu attenti wkoll għax mhux kull min ikun fuq ir-reġistru u jgħid li jrid iħalli l-organi tiegħu jkun tajjeb biex jitteħdulu l-organi.", "Fil-fatt ħafna nies li jixtiequ jkunu donaturi tal-organi ma jkunux jistgħu jagħtu l-organi tagħhom minħabba diversi raġunijiet, fosthom għax jista' ikollhom l-organi tagħhom morda.", "THE CHAIRPERSON: Jekk ikun hemm xi ħadd li jrid ikun organ donor, li dan qagħad jieħu l-briga biex imur jinkiteb fir-reġistru u mbagħad min-naħa tagħna lanqas nagħmlu sforz biex ikun hemm xi ħadd li jaqbad it-telephone u javża li huwa miet, naħseb li nkunu qegħdin ngħidu li d-deċiżjoni tiegħu ma tgħoddx għax wara li jmut se jkun hemm ħaddieħor li se jieħu d-deċiżjoni għalih.", "Mela qegħdin ngħidu li d-deċiżjoni ta' dik il-persuna għandha tiġi mħarsa imma mbagħad m'aħna nagħmlu xejn biex inħarsuha!", "U naħseb li kemm taqbad it-telephone biex tgħidilhom li miet it-tali pazjent mhijiex xi ħaġa daqshekk kbira għat-tobba li huma mgħobbijin b'tant responsabbiltajiet ta' ħajjet in-nies.", "F'kuntest ta' sptar ma naħsibx li din hija xi ħaġa kbira.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Kieku din mhux qed nagħmluha bħala liġi, naqbel miegħek mija fil-mija.", "Jekk qed tagħmel il-liġi u mbagħad se jbatu l-konsegwenzi tal-liġi l-health workers ...", "CHRIS FEARNE: Jien naħseb li ċ-Chairperson għandha raġun u anke inti, Onor. Gonzi, għandek raġun ukoll.", "Jekk neskludu l-corneas minnha din u nżommu dawk li jkunu fl-ITU setting, hemmhekk għandha raġun iċ-Chairperson għax tkun ħasra li nitilfu organu minħabba li xi ħadd ikun naqas milli jonora x-xewqa ta' dak li ried ikun donatur.", "Jekk ikun hemm xi ħadd li fuq ir-reġistru wera l-intenzjoni espressa tiegħu li jkun donatur, u dan miet f'sitwazzjoni fejn seta' ikun donatur f'ITU setting, naħseb li n-nies tal-isptar għandu jkollhom dik ir-responsabilità.", "Issa jekk hemm xi ħadd li mhuwiex donatur u hemm dik is-sitwazzjoni fejn nistgħu nistaqsu jew ma nistaqsux, hemmhekk mod ieħor.", "Imma nerġa' ngħid li jekk hemm xi ħadd fuq ir-reġistru u dan verament jista' ikun donatur, - neskludu l-corneas biex ma niftħuhiex - hemmhekk iva, naqbel miegħek li għandha tkun hekk.", "THE CHAIRPERSON: Proprjament aħna qegħdin ngħidu li għandha ssir din il-liġi mhux għax neqsin mill-organi imma għax għandna fattur wieħed nieqes u ċjoè li min wera x-xewqa li jkun donatur tal-organi m'hemm xejn li jirregola ħalli dik id-deċiżjoni tkun rispettata.", "U aħna dik qegħdin nirregolaw.", "Jekk inti tkun ħadt il-briga li tmur tirreġistra x-xewqa tiegħek biex meta tmut jeħdulek l-organi tiegħek imma mbagħad għax xi ħadd ma ċempilx lit-transplant coordinator biex javżah bil-mewt tiegħek, dawn l-organi se jintilfu u tkun verament ħasra.", "CHRIS FEARNE: Jien naħseb li matul is-snin l-ITU wrew bil-maqlub għax kważi dejjem jistaqsu minn rajhom.", "Jiġifieri b'daqshekk ma naħsibx li nkunu qegħdin ngħabbuhom b'xi responsabilità żejda.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li nkunu qed nagħmlu disservizz lit-tobba jekk ngħidu li dawn mhumiex kapaċi jagħmlu hekk!", "Il-bqija li nagħmluha f'ITU setting naqbel.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb l-argument li qed isir hawnhekk hu biex ma nagħtux it-timbru li jekk ma tagħmilx hekk se tkun qiegħed tikser il-liġi għax inkella se noħolqu tensjoni fuq xi ħaġa li hija pożittiva.", "ETIENNE GRECH: Semmejna xi ħaġa fuq id-definizzjoni ta' brain dead?", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nagħmlu wkoll ir-rakkomandazzjoni biex ikun hemm kampanja biex kemm jista' ikun inħeġġu lit-tobba ħalli javżaw lin-nies kompetenti meta jmut xi ħadd?", "Mhux qiegħda ngħid biex nagħmluha obbligatorja, imma fejn jidħlu postijiet oħra li mhumiex in an ITU setting, dan il-Kumitat iħeġġeġ sabiex ikun hemm kampanja fost it-tobba biex ma nitilfux corneas inutilment.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena naħseb li forsi mhux kulħadd huwa familjari ma' kemm isiru kampanji interni fl-isptarijiet tagħna.", "Pereżempju jekk nieħdu l-issue ta' hand hygiene, naraw li din it is an ongoing campaign.", "Issa ħalliha li mhux kulħadd jobdiha mija fil-mija u naħseb li għandna nirrakkomandaw sabiex din tingħata l-importanza tagħha.", "Imma naqbel mal-Onor.", "Fearne li in an ITU setting diġà hemm il-pre-dispożizzjoni għaliha.", "I would say let's fall short milli nagħmluha tassattiva b'dak il-mod fejn qisu għandek the big brother watching over you!", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Qabel xejn irrid niskuża ruħi għax mhux dejjem inkun nista' nattendi dawn il-laqgħat.", "Issa se nagħmel xi mistoqsijiet li ma nafx jekk dħaltux fihom imma se nagħmilhom aktar bħala thinking outside the box u anke biex naċċerta ruħi li dħalna fihom.", "Naqbel ma' dak li ġie propost min-naħa tal-Onor.", "Fearne u dak li ġie propost fl-ittra tal-Partit Nazzjonalista.", "Naħseb li l-Knisja qablet ukoll ma' din is-sistema.", "L-ewwel ħaġa li xtaqt nistaqsi fuqha hija fuq il-European Union Directive tal-2010/45EU.", "Din dħalna fiha biex naraw jekk aħniex konformi ma' dak li qiegħda tgħid l-Unjoni Ewropea?", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt dik qiegħda f'paġna 15 tar-rapport.", "Din tkellimna fuqha u tkellem fuqha wkoll il-Professur Emmanuel Agius.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-Oviedo Convention, fejn aħna qegħdin ngħidu li meta jkun hemm it-tfassil ta' leġiżlazzjoni, għandha tittieħed in konsiderazzjoni l-Oviedo Convention.", "GODFREY FARRUGIA: Punt ieħor li xtaqt inqajjem hu li jien ma jinkwetaniex ix-xenarju lokali imma dejjem jinkwetawni żewġ affarijiet u ċjoè meta niġu għal dan mill-aspett prattiku, l-ewwel għandek ix-xena internazzjonali fejn nafu li xi kultant ikollok abbużi ta' traffikar ta' umani jew inkella ta' bejgħ ta' organi fis-swieq internazzjonali.", "Issa jista' jkollna organi ġejjin minn dawn is-sorsi u allura nixtieq inkun naf jekk l-organi li nirċievu minn pajjiżi oħra biex jintużaw fuq ċittadini Maltin ikollniex evidenza dwar minn fejn ikunu ġejjin.", "CHRIS FEARNE: Għandna legal notice fuqha imma għad m'għandniex liġi.", "Għandna liġi li tagħmilha llegali t-traffikar tal-persuni biex jitteħdulhom l-organi imma m'għandniex liġi li tagħmilha llegali li titraffika l-organi.", "U allura dik irridu ndaħħluha fil-liġi.", "GODFREY FARRUGIA: Punt ieħor li jista' jinkwetani huwa l-procurement.", "CHRIS FEARNE: Fuq din il-White Paper se tidħol bil-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt hemm paragrafu fuqha.", "GODFREY FARRUGIA: Il-ħaġa l-oħra li tinkwetani hi meta niġu għall- procurement tal-organi.", "F'dak li qegħdin nagħmlu qiegħed jiġi maħsub biex il-procurement isir b'mod tajjeb?", "CHRIS FEARNE: Diġà hemm il-legal notice.", "GODFREY FARRUGIA: Pajjiżna huwa fost l-aqwa pajjiżi – avolja m'għandniex liġi – f'dak li għandu x'jaqsam mal-ammont ta' persuni li jagħtu l-organi tagħhom.", "S'issa nagħtu aktar lill-pajjiżi oħra milli nirċievu mingħandhom.", "Issa naf li m'hemmx mekkaniżmu ta' bartering f'din il-biċċa tax-xogħol għax din dejjem tibqa' bħala għotja.", "Nafu wkoll li ħafna mill-organi jmorru l-Italja jew l-Ingilterra.", "Imma hemm pajjiżi oħra fejn qegħdin naħsbu li dawn l-organi jistgħu jmorru u indirettament pajjiżna jkun jista' jgawdi aktar mill-expertise tagħhom f'oqsma oħra minn aspett ta' saħħa?", "CHRIS FEARNE: Għalkemm din mhijiex xi ħaġa ta' liġi imma bla dubju ta' xejn ...", "GODFREY FARRUGIA: Il-liġi tagħti skop biex dan jibqa' miftuħ?", "Din hija xi ħaġa li rridu nesplorawha bħala dipartiment u bħala pajjiż …", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li bħala Kumitat li qed jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq id-donazzjoni tal-organi, irridu nżommu quddiem għajnejna li aħna m'aħniex qegħdin nagħmlu rakkomandazzjonijiet biss fil-kuntest tal-White Paper.", "Aħna bdejna niddiskutu qabel ma ħarġet il-White Paper u naħseb li għandu jkollna rakkomandazzjoni fejn ngħidu li rridu nesploraw avenues oħra biex dak li diġà qegħdin nagħmlu mal-Italja u mal-Ingilterra naraw nistgħux nagħmluh ma' pajjiżi oħra.", "CHRIS FEARNE: L-Ingliżi jagħmlulna l-liver transplants u l-Italja jagħmlulna t-trapjanti tal-pancreas.", "Hemm speċi ta' bartering għax qegħdin nieħdu xi ħaġa u nagħtu xi ħaġa lura.", "Imma naqbel li għandna nesploraw pajjiżi oħra.", "GODFREY FARRUGIA: Ħalli nagħmel l-aħħar punt li xtaqt inressaq.", "Aħna hawnhekk qegħdin nitkellmu biss fuq id-donazzjoni tal-organi u mhux qegħdin nidħlu fuq it-tissue transplants.", "Naħseb li l-organ donation lanqas għandu x'jaqsam mal-blood donation.", "Fil-fatt fuq l-għoti tad-demm diġà hemm sistema imma dwar dan jeżistu legal notices?", "(Interruzzjonijiet) Anke fuq it-tissue transplants?", "Tajjeb.", "Mela nista' inserraħ rasi.", "Jekk pereżempju ngħidu li mill-ġimgħa d-dieħla se nibdew nagħmlu l-islet cell tissue transplants għad-diabetics, - li hija xi ħaġa għall-futur – din tista' ssir bil-legal notice kif qegħda?", "MICHAEL GONZI: Ma naqbilx biss li se ndaħħlu dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Farrugia u ċjoè l-association bejn Malta u pajjiżi oħrajn.", "Jien ma nħossx li din għandha tidħol fil-liġi f'dan l-istadju.", "THE CHAIRPERSON: Meta bdejna dawn il-laqgħat bażikament konna qegħdin naħdmu biex ikollna l-ewwel nett liġi fuq l-organ donation and tissue donation in general.", "Jiġifieri ma konniex qed nillimitaw ruħna biss fuq x'għandu jkun hemm fil-liġi imma konna qed naraw x'inhuma l-good practices f'dan il-qasam.", "Issa f'dan l-istadju lestejna r-rapport tagħna u għalaqna d-diskussjonijiet man-nies kompetenti.", "Issa wasal iż-żmien li nressqu r-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "U proprju dak li qegħdin nagħmlu llum.", "Jiena naħseb li tkun xi ħaġa għaqlija li f'waħda mir-rakkomandazzjonijiet tagħna, irrispettivament jekk tidħolx fil-liġi jew le, għandna ngħidu li għandhom jiġu esplorati avenues oħra.", "It-tieni ħaġa hi li r-rakkomandazzjonijiet mhux eżatt kif se tinkiteb il-liġi.", "Aħna m'hemmx liġi imma forsi naslu għaliha.", "Għalhekk tajjeb li nirrakkomandaw li din ma tkunx tgħodd biss għad-donazzjoni tal-organi imma anke għat-tissues.", "ETIENNE GRECH: Li rrid ngħid jien hu li jekk se nagħmlu liġi, se jkun diffiċli biex il-liġi tkopri d-dettalji kollha.", "Pereżempju ma naħsibx li l-liġi se ssemmi d-dettalji dwar kif ir-Renal Unit se jagħżel lil min se jingħataw l-organi.", "Pereżempju fuq kif wieħed jiġi ddikjarat bħala brain dead nistgħu nsemmuha għax nistgħu nieħdu l-Harvard Criteria.", "Għandek ukoll il-biċċa l-oħra ta' kif se ddaħħal in-nies fir-reġistru.", "Naħseb li dawn l-affarijiet ma jissemmewx fil-liġi imma se nibdew narawhom b'mod prattiku.", "X'jiġri jekk il-Gvern jagħmel ftehim ma' Ruma minflok ma' Palermo?", "Jew inkella jagħmel ftehim mal-Awstrija minflok ma' pajjiż ieħor?", "Dawn l-affarijiet ma jidħlux fil-liġi għax inkella se nkunu qegħdin norbtulu jdejh …", "MICHAEL GONZI: Jekk qed nagħmlu liġi fuq ir-reġistru ma naqbilx miegħek.", "ETIENNE GRECH: Għal kif se jiġu mdaħħla fir-reġistru, qed tgħid?", "MICHAEL GONZI: Id-dettall tar-reġistru, li se jkun importanti ħafna, għandu jidħol kollu fil-liġi.", "L-affarijiet l-oħra li semmejt inti huma affarijiet amministrattivi.", "Imma fuq ir-reġistru ma naqbilx miegħek li għandha tidħol fil-liġi ...", "THE CHAIRPERSON: Li qiegħda ngħid hu li mir-rakkomandazzjonijiet tagħna se jkun hemm ħafna affarijiet li jistgħu jispiċċaw fil-liġi imma mhux kollha neċċessarjament għandhom ikunu fiha.", "Dawn jistgħu jkunu rakkomandazzjonijiet prattiċi, jiġifieri aħna, li rridu naraw hu li nagħmlu dawn ir-rakkomandazzjonijiet fuq id-donazzjoni tal-organi.", "Issa aħna se nerġgħu nanalizzaw l-abbozz ta' liġi għax irid jgħaddi mill-Kumitat tal-Kamra u mill-Kumitat Permanenti dwar Abbozzi ta' Liġi.", "Issa hawnhekk m'għandniex abbozz ta' liġi quddiemna.", "ETIENNE GRECH: Fl-abbozz ta' liġi mhux se jkun hemm in-nitty gritty ta' kollox.", "THE CHAIRPERSON: Żgur li le.", "Issa rridu nwieġbu żgur din il-mistoqsija.", "F'din il-laqgħa kellna żewġ opinjonijiet differenti fuq ir-required requests fl-ITU u ċjoè jekk ir-required request għandhiex tkun tassattiva mqar fl-ITU jew inkella jekk għandniex sempliċement ninformaw lin-nies.", "Personalment naqbel li għandha tkun tassattiva għax tkun aktar idonea għal din il-liġi.", "Imma jekk se nagħmluha mod ieħor, irridu nagħmluha bħala rakkomandazzjoni.", "Jiena naħseb li jkollna nieħdu vot fuqha biex naraw bħala Kumitat x'se nissuġġerixxu.", "DEO DEBATTISTA: Jiena naħseb li b'dan il-mod se nirritawh lill-istaff tal-isptar.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Mela allura ma nagħmluhiex tassattiva imma nagħmlu biss rakkomandazzjoni.", "CHRIS FEARNE: Dawn id-donaturi jkunu brain dead, jiġifieri tkun diġà ġiet segwieta l-criteria …", "Jekk aħna se ngħidulhom li jridu jagħmluha bilfors għax il-liġi hekk tgħid …", "CHRIS FEARNE: L-unika riserva li għandi fuqha din hi li s'issa dawn qegħdin isiru Mater Dei imma diġà għandna sptarijiet oħra fejn għandhom ukoll l-ITU tagħhom.", "Pereżempju s-Saint James Capua għandhom ITU u jista' jkollna ITUs oħra madwar il-pajjiż, anke f'Għawdex.", "Allura rridu noqogħdu attenti li ma ngħidux bilfors li l-best practise ta' Mater Dei u qegħdin nieħdu forgranted l-oħrajn.", "Jiena naħeb li għandna nħallu daqxejn forza fiha din.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi għandna ngħidu li kemm jista' jkun ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru skont il-guidelines.", "Jien ma nafx l-abbozz ta' liġi x'se jkun qiegħed jinkludi imma qiegħda nifhem li se jkun hemm xi ħadd – ma nafx jekk hux se jkun it-Transplant Support Group jew ħaddieħor - li jirregola u jagħmel guidelines ta' kif se jkunu qegħdin jimxu f'dan ir-rigward.", "Ġeneralment f'kull liġi jkun hemm miktub li l-ministru jista' joħroġ ir-regolamenti skont dik u dik.", "Għalhekk ma naħsibx li f'dan l-istadju għandna nkunu aħna li niddeċiedu jekk din għandhiex tkun tassattiva jew le.", "THE CHAIRPERSON: Jiena fl-ebda ħin – u ma rridx li forsi ninstema ħażin - ma kont qiegħda ngħid li t-tobba li ħadmu fuqha s'issa ma kienux responsabbli biżżejjed jew inkella li t-tobba li se jkunu qegħdin jagħmlu din il-biċċa tax-xogħol mhux se jkunu responsabbli.", "L-unika concern li kelli għall-ħtieġa għal din il-liġi hija proprju li min ikun esprima x-xewqa li jħalli l-organi tiegħu bħala donazzjoni, dik ix-xewqa tiġi rispettata.", "Issa jekk din ma tkunx tassattiva mqar fl-ITU għax ngħidu li s'issa dejjem għamilna xogħol tajjeb u għax ma rridux nurtaw lil min qed jagħmilhom, mela allura nistgħu ma nagħmlu l-ebda liġi.", "S'issa dejjem sar xogħol tajjeb u allura m'hemm għalfejn li jsir xejn.", "Jien dak il-punt kollu tiegħi.", "S'issa sar xogħol tajjeb u ħadd mhu jinnega dan il-fatt.", "Imma din il-liġi qiegħda ssir proprju biex nagħmlu pass oltre u jiena naħseb li jekk ma nagħmlux ir-required request almenu fl-ITU setting, dak li għandna s'issa, se nitilfuh.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jien ma naqbilx miegħek fuq dan il-punt, għax proprju naħseb li għax ma kenitx ġo qafas legali li seta' kien hemm it-traskuraġini jew in-nuqqas ta' interess minn kulħadd li dan isir.", "Jiġifieri l-fatt li issa se jkollna reġistru u s-sistema se tkun ġo qafas legali ...", "THE CHAIRPERSON: Jekk mhux se tkun legalizzata dan il-punt se jibqa' barra ...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Le, ma naħsibx.", "MICHAEL GONZI: Jekk mingħajr liġi l-ITU mexa tajjeb!", "Is-sugu tal-liġi qiegħed biex iħajjru lin-nies jidħlu fiha.", "L-ITU, bil-liġi jew mingħajr liġi, xorta imxew tajjeb.", "Allura għalfejn għandi nagħmilha tassattiva?!", "THE CHAIRPERSON: L-argument tiegħi huwa li mingħajr liġi xorta għandna ammont verament kbir ta' donazzjoni ta' organi.", "Fil-fatt illum għandna madwar 96% ta' donazzjoni ta' organi, imma s'issa dak li tixtieq f'ħajtek jista' jiġi xi ħadd wara mewtek u jibdillek ix-xewqa tiegħek.", "U dik se tiġi indirizzata permezz ta' din il-liġi.", "Illum il-kunsens u x-xewqat ta' dak li jkun tant saru importanti fil-ħajja tagħna li jridu jiġu rispettati.", "Imma allura jekk aħna mhux se ndaħħluha din il-biċċa fil-liġi xorta mhux se jkollna dik iċ-ċertezza li l-organi tiegħi se jingħataw lil xi ħadd għax għandek lil xi ħadd li jista' ma jaqbadx it-telephone u jċempel!", "Imma se nirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd u għalhekk nistgħu nieħdu vot fuqha din.", "MICHAEL GONZI: M'iniex konvint għax qisu se nħallu piż fuq in-nies tal-isptar.", "Dawn in-nies qed jagħmluha l-biċċa tagħhom u qed jagħmluha tajjeb.", "Issa l-liġi qegħdin nagħmluha biex nirregolaw in-nies ħalli jidħlu aktar għad-donazzjoni tal-organi imma …", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li qegħdin taqblu li m'għandniex nagħmluha tassattiva?", "Mela se nagħmluha hekk.", "CHRIS FEARNE: Jiena naħseb li din se nerġgħu niġu għaliha meta niġu biex niddiskutu l-liġi.", "Id-diskussjoni għadha miftuħa u nitgħallmu as we go along.", "THE CHAIRPERSON: Mela fuq ir-reġistru lesti.", "Issa fuq il-fatt li għandu jkollna a hybrid system.", "Qabel xejn, l-unika ħaġa li ma tkellimnix fuq ir-reġistru u naħseb li huwa importanti li niddiskutuha huwa fuq jekk għandux xi ħadd jagħmel il-mistoqsija lil dak li jkun f'xi mument jew ieħor.", "Pereżempju jista' jagħmillu l-mistoqsija meta t-tali jmur jagħmel l-ID card.", "Fil-fehma tiegħi m'għandniex nagħmlu mistoqsija speċifika fuq jekk tridx tkun donatur jew le imma għandna nħalluha miftuħa.", "Min ma jkun qal xejn wara l-mewt tiegħu jista' jsir dak li qed isir bħalissa imma naħseb li nkunu qegħdin nurtaw lil dawk li forsi ma jkunux iridu jieħdu deċiżjoni jekk inġiegħluhom jieħdu deċiżjoni bilfors at some point in time in their lives.", "CHRIS FEARNE: Jiena naħseb li ma rridux nagħmluha obbligatorja li wieħed jgħid \"iva\" jew \"le\", imma nagħtu l-opportunità biex min irid, ikun jista' jesprimi x-xewqa tiegħu.", "Naħseb li l-aħjar hu li meta tmur tiġbor l-ID card jew jekk meta tmur tiftaħ file, jagħtuk karta biex jekk trid timliha u mhux bilfors trid tgħid \"iva\" jew \"le\", għax se jkollok ħafna li jgħidu \"le\".", "Jiena naħseb li għandna nagħtu l-opportunità sabiex wieħed jagħżel jekk iridx jirreġistra ruħu u din għandna nagħmluha as wide as possible.", "ETIENNE GRECH: Jiena naħseb li din għandha tiġi nkluża fil-liġi għax imbagħad għandna l-problema ta' fejn se jkun ir-reġistru.", "Dan se jkun fil-Mater Dei jew jinkludi wkoll l-isptar ta' Għawdex?", "THE CHAIRPERSON: Kieku tkun obbligatorja trid tkun fil-liġi imma jekk qegħdin ngħidu li mhux se tkun obbligatorja, mela m'għandhiex tkun fil-liġi.", "Anzi fir-rakkomandazzjoni ngħidu li m'għandhiex tkun obbligatorja għax fil-fehma tiegħi, jekk nagħmluha obbligatorja, se nnaqqsu d-donazzjonijiet.", "MICHAEL GONZI: Jekk l-ID card issa se tevolvi ruħha, bħala tabib naħseb li aktar ma jkun hemm informazzjoni fuqha, bħala blood group, jekk huwiex donatur tal-organi, eċċ., aktar aħjar kemm għall-persuna nnifisha u kemm għat-tabib.", "Issa jekk ma rridx nagħmilha tassattiva, xorta nista' nagħmilha.", "L-importanti li jkun hemm xi ħaġa.", "THE CHAIRPERSON: Le, mhux jekk ikunx hemm fuq l-ID card, mhux dik, għax il-Gvern jista' jgħid li min qiegħed fuq ir-reġistru se jkollu x-xewqa tiegħu mniżżla fl-ID card.", "Li qegħdin niddiskutu bħalissa mhijiex fuq jekk tkunx recorded jew le imma fuq jekk inti, f'xi punt f'ħajtek kienx hemm xi ħadd li ried iġiegħlek tieħu bilfors deċiżjoni fuqha.", "Issa mill-istudji li saru ġie misjub li min jiġi mġiegħel jieħu deċiżjoni ta' bilfors, hemm aktar ċans li jgħidlek li ma jridx ikun donatur għax tkun qisek qiegħed tisfurzah.", "Allura fl-opinjoni tiegħi ma nisforzaw lil ħadd biex jieħu dik id-deċiżjoni imma nħalluha miftuħa u nħallu l-option għall-parentela.", "B'hekk ma nkunux qegħdin innaqqsu mid-donazzjonijiet u jekk irridu nistgħu nagħmluha li min qiegħed fir-reġistru titniżżel ix-xewqa tiegħu fuq l-ID card.", "CHRIS FEARNE: Naħseb li qed ngħidu li l-entry fir-reġistru għandha tkun volontarja u allura min ma jridx jidħol fir-reġistru, ma jidħolx.", "ETIENNE GRECH: Imma x'informazzjoni se jkun hemm fuq ir-reġistru jew fuq l-ID card?", "CHRIS FEARNE: Ma tagħmilx differenza fejn tkun.", "Fuq ir-reġistru jrid ikun hemm żgur l-informazzjoni għax l-ID card mhux bilfors li wieħed se jġibha miegħu meta jidħol fl-ITU.", "(Interruzzjonijiet) Ir-reġistru jrid ikun suprem.", "Apparti minn hekk jekk inti se tibdel id-deċiżjoni tiegħek se jkun diffiċli biex tibdilha wkoll fuq l-ID card.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt dak li kont se ngħid għax jekk se norbtuha mal-ID card, meta nafu kemm domna biex biddilnihom, se jkollna daqxejn ta' problema jekk niġi biex inbiddel id-deċiżjoni tiegħi.", "Din konna semmejniha anke fil-grupp parlamentari tagħna, fejn konna għedna li r-reġistrazzjoni trid tkun xi ħaġa sempliċi.", "Imma rridu nagħmluha b'mod viżibbli biex dak li jkun, jekk qiegħed jistenna fiċ-ċentru tas-saħħa u qiegħed jistenna fil-waiting area, se jara xi ħaġa li se turih li ladarba qiegħed hemmhekk, jekk irid jista' jirreġistra ruħu biex juri x-xewqa tiegħu x'inhi.", "Mela fuq ir-reġistru lestejnih.", "Issa fuq is-sistema.", "Kellna diversi diskussjonijiet u qisu hemm qbil li aħna ma jimpurtaniex as such mil-labels imma aktar jinteressana li s-sistema tkun waħda li jekk inti tixtieq tgħid \"iva\" jew \"le\" jew inkella tixtieq turi liema organi trid tħalli, dawn ikunu mniżżla.", "U jekk ma tagħmel xejn minn dan, wara mewtek hemm l-option l-oħra li jkunu l-qraba tiegħek li jieħdu deċiżjoni għalik.", "Naqblu ma' din ir-rakkomandazzjoni?", "CHRIS FEARNE: U qegħdin ngħidu wkoll li jekk inti rreġistrajt ruħek, dik ir-reġistrazzjoni se torbot ukoll wara mewtek.", "Imma naqbel li din mhijiex kwestjoni ta' labels imma tkun sistema tagħna li tgħodd għal pajjiżna.", "ETIENNE GRECH: Jekk pereżempju qiegħda mniżżla fuq l-ID card u bdilt il-fehma tiegħi …", "THE CHAIRPERSON: Aħna qegħdin ngħidu li fuq l-ID card mhu se tidħol imkien imma din l-informazzjoni se tidħol biss fuq ir-reġistru.", "ETIENNE GRECH: U kif se jagħmlu mill-isptar ta' Għawdex?", "CHRIS FEARNE: Dan se jkun reġistru elettroniku.", "MICHAEL GONZI: Ħalli nikkjarifika xi ħaġa; jekk jien donatur nista' niddeċiedi liema organu nixtieq nagħti?", "Jiġifieri fuq ir-reġistru nista' ngħid li jien irrid nagħti kilwa?", "CHRIS FEARNE: Hekk hu.", "Bażikament inti għandek il-kidneys, hearts, lungs, corneas, pancreas, etc.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri jien nista' niddeċiedi li se nagħti kilwa biss?", "THE CHAIRPERSON: Iva, tista' għax għalhekk għandek l-option tal-\"iva\" jew \"le\" u jekk \"iva\" jekk hux organ specific jew inkella tridx tagħti kollox.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Forsi nistgħu niddiskutu jekk fir-reġistru aħniex se ngħidu lil min tista' tagħti l-organi li tixtieq tħalli.", "THE CHAIRPERSON: Kont se nasal għaliha.", "Li inti tillimita għal min se tħalli l-organi tiegħek hija mistoqsija importanti ħafna.", "Pereżempju hemm min jgħid li jixtieq ikun donatur imma ma jridx li l-organi tiegħu jeħodhom ħabsi jew immigrant irregolari.", "Fil-fehma tiegħi din mhijiex etika għax qiegħed tillimita lil min għandhom jingħataw l-organi.", "Jiena nemmen li għandu jeħodhom min l-aktar li jkollu bżonn u allura dik għandna nħalluha barra.", "CHRIS FEARNE: Naħseb hawnhekk irridu nagħmlu distinzjoni ċara ħafna bejn cadaveric donors u live donors.", "Fil-live donors għandek kunċett differenti għal kollox u rridu naraw li ma jidħolx il-kunċett ta' xiri jew ta' bejgħ ta' organi.", "Allura f'każ ta' live donor inti tista' tagħti biss lil xi ħadd qarib tiegħek mentri f'każ ta' cadaveric donor naqbel li m'għandux ikun hemm limitazzjonijiet.", "Mela ma tistax tillimita li tgħid li se nagħti l-organi tiegħi lill-ħija biss.", "ETIENNE GRECH: Mill-informazzjoni li kellna jidher li l-allokazzjoni tal-organi qiegħda f'idejn ir-Renal Unit.", "Hux hekk?", "THE CHAIRPERSON: Imma dawk fejn jidħlu l-live donors?", "Il-live donors jieħdu ħsiebhom il-LOTAC.", "Fil-cadaveric jiddeċiedu tar-Renal Unit.", "Issa peress li ħames snin oħra f'Għawdex jista' jiżviluppa sptar speċjalizzat u allura jibdew isiru t-trapjanti hemmhekk ukoll, f'dak il-każ min se jiddeċiedi għall-allokazzjoni tal-organi?", "Fil-liġi għandna ninkludu min għandu jiddeċiedi għall-allokazzjoni tal-organi u pereżempju nagħmluha kif inhi bħalissa, u ċjoè fuq sistema ta' first come first served basis?", "ETIENNE GRECH: Imma min se jiddeċiedi?", "CHRIS FEARNE: Jiddeċiedu t-tobba.", "(Interruzzjonijiet)", "ETIENNE GRECH: Biex ma jkunx hemm abbuż fl-allokazzjoni tal-organi bejn sptar u ieħor.", "CHRIS FEARNE: Aħna dejjem qed nitkellmu fuq id-donatur imma mbagħad għandek il-kwestjoni tar-riċevitur u għandu jkun hemm reġistru intern li ma jkunx miftuħ għall-pubbliku.", "Jekk inti għandek xi ħadd li għandu renal failure u tkun eżawrejt il-vini kollha u ma tistax tagħmillu d-dialyses, bla dubju ta' xejn dan se jaqbeż lil ħaddieħor.", "Imma dawn iridu jkunu deċiżjonijiet kliniċi.", "THE CHAIRPERSON: Imma r-reġistru li qed tgħid inti huwa reġistru nazzjonali u mhux reġistru ta' Mater Dei.", "CHRIS FEARNE: Irridu niċċekkjaw hemmx reġistru internazzjonali wkoll.", "ETIENNE GRECH: Jien qiegħed ngħid għall-waiting list ta' pazjenti li qed ibatu bil-kliewi, qegħdin fuq id-dialyses u qegħdin jistennew kilwa.", "THE CHAIRPERSON: Għal dak qiegħda nirriferi.", "Jiena qiegħda ngħid li jekk hemm lista ta' pazjenti li qegħdin jistennew, dik il-lista ta' pazjenti hija lista nazzjonali u mhux lista ta' Mater Dei biss.", "Mela jekk it-trapjanti se jibda jagħmilhom ukoll l-isptar ta' Għawdex, xorta dan irid jiċċekkja ma' dik il-lista nazzjonali.", "MICHAEL GONZI: Jiġi sptar Amerikan, xorta l-lista ta' Mater Dei.", "ETIENNE GRECH: Imma m'hemm xejn li qed jirregolaha din!", "CHRIS FEARNE: Huma l-clinicians li jiddeċiedu fuq l-allokazzjoni.", "ETIENNE GRECH: Issa l-clinicians tal-isptar f'Għawdex jew il-clinicians ta' sptar ieħor li jista' jkollna hawn Malta, kif se jkunu jafu ...", "CHRIS FEARNE: Naħseb li hawnhekk l-Onor.", "Grech għandu raġun għax irid ikun hemm mekkaniżmu dwar min se jieħu l-organi u dan għadna ma ddiskutejnihx.", "L-Onor.", "Grech qed jgħid li jekk ikun hemm sptar ieħor jew għandek pazjenti li qed jieħdu ħsiebhom fi sptar differenti jew qegħdin taħt konsulenti differenti u hemmhekk iva, irridu nagħmlu xi ħaġa però hemm bżonn ta' aktar riċerka fuqha għax ma jidhirlix li ddiskutejniha f'dan il-Kumitat.", "I would hesitate li nagħmel rakkomandazzjoni fuq xi ħaġa li f'dan il-Kumitat ma ddiskutejnihiex.", "Għalhekk naħseb li l-Onor.", "Grech għandu punt hawnhekk.", "ETIENNE GRECH: Ta' min ifakkar ukoll li fuq l-allokazzjoni tal-organi, hemm in-nurse Bugeja li għamel il-Masters tiegħu proprju fuq dan l-issue biss fejn għamel ħafna punti validi fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Xi ħadd tkellem hawnhekk fuq l-allokazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Nistgħu ngħidu li dawn iridu jsiru minn esperti mqabbdin mill-Gvern.", "THE CHAIRPERSON: Jiena kieku hekk nagħmilha.", "(Interruzzjonijiet) Jiena m'iniex qed ngħid kif \"issir\" imma naħseb li għandna ngħidu li għandu jkun hemm sistema regolatorja.", "CHRIS FEARNE: Li għandu jkun hemm xi advisory committee ...", "PAULA MIFSUD BONNICI: Xtaqt nagħmel kumment żgħir.", "Jiena naħseb li llum għandna nirregolaw fuq liġi li hija attwali.", "X'qiegħda ngħid?", "Ilum x'qiegħed jiġri f'pajjiżna?", "X'se jkun qiegħed jiġri 'l quddiem?", "Issa jekk ikun hemm ċirkostanzi differenti, nistgħu niddeċiedu li nagħmlu liġi oħra imma ma naħsibx li f'dan l-istadju għandna nieħdu deċiżjonijiet fuq xi ħaġa ipotetika u li ma nafux dwarha.", "THE CHAIRPERSON: Imma aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li nafu jew ma nafux dwarha.", "Fl-aħħar paġna tar-rapport tagħna hemm l-ewwel rakkomandazzjoni li kitbet Dr Burmingham fejn qiegħda tgħid li għandha tiġi stabbilita sistema regolata ta' allokazzjoni ta' organi, ġusta, - jiena nsostni li għandha tkun mill-Gvern - li tagħmel l-iktar ġid, u li tkun trasparenti, biex isserraħ ras il-poplu li kollox qed isir kif suppost.", "CHRIS FEARNE: Fuq dik naqblu, li ma naqblux fuq il-metodu tagħha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk ir-reġistru se nagħmluh bħala reġistru nazzjonali, li jinkludi wkoll l-ITUs eżistenti bħalissa f'pajjiżna u oħrajn li jistgħu jinħolqu fil-futur, irrispettivament minn min qed imexxi dawk l-isptarijiet, jiena naħseb li dak ir-reġistru għandu jkun wieħed nazzjonali.", "THE CHAIRPERSON: Imma dak huwa reġistru differenti.", "CHRIS FEARNE: Dak ir-reġistru huwa għad-donaturi tal-organi.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Iva, imma mbagħad se jkun hemm kumitat apposta jew xi ħaġa oħra simili li se jiddeċiedi fejn se jmorru dawk l-organi għax jista' ikun – bħalma semma' l-Onor.", "Farrugia aktar qabel - li l-Gvern għandu bżonn jibgħat xi organu l-Ingilterra jew l-Italja.", "Imma mbagħad wieħed jittama li tingħata prijorità lil min qiegħed jgħix f'Malta u min għandu l-aktar urġenza għal dak l-organu partikolari.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi ħaġa oħra li taħsbu li għandha tidħol fir-rigward tal-cadaveric donors?", "Nistgħu naqblu fuq il-Harvard Criteria?", "Kulħadd jaqbel?", "CHRIS FEARNE: Il-Harvard Criteria hija għall-brain dead donors.", "THE CHAIRPERSON: Hemm qbil fuq dawn?", "ETIENNE GRECH: Imma ejja nagħmlu mod li jgħaddu tliet snin oħra u l-Harvard Criteria ma tibqax tintuża għax tiġi sorpassata b'xi ħaġa oħra.", "Jien għamilt ftit riċerka fuq il-brain dead u sibt li l-kriterji li jintużaw mhux dejjem jibqgħu l-istess.", "Jiġifieri dawn ġieli jinbidlu maż-żmien.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu ngħidu li se nużaw il-current best practices u mbagħad inħalluha f'idejn il-Ministru biex joħroġ bil-legal notices dwar x'inhuma dawk il-best practices li għandna nużaw.", "Hekk nagħmluha aktar faċli biex tinbidel jekk jinbidlu dawn il-prattiċi.", "Hemm xi ħaġa oħra dwar il-cadaveric donors.", "F'każ li persuna ma tkunx irreġistrat ix-xewqa tagħha u din ma jkollhiex qraba, l-aktar ħaġa ovvja li ssir hi li tara min huma l-eredi tagħha imma inti ma tkunx taf min huma dawn.", "MICHAEL GONZI: Imma jekk ma jkun hemm ħadd id-deċiżjoni tista' tittieħed mill-istaff tal-ITU.", "CHRIS FEARNE: Ejja ngħidu li m'għandekx qraba imma fil-fatt għandek xi kuġin jew xi ziju li joqgħod l-Awstralja imma t-tabib jaqbad u jieħu l-organi tiegħek.", "Imbagħad wara ġimgħa dan il-kuġin jew iz-ziju jinduna li t-tabib ħadlek l-organi tiegħek mingħajr il-kunsens tiegħu!", "THE CHAIRPERSON: Irridu noqogħdu attenti għax aħna għalfejn nistaqsu lill-qraba?", "Nistaqsu lill-qraba għax huma normalment ikunu l-eredi tad-donatur.", "Issa inti jista' ikollok eredi li ma jkunux hawn Malta imma dak il-ħin ma jkun hawn ħadd li jista' jiddeċiedi għalik.", "Hemmhekk ma jistax jidħol l-Istat għalik u jiddeċiedi għalik.", "U allura f'dak il-każ mhux se jkun hemm metodu ta' kif inkunu nafu daqshekk malajr min huma l-eredi u għalhekk, sfortunatament ikollna nitilfuhom dawk l-organi.", "ETIENNE GRECH: Jiena smajt lit-Transplant Support Group meta kont iltqajt magħhom f'okkażjoni oħra u dawn kienu semmew li hawn Malta m'hawnx definizzjoni ta' min hu l-ġisem meta jmut xi ħadd!", "Jiġifieri m'hemmx definizzjoni li tgħid jekk il-ġisem huwiex tal-Istat jew inkella tal-qraba tal-mejjet.", "Allura taħsbu li hemm għalfejn niddefinixxuha legalment jew inħalluha kif inhi bħalissa?", "THE CHAIRPERSON: Le, f'dan l-istadju m'hemmx għalfejn.", "CHRIS FEARNE: Jien ma naħsibx li nistgħu ngħidu li l-ġisem huwa tal-Istat.", "ETIENNE GRECH: Imbagħad għandek affarijiet oħra, fosthom meta ġisem jiġi mogħti lill-istudenti tal-mediċina biex jistudjaw fuqu.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li we are out of our remit hawnhekk u m'għandniex għalfejn nidħlu fihom.", "CHRIS FEARNE: Irridu noqogħdu attenti għax f'din il-biċċa tidħol bażi kbira ta' trust, jiġifieri n-nies irid ikollhom il-fiduċja fl-istituzzjonijiet mediċi tal-pajjiż.", "Jekk dik il-fiduċja tintilef u jkun hemm min ikollu xi dubju li wara mewtu dawn se jaqbdu u jeħdulu xi kilwa mingħajr il-permess tiegħu jew tal-qraba tiegħu, se jkollna ħafna nies li jgħidu \"le\".", "U allura dik il-fiduċja hija importanti ħafna, anke jekk nitilfu donatur jew tnejn, imma naħseb li dik il-fiduċja rridu nżommuha mija fil-mija.", "MICHAEL GONZI: Tajjeb li niftakru li din tista' tiġri bil-kontra wkoll.", "Jien jista' ikun li jaqbilli aktar li nirreġistra ruħi u ngħid x'irrid li jsir.", "ETIENNE GRECH: Tajjeb ngħidu li l-Ingliżi għandhom liġi amalgamata ma' tal-organ transplants u din isejħulha l-anatomy act u li tittratta wkoll fuq it-tissues.", "Pereżempju, hawnhekk qegħdin erba' tobba u naħseb kollha niftakru meta konna mmorru fil-kamra mortwarja biex inġibu kilwa u nużawha bħala specimen.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS FEARNE: Jien niddikjara li din il-biċċa qatt ma kont nagħmilha!", "THE CHAIRPERSON: Għad fadlilna xi ftit x'niddiskutu u allura aħjar nibqgħu fuq is-suġġett li qegħdin niddiskutu.", "DEO DEBATTISTA: Jien qatt ma mort fil-kamra mortwarja biex nieħu xi kilwa!", "ETIENNE GRECH: Ħafna minnhom ikunu ġejjin minn iġsma ...", "DEO DEBATTISTA: Imma dawk ma jiġux mill-kamra mortwarja imma jkunu ġejjin minn iġsma ta' persuni li meta kienu ħajjin ikunu ħallew dikjarazzjoni li se jħallu ġisimhom għall-istudju mediku.", "Imma dawk l-organi żgur li ma jiġux mill-kamra mortwarja!", "THE CHAIRPERSON: Naf li intom it-tobba qegħdin daqxejn hyped fuq dan is-suġġett imma nixtieq infakkarkom li għad fadlilna x'nagħmlu.", "Ejjew nibdew nitkellmu fuq il-live donors u naslu għar-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "CHRIS FEARNE: Naħseb il-prinċipju tal-live donors hu li rridu nkunu ċerti li persuna la tista' tirreklama biex tixtri kilwa u lanqas biex tbiegħ xi kilwa.", "F'kelma waħda m'għandux ikun hemm kummerċjalizzazzjoni fl-għoti tal-organi, la gwadann materjali u lanqas gwadann finanzjarju.", "Allura hawnhekk forsi rridu ngħidu li biex tagħti kilwa jrid ikun hemm xi forma ta' konoxxenza bejn id-donatur u r-riċevitur.", "Ġeneralment irid ikun xi ħadd li tafu biex ma jkunx hemm gwadann materjali fin-nofs.", "THE CHAIRPERSON: Jiena li qiegħda nissuġġerixxi hu li jekk inti se tagħti kilwa lil xi ħadd speċifiku, dan irid ikun jiġi minnek jew inkella … Li tkun tafu ma tantx iddoqqli għax din tista' iddaħħlek f'baħar ta' affarijiet oħra.", "Irid ikun hemm relazzjoni bejnek u bejn il-persuna li tixtieq tagħtiha l-kilwa tiegħek.", "U normalment dawn ikunu l-familjari jew inkella l-partner tiegħek.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Ma naqbilx għax jien naf nies li taw kilwa lil xi ħadd li ma jafuhx.", "Sal-lum stess sirt naf b'persuna li tat il-kilwa tagħha lil xi ħadd li ma tafux.", "THE CHAIRPERSON: Agħtini ftit ċans biex nispiċċa l-argument tiegħi.", "Li qiegħda ngħid hu li jekk tkun life donor u se tagħżel speċifikament lil min se tagħti l-kilwa, dan irid ikun xi ħadd tal-familja jew qarib tiegħek.", "Issa meta qiegħda ngħid \"qarib\" irrid infisser blood related kif ukoll il-partner tiegħek.", "CHRIS FEARNE: Naħseb ħabib li tkun ilek tafu għaxar snin jista' jitqies ...", "THE CHAIRPERSON: Imma xi jġiegħlek tkun taf li xi ħadd offrilekx €10,000 biex inti tgħid li dak ħabib tiegħek?!", "CHRIS FEARNE: Tista' tagħti €10,000 lil ħuk jew ħuk jista' jagħtik €10,000.", "THE CHAIRPERSON: Mela jekk hawn min hu live donor u jixtieq jagħti kilwa lil xi ħadd li ma jiġix minnu, dik il-kilwa trid tmur għand l-ewwel wieħed fil-lista li l-aktar għandu bżonn dik id-donazzjoni.", "Dak hu l-punt tiegħi.", "ETIENNE GRECH: Vera li hemm ħafna etika nvoluta fiha imma meta kellna lil Prof. Mallia mistieden hawnhekk, kien qalilna li jekk ikun hemm live donor li se jagħti kilwa lil xi ħadd, dik id-donazzjoni dejjem trid tgħaddi minn taħt idejn il-LOTAC.", "Issa l-LOTAC għandhom il-bioetiċi, għandhom il-physicians, għandhom l-avukati u għandhom kollox u għalhekk huma jkunu li jirregolaw fejn imorru l-organi tal-live donor.", "Għalhekk ma naħsibx li dawn l-affarijiet nistgħu noqogħdu nifformolawhom fil-liġi.", "Is-suġġeriment tiegħi hu li nagħtu – u diġà qiegħda miktuba - saħħa legali lil-LOTAC biex bl-esperti tiegħu jiddeċiedi hu l-ħafna xenarji differenti li jista' ikollok meta jkun hemm xi ħadd li jixtieq jagħti kilwa.", "THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb li l-iktar ħaġa li qed tiġi diskussa fil-liġi hija meta tiġi biex tagħti lill-barranin u mhux dawk li jkunu familjari.", "Li tagħti kilwa lil tal-familja m'hemmx xi tgħid fuqha għax kulħadd iħoss li għandha tkun hekk, anke jekk dak li jkun ikun ir-raġel tiegħek jew inkella l-partner tiegħek li tkun ilek tgħix miegħu għal numru ta' snin, dik nifhimha.", "Imma jekk ikun ħabib jiena naħseb li tagħti lok għal abbużi u tagħti lok għal organ trafficking għax inti tista' tiġi mhedded biex tagħti dik il-kilwa.", "Allura meta qed tgħid ħabib u m'intix qed tagħmel kriterju speċifiku ta' familjarji, eċċ., qiegħed tiftaħ bieb wiesgħa għall-abbuż u dik hija problema.", "Jiena ngħid li jekk tixtieq tagħti kilwa lil xi ħadd li ma tafux, dan għandu jkun l-ewwel wieħed fil-lista u għandha tiġi regolata b'xi mod għax tant hija importanti li qiegħda fuq il-livell ta' organ trafficking.", "MICHAEL GONZI: Jien se nitkellem mill-esperjenza li kelli ta' wieħed li ta l-kilwa tiegħu lil ħabib.", "Jien nafhom lit-tnejn li huma.", "Issa jekk se nagħmluha bil-liġi li ma tistax tagħti l-kilwa lill-ħbieb, kieku dan ir-raġel, illum jinsab mejjet!", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti meta ngħidu li rridu nagħmluha tassattiva u nagħlquha għall-qraba biss.", "U naħseb li rridu nsibu xi formola fejn l-Ethics Committee jew il-LOTAC jew kumitat ieħor apposta jkollu sehem fid-deċiżjoni.", "THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb li l-LOTAC diġà jiddeċiedu b'dan il-mod.", "Ftit tas-snin ilu kien hemm din is-sitwazzjoni - li kienet ħarġet ukoll fil-media – fejn xi ħadd bażikament ħareġ jgħid li lest li jixtri kilwa.", "Kien hemm min tħassru u xtaq jagħtih kilwa lilu speċifikament u xorta ma ħallewhx għax meta se tiftaħ dan il-bieb, żgħir kemm hu żgħir, se tiftaħ bwieb is-sema!", "Naħseb jekk nirregolawha bil-liġi jew le, il-LOTAC diġà qed jagħmluh dan ix-xogħol.", "Jiena xtaqt nagħtiha saħħa legali peress li pari passu magħha, l-Onor.", "Fearne qed jgħidilna li rridu noqogħdu attenti mit-traffikar illegali tal-organi.", "DEO DEBATTISTA: Ejja nagħmluha ċara, huwa llegali li tirċievi kumpens b'xi mod għal donazzjoni ta' organu.", "Huwa llegali li tixtri organu u huwa llegali li tbiegħ organu.", "Imma fuq tal-ħbiberija ma", "naqbilx u se ngħid għalfejn ma naqbilx.", "Għaliex għandek twaqqafni milli nagħtik kilwa avolja inti m'intix membru tal-familja tiegħi u nafek biss?!", "Jien kelli pazjent li out of his free will ta kilwa lill-ġara tiegħu meta sar jaf li din kellha bżonn waħda.", "U naf fiċ-ċert li dan ma rċieva l-ebda kumpens ta' dik id-donazzjoni!", "THE CHAIRPERSON: Jiena nifhem il-punt li qed tressaq u jekk tridu li ma ndaħħluhiex, nistgħu nħalluha.", "Nifhem li this is a very sensitive area għax jista' jkun li tkun taf lil xi ħadd li għandu tlieta, erba' jew ħamest itfal u ma tkunx tixtieq tħalli lil dawk it-tfal bla missier u allura taċċetta li tagħti kilwa.", "Nerġa' ngħid li nifhem is-sensitivittà tagħha imma bħalissa xorta ma tistax issir.", "Safejn naf jien inti tista' tkun taf li l-ġar tiegħek għandu bżonn kilwa għax xorta ma jħallukx.", "Dik hi r-raġuni.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS FEARNE: Jiena naħseb li dan huwa suġġett delikat ħafna u li qegħdin nipprovaw insolvu problema, li d-dinja ma rnexxilhiex issolvi!", "Din kullimkien hija dibattibbli, jiġifieri m'għandniex nippretendu li aħna erbgħa min-nies hawnhekk se nsolvuha.", "Li hu żgur hu li rridu nagħmluha llegali li tbiegħ jew tixtri l-organi Issa mbagħad kif se tiġi inforzata, inħalluha f'idejn l-awtoritajiet.", "THE CHAIRPERSON: Mela nagħmlu rakkomandazzjoni li ma tistax tbiegħ jew tixtri organi u lanqas tista' tirreklama u jkun hemm xi gwadann finanzjarju.", "Naħseb li dan il-Kumitat għandu jirrakkomanda li jkun hemm linji gwida fuq x'kumpens għandu jingħata d-donatur minħabba telf ta' xogħol, eċċ. għax bħalissa ma jeżistux dawn il-linji gwida.", "Dawn m'għandhomx ikunu fil-liġi imma għandu jkun hemm linji gwida.", "CHRIS FEARNE: Pereżempju jekk xi ħadd tiela' l-Ingilterra biex jagħmel l-HLA typing, dan iħallsulu l-passaġġ tal-ajru.", "THE CHAIRPERSON: Għandna nagħmlu rakkomandazzjoni dwar lil min għandhom jirrispondi l-LOTAC.", "Din m'hemmx għalfejn tidħol fil-liġi.", "Bħalissa huwa dubjuż taħt min jaqa' l-LOTAC, jekk hux taħt il-Mater Dei jew inkella taħt il-Ministeru.", "Jekk jibqa' taħt il-Mater Dei l-isptarijiet privati se jkollhom problema, għax jekk ngħidu li minn Mater Dei din tista' tinfetaħ ukoll għal sptarijiet privati.", "CHRIS FEARNE: Jiena jidhirli li meta nagħmlu l-liġi għandna nagħmlu li jkollna advisory committee mhux biss fuq il-live donors imma anke fuq il-liġi kollha, bir-regolamenti kollha tagħha, u dan ma jkunx biss fuq Mater Dei imma jkun nazzjonali.", "THE CHAIRPERSON: Iva, li jkun hawn kumitat regolatorju li jkun fuq bażi nazzjonali bħalma llum hemm il-LOTAC, hija rakkomandazzjoni oħra.", "Rakkomandazzjoni oħra li għandna nagħmlu hija sabiex ikun hemm kampanji ta' awareness.", "Rakkomandazzjoni oħra – li semma l-Onor.", "Etienne Grech – hija dwar jekk għandux ikun hemm ġurnata matul is-sena f'Malta li tkun ddedikata għad-donazzjonijiet tal-organi.", "Wara li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiddaħlu fir-rapport, inpoġġuh fuq il-Mejda tal-Kamra u ngħaddu r-rakkomandazzjonijiet tagħna lis-Segretarju Parlamentari Chris Fearne f'isem il-Gvern.", "Nirringrazzja liż-żewġ kumitati tax-xogħol siewi li sar u naħseb li ħriġna b'rapport tajjeb ħafna u b'rakkomandazzjonijiet tajbin u nispera li ma ndumux ma jkollna liġi.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150513_011d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 11", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar L-Affarijiet Soċjali", "L-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, fis-6:53 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kien hemm preżenti wkoll: Iċ-Chairperson l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "PREŻENTAZZJONI TAR-RAPPORT DWAR ID-DONAZZJONIJIET TAL-ORGANI U T-TESSUTI MAĦRUĠ B'MOD KONĠUNT BEJN IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI U L-KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg ressqet quddiem il-Kumitat;", "Dokument 21 Il-Proposti tal-Partit Nazzjonalista għall-Proċess tad-Donazzjoni tal-Organi", "Iż-żewġ kumitati ħarġu b'numru ta' rakkomandazzjonijiet għar-rapport dwar id-donazzjoni tal-organi u t-tessuti, fosthom;", "Għandu jkun hemm reġistru elettroniku li juri min jixtieq ikun donatur u min ma jixtieqx li jagħti l-organi tiegħu.", "Ir-reġistrazzjoni għandha tkun waħda volontarja u ħadd m'għandu jiġi mġiegħel jieħu deċiżjoni kontra l-volontà tiegħu.", "Id-deċiżjoni finali li jkun hemm fir-reġistru ma tistax tinbidel wara l-mewt tal-persuna.", "F'każ li persuna ma tkunx iddikjarat ix-xewqa tagħha fir-reġistru, l-għażla dwar jekk għandhomx jitteħdu l-organi tagħha għandha tkun f'idejn il-qraba tagħha.", "Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għat-tobba u għall-persuni tekniċi li għandhom x'jaqsmu mat-teħid tal-organi.", "Dan ir-reġistru m'għandux ikun miftuħ għall-pubbliku imma kull persuna għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni fir-rigward tagħha.", "Għandha tiġi stabbilita sistema ta' allokazzjoni li tkun irregolata mill-Gvern permezz ta' kumitat apposta.", "Għandu jkun ipprojbit kull forma ta' reklamar, bejgħ jew xiri ta' organi.", "U għandu jkun hemm linji gwida dwar kumpens xieraq li għandu jingħata donatur ħaj.", "Id-definizzjoni ta' \"brain dead\" għandha tkun fuq l-aqwa prattiċi stabbiliti imma li ma tinkludix speċifikazzjonijiet ħalli tagħti spazju għal żviluppi fil-qasam mediku.", "Għandha ssir kampanja edukattiva fost it-tobba biex kemm jista' ikun ma jintilfux organi.", "U għandhom isiru kampanji edukativi kontinwament biex jikber aktar l-għarfien fuq id-donazzjoni tal-organi.", "Għandha tiġi stabilita ġurnata ddedikata għad-donazzjoni tal-organi.", "Wara saret diskussjoni bejn il-Membri taż-żewġ Kumitati.", "Fit-8:35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150513_011m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 15", "It-Tnejn, 18 ta' Mejju, 2015 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 18 ta' Mejju, 2015 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati Numru 1 fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar maħruġ mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar u l-emendi proposti għalih.", "6 ta' Mejju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150518_015a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 15", "It-Tnejn, 18 ta' Mejju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 15", "It-Tnejn, 18 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:42p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 14 li saret fit-18 ta' Marzu 2015, ġew konfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Insellmilkom u ngħaddu mal-ewwel għall-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "DISKUSSJONI DWAR IL-PJAN STRATEĠIKU GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR MAĦRUĠ MILL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR U L-EMENDI PROPOSTI GĦALIH", "MADAM CHAIR: Qabel nibdew xtaqt nistaqsi jekk hawnx oġġezzjoni biex il-membri tal-media preżenti jkunu jistgħu jieħdu xi filmati.", "Ma jidhirx li hawn għalhekk il-membri tal-media li hawn preżenti jistgħu jibdew jiffilmjaw.", "Infakkar ukoll li din il-laqgħa hija video streamed.", "Il-forma tal-laqgħa tal-lum nixtieq li tieħu din it-triq: L-ewwel ikun hawn introduzzjoni mill-Ministru Leo Brincat kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, wara jsiru xi interventi mill-Membri tal-Kumitat, imbagħad ikollna liċ-Chief Executive Officer (CEO) tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) jagħmel l-ispjegazzjonijiet tiegħu, u wara, dawk kollha li jixtiequ jagħmlu intervent, ikollhom ċans jagħmlu dan.", "Apparti mil-laqgħa tal-lum, ninsabu fiċ-ċert li se jkollna laqgħa oħra nhar l-Erbgħa, u jekk ma nlestux, ikollna anke laqgħa oħra.", "Kulħadd kellu d-dokumenti f'idejh minn qabel, il-konsultazzjoni saret ukoll, u jien nixtieq li kemm jista' jkun, ir-rużultat aħħari ta' dak li se niddiskutu llum ikun li jkollna dokument tajjeb biex jersaq għall-użu tiegħu għan-nazzjon.", "Infakkar li dak li qed niddiskutu u nirrappreżentaw illum mhux biss se jkollu effett fuqna u fuq it-tfal tagħna, imma ħafna drabi se jkollu effett irriversibbli fuq ġenerazzjonijiet li aħna llum il-leħen tagħhom.", "Għalhekk jien nappella għas-sens komun u nappella wkoll sabiex ilkoll naħdmu ħalli jkollna pjan strateġiku li meta nħarsu lejh 10 snin oħra ngħidu kemm konna għaqlin li ħadna dawk id-deċiżjonijiet f'dik it-triq bħala Kumitat Permanenti għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp fit-18 ta' Mejju 2015.", "Onor. Brincat, nitolbok sabiex, jekk jogħġbok, tibda bl-ispjegazzjonijiet tiegħek dwar dan id-dokument.", "LEO BRINCAT (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima): Nirringrazzjak.", "Madam Chair, kif jaf kulħadd, teknikament l-iStrategic Plan for the Environment and Development (SPED), għalkemm għandu dimensjoni ambjentali, huwa a planning tool.", "Ovvjament hemm diversi aspetti tiegħu li jista' jkollhom impatt kemm pożittiv kif ukoll negattiv fuq il-qasam ambjentali.", "Kif jaf kulħadd, id-demerger tal-MEPA għadha ma seħħitx, imma kollox qiegħed in place, kif jista' jikkonferma l-kollega tiegħi, biex inżommu l-iskadenzi pubbliċi li tħabbru pubblikament dan l-aħħar.", "Teknikament, ir-remit tat-tħejjija ta' dan id-dokument kienet tal-MEPA nnifisha għax teknikament hija għadha responsabbli, kemm għad-driegħ ambjentali kif ukoll għad-driegħ tal-ippjanar sakemm tiġi implementata d-demerger innifisha.", "Però kien ikun nuqqas min-naħa tagħna bħala Ministeru għall-Ambjent kieku aħna bqajna gallerija.", "Nista' ngħid li aħna ġejna kkonsultati mingħajr il-bżonn li nitolbu u aħna tajna l-opinjoni tagħna fuq id-dokumenti li kellna quddiemna.", "Irrid ngħid li jien kont qed insegwi l-iSPED qabel il-bidla fl-Amminstrazzjoni u kienet saret iktar minn preżentazzjoni waħda.", "Għalkemm kien hemm xi żewġ jew tliet laqgħat ta' dan il-Kumitat, il-proċess ma kienx ġie konkluż, kien waqaf, u baqa' kif kien mingħajr ma ġie wound up fis-sena 2012.", "Fejn jidħol l-iSPED, taħt din l-Amministrazzjoni ġejna kkonsultati min-naħa tal-MEPA, u bħala Ministru, jien deherli li l-persuna idonea biex tħares lejh mill-aspett tekniku –dokument bħal dan huwa importanti li wieħed jiflih mill-aspett tekniku, indipendement minn kwalunkwe deċiżjoni politika li jista' jieħu kull Gvern jew Amministrazzjoni – kellha tkun dik il-persuna li kienet qed tippilota l-proċess tal-iSPED f'isem il-MEPA taħt l-Amministrazzjoni l-oħra, u li taħt din l-Amministrazzjoni qed tokkupa l-kariga ta' Chief Strategy Officer.", "Jien deherli li din kienet il-persuna idonea biex tagħmel l-evalwazzjoni u l-assessment tagħha fuq livell purament tekniku.", "Nista' ngħid, kif tista' tikkonferma hija stess, li min-naħa tiegħi ma kien hemm ebda indħil fl-assessments li wasalna għalihom bħala Ministeru.", "Kellna diversi laqgħat, u naf li fuq livell tekniku saru ħafna laqgħat min-naħa tagħha.", "Mhux biss kellna l-fehmiet jew proposti li kien hemm min-naħa tal-MEPA, imma tressqu għall-attenzjoni tagħna anke l-fehmiet tal-Environment Protection Directorate (EPD) min-naħa tal-MEPA.", "Min-naħa tagħna aħna sħaqna l-iktar dwar il-fatt li s-sustanza mhijiex biss fid-dettall, imma hija fil-proċess tal-implimentazzjoni.", "Qed ngħid hekk għax il-Parlament quddiemu għandu ħafna liġijiet li fuq il-karta huma sbieħ imma li l-qofol tagħhom huma kif jitħaddmu fil-prattika.", "Fil-fatt, meta fissirna l-pożizzjoni tagħna fuq dan id-dokument – u din issir dejjem, mhux fil-kuntest ta' dan id-dokument biss – għamilniha ċara li mhijiex kwestjoni ta' the devil is in the detail, imma li l-iktar ħaġa importanti huwa kif jiġu attwati l-policies li jista' jkun hemm qbil dwarhom.", "Kif spjegajt iktar kmieni, ikun ħażin jekk l-iSPED inħarsu lejh bħala an environmental plan għax kif jaf kulħadd, dan huwa dokument strateġiku tal-ippjanar immirat li jiggwida l-allokazzjoni ta' spazju għall-iżvilupp meħtieġ għal affarijiet – li suppost jafhom kulħadd imma li tajjeb li wieħed jenfasizzahom – bħat-tkabbir soċjo-ekonomiku permezz tal-użu sostennibbli tar-riżorsi tal-art u tal-baħar.", "L-iSPED m'għandux jiġi perceived bħala dokument stand alone u ma jistax jiġi implimentat b'mod iżolat għax l-implimentazzjoni tiegħu huwa regolat minn qafas regolatorju li jiggverna l-ħarsien tal-ambjent li fil-fatt diġà jeżisti.", "Huwa għalhekk li fir-rakkmandazzjonijiet li għamilna mal-ogħla awtoritajiet sħaqna li l-ambjent, kif hemm fil-programm tal-Gvern, għandu jibqa' fuq quddiem tal-konsiderazzjonijiet tal-Gvern, però billi r-remit ministerjali tagħna jkopri l-klima u l-iżvilupp sostennibbli, aħna sħaqna li l-policy areas li għandhom karattru ħolistiku u li huma over reaching, għandhom jibqgħu jiġu segwiti mill-Ministeru tagħna, mhux f'dan l-istadju biss, imma anke wara li jiġi addottat l-iSPED u matul il-proċess tal-implimentazzjoni tiegħu.", "Aħna nemmnu li speċjalment wara li sseħħ id-demerger tal-MEPA – mingħajr riflessjoni negattiva fuq il-MEPA tal-lum – il-fatt li se jkun hemm l-Environment and Resources Authority (ERA) u allura minflok direttorat se jkun hemm id-driegħ ambjentali li se ssir awtorità, u anke għandna l-vantaġġ li l-ministeru innifsu għandu d-diretturi tiegħu tal-ambjent, in-naħa tal-ambjent tal-Ministeru u anke r-regolatur il-ġdid, se jkun f'pożizzjoni aħjar biex jissorvelja dak li għandu x'jaqsam ma' impatti pożittivi u anke negattivi fuq il-qasam ambjentali.", "Jien nista' ngħid biss ir-reazzjoni tagħna, imma forsi wieħed jista' jgħaddi għal dan fi stadju ulterjuri.", "Madam Chair, ma nafx jekk xtaqtx li nidħol f'aktar dettall f'dan l-istadju.", "MADAM CHAIR: Fil-fatt jien xtaqt li kulħadd ikun jista' jagħmel l-introduzzjoni tiegħu imbagħad nisimgħu lill-esperti, li kienu strumentali biex dan il-pjan strateġiku jsarraf il-viżjoni tal-Gvern.", "Importanti li ngħidu li dan id-dokument huwa viżjoni li mbagħad irid jiżżewweġ ma' policies oħra eżistenti biex aħna nwettqu dak li l-Gvern għandu bħala viżjoni, hekk kif elenkat fil-programm elettorali li għalih ivvutawlna n-nies.", "Huwa importanti ħafna li nagħmluha ċara li din hija l-viżjoni tal-Gvern li se tissarraf f'policies ċari li s-Servizz Pubbliku u l-uffiċjali tal-MEPA jkunu jistgħu jħaddmu biex jagħtu lill-poplu dak li qed jistenna mill-Gvern preżenti.", "Ngħaddi issa l-kelma lill-Onor.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Nirringrazzjak, Madam Chair.", "Jien se nkun fil-qosor ħafna għax ma nħossx li għandi għalfejn nidħol fid-dokument; id-dokument qiegħed hemm, kien parti mid-dokumenti li kienu anke ġew għall-konsultazzjoni pubblika.", "Forsi l-uniku input li rrid nagħmel huwa li konna tawwalna l-perjodu ta' konsultazzjoni fuq dan id-dokument.", "Kif diġà ntqal, id-dokkument innifsu huwa pjan strateġiku u wieħed ma jridx iħares lejh in isolation, imma jrid iħares lejh mil-lat tal-policies li għamlet il-MEPA s'issa fejn ħarisna biex kemm jista' jkun nimlew il-lakuni li kien hemm.", "Jien għandi l-opportunità li nitkellem fuq id-dokument hawnhekk, kif ukoll fil-Kamra u għalhekk naħseb li jkun iktar għaqli li nisma' dak li għandhom xi jgħidu l-Membri tal-Kumitat u iktar minn kollox dak li għandhom xi jgħidu dawk in-nies li fl-aħħar mill-aħħar jixtiequ jgħidu tagħhom, imbagħad naraw kif ikollna dokument li jkun ħolistiku li jagħmel sens għall-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Il-Membri tal-Kumitat jixtiequ li jagħmlu l-kummenti tagħhom wara li jagħmel l-intervent tiegħu s-CEO tal-MEPA.", "Sur Buttigieg, li nixtieqek tfiehem kemm lil dan il-Kumitat, kemm lill-pubbliku preżenti, kif ukoll lil dawk li qed isegwuna, huwa għalfejn kellna nagħmlu din il-qabża mill-pjan strutturali għall-iSPED.", "X'vantaġġi se jara l-poplu Malti fit-titjib tal-għajxien u l-ambjent tiegħu?", "Naħseb li biex nissimplifikaw u biex in-nies hemm barra jifhmuna, irridu nkunu ċari fuq dawn iż-żewġ punti partikolari.", "Aħna rridu li l-ekonomija tikber però fl-istess ħin tkun sostennibbli, u l-istandard of living jitjieb u l-kwalità tal-ħajja tan-nies tagħna tkun tajba.", "Nixtieqek li apparti milli tagħti background ta' kif wasaltu għall-konklużjonijiet li qegħdin elenkati f'dan id-dokument, tissimplifika billi tfiehem lin-nies li qed isegwuna x'se nieħdu minn dan l-iSPED.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (CEO, MEPA): Grazzi Madam Chair.", "L-iSPED huwa proċess ta' konsultazzjoni sħiħa fejn id-dipartimenti u l-aġenziji kollha tal-Gvern ġew ikkonsultati fil-proċess li sar matul dawn l-aħħar sentejn.", "Bħalma jaf kulħadd, il-proċess tal-iSPED beda fl-2012; huwa dokument rikjest bil-liġi u suppost kien in vigore fis-sena 2012.", "Imxejna mill-fatt li qabel kellna pjan ta' struttura li kien ibbażat fuq sfera ta' ppjanar fejn Malta ma kellhiex sistema ta' ppjanar kif nafuha illum bħala Awtorità u l-policies l-oħrajn kollha li jiġu magħha, imma kellna temporary provision schemes li damu għal numru ta' snin twal jipprovdu l-ippjanar limitat għall-pajjiż.", "Allura wieħed irid jara d-dokumenti kollha tal-Gvern, għaliex mhuwiex just id-dokument tal-Awtorità imma hemm lista sħiħa ta' dokumenti oħrajn, li se jagħti overview tagħhom is-Sur Gauci.", "L-iskop tal-iSPED huwa li nsarrfu l-ispazju f'dak li għandna bżonn u l-viżjoni tas-sena 2020.", "Hemm numru ta' oġġettivi, liema oġġettivi se jagħtu l-impetus biex il-pjanijiet lokali imbagħad ikunu jistgħu jsarrfu dak li qiegħed jingħad fl-iSPED.", "Il-pjanijiet lokali ovvjament iridu jimxu mal-iSPED li se jkun qed jieħu post il-pjan ta' struttura; ma jistax ikun li l-pjan lokali imur kontra l-iSPED.", "Jien qed nassumi li kulħadd qara d-dokument, però aħna se nagħtu ftit overview dwar x'inhuma bejn wieħed u ieħor the main highlights ta' dan id-dokument, imbagħad inħallu f'idejn il-pubbliku.", "MADAM CHAIR: Qabel ma jibda jispjega s-Sur Gauci xtaqt nistaqsi xi ħaġa dwar dak li għadek kemm għedt.", "Fhimt sew li inti għedt li qabel kellna qafas ta' policies proviżorji li kienu makeshift?", "MADAM CHAIR: Mela ċċarajna dik ukoll.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI (Unit Manager, MEPA): Nirringrazzjak.", "Madam Chair, qabel ma nibda nispjega x'inhu l-iSPED nixtieq nispjega ftit kif wasalna hawnhekk.", "Aħna ma bdejniex naħdmu fuq l-iSPED fl-2013 jew fl-2011, imma ilna naħdmu fuq pjan strateġiku mill-1999 meta kien ġie mniedi l-iStructure Plan Review Process għax kienet inħasset il-ħtieġa li l-pjan ta' struttura, li kellu ħajja ta' bażikament 20 sena, kellu jiġi mibdul b'dokument iktar aġġornat għall-bżonnijiet tal-lum.", "Meta kien ġie mniedi dan il-proċess ma kienx hemm il-firxa ta' dokumenti nazzjonali li għandna llum.", "Dak iż-żmien kellna nistabbilixxu l-base line, jiġifieri l-punt ta' tluq; kellna naqbdu kull settur li b'xi mod jew ieħor għandu impatt fuq l-użu tal-art u essenzjalment nistudjaw x'qed jiġri f'dak is-settur, imbagħad insarrfu dawk il-projections f'użu ta' art, jiġifieri fl-implikazzjonijiet fuq l-ispazju minħabba t-trends li aħna osservanja f'dawn li aħna sejjaħnilhom topic papers.", "Kien proċess kemmxejn twil li domna għaddejjin bih tliet snin u kien perjodu diffiċli ħafna għax ħafna nies kienu jgħidu li l-MEPA m'għandhiex tindaħal fuq employment, jew fuq retail jew fuq urban conservation.", "Kien hemm min staqsa għalfejn se noqogħdu nagħmlu dawn l-istudji kollha.", "Fil-fatt għamilna dawn l-istudji minħabba l-fatt li ma kellniex pjanijiet nazzjonali u settorali li stajna niddependu fuqhom biex proprju nidentifikaw il-bżonnijiet tal-ispazju li għandu l-pajjiż.", "Fl-2006 konna ppreparajna a replacement structure plan, imma minħabba raġunijiet ta' prijorità kien ġie sospiż il-proċess.", "Fl-2010 kien hemm il-liġi l-ġdida fejn minn structure plan imxejna għal strategic and spatial plan u d-differenza hemmhekk kienet aktar skjetta, għax qabel kellna ġabra ta' structural policies li kienu qegħdin jieħdu forward dak li ħassejna minn studji li għamilna x'għandu jiġri fil-futur, mentri a spatial plan huwa eżattament fejn taqbad policies u pjanijiet nazzjonali u, kif semma s-CEO, issarrafhom f'dak li huwa użu ta' spazju.", "Jiġifieri jekk aħna ridna nkunu nafu, pereżempju, il-miri ekonomiċi tal-pajjiż, sibna dokumenti rilevanti bħal, pereżempju, in-National Reform Programme li jagħmel analiżi skjetta ta' x'inhuma d-defiċenzji fil-pajjiż u ta' kif għandhom jiġu tackled.", "In-National Environmental Policy li kienet ġiet imnedija fl-2012 indikat x'kienu l-miri ambjentali tal-pajjiż.", "Dan kien dokument li ta vires b'saħħtu ħafna lill-esperti dwar fejn għandna mmorru f'dak li huwa ambjent, u x-xogħol tagħna kien li nannalizaw dawn id-dokumenti and we come forward with objectives and policy thrust biex inkunu nistgħu nintegraw il-pjanijiet nazzjonali flimkien u x-xogħol tagħna kien li nirreplikaw dak li kienu qed jgħidu dawn il-pjanijiet, imbagħad noħorġu strateġija bbażata fuqhom.", "Konna ħriġna abbozz għall-konsultazzjoni pubblika fl-2012 bl-idea tkun li mbagħad nagħmlu policies aktar dettalji f'dak li kellu jkun il-pjan strateġiku.", "Dan il-proċess konna temmejnih fl-2012 imma mbagħad, minħabba issues ta' elezzjoni eċċ., kien waqaf.", "Fl-2013, bit-tibdil fl-Amministrazzjoni, kien hemm diskussjonijiet mal-Gvern biex naraw xi xtaq mill-proċess tal-iSPED fejn ħareġ li l-Gvern xtaq jara li jkollna qafas strateġiku f'dak li huwa SPED, imma biex ma jkollniex tiers differenti ta' policies dettaljati, kemm fil-pjanijiet lokali u anke fi strategic plan, kien ġie deċiż li l-policies aktar dettaljati jkunu f'livell ta' pjan lokali.", "Il-Gvern kien qalilna biex nerġgħu nagħmlu round ta' konsultazzjonijiet ma' kull ministeru, dipartiment, u entità li tista' tagħti xi kontribut dwar kif għandna nallokaw l-ispazju u kif għandna nużawh, u wara li għaddejna minn dak il-proċess ħriġna draft tad-dokument għall-konsultazzjoni pubblika.", "Irrid ngħid li t-team tekniku li kien involut, mill-2004 kwazi dejjem baqa' l-istess.", "Tgħallima ħafna mill-proċess imma li ndunajna kien li minn approach tematiku mxejna għal approach iktar ta' spazju, jiġifieri ta' kif norganizzaw l-ispazju tagħna.", "Jiġifieri l-għan tal-iSPED hu li jirriplejsja l-pjan ta' struttura billi jagħti miri ċari ta' fejn għandna naslu sal-2020 bħala first point of reference bħala first milestone fejn aħna rridu nagħmlu review.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi għalfejn sal-2020 meta fadal biss inqas minn ħames snin.", "L-idea hi li ħafna mill-pjanijiet nazzjonali tal-Gvern jaslu sal-2020, jiġifieri l-viżjoni soċjo-ekonomika, in-National Environmental Policy, kif ukoll ħafna policies li kienu ġew imnedija anke minħabba l-obbligu tal-pajjiż vis-à-vis l-EU, kienu jaslu sal-2020 u allura aħna ma stajniex immorru beyond the year 2020 minħabba din l-issue.", "Jekk inħarsu lejn x'inhu jagħmel differenti dan il-pjan mill-pjan ta' struttura naraw li l-ewwel ħaġa hija li qiegħed jikkumplimenta l-policy tal-Gvern mhux jirreplikaha, jiġifieri aħna ma qgħadniex noqogħdu naqbdu l-policies kollha tal-Gvern u npoġġuhom fid-dokument tagħna.", "Aħna għamilna summary tagħhom, identifikajna x'inhuma l-iktar problemi li l-pajjiż irid isolvi, u poġġejnihom fil-pjan, imma mbagħad ix-xogħol tagħna kien li nidentifikaw kif se nittrattaw din id-dimensjoni in terms ta' spazju.", "Jiġifieri l-pjan ta' struttura kien jasal sa 12 nautical miles u aħna wasalna sa 25 nautical miles, jiġifieri ħadna ż-żona ta' spazju organizzata f'urban area, ir-rural area, il-coastal zone, il-marine area, u Għawdex minħabba l-issue ta' distinctiveness.", "L-istrateġija ta' dan il-pjan hi li fl-urban area nakkomodaw ħafna mill-iżvilupp li se jkollna fiż-żmien li ġej, jiġifieri l-idea hi li nikkonsolidaw dak li għandna u kemm jista' jkun nippruvaw intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies tagħna billi nindirizzaw dak li l-pajjiz għandu bżonn proprju biex jilħaq dawn il-miri.", "Għaż-żona rurali qed inħarsu lejn id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli li jikkumplimentaw l-agrikoltura, ir-rikreazzjoni, u ovvjament il-protezzjoni tar-riżorsi kulturali u ambjentali li għandu l-pajjiż.", "Dwar iż-żona kostali u marittima, l-idea tagħna kienet li jkollna qafas biex inżewwġu flimkien it-tkabbir soċjo-ekonomiku mal-aspett ta' protezzjoni ambjentali.", "Ħafna drabi t-tendenza hi li l-baħar narawh bħala xi ħaġa kbira ħafna allura speċi ngħidu li mhuwiex problema, imma fir-realtà għandna ħafna obbligi għax għandna ħafna żoni protetti u rridu naraw li nindirizzaw il-potenzjal tal-ispazju fil-baħar b'mod organizzat imma fl-istess ħin nikkapitalizzaw fuq l-assets ambjentali li għandu l-pajjiż fiż-żona marittima.", "Id-dokument huwa organizzat f'dik li hija parti tematika, jiġifieri s-socio-economic development, environment, climate change and transport, imbagħad il-parti ta' spazju hija organizzata f'urban, rural, coastal and marine area, imbagħad hemm Għawdex minħabba l-issue ta' distinctiveness.", "Għandna ġerarkija ta' kif organizzajna l-urban area, għandna principal urban area fejn irridu li ħafna mill-iżvilupp u ħafna mill-attivitajiet jiġu kkonċentrati, l-ewwel nett biex inkunu ċerti li verament se niġġeneraw il-partijiet li huma forsi aktar fil-bżonn billi nerġgħu nagħtuhom il-ħajja, it-tieni biex nittekiljaw l-issues tat-trasport, u t-tielet biex innaqqsu d-dispersing ta' attivitajiet li ġieli jkollna.", "Il-ġerarkija mbagħad tkompli.", "Għandna r-regional urban settlements jiġifieri barra ż-żona fejn għandna ħafna nies jgħixu u fejn inwettqu ħafna mill-attivitajiet, imbagħad għandna settlements reġjonali li huma fil-periferija tal-principal urban area li huma mportanti għax għandhom aspett ta' reġjun li jattiraw nies minn postijiet oħrajn u allura l-livell ta' żvilupp li wieħed jistenna ma jkunx ta' livell nazzjonali imma jkun pjuttost ta' wieħed reġjonali.", "Imbagħad għandna s-smaller urban settlements li qegħdin f'żoni li jmissu maż-żona rurali fejn l-idea tagħna hi li kemm jista' jkun it-tip ta' żvilupp li nħallu hemmhekk ikun idoneu u konsapevoli tal-karatteristiċi ta' dawn il-postijiet.", "Ovvjament kumplimentari mal-iżvilupp huwa mportanti li jkollna żoni rikreattivi, u l-viżjoni li għandna aħna hi li kemm jista' jkun fl-urban area n-nies jaħdmu u anke jirrikkrejaw irwieħhom.", "Jiġifieri minbarra li qed inħarsu lejn żvilupp, qed inħarsu wkoll lejn żvilupp li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Kif semmejt qabel, iż-żona rurali għandha l-karatteristiċi partikolari tal-attivitajiet li aħna rridu nikkonċentraw fuqhom u ovvjament nafu li hemm bżonn li ċertu żvilupp li ma jistax isir fiż-żona urbana, jiġi kkunsidrat barra ż-żona ta' żvilupp.", "Nafu li hemm żviluppi li minħabba, jew id-daqs tagħhom jew minħabba n-natura tagħhom ma jistgħux ikunu lokalizzati fiż-żona urbana u allura għandna proċedura ta' kif wieħed għandu jikkonsidra dan it-tip ta' żviluppi.", "Ħarisna wkoll it-tkabbir tal-portijiet tagħna għax nafu li dawn huma punti strateġiċi u huma lokalizzati f'punti sensittivi u għandhom role importanti li wieħed irid ikattar biex proprju jistgħu jibqgħu jiżviluppaw b'mod soċjo-ekonomiku tajjeb imma fl-istess ħin f'kuntest li jirrispetta l-madwar tagħhom.", "Għaż-żona kostali u marittima għandna qafas li eżattament jibni fuq l-assets ambjentali li għandu l-pajjiż, jiġifieri li nieħdu konjizzjoni taż-żoni li huma protetti biex kemm jista' jkun ma jkollniex fihom tip ta' żviluppi li jista' jagħmlilhom ħsara imma fl-istess ħin qegħdin inħejju qafas biex ċertu tip ta' żvilupp li jista' jtejjeb il-kwalità tal-ħajja soċjo-ekonomika ta' pajjiżna ikun jista' jiġi ffaċilitat.", "Għawdex għandu numru ta' żviluppi li huma identifikati proprju biex kemm jista' jkun inaqqsu t-tip ta' problemi li kienu ġew identifikati fin-National Reform Programme, bħal proġetti għal titjib tal-port, konsiderazzjoni tal-airfield, cruiseliner terminal, yacht marina u reverse osmosis plant biex il-water supply ta' Għawdex tkun iktar żgurata.", "Proposta li toħroġ ukoll mill-pjan hija l-identifikazzjoni ta' Mater Dei area bħala żona strateġika għal raġunijiet ta' saħħa u allura qegħdin ngħidu li kemm jista' jkun, żvilupp assoċċjat mas-saħħa għandu jiġi lokalizzat f'din iż-żona.", "Qegħdin nirrikonoxxu l-importanza tal-issue li jkollna appropriate building heights biex kemm jista' jkun il-kwalità ta' ħajja… Aħna ħafna drabi għedna li jista' jkun li d-density f'ċerti postijiet tal-urban area tista' tkun li qiegħda teffettwa l-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "U hemmhekk qegħdin nagħtu direzzjoni strateġika li overall nindirizzaw id-development density f'pajjiżna.", "Hemm diversi modi kif nistgħu nindirizzawha imma mbagħad we take them forward fi pjanijiet oħrajn bħal, pereżempju, id-Development Control Design Policy (DC15) u anke l-pjanijiet lokali.", "Aħna nirrikonoxxu l-importanza tal-areas of containment u qegħdin nipprijoritizzawhom.", "Dawn huma żoni barra ż-żona ta' żvilupp li huma żviluppati u li kienu ġew identifikati għal żvilupp industrijali jew kummerċjali, u qegħdin ngħidu li dawk għandhom ikunu the first point of reference meta aħna nkunu rridu nillokalizzaw żvilupp barra ż-żona ta' żvilupp.", "Fil-pjan semmejna wkoll u rrikonoxxejna l-proċess tal-land reclamation li huwa strateġija tal-Gvern u aħna rreplikajnih fil-pjan tagħna.", "L-importanti hu li l-pjan ma jibqax biss fuq il-karta; l-aktar parti diffiċli tal-pjan hija l-implimentazzjoni tiegħu u jrid ikun hemm ownership.", "Dan mhuwiex pjan tal-MEPA imma huwa pjan tal-Gvern; aħna qegħdin ngħinu fit-tfassil tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk għandna d-direzzjoni tal-Gvern ta' kif jixtieq jara l-użu tal-ispazju fiż-żmien li ġej, jiġifieri mportanti li fl-implimentazzjoni nagħmlu monitoring b'saħħtu u fejn hemm bżonn nagħmlu anke review ta' policy thrust li jista' jkun li forsi ma kenux, jew ma baqgħux idonei għaż-żmenijiet tal-lum.", "Grazzi.", "MADAM CHAIR: Qabel ma l-kollegi tiegħi jagħmlu l-interventi tagħhom nixtieq li nisimgħu lill-membri tal-pubbliku li hawn preżenti.", "Jekk hawn min jixtieq jagħmel intervent nistiednu jersaq magħna fuq il-mejda.", "Jien nippreferi li jkollna diskussjoni vibranti.", "S'issa kollox għaddej ħarir, kwiet, qegħdin nisimgħu u nitgħallmu u nittamaw; jalla nibqgħu sejrin hekk.", "Naħseb l-iktar punt importanti li tqajjem s'issa kien dak tal-Onor.", "Ministru Leo Brincat, u ċioè li the crux of the matter hija l-implimentazzjoni, għax liġijiet u framework jista' jkollok, però l-intenzjoni u x'wieħed jirrikonoxxi bħala national interest – aħna qed nagħmlu kollox għall-interess nazzjonali – irridu niddefinixxuh u rridu naraw kif se nilħquh.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI (Din l-Art Ħelwa): Madam Chair, jien ġejt mitluba mill-Kunsill ta' Din l-Art Ħelwa biex nirrappreżentahom f'din il-laqgħa.", "Nirringrazzjak għall-istedina fejn għandna l-opportunità nesprimu l-opinjonijiet tagħna fuq dan is-suġġett ferm importanti.", "MADAM CHAIR: Qabel ma tkompli xtaqt nistaqsik jekk waqt il-konsultazzjoni kontux għamiltu diġà l-proposti tagħkom.", "MADAM CHAIR: Tħoss li huma rappreżentati fid-dokument kif ġie ppreżentat illum?", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Ma naħsibx li kien hemm bidliet kbar fid-dokument, anzi kważi ma kien hemm xejn.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri dak li intom ipproponejtu ma ġiex assimilat.", "Allura huwa aktar u aktar importanti li nisimgħu dak li għandek xi tgħid.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Nixtieq nibda billi nesprimi d-diżappunt tiegħi personali f'dan id-dokument.", "Jien segwejt il-proċess mill-2010 jiġifieri minn meta beda l-proċess tat-tfassil ta' dan id-dokument u naħseb li l-expectations fuq dan id-dokument, dak iż-żmien kienu ferm differenti milli huma llum.", "Għalija sar kważi simbolu ta' kif l-ambjent dejjem ma jingħatax l-importanza li jixraqlu mill-Gvern għax l-aspettattivi ta' dan id-dokument kienu xi ħaġa strateġika nazzjonali u sar xi ħaġa ħafna iktar dgħajfa; fil-fatt id-dokument huwa bħala replacement tal-istructure plan li huwa dgħajjef ħafna.", "Sa fejn naf jien m'hemmx dokument strateġiku u nazzjonali – jekk hemm tistgħu tgħiduli – fejn bdejna b'objettivi għall-pjan strateġiku nazzjonali, objettivi li kienu ħarġu għall-konsultazzjoni pubblika, mbagħad wara ftit, il-Gvern jiddeċiedi li dawk l-objettivi saru d-dokument sħiħ u l-expectations tad-dokument inbiddlu b'dan il-mod.", "Anke jekk hemm dokument ieħor li sar b'dan il-mod, xorta l-proċess mhuwiex xieraq u naħseb li dan huwa nuqqas ta' serjetà.", "Id-diżappunt tiegħi huwa li dan il-proċess sar fis-settur tal-ambjent, qisu dejjem l-ambjent imur minn taħt.", "Kif għedt, jien segwejt il-proċess mill-2011 'il hawn, l-ewwel bħala president ta' Din l-Art Ħelwa, imbagħad kont għamilt sentejn il-MEPA u segwejt il-proċess minn hemmhekk.", "Dak iż-żmien il-proċess ma kienx immexxi mill-MEPA imma kien immexxi mill-Ministeru għall-Ambjent, għax kif qal s-Sur Gauci qabli, dan id-dokument għandu jkollu l-ownership ta' kulħadd, mhuwiex pjan settorali, mhux suppost ikun imfassal jew immexxi minn dipartiment jew minn awtorità partikolari, jiġifieri minn settur wieħed.", "Bir-rispett kollu ma naqbilx mal-Ministru fejn qal li dan mhuwiex pjan ambjentali, l-ewwel nett għax il-kelma \"ambjent\" tinsab anke fl-isem tad-dokument u anke għax il-pjan għandu impatti enormi fuq l-ambjent; huwa pjan li għandu aspett ambjentali kbir u dan irid jittieħed in konsiderazzjoni.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri your main point huwa li fl-iżvilupp ta' dan il-pjan l-ambjent ma ngħatax l-importanza li tistħoqqlu meta ġejna biex nibnu strateġija għall-ippjanar tal-iżvilupp.", "Qed ngħid hekk biex fejn mhux ċar, tikkjarifika ruħek.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jien qed ngħid li dan huwa a spatial plan u l-ambjent huwa wieħed mill-pillars tal-pjan, jiġifieri huwa wkoll pjan tal-iżvilupp bħala sustainable development fejn hemm tliet pilastri, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u dak ambjentali.", "Jiġifieri huwa pjan ambjentali, u bħala spatial plan bilfors li l-ambjent irid ikun b'saħħtu fih.", "Jien ma narax li huwa b'saħħtu daqshekk u ma naqbilx li mhuwiex pjan ambjentali għaliex għalija huwa pjan ambjentali.", "U l-użu tal-art huwa issue ambjentali minnu nnifsu u l-art ukoll hija issue ambjentali.", "Mill-2013 'l hawn sirna nafu li l-policies mhumiex se jidħlu f'dan il-pjan, u minflok se jidħlu fil-local plans.", "U hemm differenza għax il-local plans aktar huma pjanijiet settorali, mhumiex pjanijiet nazzjonali u ma naħsibx li għandhom daqshekk impatt kbir fuq l-ambjent tagħna.", "Hawnhekk qegħdin naraw downgrading tal-policies ambjentali għax qisna qed immorru fuq settur wieħed, il-pjanijiet settorali, minflok dik l-importanza nazzjonali kif kellhom qabel jew kif kien se jkollhom qabel.", "MADAM CHAIR: Ħalli nwaqqfek ftit biex niċċaraw dan il-punt ukoll.", "Meta kien qed jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu s-Sur Gauci, jien bħalek fhimt li l-policies iktar se jiġu abbinati mal-local plans milli mal-pjan ħolistiku nazzjonali li aħna qed nistennew li tiddetta din l-istrateġija.", "Hawnhekk naqblu li jekk ikunu pjanijiet jew policies abbinati ma' pjanijiet lokali jista' jkun hemm fragmentation tal-policies u l-impatt nazzjonali ma jkunx meqjus biżżejjed...", "MADAM CHAIR: Biex niċċaraw il-punt.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Il-local plans huma sectoral plans li jiġu approvati mill-Ministru – kif dejjem sar – u mhux mill-Parlament.", "Jien nara li hemm ċertu downgrading ta' importanza meta dawn il-policies ambjentali jiġu diskussi u deċiżi f'settur wieħed.", "Naħseb li għalhekk qabel, il-proċess kien immexxi mill-Ministeru u mhux mill-MEPA, allavolja fuq it-team tal-iSPED kien hemm in-nies tekniċi mill-MEPA.", "Hemm ukoll miktub, kemm fl-Strategic Environmental Assessment (SEA), kemm fl-iSPED u anke fil-liġi, li wieħed mill-għanijiet tal-iSPED huwa li bħala pjan nazzjonali għandu jiżgura li jiġu ntegrati l-pjanijiet settorali kollha tal-Gvern f'kull settur.", "U allura jkun aħjar jekk il-pjan ikun meqjus bħala xi ħaġa nazzjonali minflok xi ħaġa ta' settur wieħed biex ikun żgur li jkun hemm dik is-sinerġija kif inhuwa maħsub fil-liġi.", "Jiġifieri, biex nagħlaq fuq dan il-punt, nerġa' ngħid li jien qed nara ċertu downgrading ta' dawk il-policies li issa se jsiru fil-local plans.", "Madam Chair, forsi hawn min qed jgħid li l-introduzzjoni kienet ftit negattiva, imma dawk huma l-ħsebijiet tiegħi fuq il-pjan.", "Irrid ngħid ukoll li l-iSPED m'għandux implementation plan, jiġifieri fil-prattika dan se jkun dokument inutli għax la hemm targets, la hemm implementation plan, la hemm timeframes, u m'hemm xejn.", "Jien naħseb li pjan strateġiku għandu jkollu xi tip ta' monitoring u implementation plan miegħu, u naħseb li jrid anke jkun miktub fil-pjan kif se jsir dan għax inkella d-dokument jispiċċa mingħajr rilevanza prattika.", "Dan huwa suġġeriment li nixtieq nagħmel biex insaħħu dan id-dokument.", "It-tieni punt forsi huwa ftit aktar dettaljat.", "Hemm ħafna policies li huma listed u li huma l-bażi ta' dan id-dokument, però l-policies tal-EU li Malta hija marbuta magħhom u approvathom, bħal pereżempju, ir-Resource Effeciency Plan u l-Environmental Action Plan mhumiex imsemmijin.", "Aħna marbutin mal-għanijiet ta' dawn il-pjanijiet u naħseb li jkun tajjeb li jkunu msemmijin jew almenu jiġu kkunsidrati.", "Naħseb ukoll li l-perjodu ta' żmien sa 2020 huwa qasir wisq.", "Nifhem il-punt li mhux tajjeb li tirrevedi d-dokument qabel ma jgħaddu ħames snin għax irid ikun hemm ftit ta' stabilità fil-pjanijiet, però mhux li l-viżjoni kollha trid tkun sa ħames snin; nistgħu ngħidu li l-ewwel reviżjoni tal-viżjoni ssir f'ħames snin però l-viżjoni trid tmur oltre minn ħames snin għax ħames snin naħseb li huwa ftit ħafna.", "Naf li hemm pjanijiet oħrajn li huma sal-2020, imma xorta nara li pjan ta' dak it-tip għandu jkollu viżjoni aktar fit-tul.", "Kif diġà għedt, jien niddubita bis-serjetà jekk dan id-dokument hux se jkollu użu fil-prattika u jekk hux qed jittieħed bis-serjetà, għax qisu miż-żmien fejn l-objettivi saru pjan sħiħ, m'hemmx xi ħaġa serja.", "U se nagħti ftit eżempji fejn nara li l-għanijiet ta' dan il-pjan diġà qegħdin jiġu njorati mill-Gvern meta d-dokument għadu lanqas huwa lest.", "Rural objective (RO) 3 jgħid hekk:", "Imbagħad qed jingħad li they should be guided:", "Issa fl-istrategic proposals map 2A, hemm l-areas of high landscape protections fejn qegħdin ngħidu li m'għandhomx isiru proġetti.", "U waħda minn dawn l-areas of high landascape protection fil-pjan ġdid tal-Gvern – mhux fil-local plans tal-2006 – huwa eżattament fejn hemm proposta li tinbena l-università f'Ta' Żonqor.", "Hawnhekk hawn miktub li din l-area hija of high landscape sensitivity.", "U għalhekk jien nibża' li dan id-dokument mhux qed jittieħed bis-serjetà, għax l-affarijiet li hemm miktubin ġo fih diġà qed jiġu njorati, u la hemm implementation plan u m'hemm xejn.", "Jiġifieri naħseb li dan huwa dokument mingħajr użu prattiku u ma nafx x'nirrispondi kieku xi ħadd kellu jistaqsini għalfejn qed nagħmlu dokument mingħajr użu.", "Dan kien eżempju wieħed u se nagħti eżempju żgħir ieħor biex ma ntawwalx.", "F'paġna 14 tal-iSPED hemm mikbtub hekk fuq il-high-rise:", "Jien naqbel mal-istatement, però lkoll nafu li ftit xhur ilu saret FAR policy fuq high-rise buildings, jiġfieri m'hemmx konnessjoni bejn dan l-istatement u l-affarijiet li qegħdin isiru għax fil-verità hemm FAR policy u fiha ttieħed in konsiderazzjoni l-impatt fuq il-landscape u l-concerns, jiġifieri ma nafx għalfejn issa qegħdin ngħidu hawnhekk li it is becoming a matter of concern meta għandna dik il-policy ġdida.", "Jiġifieri m'hemmx konnessjoni bejn iż-żewġ affarijiet u għalhekk il-biżgħa tiegħi hi li dan id-dokument mhux qed jittieħed bis-serjetà.", "Bħalissa l-pjan ta' struttura huwa mportanti biżżejjed li f'kull case officers' report ikun hemm lista sħiħa ta' policies tal-istess pjan ta' struttura.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li l-affarijiet bilfors iridu jsiru hekk, però 'l quddiem, dawn il-policies se jissemmew fil-case officers' report?", "Ma naħsibx, għax jekk għandek statement bħal dan fuq high-rise x'se tagħmel bih f'case officer report?", "Jiġifieri għalxejn għandek dik il-policy.", "U anke llum, meta hemm deċiżjonijiet fuq permessi, ġieli l-pjan ta' struttura jkun importanti meta tiġi biex tittieħed id-deċiżjoni.", "Jien naħseb li d-dokument li għandna quddiemna llum tant huwa dgħajjef f'dawn l-affarijiet, u tant m'hemmx dettall fih li mhux se jkun possibbli li wieħed jużah f'sens prattiku ta' kuljum u lanqas bħala viżjoni għax sa ħames snin oħra mhu se jagħmel differenza ta' xejn.", "Allura t-talba tiegħi hi li d-dokument jiġi revedut sabiex ikun hemm fih implementation plan, target, timeframes u xi ħaġa daqsxejn iktar soda.", "Kulħadd jista' jaħdem f'dak id-dokument inkella nagħmluh ġol-kexxun u ma nagħmlu xejn bih, u huwa importanti li jiġu nklużi aktar environmental safeguards.", "Il-kummenti li konna għamilna bħala Din l-Art Ħelwa u kummenti oħra li saru qabel mill-pubbliku, ma naħsibx li ttieħdu in konsiderazzjoni għax lanqas hemm differenza fid-dokument minn kif kien qabel għal issa.", "Jekk hemm xi differenzi huma żgħar ħafna, jiġifieri ma nafx fiex sarrfet il-public consultation li saret.", "Qegħdin ngħidu li diġà hawn policies, imbagħad se jkun hemm policies iktar dettalji fil-local plans, imma jien naħseb li hawnhekk għandhom ikunu ftit iktar dettaljati għax mhumiex dettaljati biżżejjed.", "Dan id-dokument ma tista' tagħmel xejn bih, ma tistax tużah fil-prattika, u mhu se jiżgura xejn bħala safeguards għall-ambjent u laqas għall-ippjanar; se jkun dokument li la se jkun utli għall-ippjanar u lanqas għall-MEPA.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Hawn aktar membri ta' non-governmental organisations (NGOs) li jixtiequ jagħtu kontribut?", "IL-PERIT PHILIP GRECH (Malta Water Association): Jien qiegħed hawnhekk kemm bħala perit kif ukoll bħala rappreżentant tal-Malta Water Association.", "L-ilma u l-ambjent għandhom rabta kbira ma' xulxin peress li l-iżvilupp joħloq id-domanda għall-ilma, u dak li se ngħid forsi mhux neċessarjament huwa mil-lat tal-Malta Water Association imma mil-lat tal-ilma in ġenerali.", "Nibda biex ngħid li naqbel ħafna ma' dak li qalet Dr. Caruana Dingli, però naħseb li hemm punt tajjeb fil-bidu tal-iSPED, fis-sens li jibda billi jipprova jagħmel dak li kien sar fl-1988, u ċioè fit-temporary planning schemes, fejn jillimita l-iżvilupp u hemm l-argument biċ-ċifri – fil-fatt huwa wieħed mill-ftit instances fejn hemm ċifri – fejn isostni li m'hemmx bżonn inkabbru aktar iż-żoni tal-iżvilupp.", "Issa kellna bżonn li din il-ħaġa nibqgħu magħha għax qegħdin naraw anke issa stess it-tensjonijiet biex din ir-rabta tinħall.", "Prattikament huwa l-uniku instance fid-dokument fejn hemm ftit ċifri, u din hija ħasra, għax kif semma s-Sur Gauci fil-bidu, hemm odessea sħiħa li ilha sejra mill-1999 fir-reviżjoni tal-pjan ta' struttura.", "U l-pjan ta' struttura kien l-uniku dokument li kellna bħala dokument nazzjonali ta' strateġija li jitkellem dwar 'il fejn sejjer il-pajjiż, xi rridu nagħmlu, x'koperazzjoni qegħdin nistennew, u x'industriji rridu.", "Anke hemmhekk kien defiċjenti l-pjan ta' struttura għax l-Amministrazzjoni preċedenti kienet resoluta ħafna li ma tridx development plan.", "Kellna żmien f'dan il-pajjjiż fejn kellna anke development plans imwettqa bil-liġi; l-Amministrazzjoni ta' qabel dik irmietha.", "Però fl-assenza tagħha issa qegħdin fi żmien fejn ma nafux fejn sejrin u għandna frammentazzjoni sħiħa bejn ministeru u ieħor, u bejn Amministrazzjoni u oħra.", "Ma nafux fejn sejrin, ma nafux għal kemm irridu nikkejterjaw mil-lat ta' popolazzjoni, kemm irridu nies jaħdmu, kemm irridu nisa jaħdmu, kemm irridu studenti, u lanqas nafu, mil-lat ta' ilma, kemm irridu li jikber il-qasam agrikolu.", "Waħda mill-affarijiet li ilna nikkritikaw ħafna bħala assoċjazzjoni hija l-fatt li f'pajjiżna m'għandniex pjan agrikolu, u la nafu kemm irridu aktar bhejjem, u lanqas nafu kemm irridu nkabbru aktar.", "Il-qasam tat-tisqija kibret ħafna dawn l-aħħar 10 snin mingħajr ma żidna l-provvista tal-ilma, il-provvista tal-ilma ttellgħet minn taħt l-art bil-konsegwenzi kollha naturali tagħha.", "Jiġifieri m'hemmx pjan ħolistiku u lanqas hemm pjan settorali, u allura m'hemmx kordinament.", "Wieħed ma jistax jippretendi li dan il-kordinament isir mill-MEPA, però kien hemm l-attentat meta l-MEPA kellha s-saħħa u ppretendiet li jkollha dan ir-remit.", "Kienet bdiet tinħass qasma, fis-sens li speċi kellna gvern within gvern, qisna kellna mini government biex jiddetta xi jsir mill-Gvern overall.", "Kienet bdiet tinħoloq tensjoni u issa għandna l-ixpakattura totali li se tirriżulta fil-qasma tal-ambjent mill-ippjanar.", "Fil-qasam tal-ilma, fid-dokument attwali, apparti n-nuqqas ta' riferenza għall-pjan agrikolu, dan li qed isir issa ma kienx isir meta kien qed jinkiteb, jiġifieri hemm riferenza għall-pjan tal-istorm water tal-2008.", "Dan il-pjan, li kienu għamlu l-Lhud bħala ħażna tal-ilma biex l-ilma tax-xita jinħażen u jerġa' jintuża, fil-fatt mhuwiex qed jitwettaq, u dan aħna diġà indikajnih fil-kummenti li għamilna qabel.", "Dan il-pjan ġie skartat u ġie adottat pjan ieħor li jarmi l-ilma kollu l-baħar.", "L-iSPED isemmi wkoll l-impjant tar-reverse osmosis f'Għawdex, xi ħaġa li aħna diġà konna kkritikajna u li ma ġietx adottata bħala emenda.", "Dan l-impjant m'hemmx ħtieġa għalih, il-Water Services Corporation (WSC) qatt ma talbu għalih u żgur li m'għandhomx bżonnu għax fil-fatt aħna nesportaw l-ilma lejn Għawdex għax f'Malta għandna capacity ta' reverse osmosis żejda, fil-fatt għandna d-doppju ta' dak li għandna bżonn, u ilna hekk għal mill-inqas seba' snin.", "U allura bilfors li bl-approach li ttieħdet – nerġa' ngħid li din mhijiex problema ta' din l-Amministrazzjoni, imma ilha ġejja mill-Amministrazzjoni preċedenti – ikun hemm din il-frammentazzjoni u dawn it-tip ta' skerzi ta' affarijiet li ma jagħmlux sens ma' ħaġa u ma' oħra.", "Imbagħad hemm il-platitudnijiet li, pereżempju, irridu li jkollna good ground water status meta fil-fatt nafu li m'għandniex good ground water status, id-deadline tal-EU inqabżet, fil-pjan mhijiex imsemmija u allura hija open ended, jiġfieri nilħquha meta nilħquha.", "Forsi jilħquha ulied uliedna!", "Il-pjan as such – u issa nilbes il-kappell ta' perit – verament inħoss li ma jgħinx lil min se jagħmel il-pjanijiet biex jiddetermina permess jew strateġija kif għandu jkun.", "Forsi qabel kellna pjan ta' struttura li kien wisq preskrittiv, jiġifieri stajt tgħid \"din\" hija BEN 1 jew BEN 2, però issa lanqas għandna din it-tip ta' għajnuna, jiġifieri morna minn estrem għall-ieħor.", "B'dawn it-tip ta' pjanijiet tista' tagħmel kollox u ma tista' tagħmel xejn, jiġifieri jiddependi kif jitrattaw il-każ.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Fl-iSPED il-Gvern għandu override totali u jista' jagħti r-raġuni nazzjonali għalfejn għandu jagħmel override totali lill-iSPED.", "Din qiegħda f'kull liġi tal-ippjanar u ma nħossx li kellha bżonn tidħol fil-pjan innifsu li l-Gvern għandu override għax għandu override legali anyway.", "Però xtaqt ngħid – u din hija kontradizzjoni għal dak li għedt inti, Madam Chair, fil-bidu – li l-iSPED mhux suppost huwa pjan tal-Gvern, imma suppost huwa pjan nazzjonali li kull gvern, kull partit would subscribe to it u jagħmel sens għall-poplu kollu.", "Huwa policy with a small \"p\", jiġifieri mhux partiġġjan.", "Huwa importanti li dawn it-tip ta' pjanijiet ikunu miktubin bis-serjetà biex ikollhom il-backing tal-poplu kollu.", "Jekk ma ngħinux lin-nies tekniċi li jaħlu saħħithom u l-karrieri tagħhom biex jinkitbu pjanijiet serji, dawn id-dokumenti ma jkollhomx siwi.", "Id-dokument oriġinali ta' pjan ta' struttura kellu bħala preċedessur tiegħu a report of survey li kien dokument li fih sitt darbiet daqs dan id-dokument u jitkellem dwar is-sejbiet li kien hemm.", "Wara 20 sena ta' pjan ta' struttura stajna miżerjament kellna xi ħaġa simili fuqxiex nibbażaw u nitilqu minn hemm!", "Nirringrazzjak.", "MADAM CHAIR: Xtaqt nagħmel korrezzjoni żgħira.", "Jien bi \"Gvern\" nifhem Gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Jien nifhmek li inti tifhimha hekk għax kemm fi żmien din l-Amministrazzjoni, kif ukoll f'dik ta' qabel, il-parteġġjaniżmu sfortunatament baqa' parti minnu.", "Jien nifhem li ladarba l-Gvern jiġi elett mill-poplu fuq programm elettorali, għandu jkun Gvern ta' kulħadd indaqs mingħajr differenza bejn wiċċ u ieħor.", "Sfortunatament tasal il-gurnata tal-elezzjoni u l-affarijiet jinbidlu.", "Nistieden issa lill-kollegi tiegħi sabiex jagħmlu l-interventi tagħhom.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jien se nibda billi nagħmel ftit osservazzjonijiet dwar dan id-dokument, imbagħad ikomplu l-kollegi tiegħi.", "Bħala Oppożizzjoni aħna rajna d-dokument, iddiskutejnih ukoll fill-Grupp Parlamentari u xtaqna nagħmlu diversi osservazzjonijiet preliminari u aktar 'il quddiem se nkunu qegħdin nagħtu aktar feedback.", "Jekk immorru lura biex inħarsu lejn minn fejn ħareġ l-iSPED naraw li fl-2011 kellna l-oġġettivi li kienu ħadu post l-istructure plan tal-1990, u kif diġà ntqal, dawn kienu ħarġu wkoll għall-public consultation fl-2012.", "Meta aħna qbadna l-iSPED li ġie ppubblikat għall-konsultazzjoni f'Marzu 2014 u rajna wkoll l-oġġettivi li kienu ġew ippubblikati fl-2012, sibna li bażikament kien hemm replication ta' dak li kien diġà ġie ppubblikat.", "Ilkoll qegħdin naqblu li l-iSPED għandu jkun dokument ta' viżjoni, u jien ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru jgħid li dan huwa dokument ta' viżjoni, però meta mbagħad taqbad id-dokument innifsu u tislet il-viżjoni tiegħu tara li din qiegħda mitkuba f'inqas minn paġna waħda, jiġifieri it is very, very, very concise.", "Naħseb li meta qed nitkellmu fuq viżjoni, irridu mmorru lil hinn mill-2020, speċjalment meta naraw li l-UE diġà ddiskutiet ukoll il-viżjoni tagħha tal-2030 u tal-2050.", "Jekk illum diġà qegħdin fl-2015, filwaqt li tajjeb naħsbu għall-2020, ma nistgħux naħsbu biss għall-2020 imma rridu naraw ukoll fejn irridu mmorru fl-2030 u anke fl-2050, inkella dan id-dokument se jiskadi qabel biss ikun beda jiġi mplimentat.", "Irridu naraw jekk id-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu llum, kemm min-naħa ta' Gvern kif ukoll min-naħa tal-MEPA, humiex qegħdin jieħdu inkonsiderazzjoni dak li hemm elenkat fl-iSPED, liema dokument irid jersaq għall-approvazzjoni.", "Jien tajt daqqa t'għajn lejn diversi thematic objectives (TOs) li hemm imniżżlin fid-dokument, u nibda minn TO1 li tgħid hekk:", "Imbagħad minn hemmhekk toħroġ lista ta' x'għandu jsir, u punt numru 5 jgħid:", "punt numru 6 jgħid:", "punt numru 7 jgħid:", "Rigward dak li hemm fl-urban objective (UO) li hemm f'paġna 14 aħna għandna question mark dwar jekk illum, bħala MEPA u bħala Gvern, id-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu dwar diversi proġetti li qegħdin jiġu proposti humiex qegħdin jieħdu in konsiderazzjoni dan, primarjament anke fl-issue li għandna preżentament bħalissa dwar l-għażla ta' Żonqor Point fejn jidħol il-proġett tal-università.", "U qed ngħid hekk ukoll minħabba l-fatt li l-Gvern qal li kienet il-MEPA li tat is-suġġeriment li l-università għandha ssir f'Żonqor Point.", "U allura wieħed hawnhekk jistaqsi jekk dan huwiex qiegħed imur in direct conflict ma' dak li hawn miktub fl-iSPED.", "Illum irridu nieħdu l-opportunità biex nispjegaw x'inhu r-rwol eżatt tal-MEPA, safejn se tasal il-MEPA, safejn se jasal il-Gvern, x'inhi d-direzzjoni li qiegħed jagħti l-Gvern lill-MEPA, u jekk huwiex minnu li l-MEPA qiegħda attwalment hi stess li tirrikkmanda li protected areas jingħataw għal żvilupp urban.", "F'wieħed mill-punti li kontu qegħdin issemmu waqt id-diskussjoni, issemma l-fatt li meta jkun hemm proġetti li jista' jkun li għandhom bżonn isiru f'outside development zone (ODZ), l-ewwel se jittieħdu into consideration ODZ areas oħrajn li diġà kienu committed.", "Però again, fil-każ ta' Żonqor Point ma ġarax hekk u allura għalhekk qegħdin iqumu dawn il-mistoqsijiet kollha.", "Issue oħra li xtaqna niddiskutu hija dwar il-proċedura li ssemmiet li meta jkun hemm proġetti li bħala MEPA u bħala Gvern iħossu li mhux tajbin li jsiru fiż-żona urbana dawn jistgħu jsiru f'żona rurali, u hemm proċedura għaliha.", "Forsi tistgħu tispjegaw x'inhi din l-proċedura u kif jekk proġett li huwa intiż, u li jkun aħjar li jsir, f'urban area, il-MEPA u l-Gvern jistgħu jiddeċiedu li jmorru ġewwa ambjent rurali.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Għad-domandi ta' Dr. Caruana Dingli fejn semmiet li dan huwa spatial plan for development u qata' barra l-ambjent, irrid ngħid li jekk wieħed iħares lejn il-pjan isib li hemm thematic section iddedikata ampjament għall-ambjent.", "Barra minn hekk kull objective, bil-policies marbutin magħha, għandha environmental safeguards mibnijin fiha.", "Jekk, pereżempju, nieħdu tas-socio-economic development naraw li qed jingħad hekk:", "U qed ngħidu l-policy kif tiġi mplimentata.", "U dan huwa replikat f'kull objective li hemm.", "Pereżempju, f'TO2 hemm:", "Jiġifieri we are building in environmental safeguards throughout the plan, it's not just li għandna section fuq l-environment, jiġifieri għamilna tliet TOs u waqafna hemm.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li l-osservazzjoni li għamlet Dr. Caruana Dingli hija f'kuntest ferm aktar wiesa'.", "Fil-verità, intom ħaqqkom l-akbar tifħir għad-dokument li ppruvajtu tagħmlu skont mal-Gvern takom il-viżjoni tiegħu biex tirriproduċuhom, però kif elenkat tajjeb l-Onor.", "Portelli u anke kif qalet tajjeb Dr. Caruana Dingli, irridu naraw jekk dak li għandna miktub hux qed isarraf, għallinqas f'dak li qed nesperjenzaw anke f'dawn l-aħħar ġranet, f'ħarsien tal-ambjent.", "U allura wieħed jistaqsi jekk is-saħħa ta' dan id-dokument biex jipproteġi lill-ambjent teżistix, minkejja li kif għedt inti, għandek sezzjonijiet iddedikati lill-ambjent u anke safeguards.", "X'saħħa għandu dan id-dokument jew din il-viżjoni jekk m'hemmx ir-rieda – issa kkonvinċini inti jew xi ħaddieħor li hemm ir-rieda – li l-ambjent ikun topmost fuq l-aġenda ta' kull ippjanar u ta' kull żvilupp spazjali u mhuwiex, li se naraw fil-futur qrib?", "Nixtieqek ukoll tiċċara osservazzjoni oħra – għax naħseb hija mportanti ħafna – li għamlet Dr. Caruana Dingli dwar il-fatt li l-viżjoni għandha tkun aktar fit-tul.", "Fil-verità, jekk isir proġett illum, l-effett tiegħu se jkun mhux fuq 20 sena jew 30 sena, imma ħafna drabi jista' jagħmel ħsara irriversibbli li qatt ma tista' treġġagħha lura, għal ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Dr. Caruana Dingli tkellmet fil-kuntest ta' kif id-dokument qed jissarraf fiż-żmien li qed ngħixu llum, għax għalkemm għadu m'għaddiex u għadu ma ġiex diskuss fil-Parlament, wieħed jistenna li l-viżjoni inġenerali turina x'rieda hemm min-naħa tal-Gvern li ressaq dan id-dokument quddiem dan il-Kumitat.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Biex nieħu spunt minn dak li semmejna tal-2020 tajjeb ngħid li huwa veru li aħna għedna li l-ewwel milestone għar-review ta' dan il-pjan huwa l-2020 imma f'paragrafu 1.13 għedna wkoll li:", "Jiġifieri aħna hawnhekk qed nagħtu strateġija fit-tul.", "Li qed ngħidu biss hu li fl-2020 rridu nagħmlu first point of review għax il-miri soċjo-ekonomiċi tal-Gvern ovvjament sa dak iż-żmien jista' jkun li jkunu nbiddlu, jista' jkollna dokumentazzjoni ġodda u policies nazzjonali ġodda li aħna nkunu rridu naġġornaw il-pjan biex jirriflettihom.", "Huwa veru li at EU level qed nitkellmu fuq 2030 u anke 2050, però meta aħna niġu biex nagħmlu policies, għalkemm inħarsu lejn policies tal-EU, bħal pereżempju, it-territorial agenda u l-urban agenda, fl-aħħar mill-aħħar jekk se nsarrfu miri soċjali u ambjentali, irridu naraw il-miri li hemm riflessi f'policies nazzjonali.", "Jiġifieri l-viżjoni tagħna ma tistax tgħid li hija viżjoni li tista' tiskadi.", "MADAM CHAIR: Aħna qegħdin nitkellmu fuq development planning.", "Inti x'qed timmaġina li Malta tkun meta dawn il-miri, li inti tidher li għandek konoxxenza ta' x'inhuma jew fejn irid jasal il-Gvern, iktar minni li jien Membru Parlamentari, jiġu milħuqa?", "Naħseb li dak hu li l-NGOs qed jesprimu bħala mistoqsijiet u naħseb li dan ukoll kien il-ġist tad-diskursata tal-Onor.", "Nafu fejn irridu lil Malta tasal b'dak li qed nagħmlu u x'se jkun ir-riżultat aħħari?", "Ħadna kollox on board bil-policies, kemm dawk li diġà ħarġu, bħar-rural policy u d-design guidance, li llum ma semmejnihiex...?", "Meta l-policies kollha jintużaw u jiġu exploited minn kull min jista' jagħmel użu minnhom, x'se jkun ir-riżultat aħħari?", "Permezz ta' dan id-dokument kif se nkunu nafu Malta kif se tkun 'il quddiem u xi kwalità ta' ħajja se tagħti lin-nies li se jgħixu fiha?", "Jien naħseb li that's the main concern, għax veru qegħdin nitkellmu fuq pjanijiet fit-tul socjo-ekonomiċi, però… (Interruzzjonijiet) Imma hemm ċerti proġetti li qed nisimgħu bihom mill-gazzetti li ma nafux the full extent of the impact that they are going to have.", "Wieħed minnhom kien, kif qalet tajjeb l-Onor.", "Marthese Portelli, l-għażla ta' Żonqor Point bħala s-sit tal-università, li aħna sirna nafu bih at a very late stage.", "Ma nafux b'xi proġetti oħrajn li jistgħu jaqgħu taħt il-kategorija ta' żviluppi nazzjonali, ekonomiċi u hekk imsejħa sostenibbli, li hemm f'moħħ il-Gvern.", "Dan id-dokument kif se jassigurana li dak li qed jiġi elenkat hawnhekk se nħarsuh u nenforzawh?", "Il-fatti huma li filwaqt li ġie quddiemna dan id-dokument li qed jipproteġi ż-żoni barra mill-iżvilupp li huma elenkati fuq il-mappa, fl-istess ħin sibna ma wiċċna dik it-tip ta' proposta.", "Anke min qiegħed isegwina jixtieq ikun jaf x'inhi l-viżjoni aħħarija tal-Gvern, fejn se twassal u kif dan id-dokument se jipproteġi lill-poplu li eleġġa dan il-Gvern milli wara li tgħaddi din il-leġiżlatura jsib pajjiż agħar, fejn jidħol żvilupp u ambjent, minn dak li sibna.", "Diġà ma sibnihx daqstant tajjeb, u lkoll nafu kemm saret ħsara, imma issa ma rridux li f'din il-leġiżlatura jkollna l-istess riżultat, imma rridu li dak li wegħedna fil-programm elettorali, inwettquh.", "Dwar dak nixtieq li sserrħu moħħna, aħna li rridu nivvutaw favur jew kontra dan id-dokument, u moħħ min qed isegwina.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, dan id-dokument jagħmel lista tan-numru ta' proġetti li l-Gvern għandu viżjonijiet li jimplimenta.", "Għar-rigward ta' dan il-proġett li qed insemmu tal-università m'għandi l-ebda problema li niddiskutuh.", "Li għamlet il-MEPA f'dan ir-rigward kien li talbet lill-Government Property Division (GPD), fuq talba tal-Gvern, tara liema huma dawk is-sites li għandu l-Gvern fin-naħa t'isfel ta' Malta li huma ta' ċertu daqs u li jistgħu jkunu potenzjalment tajbin.", "MADAM CHAIR: Ħalli nwaqqfek minuta.", "Jiġifieri fil-brief li tajtu intom, ma ggwidajtux lil min tlabtuh risposta li fejn hu ODZ jiġi totalment eskluż mill-possibilità li jiġi żviluppat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, il-pjan ta' struttura llum jippermetti li affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' edukazzjoni u ma' saħħa jistgħu jsiru barra miż-żona ta' żvilupp.", "MADAM CHAIR: Iva, imma għalhekk aħna qed inbiddlu l-pjan ta' struttura!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: S'issa dan għadu mhux approvat, once li jiġi approvat imbagħad inkunu nistgħu nimplimentawh.", "MADAM CHAIR: U hawnhekk ġejt għall-mistoqsija li kont qed nipprova nistaqsikom: Dan id-dokument kif se jipproteġi lill-ġenerazzjonijiet futuri milli jiġu mċaħħda minn dak li suppost huwa tagħhom?", "Il-fatt li din l-ODZ li qed nitħaddtu fuqha hija case in point, kif se jassigurana dan?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kif spjega tajjeb Joe Gauci, TO1 jgħid fejn jista' jsir l-iżvilupp.", "Imbagħad għandek ukoll TOs li jħarsu l-ambjent.", "Inti tibda with a rational approach, jiġifieri tara jekk tistax ikollok dak l-iżvilupp fiż-żona tal-iżvilupp, u jekk jista' jsir fiż-żona tal-iżvilupp tagħmlu hemmhekk, u jekk ma jistax isir tmur għal areas oħra.", "Ovvjament irid ikollok a full blown site selection exercise, imbagħad minn hemmhekk tista' tiddetermina jekk dak l-iżvilupp jistax ikun f'dak il-post jew le.", "MADAM CHAIR: Taqbel miegħi li miż-żmien li saru dawk iż-żewġ eċċezzjonijiet tal-edukazzjoni u tas-saħħa, wiċċ Malta nbidel u kompla iktar jinkesa bl-iżvilupp u allura dak li kien jgħodd dak iż-żmien ma jgħoddx issa?", "U nerġa' niġi għall-mistoqsija ta' kif il-qabża mill-pjan strutturali għal dan l-iSPED se jserrħilna moħħna.", "X'saħħa għandu dan biex ma jerġax ikollna l-isfruttar u l-isfreġju li saru fil-leġiżlatura l-oħra u ta' qabilha?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Waħda mill-affarijiet li jitkellem fuqha dan id-dokument hija proprju r-rationalization, u ċioè li ma jistax isir bħalma sar fl-2006 fejn iddaħħlu areas enormi għall-iżvilupp.", "MADAM CHAIR: Ma jiddaħħlux areas enormi jew li ma jiddaħħal xejn?", "L-ODZ areas se nżiduhom, se nħalluhom kif inhuma jew se nnaqqsuhom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-oġġettiv jgħidlek li jekk se ddaħħal xi ħaġa trid toħroġ xi ħaġa.", "MADAM CHAIR: Nitolbok tispjega ruħek dwar xi trid tgħid b'dan għax ma fhimtekx.", "Dawn huma mistoqsijiet li kulħadd qed jagħmel u nixtieqkom tiċċarawhom kif għandna l-opportunità.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: UO3, policy 1 tgħid hekk:", "MADAM CHAIR: Jiġifieri qegħdin tassiguraw lil dan il-Kumitat li jekk se titnaqqas l-ODZ, jiġifieri se tiżdied l-area tal-iżvilupp, se tagħmlu tajjeb għaliha bil-kontra?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "Prattikament dan id-dokument qed jagħtina direzzjoni li jekk se tidħol xi art fiż-żona tal-iżvilupp, trid tonqos art minn post ieħor fiż-żona tal-iżvilupp.", "MADAM CHAIR: Allura jekk żvilupp isir fiż-żona tal-iżvilupp, x'se jiġri?", "Se jkun hemm art minflokha li titneħħa miż-żona tal-iżvilupp?", "Mhux għax se tagħmel daqshekk differenza f'dan l-istadju għax dik hija art partikolari f'area fejn hija diġà fgata, jiġifieri we can't afford to lose it, imma jekk se tittieħed, se titnaqqas mill-areas kif qed tispjegaw intom?", "Jekk il-Gvern iħoss li għandu jdaħħal dik iż-żona bħala parti within scheme, allura iva trid titnaqqas parti miż-żona tal-iżvilupp.", "Jekk il-Gvern jikkonsidra li dik se tibqa' barra miż-żona tal-iżvilupp, mela allura ma titnaqqasx miż-żona tal-iżvilupp.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: This is a healthy debate; li rridu huwa li nserrħu rasna u ras il-poplu.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jien nixtieq li l-uffiċjali tal-MEPA jikkonfermaw jew le jekk fil-famuż rationalization exercise li sar fl-2006 iddaħħlux aktar minn 2.1 miljun metru kwadru li minn ODZ saru development zone.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq konferma jew xort'oħra tagħha hija jekk fil-preżent hemmx applikazzjoni mitfugħa minn enti reliġjuża għal skola li kważi tkopri 72,000 metru kwadru ta' art agrikola f'ODZ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Biex inkunu qed ngħidu l-affarijiet eżatt, kien hemm iktar minn 2 miljun metru kwadru ta' art li ddaħħlu f'dak ir-rationalization exercise, imbagħad kien hemm numru ta' areas li ġew meqjusa bħala areas of containment.", "Barra dawk kien hemm ukoll is-Small and Medium Sized Enterprises (SMEs) site selection exercise li daħħal ammont sostanzjali ieħor ta' art, 85,000 metru kwadru, fid-development zone bħala parti mill-fabbriki industrijali u hemm imbagħad il-Category 1, 2 & 3.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Michael Falzon għamel punt validissimu, u ċioè li fir-rationalization exercise li kien sar, ittieħed ammont ta' art enormi li huwa daqs is-Siġġiewi kollu u ta' madwaru, u allura, Sur Buttigieg, bħala CEO tal-MEPA nixtieqek tgħidli jekk taqbilx li minħabba dak li ġara dak iż-żmien u minħabba dawn il-policies kollha li se jirriżultaw f'ħafna iktar take-up ta' art, ikunx għaqli ħafna li kemm jista' jkun aħna nagħtu direzzjoni biex aktar żvilupp isir f'partijiet diġà żviluppati jew f'postijiet li jistgħu jiġu riġenerati.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, naqbel perfettament miegħek, fil-fatt dan qiegħed fl-istrateġija u wieħed mill-objettivi ta' dan il-pjan huwa proprju li ma tiżdiedx aktar iż-żona tal-iżvilupp.", "MADAM CHAIR: Imma jekk din qiegħda fl-istrateġija u intom taqblu, allura kif fl-ewwel investiment li ġie, ġiet magħżula area ta' valur naturali kbir u hija totalment f'area ODZ?", "Kif jista' wieħed jifhem dan ir-raġunament?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-Gvern kemm-il darba kellu proġetti oħrajn li aħna stess għednilu at conceptual stage li lanqas għandu għalfejn jikkunsidrah.", "F'dan il-każ partikolari l-Gvern ħass li għandna nikkunsidraw dan l-iżvilupp; ovvjament l-ammont ta' art li talab il-Gvern biex nikkunsidraw ma tistax issibu f'żona ta' żvilupp.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri l-Gvern talab.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ir-request saret lilna mingħand il-Gvern.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri mhux intom issuġġerejtu lill-Gvern, imma l-Gvern talab.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-Gvern talab u aħna, bħala parti mis-servizz li nagħtu lill-Gvern, għamilna...", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur Buttigieg, inti tifhem illi inti m'intix parti mill-Gvern, m'intix Direttorat tal-Gvern u m'intix Dipartiment tal-Gvern, imma inti awtorità?", "Wieħed mill-objettivi ta' dan il-pjan huwa li ma jkunx hemm agricultural land development u l-kumment li għadek kif għamilt, ċioè li inti ġejt direzzjonat mill-Gvern biex issib din l-art, lili jinkwetani ħafna.", "Jien ma nistax nifhem – u aħna diġà tkellimna pubblikament dwar dan – kif awtorità li suppost hija indipendenti tkun hi li tagħżel l-art meta suppost din l-awtorità għandha bħala xogħolha li tagħmel l-analiżi dwar jekk l-art li tkun intagħżlet hijiex tajba jew le.", "Sur Buttigieg, jien nixtieqek tagħtini spjegazzjoni kif inti, bħala CEO tal-MEPA, għażilt din l-art u kif in-nies fid-Direttorat tal-Ippjanar u tal-Ambjent jistgħu jagħmlu għażla ġusta dwar jekk din l-art hijiex tajba jew le.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onor. Callus, jien nistiednek tara r-rapport li aħna għamilna lill-Gvern fuq l-art in kwestjoni.", "Aħna m'għażilniex l-art imma tajna rakkmandazzjoni li miż-żewġ sites, dik Ta' Żonqor kien fiha inqas impatt mill-oħra.", "MADAM CHAIR: Liema hi s-site l-oħra?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Is-site l-oħra hija ta' San Leonardu.", "RYAN CALLUS: Ir-rapport tlabtu f'domanda parlamentari u talbtu wkoll nhar il-Ħamis li għadda fil-Bord tal-MEPA u sal-lum għadu ma ġiex għandi.", "Tista' forsi tagħtini raġuni għaliex għadu ma ġiex għandi?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jiena għaddejtu lill-Gvern, issa jippreżentah hu.", "RYAN CALLUS: Imma inti, Sur Buttigieg, m'intix dipartiment tal-Gvern, u r-rapport għamlitu l-awtorità li inti CEO tagħha.", "Allura inti qed titlob permess lill-Gvern biex tagħti dan ir-rapport?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Lanqas xejn.", "Kif taf inti, jiena nhar il-Ħamis ma kontx il-bord.", "RYAN CALLUS: Imma nimmaġina li qalulek.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, qaluli dalgħodu.", "MADAM CHAIR: Onor. Callus, huwa ċar li s-Sur Buttigieg qed jimxi fuq id-direzzjoni tal-Gvern.", "Preżenti hawn Membru tal-Gvern li jista' jiċċara s-sitwazzjoni.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur Buttigieg, ħalli nerġa' immur ftit lura għall-ispjegazzjoni li tajt qabel fuq l-issue ta' Żonqor Point.", "Jiġifieri meta għażiltu jew għamiltu l-eżerċizzju li qalilkom il-Gvern, ma ħadtux in konsiderazzjoni l-punti li hemm elenkati llum fl-iSPED?", "MARTHESE PORTELLI: Għalfejn le?", "IS-SUR JOHAN BUTTIGIEG: Għaliex illum għadna rregolati bil-Pjan ta' Struttura.", "Jekk inħarsu lejn id-dokument tal-MEPA li ġie ppreżentat ma' dan id-dokument, u li fih il-mapep, naraw li l-area ta' Żonqor Point hija mniżżla bħala area of ecological importance and site of economic importance.", "MARTHESE PORTELLI: Tista' allura tgħidli kif ħassejtu li din is-site hija waħda mis-siti li fuqha jista' jsir il-proġett?", "X'għandha inqas din is-site mis-site l-oħra ta' San Leonardu?", "Tintrabat li tippubblika r-rapport?", "Jekk iva, meta?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'għandi l-ebda problema li jiġi ppubblikat.", "MARTHESE PORTELLI: Tista' tagħtina data meta se jiġi ppubblikat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nhar il-Ħamis ikun għand l-Onor.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jien m'għandix problema li niddiskutu li hemm bżonn, imma l-aġenda hawnhekk huwa l-iSPED.", "Jekk se nħallu li jsir political hijack u noqogħdu niddiskutu l-università… Jien m'għandix problema li meta tridu nagħmlu meeting ieħor u niddiskutu l-università, imma llum naħseb li għandna nżommu mal-iSPED.", "MADAM CHAIR: Onor. Falzon, nifhem u napprezza l-punt tiegħek, però hemm ċerti mistoqsijiet li jpoġġu mistoqsija fuq il-kredibilità kollha tal-eżerċizzju kollu tal-iSPED, li nzertaw li bħalissa huma kruċjali, li hemm bżonn li jiġu risposti.", "Huwa għalhekk li jien ħallejt id-diskussjoni tieħu din it-triq, għaliex ikun inutli li quddiemna jkollna dokument mill-isbaħ bil-konsultazzjonijiet u b'kollox, jekk ir-rieda biex jiġi mplimentat u biex id-dokument jagħmel xogħlu ma tkunx hemm.", "Aħna qed naraw dan id-dokument fl-isfond ta' dak li ġara, speċjalment dan l-aħħar.", "Billi ġew risposti diversi mistoqsijiet ma naħsibx li xi ħadd qed jitlef, anzi naħseb li b'hekk inkunu kapaċi nifhmu x'qed jistenna l-Gvern minn dan l-iSPED u x'qed jistenna l-poplu mill-Gvern meta jimplimenta l-iSPED.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, inti l-President tal-Kumitat u jien noqgħod għal dak li tgħid int, però nerġa' ngħid li l-item fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa huwa l-iSPED.", "Jien m'għandix diffikultà li niddiskutu l-università, imma l-aġenda llum hija l-iSPED; jekk hemm domandi politiċi għandhom isiru fuq livell politiku.", "Kieku konna qegħdin niddiskutu xi ħaġa – ejjew għall-mument ninsew il-każ ta' Żonqor Point – u napplikaw ir-regoli tal-iSPED, x'aktarx li kull min ġie hawnhekk u kkritika l-iSPED, kien jgħid li għamilniha fatta u qbiżna lil dan il-Kumitat u lill-Parlament għax qegħdin nimponu r-regoli tal-iSPED li għadu qed jiġi diskuss.", "Jekk irridu nagħmlu diskussjoni, nagħmlu diskussjoni kemm hemm bżonn, imma jekk qed nitkellmu fuq l-iSPED, nitkellmu fuq l-iSPED.", "Ma nistgħux nattakkawh għax hu negattiv, imbagħad nippretendu li nkunu marbutin saħansitra bir-regoli li hawn min qed jgħid li...", "MADAM CHAIR: Onor. Falzon, kif għedt tajjeb inti, ħadd mhu marbut bl-ebda regoli.", "Aħna hawnhekk qed niddiskutu dokument, però nerġa' ngħid li r-rilevanza ta' dak li qed niddiskutu llum huwa kruċjali għaliex f'dan id-dokument hemm diversi punti li jgħidu eżatt bil-kontra ta' dak li ġara f'dawn l-aħħar ftit jiem.", "Bħala Chair ta' dan il-Kumitat, jekk jiena ma nifhimx il-verità fis-saħħa fil-prattika, mhux biss fit-teorija, ta' dan id-dokument, u ma nistaqsix x'inhi l-intenzjoni u kif qegħdin isiru l-affarijiet, inħoss li nkun qed nonqos lill-istess Kumitat.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, lil hinn mis-site selection exercise ta' Żonqor Point, jekk mhux se jkollna awtorità indipendenti, inutli niġu hawnhekk naħlu l-ħin tagħna, il-ħin tal-għaqdiet ambjentali u l-ħin ta' kull min ta kontribut għal dan id-dokument, għax dan id-dokument ma jkun ifisser assolutament xejn.", "Jekk se jkollna entità li suppost hija awtorità però qiegħda ġġib ruħha ta' dipartiment tal-Gvern, jew ta' estensjoni tal-Gvern, dan id-dokument mhu se jkun ifisser assolutament xejn.", "Onor. Falzon, jien nixtieqek tifhem li din id-diskussjoni, lil hinn minn Żonqor Point, hija importanti għax jekk m'aħniex se naċċertaw ruħna li l-MEPA tibqa' awtorità indipendenti u tħares hi l-policies tal-ippjanar u mhux tkun hi li tiksirhom, allura din id-diskussjoni li qegħdin nagħmlu llum, u dan id-dokument, sabiħ kemm hu sabiħ, ma jkunu jfissru assolutament xejn.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onor. Callus, nassigurak li l-Awtorità kienet u għadha tagħti pariri lill-Gvern bl-aktar mod oġġettiv.", "Aħna mħallsin mill-Gvern biex nagħtuh servizz; parti mis-subvention hija mogħtija proprju biex nagħtu servizz lill-Gvern.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur Buttigieg, waqt li kont qed titkellem għamilt statement fejn għedt li dak li jidħol se jiġi replaced b'art li se toħroġ.", "X'se jiddetermina x'se jidħol u x'se joħroġ u min se jiddeċiedi dan?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ladarba dan id-dokument jiġi approvat, naraw liema art għandha toħroġ miż-żona tal-iżvilupp, imbagħad nikkwantifikaw kemm hemm artijiet li għandhom joħorġu, u jekk il-Gvern iħoss li għandu jdaħħal xi artijiet oħrajn, ikun jista' jagħmel dan skont l-ammont li jkun ħareġ.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri x'se jidħol u x'se joħroġ se jiġi diskuss f'dan il-Kumitat jew jiddeċiedi l-Ministru?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-Ministru jiddeċiedi.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri jiddeċiedi l-Ministru x'jidħol u x'joħroġ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kif kien isir qabel.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri se jerġa' jsir l-istess.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dawk huma affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pjan lokali, u l-pjanijiet lokali jiġu diskussi fil-Parlament.", "Mela allura spiċċa r-rwol tal-Parlament.", "MADAM CHAIR: Dik għadha draft.", "RYAN CALLUS: Iva, però s'issa jien għadni ma ġejtx infurmat li dak il-punt twaqqa'; jekk jibqa' kif inhu din se tkun l-aħħar darba li dan il-Parlament se jiddiskuti l-iSPED.", "MADAM CHAIR: Dak li ma jagħmilx sens se jitwaqqa'.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, nassigura lill-kollega li m'hemm l-ebda intenzjoni li naqbżu lill-Parlament.", "Dan diġà għedtu pubblikament.", "Dak kien dokument ta' konsultazzjoni, li jekk niftakar sew kien ħareġ fil-bidu ta' din l-Amministrazzjoni.", "Li nista' ngħid hu li din is-sena kien hemm tliet okkażjonijiet fejn ittawwal il-perjodu ta' konsultazzjoni, jiġifieri bl-ebda mod m'aħna qed ngħidu li mhux se jsiru d-diskussjonijiet li hemm bżonn fil-Plenarja.", "MADAM CHAIR: Kif ġibditli l-attenzjoni s-Segretarja tal-Kumitat, il-pjanijiet lokali, jiġifieri qed nitkellmu fuq ir-Raba' Skeda, Artiklu 34 tal-Liġi...", "MICHAEL FALZON: Il-pjanijiet lokali huma xi ħaġa li trid tiġi wara dan id-dokument.", "MADAM CHAIR: Hekk hu, imma suppost jiġu diskussi hawnhekk ukoll.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, jekk art tidħolx fl-iskema jew le, skont il-liġi mhijiex bidla minuri, u allura bilfors trid titla' quddiem il-Kumitat.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Nixtieq immur lura għall-iSPED għax illum fuq l-iSPED qed nitkellmu.", "Jiena nifhem – u nitlob li niġi kkorreġut jekk m'iniex korrett – li l-iSPED kien ifformolat billi intom, Sur Buttigieg, wara li ġejtu mitluba biex tagħmlu pjan li jkopri d-diversi użi li ħafna drabi jkunu konfliġġenti ma' xulxin – l-art hija li hi imma l-użi huma ħafna – dortu d-dipartimenti tal-Gvern, rajtu x'kienu l-prijoritajiet tal-Gvern il-ġdid, u rajtu x'inhu l-impatt ta' dawk il-prijoritajiet fuq l-użu tal-art.", "Allura naħseb li d-dokument irridu nħarsu lejh b'dan il-mod, jiġifieri li kien hemm pjanijiet ta' Gvern, rajtu x'kienu, rajtu x'kien l-impatt u tajtu kif tistgħu takkomodaw il-pjan tal-Gvern.", "Tistgħu tgħiduli jekk iniex korrett f'dan li qed ngħid?", "Joe Gauci jista' jispjegalek eżattament kif imxejna bħala proċedura.", "MADAM CHAIR: Fil-qosor, jekk jogħġbok.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Meta aħna għaddejna d-dokumentazzjoni li konna ħejjejna fl-Amministrazzjoni preċedenti lill-Gvern il-ġdid, dan ħass li kellha ssir konsultazzjoni mill-ġdid ma' kull ministeru u entità li b'xi mod jew ieħor għandhom impatt fuq l-użu tal-art u tal-baħar.", "Dawn irrevedew il-policy thrust li aħna kellna fil-verżjoni ta' qabel, imbagħad aħna kellna pjan aġġornat li kien jirrifletti l-ħteġijiet tal-Gvern attwali.", "CHARLES BUHAGIAR: Qabel semmejtu li kien hemm it-topic papers.", "Dawk it-topic papers li kienu saru qabel l-2013 kienu ġew revised?", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Issemmiet kritika mill-Perit Grech li aħna m'għamilniex report of survey.", "Tajjeb ngħidu li meta fl-1990 kien ġie mniedi l-Pjan ta' Struttura, kien sar report of survey primarjament għax as such, planning documentation ma kellniex, jiġifieri kellna nimlew vojt.", "Bid-dokumentazzjoni li ġbarna over the years, kemm fit-topic papers, kemm f'policies, fi pjanijiet tal-Gvern, u anke fil-proċessi relatati mal-pjanijiet lokali, għandna informazzjoni estensiva fuq il-kuntest ta' pajjiżna.", "Ma ppubblikajnihiex għax fl-aħħar mill-aħħar l-informazzjoni diġà hija pubblika għax il-pjanijiet lokali kienu ġew ippubblikati, u meta eventwalment nippubblikaw il-pjanijiet lokali l-ġodda, hemmhekk se jkollna l-informazzjoni aġġornata għal dak li konna għamilna qabel.", "Jiġifieri l-ippjanar huwa proċess dinamiku, mhux jieqaf imbagħad nieħdu point of reference u nerġgħu nkomplu.", "U dan huwa s-sabiħ ta' dan il-pjan.", "Xtaqt ukoll nirrispondi għall-kritika li għamlet Dr. Caruana Dingli fejn qalet li aħna qed nistennew il-pjanijiet settorali biex inkunu nafu l-policies dettaljati.", "Jien, fl-opinjoni tiegħi, il-livell ta' dettall ta' policy irid ikun idoneu għal-livell ta' pjan li qed titkellem dwaru, jiġifieri inti għandek pjan strateġiku fejn qed tissettja targets strateġiċi.", "Bir-rispett kollu, il-pjanijiet lokali mhumiex pjanijiet settorali, imma huma pjanijiet nazzjonali.", "Il-pjanijiet lokali għandhom sezzjoni li tissejjaħ \"general policies\" li bħalissa nsibuha f'kull pjan lokali, imma bażikament hija r-replika tal-policies kollha l-istess għat-territorju kollu.", "Imbagħad għandek trattament iktar lokali fejn tinħass il-ħtieġa li jrid ikun hemm trattament lokali.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri naħseb kienet ftit inġusta l-kritika li saret fejn intqal li dan id-dokument ma tantx fih numri, għax in-numri qegħdin hemmhekk, però ma nkludejtuhomx fid-dokument.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Jekk m'għamilna xejn f'dan il-pjan, rajna l-bżonnijiet ta' impjiegi u ta' djar, jiġifieri għamilna analiżi abbażi tad-data tagħna – li ma teżistix fil-pajjiż – kemm għall-impjiegi u kemm għall-ammont ta' djar li l-pajjiż għandu bżonn.", "Kif diġà għedt, dawn il-policies u pjanijiet lokali ma niżżilnihomx fil-pjan biex nidhru sbieħ, jew biex ngħidu kemm rajna pjanijiet, imma għamilna analiżi tagħhom u xtarrejna l-informazzjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn l-SEA report jara li hemm anness li jindika l-valur ta' kull pjan u policy li aħna kkonsultajna u li ħadna on board u anke kif ġie taken on board f'dan il-pjan.", "MADAM CHAIR: Allura għalfejn ħassejtu l-bżonn li tagħmluha ċara li l-policies se jkunu abbinati ma' pjanijiet lokali, meta qabel kienu abbinati aktar mal-pjan ta' struttura nnifsu?", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Aħna tlaqna mill-premessa li mlejna vojt kbir li kien hemm fil-pjan ta' struttura, imbagħad eventwalment bdew jiġu l-pjanijiet lokali fis-seħħ.", "Jekk wieħed iħares lejn il-pjan ta' struttura, isib li hemm numru ta' policies konsiderevoli li wieħed irid jagħmel streamlining tagħhom.", "Kellna wisq policies fejn ħafna drabi wieħed seta' jgħid li juża \"din\" il-policy għal \"din\", imma mbagħad meta tmur fil-local plan issib xi ħaġa li hija pjuttost differenti.", "Dan għax inħaddmu fi żmenijiet differenti.", "Ma rridux ninsew li fl-1999 kien ġie dikjarat li l-Pjan ta' Struttura jrid jiġi rivedut, jiġifieri kienet inħasset il-ħtieġa li we need a new strategic plan; ix-xogħol kien għaddej, imma ovvjament imbagħad kien hemm prijoritajiet oħrajn.", "CHARLES BUHAGIAR: Jidhirli li f'waħda mill-policies qed tgħidu li se tippruvaw tnaqqsu d-density f'existing urban areas.", "Jien ma nifhimhiex din, għax li hemm eżistenti x'se tagħmel bihom?", "Kif se tnaqqas id-density?", "Se twaqqa' d-djar?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Sempliċi.", "Bħala parti mir-revisions tad-DC15 prattikament qed inneħħu l-internal development, qed inneħħu s-semi-basement residential u qed nillimitaw l-iżvilupp għal 30 metres.", "Dak kollu awtomatikament inaqqas id-densità fiż-żoni fejn illum jistgħu jsiru dawn l-affarijiet.", "Qed inżidu wkoll il-minimum floor space tal-appartamenti, u allura dawn l-affarijiet kollha bil-mod il-mod ibiddlu d-densità f'lokalità.", "CHARLES BUHAGIAR: Forsi tħallu d-densità milli tikber għax naħseb m'intomx se tnaqqsu minn dak li hemm diġà.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvju li ma tistax tnaqqas!", "Ħadd ma jista' jgħid li dak li hemm trid twaqqgħu.", "CHARLES BUHAGIAR: Dwar l-issue l-oħra, naqbel mal-Perit Philip Grech fejn qal li wara l-art, l-aktar riżors importanti f'pajjiżna huwa l-ilma u naħseb li l-pjan hu ftit dgħajjef fejn jidħol ir-riżors tal-ilma.", "MADAM CHAIR: La għandna l-pjan tal-agrikoltura u lanqas il-pjan tal-ilma.", "Ma nistgħux naħdmu mingħajrhom.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ninsewx ukoll li l-impjant ta' Ta' Barkat, mis-sena d-dieħla se jkollu t-tertiary treatment tiegħu.", "Illum, il-Gvern diġà għandu problema b'x'se jagħmel bil-kwantità ta' ilma li għandu biex ovvjament jintuża.", "MADAM CHAIR: Jekk inħallu l-agrikultura tifjorixxi, jintuża l-ilma, imma jekk nagħmluha konkos, ma nużawhx l-ilma!", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Biex nirrispondi lill-Onor.", "Buhagiar xtaqt ngħid li aħna għandna thematic objective li jitkellem fuq ir-riżorsi u li jirrikonoxxi l-importanza tal-ilma.", "Ovvjament il-Ministeru responsabbli mill-ilma għandu l-pjanijiet tiegħu li qed ifassal u jattwa, u aħna qed nieħdu konjizzjoni tagħhom.", "Aħna ma ngħidux li kulħadd għandu jieqaf milli jkompli bil-pjanijiet tiegħu sakemm aħna nlestu l-iSPED.", "Fiż-Żonqor hemm art għammiela, u min qed jgħid li m'hemmx, ma jafx x'hemm.", "Il-fatt li m'hemmx pjan ta' agrikoltura għax għadu mhux lest, u assolutament mhux tort tagħkom li mhux lest… X'implikazzjonijiet ikollu biex dan l-iSPED ikun għalina dokument kredibbli?", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Hawnhekk għandek niġsa bejn policies differenti.", "Veru li l-agricultural policy għadha mhijiex fis-seħħ, imma jekk inħarsu lejn RO1 li titkellem dwar facilitating sustainable rural development, naraw li dan jitlaq billi jgħid \"protecting good quality agricultural land from development\".", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "FRANCO MERCIECA: Naħseb li kulħadd jaf li dan mhux is-settur tiegħi, allura ma tantx jien intiż, però ħadt gost nismagħkom tiddiskutu.", "L-aktar ħaġa li laqtitni hija li dan il-pjan qed isir biex itejjeb jew inaqqas l-iżbalji li saru bl-istructure plan.", "Imma dak li kien ħażin qabel, għadu ħażin illum jew ġie agħar.", "FRANCO MERCIECA: Għalhekk jien naħseb li huwa importanti li meta nkunu qed nagħmlu l-final document nagħmlu ċert li we safeguard our heritage, our culture, our environment, kif ukoll il-ħajja tagħna lkoll.", "MADAM CHAIR: Naqblu miegħek.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jien persuna li ġej mir-raħal ta' Ħaż-Żebbuġ fejn il-kampanja ta' madwar ir-raħal hija ġmiel naturali.", "Waħda mill-ewwel tabelli li waħħalt fl-1993 eżatt kif ilħaqt sindku – kont wieħed mill-ewwel sindki meta bdew jaħdmu l-kunsilli lokali – kienet proprju tabella li wieħed jista' jaraha fi Triq is-Siġġiewi fejn tgħid proprju hekk dwar Wied Qirda.", "Ħaż-Żebbuġ, għall-kuntratju ta' lokalitajiet oħrajn, għandu konfini magħmul minn disa' widien.", "Jien kont iffortunat li dak iż-żmien ħadt sehem b'mod attiv fil-local plan; qed nirriferi għal meta konna qed naqilbu mill-istruttura l-antika ta' kif kienu jsiru l-affarijiet għal xi ħaġa fejn iktar kien hemm ippjanar bis-sens.", "Jien nemmen li llum il-ġurnata wasalna f'sitwazzjoni fejn f'Malta qegħdin f'saturation point.", "Malta għandha ċerti karatteristiċi li jiddistingwuha fil-ħlewwa tagħha.", "Apparti l-istorja, il-patrimonju u l-binjiet artikettoniċi tant sbieħ li għandna, għandna ġawhra, li hija l-kampanja, li fadal biss ftit minnha u għalhekk aktar għandna nibżgħu għaliha.", "Jekk bħala ċittadin, qabel ma kont Membru tal-Parlament, kont dejjem nisħaq li rridu nibżgħu għal dak li għandna, iktar irrid ngħidha llum bħala Membru Parlamentari.", "Din il-gżira hija kkunsidrata bħala waħda mill-iktar ippopolati fl-Ewropa u anke fid-dinja kollha, u l-ammont ta' art agrikola, ta' art xagħri, u ta' kosta li għadu mhux minsus, tant huwa ftit li jekk m'aħniex se nibżgħu għalih se nitilfuh aħna, imma iktar minn hekk, se jitilfuh dawk ta' ġejjin warajna.", "Dak is-sabiħ li jagħraf lil Malta mill-aspett ekonomiku tiegħu, litteralment se nitilfuh jekk ma nagħrfux li jeżisti bilanċ – li f'Malta huwa delikat ħafna – bejn dak li huwa żvilupp ekonomiku u dak li huwa ambjent sostenibbli.", "Dan ma ngħidux biss għal Malta, imma ngħidu wkoll fuq il-pjattaforma internazzjonali li aħna mmorru fiha meta nitkellmu fuq il-klima, fuq l-ambjent, fuq ir-risors tal-ilma u fuq affarijiet oħra simili.", "Jien nemmen li jekk verament irrid nkunu paladini tal-ambjent, irridu nibdew minn dak li huwa vera tagħna u nqisu għal mitt darba qabel ma nieħdu deċiżjoni jekk art li hija verġni għandhiex tkun minsusa jew le.", "Meta wieħed jagħmel cost benefit analysis tal-affarijiet, irid jagħmilha b'tali mod u manjiera li apparti milli jara kemm se jogħla l-gross domestic product b'dak l-iżvilupp, jara wkoll dak li jkun se jintilef jew dak li ma jkunx se jibqa' meta wieħed iħares l-istil ambjentali.", "Meta ħarist lejn l-iSPED fuq fuq, l-iktar li laqatni fil-laħam il-ħaj – għalhekk bdejt mill-istorja tiegħi bħala individwu li ġej mir-raħal – kienet il-kampanja.", "Meta nħares lejn Ħaż-Żebbuġ – u qed insemmi lil Ħaż-Żebbuġ bħala eżempju – nara li huwa raħal li kważi ngħaqad mal-oħrajn minkejja d-distanzi tiegħu, nara li qiegħed jitlef ċertu karattru meta nħares lejn il-qalba tiegħu, u nara li minkejja li hija lokalità li għandha dak il-wirt kollu mill-aspett ta' ippjanar, qegħdin nitilfuh, fosthom bi żbalji li saru fl-Amministrazzjoni preċedenti.", "Ħadt pjaċir nisma' lis-CEO jgħid li s-semi-basement mhux se jibqa' jeżisti.", "Jien nistiedinkom tmorru taraw id-dagħwiet fl-iskyline ta' Ħaż-Żebbuġ, kif jidhru min-naħa tas-Siġġiewi, minħabba s-semi-basements.", "Naħseb li nota pożittiva għandha tkun meta niġu biex inħarsu lejn il-widien li qegħdin jinbnew.", "Ma nixtieqx li jerġa' jiġrilna bħalma ġralu Wied is-Sewda f'Ħal Qormi li llum huwa tarmac road, ngħaddu minn fuqu.", "Jien jiddispja\tċini ħafna li jien parti minn dik il-ġenerazzjoni li l-wied għamilnih tarmac road, u ma nixtieqx li d-disa' widien li għandu Ħaż-Żebbuġ jispiċċaw b'dak il-mod.", "U diġà hemm din it-tendenza.", "Jien nixtieq li kemm jista' jkun inħarsu lejn l-affarijiet biex meta timxi fil-kampanja tieħu dik is-sensazzjoni li wara kollox fadlilna xi ħaġa li għandna ngħożżu.", "Nerġa' ngħid li din hija ġawhra li mhijiex tagħna, imma hija ta' uliedna u ta' ulied uliedna.", "Ma nixtieqx nara li Malta tkun bħal Ġibiltà jew Singapore, fejn ħlief bini ma jkollniex, għax b'hekk żgur inkunu tlifna l-identità tagħna.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Xtaqt nagħmel punt, li anke semmiet Dr. Caruana Dingli, dwar il-policies li se jkun hemm fil-pjanijiet lokali.", "Jien xtaqt nistaqsi jekk intomx konxji li din tmur kontra l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 51 ta' din il-liġi naraw li jgħid hekk:", "\"1) Il-Pjan Strateġiku dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp:", "(a) hu dokument strateġiku li jirregola l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi tal-art u l-baħar;", "(b) għandu jkun ibbażat fuq sistema ta' ippjanar integrati li tiżgura l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi tal-art u l-baħar flimkien mal-protezzjoni tal-ambjent;", "(ċ) għandu jipprovdi dawk il-policies dwar l-iżvilupp u l-użu tal-art u l-baħar u għandu jkollu dawk il-figuri li jkunu meħtieġa u li jkollu miegħu memorandum spjegattiv u li jagħti ġustifikazzjoni raġunata għal kull policy u proposta li jkun hemm fil-pjan.\".", "Intom konxji li bid-direzzjoni li ngħatajtu mill-Gvern, dan imur kontra l-liġi?", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Meta aħna qed ngħidu li se jkun hemm policies fil-local plan, ma jfissirx li qed ngħidu li fl-iSPED m'hemmx policies.", "L-iSPED għandu policy thrusts strateġiċi li mbagħad jiġu żviluppati iktar fid-dettall, għax huwa iktar idoneu li jsir hekk, fil-pjan lokali.", "Aħna li qed ngħidu hu li l-level of policy huwa commensurate mal-level of plan.", "L-Onor.", "Jekk wieħed jeżamina l-iSPED jara li aħna tlaqna minn x'inhuma l-problemi li aħna slitna mill-analiżi li għamilna fejn konna qed noħolqu l-qafas biex inħejju l-policies.", "Konna qed noħolqu spjega għax ħadna ċerti policy thrusts u fl-istess ħin qed niġġustifikaw proprju t-tip ta' policy thrusts li għamilna.", "Pereżempju għalfejn issemma li l-development density trid tonqos?", "Għax jekk inti tmur fl-analiżi tal-urban area ssib li waħda mill-problemi li hemm kienet li jista' jkun li d-density tal-iżvilupp proprju wassal għall-problemi assoċjati mal-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Il-ġustifikazzjoni kienet li aħna rridu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u allura ħriġna b'dik il-policy thrust.", "RYAN CALLUS: Ħalli nagħmel domanda iktar diretta: Mal-iSPED se jkollkom allaċċjat memorandum spjegattiv ta' kull policy, kif titlob il-liġi?", "Iva jew le?", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Il-policy hija spjegata fid-dokument.", "Jien naħseb li inti qed torbot mal-benchmark tal-pjan ta' struttura tal-1992.", "Il-pjan ta' struttura kellu explanatory memorandum li kien jispjega kif wieħed għandu jinterpreta l-policies.", "Il-kuntest tal-explanatory memorandum kien li għall-ewwel darba kien hemm policies strateġiċi, u biex wieħed jgħin lil dak li jkun se japplika dawk il-policies, ġiet mogħtija spjega dettaljata ta' kif wieħed għandu jinterpretahom.", "Pereżempju, fl-explanatory memorandum għamilna l-parking standards għax ma kellniex parking standards.", "Kif wieħed se jinterpretahom kienet spjegata fl-explanatory memorandum.", "Illum m'għandniex għalfejn nirreplikaw il-livell ta' dettall li hemm fil-pjan ta' struttura tal-1992 għax il-kuntest tal-pjan ta' struttura tal-1992 huwa kompletament differenti mill-kuntest ta' pjan li għandna llum.", "Fl-1992 ma kienx hemm national policies u national plans, imma llum l-issue hija dwar kif se tintegra n-numru kbir ta' national policies and plans.", "Illum għandna awtoritajiet ġodda li huma kompetenti u li x-xogħol tagħhom huwa li jaħdmu fis-settur tagħhom.", "Li qed jagħmel il-pjan huwa li qed jinseġ relazzjoni mal-ewwel pjanijiet, imma explanatory memorandum u justification hemm.", "RYAN CALLUS: Ma tantx jidher li hemm explanatory memorandum.", "RYAN CALLUS: Imma mhux bħal ta' qabel; just a summary.", "RYAN CALLUS: Dan huwa l-istess dokument li ħareġ fl-2011 ħlief għal xi tibdiliet żgħar?", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Kif spjegajt fil-bidu, fl-2012 aħna konna nidejna objettivi li fir-realtà ma kenux objettivi biss, imma kienu wkoll a national strategic framework.", "Imma ma waqafniex hemm.", "Aħna għamilna analiżi tal-issues kollha fl-2011 u għamilna wkoll viżjoni u strateġija, liema strateġija ġiet taken forward f'dan id-dokument għax fid-dikussjonijiet li kellna mal-Gvern ħareġ li x-xewqa tal-Gvern kienet li jara livell ta' dettall li iktar ikun ta' policies strateġiċi milli ta' policies iktar dettaljati.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES (Din l-Art Ħelwa): Madam Chair, bħalma qalet il-kollega tiegħi, Petra Caruana Dingli, it-thematic approach ta' dan id-dokument huwa tajjeb, imma jibqa' at a high level.", "Din l-Art Ħelwa għamlet public debates u public protests biex niġġieldu kontra l-iżvilupp ta' Ta' Ċenċ, u konna rbaħna l-ġlieda biex f'Ta' Ċenċ ma jinbnewx ma nafx kemm-il villa li kienu proposti għax fl-istructure plan kien hemm paragrafu wieħed jgħid li l-peninsula ta' Ta' Ċenċ u l-creek ta' Imġarr ix-Xini kienu protetti u ma setax isir żvilupp fihom.", "Jien qed nieħu dan bħala eżempju.", "Mingħajr dan it-tip ta' dettall, minkejja li jkun hemm thematic approaches tajbin, ma naslux biex nipproteġu l-ambjent u l-villaġġi kif nixtiequ.", "Jien ma rridx naqbad ma' Żonqor Point imma it's a very good example biex nispjegaw kif dan id-dokument ma jsarrafx fi protezzjoni.", "Jien nixtieq li f'dan id-dokument ikun hemm ċar – għax tgħallimna mill-iżbalji; jien immur San Anton biex inwassal lit-tifla u nħossni guilty li bgħatt lit-tifla fi skola li qiegħda f'żona rurali – li m'aħniex se nibnu sptarijiet u istituzzjonijiet edukattivi fl-ODZ.", "Jiġifieri jekk jiġu 10 universitajiet u 10 sptarijiet oħra, x'se nagħmlu?", "Għax jiġi xi ħadd with an attractive name inħalluh?", "Ma rridx naqbad mal-kwestjoni ta' Żonqor Point, għalkemm I'm totally against it, imma ħalli ngħid x'jgħidu l-key environmental issues: Dawn jgħidu li:", "Jiġifieri nista' niġi jien u ngħid li hemm tlett idjar – bħalma fil-fatt ġara fin-Naxxar – li huma fi stat ħażin u l-MEPA tgħid li allura jistgħu jitwaqqgħu.", "U b'hekk nofs il-vernacular heritage tal-wirt storiku tagħna jispiċċa.", "Din l-Art Ħelwa trid tara strateġija fuq educational and hospital centres f'ODZ, u trid tara wkoll li ma jkunx hemm demolition of historic buildings, anke jekk mhumiex grade 1 and grade 2 għax vernacular architecture għandha bżonn il-protezzjoni.", "Għal dak li jirrigwarda cultural landscape, bħalissa fejn hemm Selmun Hotel – din hija fortizza li għandha beautiful view across a valley – il-MEPA qiegħda tgħid li tista' tinbena wing oħra ma' din il-lukanda.", "Eżempju ieħor huwa tal-Costa del Sol li wkoll qiegħda f'ODZ u l-Malta Tourism Authority (MTA) has just given the green light.", "Aħna qegħdin naqblu mat-thrusts, imma m'hemmx dettall u mhux qed isiru verament sforzi biex ma narawx il-qerda tal-ambjent storiku u naturali.", "La m'hemmx dan id-dettall hawnhekk, u la qegħdin nisimgħu li l-local plans se joħorġu sal-aħħar tas-sena, aħna nixtiequ li l-local plans ikunu diskussi u approvati mill-Parlament.", "MADAM CHAIR: Perit, aħna naqblu ma' dak kollu li għedt.", "Xtaqt nistaqsik jekk meta saret il-konsultazzjoni kontux ipproponejtu xi tibdiliet fid-dokument.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Aħna konna bbażajna l-kritika prinċipali tagħna fuq li dan d-dokument huwa contents list u fuq li m'hemmx biżżejjed volum u dettall fih li hemm bżonn biex verament ikun hemm protezzjoni tal-ambjent urban naturali.", "Lanqas hemm policies li jimmarkaw f'liema postijiet ma jistax isir \"hekk\" u \"hekk\".", "Rigward ir-riġenerazzjoni rrid ngħid li t-thrusts huma tajbin, però jekk aħna rridu nipproteġu l-ambjent naturali jrid ikun hemm iżjed sforz biex l-ewwel nett infiehmu lin-nies xi tfisser riġenerazzjoni għax kull darba li nitkellem dwar dan, naħseb li ma nkunx qed ninftiehm, u t-tieni biex l-iżvilupp li jsir, isir f'bini diġà eżistenti.", "Għandna tant bini li mhuwiex użat u huwa vojt u ħadd ma jikkunsidra li jużah.", "Fl-aħħar Amministrazzjoni kien hemm instance fejn il-Johann School of Music kienet se toħroġ minn bini skedat ġol-Belt u kien se jinbena xi ħaġa f'Ħal Qormi biex jakkomoda din l-iskola.", "Aħna konna kontra dik il-proposta għax binja fil-Belt li m'għandhiex użu, huwa importanti li jkollna school of music ġo fiha.", "Qed ikun hawn diversi okkażjonijiet fejn qegħdin joħorġu dokumentazzjoni biex nibnu l-ġdid meta għandna bini li għandu bżonn riġenerazzjoni.", "Għandna l-Forti Sant'Iermu li ġie rrestawrat kollu u għadu kompletament vojt.", "F'dan id-dokument għandna bżonn nagħmlu thrust at an economic level u ssir cost benefit analysis fit-tul dwar il-vantaġġi li wieħed juża bini eżistenti ġol-urban cores, fosthom inqas problemi fejn jidħol trasport u mpjiegi li jinħolqu mir-riġenerazzjoni ta' postijiet qodma.", "MADAM CHAIR: Dak kollu li tkellimt dwaru inti, u li żgur kważi kulħadd jaqbel miegħu, nistgħu nressquh bħala emenda għar-riżoluzzjoni.", "Inti ma tistax tressqu issa la l-fażi tal-konsultazzjoni għaddiet, imma jien u l-Membri tal-Kumitat nistgħu.", "Minn hawn u ftit ieħor jien se naġġorna l-Kumitat u jekk tixtieq li dawk l-emendi jidħlu fir-riżoluzzjoni, tista' tgħaddili dak li inti tħoss li għandna nlaħħmu bih dan id-dokument u jien, inressaq dawk l-emendi f'ismek.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Iva, naħseb li għan-nom ta' Din l-Art Ħelwa nistgħu mmexxu hekk.", "Nirringrazzjawk.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjakom tal-kontribut tagħkom.", "Hawnhekk irridu naslu għal xi ħaġa li tagħmlilna ġieħ.", "Kif diġà għedtilkom jien nixtieq li jgħaddu 10 snin u ngħidu kemm konna nies bil-għaqal.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, sempliċement biex niċċaraw il-proċedura.", "Donnu qed naqblu li d-diskussjoni f'dan il-Kumitat se tkompli nhar l-Erbgħa fis-6:00p.m. imbagħad il-Kumitat ikollu xahar żmien biex jagħmel ir-rakkmandazzjoni tiegħu lill-Parlament.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "Jekk hemm emendi oħra se nassimilawhom.", "MICHAEL FALZON: Imbagħad ovvjament issir diskussjoni fil-Plenarja.", "Min-naħa tiegħi I am going to make myself available.", "MADAM CHAIR: Anke jekk hemm xi NGOs oħra li jixtiequ jaraw xi emendi għar-riżoluzzjoni biex intejbu d-dokument aħħari, hawnhekk huwa l-forum fejn aħna nistgħu nagħmluhom f'isimkom.", "Li ma sarx qabel, isir issa.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nirringrazzjak, Madam Chair.", "Xtaqt nistaqsi lill-Perit Spiteri Staines x'kien jinkorpora l-paragrafu li semmiet rigward Ta' Ċenċ biex seta' jieqaf il-proġett.", "Kien paragrafu b'saħħtu biżżejjed biex aħna stajna nressqu t-talba tagħna b'iżjed minn 10,000 firma lill-Gvern ta' dakinhar, u l-Gvern ta' dakinhar kien fil-fatt influwenza lill-MEPA biex ma teħux in konsiderazzjoni li tbiddel...", "DEBORAH SCHEMBRI: Xtaqt nistaqsi lill-uffiċjali tal-MEPA jekk dak il-paragrafu li qed titkellem dwaru l-Perit Spiteri Staines, kienx b'saħħtu biżżejjed biex iwaqqaf proposta ta' bini ta' sptar jew skola.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Safejn naf jien, u qed nitkellem subject to correction, il-pjan ta' struttura kien jgħid li jista' jsir żvilupp fuq Ta' Ċenċ.", "Meta ddiskutejna konna… Fil-fatt naħseb li l-MEPA għad hemm il-pjanijiet, although they are not active, tal-iżvilupp propost.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ippermettili nikkwota:", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Madam Chair, din l-Art Ħelwa qalu li l-fatt li aħna m'aħniex qed insemmu lil Ta' Ċenċ speċfikament, allura dan mhux issalvagwardjat.", "Ma ninsewx li bħalissa għandna pjan lokali li jagħti direzzjoni dwar x'jista' jiġri fuq Ta' Ċenċ.", "Hawn ukoll, il-level of detail irid ikun commensurate mat-tip ta' pjan li tkun qed tiddiskuti.", "Il-fatt li inti għandek proċess interattiv fejn għandek pjan ta' struttura, ġew ippreparati l-pjanijiet lokali, issa qed jerġa' jiġi ppreparat pjan strateġiku u se jerġgħu jiġu ppreparati pjanijiet lokali, ifisser li għandek safeguards in place.", "Jekk wieħed iħares lejn x'jgħid il-pjan fuq tourism development isib li dan jgħid li it can safeguard prime tourism sites, u allura issa jkun il-lok ta' pjan lokali li jiddetermina liema huma l-prime tourism sites, dejjem b'konsultazzjoni mal-Gvern, imbagħad wieħed jara li jekk se jkun hemm xi ħaġa fuq Ta' Ċenċ, din tkun fil-pjan lokali.", "Imma ma rridux inpoġġu kollox fi pjan strateġiku biex inkunu ċerti li ħsibna f'kollox!", "Huwa importanti ħafna li nirrealizzaw li dan mhuwiex a stand alone document; għandna pjan ta' struttura li mela vojt fejn ma kien hemm xejn imma ma jfissirx li l-pjanijiet lokali irmejnihom.", "MADAM CHAIR: Hekk hu, però issa qed nitkellmu dwar Kumitat, Parlament u poplu xofien, li minkejja li kien hemm il-pjan ta' struttura u dawn is-safeguards li jeżistu, għadna sal-lum naraw postijiet storiċi fil-qlub tal-irħula jitwaqqgħu.", "Aħna rridu li jekk jista' jkun, ma jkunx hemm dawk il-loopholes, forsi anke legali, li jistgħu jiġu sfruttati biex joħorġu mill-policies li intom stess tagħmlu biex tgħinuna.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Għandek raġun, Madam Chair.", "Xi ħaġa li forsi ħadd ma semma hija l-kunċett ta' conservation area action plans.", "Aħna għandna ċertu richness ta' urban cores li rridu nħarsuh fuq livell ħolistiku, mhux fuq livell individwali.", "Il-pjan hawnhekk qed jgħid \"to prepare conservation area action plans\" u qed jgħid li jrid ikollna pjan ta' azzjoni għall-urban cores fejn fih imbagħad inkunu nistgħu nindirizzaw u nagħtu valur lill-proprjetajiet skedati u dawk li mhumiex skedati.", "Again x'inhu l-istrategic point hawnhekk?", "Li ma nipproteġux il-binjiet individwali?", "Dażgur li rridu nipproteġuhom, u diġà fil-fatt huma protetti, u hemm is-safeguards neċessarji biex aħna nipproteġu iżjed.", "Imma aħjar minn hekk qegħdin ngħidu li għandna nħejju pjan ta' azzjoni biex proprju nipproteġu l-urban cores tagħna ħolistikament għax veru li ngħidu li huwa importanti li nipproteġuhom, imma ejjew nagħtuhom valur u ejjew naraw x'se nagħmlu bihom.", "Ma rridux ngħidu li se nipproteġu l-proprjetà u nieqfu hemm, imma we have to regenerate it.", "Aħna ma tkellimniex biss fuq economic regeneration imma għamilna section sħiħa fuq lifting persons out of poverty għax din hija realtà soċjali li rridu nħarsu lejha.", "Jiġifieri aħna qed norbtu r-regeneration mhux biss ma' physical regeneration imma anke ma' regeneration tan-nies tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar in-nies se jużaw il-proprjetà, u jekk in-nies ma japprezzawx il-valur tal-proprjetà u l-valur tal-urban cores, nistgħu nipproteġu kemm irridu proprjetà, imma fl-aħħar mill-aħħar inkunu qed nitilfu mill-għan aħħari ta' għalxiex qed nipproteġuha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Madam Chair, jien għadni ma smajtx risposta għall-mistoqsija li għamilt aktar kmieni lill-Perit Spiteri Staines.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħalli nikkwotalek il-paragrafu li jagħmel riferenza għalih.", "Policy TOU 10 tgħid hekk:", "Dan kollu sar meta l-pjan lokali ma kienx jeżisti.", "Illum li għandna l-pjan lokali, dan id-dettall m'għandniex x'nambuh.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Le, għax meta konna ġo kumitat parlamentari ta' dan it-tip fl-2006 niġġieldu kontra l-iżvilupp li kien quddiem il-MEPA għall-approvazzjoni, konna qbadna dak il-paragrafu – dak iż-żmien kien hemm draft local plans li neħħew il-vicinity of the hotel għax il-Gvern ta' dak iż-żmien ried jagħmel iżjed żvilupp – and on the strength of that paragraph iġġelidna biex Ta' Ċenċ u Imġarr ix-Xini jiġu protetti.", "Il-local plan dak iż-żmien kien immexxi mill-Ministru George Pullicino, li fl-aħħar kien qabel magħna, imma wara ġlieda li damet sejra xi sentejn u ġbarna ħafna firem u għamilna ħafna affarijiet.", "Li qed nipprova ngħid jien hu kemm kien importanti li kien hemm paragrafu dettaljat fl-istructure plan li fuqu aħna, bħala NGO, stajna niġġieldu kontra l-local plan ta' dak iż-żmien, li imbagħad irbaħna u sal-lum, għax ma nafx x'jista' jiġri għada, għadna nistgħu ngawdu l-isbuħija tal-peninsula ta' Ta' Ċenċ.", "MADAM CHAIR: Jien naqbel magħkom u nistedinkom biex, kif diġà għedt, nagħmlu dak li hemm bżonn.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: L-istarting point fil-pjanijiet lokali hi li aħna nħarsu lejn il-policies eżistenti, naraw eżattament id-direzzjoni strateġika li għandna, imbagħad naraw kif se nżewwġu lil din id-direzzjoni strateġika ġdida mal-baseline li għandna diġà.", "M'aħniex se nerġgħu nibdew kompletament mill-bidu.", "Ovvjament se nagħrblu l-pjanijiet lokali, proċess li diġà beda, biex naraw x'hemm validu and how it will be taken forward.", "MADAM CHAIR: Jien ma narahx żvantaġġ li nlaħħmu l-istrategic plan tagħna b'dawn is-safeguards li qed jitolbu, anzi narah biss vantaġġ.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Madam Chair, xtaqt nagħmel żewġ punti fil-qosor.", "Nibda billi ngħid li r-risposta għad-domanda tal-Onor.", "Deborah Schembri dwar jekk dak il-paragrafu li kkwotat il-Perit Spiteri Staines, kienx jista' jintuża wkoll biex jeskludi, kemm education institution u kemm health institution, hija iva.", "Illum iddiskutejna ħafna l-ODZ, u ġie spjegat kif jekk art li hija f'ODZ tinħareġ mill-ODZ u tingħata għall-iżvilupp, tiġi kkumpensata b'art oħra.", "Din se tinkiteb iswed fuq l-abjad fl-iSPED?", "Sal-lum m'hemmx miktub li jekk se jinħarġu, pereżempju, 20 tomna se jiġu kkumpensati b'20 tomna oħra tal-istess importanza.", "Għax irridu nagħmlu distinzjoni wkoll bejn sit li huwa purament agrikolu, u sit li għandu interess xjentifiku, storiku, eċċ.", "Illum ħareġ bl-iktar mod ċar li hawn concerns qawwijin dwar kif l-ambjent qed jiġi protett.", "Kellna diversi mistoqsijiet diretti wkoll fuq il-proġett ta' Żonqor Point.", "Qed joħroġ bl-iktar mod ċar – qal dan l-Onor.", "Falzon stess – li dan l-iSPED mhuwiex in vigore u allura mhux qiegħed jiġi kkunsidrat.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li jkollna data ċara ta' meta hemm il-ħsieb li jiddaħħal u jiġi in vigore l-iSPED għax illum qegħdin naraw li għalkemm dan huwa dokument ta' viżjoni, u għalkemm id-deċiżjonijiet tal-lum se jkollhom impatt dirett fuq il-viżjoni 2020, 2030 u 2050, dan qed jiġi njorat.", "U din fuq ammissjoni tal-MEPA stess illum waqt dan il-Kumitat!", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, mhux bilfors li trid issir diskussjoni l-ewwel!", "Immaġina l-akkużi li kien ikun hawn kieku qbadna u attwajna l-iSPED qabel m'għamilna din id-diskussjoni!", "Jew nemmnu fid-demokrazija… (Interruzzjonijiet) Nistgħu, Onor. Callus!", "Immaġinaw li kieku għedna li se nattwawh qabel ma ddiskutejnih!", "In kwantu għal meta se jiġi fis-seħħ, ovvjament wara li ssir id-diskussjoni!", "Ftit ilu kien hawn min min-naħa tal-Oppożizzjoni li ħaseb li mhux se mmorru fil-Plenarja bid-diskussjoni.", "U issa qed nistaqsu meta se jiġi fis-seħħ!", "Bir-rispett kollu, irridu niddeċiedu!", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Mas-suġġerimenti se ndaħħlu li jkun hemm moratorium sakemm ikun in vigore l-iSPED għax we are falling between two stools.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak u naqbel miegħek.", "DEBORAH SCHEMBRI: Madam Chair, stante li inti għadek kif għedt li s-Sinjuri għandhom xi emendi jew żidiet li jridu jagħmlu, jekk se taġġornaw għal darb'oħra, nissuġġerixxi li ma taġġornawx biss għall-vot, imma taġġornaw biex tkompli d-diskussjoni fuq li tgħid is-Sinjura, qabel ma jittieħed il-vot.", "MADAM CHAIR: Dak dejjem, però jekk bħalissa għandkom xi kummenti dwar dak li ntqal, għadna ma aġġornajniex u tistgħu tagħmluhom issa.", "Però, aħna se naġġornaw għal nhar il-Erbgħa, u sadanittant kulħadd jirrifletti.", "MICHAEL FALZON: M'għandix problema, biss fit-7:45 p.m. inkun irrid nitlaq.", "MADAM CHAIR: Mela niltaqgħu nhar l-Erbgħa, forsi nkunu nistgħu nagħlqu d-diskussjoni, imma jekk ma nagħlqux, nerġgħu niltaqgħu darb'oħra.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:19 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 20 ta' Mejju, 2015 fis-6:30 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150518_015d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 18 ta' Mejju, 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:42p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Kienu preżenti u pparteċipaw ukoll fil-laqgħa, l-Onor.", "Leo Brincat (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima); l-Onor.", "Michael Falzon (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva); l-Onor.", "Toni Bezzina; u l-Onor.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna wkoll jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 14 li saret fit-18 ta' Marzu 2015, ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-PJAN STRATEĠIKU GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR MAĦRUĠ MILL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR U L-EMENDI PROPOSTI GĦALIH", "Is-Sur Johann Buttigieg u s-Sur Joseph Gauci, Chief Executive Officer u Unit Manager fil-MEPA rispettivament ħadu sehem fil-laqgħa fejn wieġbu għal diversi domandi magħmula mill-Membri tal-Kumitat u minn rappreżentanti tal-NGOs.", "Ħadu sehem ukoll fil-Kumitat il-Perit Philip Grech mill-Malta Water Association, u l-Perit Joanna Spiteri Staines u Dr. Petra Caruana Dingli mill-Għaqda Din l-Art Ħelwa.", "Id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9:19p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 20 ta' Mejju, 2015 fis-6:30p.m. bl-istess aġenda.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150518a_015m_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 29", "It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 fis-6.45 p.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Laqgħa ma' Delegazzjoni mill-Parlament tal-Georgia mmexxija mill-E.T. David Usupashvili, President tal-istess Parlament.", "Affarijiet oħra.", "12 ta' Mejju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150519_029a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 29", "It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 29", "It-Tlieta, 19 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri.", "27 u 28, li saru fl-1 ta' April u fit-8 ta' Mejju 2015 rispettivament, kienu kkonfermati.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-PARLAMENT TAL-GEORGIA, IMMEXXIJA MILL-E.T. DAVID USUPASHVILI, PRESIDENT TAL-ISTESS PARLAMENT", "Edward Scicluna.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq nipproponi lill-Onor.", "Marlene Farrugia sabiex tippresjedi l-laqgħa tal-Kumitat skedata għall-1 ta' Ġunju 2015, fejn se jiġi diskuss ir-rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, peress li jien se nkun imsiefer fuq xogħol tal-Kumitat.", "Hawn qbil ma' din il-proposta?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "Nixtieq ngħarrafkom li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin informana li l-Gvern kien se jirratifika t-tliet konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa hawn taħt indikati abbażi tal-Artiklu 5 tal-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304), u li dan kien qed isir minkejja li m'hemmx obbligu legali li dawn jinġiebu quddiem il-Parlament.", "Dawn id-dokumenti kienu digà ġew mgħoddija lilkom permezz ta' email.", "Il-tliet konvenzjonijiet huma dawn:", "Ma fadal xejn aktar x'niddiskutu, u għalhekk nistgħu naġġornaw din il-laqgħa.", "Grazzi.", "Fis-7.40 p.m., il-Kumitat aġġorna għall-1 ta' Ġunju 2015 fis-6.45 p.m., bid-diskussjoni fuq ir-rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150519_029d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:55 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna.", "SKUŻATI: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech kienu fuq xogħol parlamentari ieħor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 27 u 28 li saru fl-1 ta' April u fit-8 ta' Mejju, 2015 kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-PARLAMENT TAL-GEORGIA IMMEXXIJA MILL-E.T. DAVID USUPASHVILI, PRESIDENT TAL-ISTESS PARLAMENT", "L-E.T. DAVID David Usupashvili, Speaker tal-Parlament, kien akkumpanjat mis-Sur Zviad Kvatchantiradze Deputat Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, l-E.T. Karlo Sikharulize Ambaxxatur ta' Georgia residenti f'Ruma, is-Sur David Magradze Kap tas-Segretarjat tal-iSpeaker, s-Sinj.", "Tamar Kolbaia Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament u s-Sur Zaal Margvelashvili kunsilliera fl-ambaxxata.", "Fid-diskussjoni tqajmu diversi punti, fosthom:-", "il-problemi ta' sigurtà, fil-każ ta' Georgia, mill-fatt li madwar 20% tat-territorju ta' Georgia kien jinsab okkupat minn forzi barranin u anke l-instabbiltà fil-Lvant Nofsani minħabba l-Istat Islamiku u, fil-każ ta' Malta, bl-instabbiltà fl-Afrika ta' Fuq u bl-immigrazzjoni rregolari;", "il-kisbiet li għamlet Malta matul iż-żmien fil-qasam ekonomiku minn waħda bbażata fuq il-bażi militari għal waħda diversifikata filwaqt li l-Georgia kienet għadha għaddejja mit-tranżizzjoni minn ekonomija ċentralizzata għal waħda miftuħa u diversifikata;", "il-vantaġġi li Malta ħadet mis-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea (U.E.) tul dawn l-aħħar ħdax-il sena filwaqt li l-Georgia kienet għadha kemm daħlet fi Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-U.E. li għandu jservi ta' stimulu f'diversi oqsma mhux l-anqas fl-ekonomija u l-governanza – hawnhekk intwera apprezzament lejn Malta li kienet l-ewwel Stat Membru li rratifika dan il-ftehim ta' assoċjazzjoni;", "li Malta kienet lesta tgħin lil Georgia fil-mixja tagħha lejn tqarrib u possibbilment sħubija fl-U.E.;", "il-parteċipazzjoni ta' Georgia fid-diversi operazzjonijiet tan-NATO, minkejja li kienet għadha mhix membru, u dan fl-isforzi tagħha sabiex tingħaqad magħha ħalli ssaħħaħ is-sigurtà tagħha; u", "il-ħtieġa ta' aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f'diversi oqsma bħall-kultura, edukazzjoni, turiżmu u anke fil-livell parlamentari bit-twaqqif ta' Parliamentary Friendship Group.", "AFFARIJIET OĦRA", "Ratifika mill-Gvern ta' Ftehim u Konvenzjonijiet: Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li l-Gvern kien se jirratifika t-tliet konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa hawn taħt indikati abbażi tal-Art.", "5 tal-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304) – dan kien qed isir minkejja li mhemmx obbligu legali li dawn jinġiebu quddiem il-Parlament – liema dokumenti kienu digà ġew mgħoddija lill-Membri permezz ta' email:-", "Proposta sabiex l-Onor.", "Marlene Farrugia tippresedi l-laqgħa tal-Kumitat tal-1 ta' Ġunju 2015:- Il-Kumitat qabel mal-proposta taċ-Chairman li l-Onor.", "Marlene Farrugia tippresedi l-laqgħa tal-Kumitat skedata għall-1 ta' Ġunju, 2015, meta kien se jiġi diskuss ir-rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta, peress li huwa kien se jkun imsiefer fuq xogħol tal-Kumitat.", "Fis-7.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għall-1 ta' Ġunju 2015 fis-6.45 p.m. bid-diskussjoni fuq ir-rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "A/PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150519_029m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 16", "L-Erbgħa, 20 ta' Mejju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 16", "L-Erbgħa, 20 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:36p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 15 li saret fit-18 ta' Mejju, 2015 ġew konfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Nagħti merħba lil kull min hawn preżenti u nirringrazzjakom talli erġajtu ġejtu għal-laqgħa tal-lejla li se tkun il-kontinwazzjoni ta' dak li konna qegħdin niddiskutu nhar it-Tnejn.", "DISKUSSJONI DWAR IL-PJAN STRATEĠIKU GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR MAĦRUĠ MILL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR U L-EMENDI PROPOSTI GĦALIH (KONT.)", "MADAM CHAIR: Infakkar li l-għan ta' dawn il-laqgħat u tal-Kumitat huwa sabiex dan id-dokument li jirrifletti l-viżjoni tal-Gvern u li 'l quddiem irid iwelled il-policy li se tħares u se tiżviluppa l-ambjent tagħna b'mod sostenibbli, kemm jista' jkun inkunu ħadna l-feedback kollu dwaru f'dan l-istadju għax meta dan id-dokument se jgħaddi għad-diskussjoni fil-Plenarja, la s-soċjetà ċivili u lanqas l-uffiċjali tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) ma jkunu jistgħu jipparteċipaw.", "Allura f'dan l-istadju aħna xtaqna li kulħadd ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu.", "Jekk fil-proċess kien hemm xi saffi fejn forsi saru konsultazzjonijiet imma għal xi raġuni ma ġewx mismugħa, huwa tajjeb li hawnhekk inkunu nafu x'inhuma r-raġunijiet għal dan.", "L-għan aħħari tagħna huwa li nwasslu lill-Plenarja Strategic Plan for the Environment and Development (SPED) li jkun għas-sodisfazzjon tal-NGOs, għas-sodisfazzjon tas-soċjetà ċivili u għas-sodisfazzjon taż-żewġ partiti.", "Il-ħolma tiegħi hi – u jekk naħdmu għaliha forsi naslu – li meta mmorru fil-Plenarja dan jgħaddi b'kunsens għax dan il-pjan se jfassal il-ħajja mhux tagħna biss, kif diġà għedtilkom fil-laqgħa ta' qabel, imma wkoll tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Fl-aħħar laqgħa kien hemm uħud mill-NGOs preżenti li xtaqu jgħaddulna xi emendi li aħna mbagħad inkunu nistgħu nadottawhom biex inżiduhom mal-emendi diġà eżistenti fir-riżoluzzjoni.", "Kif tafu, dawk l-emendi ntbagħtu u għal dan nirringrazzja ħafna lil kulmin kien involut għall-ħidma tagħhom għaliex f'temp ta' 24 siegħa ssottomettew dak li tlabnihom u aħna ċċirkolajnihom sabiex dak li jkun ikun jista' jilħaq jaqrahom.", "Issa nixtieq li min ressqilna dawn l-emendi, flimkien mal-uffiċjali tal-MEPA, jersqu madwar il-mejda ħalli jkollna diskussjoni biex fejn nistgħu ntejbu dan id-dokument, fl-aħħar mill-aħħar inkunu nistgħu ntejbuh.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Madam Chair, just for the record biex inkunu ċari u biex ma jkunx hawn misunderstandings naħseb li għandu jiġi rrekordjat li kien hemm żmien u kull opportunità għall-konsultazzjoni, kien hemm okkażjonijiet fejn ġew mistiedna biex jitkellmu mal-MEPA u kien hemm min ma marx u ż-żmien ta' konsultazzjoni ġie anke mtawwal.", "Jien naħseb li dan għandu jkun recorded biex ħadd ma jieħu xi impressjoni li ma kienx hemm konsultazzjoni.", "Jien m'għandi ebda problema jekk kien hemm min deherlu li f'xi stadju ma kellux jagħmilha u għamilha tard, però nixtieq niġbed l-attenzjoni li kien hemm l-istadju tal-konsultazzjoni, liema stadju ġie mtawwal – kienet waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħadt jien personali – u kien hemm min dakinhar baqa' ma qal xejn.", "Illum, għal raġunijiet tiegħu, għamel is-sottomissjonijiet, però naħseb li l-Kumitat irid jifhem li jien ma nistax nirċievi sottomissjoni fil-4:50p.m. illum u xi ħadd jippretendi li nkun nista' nagħmel miraklu u jkolli reazzjoni.", "Naħseb li għandha tiġi preċiżata li kien hemm kull okkażjoni għal konsultazzjoni kif titlob il-proċedura u dak it-terminu tal-konsultazzjoni ġie anke mtawwal.", "MADAM CHAIR: Naqbel perfettament mas-Segretarju Parlamentari li l-konsultazzjoni saret u saret kollha, però xorta waħda nħoss li jekk għandna opportunità li nkomplu norqmu u nirfinaw dan id-dokument f'dan l-istadju, aħna m'għandniex nitilfu din l-opportunità.", "Nista' navża minn issa lil sħabi Membri tal-Kumitat illi peress li din hija l-ewwel darba fejn se jidħlu emendi – biex insejħilhom hekk – wara li jkun għalaq il-perjodu ta' konsultazzjoni, wara li dan il-Kumitat se jiddiskuti dawn l-emendi u se nistaqsu wkoll direttament lill-uffiċjali tal-MEPA għal tweġibiet dwar għalfejn ma ġewx adottati ħalli aħna wkoll inkunu nafu r-raġunijiet x'inhuma, il-Membri ta' dan il-Kumitat se jiġu mitluba jressuqhom quddiem il-grupp parlamentari rispettiv tagħhom.", "Wara li jiġu diskussi fil-gruppi parlamentari, niġu hawnhekk u nieħdu vot dwar jekk għandhomx jidħlu mal-emendi l-oħrajn li hemm mar-riżoluzzjoni, imbagħad kulħadd jiddeċiedi skont il-kuxjenza tiegħu.", "Dan huwa eżerċizzju ieħor fejn aħna qed nippruvaw inwessgħu d-demokrazija u fejn qed nippruvaw nagħmlu l-almu tagħna biex jekk jista' jkun il-fruitful discussion tiġi eżawrita hawnhekk, fejn aħna nistgħu nistaqsu u niġu mwieġba mhux waqt li nkunu fil-Plenarja fejn jekk dak li jkun jiftakar f'xi ħaġa ma jkunx jista' jiċċaraha.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI (f'isem Din l-Art Ħelwa): Dawn il-kummenti bgħatnihom il-bieraħ filgħaxija u ma nafx jekk kulħadd kellux iċ-ċans jarahom, però jien kont se nispjega ftit il-ħsebijiet warajhom.", "L-ewwel punt huwa fuq il-konsultazzjoni pubblika.", "Veru li din saret, però aħna nħossu li l-kummenti li saru, mhux biss min-naħa ta' Din l-Art Ħelwa, imma anke minn entitajiet u individwi oħra, ma tantx ittieħdu on board.", "Dawn lanqas biss ġew ippubblikati, is-soltu jiġu ppubblikati u jkun hemm ukoll il-kummenti tal-MEPA dwar għalfejn ittieħdu jew ma tteħdux on board.", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, tistgħu tirrispondu għal din?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): Bħalma jiġri dejjem, dawn jiġu ppubblikati once li jiġi addottat il-pjan.", "MADAM CHAIR: Veru li se nagħmlu dan l-eżerċizzju llum, però kieku sar diġà konna nkunu nafu mal-ewwel għalfejn is-suġġerimenti ma ġewx addottati, u konna nissimplifikaw il-proċess.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għandkom id-dokument hawnhekk.", "MADAM CHAIR: Iva, is-sottomissjonijiet qegħdin għandna, però m'għandniex ir-raġunijiet għalfejn ċerti suġġerimenti ma ġewx aċċettati.", "Qed ngħid dan għax aħna rridu nnaqqsu l-burokrazija u lilna kontu tiffrankawlna l-ħin għax konna naqrawhom bil-kwiet id-dar u niġu hawnhekk bil-kummenti lesti.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jiġifieri l-ewwel punt tagħna huwa li aħna nixtiequ nkunu nafu għalfejn is-sottomissjonijiet tagħna, u ta' oħrajn, ma ġewx aċċettati, għax ftit hemm bidliet fid-dokument kemm minn dak tal-2012 kif ukoll minn dak tal-2014.", "Kważi kollox baqa' l-istess, jew almenu l-bidliet li hemm ma ġewx minn suġġerimenti li saru waqt il-konsultazzjoni pubblika, però ġew min-naħa tal-Gvern jew minn x'imkien ieħor.", "Ħalli ngħaddi għat-tieni punt u se naqrah bl-Ingliż kif inhu ħalli nkun preċiża.", "Dan jgħid hekk:", "U t-transition clause tgħid:", "Ħalli nagħtikom eżempju ċar biex kulħadd jifhem il-punt tagħna.", "Pereżempju, fil-Grand Harbour Local Plan hemm policy GS02 dwar urban development boundaries, fejn hemm miktub hekk:", "Jiġifieri jekk l-iSPED jiġi approvat u l-iStructure Plan jispiċċa, il-local plan xorta dejjem se jagħmel riferenza għall-iStructure Plan u issa l-iSPED mhux se jkollu policies bħala replacement ta' dawn.", "Jiġifieri min imur bl-applikazzjoni, jew għal xi permess, il-prevailing policies ma jkunux ċari.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament aħna se nitolbu ftit żmien biex naraw il-kummenti, però se nagħti an initial reaction.", "Aħna xi rridu?", "Irridu l-iStructure Plan jew irridu l-iSPED?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: It is the issue għax jekk se nerġgħu mmorru lura għal SET 11 u SET 12, bihom tista' tagħmel li trid fl-outside development zone (ODZ).", "MADAM CHAIR: Qed nifhmu l-punt tiegħek, imma mhux hekk qalet.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kollox sew, imma hekk qed ngħidu; jew se ndaħħlu l-proviżjonijiet tal-iSPED, u l-iSPED huwa ċar x'jista' jsir u x'ma jistax isir, jew jekk irridu nħallu l-proviżjonijiet li hemm fl-iStructure Plan, inħalluhom.", "MADAM CHAIR: Imma l-iSPED irid ikun ċar dwar x'jista' jsir u x'ma jistax isir.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-iSPED huwa ċar u qed jgħid li jekk inti għandek xi ħaġa f'dan id-dokument li tmur kontra l-local plan, jieħu l-preċedenza l-iSPED, jekk ma tmurx kontra l-local plan, allura jieħu l-preċedenza l-local plan.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: L-iStructure Plan illum għandu ħafna policies dettaljati – m'iniex qed ngħid li dawn il-policies għandhom jibqgħu u li huma l-policies għall-futur – però se jkun hemm żmien – u mhux żmien qasir għax sakemm il-local plans ikunu lesti; għadhom lanqas ġew ippubblikati, imbagħad hemm tliet xhur perjodu ta' konsultazzjoni –… Dawn huma plans kbar, jiġifieri se jieħdu ż-żmien tagħhom.", "Jekk l-iSPED se jiġi fis-seħħ issa, se jkun hemm sena, jew ma nafx kemm, meta l-local plans se jirriferu għall-iStructure Plan u għall-policies dettaljati, u dawk il-policies dettaljati se jiġu replaced fil-local plans il-ġodda mhux fl-iSPED, jiġifieri la se jkun hemm replacement tagħhom u lanqas se jkun hemm il-policies tal-iStructure Plan.", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, billi nagħmlu t-transitional period li qed jiġi suġġerit, x'se nitilfu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Se jkun hemm it-taħwid.", "MADAM CHAIR: Imma x'tissuġġerixxi li nagħmlu biex insolvuha?", "Hawnhekk qegħdin biex insolvu d-dilemmas li qegħdin fihom.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħafna mill-policies huma diġà nklużi fil-pjanijiet lokali.", "MADAM CHAIR: Imma ħafna.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jgħidulna liema huma u jekk naraw li hemm xi policy partikolari li mhijiex qiegħda fil-local plan jew f'xi pjan ieħor, nikkunsidrawha.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Għal fejn?", "Għal ġol-iSPED?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-iSPED huwa pjan ta' viżjoni strateġika, mhux qiegħed hemmhekk biex jgħidlek f'\"din\" l-għalqa x'għandek tagħmel jew ma tagħmilx.", "MADAM CHAIR: Imma minnu jridu joħorġu l-policies li għandna hawnhekk.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Il-local plans illum qegħdin jiddependu fuq l-iStructure Plan, fil-fatt jagħmlu riferenza kontinwa għall-policies dettaljati fl-iStructure Plan.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dak għaliex il-local plans ħarġu mill-iStructure Plan.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: U l-policies issa mhux se jsiru l-istess, se jsiru...", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jien naħseb li jekk se noqogħdu niddiskutu fuq l-iStructure Plan m'aħna se naslu qatt.", "Hawnhekk hawn min qed jgħid ħafna diskors fuq kemm l-iStructure Plan huwa dettaljat u l-iSPED mhuwiex.", "Jien ili sena Segretarju Parlamentari u f'din is-sena għamilna sitt policies biex għalaqna sitt lakuni li kien hemm, u kif jaf l-Onor.", "Callus, li qiegħed fuq il-Bord tal-MEPA, hemm xogħol mibdi fuq sitt policies oħrajn.", "Jiġifieri f'sena qed nitkellmu fuq 12-il toqba li bl-iStructure Plan b'kollox – qisu l-iStructure Plan hu l-Quran, il-Bibbja u l-Ktieb tal-Hindu rolled into one u ħadd ma jrid ibiddillu lanqas comma –… Aħna qegħdin hawnhekk biex nisimgħu u biex fejn nistgħu ntejbu, intejbu, imma ejjew ma nippruvawx nagħtu l-impressjoni li l-iStructure Plan kien xi ħaġa perfetta għax f'sena sibna 12-il toqba u kemm ili responsabbli jien għaddejna sitt policies.", "MADAM CHAIR: L-iStructure Plan sar fl-1992 u allura żgur li …", "MICHAEL FALZON: U kellu jiġi rivedut fl-1999.", "MADAM CHAIR: Għalhekk qed ngħidlek.", "Jiġifieri żgur li kellu bżonn jiġi rivedut.", "L-għan tagħna hawnhekk huwa li permezz ta' dan l-iSPED ikollna l-aħjar dokument ta' viżjoni possibbli biex jiggwida l-policies li se jitwieldu minnu.", "Hawnhekk qegħdin biex naħdmu flimkien mhux biex noqogħdu ngħidu li l-iStructure Plan huwa tajjeb u l-iSPED huwa ħażin.", "Aħna rridu l-aħjar dokument għal Malta, ejjew naħdmu ħalli nippjantawh tajjeb, għax jekk nibdew fuq sieq waħda bit-tgerfix se jkollna wisq aktar tgerfix, exponentially tgerfix.", "Mela ejjew nikkorreġuh issa.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Nixtieq nagħmel punt fuq dan li qal l-Onor.", "MADAM CHAIR: Onor. Callus, jekk jista' jkun ma nagħmlux battibekk politiku.", "RYAN CALLUS: Le, assolutament m'iniex se nagħmel battibekk politiku.", "Jien ridt inkun parteċipi f'dawn il-policies għax nirrappreżenta lill-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-MEPA, però s-CEO jaf li jien għedt kemm-il darba, u sostnejt sa mill-bidu tal-ewwel policy li qatt iddiskutejna fil-Bord tal-MEPA, li jien u l-Oppożizzjoni dejjem konna kontra li l-ewwel nibdew nindirizzaw il-policies differenti, nibdew indaħħlu policy wara oħra, imbagħad meta nkunu diġà għamilna kollox infasslu l-iSPED.", "Aħna kontra dan il-kunċett, u huwa proprju l-kunċett li semmiet Dr. Caruana Dingli.", "Jekk inti għandek l-iSPED – li naħseb naqblu li huwa l-ogħla dokument tal-ippjanar f'pajjiżna – allura dak kellu jkun l-ewwel, imbagħad jiġu l-pjani lokali, imbagħad jiġu l-policies ta' taħt.", "Imma hawnhekk ġara bil-maqlub, u għalhekk issa għandna din id-diskussjoni, għax bdejna minn taħt u minflok l-ewwel rajna l-viżjoni strateġika, rajna l-affarijiet iż-żgħar biex nimlew, kif għedt inti Onor. Falzon, it-toqob, però il-viżjoni fit-tul qed narawha fl-aħħar.", "Issa qed inħarsu lura u naraw x'għamilna fil-policies biex l-iSPED ikun jirrifletti dawk l-affarijiet.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, nixtieq ngħid xi ħaġa mingħajr ma nagħmel ebda battibekk politiku.", "Aħna qegħdin ngħidu li bi pjan li kien dettaljat u dan kollu, sibna dawn il-lakuni kollha, nibqgħu amministrazzjoni ċassa u ma nagħmlu xejn… Se nsemmi biss policy waħda li lbieraħ issemmiet ħafna.", "Qed nirriferi għar-Rural Policy and Design Guidance.", "Biex bidwi jagħmel kamra f'għalqa konna naqilgħulu qalbu, imbagħad min approfitta ruħu fi żmenijiet oħra… Għax kulħadd isemmi l-ODZ, imma kellna wkoll lukandi li nbnew bl-addoċċ f'ODZ.", "Xi Gvern hu li jara li hemm 12-il toqba f'policy u ma jagħmel xejn dwarhom?", "Dik kienet irresponsabilità, u m'iniex qed nirriferi għall-Onor.", "Mela kellek lil kulħadd jagħmel li jrid, imbagħad għax indirizzajna flimkien – u l-Onor.", "Callus jaf kemm ikkoperajna; jien ma niddejjaqx ngħid li mal-kollegi ridt inpoġġi f'nofshom, mhux biex inkun Ġesù bejn żewġ ħallelin –… Imma allura x'nagħmlu?", "Noqogħdu ma nagħmlu xejn?", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk din il-proposed transition clause meta tkun qed titkellem fuq xi ħaġa legali jew fuq xi ħaġa ta' policy u jkun hemm żewġ affarijiet għaddejjin f'daqqa u joħolqu konfużjoni sħiħa u anke inċertezza, xi ħaġa li l-liġi qatt ma tkun tridha għax inti jkollok nies li ma jafux eżattament x'se japplika, lejn liema dokument irridu nħarsu?", "Meta jkollok xi ħaġa li tkun għaddejja concurrently għandek din il-problema.", "Tarawha din il-problema, jew ma tarawhiex b'din it-transition clause li qed tiġi proposta?", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Madam Chair, dan huwa l-punt tiegħi eżatt, fis-sens li se jkun hemm dik it-tip ta' konfużjoni fejn il-local plan se jirriferi għal pjan li mhux se jeżisti aktar, jiġifieri l-iStructure Plan.", "Jekk, pereżempju, ikollok sentenza bħal din li tgħid \"it will only be considered if it is in accordance with Structure Plan policies SET 11 and SET 12\", u dak l-iStructure Plan m'għadux jeżisti, x'se tagħmel?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-liġi hija ċara: Once li l-Pjan ta' Struttura spiċċa, huwa l-iSPED li jieħu over, jiġifieri ma nistax nara din il-lakuna.", "Fejn il-policy qed tirriferi għall-Pjan ta' Struttura ovvjament se tibda tirriferi għall-iSPED.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "LEO BRINCAT (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima): Madam Chair, nixtieq nagħmel osservazzjoni żgħira mingħajr ma niddevja mill-intervent interessanti li qed tagħmel Dr. Caruana Dingli.", "Jien naħseb li meta nitkellmu fuq l-iStructure Plan irridu niftakru li dan għadda ħafna żmien minn fuqu – l-Onor.", "Buhagiar jikkoreġini għax huwa ntiż iktar minni – u kien inħoloq fi żmien meta kien hemm a complete policy vacuum fil-pajjiż u għalhekk kienu jirriferu għalih bħala l-Bibbja.", "Since then, apparti mill-issue tal-accession tagħna fl-Unjoni Ewropea, għandek ħafna environmental regulations li jitkellmu waħedhom, għandek administrative procedures li saru taħt diversi amministrazzjonijiet, u għandek diversi ministeri li llum għandhom element qawwi ta' policy coordination.", "Però l-iktar punt li xtaqt nenfasizza fuqu huwa li meta ħareġ l-iSPED għall-konsultazzjoni, at a later stage ma kellekx l-iSPED biss, imma kellek l-iStrategic Environment Assessment (SEA) – u qed ngħid dan mhux biex inwaqqaf id-dibattitu; jiena lest nisma' lil kull min għandu sottomissjonijiet x'jagħmel – li jekk wieħed iħares lejh isib fih element qawwi ta' konfort.", "Veru, imma meta tħares lejn il-conclusions – meta nara rapport fuq kwalunkwe suġġett jien inħobb nara l-conclusions għax ta' qabel ikun kollu preambolu kultant fjakk – li ħarġu mill-SEA tal-iSPED tara li dawn għandhom a special focus li bihom jindirizzaw il-major areas u anke potential areas of concern li jista' jkun hemm.", "Ma rridux ninsew li llum qegħdin fi stadju – mhux biss għax qegħdin in a post-accession period – fejn joħorġu ħafna pjani komplimentari.", "Sal-lum għad għandna l-iStructure Plan innifisha, imma jista' jkollna pjan fuq l-arja, jista' jkollna pjan, kif għandna, fuq l-iskart, u jista' jkollna pjani oħrajn.", "Jiġifieri jien naħseb li jkun tajjeb li għalkemm issir il-kritika – lilna l-kritika ma ddejjaqniex – b'sens ta' fairness, id-dibattitu jkun iggwidat aħjar, kemm min-naħa tal-Gvern u anke min-naħa tal-Oppożizzjoni, kemm jekk qed insemmu l-pożittiv u anke n-negattiv, ninkwadraw l-iSPED innifisha u nikkumplimentaw magħha l-konklużjonijiet li ħarġu mill-iSPED u s-SEA u jkollna a much more holistic and multidimensional approach.", "Ma rrid bl-ebda mod inwaqqaf l-intervent li għamlet...", "MADAM CHAIR: Imma inti, fl-opinjoni tiegħek, kieku kellna ndaħħlu din it-transition clause taħseb li tkun ta' vantaġġ jew ta' żvantaġġ?", "LEO BRINCAT: Ħalli nitkellmu ċar.", "Kif jista' jikkonferma l-kollega tiegħi l-Onor.", "Falzon, meta aħna ressaqna dan id-dokument għall-konsiderazzjoni tal-iskrutinju parlamentari, ma ressaqnihx personalment, imma ressaqnih wara li ħadna pożizzjoni fil-Kabinett.", "Jiġifieri bħala membru tal-Kabinett, inkun qed immur kontra r-responsabilità kollettiva jekk noqgħod nagħti opinjonijiet personali fuq xi ħaġa li kienet maqbula u diskussa hemmhekk.", "Kieku kienet xi ħaġa li ma telgħetx Kabinett jien kont inkun l-ewwel wieħed li ngħid li lanqas naf biha, kif kelli okkażjonijiet li nagħmel fl-imgħoddi, but this is a Cabinet document and as a member of the Cabinet I shoulder collective responsibility, anke jekk jista' ikun hemm elementi li mhux bilfors naqbel magħhom.", "Aħna m'aħniex qegħdin f'każin tal-banda fejn ngħidu \"seba' favur u tnejn kontra\"!", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Nixtieq inkompli ma' dak li kien qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "Meta sar l-iStructure Plan ma kien hemm xejn, allura bilfors kellhom isiru ħafna policies.", "L-iStructure Plan suppost li kellu jiġi aġġornat u jekk niftakar tajjeb, beda jsir ix-xogħol fuq l-iSPED fl-1999.", "Jien ma nistax nifhem – forsi tirrispondi l-MEPA – għaliex kellna nieħdu mill-1999 sal-lum biex dan jiġi revised għax it-terminu tal-iStructure Plan kien ta' 20 sena, jiġifieri skada fl-2012.", "MADAM CHAIR: Bir-rispett kollu, dan mhux is-suġġett tad-diskussjoni għax aħna qed niddiskutu kif se ntejbu l-iSPED.", "Issa għandna dokument ieħor u rridu naraw x'se nagħmlu biex insaħħuħ.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, qed ngħid hekk minħabba li dan huwa differenti ħafna mill-iStructure Plan u ma nistax inqabblu mal-iStructure Plan.", "MADAM CHAIR: Nifhmuha, m'hemmx argumenti dwar dan.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma ma nistgħux noqogħdu ngħidu għax l-iStructure Plan kien jagħmel \"hekk\" u dan qed jagħmel \"hekk\"; it is totally different.", "M'hemm xejn bejniethom li huwa l-istess.", "MADAM CHAIR: But my question still remains: Jekk aħna għandna eNGO li kapaċi tagħtina parir, għaliex m'għandniex nieħdu dak il-parir?", "X'jikkonvinċini li aħna se nkunu agħar jekk dik it-transitional clause se nadottawha?", "Jekk se nkunu agħar, jiena stess ngħid lil Dr. Caruana Dingli li ma jidhirx li se jkun ta' vantaġġ, imma jekk jista' jkun ta' vantaġġ ma narax għalfejn m'għandniex nadottawha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jiena li qed ngħid hu li għandhom dawk il-policies li se joħolqu lakuna, għax mill-eżerċizzju li għamilna aħna ma deherilniex li se tinħoloq lakuna għax kieku kien hekk, ma ppreżentajnihx kif ippreżentajnih.", "Iż-żewġ policies li qed jissemmew, fl-iSPED qed ineħħu SET 11 u SET 12.", "Issa jekk huma ma qrawx id-dokument...", "MADAM CHAIR: Dr. Caruana Dingli, jekk għandek xi kummenti oħra, tista' tagħmilhom, però nitolbok tgħaddi għall-emenda l-oħra li ssuġġerejt.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jekk dik it-transition clause mhijiex qed tiġi aċċettata, hawnhekk hawn ukoll suġġeriment ieħor li huwa li peress li l-policies mhux se jkunu fl-iSPED imma se jkunu fil-local plans, l-iSPED u l-local plans joħorġu flimkien għax huma interdependent.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, ma jistax ikun li joħorġu flimkien għax l-iSPED qed jagħti l-viżjoni.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Imma l-policies li kienu se jkunu fl-iSPED se jkunu fil-local plans.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Once li l-iSPED ikun approvat jiena nista' nibda l-pjanijiet lokali fuq il-viżjoni li tiġi approvata.", "Jien ma nistax nibda l-pjanijiet lokali fuq xi ħaġa li ma ġietx approvata!", "MADAM CHAIR: Imma, Sur Buttigieg, hemm l-argument li diġà ħarġu ċerti policies mingħajr…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, il-policies ħarġu in line mal-Pjan ta' Struttura.", "MADAM CHAIR: Kollox sew, imma bl-istess raġunament, jekk il-policies ħarġu in line mal-Pjan ta' Struttura, l-argument jista' jaħdem kontra.", "Jien qed ngħid dan biex ngħinu lil xulxin ħalli naslu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mela allura bl-istess mod nistgħu ngħidu li kull policy li ħarġet wara l-2012 hija nulla.", "MADAM CHAIR: Is-Segretarju Parlamentari kkonvinċiena li dawk il-policies li ħarġu kienu bżonnjużi ħafna biex jagħlqu ċerti lakuni, però minn issa 'l hemm, la se jkollna l-iSPED jirregola, nistgħu naħsbu b'mod li forsi niffaċilitaw biex meta uffiċjal fis-Servizz Pubbliku tiġi applikazzjoni quddiemu, ikollu x-xogħol tiegħu ffaċilitat u iktar ċar u applikant ikollu moħħu mistrieħ li l-applikazzjoni tiegħu se tgħaddi...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma jkollux moħħu mistrieħ għax qed jara żewġ dokumenti?", "Mela aħseb u ara kieku jara tlieta kemm se jitħawwad iżjed!", "MADAM CHAIR: M'aħniex qed insemmu t-tielet dokument.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed insemmu l-iSPED, il-pjan lokali u l-Pjan ta' Struttura.", "Mela tlieta se jkollu mhux tnejn.", "MADAM CHAIR: Le, mhux hekk qed ngħidu.", "Il-Pjan ta' Struttura se jispiċċa u se jkollna l-iSPED.", "It-transition clause li qed tiġi suġġerita tibqa' sakemm naraw li l-iSPED ikun qed ikopri kollox.", "Fil-fatt jien naħseb li hemm terminu sakemm din it-transition clause tkun applikabbli, jiġifieri m'għandniex bżonn inżommuha meta l-istess...", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jekk nista' forsi mmur għall-bidu tad-diskussjoni tal-bieraħ.", "Fil-każ tal-iSPED kien hemm policy formulation stage – nista' nitkellem anke mill-esperjenza li kelli meta kont il-MEPA – u dawk il-policies kienu diġà imfasslin u lesti, jiġifieri kien hemm dokument li kien diġà nħareġ, mhux għall-konsultazzjoni pubblika, imma kien kważi dokument lest, jiġifieri draft final policy stage.", "Dan kien lest, jekk niftakar sew, lejn l-aħħar tal-2012 u bidu tal-2013; Joe Gauci jaf eżatt għax kien involut fil-proċess.", "Jekk inħarsu lejn dawk il-policies li sal-lum qegħdin nifhmu li mhux se jkunu fl-iSPED imma se jkunu fil-local plans, naraw li mhumiex l-istess bħall-policies dwar ir-rural guidance, il-firework factories u dawn kollha li ħarġu issa, imma huma l-policies tal-viżjoni strateġika li issa mhux se jkunu fl-iSPED imma se jkunu fil-local plans.", "Għalhekk għandna SPED li għalija huwa dokument dgħajjef u high level, għax il-policies li kellhom ikunu fih, mhux se jkunu fih imma se jkunu fil-local plans.", "Naħseb li dan huwa l-punt kollu tad-diskussjoni.", "Jiena naħseb li jekk wieħed jara d-draft document – ma nafx jekk dan qattx ġie mgħoddi lil dan il-Kumitat – ikun jista' jifhem aħjar it-tip ta' policies li kienu se jkunu replacement tal-iStructure Plan.", "Mhumiex policies bħal dawk li ħarġu issa, dawk huma guidance documents li huma at a much lower level mill-iStructure Plan jew mill-iSPED.", "Il-policies li kienu se jidħlu hemmhekk huma policies differenti.", "Dawk kienu l-ispatial plan bħala replacement tal-iStructure Plan.", "Issa aħna qegħdin nifhmu li mill-2014, meta dan id-dokument f'daqqa waħda sar l-iSPED sħiħ, il-policies mhux se jkunu ma' dan id-dokument imma se jkunu fil-local plans.", "Għalhekk jien qed ngħid li se jkun hemm lakuna.", "Forsi tkun idea tajba jekk taraw...", "MADAM CHAIR: Jispjegawlna l-vantaġġi li se jkollna għax se jkunu fil-local plans.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jekk tħarsu lejn dak id-dokument tkunu tistgħu tifhmu f'aktar dettall...", "MADAM CHAIR: Aħna hekk irridu; nifhmu u ntejbu l-prodotti tagħna.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Dak id-dokument ma kienx finali, però kien fi stadju avvanzat ħafna.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, naħseb li jkun tajjeb li nkunu ċari f'moħħna – forsi m'aħniex daqshekk ċari; forsi jien l-ewwel wieħed li m'iniex ċar – kif qed inħarsu anke bħala viżjoni.", "Jien qiegħed hawhekk biex nisma' u jekk hemm fejn nistgħu ntejbu, nista' nserraħ moħħ kulħadd li m'għandniex problema.", "Ħalli nagħmel paragun li forsi huwa ftit legali.", "L-iSPED qisu għandek il-Kostituzzjoni ta' Malta, jiġifieri huwa l-overriding document li jiggwida x'jista' isir, filwaqt li l-local plans iridu jsiru skont dak li jgħid l-iSPED.", "In-nies hemm barra, meta ssemmilhom local plan, jinteressahom ħaġa waħda; fejn tista' tibni u x'tista' tagħmel f'\"dik\" l-area partikolari.", "Jiġifieri bħala hierarchy – jekk jien żbaljat jikkoreġuni t-tekniċi – l-iSPED qisha l-Kostituzzjoni li tissettja l-parametri ġenerali ta' x'tista' u ma tistax tagħmel, filwaqt li l-pjanijiet lokali qishom il-liġijiet, u l-policies – kif spjegat tajjeb Dr. Caruana Dingli – qishom il-liġijiet sussidjarji.", "Jekk jien skorrett teknikament, jistgħu jikkoreġuni, u jekk hemm xi ħaġa ħażina, aħna qegħdin hawnhekk biex nisimgħu.", "MADAM CHAIR: Anke Dr. Caruana Dingli, hekk qalet.", "MICHAEL FALZON: Ejjew almenu niċċaraw li aħna qed inħarsu lejn l-iSPED bħala l-Kostituzzjoni li kulma tagħmel taħtu jrid jaqa' f'dak l-ambitu.", "U bl-istess paragun, il-policies huma inqas 'l isfel mill-iSPED għax nerġa' ngħid li l-iSPED huwa l-viżjoni ġenerali, qisek qed tagħmel kostituzzjoni ta' pajjiż.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI (Executive Officer and Unit Manager, MEPA): Hemm diversi modi ta' kif wieħed ifassal pjan.", "Meta għamilna r-replacement structure plan konna qisna adottajna l-istess approach li kellna fil-Pjan ta' Struttura għax il-liġi kienet titlob replacement structure plan.", "Fl-2010, bil-bdil fil-liġi, kellna nippreparaw a spatial plan, kemm għall-ambjent kif ukoll għall-ippjanar.", "L-approach tagħna kien li ħejjejna strateġija with higher level policies, imbagħad għamilna detailed policies wara l-public consultation.", "Meta nbidlet l-Amministrazzjoni aħna tkellimna mal-Gvern, rajna xi xtaq bħala pjan strateġiku u l-Gvern ħass li f'dan il-livell kellu jkun hemm higher-tier policies, jiġifieri strategic policies li jagħtu gwida u jissettjaw prinċipji, on the basis of which imbagħad ikun hemm iktar dettall f'livell ta' pjan lokali għax il-Gvern ħass li meta jkollok sett ta' policies dettaljati f'livell strateġiku, imbagħad sett ta' policies dettaljati f'livell ta' local plan, jew tkun qed tagħmel l-affarijiet darbtejn jew inkella jista' ikollok kunflitt fl-approach.", "MADAM CHAIR: Issa dawn qed jissuġġerixxu li jsiru flimkien.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Imma dawn ma jistgħux isiru flimkien għax biex tagħmel pjan lokali ġdid irid ikollok il-pjan strateġiku in place.", "Ma nistgħux nibdew il-pjanijiet lokali jekk ma jkunx hemm il-pjan il-ġdid in place għax id-direzzjoni strateġika viġenti hija fil-Pjan ta' Struttura.", "Jiġifieri x-xogħol fuq il-local plans jista' jimxi 'l quddiem once li dan ikun in place u mhux qabel.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Safejn fhimt jiena, ix-xogħol fuq il-local plans diġà qed isir mhux ma jistax isir.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ix-xogħol li sar fuq il-local plans hu li ħarġet public consultation biex jagħtuna l-kummenti u l-kritika fuq il-pjanijiet lokali tal-2006.", "Fil-fatt daħlu 7,000 submission.", "MADAM CHAIR: Ngħaddu għall-emenda li jmiss?", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: L-emenda li jmiss hija fuq l-implimentazzjoni.", "Aħna qegħdin nitolbu li jkun hemm section fl-iSPED ta' kif se jiġi implimentat u kif se jiġi monitored.", "Il-conclusions tal-SEA jidentifikaw significant environmental concerns, jiġifieri l-conclusions mhumiex daqshekk pożittivi, però jgħidu li dawk il-concerns se jiġu indirizzati bħala environmental safeguards in the policies li issa se jkunu fil-local plans.", "Imbagħad qegħdin jgħidu li:", "Issa l-implimentazzjoni u l-monitoring ta' dawk l-environmental concerns – issa m'iniex qed nitkellem dwar planning concerns imma dwar environmental concerns – għandhom jiġu implemented and monitored across Government u mhux mill-MEPA biss.", "Issa aħna hawnhekk qegħdin nistaqsu min se jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoring tal-iSPED.", "Fil-fatt aħna għedna hekk:", "One option is – u dan huwa biss suġġeriment, jiġifieri jista' jkun hemm options oħra u aħjar – li jkun hemm xi strategic unit fl-Office of the Prime Minister (OPM) jew x'imkien ieħor bħala coordination ċentrali biex dawn il-concerns, li hemm minnhom li huma planning u oħrajn li huma ambjentali, jiġu koordinati b'mod ħolistiku.", "Ma jistax ikun li l-MEPA, li issa mhux se jkollha l-funzjoni ambjentali, tagħmel il-monitoring tal-environmental concerns u l-policies li qegħdin fl-iSPED, bħal pereżempju targets, timeframes, framework u affarijiet oħra li suppost ikun hemm bżonn fl-implimentazzjoni.", "Jien niftakar li fil-feedback li kien hemm mill-pubbliku u minn entitajiet għall-consultation tal-2012, kien hemm domandi dwar kif din se tiġi implimentata – dak iż-żmien kien għad hemm il-ħsieb li jkun hemm il-policies u kollox – u r-risposta tal-MEPA kienet li se jkun hemm section implementation tal-iSPED.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li anke jekk il-policies se jmorru fil-local plan, hawnhekk xorta għandek bżonn implementation and monitoring u għalhekk qed nistaqsu minn min u mil-liema entità se jsir dan.", "MADAM CHAIR: Tista' tweġibna?", "Għax jekk fil-kas tista' ssir emenda.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: F'paġna 107 tal-Environment Report hemm section dwar monitoring li tgħid li meta jsir environment report huwa meħtieġ li wieħed jindika kif se jsir il-monitoring tal-issues li jkunu tqajmu fir-rapport.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Meta jsir SEA wieħed mir-requirements hu that you monitor, jiġifieri mhux nagħmlu r-rapport u lesti.", "Ovvjament aħna bħala l-proponent għandna obbligu li we present a monitoring report fuq dak li jkun qed jiġri.", "Għandna wkoll l-internal monitoring mechanisms tagħna, jiġifieri we monitor dak li jiġri fid-development pipeline, għax ovvjament aħna għandna obbligu li nkunu nafu x'qed jiġri.", "Jiġifieri in a nutshell, biex aħna nkunu nafu jekk policy hijiex qed taħdem jew le, we have an obligation li naraw fejn huma l-lakuni biex inkunu nistgħu nagħmlu informed changes, mhux sempliċement inbiddlu policy biex inkunu biddilniha.", "Għar-rigward ta' implementation, once l-iSPED jiġi adottat, ovvjament irid ikun hemm mekkaniżmu li jiżgura li l-iSPED jiġi implimentat.", "MADAM CHAIR: Fid-dokument hemm kif se jinbena dan il-mekkaniżmu jew kif se jiġi implimentat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-liġi l-ġdida se jkun hemm.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Is-Sur Gauci semma li hemmhekk hemm imniżżel min se jagħmel monitoring tad-development aspect, imma d-domanda ta' Dr. Caruana Dingli hija min se jkun qed jagħmel monitoring tal-environmental aspect.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Se tkun fil-liġi l-ġdida.", "(Interruzzjonijiet) Illum il-MEPA hija entità li tinkorpora żewġ entitajiet.", "Fil-liġi l-ġdida se jkun hemm bord apposta li se jieħu ħsieb l-amalgamazzjoni taż-żewġ affarijiet.", "MADAM CHAIR: Għidilna ftit x'tifhem bil-\"liġi l-ġdida\" għall-benefiċċju ta' min qed isegwina permezz tal-video streaming.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-liġi l-ġdida li se tiġi ppreżentata hopefully in the next month…", "MICHAEL FALZON: Kulħadd jaf li waħda mill-wegħdiet, jew mill-viżjonijiet tal-manifest kienet li l-aspett ta' ippjanar jiġi mifrud mill-aspett ta' ambjent.", "Issa m'aħniex se noqogħdu nargumentaw jekk hux tajjeb jew ħażin, għalkemm nistgħu nagħmluha, però jridu jitressqu żewġ liġijiet, waħda li twaqqaf awtorità ġdida tal-ippjanar u oħra li twaqqaf awtorità ġdida li se jkollha l-aspett ta' ambjent u jista' jkun li jkollha wkoll aspett ta' riżorsi magħha.", "Ix-xogħol fuq dawk iż-żewġ liġijiet għaddej u hemm ċerti timeframes li fihom iridu jitressqu.", "Jien tkellimt mal-kollegi u għedtilhom li appena jkun hemm draft, ikunu nistgħu ngħadduhielhom.", "Qegħdin isiru diskussjonijiet anke ma' ħaddiema, imma dik hija xi ħaġa li mbagħad titla' fil-Plenarja għad-diskussjoni.", "M'iniex qed niżvela sigrieti, imma jekk nista' nikkonferma...", "MADAM CHAIR: Il-mistoqsija hi x'se jsir fl-interim period ta' meta l-iSPED ikun diġà qiegħed in vigore għax ikun għadda u s-separazzjoni tkun għadha ma saritx.", "MICHAEL FALZON: L-iSPED għadu mhuwiex in vigore.", "F'dan il-Kumitat għandna xahar żmien biex nirrappurtaw lura lill-Plenarja, u jien m'għandix dubju li se jkun hemm diskussjoni oħra dwaru fil-Plenarja.", "L-istess isir bil-liġijiet, jiġifieri naraw id-diskussjoni u nitilqu minn hemmhekk.", "Dwar il-liġijiet il-ġodda ovvjament bilfors irid ikollok żewġ liġijiet li se jwaqqfu żewġ awtoritajiet ġodda, jiġifieri ma jien qed ngħid l-ebda sigriet; hija xi ħaġa li kienet fil-manifest elettorali li vvutaw in-nies għaliha.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur Buttigieg, fil-verità naħseb iktar milli oġġezzjoni as such, qegħdin ngħidu li din hija intempestiva, mhijiex f'lokha issa, għax se jkun hemm perjodu fil-futur meta ż-żewġ entitajiet se jkunu maqsumin, u huwa f'dak iż-żmien, u mhux f'dan iż-żmien li inti tindika min se jkun qed iħares lejn liema awtorità biex… Qed nifhem sew jien?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "MADAM CHAIR: Xorta hemm il-kwestjoni ta' x'se jiġri sakemm jiġu approvati l-liġijiet u jibdew jitħaddmu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-MEPA hija responsabbli.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri tieħu responsabilità l-MEPA.", "Imma kieku kellna nintroduċu din l-emenda fir-riżoluzzjoni li se nressqu biex intejbu d-dokument tal-iSPED, x'se nitilfu?", "Jien li rrid nara huwa x'se niggwadanja għalina.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nara l-kummenti li kien hemm fid-dettall u nkun nista' nagħtikom risposta.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "LEO BRINCAT: Jiena nixtieq nindirizza aspett wieħed.", "Waħda mill-major concerns li semmiet kemm Dr. Caruana Dingli u anke l-kollegi tiegħi min-naħa tal-Oppożizzjoni kienet jekk is-safeguards ambjentali humiex se jkunu qed joperaw in a vacuum.", "Mingħajr ma nidħol fid-dettall tal-abbozz ta' liġijiet li se nkunu qed niddiskutu mal-Oppożizzjoni qabel inressquha fil-Parlament, kif diġà għamilna fid-dettall mal-ħaddiema kollha u mal-unions kollha tad-driegħ ambjentali, waħda mill-main objectives tagħna se tkun… Il-Gvern preċedenti, b'kunsens tal-Kamra, kien introduċa n-National Environment Plan (NEP) u kif jaf kulħadd, għalkemm dan kien hemm il-qbil fuqu, m'għandux saħħa ta' liġi.", "Fid-draft legislaton li qed nipproponu aħna se jkun hemm provvediment speċjali biex in-NEP ikollha saħħa leġiżlattiva u permezz tagħha ovvjament se jkun hemm mhux biss legal status, imma se jkun hemm anke saħħa iktar biex isir monitoraġġ iktar effettiv.", "MADAM CHAIR: Imma l-infurzar f'idejn il-MEPA se jkun?", "Illum għandek NEP u fil-prattika, ejjew ngħidu li qbilna fuq kollox, għandek checklist u tgħid \"din\" saret, \"din\" ma saritx u \"din\" work in progress.", "Imma m'għandekx saħħa ta' liġi.", "Meta għandek saħħa ta' liġi you are more accountable, ma jfissirx se jsir kollox, jista' ma jsir xejn, imma għandek iktar element qawwi ta' accountability, anke lejn il-Parlament innifsu, mhux biss lejn in-nies t'hemm barra.", "Ma rridx intawwal fuq dan għax imbagħad nispiċċa nikser il-kritika li għamilt jien li ddevjajna mill-aġenda.", "Għalhekk semmejt li fl-abbozz tal-liġi li għandu x'jaqsam mal-Environment and Resources Authority (ERA), se jkun hemm provvediment biex dik li sal-lum kienet qisha strateġija, issir b'saħħa ta' liġi, jiġifieri li jkun hemm NEP b'saħħa ta' liġi.", "Naħseb li din diġà toffri konfort qawwi u se nagħti eżempju ieħor għax ħafna nies jistaqsuni taħt min se taqa' d-designation tal-protected areas, jekk hijiex se taqa' taħt l-ippjanar.", "Din se taqa' taħt id-driegħ ambjentali.", "U hemm diversi aspetti oħra, però naħseb li nkun qed nieħu l-ħin ta' din il-Kamra… Jien u l-Onor.", "Falzon, mhux biss ħdimna tajjeb ħafna… Minn hawnhekk jien pubblikament nirringrazzja liċ-change management team u lill-ħaddiema kollha tal-MEPA li wrew koperazzjoni sħiħa, mill-unit managers sal-iżgħar ħaddiema, u adottajna magħhom a bottom up approach.", "Kieku ma ltqajniex magħhom – mhux jien imma n-nies tekniċi għax jien m'iniex tekniku – u ħadna feedback pożittiv min-naħa tagħhom, ċerti affarijiet ma kenux ikunu nklużi fil-proposti li qegħdin nagħmlu aħna, kemm fid-draft legislation u anke fiċ-change management process innifsu.", "Żgur li le.", "Se nkunu msaħħin iktar milli konna taħt diversi gvernijiet?", "U ngħid dan b'konvinzjoni.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak talli qed tikkonvinċina.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: L-aħħar darba għedna li l-iSPED fih ġabra ta' pjanijiet tal-Gvern fid-diversi setturi u li fuqhom ġie bbażat l-iSPED.", "Allura ladarba huma pjanijiet settorali li hemm responsabilità għalihom f'ministeri u dipartimenti oħrajn, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet naħseb li se tkun tad-dipartimenti u tal-ministeri, mhux tal-MEPA għax il-MEPA ma timplimentax ċerti affarijiet.", "Ovvjament, kif dejjem għedna, l-iSPED mhuwiex tal-awtorità, imma huwa tal-Gvern, però l-monitoring tiegħu tagħmlu l-awtorità.", "CHARLES BUHAGIAR: L-implimentazzjoni.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, mhux l-implimentazzjoni.", "Jiena ma mmurx nimplimenta l-pjanijiet, imma nirregola...", "MADAM CHAIR: L-implimentazzjoni ssir skont il-liġijiet.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Il-Ministru Leo Brincat ta eżempju tajjeb tal-Environment Policy fejn fl-aħħar sezzjoni tagħha hemm il-miżuri kollha, hemm it-timeframes, hemm il-monitoring u min se jagħmilhom.", "Fil-fatt hemm ħafna dipartimenti differenti tal-Gvern, imma xorta hemm sezzjoni fl-aħħar biċċa tad-dokument fejn hemm ċar min hu responsabbli, min se jagħmel xiex u whatever.", "U jien fuq dak qed nitkellem.", "L-iSPED għandu bżonn – forsi mhux daqshekk dettaljat – xi ħaġa simili fejn inkunu nafu min se jimplimenta, min se jagħmel monitoring, u x'se jsir, għax inkella jibqa' wishlist.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li m'aħna se nitilfu xejn, anzi niggwadanjaw nistgħu.", "LEO BRINCAT: Jibqgħu wishlist li kieku ma jsirx benchmarking tagħhom.", "Ma nkun qed niżvela l-ebda sigriet kunfidenzjali jekk ngħid li wieħed mill-ewwel eżerċizzji li għamilna kif kien hemm iċ-change in government kien li għamilna benchmarking ta' dak li sar u ppruvajna nsaħħu dak kollu li sar u dorna fuq kull ministeru, biex nirrendu lil kull ministeru accountable, u minflok għednilhom li jekk għandkom 100 item iridu jagħmlu 100 ħaġa – għax nafu li hija impossibbli u mhijiex prattika – għednilhom jgħidulna x'inhu doable.", "Għedtilhom hekk għax jekk ministeru jgħidlek li minn dawk il-100, 60 huma doable, m'għandux skuża li jgħidlek they cannot be done għax by his own yardstick, they are doable.", "U qed nagħmlu benchmarking u qed nuża, b'ħila kbira, l-istess persuna li kienet qed tikkoordina l-NEP taħt l-amministrazzjoni preċedenti, għax hija persuna kompetenti, teknika and she has her heart in it.", "Dr. Caruana Dingli, ngħaddu għal emenda oħra jew tixtieq tikkummenta?", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Ngħaddu għal emenda oħra.", "Issa dawn huma ftit aktar dettaljati.", "F'paragrafu 5 li hemm f'paġna 18 hemm klawsola li tgħid hekk:", "Issa aħna qegħdin ngħidu li din hija loophole kbira u anke jekk ikun hemm xi klawsola simili, it's not watertight u allura trid tiġi emendata biex tkun daqsxejn aktar soda.", "Irid ikun hemm iktar enfasi fuq l-ambjent u iktar enfasi li dawn il-projects of national importance iridu jkunu absolutely necessary for reasons of overriding national importance, mhux tista' tapplika l-kriterji li trid.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri jiġi definit x'inhu national importance.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Iva, għax in-negatives huma dejjem għall-ambjent u mhux għall-aspetti oħrajn tal-iżvilupp sostennibbli.", "Dan huwa punt wieħed.", "Għandi punt ukoll dwar l-implimentazzjoni li naħseb diġà dorniha, imbagħad hemm punt ieħor f'paġna 20 dwar thematic objective 1.1.", "Jiġifieri dan il-punt needs to be strengthened and it needs to be more robust biex il-concerns ambjentali, is-safeguards, ikunu iktar b'saħħithom għax diġà qed naraw li dan mhux qed isir.", "Għandi imbagħad iktar punti, però ma nafx jekk għandix naqrahom kollha għax se nieħu wisq ħin.", "MADAM CHAIR: Tridu tikkummentaw fuqhom, jew tippreferu li l-ewwel taqrawhom ħalli tkunu tistgħu tikkummentaw?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna għandna kopja tagħhom.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Ħalli naqra oħra.", "Aħna qed ngħidu li m'hemmx bżonn li dawn kollha jsiru f'rural areas, imma jistgħu jkunu akkomodati in urban areas.", "Jiġifieri naħseb li dan irid jiġi emendat.", "Il-health and educational facalities ikun aħjar jekk ikunu ġo urban areas fi brownfield sites, jiġifieri m'hemmx għalfejn ikunu ġo rural areas.", "Anke facilities for youths and Government schools ma nafx għalfejn għandhom ikunu fir-rural areas.", "Aħna ma naqblux li dawn isiru fiż-żoni rurali u għalhekk qegħdin nissuġġerrixxu emenda biex ma jiġix ikkunsidrat li dawn isiru f'żoni rurali.", "Hawn ukoll klawsola li tgħid:", "Tajjeb, imma aħna nixtiequ li jkun hemm ċar li dawn ikunu within the development zones.", "Għalhekk qed ngħid li fid-dokument kollu m'hemmx biżżejjed environmental safeguards; hemm ħafna klawsoli bħal din fejn l-affarijiet mhumiex ċari.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qed nifhem sew li intom qegħdin tgħidu li jekk, għall-grazzja tal-argument, ikun hemm ħtieġa ta' skola, imma ma jkunx hemm post għaliha fiż-żona urbana, ma ssirx?", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Ma nemminx li m'hemmx post f'żona urbana!", "DEBORAH SCHEMBRI: Irrispettivament minn x'temmen – m'iniex qed nistaqsik x'temmen li hemm; dak imbagħad ikunu jistgħu jgħidulna l-MEPA u jaraw iż-żoni l-MEPA – jekk għall-grazzja tal-argument ikollna bżonn skola f'San Pawl il-Baħar – hemmhekk fil-fatt naħseb li għandha bżonn aktar minn skola waħda għax għandna tfal li qegħdin ifaqqsu minn kullimkien – u ma nsibux post fiż-żona urbana, intom qegħdin tgħidu li allura l-iskola ssir x'imkien ieħor?", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jien qed ngħid li jekk hemm xi raġuni ta' over riding national importance, xi ħaġa vera importanti, jista' jkun hemm dik il-klawsola, li diġà rajna qabel, fejn issir eċċezzjoni, però li tikteb minn qabel fil-policy li guiding the location ta' skejjel, fost affarijiet oħra, within the urban areas imma within appropriate locations in the rural area allowing consideration, huwa faċli wisq li tmur mill-ewwel għal rural area.", "Dak li qed ngħid.", "MADAM CHAIR: Apparti minn hekk hemm il-kunċett ta' land bank.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Is-safeguards mhumiex biżżejjed!", "MADAM CHAIR: Il-Gvern għandu areas li mhumiex żviluppati imma qegħdin within the zone li jista' jiġi żviluppat.", "Allura jekk aħna nippjanaw u nippjantaw bil-quddiem, u aħna nafu li sat-\"tali\" sena forsi se jkollna bżonn skola oħra – irrid ngħid li hawn skejjel li diġà jeżistu li l-footprint tagħhom jista' jintuża billi l-bini jitla' 'l fuq, ovvjament dejjem b'rispett lejn l-għoli tal-area – m'għandux għalfejn jibni fir-rural areas jew f'ODZ, imma jista' jħalli dawk il-land banks li diġà għandu u li qegħdin imsemmijin fid-dokument, u jekk jinqala' l-bżonn ta' skola – u naħseb li mil-lum inkunu nafu fejn għax inkunu nafu fejn qed jitwieldu tfal u allura kif is-soċjetà tkun qed tiżviluppa – m'għandniex għalfejn nagħmluha daqshekk faċli li mal-ewwel naqbdu u nitfgħuha ġol-ewwel għalqa li nsibu maġenbna.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien jumejn ilu kont qiegħda nsegwi d-dibattitu u ntqal li dan huwa pjan li għalkemm on paper jippjana sal-2020, fil-fatt huwa pjan ħafna iktar fit-tul bħala idea ta' x'għandu jkun u ta' lejn xiex qegħdin inħarsu.", "Aħna qegħdin naħsbu b'dak li nafu issa u għalhekk lil Dr. Caruana Dingli għedtilha li mhux x'taħseb hi li hemm jgħodd, għax m'iniex qed nitkellem fuq x'hawn issa.", "Jiġifieri jekk qed inħarsu lejn xi ħaġa fit-tul, irridu naraw li ma jkunx hemm affarijiet fejn f'daqqa waħda xi ħadd jgħidlek li ma tkunx tista' tagħmilha għax ma jkunx hemm ipprovdut għaliha u jgħidlek li ma tkunx overriding interest għax skola m'għandekx bżonn tagħmilha San Pawl il-Baħar imma tista' tagħmilha l-Mellieħa!", "MADAM CHAIR: Aħna qed ngħidu li jekk jista' jsir żvilupp f'żona urbana, ma jsirx f'żona rurali.", "MICHAEL FALZON: Għandek żball, Madam Chair!", "Meta sar ir-rationalisation excercise… Il-mentalità li l-art tal-Gvern qiegħda hemm biex kulħadd jisraqha, jisfruttaha jew jeħodha b'xejn, trid tispiċċa!", "Bit-talbiet li niffaċċja jien kulljum nista' ngħidlek li f'20 sena nqassam l-Awstralja mhux Malta!", "MADAM CHAIR: Alla ħares!", "MICHAEL FALZON: Fir-rationalisation excercise ma sar xejn minn dak l-eżerċizzju, Madam Chair, anzi sar bil-maqlub għax fejn kien hemm art tal-Gvern fejn setgħu jsiru affarijiet bħal dawn, ġiet designated li ma nistgħu nagħmlu xejn fuqha, u artijiet oħrajn rajna kif dawwarnihom.", "Din qed ngħidha b'responsabilità politika biex ma nitilqux bl-idea li l-Gvern għandu… Anzi, fir-rationalisation excercise, meta daħlu kważi 2.3 miljun metru kwadru, sar bil-maqlub.", "MADAM CHAIR: Fl-iSPED stess hemm designated land banks li wieħed jista' jippjanahom għall-għanijiet li qegħdin insemmu.", "Fejn naqbel perfettament ma' Dr. Caruana Dingli huwa li kemm jista' jkun nevitaw milli nagħtu l-ħabel biex isiru f'rural areas; fejn jistgħu jsiru f'żona urbana jsiru f'żona urbana.", "Dak hu li qed ngħidu.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Madam Chair, aħna tlaqna mill-premessa fejn stabbilixxejna general principles.", "Nikkwota minn paragrafu 3.1 li hemm f'paġna 18 fejn qed jingħad li:", "Jiġifieri jekk xi ħadd qed ifittex art għal xi ħaġa, mhux imur mill-ewwel għall-ODZ; ifittex, jadotta the sequential approach, imbagħad jagħmel justified...", "MADAM CHAIR: Dan ifisser li m'hemmx kunflitt ma' dak li qed tissuġerrixxi Din l-Art Ħelwa u dak… (Interruzzjonijiet)", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Donnu għandna din l-idea li l-ippjanar isir biss mill-Awtorità.", "Il-mentalità li qed jinstiga dan il-pjan huwa li kull settur irid jagħmel il-planning tiegħu.", "Jiġifieri, pereżempju, il-Ministeru għall-Edukazzjoni jrid jagħmel il-planning biex hu jkun jaf x'inhuma l-bżonnijet tiegħu.", "L-aħħar darba semmejna d-demografija u nafu li bejn wieħed u ieħor nistgħu nikkalkulaw xi bżonnijiet hemm għalkemm nafu li l-istandards tal-iskejjel inbiddlu u din hija issue kbira meta tiġi biex tagħmel skejjel ġodda.", "Il-qasam tas-saħħa huwa settur ieħor fejn ukoll irid isir planning.", "Nafu li għandna popolazzjoni li qed tixjieħ u allura hemm bżonnijiet li rridu naħsbu għalihom.", "Jiġifieri jekk isir proper planning minn kull settur, dan il-pjan jista' jiġi mplimentat b'mod iktar effettiv.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jekk ikun hemm proposti għal żvilupp ta', pereżempju, djar għall-anzjani, sptarijiet jew skejjel, dawn jiġu kkunsidrati li jsiru f'ODZ?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk ikunu parti mill-pjan lokali, ovvjament se jkunu identifikati fil-pjanijiet lokali, imma jekk ma jkunux fil-pjanijiet lokali, u pereżempju, trid tibni dar tax-xjuħ reġjonali u għandek bżonn ammont ta' area li ma tkunx available fid-development zone, allura iva, tista' tikkunsidra li tibniha barra miż-żona tal-iżvilupp.", "MADAM CHAIR: Il-policy tal-Gvern f'dak il-qasam huwa li nintegraw l-anzjani fil-qlub tal-raħal.", "Li aħna nużaw l-areas urbani għandha tkun fattur prijoritarju.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għalhekk l-Awtorità għadha kemm ħarġet policy document fejn qalet li dawk li huma fi skema tal-iżvilupp nagħtuhom extra height biex… Aħna dejjem qed ngħidu jekk mhux f'urban conservation area...", "MADAM CHAIR: M'hemmx kunflitt ma' dak li qed tissuġġerixxi u dak li diġà għamiltu intom ukoll.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, hemm kunflitt.", "MADAM CHAIR: Le, m'hemmx kunflitt, għax jekk inti għandek diġà prijorità u sens ta' prijorità kif se jsiru, that is an overriding factor.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk inti tneħħi dik, imbagħad awtomatikament...", "LOUISELLE PACE GOUDER (Friends of the Earth Malta): Din hija l-ewwel darba li qiegħda hawn, allura għandi pjaċir niltaqa' magħkom kollha.", "Aħna nixtiequ nippreżentaw emenda speċifika għall-iSPED fis-sens li ż-żoni li huma barra miż-żona tal-iżvilupp ikunu protetti speċifikament mil-liġi bħala żoni ta' wirt naturali tal-poplu Malti u ma jista' jsir l-ebda żvilupp fihom.", "Aħna nemmnu fir-rule of law u nixtiequ nnaqqsu mil-liġi dak il-lok ta' deċiżjonijiet arbitrarji.", "Meta l-liġi tkun miktuba b'mod ekwu tista' tipproteġi dak li huwa vulnerabbli, u aħna nemmnu li l-art Maltija hija vulnerabbli u hija subject to exploitation għax hija riżorsa limitata u skarsa.", "L-opportunity costs tal-użu tagħha naħseb li dejjem għandu jitqies ħafna fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed.", "Jekk hemm proġett nazzjonali li jrid isir, għaliex mill-ewwel għandna nħarsu lejn area li tkun ODZ?", "Is-Sur Buttigieg stess qal li hemm il-liġi li qed tissalvagwardja kif tittieħed deċiżjoni.", "Allura għaliex ma nimxux mal-liġi fil-prattika?", "F'pajjiż demokratiku għandha tkun il-liġi li tiddetta kif nieħdu d-deċiżjonijiet u jien nixtieq nistaqsi jekk fil-prattika aħniex dejjem qed nimxu mar-rule of law.", "Nirringrazzjak.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Madam Chair, naħseb li hawnhekk kollha qegħdin naqblu li kemm jista' jkun għandna nużaw iż-żoni urbani u li ż-żoni rurali għandhom ikunu the last resort.", "Però l-main concern hawnhekk qiegħed jekk meta se niġu għas-si u n-no, din hijiex se tiġi nterpretata hekk jew inkella jekk aħniex se naraw kif induru ma' dan il-wording biex awtomatikament ir-rural areas jiġu kkunsidrati wkoll mal-general principles.", "LOUISELLE PACE GOUDER: Inkella kif se tissalvagwardja l-art għall-ġenerazzjonijiet futuri?", "Kif se nagħmluha fil-prattika?", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li dak li ssuġġeriet l-Onor.", "Portelli, flimkien ma' dak li ddiskutejna, jista' jkun mod ta' kif nipproteġu l-ftit art li fadlilna li hija prezzjuża daqs id-dawl ta' għajnejna!", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Biex nirrispondi lil-Onor.", "Schembri, nixtieq ngħid li dawn il-prinċipji qegħdin hemm, però l-environmental safeguards mhumiex biżżejjed; tista' tfassal klawsola mod, u tista' tfassalha mod ieħor.", "Jiġifieri l-punt tiegħi hu li jridu jkunu iktar b'saħħithom.", "MICHAEL FALZON: Dwar dak li qal li qal l-Onor.", "Bezzina, is-suġġeriment hu li jekk fil-futur se mmorru għall-ODZ...", "MADAM CHAIR: Jistgħu jitressqu l-emendi għalihom.", "MICHAEL FALZON: Jidher li hawn it-tħassib ta' kulħadd li kemm jista' jkun m'għandniex immorru, imma naħseb li jekk aħna se nagħmlu d-dictum...", "MADAM CHAIR: Naħseb li jekk tkun kif issuġġeriet l-Onor.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Bezzina kien qisu qed jindika li għandna nħarsu lejhom biss jekk ikunu reġjonali u pubbliċi jew public-private partnerships u ma nikkunsidrawx privati.", "TONI BEZZINA: Le, jien staqsejt x'se jkun ikkunsidrat.", "Se jkunu kkunsidrati jekk ikunu tal-Gvern?", "Jekk ikunu reġjonali?", "Jekk ikunu public-private partnerships?", "Jekk ikunu tal-privat?", "Jew se jkun ikkunsidrat kollox?", "MICHAEL FALZON: Jiġifieri x'qed jiġi ssuġġerit?", "Li neskludu dawk privati?", "TONI BEZZINA: Jien qed nagħmel mistoqsija dwar kif se jkun interpretat l-iSPED.", "Jekk jien il-privat u niddeċiedi li nagħmel sptar ta' 200 tomna u m'għandix fejn nagħmlu ġo l-iskema u bilfors irrid immur ODZ, il-MEPA se tikkunsidra t-talba tiegħi jew inkella se tgħidli li jekk mhux reġjonali jew tal-Gvern...?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-MEPA bilfors trid tikkunsidra l-każijiet kollha li jiġu quddiemha, ma tistax tagħżel jekk tikkunsidrax proġett jew le; il-kwestjoni hi jekk id-direttorat huwiex se jirrikkmandah u l-bord jekk hux se japprovah.", "MARTHESE PORTELLI: Il-mistoqsija tal-Onor.", "Bezzina hija: lllum, intom bħala MEPA, kif qegħdin tħarsu lejha u kif qegħdin tinterpretawha?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Illum qegħdin ninterpretawha skont il-pjan ta' struttura, skont Set 11 u Set 12, jekk ma jkunx hemm post fejn issir within scheme.", "MADAM CHAIR: Xi kriterji u prioritajiet se tużaw biex tagħżlu proġett, jew investiment, minn ieħor?", "Hemm fattur ieħor li ma semmejnihx għax ODZ tinkludi art agrikola u art li mhijiex agrikola.", "Hemmhekk ukoll irridu nagħmlu distinzjoni, fis-sens li jekk niġu tassew b'dahrna mal-ħajt u bilfors irridu nagħmlu xi ħaġa fl-ODZ, assolutament m'għandhiex tkun dik l-art agrikola li nissagrifikaw għax dik neqsin ferm minnha.", "Jiġifieri anke hemmhekk nistgħu nikkwalifikaw l-emenda.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Xtaqt nikkummenta dwar dak li qalet is-Sinj.", "Hawnhekk dejjem qed nitkellmu fuq il-futur.", "Issa ejjew nieħdu l-bini tal-Isptar Mater Dei, li sar fuq art li kienet ODZ, u with the benefit of hindsight naraw x'kien jiġri kieku dakinhar li kien qed jiġi deċiż fejn se jsir dan l-isptar, kellna l-klawsola li qiegħda tiġi proposta.", "LOUISELLE PACE GOUDER: Kieku konna nirranġaw l-Isptar St. Luke's u ma nibnux sptar ieħor!", "Jien naħseb u nispera illi kieku kien hemm post urban li seta' jsir fih, il-Gvern preċedenti ma kienx jagħżel li jagħmlu f'area ODZ.", "Intom x'kontu tissuġġerixxu?", "Hekk qed tgħidu?", "MARTHESE PORTELLI: Le, mhux hekk qegħdin jgħidu!", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien qrajt l-emendi li bgħattu intom bħala għaqda u l-klawsoli li qegħdin tissuġġerixxu intom, kif narahom jien, huma katergoriċi ħafna.", "LOUISELLE PACE GOUDER: Iva, aħna għedna li aħjar nissuġġerixxu emenda kategorika, imbagħad forsi...", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma tista' tgħidli x'kien jiġri fil-każ tal-Isptar Mater Dei?", "LOUISELLE PACE GOUDER: Aħna nixtiequ li b'xi mod l-art tiġi salvagwardjata u li meta jiġu diskussi l-proġetti nazzjonali u anke dawk mhux nazzjonali, jittieħdu in konsiderazzjoni l-artijiet kollha l-oħra qabel ma jittieħdu in konsiderazzjoni l-artijiet ODZ.", "Issa d-decision maker kif se jagħtini garanzija, bħala ċittadina komuni ta' Malta, li kkunsidra kollox qabel ma mar għall-art ODZ?", "DEBORAH SCHEMBRI: Kif diġà ntqal, hemm qisu three tier, l-ewwel tipprova urban area, imbagħad tibda ħiereġ, imbagħad tispiċċa f'ODZ.", "Għalija dan jagħmel sens kbir.", "LOUISELLE PACE GOUDER: Kollha naqblu fuq hekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, ma taqblux għax intom qegħdin tgħidu li l-ebda tip ta' żvilupp ma jista' jsir f'siti mmarkati bħala ODZ.", "L-ebda żvilupp, very categoric.", "Jiġifieri, pereżempju, kieku l-Isptar Mater Dei ma sarx.", "Allura n-nies kollha li qegħdin igergru għax qegħdin f'xi forma jew oħra ta' kurutur, fejn konna se nagħmluhom?", "Qegħdin tindunaw għalfejn qed naraha mhux fattibbli?", "LOUISELLE PACE GOUDER: Hija l-liġi li tissalvagwardja l-art, b'mod dirett, għax għandha bżonn il-protezzjoni.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien inħoss li l-liġi li għandha tissalvagwardja, u nemmen fir-rule of law minn tal-inqas daqsek.", "(Interruzzjonijiet) Not subject to interpretation ma jfissirx li inti ma jkollokx kategoriji.", "MADAM CHAIR: Ejjew niċċaraw ftit punti.", "Aħna ħadna l-eżempju tal-Isptar Mater Dei u l-Onor.", "Schembri għandha biċċa raġun, però llum, il-punt tat-tluq tagħna huwa fi żmien meta tant ittiekel mill-ODZ, mill-kampanja u mill-coastline tagħna, li ma nistgħux ma nkunux preċiżi u ninfurzaw kemm jista' jkun il-bżonn li ma nużawx ODZ areas, partikolarment agricultural areas, jekk għandna alternattivi oħra.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk għandna alternattivi oħra, iva, imma dawn qegħdin jgħidu, hemm jew m'hemmx alternattivi, it's a no.", "MADAM CHAIR: Għax huma jridu jieħdu stand tant qawwija minħabba l-fatt li anke fejn kien protett mill-istructure plan u mill-policies, meta ġejna għas-si u għan-no, ġiet imfittxija u nstabet dik il-loophole biex jingħataw permessi f'ODZ!", "MARTHESE PORTELLI: Jien qed nipprova nifhem l-ispirtu tal-punti li qegħdin jitqajmu kemm minn Dr. Caruana Dingli f'isem Din l-Art Ħelwa u anke mis-Sinj.", "Ejjew nippruvaw nifhmu x'inhu l-għan aħħari.", "L-għan aħħari huwa wieħed: Let's not continue exploiting ODZ areas.", "Issa aħna, bħala leġiżlaturi, irridu nżommu f'moħħna x'qed jgħidulna u naraw kif nistgħu nagħmlu emendi biex is-salvagwardji li hemm, insaħħuhom.", "Pace Gouder ressqet emenda, li veru hija ristretta ħafna u ħarxa, però ejjew nfhimu l-ispirtu li bih qed tagħmilha.", "Aħna fhimna għalfejn qed tressaqna, u issa sta għalina li...", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien nifhem u napprezza l-ġist ta' dak kollu li qegħdin tgħidu għax ma naħsibx li nkunu f'sensina jekk xi ħadd jgħid li ma jixtieqx jissalvagwardja l-partimonju jew l-ambjent tagħna.", "Fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma qed ngħid li l-animu li intom qegħdin hawnhekk bih huwa wieħed ħażin, jew li ma naqbilx miegħu, imma the devil is in the detail.", "Pereżempju, bejn dak li qegħdin jipproponu Friends of The Earth, u dak li qed jipproponu Din l-Art Ħelwa, ukoll hemm differenza.", "L-aħħar emenda li tressqet is a little bit more drastic, to the point li qed iżżomm idejn min ikun qed jieħu deċiżjoni, anke jekk verament jiġi bżonn.", "MADAM CHAIR: Onor. Schembri, qed tagħmel punt validu, però aħna nifhmu l-ispirtu li bih is-Sinj.", "Pace Gouder u Dr. Caruana Dingli qegħdin jagħmlu dawn l-emendi.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jien naħseb li anke politikament naqblu li fejn nistgħu nsaħħu dak il-punt, insaħħuh, imma ma rridux ikunu dommatiċi għax jekk nagħmluha dommatika, kif nagħmlu eċċezzjoni waħda nibdew ngħidu li għax \"dak\" Ċikku, u l-\"ieħor\" Peppu.", "Però m'għandniex problema li dak il-punt insaħħuh.", "MADAM CHAIR: Mela qbilna li se nsaħħu dak il-punt.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Fil-fatt is-suġġerimenti tagħna huma bil-għan li dejjem insaħħu l-environmental safeguards ġo dan id-dokument.", "Rigward thematic objective 1 dwar socio-economic development qegħdin nipproponu li jkun hemm safeguards oħra.", "L-ewwel nett qegħdin nipproponu li nżidu punt 10 li jkun jgħid hekk:", "Fil-fatt fuq dan kulħadd qed jaqbel; aħna qed ngħidu biex jiżdied punt ieħor biex dan ikun ċar iswed fuq abjad.", "MADAM CHAIR: Jidher li kulħadd qed jaqbel fuq dawn il-punti.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Fl-istess lista f'point 4 hemm:", "M'iniex qed ngħid li m'għandux ikun hemm riabilitazzjoni ta' ODZ, imma naħseb li dan huwa punt differenti.", "MADAM CHAIR: Ħadtuh il-punt?", "MADAM CHAIR: Fil-laqgħa li jmiss mhux opinjoni jkollna bżonn, imma d-dokument finali biex inressquh quddiem il-Plenarja bil-qbil ta' kulħadd.", "MADAM CHAIR: Aħna rridu nressqu dokument li jaqblu fuqu kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni, u s-soċjetà ċivili u l-NGOs ikunu preżenti fl-istrangers' gallery u jgħidu \"kemm huma nies il-politiċi tagħna\", mhux bhejjem, biex nuża kelma li kulħadd qed juża fir-rigward tagħna!", "Aħna m'għandna l-ebda oġġezzjoni li fejn hemm x'nistgħu nirranġaw, nirranġaw.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjawk.", "Tagħmlilna kuraġġ kbir.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Punt ieħor.", "MADAM CHAIR: Diġà teżisti, kemm insaħħuha.", "Jidher li qed naqblu f'kollox!", "Din hija l-viżjoni għal Malta, Għawdex, Kemuna u Filfa jekk hemm bżonn!", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jekk tkun għall-areas oħrajn, ikun tajjeb ukoll.", "Pace Gouder għandek xi emendi oħra?", "LOUISELLE PACE GOUDER: Dawk li diġà semmejt.", "MADAM CHAIR: Tajjeb.", "Aħna nafu l-ispirtu tas-suġġerimenti tiegħek u nistgħu nitkellmu fuqhom iktar tard.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, xi ħadd semma dak li għamilna għar-rigward il-lukandi, u li kienet suċċess kbir.", "Bħala MEPA għandna l-intenzjoni li anke fejn jidħlu retirement homes, nikkunsidraw jekk nistgħux niffaċiltaw ċertu relaxation tal-height limitation biex preċiżament innaqqsu mill-bżonn li nieħdu l-footprint.", "MADAM CHAIR: Ejjew naħdmu flimkien ħalli nżommu lill-pajjiż tagħna fuq wiċċ l-idejn u mhux ngħarrquh.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Għandi punt ieħor li jirrigwarda urban objective 3.", "F'paġna 22 hemm hekk:", "Aħna qed ngħidu li din mhijiex ċara biżżejjed u jista' jkun li se tagħti lok biex żoni ta' żvilupp jiġu estiżi u mkabbrin.", "L-aħħar darba s-CEO qal li se tidħol biċċa u toħroġ oħra; ma nafx eżattament kif se ssir.", "Jien naħseb li din trid tiġi ċċarata u rrid ngħid li aħna ma naqblux li ssir ebda extension ta' ODZs li hemm bħalissa.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Fir-rigward taċ-ċaqliq tal-konfini tal-iżvilupp, nhar it-Tnejn għedtu li għall-kuntrarju ta' dak li hawn fid-draft SPED, dak li se jidħol f'ammont se jitneħħa u allura l-art fabbrikabbli in total area se tibqa' l-istess.", "Issa jien xtaqt nistaqsi x'vested rights għandhom dawk li għandhom artijiet li huma fabbrikabbli u li issa l-Gvern se jneħħihielhom.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-istess vested rights li kellhom dawk in-nies li fl-1988 tneħħitilhom l-art minn żona tal-iżvilupp.", "Jekk kellhom vested rights u riedu jfittxu lill-Gvern, kellhom kull dritt li jfittxu lill-Gvern.", "RYAN CALLUS: Hawnhekk qed nitkellmu fuq artijiet tal-Gvern, jew anke artijiet tal-privat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed nitkellmu fuq artijiet in ġenerali.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jekk se noqogħdu nitkellmu fuq vested rights, ngħid li fl-1987 kien hemm min kellu vested right, u tneħħielhom, u kien hemm min ma kellux vested right fl-2006 u ngħatalu.", "Issa jekk hawn xi gvern jew xi amministrazzjoni li għandha superjorità… Li qed jgħid dan l-iSPED, kuntrarju għal dak li ġara fl-2006, huwa li kemm jista' jkun ma jiżdiedx il-footprint tad-development zones.", "MADAM CHAIR: U dwar dan qed tassigura lill-Kumitat?", "MICHAEL FALZON: Jien ma jien xejn, jien parti minn amministrazzjoni.", "Aħna rridu li kemm jista' jkun il-footprint ma tintmissx.", "Issa ta' min se noħorġu u ta' min m'aħniex se noħorġu, bir-rispett kollu, la huwa lok ta' dan il-Kumitat, u lanqas tal-Oppożizzjoni.", "Jekk se nippretendu li issa nistgħu nibdew niddettaw x'jidħol u joħroġ, naħseb li nkunu qed naqbżu l-limitu!", "RYAN CALLUS: Onor. Falzon, bir-rispett kollu, jien kulma għamilt kienet domanda fejn esprimejt it-tħassib ta' xi persuni, jiġifieri m'għamiltx xi stqarrija.", "Naħseb li huwa fid-dmir tagħna li nagħmlu dan!", "Callus li l-eżerċizzju mhux se jsir bl-istess mod li sar fl-2006, imma se jsir ħafna u ħafna aħjar.", "MADAM CHAIR: Jien nitlob lil dan il-Gvern, li tant stinkajt biex intella', biex jekk se ssir xi ħaġa, issir b'mod trasparenti u akkontibbli għax il-pubbliku jrid ikollu fiduċja fl-amministrazzjoni; jekk tintilef dik il-fiduċja, l-awtorità tikkrolla!", "Importanti li l-iżbalji li saru qabel ma nirrepetuhomx.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, illum qisna m'għandniex demokrazija u kulħadd qisu ġo straitjacket lanqas jista' jieħu nifs, mentri l-istructure plan ma kellu xejn minn dawn l-istatements, jiġifieri li jista' jkun ma nkabbrux.", "MADAM CHAIR: U għamlu ħażin ħafna.", "MICHAEL FALZON: Jien m'iniex se nidħol fil-mertu, imma issa ma nippruvawx nagħmlu kruċjata qisna qed nippruvaw nagħmlu xi ħaġa meta l-iSPED fih il-limitazzjonijiet tiegħu.", "L-istructure plan ma kienx fih dawk il-limitazzjonijiet u kulħadd jaf x'ġara fl-2006, u privatament lest li ngħid fejn sar dak l-eżerċizzju.", "MADAM CHAIR: M'hemmx għalfejn.", "Huwa biżżejjed li jkollna moħħna mistrieħ li żbalji li saru fil-passat ma jintużawx bħala skuża biex aħna nagħmlu iktar żbalji u nkomplu nħarbtu l-ftit li baqa' mill-kampanja u mill-ġmiel ta' pajjiżna.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Xtaqt nagħti eżempju ta' kif l-implimentazzjoni tal-pjan mhux ċar.", "F'paġna 24, rural objective 1, hemm miktub hekk:", "X'inhuma l-kriterji?", "Hija xi ħaġa li tant hija high level li mhijiex ċara kif se tiġi mplimentata.", "MADAM CHAIR: Nistgħu nikkwalifikawha skont l-agricultural plan.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Pereżempju f'rural objective 4 hemm miktub \"carrying out a re-appraisal of designated areas\" u mhuwiex ċar x'se jsir.", "Xi kriterji se jintużaw?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Inwieġeb darb'oħra.", "MADAM CHAIR: Mela ħudu konoxxenza tal-punti li qed jitqajmu u wieġbu darb'oħra.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Li qed ngħid jien huwa li l-kriterji mhumiex ċari, jiġifieri d-dokument m'għandux użu prattiku.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Dr. Caruana Dingli għandha kull dritt li tagħmel il-kummenti tagħha u aħna għandna l-obbligu li nisimgħu lil min għamel dan ix-xogħol, li wara kollox huwa volontarju, biex norqmu dan id-dokument ħalli jkun l-aħjar dokument li jista' jkollna.", "Ħalli nispjega kif se nipproċedu.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra se jieħdu l-proposti li ġew imressqa quddiem il-grupp parlamentari rispettiv tagħhom sabiex jiddeċiedu jiġux inklużi bħala emendi mal-emendi l-oħra li diġà hemm fir-riżoluzzjoni.", "Jista' jkun hemm grupp parlamentari li jiddeċiedi li ma jinkludihomx u jista' jkun hemm grupp parlamentari li jiddeċiedi li jinkludihom, però jien naħseb li se naslu biex ikollna dokument ħafna aħjar milli kellna meta bdejna niddiskutuh f'dan il-Kumitat.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Irrid ngħid li dawn is-suġġerimenti għamilnilhom minn nhar it-Tnejn sal-lum, però konna għamilna kummenti oħrajn fiż-żmien tal-konsultazzjoni pubblika, u ma nafx għalfejn dawn se jittieħdu in konsiderazzjoni u l-oħrajn le.", "U m'iniex qed nirriferi għall-kummenti li għamlet Din l-Art Ħelwa biss, imma naħseb li kien hemm ta' oħrajn; tal-Malta Developers' Association, tal-Kamra tal-Periti, u anke ta' ħafna individwi.", "Safejn naf jien kważi xejn minnhom ma ġie kkunsidrat u nkluż.", "MADAM CHAIR: Però għal dan il-Kumitat jien stedint lil kulħadd.", "Peress li qaluli li fil-konsultazzjoni not many things were taken up, allura ħadna l-intrigu li niġu hawn.", "Jien xorta se nipprova nindaga biex nara x'nistgħu nagħmlu ħalli nkomplu ntejbu, però kont nippreferi kieku jekk kien hemm minn għamel suġġerimenti oħra li bihom stajna ntejbu l-prodott aħħari, kien ikun hawn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Dr. Caruana Dingli, dawn il-proposti li qegħdin tagħmlu, għamiltuhom diġà u ma ġewx milqugħa, jew huma proposti ġodda?", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Meta aħna għamilna l-proposti tagħna s-sena l-oħra għedna li ma naqblux mad-direzzjoni ta' dan id-dokument.", "U l-punt prinċipali tagħna kien dejjem dak.", "Dawn il-proposti għamilnihom f'dak iż-żmien ta' konsultazzjoni u ġew injorati.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma għaliex ma daħħaltuhomx jekk kontu daqshekk...(Interruzzjonijiet) Imma nista' nistaqsiha jien?", "MADAM CHAIR: Staqsiha kemm trid, imma issa qegħdin quddiem il-Kumitat tiegħi u jien irrid niddeċiedi, flimkien magħkom...", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma jien sejra nkellem lura lill-grupp parlamentari tiegħi, u dawn id-domandi se jagħmluhomli.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Aħna għamilna proposta li l-iSPED jiġi rivedut bil-policies u b'kollox mhux b'xi sentenza 'l hawn u 'l hemm.", "Dak ma sarx u allura issa fadlilna biss iċ-ċans li forsi ndaħħlu sentenza 'l hawn u 'l hemm.", "Il-kumment tagħna sena ilu kien differenti.", "Fil-fatt konna ġejna f'dan il-Kumitat u għamilna proposta, li fost affarijiet oħra tgħid li l-policies li kellhom isiru – saret xi 12-il policy minn dak iż-żmien 'l hawn – ma jiġux approvati qabel ma ssir il-viżjoni.", "Jiġifieri l-punt tagħna dak iż-żmien kien ħafna ikbar minn dan; dan qisna qed nippruvaw nagħmlu patching up biex nippruvaw insaħħu l-environmental safeguards.", "DEBORAH SCHEMBRI: Grazzi tal-kjarifika għax għalija kien importanti li nkun naf jekk sarux qabel jew le.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Iva, konna għamilna proposti ħafna ikbar u ħafna iktar serji minn dawn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien smajthom kollha u lesta li niddiskutihom eċċ., però nħoss – u naħseb li ta' min jgħidha – li dan li qed nagħmlu llum will set an ugly precedent.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: It will set a beautiful precedent għax qed inwessgħu d-demokrazija, Onor. Schembri, mhux inċekknuha!", "DEBORAH SCHEMBRI: Bir-rispett kollu, jien naħseb li b'dak li qed nagħmlu llum qegħdin noħolqu preċedent...", "MADAM CHAIR: Meta toħloq preċedent tajjeb mhijiex xi ħaġa ħażina.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nerġa' ngħid li llum qed noħolqu preċedent ikrah għax qisna qegħdin ngħidu li minkejja li jkun hemm id-dati li nagħtu għall-konsultazzjoni pubblika, jekk ikun hemm suġġerimenti oħra, sakemm jgħaddu minn dan il-Kumitat, jistgħu jibqgħu ġejjin.", "MADAM CHAIR: Le, mhux hekk qed ngħidu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hekk qegħdin ngħidu!", "Qed ngħidu li jekk il-kummenti ma jsirux fiż-żmien tal-konsultazzjoni, jistgħu jiġu hawn… (Interruzzjonijiet)", "Kien hemm konsultazzjoni fejn saru s-suġġerimenti, però kull suġġeriment li sar, ġie njorat.", "Jiġifieri l-messaġġ hu: Ejjew bis-suġġerimenti u l-ħin tagħkom u aħna se ninjorawhom!", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, ma tistax tgħid dan għax dawn is-suġġerimenti m'għamiltuhomx!", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jien m'iniex qed ngħidlek għal dawn.", "Inti rajthom l-oħrajn li għamilna?", "(Interruzzjonijiet) Hemm ħafna u ħafna aktar.", "DEBORAH SCHEMBRI: Madam Chair, jien ma rrid inċekken id-demokrazija ta' ħadd.", "MADAM CHAIR: Aktar ma nagħtu saħħa lis-soċjetà ċivili aktar dan il-pajjiż jitmexxa sew.", "DEBORAH SCHEMBRI: Is-soċjetà ċivili kellha żmien...", "MADAM CHAIR: Aħna qed inwessgħu d-demokrazija.", "Dan huwa preċedent li aħna kburin bih.", "DEBORAH SCHEMBRI: Is-soċjetà ċivili mhux talli kellna ż-żmien biex tagħmel is-suġġerimenti, talli ż-żmien kien ġie mtawwal.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Imma x'sar minn dawk is-suġġerimenti kollha?", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhux talli kien hemm żmien ta' konsultazzjoni, talli ġie mtawwal, and as yet, kontra r-rule of law li tkellmet fuqha s-Sinj.", "MADAM CHAIR: Onor. Schembri, naħseb li lanqas taf xi tfisser ir-rule of law.", "Qegħdin tinjoraw lis-soċjetà ċivili.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Jiena naħseb li l-konsultazzjoni ma ġietx irrispettata għax is-suġġerimenti li saru fil-konsultazzjoni ġew injorati kollha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma tistax tgħid li ma laqgħuhomx, imma m'għamiltuhomx.", "MADAM CHAIR: Le, għandek żball.", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, m'għandix żball għax qaltli s-Sinjura stess.", "MADAM CHAIR: Għandek żball u se nfehmek għaliex.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena nara din minn lenti totalment differenti.", "Jiena pjuttost nara kemm hawn inizjattiva proattiva min-naħa tal-NGOs.", "Qed ngħid hekk għax kien hemm il-perjodu ta' konsultazzjoni, huma flew id-dokument u taw l-opinjonijiet li ħasbu li huma fl-aħjar interess biex dan id-dokument jiġi upgraded, u s-suġġerimenti li taw ġew injorati kompletament.", "Mela allura huma kellhom żewġ options; jew joqogħdu b'idejhom fuq żaqqhom u jgħidu li huma għamlu l-proposti, ġew injorati, m'hemmx x'tagħmel, jew inkella jerġgħu jieħdu biċċa xogħol oħra u jgħidu \"let's see what else we can propose biex almenu nirranġaw parti mid-dokument\".", "Jien naraha bħala xi ħaġa pożittiva li minflok qatgħu qalbhom wara li l-ewwel opinjonijiet tagħhom ġew discarded, reġgħu ħadu l-inkarigu, reġgħu flew id-dokument kollu biex joħorġu b'soluzzjonijiet fejn aħna, bħala Kumitat, nistgħu nippruvaw naqblu fuqhom.", "U jien, xi ħaġa bħal dik, infaħħarha u mhux nipprova nkissirhom talli llum ġew hawnhekk u ppreżentaw l-opinjonijiet tagħhom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena li jimpressjonani hu – u qed ngħidha issa biex ma jkunx hemm xi ħadd jgħidli li waqqaftu milli jitkellem; smajt lil kulħadd – kif jiġu hawnhekk NGOs li biex ineħħu loopholes mis-sistema, joħolqu loopholes f'din is-sistema, meta huwa proprju r-raison d'ètre għalfejn qegħdin tgħidu li tridu tagħmlu dan.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Liema loopholes ħloqt jiena?", "MADAM CHAIR: Ħalli ngħid żewġ kelmiet jien.", "Jiena ħassejt li għandi nagħti din l-opportunità għax kien jidher ċar in-nuqqas kbir fil-livell ta' konsultazzjoni tal-ħarsien jew tas-smigħ ta' dak li kienu qed jgħidu l-NGOs.", "Dan huwa kumitat parlamentari u aħna hawnhekk rappreżentanti eletti mill-poplu u f'din l-istituzzjoni demokratika, jekk jirnexxielna nwessgħu d-demokrazija, kif għamilna llum għax erġajna smajna lill-NGOs… Fis-1:30a.m. tal-lum irċevejt e-mail bil-proposti tagħhom.", "Jiġifieri dawn, b'mod volontarju, jiġifieri mhux bħal dawk il-ħafna li jħaxxnu bwiethom u ma jagħtux ġurnata xogħol lill-pajjiż, reġgħu ġew hawnhekk, għax sejjaħnilhom, biex jagħtu kontribut lill-pajjiż ħalli jtejbu l-iktar dokument importanti li se jkollna in vigore għas-snin li ġejjin.", "Imbagħad jiġi xi ħadd hawnhekk li huwa parti mill-moviment li jiena nagħmel parti minnu u jgħid li f'dan il-Kumitat illum inħoloq preċedent ikrah!", "Kien jinħoloq preċedent ikrah kieku ppruvajna nsoddulhom ħalqhom!", "Mhux talli ma nsoddulhomx ħalqhom talli.… (Interruzzjonijiet)", "DEBORAH SCHEMBRI: Madam Chair, ma ppruvajtx insoddilhom ħalqhom bl-ebda mod.", "MADAM CHAIR: Iva, għax għedt li huwa preċedent ikrah.", "DEBORAH SCHEMBRI: Madam Chair, tant ma ppruvajtx nagħmel dan, li għedt dan wara.", "MADAM CHAIR: Onor. Schembri, ħu paċenzja ħallini nitkellem għax int tkellimt; itfi l-mikrofonu.", "Inti għedt li hawnhekk ħloqna preċedent ikrah, jiġifieri kieku kont inti qed tippresjedi dan il-Kumitat ma kontx tagħtihom l-opportunità li jiġu hawnhekk u jaqsmu magħna dak li huma jistgħu jikkontribwixxu lejn il-pajjiż.", "Fil-Kumitat tiegħi, sakemm nitħalla Chairperson tiegħu, is-soċjetà ċivili kollha tista' tiġi hawnhekk u ssemma' leħinha dirett mar-rappreżentanti tal-poplu.", "Qed ngħid hekk għax meta mmorru fil-Plenarja dawn mhumiex se jkunu parti mid-dibattitu.", "L-uniku mod li jistgħu jikkontribwixxu huwa permezz tal-media jew b'xi modi li jistgħu jiġu rrappurtati, tajjeb jew ħażin.", "Jiena tajthom l-opportunità biex jiġu hawnhekk, f'dan il-Kumitat flimkien mar-rappreżentanti eletti direttament mill-poplu.", "Nerġa' ngħid li dan mhuwiex preċedent ħażin, imma huwa wieħed mill-isbaħ preċedenti, u nissuġġerilek, Onor. Schembri, biex fil-Kumitati tiegħek tagħmel l-istess.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Grazzi, Madam Chair.", "L-għeruq tiegħi ġejjin minn NGO fejn kont ili membru tagħha għal iktar minn 25 sena, jiġifieri nista' nifhem kif iħossuhom l-NGOs.", "Illum jien Membru Parlamentari, imma għeruqi, minn fejn ġej, ma jien se ninsihom qatt għax huma parti minni.", "Jien ma nara xejn ħażin, if we are true environmentalists, li nibqgħu nipperseveraw biex naslu, b'mod partikolari f'din il-gżira ċkejkna li għandha ċerti karatteristiċi li huma ewlenin għaliha, bħal gżejjer oħra Mediterranji jew gżejjer oħra fid-dinja fejn fil-qasam internazzjonali ta' policies għandhom aġenda għalihom minħabba raġunijiet ovvji li kulħadd jafhom.", "Allura jien ma nara xejn ħażin li nissalvagwardaw u nagħmlu distinzjoni bejn dak li huwa sit u bejn dak li huwa proġett innifsu.", "Ma naqbilx li Malta għandha tkun totalment ODZ, imma għandu jkun hemm bilanċ.", "Pereżempju, jekk għada pitgħada naħsbu li nagħmlu pont bejn Malta u Għawdex minflok inħaffru, wisq probabbi se tintuża Kemmuna li hija kollha ODZ.", "Jiġifieri trid tħalli dik il-loophole, li permezz tagħha fejn kwalunkwe gvern tal-ġurnata, jekk irid jasal fi proġett, jista' jasal.", "Jiena ħadt sehem kbir – u nixtieq hawnhekk nirringrazzja lis-CEO tal-MEPA li qiegħed preżenti hawnhekk – meta ġejna biex nagħmlu l-health village għall-Isptar Mater Dei way back in 2013.", "Dak kien proġett li twettaq 25 sena ilu, illum pajjiżna evolva iktar u għandna nħarsu iktar b'mod iffukat meta nħarsu lejn l-ambjent innifsu.", "Jekk din l-istituzzjoni trid verament toqrob lejn in-nies, għandna nagħtu kull ċans sabiex kull kumitat permanenti jkun ta' pjattaforma għal kull min irid isemma' leħnu.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jien noġġezzjona bil-qawwa kollha li xi ħadd jgħid li kien hawn nuqqas kbir ta' konsultazzjoni.", "Għedtha fil-bidu, u se nerġa' ngħidha b'responsabilità; ejjew ma ngħidux li kien hawn nuqqas kbir ta' konsultazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Le, Madam Chair.", "Jekk kien hawn xi ħadd li żgur ma interrompa lil ħadd huwa jien, u nippretendi li issa juru rispett lejha kif nuri jien lejn kulħadd.", "Mhuwiex minnu li ngħidu li kien hawn nuqqas kbir ta' konsultazzjoni.", "Kull NGO u kull individwu kellhom kull opportunità sabiex jagħmlu konsultazzjoni.", "Il-perjodu tal-konsultazzjoni ġie rduppjat.", "Meta jien kont iltqajt magħhom ftit wara li sirt Segretarju Parlamentari, l-attitudni ta' Din l-Art Ħelwa dwar dawn il-punti kienet – hawn min qed jipprova jgħaddi snide remarks u anke l-ewwel darba li ltqajt magħhom hekk għamlu, però jien m'għandix problema; għalhekk qiegħed fil-politika u kapaċi niħħendiljahom ukoll – li ma xtaqux jitkellmu fuq l-iSPED għax bdew jikkontestaw li dan mhuwiex SPED jew Pjan Strutturali.", "Illum għamlu l-punti tagħhom u jien m'għandix diffikultà, imma li ngħidu li ma kienx hemm konsultazzjoni u li l-konsultazzjoni qed issir biss issa, mhuwiex fair.", "Jien illum kelli attività oħra… (Interruzzjonijiet) Madam Chair, jien qed nikkwota x'intqal: Nuqqas kbir ta' konsultazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Le, Madam Chair, naf x'qed ngħid għax niżżiltha.", "Xi ħadd qal verba volant, scripta manent u jien nemmen fiha.", "Ejjew ma nippruvawx nerġgħu nużaw il-kliem \"nuqqas ta' konsultazzjoni\".", "Aħna qed nisimgħuhom jagħmlu l-punti tagħhom, ma ġarx xejn b'daqshekk, m'iniex qed noġġezzjona, imma ejjew inkunu ċari x'aħna ngħidu, mhux ngħidu li ma kienx hawn konsultazzjoni.", "Ejjew ngħidu li biddlu l-opinjoni u issa qed naċċettaw li d-direzzjoni tal-Gvern, li hija l-iSPED, tkun xi ħaġa strateġika, mhux ngħidu li ma kienx hawn konsultazzjoni, għax it's unfair.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar il-famużi policies għax reġgħu issemmew.", "Dan huwa Gvern li jiddeċiedi.", "Min ma jogħġbux, jagħmel hu, imma li nibqgħu ninsistu li m'għandniex nagħmlu policies sempliċement għax m'għamilniex l-iSPED, is not on. Jien parti mill-Gvern u jekk jidhrilna li hemm bżonn nagħmlu 20 policy, nagħmlu 20 policy.", "Ma jistax ikun li nħallu lakuni fil-pajjiż għax għad m'għandniex SPED u pjan strutturali.", "M'għandniex nispiċċaw hawnhekk noqogħdu nikkritikaw għax għamilna l-policies qabel ma l-iSPED; policies saru u se jibqgħu jsiru.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Madam Chair, nixtieq nagħmel kumment tal-aħħar.", "MADAM CHAIR: Agħmel kumment tal-aħħar, imbagħad nagħlqu l-laqgħa.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-kumment li xtaqt nagħmel hu li jien fl-ebda ħin ma għedt li ma nirrispettax il-ħin kollu li l-NGOs jagħtu biex jiġġieldu l-ġlidiet tagħhom.", "Kif diġà għedt qabel, irridu ma nkunux nafu x'qed ngħidu jekk xi ħadd minna jgħid li ma jridx jipproteġi, jew l-ambjent, jew il-patrimonju Malti.", "Jien napprezza kemm ix-xogħol kif ukoll il-fatt li jagħmluh.", "Li qed nikkontesta jien mhux li jagħmluhom, jew li jibqgħu jippruvaw sal-aħħar, kif qal l-Onor.", "Kieku jiena parti minn NGO nibqa' nipprova, jiġifieri nifhem il-punt.", "Jien naqbel mas-Sinj.", "Jien ġejja mill-kamp legali u nemmen ħafna fir-rule of law u nemmen ħafna li r-regoli qegħdin hemm l-istess għal kulħadd.", "Jekk tmur għand imħallef b'nota ta' sottomissjonijiet l-għada li suppost ħadtha, tista' tkun tlift 'l ommok għax ma jaċċettahielekx; is-sistema ġudizzjarja u s-sistema tar-regoli qiegħda hemm għal kulħadd.", "Jiena ma ridtx inwaqqaf lil xi ħadd milli jitkellem, anzi għażilt li nagħmel il-punt tiegħi wara li tkellimtu kollha u wara li smajtkom u ddiskutejt magħkom proprju għax ma ridt inwaqqaf lil ħadd.", "Il-punt tiegħi hu li meta jkun hemm ġranet li jiġu mtawwla sabiex tkun tista' issir konsultazzjoni, let's make sure that we put all our efforts into it whatever it is, ħalli ma nerġgħux nispiċċaw f'sitwazzjoni bħal tal-lum għax naħseb li iva, xi ħaġa bħal din toħloq preċedent mhux sabiħ.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "LEO BRINCAT: Jiena niddefendi all the way id-dritt ta' kull NGO li tibqa' toħroġ bl-ideat tagħha, biss nifhem is-sentiment tal-kollega tiegħi.", "M'iniex qed nadvoka li għandu jkun hemm xi sarima, jew li b'xi mod jew ieħor nirrestrinġuhom.", "Meta ġejna għar-riforma tal-MEPA fl-2010, kellna understanding bejn iż-żewġ naħat fil-Kamra, li indipendentement mill-emendi li konna ressaqna in advance, kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll min-naħa tal-Gvern stajna noħorġu b'emendi anke fil-Kamra nnifisha.", "Allura nkunu qed nużaw double standards jekk ngħidu what's good for parliamentarians is not good for NGOs, imma nifhem il-punt li għamlet il-kollega tiegħi li rridu naħdmu b'mod strutturat.", "Il-mistoqsija li se nagħmel issa – u li se nagħlaq biha – mhijiex intiża biex nuża xi divide and rule tactic jew strategy vis-à-vis dawn is-sottomissjonijiet, anzi se nagħmilha biex jien, bħala Ministru respnsabbli mill-Ambjent, meta se nagħmlu diskussjoni interna fuq livell ta' grupp parlamentari – kif issuġġerejt inti, Madam Chair – inkun illuminat aħjar dwar dawn il-proposti.", "Inkunu qed niggwidaw ruħna aħjar jekk inkunu nafu – jekk hemm hypothetically 20 proposta jew emenda – li nkunu nafu kemm minn dawn l-20 kienu fis-sottomissjonijiet oriġinali u kemm minnhom nibtu f'dawn l-aħħar ġranet.", "Biex nagħti eżempju wieħed biss – u mhux biex nidħol fuq issue polemikuża – insemmi thematic objective li titkellem dwar national nature parks especially in the south of Malta.", "M'iniex qed nikkontesta dak li qed jgħidu huma; narawh fuq il-merti tiegħu u nagħtuh il-weight daqslikieku kienet emenda oħra, ħalliha li ma nistax nifhem għaliex in-north of Malta m'hijiex inkluża, imma dak mhux il-lok li ngħaddi ġudizzju fuqu.", "Ikun ta' għajnuna għalina, li se nagħmlu d-dibattitu intern fil-gruppi parlamentari rispettivi, li jkollna sempliċement demarcation line.", "M'iniex qed ngħid li għandhom jonqsu, jiġifieri jekk pereżempju hemm 20, għandhom isiru għaxra, jew li ngħidu li hemm minnhom li daħlu too late, imma almenu jkollna linja gwida fejn naraw liema huma s-sottomissjonijiet oriġinali li fil-fehma tagħhom ġew glossed over u liema huma s-sottomissjonijiet li setgħu daħlu ftit minuti ilu.", "U dan qed ngħidu biex kulħadd ikollu linja gwida biex nagħtu l-weighting xieraq lil kull proposta li saret.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Dr. Caruana Dingli, nitolbok tagħmel il-concluding remarks ħalli nikkonkludu l-laqgħa.", "DR. PETRA CARUANA DINGLI: Nixtieq ngħid li fil-public consultation kien hemm ħafna, ħafna sottomissjonijiet, u mhux minn Din l-Art Ħelwa biss.", "Meta għedt li dawn ġew injorati, ma kontx qed nirriferi għas-sottomissjonijiet ta' Din l-Art Ħelwa, imma ta' ħafna entitajiet u individwi oħra.", "Jien ma nistax nemmen li ma kienx hemm suġġeriment wieħed fost dawk kollha li ma kienx tajjeb biżżejjed biex jiġi nkorporat fid-dokument.", "Nista' ngħid li jekk hemm ma nafx bihom għax id-dokument kważi ma nbidel xejn, ħlief għal xi ftit emendi li jidhru li qishom saru mill-Gvern u mhux ħarġu mill-konsultazzjoni.", "Id-dokument kważi baqa' l-istess mill-2012 u ma nistax nifhem kif xejn ma ttieħed on board.", "Dan id-dokument issa sar qisu l-konsultazzjoni kollha, meta fil-fatt dan sar malajr bejn nhar it-Tnejn u llum; lanqas nista' ngħid li kollox huwa perfett u verament tridu tieħdu in konsiderazzjoni li sar ta' malajr.", "Jiġifieri issa mhux tiffukaw fuq xi punt li huwa forsi ftit iktar dgħajjef mill-oħrajn u tagħmluh bħala punt kbir, għax mhu veru xejn.", "Jien ma nafx kemm kien hemm sottomissjonijiet mill-public consultation, inkluż dawk li saru fl-2012 u fl-2014, u jien naħseb li l-punt tad-diskussjonijiet li se jsiru fil-gruppi parlamentari tagħkom ma jridx ikun biss fuq dawn, imma fuq l-oħrajn kollha u tridu taraw għalfejn dawn ġew injorati kollha.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "Biex jiena nillumina ftit lil min qed isegwina rrid ngħid li l-motivazzjoni tiegħi li niftaħ dan il-Kumitat għall-konsultazzjoni jew suġġerimenti, wara konsultazzjoni huwa proprju għax qed nosserva li fil-ħidma ta' dan il-Gvern, qed issir konsultazzjoni, u konsultazzjoni wiesgħa, però ħafna drabi, jew ikun jidher with hindsight jew anke with foresight li it is a fait accompli, jew inkella l-NGOs u l-pubbliku jiġu mistiedna biex jidħlu għal ħafna intrigu u xogħol imbagħad ma jiġux ikkalkulati.", "Allura jiena nħoss li jekk qed nara deffiċjenza fil-Gvern – li jiena ħdimt biex tellajt u rridu jibqa' hemmhekk għal 20 sena – jiena nimliha b'dan il-Kumitat.", "Fl-ebda ħin m'għedna li ma kienx hemm konsultazzjoni, imma tista' tagħmel dik li nsejħulha konsultazzjoni finta.", "Jiena nibża' li aktar ma jgħaddi ż-żmien din it-tip ta' konsultazzjoni finta tista' żżid, u jiena qiegħda nistinka biex aħna nimxu mal-Manifest Elettorali tagħna li s-soċjetà ċivili ninkluduha bil-fatti u mhux bil-kliem.", "Għalhekk dan il-Kumitat, sakemm hawn jiena nippresjedih, se jibqa' jopera b'dan il-mod.", "Jien m'għandix kliem biex nirringrazzja lil kull min ikkontribwixxa, u lill-uffiċjali li wara kollox nifhem li jingħataw brief li jridu jimxu miegħu, imbagħad jiġu hawnhekk jirrispondu għal dak li huma kultant ikunu mġiegħla jagħmlu.", "Jiġifieri jiena nifhem il-pożizzjoni tagħkom u nirringrazzjakom.", "Issa tiġu msejħa għal laqgħa oħra wara li jkollna konsultazzjoni mal-Parliamentary Groups rispettivi tagħna.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fit-8:35p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150520_016d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 20 ta' Mejju, 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:35p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Marthese Portelli; u l-Onor.", "Deborah Schembri (sostitut), kienu preżenti.", "Kienu preżenti u pparteċipaw ukoll fil-laqgħa, l-Onor.", "Leo Brincat (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima); l-Onor.", "Michael Falzon (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva); l-Onor.", "Toni Bezzina; u l-Onor.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna wkoll jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 15 li saret fit-18 ta' Mejju 2015, ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-PJAN STRATEĠIKU GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR MAĦRUĠ MILL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR U L-EMENDI PROPOSTI GĦALIH (KONT.).", "Fil-bidu tal-laqgħa Madam Chair fakkret lill-Kumitat li mill-aħħar laqgħa tal-Kumitat kienet irċeviet sottomissjonijiet b'kummenti dwar l-iSPED mingħand Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth u Malta Water Association, u li kopja tagħhom kienet diġà tqassmet lill-Membri tal-Kumitat u lill-MEPA.", "Is-Sur Johann Buttigieg u s-Sur Joseph Gauci, Chief Executive Officer u Unit Manager fil-MEPA rispettivament, kif ukoll Dott. Petra Caruana Dingli mill-Għaqda Din l-Art Ħelwa u s-Sinj.", "Louiselle Pace Gouder mill-Għaqda Friends of the Earth, ġew mistiedna jieħdu parti fid-diskussjoni u anke rrispondew għad-domandi li sarulhom.", "Fuq talba tal-Ministru Leo Brincat, il-Kumitat qabel li l-MEPA kellhom jagħtu lill-Kumitat informazzjoni dwar liema mis-sottomissjonijiet li ġew mibgħuta mill-NGOs mill-aħħar laqgħa kienu ġew magħmula waqt il-perjodu ta' konsultazzjoni u liema ma kenux.", "Madam Chair talbet sabiex meta din l-informazzjoni tkun lesta u tkun mibgħuta lill-Kumitat, il-Membri tal-Kumitat iressqu s-sottomissjonijiet mibgħuta mill-NGOs quddiem il-grupp parlamentari rispettiv tagħhom, sabiex wara jkun jista' jerġa' jiltaqa' l-Kumitat fejn jittieħed vot dwar jekk dawn kellhomx jiġu nklużi bħala emendi għar-riżoluzzjoni.", "Id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fit-8:35p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150520_016m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 12", "It-Tnejn, 25 ta' Mejju 2015 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Mejju 2015 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni tal-Minuti;", "\"Is-Sitwazzjoni fil-Libja.\"", "Prezentazzjoni minn Dr Mario Vella, Chairman, Malta Enterprise.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150525_012a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 12", "It-Tnejn, 25 ta' Mejju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Laqgħa Nru 12", "It-Tnejn, 25 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nru 10 u 11 li saru fil-11 ta' Frar 2015 u fit-8 ta' Mejju 2015, rispettivament, ġew konfermati.", "IS-SITWAZZJONI FIL-LIBJA", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Navża lill-Membri li din il-laqgħa tal-Kumitat hija streamed live fuq il-website tal-Parlament kemm b'mod viżwali kif ukoll bl-awdjo.", "Minnufih ngħaddu għall-ewwel item li għandna fuq l-aġenda.", "Din il-laqgħa qed issir wara li l-kelliema tal-Oppożizzjoni fuq dan il-Kumitat talbu formalment li ssir laqgħa sabiex tiġi diskussa s-sitwazzjoni fil-Libja.", "Bħala Chairperson ilqajt din l-istedina u tlabt lill-Malta Enterprise biex tagħti preżentazzjoni lil dan il-Kumitat u tgħidilna kif qed tiżvolġi s-sitwazzjoni fil-Libja bħalissa, u x'inhu jagħmel il-Gvern tramite l-Malta Enterprise biex ikun jista' jindirizza din l-issue.", "Għalhekk nistieden ir-rappreżentanti tal-Malta Enterprise, lil Dr Mario Vella, Executive Chairman, iċ-Chief Operating Officer Ms Marika Tonna kif ukoll is-Sur Brian Camilleri Manager, Economic And Market Research sabiex jingħaqdu magħna.", "Nixtieq inżid ukoll li bgħatna l-aġenda tal-laqgħa tal-lum liċ-Chamber of Commerce, lill-GRTU kif ukoll lill-MEA, li lkoll laqgħu l-istedina u magħna hawn ir-rappreżentanti tagħhom sabiex isegwu din il-laqgħa.", "DR MARIO VELLA (Executive Chairman, Malta Enterprise): Sur President, grazzi tal-istedina.", "It-title skont l-aġenda huwa forsi daqsxejn sfokat peress li qed jgħid \"Is-Sitwazzjoni fil-Libja\".", "Aħna se nitkellmu fuq is-sitwazzjoni hawn Malta kif ġiet impattata mis-sitwazzjoni fil-Libja.", "Nagħmel kumment qasir ukoll dwar it-titlu tal-powerpoint presentation li hu \"Aspetti tal-Impatt Ekonomiku tal-Kriżi fil-Libja\".", "Kien hemm ċerti aspetti li ma stajniex nitkellmu dwarhom.", "Pereżempju ma dehrilniex li għandna niffukaw fuq l-infiq ta' persuni Libjani f'Malta.", "Il-preżentazzjoni hija maqsuma f'erba' biċċiet.", "L-ewwel parti hija t-timeline, għax inkella ċerti bidliet ma jinftehmux, imbagħad nitkellmu fuq is-sitwazzjoni kif qed narawha hawnhekk in macro terms.", "L-aħħar parti hi dwar il-miżuri li qed jittieħdu jew li jistgħu jittieħdu.", "Dawn il-miżuri jerġgħu jinqasmu fi tnejn; miżuri għar-relief immedjat li issa ilhom fis-seħħ għal ċertu żmien, u miżuri ta' tip strateġiku, li iktar jiffokaw fuq kif nistgħu ngħinu lill-kumpaniji kemm dawk impattati kif ukoll dawk li jistgħu jużaw ċerti opportunitajiet li jippreżentaw il-mument.", "Dan biex ma nagħmlux l-istess żbalji tal-imgħoddi u naqgħu fit-tentazzjoni li we put all our eggs in one basket.", "Kieku kellna iktar ċans, it-timeline konna nagħmluha b'mod iktar intiża biex tispjega ċerti effetti li ġraw f'Malta b'mod iktar granulari, imma l-iktar importanti huwa li fi Frar/Ottubru 2011 kien hemm il-bidu tar-riżurezzjoni kontra r-reġim ta' Ghaddafi, imbagħad f'Ġunju 2014 il-qorti suprema f'Tripli ddikjarat lill-gvern bħala wieħed illegali.", "F'Lulju tal-2014 sploda kollox meta bdew jagħlqu l-ambaxxati, in-Nazzjonijiet Uniti ħarġet minn hemmhekk, il-barranin bdew jitilqu u l-ajruporti bdew jagħlqu off and on imma ma kenux iktar prattikabbli b'mod sigur.", "Il-Malta Enterprise kellha feel ta' dan kollu għax kellna l-persuni tagħna on the ground sa kważi l-aħħar ajruplan tal-Medavia li telaq minn hemm, peress li konna qed ngħinu lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin biex jgħin fil-ħruġ tal-Maltin.", "F'din il-preżentazzjoni mhux se nitkellem fuq is-sitwazzjoni li hemm fil-Libja imma kif din affettwat is-sitwazzjoni f'Malta.", "Se niffoka fuq tliet elementi; l-impjiegi, l-exports u l-industrija u s-servizzi industrijali.", "Imma bil-homework li għamilna, indunajna li apparti mit-trading, speċjalment fil-\"fuel\", kien hemm players fil-kamp tar-retail u mir-riċerka u l-monitoring li għamilna, ipprovajna naqbdu dawk.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dawn il-jiem qed nitkellmu ma' numru żgħir ta' kumpaniji oħra - waħda minnhom fir-retail - biex naraw eżattament x'qed jiġri.", "Irridu napprezzaw li mhuwiex dejjem sempliċi li tiġbor l-informazzjoni.", "Hemm time lags bejn meta titkellem ma' xi ħadd u s-sors tal-informazzjoni u ħafna drabi mhux dejjem ikun ċar li qed ningħataw ir-risposti li għandna bżonn.", "Is-sorsi prinċipali huma r-riċerka u l-monitoring, il-laqgħat one to one li jkollna - imbagħad nitlob lill-kollega tiegħi s-Sur Brian Camilleri biex jagħtina idea ta' kif inhu magħmul dan is-sample - u l-materjal li s-soltu jinġabar mill-ETC u mill-NSO.", "Qabel ma nkompli nitkellem fuq ir-relief action immedjata u l-azzjonijiet strateġiċi long term, tajjeb li s-Sur Brian Camilleri jispjega kif jinġabar is-sample u minn meta nġabar.", "IS-SUR BRIAN CAMILLERI (Manager, Economic & Market Research tal-Malta Enterprise): Meta faqqgħet il-kriżi f'Awwissu tal-2014, qbadna l-listi tal-kumpaniji li konna assistejna fl-2011 jew li kienu kkuntattjawna għall-informazzjoni u għamilna survey ma' dawn il-kumpaniji biex nifhmu aħjar kif tinsab is-sitwazzjoni tagħhom.", "Din il-lista tal-2011 ġiet ogmentata b'kumpaniji oħrajn li kkuntattjawna fl-2014 u li kellhom il-problemi.", "Dawn il-kumpaniji l-oħra forsi ma kenux joperaw il-Libja fl-2011 imma bdew joperaw wara.", "Aħna qbadna l-kumpaniji kollha, li flimkien ammontaw għal 73, u mmoniterjajna xahar b'xahar l-impjiegi tagħhom, biex naraw is-sitwazzjoni kif qed tevolvi u fejn kien hemm bżonn, anke rreferejna għall-kumpanija stess.", "Oriġinarjament konna bdejna b'190 kumpanija, imma wara skoprejna li l-parti l-kbira tagħhom kienu ddiversifikaw mil-Libja.", "U kien hemm min ma baqax jagħmel business mal-Libja wkoll.", "Jiġifieri l-kumpaniji kienu aware tar-riskji li kien hemm u għalhekk bdew jiddiversifikaw l-options tagħhom u bdew iħarsu lejn swieq oħrajn.", "Jiġifieri min ġie affettwat fl-2014, ma kienx affettwat bħalma kien fl-2011, għax kien diġà naqqas ir-reliance tiegħu mil-Libja u fittex swieq alternattivi fejn ikun jista' jopera.", "CLAUDIO GRECH: Meta tgħid għamiltu survey, ħadtu snapshot darba jew żammejtu kuntatt regolari?", "U dak is-survey, kien just employment related jew staqsejtu affarijiet oħrajn biex tkunu tistgħu tibnu scenario?", "IS-SUR BRIAN CAMILLERI: Apparti li kien hemm mistoqsijiet dwar l-impjiegi, is-survey kien jistaqsi wkoll min għad għandu stocks, bini u affarijiet oħra relatati fil-Libja.", "DR MARIO VELLA: Fil-Malta Enterprise għandna żewġ sezzjonijiet li jinqasmu skont id-daqs tal-kumpaniji, li huwa l-oġġett tal-outreach tagħna u li jiżgura li jkollna kuntatt kemm jista' jkun kontinwu.", "Jiġifieri if we flag a problem, x'aktarx niġu lura niċċekkjaw x'qed jiġri.", "Ladarba kumpanija tispiċċa fir-radar tagħna, nipprovaw ma nabbandunawhiex u jekk tippermettilna, anke nieħdu azzjoni.", "Naħseb li s'issa qed tiffunzjona għalkemm ma neskludix li jkun hemm min jispiċċa barra mir-radar.", "L-ewwel azzjoni li ttieħdet kienet dik ta' relief immedjat.", "Kien hemm kooperazzjoni mill-qrib mad-Dipartimenti tal-VAT u mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni minħabba l-Final Settlement System (FSS) u t-Teżor.", "L-ikbar domanda li kellna hekk kif sar approach ġdid f'Awwissu tal-2014 - eżattament xahar wara li l-affarijiet għaqdu fil-Libja – u l-ikbar mewġa ta' domandi kienu talbiet għal għajnuna biex insostnuhom f'dak li huwa cash flow.", "Mela d-domanda kienet li l-pagament tal-VAT jittawwal jew fil-każ tar-refund, jitgħaġġel.", "U l-istess ħaġa fil-każ tal-FSS.", "Imbagħad fit-Teżor, fil-każ ta' dawk il-kumpaniji fost dan il-grupp, daħlu oħrajn, u hawnhekk irrid ngħid li l-kwestjoni tal-Libja triggered opportunità biex nifhmu problemi oħrajn mal-Libja li ma kellhomx x'jaqsmu ma' dawn l-affarijiet.", "Kien hemm ukoll numru ta' kumpaniji li kienu għamlu xi xogħlijiet, pereżempju għal xi kumpanija tal-gvern, u hemmhekk it-Teżor kien verament effikaċi.", "Kważi l-każijiet kollha ġew solvuti fi żmien ftit ġranet wara li ngħidu lit-Teżor li għandna kumpanija li hija affettwata mil-Libja u allura nitolbuhom iħaffu u jħallsuhom, dan sar ferm iktar malajr milli immaġinajna li jista' jsir.", "Fil-każ tal-għajnuna li ngħatat mill-VAT, ġiet estiża l-validità tal-avviż legali li kien diġà jeżisti u li anke kien intuża fil-każ tal-2011 għal sena oħra biex min ikollu dik it-tip ta' problema jkun jista' legalment jiġi megħjun.", "Ġara eżattament hekk fil-każ tal-FSS, imbagħad kien hemm anke jekk s'issa they have not kicked in yet dawk li joperaw minn fabbriki tal-Malta Industrial Parks, hemmhekk at some point or other, s'issa għadha ma ġratx, jiġi xi ħadd jgħidlek li se jkollu problema bil-ħlas tal-kera għall-fabbrika u jkollu bżonn xi forma ta' delay.", "F'dak il-każ il-Malta Enterprise addottat policy li jekk jiġri hekk tirrakkomanda lill-Malta Industrial Parks li ma tinsistix fuq il-pagament malajr.", "THE CHAIRMAN: Dan l-exposure lejn il-Libja.", "DR MARIO VELLA: Irid ikollhom mill-inqas 50% exposure fil-Libya.", "Ta' min jerġa' jenfasizza li numru mhux ħażin mill-kumpaniji involuti, speċjalment dawk ta' ċertu daqs, ċerti problemi dehru li ma kenux biss bħala riżultat tal-Libja.", "Meta jkollok opportunità, mhux se tagħmel wisq distinzjonijiet li fiha nnifisha mhijiex problema kbira.", "Aħna rridu nagħtu prijorità lil dawk il-kumpaniji li verament huma impattati mil-Libja.", "Jeżistu wkoll skemi ta' inċentivi taħt il-Malta Enterprise Act u Business Promotion Act li mhuma ġodda xejn, imma huma parti essenzjali ta' dawn ir-riżultati li jistgħu jintużaw biex ngħinu lil min għandu din il-problema imma sa ċertu punt din taqa' fil-kategorija li jmiss ta' interventi strateġiċi.", "Tinsewx, m'hemmx għalfejn infakkarkom li, bir-restrizzjonijiet tal-istate aid, ma tistax tagħti għajnuna operational imma trid tillimita ruħek għal għajnuna ta' investiment.", "Diġà jeżistu strumenti biex meta jkun hemm bżonn jintużaw.", "Naf li entitajiet oħra, pereżempju, l-ETC raw li, f'każ ta' bżonn, jekk jistgħu jintużaw fondi parzjalment tal-Unjoni Ewropea … S'issa ma deherx li hemm bżonnha, jiġifieri b'dak li għandna u bl-iskemi li għandna nistgħu nimxu.", "Din hija importanti għax l-iskemi li jeżistu tal-Unjoni Ewropea ma tantx huma user friendly, jiġifieri biex tħaddimhom it takes a long time.", "Poġġejna ħafna enerġija fl-azzjoni strateġika.", "With the wisdom of hindsight, u meta tkellimna mal-kumpaniji konċernati kollha qalulna li s-sitwazzjoni fil-Libja mhux biss qabel l-2011 imma wkoll wara l-2011, tant kienet lukrattiva, li fil-fatt kien hemm opportunitajiet ta' qligħ ogħla min-normal.", "Wara indunaw li dak kien il-mument ideali biex tiddiversifika għax kien ovvju - għallinqas kien ovvju għalija - li s-sitwazzjoni fil-Libja ma kenitx se titjieb imma se ssir agħar imma issa kif jgħidu that is crying over spilt milk, għax ma ġarax hekk.", "Li qed nipprovaw nagħmlu issa huwa li niffaċilitaw din id-diversifikazzjoni.", "Din is-sena l-Malta Enterprise, tat attenzjoni li huwa bla preċedent fl-istorja tagħha fl-Afrika stess u qed ninkludi lill-MDC qabilha għas-swieq mhux biss tal-Afrika ta' Fuq imma wkoll tas-Subsahara.", "L-ewwel riżultati huma sorprendentement tajbin u m'għandhomx ikunu sorprendentement, nikkritika lili nnifsi għax kull kumpanija Maltija li pprovat bis-serjetà tidħol f'dawn is-swieq – u mhux qed nitkellem fuq l-Afrika ta' Fuq - kellna suċċessi fenomenali.", "Jekk taraw il-mod kif l-esportazzjoni lejn l-Afrika kollha kibret fl-aħħar snin, fl-aħħar sena qabża li tgħid: jien qed naqra sew?", "Kienet dovuta prinċipalment għal kumpaniji li għandhom esperjenza qawwija, soda, twila fl-Afrika u issa qed isiru iktar kuraġġużi.", "Jekk jistgħu jagħmluha huma, m'hemm l-ebda raġuni għaliex oħrajn ma jistgħux jagħmluha.", "L-importanti li jkollhom prodott u li jkunu aggressivi, kont se ngħid fil-marketing, imma f'dan il-każ kważi direct sales tagħhom.", "L-ewwel pajjiż li tajna l-attenzjoni tagħna fl-Afrika ta' Fuq kien l-Alġerija għax konvinti li se joffri opportunitajiet kbar.", "Il-Malta Enterprise ddeċidiet li it puts money where its mouth is u ffinanzjajna l-preżenza tal-Konsolat Malti fl-Algiers għax mingħajru ċerti affarijiet kien assolutament impossibbli.", "Grazzi għal dan il-pass, l-Air Malta se tibda tagħmel ukoll titjiriet għall-Alġerija.", "Ovvjament hemm problemi għax ma tantx għandna riżorsi u kulma qed nitkellmu hu fuq persuna waħda impjegata li qed tagħmel ix-xogħol ta' konslu kif ukoll ix-xogħol tagħna, imma diġà qed naraw l-ewwel effett u qed nittamaw li iktar tard din is-sena jkun hemm l-ewwel business delegation kbira lejn l-Alġerija.", "Qed nagħmlu dan b'mod iffukat, jiġifieri t-tqabbil bejn il-kumpaniji Maltin u l-kumpaniji Alġerini li huma kważi kollha ta' tip istituzzjonali u jsir qabel ma jmorru, jiġifieri very little is left to chance.", "Jidher li hemm interess kbir minn hemmhekk.", "Is-sitwazzjoni mat-Tuneżija hija kemmxejn iktar kumplikata għax filwaqt li Malta hemm ċerta komplimentarità mal-Alġerija, imma t-Tuneżija ma jagħmlux l-affarijiet li nagħmlu aħna u viċiversa u ħafna drabi qisna qed tipprova tbigħ the coal to Newcastle.", "Imma l-iktar interessanti huwa s-Subsahara fejn f'Addis Ababa għandna persuna tagħna b'esperjenza twila fl-oqsma tal-marketing fl-Afrika.", "Addis Ababa huwa post interessantissimu għalina għax l-Afrika huwa kontinent fejn ħafna mix-xiri għadu istituzzjonali, u hija belt fejn hemm rappreżentanza ta' 54 pajjiż Afrikan fejn jiltaqgħu delegazzjonijiet kummerċjali kontinwi, u għalhekk dehrilna li dak huwa l-post fejn jista' jsir lobbying ma' dawn id-delegazzjonijiet, tagħmel kuntatti, networks u tipprova tagħmel marketing direttament.", "Dak li rajna s'issa jagħmlilna kuraġġ enormi.", "Irridu nivvintaw is-soluzzjonijiet u l-messaġġi għax huma areas li ma tantx għandna esperjenza tagħhom.", "Bħala stat m'għandniex esperjenza imma hemm kumpaniji Maltin li jafu dawk l-areas u aħna rridu nitgħallmu minnhom u mhux viċi versa.", "Il-persuna li għandna f'Addis Ababa taħdem f'ibliet oħrajn u meta jkun hemm opportunità u naraw mill-punto di vista tal-ispiża li trid għal promotion cost beneficial biżżejjed, aħna nimxu f'pajjiżi oħra.", "Bħalissa jidher li hemm prospetti interessanti mhux biss fl-Afrika tal-Lvant imma wkoll fl-Afrika tal-Punent.", "Hemmhekk qed nagħmlu minn kollox biex niżviluppaw dawn il-kuntatti.", "Se nipprovaw għal darb'oħra, ġrat kemm-il darba mingħajr suċċessi fenomenali, nisfruttaw il-konsli onorarji tagħna.", "L-istorja ta' dawn l-isforzi naħseb li nkunu qed nigdbu jekk ngħidu li anke jekk nieħdu għaxra, 20, 30 sena qatt ma tat l-eċċezzjonijiet kbar.", "Is-soltu nagħtu tort lill-konsli onorarji.", "Naħsbu li jekk inpoġġu pakkett li jista' jinftiehem sew, naħseb anke dawn in-nies jistgħu jkunu effettivi.", "Bħalissa għandna kuntatt konkret mal-Cameroon, post interessantissmu għalina, mal-konslu onorarju tagħna hemmhekk u issa se nipprovaw nagħmlu xi ħaġa oħra li naħdmu permezz tal-konsli onorarji Maltin ta' dawn il-pajjiżi.", "Aħna konna kuntentissimi li nsiru nafu li l-President il-ġdid tal-Kamra tal-Kummerċ huwa l-konslu onorarju tal-Botswana, pajjiż ieħor sinjur u innovattiv fil-policies ekonomiċi tiegħu biex nisfruttaw dawn il-kuntatti.", "Però, nerġa' nirrepeti, il-gwida tagħna hija l-esperjenza tal-kumpaniji Maltin li diġà qegħdin hemm.", "Ftit ilu, ġie organizzat workshop f'Malta tal-Malta Enterprise fejn stedinna lil kull min kien interessat.", "Stedinna dawk il-kumpaniji Maltin li diġà għandhom esperjenza tal-Afrika għaliex sa ċertu punt, huma jistgħu joħolqu l-ispirazzjoni għal dawn l-attentati u t-teknoloġija ffunzjonat f'dik l-okkażjoni, illinkjajna permezz ta' skype man-nies tagħna on the spot u ħarġet ħaġa interessanti li nixtiequ nkompluha.", "Kellna problema l-Etjopja għaliex mar id-dawl proprju meta beda jitkellem, però dak fih innifsu huwa interessanti għaliex juri li hemm opportunitajiet għal ħafna affarijiet li nistgħu nagħmlu hemmhekk.", "Ukoll għajnuna ta' tip strateġiku li għandha x'taqsam mal-problemi strutturali ta' numru ta' kumpaniji f'Malta.", "Dan l-eżerċizzju huwa kontinwu għaliex beda f'Awwissu u għada se nispiċċaw l-aħħar laqgħat.", "Imma qed naraw li hawn ħafna kumpaniji li qed iweġġgħu minħabba l-Libja u l-problema prinċipali hi li l-Libja hija l-opportunità immedjata li jgħidu ajma, imma l-problema hi li għandhom problemi huma.", "U din tkun opportunità tajba li filwaqt li ngħinu biex jittaffa l-effett tal-kriżi fil-Libja, nipprovaw ngħinuhom biex jibdew jaħdmu b'mod iktar innovattiv.", "Jien ili f'dan il-qasam għal kważi 40 sena u deherli li hemm rieda ġdida fost ħafna minn dawn il-kumpaniji Maltin li ma jiġrux biss lejn l-opportunitajiet ta' qligħ immedjat, imma jipprovaw jaħsbu daqsxejn aktar long term.", "Għandna wkoll il-każ tal-kumpaniji ta' proprjetà libika f'Malta, dik hija kategorija oħra.", "Għal numru ta' raġunijiet ilna naħdmu magħhom biex ngħinuhom ħafna snin, ċertament fl-aħħar sentejn, għaliex kienet ovvja li jiġri x'jiġri l-Libja u anke ma jiġrix xi ħaġa l-Libja, jekk ma jkunx hawn politika tagħhom, corporate policy tagħhom ta' diversifikazzjoni, dan kien se jiġri anyway, anke kieku ma nbidilx ir-reġim fil-Libja.", "It-tentazzjoni kienet li marret lura għal għexieren ta' snin li if the going is good, mela just go on eating.", "F'ħafna każi mingħajr investiment f'kuntratt ġdid, fi plants ġodda, f'ċertu każi lanqas prodotti ġodda u xi darba dan kellu jiġri.", "F'dan il-każ l-istorja hija kemmxejn ikkomplikata għaliex dawn huma prattikament kollha ta' proprjetà pubblika Libika.", "Permezz tal-LAFICO imbagħad il-LAFICO tal-Libyan Investment Authority, hemmhekk ovvjament hemm problemi prattiċi ma' min qed tinnegozja, però naħseb hawnhekk qed jirnexxielna nagħmlu pass 'il quddiem.", "Ovvjament dan ix-xogħol ma stajniex nagħmluh waħedna, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' ċertu problemi li minkejja li aħna tajna l-għajnuna biex intaffuhom, jaqgħu barra mir-remit tagħna.", "Il-Malta Enterprise ħadmet sew mal-Kamra tal-Kummerċ u mal-GRTU, mhux biss għax huma fil-Bord tal-Malta Enterprise, li hija xi ħaġa ta' rutina, imma anke biex insolvu problemi ta' issues partikolari.", "Biex inkunu żguri li ma jaħarbilna ħadd, kellna nitkellmu magħhom preċiżament minħabba f'hekk u nnotajna b'dawn.", "Hemm xi ħadd li mhux qed jaqa' fir-radar tagħna.", "Ħarisna lejn il-leads li tawna u skoprejna li ftit eċċezzjonijiet … Konna qed nitkellmu fuq problemi ferm aktar ikkomplikati mil-Libja biss.", "Il-Gvern u l-Kamra tal-Kummerċ qed jiddiskutu modi kif tista' jekk mhux tissolva kompletament, imma ċertament tiżblokka ftit il-problema tal-visas.", "F'dan il-każ qed nitkellmu għal-Libja, imma naħseb tista' testendi ruħha.", "Konvint li hemm qbil fuq soluzzjoni partikolari, u bħalissa qed jiġu diskussi d-dettalji tagħha.", "THE CHAIRMAN: Qabel ma tkompli Dr Vella, ġaladarba semmejt il-Kamra tal-Kummerċ malli nlestu l-presentation tal-Malta Enterprise, hawn permess mill-Kumitat li mbagħad nistiednu lill-membri tal-Kamra tal-Kummerċ preżenti, u nkunu nistgħu npoġġu l-mistoqsijiet lit-tnejn li huma?", "DR MARIO VELLA: F'din iċ-chart qed naraw l-esportazzjonijiet ta' prodotti lejn il-Libja bejn l-2010 u l-2015 għax huwa tajjeb li mmorru lura għall-fatti macro.", "Aħna ġbarna ċ-ċifri tal-esportazzjoni minn Malta għal-Libja ta' dik li hija visible merchandise, għaliex fir-remit tagħna jaqgħu wkoll dawk li jagħtu xi servizzi u qed naħdmu fuq eżerċizzju biex inkunu nistgħu nidentifikawhom.", "F'din iċ-chart qed naraw iċ-ċifri tal-esportazzjoni maqsuma fi tnejn; dawk li jeskludu ċ-ċifri tal-fuels u dawk li jinkludu l-fuels.", "Iddeċidejna li nisseparawhom għaliex meta tagħmel it-total tal-fuels ukoll, ma tapprezzax li jħallu ferm inqas value added mill-oħrajn.", "Mhux għaliex mhux importanti għall-ekonomija, għax huma importantissimi, imma huma a totally different kettle of fish.", "Fl-2010 l-esportazzjoni ta' prodotti kienet qrib it-€85 biljun.", "Fl-2011 malli faqqgħet l-insurrection l-esportazzjoni niżlet għal €35 biljun ewro, imma hawnhekk imbagħad il-fattur ta' opportunità li forsi jiddistingwi l-ekonomija Maltija minn ħafna ekonomiji oħra, għax fl-2012 minkejja li kien għad hemm inkwiet mhux ħażin, l-esportazzjoni sparat 'il fuq sa €136 biljun!", "Innotaw li m'iniex qed nitkellem fuq fuel trades, imma qed nitkellem fuq affarijiet tanġibbli.", "Fl-2014 meta kienet ċara li s-sitwazzjoni ma kenitx se tissolva malajr, kellna drop ta' €123 biljun.", "Fl-2014, meta l-Qorti Suprema Libika qalet li l-Gvern huwa illegali u beda jitlaq kulħadd, fl-ewwel kwart l-esportazzjoni waqgħet għal €33 biljun.", "Li huwa interessanti u li qed jagħtina kuraġġ hu li fl-ewwel kwart tal-2015, l-esportazzjoni qabżet mhux ħażin u diġà qiegħda €37 biljun.", "M'hemmx spjegazzjoni ċara għaliex ġara hekk u hija waħda mill-misteri tas-swieq.", "Iċ-ċifri dwar fuel trade ġeneralment jiġru darba fis-sena u jvarjaw f'liema kwart, jiġifieri tista' tkun il-quarter li jmiss or whatever.", "Mela dik hija diġà interessanti.", "Iċ-ċifri ġew miġbura bil-mod tas-soltu, mill-NSO.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Biex inqabblu l-2015 mal-2014, irridu nieħdu l-ewwel kwart.", "Minn din il-graph qed naraw li fil-first quarter tal-2015, fil-fatt żdiedet ħarira żgħira iktar.", "Għas-sena 2014 kollha kemm hi, l-ammont ta' esportazzjoni huwa marġinalment inqas minn dak tal-2013.", "DR MARIO VELLA: F'din il-graph qed naraw statistika ta' impjiegi ma' kumpaniji li għandhom xi konnessjoni mal-Libja imma xorta huma reġistrati mal-ETC f'Malta.", "Fil-fatt qgħadna attenti, u qed ngħidu \"some exposure to Libya\", jiġifieri tista' tkun a very small exposure u tista' tkun kbira.", "Tajjeb li nispjega kif inġabret din l-informazzjoni u għalxiex tirreferi.", "Minn riċerka li għamilna, jidher ċar li hemm numru ta' ħaddiema Maltin - ħalli niffokaw fuq il-Maltin - li huma impjegati direttament ma' kumpaniji li huma stazzjonati l-Libja, fejn jiġi kollox settled mill-kumpanija, imma kull ħaddiem huwa prattikament responsabbli għalih innifsu, fejn iħallas l-NI u t-taxxa hawn imma ma jaqgħux taħt ir-radar tal-ETC, jiġifieri teknikament f'Malta dawn ikunu self-employed.", "In-numru li stajna nivverifikaw s'issa huwa ta' madwar 50 persuna.", "Minħabba l-problema ta' min huma eżatt ma nistgħux inkunu mija fil-mija ċerti jekk dawn diġà sabux xogħol ieħor jew le.", "Milli jidher ftit ferm minnhom baqgħu l-Libja, għax il-bqija ħarġu u qegħdin Malta jew x'imkien ieħor.", "THE CHAIRMAN: Ħadtu l-minimum range biex setgħu jidħlu f'din il-graph?", "DR MARIO VELLA: Ir-rule of thumb hi li hemm 50%, imma morna oltre minn hekk, għax over time ma tkunx tidher hekk għax pereżempju mhux kulħadd at any point in time jkollu dak l-ammont.", "Fil-bidu kien hemm, imma issa qishom telqu mir-radar għax ovvjament inqas m'għandek exposure iktar faċli tagħmel xi ħaġa oħra, li kellhom shipment wieħed jew tnejn fil-karriera tagħhom.", "EDWARD SCICLUNA: Dawk il-50 persuna li semmejt mhumiex irrappreżentati f'dik il-graph imma huma excluded.", "Minn din il-graph, jidher li kien hemm min kien diġà beda jħoss li se jiġri xi ħaġa anke qabel il-waqa' tar-reġim għax ir-rata ta' impjiegi bdiet taqa' anke minn ftit qabel.", "Minkejja l-inkwiet kollu li kien għad hemm fis-sajf tal-2011, il-waqa' fl-impjiegi bdiet terġa' tirpilja ftit.", "Jekk tinnotaw, l-ammont beda jikber iktar ma beda jintensifika l-inkwiet.", "At first sight this is not so obvious, imma kien hemm qisu tama li minkejja li dawn il-problemi ma deherux li se jispiċċaw, kien hemm min ħa s-sogru li jibqa' hemm jew imur hemm.", "Forsi wkoll għaliex suppliers minn pajjiżi oħrajn fis-suq libiku kienu diġà bdew jirtiraw, u għalhekk ittieħed posthom mill-Maltin.", "Fis-sajf tal-2014, meta deher ċar li l-affarijiet mhumiex se jitjiebu kellna waqa' oħra żgħira.", "Frankament kont qed nistenna li se jkun hemm nuqqas ta' impjieg qawwi, imma kif jidher minn din il-graph ma kienx il-każ.", "Il-konklużjoni hi li għandna imprendituri li huma aggressivi u lesti li jieħdu riskju, għax kieku ma kienx isir hekk.", "Dan ma jfissirx li l-kumpaniji għandhom ikomplu hekk, imma f'kull każ għandhom jiddiversifikaw, mhux biss mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, imma jekk jista' jkun anke fis-sub-Saharan Africa għax l-Afrika ta' Fuq hi dik li hi.", "Graph oħra hija dwar il-labour market developments, biex nagħtu idea tat-tifsira macro u ħadna ċ-ċifri minn Jannar 2011 sa April 2015.", "Bħala reġistrar tal-qgħad taħt Part 1 u Part 2 mal-ETC kien hemm tnaqqis minn Lulju 2014, filwaqt li bħala total employment fis-settur privat beda kulma jmur jiżdied.", "L-impjiegi ma' kumpaniji fil-Libja - li ħarisna lejhom fil-graph preċedenti - baqgħu straordinarjament stabbli.", "THE CHAIRMAN: Li għandhom exposure għal-Libja.", "DR MARIO VELLA: Eżatt.", "Dawn iċ-ċifri jistgħu jagħtu lok li nkunu self-confident wisq, imma fl-opinjoni tiegħi jkun żball enormi jekk ikun hekk.", "L-ewwel ħaġa qed nitkellmu fuq reġjun strutturalment instabbli, u anke jekk s'issa l-affarijiet ma kenux traġiċi, ikun żball jekk inkomplu ninkoraġġixxu biex l-imprendituri they keep putting all their eggs in one basket.", "Qed naraw sinjali ta' rieda għal diversifikazzjoni.", "Qed noffru pakketti interessanti, li jekk hemm bżonn niżviluppaw għajnuna sija hard u sija soft.", "Imma l-għan prinċipali għandu jkun id-diversifikazzjoni.", "Jeżistu wkoll skemi ta' għajnuna.", "Għal ċertu żmien, l-entitajiet konċernati - nassumi dawk kollha fil-qasam tal-Ministeri tal-Finanzi u tal-Għajnuna Soċjali - jkunu jistgħu jkomplu bl-għajnuna short term, immediate term ta' immediate relief li hemm issa.", "Imma se naslu f'ċertu punt, fejn mhux se jagħmel sens li nkomplu f'din it-triq u għalhekk irridu mmorru għal bidliet strutturali.", "U minn issa 'l quddiem, fuq hekk se nkomplu naħdmu.", "Nistieden issa lis-Sur Anton Borg u lis-Sur Frank Farrugia mill-Kamra tal-Kummerċ biex jingħaqdu magħna.", "Jekk il-Kumitat jaqbel, nipproponi li l-Kamra tal-Kummerċ tagħmel preżentazzjoni qasira min-naħa tagħha anke fil-linja tal-preżentazzjoni li għadu kemm għamel Dr Vella.", "Wara nkunu nistgħu nieħdu round ta' mistoqsijiet.", "Jekk ir-rappreżentanti tal-GRTU u tal-Malta Employers' Association ikunu iridu jgħaddu xi messaġġ, jistgħu jagħmlu dan ukoll.", "IS-SUR ANTON BORG (President tal-Kamra tal-Kummerċ): Bħala Kamra tal-Kummerċ waqqafna l-Libyan Action Committee li huwa ppresedut mis-Sur Frank Farrugia.", "Fuq bażi regolari, dan il-kumitat ilaqqa' membri li kellhom xi business mal-Libja u b'xi mod intlaqtu minn din il-kriżi.", "Qabel ma ngħaddi l-kelma lis-Sur Farrugia nixtieq nagħti l-aħħar aġġornament ta' fiex wasalna ma' dawn il-kumpaniji.", "Wieħed mill-items li konna tkellimna fuqu waqt il-board meeting kienet is-sitwazzjoni ta' dawn il-kumpaniji.", "Bħala wieħed mid-Diretturi fuq il-Malta Enterprise għamilt ftehim maċ-Chairman, li nagħtih update tas-sitwazzjoni tal-kumpaniji li qed inkellmu aħna.", "Għamilnieha ċara li rridu nkunu preċiżi f'dak li qed ngħidu lill-Malta Enterprise u kull informazzjoni li jgħaddulna bil-miktub dawn il-kumpaniji, ngħadduha lill-Malta Enterprise kif qed nagħmlu.", "Kien hemm xi membri tagħna li ġew approached mill-Malta Enterprise xi ftit wara li konna għaddejna l-ittra tagħhom lill-Malta Enterprise.", "Il-Malta Enterprise bdiet tiltaqa' mal-kumpaniji kollha, u għada hemm l-aħħar laqgħa biex jiġu diskussi l-items li poġġejna għall-attenzjoni tal-Malta Enterprise.", "Ngħaddi l-kelma lis-Sur Farrugia.", "IS-SUR FRANK FARRUGIA (Deputat President tal-Kamra tal-Kummerċ): Kif bdiet il-kriżi tal-Libja, waqqafna kumitat high profile, fejn rappreżentanti ta' kumpaniji kbar fil-Libja, kienu membri ta' dan il-kumitat.", "Bgħatna questionnaire lill-kumpaniji kollha membri tagħna, li jew jagħtu xi servizzi jew huma industrijali jew kull tip ta' negozju ieħor li b'xi mod jew ieħor huma involuti mal-Libja u tlabniehom li jekk għandhom xi problemi, jikkuntatjawna.", "Aħna kontinwament konna f'kuntatt mal-Malta Enterprise għax minħabba data protection, ma stajniex ngħaddu ċerta informazzjoni.", "Iltqajna ma' diversi problemi u kellna bżonn għajnuna minħabba l-VAT, pagamenti tat-taxxa u s-sitwazzjoni tal-employment.", "Kellna ħafna diskussjonijiet mal-Malta Enterprise u għaddejnielhom l-informazzjoni li kellna.", "Kellna wkoll laqgħat ma' xi ministri u l-problemi kollha min-naħa tal-Gvern, ġew solvuti.", "Kif qal il-President, dan l-aħħar tlabna għal-laqgħa, għax kien baqa' xi issues u nsistejna li l-informazzjoni li tingħata lilna, tkun in writing biex inkunu nistgħu nużawha u mhux xi ħadd jgħid xi ħaġa mbagħad issib li meta naslu għas-si u n-no ma nistgħux nużawha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR MARIO DEBONO (Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-GRTU): Grazzi ta' din l-opportunità li tajtuni sabiex nesponi l-veduti tal-GRTU.", "Aħna wkoll għandna diversi membri li qegħdin il-Libja u li ġew affettwati.", "Hemm numru sostanzjali li huma kumpaniji żgħar u anke individwi li jew qegħdin fir-retail jew inkella qegħdin fis-sezzjoni tar-re-exports fejn ibigħu prodotti u servizzi fis-suq Libjan.", "Għandna wkoll membri individwali li jagħtu xi servizzi lil kumpaniji oħra, speċjalment fil-qasam taż-żejt, fil-qasam tal-elettriku u wkoll fil-qasam tas-servizzi governattivi.", "Għandna wkoll membri li huma involuti fl-IT u li kienu jagħmlu jew qed jagħmlu xi xogħol fil-Libja.", "Sfortunatament dawn intlaqtu u ntlaqtu ħażin ħafna, forsi għaliex m'għandhomx ir-reżiljenza ta' kumpaniji kbar.", "Kien hemm min kellu mhux 50% imma kważi 95% tax-xogħol fil-Libja u f'daqqa waħda mhux sab ħajt imkaħħal imma ħajt tal-bricks quddiemu u ma setax ikompli.", "On the ground aħna għandna kuntatti tajbin ħafna kemm fin-naħa tal-Lvant kif ukoll fin-naħa tal-Punent tal-Libja.", "Is-sitwazzjoni fil-Libja hija fluwida ħafna, imma dan l-aħħar kien hemm sinjali inkoraġġanti li forsi jistgħu jwasslu biex ikun hemm soluzzjoni tal-problema ta' governabilità tal-Libja in the medium term.", "Il-GRTU waqqaf kumitat u nixtiequ li jkollna wkoll l-opportunità sabiex inkellmu lill-Malta Enterprise fuq negozji li huma żgħar ħafna, biex tingħata kull għajnuna li hemm bżonn.", "Kien hemm xi membri li diġa kkuntattjaw lill-Malta Enterprise u nista' nikkonferma li sabu l-għajnuna kollha li kellhom bżonn.", "Hemm diversi membri tagħna li għadhom jibagħtu x-xogħol u jagħtu servizzi fil-Libja u qed jirriskjaw ħajjithom billi jmorru hemm.", "Imn'alla li kuljum hawn flights biex wieħed jista' jmur u jiġi, u baqa' ċertu kuntatt.", "Illum biex tmur u tiġi lura mil-Libja bl-ajruplan tiġik madwar €1,100, minbarra li l-ebda assikurazzjoni ma tkoprik.", "Jiġifieri ma tafx f'liema riskju tkun qiegħed, speċjalment fi Tripli fejn ir-riskju ta' ħtif ta' barranin qiegħed hemm u for all intents and purposes il-Maltin xorta huma barranin fil-Libja u r-riskju hemm qiegħed.", "Imma hemm min għadu jmur, għadu joffri s-servizzi tiegħu u għadu jitħallas.", "Hemm problema kbira ta' bdil ta' flus.", "Dan peress li l-Libjani għadhom iħallsu bid-Dinari u l-Maltin qed isibuha diffiċli ħafna biex isarrfuhom f'Dollari jew f'Ewros, jekk ma jmorrux mill-black market fejn ir-rata biex issarraf hija fenomenalment kontriehom.", "Imma ħafna nies jirraġunaw li aħjar jitħallsu ftit milli ma jitħallsu xejn, speċjalment min xogħlu jiddependi kważi kollu mil-Libja bħal min għandu l-kuntratti.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid hi dwar il-kwestjoni tal-visas, li lilna bħala intraprendituri tista' tiffaċilitalna l-ħajja tagħna.", "Il-Maltin qed imorru l-Libja u jirriskjaw ħajjithom, u għalhekk nippreferu li l-business partners tagħna Libjani jiġu huma Malta, u nkunu nistgħu nitkellmu magħhom hawnhekk.", "Huwa ħafna iktar faċli biex il-Libjani jiġu mit-Tuneżija milli jiġu minn Mitiga għax l-ajruplan jesa' biss 15-il ruħ.", "Bħala GRTU ngħid bla tlaqliq, li minħabba l-kwestjoni tal-visas, il-membri tagħna qed isibu ħajt imkaħħal li ma jistgħux jippenetraw.", "Għal dawk il-Libjani li għandhom problema ta' saħħa, qed jinħarġulhom visas għalkemm xorta hemm back-log qawwi.", "Hemm membri tagħna Maltin li qed joffru dan is-servizz, li qed igergru.", "Aħna nħossu li huwa ħafna iktar faċli u ħafna iktar safe li l-business partners tagħna Libjani jiġu Malta, milli aħna mmorru hemmhekk.", "Barra minn hekk, hemm ċertu xogħlijiet li ma jsirux f'Malta biss, għalhekk ġieli mmorru anke f'pajjiżi oħra Ewropej biex niltaqgħu mal-partners Libjani, għaliex ikun hemm min juża raw materials jew juża xi servizz minn pajjiżi Ewropej.", "Imma l-Libjani qed isibuha diffiċli ħafna biex jakkwistaw visa Schengen minn Malta, meta min-naħa l-oħra, minn Franza, il-Belġju, il-Greċja u t-Tuneżija qed jagħtuhom carte blanche u għalhekk il-Libjani qed jippreferu li jmorru hemmhekk biex jinqdew.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR JOSEPH FARRUGIA (Direttur Ġenerali tal-Malta Employers' Association): L-ewwel nett nirringrazzjakom talli tajtuna din l-opportunità li niġu hawnhekk.", "Nixtieq inżid żewġ kummenti qosra.", "Meta kien inqala' l-inkwiet fil-Libja, l-MEA kienet waqqfet focus groups ma' kumpaniji li joperaw hemmhekk, imma l-perspettiva tagħna hija xi ftit differenti minn dik tal-Kamra tal-Kummerċ għaliex dak iż-żmien kienu jikkonċernawna l-impjiegi u x'effett jista' jkollhom l-impjiegi.", "L-ewwel ħaġa fil-Libja hemm diversifikazzjoni ta' businesses li joperaw f'oqsma kompletament differenti u hemm sens kbir imprenditorjali ta' ħafna kumpaniji Maltin li minkejja li hemm affarijiet li jistgħu jaħdmu kontriehom u li jkunu qed jaħdmu kontriehom, imma huma akklimatizzati li jaħdmu l-Libja.", "Huma jaħdmu l-Libja mhux għax bilfors, imma għax ilhom snin twal jaħdmu hemmhekk u jridu jkomplu jaħdmu hemmhekk.", "Fil-fatt 'il quddiem nistgħu nesplojtaw l-element ta' networking li hemm bejn il-businesses Maltin, li għalkemm joperaw f'oqsma differenti, huwa tremend.", "Fl-impjiegi ma tantx kien hemm fluctuations qawwija għaliex l-ewwel nett ħafna mill-impjegati li jaħdmu fil-Libja għandhom kuntratti definiti.", "U jekk waqaf ix-xogħol imma hemm impjegat għandu kuntratt ta' sena, l-imgħallem għandu l-commitment li jżomm dak l-impjegat għal dak il-perjodu tal-kuntratt li jkun fadal jew inkella jħallas il-penali.", "Raġuni oħra hi li min iħaddem, jaf li mhux dejjem faċli jsib nies li għandhom esperjenza li jaħdmu f'ċertu xogħol, allura jippreferi li minkejja li forsi naqas ftit ix-xogħol, xorta waħda jżomm l-impjegati miegħu u jutilizzahom fi proġetti oħrajn, milli jirriskja li jitilqulu.", "Għax jekk għada pitgħada jitjiebu l-affarijiet, meta jiġi biex jerġa' jdaħħal l-impjegati, isibha iktar diffiċli biex jimpjega nies bil-ħiliet neċessarji jew inkella li jerġa' jsib l-istess impjegati li kienu miegħu, biex jerġgħu jibdew jaħdmu hemmhekk.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR FRANK FARRUGIA: Jien naqbel mija fil-mija maċ-Chairman tal-Malta Enterprise meta semma' d-diversification, imma ma rridux ninsew il-fatt li fil-Libja għad hemm ħafna Maltin li għad għandhom proġetti kbar.", "Pereżempju l-kumpanija tiegħi għandha proġett u jiena qiegħed skopert b'bank guarantee, u bilfors irrid nibqa' imkaħħal mas-sitwazzjoni.", "Niltaqgħu wkoll ma' kull sitwazzjoni u opportunità, għax fejn qabel kont tagħmel negozju u ma tafx meta se titħallas, illum tagħmel negozju, tiftiehem, titlob il-flus minn qabel u jħallsuk.", "Trid tieħu każ każ.", "Imma ma rridux ninsew dawk il-kuntratti ta' kumpaniji Maltin li għadhom pendenti.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Qabel xejn nirringrazzjakom ta' din id-diskussjoni interessanti ħafna u nixtieq inqajjem xi ftit punti.", "Konsegwenza ta' dak li ġara u li qed jiġri fil-Libja kien hemm ukoll effett ta' relocation ta' numru ta' kumpaniji Libjani li minħabba dak li qed jiġri fil-Libja rrilokaw f'Malta.", "Dan kien jidher ukoll min-numru ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' kumpaniji f'Malta li l-intenzjoni tagħhom hu li jagħtu servizz.", "It-tieni nett hemm ukoll numru ta' kumpaniji barranin li mhux neċessarjament huma Libiċi, imma Kanadiżi jew ta' nazzjon ieħor, li qabel kienu qed jagħmlu xogħol direttament fil-Libja imma issa qed jittamaw li jagħmlu l-istess xogħol, imma possibbilment tramite Malta.", "X'effetti qed taraw li dan qed ikollu?", "Nixtieq spjegazzjoni rigward iż-żieda tal-esportazzjoni maqsuma bejn goods and services li kien hemm bejn is-snin 2010 u 2012.", "Xi spjegazzjoni hemm għaż-żieda fl-esportazzjoni tal-mineral fuels li minn zero fl-2010, f'daqqa waħda telgħet għall-€63 miljun fl-2011, għall-€100 miljun fl-2013 u fl-ewwel parti tas-sena 2014 kienet ta' €85 miljun.", "X'qiegħda tirrappreżenta essenzjalment?", "Xtaqt ukoll nifhem aħjar għal dak li għandu x'jaqsam ma' exportation of goods.", "Kemm minnhom huma effettivament re-exports milli esportazzjoni ta' oġġetti manifatturati lokalment?", "Dan bħal pharmaceuticals u affarijiet bħal dawn, li jkunu ġew minn pajjiżi oħrajn u jiġu esportati lejn il-Libja tramite Malta.", "Mistoqsija oħra hija dwar l-unfinished contracts u kif qed jiġu megħjuna dawk in-nies li setgħu kienu qed jibnu xi proġett jew kienu f'nofs kuntratt u kellhom jieqfu ħesrem.", "Jekk il-Malta Enterprise hux qed tieħu xi rimedji biex dawn in-nies li huma exposed mal-banek minħabba din is-sitwazzjoni jiġu megħjuna?", "L-aħħar punt huwa dwar f'liema stadju jinsabu l-issue tal-visas?", "Kif qal tajjeb is-Sur Debono, bħalissa huwa diffiċli biex il-Maltin imorru l-Libja minħabba s-sitwazzjoni ta' perikolu li hemm, imma hija inqas problema għal-Libjani biex jiġu huma lejn Malta.", "Imma kien hemm sitwazzjoni - u naħseb li għadha hemm - fejn il-visas biex il-Libjani jiġu lejn Malta kienet sospiża.", "Minħabba raġunijiet li lkoll nafu, huwa kważi impossibbli biex dawk il-Libjani li jridu jitrattaw mal-Maltese counterparts jiġu hawn Malta, allura qegħdin f'daqsxejn ta' cash radical situation.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DR MARIO VELLA: Iċ-ċifri jitkellmu ċari u tondi dwar dawk il-kumpaniji Libiċi u oħrajn li għamlu r-relocation għal Malta.", "Ma jidhirlix li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom huma kumpaniji li se jiġu Malta biex jagħmlu xi ħaġa ta' substance - fis-sens tekniku tal-kelma - imma żgur li hemm interess minn kumpaniji li mhumiex Ewropej, li fil-Libja kienu joperaw on the ground u issa jridu li jkollhom bażi viċina.", "Bħala distanza, Malta ma tistax toffri iktar lill-pajjiżi Ewropej, anke jekk kien hemm xi ċaqliq.", "Il-Malta Enterprise mhux qed titkellem dwar dawk in-nies li qed jiġu hawnhekk biex jistennew xi ċaqliq, imma għal dawk il-kumpaniji li għandhom bżonn ta' bażi loġistika, pereżempju storages, u din hija l-linja li qed nipprovaw nisfruttaw fil-promozzjoni tagħna.", "Kif tafu, aħna għamilna tweekings fil-Business Promotion Act biex dawk il-kumpaniji li sa ftit ilu konna ngħidu li huma purament loġistiċi u ma nistgħux ngħinuhom bil-liġi, nibdew inqisuhom bħala li għandhom qualifying activities.", "Jidher li dan sar fil-mument opportun, għalkemm ma nistax ngħid li sar minħabba l-Libja biss, għax inkun qed nesaġera.", "Deher ċar ukoll li hemm numru ta' kumpaniji internazzjonali stabbiliti li kienu joperaw mil-Libja u li wħud minnhom ma stennewx sal-kriżi biex ikollhom bażi loġistika f'Malta.", "U dan iwassalna għall-punt li ngħidu li ma tantx jagħmel sens li jkollok bażi loġistika f'Malta, għaliex illum fil-Libja m'hemmx xogħol.", "Għalhekk qed nipprovaw inbigħu l-kunċett tar-reġjun kollu kemm hu, biex aħna stess ma nagħmlux l-istess żball of putting all our eggs in one basket.", "Fir-rigward tal-esportazzjoni, il-Malta Enterprise ġabret xi informazzjoni dwar liema huma dawk is-setturi fejn l-esportazzjoni lejn il-Libja żdiedet u hawnhekk qed nirreferi għal visible merchandise u sa ċertu punt ukoll industrial services, fejn numru minnhom kiber, għalkemm mhux kollha huma sempliċement re-export.", "Għamilna short list ta' dawk il-prodotti li naqsu u mhux kollha kienu sempliċement \"pure re-export\".", "Jien m'għandi ebda problema li dan id-dokument, li jagħti snapshot tas-sitwazzjoni, jiġi ċċirkolat.", "Tridu tapprezzaw li xi data għadha friski ħafna, speċjalment għall-ewwel kwart tal-2015.", "Il-Malta Enterprise hi kurjuża ħafna biex tipprova tifhem kif se tiffunzjona.", "MARIO DE MARCO: X'inhu l-iktar oġġett li kien esportat?", "DR MARIO VELLA: L-ogħla esportazzjoni li Malta kellha lejn il-Libja kienet tal-electrical machinery and equipment and parts thereof; sound recorders and reproducers, etc. F'Malta hawn żewġ kumpaniji ta' proprjetà Libika li jimmanifatturaw il-heavy switchgear u li ilhom Malta 'l fuq minn 40 sena, u dawn matul is-sena li għaddiet - u anke wara li l-kriżi splodiet għal darb'oħra - kellhom a bumper year.", "Tista' tkun dik, imma rridu noqogħdu attenti għax din mhux se tibqa' għaddejja għal dejjem.", "Hemm prodotti oħra li huma re-export minn Malta, fejn pereżempju fir-raba' post fil-klassifika tal-ħames l-aktar prodotti li ġew esportati hemm \"preparations of meat, of fish, of crustaceans, molluscs or other aquatic invertebrates\".", "Fl-ewwel tliet xhur tal-2015 il-valur tal-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti kienet ta' €1,052,000 meta fl-istess xhur tal-2014 kulma kellna kien €3,000.", "Għalkemm iċ-ċifri mhumiex eċċezzjonali, imma dan is-settur mar tajjeb ħafna, u l-qabża kif qed taraw hija kbira.", "Ħallejt il-mineral fuels barra għax prattikament dawn huma pure re-exports u jħallu barra dawn li jkunu paper transactions.", "Iċ-ċifri li għandha l-Malta Enterprise huma ta' dawk il-prodotti li nħattu Malta u reġgħu ġew mgħobbija, jiġifieri xi ftit value added lokali kien hemm.", "Imma lanqas biss ikkonsidrajna dawk l-exports li huma paper transactions għax għalkemm huma importantissimi għall-pajjiż, imma t-trickle down huwa minimu.", "IS-SUR ANTON BORG: Kif spjega tajjeb is-Sur Debono, hawn pajjiżi li qed jagħmluha faċli biex il-Libjani jivjaġġaw f'pajjiżhom minħabba business.", "Issa aħna qed nitkellmu fuq visas biex il-Libjani jiġu Malta, għax ma tantx issib Maltin li jixtiequ jivjaġġaw lejn il-Libja.", "Aħna qed naraw din il-problema minn diversi lati.", "Sitwazzjoni minnhom hi li hemm kumpaniji Maltin li għad għandhom negozjati ma' persuni Libjani u dawn qed isibuha diffiċli biex jikkomunikaw wiċċ'imb wiċċ magħhom u ħafna drabi minflok qed imorru l-Libja biex jiltaqgħu magħhom hemm qed imorru jew ġewwa Istanbul jew Djerba.", "Jiġifieri għall-Maltin kważi sar impossibbli għalihom biex jiltaqgħu ma' persuna Libjana biex ikomplu n-negozju li għandhom f'idejhom, u b'hekk hemm il-perikolu li jistgħu jitilfu n-negozju kollu.", "Sitwazzjoni oħra hi li għalkemm forsi persuna ma jkollhiex xi negozju kbir, xorta waħda tkun tixtieq li tibqa' żżomm il-business tagħha ħaj, biex jekk fil-futur is-sitwazzjoni fil-Libja tinbidel għall-aħjar, il-kuntatti ma jkunux maqtugħa kollha u trid terġa' tibda l-business tagħha mill-ġdid, imma tibqa' f'pożizzjoni li tmur il-Libja kemm jista' jkun malajr u tkompli għaddejja.", "Il-kwestjoni fil-Libja għalina li qegħdin fis-settur kummerċjali, taħraq ħafna u kienet waħda mill-problemi komuni kemm mal-membri tagħna kif ukoll ma' membri ta' organizzazzjonijiet oħrajn.", "U l-ikbar problema li l-membri ltaqgħu magħha s'issa, kienet dejjem il-visa.", "Aħna ddiskutejna din is-sitwazzjoni mal-Gvern u ktibna ittra fejn bażikament qed nipproponu sistema temporanja ta' visa, sakemm is-sitwazzjoni tal-Libja tinbidel jew titjib.", "Aħna ssuġġerejna li għandu jkun hemm visa li tkun for a limited duration, tip ta' \"D\" visa għal 90 ġurnata u tkun ikkontrollata bħala terminu ta' kemm jinħarġu visas.", "Id-\"D\" visa għal Malta mhux suppost tintuża għall-pajjiżi Schengen.", "Kulħadd jaf li din fiha r-riskju tagħha, għax ħadd ma jiċċekjak meta pereżempju tidħol l-Italja.", "Jiġifieri trid tkun visa speċifika għal-Libjani limitata għal Malta u tkun ikkontrollata billi npoġġu ċertu safeguards.", "Il-Kamra tal-Kummerċ mhux se tipproċessa visas, għalkemm jista' jkun hemm membri jistaqsu biex iġibu Libjani hawn Malta biex ikomplu n-negozjati magħhom, u għalhekk għandha tkun strictly limited to business travellers, jiġifieri qed ngħidu ċar li m'għandhiex tkun estiża għall-membri tal-familja oħra.", "Aħna konċernati biss li l-business mal-Libja jkompli għaddej.", "Aħna qed nibagħtu messaġġ illi l-visas jinħarġu għal dawk il-kumpaniji li għandhom business serju u lesti li jidħlu għal ċertu responsabbiltà huma stess, u mhux kull min jiġi għandna tinħariġlu visa.", "Irridu nkunu ċerti li l-membri tagħna, għandhom business mal-Libja.", "Qed ngħidu wkoll li the applications will be signed by an authorized signatory of the Chamber and given a unique internal number identification li jfisser li meta persuna terġa' titlaq minn Malta, nirreġistrawha fis-sistema tal-Kamra tal-Kummerċ biex jekk ikun hemm xi audit dwar kemm hawn business people in Malta u kemm kumpaniji japplikaw għal dan, inkunu nistgħu nirrispondu għal dawn l-affarijiet.", "Dawk kienu l-proposti li tajna lill-Gvern fejn irċevejna risposta li kien hemm qbil magħhom b'xi tibdil żgħir, imma għad irid ikun hemm diskussjonijiet ulterjuri dwar dan it-tibdil.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Dr Vella, l-ewwel nett nirringrazzjak ħafna tal-presentation.", "Semmejt il-market u l-geographical diversification, is-Sub-Sahara, l-Alġerija u t-Tuneżija, realment kemm hu possibbli li tinstab \"Libja ġdida\" fejn il-kumpaniji tagħna jkunu jistgħu jagħmlu negozju f'pajjiż ieħor?", "X'ħidma qed tagħmel il-Malta Enterprise biex issir din il-missjoni?", "It-tieni mistoqsija hi dwar l-impjiegi.", "Kif għedt inti, the figures are not that discouraging, imma bħalissa hawn Maltin li wara li kien ilhom mat-30 sena fil-Libja jaħdmu fuq xogħol li tista' tgħid kien \"strettament partikolari\" issa jinsabu bla xogħol.", "Minn informazzjoni li għandkom, x'inhu jsir ma' dawn in-nies jew biex ikollhom kuntatt ma' kumpaniji oħrajn, jew biex jingħataw ħiliet oħra għalkemm issa waslu qrib l-età tal-irtirar?", "It-tielet mistoqsija hi jekk hux qed isir studju tal-ekonomija Maltija biex aktar milli nkunu nafu biss ir-rata tal-esportazzjoni, imma nkunu nafu l-valur miżjud fuq l-impatt ekonomiku ta' pajjiżna u ta' dawn il-kumpaniji li ġew impattati ħażin bis-sitwazzjoni tal-Libja?", "DR MARIO VELLA: Qed tgħid bħala pajjiż as an alternative to Libya?", "L-iktar pajjiż b'possibilità għolja ta' negozju ma' Malta hija l-Alġerija, fuq dan m'hemmx dubju.", "L-Alġerija mhijiex bħal-Libja u hemm differenzi kulturali enormi.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-istat li b'xi mod jew ieħor jixtri direttament jew indirettament mill-pajjiż u minħabba l-enfasi li hemm fuq l-infrastruttura, qed jindika li min kien jagħmel xogħol fil-Libja - u issa anke qed naraw interess minn kumpaniji lokali li qatt ma ħadmu barra minn Malta - jekk they play their cards right, jistgħu jirnexxu wkoll fl-Alġerija.", "Il-problemi prattiċi li jeżistu m'għandhomx x'jaqsmu mal-iskills tan-nies - għax il-bini xorta jibqa' bini - imma mad-daqs tal-kumpaniji.", "Jekk f'dan il-qasam, il-kumpaniji Maltin ma jinġabrux f'consortia waħda, mhumiex se jirnexxu, għax l-entry points ta' dawn il-proġetti huma kbar wisq, anke għall-ikbar kumpanija Maltija li għandna.", "Fost affarijiet oħrajn li qed nipprovaw nagħmlu hu li ninkoraġġixxu formazzjoni ta' consortia - li kif jidher s'issa qed jirnexxu - mhux biss għal min imur hemmhekk u jibni, imma anke għal dawk il-kumpaniji li jipproduċu l-materjal biex jibnu.", "Għandna esperimenti interessanti ta' kumpaniji Maltin fil-qasam tal-bini li qed jagħmlu preżenza mhux biss fl-Alġerija imma fis-Sub-Saharan Africa wkoll.", "Dawn il-kumpaniji apparti milli jipproduċu l-materja, jesportaw u jibnu l-bini li hemm bżonn fuq il-post.", "Irrid infakkar li meta f'Malta jinħarġu l-offerti għax-xogħol, ikun diffiċli għall-kumpaniji Maltin biex jimlew a serious tender proposal, immaġina meta tagħmel dan f'pajjiżi fejn il-lingwa mhijiex l-Ingliż, fejn l-istandards huma totalment differenti u fejn hemm kompetizzjoni globali.", "Minn dan il-lat qed naħdmu ħafna.", "Il-mistoqsija l-oħra kienet dwar il-ħiliet.", "Ċertament li hija mistoqsija importantissima.", "Mhux se ngħid biex \"issaqsu lill-ETC\" għaliex il-Malta Enterprise taħdem mill-qrib ħafna mal-ETC.", "Hemm ħafna skemi, imma aħna issa rridu mmorru iktar lil hinn mill-iskemi.", "Irridu nikkonvinċu lil dawn in-nies biex jerġgħu jiġu mħarrġa.", "M'għandix dettalji dwar id-demografija ta' dawn il-persuni, imma minn anecdotal evidence hu ssuġġeriet li dawn mhumiex ta' età żgħira, u wħud minnhom kien ilhom stabbiliti fil-Libja.", "Għalkemm f'dan il-qasam - u ma nistax insemmi kumpaniji partikolari - hemm kumpaniji li ma jridux li dawn il-ħaddiema jsibu xogħol ieħor in between.", "Bl-iState Aid Regulations ma tistax sempliċement tisussidja labourer u żżommu impjegat għal sena, sentejn jittrejnja l-ħin kollu, għax at some point irid jaħdem.", "Għandna problemi kbar u hemm bżonn ta' iktar djalogu mal-kumpaniji on the spot.", "Fil-fatt fil-ġimgħat li għaddew kellna diskussjoni ma' uħud mill-kumpaniji, speċjalment dawk ta' daqs żgħar u jrid ikun hemm aġenda għad-diskussjoni ma' min jirrappreżenta n-negozji ż-żgħar.", "Hawnhekk il-GRTU trid tidħol f'dan is-suġġett, u aħna kemm-il darba ddiskutejnieha fil-bord tagħna fejn il-GRTU hija rappreżentata wkoll, imma ċertament hija xi ħaġa komplikata.", "Jekk b'value added nifhmu kemm hemm value added fil-produzzjoni ta' prodotti u servizzi li kienu jmorru lejn il-Libja, dan joħroġ awtomatikament minn din it-tabella li għandna dwar liema setturi qed imorru tajjeb u liema qed imorru ħażin.", "Jekk insemmu l-esportazzjoni ta' ħut iffriżat li għadda minn Malta u mar il-Libja, nistgħu nikkalkolaw li l-value added forsi jkun ta' 8 jew 9%, imma jekk qed nitkellmu fuq prodott li jsir f'Malta, il-value added ġeneralment jeċċedi l-40%.", "Skont din it-tabella jidher li hemm value added mhux ħażin f'dak li qed jiġi esportat, imma nerġa' nirrepeti, dak li jista' jgħodd għal-lum jista' ma jkunx jgħodd għax-xahar id-dieħel, jiġifieri rridu nimmonitorjawha l-ħin kollu.", "Ċertament hemm opportunitajiet enormi għal min qed jistokkja l-materjal li għandu bżonn u jesportah, għalkemm dan mhuwiex l-ogħla fil-quċċata tal-value added, imma ma nistgħux ngħidu li hu worthless, ma tagħmlux u ma ngħinuhomx.", "Dik hija s-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR FRANK FARRUGIA: Jien ukoll Direttur fuq il-Bord tal-ETC u s'issa mhux qed jirriżulta li hemm żieda ta' nies jirreġistraw għax-xogħol minħabba li kienu tilfu x-xogħol mil-Libja.", "Anzi għandna problema għax hawn kumpaniji li jixtiequ jespandu, u ma jistgħux isibu nies!", "Issa jista' jkun li forsi n-nies li tilfu x-xogħol kienu draftsman jew inġiniera jew technicians.", "KRISTY DEBONO: Jiġifieri m'għandkomx problema ta' nies li kienu jaħdmu fil-Libja u issa qegħdin Malta u jixtiequ li jerġgħu jibdew jaħdmu?", "IS-SUR FRANK FARRUGIA: Le, ma kienx hemm żieda ta' persuni li bdew jirreġistraw.", "KRISTY DEBONO: Jien naf nies personalment li ġew ikellmuni.", "IS-SUR FRANK FARRUGIA: Bħalissa l-ETC ma jirriżultalhiex li kien hemm xi żieda u kull darba li jiltaqa' l-bord tal-ETC u nkun Chairman, dejjem inqajmu dan il-punt.", "KRISTY DEBONO: Kif qal is-Sur Joe Farrugia, jista' jkun li kienu impjegati li kienu fuq kuntratt u peress li l-kuntratt għalqilhom, ma kenux jaqgħu taħt \"unemployed\".", "Imma hija realtà li teżisti.", "IS-SUR FRANK FARRUGIA: Qed ikollna problema peress li diversi kumpaniji li kienu jaħdmu l-Libja, ġew Malta u ddiversifikaw u issa għandhom bżonn technicians jew impjegati oħra u ma jistgħux isibu.", "Anzi qed jitolbu permess biex iġibu nies minn barra.", "THE CHAIRMAN: Din iċ-ċifra ħarġet minn waħda mill-graphs li kellna.", "DR MARIO VELLA: Ħalli nkunu prattiċi għax mhux qed nitkellmu biss bħala makrostatistika.", "Aħna tajna għajnuna individwalment lil ħafna nies f'Malta, jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq individwi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: L-ewwel nett grazzi tal-presentation.", "Tajjeb li qed jittieħdu l-miżuri u jidher li hemm ukoll sforz biex jekk ikun hemm impatt, inkunu nistgħu nilqgħu għalih.", "Aħna kellna sensiela ta' laqgħat ma' korpi, kif ukoll ma' numru ta' operaturi lokali li għandhom investiment fil-Libja jew għandhom attività f'Malta imma xorta għandhom xi dipendenza ta' ċertu proporzjon fl-operat tagħhom fil-Libja.", "Issue prinċipali u persistenti li ssemmiet, u li forsi mbagħad anke tkun tista' tikkummenta ftit dwarha, kienet li l-operaturi fis-settur privat kellhom diffikultà biex isibu a single point of contact min-naħa tal-Gvern.", "Għalkemm kif indikajtu, il-Malta Enterprise kienet l-entità li amministrat ir-relazzjoni u ħadet ħsieb l-aspetti kollha ta' dawn il-kumpaniji, imma jidher li min-naħa tas-settur privat xorta kien hemm xi tip ta' frustrazzjoni ta' min riedu jkellmu u għalxiex.", "Il-Malta Enterprise ffukat fuq ċerti affarijiet, imma mbagħad kien hemm entitajiet oħra li ħadmu indipendentement mill-mod ta' kif topera l-Malta Enterprise.", "To be fair, kulħadd apprezzah ix-xogħol li għamlet il-Malta Enterprise, jiġifieri x-xogħol on a micro basis u l-attenzjoni individwali, imma 'l fuq minn 90% tal-kumpaniji li kellimna, qalulna li sabu konfużjoni lil liema entità u dipartiment riedu jkellmu.", "Issue oħra li semmejt kinet li filwaqt li f'dak li għandu x'jaqsam ma' miżuri short and immediate term, l-FSS, il-VAT u l-pagamenti tat-Teżor, kienu verament iffaċilitati, imma qisu ma kienx hemm understanding ċar jew viżibbli tal-miżuri strutturali.", "U rightly so kemm fl-istqarrijiet li għamilna aħna kif ukoll fir-referenza li għamiltu intom għal kif operaturi bona fide – u nenfasizza li operaturi bona fide – jistgħu jibbenefikaw jew kif jistgħu jipparteċipaw, fl-ambiti tal-limitazzjonijiet imposti mill-istate aid regulations, biex dawn iħarsu fit-tul iktar milli jħarsu fuq miżuri short-term.", "Waqt il-preżentazzjoni għamilt xi referenzi, imma kont ġeneriku ħafna fuq 'il fejn il-Malta Enterprise tixtieq tmur jew x'qed tippjana li tagħmel u nixtieq li tgħidilna iktar x'għandek f'moħħok f'din id-direzzjoni.", "Concern oħra li numru ta' kumpaniji kellhom hija dwar l-assi li għad għandhom fit-territorju Libjan.", "It-tħassib tagħhom huwa ta' x'se jiġri minn dawn l-assi u xi rwol se jieħu l-Gvern u l-Istat vis-à-vis il-protezzjoni u r-reġistrazzjoni tal-assi?", "Jien nifhem li min jinvesti, jinvesti għar-riskju tiegħu u meta jkun għamel l-evalwazzjoni tar-riskju, kien qed jibbilanċja l-qligħ mal-grad tar-riskju, imma issa li hemm l-assi Maltin fil-Libja - naf li ma tistax titkellem għan-nom tal-Gvern Dr Vella, imma peress li hawn il-Ministru tal-Finanzi, forsi jkun jista' jintervjeni f'dan is-sens – hemmx il-ħsieb jew jekk hux qed isiru xi diskussjonijiet li jittieħdu xi miżuri f'dan ir-rigward?", "DR MARIO VELLA: Nibda billi nirrispondi t-tieni mistoqsija dwar il-miżuri strutturali, għax sa ċertu punt hija mistoqsija kkumplikata.", "L-inċentivi li hemm fil-Business Promotion Act u fil-Malta Enterprise Act huma bejn wieħed u ieħor dak li nistgħu nagħmlu fi ħdan ir-reġim ta' state aid li jeżisti llum.", "Anzi iktar minn hekk ma jistgħux jikbru, imma jridu jiċkienu f'dik li hija intensità.", "Jiġifieri dak kollu li qed isir, jaqa' fi ħdan dawn il-parametri, għax jekk aħna mmorru oltre, inkunu qed naqilgħu l-inkwiet mhux biss għal dawn il-kumpaniji, imma għall-istat kollu kemm hu, ikun min ikun hemm fil-gvern.", "Għalhekk f'dan il-qasam il-Malta Enterprise qiegħda timxi b'kawtela kbira u bi prudenza, biex nagħmlu dak kollu li nistgħu u li jkun konformi ma' dan ir-reġim.", "Però dak li hemm huwa ferm ikbar milli jimmaġinaw ħafna.", "Dawn l-istrumenti li semmejt, kollha jipprovdu biex kumpanija tkun megħjuna biex terġa' tagħmel ristrutturament, li tista' tfisser ħafna affarijiet u jista' ma jfisser assolutament xejn.", "Ħafna drabi biex tirristruttura kumpanija trid pereżempju terġa' tivvinta l-prodott u li ma tiddependix iktar fuq export market wieħed partikolari.", "M'hemm xejn li jwaqqafna u fil-prattika m'hemm xejn li qed iwaqqafna milli nużaw dawn l-istrumenti biex niffaċilitaw din it-tip ta' ristrutturazzjoni.", "Hemm numru ta' kumpaniji li bħalissa qed jgħaddu minn dan il-proċess, imma ma nistax nimmaġina kumpanija ta' daqs sinifikanti li tagħmel dan il-proċess kollu, għax il-proċess ma jiġrix daqshekk malajr.", "Irridu nifhmu li financial forecast horizon tista' tagħmlu wara sentejn jew tlieta, imma tliet snin huwa l-metaboliżmu ta' kumpanija.", "Ikun interessanti jekk din il-mistoqsija terġa' tpoġġihieli più o meno s-sena d-dieħla, fejn l-ikbar kumpaniji fosthom, ikunu temmew dan il-proċess u r-riżultat ikun viżibbli u jew ikunu hemm jew ma jkunux hemm u jekk marrux għall-aħjar.", "Dik il-kariga ta' aggressività hija importantissima bl-iskemi li jeżistu, li tinkludi wkoll li tieħu riskju.", "Fl-imgħoddi mhux kulħadd ħa riskju kkalkulat u issa qed iħallsu għaliha.", "Dwar l-ewwel mistoqsija meta staqsejt għalfejn ma kienx hawn focal points f'Malta.", "Il-Malta Enterprise mhijiex kollox, imma kull kumpanija li kellha bżonn xi għajnuna minn xi entità jew xi ministeru ieħor u ġew jitolbu l-għajnuna lill-Malta Enterprise, kollha ġew indirizzati fejn għandhom imorru u f'ħafna każi l-kuntatt konna nagħmluh aħna wkoll.", "Għalkemm setgħu jaċċessaw il-website, imma hija iktar kwestjoni li tkun viżibbli.", "U hemmhekk nistqarr li forsi kellna nispjegaw iktar kif kumpanija setgħet tinqeda iktar malajr.", "Il-Malta Enterprise għandha żewġ taqsimiet li xogħolhom prattikament hu biss ta' reach-out.", "Aħna ma nistennewx li l-kumpaniji żgħar jew kbar jiġu dejjem għandna.", "F'ċerti każi naraw iktar resilience u flexibility f'kumpaniji li jkunu ta' daqs medju u żgħar, fejn il-problemi tagħhom huma totalment differenti minn ta' kumpaniji kbar li huma mdorrijin li jċemplu lil dak jew lil ieħor u b'xi mod jew ieħor jinqdew u jaħsbu li they can do without further help.", "Dwar l-aħħar mistoqsija, jien ma nafx kif nista' nirrispondiha.", "Li żgur hu li m'hemmx soluzzjoni maġika u fl-aħħar mill-aħħar, anke jekk ikollok garanziji minn pajjiż ieħor imma jekk m'hemmx stat li jirrikonoxxi dak id-dritt tiegħek …", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzjak.", "Il-Libja hija pajjiż kbir ħafna, u mhux f'kull reġjun hemm l-inkwiet.", "Il-Malta Enterprise qiegħda tikkonsidra li ssib postijiet fejn m'hemmx inkwiet; bħal pereżempju Tobruk?", "DR MARIO VELLA: Jien għandi ċertu esperjenza tal-pajjiż, twelidt il-Libja, għext u ħdimt hemmhekk ukoll għal ħafna snin.", "U mhux fi Tripli biss!", "Mhijiex sempliċi daqskemm taħseb.", "Fit-teorija apparti Tobruk u Tripli, hemm iktar pajjiżi fin-nofs u fin-naħa t'isfel tal-Libja.", "L-opportunitajiet jinsabu fil-postijiet li l-iktar diffiċli li tasal għalihom.", "Kull min kien hemm, jaf li hemm ċertu postijiet qishom ġenna tal-art, imma trid tasal hemm l-ewwel!", "U hemmhekk huwa l-periklu!", "Veru, Tobruk qiegħda viċin il-fruntiera mal-Eġittu, imma hemmhekk ukoll mhux kollox ward u żahar!", "Biex toħroġ u tidħol f'Tobruk, hemm riskji kbar!", "Biex tmur minn Tobruk għal Benghazi trid tgħaddi minn ħdejn Derna.", "U hawn nissuġġerixxi li ma tippruvax tieħu dan il-pass!", "Veru hemm ħafna individwi li qed jagħmluha ta' Indiana Jones u qed jirnexxilhom jagħmlu ħafna flus fil-fatt!", "Kieku ċ-ċifri ma jurux li dan huwa l-każ.", "Ħafna pajjiżi Ewropej qed jgħidu li f'Sabha, f'Murzuq u l-Fezzan - li prattikament qegħdin fuq il-fruntiera man-Niġer u ċ-Chad - hemm opportunitajiet enormi, għax għandhom nuqqas ta' kollox!", "Ma tistax taqbad ajruplan tal-linja!", "Fil-fatt qabel ma s-sitwazzjoni eskalat, il-Malta Enterprise bdiet saħansitra tipprova tagħżel nies biex javviċinaw b'mod micro numru ta' bliet, kemm fuq iċ-Cyrenaica kif ukoll taħt iċ-Cyrenaica, kif ukoll postijiet fuq il-fruntiera mal-Alġerija.", "L-idea kienet li jkollna microwork; fejn ikun hemm persuna li mingħajr ħafna xinxilli tmur hemm, tara l-affarijiet li għandhom bżonn, tagħmel kuntatt ma' Malta, u l-Malta Enterprise tibda tfittex kumpaniji lokali, speċjalment peress li f'din in-naħa tal-Libja, jużaw ħafna r-wrought iron fil-bini, u Malta hawn ħafna kumpaniji żgħar ta' funderija.", "Imma sfortunatament inqala' l-inkwiet u spiċċa kollox!", "Iva, ir-rieda hija hemm u l-għarfien ta' x'qed jiġri fil-post huwa hemm, imma rridu naraw u nieħdu opportunitajiet prattiċi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Id-diskussjoni iktar kienet fuq damage control u għandu jsir dak li huwa bażiku.", "Wara kollox ilbieraħ stess il-Gvern Tuneżin talab biex kull Tuneżin li għadu l-Libja joħroġ b'mod immedjat għax jaf li l-pajjiż qarib tagħhom għaddej minn periklu kbir!", "Importanti li d-diskussjoni npoġġuha fl-ambitu tagħha biex nissalvagwardjaw l-affarijiet ta' valur, imma l-periklu għadu hemm!", "THE CHAIRMAN: Kif diġà ntqal, il-Libja huwa pajjiż partikolari f'dik li hi kultura, lingwa u anke kif jaġixxu n-nies, speċjalment fejn jidħol in-negozju u għalhekk irid ikun hemm mod kif jiġu indirizzati dawn id-differenzi.", "Kif issemma fil-preżentazzjoni, il-Malta Enterprise għandha nies b'esperjenza on the ground u qed tipprova tħeġġeġ lil diversi kumpaniji Maltin biex jieħdu diversi miżuri fosthom id-diversifikazzjoni, biex jibdew negozjati fosthom mal-Alġerija, Tuneżija, eċċ. Għandkom xi ċifri ta' uptake ta' x'miżuri ttieħdu s'issa minn ċertu kumpaniji?", "Issemmew il-laqgħat ta' konsultazzjoni li għaddejjin bħalissa bejn il-Gvern, il-Malta Enterprise u l-Kamra tal-Kummerċ.", "Bħala Kamra tal-Kummerċ, kemm intom kuntenti bil-livell ta' konsultazzjoni?", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-visa, kif qegħdin taraw din is-sitwazzjoni anke ukoll grazzi għall-kumitat li waqqaftu intom, u kif qed taraw li se tkompli tiżvolġi din is-sitwazzjoni fil-futur?", "DR MARIO VELLA: L-iktar miżura ovvja li kellna kienet meta marret business delegation kbira lejn l-Alġerija u kienet oversubscribed.", "Fil-fatt irridu ngħidu lil ħafna nies meta se norganizzaw it-tieni delegazzjoni.", "L-interess qiegħed hemm u l-intrapriżi qed jifhmu li jridu jagħmlu xi ħaġa, speċjalment issa li hemm ċans li mhux se jibqgħu jinnegozjaw mal-Libja!", "Dan l-aħħar kellna numru mhux ħażin ta' business delegations lejn il-Lvant Nofsani fejn hemm l-istess sitwazzjoni.", "Aħna ninkoraġġixxu lill-kumpaniji lokali, nakkumpanjawhom u anke nqabbduhom ma' kumpaniji hemmhekk, u s'issa kellna riżultati tajbin għax diġà hemm intrapriżi li għandhom kuntratti.", "Huwa importanti li l-intrapriżi lokali jkunu jafu b'dawn l-opportunitajiet.", "IS-SUR ANTON BORG: L-ikbar preokkupazzjoni li kellha l-Kamra tal-Kummerċ kienet dwar il-miżuri immedjati li kellhom bżonn dawn il-kumpaniji, f'dak li jirrigwardja l-cash flow, kif ukoll fir-rigward ta' għajnuna għal dak li għandu x'jaqsam ma' VAT, taxxi, bolol, eċċ. Aħna konna erġajna avviċinajna lil dawn il-kumpaniji biex naraw inqdewx bl-għajnuna li tat il-Malta Enterprise u fl-aħħar ġimgħat l-indikazzjonijiet kienu li più o meno l-kumpaniji ħassewhom ħafna iktar komdi wara l-laqgħat li kellhom mal-Malta Enterprise.", "L-unika problema li għada tippersisti hi l-ħruġ tal-visa.", "Għandna xi indikazzjonijiet li min-naħa tal-Gvern il-proposta tagħna ġiet aċċettata, imma għad fadal x'isir u l-implimentazzjoni għadha ma ġietx attwata.", "Il-Kamra tal-Kummerċ tħoss li iktar ma tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr, dan ikun aħjar għan-negozju Malti u għalhekk hu importanti ħafna li tingħalaq!", "IS-SUR MARIO DEBONO: Bħala GRTU, il-kwistjoni tal-visa nħossuha sewwa, speċjalment meta pajjiżi oħra mhux qed jittrattaw din l-issue bħala xi ħaġa straordinarja.", "Għalkemm ix-xogħol li qed tagħmel il-Kamra huwa commendable, imma aħna lil-Libjani kważi qed nagħtuhom x'jifhmu li għall-Maltin huma jiġu second class citizens.", "Issa l-Libjani huma mdorrija jingħataw is-Schengen visas mhux id-\"D\" visa meta jmorru fl-Ambaxxati Franċiżi, Belġjani, Griegi, jew Taljani.", "U jiena nħoss li Malta m'għandhiex tagħti sinjal li forsi jista' jipperikola r-relazzjoni tajba li aħna għandna mal-Libja.", "Jien kont ngħix il-Libja għal ħafna snin sa minn meta kont żgħir, u ma nixtieqx li nisma' l-Libjani jgħidu: intom il-Maltin m'intomx tagħtuna visa.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna, bħala GRTU nemmnu li r-rota ser iddur żgur u nemmnu li għad jiġi żmien fejn il-Maltin se jkollhom preżenza ħafna ikbar fil-Libja milli hawn illum.", "Il-Libja huwa pajjiż enormi ta' sitt miljun ruħ, għandu riżorsi kbar, u għalkemm hemm ukoll swieq ta' pajjiżi oħrajn, imma l-Libja hija pajjiż viċin ħafna.", "U għalhekk nerġa' ntenni, bħala GRTU nixtiequ li naraw li l-poplu Libjan ikun on an equal footing mal-Franċiż, mal-Ingliż, mal-Ġermaniż, mal-Grieg, mat-Taljan u mal-Belġjan.", "Nirringrazzjak.", "IS-SUR ANTON BORG: Jien naqbel mas-Sur Debono għax l-għan immedjat tagħna hu li l-Libjani jagħmlu negozju mal-Maltin!", "Għalkemm jien ma nsibx oġġezzjoni li l-Libjani jivjaġġaw fil-kumplament tal-Ewropa, imma l-għan immedjat tagħna hu li jkun hemm il-faċilità biex negozjanti Libjani jiġu Malta u jagħmlu n-negozju mal-Maltin.", "Din hija l-prijorità tagħna.", "Bħalissa hemm din is-sistema temporanja - għalkemm ħadd ma jaf kemm se tibqa' temporanja - imma jekk insibu metodu ta' kif nikkontrollaw dawn l-affarijiet, imbagħad forsi 'l quddiem inkunu nistgħu mmorru għal visa Schengen, għalkemm jidħlu ħafna kumplikazzjonijiet ta' kif tikkontrolla, ir-return tickets, eċċ.", "IS-SUR FRANK FARRUGIA: Importanti li nkunu nafu l-background ta' x'ġara f'dak li jirrigwardja l-kwistjoni tal-ħruġ tal-visas.", "Kien qed ikun hemm ħafna abbużi fis-sistema tal-ħruġ tal-visa għax kienu jintużaw jew formoli ddupplikati jew foloz, u kien hemm ħafna Libjani li riedu jiġu Malta u spiċċaw f'pajjiżi oħra.", "Meta kien sar stħarriġ fost il-membri tagħna dwar l-użu tal-ħruġ ta' visas, l-iktar li qalulna kien biex il-Libjani jiġu Malta għal xi laqgħat jew biex jiffinanzjaw xi negozjati mal-Maltin.", "Bħala Kamra tal-Kummerċ qed naraw kif nistgħu nagħmlu sistema li tkun foolproof.", "Għalhekk fuq kull dokument oriġinali se jkun hemm numru; u jekk tmur għand avukat jew nutar, irid ikun hemm il-firma oriġinali u mhux tkun photocopy, u tinħareġ il-formola!", "Bħala Kamra qgħadna attenti li fl-iskema ndaħħlu dawn l-affarijiet, biex jinqatgħu l-abbużi, u jkun hemm iktar responsabilità.", "IS-SUR ANTON BORG: L-iskema li qed nipproponu, iddiskutejnieha u anke ħadna parir legali.", "Mhux qbadna u ktibna erba' noti aħna.", "THE CHAIRMAN: F'isem il-Kumitat, nirringrazzja lil Malta Enterprise, lill-Kamra tal-Kummerċ, lill-GRTU u lil Malta Employers' Association.", "Kienet laqgħa importanti ħafna fejn ħarġu fatti ġodda, li servew biex ikkjarifikajna punti li kienu qed jinstemgħu fuq il-media.", "Grazzi għal din il-laqgħa, għandna storja iktar ċara ta' xi problemi reali hemm, u minn ċifri li ħarġu qed naraw is-soluzzjonijiet li qed jieħu l-Gvern u d-diversi entitajiet kif ukoll korpi kostitwiti f'dan l-ambitu.", "Ma naħsibx li din se tkun l-aħħar laqgħa fuq dan is-suġġett.", "Kif qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin għas-sena d-dieħla, forsi nkunu nistgħu naraw xi riżultati u x'miżuri ttieħdu.", "Bla dubju jekk ikollna xi opportunità qabel, niltaqgħu f'xi laqgħa oħra.", "Niddikjara l-aġenda eżawrita u l-laqgħa magħluqa.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8:47 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150525_012d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 25 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, Valletta fis-6:52 pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 10 u 11 li saru fil-11 ta' Frar, 2015 u fit-8 ta' Mejju, 2015 rispettivament kienu konfermati.", "IS-SITWAZZJONI FIL-LIBJA", "Il-Kumitat stieden lil Dr Mario Vella Executive Chairman, is-Sur Brian Camilleri Manager, Economic & Market Research u lis-Sinj.", "Marika Tonna CEO, mill-Malta Enterprise biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Dr Mario Vella ta preżentazzjoni ntitolata:", "Wara l-preżentazzjoni, il-Kumitat stieden lis-Sur Anton Borg u lis-Sur Frank Farrugia President u Deputat President tal-Kamra tal-Kummerċ, lis-Sur Mario Debono, Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-GRTU u lis-Sur Joseph Farrugia, Direttur Ġenerali tal-Malta Employers' Association fejn esprimew id-diversi problemi li l-membri tagħhom ltaqgħu magħhom f'dawn l-aħħar xhur.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Mario Vella, ippreżenta lill-Kumitat:", "Dokument 15 Tabelli tas-setturi li żiedu u dawk li naqsu l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Libja f'ammonti ta' euros bejn Jan - Mar 2014 u 2015.", "Wara l-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lil Dr Mario Vella u r-rappreżentanti tal-entitajiet preżenti.", "Fid-8:47 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150525_012m_fin.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-FAMILJA,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 8", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 fis-6:30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament:", "Diskussjoni dwar l-età tal-kunsens sesswali; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150527_008a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 08", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 08", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "THE CHAIRPERSON (L-Onor.", "Etienne Grech): Nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "L-Età Minima ta' Kunsens għal Attività Sesswali - Proposta mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal f'Marzu 2015 abbażi ta' diskussjoni dwar jekk l-età għandhiex tinżel għal 16-il sena.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI", "THE CHAIRPERSON: Illum qegħdin niltaqgħu f'din il-laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar il-Familja biex niddiskutu l-età tal-kunsens sesswali.", "Se nibda billi nagħmel introduzzjoni qasira u mbagħad nibdew id-diskussjoni tagħna.", "Illum għandna numru ta' mistednin, uħud minnhom esperti legali, oħrajn esperti fil-psikoloġija u oħrajn esperti fl-istudji taż-żgħażagħ.", "U allura m'għandix dubju li l-mistednin tal-lum se jagħtuna aktar ħjiel fuq dan is-suġġett.", "Mir-riċerka li għamilt jidher li l-età tal-kunsens sesswali f'pajjiżna hija ta' 18-il sena, l-istess bħat-Turkija.", "Din l-età tvarja minn pajjiż għal ieħor fil-pajjiżi tal-Ewropa.", "Fil-fatt hemm pajjiżi fejn din l-età hija ta' 16-il sena, oħrajn ta' 17-il sena u hemm oħrajn li l-età tal-kunsens sesswali hija ta' 14-il sena.", "Mill-informazzjoni li għandi jidher li r-responsabilità kriminali hawn Malta hija ta' 14-il sena.", "Wara li għaddiet il-liġi tal-kunsilli lokali persuna tista' tivvota għall-kunsilli lokali ta' 16-il sena.", "Persuna tista' tikkonsma l-alkoħol ta' 17-il sena.", "Jidher ukoll li l-liġi Maltija temanċipa lil persuna taħt it-18-il sena billi permezz tal-kuraturi tagħha jew permezz tal-ġenituri tagħha tkun tista' tiftaħ in-negozju tagħha u anke biex tiżżewweġ.", "Ta' 18-il sena tista' tixtri s-sigaretti u tista' iġġib il-liċenzja tal-karozza.", "U kif diġà għedna l-età tal-kunsens sesswali hawn Malta hija ta' 18-il sena wkoll.", "Irridu nagħmlu differenza bejn l-età tal-kunsens sesswali u l-età fejn wieħed jitqies bħala li huwa maġġorenni.", "L-età tal-kunsens sesswali għandha tittieħed biss fuq dak l-aspett u mbagħad fuq affarijiet oħra, fosthom ix-xiri tas-sigaretti u l-alkoħol, eċċ. għandna nimxu skond il-liġi Maltija.", "Ovvjament irridu naraw ir-riperkussjonijiet li jista' jkun hemm jekk qed nikkonsidraw li nnaqqsu l-età tal-kunsens sesswali f'pajjiżna.", "Li hu żgur hu li l-adoloxxenti Maltin ftit li xejn jafu fuq xi tgħid il-liġi Maltija dwar x'inhi l-età tal-kunsens sesswali.", "Dan is-suġġett li qegħdin nitkellmu fuqu llum kont semmejtu l-ewwel darba madwar sentejn ilu permezz ta' mistoqsija parlamentari indirizzata lill-Ministru għas-servizzi soċjali, dak iż-żmien l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, illum President ta' Malta, fejn staqsejtha jekk hemmx il-ħsieb li titnaqqas l-età tal-kunsens sesswali.", "U fir-risposta tagħha kienet qaltli li għad trid issir diskussjoni fuqha.", "L-ewwel persuna li tkellmet fuq dan is-suġġett kien l-Onor.", "Franco Debono waqt it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi Nru 7 tal-2010.", "Fil-fatt dakinhar kien ta l-parir sabiex l-età tal-kunsens sesswali tinżel minn 18-il sena.", "U issa nistgħu nibdew id-diskussjoni tal-lum.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nixtieq nikkjarifika punt hawnhekk.", "Nixtieq infakkrek li f'din il-leġiżlatura, - minkejja li l-Onor.", "Franco Debono kien qajjem dan il-punt fl-2010 mill-aspett legali – permezz ta' aġġornament fit-8 ta' Jannar ta' din is-sena, jiena kont tkellimt fid-dettall dwar dan is-suġġett.", "Mhux hekk biss imma kien qam dibattitu sħiħ fuq il-media u fil-ġurnali proprju fuq dan il-każ.", "Għaldaqstant nixtieq nikkonferma li llum wasalna f'dan l-istadju, fejn qegħdin niddiskutu dan is-suġġett f'laqgħa konġunta bejn tliet Kumitati Parlamentari proprju minħabba dan it-tqanqil li sar qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "U wara l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali dan il-punt baqa' ħaj.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni wkoll fuq ittra li ntbagħtet mill-Kummissarju għat-Tfal lil dawn il-Kumitati Permanenti, liema ittra ma ġietx mibgħuta lili, u din kienet proprju r-raġuni li fl-aħħar mill-aħħar wasslitna għal dawn il-laqgħat.", "Kif rajt il-lista tal-mistednin biex jiġu jitkellmu hawnhekk rajt nuqqas kbir mit-tliet Kumitati għax mhux qed nara rappreżentanza min-naħa taż-żgħażagħ.", "Għandna ħafna flora li fihom huma rappreżentati ż-żgħażagħ, kemm mill-kampijiet tal-Partit Laburista kif ukoll mill-kampijiet tal-Partit Nazzjonalista u anke oħrajn li mhumiex alleati ma' xi kamp politiku.", "Għaldaqstant nittama li fil-laqgħa li jmiss, meta se jkollna mistiedna lill-Kummissarju għat-Tfal, ikollna wkoll rappreżentanti taż-żgħażagħ.", "Fuq kollox jekk verament irridu nisimgħu għalfejn l-età tal-kunsens sesswali għandha titbaxxa, minkejja l-esperti li se jkellmuna llum, għandna nħarsu wkoll lejn x'inhi l-fehma ta' dawn iż-żgħażagħ.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Kif diġà tkellimt maċ-Chairpersons tal-Kumitati l-oħra, fil-laqgħa li jmiss se nġibu aktar esperti biex jitkellmu magħna imma jekk għandek xi suġġerimenti dwar min nistgħu nistiednu, nitolbok tagħtina l-ismijiet ħalli nibagħtu għalihom ukoll.", "Apparti mil-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla jista' jagħti l-każ li nagħmlu aktar laqgħat jekk naraw li hemm il-ħtieġa.", "Irrid ngħid ukoll li meta rċevejt dik l-ittra mingħand il-Kummissarju għat-Tfal, jiena kont ordnajt lis-Segretarja tagħna sabiex tiċċirkolaha mal-Membri tal-Kumitati.", "Nista' naċċertak Onor. Farrugia li se jkollok kull opportunità biex tgħid dak li trid u meta se jkun hawn il-Kummissarju għat-Tfal se jkollok iċ-ċans ukoll li tirrispondi għal dak li qalet fl-ittra tagħha meta semmiet lilek.", "GODFREY FARRUGIA: Semmiet lili minħabba l-affarijiet li kienu għaddejjin dak iż-żmien fuq il-programm Xarabank, fejn kien hemm preżenti wkoll l-Arċisqof, kif ukoll fi programmi oħra fuq l-istazzjon One TV u Net TV u anke minħabba kif indirizzaw dan is-suġġett il-ġurnali tagħna.", "Il-Kummissarju għat-Tfal kienet irreferit għad-diskors fil-ġurnali u l-mod kif ittekiljaw l-age of sexual consent u rreferiet ukoll għal dak id-diskors tiegħi tat-8 ta' Jannar, fejn uriet il-fehma tagħha dwar kif għandna nħarsu lejn it-tfal.", "U fil-fatt qalet li f'għajnejn il-liġi kulmin hu taħt it-18-il sena jissejjaħ tfal.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, nista' naċċertak li se jkollok l-opportunità sabiex twieġeb fuq dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt se jkollna ħafna mistoqsijiet x'nistaqsu lill-Kummissarju għat-Tfal, inkluż fuq kif ir-remit tagħha jasal sal-età ta' 16-il sena.", "Se nġibu wkoll persuni oħrajn li jistgħu jkunu utili sabiex jagħtuna l-opinjonijiet tagħhom dwar dan is-suġġett li jidher li għandu ħafna riperkussjonijiet legali.", "Issa se nsejjaħ lill-ewwel esperta li ġibna hawnhekk illum, u ċjoè lil Dr Joanne Cassar, Senior Lecturer in Youth & Community Studies.", "Infakkarkom li dan il-Kumitat qiegħed jiġi streamed online u għalhekk jistgħu jisimgħuna kemm il-ġurnalisti kif ukoll il-pubbliku in ġenerali.", "Il-ħin allokat għal kull mistieden huwa ta' madwar 20 minuta għax imbagħad inkunu rridu nagħmlulkom xi mistoqsijiet.", "DR JOANNE CASSAR (Senior Lecturer in Youth & Community Studies): Nirringrazzjakom ta' din l-istedina.", "Jiena lecturer fil-Youth & Community Studies u nagħmel ukoll riċerka fuq is-sesswalità taż-żgħażagħ.", "Se nibda billi nagħti overview tar-riċerka li għandna fuq dan is-suġġett.", "Fl-2012 kien sar survey nazzjonali mill-Ministeru tas-Saħħa intitolat \"Sexual Knowledge, Attitudes and Behaviours\".", "Dan is-survey sar ma' grupp ta' 329 żagħżugħ u żagħżugħa li l-età tagħhom kienet tvarja bejn is-16 u t-18-il sena u ħareġ li 41% qalu li kellhom attività sesswali.", "L-età medja tagħhom kienet ta' 15-il sena.", "THE CHAIRPERSON: U dawn kienu kemm irġiel u kemm nisa?", "U naħseb li l-Ministeru tas-Saħħa jkollu l-breakdown eżatt tagħhom.", "GODFREY FARRUGIA: Dan is-survey kien ġie ppubblikat f'Ottubru tal-2013 waqt din il-leġiżlatura u l-istudju sar fl-2012.", "DR JOANNE CASSAR: Grazzi.", "U għal din il-mistoqsija kien hemm 23.8% li qalu jaqblu ħafna mal-mistoqsija u ċjoè li jsibuha diffiċli biex jgħidu \"le\" u 41.9% li qalu jaqblu mal-mistoqsija.", "B'kollox kien hemm 65.7% li qed jindikaw li din mhijiex xi ħaġa ta' darba.", "It-tielet mistoqsija kienet \"Most of my close friends have had sexual intercourse\" u hawnhekk qed naraw li 18.8% jaqblu ħafna filwaqt li 37.5% jaqblu.", "B'kollox dawn jammontaw għal 56%, jiġifieri aktar minn nofs il-ħbieb tagħhom jemmnu li huma attivi sesswalment.", "Ir-raba' mistoqsija kienet \"The main reasons for first sexual intercourse\", fejn il-maġġoranza ta' dawk intervistati qalu li they were in love, jiġifieri l-intenzjoni hemmhekk kienet pożittiva.", "SILVIO PARNIS: Qegħdin issemmu l-imħabba imma ta' dik l-età jistgħu jitkellmu fuq l-imħabba?!", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żgħażagħ ta' 16-il sena.", "DEO DEBATTISTA: L-ewwel ħaġa inti għandek l-empathy.", "U t-tieni ħaġa mela jekk jien noqorsok mhux \"ajma\" se tgħid, anke jekk ikollok sena!", "Dik hija emozzjoni.", "Jekk inti għandek intenzjoni tajba … Jien hawnhekk mhux qed nidħol fuq jekk hijiex lifelong love.", "L-ewwel se jkollok \"crush\" fuq xi ħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena naħseb li jkun aħjar li l-ewwel inħallu lil Dr Cassar tressaq il-preżentazzjoni tagħha u mbagħad nagħmlu l-mistoqsijiet wara.", "GODFREY FARRUGIA: Jiena kont se nistaqsiha dwar id-definizzjoni mill-aspett kliniku tal-kelma \"sesswalment attivi\".", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq intercourse mentri mill-aspett legali ma jitqiesx hekk.", "THE CHAIRPERSON: Nitlob lill-Membri biex jekk jistaqsu mistoqsijiet, jistaqsu mistoqsijiet qosra u mbagħad nistaqsu l-mistoqsijiet l-oħra wara li tispiċċa l-preżentazzjoni.", "DR JOANNE CASSAR: Mela kien hemm 47.5% li qalu kellhom x'jaqsmu sesswalment għax kienu f'relazzjoni ta' imħabba, 44.7% li qalu li kienet xi ħaġa naturali għalihom u 25.4% li qalu li ħassewhom li kienu ta' età tajba biex ikollhom x'jaqsmu ma' xi ħadd.", "Imbagħad kien hemm raġunijiet oħra, fosthom għal kurżità, għax ma kienux jafu x'inhuma jagħmlu, għax ċedew għax-xewqat tal-partner tagħhom, eċċ. Imma dawn il-persentaġġi kienu baxxi.", "Mistoqsija oħra kienet \"You should be in love before you have sexual intercourse\" u kellek 82% li jaqblu magħha.", "Mir-riċerka li għamilt għal teżi tal-Ph.D. ħareġ li ż-żgħażagħ kienu ħafna konfużi dwar x'inhi mħabba u jixtiequ jkunu jafu aktar dwarha.", "Mistoqsija oħra kienet \"Use of contraception during first sexual intercourse\" u kellek 41.6% li qalu li jużaw il-condom, 36.4% li qalu ma jużaw l-ebda tip ta' kontraċezzjoni, 22.1% li qalu li wżaw il-withdrawal, 5% li jużaw il-pill, 1.3% li jużaw l-intra-uterine method u 1.3% natural family planning.", "DEBORAH SCHEMBRI: Minn dawn iż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena li ġew jagħmlu dan is-survey nafu jekk kienx hemm tfajliet li nqabdu pregnant?", "DR JOANNE CASSAR: Ma staqsewhomx fuqha imma għandi l-istatistika tal-NSO.", "Meta staqsewhom kemm huwa faċli għalihom li jitkellmu fuq il-kontraċezzjoni mal-persuna li qed ikollhom x'jaqsmu sesswalment magħha kien hemm 32.5% li qalu li jsibuha faċli ħafna u 42.9% li qalu li jsibuha faċli.", "B'kollox mela kellek 75% li qalu li jsibuha faċli biex jitkellmu fuq il-kontraċezzjoni.", "DR JOANNE CASSAR: Individwalment sar u mhux fi grupp.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien għandi B.A fil-Youth Work u l-ewwel teżi li għamilt kienet proprju fi grupp u nista' ngħid li kien hemm xi ftit tal-bluff bil-mod ta' kif bdew iwieġbu.", "DR JOANNE CASSAR: Eżatt.", "Fil-fatt dawn waħedhom kienu.", "Meta staqsewhom jekk qattx għamlu sess mingħajr protezzjoni għax kienu taħt l-effett tal-alkoħol kien hemm 21% li qalu iva.", "Il-Maltese National Sexual Health Policy fl-2010 ħarġet ħafna eżempji ta' riċerka u tgħid li hemm rabta bejn alcohol use and sexual activity.", "Fil-fatt tgħid li jkun hemm żieda ta' sexual intercourse mingħajr l-ebda protezzjoni kif ukoll ma' multiple partners għax ma jkunx hemm inibizzjonijiet u għax ma jkunux jafu x'qegħdin jagħmlu.", "DR JOANNE CASSAR: Iva, u xi kultant it-tnejn.", "Mistoqsija oħra kienet fuq in-numru ta' partners sesswali li kellhom f'dawn l-aħħar sitt xhur.", "U għal din il-mistoqsija kien hemm 56.8% li qalu li kellhom partner wieħed, 20.3% li qalu xejn, 10.8% li qalu minn tlieta sa ħamsa, 9.5% li qalu tnejn u 2.7% li qalu li kellhom sitta jew aktar.", "Il-maġġoranza qalu li kellhom partner wieħed.", "Dawk li qalu xejn jammontaw għal 20% imma hawnhekk irrid nerġa' nisħaq li dan is-survey sar ma' żgħażagħ ta' bejn 16 u 18-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tispeċifikalna meta sar dan is-survey?", "DR JOANNE CASSAR: Dan is-survey sar fl-2012 u kien jiffoka fuq etajiet differenti.", "Ovvjament jiena ffokajt fuq dawk li għandhom bejn is-16 u t-18-il sena.", "Il-Ministeru tas-Saħħa jkollu l-breakdown eżatti tal-kategorija ta' dawk li għandhom 16-il sena.", "Fuq is-sexually acquired infections staqsewhom jekk jafux bil-GU Clinic u rriżulta li 47.4% biss kienu jafu x'inhu.", "Mela għandek kważi nofshom li ma jafux x'inhu l-GU Clinic.", "Jiġifieri nista' nassumi li ma jafux x'servizzi joffru minn din il-klinika.", "(Interruzzjonijiet) Meta staqsewhom jekk kienx hemm xi tabib jew xi ħadd ieħor mill-professjoni medika li qalilhom li għandhom a sexually acquired infection kien hemm 7.6% li qalu \"iva\".", "M'inix ċerta jekk fehemux din il-mistoqsija.", "THE CHAIRPERSON: Jekk ma jafux xi tfisser il-kelma \"sexually transmitted infections\", aħseb u ara kemm se jkunu jafu xi tfisser il-kelma \"age of sexual consent\"!", "GODFREY FARRUGIA: Staqsejtuhom jekk għand it-tabib marrux bil-kustodja magħhom?", "DR JOANNE CASSAR: Iva, imma ma nafux eżatt.", "GODFREY FARRUGIA: Minn dawn is-7% kemm marru?", "DR JOANNE CASSAR: Kien hemm mistoqsija li tgħid jekk jaqblux li jmorru bil-ġenitur jew jekk jaqblux li jmorru mingħajr il-ġenitur imma bl-amment ma nafx eżatt x'kien ir-riżultat.", "Madankollu r-riżultat hemm qiegħed u tistgħu tarawh.", "Hemm link bejn attività sesswali minn età żgħira u STIs.", "Ovvjament aktar ma tipprattika aktar għandek ċans li tieħu xi infezzjoni.", "Fuq it-teenage pregnancies għandna statistika ġejja mill-NSO.", "U kif qed taraw fl-2011 kien hemm 32 tarbija li twieldu minn ommijiet li kellhom 16-il sena jew inqas.", "L-ogħla rata kienet mis-Southern Harbour, fejn kellek 14-il tarbija u t-tieni l-ogħla rata kienet min-Northern Harbour fejn kien hemm 6 itrabi.", "Meta staqsewhom jekk jixtiequx li jkollhom sexual health services u fuq liema suġġetti jixtiequ jkunu jafu kien hemm 87.7% li jaqblu li jkollhom dawn is-servizzi u xtaqu li jingħataw pariri fuq ir-relazzjonijiet.", "Dwar pregnancy testing 94.2% xtaqu li jingħataw l-informazzjoni.", "Mela fuq is-survey dak kollox.", "Issa f'din il-paġna tistgħu taraw il-pajjiżi differenti fl-Ewropa u x'inhi l-età tal-kunsens sesswali tagħhom.", "Pereżempju fi Spanja din l-età hija ta' 13-il sena mentri f'Malta, it-Turkija u l-Vatikan hija ta' 18-il sena, li hija l-ogħla età.", "Fil-maġġoranza tal-pajjiżi hija 16-il sena.", "Issa x'inhuma l-issues li jistgħu jinqalgħu?", "L-ewwel nett iż-żgħażagħ li jgħixu Malta ġejjin minn stili ta' ħajja differenti u mhumiex grupp omoġenju.", "Pereżempju għandek il-gender, l-orjentazzjoni sesswali, mil-liema pajjiż ikunu ġejjin, forsi jkunu jgħixu barra, forsi jkunu immigranti, forsi jkunu studenti tal-Erasmus, eċċ. u allura ma nistgħux naqbdu ngħidu li ż-żgħażagħ kollha huma l-istess.", "L-iżvilupp sesswali fiż-żgħażagħ huwa differenti wkoll.", "Għandek żgħażagħ ta' 16-il sena li jistħu jkellmu lil xi ħadd li għandhom attrazzjoni fiżika għalih u jħossuhom skomdi biex jibdew konverżazzjoni.", "Għal ċerti żgħażagħ żgur li m'għandhomx f'moħħhom li jagħmlu s-sess, forsi għax jibżgħu, forsi għax m'għandhomx idea x'iridu jagħmlu u forsi anke għax ma jħossuhomx lesti biex jagħmlu dan il-pass.", "Kif rajna mir-riċerka kien hemm 60% li mhumiex attivi sesswalment fl-età ta' bejn is-16 u 18-il sena.", "Forsi din ir-rata qiegħda tikber imma ma rridux ngħidu li kulħadd huwa attiv sesswalment għax kulħadd differenti.", "Jiġifieri hija sfida għal-liġi għax trid tagħti kas tal-bżonnijiet differenti taż-żgħażagħ differenti.", "U żgur li din mhijiex xi ħaġa faċli.", "Issa liema fatturi jwasslu biex tibda attività sesswali?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Imma min mhux se jagħmel użu minnha mhux se taffettwah.", "Jekk hemm min għandu l-valuri tiegħu li dan se jgħidlek li mhux se jagħmel is-sess qabel iż-żwieġ, – tkun xi tkun l-età tal-kunsens – mela din tal-età mhux se taffettwah.", "Mela l-aktar li rridu nkopru huma dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jipprattikaw u li allura qegħdin jagħmlu xi ħaġa llegali.", "DR JOANNE CASSAR: Jekk ma tkunx se tużaha mhux se taffettwak, però tista' tibda tagħmel użu minnha wkoll għax persuna tista' tinbidel ukoll.", "Kif nafu ta' 16-il sena l-iżvilupp sesswali jista' ikun rapidu ħafna f'ċerti oqsma.", "Jiena naħseb li l-liġi dejjem trid tħares lejn iż-żgħażagħ kollha bid-diversitajiet kollha tagħhom.", "Issa naf ukoll li dan huwa diffiċli.", "MICHAEL GONZI: F'dak is-survey il-kelma \"liġi\" daħlet fih?", "DR JOANNE CASSAR: Le, ma kienx hemm mistoqsija fuqha.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri jekk hijix legali jew illegali m'għamlitx differenza għalihom.", "DR JOANNE CASSAR: Eżattament.", "Jista' jagħti l-każ li lanqas kienu jafu li qed jiksru l-liġi.", "MICHAEL GONZI: Hekk hu.", "Saritilhom xi mistoqsija fuq jekk qabel is-16-il sena kellhomx informazzjoni tajba fuq l-attività sesswali mill-iskejjel jew mill-ġenituri?", "DR JOANNE CASSAR: Iva, kien hemm mistoqsija fuq hekk u l-aktar rata għolja kienet ta' dawk li xtaqu li din l-informazzjoni jiksbuha mingħand ommhom.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri kien hemm xi mistoqsija speċifika fuq jekk jaħsbux li huwa importanti li jkollhom din l-informazzjoni mill-iskejjel?", "U l-aktar li ġabu informazzjoni kienet mill-familja.", "MICHAEL GONZI: Mhux mill-iskejjel jew mill-lezzjonijiet tal-PSD?", "DR JOANNE CASSAR: Semmewhom l-iskejjel imma l-aktar li ġabu din l-informazzjoni kien mill-familja.", "Hemm studji oħrajn li juru li fil-familji Maltin jiftħu qalbhom aktar għax isibuha faċli biex jitkellmu.", "MICHAEL GONZI: U dawn kienu l-maġġor parti tagħhom?", "DR JOANNE CASSAR: Ma niftakarx bl-amment x'kien ir-riżultat imma din żgur li semmewha.", "MICHAEL GONZI: Imma inti din ma rajthiex importanti?", "Fil-fatt se nitkellem fuqha aktar 'il quddiem.", "Naħseb li l-edukazzjoni sesswali hija l-iktar ħaġa importanti u naħseb li jkun tajjeb li tiġi msemmija fil-liġi.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt se nitkellmu dwar l-aspetti legali wkoll.", "DR JOANNE CASSAR: Jiena nemmen li l-edukazzjoni sesswali hija dritt kbir għaż-żgħażagħ u diġà għandhom edukazzjoni sesswali, imma din trid tkun aktar effettiva.", "Fil-fatt bħalissa din tagħmel parti mill-PSD, fejn hemmhekk jiddiskutu suġġetti differenti, fosthom il-Home Economics, l-Ambjent, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: Il-PSD jitgħallmuh b'mod sekulari?", "DR JOANNE CASSAR: Iva, jitgħallmuh fl-iskejjel kollha.", "THE CHAIRPERSON: U jitgħallmuh bl-ischool of thoughts xjentifiċi, eċċ.?", "DR JOANNE CASSAR: Jipprovaw jgħallmu imma m'għandhomx ħin biżżejjed.", "Is-sesswalità tieħu parti żgħira mill-ħin minħabba li għandhom nuqqas ta' ħin.", "Is-suġġeriment tiegħi hu li jkun hemm topic speċifiku fuq is-sesswalità bħalma għandna s-suġġett tal-Ingliż, tal-Malti, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Bħala Social Affairs Committee konna għamilna laqgħa fuq l-edukazzjoni sesswali u konna tkellimna fuq il-PSD u fuq l-edukazzjoni sesswali ma' Dr Charmaine Gauci li hija d-Direttriċi tal-Health Promotion Unit.", "Fil-fatt Dr Gauci kienet qaltilna li ż-żgħażagħ l-inqas li jġibu l-informazzjoni fuq is-sess hija proprju mingħand il-ġenituri tagħhom.", "U jerġa' din l-informazzjoni mhux dejjem tkun korretta u ċara.", "Minn studji oħra li saru ftit tas-snin ilu rriżulta li ż-żgħażagħ Maltin huma at the bottom of the chart fuq kemm jitkellmu mal-ġenituri tagħhom bħala adoloxxenti.", "Għalhekk din l-informazzjoni hija kemmxejn differenti minn dik li qiegħda tgħidilna inti.", "DR JOANNE CASSAR: Xi kultant l-istudji jvarjaw.", "Pereżempju sar studju minn Prof. Angela Abela li kien studju kwalitattiv mentri dan l-istudju li qed nikkwota minnu huwa wieħed kwantitattiv.", "U Prof. Abela sabet li ż-żgħażagħ jixtiequ jkunu aktar close mal-ġenituri tagħhom.", "MICHAEL GONZI: Imma li tixtieq hekk mod u li jkollok hekk mod ieħor!", "DR JOANNE CASSAR: Jiena kont qiegħda ngħid fuq l-istudju tal-Aġenzija Żgħażagħ.", "U allura xi kultant is-sample size u t-tip ta' design jaffettwa.", "Jiġifieri jista' ikollok riżultati daqsxejn differenti li juru l-kumplessità tas-suġġett.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Is-sexual health policy fil-fatt kienet qiegħda turi bil-kontra.", "DR JOANNE CASSAR: Ma jurix kontradizzjonijiet jew żbalji.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma s-sexual health policy tal-2010 kienet turi li l-informazzjoni ż-żgħażagħ ma kienux iġibuha mill-familja.", "DR JOANNE CASSAR: Il-policy irriferiet għal ħafna studji.", "Fuq il-mistoqsija dwar liema fatturi jinfluwenzaw l-attività sesswali kien hemm diversi fatturi, fosthom il-kultura, in-normi soċjali, it-tip ta' familja tagħhom u t-tip ta' upbringing li jkollhom, il-ħbieb u l-peer pressure tal-ħbieb, il-valuri personali tagħhom, il-moralità u l-valuri reliġjużi tagħhom, il-media, l-edukazzjoni sesswali, it-tip ta' personalità li jkollhom u allura hawnhekk jidħlu s-self-esteem, jekk ikunux jistħu, eċċ., u l-livell ta' maturità li jkollhom.", "Issue importanti oħra hija l-issue tal-kunsens.", "L-ewwel nett mhux iż-żgħażagħ kollha jafu li għandhom id-dritt li jgħidu \"le\", jiġifieri qishom lanqas jistaqsu jekk huma jixtiequx jagħmlu hekk jew le.", "THE CHAIRPERSON: Aħseb u ara kemm jafu li jekk għandhom inqas minn 18-il sena ma jistgħux jagħmlu att sesswali għax ikunu qed imorru kontra l-liġi!", "DR JOANNE CASSAR: Jista' ikun li lanqas biss jafu bl-implikazzjonijiet tal-attività sesswali tagħhom u lanqas ikunu jafu kif se jħossuhom.", "Uħud minnhom ma jkunux ippjanaw li jkollhom attività sesswali u din tiġri għall-għarrieda.", "Hemm riċerka li turi li l-irġiel aktar ikunu ppjanati li jagħmlu att sesswali milli n-nisa.", "Qisu n-nisa inqas ikollhom f'moħħhom li jagħmlu dan.", "THE CHAIRPERSON: Il-peer pressure tagħmel effett?", "DR JOANNE CASSAR: Tagħmel ħafna effett.", "Hemm bosta riċerka li turi li hekk kif tkun taf li l-ħbieb għandhom boyfriend jew girlfriend, inti se titħajjar ukoll.", "U dan jiġri għax jibdew iħossuhom li għandhom xi ħaġa inqas minn sħabhom u għax iħossuhom emarġinati.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma li toħroġ ma' xi ħadd mod u li jkollok x'taqsam ma' xi ħadd hija ħaġa oħra!", "Imma jista' ikun li meta toħroġ ma' xi ħadd se twassal biex tmur miegħu wkoll.", "Anke meta jkunu jafu li sħabhom huma attivi sesswalment u jibdew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom magħhom, ikunu jridu jagħmlu parti minn dak iċ-ċirku.", "Għandek ukoll ċerti sub-cultures differenti, fejn ġeneralment dawn jitkellmu ma' the same peers li għandhom l-istess ħsebijiet tagħhom, l-istess valuri, xewqat u aspetattivi bħalhom.", "U xi kultant jinġarru daqsxejn mal-kurrent.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Dan l-istudju daħal fuq l-issue ta' safety, contraceptives u l-availability tagħhom?", "DR JOANNE CASSAR: Fuq contraceptives staqsewhom u kien hemm 20% li qalu \"le\".", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Tkellmu fuq meta l-ġenituri jsibulhom xi contraceptive fil-but jew fil-basket x'jgħidulhom u jekk jiddejqux b'dan?", "DR JOANNE CASSAR: Li jitkellmu mal-ġenituri iva, imma mhux li jitkellmu magħhom fuq kontraċezzjoni.", "DR JOANNE CASSAR: Naħseb li kien l-ewwel darba li sar u naħseb li kien groundbreaking għax ma tantx għandna riċerka simili.", "U lanqas huwa daqshekk faċli li tagħmel riċerka bħal din minħabba l-etika u anke għaliex dawn għadhom minuri.", "SILVIO PARNIS: Mela ma tistax tikkompara mas-snin ta' qabel biex naraw fejn sejrin dawn il-valuri?", "Jien dak kien l-argument tiegħi.", "Illum fejn sejrin il-valuri tagħna?", "DR JOANNE CASSAR: Dr Roderick Bugeja kien għamel studju kwantitattiv fl-2008 fost l-istudenti tal-Form IV u sab li 80% minnhom ma kienux attivi sesswalment.", "Imma again dan l-istudju sar fl-iskejjel u jista' ikun li l-post fejn inti qed twieġeb għal ċerti mistoqsijiet se jaffettwa l-mod ta' kif twieġeb.", "Issa ħalli nkompli bil-preżentazzjoni tiegħi.", "Ma jfissirx li ż-żgħażagħ kollha ma jafux x'inhu l-kunsens.", "Hemm min jaf xi jfisser u hemm min għandu moħħu ċar dwar xi jrid u ma jridx.", "Għalhekk ma nistgħux ngħidu li ż-żgħażagħ kollha huma naive jew li kollha għandhom nuqqas ta' informazzjoni.", "Ir-riċerka li għamilt jien kienet ibbażata fuq dawk li għandhom bejn is-16 u t-18-il sena u saret diskussjoni fuq jekk titlifx il-verġnità jew le u ż-żewġ naħat kienu konvinti bid-deċiżjoni tagħhom.", "Kien hemm min qal li hekk xtaq u ma jiddispjaċihx u kien hemm min qal li jħossu kburi u li kuntent li għadu verġni u li għalissa hekk se jibqa'.", "Iż-żewġ naħat kienu konvinti minnhom infushom.", "MICHAEL GONZI: Kien hemm varjazzjoni bejn bniet u subien?", "MICHAEL GONZI: U kemm kienet kbira din il-varjazzjoni?", "DR JOANNE CASSAR: Ma nafx eżattament imma din l-informazzjoni tista' ssibha.", "Xi kultant diffiċli biex tippreżenta kollox imma hemm ħafna riċerka li turi li hemm din il-varjazzjoni.", "Ġeneralment is-subien ikunu aktar attivi.", "Fir-rigward tal-kunsens naraw li għal ċerti żgħażagħ ta' 16-il sena jħossu li it feels right li jkollhom x'jaqsmu sesswalment għaliex tagħtihom identità, jiskopru x'inhi l-intimità u għax jiskopru aktar dwarhom infushom.", "Jiena ngħallem lill-istudenti tal-Erasmus u dawn ikunu ġejjin minn pajjiżi differenti fl-Ewropa, u ssib li dawn għalihom hija xi ħaġa normali li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' xi ħadd u jqisuha bħala parti mill-ħajja.", "Jiena naħseb li minn din il-perspettiva, li tikkriminalizza lil dawn it-tip ta' żgħażagħ mhijiex appropriate għax huma jħossu li mhumiex qed jagħmlu ħsara.", "Issue oħra hija meta ż-żgħażagħ jiġu esplojtjati jew abbużati sesswalment.", "Ma rridux ninsew il-fatt li dawn għadhom minorenni u allura aktar qegħdin f'riskju.", "Mela rridu nammettu li għandhom riskju għax għadhom iżgħar u għandhom inqas esperjenza fil-ħajja.", "Ovvjament il-Liġi Maltija diġà tagħmel provvediment għal forced assault u għal sexual abuse li jitqiesu bħala atti kriminali f'kull età.", "Imma jista' ikun li l-adoloxxenti ma jafux b'dan id-dritt u jista' ikun li ma jafux jipproteġu lilhom infushom.", "Kwestjoni oħra hija meta jkun hemm differenza sinifikanti fl-età u allura jkollok persuna ta' 40 sena ma' żagħżugħ jew żagħżugħa ta' 16-il sena.", "Ma jfissirx li għax għandek partner akbar dan bilfors se jabbuża minnek.", "Ma jfissirx li l-adulti kollha huma promiskwi imma hemm riċerka li turi li meta jkollok partner ikbar, aktar hemm ċans ta' teenage pregnancy.", "Il-Kanada kellhom l-age of sexual consent ta' 14-il sena u bdew jiddiskutu biex jgħolluha għal 16-il sena.", "Anke fir-rigward tal-age difference bdew jiddiskutu biex jaraw jistgħux jagħmlu klawsola fejn il-partner ma jistax ikun akbar minn għaxar snin jew 15-il sena miż-żagħżugħ jew żagħżugħa.", "Hawnhekk qisek qiegħed tiddiskrimina fuq l-età tal-individwu u jista' jkun hemm xi ħadd ta' 40 sena li jgħidlek li qed tagħmel diskriminazzjoni miegħu.", "Jiġifieri din mhijiex xi ħaġa faċli.", "Kif diġà għedt fuq sexual education il-policy tgħid li fejn hemm edukazzjoni sesswali komprensiva, li tagħti l-opzjonijiet kollha, l-attività sesswali aktar iddum ma tibda.", "(Interruzzjonijiet) Aktar ma jitgħallmu, aktar idumu biex jibdew l-attività sesswali tagħhom.", "MICHAEL GONZI: Mill-istatistika li qiegħda turina jidher li tliet kwarti miż-żgħażagħ m'għandhomx tagħlim.", "DR JOANNE CASSAR: Jiena naħseb li m'għandhomx biżżejjed tagħlim.", "Għandek ċerti suġġetti li huma meqjusa bħala taboos u saħansitra jsibuha diffiċli biex jitkellmu fuqhom fil-klassi.", "Eżempju klassiku huwa biex jitkellmu fuq il-condom.", "MICHAEL GONZI: Il-liġi kif inhi bħalissa, sa 18-il sena m'għamlitx differenza għalihom.", "Setgħet kienet ta' deterrent il-liġi fuq dawk li għandhom sa 18-il sena?", "Jiena ngħid li mhijiex se tagħmel differenza.", "DR JOANNE CASSAR: Ma tkunx ta' deterrent għax ma jkunux jafu biha.", "Jiena ngħid li hemm nuqqas ta' informazzjoni fuqha din.", "GODFREY FARRUGIA: Ħadt pjaċir nisma' fuq ir-riċerka.", "Issa r-riċerka lokali, meta mqabbla ma' dik ta' pajjiżi oħra, kien hemm xi kuntrast?", "DR JOANNE CASSAR: Naħseb li sar.", "F'Malta ma tantx għandna riċerka dwar is-sesswalità.", "DR JOANNE CASSAR: Jekk inqabblu l-istudju li sar forsi naraw li qegħdin ftit aktar baxxi.", "Meta tgħid 41% naħseb li aktar baxxi meta mqabbla mal-Ewropa.", "Ovvjament il-pajjiżi tal-Ewropa mhumiex kollha l-istess u hemm xi differenzi.", "L-inqas rata ta' teenage pregnancy qiegħda fil-pajjiżi Skandinavi, dawk il-pajjiżi tan-North, għax għandhom edukazzjoni sesswali li tibda minn età żgħira.", "Fil-fatt dawn iqassmulhom il-condoms b'xejn u għandhom edukazzjoni sesswali komprensiva, li titkellem dwar l-options kollha, li titkellem dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi u mbagħad tgħidilhom li meta jikbru jistgħu jagħżlu huma x'inhu l-aħjar għalihom.", "Ma ninsewx li f'Malta hawn ċerti strutturi fejn il-kontraċezzjoni titqies bħala taboo u hija assoċjata mad-dnub!", "Jiġifieri mhuwiex daqshekk faċli li tgħallem fuqhom, għalkemm tajjeb ngħidu li l-mentalità qiegħda tinbidel ukoll.", "GODFREY FARRUGIA: Mir-riċerka li saret barra minn Malta rriżulta li meta l-età tal-kunsens niżlet minn 18-il sena ma' kien hemm l-ebda korrelazzjoni ma' teenage pregnancy.", "Ir-riċerka wriet li meta l-age of consent niżlet u kien hemm aktar edukazzjoni, it-teenage pregnancies naqsu u mhux żdiedu.", "(Interruzzjonijiet)", "DR JOANNE CASSAR: Huwa diffiċli biex tgħid x'inhi r-raġuni għalfejn naqset għax jista' ikollok fatturi oħra.", "GODFREY FARRUGIA: Jiġifieri t-teenage pregnancy m'għandhiex x'taqsam mal-age of sexual consent?", "DR JOANNE CASSAR: Ma nafx ngħidlek eżatt.", "THE CHAIRPERSON: Dawn lanqas biss ikunu jafu!", "GODFREY FARRUGIA: Meta l-età tal-kunsens niżlet f'dak il-pajjiż, ir-riċerka wriet li l-ammont ta' single mothers ta' dik l-età naqas.", "Imma m'għandniex korrelazzjoni mal-età tal-kunsens.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hawn Malta għandna studji li juru jekk hemmx korrelazzjoni jew le?", "GODFREY FARRUGIA: Semmejt il-PSD u li dan għandu jiġi żviluppat aħjar.", "Dan is-servizz jiġi offrut sal-età ta' 16-il sena.", "Fil-fatt minn 16 sa 18-il sena teżisti gap ta' informazzjoni edukattiva u ta' aċċessibilità għal kuntatt edukattiv li għandu x'jaqsam mas-saħħa b'mod ħolistiku, hu x'inhu l-first contact fil-multi-disciplinary team.", "Fix-xenarju preżenti għandek informazzjoni edukattiva li mhijiex kompleta up to 16 years u allura hemm lok fejn din għandha tiġi msaħħa.", "U mbagħad f'daqqa waħda għandek barriera bejn l-età ta' 16 u 18-il sena għax iż-żgħażagħ qegħdin jiġbru aktar informazzjoni mis-social medias jew mill-ħbieb jew inkella mill-ġenituri tagħhom, b'mod partikolari mill-ommijiet.", "Allura fl-opinjoni tiegħek x'għandna nagħmlu biex nindirizzaw din l-issue u biex liż-żagħżugħ nagħtuh l-empowerment u mill-aspett prattiku nipproteġuh u nżidulu l-aċċessibilità għal dawn il-persuni li jistgħu joffru dan is-servizz?", "DR JOANNE CASSAR: Naħseb li hemm żewġ modi.", "Tajjeb li jkun hemm xi tip ta' ċentri imma ma jkunux bħall-kliniċi għax forsi l-kelma \"clinic\" hija xi ħaġa wisq medikalizzata.", "Fil-fatt f'dan l-istudju staqsewhom liż-żagħżagħ u dawn urew li jixtiequ informazzjoni, speċjalment f'dawk l-areas fejn għandek rata għolja ta' teenage pregnancies u fejn l-attività sesswali qiegħda ssir minħabba postijiet ta' divertiment għax hemmhekk iż-żgħażagħ iktar se jiltaqgħu flimkien.", "Il-Health Promotion Unit ilhom jaħsbu fuqha din l-istrateġija.", "U f'dawn iċ-ċentri jkunu jistgħu jagħtu informazzjoni, pariri, eċċ. (Interruzzjonijiet) Imbagħad għandek l-iskola għax l-iskola dejjem tibqa' importanti.", "GODFREY FARRUGIA: Kif inhi l-liġi llum, apparti mill-informazzjoni, ma jistgħux jagħmlu ċerti affarijiet mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom.", "DR JOANNE CASSAR: Jista' ikollhom aċċess għall-informazzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: U fir-rigward ta' affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' saħħithom?", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta konna ġibna lil Dr Charmaine Gauci hawnhekk kienet qaltilna li mill-età ta' 16-il sena jingħataw dawn is-servizzi anke mingħajr il-preżenza tal-ġenituri.", "Hekk kienet qaltilna.", "THE CHAIRPERSON: Dan huwa suġġett importanti.", "Onor. Farrugia, qed tgħid li jekk pereżempju persuna ta' 16-il sena tmur għand it-tabib biex tieħu contraceptive tista' jew le?", "Jien hawnhekk għandi risposta mingħand il-Medical Council u nistieden lill-membri tal-Medical Council sabiex jagħtuna l-preżentazzjoni tagħhom.", "Jien se nħalli lilhom sabiex jitkellmu fuq dawn l-affarijiet imma skont il-Kodiċi Ċivili, l-uniku mod kif tabib jista' ikollu kuntatt ma' xi ħadd taħt it-18-il sena, mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tiegħu, huwa biss f'każ ta' emerġenza.", "Mill-bqija, meta żagħżugħ imur għal kwalunkwe servizz ieħor tas-saħħa, irid ikun hemm bilfors il-preżenza tal-ġenituri tiegħu.", "Anke meta jmorru għall-STD fl-isptar Mater Dei jrid ikun hemm il-ġenituri magħhom.", "Li jiġri llum hu li l-ġenitur joqgħod jistenna wara l-bieb għax ikun ta l-kunsens liż-żagħżugħ biex jattendi.", "Tant hu hekk li għandhom formola mwaħħla mal-bieb fuq barra, u din mort niċċekkjaha jien personalment, li tmur lura għall-2008, liema formola kien talabha Philip Carabott mingħand il-Medical Council.", "Jien bħala tabib, meta nara pazjent, li nkun ilni nafu minn meta tkun waqgħetlu żokortu, mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tiegħu, inkun qiegħed in unchartered waters!", "Mela jekk jien inkun qed nagħtih parir b'mod ġenwin u nkun qiegħed ngħinu wkoll, jekk dan nagħmlu mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tiegħu, inkun qiegħed in the red f'għajnejn il-liġi kif inhi.", "Din hija l-istess bħal meta jkollok żewġ żgħażagħ li t-tnejn għandhom 16-il sena u bil-kunsens ta' xulxin għax ikollhom ġibda lejn xulxin, jibdew relazzjoni bejniethom.", "Jekk dawn ma jkollhomx il-kunsens tal-ġenituri għax ikunu ħbew minnhom, f'għajnejn il-liġi, ġenitur minn dik il-koppja ta' żgħażagħ jista' ifittex liż-żagħżugħ l-ieħor!", "U l-istess mill-aspett professjonali.", "U din hija l-konklużjoni tiegħi; billi l-PSD jieqaf fl-età ta' 16-il sena, bejn is-16 u t-18-il sena hemm bżonn li tingħata preventive health tal-lifestyle diseases.", "Il-prevention tal-lifestyle diseases bħala tobba kollha nemmnu fihom u dawn għandhom jingħataw minn healthcare professionals.", "Nerġa' ngħid li dan l-aspett ma jeżistix għal dawk iż-żgħażagħ li għandhom bejn l-età ta' 16 u 18-il sena.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija one of the missing links li teżisti fis-sistema bħalissa u li b'hekk iż-żgħażagħ m'għandhomx dik l-informazzjoni kif suppost.", "It-trust li teżisti bejn żagħżugħ u tabib tal-familja għandha tkun hemmhekk u rridu nkomplu nibnu fuqha.", "Din tgħodd ukoll għaċ-ċentri pubbliċi.", "U għalhekk jiena nemmen li kieku kellha tinżel l-età tal-kunsens iż-żgħażagħ ikunu aktar protetti.", "Nemmen ukoll li żagħżugħ għandu jkun aktar protett billi jkun aktar empowered.", "Fl-aħħar nett Dr Cassar xtaqt nagħmillek mistoqsija.", "Fl-opinjoni tiegħek kemm għandha tinżel l-età tal-kunsens f'pajjiżna?", "THE CHAIRPERSON: Dr Cassar nitolbok twieġeb il-mistoqsijiet li sarulek u tibda taħseb biex tikkonkludi.", "DR JOANNE CASSAR: Fl-opinjoni tiegħi l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel għal 16-il sena, imma l-liġi trid tipprovdi għal safeguards ta' edukazzjoni f'dawn iċ-ċentri u trid tipproteġi wkoll lil dawk iż-żgħażagħ li aħna nqisuhom li qegħdin aktar fir-riskju.", "Ma tistax tħallihom għal rashom imma jrid ikun hemm is-support u rridu nagħtuhom l-għajnuna.", "THE CHAIRPERSON: Għandek xi proposti li trid tressqilna?", "DR JOANNE CASSAR: Dawk huma l-proposti tiegħi.", "Jien nissuġġerixxi li l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel tkun bħala suġġett għalih u b'hekk tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa.", "U dan is-suġġett għandu jkompli jingħata fil-post-secondary.", "Ċerti skejjel tal-Knisja joffru PSD fis-Sixth Form imma mhux fl-iskejjel kollha.", "Il-liġi trid tkun ta' safeguard għal dawk li jistgħu jiġu abbużati jew esplojtjati.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Jiena xtaqt ngħaddi kumment.", "M'hemmx dubju li l-edukazzjoni sesswali f'pajjiżna dejjem kienet titqies bħala taboo.", "Jekk immur għall-età tiegħi, u ħafna minna hawnhekk ninsabu fl-istess age group, nista' ngħid li ma tantx kellna edukazzjoni sesswali u kellna nitgħallmu waħedna.", "Avvanzi saru imma dawn naħseb li ma kienux biżżejjed.", "U dan kollu qiegħed jirrifletti f'sitwazzjonijiet bħal single pregnancies u STDs li qed jiżdiedu.", "Problema oħra hi li l-age of consent qiegħda toħloq problema ta' kura għax kif qal l-Onor.", "Farrugia, jekk inti għandek xi ħadd ta' 16-il sena li għandu kondizzjoni medika u li din tirrikjedi kura, bħala tabib jien ma nistax nikkurah jekk dan ma jiġix mal-ġenituri tiegħu.", "U din qed ikollha implikazzjonijiet kbar fuq il-mod ta' kif qiegħed jinfirex il-mard sesswali f'pajjiżna.", "Naħseb li huwa importanti ħafna, anke bħala politiċi, li nħarsu lejn din is-sitwazzjoni għax inkella se taħkimna u se tkompli tiżdied!", "Jiena naħseb li rridu nieħdu azzjoni.", "THE CHAIRPERSON: L-aħħar kumment mingħand l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Fl-opinjoni tiegħek jekk inniżżlu l-età tal-kunsens sesswali se nagħtu dritt lill-pazjenti sabiex jieħdu sexual advice u contraceptive advice mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tagħhom?", "Dik it-tabella li wrejtna fejn għandek l-età tal-kunsens fi Spanja qiegħda ta' 13-il sena, għandek ukoll jekk it-teenage pregnancies humiex correlated?", "DR JOANNE CASSAR: Ma nafx, imma li jfittxu l-għajnuna dejjem huwa tajjeb, anke jekk huma ta' 16-il sena.", "DEO DEBATTISTA: Qed tagħtihom consent li jagħmlu s-sess imma mbagħad mhux qed tagħtihom consent biex ifittxu pariri dwar l-attività sesswali tagħhom!", "DR JOANNE CASSAR: Jiena naqbel li jkunu jistgħu jfittxu l-pariri.", "DEO DEBATTISTA: Imma l-liġi taħseb għal dan?", "DR JOANNE CASSAR: Ovvjament il-ġenituri mhux bilfors huma mħollijin barra.", "DEO DEBATTISTA: Jien qed ngħidlek li ladarba se tagħtihom kunsens biex jagħmlu s-sess ta' 16-il sena, se tagħtihom ukoll il-kunsens biex ifittxu sexual advice and contraceptive advice?", "DR JOANNE CASSAR: Iva, kieku jien nagħtihom.", "DEO DEBATTISTA: Imma f'dak il-każ irridu nibdlu l-liġi kompletament.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzja lil Dr Joanne Cassar tal-preżentazzjoni u tal-kontribut tagħha.", "Issa qabel ma nkomplu nixtieq ngħaddi l-kelma lill-Onor.", "Deborah Schembri għax peress li hija ċ-Chairperson tal-Bioethics Consultative Committee, tixtieq tgħaddilna ftit x'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-kumitat.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-Bioethics Consultative Committee ddiskutejna dan is-suġġett fil-qosor għax ma kellniex ċans li nidħlu aktar fil-fond minn meta kellna din l-istedina.", "Madankollu bħala kumitat naqblu li l-age of consent tinżel għal 16-il sena.", "Nerġa' ngħid li ma kienx hemm ċans matul din il-ġimgħa sabiex nagħmlu l-istudju tagħna fuq kif b'dik l-età se naffettwaw liġijiet oħra, fosthom liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pornografija u liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pedofelija.", "THE CHAIRPERSON: Jekk trid tista' tkompli taġġornana l-ġimgħa d-dieħla.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nistgħu imma dan irid isir eżerċizzju fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv tal-Bioetika u allura jkollna bżonn aktar żmien.", "Issa dan l-eżerċizzju qegħdin nagħmluh hawnhekk.", "Madankollu l-Kumitat Konsultattiv tal-Bioetika mhuwiex kontra li tinżel l-età tal-kunsens sesswali għal 16-il sena.", "Ovvjament wieħed irid jieħu ħsieb għall-vulnerabilità tal-minuri u din hija xi ħaġa li rridu niddiskutuha qabel ma nbiddlu l-liġi.", "Irridu naraw liema liġijiet iridu jinbidlu biex inkunu in line u mhux tinbidel liġi u ma tinbidilx oħra.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Dan is-suġġett dħalt fih b'ċerta passjoni għax ilni nesperjenza negattività bħala tabib għal dawn l-aħħar 30 sena!", "U jista' ikun li għalhekk qed nitkellem b'dan il-mod.", "Huwa importanti li nitkellmu fuq is-sexualisation, b'mod partikolari mil-lat femminili u mill-aspett negattiv tagħha.", "Hemm bżonn li Malta - jekk verament se nħarsu lill-mara u l-irwol tagħha - tiffirma l-konvenzjoni tal-mara li saret fit-Turkija.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna diġà iffirmajna l-Istanbul Convention.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iffirmajniha l-konvenzjoni.", "Jien attendejt CPA, b'mod partikolari fuq dan is-suġġett, u sirt naf li aħna m'aħniex firmatarji għall-Istanbul Conventions kollha, f'dak li għandu x'jaqsam mal-mara.", "La se nagħmlu riċerka fuq dan l-aspett, importanti li nagħmluha fuq dan l-aspett ukoll.", "Jien sirt naf b'din l-informazzjoni mill-barranin.", "DEBORAH SCHEMBRI: Flimkien mal-Ministru Helena Dalli, lejn tmiem is-sena l-oħra, konna għamilna eżerċizzju biex niġu in line.", "Ovvjament m'għandniex il-liġijiet kollha in place għax huwa impossibbli li jkollok kollox in place qabel ma tiffirma.", "Pereżempju għamilna liġijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żweġijiet.", "Christopher Fearne li wkoll ressaq private members bill fuq il-female genital mutilation ħalli niġu in line mal-Istanbul Convention, u aħna dik firmatarji tagħha.", "Din il-konvenzjoni ħarġet mill-Kunsill tal-Ewropa, fil-kumitat li jiena qiegħda Membru fih.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi Onor. Schembri.", "Issa nistieden lil Miss Amanda Grech li hija psikoterapista.", "Qabel tibda bil-preżentazzjoni tiegħek nixtieq navżak li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ms. Grech jekk għandek xi oġġezzjoni li tkun live streamed nitolbok tgħidilna.", "AMANDA GRECH (Registered Psychotherapist): L-ewwel nett nixitieq nirringrazzjakom tal-istedina li għamiltuli u le, ma nsibx oġġezzjoni li niġi streamed live.", "Bħala psikoterapista, ix-xogħol tiegħi huwa maż-żgħażagħ u llum se nitkellem fuq ir-riċerki li saru fil-qasam taż-żgħażagħ fejn jidħol sexual development, kif ukoll mill-esperjenza klinika tiegħi.", "Fil-preżentazzjoni tiegħi se nitkellem fuq l-iżvilupp psikoloġiku taż-żgħażagħ, x'jiġri fost iż-żgħażagħ meta nħarsu mil-lenti ta' psikoloġija, xi jkun qed jiġri fir-relazzjonijiet tagħhom mas-sess oppost u mal-istess sess, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-ħbieb, għalfejn huma daqshekk importanti, u l-fatturi li jinfluwenzaw id-decision making fiż-żgħażagħ, il-kuntest Malti u mbagħad se nagħlaq billi nagħti ftit rakkomandazzjonijiet.", "L-ewwal ħaġa li se nibda biha hi billi nitkellem fuq l-adoloxxenza u l-proċess tal-iżvilupp tal-adoloxxenza.", "L-aktar ħaġa importanti li jridu jiksbu l-adoloxxenti huwa li jifformaw identità psikoloġika unika għalihom.", "Dan ifisser li meta jkunu tfal il-ħsebijiet u t-twemmin tagħhom ikun jirrifletti dak tal-ġenituri tagħhom.", "Imma biex isiru adulti jridu jgħaddu minn proċess sħiħ u hemmhekk minn fejn jibda jsir ħafna mill-iżvilupp.", "Fil-fatt nibdew naraw li jibdew ifittxu l-identità unika tagħhom, jiġifieri ma jkunux aktar kuntenti b'li jemmnu f'dak li jemmnu l-ġenituri tagħhom u jkunu jridu jibdew jagħtu l-marka tagħhom.", "U allura nibdew naraw dawk li nsejħulhom is-psychological boundaries bejn il-ġenituri u l-adoloxxenti.", "Hawnhekk nibdew narawhom imorru daqxejn 'il bogħod mill-familja, u hemmhekk fejn se tidħol l-isfida biex nitkellmu mal-ġenituri u l-adoloxxenti fuq l-edukazzjoni sesswali.", "Ovvjament l-adoloxxenza hija kkaratterizzata minn bidla.", "Naraw developmental shifts fejn jibdew joħorġu mġieba ġdida fl-adoloxxenza kif ukoll abbilitajiet.", "Il-bidla tistrieħ fuq diversi binarji, fejn nibdew naraw a rapid increase in growth, u allura għandek bidla fiżika li hija l-pubertà.", "Interessanti ngħidu li hawnhekk ikollok ukoll bidla fuq il-livell cognitive, jiġifieri fuq il-livell tal-ħsieb.", "Iktar ma jikbru l-adoloxxenti, aktar ninnotaw li jibdew ikunu aktar kapaċi jifhmu kunċetti astratti, bħal pereżempju l-morali.", "Aktar ma jikbru, aktar jibda jiġi rifless il-livell tal-għarfien tagħhom.", "Għandek ukoll l-iżvilupp emozzjonali.", "U hawnhekk se niffoka fuq dawk iż-żgħażagħ li għandhom 16-il sena għax id-diskussjoni fuqhom qiegħda tikkonċentra.", "Ta' 16-il sena ż-żgħażagħ ikunu kapaċi ħafna aktar biex jempatizzaw u anke l-ġibda biex ikollhom relazzjoni intima tibda tikber fihom.", "Meta tħares lejn tfajla ta' 16-il sena u tara x'tip ta' ħbiberija għandha, tibda tinduna li hija ħafna iktar profonda u ħafna iktar intima milli kien ikollha qabel.", "Għandek ukoll żvilupp psikoloġiku, fejn jibdew jikkonfrontaw il-valuri, jikkritikaw it-tradizzjonijiet tal-familja u l-iżvilupp soċjali, kif ukoll jibdew jistaqsu l-mod ta' kif qed iħarsu lejhom in-nies, x'jixtiequ jkunu fis-soċjetà u jibdew jippjanaw għall-futur.", "U l-iżvilupp ikompli b'dan il-mod.", "Ovvjament nibdew naraw bidla fl-affective domain li għandu x'jaqsam mal-emozzjoni tagħhom, fejn din issir aktar intensa.", "Il-motivazzjoni tagħhom issir aktar b'saħħitha.", "Li jkollhom a stronger drive nibdew narawha mal-pubertà.", "Fil-fatt jidher li hemm korrelazzjoni pożittiva u qawwija mal-pubertà.", "Ovvjament aktar ma jikbru, aktar jiżviluppaw u jimmaturaw.", "Sakemm naslu għall-età ta' 16-il sena se jkollna mpassi speċifikament fuq ir-romantic motivation, jiġifieri se jkunu ħafna iktar motivati sabiex jibdew relazzjonijiet romantiċi, li hija xi ħaġa normali mal-proċess tal-adoloxxent.", "Se jkollok interess sesswali imma mhux bilfors ifisser li se jkollok attività sesswali.", "Ovvjament l-interess hemm se jkun.", "Se jkollok aktar risk taking, jiġifieri se jieħdu aktar riskji milli kienu jieħdu qabel u se jibdew ifittxu affarijiet ġodda u sensazzjonijiet ġodda.", "THE CHAIRPERSON: Dawn il-bidliet psikoloġiċi li jseħħu fost l-adoloxxenti ssibhom ukoll fost dawk li eventwalment ikollhom l-orjentazzjoni sesswali tagħhom differenti?", "Hawnhekk ovvjament qiegħed nirriferi għall-persuni gay.", "Dawn ikunu on similar lines ta' dawk eterosesswali?", "L-iżvilupp tas-sesswalità huwa simili ħafna.", "Ovvjament minħabba n-natura tal-orjentazzjoni LGBT jista' ikun li jkun hemm ċerta konfużjoni għax dawn se jkollhom reazzjonijiet differenti.", "Għandek ċerta taboos però bħala żvilupp huma simili ħafna.", "Huma u jikbru l-adoloxxenti, qegħdin jikbru wkoll fil-maturazzjoni ta' kif jagħmlu ġudizzju.", "Ovvjament hawnhekk qiegħda niġġeneralizza għax jista' ikun hemm differenzi individwali.", "Pereżempju ġieli tara lil xi ħadd li bir-risk thinking tiegħu jispiċċa fl-inkwiet u mbagħad ikollok xi ħadd ieħor li jkollu a very subtle risk factor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta jkollok tfajliet u ġuvintur ta' din l-età, u ċjoè żgħażagħ taħt it-18-il sena, can they evaluate consequences?", "Ir-responsabilità li wieħed ikun jaf x'inhuma l-konsegwenzi ta' dak li qed jagħmel, insibuha ta' dik l-età?", "Li jkollhom interess fis-sesswalità u fir-relazzjonijiet romantiċi hija xi ħaġa li forsi tiġihom naturali imma min-naħa l-oħra, għandhom l-għarfien li din mhijiex sempliċement xi ħaġa li qed tagħmilha u daqshekk imma li jista' jkollhom riperkussjonijiet u konsegwenzi?", "AMANDA GRECH: Hemm diversi fatturi.", "Aktar ma jkollhom support u area fejn jistgħu jiddiskutu u jirċievu l-informazzjoni, aktar se jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet maturi.", "Żagħżugħ ta' 16-il sena mhuwiex adult u allura għandu ċerta vulnerabilità, però aktar ma tinformah u aktar ma tedukah, aktar se jogħla l-persentaġġ li se jagħmel deċiżjoni tajba.", "DEO DEBATTISTA: Ma jfissirx li hekk kif tagħlaq 18-il sena se ssir matur!", "F'dan iż-żmien x'nagħmlu?", "Kif se naħdmu mal-adoloxxenti, speċjalment fit-terapija meta jiġu mal-ġenituri tagħhom?", "X'nipprovaw nagħmlu?", "Li jkollhom bżonn l-adoloxxenti f'dan iż-żmien huwa bilanċ bejn il-monitoring tal-ġenituri u li tħallilhom l-ispazju meħtieġ fejn jikbru.", "Iż-żgħażagħ ma jikbrux billi nikkontrollawhom imma jikbru billi nħallulhom spazju fejn jikbru, però trid tkun hemm għalihom ukoll.", "Dawn iridu joħorġu biex jesperjenzaw id-dinja u jrid ikollhom a safe place għax għadhom mhumiex adulti.", "Ovvjament il-ġenituri għandhom rwol importanti ħafna fil-ħajja tal-adoloxxenti.", "Waqt li qed isir dan il-proċess, il-ħbieb isiru l-iktar ħaġa importanti fil-fażi tal-ħajja tal-adoloxxenti.", "Fil-fatt fit-tfulija l-ħbieb ma jkunux daqshekk importanti daqs kemm isiru fl-adoloxxenza għax they need to belong.", "Madankollu viċin il-familja ma jistgħux jibqgħu għax inkella mhumiex se jiżviluppaw.", "U allura tifhem għalfejn il-ħbieb isiru importanti ħafna għalihom għax inkella l-esperjenza se tkun iżolata ħafna.", "THE CHAIRPERSON: L-istess għall-peer pressure.", "Il-pressjoni tal-peers u li inti tkun bħala peer huwa fattur li rridu nagħtu kasu.", "Hemm fattur ieħor ukoll u ċjoè dwar liema ħbieb qiegħed tiġi attratt lejhom.", "Fih innifsu dawk huwa fattur li għandu saħħa psikoloġika kbira.", "Ovvjament ħafna drabi jibdew jitħalltu mal-ħbieb tagħhom fi gruppi, jibda d-dating u mbagħad minn hemmhekk ikomplu għal relazzjoni romantika.", "Huma u jiżviluppaw tikber il-kapaċità tagħhom li jsiru aktar close u li jkunu connected mal-partner tagħhom.", "Ovvjament mhux għax se jagħlqu l-età se jsiru close, imma aktar ma jikbru, aktar se tikber fihom din il-kapaċità.", "Din tpoġġihom f'ċerti riskji għax se jkunu aktar vulnerabbli għal teenage pregnancies, għal sexual transmitted infections, li jkollhom x'jaqsmu sesswalment taħt l-influwenza tad-drogi u l-alkoħol jew inkella li jkunu suġġetti għal abbuż.", "Ir-riċerka u s-sexual script theory fil-psikoloġija tas-soċjetà turina li n-nisa għandhom aktar outcomes negattivi fis-sess milli l-irġiel u huwa iktar probabbli li jkunu iżgħar fir-relazzjonijiet.", "Is-sexual script theory tgħidilna kif in-nisa mistennija li joħonqu l-vuċi tagħhom meta jiġu għas-sess, jiġifieri joħonqu l-bżonnijiet tagħhom u anke d-drittijiet tagħhom filwaqt li l-irġiel huma aktar mistennija li jkunu diretti u assertivi.", "B'hekk jista' ikun li l-irġiel ma jirrikonoxxux meta jkunu qed jużaw il-forza fuq in-nisa.", "Naħseb din tista' tgħinha wkoll fil-ħsebijiet tagħna meta nkunu qed naħsbu fuq the development of sexual education programmes, speċjalment fuq l-empowerment.", "Mhux qed ngħid li jiġri hekk, imma li nagħtuhom biss informazzjoni fuq il-kontraċettivi mhuwiex biżżejjed.", "Jekk mhux se ngħallmuhom u ngħinuhom biex jikbru fis-self esteem tagħhom u b'hekk iħossuhom empowered, biex id-deċiżjoni li jkunu ħadu jżommuha, jista' ikun li meta jiġu taħt pressjoni, u allura avolja jkunu ħadu d-deċiżjoni li jastjenu mis-sess jew li se jridu jużaw il-kontraċettivi, jekk ma jkunux b'saħħithom biżżejjed bħala adoloxxenti, dawn se jispiċċaw iċedu.", "Għaldaqstant importanti li naħdmu fuq dak il-binarju wkoll.", "MICHAEL GONZI: Taraha d-differenza bejn żgħażagħ ta' 16 u żgħażagħ ta' 18-il sena f'dan l-argument?", "Aktar ma tikber aktar tibda tissaħħaħ u tiżviluppa.", "Ma jfissirx li mhuwiex possibbli li ta' 16-il sena jkollok self-esteem biżżejjed u li jkollok l-empowerment li żżomm id-deċiżjoni tiegħek.", "Pereżempju jiena nara differenza bejn xi ħadd li għandu 20 sena u ieħor li għandu 40 sena, jiġifieri b'dak l-argument aktar ma l-bniedem jikber, aktar l-esperjenza tal-ħajja se tagħmlu assertiv.", "Ovvjament fl-adoloxxenti din qiegħda hemm ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Il-fatt li wieħed jirrifjuta u li jgħid li għalissa se jastjeni mis-sess hija xi ħaġa li n-nisa kapaċi jagħmluha aktar milli l-irġiel?", "AMANDA GRECH: Skont is-sexual script theory l-irġiel għandhom pressjoni fuqhom biex ikunu attivi u biex ikunu assertivi fis-sess.", "U allura għandek ċerta peer pressure hemmhekk.", "Madankollu ma nafx li teżisti xi riċerka ta' dan it-tip biex inkun nista' inwieġbek bl-eżatt.", "THE CHAIRPERSON: Forsi n-nisa jibżgħu aktar mill-pregnancies milli l-irġiel.", "U peress li l-partijiet intimi tan-nisa huma moħbijin, allura aktar tista' tinħoloq biża' fihom dwar x'jista' iseħħ f'sexually transmitted diseases.", "AMANDA GRECH: Ma tantx niltaqa' magħha daqshekk.", "Pereżempju jkun hemm biża' aktar li se jweġġgħu fir-relazzjonijiet tagħhom f'età żgħira jew inkella għax iħossuhom li għadhom mhumiex lesti.", "Imma fejn tidħol tqala mhux daqshekk għax meta jkunu għadhom qegħdin jiddeliberaw fuq jekk ikunux attivi sesswalment jew le, ma jkunux bdew jaħsbu fuq it-tqala imma aktar ikunu qegħdin jaħsbu fuqhom infushom, speċjalment jekk ikunu qegħdin jastjenu, speċi aktar ikun mhux lest u mhux komdu bil-female hood tiegħu għax ikunu jaraw lilhom infushom għadhom żgħar jew mhumiex lesti għal dik l-attenzjoni mingħand l-irġiel.", "THE CHAIRPERSON: Ġieli tisma' b'nies li jkollhom theddid psikoloġiku jew pressjoni fuq parti mill-koppja li forsi ma tkunx trid tagħmel is-sess f'dak il-mument?", "Pereżempju jkun hemm tfajla jew ġuvni li jgħidu lil parti l-oħra li jekk ma jkollhomx sess magħhom mhux se jibqgħu f'dik ir-relazzjoni u allura dik il-parti jkollha ċċedi għad-demand tal-parti l-oħra.", "AMANDA GRECH: Iva, jeżistu dawn il-każijiet, speċjalment meta jkollok lil xi ħadd b'low self esteem.", "Ma ninsewx li ta' dik l-età tkun għadek qed tiżviluppa l-identità tiegħek u allura inti tkun qed tara lilek innifsek bħala koppja mal-boyfriend jew mal-girlfriend tiegħek.", "Issa jekk se jitlaqni l-boyfriend l-identità tiegħi se tikkrolla!", "Għalhekk importanti ħafna l-empowerment taż-żgħażagħ.", "X'inhuma l-fatturi li għandhom impatt fuq l-early intercourse fl-adoloxxenti?", "Nistgħu nkunu nafu x'inhuma dawn il-fatturi?", "Naħseb li iva, nistgħu nkunu nafu.", "Ir-riċerka tipponta ħafna fuq il-parental practices, speċifikament fuq is-supervision u l-monitoring tal-ġenituri.", "Meta ngħidu parental supervision and monitoring qegħdin infissru li inti tkun familjari mal-whereabouts tat-tfal tiegħek u mhux titlaqhom għal riħhom mingħajr lanqas biss tkun taf fejn qegħdin.", "Il-parental support huwa meta r-relazzjoni tkun waħda ta' warmth bejn it-tfal u l-ġenituri u mhux waħda ta' kontroll.", "Din tfisser li inti qiegħed hemm għalihom u allura għandek dik id-dinamika ta' child centredness, jiġifieri li inti qed tirrispondi għalihom.", "Mhijiex kontroll u lanqas hija li tinvadi l-privatezza tagħhom.", "Tajjeb ngħid li meta għandek is-supervision u l-monitoring tal-ġenituri, ir-riċerka turina li jista' ikun li l-age of first sexual intercourse jdum aktar ma jseħħ.", "Fatturi oħra huma s-socio-economic status, jiġifieri aktar ma jkollok nies ġejjin minn lower socio-economic status, aktar għandek ċans li dawn se jkunu attivi sesswalment minn kmieni u ma jużawx xi forma ta' kontraċezzjoni.", "Għandek ukoll a higher teenage pregnancy rate fejn għandek livelli baxxi ta' edukazzjoni u problem solving skills.", "Ma rridux nistigmatizzaw, però ħafna studji juruna li meta għandek adoloxxenti ġejjin minn familja b'ġenitur wieħed, aktar għandek probabilità li l-adoloxxenti jkollhom an earlier sexual debut.", "Ovvjament mhux kulħadd l-istess imma għandek dik il-probabilità.", "Għandek ukoll l-attitudni tal-ġenituri.", "Jekk l-attitudni tagħhom hija waħda permessiva, ovvjament il-probabilità se tkun li se jkollok an earlier intercourse u li tkun vittma ta' trawma.", "Fil-kuntest Malti għandna biżżejjed evidenza li turi li l-esperimentazzjoni u s-sess fiż-żgħażagħ tibda qabel l-età ta' 18-il sena.", "Hawnhekk ġibt tabella li d-data tagħha nġabret fl-2009 u ġiet ippubblikata fl-2013.", "Jekk tħarsu lejn it-tielet kolonna tagħha taraw li Malta għandha the highest rates of teeanage pregnancies fl-Unjoni Ewropea minkejja li għandna l-ogħla età f'dik li għandha x'taqsam mal-age of consent.", "Din ir-riċerka hija wkoll in line mal-findings tal-European Pre-Natal Health Report tal-2010.", "B'mod konsistenti r-riċerka turina li f'Malta għandna waħda mill-ogħla rati ta' teenage pregnancies.", "Għalkemm l-età tal-age of sexual consent kienet inizjalment biex tipproteġi liż-żgħażagħ, naħseb li l-istess age of sexual consent tista' tkun qiegħda tikkriminalizza l-istess żgħażagħ taħt dawn il-liġijiet.", "Concern oħra li għandi hi li llum iż-żgħażagħ għandhom għażliet differenti kif jgħixu l-ħajja tagħhom u hija differenti ħafna minn dik tal-ġenituri tagħhom u tal-ġenerazzjonijiet ta' qabilhom.", "Fil-fatt illum iż-żmien tad-dating twal u l-average age ta' nies li qegħdin jiżżewġu niżlet.", "Allura din kif qiegħda tiġi riflessa fil-liġi, meta taħt it-18-il sena tista' tiżżewweġ imma ma tistax tagħmel is-sess?!", "Ħalli nagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħi malajr.", "Ir-rakkomandazzjoni tiegħi hi li l-age of sexual consent għandha tipproteġi lil dawn in-nies li huma vulnerabbli, partikolarment lit-tfal, iżda għandha wkoll tirrifletti fuq il-kriminalizzazzjoni tat-teen sex.", "Li t-teen sex ġie kkriminalizzat naraha problema għax din tista' tirriżulta fil-prosekuzzjoni ta' żgħażagħ ta' 17, 18 u 19-il sena.", "Jinkwetawni ħafna każijiet li niltaqgħu magħhom fil-media, fejn għandek koppja li qed joħorġu flimkien u għalkemm bejniethom hemm close age proximity, jista' ikun li parti jew oħra tiġi akkużata li qed tagħmel att kriminali avolja bejn il-koppja jkun hemm biss ftit xhur jew ftit snin differenza.", "Jiena, bħala terapista, ninkwieta meta nara każ ta' tfalja ta' 16-il sena li għandha relazzjoni ma' xi ħadd ta' 20 sena.", "Naqbel mal-mistiedna ta' qabli u hawnhekk se nikkwota minn riċerka li ssemmiet fuq il-Kanada, meta bdew jaslu biex ineħħu l-age of sexual consent u jekk għandux ikun hemm qafas legali biex jekk għandek relazzjoni ma' persuna li hija ħafna ikbar minnek, għandux ikun hemm qafas legali biex tkompli tħares lil dawk in-nies li huma vulnerabbli, u allura lil dik il-persuna li għandha 16-il sena għax hemmhekk għandek sitwazzjoni differenti ħafna.", "Rakkomandazzjoni oħra tiegħi hija li nkomplu nżidu fuq ix-xogħol tajjeb ħafna li qed isir fuq il-public health agenda u nipprijoritizzaw is-sexual and reproductive health.", "Għalija din għandha tkun priorità, speċjalment dawk l-adoloxxenti li jgħixu f'single parent households, fejn m'hemmx parental monitoring u fejn għandek parents li huma fl-low socio-economic status.", "Irridu nagħtu s-sapport lill-parents through parental skills u din naraha importanti ħafna.", "Il-ġenituri għandhom bżonn parental skills.", "Kultant is-suġġett tas-sess huwa diffiċli għall-ġenituri biex jiddiskutuh.", "Jista' ikun hemm issues psikoloġiċi li jkunu problema għalihom ukoll u allura dan se jirrifletti fuq il-mod ta' kif se titratta s-suġġett maż-żgħażagħ tagħhom.", "L-aħħar punt tiegħi hu li għandna nagħmlu riċerka fil-kuntest Malti vis-à-vis the sexual and reproductive health u għandna nidentifikaw areas li nistgħu nkomplu nsaħħuhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Rigward din it-tabella li wrejtna hawnhekk, inti qiegħda titkellem fuq teenage live births.", "Kif ikkomparajtha din mal-pajjiżi l-oħra?", "AMANDA GRECH: Jekk tara Denmark issib li għandek 1.5% among all live births.", "DEO DEBATTISTA: Imma live births, mentri dawk jagħmlu l-abort filwaqt li aħna ma nagħmluhx!", "AMANDA GRECH: Fil-fatt fl-aħħar għandek miktub li abortion is not available.", "DEO DEBATTISTA: Imma allura mhux bilfors li aħna se jkollna iktar pregnancies u live births?", "GODFREY FARRUGIA: Mill-esperjenza li għandi jiena bħala tabib, l-ammont ta' Maltin li jmorru barra minn Malta - li huma taħt l-età ta' 18-il sena –f'postijiet regolarizzati sabiex jagħmlu l-abort hija xi ħaġa tat-twaħħix!", "DEO DEBATTISTA: Bejn wieħed u ieħor ikollna 600 fis-sena.", "Imma ma tistax tgħid li għax għandna age of consent kbira għandna pregnancy rate akbar.", "DEO DEBATTISTA: Hija konklużjoni ħażina li tgħid li għandna aktar pregnancies billi tieħu n-numru ta' live births għax għalkemm il-live births huma inqas minna bħala rata, huma għandhom l-abort mentri aħna m'għandniex.", "AMANDA GRECH: Ma tistax tikkompara like with like għax f'Malta m'għandniex abort imma r-rati għoljin ta' teenage pregnancies xorta qegħdin hemmhekk.", "DEO DEBATTISTA: Imma hawnhekk inti qiegħda taħdem fuq live births u teenage pregnancy mentri dawn qed iqabblu live births ma' live births.", "AMANDA GRECH: Qed jassumu wkoll li f'Malta ma jsirx l-abort u għalhekk qiegħda mniżżla bħala not available.", "DEO DEBATTISTA: Not available hawn Malta imma lkoll kemm aħna nafu li dawn isiru barra mill-pajjiż.", "Pereżempju fir-Renju Unit hija dokumentata li jsiru 61 abort fis-sena fuq nisa Maltin.", "AMANDA GRECH: Jiġifieri t-twelid xorta qiegħed juri li huwa għoli għaliex jekk qegħdin ngħidu li Malta ...", "DEO DEBATTISTA: Le le, għax dak imbagħad huwa abort in ġenerali, jiġifieri mhux qed jieħu l-abort li jsiru mit-teenagers.", "AMANDA GRECH: Dak huwa punt, però xorta nara li hemm rata għolja ta' teenage pregnancies.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Inti bħala l-konklużjoni tiegħek, li aħna nnaqqsu l-age of consent mhux in kwantu għas-saħħa tat-teenager jew tas-sexual health jew tas-sexual induced infections … Jekk jien, imbilli nnaqqas il-liġi mhux se nagħmel differenza ta' xejn fuq is-saħħa taż-żgħażagħ u lanqas mhu se nnaqqas mill-infezzjonijiet .… Ma nafx jekk hux qed nispjega ruħi tajjeb!", "AMANDA GRECH: Naħseb li fhimt x'ridt tgħid.", "Il-punt tiegħi hu li dan jista' jaħdem bil-kontra u allura li l-età tal-kunsens tkun ta' 18-il sena tista' tkun ta' barrier.", "Aħna ħafna drabi nitkellmu fuq x'iwassal lin-nies biex imorru għall-għajnuna u nitkellmu fuq dipressjoni u fuq ansjetà, li huma kollha punti importanti, imma ma tantx nirriċerkaw x'inhu jżomm lin-nies milli jmorru għall-għajnuna.", "Jekk issa qed naraw li hemm żgħażagħ ta' 16-il sena li qegħdin ikunu attivi sesswalment u dawn mhux qed imorru jfittxu l-għajnuna, jista' ikun li mhux qed imorru għax hemm dan il-barrier.", "U dawn qegħdin jiżdiedu.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri meta għamiltu l-interviews ma' dawn iż-żgħażagħ, semmejtuha l-liġi?", "Huma konxji tal-liġi għax mill-esperjenza tiegħi lanqas biss idea m'għandhom tal-liġi!", "AMANDA GRECH: Le, dan l-istudju ma kontx involuta fih.", "Mill-esperjenza tiegħi, meta l-adoloxxenti jiġu biex jagħmlu l-att sesswali mhux se jagħtu kas tal-liġi.", "Jista' ikun li jagħtu kas tal-liġi meta jiġu biex imorru għall-għajnuna u xi ħadd jitlobhom biex iġibu l-ġenituri magħhom.", "U allura f'dak il-kas ma jmorru xejn.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: L-ewwel tkellimna fuq meta jagħtu pariri mill-GU Clinic.", "Aħna sibna t-transcript ta' meta ġiet fil-laqgħa tagħna s-Sinjura Joanne Farrugia mis-Sexual Health Promotion Unit u lil din kienet saritilha mistoqsija proprju fuq hekk mill-Onor.", "\"Jekk jien tfajla ta' 16-il sena u kelli kuntatt sesswali ma' xi ħadd, jekk immur il-GU Clinic se jkolli bżonn il-kunsens tal-ġenituri tiegħi?\"", "\"Le, m'għandekx bżonn kunsens tal-ġenituri tiegħek, m'għandhom l-ebda dritt li jkunu jafu fuqek u r-riżultati li kellek.\"", "Dr Charmaine Gauci kienet preżenti wkoll għal dik il-laqgħa u qaltilna bħalma qalet is-Sinjura Farrugia u kompliet tgħid li dik id-deċiżjoni nqatgħet mill-Kunsill Mediku għax inti għandek l-obbligu li tipproteġi lil persuna li għandek quddiemek.", "Issa jekk il-pożizzjoni hijiex hekk jew le ma nafx imma dawn it-tnejn jaħdmu hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-aħħar mistoqsija mill-Onor.", "Godfrey Farrugia ħalli ngħaddu għat-tielet mistieden tal-lejla.", "GODFREY FARRUGIA: Mill-aspett psikoloġiku, il-fatt li żewġ żgħażagħ taħt it-18-il sena għandhom relazzjoni intima u jkunu qegħdin jaħbu mill-ġenituri tagħhom dik ir-relazzjoni, hemm xi riċerka li ssostni li dik l-esperjenza fil-fatt taffettwahomx b'mod psikoloġiku lil dawn iż-żgħażagħ?", "AMANDA GRECH: Jiddependi b'liema mod taffettwahom b'mod psikoloġiku.", "Iż-żgħażagħ di natura jibdew jaħbu, jiġifieri tkun xi tkun l-age of sexual consent, mill-esperjenza tiegħi xorta nimmaġina li ż-żgħażagħ se jaħbu mill-ġenituri tagħhom għax huwa bżonn naturali għalihom li jkollhom area privata.", "Jista' ikun li jekk fil-familja l-kultura tas-sess hija pjuttost taboo, allura dawn aktar se jaħbu u meta jkun hemm xi problema, speċjalment jekk jiġu biex ifittxu l-għajnuna, mhux se jsibu l-appoġġ.", "U huwa proprju hemmhekk fejn nara li se jkollna l-problemi.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk m'inix sejjer żball ir-riċerka turi wkoll li tfajla timmatura aktar malajr minn ġuvni, kemm psycho-physical u kemm psycho-sexual.", "U mhux hekk biss imma t-trend turi li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar dan il-kambjament ta' maturazzjoni qiegħed isir b'rata mgħaġġla, fis-sens li jekk qabel kienet ta' ċerta età, din qiegħda tiġi aktar kmieni minħabba l-influwenza tal-media, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: Taqbel li n-nisa jimmaturaw aktar qabel mill-irġiel?", "AMANDA GRECH: Iva, hemm gender differences fl-iżvilupp tagħhom fejn in-nisa jiżviluppaw qabel l-irġiel.", "THE CHAIRPERSON: Ms. Grech grazzi ħafna tal-kontribut tiegħek u nista' ngħid li kien kontribut utli ħafna għalina.", "Insejjaħ issa lil Dr Vincent Galea li huwa avukat sabiex jagħtina l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-età tal-kunsens sesswali.", "DR VINCENT GALEA (Avukat): Il-Kodiċi Ċivili fl-artikolu 188 jistabilixxi li \"wieħed isir tal-età meta jagħlaq it-18-il sena\".", "Mela l-Kodiċi Ċivili diġà qiegħed jgħid li mal-età ta' 18-il sena ssir maġġorenni.", "Dan neċessarjament ifisser li kull min għandu inqas minn 18-il sena huwa f'għajnejn il-liġi meqjus bħala minuri.", "Is-Subartikolu 1 tal-artikolu 3 tal-Att dwar iż-Żwieġ u ċjoè Kapitolu 255 tal-Liġijiet ta' Malta jgħid li \"żwieġ li jsir bejn persuni li waħda minnhom tkun taħt l-età ta' 16-il sena jkun null\".", "Dan ma jfissirx awtomatikament li persuna li tagħlaq is-16-il sena tista' taqbad u tiżżewweġ kif ġieb u laħaq.", "Fl-istess artikolu tal-liġi nsibu li persuna li tkun taħt l-awtorità ta' ġenitur jew tutur ma tistax validament tidħol fi żwieġ mingħajr il-kunsens ta' min ikun qiegħed iwettaq dik l-awtorità jew tat-tutur.", "Jekk imbagħad dak il-kunsens ma jingħatax, il-minuri xorta waħda jista' jitlob lill-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja, jekk tintwera kawża ġusta, sabiex tkun il-Qorti li tagħti tali kunsens.", "Xorta jibqa' il-fatt li persuna, legalment tista' tiżżewweġ meta tkun għalqet is-16-il sena.", "Bl-introduzzjoni tal-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili, Kapitolu 530, jingħad li;", "\"Il-persuni kollha li jissodisfaw l-obbligi meħtieġa biex jidħlu fi żwieġ skont l-Att – u hemmhekk il-liġi qiegħda tirreferi għall-Att dwar iż-Żwieġ – jistgħu jirreġistraw is-sħubija tagħhom bħala Unjoni Ċivili.\"", "Dan ifisser li żewġ persuni tal-istess sess jew ta' sess differenti jistgħu jirreġistraw is-sħubija tagħhom bħala Unjoni Ċivili taħt dan l-aħħar imsemmi att.", "Kif diġà spjegajt, f'għajnejn il-liġi persuna ta' 16-il sena hija meqjusa minorenni u hawnhekk jibdew il-problemi għaliex għandek liġi li tista' tgħidlek li bniedem ta' 16-il sena jista' jiżżewweġ imma ovvjament wieħed se jiżżewweġ mhux biex joqgħod iħares lejn il-mara tiegħu jew lejn is-sieħeb tiegħu għal sentejn jekk ikun hemm l-unjoni ċivili.", "Fis-Subartikolu 1 tal-artikolu 204 Ċ tal-Kodiċi Kriminali jingħad hekk;", "\"Kull min jipparteċipa f'attivitajiet sesswali ma' persuna ta' taħt l-età jista', meta jinstab ħati, jeħel priġunerija għal żmien mhux iżjed minn ħames snin, bir-reklużjoni jew mingħajrha.\".", "THE CHAIRPERSON: Allura din hija anomalija fil-liġi?", "DR VINCENT GALEA: Aktar milli anomalija jiena ngħid li xi kultant nirranġaw rokna mingħajr ma naraw il-kamra kollha.", "Jekk il-kamra hija roża niżboh dik ir-rokna sewda u mbagħad ngħid li kullimkien kulur roża imma nħalli kollox kif inhu!", "Dan l-artikolu tal-liġi, jiġifieri t-204 Ċ ġie miżjud bl-Att 31 tal-2007.", "Dan ifisser li qabel l-2007 ma kienx hemm artikolu speċifiku li jgħidlek li min jipparteċipa f'attivitajiet sesswali ma' persuna ta' taħt l-età jista' jeħel priġunerija.", "Fl-2007 il-massimu tal-piena kienet ta' sentejn u fl-2014 żdiedet għal ħames snin.", "Mela hawnhekk qed naraw ukoll żieda fil-piena min-naħa tal-leġislatur għax qed iqis li l-atttivitajiet ma' persuni ta' taħt l-età huma kontra l-liġi.", "Hawnhekk qed naraw li persuna tista' legalment tiżżewweġ jew tirreġistra l-unjoni ċivili tagħha meta tagħlaq is-16-il sena, iżda mbagħad skont l-Artikolu 204 Ċ tal-Kodiċi Kriminali jgħidlek li ma jistax ikollok attività sesswali ma' persuna ta' taħt l-età.", "Għalhekk legalment jista' ikollok persuna li tkun għalqet it-18-il sena jew żewġ persuni li t-tnejn li huma jkunu għadhom taħt it-18-il sena li tkun jew ikunu qegħdin jiksru l-liġi minkejja li huma jistgħu legalment jiżżewġu jew jirreġistraw l-unjoni ċivili tagħhom.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Il-pieni jvarjaw skont l-età?", "Jiġifieri aktar ma tkun żgħira l-persuna, aktar togħla l-piena?", "DR VINCENT GALEA: Il-liġi penali ssemmilek etajiet, pereżempju ssemmilek l-età ta' 12-il sena.", "Issa jekk ikun hemm persuna ta' 12-il sena l-piena se tiżdied imma l-liġi, meta tgħidlek persuna taħt l-età, ma tgħidlekx ta' 16-il sena jew ta' 18-il sena.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiġifieri persuna ta' 20 sena jkollha relazzjoni ma' persuna oħra ta' disa' snin u xi ħadd ta' 14 jew ta' 16-il sena ma tagħmilx differenza?", "DR VINCENT GALEA: Le, ma tagħmilx differenza f'għajnejn il-liġi għax xorta huwa taħt l-età.", "Jista' ikun li jkun hemm ċirkostanzi aggravanti, jiġifieri jekk pereżempju inti se tagħmel att sesswali ma' persuna li għandha inqas minn 12-il sena, jekk għas-saħħa tal-argument ikun hemm stupru, dak l-istupru jiġi stupru vjolenti għax tiżdied miegħu l-gravità tal-biċċa.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri biex tiżżewweġ ma tridx kunsens tal-ġenituri?", "DR VINCENT GALEA: Taħt it-18-il sena trid il-kunsens tal-ġenituri.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri tnejn ta' 16-il sena ma jistgħux jiltaqgħu u jgħidu li jridu jiżżewwġu?", "DR VINCENT GALEA: Mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom ma jistgħux.", "Jekk il-ġenituri jkunu qegħdin iżommu l-kunsens tagħhom mingħajr ebda raġuni, dawn jistgħu jmorru l-Qorti u jġibu l-kunsens mingħand l-Imħallef.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiġifieri dan il-kunsens ma jingħatax fuq kollox?", "Jagħtuhom il-kunsens biex jiżżewwġu imma ma jagħtuhomx il-kunsens biex ikollhom attività sesswali?", "DR VINCENT GALEA: Ladarba persuna tiżżewweġ il-kunsens tal-ġenituri jispiċċa, però il-liġi xorta tgħidlek li ma tistax tagħmel attività sesswali ma' persuna taħt l-età.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li toħroġ mill-mistoqsija li għadu kemm għamel l-Onor.", "Agius Decelis, li għalkemm ġenitur jista' jagħti l-kunsens biex binhom jew binthom ta' 16-il sena jiżżewweġ, fil-liġi m'hemm xejn li tgħidlek li ġenitur jista' jagħti kunsens biex dak iż-żagħżugħ ikollu x'jaqsam ma' xi ħadd.", "DR VINCENT GALEA: Kont se nispjega s-sitwazzjoni biex inwieġeb għal din il-mistoqsija.", "Mela fil-Kodiċi Penali mbagħad insibu - biex il-ħajja tal-avukati tkompli tikkomplika aktar - l-artikolu 542 li jitkellem dwar min jista' jagħmel kwerela.", "Jekk raġel jiżżewweġ ma' mara ta' 16-il sena bil-kunsens tal-ġenituri, eċċ., jekk ikun hemm att sesswali bejniethom irid ikun hemm dik li ngħidulha kwerela u jistgħu jagħmlu kwerela l-axxendenti għad-dixxendenti.", "Jekk jien għandi 18-il sena u żżewwiġt waħda ta' 16-il sena, jista' ikun li l-ġenituri ta' marti jagħmlu kwerela kontrija biex jien nittieħed il-Qorti talli għamilt attività sesswali ma' binthom.", "Veru li meta inti mbagħad titressaq il-Qorti, the injured party li se tkun marti se tgħid lill-Qorti li hi ma tridx din il-kwerela, però hemmhekk qiegħda.", "L-axxendenti jistgħu jkunu wkoll in-nanniet, jiġifieri jekk ommi u missieri tawni l-kunsens biex niżżewweġ, u allura kif qed tgħid inti, impliċitament qed jagħtu l-kunsens tagħhom - għalkemm ma jistgħux - biex ikun hemm relazzjonijiet intimi u sesswali, jista' ikun li n-nanniet tiegħi, li huma l-axxendenti, jagħmlu kwerela huma għax ma jkunux taw dak il-kunsens.", "U allura fil-liġi hemm dawn l-affarijiet kollha meta wieħed jiġi biex jara l-kwestjoni tal-età tal-kunsens sesswali.", "THE CHAIRPERSON: Jekk pereżempju xi ħadd jiżżewweġ ta' 16-il sena u jkun ġab il-kunsens tal-ġenituri tiegħu jew tan-nanniet tiegħu …", "DR VINCENT GALEA: Le, bis-setgħa tal-ġenituri.", "THE CHAIRPERSON: Jew tal-kuraturi tiegħu.", "DR VINCENT GALEA: Imma s-setgħa tal-ġenituri tispiċċa maż-żwieġ.", "U l-kwerela, talli r-raġel qiegħed ikollu x'jaqsam ma' martu li għandha 16-il sena, tista' issir mill-ġenituri tagħha jew min-nanniet jew minn kull axxendent ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Imma din hija xi ħaġa oħra.", "DR VINCENT GALEA: Jiġifieri m'hemmx bżonn tal-kunsens mingħand in-nanniet biex niżżewweġ.", "THE CHAIRPERSON: Jekk pereżempju jgħaddu ħames snin u dak li jkun iħossu li ż-żwieġ tiegħu mhux qed jaħdem, il-fatt li l-kunsens ma kienx tiegħek imma kien tal-ġenituri tiegħek ...", "DR VINCENT GALEA: Il-kunsens biex tiżżewweġ huwa tiegħek.", "Huma jkunu tawk id-dritt li tista' tiżżewweġ qabel ma tagħlaq it-18-il sena.", "Ladarba tiżżewweġ, is-setgħa tal-ġenituri tkun qiegħda tispiċċa, jiġifieri huma jkunu qed jagħtuk il-fakultà li tiżżewweġ, però il-kunsens biex tiżżewweġ inti qed tagħtih.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Nixtieq nagħmel mistoqsija sempliċi; fil-prattika kemm-il darba jiġru dawn l-affarijiet?", "DR VINCENT GALEA: Għalkemm mhumiex frekwenti imma xorta waħda jseħħu.", "U fl-aħħar mill-aħħar il-pulizija kull ma jridu jaraw huwa li l-persuna li qed tagħmel il-kwerela hija l-axxendent.", "Il-pulizija mhux se jmur jistaqsi lill-mara jekk tridx tmexxi b'dik il-kwerela.", "Dik imbagħad tiġri wara hekk kif jiġu biex jidhru quddiem il-Qorti u l-Maġistrat jistaqsiha xi trid tagħmel.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kellna każijiet – correct me if I'm wrong – fejn koppja, b'parti waħda tkun minuri u dawn kellhom x'jaqsmu sesswalment, ipproċedew il-ġenituri tat-tfajla u r-raġel, avolja żżewwiġha wara, xorta waħda weħel.", "DR VINCENT GALEA: Hekk hu għax il-liġi tipprovdilek dak ukoll.", "Allura dan huwa każ tipiku fejn il-liġi m'għandhiex armonija ma' liġi oħra.", "Il-Liġi Ċivili tippermetti ż-żwieġ bejn il-minuri imma l-liġi penali ma tippermettix li dawn jagħmlu atti sesswali minkejja li huma miżżewġin.", "Qabel l-introduzzjoni tal-artikolu 204 Ċ tal-Kodiċi Kriminali li jitkellem dwar \"attivitajiet sesswali\" kien hemm, u għad hemm, artikoli ta' liġi oħra li jitkellmu dwar il-konsegwenzi ta' atti sesswali ma' minuri jew persuni taħt l-età.", "Il-Kodiċi Kriminali jsemmi pereżempju l-korruzzjoni tal-minorenni jew inkella l-attentat għall-pudur.", "Is-subartikolu 1 tal-artikolu 203 tal-Kodiċi Kriminali jgħid hekk:", "\"Kull min, b'għemil żieni, jikkorrompi persuna ta' taħt l-età, tas-sess il-wieħed jew l-ieħor.\".", "Dak rigward il-korruzzjoni tal-minorenni.", "Tikkorrompi persuna b'għemil żieni.", "Dalwaqt ġej għaliha.", "L-artikolu 207 tal-Kodiċi Kriminali jgħid hekk:", "\"Kull min jinstab ħati ta' attentat vjolenti għall-pudur li, fih innifsu, ma jkunx jikkostitwixxi wieħed mid-delitti kkonsmat jew attentat, imsemmijin fl-artikoli ta' qabel ta' dan is-sub-titolu.\".", "Allura l-Qrati tagħna dejjem kien ikollhom għar-rigward tal-artikolu 203 tal-Kodiċi Kriminali jidħlu fid-definizzjoni ta' x'inhu att żieni u wara li jiġi stabbilit jekk l-att li twettaq kienx wieħed żieni jew le, jekk tali att kienx ikkorrompa lil persuna taħt l-età.", "Din hija xi ħaġa li nitgħallmu aħna fil-kors tal-liġi u kienet togħġobna fi żmienna, u hawnhekk qiegħed nitkellem fuq il bacio violente.", "Jiġifieri maż-żmien il bacio violente ma baqax jitqies aktar bħala vjolenti.", "Li qed ngħid hu li fejn il-liġi dak iż-żmien kienet tissodisfa ċertu rekwiżiti, illum il-ġurnata bil-progress li qed isir, anke through subjective jurisprudence, deċiżjonijiet mill-Qrati tagħna, sar progress ukoll għar-rigward tal-interpretazzjoni ta' ċerti materji sesswali.", "Attentat għall-pudur tfisser pereżempju meta jkollok persuna li turi ritratti pornografiċi lil minuri u li allura joffendi s-sens tad-diċenza tagħha.", "Fil-Kodiċi Kriminali u f'diversi liġijiet oħra nsibu wkoll artikoli oħra li jipprojbixxu lil minuri jew persuni taħt l-età minn attività sesswali.", "Sal-2002 kien hemm biss ftit artikoli li jirrigwardaw il-minuri u l-abbuż fuqhom imma mill-2005 daħlu ħafna aktar liġijiet f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRPERSON: Jekk niġu f'sitwazzjoni li l-age of sexual consent tonqos, il-fatt li l-liġi tqis lil ta' 18-il sena bħala maġġorenni u minorenni, dik ma tiġix affettwata bħalma nimmaġina li ma tiġix affettwata l-età li tista' issuq karozza skont il-Vehicle Regulations Act.", "DR VINCENT GALEA: Le, però l-importanti hu - u dak huwa wieħed mis-suġġerimenti li kont nixtieq li jsir – li f'ċerti artikoli tal-liġi … Għax bħalissa x'inhu jiġri?", "Meta inti tiftaħ kawża u l-pulizija tressaq individwu quddiem il-Qorti, meta l-Maġistrat ikollu diskrezzjoni biex jinterpreta hu l-liġi għax ma jkunx hemm parametri stretti fiha dik il-liġi, ħafna drabi l-liġi jkollha interpretazzjoni soġġettiva tal-Maġistrat.", "U allura dak li għall-Maġistrat jitqies bħala morali, għalija jista' jkun normali u din narawha sseħħ.", "Anke meta wieħed jiġi biex jara jekk hijiex se ssir din tar-riduzzjoni tal-età, irid jieħu in konsiderazzjoni dawn il-fatturi għax ma tistax tħalli materja sensittiva bħal din, li tikkonċerna l-moralità, lil persuna b'deċiżjoni soġġettiva.", "Hawnhekk trid tkun oġġettiv.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk dan il-Parlament jiddeċiedi li jniżżel l-età tal-kunsens għal 16-il sena, liġijiet oħrajn bħal dik tal-pedofelija għandhom jiġu mibdula wkoll?", "THE CHAIRPERSON: Hemm ripple effect fuq liġijiet oħrajn bħal dawn?", "DR VINCENT GALEA: Iva, dejjem se jkollok dan l-effett.", "Kull comma li tbiddel mil-liġi se taffettwa xi liġi oħra.", "Fil-fatt għalhekk l-ewwel għedt li tiżbogħ rokna sewda mentri l-kamra kollha hija miżbugħa roża.", "Ma tindunax li l-kamra roża, u meta tiżbogħ dik ir-rokna sewda u tmur tara kif ġiet, tirrealizza li l-kamra kollha kienet roża.", "Sfortunatament dawn l-affarijiet jiġru xi kultant.", "Pereżempju l-artikolu 197 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar il-prostituzzjoni ta' dixxendent taħt l-età jew inkella dwar il-prostituzzjoni tal-mara jew tar-raġel li jkunu taħt l-età.", "L-artikolu 199 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar serq ta' persuna ta' taħt l-età bil-ħsieb li jabbuża minnha jew biex jiżżewwiġha.", "L-artikolu 201 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar l-istupru - meta dan isir fuq persuna taħt l-età ta' 12-il sena jitqies bħala vjolenti.", "L-artikoli 203 u 203 A tal-Kodiċi Kriminali jitkellmu dwar il-korruzzjoni ta' persuna ta' taħt l-età.", "L-artikolu 204 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar tħajjir għall-prostituzzjoni jew għall-korruzzjoni ta' minorenni.", "L-artikolu 204 A tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar it-tħajjir ta' persuna taħt l-età għall-pornografija.", "F'dan il-każ però, it-tħajjir irid ikun akkumpanjat minn vjolenza, theddid, sfurzar, forza jew inkella li t-tħajjir ikun għal skop ta' qligħ jew ksib ta' benefiċċju.", "Biex nasal għall-punt li kienet qiegħda tagħmel l-Onor.", "Schembri, meta wieħed jgħid li se nirriduċi l-età minn 18 għal 16-il sena, wieħed irid jara mbagħad il-liġi jekk hijiex se tiġi affettwata rigward raġel li jagħmel atti sesswali ma' martu li hija taħt it-18-il sena, u li allura jekk dan l-att hux se jiġi meqjus bħala pedofelija.", "Jekk il-mara, għas-saħħa tal-argument, tibgħat ritratt jew tiġbed video tagħha bil-mobile waqt li tkun qiegħda tagħmel attività sesswali, dak għandu jammonta għal pornografija tat-tfal?", "THE CHAIRPERSON: Barra minn Malta x'jagħmlu jekk għandhom l-age of consent tagħhom ta' 14-il sena?", "DR VINCENT GALEA: Se nasal għaliha dik ukoll u se nsemmi l-Kanada la ssemma' dan il-pajjiż.", "L-artikolu 204 D jitkellem dwar attivitajiet sesswali llegali bħal pereżempju meta persuna ġġiegħel persuna ta' taħt l-età tipparteċipa f'attività sesswali ma' persuna oħra.", "L-artikolu 205 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar persuni li jġiegħelu jew iħajru persuni taħt l-età għall-prostituzzjoni biex jissodisfa ż-żina ta' ħaddieħor.", "L-artikolu 207 jitkellem dwar l-attentat vjolenti għall-pudur.", "L-artikolu 208 A tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar ritratti, films indiċenti, eċċ. ta' persuni taħt l-età.", "L-artikolu 208 AA tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar tħajjir ta' persuni taħt l-età sabiex jiltaqgħu ma' persuna permezz ta' użi elettroniċi.", "Hawnhekk qed nirriferu għaċ-chatrooms, fejn il-Kodiċi Kriminali llum daħal ukoll f'dak l-aspett.", "L-artikolu 208 AB jitkellem dwar reklamar ta' turiżmu sesswali.", "Hemm artikoli oħrajn, li huma kollha tekniċi, li jitkellmu wkoll dwar il-protezzjoni ta' minuri li, fil-fehma tiegħi, jeħtieġu jiġu emendati u aġġornati għaż-żmenijiet tal-lum u sabiex ma jitħalliex dubju dwar l-interpretazzjoni tagħhom.", "F'ġuriżdizzjoni esteri nsibu li l-leġiżlatur, għalkemm ikun naqqas l-età tal-kunsens għall-attivitajiet sesswali, xorta waħda jkun għamel leġiżlazzjoni biex jipproteġi lil minuri.", "Bħala eżempju hemm dak li jissejjaħ close-in-age exemptions, jiġifieri għalkemm għandek l-età ta' 16-il sena bħala l-età li fiha persuna tista' tagħti l-kunsens tagħha għal atti sesswali, x'jiġri imma meta jkun hemm minuri ta' 15-il sena li tipparteċipa f'atti sesswali mal-boyfriend tagħha li jkollu aktar minn 16-il sena?", "Il-Kanada toffri eżenzjoni minn proċeduri penali meta jkun hemm ċerta age difference close-in-age exemption.", "Dan ifisser li meta jkollok sess ma' minuri li għandu 14 jew 15-il sena huwa permessibbli jekk is-sieħeb fl-attività sesswali ma jkollux aktar minn ħames snin differenza fl-età.", "Sess ma' minuri li għandu jew għandha 12 jew 13-il sena huwa permessibbli jekk is-sieħeb fl-attività sesswali ma jkollux aktar minn sentejn differenza fl-età.", "Jekk hijiex kwestjoni ta' diskriminazzjoni jew le naħseb huwa dibattitu enormi għax hawnhekk li qiegħda tgħid il-liġi huwa li jekk għandek ġuvni u tfajla, il-ġuvni ta' 12-il sena u t-tfajla ta' 14-il sena, jew viċi versa, u dawn għamlu atti sesswali, huma se jitqiesu bħala eżentati mil-liġi.", "L-age of consent huwa ta' 16-il sena, però jekk ma jkunx hemm dak id-distakk, allura jitqies bħala permessibbli.", "Issa jekk ikun hemm blanket provision li l-age of consent se tkun ta' 16-il sena, allura ma jkun hemm xejn illegali li persuna ta' 45 sena jkollha x'taqsam ma' tfajla ta' 16-il sena jew viċi versa.", "Għalhekk huma jipprovaw inaqqsu l-kwestjoni tal-vulnerabilità tal-adoloxxenti u anke tal-iżvilupp psikoloġiku tagħhom.", "Jiġifieri mod għandek żewġ persuni ta' 12 jew 14-il sena li għandhom l-istess żvilupp u mod ieħor għandek persuna ta' 45 sena ma' ġuvni jew xebba ta' 16-il sena.", "Pereżempju nsibu pajjiżi oħra fejn is-sess ma' minorenni ma jkunx punibbli jekk iż-żewġ persuni jkunu ta' età simili u żvilupp.", "Jekk tfajla, kif smajna, tkun aktar matura minn raġel, u t-tfajla jkollha 16 jew 17-il sena u l-ġuvni jkollu 15-il sena, dawn għandhom età simili għax sentejn differenza wieħed jista' jeħodha bħala simili, u allura anke l-iżvilupp huwa l-istess, mela f'dak il-każ ma tkunx punibbli.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli niddevja ftit mis-suġġett.", "Jekk xi ħadd għandu 'l fuq minn 18-il sena imma għandu diżabilità mentali, jista' ikollu kunsens jew inkella dak il-kunsens irid jingħata mingħand xi ħadd ieħor?", "DR VINCENT GALEA: Dak jikkwalifika bħala persuna vulnerabbli u allura l-liġi tipproteġih.", "Ma jfissirx li għax niżżilna l-età tal-kunsens sesswali għal 16-il sena, mela dawk mhux se jibqgħu aktar vulnerabbli.", "Fil-fatt il-liġi tgħid li persuna li għandha aktar minn 18-il sena hija persuna vulnerabbli jekk din tissodisfa ċerti rekwiżiti.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi ċirkostanzi fejn xi ħadd li għandu aktar minn 18-il sena u jiġi interdett u jneħħulu wkoll id-dritt tal-kunsens sesswali?", "DR VINCENT GALEA: L-interdett mhux se jneħħilek id-dritt li tagħmel atti sesswali.", "Tneħħilek il-vot imma d-dritt li tagħmel atti sesswali ma tneħħihulekx.", "THE CHAIRPERSON: Allura persuna b'diżabilità mentali tista' tiġi f'sitwazzjoni bħal meta għandek xi ħadd ta' 16-il sena ...", "DR VINCENT GALEA: Jekk hu jitqies bħala persuna vulnerabbli jista' ikollu 50 sena għax xorta waħda se jitqies bħala persuna vulnerabbli.", "U dan għandu dawn il-liġijiet li semmejna li se jipproteġuh.", "Mela anke jekk l-età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena xorta se jibqa' f'pożizzjoni ta' vulnerabilità.", "THE CHAIRPERSON: Min ikun ħa sehem f'atti sesswali ma' persuna ta' 50 sena li għandha diżabilità, dan ma jistax jinġib l-argument kontrih li huwa kiser il-liġi għax ma ngħatax il-kunsens?", "DR VINCENT GALEA: Imma jista' ikun hemm difiżi oħrajn għax il-persuna li għandha 50 sena għandha ċerta diffikultajiet u allura ma kenitx taf x'inhi tagħmel.", "Imma dawk huma difiżi li jeżistu fil-Kodiċi Kriminali għal persuni li jkollhom id-diffikultajiet tagħhom.", "F'pajjiżi oħra nsibu li l-età tal-kunsens tkun ta' 18-il sena, iżda mbagħad, persuna li jkollha 16 jew 17-il sena tista' tieħu sehem f'attivitajiet sesswali taħt kondizzjoni li l-parti l-oħra ma jkollhiex aktar minn ċertu età.", "Għandna mbagħad il-position of trust jew il-position of authority.", "Il-liġi tispeċifika xi tkun din il-position of trust u għandek pereżempju għalliem u student.", "L-età tal-kunsens f'ċerti pajjiżi, meta jkollok dawn il-position of trusts, tiżdied u mhux tonqos.", "Jekk ikollok għalliem ta' 18-il sena u studenta ta' 16-il sena, jekk se tonqos l-età tal-kunsens għall-atti sesswali, ma jkun hemm xejn illegali li jiġri hekk, però fir-Renju Unit qalu li f'dak il-każ l-età għandha tiżdied għal sentejn, u allura minn 16 titla' għal 18-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Dr Galea, nitolbok biex tibda tikkonkludi ħalli ngħaddu għall-mistieden li jmiss.", "DR VINCENT GALEA: Tajjeb.", "Għandek imbagħad il-kwestjoni tal-pornografija, dik li għedna li persuna ta' 16-il sena tista' tagħmel atti sesswali imma din tkun minorenni u allura jista' ikun li jkollok il-pornografija tat-tfal.", "Tkellimna wkoll dwar l-armonija bejn liġi u oħra, pereżempju l-Liġi Ċivili u l-Liġi Penali u jekk hemm bżonn li tiġi indikata età f'artikolu partikolari tal-liġi, dik l-età tiġi hekk indikata.", "L-istess ħaġa jekk ikun hemm bżonn li tiġi indikata x'tip ta' attività sesswali għandha tkun permessibbli, din għandha hekk tiġi indikata.", "Pereżempju f'liġijiet esteri jingħad li ċerta attività sesswali biss tista' titwettaq mentri attività sesswali oħra hija prekluża qabel ma jkollok 21 sena.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta qegħdin insemmu dawn il-liġijiet li jagħmlu distinzjoni bejn attività sesswali mod u attività sesswali mod ieħor, li tista' tkun pereżempju s-sodomija li ma tkunx permessibbli imma jkunu permessibbli atti sesswali oħra.", "Jekk jidħlu affarijiet bħal dawn, jiena qed nassumi li b'liġijiet oħra li għandna fuq l-ugwaljanza, eċċ., jista' ikun hemm problema fejn jidħlu l-gay rights, eċċ. Jekk inħarsu lejn postijiet barra minn Malta, fejn hemm dawn id-distinzjonijiet, naħseb li meta niġu biex nagħmlu l-liġijiet hawnhekk, irridu narawhom ukoll fl-ambitu ta' x'inhu permessibbli f'liġijiet oħrajn tagħna.", "Naħseb hemmhekk irridu nagħmlu dik id-distinjoni.", "DR VINCENT GALEA: Imma hemm pajjiżi li minħabba raġunijiet ta' saħħa jew ta' xi mard ieħor … Madankollu ma qgħadtx nidħol f'dan id-dettall għax dak huwa aspett mediku li jiena m'inix kompetenti fih.", "Biex nagħlaq ngħid li dak li huwa importanti f'għajnejja hu li l-leġiżlatur ma jħallix lill-ġudikant juża l-kejl soġġettiv meta jiġi biex jiddeċiedi fuq il-każ li jkollu quddiemu.", "Hemm bżonn li jintuża kejl oġġettiv, fejn kulħadd ikun jaf il-leġiżlatur x'ried jgħid u mhux noqogħdu ngħidu għax persuna hija ta' ċerta trobbija, allura għandha moralità mod u persuna li għandha trobbija mod ieħor, għandha moralità mod ieħor.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fejn għandek il-pornografija, jekk inti tnaqqas l-età minn 18 għal 16-il sena, qiegħda nassumi li inti tista' tagħmel distinzjoni jew age specific clauses li fejn tidħol il-pornografija l-età tibqa' ta' 18-il sena biex il-persuni l-aktar vulnerabbli xorta jkunu protetti.", "DR VINCENT GALEA: Iva, tista' u ssir.", "Pereżempju jkollok persuni li jridu jipparteċipaw f'attività sesswali li tiġi rrekordjata, u allura tiġi meqjusa bħala pornografija, fejn il-liġi tgħidlek li ma jistgħux jinġibdu filmati ta' dawk l-atti sesswali qabel ma jkollhom 18-il sena.", "Jiġifieri dik hija l-istess ħaġa li qiegħda tispjega b'mod tajjeb inti.", "GODFREY FARRUGIA: Mill-aspett legali nistgħu naqbdu t-transpożizzjoni tal-EU Directive 2010 u nniżżlu l-età?", "Aħna l-uniku pajjiż mill-ftit pajjiżi fejn ma niżżilnihiex mentri pajjiżi oħra, meta għamlu t-transpożizzjoni tal-EU Directive, li tniżżel l-età minn 18 - kif qiegħda f'Malta - għal 16 –il sena … Issa jien ma naqbilx mal-blanket statement imma naqbel mat-tier system, kif issuġġerejt inti stess.", "U allura b'dik l-emenda fil-liġi, b'legal notice nkunu nistgħu nagħmlu dan kollu b'mod legali?", "M'għandniex għalfejn nagħmlu att.", "Diġà jeżisti mekkaniżmu - wara naraw il-kunċett kollu edukattiv li rridu nibnu, fosthom naraw il-behavioural sciences, etc. – u allura rridu naqbdu l-EU Directive li għamilna transposition tagħha fl-2010, u minn 18-il sena nniżżluha għal 16-il sena, biex nuża numru arbitrarju.", "DR VINCENT GALEA: Mhux bilfors li fejn jidħlu ċerti aspetti penali, il-liġi Ewropea tkun tista' tirbaħ fuq il-liġi Maltija.", "Hemm reati kriminali li ma jfissirx … Pereżempju jekk inti fil-liġi Maltija għandek projbizzjoni li tabortixxi, ma jfissirx li għax ikun hemm direttiva fl-Unjoni Ewropea li tista' tabortixxi, allura dik se tidħol fil-liġi Maltija.", "(Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: L-EU Directive tal-age of consent li daħlet fl-2010, u li aħna ħallejniha ta' 18-il sena mentri pajjiżi oħra niżżluha għal kif dehrilhom huma, nistgħu nieħdu azzjoni fl-2015 biex inniżżlu l-età minn 18-il sena għal 16-il sena.", "Stajna għamilna hekk f'Jannar li għadda meta daħħalna l-emendi fil-Kodiċi Kriminali, f'item 66 fuq l-aġenda.", "Stajna bdilna l-istess emendi u daħħalniha din tal-età dakinhar stess.", "Jiena qiegħed nuri soluzzjoni oħra fejn nistgħu nagħmlu dan il-mekkaniżmu kollu imma hemm bżonn mill-behavioural sciences nikkonsidraw l-affarijiet mill-aspett legali, fejn nużaw l-EU Directive biss li diġà daħħalniha u nniżżlu l-età tal-age of consent.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk ikollok Parent Act li qiegħda tirriferi għall-age of consent f'dan il-każ, inti ma tagħmilx legal notice li tmur kontra dik il-Parent Act.", "GODFREY FARRUGIA: Ma nafx imma forsi tista' tibdel dik il-biċċa?", "DEBORAH SCHEMBRI: Biex tibdilha bilfors trid tgħaddi b'att fil-Parlament u mhux b'legal notice.", "GODFREY FARRUGIA: Għandek raġun.", "DEBORAH SCHEMBRI: Li konna qegħdin niddiskutu hawnhekk hu li jekk inti tibdel dik il-liġi se jkollok riperkussjonijiet fuq liġijiet oħrajn, u li jekk ma tibdilhomx ukoll se jkollok anomalija.", "Dak hu li xtaqna nkunu nafu mingħand Dr Galea llum u ċjoè biex jekk aħna naslu li nniżżlu din l-età, inkunu konsapevoli li magħha hemm liġijiet oħrajn li rridu nirranġawhom ukoll għax inkella se nispiċċaw b'kamra roża b'rokna sewda.", "THE CHAIRPERSON: Dr Galea, nirringrazzjak tal-intervent tiegħek.", "Issa nistieden lill-aħħar mistieden tal-lum u ċjoè lil Mr George Buttigieg, Consultant Obstetrician and Gynaecologist.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, ippermettili nagħmel din il-point of information.", "Iċ-ċirkolari li semmejt tal-GU Clinic hija MC19/00 u għandi wkoll ritratti tagħha.", "Sa Frar li għadda, meta mort jien stess u ċċekkjajt, din kienet il-prassi wżata.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ma nixtieqx li nerġgħu naqbdu fuqha imma jien ukoll tlabt ftit informazzjoni u naħseb li mhijiex daqshekk ċara.", "Għaldaqstant ikun tajjeb li niċċarawha għax l-informazzjoni li għandi jien hi li taħt l-età ta' 18-il sena jistgħu jmorru għall-informazzjoni fil-GU Clinic.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li Mr Buttigieg ikun jista' jgħidilna aktar fuq din il-biċċa.", "MR GEORGE BUTTIGIEG (Consultant Obstetrician and Gynaecologist): Ħafna mill-punti li se nsemmi diġà issemmew imma se naqra malajr din il-paper u fejn tridu tistgħu twaqqfuni.", "\"Taħt l-artikolu 203, Kap. 9 tal-Kodiċi Kriminali Maltija l-età tal-kunsens għall-attività sesswali hija ta' 18-il sena.", "Ir-relazzjoni sesswali ma' persuna taħt it-18-il sena tikkostitwixxi att kriminali u l-pieni skont il-liġi iżidu fis-severità skont numru ta' ċirkostanzi speċifikati minn diversi artikoli tal-istess kapitlu.", "Pereżempju jekk l-età hijiex taħt it-12-il sena jew jekk min jagħmel l-att hux f'pożizzjoni ta' awtorità bħalma hu għalliem tal-iskola.", "Jekk l-età tal-kunsens titqabbel ma' ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, naraw li din l-età tvarja bejn 13 fi Spanja sa 18 f'Malta, it-Turkija u l-Vatikan.", "Il-parti kbira għandhom età ta' 18-il sena b'żewġ gruppi ftit iżgħar li għandhom 15 u 14-il sena rispettivament.", "Żewġ pajjiżi (Ċipru u l-Irlanda) jieħdu l-età ta' 17-il sena.", "L-argument lokali preżenti jiffoka fuq jekk l-età ta' 18 għandhiex titniżżel għal 16 u hemm numru ta' argumenti li jiffavorixxu dan il-pass.", "Pereżempju sitwazzjoni anomala hi li wieħed jista' jiżżewweġ ta' 16-il sena imma ma jistax ikollu relazzjoni sesswali jekk mhux miżżewweġ sakemm jagħlaq 18.", "Fiha nnifisha din tidher sitwazzjoni redikola, però hawnhekk jien nistaqsi: Jekk żwieġ taħt it-18-il sena huwiex ir-regola jew l-eċċezzjoni?", "U naħseb li hija eċċezzjoni rari, għalhekk dan l-argument pjuttost jisfuma fix-xejn.", "Infakkar hawnhekk li l-età ta' 18-il sena għall-kunsens sesswali hija wkoll konsonanti ma' numru ta' attivitajiet oħrajn: Irid ikollok 18-il sena biex ikollok liċenzja tas-sewqan, ukoll biex issuq low powered vehicles bħal moped jew quadbike, biex ikollok passaport tiegħek personali, biex ikollok permess għall-armi, ukoll dawk sportivi, biex tbiddel iċ-ċittadinanza u biex ma jkollokx il-permess ta' xi tip ta' gwardjan, skont il-Mental Health Act, għal diversi attivitajiet.", "Marbut ħafna mas-suġġett tal-kunsens sesswali (kif spjegat aktar 'il quddiem) hemm il-fatt li jrid ikollok 18-il sena biex mingħajr permess tal-ġenituri jew il-gwardjani tiegħek tieħu jew tirrifjuta kura medika.", "Il-punt li qed nagħmel hawn hu li wieħed irid iħares lejn l-età ta' 18 għall-kunsens sesswali kif inhi preżentement bħala konsonanti mal-limitu tal-età ta' numru ta' attivitajiet oħrajn li jitolbu ċerta responsabilità u maturità.", "L-argumenti favur li l-età tal-kunsens sesswali titniżżel għal 16-il sena jinġabru f'erba' gruppi; li Malta tiġi uniformi mal-parti kbira tal-Ewropa; li l-bidla tirrifletti l-aġir sesswali taż-żgħażagħ Maltin fil-preżent; l-eliminazzjoni jew tnaqqis ta' każijiet li jitressqu quddiem il-qrati taħt l-Att 203 - sitwazzjonijiet li umanament ma jagħmlux sens, imma li jistgħu jitressqu la l-liġi hi kif inhi u; il-faċilità tal-kura medika assoċjata ma' problemi sesswali fiż-żgħażagħ taħt it-18-il sena li ma jersqux liberament għal din il-kura.", "L-ewwel punt li Malta tiġi uniformi mal-parti l-kbira tal-Ewropa: Fuq dan il-punt wieħed ma jistax jiċħad il-fatt li Malta mhijiex konformi mal-parti l-kbira tal-Ewropa.", "Madanakollu la l-Unjoni Ewropea u lanqas il-Kunsill tal-Ewropa m'għamlu l-ebda sejħa għal xi età speċifika fejn jidħol il-kunsens sesswali.", "Però huwa fatt li żagħżugħ, żagħżugħa, barranin, Ewropej li f'pajjiżu s-sess huwa lleċitu minn 16-il sena 'il fuq, aktarx li se jimxi bl-istess psikoloġija meta jżur Malta.", "Jien ma naqbilx li l-liġi tinbidel sempliċement għax Malta hija mal-grupp ta' eċċezzjoni fl-Ewropa, imma nagħti piż lill-argument li jitlob uniformità tal-liġi għal raġunijiet prattiċi.", "L-aġir sesswali taż-żgħażagħ Maltin fil-preżent: Jien naħseb li jekk se nkunu onesti, dan huwa l-ikbar argument favur il-bidla fl-età tal-kunsens.", "M'inix se nidħol fil-mertu tal-argument jekk l-atteġġjament liberali fis-sesswalità għamilx iżjed ħsara milli ġid, imma l-fatti huma li huma.", "Jekk il-liġijiet iridu jirriflettu l-attwalità sesswali kif inhi u mhux kif forsi nixtiequha, wieħed jista' jargumenta bil-qawwa favur it-tniżżil tal-età tal-kunsens sesswali.", "Xorta waħda b'sens ta' oġġettività medika ngħid li għandna niftakru li s-sentejn bejn is-16 u t-18-il sena jistgħu jaraw qabża sinifikattiva fil-maturità, kemm sesswali u kemm fil-ġeneru psiko-fiżiku tal-individwu.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-liġi tal-età għandha fost l-għanijiet ewlenin tagħha l-ħarsien taż-żgħażagħ minn predaturi sesswali u mhux it-tixkil tal-libertà sesswali tagħhom.", "Hemm ukoll vantaġġi mediċi jekk jintrebħu sentejn qabel ma jinfetaħ il-bieb għal-libertà sesswali.", "Pereżempju fit-tfajliet iżjed mal-għonq tal-utru jiġi espost għall-fluwidu seminali kmieni, iżjed hemm ċans ta' problemi serji 'l quddiem bħal kanċer tal-utru, iżjed u iżjed jekk hemm element ta' promiskwità.", "L-eliminazzjoni jew tnaqqis ta' każijiet li jitressqu quddiem il-qrati taħt l-att 203 - sitwazzjonijiet li umanament ma jagħmlux sens imma li jistgħu jitressqu la l-liġi hi kif inhi: It-tielet punt ikun esponut aħjar minn avukat però fl-esperjenza tiegħi bħala ġinekologu ngħid li ħafna mill-każijiet li jitressqu fil-qrati jinvolvu rapporti minn ġenituri li jħossu li binthom jew binhom ġew sfruttati u wżati minn raġel jew mara ikbar fl-età.", "Minkejja x'taħseb il-persuna minorenni fiċ-ċirkostanzi, jista' ikun każ li tressaq il-Qorti b'ġustifikazzjoni.", "Naturalment wieħed ma jeskludix element punittiv.", "Mhijiex ħaġa idonea li koppja li għandhom relazzjoni konsenswali jitressqu fil-qrati akkużati taħt il-Kodiċi Kriminali sakemm m'hemmx differenza fl-età li tqanqal sens ta' dubju.", "Kemm jitressqu l-Qorti koppji ko-etanji li kellhom relazzjoni konsenswali ma nistax ngħid, imma nissuspetta li mhijiex komuni, però dejjem se tkun okkażjoni biex il-media tagħmel festa.", "Jekk wieħed jara li din is-sitwazzjoni hija ħaġa pjuttost rari, is-saħħa tal-argument għall-bidla fil-liġi, fl-opinjoni tiegħi ma treġix.", "U jekk l-istess età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena x'nagħmlu b'koppja ta' 15-il sena ġaladarba nafu li l-attività sesswali mhux rarament tibda qabel is-16-il sena?", "Inniżżlu l-età għal 13 bħal Spanja?!", "F'din is-sitwazzjoni jiena nħoss li s-soluzzjoni ma tinstabx fit-tnaqqis tal-età tal-kunsens, imma li jingħata għarfien u saħħa lill-prinċipju tal-age banding li jgħaqqad ir-rispett tan-natura umana fis-Seklu XXI flimkien mal-ħarsien tal-vulnerabilità sesswali taż-żgħażagħ tagħna.", "Nagħti eżempju fuq il-prinċipju li diġà issemma tal-age banding fejn tidħol il-Liġi tal-Kunsens għall-attività sesswali.", "Fil-Kanada, fl-2006 il-kunsens ġie stabbilit għal 16-il sena, imma m'hemmx proċediment legali fejn tinstab attività sesswali bejn l-14 u s-16-il sena, sakemm id-differenza fl-età ma taqbiżx ħames snin.", "Jiġifieri każ ta' tfajla ta' 15, għalkemm teknikament taħt l-età legali, il-koppja mhijiex se titressaq il-Qorti sakemm il-partner tagħha m'għandux iżjed minn 20 sena.", "Naturalment il-liġi trid tirrifletti wkoll ruħha skont l-orjentament sesswali studjat u leġiżlat.", "Dan l-eżempju jaċċenna għall-punt tiegħi li l-anomalija li tressaq koppja taħt l-età fil-Qorti ma tiġix solvuta billi titniżżel l-età tal-kunsens sesswali, imma billi jidħol il-kunċett ta' age banding.", "Fil-fatt jien nirrakkomanda li jekk se tinbidel il-liġi u titniżżel l-età tal-kunsens, il-bidla tiġbor magħha wkoll dan il-prinċipju in tandem.", "Jekk l-età ma titniżżilx xorta jibqa' il-mertu li wieħed jikkonsidra liġi mibnija fuq l-age banding.\"", "THE CHAIRPERSON: Ippermettili ftit Mr Buttigieg.", "Fuq din tal-age banding qed ngħidu li jekk ikun minorenni u jkun hemm differenza ta' ħames snin fil-koppja …", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jekk hemm attività sesswali taħt l-età stipulata mil-liġi, qabel jitressqu l-Qorti, il-pulizija se jaraw x'inhi d-differenza fl-età bejn il-koppja.", "Hekk għandhom fil-Kanada.", "THE CHAIRPERSON: U inti ma taħsibx li tagħmel diskriminazzjoni din minħabba li se toqgħod tara d-differenza fl-età?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Le, għax naħseb li tkun qiegħed tagħti importanza lin-natura kif inhi.", "THE CHAIRPERSON: Pereżempju jekk wieħed ta' 40 sena jmur ma' waħda ta' 16-il sena ...", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Preċiżament, dak jiġi tip ta' sfruttament għax mhux se ngħid li huwa abbuż.", "Issa ħalli nkompli naqra;", "\"Il-faċilità ta' kura medika assoċjata ma' problemi sesswali f'żgħażagħ taħt it-18-il sena li ma jersqux liberament għal din il-kura: Rigward il-faċilità ikbar li żagħżugħ jew żagħżugħa jkollhom biex ifittxu għajnuna medika għall-problemi relatati mas-sesswalità tagħhom jekk l-età titniżżel għal 16, hemm ħafna x'wieħed jgħid.", "L-ewwel nett jiena niddubita kemm żagħżugħ jew żagħżugħa se joqogħdu lura mis-sess għax m'għandhomx 18-il sena u jibżgħu mil-liġi.", "Fl-opinjoni tiegħi daqshekk ieħor se jibżgħu jmorru għand tabib għall-problemi tas-sess għax m'għandhomx 18-il sena.\"", "THE CHAIRPERSON: Mill-esperjenza tiegħek bħala ġinekologu, iż-żgħażagħ ta' 15, 16 u 17-il sena, huma konxji li l-liġi tgħidlek …", "THE CHAIRPERSON: Aħna hawnhekk konxji kemm bħala Parlamentari u kemm bħala professjonisti, imma jekk pereżempju l-età tal-kunsens titniżżel minn 18 għal 16-il sena, taħseb li ż-żgħażagħ se jkunu jafu biha din il-bidla?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jiena ngħid li mhu se tagħmel differenza ta' xejn għalihom!", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri lanqas ikunu jafu.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Lanqas idea u lanqas jekk ikunu jafu mhux se jagħtu kas!", "U se ngħid għalfejn qed ngħid hekk.", "Ħalli nkompli naqra;", "\"Niddubita jekk jeżistix tabib li se jirrapporta pazjent jew pazjenta meta dawn ifittxu l-għajnuna għall-problemi sesswali taħt it-18-il sena, sakemm ma jħossx li hemm xi tip ta' abbuż.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-umanità u s-sigriet professjonali jridu jitqiegħdu fuq naħa tal-miżien u l-liġi fuq l-oħra u aktarx li dejjem jirbaħ tal-ewwel.", "Apparti minn dan il-fatt, id-Dipartiment tal-Mediċina Ġenito-Urinarja \"VD Clinic\" fl-Isptar Sir Paul Boffa, mhijiex marbuta bl-età ta' 18-il sena – u hekk għandu jkun – biex tikkura pazjent jew pazjenta wkoll jekk mhux akkumpanjati mill-ġenituri jew gwardjani legali.", "L-għajnejn jingħalqu f'dawn iċ-ċirkostanzi mhux individwalment biss, imma wkoll kollettivament.", "Allaħares id-Dipartiment tal-Maternità tal-Isptar Mater Dei jirrapporta lill-pulizija dawk ix-xebbiet li jirreġistraw għall-kura tat-tqala u għandhom inqas minn 18-il sena.\"", "THE CHAIRPERSON: Tfajliet ta' 14-il sena li jkunu tqal u jkollhom imorru għand il-ġinekologu, minħabba l-liġi kif qiegħda f'pajjiżna, il-ġinekoloġi huma moralment u legalment marbuta li jaraw li jkun hemm il-ġenitur bilfors magħhom biex jarawhom?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jiena ngħid legalment marbutin li jkun hemm l-adulti, però ma tistax tinfurzaha.", "Jekk għandek tifla ta' 14-il sena u ġietek tqila u m'għandhiex gwardjan magħha jew ma ġietx ma' missierha jew ma' ommha, se nitfgħuha 'l barra?!", "Issa qegħdin nirriskjaw meta narawha?", "Iva, qegħdin nirriskjaw.", "Anzi nistgħu nieħdu argument iktar b'mod inkwetanti.", "Tiġik tfajla li qiegħda f'relazzjoni li m'għandhiex 18-il sena u titolbok il-pill.", "Legalment jien ma nistax nagħtiha l-pill.", "THE CHAIRPERSON: Legalment jew moralment?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Le, mhux moralment għax jien ma nħossx li qed nagħmel xi ħaġa ħażina.", "Din qiegħda fir-riskju ...", "THE CHAIRPERSON: Hemm il-Medical Council ukoll li mhux neċessarjament jimxi skont il-liġi tal-pajjiż imma jimxi skont l-etika medika.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Etikament jien inħoss li l-pazjenta tiġi qabel l-età u qabel ir-riskju tiegħi quddiem il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Iva, naf li jistgħu jfittxuni, però jien se jkolli l-qalb li nirrifjuta t-talba tagħha u ma nagħtihiex il-pill?!", "Din tkun qiegħda f'relazzjoni, forsi tagħmel sena miegħu u mbagħad jgħaddi kollox u tispiċċa toħroġ pregnant b'ħajjitha tiġi rvinata?!", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri hawnhekk qed tgħid li t-tobba ...", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Mhux qed ngħid li għandhom jagħmlu kif qed ngħid jien.", "THE CHAIRPERSON: Imma jista' ikun li tippreferi ...", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Issa dan ma jgħoddx fuq kollox, jiġifieri jien m'għandix xi open sign fejn qed ngħidilhom biex jiġu għandi għax se nieħu ħsiebhom!", "Irrid ngħid l-istorja kollha hawnhekk.", "Jien nipprova nagħmilha ta' missierhom u nipprova ninżel għal-livell tagħhom.", "L-ewwel nett nipprova nara nistax nagħmel bonding magħhom avolja mhux dejjem tkun tista' tagħmel dan.", "Imma xi kultant tipprova tgħidilhom kelma tajba u lil dik it-tfajla li jkollok quddiemek tipprova tgħidilha li apparti l-kontraċezzjoni hemm il-mard u allura għandha toqgħod attenta u jkun aħjar li tagħmel xi ftit testijiet.", "B'hekk forsi tibni relazzjoni fejn tkun tista' tagħtiha parir.", "THE CHAIRPERSON: U jekk tinżel l-età tal-kunsens sesswali, taħseb li tissolva din il-problema min-naħa tat-tobba?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Le, għax x'se nagħmel meta tiġi quddiemi tifla ta' 15-il sena?!", "Pereżempju l-ġimgħa l-oħra kelli waħda ta' 14-il sena li kienet tqila.", "Teknikament wieħed jaħseb li se ssolvi l-problema billi tinżel l-età imma sfortunatament se tolqot biss faxxa ta' nies u mhux se tolqot lil kulħadd.", "THE CHAIRPERSON: Però inti taħseb li kieku l-età tinżel minn 18 għal 16 se jiżdiedu aktar il-pregnancies?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jiena ngħidlek li ma tagħmel l-ebda differenza ta' xejn.", "Life is life, dawn mhux se jagħtu kas xi jgħidu l-politikanti jew xi ngħidu aħna t-tobba għax li għandhom jagħmlu se jagħmluh.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri s-sinifikat huwa purament legali.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Il-biżgħa tiegħi hu li qed niftħu aktar il-bieb għal vulnerabilità għax min għandu jagħmel xi ħaġa, xorta se jagħmilha.", "Mhux qed ngħid li l-età m'għandhiex tinżel, tifhmunix ħażin, u nixtieq li kelli aktar ħin biex inkun nista' niftaħ aktar ċerti punti imma ma kellix ċans biżżejjed.", "Hawnhekk jien qiegħed nagħmilha tal-avukat tax-xitan.", "U jekk tinżel l-età nissuġġerixxi tliet punti li vagament diġà issemmew …", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Aħna m'aħniex marbutin b'tali mod li dan is-suġġett irridu nagħlquh f'daqqa sa ċertu perijodu.", "U allura jekk tħoss li għandna nagħtuk 15-il ġurnata oħra biex tagħtina preżentazzjoni oħra ma nsibu l-ebda oġġezzjoni.", "Jien illum tant smajt kelliema li kellhom materjal interessanti li ħassejt li għaffiġna l-materjal kollu mentri kien hemm fejn id-diskussjoni setgħet tkompli tiżviluppa!", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jiena ġejt mitlub biex inlesti paper u hekk għamilt.", "U jkolli ngħid li kont sinċier fiha.", "Pereżempju dan il-grupp ta' bejn l-14 u 18-il sena hemm bżonn l-istatistika kollha fuqhom?", "Kemm hemm tqala?", "Kemm minnhom jitressqu l-Qorti?", "Jiena ngħid li ma jitressqux.", "Issa forsi jiġi Dr Galea u jgħidli li dawn qegħdin jitressqu l-Qorti għax hu jkun hemm u jarahom.", "Hija l-impressjoni tiegħi għax jien dawn iż-żgħażagħ narahom ta' kuljum imma ma nafx kemm minnhom jitressqu l-Qorti.", "Forsi lili ma jgħiduli xejn ukoll.", "Issa ħalli nkompli naqra;", "\"Jien inħoss li għalkemm ma nsibx konvinċenti l-argument li l-faċilità għall-kura medika se tiżdied billi titbaxxa l-età tal-kunsens sesswali, l-argument għandu valur kbir b'mod indirett.", "U dan jikkonċerna l-età tal-legalità tal-kura medika fil-minorenni.", "Bħala ġinekologu jien mhux suppost nikkura b'mod jew ieħor pazjenta taħt it-18-il sena mhux akkumpanjata mill-inqas minn ġenitur wieħed jew xi gwardjan legali.", "Hija din is-sitwazzjoni li għandha tiġi rettifikata jekk tassew irridu nżidu l-faċilità tal-kura medika fiż-żgħażagħ.", "Pereżempju teoritikament tabib legalment jista' jidħol f'inkwiet serju jekk jagħti l-oral contraceptive pill lil tfajla taħt it-18-il sena u li qiegħda f'relazzjoni sesswali jekk tmur għandu waħedha.", "Hawnhekk inżid ngħid b'qawwa li jekk l-età tal-kunsens sesswali titniżżel għal 16 minn 18 u ma jsirx l-istess mal-età tal-kura medika, potenzjalment u faċilment se jinħolqu iżjed problemi rigward aċċess ta' kura medika.\"", "Qed nagħtuhom iċ-ċans jew il-barka tal-liġi - if that makes a difference - li jagħmlu li jridu mingħajr mhu qed nagħtuhom id-dritt li jmorru għand it-tabib waħedhom!", "Ħafna minnhom ma jkunux iridu juru lill-ommhom.", "THE CHAIRPERSON: Però hemm l-element tal-edukazzjoni dwar il-kontraċezzjoni kif diġà semmew il-psikoloġi.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Naħseb li dak huwa punt validu ħafna għax dik hija xi ħaġa li tinkwetani ħafna.", "Ħalli ngħidilkom kemm qegħdin f'sitwazzjoni redikola.", "Ftit ilu kont se nopera tfajla tqila li kellha madwar 15-il sena u x'ħin dħalt qaluli li din telqet 'il barra.", "Ir-raġuni li telqet kienet għax it-tabib – u ma tagħtihx tort - kien għadu jiggradwa u allura kien qed jobdi l-liġi.", "Fil-fatt meta raha quddiemu u ra li kellha 15-il sena, staqsiha jekk kienx hemm ommha magħha u meta qaltlu li kienet waħedha qalilha li hi ma setgħetx tiffirma għall-operazzjoni.", "Imma ma tistax tiffirma għandha tarbija ġo fiha u li se nagħmlu kien jikkonċerna proprju dik il-kura?!", "Jiġifieri dan refa' ir-responsabilità għaliha wkoll.", "Napprezza li jkun għadu tabib żgħir u allura jkun irid jimxi skont il-liġi, sure and he is covering himself, u forsi huwa aktar għaqli mill-konsulent, imma din hija r-realtà tas-sitwazzjoni li lili tinkwetani ħafna.", "Jekk se nagħtuhom il-barka legali biex jagħtu l-kunsens, whether it means or it does not mean anything, imma mbagħad sempliċement biex tmur għand it-tabib ħalli jagħtiha l-pill jew jagħtiha l-kura li għandha bżonn, din ma tkunx tista' tmur waħedha, naħseb li se nkunu għamilna mejda b'żewġ saqajn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk aħna qegħdin ngħidu li l-liġi kif inhi sa 18-il sena mhux tagħmel differenza, u t-tfajliet u l-ġuvintur li qegħdin ikunu …", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Dan x'naħseb jien u ma nafx jekk hijiex il-verità.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma naħseb li anke mill-istatistiċi li rajna joħroġ biċ-ċar li l-età medja taż-żgħażagħ Maltin li fiha jibdew relazzjonijiet sesswali hija ta' 15-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt għandek 41% taż-żgħażagħ li għandhom 15-il sena.", "DEBORAH SCHEMBRI: Allura, fil-verità jekk aħna nniżżlu l-età tal-kunsens minn 18 għal 16, ma nkunux aktar qed nagħtu libertà lil nies bħalek sabiex ikunu jistgħu joperaw fil-parametri tal-liġi?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma trid tbiddel il-liġi l-oħra.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Trid tbiddel il-liġi l-oħra għax mhijiex awtomatika.", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, mhijiex awtomatika, imma nistgħu nagħmluha hawnhekk ukoll dik.", "Imma jekk l-età tkun ta' 18-il sena, aktar se tkun diffiċli biex l-oħra nniżżluha għal 16.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Għaliex le?", "DEBORAH SCHEMBRI: Fl-ispirtu tagħha.", "Jekk inti se tniżżel f'daqqa mhux se tkun awtomatika.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jekk se titniżżel għal 16 nixtieq nieħu l-opportunità biex jiġi mrikkeb magħha dan il-punt li l-età għall-kura medika titniżżel għal 16-il sena u naturalment se jkollkom bażi qawwi legali biex din iddaħħluha.", "Wieħed jista' jgħid ukoll li seta' ma kienx hemm bżonn li titniżżel waħedha imma ladarba se tiġi d-daqqa, allura nistgħu nniżżlu l-oħra wkoll.", "Ħalli nkompli naqra l-aħħar ftit paragrafi li fadalli;", "\"Ma nistgħux ngħidu liż-żgħażagħ tagħna li jistgħu jkollhom relazzjoni sesswali ta' 16-il sena, imma mbagħad biex jirrikorru għand tabib għall-problemi sesswali jridu jmorru għand it-tabib ma' ommhom jew missierhom.", "Jekk nużaw l-argument li biex niffaċilitaw l-aċċess għall-għajnuna medika jkollna nniżżlu l-età tal-kunsens għal 16-il sena, kemm iżjed lil dawn l-istess żgħażagħ, speċjalment imma mhux biss lit-tfajliet minħabba l-contraception, irridu nħalluhom fil-libertà li jmorru għand tabib għall-kontraċezzjoni, pariri relatati u kura ta' mard li jista' jirriżulta mill-attività sesswali!", "Fil-fatt hemm ħtieġa ikbar ta' din il-bidla fil-liġi minn bidla fil-kunsens, imma jekk l-età tal-kunsens titniżżel għal 16 mingħajr l-awtonomija fil-kura medika, nistgħu noħolqu iżjed problemi milli nsolvu.", "Nixtieq nagħlaq billi naċċenna tliet punti li jiena nagħti parir li jimxu paripassu mal-konsiderazzjoni li tinżel l-età tal-kunsens sesswali minn 18 għal 16.", "L-ewwel huwa l-kunċett tal-age banding li diġà semmejnih, it-tieni huwa l-età tal-kura medika fil-minorenni u t-tielet huwa l-edukazzjoni sesswali li trid tiżdied u tilħaq lil dawk iż-żgħażagħ ta' 16-il sena u iżgħar.", "Fuq kollox nenfasizza dawn il-punti wkoll jekk il-bidla fil-liġi li qiegħda tiġi kkonsidrata ma tgħaddix, għax l-importanza ta' kull waħda minn dawn it-tliet punti hija assoluta u mhux bilfors marbuta direttament mal-età tal-kunsens sesswali.", "Jekk din l-età se titniżżel għal 16 u dawn il-punti ma jitqiesux, la l-vantaġġi mistennija ma jintlaħqu u ċ-ċans huwa li ssir iżjed ħsara milli kieku l-età baqgħet kif kienet.\"", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn xi mistoqsijiet?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Inti u titkellem ftakart f'anomalija oħra li ma semmejniex.", "Aħna bħala ġenituri li għandna tfajliet ta' 12-il sena qegħdin nirċievu l-invit biex nagħtuhom il-vaċċin tas-cervix u allura qisu diġà qegħdin nippreparawhom għal dawn l-affarijiet.", "Allura kemm iktar jagħmel sens dak li għadek kif għedt inti, li anke jekk hi kwestjoni dwar l-età tal-kunsens, għalikom it-tobba xorta waħda naħseb li it is very serious and that we need to look into.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Hekk hu u nirringrazzjak ta' dan il-kumment.", "Niggarantilek li din hemm bżonn kbir tagħha.", "THE CHAIRPERSON: Wieħed mill-argumenti li jbeżżgħani meta nisma' lil xi ħadd jgħid li l-age of sexual consent tinżel minn 18 għal 16-il sena hu li din se żżid ir-rata ta' teenage pregnancies.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri ma taħsibx li jista' jiġri hekk?", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-ġimgħa d-dieħla se nkunu qegħdin inkomplu fuq dan is-suġġett u għandna diġà xi mistiedna li sejjaħnilhom.", "Issa jekk għandkom lil xi ħadd li nistgħu nistednuh tistgħu tgħidulna wkoll.", "GODFREY FARRUGIA: Jien għaddejtilkom email diġà dwar min nixtieq li nsejħu.", "Bla dubju ma jistax ikun li ma nikkonsidrawx liż-żgħażagħ because these are the key players.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nipproteġu lilhom u allura huwa importanti li nisimgħu l-fehmiet tagħhom.", "Għaldaqstant jien nistieden biex naraw liema huma l-iktar flora importanti minn dak l-aspett - m'hemmx għalfejn inġibuhom kollha – u naraw lil min nistgħu nsejħu ħalli jiġi jitkellem f'isem iż-żgħażagħ.", "THE CHAIRPERSON: Kull Membru jista' jibgħat is-suġġerimenti tiegħu lil wieħed mis-segretarji tal-Kumitati u mbagħad jgħadduhom lili.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-ewwel qbadna dibattitu fuq x'qed jiġri fil-health education.", "Naħseb importanti li nifhmu eżattament x'qiegħed jiġri, speċjalment fuq l-issue li bdejna ngħidu tat-tobba.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ddiskutejna wkoll is-saħħa sesswali fl-edukazzjoni u konna ġibna numru ta' mistednin biex jitkellmu magħna.", "Issa jiena bħala avukat ma nifhimx fil-Medical Council u f'din il-biċċa xogħol, għalhekk se nirrepeti dak li qalu l-esperti li ġibt fil-Kumitat tiegħi.", "Jekk hemm xi żball x'imkien jew xi misunderstanding, naħseb li jkun aħjar li nerġgħu nġibu lill-Medical Council u jiċċaraw dawn il-punti.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Tgħidulhomx li aħna qed narawhom taħt it-18-il sena!", "THE CHAIRPERSON: Grazzi lil kulħadd.", "Fid-9:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju, 2015 b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150527_008d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 8", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar L-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ppreseda.", "PREŻENTI: Iċ-Chairperson tal-Kumitat l-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Iċ-Chairperson poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dok 008 L-Età Minima ta' Kunsens għal Attività Sesswali - Proposta mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal abbażi ta' diskussjoni dwar jekk l-età għandhiex tinżel għal 16-il sena.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI", "Il-Kumitat stieden lil Dr Joanne Cassar (Senior Lecturer in Youth & Community Studies), Miss Amanda Grech (Registered Psychotherapist), Dr Vincent Galea (LL.D) u lil Mr George G Buttigieg (Consultant Obstetrician and Gynaecologist) biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Joanne Cassar ressqet il-preżentazzjoni intitolata:", "u s-Sinjura Amanda Grech ressqet il-preżentazzjoni intitolata:", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fid-9:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju 2015 b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150527_008m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-FAMILJA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 2015 fis-6:45 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni tal-Minuti;", "Diskussjoni dwar l-età tal-kunsens sesswali; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150527_012a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 11 li saret nhar l-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2015 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (L-Onor.", "Etienne Grech): Nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "L-Età Minima ta' Kunsens għal Attività Sesswali - Proposta mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal f'Marzu 2015 abbażi ta' diskussjoni dwar jekk l-età għandhiex tinżel għal 16-il sena.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI", "THE CHAIRPERSON: Illum qegħdin niltaqgħu f'din il-laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar il-Familja biex niddiskutu l-età tal-kunsens sesswali.", "Se nibda billi nagħmel introduzzjoni qasira u mbagħad nibdew id-diskussjoni tagħna.", "Illum għandna numru ta' mistednin, uħud minnhom esperti legali, oħrajn esperti fil-psikoloġija u oħrajn esperti fl-istudji taż-żgħażagħ.", "U allura m'għandix dubju li l-mistednin tal-lum se jagħtuna aktar ħjiel fuq dan is-suġġett.", "Mir-riċerka li għamilt jidher li l-età tal-kunsens sesswali f'pajjiżna hija ta' 18-il sena, l-istess bħat-Turkija.", "Din l-età tvarja minn pajjiż għal ieħor fil-pajjiżi tal-Ewropa.", "Fil-fatt hemm pajjiżi fejn din l-età hija ta' 16-il sena, oħrajn ta' 17-il sena u hemm oħrajn li l-età tal-kunsens sesswali hija ta' 14-il sena.", "Mill-informazzjoni li għandi jidher li r-responsabilità kriminali hawn Malta hija ta' 14-il sena.", "Wara li għaddiet il-liġi tal-kunsilli lokali persuna tista' tivvota għall-kunsilli lokali ta' 16-il sena.", "Persuna tista' tikkonsma l-alkoħol ta' 17-il sena.", "Jidher ukoll li l-liġi Maltija temanċipa lil persuna taħt it-18-il sena billi permezz tal-kuraturi tagħha jew permezz tal-ġenituri tagħha tkun tista' tiftaħ in-negozju tagħha u anke biex tiżżewweġ.", "Ta' 18-il sena tista' tixtri s-sigaretti u tista' iġġib il-liċenzja tal-karozza.", "U kif diġà għedna l-età tal-kunsens sesswali hawn Malta hija ta' 18-il sena wkoll.", "Irridu nagħmlu differenza bejn l-età tal-kunsens sesswali u l-età fejn wieħed jitqies bħala li huwa maġġorenni.", "L-età tal-kunsens sesswali għandha tittieħed biss fuq dak l-aspett u mbagħad fuq affarijiet oħra, fosthom ix-xiri tas-sigaretti u l-alkoħol, eċċ. għandna nimxu skond il-liġi Maltija.", "Ovvjament irridu naraw ir-riperkussjonijiet legali li jista' jkun hemm jekk qed nikkonsidraw li nnaqqsu l-età tal-kunsens sesswali f'pajjiżna.", "Li hu żgur hu li l-adoloxxenti Maltin ftit li xejn jafu fuq xi tgħid il-liġi Maltija dwar x'inhi l-età tal-kunsens sesswali.", "Dan is-suġġett li qegħdin nitkellmu fuqu llum kont semmejtu l-ewwel darba madwar sentejn ilu permezz ta' mistoqsija parlamentari indirizzata lill-Ministru għas-Servizzi Soċjali, dak iż-żmien l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, illum President ta' Malta, fejn staqsejtha jekk hemmx il-ħsieb li titnaqqas l-età tal-kunsens sesswali.", "U fir-risposta tagħha kienet qaltli li għad trid issir diskussjoni fuqha.", "L-ewwel persuna li tkellmet fuq dan is-suġġett kien l-Onor.", "Franco Debono waqt it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi Nru 7 tal-2010.", "Fil-fatt dakinhar kien ta l-parir sabiex l-età tal-kunsens sesswali tinżel minn 18-il sena.", "B'hekk nistgħu nibdew id-diskussjoni tal-lum.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nixtieq nikkjarifika punt hawnhekk.", "Nixtieq infakkrek li minkejja li l-Onor.", "Franco Debono kien qajjem dan il-punt mill-aspett legali fl-2010, imma f'din il-leġiżlatura jiena kont tkellimt fid-dettall dwar dan is-suġġett permezz ta' aġġornament fit-8 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Mhux hekk biss imma kien qam dibattitu sħiħ fuq il-media u fil-ġurnali proprju fuq dan il-każ.", "Għaldaqstant nixtieq nikkonferma li llum wasalna f'dan l-istadju, fejn qegħdin niddiskutu dan is-suġġett f'laqgħa konġunta bejn tliet Kumitati Parlamentari proprju minħabba dan it-tqanqil li sar qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "U wara l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali dan il-punt baqa' ħaj.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni wkoll fuq ittra li ntbagħtet mill-Kummissarju għat-Tfal lil dawn il-Kumitati Permanenti, liema ittra ma ġietx mibgħuta lili, u din kienet proprju r-raġuni li fl-aħħar mill-aħħar wasslitna għal dawn il-laqgħat.", "Kif rajt il-lista tal-mistednin biex jiġu jitkellmu hawnhekk rajt nuqqas kbir mit-tliet Kumitati għax mhux qed nara rappreżentanza min-naħa taż-żgħażagħ.", "Għandna ħafna fora li fihom huma rappreżentati ż-żgħażagħ, kemm mill-kampijiet tal-Partit Laburista kif ukoll mill-kampijiet tal-Partit Nazzjonalista u anke oħrajn li mhumiex alleati ma' xi kamp politiku.", "Għaldaqstant nittama li fil-laqgħa li jmiss, meta se jkollna mistiedna lill-Kummissarju għat-Tfal, ikollna wkoll rappreżentanti taż-żgħażagħ.", "Fuq kollox jekk verament irridu nisimgħu għalfejn l-età tal-kunsens sesswali għandha titbaxxa iktar mill-età ta' tmintax, minkejja l-esperti li se jkellmuna llum, għandna nħarsu wkoll lejn x'inhi l-fehma ta' dawn iż-żgħażagħ.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Kif diġà tkellimt maċ-Chairpersons tal-Kumitati l-oħra, fil-laqgħa li jmiss se nġibu aktar esperti biex jitkellmu magħna imma jekk għandek xi suġġerimenti dwar min nistgħu nistiednu, nitolbok tagħtina l-ismijiet ħalli nibagħtu għalihom ukoll.", "Apparti mil-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla jista' jagħti l-każ li nagħmlu aktar laqgħat jekk naraw li hemm il-ħtieġa.", "Irrid ngħid ukoll li meta rċevejt dik l-ittra mingħand il-Kummissarju għat-Tfal, jiena kont ordnajt lill Iskrivan tal-Kumitat tagħna sabiex tiċċirkolaha mal-Membri tal-Kumitati.", "Nista' naċċertak Onor. Farrugia li se jkollok kull opportunità biex tgħid dak li trid u meta se jkun hawn il-Kummissarju għat-Tfal se jkollok iċ-ċans ukoll li tirrispondi għal dak li qalet fl-ittra tagħha meta semmiet lilek.", "GODFREY FARRUGIA: Semmiet lili minħabba l-affarijiet li kienu għaddejjin dak iż-żmien fuq il-programm Xarabank, fejn kien hemm preżenti wkoll l-Arċisqof, kif ukoll fi programmi oħra fuq l-istazzjon One TV u Net TV u anke minħabba kif indirizzaw dan is-suġġett il-ġurnali tagħna.", "Il-Kummissarju għat-Tfal kienet irreferit għad-diskors fil-ġurnali u l-mod kif ittekiljaw l-age of sexual consent u rreferiet ukoll għal dak id-diskors tiegħi tat-8 ta' Jannar, fejn uriet il-fehma tagħha dwar kif għandna nħarsu lejn it-tfal.", "U fil-fatt qalet li f'għajnejn il-liġi kulmin hu taħt it-18-il sena jissejjaħ tfal.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, nista' naċċertak li l-Kummissarju għat-Tfal se jkollha l-opportunità sabiex twieġeb fuq dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt se jkollna ħafna mistoqsijiet x'nistaqsu lill-Kummissarju għat-Tfal, inkluż fuq kif ir-remit tagħha jasal sal-età ta' 16-il sena u inqas.", "Se nġibu wkoll persuni oħrajn li jistgħu jkunu utili sabiex jagħtuna l-opinjonijiet tagħhom dwar dan is-suġġett li jidher li għandu ħafna riperkussjonijiet legali.", "Issa se nsejjaħ lill-ewwel espert li ġibna hawnhekk illum, lil Dr Joanne Cassar, Senior Lecturer in Youth & Community Studies.", "Infakkarkom li dan il-Kumitat qiegħed jiġi streamed live online u għalhekk jistgħu jisimgħuna kemm il-ġurnalisti kif ukoll il-pubbliku in ġenerali.", "Il-ħin allokat għal kull mistieden huwa ta' madwar 20 minuta għax imbagħad inkunu rridu nagħmlulkom xi mistoqsijiet.", "DR JOANNE CASSAR (Senior Lecturer in Youth & Community Studies): Nirringrazzjakom ta' din l-istedina.", "Jiena lecturer fil-Youth & Community Studies u nagħmel riċerka fuq is-sesswalità taż-żgħażagħ.", "Se nibda billi nagħti overview tar-riċerka li għandna fuq dan is-suġġett.", "Fl-2012 kien sar survey nazzjonali mill-Ministeru tas-Saħħa intitolat \"Sexual Knowledge, Attitudes and Behaviours\".", "Dan is-survey sar ma' grupp ta' 329 żagħżugħ u żagħżugħa li l-età tagħhom kienet tvarja bejn is-16 u t-18-il sena u ħareġ li 41% minnhom qalu li meta bdew l-attività sesswali, l-età medja tagħhom kienet ta' 15.", "DR JOANNE CASSAR: Naħseb li l-Ministeru tas-Saħħa jkollhom break down eżatt tagħhom.", "GODFREY FARRUGIA: Bħala punt ta' informazzjoni, dan l-istudju sar fl-2012 u r-riżultat tas-survey kien ġie ppubblikat f'Ottubru tal-2013 waqt din il-leġiżlatura.", "U għal din il-mistoqsija kien hemm 23.8% li qalu jaqblu ħafna mal-mistoqsija u ċjoè li jsibuha diffiċli biex jgħidu \"le\" u 41.9% li qalu jaqblu mal-mistoqsija.", "B'kollox kien hemm 65.7% li qed jindikaw li din mhijiex xi ħaġa ta' darba.", "Mistoqsija oħra kienet \"Most of my close friends have had sexual intercourse\" u hawnhekk qed naraw li 18.8% jaqblu ħafna filwaqt li 37.5% jaqblu.", "B'kollox dawn jammontaw għal 56%, jiġifieri aktar minn nofs il-ħbieb tagħhom jemmnu li huma attivi sesswalment.", "Għall-mistoqsija \"The main reasons for first sexual intercourse\", il-maġġoranza ta' dawk intervistati qalu li they were in love, jiġifieri l-intenzjoni hemmhekk kienet pożittiva.", "SILVIO PARNIS: Qegħdin isemmu l-imħabba imma ta' dik l-età jistgħu jitkellmu fuq l-imħabba?!", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żgħażagħ ta' 16-il sena.", "DEO DEBATTISTA: L-ewwel ħaġa inti għandek l-empathy.", "U t-tieni ħaġa mela jekk jien noqorsok mhux \"ajma\" se tgħid, anke jekk ikollok sena!", "Dik hija emozzjoni.", "Jekk inti għandek intenzjoni tajba … Jien hawnhekk mhux qed nidħol fuq jekk hijiex lifelong love.", "L-ewwel se jkollok \"crush\" fuq xi ħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena naħseb li jkun aħjar li l-ewwel inħallu lil Dr Cassar tressaq il-preżentazzjoni tagħha u mbagħad nagħmlu l-mistoqsijiet wara.", "GODFREY FARRUGIA: Jiena kont se nistaqsiha dwar id-definizzjoni mill-aspett kliniku tal-kelma \"sesswalment attivi\".", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq intercourse mentri mill-aspett legali ma jitqiesx hekk.", "THE CHAIRPERSON: Nitlob lill-Membri biex jistaqsu mistoqsijiet qosra u wara li tispiċċa l-preżentazzjoni, ikun hemm ċans li nsaqsu l-mistoqsijiet l-oħra.", "DR JOANNE CASSAR: Mela kien hemm 47.5% li qalu kellhom x'jaqsmu sesswalment għax kienu f'relazzjoni ta' imħabba, 44.7% li qalu li kienet xi ħaġa naturali għalihom u 25.4% li qalu li ħassewhom li kienu ta' età tajba biex ikollhom x'jaqsmu ma' xi ħadd.", "Imbagħad kien hemm raġunijiet oħra, fosthom għal kurżità, għax ma kienux jafu x'inhuma jagħmlu, għax ċedew għax-xewqat tal-partner tagħhom, eċċ. Imma dawn il-persentaġġi kienu baxxi.", "Mistoqsija oħra kienet \"You should be in love before you have sexual intercourse\" u kellek 82% li qablu magħha.", "Mir-riċerka li għamilt għat-teżi tal-Ph.D. ħareġ li ż-żgħażagħ kienu konfużi ħafna dwar x'inhi mħabba u jixtiequ jkunu jafu aktar dwarha.", "Mistoqsija oħra kienet \"Use of contraception during first sexual intercourse\", fejn 41.6% qalu li jużaw il-condom, 36.4% qalu ma jużaw l-ebda tip ta' kontraċettiv, 22.1% qalu li wżaw il-withdrawal, 5% li użaw il-pill, 1.3% li użaw l-intra-uterine method u 1.3% in-natural family planning.", "DEBORAH SCHEMBRI: Minn dawn iż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena li għamlu dan is-survey, nafu jekk kienx hemm tfajliet li nqabdu pregnant?", "DR JOANNE CASSAR: Ma staqsewhomx fuqha imma fuq pregnancy għandi statistika tal-NSO.", "Meta staqsewhom kemm huwa faċli għalihom li jitkellmu fuq il-kontraċettivi mal-persuna li qed ikollhom x'jaqsmu sesswalment magħha kien hemm 32.5% li qalu li jsibuha faċli ħafna u 42.9% li qalu li jsibuha faċli.", "B'kollox mela kellek 75% li qalu li jsibuha faċli biex jitkellmu fuq il-kontraċettivi.", "DR JOANNE CASSAR: Individwalment sar u mhux fi grupp.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien għandi B.A fil-Youth Work u l-ewwel teżi li għamilt kienet proprju fi grupp u nista' ngħid li kien hemm xi ftit tal-bluff bil-mod ta' kif bdew iwieġbu.", "DR JOANNE CASSAR: Dawn waħedhom kienu, għax bħala questionnaire kien.", "Meta staqsewhom jekk qattx għamlu sess mingħajr protezzjoni għax kienu taħt l-effett tal-alkoħol, kien hemm 21% li qalu iva.", "Skont il-Maltese National Sexual Health Policy li ħareġet fl-2010 ġabet ħafna eżempji ta' riċerka li jgħidu li hemm rabta bejn alcohol use and sexual activity.", "Fil-fatt tgħid li jkun hemm żieda ta' sexual intercourse mingħajr l-ebda protezzjoni kif ukoll ma' multiple partners għax ma jkunx hemm inibizzjonijiet u għax ma jkunux jafu x'qegħdin jagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Multiple partners separati jew f'daqqa?", "Fil-fatt staqsewhom fuq in-numru ta' partners sesswali li kellhom fl-aħħar sitt xhur.", "U għal din il-mistoqsija kien hemm 56.8% li qalu li kellhom partner sesswali wieħed, 20.3% qalu xejn, 10.8% qalu minn tlieta sa ħamsa, 9.5% qalu tnejn u 2.7% qalu li kellhom sitta jew aktar.", "Imma l-maġġoranza qalu li kellhom partner wieħed.", "Dawk li qalu xejn jammontaw għal 20% imma hawnhekk irrid nerġa' nisħaq li dan is-survey sar ma' żgħażagħ ta' bejn 16 u 18-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tispeċifikalna meta sar dan is-survey u fuq liema etajiet?", "DR JOANNE CASSAR: Dan is-survey sar fl-2012 u kien jiffoka fuq etajiet differenti, imma hawnhekk qed niffoka fuq dawk li għandhom bejn is-16 u t-18-il sena.", "Il-Ministeru tas-Saħħa għandu l-break down eżatti tal-kategorija ta' dawk li għandhom 16-il sena.", "Fuq is-sexually acquired infections staqsewhom jekk jafux bil-GU Clinic u rriżulta li 47.4% biss kienu jafu x'inhu.", "Mela hemm kważi nofshom li ma jafux x'inhu GU Clinic u nista' nassumi li ma jafux x'servizzi joffru minn din il-klinika.", "(Interruzzjonijiet) Meta staqsewhom jekk kienx hemm xi tabib jew xi ħadd ieħor mill-professjoni medika li qalilhom li għandhom a sexually acquired infection kien hemm 7.6% li qalu \"iva\".", "M'iniex ċerta jekk fehemux din il-mistoqsija.", "THE CHAIRPERSON: Jekk ma jafux xi tfisser il-kelma \"sexually transmitted infections\", aħseb u ara kemm se jkunu jafu xi tfisser il-kelma \"age of sexual consent\"!", "GODFREY FARRUGIA: Staqsejtuhom jekk marrux għand it-tabib bil-kustodja jew ġenitur magħhom?", "DR JOANNE CASSAR: Iva, imma ma nafux eżatt.", "GODFREY FARRUGIA: Kemm marru minn dawn is-7%?", "DR JOANNE CASSAR: Fil-fatt kien hemm mistoqsija li ssaqsi jekk jaqblux li jmorru għand it-tabib bil-ġenitur jew mingħajru imma bl-amment ma nafx eżatt x'kien ir-riżultat.", "Madankollu r-riżultat hemm qiegħed u tistgħu tarawh.", "Hemm link bejn attività sesswali minn età żgħira u STIs.", "Ovvjament aktar ma tipprattika aktar hemm ċans li tieħu infezzjoni.", "Fuq it-teenage pregnancies għandna statistika ġejja mill-NSO.", "Kif qed taraw, fl-2011 kien hemm 32 tarbija li twieldu minn ommijiet li kellhom 16-il sena jew inqas u l-ogħla rata kienet mis-Southern Harbour, fejn kellek 14-il tarbija u t-tieni l-ogħla rata kienet min-Northern Harbour fejn kien hemm 6 itrabi.", "Meta staqsewhom jekk jixtiequx li jkollhom sexual health services u fuq liema suġġetti jixtiequ jkunu jafu, kien hemm 87.7% li qablu li jkollhom dawn is-servizzi u xtaqu li jingħataw pariri fuq ir-relazzjonijiet.", "Dwar pregnancy testing 94.2% xtaqu li jingħataw l-informazzjoni.", "Dak kien xi ftit informazzjoni dwar is-survey.", "Issa f'din il-paġna tistgħu taraw il-pajjiżi differenti fl-Ewropa u x'inhi l-età tal-kunsens sesswali tagħhom.", "Pereżempju fi Spanja din l-età hija ta' 13-il sena mentri f'Malta, it-Turkija u l-Vatikan hija ta' 18-il sena, li hija l-ogħla età.", "Fil-maġġoranza tal-pajjiżi hija 16-il sena.", "Issa x'inhuma l-issues li jistgħu jinqalgħu?", "L-ewwel nett iż-żgħażagħ li jgħixu Malta ġejjin minn stili ta' ħajja differenti u mhumiex grupp omoġenju.", "Pereżempju għandek il-gender, l-orjentazzjoni sesswali, mil-liema pajjiż ikunu ġejjin, forsi jkunu jgħixu barra, forsi jkunu immigranti, forsi jkunu studenti tal-Erasmus, eċċ. u allura ma nistgħux naqbdu ngħidu li ż-żgħażagħ kollha huma l-istess.", "L-iżvilupp sesswali fiż-żgħażagħ huwa differenti wkoll.", "Hemm żgħażagħ ta' 16-il sena li jistħu jkellmu lil xi ħadd li jkollhom attrazzjoni fiżika lejh u jħossuhom skomdi biex jibdew konverżazzjoni, u għal ċerti żgħażagħ żgur li jkollhomx f'moħħhom li jagħmlu s-sess, forsi għax jibżgħu, forsi għax m'għandhomx idea x'iridu jagħmlu u forsi anke għax ma jħossuhomx lesti biex jagħmlu dan il-pass.", "Kif rajna mir-riċerka kien hemm 60% li mhumiex attivi sesswalment fl-età ta' bejn is-16 u 18-il sena.", "Forsi veru din ir-rata qiegħda tikber imma ma rridux niġġenerlizzaw ngħidu li kulħadd huwa attiv sesswalment għax kulħadd huwa differenti.", "Jiġifieri din hija sfida għal-liġi għax trid tagħti kas tal-bżonnijiet differenti taż-żgħażagħ differenti.", "U żgur li mhijiex xi ħaġa faċli.", "Issa liema fatturi jwasslu biex tibda attività sesswali?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Imma min mhux se jagħmel użu minnha mhux se taffettwah.", "Jekk hemm min iżomm il-valuri tiegħu u jgħid li mhux se jagħmel is-sess qabel iż-żwieġ, – tkun xi tkun l-età tal-kunsens – mela l-età tal-kunsens mhux se taffettwah.", "Mela l-aktar li rridu nkopru huma dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jipprattikaw u li allura qegħdin jagħmlu xi ħaġa llegali.", "DR JOANNE CASSAR: Jekk ma tkunx se tużaha mhux se taffettwak, imma tista' tibda tagħmel użu minnha wkoll għax persuna tista' tinbidel ukoll.", "Kif nafu ta' 16-il sena l-iżvilupp sesswali jista' ikun rapidu ħafna f'ċerti oqsma.", "Jiena naħseb li l-liġi dejjem trid tħares lejn iż-żgħażagħ kollha bid-diversitajiet kollha tagħhom.", "Issa naf ukoll li dan huwa diffiċli.", "MICHAEL GONZI: F'dak is-survey il-kelma \"liġi\" daħlet fih?", "DR JOANNE CASSAR: Le, ma kienx hemm mistoqsija fuqha.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri jekk bħala età hijiex legali jew illegali m'għamlitx differenza għalihom.", "DR JOANNE CASSAR: Eżattament.", "Jista' jagħti l-każ li lanqas kienu jafu li qed jiksru l-liġi.", "MICHAEL GONZI: Hekk hu.", "Saritilhom xi mistoqsija fuq jekk qabel is-16-il sena kellhomx informazzjoni tajba dwar attivitajiet sesswali mill-iskejjel jew mill-ġenituri?", "DR JOANNE CASSAR: Iva, kien hemm mistoqsija fuq hekk u kien hemm persentaġġ għoli ta' dawk li xtaqu li din l-informazzjoni jiksbuha mingħand l-omm.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri kien hemm mistoqsija speċifika fuq jekk jaħsbux li huwa importanti li jkollhom din l-informazzjoni mill-iskejjel?", "U l-aktar persentaġġ għoli kienet li jġibu din l-informazzjoni mill-familja.", "MICHAEL GONZI: Mhux mill-iskejjel jew mil-lezzjonijiet tal-PSD?", "DR JOANNE CASSAR: Issemmew l-iskejjel, imma l-aktar li issemmew kien li l-informazzjoni tkun mill-familja.", "Hemm studji oħra li juru li fil-familji Maltin iż-żgħażagħ jiftħu qalbhom aktar, għax isibuha faċli biex jitkellmu.", "MICHAEL GONZI: Kien hemm min kiseb l-informazzjoni minn mill-internet u mis-social media?", "MICHAEL GONZI: U dawn kienu l-maġġor parti tagħhom?", "DR JOANNE CASSAR: Ir-riżultat ma niftakrux bl-amment, imma żgur li semmewha.", "MICHAEL GONZI: Ma rajthiex importanti inti din?", "Fil-fatt se nitkellem fuqha aktar 'il quddiem.", "Naħseb li l-edukazzjoni sesswali hija l-iktar ħaġa importanti u naħseb li jkun tajjeb li tiġi msemmija fil-liġi.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt se nitkellmu dwar l-aspetti legali wkoll.", "DR JOANNE CASSAR: Jiena nemmen li l-edukazzjoni sesswali hija dritt kbir għaż-żgħażagħ.", "Fil-fatt diġà jingħataw din l-edukazzjoni, imma trid tkun aktar effettiva.", "Fil-fatt bħalissa l-edukazzjoni sesswali tagħmel parti mill-PSD, fejn jiġu wkoll diskussi suġġetti differenti, fosthom il-Home Economics, l-Ambjent, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: Il-PSD jitgħallmuh b'mod sekulari?", "DR JOANNE CASSAR: Iva, jitgħallmuh fl-iskejjel kollha.", "THE CHAIRPERSON: U jitgħallmuh bl-ischool of thoughts xjentifiċi, eċċ.?", "DR JOANNE CASSAR: Jipprovaw jgħallmuh hekk, imma m'għandhomx ħin biżżejjed.", "Is-sesswalità tieħu parti żgħira mis-suġġett minħabba li hemm nuqqas ta' ħin.", "Is-suġġeriment tiegħi hu li jkun hemm topic speċifiku fuq is-sesswalità bħalma hemm is-suġġett tal-Ingliż, tal-Malti, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali konna għamilna laqgħa fuq l-edukazzjoni sesswali u ma' Dr Charmaine Gauci, Direttriċi tal-Health Promotion Unit konna tkellimna fuq il-PSD u fuq l-edukazzjoni sesswali.", "Fil-fatt Dr Gauci kienet qaltilna li ż-żgħażagħ l-inqas li jġibu l-informazzjoni fuq is-sess, huwa proprju mingħand il-ġenituri tagħhom.", "U jerġa' din l-informazzjoni mhux dejjem tkun korretta u ċara.", "Minn studji oħra li saru ftit tas-snin ilu rriżulta li ż-żgħażagħ Maltin huma at the bottom of the chart fuq kemm jitkellmu mal-ġenituri tagħhom bħala adoloxxenti.", "Għalhekk din l-informazzjoni hija kemmxejn differenti minn dik li qiegħda tgħidilna inti.", "DR JOANNE CASSAR: Xi kultant l-istudji jvarjaw.", "Pereżempju sar studju minn Prof. Angela Abela u sabet li ż-żgħażagħ jixtiequ jkunu aktar close mal-ġenituri tagħhom.", "Issa dak kien studju kwalitattiv mentri dan l-istudju li qed nikkwota minnu huwa wieħed kwantitattiv.", "MICHAEL GONZI: Imma li tixtieq mod, imma li jkollok hu mod ieħor!", "DR JOANNE CASSAR: Jiena kont qiegħda nirreferi għall-istudju tal-Aġenzija Żgħażagħ, imma xi kultant is-sample size u t-tip ta' design jaffettwa.", "Jiġifieri jista' jkollok riżultati daqsxejn differenti, li juru l-kumplessità tas-suġġett, imma ma jurix kontradizzjonijiet jew żbalji għax is-suġġett huwa kumpless.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Is-Sexual Health Policy tal-2010 fil-fatt qiegħda turi bil-kontra u turi li ż-żgħażagħ ma jġibux l-informazzjoni mill-familja.", "DR JOANNE CASSAR: Il-policy irreferiet għal ħafna studji.", "Fuq il-mistoqsija dwar liema fatturi jinfluwenzaw l-attività sesswali kien hemm diversi fatturi, fosthom il-kultura, in-normi soċjali, it-tip ta' familja tagħhom u t-tip ta' upbringing li jkollhom, il-ħbieb u l-peer pressure tal-ħbieb, il-valuri personali tagħhom, il-moralità u l-valuri reliġjużi tagħhom, il-media, l-edukazzjoni sesswali, it-tip ta' personalità li jkollhom u allura hawnhekk jidħlu s-self-esteem, jekk ikunux jistħu, eċċ., u l-livell ta' maturità li jkollhom.", "Issue importanti oħra hija l-issue tal-kunsens.", "L-ewwel nett mhux iż-żgħażagħ kollha jafu li għandhom id-dritt li jgħidu \"le\", jiġifieri qishom lanqas jistaqsu jekk huma jixtiequx jagħmlu hekk jew le.", "THE CHAIRPERSON: Aħseb u ara kemm jafu li jekk għandhom inqas minn 18-il sena ma jistgħux jagħmlu att sesswali għax ikunu qed imorru kontra l-liġi!", "DR JOANNE CASSAR: Jista' ikun li lanqas biss jafu bl-implikazzjonijiet tal-attività sesswali tagħhom u lanqas ikunu jafu kif se jħossuhom.", "Uħud minnhom ma jkunux ippjanaw li jkollhom attività sesswali u din tiġri għall-għarrieda.", "Hemm riċerka li turi li l-irġiel aktar ikunu ppjanati li jagħmlu att sesswali milli n-nisa.", "Qisu n-nisa inqas ikollhom f'moħħhom li jagħmlu dan.", "THE CHAIRPERSON: Il-peer pressure tagħmel effett?", "DR JOANNE CASSAR: Tagħmel ħafna effett.", "Hemm bosta riċerka li turi li hekk kif tkun taf li l-ħbieb għandhom boyfriend jew girlfriend, inti se titħajjar ukoll.", "U dan jiġri għax jibdew iħossuhom li għandhom xi ħaġa inqas minn sħabhom u jħossuhom emarġinati.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma li toħroġ ma' xi ħadd mod, imma li jkollok x'taqsam ma' xi ħadd, hija ħaġa oħra!", "Imma jista' ikun li meta toħroġ ma' xi ħadd twassal biex tmur miegħu wkoll.", "Anke meta jkunu jafu li sħabhom huma attivi sesswalment u jibdew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom magħhom, ikunu jridu jagħmlu parti minn dak iċ-ċirku.", "Hemm ukoll ċerti sub-cultures differenti, fejn ġeneralment dawn jitkellmu ma' the same peers li għandhom l-istess ħsebijiet tagħhom, l-istess valuri, xewqat u aspetattivi bħalhom.", "U xi kultant jinġarru daqsxejn mal-kurrent.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Dan l-istudju daħal fuq l-issue ta' safety, contraceptives u l-availability tagħhom?", "DR JOANNE CASSAR: Fuq contraceptives staqsewhom u kien hemm 20% li qalu \"le\".", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Tkellmu fuq meta l-ġenituri jsibulhom xi contraceptive fil-but jew fil-basket x'jgħidulhom u jekk jiddejqux b'dan?", "DR JOANNE CASSAR: Li jitkellmu mal-ġenituri iva, imma mhux li jitkellmu magħhom fuq kontraċettivi.", "DR JOANNE CASSAR: Naħseb li kien l-ewwel darba li sar u naħseb li kien groundbreaking għax ma tantx għandna riċerka simili.", "U lanqas huwa daqshekk faċli li tagħmel riċerka bħal din minħabba l-etika u anke għaliex dawn għadhom minuri.", "SILVIO PARNIS: Mela ma nistgħux nikkomparaw mas-snin ta' qabel biex naraw fejn sejrin dawn il-valuri?", "Dak hu l-argument tiegħi.", "Illum fejn sejrin il-valuri tagħna?", "DR JOANNE CASSAR: Dr Roderick Bugeja kien għamel studju kwantitattiv fl-2008 fost l-istudenti tal-Form IV u sab li 80% minnhom ma kinux attivi sesswalment.", "Imma again dan l-istudju sar f'ċertu skejjel u jista' ikun li l-post fejn saru jaffettwa l-mod ta' kif iwieġbu.", "Imma dan ma jfissirx li ż-żgħażagħ kollha ma jafux x'inhu l-kunsens.", "Hemm min jaf xi jfisser u hemm min għandu moħħu ċar dwar xi jrid u ma jridx.", "Għalhekk ma nistgħux ngħidu li ż-żgħażagħ kollha huma naive jew li kollha għandhom nuqqas ta' informazzjoni.", "Ir-riċerka li għamilt, kienet ibbażata fuq żgħażagħ bejn is-16 u t-18-il sena u saret diskussjoni fuq jekk titlifx il-verġnità jew le u ż-żewġ naħat kienu konvinti bid-deċiżjoni tagħhom.", "Kien hemm min qal li hekk xtaq u ma jiddispjaċihx u kien hemm min qal li jħossu kburi u kuntent li għadu verġni u li għalissa hekk se jibqa'.", "Iż-żewġ naħat kienu konvinti minnhom infushom.", "MICHAEL GONZI: Kien hemm varjazzjoni bejn bniet u subien?", "MICHAEL GONZI: U kemm kienet kbira din il-varjazzjoni?", "DR JOANNE CASSAR: Ma nafx eżattament imma din l-informazzjoni tista' ssibha.", "Xi kultant diffiċli biex tippreżenta kollox imma hemm ħafna riċerka li turi li hemm din il-varjazzjoni.", "Ġeneralment is-subien ikunu aktar attivi.", "Fir-rigward tal-kunsens naraw li għal ċerti żgħażagħ ta' 16-il sena jħossu li it feels right li jkollhom x'jaqsmu sesswalment għaliex tagħtihom identità, jiskopru x'inhi l-intimità u jiskopru aktar dwarhom infushom.", "Jiena ngħallem lill-istudenti tal-Erasmus u dawn ġejjin minn pajjiżi differenti fl-Ewropa, u ssib li dawn għalihom hija xi ħaġa normali li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' xi ħadd u jqisuha bħala parti mill-ħajja.", "Jiena naħseb li minn din il-perspettiva, li tikkriminalizza lil dawn it-tip ta' żgħażagħ mhijiex appropriate għax huma jħossu li mhumiex qed jagħmlu ħsara.", "Issue oħra hija meta ż-żgħażagħ jiġu esplojtjati jew abbużati sesswalment.", "Ma rridux ninsew il-fatt li dawn għadhom minorenni u allura aktar qegħdin f'riskju.", "Mela rridu nammettu li għandhom riskju għax għadhom iżgħar u għandhom inqas esperjenza fil-ħajja.", "Ovvjament il-Liġi Maltija diġà tagħmel provvediment għall-forced assault u għal sexual abuse li jitqiesu bħala atti kriminali f'kull età.", "Imma jista' ikun li l-adoloxxenti ma jafux b'dan id-dritt u jista' ikun li ma jafux jipproteġu lilhom infushom.", "Kwestjoni oħra hija meta jkun hemm differenza sinifikanti fl-età u allura jkollok persuna ta' 40 sena ma' żagħżugħ jew żagħżugħa ta' 16-il sena.", "Ma jfissirx li għax għandek partner akbar dan bilfors se jabbuża minnek.", "Ma jfissirx li l-adulti kollha huma promiskwi imma hemm riċerka li turi li meta jkollok partner ikbar, aktar hemm ċans ta' teenage pregnancy.", "Il-Kanada kellhom l-age of sexual consent ta' 14-il sena u bdew jiddiskutu biex jgħolluha għal 16-il sena.", "Anke fir-rigward tal-age difference bdew jiddiskutu biex jaraw jistgħux jagħmlu klawsola fejn il-partner ma jistax ikun akbar minn għaxar snin jew 15-il sena miż-żagħżugħ jew żagħżugħa.", "Hawnhekk qisek qiegħed tiddiskrimina fuq l-età tal-individwu u jista' jkun hemm xi ħadd ta' 40 sena li jgħidlek li qed tagħmel diskriminazzjoni miegħu.", "Jiġifieri din mhijiex xi ħaġa faċli.", "Kif diġà għedt fuq sexual education il-policy tgħid li fejn hemm edukazzjoni sesswali komprensiva, li tagħti l-opzjonijiet kollha, l-attività sesswali aktar iddum ma tibda.", "(Interruzzjonijiet) Aktar ma jitgħallmu, aktar idumu biex jibdew l-attività sesswali tagħhom.", "MICHAEL GONZI: Mill-istatistika li qiegħda turina jidher li tliet kwarti miż-żgħażagħ m'għandhomx tagħlim.", "DR JOANNE CASSAR: Jiena naħseb li m'għandhomx biżżejjed tagħlim.", "Għandek ċerti suġġetti li huma meqjusa bħala taboos u saħansitra jsibuha diffiċli biex jitkellmu fuqhom fil-klassi.", "Eżempju klassiku huwa biex jitkellmu fuq il-condom.", "MICHAEL GONZI: Il-liġi kif inhi bħalissa, sa 18-il sena m'għamlitx differenza għalihom.", "Setgħet kienet ta' deterrent il-liġi fuq dawk li għandhom sa 18-il sena?", "Jiena ngħid li mhijiex se tagħmel differenza.", "DR JOANNE CASSAR: Ma tkunx ta' deterrent għax ma jkunux jafu biha.", "Jiena ngħid li hemm nuqqas ta' informazzjoni fuqha din.", "GODFREY FARRUGIA: Ħadt pjaċir nisma' fuq ir-riċerka.", "Meta r-riċerka lokali tiġi mqabbla ma' dik ta' pajjiżi oħra Ewropej, hemm xi kuntrast?", "DR JOANNE CASSAR: F'Malta ma hawnx daqstant riċerka dwar is-sesswalità.", "DR JOANNE CASSAR: Jekk inqabblu ma' dan l-istudju li sar, forsi naraw li qegħdin ftit aktar baxxi.", "Meta tgħid 41% naħseb li aktar baxxi meta mqabbla mal-Ewropa.", "Ovvjament il-pajjiżi tal-Ewropa mhumiex kollha l-istess u hemm xi differenzi.", "L-inqas rata ta' teenage pregnancy qiegħda fil-pajjiżi Skandinavi, għax għandhom edukazzjoni sesswali li tibda minn età żgħira.", "Fil-fatt dawn iqassmulhom il-condoms b'xejn u għandhom edukazzjoni sesswali komprensiva, li titkellem dwar l-options kollha u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha u mbagħad tgħidilhom li meta jikbru jistgħu jagħżlu huma x'inhu l-aħjar għalihom.", "Ma ninsewx li f'Malta hawn ċerti strutturi fejn il-kontraċettivi jitqiesu bħala taboo u huma assoċjata mad-dnub!", "Jiġifieri mhuwiex daqshekk faċli li tgħallem fuqhom, għalkemm tajjeb ngħidu li l-mentalità qiegħda tinbidel ukoll.", "GODFREY FARRUGIA: Sewwa qed ngħid li mir-riċerka li saret barra minn Malta din uriet li meta l-età tal-kunsens niżlet minn 18-il sena għal-livell inqas, ma' kien hemm l-ebda korrelazzjoni ma' teenage pregnancy?", "Imma r-riċerka wriet li meta l-age of consent tnaqqset u kien hemm aktar edukazzjoni, it-teenage pregnancies naqsu u mhux żdiedu.", "(Interruzzjonijiet)", "DR JOANNE CASSAR: Huwa diffiċli biex tgħid x'inhi r-raġuni għalfejn naqset, għax jista' ikollok fatturi oħra.", "GODFREY FARRUGIA: Jiġifieri t-teenage pregnancy m'għandhiex x'taqsam mal-age of sexual consent?", "DR JOANNE CASSAR: Ma nafx ngħidlek eżatt.", "THE CHAIRPERSON: Imma kien hemm żgħażagħ lanqas biss ikunu jafu!", "GODFREY FARRUGIA: Imma meta l-età tal-kunsens niżlet f'dak il-pajjiż, ir-riċerka wriet li l-ammont ta' single mothers ta' dik l-età naqas.", "Imma m'għandhiex korrelazzjoni mal-età tal-kunsens.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hawn Malta għandna studji li juru jekk hemmx korrelazzjoni jew le?", "GODFREY FARRUGIA: Semmejt li l-PSD jiġi offrut sal-età ta' 16-il sena u li għandu jiġi żviluppat aħjar u minn 16 sa 18-il sena teżisti gap ta' informazzjoni edukattiva u ta' aċċessibilità għall-kuntatt edukattiv li għandu x'jaqsam mas-saħħa b'mod ħolistiku, hu x'inhu l-first contact fil-multi-disciplinary team.", "Fix-xenarju preżenti għandek informazzjoni edukattiva li mhijiex kompleta up to 16 years u allura hemm lok fejn din għandha tiġi msaħħa.", "U mbagħad f'daqqa waħda bejn l-età ta' 16 u 18-il sena hemm barriera u ż-żgħażagħ qegħdin jiġbru aktar informazzjoni mis-social medias jew mill-ħbieb jew inkella mill-ġenituri tagħhom, b'mod partikolari mill-ommijiet.", "Allura fl-opinjoni tiegħek x'għandna nagħmlu biex nindirizzaw din l-issue u biex liż-żagħżugħ nagħtuh l-empowerment u mill-aspett prattiku nipproteġuh u nżidulu l-aċċessibilità għal dawn il-persuni li jistgħu joffru dan is-servizz?", "DR JOANNE CASSAR: Naħseb li hemm żewġ modi.", "Tajjeb li jkun hemm xi tip ta' ċentri imma ma jkunux bħall-kliniċi għax forsi l-kelma \"clinic\" hija xi ħaġa wisq medikalizzata.", "Fil-fatt f'dan l-istudju liż-żagħżagħ staqsewhom u dawn urew li jixtiequ informazzjoni, speċjalment f'dawk l-areas fejn hemm rata għolja ta' teenage pregnancies u fejn l-attività sesswali qiegħda ssir minħabba postijiet ta' divertiment għax hemmhekk iż-żgħażagħ iktar se jiltaqgħu flimkien.", "Il-Health Promotion Unit ilhom jaħsbu fuqha din l-istrateġija, u f'dawn iċ-ċentri jkunu jistgħu jagħtu informazzjoni, pariri, eċċ. (Interruzzjonijiet) Imbagħad għandek l-iskola għax l-iskola dejjem tibqa' importanti.", "GODFREY FARRUGIA: Imma kif inhi l-liġi llum, apparti mill-informazzjoni, ma jistgħux jagħmlu ċerti affarijiet mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom.", "DR JOANNE CASSAR: Jista' ikollhom aċċess għall-informazzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: U fir-rigward ta' affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' saħħithom?", "Ma jistgħux.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta konna ġibna lil Dr Charmaine Gauci hawnhekk, kienet qaltilna li mill-età ta' 16-il sena jingħataw dawn is-servizzi anke mingħajr il-preżenza tal-ġenituri.", "Hekk kienet qaltilna.", "THE CHAIRPERSON: Dan huwa suġġett importanti.", "Onor. Farrugia, qed tgħid li jekk pereżempju persuna ta' 16-il sena tmur għand it-tabib biex tieħu contraceptive tista' jew le?", "Jien hawnhekk għandi risposta mingħand il-Medical Council u nistieden lill-membri tal-Medical Council sabiex jagħtuna l-preżentazzjoni tagħhom.", "Jien se nħalli lilhom sabiex jitkellmu fuq dawn l-affarijiet imma skont il-Kodiċi Ċivili, l-uniku mod kif tabib jista' jkollu kuntatt ma' xi ħadd taħt it-18-il sena, mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tiegħu, huwa biss f'każ ta' emerġenza.", "Mill-bqija, meta żagħżugħ imur għal kwalunkwe servizz ieħor tas-saħħa, irid ikun hemm bilfors il-preżenza tal-ġenituri tiegħu.", "Anke meta żagħżugħ imur għat-testijiet għall-STD fl-Isptar Mater Dei, li jiġri llum hu li l-ġenitur joqgħod jistenna wara l-bieb għax ikun ta l-kunsens liż-żagħżugħ biex jattendi.", "Tant hu hekk li hemm formola mwaħħla mal-bieb fuq barra - u din mort niċċekkjaha jien personalment - li tmur lura għall-2008, liema formola kien talabha Dr Philip Carabot mingħand il-Medical Council.", "Jien bħala tabib, meta nara pazjent li nkun ilni nafu minn meta tkun waqgħetlu żokortu, imma mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tiegħu, inkun qiegħed in unchartered waters!", "Mela jekk jien inkun qed nagħtih parir b'mod ġenwin u nkun qiegħed ngħinu wkoll, jekk dan nagħmlu mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tiegħu, inkun qiegħed in the red f'għajnejn il-liġi kif inhi.", "Din hija l-istess bħal meta jkollok żewġ żgħażagħ li t-tnejn għandhom 16-il sena u bil-kunsens ta' xulxin - għax ikollhom ġibda lejn xulxin - jibdew relazzjoni bejniethom.", "Jekk dawn ma jkollhomx il-kunsens tal-ġenituri għax ikunu ħbew minnhom, f'għajnejn il-liġi, ġenitur minn dik il-koppja ta' żgħażagħ jista' ifittex liż-żagħżugħ l-ieħor!", "U l-istess mill-aspett professjonali.", "U din hija l-konklużjoni tiegħi; billi l-PSD jieqaf fl-età ta' 16-il sena, bejn is-16 u t-18-il sena hemm bżonn li tingħata preventive health tal-lifestyle diseases.", "Bħala tobba kollha nemmnu fil-prevention tal-lifestyle diseases u dawn għandhom jingħataw minn healthcare professionals.", "Nerġa' ngħid li dan l-aspett ma jeżistix għal dawk iż-żgħażagħ li għandhom bejn l-età ta' 16 u 18-il sena.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija one of the missing links li teżisti fis-sistema bħalissa u li b'hekk iż-żgħażagħ m'għandhomx dik l-informazzjoni kif suppost.", "It-trust li teżisti bejn żagħżugħ u tabib tal-familja għandha tkun hemmhekk u rridu nkomplu nibnu fuqha.", "Din tgħodd ukoll għaċ-ċentri pubbliċi.", "U għalhekk jiena nemmen li kieku kellha tinżel l-età tal-kunsens iż-żgħażagħ ikunu aktar protetti.", "Nemmen ukoll li żagħżugħ għandu jkun aktar protett billi jkun aktar empowered.", "Fl-aħħar nett Dr Cassar xtaqt nagħmillek mistoqsija.", "Fl-opinjoni tiegħek kemm għandha tinżel l-età tal-kunsens f'pajjiżna?", "THE CHAIRPERSON: Dr Cassar nitolbok twieġeb il-mistoqsijiet li sarulek u tibda taħseb biex tikkonkludi.", "DR JOANNE CASSAR: Fl-opinjoni tiegħi l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel għal 16-il sena, imma l-liġi trid tipprovdi għal safeguards ta' edukazzjoni f'dawn iċ-ċentri u trid tipproteġi wkoll lil dawk iż-żgħażagħ li aħna nqisuhom li qegħdin aktar fir-riskju.", "Ma tistax tħallihom għal rashom imma jrid ikun hemm is-support u rridu nagħtuhom l-għajnuna.", "THE CHAIRPERSON: Għandek xi proposti li trid tressqilna?", "DR JOANNE CASSAR: Jien nissuġġerixxi li l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel tkun bħala suġġett għalih u b'hekk tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa.", "U dan is-suġġett għandu jkompli jingħata fil-post-secondary.", "Ċerti skejjel tal-Knisja joffru PSD fis-Sixth Form imma mhux fl-iskejjel kollha.", "Il-liġi trid tkun ta' safeguard għal dawk li jistgħu jiġu abbużati jew esplojtjati.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Jiena xtaqt ngħaddi kumment.", "M'hemmx dubju li l-edukazzjoni sesswali f'pajjiżna dejjem kienet titqies bħala taboo.", "Jekk immorru għall-età tiegħi, ħafna minna hawnhekk ninsabu fl-istess age group, u nista' ngħid li ma tantx kellna edukazzjoni sesswali u kellna nitgħallmu waħedna.", "Avvanzi saru, imma naħseb li ma kienux biżżejjed, u dan kollu qiegħed jirrifletti f'sitwazzjonijiet bħal single pregnancies u STDs li qed jiżdiedu.", "Problema oħra hi li l-age of consent qiegħda toħloq problema ta' kura għax kif qal l-Onor.", "Farrugia, jekk hemm xi ħadd ta' 16-il sena li għandu kondizzjoni medika u li jirrikjedi kura, bħala tabib jien ma nistax nikkurah jekk dan ma jiġix mal-ġenituri tiegħu.", "U din qed ikollha implikazzjonijiet kbar fuq il-mod ta' kif qiegħed jinfirex il-mard sesswali f'pajjiżna.", "Naħseb li huwa importanti ħafna, anke bħala politiċi, li nħarsu lejn din is-sitwazzjoni għax inkella se taħkimna u se tkompli tiżdied!", "Jiena naħseb li rridu nieħdu azzjoni.", "THE CHAIRPERSON: L-aħħar kumment mingħand l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Fl-opinjoni tiegħek, jekk inniżżlu l-età tal-kunsens sesswali se nagħtu dritt lill-pazjenti sabiex jieħdu sexual advice u contraceptive advice mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tagħhom?", "Dik it-tabella li wrejtna fejn l-età tal-kunsens sesswali fi Spanja qiegħda ta' 13-il sena, hemm jekk it-teenage pregnancies humiex correlated?", "DR JOANNE CASSAR: Ma nafx, imma li jfittxu l-għajnuna dejjem huwa tajjeb, anke jekk huma ta' 16-il sena.", "DEO DEBATTISTA: Qed tagħtihom consent li jagħmlu s-sess imma mbagħad mhux qed tagħtihom consent biex ifittxu pariri dwar l-attività sesswali tagħhom!", "DR JOANNE CASSAR: Jiena naqbel li jkunu jistgħu jfittxu l-pariri.", "Ovvjament il-ġenituri mhux bilfors huma mħollijin barra.", "DEO DEBATTISTA: Imma l-liġi taħseb għal dan?", "Jien qed ngħidlek li ladarba se tagħtihom kunsens biex jagħmlu s-sess ta' 16-il sena, se tagħtihom ukoll il-kunsens biex ifittxu sexual advice and contraceptive advice?", "DR JOANNE CASSAR: Iva, kieku jien nagħtihom.", "DEO DEBATTISTA: Imma f'dak il-każ irridu nibdlu l-liġi kompletament.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzja lil Dr Joanne Cassar tal-preżentazzjoni u tal-kontribut tagħha.", "Issa qabel ma nkomplu, nixtieq ngħaddi l-kelma lill-Onor.", "Deborah Schembri li bħala Chairperson tal-Bioethics Consultative Committee, tixtieq tgħaddilna ftit x'inhi l-pożizzjoni u l-parir li jingħataw minn dan il-kumitat.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Dan is-suġġett iddiskutejnieh fil-qosor fil-Bioethics Consultative Committee għax ma kellniex ċans li nidħlu fil-fond minn meta kellna din l-istedina.", "Madankollu bħala kumitat naqblu li l-age of consent għandha tinżel għal 16-il sena.", "Nerġa' ngħid, matul din il-ġimgħa ma kienx hemm ċans sabiex nagħmlu l-istudju tagħna fuq kif b'dik l-età se naffettwaw liġijiet oħra, fosthom liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pornografija u mal-pedofelija.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tkompli taġġornana l-ġimgħa d-dieħla.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva nista', imma jrid isir eżerċizzju fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv tal-Bioetika u allura jkun hemm bżonn aktar żmien, imma dan l-eżerċizzju issa qegħdin nagħmluh hawnhekk.", "Madankollu l-Kumitat Konsultattiv tal-Bioetika mhuwiex kontra li tinżel l-età tal-kunsens sesswali għal 16-il sena.", "Ovvjament wieħed irid jieħu ħsieb għall-vulnerabilità tal-minuri u din hija xi ħaġa li rridu niddiskutuha qabel ma nbiddlu l-liġi.", "Irridu naraw liema liġijiet iridu jinbidlu biex inkunu in line u mhux tinbidel liġi u ma tinbidilx oħra.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Dan is-suġġett dħalt fih b'ċerta passjoni għax ilni nesperjenza negattività għal dawn l-aħħar 30 sena bħala tabib u għalhekk nitkellem b'dan il-mod.", "Huwa importanti li nitkellmu fuq is-sexualisation, b'mod partikolari mil-lat femminili u mill-aspett negattiv tagħha.", "Hemm bżonn li Malta - jekk verament se nħarsu lill-mara u l-irwol tagħha - tiffirma l-konvenzjoni tal-mara li saret fit-Turkija..…", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna diġà ffirmajna l-Istanbul Convention.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iffirmajniha l-konvenzjoni.", "Jien attendejt CPA, b'mod partikolari fuq dan is-suġġett, u sirt naf li aħna m'aħniex firmatarji għall-Istanbul Conventions kollha, f'dak li għandu x'jaqsam mal-mara.", "La se nagħmlu riċerka fuq dan l-aspett, importanti li nagħmluha fuq dan l-aspett ukoll.", "Jien sirt naf b'din l-informazzjoni mill-barranin.", "DEBORAH SCHEMBRI: Flimkien mal-Ministru Helena Dalli, lejn tmiem is-sena l-oħra, konna għamilna eżerċizzju biex niġu in line.", "Ovvjament m'għandniex il-liġijiet kollha in place għax huwa impossibbli li jkollok kollox in place qabel ma tiffirma.", "Pereżempju għamilna liġijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żweġijiet.", "Chris Fearne li wkoll ressaq Private Members' Bill fuq il-Female Genital Mutilation biex niġu in line mal-Istanbul Convention, li aħna dik firmatarji tagħha.", "Din il-konvenzjoni ħarġet mill-Kunsill tal-Ewropa, fil-kumitat li jiena qiegħda Membru fih.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi Onor. Schembri.", "Issa nistieden lil Miss Amanda Grech li hija psikoterapista.", "Qabel tibda bil-preżentazzjoni tiegħek nixtieq navżak li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ms. Grech jekk għandek xi oġġezzjoni li tkun live streamed nitolbok tgħidilna.", "AMANDA GRECH (Registered Psychotherapist): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-istedina li għamiltuli u le, ma nsibx oġġezzjoni li niġi streamed live.", "Bħala psikoterapista, ix-xogħol tiegħi huwa maż-żgħażagħ u llum se nitkellem fuq ir-riċerki li saru fil-qasam taż-żgħażagħ fejn jidħol sexual development, kif ukoll mill-esperjenza klinika tiegħi.", "Fil-preżentazzjoni tiegħi se nitkellem dwar l-iżvilupp psikoloġiku taż-żgħażagħ, x'jiġri fost iż-żgħażagħ meta nħarsu mil-lenti ta' psikoloġija u xi jkun qed jiġri fir-relazzjonijiet tagħhom mas-sess oppost u mal-istess sess.", "Se nitkellem ukoll għalfejn ir-relazzjoni tagħhom mal-ħbieb hija daqshekk importanti u l-fatturi li jinfluwenzaw id-decision making fiż-żgħażagħ, il-kuntest Malti u mbagħad nagħlaq il-preżentazzjoni tiegħi billi nagħti ftit rakkomandazzjonijiet.", "Se nibda l-preżentazzjoni billi nitkellem fuq il-proċess tal-iżvilupp tal-adoloxxenza.", "L-aktar ħaġa importanti li jridu jiksbu l-adoloxxenti huwa li jifformaw l-identità psikoloġika unika għalihom.", "Dan ifisser li meta jkunu għadhom tfal, il-ħsebijiet u t-twemmin tagħhom ikunu jirrifletti dak tal-ġenituri tagħhom.", "Imma biex isiru adulti jridu jgħaddu minn proċess sħiħ u hemmhekk minn fejn jibda jsir ħafna mill-iżvilupp.", "Fil-fatt nibdew naraw li jibdew ifittxu l-identità unika tagħhom, jiġifieri ma jkunux aktar kuntenti b'li jemmnu f'dak li jemmnu l-ġenituri tagħhom u jkunu jridu jibdew jagħtu l-marka tagħhom.", "U allura nibdew naraw dawk li nsejħulhom il-psychological boundaries bejn il-ġenituri u l-adoloxxenti.", "Hawnhekk nibdew narawhom imorru daqxejn 'il bogħod mill-familja, u hemmhekk fejn se tidħol l-isfida biex nitkellmu mal-ġenituri u l-adoloxxenti fuq l-edukazzjoni sesswali.", "Ovvjament l-adoloxxenza hija kkaratterizzata minn bidla.", "Naraw developmental shifts fejn jibdew joħorġu mġieba ġdida fl-adoloxxenza kif ukoll fl-abbilitajiet.", "Il-bidla tistrieħ fuq diversi binarji, fejn nibdew naraw a rapid increase in growth, u allura għandek bidla fiżika li hija l-pubertà.", "Interessanti ngħidu li hawnhekk ikollok ukoll bidla fuq il-livell cognitive, jiġifieri fuq il-livell tal-ħsieb.", "Iktar ma jikbru l-adoloxxenti, aktar ninnotaw li jibdew ikunu aktar kapaċi jifhmu kunċetti astratti, bħal pereżempju l-morali.", "Aktar ma jikbru, aktar jibda jiġi rifless il-livell tal-għarfien tagħhom.", "Hemm ukoll l-iżvilupp emozzjonali.", "Hawnhekk se niffoka fuq dawk iż-żgħażagħ li għandhom 16-il sena għax id-diskussjoni fuqhom se tikkonċentra.", "Ta' 16-il sena jkunu kapaċi ħafna aktar biex jempatizzaw u anke l-ġibda biex ikollhom relazzjoni intima tibda tikber fihom.", "Meta tħares lejn tfajla ta' 16-il sena u tara x'tip ta' ħbiberija għandha, tibda tinduna li hija ħafna iktar profonda u ħafna iktar intima milli kien ikollha qabel.", "Għandek ukoll żvilupp psikoloġiku, fejn jibdew jikkonfrontaw il-valuri, jikkritikaw it-tradizzjonijiet tal-familja u l-iżvilupp soċjali, kif ukoll jibdew jistaqsu l-mod ta' kif qed iħarsu lejhom in-nies, x'jixtiequ jkunu fis-soċjetà u jibdew jippjanaw għall-futur.", "U l-iżvilupp ikompli b'dan il-mod.", "Ovvjament nibdew naraw bidla fl-affective domain li għandu x'jaqsam mal-emozzjoni tagħhom, fejn din issir aktar intensa.", "Il-motivazzjoni tagħhom issir aktar b'saħħitha.", "Mal-pubertà nibdew naraw li jkollhom a stronger drive u fil-fatt jidher li hemm korrelazzjoni pożittiva u qawwija mal-pubertà.", "Ovvjament aktar ma jikbru, aktar jiżviluppaw u jimmaturaw.", "Sakemm naslu għall-età ta' 16-il sena se jkollna mpassi speċifikament fuq ir-romantic motivation, jiġifieri se jkunu ħafna iktar motivati sabiex jibdew relazzjonijiet romantiċi, li hija xi ħaġa normali mal-proċess tal-adoloxxent.", "Se jkollok interess sesswali imma mhux bilfors ifisser li se jkollok attività sesswali.", "Ovvjament l-interess hemm se jkun.", "Se jkollok aktar risk taking, jiġifieri se jieħdu aktar riskji milli kienu jieħdu qabel u se jibdew ifittxu affarijiet ġodda u sensazzjonijiet ġodda.", "THE CHAIRPERSON: Dawn il-bidliet psikoloġiċi li jseħħu fost l-adoloxxenti ssibhom ukoll fost dawk li eventwalment ikollhom l-orjentazzjoni sesswali tagħhom differenti?", "L-iżvilupp tas-sesswalità huwa simili ħafna.", "Ovvjament minħabba n-natura tal-orjentazzjoni LGBT jista' ikun li jkun hemm ċerta konfużjoni minħabba li jkollhom reazzjonijiet differenti u hemm ċerta taboos però bħala żvilupp huma simili ħafna.", "Huma u jikbru l-adoloxxenti, qegħdin jikbru wkoll fil-maturazzjoni ta' kif jagħmlu ġudizzju.", "Ovvjament hawnhekk qiegħda niġġeneralizza għax jista' ikun hemm differenzi individwali.", "Pereżempju ġieli tara lil xi ħadd li bir-risk thinking tiegħu jispiċċa fl-inkwiet u mbagħad ikollok xi ħadd ieħor li jkollu a very subtle risk factor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta jkollok tfajliet u ġuvintur ta' din l-età, u ċjoè żgħażagħ taħt it-18-il sena, can they evaluate consequences?", "Ir-responsabilità li wieħed ikun jaf x'inhuma l-konsegwenzi ta' dak li qed jagħmel, insibuha ta' dik l-età?", "Li jkollhom interess fis-sesswalità u fir-relazzjonijiet romantiċi hija xi ħaġa li forsi tiġihom naturali imma min-naħa l-oħra, għandhom l-għarfien li din mhijiex sempliċement xi ħaġa li qed tagħmilha u daqshekk imma li jista' jkollhom riperkussjonijiet u konsegwenzi?", "AMANDA GRECH: Hemm diversi fatturi.", "Aktar ma jkollhom support u area fejn jistgħu jiddiskutu u jirċievu l-informazzjoni, aktar se jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet maturi.", "Żagħżugħ ta' 16-il sena mhuwiex adult u allura għandu ċerta vulnerabilità, però aktar ma tinformah u aktar ma tedukah, aktar se jogħla l-persentaġġ li se jagħmel deċiżjoni tajba.", "DEO DEBATTISTA: Ma jfissirx li hekk kif tagħlaq 18-il sena se ssir matur!", "AMANDA GRECH: Assolutament li le.", "F'dan iż-żmien x'nagħmlu?", "Kif se naħdmu mal-adoloxxenti, speċjalment meta jiġu għat-terapija mal-ġenituri tagħhom?", "X'nipprovaw nagħmlu?", "F'dan iż-żmien l-adoloxxenti jkollhom bżonn bilanċ bejn il-monitoring tal-ġenituri u li tħallilhom l-ispazju meħtieġ biex jikbru.", "Iż-żgħażagħ ma jikbrux billi nikkontrollawhom imma billi nħallulhom spazju fejn jikbru, imma dejjem irid tkun hemm xi ħadd għalihom ukoll.", "Dawn iridu joħorġu biex jesperjenzaw id-dinja u jrid ikollhom a safe place għax għadhom mhumiex adulti.", "Ovvjament l-adulti, għalliema u ġenituri, għandhom rwol importanti ħafna fil-ħajja ta' adoloxxent.", "Waqt li qed isir dan il-proċess, il-ħbieb isiru l-iktar ħaġa importanti fil-fażi tal-ħajja tal-adoloxxenti.", "Fil-fatt fit-tfulija l-ħbieb ma jkunux daqshekk importanti daqs kemm isiru fl-adoloxxenza għax they need to belong.", "Madankollu ma jistgħux jibqgħu viċin il-familja għax inkella mhumiex se jiżviluppaw.", "U allura tifhem għalfejn il-ħbieb isiru importanti ħafna għalihom għax inkella l-esperjenza se tkun iżolata ħafna.", "THE CHAIRPERSON: L-istess għall-peer pressure.", "Il-pressjoni tal-peers u li inti tkun bħala peers huwa fattur li rridu nagħtu kasu.", "Fattur ieħor hu dwar liema ħbieb qiegħed jiġi attratt lejhom.", "Fih innifsu dak huwa fattur li għandu saħħa psikoloġika kbira.", "Ovvjament ħafna drabi jibdew jitħalltu mal-ħbieb fi gruppi, jibda d-dating u mbagħad minn hemmhekk ikomplu għal relazzjoni romantika.", "Huma u jiżviluppaw tikber il-kapaċità tagħhom li jsiru aktar close u li jkunu connected mal-partner tagħhom.", "Ovvjament mhux għax se jagħlqu l-età se jsiru close, imma aktar ma jikbru, aktar se tikber fihom din il-kapaċità.", "Din tpoġġihom f'ċerti riskji għax se jkunu aktar vulnerabbli għal teenage pregnancies, sexual transmitted infections, li jkollhom x'jaqsmu sesswalment taħt l-influwenza tad-drogi u l-alkoħol jew inkella li jkunu suġġetti għal abbuż.", "Ir-riċerka u s-sexual script theory fil-psikoloġija tas-soċjetà turina li n-nisa għandhom aktar outcomes negattivi fis-sess milli l-irġiel u huwa iktar probabbli li jkunu iżgħar fir-relazzjonijiet.", "Is-sexual script theory tgħidilna kif in-nisa mistennija li joħonqu l-vuċi tagħhom meta jiġu għas-sess, jiġifieri joħonqu l-bżonnijiet tagħhom u anke d-drittijiet tagħhom filwaqt li l-irġiel huma aktar mistennija li jkunu diretti u assertivi.", "B'hekk jista' ikun li l-irġiel ma jirrikonoxxux meta jkunu qed jużaw il-forza fuq in-nisa.", "Naħseb din tista' tgħinha wkoll fil-ħsibijiet tagħna meta nkunu qed naħsbu fuq the development of sexual education programmes, speċjalment fuq l-empowerment.", "Mhux qed ngħid li jiġri hekk, imma li nagħtuhom biss informazzjoni fuq il-kontraċettivi mhuwiex biżżejjed.", "Jekk mhux se ngħallmuhom u ngħinuhom biex jikbru fis-self esteem tagħhom u b'hekk iħossuhom empowered, biex id-deċiżjoni li jkunu ħadu jżommuha, jista' ikun li meta jiġu taħt pressjoni, u allura avolja jkunu ħadu d-deċiżjoni li jastjenu mis-sess jew li se jridu jużaw il-kontraċettivi, jekk ma jkunux b'saħħithom biżżejjed bħala adoloxxenti, dawn se jispiċċaw iċedu.", "Għaldaqstant importanti li naħdmu fuq dak il-binarju wkoll.", "MICHAEL GONZI: Taraha d-differenza bejn żgħażagħ ta' 16 u żgħażagħ ta' 18-il sena f'dan l-argument?", "Aktar ma tikber aktar tibda tissaħħaħ u tiżviluppa.", "Ma jfissirx li mhuwiex possibbli li ta' 16-il sena jkollok self-esteem biżżejjed u li jkollok l-empowerment li żżomm id-deċiżjoni tiegħek.", "Pereżempju jiena nara differenza bejn xi ħadd li għandu 20 sena u ieħor li għandu 40 sena, jiġifieri b'dak l-argument aktar ma l-bniedem jikber, aktar l-esperjenza tal-ħajja se tagħmlu assertiv.", "Ovvjament fl-adoloxxenti din qiegħda hemm ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Il-fatt li wieħed jirrifjuta u jgħid li se jastjeni mis-sess, hija xi ħaġa li n-nisa kapaċi jagħmluha aktar milli l-irġiel?", "AMANDA GRECH: Skont is-sexual script theory l-irġiel għandhom pressjoni fuqhom biex ikunu attivi u biex ikunu assertivi fis-sess.", "U allura għandek ċerta peer pressure hemmhekk.", "Madankollu ma nafx li teżisti xi riċerka ta' dan it-tip biex inkun nista' inwieġbek bl-eżatt.", "THE CHAIRPERSON: Forsi għax in-nisa jibżgħu aktar mill-pregnancies mill-irġiel, u anke għax il-partijiet intimi tan-nisa huma moħbija, allura aktar ikollhom biża' dwar x'jista' iseħħ f'sexually transmitted diseases.", "AMANDA GRECH: Ma tantx niltaqa' magħha daqshekk.", "Pereżempju iktar ikollhom biża' li se jweġġgħu fir-relazzjonijiet peress li jkunu f'età żgħira jew inkella għax iħossuhom li għadhom mhumiex lesti.", "Imma fejn tidħol tqala mhux daqshekk, għax meta jkunu għadhom qegħdin jiddeliberaw fuq jekk ikunux attivi sesswalment jew le, ma jkunux bdew jaħsbu fuq it-tqala imma aktar ikunu qegħdin jaħsbu fuqhom infushom, speċjalment jekk ikunu qegħdin jastjenu.", "Jiġifieri ma jkunux lesti jew komdi bil-femalehood tagħhom għax ikunu jaraw lilhom infushom għadhom żgħar jew mhumiex lesti għal dik l-attenzjoni mingħand l-irġiel.", "THE CHAIRPERSON: Ġieli jkollok sitwazzjonijiet fejn jew it-tfajla jew il-ġuvni f'koppja jkollhom theddid psikoloġiku jew pressjoni mill-parti l-oħra li forsi ma tkunx trid tagħmel is-sess f'dak il-mument?", "U jgħidu lill-parti l-oħra li mhumiex se jibqgħu f'dik ir-relazzjoni u allura dik il-parti jkollha ċċedi għad-domanda tal-parti l-oħra?", "AMANDA GRECH: Iva, jeżistu dawn il-każijiet, speċjalment meta jkun hemm parti minnhom li jkollha low self esteem.", "Ma ninsewx li ta' dik l-età ikunu għadhom qed jiżviluppaw l-identità tagħhom u allura jkunu qed jaraw lilhom infushom bħala koppja mal-boyfriend jew mal-girlfriend u jekk jitlaqhom il-boyfriend jew titlaqhom il-girlfriend l-identità tagħhom se tikkrolla!", "Għalhekk importanti ħafna l-empowerment taż-żgħażagħ.", "X'inhuma l-fatturi li jkollhom impatt fuq l-early intercourse fl-adoloxxenti?", "Nistgħu nkunu nafu x'inhuma dawn il-fatturi?", "Naħseb li nistgħu nkunu nafu.", "Ir-riċerka tipponta ħafna fuq il-parental practices, speċifikament fuq is-supervision u l-monitoring tal-ġenituri.", "Meta ngħidu parental supervision and monitoring qegħdin infissru li tkun familjari mal-whereabouts tat-tfal tiegħek u mhux titlaqhom għal riħhom mingħajr lanqas biss tkun taf fejn qegħdin.", "Il-parental support huwa meta r-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenituri tkun waħda ta' warmth u mhux waħda ta' kontroll.", "Dan ifisser li l-ġenitur ikun qiegħed hemm għat-tfal u allura hemm dik id-dinamika ta' child centredness u mhux kontroll jew li tinvadi l-privatezza tagħhom.", "Tajjeb ngħid li meta hemm supervision u monitoring tal-ġenituri, ir-riċerka turina li jista' jkun li l-age of first sexual intercourse jdum aktar ma jseħħ.", "Fatturi oħra huma s-socio-economic status.", "Jiġifieri aktar ma jkollok nies ġejjin minn lower socio-economic status, aktar hemm ċans li se jkunu attivi sesswalment minn kmieni u ma jużawx xi forma ta' kontraċezzjoni, hemm ċans ukoll li jkun hemm a higher teenage pregnancy rate fejn hemm livelli baxxi ta' edukazzjoni u problem solving skills.", "Ma rridux nistigmatizzaw, imma ħafna studji juruna li meta għandek adoloxxenti ġejjin minn familja b'ġenitur wieħed, aktar għandek probabilità li l-adoloxxenti jkollhom an earlier sexual debut.", "Ovvjament mhux kulħadd l-istess imma għandek dik il-probabilità.", "Għandek ukoll l-attitudni tal-ġenituri.", "Jekk l-attitudni tagħhom hija waħda permessiva, ovvjament il-probabilità se tkun li se jkollok an earlier intercourse u li tkun vittma ta' trawma.", "Fil-kuntest Malti għandna biżżejjed evidenza li turi li l-esperimentazzjoni u s-sess fiż-żgħażagħ tibda qabel l-età ta' 18-il sena.", "Għandi tabella li d-data tagħha nġabret fl-2009 imma kienet ġiet ippubblikata fl-2013.", "Jekk tħarsu lejn it-tielet kolonna tagħha taraw li Malta għandha the highest rates of teenage pregnancies fl-Unjoni Ewropea minkejja li għandna l-ogħla età f'dik li għandha x'taqsam mal-age of consent.", "Din ir-riċerka hija wkoll in line mal-findings tal-European Pre-Natal Health Report tal-2010.", "B'mod konsistenti r-riċerka turina li f'Malta għandna waħda mill-ogħla rati ta' teenage pregnancies.", "Għalkemm l-età tal-age of sexual consent kienet inizjalment biex tipproteġi liż-żgħażagħ, naħseb li l-istess age of sexual consent tista' tkun qiegħda tikkriminalizza l-istess żgħażagħ taħt dawn il-liġijiet.", "Concern oħra li għandi hi li llum iż-żgħażagħ għandhom għażliet differenti kif jgħixu l-ħajja tagħhom u hija differenti ħafna minn dik tal-ġenituri tagħhom u tal-ġenerazzjonijiet ta' qabilhom.", "Fil-fatt illum iż-żmien tad-dating twal u l-average age ta' nies li qegħdin jiżżewġu niżlet.", "Allura din kif qiegħda tiġi riflessa fil-liġi, meta taħt it-18-il sena tista' tiżżewweġ imma ma tistax tagħmel is-sess?!", "Bħala rakkomandazzjoni jiena ngħid li l-age of sexual consent għandha tipproteġi lil dawk in-nies li huma vulnerabbli, partikolarment lit-tfal, iżda għandha wkoll tirrifletti fuq il-kriminalizzazzjoni tat-teen sex.", "Li t-teen sex ġie kkriminalizzat naraha problema għax din tista' tirriżulta fil-prosekuzzjoni ta' żgħażagħ ta' 17, 18 u 19-il sena.", "Jinkwetawni ħafna każijiet li niltaqgħu magħhom fil-media, fejn għandek koppja li qed joħorġu flimkien u għalkemm bejniethom hemm close age proximity, jista' jkun li parti jew oħra tiġi akkużata li qed tagħmel att kriminali avolja bejn il-koppja jkun hemm biss ftit xhur jew ftit snin differenza.", "Jiena, bħala terapista, ninkwieta meta nara każ ta' tfalja ta' 16-il sena li għandha relazzjoni ma' xi ħadd ta' 20 sena.", "Naqbel mal-mistiedna ta' qabli u hawnhekk nikkwota minn riċerka li ssemmiet fuq il-Kanada, li meta waslu biex ineħħu l-age of sexual consent u jekk għandux ikun hemm qafas legali biex jekk żagħżugħa jkollha relazzjoni ma' persuna li hija ħafna ikbar minnha, tkompli tħares lil dik iż-żagħżugħa vulnerabbli li għandha 16-il sena, għax hemmhekk hemm sitwazzjoni differenti ħafna.", "Rakkomandazzjoni oħra tiegħi hija li nkomplu x-xogħol tajjeb ħafna li qed isir fuq il-public health agenda u nipprijoritizzaw is-sexual and reproductive health.", "Għalija din għandha tkun prijorità, speċjalment dawk l-adoloxxenti li jgħixu f'single parent households, fejn m'hemmx parental monitoring u fejn il-parents huma fl-low socio-economic status.", "Importanti li nagħtu s-sapport lill-parents through parental skills peress li jkollhom bżonn dawn l-iskills.", "Kultant is-suġġett tas-sess huwa diffiċli għall-ġenituri biex jiddiskutuh.", "Jista' ikun hemm issues psikoloġiċi li jkunu problema għalihom ukoll u allura dan se jirrifletti fuq il-mod ta' kif se titratta s-suġġett maż-żgħażagħ tagħhom.", "L-aħħar punt tiegħi hu li għandna nagħmlu riċerka fil-kuntest Malti vis-à-vis the sexual and reproductive health u għandna niddentifikaw areas li nistgħu nkomplu nsaħħuhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Rigward it-tabella li wrejtna hawnhekk, inti qiegħda titkellem fuq teenage live births.", "Kif qabbiltha mal-pajjiżi l-oħra?", "AMANDA GRECH: Jekk tara d-Danimarka ssib li hemm 1.5% among all live births.", "DEO DEBATTISTA: Imma live births, imma dawk għandhom l-abort filwaqt li aħna m'għandniex!", "DEO DEBATTISTA: Mhux bilfors Malta jkollha iktar live births?", "GODFREY FARRUGIA: Mill-esperjenza li għandi bħala tabib, l-ammont ta' Maltin ta' taħt l-età ta' 18-il sena, li jmorru barra minn Malta f'postijiet regolarizzati sabiex jagħmlu l-abort hija xi ħaġa li twaħħax!", "DEO DEBATTISTA: Bejn wieħed u ieħor ikollna 600 fis-sena.", "Imma ma tistax tgħid li għax għandna age of consent għolja għandna pregnancy rate akbar!", "Hija konklużjoni ħażina li tgħid li għandna aktar pregnancies għax tieħu n-numru ta' live births.", "Bħala rata, il-live births tad-Danimarka huma inqas minn tagħna, imma huma għandhom l-abort mentri aħna m'għandniex.", "AMANDA GRECH: Ma tistax tikkompara like with like għax f'Malta m'għandniex abort, imma r-rata ta' teenage pregnancies xorta huma għoljin.", "DEO DEBATTISTA: Imma hawnhekk inti qiegħda tara live births u teenage pregnancies mentri dawn qed iqabblu live births ma' live births.", "AMANDA GRECH: Qed jassumu wkoll li f'Malta ma jsirx abort, għalhekk hemm imniżżel not available.", "Għax ilkoll kemm aħna nafu li għall-abort imorru barra mill-pajjiż.", "Pereżempju huwa ddokumentat li fir-Renju Unit jsiru 61 abort fis-sena fuq nisa Maltin.", "AMANDA GRECH: Jiġifieri t-twelid xorta qiegħed juri li huwa għoli, għaliex jekk qegħdin ngħidu li Malta ...", "DEO DEBATTISTA: Dak imbagħad huwa abort in ġenerali, jiġifieri mhux qed nieħdu min qed jagħmel l-abort bħala age, bħala li jsir fuq it-teenagers.", "AMANDA GRECH: Huwa punt, imma xorta nara li hemm rata għolja ta' teenage pregnancies.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Bħala konklużjoni qed tgħid li jekk fil-liġi titnaqqas l-age of sexual consent, mhux se tagħmel differenza fuq is-saħħa taż-żgħażagħ u lanqas mhu se tnaqqas mill-infezzjonijiet .… Ma nafx jekk hux qed nispjega ruħi tajjeb!", "AMANDA GRECH: Naħseb li qed nifhem xi trid tgħid.", "Il-punt tiegħi hu li tista' taħdem bil-kontra u allura l-età tal-kunsens jekk tkun ta' 18-il sena tista' tkun ta' barrier.", "Aħna ħafna drabi nitkellmu fuq x'iwassal lin-nies biex imorru għall-għajnuna u nitkellmu fuq dipressjoni u fuq ansjetà, li huma kollha punti importanti, imma ma tantx nirriċerkaw x'inhu jżomm lin-nies milli jmorru għall-għajnuna.", "Jekk issa naraw li hemm żgħażagħ ta' 16-il sena li qed ikunu attivi sesswalment u mhux qed imorru jfittxu l-għajnuna, jista' ikun għax hemm dan il-barrier.", "U dawn qegħdin jiżdiedu.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri meta saru l-interviews ma' dawn iż-żgħażagħ, il-liġi ssemmiet?", "Huma konxji li hemm liġi għax mill-esperjenza tiegħi lanqas biss għandhom idea!", "AMANDA GRECH: Mill-esperjenza tiegħi, meta l-adoloxxenti jiġu biex jagħmlu l-att sesswali mhux se jagħtu kas tal-liġi.", "Jista' jkun li jagħtu kas, meta jiġu biex imorru għall-għajnuna u jitolbuhom biex jieħdu l-ġenituri magħhom, u f'dak il-kas ma jmorru xejn.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iktar qabel tkellimna fuq pariri li ngħataw mill-GU Clinic.", "Aħna sibna t-transcript ta' meta s-Sinj.", "Joanne Farrugia mis-Sexual Health Promotion Unit kienet ġiet fil-laqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici, kienet staqsietha \"Jekk jien tfajla ta' 16-il sena u kelli kuntatt sesswali ma' xi ħadd, jekk immur il-GU Clinic se jkolli bżonn il-kunsens tal-ġenituri tiegħi?\"", "Joanne Farrugia rrisponditha: \"Le, m'għandekx bżonn kunsens tal-ġenituri tiegħek, m'għandhom l-ebda dritt li jkunu jafu fuqek u r-riżultati li kellek.\"", "Dr Charmaine Gauci kienet preżenti wkoll għal dik il-laqgħa u qaltilna bħalma qalet is-Sinj.", "Farrugia u kompliet tgħid li dik id-deċiżjoni nqatgħet mill-Kunsill Mediku għax hemm l-obbligu li tipproteġi lill-persuna li għandek quddiemek.", "Issa jekk il-pożizzjoni hijiex hekk jew le ma nafx, imma dawn l-uffiċjali, it-tnejn jaħdmu hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-aħħar mistoqsija mill-Onor.", "Godfrey Farrugia ħalli ngħaddu għat-tielet mistieden tal-lejla.", "GODFREY FARRUGIA: Il-fatt li żewġ żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena jkollhom relazzjoni intima u jkunu qegħdin jaħbu dik ir-relazzjoni mill-ġenituri tagħhom, hemm xi riċerka li tissusstanzja li dik l-esperjenza fil-fatt tista' taffettwa lil dawn iż-żgħażagħ b'mod psikoloġiku?", "AMANDA GRECH: Jiddependi b'liema mod taffettwahom psikoloġikament għax di natura ż-żgħażagħ jibdew jaħbu.", "Jiġifieri tkun xi tkun l-age of sexual consent, mill-esperjenza tiegħi xorta nimmaġina li ż-żgħażagħ se jaħbu mill-ġenituri tagħhom għax huwa bżonn naturali għalihom li jkollhom area privata.", "Jista' jkun li jekk fil-familja l-kultura tas-sess hija pjuttost taboo, allura dawn aktar se jaħbu u meta jkun hemm xi problema, speċjalment jekk jiġu biex ifittxu l-għajnuna, mhux se jsibu l-appoġġ.", "U huwa proprju hemmhekk fejn nara li se jkollna l-problemi.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk m'iniex sejjer żball ir-riċerka turi wkoll li tfajla timmatura aktar malajr minn ġuvni, kemm psycho-physical u kemm psycho-sexual.", "U mhux hekk biss.", "It-trend turi li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar dan il-kambjament ta' maturazzjoni qiegħed isir b'rata mgħaġġla, fis-sens li jekk qabel kienet ta' ċerta età, din qiegħda tiġi aktar kmieni minħabba l-influwenza tal-media, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: Taqbel li n-nisa jimmaturaw aktar qabel mill-irġiel?", "AMANDA GRECH: Iva, hemm gender differences fl-iżvilupp, anke dik psikoloġiku, fejn in-nisa jiżviluppaw qabel l-irġiel.", "THE CHAIRPERSON: Ms. Grech grazzi ħafna tal-kontribut tiegħek u nista' ngħid li kien kontribut utli ħafna għalina.", "Insejjaħ issa lil Dr Vincent Galea, avukat, sabiex jagħtina l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-età tal-kunsens sesswali.", "DR VINCENT GALEA (Avukat): L-artikolu 188 tal-Kodiċi Ċivili jistabilixxi li \"wieħed isir tal-età meta jagħlaq it-18-il sena\".", "Mela dan neċessarjament ifisser li kull min għandu inqas minn 18-il sena huwa f'għajnejn il-liġi meqjus bħala minuri.", "Is-subartikolu 1 tal-artikolu 3 tal-Att dwar iż-Żwieġ u ċjoè Kapitolu 255 tal-Liġijiet ta' Malta jgħid li", "\"żwieġ li jsir bejn persuni li waħda minnhom tkun taħt l-età ta' 16-il sena jkun null\".", "Dan ma jfissirx awtomatikament li persuna li tagħlaq is-16-il sena tista' taqbad u tiżżewweġ kif ġieb u laħaq!", "Fl-istess artikolu tal-liġi nsibu li", "\"persuna li tkun għadha taħt l-awtorità ta' ġenitur jew tutur ma tistax validament tidħol fi żwieġ mingħajr il-kunsens ta' min ikun qiegħed iwettaq dik l-awtorità jew tat-tutur..\"", "Jekk imbagħad dak il-kunsens ma jingħatax, il-minuri - \" jekk tintwera kawża ġusta xorta waħda\" - jista' jitlob lill-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja, sabiex tkun il-Qorti li tagħti tali kunsens.", "Xorta jibqa' l-fatt li legalment persuna tista' tiżżewweġ meta tkun għalqet is-16-il sena.", "Bl-introduzzjoni tal-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili, Kapitolu 530, jingħad li;", "\"Il-persuni kollha li jissodisfaw l-obbligi meħtieġa biex jidħlu fi żwieġ skont l-Att – u hawnhekk il-liġi qiegħda tirreferi għall-Att dwar iż-Żwieġ – jistgħu jirreġistraw is-sħubija tagħhom bħala Unjoni Ċivili.\"", "Dan ifisser li żewġ persuni tal-istess sess jew ta' sess differenti jistgħu jirreġistraw is-sħubija tagħhom bħala Unjoni Ċivili taħt dan l-aħħar imsemmi Att.", "Kif diġà spjegajt, f'għajnejn il-liġi persuna ta' 16-il sena hija meqjusa minorenni.", "U hawnhekk jibdew il-problemi għaliex għandek liġi li tista' tgħidlek li bniedem ta' 16-il sena jista' jiżżewweġ imma ovvjament wieħed se jiżżewweġ mhux biex joqgħod iħares lejn il-mara tiegħu għal sentejn, jew lejn is-sieħeb tiegħu f'każ tal-unjoni ċivili.", "Fis-subartikolu 1 tal-artikolu 204Ċ tal-Kodiċi Kriminali jingħad hekk;", "\"Kull min jipparteċipa f'attivitajiet sesswali ma' persuna ta' taħt l-età jista', meta jinstab ħati, jeħel priġunerija għal żmien mhux iżjed minn ħames snin, bir-reklużjoni jew mingħajrha.\".", "THE CHAIRPERSON: Allura din hija anomalija fil-liġi?", "DR VINCENT GALEA: Aktar milli anomalija jiena ngħid li xi kultant nirranġaw rokna mingħajr ma naraw il-kamra kollha.", "Jekk il-kamra hija roża, niżbogħ dik ir-rokna sewda u mbagħad ngħid li kullimkien kulur roża u nħalli kollox kif inhu!", "Dan l-artikolu tal-liġi, jiġifieri l-204Ċ, ġie miżjud bl-Att 31 tal-2007.", "Dan ifisser li qabel l-2007 ma kienx hemm artikolu speċifiku li jgħidlek li min jipparteċipa f'attivitajiet sesswali ma' persuna ta' taħt l-età jista' jeħel priġunerija.", "Fl-2007 il-massimu tal-piena kienet ta' sentejn u fl-2014 żdiedet għal ħames snin.", "Mela hawnhekk qed naraw ukoll żieda fil-piena min-naħa tal-leġislatur għax qed iqis li l-atttivitajiet ma' persuni ta' taħt l-età, huma kontra l-liġi.", "Hawnhekk qed naraw li persuna tista' legalment tiżżewweġ jew tirreġistra l-unjoni ċivili tagħha meta tagħlaq is-16-il sena, iżda mbagħad l-artikolu 204Ċ tal-Kodiċi Kriminali jgħidlek li ma jistax ikollok attività sesswali ma' persuna ta' taħt l-età.", "Għalhekk legalment jista' jkollok persuna li tkun għalqet it-18-il sena jew żewġ persuni li t-tnejn li huma jkunu għadhom taħt it-18-il sena li tkun jew ikunu qegħdin jiksru l-liġi minkejja li huma jistgħu legalment jiżżewġu jew jirreġistraw l-unjoni ċivili tagħhom.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Il-pieni jvarjaw skont l-età?", "Jiġifieri aktar ma tkun żgħira l-persuna, aktar togħla l-piena?", "DR VINCENT GALEA: Il-liġi penali ssemmilek etajiet, pereżempju ssemmilek l-età ta' 12-il sena.", "Issa jekk ikun hemm persuna ta' 12-il sena, il-piena se tiżdied, imma l-liġi, meta tgħidlek persuna taħt l-età, ma tgħidlekx ta' 16-il sena jew ta' 18-il sena.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiġifieri jekk persuna ta' 20 sena jkollha relazzjoni ma' persuna ta' disa' snin u xi ħadd ta' 14 jkollu relazzjoni ma' ta' 16-il sena ma tagħmilx differenza?", "DR VINCENT GALEA: Le, f'għajnejn il-liġi ma tagħmilx differenza għax xorta huwa taħt l-età.", "Jista' jkun li jkun hemm ċirkostanzi aggravanti, jiġifieri jekk pereżempju jsir att sesswali ma' persuna li għandha inqas minn 12-il sena.", "Issa jekk għas-saħħa tal-argument ikun hemm stupru, dak l-istupru jiġi stupru vjolenti għax tiżdied iktar il-gravità.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri biex tiżżewweġ, ma tridx il-kunsens tal-ġenituri?", "DR VINCENT GALEA: Taħt it-18-il sena trid il-kunsens tal-ġenituri.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri tnejn ta' 16-il sena ma jistgħux jiltaqgħu u jgħidu li jridu jiżżewwġu?", "DR VINCENT GALEA: Mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom ma jistgħux.", "Jekk il-ġenituri jkunu qegħdin iżommu l-kunsens tagħhom mingħajr ebda raġuni, dawn jistgħu jmorru l-Qorti u jġibu l-kunsens mingħand l-Imħallef.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiġifieri dan il-kunsens ma jingħatax fuq kollox?", "Jagħtuhom il-kunsens biex jiżżewwġu imbagħad ma jagħtuhomx il-kunsens biex ikollhom attività sesswali?", "DR VINCENT GALEA: Ladarba persuna tiżżewweġ, il-kunsens tal-ġenituri jispiċċa.", "Imma l-liġi xorta tgħidlek li ma tistax tagħmel attività sesswali ma' persuna taħt l-età.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li mistoqsija li toħroġ għal dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Agius Decelis, hi li għalkemm ġenitur jista' jagħti l-kunsens biex binhom jew binthom ta' 16-il sena jiżżewweġ, fil-liġi m'hemm xejn x'jgħid li ġenitur jista' jagħti kunsens biex dak iż-żagħżugħ ikollu x'jaqsam ma' xi ħadd.", "DR VINCENT GALEA: Se nispjega din is-sitwazzjoni biex inwieġeb għal din il-mistoqsija.", "Fil-Kodiċi Penali nsibu - biex il-ħajja tal-avukati tkompli tikkomplika aktar - l-artikolu 542 li jitkellem dwar min jista' jagħmel kwerela.", "Jekk raġel jiżżewweġ lil mara ta' 16-il sena bil-kunsens tal-ġenituri, eċċ., jekk ikun hemm att sesswali bejniethom irid ikun hemm dik li ngħidulha kwerela u jistgħu jagħmlu kwerela l-axxendenti għad-dixxendenti.", "Jekk jien għandi 18-il sena u żżewwiġt waħda ta' 16-il sena, jista' ikun li l-ġenituri ta' marti jagħmlu kwerela kontrija biex jien nittieħed il-Qorti talli għamilt attività sesswali ma' binthom.", "Veru meta mbagħad titressaq il-Qorti, the injured party li se tkun marti tista' tgħid lill-Qorti li hi ma tridx din il-kwerela, imma hemmhekk qiegħda.", "L-axxendenti jistgħu jkunu wkoll nanniet.", "Jiġifieri jekk ommi u missieri tawni l-kunsens biex niżżewweġ, u allura kif qed tgħid inti, impliċitament qed jagħtu l-kunsens tagħhom - għalkemm ma jistgħux - biex ikolli relazzjonijiet intimi u sesswali, jista' ikun li n-nanniet tiegħi, li huma l-axxendenti, jagħmlu kwerela huma għax ma jkunux taw dak il-kunsens.", "U allura fil-liġi hemm dawn l-affarijiet kollha meta wieħed jiġi biex jara l-kwestjoni tal-età tal-kunsens sesswali.", "THE CHAIRPERSON: Jekk pereżempju xi ħadd jiżżewweġ ta' 16-il sena li jkun ġab il-kunsens tal-ġenituri tiegħu jew tan-nanniet tiegħu …", "DR VINCENT GALEA: Le, bis-setgħa tal-ġenituri.", "THE CHAIRPERSON: Jew tal-kuraturi tiegħu.", "DR VINCENT GALEA: Imma s-setgħa tal-ġenituri tispiċċa maż-żwieġ.", "U l-kwerela, talli r-raġel qiegħed ikollu x'jaqsam ma' martu li għandha 16-il sena, tista' issir mill-ġenituri tagħha jew min-nanniet jew minn kull axxendent ieħor.", "Jiġifieri m'hemmx bżonn tal-kunsens mingħand in-nanniet biex niżżewweġ.", "THE CHAIRPERSON: Jekk pereżempju jgħaddu ħames snin u dak li jkun iħoss li ż-żwieġ tiegħu mhux qed jaħdem, il-fatt li l-kunsens ma kienx tiegħek imma kien tal-ġenituri tiegħek ...", "DR VINCENT GALEA: Il-kunsens biex tiżżewweġ, huwa tiegħek.", "Il-ġenituri jkunu tawk id-dritt li tista' tiżżewweġ qabel ma tagħlaq it-18-il sena.", "Ladarba tiżżewweġ, is-setgħa tal-ġenituri tispiċċa, jiġifieri huma jkunu qed jagħtuk il-fakultà li tiżżewweġ, imma l-kunsens biex tiżżewweġ, inti qed tagħtih.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Nixtieq nagħmel mistoqsija sempliċi; fil-prattika kemm-il darba jiġru dawn l-affarijiet?", "DR VINCENT GALEA: Għalkemm mhumiex frekwenti imma xorta waħda jseħħu.", "U fl-aħħar mill-aħħar il-pulizija kull ma jridu jaraw huwa li l-persuna li qed tagħmel il-kwerela hija l-axxendent.", "Il-pulizija mhux se jmur jistaqsi lill-mara jekk tridx tmexxi b'dik il-kwerela.", "Dik imbagħad tiġri wara, hekk kif jiġu biex jidhru quddiem il-Qorti u l-Maġistrat jistaqsiha xi trid tagħmel.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kellna każijiet – correct me if I'm wrong – fejn koppja, b'parti waħda tkun minuri u dawn kellhom x'jaqsmu sesswalment, ipproċedew il-ġenituri tat-tfajla u r-raġel xorta waħda weħel avolja żżewweġ lit-tfajla wara.", "DR VINCENT GALEA: Hekk hu għax il-liġi tipprovdilek dak ukoll.", "Dan huwa każ tipiku fejn il-liġi m'għandhiex armonija ma' liġi oħra.", "Il-Liġi Ċivili tippermetti ż-żwieġ bejn il-minuri imma l-liġi penali ma tippermettix li dawn jagħmlu atti sesswali minkejja li jkunu miżżewġin.", "Qabel l-introduzzjoni tal-artikolu 204Ċ tal-Kodiċi Kriminali li jitkellem dwar \"attivitajiet sesswali\" kien hemm, u għad hemm, artikoli ta' liġi oħra li jitkellmu dwar il-konsegwenzi ta' atti sesswali ma' minuri jew persuni taħt l-età.", "Il-Kodiċi Kriminali jsemmi pereżempju l-korruzzjoni tal-minorenni jew inkella l-attentat għall-pudur.", "Is-subartikolu 1 tal-artikolu 203 tal-Kodiċi Kriminali li jitkellem dwar il-korruzzjoni tal-minorenni jgħid:", "\"Kull min, b'għemil żieni, jikkorrompi persuna ta' taħt l-età, tas-sess il-wieħed jew l-ieħor.\"", "U l-artikolu 207 tal-Kodiċi Kriminali jgħid hekk:", "\"Kull min jinstab ħati ta' attentat vjolenti għall-pudur li, fih innifsu, ma jkunx jikkostitwixxi wieħed mid-delitti kkonsmat jew attentat, imsemmijin fl-artikoli ta' qabel ta' dan is-sub-titolu.\".", "Għar-rigward tal-artikolu 203 tal-Kodiċi Kriminali, il-Qrati tagħna dejjem kien ikollhom jidħlu fid-definizzjoni ta' x'inhu att żieni u wara li jiġi stabbilit jekk l-att li twettaq kienx wieħed żieni jew le, jew jekk tali att kienx ikkorrompa lill-persuna taħt l-età.", "Din hija xi ħaġa li nitgħallmu aħna fil-kors tal-liġi u fi żmienna kienet togħġobna, u hawnhekk qiegħed nitkellem fuq il bacio violente.", "Jiġifieri maż-żmien, il bacio violente ma baqax jitqies aktar bħala vjolenti.", "Li qed ngħid hu, li fejn il-liġi dak iż-żmien kienet tissodisfa ċertu rekwiżiti, illum il-ġurnata bil-progress li qed isir, anke bid-deċiżjonijiet mill-Qrati tagħna, sar progress ukoll għar-rigward tal-interpretazzjoni ta' ċerti materji sesswali.", "Attentat għall-pudur tfisser pereżempju meta jkollok persuna li turi ritratti pornografiċi lil minuri u li allura joffendi s-sens tad-diċenza tagħhom.", "Fil-Kodiċi Kriminali hemm diversi liġijiet imma sal-2002 kien hemm biss ftit artikoli li jirrigwardaw il-minuri u l-abbuż fuqhom, imma mill-2005 daħlu ħafna aktar liġijiet f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRPERSON: Jekk l-età tal-kunsens sesswali tonqos, il-fatt li l-liġi tqis li l-età ta' 18-il sena bħala maġġorenni u minorenni, ma tiġix affettwata?", "Bħalma nimmaġina li ma tiġix affettwata l-età li tista' issuq karozza skont il-Vehicle Regulations Act.", "Imma importanti għax anke kien wieħed mis-suġġerimenti tiegħi, li nixtieq li jsir anke f'ċerti artikoli tal-liġi biex ikun hemm ċarezza.", "Għax bħalissa x'inhu jiġri?", "Meta inti tiftaħ kawża u l-pulizija tressaq individwu quddiem il-Qorti, meta l-Maġistrat ikollu diskrezzjoni biex jinterpreta hu l-liġi għax ma jkunx hemm parametri stretti fiha dik il-liġi, ħafna drabi l-liġi jkollha interpretazzjoni soġġettiva tal-Maġistrat.", "U allura dak li għall-Maġistrat jitqies bħala morali, għalija jista' jkun normali u din narawha sseħħ.", "Anke meta wieħed jiġi biex jara jekk hijiex se ssir din tar-riduzzjoni tal-età, irid jieħu in konsiderazzjoni dawn il-fatturi għax ma tistax tħalli materja sensittiva bħal din, li tikkonċerna l-moralità, lill-persuna b'deċiżjoni soġġettiva.", "Hawnhekk trid tkun oġġettiv.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk dan il-Parlament jiddeċiedi li jniżżel l-età tal-kunsens għal 16-il sena, liġijiet oħrajn bħal dik tal-pedofelija hemmx neċessita jew diskrezzjoni li jinbidlu wkoll?", "THE CHAIRPERSON: Hemm ripple effect fuq liġijiet oħrajn?", "DR VINCENT GALEA: Iva, dejjem se jkollok dan l-effett.", "Kull comma li tbiddel mil-liġi, se taffettwa xi liġi oħra.", "Fil-fatt għalhekk l-ewwel għedt li tiżbogħ rokna sewda mentri l-kamra kollha hija miżbugħa roża.", "Ma tindunax li l-kamra roża, u meta tiżbogħ dik ir-rokna sewda u tmur tara kif ġiet, tirrealizza li l-kamra kollha kienet roża.", "Sfortunatament dawn l-affarijiet jiġru xi kultant.", "Pereżempju l-artikolu 197 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar il-prostituzzjoni ta' dixxendent taħt l-età jew inkella dwar il-prostituzzjoni tal-mara jew tar-raġel li jkunu taħt l-età.", "L-artikolu 199 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar serq ta' persuna ta' taħt l-età bil-ħsieb li jabbuża minnha jew biex jiżżewwiġha.", "L-artikolu 201 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar l-istupru u jekk dan isir fuq persuna taħt l-età ta' 12-il sena, jitqies bħala vjolenti.", "L-artikoli 203 u 203A tal-Kodiċi Kriminali jitkellmu dwar il-korruzzjoni ta' persuna ta' taħt l-età.", "L-artikolu 204 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar tħajjir għall-prostituzzjoni jew għall-korruzzjoni ta' minorenni.", "L-artikolu 204A tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar it-tħajjir ta' persuna taħt l-età għall-pornografija.", "F'dan il-każ però, it-tħajjir irid ikun akkumpanjat minn vjolenza, theddid, sfurzar, forza jew inkella li t-tħajjir ikun għal skop ta' qligħ jew ksib ta' benefiċċju.", "Biex nasal għall-punt li kienet qiegħda tagħmel l-Onor.", "Schembri, meta wieħed jgħid li se nirriduċi l-età minn 18 għal 16-il sena, wieħed irid jara mbagħad il-liġi jekk hijiex se tiġi affettwata rigward raġel li jagħmel atti sesswali ma' martu li hija taħt it-18-il sena, u li allura jekk dan l-att hux se jiġi meqjus bħala pedofelija.", "Jekk il-mara, għas-saħħa tal-argument, tibgħat ritratt jew tiġbed video tagħha bil-mobile waqt attività sesswali, dak għandux jammonta għall-pornografija tat-tfal?", "THE CHAIRPERSON: Barra minn Malta x'jagħmlu jekk għandhom l-age of consent tagħhom ta' 14-il sena?", "DR VINCENT GALEA: Se nasal għaliha u se nsemmi l-Kanada wkoll la ssemma' dan il-pajjiż.", "L-artikolu 204D jitkellem dwar attivitajiet sesswali llegali bħal pereżempju meta persuna ġġiegħel persuna ta' taħt l-età tipparteċipa f'attività sesswali ma' persuna oħra.", "L-artikolu 205 tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar persuni li jġiegħelu jew iħajru persuni taħt l-età għall-prostituzzjoni biex jissodisfa ż-żina ta' ħaddieħor.", "L-artikolu 207 jitkellem dwar l-attentat vjolenti għall-pudur.", "L-artikolu 208A tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar ritratti, films indiċenti, eċċ. ta' persuni taħt l-età.", "L-artikolu 208AA tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar tħajjir ta' persuni taħt l-età sabiex jiltaqgħu ma' persuna permezz ta' użi elettroniċi, u hawnhekk qed nirriferu għaċ-chatrooms, fejn il-Kodiċi Kriminali llum daħal ukoll f'dak l-aspett u l-artikolu 208AB jitkellem dwar reklamar ta' turiżmu sesswali.", "Hemm artikoli oħrajn, li huma kollha tekniċi, li jitkellmu wkoll dwar il-protezzjoni ta' minuri li, fil-fehma tiegħi, jeħtieġu jiġu emendati u aġġornati għaż-żmenijiet tal-lum u sabiex ma jitħalliex dubju dwar l-interpretazzjoni tagħhom.", "F'ġuriżdizzjoni esteri nsibu li l-leġiżlatur, għalkemm ikun naqqas l-età tal-kunsens għall-attivitajiet sesswali, xorta waħda jkun għamel leġiżlazzjoni biex jipproteġi lill-minuri.", "Bħala eżempju hemm dak li jissejjaħ close-in-age exemptions, jiġifieri għalkemm għandek l-età ta' 16-il sena bħala l-età li fiha persuna tista' tagħti l-kunsens tagħha għal atti sesswali, x'jiġri imma meta jkun hemm minuri ta' 15-il sena li tipparteċipa f'atti sesswali mal-boyfriend tagħha li jkollu aktar minn 16-il sena?", "Il-Kanada toffri eżenzjoni minn proċeduri penali meta jkun hemm ċerta age difference close-in-age exemption.", "Dan ifisser li meta jkollok sess ma' minuri li għandu 14 jew 15-il sena huwa permessibbli jekk is-sieħeb fl-attività sesswali ma jkollux aktar minn ħames snin differenza fl-età.", "Sess ma' minuri li għandu jew għandha 12 jew 13-il sena huwa permessibbli jekk is-sieħeb fl-attività sesswali ma jkollux aktar minn sentejn differenza fl-età.", "Jekk hijiex kwestjoni ta' diskriminazzjoni jew le, naħseb huwa dibattitu enormi għax il-liġi tgħid li jekk hemm ġuvni ta' 12-il sena u tfajla ta' 14-il sena, jew viċi versa, u dawn għamlu atti sesswali, huma jitqiesu bħala eżentati mil-liġi.", "L-age of consent huwa ta' 16-il sena, imma jekk ma jkunx hemm dak id-distakk, allura jitqies bħala permessibbli.", "Issa jekk ikun hemm blanket provision li l-age of consent se tkun ta' 16-il sena, allura ma jkun hemm xejn illegali li persuna ta' 45 sena jkollha x'taqsam ma' tfajla ta' 16-il sena jew viċi versa.", "Għalhekk huma jipprovaw inaqqsu l-kwestjoni tal-vulnerabilità tal-adoloxxenti u anke tal-iżvilupp psikoloġiku tagħhom.", "Jiġifieri mod għandek żewġ persuni ta' 12 jew 14-il sena li għandhom l-istess żvilupp u mod ieħor għandek persuna ta' 45 sena ma' ġuvni jew xebba ta' 16-il sena.", "Pereżempju nsibu pajjiżi fejn is-sess ma' minorenni ma jkunx punibbli jekk iż-żewġ persuni jkunu ta' età simili u żvilupp.", "Jekk tfajla, tkun aktar matura minn raġel, u t-tfajla jkollha 16 jew 17-il sena u l-ġuvni jkollu 15-il sena, dawn għandhom età simili għax sentejn differenza wieħed jista' jeħodha bħala simili, u allura anke l-iżvilupp huwa l-istess, mela f'dak il-każ ma tkunx punibbli.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli niddevja ftit mis-suġġett.", "Jekk xi ħadd għandu 'l fuq minn 18-il sena imma għandu diżabilità mentali, jista' jkollu kunsens jew inkella dak il-kunsens irid jingħata mingħand xi ħadd ieħor?", "DR VINCENT GALEA: Dak jikkwalifika bħala persuna vulnerabbli u allura l-liġi tipproteġih.", "Ma jfissirx li jekk inniżżlu l-età tal-kunsens sesswali għal 16-il sena, mela mhux se jibqgħu aktar vulnerabbli.", "Fil-fatt il-liġi tgħid li jekk persuna li għandha aktar minn 18-il sena u tkun tissodisfa ċerti rekwiżiti, titqies bħala persuna vulnerabbli.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi ċirkostanzi fejn persuna li jkollha aktar minn 18-il sena u tiġi interdettata jistgħu jneħħulha wkoll id-dritt tal-kunsens sesswali?", "DR VINCENT GALEA: L-interdizzjoni ma jneħħilekx id-dritt li tagħmel atti sesswali.", "Tneħħilek id-dritt tal-vot imma d-dritt li tagħmel atti sesswali ma tneħħihulekx.", "THE CHAIRPERSON: Allura persuna b'diżabilità mentali tista' tiġi f'sitwazzjoni bħal meta għandek xi ħadd ta' 16-il sena ...", "DR VINCENT GALEA: Jekk hu jitqies bħala persuna vulnerabbli, jista' jkollu 50 sena għax xorta waħda se jitqies bħala persuna vulnerabbli.", "U hemm il-liġijiet li semmejna, li jipproteġuh.", "Mela anke jekk l-età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena, xorta se jibqa' f'pożizzjoni ta' vulnerabilità.", "THE CHAIRPERSON: Jekk individwu jieħu sehem f'atti sesswali ma' persuna ta' 50 sena li għandha diżabilità, dan ma jistax jinġieb l-argument kontrih li huwa kiser il-liġi għax ma ngħatax il-kunsens?", "DR VINCENT GALEA: Imma jista' jkun li jkun hemm difiżi oħrajn, għax jekk il-persuna li għandha 50 sena għandha ċerta diffikultajiet, ma kenitx taf x'inhi tagħmel jekk marret ma xi ħadd ta' 16-il sena.", "Imma dawk huma difiżi li jeżistu fil-Kodiċi Kriminali għall-persuni li jkollhom id-diffikultajiet tagħhom.", "F'pajjiżi oħra nsibu li l-età tal-kunsens hi ta' 18-il sena, iżda mbagħad, persuna li jkollha 16 jew 17-il sena tista' tieħu sehem f'attivitajiet sesswali taħt kondizzjoni li l-parti l-oħra ma jkollhiex aktar minn ċertu età.", "Għandna mbagħad il-position of trust jew il-position of authority.", "Il-liġi tispeċifika xi tkun din il-position of trust u għandek pereżempju għalliem u student.", "L-età tal-kunsens f'ċerti pajjiżi, meta jkollok dawn il-position of trusts, tiżdied u mhux tonqos.", "Jekk ikollok għalliem ta' 18-il sena u studenta ta' 16-il sena, jekk se tonqos l-età tal-kunsens għall-atti sesswali, ma jkun hemm xejn illegali li jiġri hekk, imma fir-Renju Unit qalu li f'dak il-każ l-età għandha tiżdied għal sentejn, u allura minn 16 titla' għal 18-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Dr Galea, nitolbok biex tibda tikkonkludi ħalli ngħaddu għall-mistieden li jmiss.", "DR VINCENT GALEA: Hemm imbagħad il-kwestjoni tal-pornografija, dik li għedna li persuna ta' 16-il sena tista' tagħmel atti sesswali imma peress li din tkun minorenni, allura jista' ikun li jkollok pornografija tat-tfal.", "Tkellimna wkoll dwar l-armonija bejn liġi u oħra, pereżempju l-Liġi Ċivili u l-Liġi Penali u jekk hemm bżonn li tiġi indikata età f'artikolu partikolari tal-liġi, dik l-età tiġi hekk indikata.", "L-istess ħaġa jekk ikun hemm bżonn li tiġi indikata x'tip ta' attività sesswali għandha tkun permessibbli, din għandha hekk tiġi indikata.", "Pereżempju f'liġijiet esteri jingħad li ċerta attività sesswali biss tista' titwettaq mentri attività sesswali oħra hija prekluża qabel ma jkollok 18 jew 21 sena.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta qegħdin insemmu dawn il-liġijiet li jagħmlu distinzjoni bejn attivitajiet sesswali fejn pereżempju s-sodomija ma tkunx permessibbli imma atti sesswali oħra jkunu, jekk jidħlu liġijiet bħal dawn, jiena qed nassumi li b'liġijiet oħra li għandna fuq l-ugwaljanza, eċċ., jista' ikun hemm problema fejn jidħlu l-gay rights, eċċ. Jekk inħarsu lejn pajjiżi barra minn Malta, fejn hemm dawn id-distinzjonijiet, meta niġu biex nagħmlu l-liġijiet aħna, irridu naraw ukoll fl-ambitu ta' x'inhu permessibbli f'liġijiet oħrajn.", "Naħseb hemmhekk irridu nagħmlu din id-distinjoni.", "DR VINCENT GALEA: Hemm pajjiżi li minħabba raġunijiet ta' saħħa jew ta' xi mard ieħor, imma ma qgħadtx nidħol f'dan id-dettall għax dak huwa aspett mediku li jiena m'iniex kompetenti fih.", "Biex nagħlaq ngħid li dak li huwa importanti f'għajnejja hu li l-leġiżlatur ma jħallix lill-ġudikant juża l-kejl soġġettiv meta jiġi biex jiddeċiedi fuq il-każ li jkollu quddiemu.", "Hemm bżonn li jintuża kejl oġġettiv, fejn kulħadd ikun jaf il-leġiżlatur x'ried jgħid u mhux noqogħdu ngħidu għax persuna hija ta' ċerta trobbija, allura għandha moralità mod u persuna li għandha trobbija mod ieħor, għandha moralità mod ieħor.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fejn għandek il-pornografija, jekk inti tnaqqas l-età minn 18 għal 16-il sena, qiegħda nassumi li tista' tagħmel distinzjoni jew age specific clauses li fejn tidħol il-pornografija l-età tibqa' ta' 18-il sena biex il-persuni l-aktar vulnerabbli xorta jkunu protetti.", "DR VINCENT GALEA: Iva, tista' u ssir.", "Pereżempju jekk ikollok persuni li jridu jipparteċipaw f'attività sesswali li tiġi rrekordjata, u allura tiġi meqjusa bħala pornografija, fejn il-liġi tgħidlek li ma jistgħux jinġibdu filmati ta' dawk l-atti sesswali qabel ma jkollhom 18-il sena.", "Jiġifieri dik hija l-istess ħaġa li qiegħda tispjega b'mod tajjeb inti.", "GODFREY FARRUGIA: Mill-aspett legali nistgħu naqbdu t-transpożizzjoni tal-EU Directive 2010 u nniżżlu l-età?", "Aħna l-uniku pajjiż minn ftit pajjiżi fejn ma niżżilnihiex, mentri pajjiżi oħra, meta għamlu t-transpożizzjoni tal-EU Directive, li tniżżel l-età minn 18 - kif qiegħda f'Malta - għal 16 –il sena … Issa jien ma naqbilx mal-blanket statement imma naqbel mat-tier system, kif issuġġerejt inti stess.", "U allura b'dik l-emenda fil-liġi, b'legal notice nkunu nistgħu nagħmlu dan kollu b'mod legali?", "M'għandniex għalfejn nagħmlu att.", "Diġà jeżisti mekkaniżmu - wara naraw il-kunċett kollu edukattiv li rridu nibnu, fosthom naraw il-behavioural sciences, etc. – u allura rridu naqbdu l-EU Directive li għamilna transposition tagħha fl-2010, u minn 18-il sena nniżżluha għal 16-il sena, biex nuża numru arbitrarju.", "DR VINCENT GALEA: Mhux bilfors li fejn jidħlu ċerti aspetti penali, il-liġi Ewropea tkun tista' tirbaħ fuq il-liġi Maltija.", "Pereżempju jekk inti fil-liġi Maltija għandek projbizzjoni li tabortixxi, ma jfissirx li għax ikun hemm direttiva fl-Unjoni Ewropea li tista' tabortixxi, allura dik se tidħol fil-liġi Maltija.", "(Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: L-EU Directive tal-age of consent li daħlet fl-2010 - u li aħna ħallejniha ta' 18-il sena mentri pajjiżi oħra niżżluha għal kif dehrilhom huma - fl-2015 nistgħu nieħdu azzjoni biex inniżżlu l-età minn 18-il sena għal 16-il sena.", "Stajna għamilna hekk f'Jannar li għadda meta daħħalna l-emendi fil-Kodiċi Kriminali, f'item 66 fuq l-aġenda.", "Stajna bdilna l-istess emendi u daħħalna emenda tal-età dakinhar stess.", "Jiena qiegħed nagħti soluzzjoni oħra fejn nistgħu nagħmlu dan il-mekkaniżmu kollu imma hemm bżonn mill-behavioural sciences li nikkonsidraw l-affarijiet mill-aspett legali, fejn nużaw l-EU Directive biss li diġà daħħalna u nniżżlu l-età tal-age of consent.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk ikollok Parent Act li qiegħda tirriferi għall-age of consent f'dan il-każ, inti ma tagħmilx legal notice li tmur kontra dik il-Parent Act.", "GODFREY FARRUGIA: Ma nafx, imma forsi tkun tista' tibdel dik il-biċċa biss?", "DEBORAH SCHEMBRI: Biex tibdilha bilfors trid tgħaddi b'Att fil-Parlament u mhux b'legal notice.", "GODFREY FARRUGIA: Għandek raġun.", "DEBORAH SCHEMBRI: Li konna qegħdin niddiskutu hawnhekk hu, li jekk tibdel dik il-liġi, se jkun hemm riperkussjonijiet fuq liġijiet oħrajn, u li jekk ma tibdilhomx ukoll, se jkun hemm anomalija?", "Dak hu li xtaqna nkunu nafu mingħand Dr Galea.", "U ċjoè biex jekk aħna naslu li nniżżlu din l-età, inkunu konsapevoli li magħha hemm liġijiet oħrajn li rridu nirranġawhom ukoll għax inkella se nispiċċaw b'kamra roża b'rokna sewda.", "THE CHAIRPERSON: Dr Galea, nirringrazzjak tal-intervent tiegħek.", "Issa nistieden lill-aħħar mistieden tal-lum u ċjoè lil Mr George Buttigieg, Consultant Obstetrician and Gynaecologist.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, ippermettili nagħmel din il-point of information.", "Iċ-ċirkolari li semmejt tal-GU Clinic hija MC19/00.", "Sa Frar li għadda, meta mort jien stess u ċċekkjajt, din kienet il-prassi wżata.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ma nixtieqx li nerġgħu naqbdu fuqha din, imma jien ukoll tlabt ftit informazzjoni u naħseb li mhijiex daqshekk ċara.", "Għaldaqstant ikun tajjeb li niċċarawha għax l-informazzjoni li għandi jien hi, li taħt l-età ta' 18-il sena jistgħu jmorru għall-informazzjoni fil-GU Clinic.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li Mr Buttigieg ikun jista' jgħidilna aktar fuq din il-biċċa.", "MR GEORGE BUTTIGIEG (Consultant Obstetrician and Gynaecologist): Ħafna mill-punti li se nsemmi diġà issemmew imma se naqra malajr din il-paper u fejn tridu tistgħu twaqqfuni.", "\"Taħt l-artikolu 203, Kap. 9 tal-Kodiċi Kriminali Maltija l-età tal-kunsens għall-attività sesswali hija ta' 18-il sena.", "Ir-relazzjoni sesswali ma' persuna taħt it-18-il sena tikkostitwixxi att kriminali u l-pieni skont il-liġi iżidu fis-severità skont numru ta' ċirkostanzi speċifikati minn diversi artikoli tal-istess kapitlu.", "Pereżempju jekk l-età hijiex taħt it-12-il sena jew jekk min jagħmel l-att hux f'pożizzjoni ta' awtorità bħalma hu għalliem tal-iskola.", "Jekk l-età tal-kunsens titqabbel ma' ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, naraw li din l-età tvarja bejn 13 fi Spanja sa 18 f'Malta, it-Turkija u l-Vatikan.", "Il-parti kbira għandhom età ta' 18-il sena b'żewġ gruppi ftit iżgħar li għandhom 15 u 14-il sena rispettivament.", "Żewġ pajjiżi (Ċipru u l-Irlanda) jieħdu l-età ta' 17-il sena.", "L-argument lokali preżenti jiffoka fuq jekk l-età ta' 18 għandhiex titniżżel għal 16 u hemm numru ta' argumenti li jiffavorixxu dan il-pass.", "Pereżempju sitwazzjoni anomala hi li wieħed jista' jiżżewweġ ta' 16-il sena imma ma jistax ikollu relazzjoni sesswali jekk mhux miżżewweġ sakemm jagħlaq 18-il sena.", "Fiha nnifisha din tidher sitwazzjoni redikola, però hawnhekk jien nistaqsi: Jekk żwieġ taħt it-18-il sena huwiex ir-regola jew l-eċċezzjoni?", "U naħseb li hija eċċezzjoni rari, għalhekk dan l-argument pjuttost jisfuma fix-xejn.", "Infakkar hawnhekk li l-età ta' 18-il sena għall-kunsens sesswali hija wkoll konsonanti ma' numru ta' attivitajiet oħrajn: Irid ikollok 18-il sena biex ikollok liċenzja tas-sewqan, ukoll biex issuq low powered vehicles bħal moped jew quadbike, biex ikollok passaport tiegħek personali, biex ikollok permess għall-armi, ukoll dawk sportivi, biex tbiddel iċ-ċittadinanza u biex ma jkollokx il-permess ta' xi tip ta' gwardjan, skont il-Mental Health Act, għal diversi attivitajiet.", "Marbut ħafna mas-suġġett tal-kunsens sesswali (kif spjegat aktar 'il quddiem) hemm il-fatt li jrid ikollok 18-il sena biex mingħajr permess tal-ġenituri jew il-gwardjani tiegħek tieħu jew tirrifjuta kura medika.", "Il-punt li qed nagħmel hawn hu li wieħed irid iħares lejn l-età ta' 18 għall-kunsens sesswali kif inhi preżentement bħala konsonanti mal-limitu tal-età ta' numru ta' attivitajiet oħrajn li jitolbu ċerta responsabilità u maturità.", "L-argumenti favur li l-età tal-kunsens sesswali titniżżel għal 16-il sena jinġabru f'erba' gruppi; li Malta tiġi uniformi mal-parti kbira tal-Ewropa; li l-bidla tirrifletti l-aġir sesswali taż-żgħażagħ Maltin fil-preżent; l-eliminazzjoni jew tnaqqis ta' każijiet li jitressqu quddiem il-qrati taħt l-Att 203 - sitwazzjonijiet li unanimament ma jagħmlux sens, imma li jistgħu jitressqu la l-liġi hi kif inhi u; il-faċilità tal-kura medika assoċjata ma' problemi sesswali fiż-żgħażagħ taħt it-18-il sena li ma jersqux liberament għal din il-kura.", "L-ewwel punt li Malta tiġi uniformi mal-parti l-kbira tal-Ewropa: Fuq dan il-punt wieħed ma jistax jiċħad il-fatt li Malta mhijiex konformi mal-parti l-kbira tal-Ewropa.", "Madanakollu la l-Unjoni Ewropea u lanqas il-Kunsill tal-Ewropa m'għamlu l-ebda sejħa għal xi età speċifika fejn jidħol il-kunsens sesswali.", "Però huwa fatt li żagħżugħ, żagħżugħa, barranin, Ewropej li f'pajjiżu s-sess huwa lleċitu minn 16-il sena 'il fuq, aktarx li se jimxi bl-istess psikoloġija meta jżur Malta.", "Jien ma naqbilx li l-liġi tinbidel sempliċement għax Malta hija mal-grupp ta' eċċezzjoni fl-Ewropa, imma nagħti piż lill-argument li jitlob uniformità tal-liġi għal raġunijiet prattiċi.", "L-aġir sesswali taż-żgħażagħ Maltin fil-preżent: Jien naħseb li jekk se nkunu onesti, dan huwa l-ikbar argument favur il-bidla fl-età tal-kunsens.", "M'iniex se nidħol fil-mertu tal-argument jekk l-atteġġjament liberali fis-sesswalità għamilx iżjed ħsara milli ġid, imma l-fatti huma li huma.", "Jekk il-liġijiet iridu jirriflettu l-attwalità sesswali kif inhi u mhux kif forsi nixtiequha, wieħed jista' jargumenta bil-qawwa favur it-tniżżil tal-età tal-kunsens sesswali.", "Xorta waħda b'sens ta' oġġettività medika ngħid li għandna niftakru li s-sentejn bejn is-16 u t-18-il sena jistgħu jaraw qabża sinifikattiva fil-maturità, kemm sesswali u kemm fil-ġeneru psiko-fiżiku tal-individwu.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-liġi tal-età għandha fost l-għanijiet ewlenin tagħha l-ħarsien taż-żgħażagħ minn predaturi sesswali u mhux it-tixkil tal-libertà sesswali tagħhom.", "Hemm ukoll vantaġġi mediċi jekk jintrebħu sentejn qabel ma jinfetaħ il-bieb għal-libertà sesswali.", "Pereżempju fit-tfajliet iżjed mal-għonq tal-utru jiġi espost għall-fluwidu seminali kmieni, iżjed hemm ċans ta' problemi serji 'l quddiem bħal kanċer tal-utru, iżjed u iżjed jekk hemm element ta' promiskwità.", "L-eliminazzjoni jew tnaqqis ta' każijiet li jitressqu quddiem il-qrati taħt l-Att 203 - sitwazzjonijiet li unanimament ma jagħmlux sens imma li jistgħu jitressqu la l-liġi hi kif inhi: It-tielet punt ikun esponut aħjar minn avukat però fl-esperjenza tiegħi bħala ġinekologu ngħid li ħafna mill-każijiet li jitressqu fil-qrati jinvolvu rapporti minn ġenituri li jħossu li binthom jew binhom ġew sfruttati u wżati minn raġel jew mara ikbar fl-età.", "Minkejja x'taħseb il-persuna minorenni fiċ-ċirkostanzi, jista' ikun każ li tressaq il-Qorti b'ġustifikazzjoni.", "Naturalment wieħed ma jeskludix element punittiv.", "Mhijiex ħaġa idonea li koppja li għandhom relazzjoni konsenswali jitressqu fil-qrati akkużati taħt il-Kodiċi Kriminali sakemm m'hemmx differenza fl-età li tqanqal sens ta' dubju.", "Kemm jitressqu l-Qorti koppji ko-etanji li kellhom relazzjoni konsenswali ma nistax ngħid, imma nissuspetta li mhijiex komuni, però dejjem se tkun okkażjoni biex il-media tagħmel festa.", "Jekk wieħed jara li din is-sitwazzjoni hija ħaġa pjuttost rari, is-saħħa tal-argument għall-bidla fil-liġi, fl-opinjoni tiegħi ma treġix.", "U jekk l-istess età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena x'nagħmlu b'koppja ta' 15-il sena ġaladarba nafu li l-attività sesswali mhux rarament tibda qabel is-16-il sena?", "Inniżżlu l-età għal 13 bħal Spanja?!", "F'din is-sitwazzjoni jiena nħoss li s-soluzzjoni ma tinstabx fit-tnaqqis tal-età tal-kunsens, imma li jingħata għarfien u saħħa lill-prinċipju tal-age banding li jgħaqqad ir-rispett tan-natura umana fis-Seklu XXI flimkien mal-ħarsien tal-vulnerabilità sesswali taż-żgħażagħ tagħna.", "Nagħti eżempju fuq il-prinċipju li diġà issemma tal-age banding fejn tidħol il-Liġi tal-Kunsens għall-attività sesswali.", "Fil-Kanada, fl-2006 il-kunsens ġie stabbilit għal 16-il sena, imma m'hemmx proċediment legali fejn tinstab attività sesswali bejn l-14 u s-16-il sena, sakemm id-differenza fl-età ma taqbiżx ħames snin.", "Jiġifieri każ ta' tfajla ta' 15, għalkemm teknikament taħt l-età legali, il-koppja mhijiex se titressaq il-Qorti sakemm il-partner tagħha m'għandux iżjed minn 20 sena.", "Naturalment il-liġi trid tirrifletti wkoll ruħha skont l-orjentament sesswali studjat u leġiżlat.", "Dan l-eżempju jaċċenna għall-punt tiegħi li l-anomalija li tressaq koppja taħt l-età fil-Qorti ma tiġix solvuta billi titniżżel l-età tal-kunsens sesswali, imma billi jidħol il-kunċett ta' age banding.", "Fil-fatt jien nirrakkomanda li jekk se tinbidel il-liġi u titniżżel l-età tal-kunsens, il-bidla tiġbor magħha wkoll dan il-prinċipju in tandem.", "Jekk l-età ma titniżżilx xorta jibqa' il-mertu li wieħed jikkonsidra liġi mibnija fuq l-age banding.\"", "THE CHAIRPERSON: Ippermettili ftit Mr Buttigieg.", "Fuq din tal-age banding qed ngħidu li jekk ikun minorenni u jkun hemm differenza ta' ħames snin fil-koppja …", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jekk hemm attività sesswali taħt l-età stipulata mil-liġi, qabel jitressqu l-Qorti, il-pulizija se jaraw x'inhi d-differenza fl-età bejn il-koppja.", "Hekk għandhom fil-Kanada.", "THE CHAIRPERSON: U inti ma taħsibx li tagħmel diskriminazzjoni din minħabba li se toqgħod tara d-differenza fl-età?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Le, għax naħseb li tkun qiegħed tagħti importanza lin-natura kif inhi.", "THE CHAIRPERSON: Pereżempju jekk wieħed ta' 40 sena jmur ma' waħda ta' 16-il sena ...", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Preċiżament, dak jiġi tip ta' sfruttament għax mhux se ngħid li huwa abbuż.", "\"Il-faċilità ta' kura medika assoċjata ma' problemi sesswali f'żgħażagħ taħt it-18-il sena li ma jersqux liberament għal din il-kura: Rigward il-faċilità ikbar li żagħżugħ jew żagħżugħa jkollhom biex ifittxu għajnuna medika għall-problemi relatati mas-sesswalità tagħhom jekk l-età titniżżel għal 16, hemm ħafna x'wieħed jgħid.", "L-ewwel nett jiena niddubita kemm żagħżugħ jew żagħżugħa se joqogħdu lura mis-sess għax m'għandhomx 18-il sena u jibżgħu mil-liġi.", "Fl-opinjoni tiegħi daqshekk ieħor se jibżgħu jmorru għand tabib għall-problemi tas-sess għax m'għandhomx 18-il sena.\"", "THE CHAIRPERSON: Mill-esperjenza tiegħek bħala ġinekologu, iż-żgħażagħ ta' 15, 16 u 17-il sena, huma konxji li hemm liġi li tgħid hekk?", "Bħala Parlamentari kif ukoll bħala professjonisti, aħna konxji ta' dan, imma jekk pereżempju l-età tal-kunsens titniżżel minn 18 għal 16-il sena, taħseb li ż-żgħażagħ se jkunu jafu biha din il-bidla?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jiena ngħid li mhu se tagħmel differenza ta' xejn għalihom!", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri lanqas ikunu jafu.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Lanqas idea u lanqas jekk ikunu jafu mhu se jagħtu kas!", "U se ngħid għalfejn qed ngħid hekk.", "\"Niddubita jekk jeżistix tabib li se jirrapporta pazjent jew pazjenta meta dawn ifittxu l-għajnuna għall-problemi sesswali taħt it-18-il sena, sakemm ma jħossx li hemm xi tip ta' abbuż.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-umanità u s-sigriet professjonali jridu jitqiegħdu fuq naħa ta' miżien u l-liġi fuq l-oħra u aktarx li dejjem jirbaħ tal-ewwel.", "Apparti minn dan il-fatt, id-Dipartiment tal-Mediċina Ġenito-Urinarja \"VD Clinic\" fl-Isptar Sir Paul Boffa, mhijiex marbuta bl-età ta' 18-il sena – u hekk għandu jkun – biex tikkura pazjent jew pazjenta wkoll jekk mhux akkumpanjati mill-ġenituri jew gwardjani legali.", "L-għajnejn jingħalqu f'dawn iċ-ċirkostanzi mhux individwalment biss, imma wkoll kollettivament.", "Allaħares id-Dipartiment tal-Maternità tal-Isptar Mater Dei jirrapporta lill-pulizija b'dawk ix-xebbiet li jirreġistraw għall-kura tat-tqala u li jkollhom inqas minn 18-il sena!\"", "THE CHAIRPERSON: Tfajliet ta' 14-il sena li jkunu tqal u jkollhom imorru għand il-ġinekologu, minħabba l-liġi kif qiegħda f'pajjiżna, il-ġinekoloġi huma moralment u legalment marbuta li jaraw li jkun hemm il-ġenitur bilfors magħhom biex jarawhom?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jiena ngħid legalment marbutin li jkun hemm l-adulti, però ma tistax tinfurzaha.", "Jekk għandek tifla ta' 14-il sena u ġietek tqila u m'għandhiex gwardjan magħha jew ma ġietx ma' missierha jew ma' ommha, se nitfgħuha 'l barra?!", "Issa qegħdin nirriskjaw meta narawha?", "Iva, qegħdin nirriskjaw.", "Anzi nistgħu nieħdu argument iktar b'mod inkwetanti.", "Tiġik tfajla li qiegħda f'relazzjoni li m'għandhiex 18-il sena u titolbok il-pill.", "Legalment jien ma nistax nagħtiha l-pill.", "THE CHAIRPERSON: Legalment jew moralment?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Le, mhux moralment għax jien ma nħossx li qed nagħmel xi ħaġa ħażina.", "Din it-tfajla qiegħda fir-riskju ...", "THE CHAIRPERSON: Hemm il-Medical Council ukoll li mhux neċessarjament jimxi skont il-liġi tal-pajjiż imma jimxi skont l-etika medika.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Etikament jien inħoss li l-pazjenta tiġi qabel l-età u qabel ir-riskju tiegħi quddiem il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Iva, naf li jistgħu jfittxuni, però jien se jkolli l-qalb li nirrifjuta t-talba tagħha u ma nagħtihiex il-pill?!", "Din tkun qiegħda f'relazzjoni, forsi tagħmel sena miegħu u mbagħad jgħaddi kollox u tispiċċa toħroġ pregnant b'ħajjitha tiġi rvinata?!", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri hawnhekk qed tgħid li t-tobba ...", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Mhux qed ngħid li għandhom jagħmlu kif qed ngħid jien.", "THE CHAIRPERSON: Imma jista' jkun li tippreferi ...", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Issa dan ma jgħoddx fuq kollox, jiġifieri jien m'għandix xi open sign fejn qed ngħidilhom biex jiġu għandi għax se nieħu ħsiebhom!", "Irrid ngħid l-istorja kollha hawnhekk.", "Jien nipprova nagħmilha ta' missierhom u nipprova ninżel għal-livell tagħhom.", "L-ewwel nett nipprova nara nistax nagħmel bonding magħhom avolja mhux dejjem tkun tista' tagħmel dan.", "Imma xi kultant tipprova tgħidilhom kelma tajba u lil dik it-tfajla li jkolli quddiemi nipprova ngħidilha li apparti l-kontraċezzjoni hemm il-mard u allura għandha toqgħod attenta u jkun aħjar li tagħmel xi ftit testijiet.", "B'hekk forsi tibni relazzjoni fejn tkun tista' tagħtiha parir.", "THE CHAIRPERSON: U jekk tinżel l-età tal-kunsens sesswali, taħseb li tissolva din il-problema min-naħa tat-tobba?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Le, għax x'se nagħmel meta tiġi quddiemi tifla ta' 15-il sena?!", "Pereżempju l-ġimgħa l-oħra kelli waħda ta' 14-il sena tqila.", "Teknikament wieħed jaħseb li se ssolvi l-problema billi tinżel l-età, imma sfortunatament se tolqot biss faxxa ta' nies u mhux se tolqot lil kulħadd.", "THE CHAIRPERSON: Però inti taħseb li kieku l-età tinżel minn 18 għal 16 se jiżdiedu aktar il-pregnancies?", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jiena ngħidlek li ma tagħmel l-ebda differenza ta' xejn.", "Aħna t-tobba we care.", "Dawn mhux se jagħtu kas xi jgħidu l-politikanti jew xi ngħidu aħna t-tobba, għax li għandhom jagħmlu, se jagħmluh.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri s-sinifikat huwa purament legali.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Il-biża' tiegħi hu li qed niftħu aktar il-bieb għal vulnerabilità għax min għandu jagħmel xi ħaġa, xorta se jagħmilha.", "Mhux qed ngħid li l-età m'għandhiex tinżel, tifhmunix ħażin, u nixtieq li kelli aktar ħin biex inkun nista' niftaħ aktar ċerti punti imma ma kellix ċans biżżejjed.", "Hawnhekk jien qiegħed nagħmilha tal-avukat tax-xitan.", "U jekk tinżel l-età nissuġġerixxi tliet punti li vagament diġà issemmew …", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Aħna m'aħniex marbutin b'tali mod li dan is-suġġett irridu nagħlquh f'daqqa sa ċertu perijodu.", "U allura jekk tħoss li għandna nagħtuk 15-il ġurnata oħra biex tagħtina preżentazzjoni oħra ma nsibu l-ebda oġġezzjoni.", "Jien illum tant smajt kelliema li kellhom materjal interessanti li ħassejt li għaffiġna l-materjal kollu mentri kien hemm fejn id-diskussjoni setgħet tkompli tiżviluppa!", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jiena ġejt mitlub biex inlesti paper u hekk għamilt.", "U jkolli ngħid li kont sinċier fiha.", "Pereżempju dan il-grupp ta' bejn l-14 u 18-il sena hemm bżonn l-istatistika kollha fuqhom?", "Kemm hemm tqala?", "Kemm minnhom jitressqu l-Qorti?", "Jiena ngħid li ma jitressqux.", "Issa forsi jiġi Dr Galea u jgħidli li dawn qegħdin jitressqu l-Qorti għax hu jkun hemm u jarahom.", "Hija l-impressjoni tiegħi għax jien dawn iż-żgħażagħ narahom ta' kuljum imma ma nafx kemm minnhom jitressqu l-Qorti.", "Forsi lili ma jgħiduli xejn ukoll.", "Issa ħalli nkompli naqra;", "\"Jien inħoss li għalkemm ma nsibx konvinċenti l-argument li l-faċilità għall-kura medika se tiżdied billi titbaxxa l-età tal-kunsens sesswali, l-argument għandu valur kbir b'mod indirett.", "U dan jikkonċerna l-età tal-legalità tal-kura medika fil-minorenni.", "Bħala ġinekologu jien mhux suppost nikkura b'mod jew ieħor pazjenta taħt it-18-il sena mhux akkumpanjata mill-inqas minn ġenitur wieħed jew xi gwardjan legali.", "Hija din is-sitwazzjoni li għandha tiġi rettifikata jekk tassew irridu nżidu l-faċilità tal-kura medika fiż-żgħażagħ.", "Pereżempju teoritikament tabib legalment jista' jidħol f'inkwiet serju jekk jagħti l-oral contraceptive pill lil tfajla taħt it-18-il sena u li qiegħda f'relazzjoni sesswali jekk tmur għandu waħedha.", "Hawnhekk inżid ngħid b'qawwa li jekk l-età tal-kunsens sesswali titniżżel għal 16 minn 18 u ma jsirx l-istess mal-età tal-kura medika, potenzjalment u faċilment se jinħolqu iżjed problemi rigward aċċess ta' kura medika.\"", "Qed nagħtuhom iċ-ċans jew il-barka tal-liġi - if that makes a difference - li jagħmlu li jridu mingħajr mhu qed nagħtuhom id-dritt li jmorru għand it-tabib waħedhom!", "Ħafna minnhom ma jkunux iridu juru lill-ommhom.", "THE CHAIRPERSON: Però hemm l-element tal-edukazzjoni dwar il-kontraċezzjoni kif diġà semmew il-psikoloġi.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Naħseb li dak huwa punt validu ħafna għax dik hija xi ħaġa li tinkwetani ħafna.", "Ħalli ngħidilkom kemm qegħdin f'sitwazzjoni redikola.", "Ftit ilu kont se nopera tfajla tqila li kellha madwar 15-il sena u x'ħin dħalt qaluli li din telqet 'il barra.", "Ir-raġuni li telqet kienet għax it-tabib li raha – u ma tagħtihx tort - kien għadu jiggradwa u allura kien qed jobdi l-liġi.", "Fil-fatt meta raha quddiemu u ra li kellha 15-il sena, staqsiha jekk kienx hemm ommha magħha u meta qaltlu li kienet waħedha qalilha li hi ma setgħetx tiffirma għall-operazzjoni.", "Imma ma tistax tiffirma għandha tarbija ġo fiha u li se nagħmlu kien jikkonċerna proprju dik il-kura?!", "Jiġifieri dan refa' r-responsabilità għaliha wkoll.", "Napprezza li jkun għadu tabib żgħir u allura jkun irid jimxi skont il-liġi, sure and he is covering himself, u forsi huwa aktar għaqli mill-konsulent, imma din hija r-realtà tas-sitwazzjoni li lili tinkwetani ħafna.", "Jekk se nagħtuhom il-barka legali biex jagħtu l-kunsens, whether it means or it does not mean anything, imma mbagħad sempliċement biex tmur għand it-tabib ħalli jagħtiha l-pill jew jagħtiha l-kura li għandha bżonn, din ma tkunx tista' tmur waħedha, naħseb li se nkunu għamilna mejda b'żewġ saqajn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk aħna qegħdin ngħidu li l-liġi kif inhi sa 18-il sena mhux se tagħmel differenza, u t-tfajliet u l-ġuvintur li qegħdin ikunu …", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Dan x'naħseb jien u ma nafx jekk hijiex il-verità.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma naħseb li anke mill-istatistiċi li rajna joħroġ biċ-ċar li l-età medja taż-żgħażagħ Maltin li fiha jibdew relazzjonijiet sesswali hija ta' 15-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt għandek 41% taż-żgħażagħ li għandhom 15-il sena.", "DEBORAH SCHEMBRI: Allura, fil-verità jekk aħna nniżżlu l-età tal-kunsens minn 18 għal 16, ma nkunux aktar qed nagħtu libertà lil nies bħalek sabiex ikunu jistgħu joperaw fil-parametri tal-liġi?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma trid tbiddel il-liġi l-oħra.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Trid tbiddel il-liġi l-oħra għax mhijiex awtomatika.", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, mhijiex awtomatika, imma nistgħu nagħmluha hawnhekk ukoll dik.", "Imma jekk l-età tkun ta' 18-il sena, aktar se tkun diffiċli biex l-oħra nniżżluha għal 16.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Għaliex le?", "DEBORAH SCHEMBRI: Fl-ispirtu tagħha.", "Jekk inti se tniżżel f'daqqa mhux se tkun awtomatika.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Jekk se titniżżel għal 16 nixtieq nieħu l-opportunità biex jiġi mrikkeb magħha dan il-punt li l-età għall-kura medika titniżżel għal 16-il sena u naturalment se jkollkom bażi qawwi legali biex din iddaħħluha.", "Wieħed jista' jgħid ukoll li seta' ma kienx hemm bżonn li titniżżel waħedha imma ladarba se tiġi d-daqqa, allura nistgħu nniżżlu l-oħra wkoll.", "Ħalli nkompli naqra l-aħħar ftit paragrafi li fadalli;", "\"Ma nistgħux ngħidu liż-żgħażagħ tagħna li jistgħu jkollhom relazzjoni sesswali ta' 16-il sena, imma mbagħad biex jirrikorru għand tabib għall-problemi sesswali jridu jmorru għand it-tabib ma' ommhom jew missierhom.", "Jekk nużaw l-argument li biex niffaċilitaw l-aċċess għall-għajnuna medika jkollna nniżżlu l-età tal-kunsens għal 16-il sena, kemm iżjed lil dawn l-istess żgħażagħ, speċjalment imma mhux biss lit-tfajliet (minħabba l-contraception) irridu nħalluhom fil-libertà li jmorru għand tabib għall-kontraċezzjoni, pariri relatati u kura ta' mard li jista' jirriżulta mill-attività sesswali!", "Fil-fatt hemm ħtieġa ikbar ta' din il-bidla fil-liġi minn bidla fil-kunsens, imma jekk l-età tal-kunsens titniżżel għal 16 mingħajr l-awtonomija fil-kura medika, nistgħu noħolqu iżjed problemi milli nsolvu.", "Nixtieq nagħlaq billi naċċenna tliet punti li jiena nagħti parir li jimxu paripassu mal-konsiderazzjoni li tinżel l-età tal-kunsens sesswali minn 18 għal 16.", "L-ewwel huwa l-kunċett tal-age banding li diġà semmejnih, it-tieni huwa l-età tal-kura medika fil-minorenni u t-tielet huwa l-edukazzjoni sesswali li trid tiżdied u tilħaq lil dawk iż-żgħażagħ ta' 16-il sena u iżgħar.", "Fuq kollox nenfasizza dawn il-punti wkoll jekk il-bidla fil-liġi li qiegħda tiġi kkonsidrata ma tgħaddix, għax l-importanza ta' kull waħda minn dawn it-tliet punti hija assoluta u mhux bilfors marbuta direttament mal-età tal-kunsens sesswali.", "Jekk din l-età se titniżżel għal 16 u dawn il-punti ma jitqiesux, la l-vantaġġi mistennija ma jintlaħqu u ċ-ċans huwa li ssir iżjed ħsara milli kieku l-età baqgħet kif kienet.\"", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn xi mistoqsijiet?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Inti u titkellem ftakart f'anomalija oħra li ma semmejniex.", "Aħna bħala ġenituri li għandna tfajliet ta' 12-il sena, qegħdin nirċievu l-invit biex nagħtuhom il-vaċċin tas-cervix u allura qisu diġà qegħdin nippreparawhom għal dawn l-affarijiet.", "Allura kemm iktar jagħmel sens dak li għadek kif għedt inti, li anke jekk hi kwestjoni dwar l-età tal-kunsens, għalikom it-tobba xorta waħda naħseb li it is very serious and that we need to look into.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Hekk hu u nirringrazzjak ta' dan il-kumment.", "Niggarantilek li din hemm bżonn kbir tagħha.", "THE CHAIRPERSON: Wieħed mill-argumenti li jbeżżgħani meta nisma' lil xi ħadd jgħid li l-age of sexual consent tinżel minn 18 għal 16-il sena hu li din se żżid ir-rata ta' teenage pregnancies.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri ma taħsibx li jista' jiġri hekk?", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-ġimgħa d-dieħla se nkunu qegħdin inkomplu fuq dan is-suġġett u għandna diġà xi mistiedna li sejjaħnilhom.", "Issa jekk għandkom lil xi ħadd li nistgħu nistednuh tistgħu tgħidulna wkoll.", "GODFREY FARRUGIA: Jien għaddejtilkom email diġà dwar min nixtieq li nsejħu.", "Bla dubju ma jistax ikun li ma nikkonsidrawx liż-żgħażagħ because these are the key players.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nipproteġu lilhom u allura huwa importanti li nisimgħu l-fehmiet tagħhom.", "Għaldaqstant jien nistieden biex naraw liema huma l-iktar flora importanti minn dak l-aspett - m'hemmx għalfejn inġibuhom kollha – u naraw lil min nistgħu nsejħu ħalli jiġi jitkellem f'isem iż-żgħażagħ.", "THE CHAIRPERSON: Kull Membru jista' jibgħat is-suġġerimenti tiegħu lil wieħed mis-segretarji tal-Kumitati u mbagħad jgħadduhom lili.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-ewwel qbadna dibattitu fuq x'qed jiġri fil-health education.", "Naħseb importanti li nifhmu eżattament x'qiegħed jiġri, speċjalment fuq l-issue li bdejna ngħidu tat-tobba.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ddiskutejna s-saħħa sesswali fl-edukazzjoni u konna ġibna numru ta' mistednin biex jitkellmu magħna.", "Issa jiena bħala avukat ma nifhimx fil-Medical Council u f'din il-biċċa xogħol, għalhekk se nirrepeti dak li qalu l-esperti li ġibt fil-Kumitat tiegħi.", "Jekk hemm xi żball x'imkien jew xi misunderstanding, naħseb li jkun aħjar li nerġgħu nġibu lill-Medical Council u jiċċaraw dawn il-punti.", "MR GEORGE BUTTIGIEG: Tgħidulhomx li aħna qed narawhom taħt it-18-il sena!", "THE CHAIRPERSON: Grazzi lil kulħadd.", "Fid-9:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju, 2015 b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150527_012d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 12", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, fis-6:45 p.m.", "Din il-laqgħa konġunta kienet preseduta mill-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kien hemm preżenti wkoll:.", "L-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 11 li saret nhar l-Erbgħa 13 ta' Mejju 2015 ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dokument 22 L-Età Minima ta' Kunsens għal Attivita Sesswali - Proposta mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal f'Marzu 2015 a bażi ta' diskussjoni dwar jekk l-età għandhiex tinżel għal 16-il sena.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI", "Amanda Grech (Registered Psychotherapist), Dr Vincent Galea LL.D. u lil Mr George G Buttigieg (Consultant Obstetrician and Gynaecologist) biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Joanne Cassar tat preżentazzjoni ntitolata:", "Amanda Grech tat preżentazzjoni ntitolata:", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-membri preżenti.", "Fis-9:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju 2015, b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar l-età tal-kunsens sesswali.", "Kontinwazzjoni.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150527_012m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 30", "It-Tnejn, 1 ta' Ġunju 2015 is-6:45 pm", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 1 ta' Ġunju 2015 fis-6:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar ir-rapport annwali 2014 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta (Kap. 515).", "Affarijiet Oħra.", "11 ta' Mejju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150601_030a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 30", "It-Tnejn, 1 ta' Ġunju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 30", "It-Tnejn, 1 ta' Ġunju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 29, li saret fid-19 ta' Mejju 2015, ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT GĦALL-PERJODU JANNAR SA DIĊEMBRU 2014 TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA, SKONT IS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 7 TAL-ATT DWAR IL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA (KAP.", "THE ACTING CHAIRPERSON (Onor. Marlene Farrugia): L-item prinċipali fuq l-aġenda tagħna llum hija d-diskussjoni dwar ir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għall-perijodu Jannar sa Diċembru 2014, skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515).", "Imbagħad wara, nirrapportaw lill-Kamra kif ġie mitlub minna.", "Għal din id-diskussjoni għandna magħna lis-Sinj.", "Maria Camilleri Calleja, Direttur fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll Segretarja tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, u għandna wkoll lil Dr Raymond Xerri, Kap tad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "L-aħjar mod li bih nistgħu nipproċedu hu billi nistiednu lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: imma, fl-assenza tiegħu, se nkun qiegħda nistieden lilek sabiex tgħaddi l-kummenti u s-sottomissjonijiet tiegħek, Sur Xerri, jekk jogħġbok.", "DR RAYMOND XERRI (Kap tad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin): Skont l-Att 20 tal-2011, qiegħed jiġi ppreżentat ir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, u li jkopri l-perijodu ta' bejn Jannar u Diċembru 2014.", "Qiegħed jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport dwar Laqgħa Nru 5 ta' dan il-Kunsill, li kienet saret f'Ottubru li għadda, kif ukoll ir-rapport tad-Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta li jkopri l-perijodu ta' bejn Ottubru 2014 u April 2015.", "Hawnhekk qiegħed nassumi li kulħadd għandu kopja ta' dawn ir-rapporti li jkopru diversi aspetti tat-talbiet li jsiru min-naħa tal-Kunsilliera tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra.", "Dawn għandhom aġenda u items speċifiċi li jħossuhom li l-aktar li jolqtuhom b'mod ħażin u li, allura, jkunu jridu rimedju għalihom.", "Insibu wkoll suġġerimenti min-naħa tagħhom lid-Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fuq x'jista' jagħmel biex itejjeb il-qagħda tagħhom, u biex jaqbeż għall-interessi u għad-drittijiet tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Se tressqulna l-items wieħed wieħed u tagħtuna l-kummenti tagħkom fuqhom?", "Min-naħa tiegħi, nistieden lill-Membri tal-Kumitat sabiex min ikun jixtieq jikkummenta dwar xi item partikolari, jiġbidli l-attenzjoni ħalli nagħtih il-permess biex jitkellem.", "MARIA CAMILLERI CALLEJA (Direttur fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Segretarja tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta): Mela, jiena se ngħaddi ftit l-items tar-rapport annwali minħabba li legalment aħna marbutin li nagħmlu dan.", "Issa ma nafx jekk tridux tgħaddu l-items kollha, jew inkella hemmx xi items saljenti li tippreferu li ngħaddu lilhom biss.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Hawnhekk nixtieq id-direzzjoni tal-Membri biex tgħiduli jekk hemmx xi items partikolari li tixtiequ li tiġbdu l-attenzjoni dwarhom, jew inkella nħallux lis-Segretarja tal-Kunsill biex tiggwidana hi fejn l-aktar importanti li nagħtu l-attenzjoni tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb: mela tista' tmexxina inti.", "MARIA CAMILLERI CALLEJA: Dan ir-rapport ikopri l-perijodu ta' bejn Jannar u Diċembru 2014, skont kif jitlob l-Att 20 tal-2011.", "L-ewwel punt huwa fuq il-passaporti bijometriċi u servizzi konsulari mobbli.", "Dan huwa punt li ilu jiġi diskuss sa mit-twaqqif tal-Kunsill, u anke minn qabel.", "L-għan tiegħu hu li jkun hemm aċċess aħjar għal dawk il-Maltin li jgħixu barra sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-passaporti, b'mod partikolari issa li l-passaporti jridu jinħarġu fuq ċerti livelli, li jinkludu wkoll dawk bijometriċi u fejn allura tkun meħtieġa l-preżenza tal-applikant meta dan jiġi biex japplika.", "Din il-proċedura, għalkemm hija waħda neċessarja – u hija neċessarja għal diversi raġunijiet – ħolqot ċertu inkonvenjent għal xi Maltin li, għalkemm jgħixu barra, imma ma jgħixux la fil-kapitali tal-pajjiż fejn normalment ikun hemm l-ambaxxata, lanqas fl-ibliet fejn ikollna l-konsolat ġenerali Malti.", "Dawn in-nies kienu dejjem qegħdin jitolbu sabiex jinstab rimedju għall-problema tagħhom.", "Illum għandna l-pjaċir ngħidu li r-rimedju nstab wara li saret ħidma bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Ministeru għall-Intern.", "Fil-fatt, wasalna għal soluzzjoni sabiex ikun hemm apparat mobbli li l-konslu li jkun qed jgħix fil-kapitali ta' dak il-pajjiż partikolari, pereżempju jekk nieħdu l-Awstralja, mela allura l-Konslu ta' Canberra, Sydney jew il-Konslu ta' Melbourne, ikun jista' jivvjaġġa għal bliet oħra, bħal ngħidu aħna Adelaide, Perth, eċċ., u jkun hemm itinerarju, bil-Maltin ikunu jafu minn qabel bih, u allura jkunu jistgħu jiġbru dik il-biometric data neċessarja biex jinħareġ il-passaport.", "Hekk, meta l-konslu jmur lura fil-kapitali jew fil-belt tiegħu, jkun jista' jittrasmettiha lill-Passport Office sabiex jinħareġ il-passaport.", "Permezz t'hekk, se jitnaqqas l-inkonvenjent għall-Maltin.", "Għandna l-pjaċir ngħidu li dan intlaħaq u għamilna dan il-pass ta' ġgant 'il quddiem.", "Ma ninsewx li f'dawn il-postijiet għandek distanzi twal ħafna, u mhux bħallikieku qed immorru mill-Mellieħa għall-Belt.", "It-tieni punt huwa l-Karta tal-Identità.", "Din hija kwestjoni li ilha għaddejja, però xorta għadha ma ġietx riżolta.", "Kif nafu, il-karta tal-identità hija marbuta wkoll ma' oqsma oħra, fosthom mar-Reġistru Elettorali, u allura dan il-punt għad irridu naħdmu fuqu aktar biex niżviluppaw l-argument u naslu għal soluzzjoni.", "Ir-Reġistru Elettorali mhuwiex l-uniku link li hemm ma' dan il-punt tal-karta tal-identità, imma hemm punti interessanti oħra li tqajmu fir-rigward ta' dan is-suġġett, fosthom li jkun hemm link bejn il-karta tal-identità għall-Maltin li jgħixu barra u l-anzjanità.", "Tajjeb li nżommu f'moħħna li meta individwi ta' nazzjonalitajiet oħra jiġu jżuru lil Malta, ħafna drabi f'ħafna postijiet tiġi aċċettata l-kartà tal-identità tagħhom u, bħala senior citizens, jingħataw ċerti privileġġi, fosthom discounted rates, eċċ. Meta l-Maltin li jgħixu barra jiġu Malta, dawn mhux neċessarjament li jgawdu mill-istess privileġġi.", "Punt li kien tqajjem aktar kmieni fis-snin preċedenti kien fuq il-kwestjoni tal-Gozo Channel.", "Dan il-punt għadu miftuħ, anke minħabba li r-rati tal-Gozo Channel huma governati permezz ta' Avviż Legali.", "Għalhekk din id-diskussjoni għadha għaddejja.", "It-tielet punt huwa fuq l-Applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza Maltija.", "Hawnhekk dejjem iqum il-modus operandi ta' kif jiġu vverifikati l-applikazzjonijiet.", "Issa, the biggest room in the world is the room for improvement, u allura dejjem se jkun hemm ċerta kritika f'dan ir-rigward; imma tajjeb li wieħed jgħid li, minn sena għal sena, id-Direttorat, u issa Identity Malta, qiegħed itejjeb is-servizz tiegħu.", "Fil-fatt, il-pendenzi dejjem qegħdin jonqsu u, permezz tad-Direttorat u tas-Segretarjat tal-Kunsill, dejjem qegħdin inkunu in contact sabiex tinġibed l-attenzjoni ta' Identity Malta – li qabel kien id-Direttorat taċ-Ċittadinanza – ħalli jkun hemm inqas dewmien.", "Nista' ngħid li dejjem qed ikun hemm titjib, imma ovvjament l-affarijiet dejjem jistgħu jsiru aħjar.", "Ir-raba' punt huwa fuq il-Karta Ewropea tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa.", "Din tqajmet waqt il- video conference ta' Marzu tas-sena l-oħra, u hija diskussjoni li wieħed għandu jimraħ aktar fuqha.", "F'Ottubru li għadda, meta kellna l-laqgħa tal-Kunsill, din ma kenitx telgħet fuq l-aġenda għax hija xi ħaġa diffiċli biex tiġi tackled.", "Hemm bżonn ta' iktar ħsieb fuqha, u r-raġuni hija li r-regolamenti ta' kif tinħareġ l-E111 mhumiex iggwidati mil-liġi Maltija imma huma ggwidati mil-liġi Ewropea, eżattament mil-liġi tal-Assikurazzjoni Soċjali Ewropea.", "Għalhekk, din il-karta tal-identità tinħareġ biss lil dawk li huma residenti f'territorju tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi tippreżentak with a no-go area hemmhekk, jiġifieri ma tantx nistgħu niftħu wisq l-argument fuqha.", "Il-ħames punt huwa fuq it-Tagħlim tal-Istorja tal-Emigrazzjoni fl-iskejjel.", "Dan huwa punt interessanti, u tajjeb li ninformawkom li kien hemm żvilupp interessanti u li tistgħu tarawh fir-rapport ta' progress, li huwa dan ir-rapport li qiegħed f'forma orizzontali.", "Fuq dan il-punt tajjeb ngħidu li fil-Konvenzjoni għall-Maltin li Jgħixu Barra, li saret f'April li għadda, għall-ewwel darba ttellgħet id-drama li nkitbet apposta minn awturi Maltin sabiex tiġi mgħallma fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex permezz tad-drama.", "B'hekk, l-istudenti Maltin ta' din il-ġenerazzjoni ikollhom aktar awareness u jkunu jafu x'ifisser li titlaq kollox, li titlaq lill-familja biex tmur tfittex ħajja aħjar f'pajjiżi oħra.", "Tajjeb li wieħed iqanqal ukoll dan l-interess fil-ġenerazzjoni żagħżugħa, fit-tfal u fl-adoloxxenti ħalli nkunu nistgħu nifhmu x'ifisser dan il-fenomenu, anke f'ambiti oħrajn.", "Dan it-tagħlim dwar l-istorja tal-emigrazzjoni hemm il-ħsieb li jibda jiġi mgħallem tramite l-istudji soċjali, l-istudji tal-istorja, it-tagħlim tal-lingwi, l-arti u d-drama.", "Dwar id-drama, diġà rajnih iseħħ u għandu jkompli jiżviluppa u jiddaħħal fil-curricula differenti li għadni kif semmejt.", "Is-sitt punt huwa fuq it-Tagħlim u l-Preservazzjoni tal-Lingwa Maltija.", "Hawnhekk nixtieq nagħti l-mikrofonu lil Dr Raymond Xerri, li huwa Membru fuq il-Kumitat Interministerjali f'dan ir-rigward, ħalli jkompli jispjega hu minħabba li għandu l-għarfien fuq l-aħħar żviluppi.", "DR RAYMOND XERRI: F'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, qabel ma kienu jsiru l-konvenzjonijiet, kien hemm talba mill-Maltin ta' barra sabiex tintbagħtilhom l-għajnuna, kemm fil-forma ta' kotba, kif ukoll bħala għalliema sabiex jgħallmu l-lingwa Maltija f'diversi postijiet madwar id-dinja, primarjament fl-Awstralja fejn bdew numru ta' skejjel f'dak il-pajjiż.", "Ovvjament, illum għandna skejjel tal-Malti fil-Kanada, fl-Ingilterra, fil-Lussemburgu, fi Brussell, u għandna oħra li se tinfetaħ f'Dubai.", "Bħalma qalet tajjeb Ms Calleja, twaqqaf Kumitat Interministerjali sabiex jara li l-lingwa Maltija tiġi mgħallma barra minn Malta bl-aktar mod effiċjenti, speċjalment illum bit-teknoloġija li għandna.", "Naturalment, huwa impossibbli li jintbagħtu l-għalliema kullimkien għax hija spiża enormi, u anke minħabba li diffiċli immens biex issib għalliema lesti li jmorru f'pajjiż ieħor biex jgħallmu l-Malti.", "Dan il-Kumitat Interministerjali diġà ltaqa' darbtejn oħra, u fassal pjan ta' ħidma dwar kif il-Ministeru għall-Edukazzjoni, flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, se jaħdem fuq programm rikonoxxut mill-Ministeru għall-Edukazzjoni f'livelli differenti tal-Malti fuq l-Internet.", "Mela, persuna – hi fejn hi madwar id-dinja – għandha bżonn biss konnessjoni mal-Internet sabiex tkun tista' tidħol f'dan il-programm u titgħallem il-Malti, kemm miktub u kemm mitkellem, b'mod interattiv.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Dr Xerri, skużani talli se nwaqqfek, imma għadni kif irċevejt l-aħbar li se jkollna mmorru fil-Kamra għax hemm stqarrija tal-Prim Ministru fis-7.15 p.m., u allura, ġaladarba l-Membri kollha għandhom l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, nixtieq li jekk hemm xi punti saljenti li tixtieq tiffoka fuqhom, għaddihomlna biex inkunu nistgħu nagħlqu l-laqgħa fil-ħin, u b'hekk il-Membri jkunu jistgħu jattendu għall-istqarrija tal-Prim Ministru.", "MARIA CAMILLERI CALLEJA: F'dak il-każ, se naqbeż mill-ewwel għal tliet punti li xtaqt insemmi, u dawn huma:", "punt X - 'Iż-Żgħażagħ',", "punt XI \"Il-Vot għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta\" u", "punt XVI \"Konvenzjoni 2015 tal-Maltin li jgħixu Barra\".", "Il-punt taż-Żgħażagħ kien żvilupp importanti ħafna.", "Kif tafu, ħafna mill-emigranti telqu fil-Ħamsinijiet u fis-Sittinijiet, u allura llum huma anzjani.", "Għalhekk, hemm bżonn kbir ta' input mill-ġenerazzjoni żagħżugħa.", "L-iżblokk instab fl-aħħar Konvenzjoni – u din mhux se ssibuha fir-rapport għax ir-rapport ikopri sa Diċembru, waqt li l-Konvenzjoni saret f'April ta' din is-sena.", "Fil-Konvenzjoni, għall-ewwel darba, kien hemm numru sabiħ ħafna ta' żgħażagħ, mhux għax qabel iż-żgħażagħ ma kienux jirrikorru, imma kienu jirrikorru bil-waħdiet.", "Issa, din id-darba, ġie grupp sabiħ ta' żgħażagħ mill-Awstralja, u ġew ukoll xi waħdiet minn pajjiżi oħra.", "Dawn urew interess li titkompla titqajjem awareness u li jieħdu f'idejhom ir-riedni li ħallewlhom ħafna drabi n-nanniet sabiex ikunu jistgħu jkomplu jippromulgaw il-kultura Maltija barra minn Malta.", "U dan kien żvilupp importanti.", "Lill-Aġenzija Żgħażagħ laqqajnihom magħhom, u jidher li hemm entużjasmu kbir bejn iż-żgħażagħ tad-Dijaspora u l-Aġenzija Żgħażagħ biex isir kumitat apposta fi ħdan l-Aġenzija Żgħażagħ li jieħu ħsieb iż-żgħażagħ tad-Dijaspora.", "Dan huwa żvilupp importanti, u aħna committed li nkomplu naħdmu fuqu.", "It-tieni punt huwa l-vot għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta.", "Dan is-suġġett ilu ħafna fuq l-aġenda u, bla dubju ta' xejn, m'hemmx għalfejn noqgħod nispjega għalfejn qiegħed fuq l-aġenda.", "Imma nixtieq ngħidilkom li tressqu żewġ rakkomandazzjonijiet li huma annessi mar-rapport.", "Ir-rakkomandazzjonijiet huma self explanatory, u m'hemmx għalfejn noqgħod nidħol fihom.", "Madankollu, ittieħdet id-deċiżjoni li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu mgħoddija lill-partiti politiċi għall-konsiderazzjoni tagħhom.", "Dawn irċevewhom tramite d-Direttorat u b'hekk tkunu tistgħu tevalwaw aħjar x'inhuma x-xewqat u r-rakkomandazzjonijiet tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta.", "L-aħħar punt huwa dak fuq il-Konvenzjoni 2015 tal-Maltin li jgħixu barra – ma nistgħux nippreżentaw ir-rapport mingħajr ma nsemmuha.", "Kulħadd qal kemm kienet ta' suċċess il-Konvenzjoni.", "L-evaluation sheets li ġew sottomessi kienu ta' sodisfazzjon enormi.", "Kien hemm dawk il-punti li ħadna nota tagħhom u, fil-fatt, saret laqgħa ta' evalwazzjoni immedjatament erbat ijiem wara l-Konvenzjoni peress li kollox ikun għadu frisk u ħadna nota mill-ewwel ta' dak li għandu jiġi rranġat għall-futur.", "Fil-Konvenzjoni li saret fl-2010 kienet ittieħdet id-deċiżjoni li din tibda ssir kull ħames snin.", "U allura l-konvenzjoni li jmiss se ssir fl-2020.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Jiena nzertajt qiegħed hawnhekk minflok ħaddieħor, imma nixtieq nistaqsi mistoqsija.", "Fuq din tal-vot għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta, hawn riferenza li tipproponi li l-perijodu kurrenti ta' 18-il xahar jiġi estiż għal sitt snin.", "Tistgħu tgħiduli x'inhi r-raġuni għal din it-talba?", "DR RAYMOND XERRI: Dan ħareġ mill-fatt li Malta hija l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tagħmel restrizzjonijiet daqshekk kbar, speċjalment fuq il-Maltin li jgħixu fl-Ewropa, u allura, biex jingħata iktar ċans lill-persuni li jkunu siefru għal perijodi li mhumiex twal ħafna, biex ikunu jistgħu jivvotaw.", "Pereżempju, xi ħadd li sejjer jgħix f'territorju Ewropew għal tliet snin, erba' snin, ħames snin, eċċ., ikollu d-dritt tal-vot.", "Hija idea li ħarġet mill-Kunsillier ta' Brussell li jirrappreżenta lill-Kunsill tal-Ewropa kollu, minbarra Malta u l-Ingilterra, li huma rappreżentati separatament.", "Din ġiet diskussa waqt waħda mil-laqgħat, kif ukoll waqt il-Konvenzjoni, u hija rakkomandazzjoni tagħhom, bħalma huwa d-dritt ta' kull kunsillier fuq dan il-Kunsill li jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet.", "Ġie deċiż ukoll b'vot li dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet jingħataw lill-partiti politiċi għall-kummenti tagħhom.", "ĊENSU GALEA: Jekk qed nifhem tajjeb, bħalissa trid tkun ilek sitt xhur hawn Malta fl-aħħar 18-il xahar qabel tingħata l-vot, u issa l-proposta hi li trid tkun ilek sitt xhur fl-aħħar sitt snin biex tingħata l-vot.", "Tajjeb fhimt?", "MARIA CAMILLERI CALLEJA: Ir-rakkomandazzjoni hi li għandu jiġi emendat sabiex il-perijodu li fih jiġu kkalkolati s-sitt xhur residenza jiġi estiż minn 18-il xahar kurrenti għal mill-inqas sitt snin.", "ĊENSU GALEA: Biex inkunu ċari, aħna qegħdin ngħidu li, minflok six months over 18 months, issa se jiġu six months over six years.", "THE ACTING CHAIRPERSON: L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Is-sitt xhur sħaħ?", "MARIA CAMILLERI CALLEJA: Ma ġiex speċifikat.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "JOE DEBONO GRECH: Fuq din tas-sitt xhur, illum ħadd ma jaf min jidħol u min joħroġ minn Malta!", "Illum, nista' niġi ngħidlek li jien kont hawn erbat ijiem ilu jew ħmistax ilu.", "Illum, biex tagħti ċ-ċittadinanza lil xi ħadd, trid tistaqsih jekk ilux sitt xhur hawnhekk.", "Issa, jekk dan jgħidlek li ilu sena, kif se tivverifika li dak li qallek huwa minnu?", "DR RAYMOND XERRI: Għandek raġun għax l-embarcation cards m'għadhomx jeżistu.", "Imma din hija rakkomandazzjoni ta' Kunsillier li ġiet ippreżentata lill-Kunsill, u dan iddeċieda li jqassamha fost il-partiti politiċi għall-konsiderazzjoni tagħhom.", "THE ACTING CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Nirringrazzjakom u, għan-nom tal-Kumitat, se nirrapporta lill-Kamra fis-sens li l-Kumitat qabel mal-azzjonijiet li ttieħdu u li kienu qegħdin jittieħdu fuq ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li saru minn dan il-Kunsill sabiex jiġu indirizzati l-kwestjonijiet li kienu qegħdin jolqtu lill-Maltin li jgħixu barra minn Malta, kif indikat fir-rapport ta' progress.", "Xtaqt nagħlaq billi nagħmel appell ġenerali sabiex id-dipartimenti konċernati jkomplu jagħmlu l-almu tagħhom ħalli dawn il-kwestjonijiet jiġu indirizzati b'mod effikaċi u ġust għall-partijiet kollha involuti.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE ACTING CHAIRPERSON: Se rressaq din il-korrispondenza:", "- Stedina tat-18 ta' Marzu 2015, mingħand Laura Ravetto, President tal-Kumitat Parlamentari Taljan għall-Affarijiet dwar il-Ftehim Schengen, il-Europol u l-Immigrazzjoni, fejn stiednet lil dan i-Kumitat sabiex jissieħeb ma' kumitati parlamentari oħra f'laqgħat fi Brussell bil-għan li jinħoloq network istituzzjonali fejn jiġu diskussi u jkun hemm bdil ta' informazzjoni dwar id-diversi aspetti tal-fenomenu tal-immigrazzjoni.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech diġà esprimew il-qbil tagħhom ma' din il-proposta, imma formalment se nistaqsi jekk hawnx qbil unanimu sabiex inkunu nistgħu nilqgħu din l-istedina.", "Taqblu li għandna nilqgħu din l-istedina?", "Jiena naħseb li għandna nilqgħu din it-talba bil-qalb.", "Il-Kumitat qabel li jilqa' din l-istedina.", "Nirringrazzjakom u nistgħu naġġornaw għal data u aġenda oħra li jiġu mħabbra lilna aktar 'il quddiem.", "Grazzi.", "Fis-7.20 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150601_030d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 1 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:50 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Ċensu Galea (sostitut tal-Onor.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Tonio Fenech kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 29 li saret fid-19 ta' Mejju, 2015 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦALL-PERJODU JANNAR SA DIĊEMBRU 2014 SKONT IS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 7 TAL-ATT DWAR KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA (KAP.", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti, li kopja tagħhom kienet diġà tqassmet lill-Membri:-", "120 Kopja tar-Rapport Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għall-perjodu Jannar sa Diċembru 2014;", "121 Kopja tar-Rapport ta' Progress, aġġornat sa April 2015, dwar l-azzjonijiet li ttieħdu u kienu qegħdin jittieħdu fuq deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta; u", "122 Kopja tar-rapport tad-Dipartiment għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għall-perjodu Ottubru 2014 sa April 2015.", "Il-Kumitat iddiskuta dawn id-dokumenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artiklu 7 (2) tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515) fejn ħadu sehem ukoll Dr Raymond Xerri, Kap tad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, s-Sinj.", "Maria Camilleri Calleja, Direttur fl-istess Ministeru u Segretarja tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.", "Il-Kumitat innota s-sottomissjonijiet li saru fir-Rapport Annwali ta' dan il-Kunsill għall-perjodu Jannar sa Diċembru 2014, li kopja tiegħu diġà kienet tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-iSpeaker fit-23 ta' Marzu 2015, u l-Kumitat qabel mal-azzjonijiet li ttieħdu u li kienu qegħdin jittieħdu fuq id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li saru sabiex jiġu indirizzati l-kwestjonijiet li kienu qegħdin jolqtu l-Maltin li jgħixu barra minn Malta kif indikati fir-rapport ta' progress.", "Il-Kumitat qabel li għandu jsir rapport lill-Kamra f'dan is-sens.", "AFFARIJIET OĦRA:", "Korrispondenza: Laura Ravetto, President tal-Kumitat Parlamentari Taljan għall-Affarijiet dwar il-Ftehim Schengen, il-Europol u l-Immigrazzjoni, fit-18 ta' Marzu 2015 għamlet stedina lil dan i-Kumitat sabiex jissieħeb ma' kumitati parlamentari oħra f'laqgħat fi Brussell bil-għan li jinħoloq network istituzzjonali fejn jiġu diskussi u jkun hemm bdil ta' informazzjoni dwar id-diversi aspetti tal-fenomenu tal-immigrazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li jilqa' din l-istedina.", "Fis-7.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150601_030m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 17", "It-Tlieta, 2 ta' Ġunju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 17", "It-Tlieta, 2 ta' Ġunju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5:36p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 16 li saret fl-20 ta' Mejju 2015, ġew konfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Nibda billi nistieden lill-iSkrivana tal-Kumitat sabiex taqralna l-korrispondenza.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT: Għandna korrispondenza indirizzata lill-Onor.", "Marlene Farrugia, Chair tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, datata 25 ta' Mejju, 2015 li taqra hekk:", "\"Għażiża Marlene,", "Qegħdin niktbulek f'isem l-Oppożizzjoni sabiex nitolbuk issejjaħ laqgħa b'urġenza tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp sabiex jiġi diskuss il-Preliminary Site Evaluation Report, November 2014, dwar l-iżvilupp f'Ta' Żonqor, li ġie ppreżentat lill-Bord tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar nhar il-Ħamis li għadda.", "Aħna jidhrilna li l-Kumitat għandu, fir-responsabilità tiegħu, iservi ta' skrutinju għad-deċiżjonijiet meħuda fl-ambjent u l-ippjanar u għaldaqstant qegħdin nitolbuk sabiex tressaq dan ir-rapport għad-diskussjoni tal-Membri tal-Kumitat.", "Nieħdu din l-opportunità sabiex infakkruk li fis-Seduta ta' nhar it-Tnejn, 18 ta' Mejju, tqajmet din il-kwestjoni u s-Segretarju Parlamentari, Dr. Michael Falzon sostna li m'għandux oġġezzjoni li dan il-proġett jiġi diskuss mill-Kumitat waqt seduta speċjali.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Id-data għal din il-laqgħa niddeċiduha fl-aħħar ta' din is-sessjoni għaliex l-atturi li jridu jieħdu sehem f'din il-laqgħa ovvjament iridu jkunu preżenti u rridu niftehmu bejnietna meta hu tajjeb għal kulħadd.", "Nistgħu issa ngħaddu għall-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "DISKUSSJONI DWAR IL-PJAN STRATEĠIKU GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR MAĦRUĠ MILL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR U L-EMENDI PROPOSTI GĦALIH (KONT.)", "MADAM CHAIR: Biex infakkar lil dawk li qed isegwuna anke permezz tal-live streaming, fil-laqgħa li għaddiet aħna smajna xi suġġerimenti u emendi proposti min-non-governmental organisations (NGOs) wara li ġie stabbilit li għalkemm saret il-konsultazzjoni u anke ttawlet, l-NGOs ħassew li kellhom jiġu quddiemna sabiex isostnu xi emendi li xtaqu jaraw f'dan l-iStrategic Plan for the Environment and Development (SPED).", "Għaldaqstant, wara li aħna smajna s-suġġerimenti u r-raġuni warajhom, għaddejna l-istess suġġerimenti lill-gruppi parlamentari rispettivi tagħna, iddiskutejnihom, u llum is-Segretarju Parlamentari ġie lura hawnhekk bir-riżoluzzjoni u b'emendi oħrajn aċċettati mill-grupp parlamentari sabiex niddiskutuhom ħalli jekk jista' jkun illum stess, ngħaddu dan id-dokument għall-vot ħalli jkun jista' jipproċedi u jibda jiġi implimentat.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Madam Chair, xtaqt nirreġistra punt.", "Aħna bħala Oppożizzjoni rċevejna r-riżoluzzjoni siegħa ilu, jiġifieri konna diġà qegħdin on the way għal din il-laqgħa u allura ma kellniex ċans naraw fid-dettall dak li qed jiġi propost.", "Aħna se nkunu qegħdin nisimgħu u ovvjament se nagħtu wkoll il-feedback tagħna, però xtaqt nirreġistra l-fatt li r-riżoluzzjoni bl-emendi kif proposti waslet għandna siegħa ilu.", "Kont napprezza li kieku dawn kienu għandna in ample time biex nilħqu anke niddiskutuhom fil-grupp parlamentari tagħna.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Falzon.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Madam Chair, ir-riżoluzzjoni waslet siegħa ilu għax kif ftehemna – għallinqas hekk mingħalija li ftehemna – kellna mmorru għand il-gruppi parlamentari rispettivi tagħna bir-riżoluzzjoni.", "Jien nista' nitkellem, mhux għall-partit għax hawnhekk mhux suppost nitkellmu għall-partiti għalkemm m'għandna ebda diffikultà nagħmlu dan, imma bħala Gvern li dan id-dokument jappartjeni lilu.", "Aħna morna b'dan id-dokument quddiem il-grupp parlamentari u quddiem il-Kabinett u ħadna on board ħafna minnu, imma issa m'għandniex noqogħdu nilagħbu d-delaying tactics!", "Kien hemm il-perjodu ta' konsultazzjoni, liema perjodu erġajna ġeddidnih, dan il-Kumitat wera x-xewqa li nerġgħu nisimgħu u erġajna smajna għal darba, darbtejn, kien hemm ftehim biex immorru bil-proposti quddiem il-gruppi parlamentari u morna, imma bir-rispett kollu ma naħsibx li dan il-Kumitat għandu jservi ta' xi ballun politiku biex noqogħdu sempliċement infixklu u ntawlu.", "Infakkar li fl-aħħar mill-aħħar dan huwa dokument tal-Gvern u hawnhekk għandi l-pożizzjoni tal-Gvern, bil-backing tad-deċiżjonijiet tal-Kabinett.", "Jien hawnhekk għandi l-emendi u se ngħaddi kopja tagħhom lill-Membri kollha tal-Kumitat.", "L-understanding kien ċar, u ċioè li f'din il-laqgħa għandna mmorru għall-vot fuq ir-riżoluzzjoni, però jien noqgħod għal dak li tgħid inti, Madam Chair.", "Jekk tippermettili se nqassam l-emendi.", "MADAM CHAIR: Onor. Falzon, jien diġà aċċertajt lil dawk kollha preżenti, inkluż lill-Membri tal-Oppożizzjoni, li wara li tajna ż-żmien kollu għall-konsultazzjoni u għas-suġġerimenti, illum ngħaddu għall-pass li jmiss biex l-iSPED ikun jista' jiġi implimentat.", "Infakkar li bħalissa qegħdin fi stadju fejn l-iStructure Plan huwa outdated u jrid jiġi replaced b'dan l-iSPED, l-iSPED għadu mhux lest, il-local plans ma jistgħux jiġu konkużi qabel ma l-iSPED ikun in vigore, u allura nħoss li l-pajjiż ma tantx qiegħed f'sitwazzjoni tajba.", "Jien nixtieq li llum naħdmu fuq dawn l-emendi, li huma emendati permezz ta' emendi oħrajn, niddiskutuhom, u jekk Alla jrid naslu fi qbil ħalli b'kunsens inressqu dan id-dokument fil-Plenarja.", "LEO BRINCAT (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima): Madam Chair, xtaqt nagħmel kumment żgħir just for the record.", "L-aħħar darba kont ġejt immiskwotat minn xi ġurnali li qalu li jiena oġġezzjonajt li l-eNGOs iressqu xi emendi, wara l-intervent li għamlet l-Onor.", "Jiena kull ma kont għedt kien li għalkemm proċeduralment l-Onor.", "Schembri kienet korretta, jiena inkun l-aħħar wieħed li nipprova noħnoq id-dritt tal-eNGOs milli jsemmgħu leħenhom, anke jekk setgħu ma kenux in line mal-proċedura normali.", "Aħna ħadna gost li tressqu dawn l-emendi u naħseb li l-ikbar konferma ta' kemm tajnihom attenzjoni joħroġ mill-fatt li l-grupp parlamentari, kif spjega tajjeb il-kollega tiegħi, kellu diskussjoni fil-fond fuqhom u ovvjament illum inħossni konfortat li l-pożizzjoni li għandna quddiemna hija l-pożizzjoni tal-grupp parlamentari.", "Mingħajr ma nkun qed niżvela xejn nista' ngħid li din hija pożizzjoni li wriet sens ta' għaqda u ta' goodwill qawwi – jista' jkun hemm min ma jaqbilx ma' dak li qed nipproponu aħna – biex fil-maġġoranza tas-suġġerimenti jew emendi proposti min-naħa tal-eNGOs, we meet them, if not all the way, practically most of the way.", "Allura jiena, kemm fil-vesti tiegħi ta' Ministru responsabbli mill-ambjent, kif ukoll bħala membru tal-grupp parlamentari, inħossni kkonfortat bil-pożizzjoni li ħadna.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jekk tippermettili forsi ngħaddu l-emendi waħda waħda.", "MADAM CHAIR: Iva, hekk nixtieq jien.", "MICHAEL FALZON: Qed nissuġġerixxi dan anke għall-benefiċċju tal-NGOs biex kulħadd joħroġ minn hawnhekk happy; naħseb li m'għandniex għalfejn ma noħorġux happy.", "MADAM CHAIR: Dik hi l-intenzjoni.", "MICHAEL FALZON: Qabel ma nibda, nixtieq nassigura lil kulħadd – fuq kif jimmiskwotawni l-gazzetti naħseb aħjar li ma ngħid xejn għax dwar dak tista' toqgħod tiġġieled kuljum – li b'dan id-dokument din l-Amministrazzjoni m'għandha l-ebda intenzjoni, kif forsi kien hemm min ħaseb jew ta l-impressjoni, li jinbena kull m'hawn jew li jkollniex rispett lejn l-ambjent.", "Jien hand on heart ngħid li mhux nofs triq ħriġna, kif qal il-Ministru Brincat, imma naħseb li ħriġna kemm hemm bżonn, mhux għall-ambjentalisti jew għal xi ħadd partikolari, imma għall-pajjiż.", "U naħseb li jekk ipoġġu hand on heart, anke l-iktar nies li kienu kritiċi fil-bidu, jaqblu ma' dan li qed ngħid.", "U dan huwa li se nuru fl-ispjega li se nagħmlu.", "Issa rridu naraw ir-rieda tal-Gvern li trid tissarraf f'dak li aħna llum se nippruvaw napprovaw b'kunsens, jiġifieri j'Alla dak li qed tgħid inti, Onor. Falzon, issa npoġġuh fil-prattika.", "MICHAEL FALZON: Nibda mill-implementation.", "Kien hawn tħassib fuq dik li hija implimentazzjoni.", "Dak li huwa l-aspett ta' technical coordination se jkun f'idejn l-Executive Council tal-Awtorità tal-Iżvilupp u l-Ippjanar u dik tkun parti mil-liġi.", "Niġbed l-attenzjoni li għalkemm hija policy u kienet wegħda elettorali li jkun hemm żewġ awtoritajiet, waħda għall-ambjent u l-oħra għall-iżvilupp u l-ippjanar, xorta waħda fuq il-Kunsill Eżekuttiv fejn se jkun hemm kwalunkwe deċiżjoni li se tkun ta' natura ta' policy li tista' tinvolvi ambjent, se jkun hemm wkoll żewġ membri mill-Awtorità tal-Ambjent.", "Għal dik li hija koordinazzjoni politika – għalkemm forsi mhijiex daqshekk ta' interess għal dan il-Kumitat – din se tkun taħt ir-responsabilità tal-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru (DPM), li fost affarijiet oħra, huwa wkoll responsabbli mill-manifest elettorali.", "Għall-informazzjoni tal-Membri tal-Kumitat ngħid li dak li ġie inserit ġdid jew mibdul, huwa indikat b'kulur aħmar.", "Niftakar li kien hemm żewġ istanzi fejn inġibdet l-attenzjoni ta' dan il-Kumitat li jista' jkollna, biex ngħid hekk, vacuum; il-famuża transition clause.", "Jiġifieri fejn seta' kellna vacuum jew lakuna, issa ġie ndirizzat.", "Immur issa għall-prinċipji ġenerali fejn wieħed mit-tħassib prinċipali huwa l-użu ta' art barra miż-żona ta' żvilupp.", "Dik tagħti importanza u tirrifletti t-tħassib li kien hawn madwar din il-mejda.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, aħna se nagħmlu l-kummenti fl-aħħar jew se nagħmluhom wara kull waħda?", "MADAM CHAIR: Naħseb li aħjar inħallu lis-Segretarju Parlamentari jispjega kollox, imbagħad nagħmlu d-domandi fl-aħħar.", "MICHAEL FALZON: Żidna xi ħaġa oħra li kienet ukoll ta' tħassib għal dak li huwa ħarsien ta' riżorsi, partikolarment b'mod dirett il-ħarsien tar-riżors tal-ilma.", "Għalkemm id-dokument, kif spjegaw it-tekniċi l-aħħar darba, kien diġà jaħseb għaliha, aħna dehrilna li hemm bżonn nenfasizzawha u fil-fatt żidna l-kliem \"plans and policies prepared under the SPED shall seek the conservation of all resources, especially water, in line with the approach taken in the preparation of supplementary planning guidelines\", kif għamilna fil-każ tal-fireworks', fuel stations' and cemetries' policies.", "Ngħaddi issa għall-objectives.", "Taħt TO1 erġajna enfasizzajna u żidna l-kunċett ta' limiting land take-up within the rural area.", "Hemmhekk konna qed inħarsu lejn li jista' jkollok użu ta' art li mhijiex fiż-żona urbana.", "Għamilniha ċara, u qed nagħmluha iktar ċara, li dan se jkun the last resort.", "Dan diġà qiegħed fil-guiding principles li hemm fil-bidu u qegħdin nagħmluha ċara li anke fejn jidħlu social and community facilities, l-enfasi hija fuq urban areas u huwa biss fejn m'hemmx alternattivi li wieħed jista', jew għandu, jikkunsidra li jmur barra.", "L-istess għamilna f'TO 2 fejn qed nitkellmu fuq Government schools.", "Fejn hemm facilities for youths qed nerġgħu nagħmlu restrizzjoni li għandna mmorru għal urban areas.", "Huwa biss fejn ma jeżistux alternattivi li għandna nikkunsidraw li noħorġu 'l barra.", "F'TO 3, li titkellem dwar is-social housing, morna pass oltre u qegħdin nagħmluha ċara – jien personalment kelli t-titubanzi tiegħi, jiġifieri r-rieda tal-Gvern altru milli qiegħda hemmhekk – li fejn jidħol affordable social housing irid bilfors ikun within the urban areas.", "Jiġifieri altru milli hawnhekk aċċettajna t-tħassib fuq li kemm jista' jkun ma mmissux ir-rural areas; hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq feasible alternatives, imma qed nitkellmu fuq blanket prohibition.", "Kien hemm ukoll ix-xewqa li nħarsu lejn dawk li kienu qed jissejħu national parks, użajna t-terminu wżat throughout id-dokument u qed nitkellmu fuq designating new areas within the rural area as national parks.", "Jiġifieri hawnhekk, bħala Gvern, irrispondejna għax-xewqat – ma nużax it-terminu \"tagħna lkoll\" għax ninstema' daqsxejn politiku – li lkoll kemm aħna naħseb li għandna.", "Jiġifieri qed nagħmluha ċara li l-preżunzjoni tkun waħda ġenerali.", "Hawnhekk żidna wkoll punt innovattiv – fil-fatt kien wieħed mis-suġġerimenti li sar – u qed ngħidu \"controlling sources of light pollution which negatively affect the Rural Area.\".", "Ngħaddi issa għal urban objective 1 fejn żidna l-enfasi li socio-economic development għandu jkun primarily within the urban area.", "Introduċejna wkoll tliet punti ġodda.", "Fl-ewwel wieħed qed ngħidu \"integrate new uses and activities within existing historic buildings as a catalyst for rehabilitation and regeneration\", xi ħaġa li naħseb kulħadd jaqbel fuqha, fit-tieni wieħed qed ngħidu \"encouraging good restoration practices and conservation\", u fit-tielet punt – li huwa intenzjonat li jidħol fid-development control 15 – qed ngħidu li fejn jidħlu urban conservation areas \"adopt a context driven approach to the control of building heights\".", "Hawnhekk qed ngħidu li s-sitwazzjoni li teżisti llum għall-Belt Valletta, għall-Imdina u għall-Birgu tiġi tgħodd għall-urban conservation areas kollha.", "Jiġifieri f'dak il-każ lanqas biss we designate height imma jkun kollu kemm hu context-driven.", "F'urban objective 3, li titkellem dwar ir-reviżjoni taż-żoni, żidna l-kliem \"whilst ensuring that the overall result does not constitute a significant change\".", "B'hekk qed nenfasizzaw għal darb'oħra li din l-amministrazzjoni m'għandha ebda intenzjoni li tkabbar id-development zones b'xi mod kbir jew esaġerat, imma sempliċement trid li jkun hemm revision u jiġi rranġat dak li għandu jiġi rranġat.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni li fl-ebda pjan regolatorju li qatt sar s'issa fil-pajjiż ma kien hemm amministrazzjoni li rabtet idejha b'dan il-mod.", "Infakkar fil-famuż rationalisation exercise li sar fl-2006 fejn kienu daħlu 2,300,000 metru.", "Hawnhekk qed nagħmluha ċarissima li m'għandniex l-intenzjoni li ndaħħlu xi 2,300,000 metru, imma li jkunu biss revision tal-guiding criteria u li t-tibdil ma jkunx wieħed kbir.", "Ngħaddi għal rural objective 4 fejn qed nitkellmu fuq hierarchy of landscapes.", "Hawnhekk kien qed jingħad \"to protect the most sensitive landscapes\", u issa wessajniha, kabbarniha u nkludejna \"of both cultural and landscape importance\".", "Daħħalna wkoll paragrafu ġdid biex nindirizzaw it-tħassib li kien hawn dwar ir-rubble walls u qegħdin ngħidu \"and strengthen the existing framework for the protection of rubble walls\".", "Madam Chair, dawn l-emendi kollha huma riprodotti fir-riżoluzzjoni, miżjuda mal-emendi l-oħrajn li kien hemm qabel.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "LEO BRINCAT: Jiena żgur li m'iniex se nżid mal-ispjegazzjoni dettaljata u korretta li ta l-kollega tiegħi, imma billi fil-laqgħa tad-19 ta' Mejju – u jikkoreġini l-Onor.", "Callus, jekk jiena żbaljat – kien hemm ftit ta' grey area f'diskussjoni li kellna fuq il-kwestjoni tal-Executive Council, naħseb tajjeb nagħmel kumment żgħir fuq il-concern ġenwin li qam min-naħa ta' waħda mill-eNGOs dwar l-aspett tal-governance.", "Ma kienx ikun f'waqtu li kieku l-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) kienet se tibqa' għaddejja kif inhi, imma ma kienx kumment frivolu proprju għax qegħdin on the eve li jibda d-demerger process.", "Din l-eNGO partikolari kienet staqsiet, mhux x'qed jiġri issa bil-MEPA kif inhi, imma x'se jiġri once li l-MEPA tgħaddi biex tinqasam, skont il-mandat tal-Gvern.", "Dakinhar – u hawnhekk għandi n-noti dwar x'kienet qalet din l-eNGO partikolari fid-19 ta' Mejju – kien hemm tliet punti li dwarhom intalbet verifika; monitoring, review tal-iSPED u implementation.", "Dan il-punt reġa' tqajjem, fl-opinjoni tiegħi ġustament, f'intervista li kien hemm f'ġurnal lokali, fejn sar aċċenn għal ħtieġa ta' kjarifika, anzi ntużat il-kelma \"pivotal\", implementation and ownership of SPED.", "Kif aċċenna l-kollega tiegħi, meta niġu għall-kwestjoni tal-Executive Council, għalkemm din se toħroġ mid-draft legislation tal-ippjanar, nista' nassigurakom – u din bħala Gvern mhux bħala sempliċement xewqa min-naħa tal-ambjent biss – li l-ambjent se jkollu equal representation u se jkollu equal weighting mhux biss fuq environmental policies, imma fuq dawk il-policies kollha li jista' jkollhom real, actual or even potential impact on the environment.", "Allura b'hekk naħsbu li min-naħa tagħna, kemm bl-istruttura li semma l-kollega tiegħi li taqa' taħt l-istruttura tal-Uffiċċju tad-DPM, u anke l-fatt li l-Executive Council, għalkemm joħroġ mid-draft legislation kif wieħed jara 'l quddiem, se joħroġ mill-arm tal-ippjanar imma se jkun hemm fuqu issues li jista' jkollhom potential or real impact on the environment u se jkun hemm equal representation, wieħed jista' joffri l-konfort daqslikieku l-MEPA għadha kif inhi u mhux se jkollok xi ħaġa fejn il-weighting se jintefa' kompletament fuq l-ippjanar, u l-ambjent ikun just a passive or an active observer li jista' jilmenta biss in a negative way.", "Din tikkonforta lilna bħala Ministeru tal-Ambjent anke vis-à-vis d-demerger process li nawguraw li jibda kemm jista' jkun malajr, għax fil-fehma tagħna iktar ma jibda malajr dan il-proċess iktar jista' jissaħħaħ l-ambjent.", "MADAM CHAIR: Meta tgħidu li se jkun taħt is-sorveljanza tad-DPM, tistgħu tfehmuna daqsxejn xi jfisser dan?", "Id-DPM huwa nkarigat mill-ħarsien tal-manifest elettorali u l-viżjoni tal-manifest elettorali hija ċara li aħna nħarsu l-ambjent u nħarsu ż-żoni barra miż-żoni tal-iżvilupp.", "Jiġifieri x'se jkun ir-rwol tad-DPM?", "MICHAEL FALZON: L-ewwel nett ejjew nagħmluha ċara li l-Uffiċċju tad-DPM huwa uffiċċju totalment differenti mill-awtoritajiet li jekk Alla jrid se jkollna.", "Il-proċessi tal-awtoritajiet jimxu skont il-proċeduri li jkunu stabbiliti għal dawk l-awtoritajiet, mhux l-inqas, kif semma l-Ministru Brincat, wara li nkunu ddiskutejna l-liġijiet relattivi fil-Plenarja fejn kulħadd ikollu l-opportunità li jgħid tiegħu.", "Fl-introduzzjoni tiegħi jien għedt li l-implimentazzjoni hija xi ħaġa tal-Executive Council tal-Awtorità, imma għamilt kumment ieħor dwar il-political implementation, li kien purament fuq livell politiku, u għamiltu għax kien hawn min staqsa min se jimplimenta.", "Kulħadd irid jimplimenta, jiġifieri l-awtoritajiet iridu jsegwu l-proċessi, mhijiex biss kwestjoni tal-Uffiċċju tad-DPM.", "Ejjew ma ninsewx li fl-aħħar mill-aħħar dan huwa dokument tal-Gvern.", "Bħalma llum it-twettiq tal-manifest elettorali huwa f'idejn l-Uffiċċju tad-DPM, anke l-political direction, surveillance, jew whatever tkun tirrispondi lil dak l-Uffiċċju.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Membri biex jagħmlu l-kummenti tagħhom.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Grazzi, Madam Chair.", "Jien naturalment nikkondividi mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Marthese Portelli dwar il-fatt li dawn il-kummenti ġew għandna siegħa ilu.", "Ngħid hekk għax aħna, fil-laqgħa tal-Kumitat ta' ġimgħatejn ilu, konna qbilna li se nkunu qegħdin niddiskutu l-proposti kif ġew ippreżentati mill-għaqdiet ambjentali.", "Naturalment dan mhuwiex il-każ.", "Il-proposti li għandna llum li tressqu quddiemna mill-Gvern jieħdu f'konsiderazzjoni wħud mill-proposti tal-għaqdiet ambjentali, però hemm numru ta' proposti li ġew skartati għal kollox.", "Allura naħseb li ma jkunx ġust fil-konfront tagħna bħala Oppożizzjoni li f'din il-presentation li kellna ta' madwar ħames minuti nippruvaw nifhmu dawn il-proposti li tressqu mill-Gvern u nintalbu biex nieħdu deċiżjoni.", "Jiena se nsemmi proposta waħda minn dawn li semma l-Onor.", "Falzon, li hija dik dwar x'se jiġri meta għandek l-iSPED li daħal fis-seħħ, u l-pjanijiet lokali għadhom qegħdin jagħmlu riferenza għal policies li hemm f'dokument li m'għadux jeżisti, li huwa l-Pjan ta' Struttura.", "Jiġifieri aħna ma nħossuniex komdi b'din il-proposta tal-Gvern fejn qed jgħid li mill-iStructure Plan tal-1992 se jżomm il-UCO7 għax qisna qegħdin nieħdu biċċa minn hawn u biċċa minn hemm.", "Ma naħsibx li dan huwa l-mod kif isir l-ippjanar f'pajjiżna, anke legalment.", "Jiġifieri issa qegħdin ngħidu li se jkollna l-iSPED fis-seħħ u fl-istess ħin qegħdin nagħżlu policy waħda mill-ħafna li hemm tad-dokument l-antik li se tibqa' fis-seħħ?", "Jiena naħseb li dan huwa riżultat ta' analiżi li ma sarx fit-totalità tiegħu u nerġa' ngħid li din il-proposta – u bħalha hemm ħafna oħrajn – ma tirriflettix x'qalu l-għaqdiet ambjentali.", "Aħna naqblu li l-Pjan ta' Struttura jibqa' fis-seħħ sakemm jiġu updated il-pjanijiet lokali għax ma jistax ikollna sitwazzjoni f'dan il-pajjiż fejn se nadottaw l-iSPED… Jiena ngħid li dan mhuwiex possibbli legalment.", "Din hija l-ewwel rimarka tiegħi fuq waħda minn dawn il-proposti.", "MADAM CHAIR: Onor. Callus, għandek iktar rimarki?", "RYAN CALLUS: Nixtieq li jkolli r-risposti waħda waħda għax inkella...", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jekk hawn xi ħaġa li niddejjaq nagħmel huwa li nirrepeti, imma naħseb li llum ġejja l-logħba tar-ripetizzjoni.", "Aħna kellna mmorru lura għand il-gruppi parlamentari u kellna niġu b'pożizzjoni.", "Issa jekk l-Oppożizzjoni m'għamlitx il-biċċa tagħha, affari tagħha.", "Il-Gvern ħa on board naħseb 90% tal-punti li tqajmu mill-NGOs u minn kulħadd u ġejna lura b'pożizzjoni.", "Fuq x'għamel ħaddieħor m'iniex se nitkellem.", "L-Onor.", "Callus qajjem il-punt dwar il-legalità.", "Minn punt legali, kieku kellna nadottaw dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Callus, kienet tkun dawgħa faħxija.", "Li qed jgħid hu qisek tagħmel subsidiary legislation mingħajr m'għandek Kostituzzjoni.", "L-iSPED huwa d-dokument strateġiku li jibgħat direzzjoni; l-aħħar darba ma nafx kemm domna niddiskutuh dan il-punt.", "Taħt kostituzzjoni ta' pajjiż ikollok liġijiet, u taħt il-liġijiet ikollok leġiżlazzjoni sussidjarja.", "L-Onor.", "Jiġifieri suppost li għandna nagħmlu local plans mingħajr m'għandna dokument strateġiku biex jiggwidana kif nagħmluhom?", "Hekk kien isir l-ippjanar qabel?", "Għax hekk qegħdin ngħidu.", "Dan huwa dokument strateġiku li qed jagħti d-direzzjoni strateġika.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, jista' l-Onor.", "Falzon jgħidli x'se jiġri pereżempju fil-każ li hemm quddiem il-MEPA li qed jagħmel riferenza għall-policy li hemm fil-Pjan ta' Struttura?", "Jista' jgħidli x'se jiġri ġaladarba dik il-policy sparixxiet?", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Jekk għandek hierarchy ta' dokumenti, trid timxi magħha.", "Aħna kellna żewġ lakuni, waħda minnhom ġiet sorvolata – almenu hekk qaluli teknikament; jekk hemm bżonn nistaqsu lit-tekniċi – u din hija l-oħra, li hija inkluża.", "Jiġifieri t-tħassib muri ġie ndirizzat.", "Allura x'suppost kellna x'nagħmlu?", "Nibqgħu ma nagħmlu xejn dwar dan il-famuż Pjan Strateġiku li kellu jiġi revised fl-1999 għax m'għandniex il-policy?", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "(Interruzzjonijiet) Però ħalli l-ewwel niċċaraw din għax l-Onor.", "Callus għamel mistoqsija validissima u nixtieq li issa nisma' lill-esperti.", "Jista' jkun hemm instances fejn jissuċċedi dak li spjega l-Onor.", "Kif nistgħu aħna llum li qegħdin hawnhekk nikkonkludu l-arranġament biex tkun vijabbli u tkun tista' tagħti r-riżultati li nixtiequ mill-iSPED?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO (Assistent Direttur, MEPA): Il-proċess li semma l-Onor.", "Callus jiġri eżatt kif qal, jiġifieri ladarba l-iSPED jidħol in force, l-iStructure Plan ma jibqax jeżisti.", "Mela teknikament, jekk għandek pjan lokali li qed jirriferi għal particular policy, dik il-policy m'għadhiex teżisti, però dan ma jfissirx li mhemmx policy guidance fuq l-issue.", "Jiġifieri jekk għall-argument qegħdin nitkellmu fuq RCO4 li kienet titkellem fuq conservation of the natural environment, issa rridu naraw x'jgħid l-iSPED fuq conservation of the natural environment li hija l-issue li kienet indirizzata b'RCO4.", "Li għamilna aħna hu li rajna jekk hux se jkollna xi policy li l-iStructure Plan qed tindirizza, imma l-iSPED mhu qed jgħid xejn fuqha, u sibna li kien hemm waħda biss, li hija l-UCO7, jiġifieri l-policy context ta' x'jiġri jekk tidħol application fuq binja skedata.", "Il-UCO7 titkellem dwar il-policy guidelines għal żvilupp fuq bini ta' grading differenti.", "Dan mhuwiex indirizzat b'mod espliċitu fl-iSPED.", "Tista' tispjegalna dik ukoll?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Il-UCO7 saret fl-1990, imma llum tant saru żviluppi dwar l-issue ta' conservation of historic buildings u tant tgħallimna affarijiet fuq kif ħdimna fil-passat li forsi m'għandniex nirrepetu, li l-policy framework fuq bini skedat se jkun rivedut.", "Għalhekk aħna bħala direzzjoni strateġika fl-iSPED għedna li l-bini storiku għandu jiġi protett, però se nagħmlu guidelines dwar kif għandu jsir l-iżvilupp fuqhom.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Hawn xi kummenti dwar dan li għadu kif spjega l-Perit Scalpello?", "Hawn xi kummenti oħrajn fuq xi tibdiliet oħrajn?", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Madam Chair, fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat konna ddiskutejna diversi proposti li ressqu l-NGOs u kellna mmorru lura fil-gruppi parlamentari rispettivi tagħna b'dawn il-proposti biex imbagħad niġu hawnhekk u nagħtu r-reaction tagħna fuqhom biex dawn jiġu adottati fl-iSPED.", "Dak l-eżerċizzju aħna għamilnih u għamilnih fuq il-feedback kollu li rċevejna.", "Li semmejt jiena fil-bidu huwa li r-riżoluzzjoni li għandna quddiemna llum mhijiex id-dokumenti li kellna aħna f'idejna biex immorru bihom quddiem il-grupp parlamentari.", "MADAM CHAIR: Però intom mistednin li tressqu s-suġġerimenti tagħkom ukoll.", "Għalhekk jiena fil-bidu għedt illi kieku d-dokument wasal għandna qabel, konna nkunu nistgħu nifluħ aħjar.", "Naħseb tridu tapprezzaw li meta dokument li fih ċertu dettall, li ma tistax taqbad u taqrah malajr imma trid tara l-implication ta' kull kelma li fih eżattament xi tfisser, jasal għandek siegħa qabel il-laqgħa… Jiġifieri dak kien il-punt tagħna.", "Jien se nsemmi xi ftit punti li rnexxieli nara fuq fuq.", "Pereżempju, jekk inħarsu lejn dak li hemm f'TO 1 u naraw x'kien is-suġġeriment li tressaq lilna, naraw li t-tnejn mhumiex identiċi, imma huma differenti.", "Għalkemm hija aħjar milli kienet qabel, xorta hemm differenza.", "MADAM CHAIR: Agħmel is-suġġerimenti tiegħek u naraw jekk nistgħux nakkomodaw ix-xewqa tal-Oppożizzjoni wkoll.", "MARTHESE PORTELLI: Pereżempju f'paġna 20 qed jiġi ssuġġerit li jiddaħħal il-kliem \"where no feasible alternatives exist in the urban area\".", "Jiena nistaqsi xi tfisser il-kelma \"feasible\".", "Mil-liema aspett se jiġi deċiż jekk dak li hemm quddiemna huwiex feasible jew le?", "Hemm ħafna mistoqsijiet li jien inħoss li jimmeritahom diskussjoni.", "Jekk, pereżempju nieħdu paragrafu (r) tal-mozzjoni kif qed tiġi proposta naraw li qed jiżdied il-kliem \"primarily within the urban area\".", "MADAM CHAIR: Hekk se nagħmlu.", "Jekk għandek xi suġġerimenti kif nistgħu nibdlu t-text, aħna nisimgħuhom u jekk nistgħu nakkomodaw biex iktar nissikkaw l-iSPED biex ikun iktar sikur għal dak li nixtiequh aħna, hawn il-Ministri rispettivi, niddiskutu u nagħmluhom.", "Però infakkarkom li l-emendi li pproponew l-NGOs huma l-materja li intom kellkom taħdmu fuqha.", "Aħna ġejna hawnhekk bl-emendi li għaddew mill-grupp parlamentari tagħna, u jekk intom għandkom xi emendi oħra, nisimgħuhom, u naraw kif insibu l-aħjar soluzzjoni, però ma nistgħux noqogħdu nfettqu fuq kelma.", "Preżenti hawnhekk hawn l-esperti li forsi jistgħu jgħinuna norqmu l-kliem tagħna fejn jidħol id-dokument.", "Jien nixtieq li llum niddeċiedu u nagħlqu d-diskussjoni, inkella nistgħu nibqgħu għaddejjin infettqu kelma kelma for the next few months.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, nistgħu noqogħdu nfettqu fuq il-kliem – u jekk hawn xi ħaġa li l-avukati kapaċi jagħmlu hija proprju li jfettqu fuq il-kliem – imma f'ġieħ kemm hemm, hawnhekk qed nitkellmu fuq guiding the location of new social and community facilities.", "Jekk, pereżempju nkunu rridu nagħmlu correctional school for juvenile delinquents, hawn xi ħadd li jaraha ssir f'xi urban conservation area jew f'xi qalba ta' raħal?", "Jekk irridu nidħlu fi straitjacket biex imbagħad għada pitgħada noqogħdu niksru r-regoli… Kien hawn tħassib u ndirizzajnih.", "Nerġa' nsemmi l-eżempju li semmejt ftit qabel.", "Jekk trid tagħmel faċilità soċjali għal affarijiet korrettivi, mhux bilfors li trid tara jekk huwiex feasible jew le li tagħmilha!", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq li tagħmel diskoteka jew club, imma qed nitkellmu fuq social and community facilities.", "Issa jekk lanqas irridu nikkunsidraw dawn, allura… U l-istess dwar l-oħrajn.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq skejjel tal-Istat, jiġifieri f'każ li l-Gvern ikun irid jagħmel skola għax għandu ċaqliq demografiku, bħalma għandna f'Wied il-Għajn, il-Qawra, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija.", "Il-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra bħali jilagħbu l-logħba politika, imma rridu tant nagħmlu straitjacket… Qegħdin ngħidu ċar li where there is no other feasible alternative, jiġifieri qed immorru għall-aħħar option nett.", "Pereżempju, f'Wied il-Għajn, fejn sploda fil-popolazzjoni, fejn nistgħu nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Issa jekk lanqas ma rridu nagħmlu dawk biex noqogħdu nfettqu dwar xi tfisser \"feasible\", allura ngħidu li tant aħna insensittivi għas-social u l-community facilities, u tant sirna sensittivi għat-tfal, li lanqas Government schools ma rridu.", "U hawnhekk qed nitkellmu fuq Government schools, jiġifieri lanqas skejjel tal-privat!", "Issa jekk irridu mmorru f'dak l-estrem, allura forsi għada nissieħeb mal-Islamic State of Iraq and Syria (ISIS) jiena wkoll!", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Jekk hemm xi kummenti oħrajn li tridu tagħmlu dwar dak li spjega s-Segretarju Parlamentari u nistaqsu lill-esperti, nagħmluhom issa għax issa se naqbdu l-emendi li għandna waħda waħda, allura jekk hemm xi wording li tixtiequ tissuġġerixxu u li jkun jista' jtejjeb u jsaħħaħ id-dokument, ejjew nagħmlu dan issa.", "Jekk hemm xi ħaġa li tridu żżidu, ipproponuha u nikkunsidrawha flimkien.", "Li nixtiequ naraw isir illum huwa li jkollna l-viżjoni li tiggwida l-ippjanar elenkata f'dokument għax bħalissa la qegħdin hawn u lanqas qegħdin hemm, u dan mhux tajjeb għall-pajjiż għax permezz ta' hekk jistgħu jsiru ħafna abbużi.", "U nieqaf hemm.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Il-presentation tal-Gvern fuq l-implimentazzjoni tinqasam fi tnejn; technical coordination and political coordination.", "Aħna diġà esprimejna r-riżerva tagħna dwar li jkollok Executive Council bi tlieta minn nies b'poteri assoluti għax tista' tkun qed tagħti wisq deċiżjonijiet f'idejn ftit min-nies.", "MADAM CHAIR: X'tissuġġerixxi?", "RYAN CALLUS: Għal dak li għandu x'jaqsam ma' monitoraġġ tal-iSPED qegħdin nipproponu li jsir Strategic Planning Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li hija in line mal-proposta ta' Din l-Art Ħelwa, li fih ikun hemm Membru mill-Awtorità tal-Ippjanar, Membru mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, u espert fl-ippjanar li jiġi nominat mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Madam Chair, inti tixtieq li dan id-dokument jgħaddi b'consensus.", "MADAM CHAIR: Hekk hu, jien hekk nixtieq.", "RYAN CALLUS: Aħna wkoll nixtiequ li dan il-dokument jgħaddi b'consensus, però dan jista' jsir jekk ikun hawn tentattiv li tinstema' x-xewqa tagħna.", "U meta ngħid \"tagħna\" m'iniex qed nirriferi biss għall-Oppożizzjoni, għax ix-xewqat tagħna fformolajnihom wara li smajna u tkellimna man-nies.", "Jekk din il-proposta li għamilt għandhiex tiddaħħal fl-iSPED, nistgħu niddiskutuha, però naħseb li ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-iSPED irridu nagħtu d-direzzjoni lil min għandu jkollu l-poteri li jagħmel il-monitoraġġ dwar jekk l-iSPED huwiex verament qed jiġi implimentat.", "Din hija l-ewwel proposta tagħna.", "Callus fl-aħħar tal-intervent tiegħu qal li din mhijiex xi ħaġa tal-iSPED imma hija xi ħaġa ta' direzzjoni purament politika.", "Fit-tliet laqgħat li kellna dwar l-iSPED naħseb li għamilt minn kollox biex noqgħod 'il bogħod mill-politika.", "Il-ħsieb li jkun hemm an Executive Council li jkollu a balanced mix huwa ferm aħjar milli jkun hemm Strategic Planning Unit f'xi Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta' Ministru.", "L-esperjenza tal-passat – u hawnhekk se nkun prudenti mmens; jekk l-Onor.", "Callus ikun irid inkun nista' ngħidlu min kienu n-nies tal-iStrategic Planning Unit fi żmien amministrazzjoni preċedenti u x'kienu l-motivi ta' ċerti deċiżjonijiet –… L-ismijiet ngħidhomlok privatament, għalkemm qatt ma kienu daqshekk pubbliċi.", "Hawnhekk veru qed nuru li lesti neħduha bis-serjetà; se jkun hemm bord fejn ikun hemm xi ħadd li jista' jirrispondi.", "Nafu x'aħna ngħidu meta ngħidu li rridu Strategic Planning Unit bħalma kien hemm qabel?", "MADAM CHAIR: Hawn iktar kummenti?", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Paragrafu 3.1 tal-general principles bħalissa qiegħed jaqra hekk:", "Hawnhekk l-NGOs esprimew it-tħassib tagħhom dwar kemm l-aspett ambjentali verament se jingħata l-weight li għandu jingħata.", "Allura aħna xtaqna li nżidu klawsola li tgħid more or less dan li ġej:", "MADAM CHAIR: Fil-fehma tiegħi, dak li għadek kemm qrajt qiegħed diġà nkluż.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jekk wieħed imur fuq il-general principles fejn għamilna r-restructuring, jara li m'aħniex qed nitkellmu biss fuq proġetti ta' national interest imma qed nitkellmu fuq kollox.", "Dan huwa prinċipju li mhux biss se jiggwidana, kif qalet tajjeb l-Onor.", "Portelli, għall-każ ta' proġetti ta' natura nazzjonali, imma se jiggwidana għal kollox.", "U żidna wkoll li \"this sequential approach\" – u dan is-sequential approach jgħodd bħala prinċipju ġenerali – \"is being adopted in order to ensure that land take-up in the rural areas is considered as a last resort\" – naħseb li huwa kliem identiku għal dak li wżat l-Onor.", "Jiġifieri l-prinċipju hemm qiegħed, u nerġa' ngħid, mhux biss għall-każi nazzjonali.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma kważi.", "MADAM CHAIR: Naħseb li it should be kważi.", "CHARLES BUHAGIAR: Aħna nafu li fil-passat twaqqgħu binjiet fl-urban cores u ġew replaced b'affarijiet koroh immens.", "Jiġifieri ma tistax tagħmel presumption...", "MADAM CHAIR: Fil-kas niddefinixxu l-karattru.", "CHARLES BUHAGIAR: Hemmhekk wieħed irid jiddefinixxi l-property, imma affarijiet li mhumiex tajbin għandhom jitħallew jitwaqqgħu.", "MADAM CHAIR: Naqbel miegħek.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, il-preżunzjoni hija kontra b'mod ġenerali.", "Buhagiar għandu punt dwar kif tiġi interpretata.", "MICHAEL FALZON: It-tħassib tal-Onor.", "MADAM CHAIR: Niċċarawha ħalli tkun ċara.", "CHARLES BUHAGIAR: Forsi jkunu jistgħu jiċċarawha t-tekniċi.", "MADAM CHAIR: It-tekniċi jistgħu jirranġawhielna ħalli fl-aħħar inkunu nistgħu nerġgħu naqraw kollox u ngħaddu għall-konklużjoni.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI (Unit Manager, MEPA): Il-ġist tal-objective huwa li se jkollna conservation area action plan li se jidentifika l-proprjetajiet waħda, waħda, bil-valur tagħhom.", "Jiġifieri jekk hemm xi ħaġa li mhijiex sinonima mal-karattru tal-post, l-action plan se jidentifika x'għandu jsir biha.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt hemm miktub \"by formulating a conservation area action plan\".", "Naħseb illi kieku niddefinixxuha, jkun aħjar.", "MADAM CHAIR: Sakemm qegħdin niddiskutu aħsbu ftit dwar kif tista' ssir sabiex ikollna moħħna iktar mistrieħ.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Qabel inkompli xtaqt ngħid li l-kummenti li qed nagħmel ifformulajnihom jien u l-Onor.", "Fil-fatt kienu ssuġġerew li fejn ikun hemm large scale projects, arable land and areas of ecological importance or landscape sensitivity ma jkunux applikabbli għal point 1.", "Biċċa minnha daħlet fl-opening proviso fejn hemm limiting land, però hemm differenza sostanzjali bejn li ngħidu \"limiting land\" u li ngħidu \"to the exclusion of\" fil-każ ta' proġetti kbar.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li dan doesn't clash ma' dak li diġà hemm, anzi tikkumplimenta u ssaħħaħ u għalhekk ma narax li għandu jkun hemm oġġezzjoni li jiddaħħal.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "Ma rridx nirrepeti, imma jekk immorru lura għall-general principles naraw li din hija koperta f'dak li huwa sequential approach u anke f'paragrafu ieħor ġdid.", "MADAM CHAIR: Imma se nitilfu xi ħaġa billi nsaħħu dak it-trend?", "Perit Scalpello, iggwidana inti għax inti l-espert hawnhekk.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: L-importanti hu li wieħed jara l-pjan as a whole.", "Il-concerns fuq arable land u areas of ecological importance huma indirizzati fit-TO 8 fejn qed ngħidu speċifikament \"safeguarding protected areas\".", "Taħt \"protected areas\" you are encompassing l-areas kollha li għandhom valur li jista' jiġi protett.", "Mela l-prinċipju li jekk se nagħmel żvilupp taħt TO 1 irrid inħares ukoll il-protected areas, qiegħed hemmhekk.", "Pereżempju, tal-agricultural land, hemm waħda mir-rural objectives (ROs) li tgħid \"protecting good quality agricultural land from development\", jiġifieri dik ukoll hija policy għax inkella tista' taqbad dak il-proviso u kull fejn għandek policy li qed tipproponi żvilupp toqgħod dejjem iżżid li trid tħares il-protected areas u l-agricultural land.", "Il-prinċipju hu li artijiet ekoloġiċi protetti u artijiet arable li huma of good quality jiġu mħarsa meta jkun hemm proposta ta' żvilupp.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Imbagħad hemmhekk għandek l-overriding clause, u għalhekk huwa general principle għax il-feasibility minn hemmhekk toħroġ.", "Dawn il-bilanċi jsiru f'kull applikazzjoni.", "Il-proċess tekniku dak hu; tara l-policies which are supporting the project, tara l-policies which are not supporting the project u tipprova tilħaq il-bilanċ bejniethom biex il-proġett aħħari ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Saret proposta minn Din l-Art Ħelwa biex taħt TO 1 jidħol paragrafu ieħor li jgħid:", "Aħna naħsbu li din hija proposta tajba u nixtiequ nipproponuha lill-Kumitat.", "MADAMA CHAIR: Fil-fehma tiegħi din diġà qiegħda koperta, imma ma nara xejn ħażin li nżiduha mad-dokument.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jekk se nibqgħu sejrin hekk, se noqogħdu nirrepetu u nirrepetu.", "MADAM CHAIR: Dak kollu li qed jitolbuna diġà qiegħed fil-general principles, imma billi nżiduhom biex insaħħu naħseb li m'aħna se nitilfu xejn.", "Minkejja li għadni kemm smajt il-parir tal-Perit Scalpello, li fehemna tajjeb li dak kollu li ntalab s'issa, nirringrazzjaw 'l Alla, diġà qiegħed inkluż, jien ma nara xejn ħażin jekk ikun hemm addizzjoni ta' klawsola bħal din għax tkun qed issaħħaħ dak li diġà għandna.", "Naħseb li m'għandniex nissagrifikaw l-opportunità li dan id-dokument joħroġ minn hawnhekk b'kunsens biex inwebbsu rasna għal xi ħaġa li diġà hija mniżżla.", "Naħseb li huwa importanti, anke għan-nies li qed isegwuna, jekk illum jirnexxilna naslu fi qbil dwar dan id-dokument.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: TO 2.1 bħalissa qed jaqra hekk:", "Fil-proposta tiegħu l-Ministru żied:", "Jien ma nsibx oġġezzjoni, però qed ngħidu l-istess ħaġa.", "MARTHESE POORTELLI: Le, meta tiġi għall-interpretazzjoni tagħha hija differenti.", "MADAM CHAIR: Jekk x'ħin niġu għall-interpretazzjoni tagħha, ma jkollokx moħħok mistrieħ u t-tekniċi tagħna jkunu jistgħu jsaħħu l-wording b'mod li jirriflettu x-xewqa tal-Oppożizzjoni wkoll, la l-viżjoni tal-Gvern hija ċara – almenu kif inhi hawn, issa fl-implimentazzjoni naraw; nisperaw li tirrifleltti dan li ktibna –… M'hemm xejn li jmur kontra dak li nixtiequ aħna.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, jien m'għandix problema, imma jekk hawnhekk hawn 50 ruħ u xi ħadd jitlobna niddeskrivu \"dak\" il-bieb, jien ċert li jkollna 50 sentenza differenti.", "Issa jekk irridu noqogħdu nilagħbu din il-logħba, nilagħbuha, imma la l-general principles qed jispjegaw għal darba, darbtejn, tlieta…", "MADAM CHAIR: La l-kliem ifisser l-istess, aħna ma nsibux oġġezzjoni li l-kliem li jintuża jkunu kuntenti bih l-Oppożizzjoni wkoll.", "Sakemm m'hemmx clashes ta' idealoġija u intenzjonijiet… Iktar kummenti?", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Madam Chair, aħna għandna bżonn direzzjoni dwar jekk għandniex indaħħlu l-emendi jew le.", "MADAM CHAIR: Iva, se jkollkom direzzjoni u se jkollkom il-ħin għax wara li jidħlu l-kummenti kollha se nissospendi għal ftit minuti biex intom tiġu ggwidati minn kulħadd kif se nagħmlu l-emendi għax illum irridu ngħaddu dan id-dokument għall-vot.", "Malta ma tistax tibqa' mingħajr strategic plan in place.", "Se ngħidulkom iktar tard.", "Ħalli nisimgħu x'għandhom xi jgħidu aktar il-Membri tal-Oppożizzjoni; min-naħa tagħna ma jidhirx li hawn iktar kummenti.", "Jekk jista' jkun ma nirrepetux, aħna nsaħħu d-dokument irridu.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Aħna m'għandna l-ebda problema.", "L-issue tagħna hija biex nibdew nagħmlu l-emendi.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, ir-rieda tajba hija ġenwina minn din in-naħa; bdejt biha u nerġa' ngħidha.", "Jekk nitkellmu biss fuq affarijiet li qed naqblu fuqhom – u jidher li hawn qbil – mhu se jkolli l-ebda oġġezzjoni, anzi ejjew nagħmluhom u nimxu 'l quddiem; l-importanti li nimxu 'l quddiem.", "MICHAEL FALZON: Jekk niftakar sew s'issa għandna tliet punti, tnejn imressqa minn Membri tal-Oppożizzjoni u waħda minn Membru tal-Gvern.", "Jien li nista' noffri huwa li narawhom flimkien; jekk noffri iktar minn hekk nispiċċa mkeċċi minn din l-Amministrazzjoni!", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li hemmhekk m'għandniex għalfejn ngħidu \"with particular importance to the south of Malta\" għax aħna rridu nieħdu ħsieb lil Malta kollha.", "RYAN CALLUS: Il-punt huwa għax in-naħa t'isfel jidher li hemm iktar bżonnijiet u naħseb li bħala viżjoni, il-pjan strateġiku għandu jħares lejn x'inhuma l-bżonnijiet tal-pajjiż u jekk hemmx bżonn iktar spazji miftuħa lejn in-naħa t'isfel.", "Jekk ir-risposta tkun iva, allura xogħol l-iSPED huwa li jagħti d-direzzjoni.", "Jekk se nħallu kollox miftuħ m'aħniex se nagħtu...", "MADAM CHAIR: Nifhem il-punt tiegħek.", "Jekk hawn xi ħadd li jixtieq il-wesgħat u beraħ fin-naħa t'isfel hija jien.", "RYAN CALLUS: M'għandix dubju.", "MADAM CHAIR: Però naħseb li l-enfasi għandha tibqa' fuq il-pajjiż kollu għax kullimkien irridu noqogħdu attenti li ma nnaqqsux minn dak il-beraħ u l-wirt naturali li għandna.", "Issa jekk kulħadd jaqbel li għandna ndaħħlu din l-enfasi fuq in-naħa t'isfel ta' Malta, nagħmluh hekk, però naħseb li n-naħa t'isfel ta' Malta huwa inkluż mal-pajjiż kollu u ma nixtieqx li ssir iktar distinzjoni għax kultant id-distinzjoni qed tissarraf u tirrifletti fl-elementi li min hu min-naħa t'isfel ta' Malta, mhux ma jieħux pjaċir bihom, imma jista' jgħaddi mingħajrhom.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, m'għandniex l-intenzjoni li noqogħdu nagħmlu distinzjoni bejn parti u oħra ta' Malta.", "MADAM CHAIR: Xorta s-south huwa nkluż għax qed jitkellem fuq Malta kollha.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: F'TO 7 kien hemm il-proposta li jiżdied punt ġdid.", "Parti minnha, li hija dwar ir-rubble walls, ġiet indirizzata, però l-punt li ressqu l-NGOs kien aktar wiesa'.", "Jiġifieri dwar dan qbilna wkoll.", "Kuraġġ ħa naslu imbagħad noqogħdu għassa għall-implimentazzjoni biss.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Naħseb li huwa importanti li nipproteġu l-historic skylines ta' pajjiżna.", "Jien ma jidhirlix li din kienet imdaħħla fil-proposti tal-Gvern, però jekk le, ikkoreġuni.", "Jien m'iniex qed ngħid għal fejn hemm modern u żviluppat għax dak ormai il-valur tiegħu huwa inqas, però fejn hemm skylines storiċi naħseb li l-iSPED għandu jagħti viżjoni biex dawn jiġu protetti.", "MADAM CHAIR: Jistgħu jispjegawlna t-tekniċi għax din qiegħda mdaħħla żgur, rajtha jiena stess.", "RYAN CALLUS: Imma din qed titkellem dwar landscape mhux skyline.", "MADAM CHAIR: We can include it għax il-ħsieb hekk hu.", "MICHAEL FALZON: M'hemmx problema li ngħidu li nipproteġu l-historical skyline, però jekk niftakar sew x'imkien diġà qiegħda.", "Kif spjegajt, fid-DC 15 mhux biss inkludejna l-historic sites imma l-urban conservation areas kollha.", "L-Onor.", "MADAM CHAIR: Din ukoll qiegħda elenkata għax qrajtha żgur, però jekk f'dan il-kuntest nistgħu nsaħħuha, m'aħna se nitilfu xejn għax diġà qiegħda hemmhekk.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, kif għedt inti, dawn kollha qegħdin hemmhekk.", "Il-UO2 fil-fatt hija iktar wiesgħa milli għadha kemm qalet l-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Din hija waħda mill-proposti li ġiet inkluża fid-dokument li bgħattulna llum?", "MICHAEL FALZON: Kienet suġġerita minn xi NGO u ħadniha on board b'mod totali.", "MADAM CHAIR: Qed tara, il-konsultazzjoni ma saritx għalxejn!", "Kulħadd igawdi l-frott tal-ħidma tiegħu.", "MARTHESE PORTELLI: Dwar RO 2 l-NGOs kienu qajmu l-mistoqsija dwar jekk din tfissirx li se jsir l-asphalting f'ċerti pathways.", "Forsi tistgħu tispjegawlna ftit x'inhi t-tifsira tagħha?", "MADAM CHAIR: Tistgħu serrħulna rasna li mhijiex hekk.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: RO 2 irridu naraw il-kuntest tagħha.", "Tajjeb ngħidu li fil-local plans eżistenti għandna country pathways identifikati.", "Hemmhekk li qed ngħidu huwa li we should reappraise the network biex naraw pathways li jew ġew redundant, jew forsi hemm bżonn oħrajn ġodda minħabba li jkun hemm recreational resources ġodda.", "MADAM CHAIR: Kuntenti bl-ispjegazzjoni?", "MICHAEL FALZON: Forsi nista' nżid kumment żgħir.", "Ejjew ma ninsewx in-natura tad-dokument.", "Aħna hawnhekk indirizzajna n-nitty-gritties, imma mbagħad għandek ħafna policies differenti.", "(Interruzzjonijiet) Kif m'għandniex policies?", "Għandna rural policies, policies dwar ODZ, eċċ. Iddiskutejnihom u kien hemm preżenti l-Onor.", "Callus u l-Onor.", "Bezzina.", "MADAM CHAIR: Onor. Falzon, naqbel miegħek li hemm policies, però billi nsaħħu l-viżjoni ġenerali elenkata f'dan id-dokument m'aħna se nitilfu xejn.", "L-Onor.", "Aħna nixtiequ li jiddaħħal il-kliem – naf li jsir però nippreferu li titniżżel – \"following a public consultation exercise\".", "Naħseb li huwa importanti ħafna li proċess bħal dan, tad-designating ta' areas, ma jsirx mill-awtorità waħedha imma jkun hemm speċifikament l-involviment tas-soċjetà ċivili.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li tiżdied.", "MADAM CHAIR: Dan diġà qed isir u jekk niktbuha se nsaħħu dak li diġà qed isir.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Madam Chair, huwa tajjeb li dan il-kumment isir, imma jista' jiġri li xi ħadd minn barra jistaqsi għalfejn f'dan il-każ biss qed nitolbu public consultation.", "Fil-fatt din se nagħmluha kemm fuq il-country pathways kif ukoll id-designated areas.", "Jekk tibda tallaċċja kummenti ma' item wieħed, tista' toħloq id-dubju li għamiltha hemmhekk għax m'intix se tagħmilha f'post ieħor.", "Il-prinċipju ta' konsultazzjoni pubblika qiegħed enshrined in law, jiġifieri bilfors trid issir fuq kull dokument li noħorġu.", "MADAM CHAIR: Għax hija enshrined in law.", "Jidher li wasalna, għalhekk se nissospendi l-Kumitat sakemm il-Membri jikkonsultaw mal-esperti preżenti sabiex norqmu d-dokument ħalli nkunu nistgħu nressquh għall-vot.", "Fis-6:56p.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fis-7:49p.m.", "Membri jieħdu posthom ħalli nkomplu bil-laqgħa.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Nirringrazzjak, Madam Chair.", "Fit-tieni paġna, fejn konna qed nitkellmu fuq il-historic cores and their setting u konna żidna l-kliem \"with a presumption against demolition of property\", għall-punt li qajjem l-Onor.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq ħarsien ta' bini skedat biss, imma qed inħarsu anke fuq bini li huwa worthy of conservation.", "Fit-tielet paġna, taħt UO 2 żidna l-punt li rrifera għalih l-Onor.", "Jiġifieri minbarra li hemm il-protezzjoni tal-istoriku, qed ngħidu li l-iżvilupp li jsir f'sit storiku m'għandu bl-ebda mod joqlot ħażin l-iskyline tas-sit storiku nnifsu.", "Irranġajna wkoll xi ħaġa li ma qamitx fid-diskussjoni imma ndunajna biha aħna u għaddejjin.", "Jiġifieri qed nagħmluha ċara li mhux biss qed inħarsu lejn landscapes li huma ta' natura storika, imma anke lejn dawk li huma ta' sbuħija naturali.", "L-aħħar punt ġdid li żidna huwa fuq punt li qajmet l-Onor.", "Hawnhekk, għal darb'oħra qed nerġgħu nagħmlu enfasi fuq dak li diġà għedna fil-general principals dwar dawk li huma rural areas.", "Madam Chair, nixtieq ngħid li jkun xi jkun l-eżistu ta' dan il-Kumitat bl-ebda mod ma jfisser li mhijiex se ssir diskussjoni fil-Plenarja.", "Ma jidhirx li hawn għalhekk nitlob lill-Onor.", "Michael Falzon sabiex, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjoni bl-emendi kif qed jiġu proposti.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, inressaq din ir-riżoluzzjoni kif emendata:", "Illi l-Kamra tapprova l-Pjan Strateġiku għal-Ambjent u L-Ippjanar (anness ma' din ir-riżoluzzjoni), skond il-provvedimenti tal-artiklu 53 tal-Att tal-2010 dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, bl-emendi kif deskritti f'din ir-riżoluzzjoni.", "Il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar ġie sottopost għall-Stima Ambjentali Strategika, skont il-provvidementi ta' A.L. 497 ta' 2010, liema Stima hija annessa ma' din ir-riżoluzzjoni.", "Il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar għandu jissostitwixxi l-Pjan ta' Struttura għall-Gżejjer Maltin li kien ġie approvat minn din il-Kamra fl-1992.", "Illi l-Kamra tapprova l-emendi sussegwenti għall-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar.", "F'paġna 18, il-paragarafu 3.1 għandu jiġi strutturat b'dan il-mod:", "(e) F'paġna 18, paragrafu 3.2 taħt il-lista ta' \"Policies\" biddel il-kliem \"Energy Policy (2008)\" bil-kliem \"National Energy Policy (2012)\";", "F'paġna 18, paragrafu 3.2 taħt il-lista ta' \"Plans\" biddel il-kliem \"National Renewable Energy Action Plan (2011) bil-kliem \"National Renewable Energy Action Plan (2010) \";", "F'paġna 20, Thematic Objective 4, Policy 4 ħassar il-kliem \"to Sicily\" u daħħal il-kliem \"Natural Gas Infrastructure\";", "F'paġna 20, Thematic Objective 4, Policy 5 daħħal il-kliem \"and facilitating bunkering facilities for LNG use\";", "F'paġna 21, Thematic Objective 4, wara Policy 10 daħħal il-kliem \"11.", "F'paġna 22, Thematic Objective 8, wara Policy 8, daħħal il-kliem \"9.", "F'paġna 23, Urban Objective 1, Policy 3 wara l-kliem \"Identifying key strategic sites\" daħħal il-kliem \"primarily within the Urban Area\";", "F'paġna 25, Rural Objective 4, Policy 3 għanda tiġi strutturata u emendata b'dan il-mod \"3.", "F'pagna 20, Thematic Objective 1, wara sub paragrafu 9 daħħal il-kliem \"10.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: F'paragrafu (n) TEN-T trid tiġi?", "MADAM CHAIR: Jekk m'hawnx aktar kummenti se nressaq ir-riżoluzzjoni għall-vot.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Grazzi, Madam Chair.", "Aħna ħadna konjizzjoni tad-diskussjoni li saret illum waqt din il-laqgħa.", "Filwaqt li ninnutaw li kien hemm titjib mid-dokument oriġinali, baqalna numru ta' riżervi, u se nkun qed ngħid liema huma r-riżervi tagħna.", "Ir-riżervi tagħna huma fuq paragrafu 1 tar-riżoluzzjoni li bażikament jiġi approvat l-iSPED fit-totalità tiegħu; paragrafu 2(a) li qiegħed jitkellem dwar l-interim period u ddaħlet biss il-policy UC07; l-aħħar bullet point ta' paragrafu 2(b) fejn qiegħed jingħad li no other feasable alternatives exists – matul il-laqgħa aħna wrejna x-xewqa li jiġi spjegat eżatt xi tfisser il-kelma \"feasable\" – u l-istess japplika għall-paragrafi 2(i) u 2(j) fejn għal darb'oħra hemm terminoloġija vaga tal-kelma \"feasable\"; paragrafu 2(p) fejn aħna għedna li ma nixtiequx li jkun hemm a general presumption imma li l-emenda tkun waħda ċara, black on white, ħalli ma jkunx hemm lok għall-interpretazzjoni; paragrafu 2(t)(4) fejn qiegħed jirrifletti parti mill-emenda li pproponejna aħna dwar il-protezzjoni tal-iskyline, speċjalment fejn hemm siti storiċi, però ma jirriflettix eżatt dak li xtaqna aħna; u paragrafu 2(u).", "Minkejja li hemm diversi klawsoli – dawn li fil-fatt għadni kif elenkajt – li ma naqblux magħhom u qed noġġezzjonaw għalihom ukoll, aħna lesti li nivvutaw favur il-bqija tad-dokument, bil-patt u l-kundizzjoni li meta jmur għad-diskussjoni fil-Plenarja jkollna l-opportunità li nkomplu norqmu d-dokument biex inkomplu ntejbu fuqu.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri, intom se tivvutaw iva b'riżervi?", "MARTHESE PORTELLI: Eżattament.", "MADAM CHAIR: Qed tinġibidli l-attenzjoni li r-risposta trid tkun jew iva, jew le, jew inkella astensjoni.", "MARTHESE PORTELLI: Huwa possibbli li jittieħed split vote fuq kull wieħed minn dawk il-punti?", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li la r-riżoluzzjoni hija mressqa bħala ħaġa sħiħa, ladarba intom qegħdin tivvutaw fl-ispirtu li rrikonoxxejtu l-isforz li qegħdin nagħmlu lkoll kemm aħna biex aħna nressqu SPED mirqum kemm jista' jkun… Ilkoll kemm aħna wrejna x-xewqa li fil-Plenarja jerġa' jiġi diskuss u jekk nistgħu ntejbu iktar, nagħmlu proprju hekk.", "Il-mistoqsija hi r-riżoluzzjoni kif moqrija mill-Onor.", "Astensjonijiet?", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Minħabba l-fatt li baqa' numru ta' punti li m'aħniex konvinti dwarhom, nerġa' ngħid dak li għedna fil-bidu u ċioè li għalkemm kien hemm diversi punti li ġew inklużi, u li aħna favurihom, hemm oħrajn li nixtiequ li nerġgħu niddiskutuhom fil-Plenarja u nisperaw li minn hemmhekk jitranġaw.", "Minħabba l-fatt li ma nistgħux nieħdu vot fuq kull punt separatament, naħseb li jkun inġust li llum aħna nagħtu t-timbru tagħna ta' \"iva\" għad-dokument kollu kemm hu u jkun inġust ukoll jekk ngħidu li se nagħtu vot ta' \"le\" lid-dokument kollu kemm hu għax ħdimna ħafna fuqu, għalhekk se nastjenu.", "Ir-riżuluzzjoni għaddiet.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f'dawn il-laqgħat li kellna, partikolarment lill-esperti li kellna hawnhekk jassistuna, lill-NGOs li kkontribwew ħafna biex inkomplu dan id-dokument.", "Nirringrazzja wkoll lis-Segretarju Parlamentari, lill-Ministru u lill-iSkrivana tal-Kumitat.", "Nitlob il-permess tal-Kumitat biex inkun nista' nirrapporta lill-Kamra dwar dak li seħħ illejla f'din il-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjakom għal darb'oħra u naġġorna l-Kumitat.", "Fit-8:09p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150602_017d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 2 ta' Ġunju, 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5:36p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Marthese Portelli kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Leo Brincat (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima); l-Onor.", "Michael Falzon (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva); l-Onor.", "Toni Bezzina u l-Onor.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna wkoll jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 16 li saret fl-20 ta' Mejju 2015, ġew konfermati.", "Madam Chair fakkret lill-Kumitat li kienet irċeviet ittra datata 25 ta' Mejju 2015 – u li kopja tagħha kienet diġà ġiet imqassma lill-Membri tal-Kumitat – mingħand l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Ryan Callus fejn fiha saret talba sabiex il-Kumitat jiddiskuti l-Preliminary Site Evaluation Report November 2014 dwar l-iżvilupp f'Ta' Żonqor li ġie ppreżentat lill-Bord tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar fil-21 ta' Mejju 2015.", "L-Onor.", "Farrugia qalet li kienet qed tilqa' t-talba u li data għal din id-diskussjoni kienet se tiġi miftiehma fl-aħħar tal-laqgħa.", "DISKUSSJONI DWAR IL-PJAN STRATEĠIKU GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR MAĦRUĠ MILL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR U L-EMENDI PROPOSTI GĦALIH (KONT.).", "Fil-bidu tad-diskussjoni Madam Chair irriferiet għar-riżoluzzjoni emendata li kienet irċeviet aktar kmieni mingħand is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Kopja ta' din ir-riżoluzzjoni kienet diġà ġiet mgħoddija lill-Membri tal-Kumitat.", "L-Onor.", "Michael Falzon ippreżenta lill-Kumitat kopja tal-emendi li saru għall-iSPED mill-aħħar laqgħa u għamel spjega fil-qosor dwar kull waħda mill-emendi li ġew imdaħħla.", "Is-Sur Joseph Gauci u s-Sur Joseph Scalpello, Unit Manager u Assistant Director fil-MEPA rispettivament, ġew mistiedna sabiex jieħdu parti fil-Kumitat.", "Waqt id-diskussjoni l-Onor.", "Marthese Portelli għamlu diversi suġġerimenti għal tibdil fir-riżoluzzjoni.", "Fis-6:56p.m. il-Kumitat kien sospiż sakemm ġew imdaħħla l-emendi mill-uffiċjali tal-MEPA.", "Fit-7:49p.m. il-Kumitat irriżuma u s-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Michael Falzon, ta spjega dwar dawk l-emendi li ddaħħlu fir-riżoluzzjoni u ċioè li:", "Fl-aħħar ta' sub-paragrafu (f) ta' paragrafu (2) għandhom jidħlu l-kliem \"worthy of conservation\";", "Fl-aħħar ta' paragrafu (a) ta' sub-paragrafu (v) ta' paragrafu (2) għandhom jidħlu l-kliem \"and natural beauty\";", "Wara paragrafu (3) ta' sub-paragrafu (t) ta' paragrafu (2) għandu jidħol dan il-paragrafu (4):", "Wara sub-paragrafu (v) ta' paragrafu (2) għandu jidħol dan il-paragrafu (w):", "F'pagna 20, Thematic Objective 1, wara sub-paragrafu 9 daħħal il-kliem \"10.", "Wara, huwa ppreżenta r-riżoluzzjoni kif emendata:", "Illi l-Kamra tapprova l-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar (anness ma' din ir-riżoluzzjoni), skond il-provvedimenti tal-artiklu 53 tal-Att tal-2010 dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp bl-emendi kif deskritti f'din ir-rizoluzzjoni.", "Il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar ġie sottopost għal Stima Ambjentali Strategika, skont il-providementi ta' A.L. 497 ta' 2010, liema Stima hija annessa ma' din ir-riżoluzzjoni.", "Il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar għandu jissostitwixxi l-Pjan ta' Struttura għall-Gżejjer Maltin li kien ġie approvat minn din il-Kamra fl-1992.", "Illi l-Kamra tapprova l-emendi sussegwenti għall-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar.", "F'paġna 18, il-paragarafu 3.1 għandu jiġi strutturat b'dan il-mod:", "(e) F'paġna 18, paragrafu 3.2 taħt il-lista ta' \"Policies\" ibdel il-kliem \"Energy Policy (2008)\" bil-kliem \"National Energy Policy (2012)\";", "F'paġna 18, paragrafu 3.2 taħt il-lista ta' \"Plans\" ibdel il-kliem \"National Renewable Energy Action Plan (2011) bil-kliem \"National Renewable Energy Action Plan (2010) \";", "F'paġna 20, Thematic Objective 4, Policy 4 ħassar il-kliem \"to Sicily\" u daħħal il-kliem \"Natural Gas Infrastructure\";", "F'paġna 20, Thematic Objective 4, Policy 5 daħħal il-kliem \"and facilitating bunkering facilities for LNG use\";", "F'paġna 21, Thematic Objective 4, wara Policy 10 daħħal il-kliem \"11.", "F'paġna 22, Thematic Objective 8, wara Policy 8, daħħal il-kliem \"9.", "F'paġna 23, Urban Objective 1, Policy 3 wara l-kliem \"Identifying key strategic sites\" daħħal il-kliem \"primarily within the Urban Area\";", "F'paġna 25, Rural Objective 4, Policy 3 għanda tiġi strutturata u emendata b'dan il-mod \"3.", "L-Onor.", "Marthese Portelli qalet li filwaqt li l-Oppożizzjoni kienet qed tieħu konjizzjoni tad-diskussjoni li saret waqt il-laqgħa u anke li kien hemm titjib mid-dokument oriġinali, kien għad baqgħalha numru ta' riżervi u għalhekk kienet se tastjeni mill-vot.", "Ir-riżervi tal-Oppożizzjoni kienu għal paragrafu 1 u għal sub-paragrafi (a), (b), (i), (j), (p) u (t.4) ta' paragrafu 2, fost l-oħrajn.", "L-Onor.", "Michael Falzon żied jgħid li l-eżitu ta' dak li kien se jiġri fil-Kumitat bl-ebda mod ma kien se jfisser li ma kenitx se ssir diskussjoni oħra fil-plenarja.", "Meta l-President tal-Kumitat poġġiet ir-riżoluzzjoni għall-vot, il-Kumitat ivvota hekk:", "Favur: 3 Astensjonijiet: 2", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-riżoluzzjoni għaddiet.", "Il-President tal-Kumitat talbet il-permess tal-Kumitat sabiex tirrapporta progress fil-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "Fit-8:09p.m. il-Kumitat ġie aġġornat għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Ġunju 2015 fis-6:30p.m. b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Onor.", "Marthese Portelli u mill-Onor.", "Ryan Callus u li ntbagħtet lil Madam Chair fil-25 ta' Mejju sabiex jiġi diskuss il-Preliminary Site Evaluation Report November 2014 dwar l-iżvilupp f'Ta' Żonqor li ġie ppreżentat lill-Bord tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar fil-21 ta' Mejju 2015.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIR TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150602_017m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-FAMILJA,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 9", "L-Erbgħa, 3 ta' Ġunju 2015 fis-6:30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju 2015 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament:", "Diskussjoni dwar l-età tal-kunsens sesswali - Kontinwazzjoni; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150603_009a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 9", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar L-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa", "L-Erbgħa, 3 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:52 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ppresiediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: iċ-Chairperson l-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 8 li saret l-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dok 11 Email datata 27 ta' Mejju, 2015 mibgħuta mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u li fiha ġiet ippreżentata konsultazzjoni mir-Reverendu Joseph Mizzi, Direttur ta' Kana.", "Dok 12 Email datata 28 ta' Mejju, 2015 mibgħuta mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u li fiha ġiet ippreżentata ittra mill-Medical Council.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lis-Sinj.", "Helen D'Amato (Kummissarju għat-Tfal), lil Dr Ilona Debono (President of the Medical Council Malta) u Dr Doreen Cassar (Member of the Medical Council Malta), u lil Father Joseph Mizzi (Direttur ta' Kana) biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, il-Kummissarju għat-Tfal ressqet il-preżentazzjoni intitolata:", "Dok 13 L-Età tal-Kunsens;", "Dok 14 Statistika dwar teenage mothers skond l-età u r-relazzjoni tagħhom;", "Dr Ilona Debono ressqet il-preżentazzjoni intitolata:", "u Father Joseph Mizzi ressaq il-preżentazzjoni intitolata:", "Dok 16 L-Età tal-Kunsens Sesswali.", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fid-9:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2015 b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150603_009m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 03 ta' Ġunju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 03 ta' Ġunju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12 li saret nhar l-Erbgħa 27 ta' Mejju 2015 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat din il-korrispondenza;", "E-mail datata 27 ta' Mejju, 2015 mibgħuta mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u li fiha ġiet ippreżentata konsultazzjoni mir-Reverendu Joseph Mizzi, Direttur ta' Kana, u", "E-mail datata 28 ta' Mejju, 2015 mibgħuta mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u li fiha ġiet ippreżentata ittra mill-Medical Council.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI - KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRPERSON: Nagħti merħba lil kull min ġie għal din il-laqgħa.", "Illum ukoll għandna nies speċifiċi li se jkellmuna fuq is-suġġett li qegħdin niddiskutu.", "L-ewwel mistiedna tagħna hija s-Sinj.", "Helen D'Amato, Kummissarju għat-Tfal.", "Infakkar lil dawk preżenti li din il-laqgħa se tiġi video streamed live u għalhekk jekk għandkom xi oġġezzjoni għal dan, nitlobkom tinformawna.", "Nitlobkom ukoll biex kull meta xi ħadd jieqaf jitkellem jitfi l-mikrofonu u min ikun se jitkellem jagħtini ċans biex nintroduċih ħalli min ikun qiegħed jisma' jkun jaf min qed jitkellem.", "HELEN D'AMATO (Kummissarju għat-Tfal): Sinj.", "President, nirringrazzjak ta' din l-istedina.", "Qabel ma nibda l-preżentazzjoni tiegħi xtaqt niċċara x'nifhmu bħala l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal bil-kelma \"tfal\" u anke xi tgħid il-liġi.", "Għalina \"tfal\" huma dawk il-persuni li għadhom m'għalqux it-18-il sena, u din insibuha fil-Kodiċi Ċivili bħala maġġorenni.", "Jiġifieri meta jirriferu għal persuna maġġorenni jkunu qed jirriferu għal xi ħadd li għalaq 18-il sena.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġi li tirregola l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal isib id-definizzjoni ta' tfal, fejn jingħad li tifel jew tifla tfisser kull persuna li tkun għadha m'għalqitx l-età maġġuri.", "Mela l-uffiċċju tiegħi jieħu ħsieb lit-tfal li huma f'din l-age bracket, jiġifieri sakemm jagħlqu 18-il sena.", "Xtaqt niċċara dan il-punt għax ħafna drabi nużaw b'mod leġġer ħafna l-kelma \"tfal\".", "Jien ukoll lil uliedi, li huma adulti nirriferi għalihom bħala t-tfal, u għalhekk tajjeb li nkunu ċari x'qegħdin nifhmu meta ngħidu \"tfal\".", "Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal hekk tgħid ukoll u ċjoè li t-tfal huma dawk li għadhom m'għalqux it-18-il sena.", "President, tista' tgħidli kemm għandi ħin għad-dispożizzjoni tiegħi biex inkun nista' nirregola ruħi aħjar?", "THE CHAIRPERSON: Aħna konna qegħdin nagħmlu madwar 20 minuta għal kull mistieden biex imbagħad ikollna ċans nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna.", "HELEN D'AMATO: Mela ħalli ngħaddi malajr malajr għall-preżentazzjoni.", "X'nifhmu bl-età tal-kunsens?", "Bħala Uffiċċju nifhmu li biex tagħti l-kunsens hemm bżonn li tkun taf x'inhu tajjeb għalik u għall-oħrajn, li tixtieq tagħmel dak li hu tajjeb għalik u għall-oħrajn u li tkun taf il-konsegwenzi ta' dik l-azzjoni.", "Trid tagħraf ukoll li toħloq bilanċ bejn dak li huwa ta' ġid għalik u għall-oħrajn, jiġifieri it's not only about me but it is about me and somebody else meta nkun qed nagħti l-kunsens tiegħi.", "Issa l-minuri kapaċi jagħtu kunsens?", "Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn it-tfal jagħtu kunsens, naturalment dejjem skont l-età u l-maturità tagħhom.", "Inti ma tistax tgħid b'mod ġenerali li t-tfal mhumiex kapaċi jagħtu kunsens sempliċement għax huma tfal.", "Aħna hawnhekk għandna age bracket li hija pjuttost wiesa' għax kif għedna aktar qabel għandek from zero to 18 years.", "U dak huwa l-proċess li permezz tiegħu persuna tissawwar.", "Aħna ma ngħidux li t-tfal mhumiex maturi għax it-tfal ikunu maturi skont l-età tagħhom.", "Inti l-maturità tiksibha mhux mal-età ta' 18, fejn kemm taqbad u tagħfas l-iswiċċ u ssir matur.", "Din narawha wkoll riflessa fil-liġijiet tagħna, fejn għandek age gates differenti għal affarijiet differenti.", "Inti jista' jkollok il-maturità biżżejjed biex tagħti kunsens għal ċerti affarijiet filwaqt li tkun għadek fil-proċess ta' maturazzjoni biex tagħti l-kunsens tiegħek għal affarijiet oħra.", "Din aħna nqisuha bħala proċess.", "Insibu wkoll l-edukazzjoni li għandha tħares lejn it-tħejjija tat-tfal għall-ħajja responsabbli f'soċjetà ħielsa.", "Aħna nemmnu li l-edukazzjoni u t-trobbija li jingħataw it-tfal iħallu effett kbir fuq il-livell tal-maturità tagħhom.", "L-esperjenza li jkunu ltaqgħu magħha fil-ħajja tagħhom tħalli wkoll effett kbir fuq it-tfal.", "Naturalment l-edukazzjoni hija għodda importanti ħafna sabiex tgħin lit-tfal matul it-tfulija tagħhom, matul l-adoloxxenza u anke matul parti miż-żogħżija tagħhom għax iż-żogħżija llum qiegħda tiġġebbed beyond the age of 18 and 20 and going on to 30 years of age.", "L-edukazzjoni għandha effett importanti ħafna fuq kif jimmaturaw it-tfal.", "Il-minuri kapaċi jagħtu kunsens?", "Legalment, minuri ta' 16-il sena jistgħu jagħtu kunsens għal numru ta' affarijiet mingħajr il-kunsens tal-ġenituri.", "Pereżempju jistgħu jieqfu mill-iskola, ifittxu x-xogħol u jibdew jaħdmu, jiftħu kont tal-bank u jagħmlu testment.", "Ta' 17-il sena wieħed jista' jixrob imma m'għandux liċenzja biex isuq.", "Jista' wkoll jiżżewweġ imma għall-grazzja t'Alla ma tantx għandna tfal li jiżżewġu ta' dik l-età.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-istatistika jsib li fl-2013 kien hemm persuna waħda u fl-2014 kien hemm tliet persuni.", "Jistgħu jivvotaw ukoll fil-kunsilli lokali u dan jiena narah bħala parti mill-proċess ta' maturità, jiġifieri hemm affarijiet li jgħinuhom jimmaturaw biex imbagħad, meta jsiru maġġorenni jkunu fully-responsible, anke kriminalment.", "Bejn 14 u 16 huma responsabbli against mischievous discretion.", "Anke jekk naraw il-pieni nsibu li l-liġi stess tipprovdi li meta tiġi biex tagħti piena lil minuri, din se tħares lejhom b'ċerta vulnerabilità.", "U meta tiġi biex tagħti piena lil min ikun aggrava lil minuri, hemmhekk il-piena tiżdied.", "Mela l-liġijiet tagħna japprezzaw il-fatt li meta għandek persuna minuri, din qiegħda f'pożizzjoni vulnerabbli u tista' issib ruħha f'sitwazzjoni aktar vulnerabbli, speċjalment vis-à-vis ċerti nies oħra.", "Fil-fatt forsi jkunu inqas kapaċi jgħidu \"le\", ikunu inqas kapaċi jiżnu l-affarijiet u forsi jkunu inqas kapaċi jġorru r-responsabilità għax ma jkollhomx il-konoxxenza sħiħa u jkunu għadhom f'fażi ta' żvilupp.", "L-attività sesswali hija komponent importanti fil-ħajja u l-benesseri tal-bniedem speċjalment meta din issir fl-ambitu ta' relazzjoni stabbli.", "L-attività sesswali m'għandniex inħarsu lejha mil-lat negattiv ta' tqala mhux mistennija u mard trażmess sesswalment.", "Imma mbagħad naħseb li jqumu ċerti mistoqsijiet oħrajn u allura nixtieq nitlob xi ftit ta' kjarifika fuq dak li deher dalgħodu fuq gazzetta lokali dwar il-kummenti tal-Onor.", "Jien ma nafx jekk irrapportawx tajjeb jew inkella fhimtx ħażin jien imma ntqal li 32% tat-tqala tas-single mothers huma ta' dawk li għandhom inqas minn 18-il sena.", "Jien l-istatistika li għandi quddiemi turini mod ieħor.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk m'iniex sejjer żball l-istatistika li ħarġet f'Novembru tal-2013 u li kienet maħduma fuq l-2012 turi li l-ammont ta' single mothers taħt it-18-il sena huwa proprju dak!", "U dan intqal hawnhekk ukoll fil-laqgħa li għaddiet mill-esperta li tkellmet fuq din ir-riċerka.", "HELEN D'AMATO: Jien hawnhekk għandi l-istatistika tan-National Obstetrics Information System, jiġifieri din hija fuq il-live births.", "D'Amato nitolbok tlesti l-preżentazzjoni tiegħek u mbagħad inħallu l-mistoqsijiet għal wara.", "President, nixtieq nagħmel point of information.", "L-issue tas-single mothers assolutament m'għandhiex x'taqsam mas-suġġett li qegħdin nitkellmu fuqu llum!", "HELEN D'AMATO: Għalhekk semmejtha għax il-perċezzjoni hemm barra hija li s-single mothers huma tfal taħt it-18-il sena u mbagħad meta tara kwotazzjoni bħal din, fejn qed jingħad li 32% tas-single mothers huma tfal taħt it-18-il sena, se tkompli ssaħħaħ dak l-argument!", "Nerġa' ngħid li l-istatistika li jgħadduli b'mod regolari min-National Obstetrics Information System, li hija statistika uffiċjali, turi li fl-2012 kien hemm 4% taħt it-18-il sena, fl-2013 kien hemm 4.6% taħt it-18-il sena u fl-2014 kien hemm 4% taħt it-18-il sena.", "Jekk taqbad is-single mothers kollha tal-etajiet kollha, issib li dawn jitilgħu għal madwar 25% of all births u għalhekk li jien irrid niġġelidha din għax hemm barra hemm il-perċezzjoni li ż-żgħażagħ tagħna qegħdin il-ħin kollu jkollhom it-tfal u li t-tfal qegħdin irabbu t-tfal!", "Il-fatt li hemm 4% jew 5% mhux se nnaqqas mill-merti tagħhom u dawk għandhom bżonn l-għajnuna u kull tip ta' appoġġ għax kull persuna hija importanti.", "Min-naħa l-oħra lanqas irridu ngħidu li ż-żgħażagħ qishom mhumiex iġorru r-responsabilità tagħhom.", "U għalhekk xtaqt niċċaraha din.", "THE CHAIRPERSON: Imbagħad tkun tista' tħallilna dik l-istatistika li qiegħda tagħmel riferenza għaliha?", "Ħalli nerġa' lura fuq jekk humiex kapaċi jagħtu l-kunsens tagħhom u forsi nibda nagħmel xi mistoqsijiet li mhux neċessarjament nistgħu nirrisponduhom b'sempliċi \"iva\" jew \"le\" għax hemm ħafna faċċati għalihom.", "Pereżempju fl-età ta' 16-il sena kemm nistgħu nippretendu li jkollhom relazzjoni stabbli?", "Dawn qegħdin fil-fażi fejn qed jesperimentaw, fejn qegħdin isibu lilhom infushom u fejn qed jipprovaw isibu s-sesswalità tagħhom.", "Għaldaqstant dan huwa mument importanti ħafna għalihom.", "Kemm se jkunu ppreparati sabiex jieħdu dawk il-prekawzjonijiet kollha ħalli jevitaw it-tqala u mard infettiv li jista' iħalli effetti fit-tul fuqhom, anke fuq il-ħajja emozzjonali tagħhom, fuq il-ħajja psikoloġika tagħhom u fuq l-edukazzjoni tagħhom?", "Din hija età fejn iż-żgħażagħ ikun diffiċli għalihom sabiex jgħidu \"le\" minħabba l-peer pressure.", "Għalhekk ikun hemm aktar lok għal power and control għax tista' issib ruħek f'diffikultà akbar.", "Ma rridux ninsew li aħna qed nitkellmu fuq età vulnerabbli ħafna, fejn inti jista' ikollok power and control, speċjalment meta skont ir-riċerka għandek 35% ta' dawk ta' bejn is-16 u t-18-il sena qalu li kellhom is-sess għax kienu jħobbu lill-persuna li kellhom x'jaqsmu magħha.", "Mela hawnhekk tista' issir ħafna pressjoni emozzjonali, anke bi kliem sempliċi bħal \"Mela mhux veru tħobbni?!\".", "Jiġifieri l-persuna tissokkombi mhux għax tkun informata jew għax taf xi trid imma għax il-boyfriend jew whoever qalilha dak il-kliem!", "Għandna ħafna każijiet ta' sexting fejn it-tfal mhux għax iridu jibagħtu dak ir-ritratt provokanti imma għax ikollhom peer pressure.", "Imbagħad meta jinfirdu jibda r-rikatt u dak ir-ritratt jispiċċa jdur mal-erbat irjieħ tad-dinja.", "Fuq dawn l-affarijiet aħna għandna t-tħassib tagħna.", "Issa ħalli ndur għar-rakkomandazzjonijiet.", "Ikun xi jkun l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet, jiena xorta se nippreżenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet li għandhom jittieħdu, sew jekk tittieħed id-deċiżjoni li tinżel l-età għal 16-il sena u sew jekk tibqa' kif inhi llum għax kif għedna l-liġi mhu se żżomm lil ħadd milli jkollu relazzjoni sesswali.", "Madankollu l-importanza tal-edukazzjoni qiegħda hemm irrespective jekk inti tistax tagħmilha legalment jew illegalment, jiġifieri it goes beyond what the law says, imma għax hija ta' benefiċċju għaż-żgħażagħ tagħna.", "Ir-rakkomandazzjonijiet qsamthom fi tlieta; l-edukazzjoni, il-leġiżlazzjoni u l-qasam tas-saħħa.", "L-ewwel rakkomandazzjoni hija li l-edukazzjoni hija l-aqwa għodda biex persuna tagħmel għażliet infurmati.", "L-edukazzjoni sesswali u l-edukazzjoni fuq ir-relazzjonijiet għandha tkun tassattiva.", "Huwa importanti li nifhmu li dwar growing up, etc. it-tagħlim jibda mill-iskola primarja.", "Anke aħna, bħala Uffiċċju, flimkien mal-għalliema tal-PCSD, ħejjejna work book biex jintuża fil-klassijiet kollha, kemm dawk Statali, kemm dawk Indipendenti u kemm dawk tal-Knisja.", "Għamilna saħansitra verżjoni bl-Ingliż biex tabilħaqq nilħqu kemm jista' jkun lit-tfal kollha imma aħna nemmnu li l-edukazzjoni sesswali u l-edukazzjoni fuq ir-relazzjonijiet għandha tkun tassattiva u allura għandha tkun parti mill-kurrikulu.", "Forsi wkoll mhux kulħadd jagħti l-istess importanza lil dan is-suġġett u dik irridu nindirizzawha wkoll.", "Dan għandu jseħħ f'kull livell u f'kull tip ta' istituzzjoni edukattiva li tkopri l-livell primarju, sekondarju u post-sekondarju.", "Meta inti għandek studenti sa 16-il sena fis-sekondarja, b'xi mod se tilħaqhom fil-klassi u allura sa dak l-istadju huwa importandi li jkollok din it-tip ta' edukazzjoni għax imbagħad se jkollok cohort ieħor ta' tfal li mhux se jmorrulek għal-livell post-sekondarju.", "Għal din ir-raġuni huwa importanti ħafna li jkollna żgur sal-livell sekondarju ħalli t-tfal ikunu tkissru sew f'dan il-qasam għax kif diġà għedt, se jkollok cohort ta' tfal li mhux se jmorrulek aktar l-iskola u allura se titlifhom, bil-konsegwenza li mbagħad se jkun aktar diffiċli biex tilħaqhom.", "Allura dak li ma rnexxilekx tagħmel magħhom sakemm kienu fis-sekondarja se jkun ħafna iktar diffiċli biex tagħmlu wara li jkunu telqu mill-iskola biex imorru jaħdmu jew għax ikunu ntilfu fis-sistema.", "Madankollu l-livell post-sekondarju ma nistgħux nitilfuh għax għall-grazzja t'Alla għandna numru kbir ta' studenti li qegħdin f'dak il-livell u għalhekk għandna nkomplu wkoll l-edukazzjoni f'dan il-livell.", "Il-fatt li dawn marru għal-livell post-sekondarju ma jfissirx li saru għorrief f'kollox imma għadhom fil-proċess ta' maturità.", "(Interruzzjonijiet) Aħna nemmnu li l-edukazzjoni sesswali m'għandhiex tkun one size fits all minħabba li se jkollna diversi tfal tal-istess età imma ta' livell ta' maturità differenti minħabba l-esperjenzi li jkollhom fil-ħajja tagħhom.", "Anke hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax għandna tfal li filwaqt li jkunu streetwise imma emozzjonalment xorta waħda jkunu vulnerabbli.", "Mela inti mingħalik li quddiemek għandek tfal li jafu kollox u li jafu ħafna imma mbagħad issib li dawn, emozzjonalment ikunu mkissrin.", "Li tifla tasal biex tgħidlek li ma tridx tkompli tmur għand il-psikologu għax xorta ma jiġri xejn, inti trid tara kif se tipperswadiha li huwa importanti li tibqa' tmur għand il-psikologu għax dan se jgħinha tiffaċċja l-ħajja.", "Ovvjament mhux se jsolvilha l-problemi li għandha għax il-problemi jkunu ġejjin mhux min-naħa tagħha imma min-nies ta' madwarha.", "Allura l-psikologu ma jistax isolvilha dik il-problema sakemm l-adulti l-oħra ma jkunux iridu jsolvuha wkoll.", "Din hija esperjenza li ffaċċjajnieha jien u l-Onor.", "Deborah Schembri flimkien u hija xi ħaġa li tixxokkjak meta tismagħha!", "Nerġa' ngħid li dawn it-tfal huma streetwise imma dan il-fatt ma jagħmilhomx aktar armati u b'saħħithom.", "U inti għandek titkellem magħhom b'mod differenti milli titkellem ma' tfal oħra li jkunu sheltered ħafna u li jkunu għadhom bilkemm ħarġu mill-fosdqa tal-omm.", "L-edukazzjoni sesswali għandha tinkludi lill-ġenituri biex il-ġenituri jkunu fuq l-istess livell tat-tfal u jkunu jafu x'qed jingħad fl-iskola.", "Dan għaliex xi kultant it-tfal imorru lura d-dar b'interpretazzjoni differenti fuq dak li jkunu semgħu.", "U allura importanti li l-ġenituri jkunu nformati u nformati sew.", "Nafu li ħafna drabi jsiru laqgħat u meta jkunu se jibdew suġġetti bħal dawn l-iskejjel jitolbu lill-ġenituri biex imorru l-iskola imma dawn għandhom isiru b'mod aktar regolari.", "Issa ħalliha li mbagħad għandek l-issue ta' kemm se jiġuk il-ġenituri imma inti trid toffri dak is-servizz. .", "Rigward il-liġi aħna qed nirrakkomandaw li l-liġi għandha tipproteġi l-minuri u mhux tinkriminahom.", "Nixtieq li b'dak kollu li qiegħda ngħid jien ma nitteħidtx b'tali mod li qisni qiegħda nitfa' t-tort fuq it-tfal jew fuq il-minuri għax li nixtieq ngħaddi hawnhekk hu li l-liġi għandha tipproteġihom u mhux tinkriminahom.", "Għalhekk qed ngħidu li meta l-attività sesswali ssir bejn il-minuri, din għandha tiġi dikriminalizzata, irrispettivament jekk l-età tal-kunsens tinżilx għal 16-il sena jew le.", "Qed ngħidu wkoll li din m'għandhiex tapplika fejn ikun hemm esplojtazzjoni bħall-pornografija, anke jekk issir minn minuri u apparentement b'kunsens.", "Għalkemm din mhijiex imniżżla lanqas fejn jidħol ir-rape, irridu noqogħdu attenti fejn jidħlu membri tal-familja għaliex hemmhekk għandek aktar poter u kontroll.", "Fil-fatt ħafna drabi t-tfal ikunu lesti li jgħidu \"le\" lil xi ħadd li mhuwiex tal-familja, però isibuha ħafna iktar diffiċli biex jirrifjutaw lil missierhom, lin-nannu, liz-ziju, lill-ħabib tal-mamà jew lill-ħabib tal-papà.", "U jkunu ħafna iktar lesti li jitkellmu fuq dak li jkunu għaddejjin minnu jekk il-persuna tkun barranija imma jkunu ħafna inqas lesti li jitkellmu mal-ġenituri tagħhom jew ma' xi ħadd li jiġi minnhom.", "Jiġifieri hawnhekk irridu noqogħdu attenti ħafna għax inkella nkunu qegħdin niftħu t-twieqi għal min hu perpetrator għax dan se jkollu aktar lok fejn jgħum u jieħu pjaċir!", "GODFREY FARRUGIA: Xorta waħda dan m'għandux x'jaqsam mas-suġġett li qed niddiskutu.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq l-age of sexual consent u mhux fuq l-abbuż tat-tfal.", "L-abbuż fuq it-tfal huwa suġġett totalment differenti.", "Qiegħed ngħid dan biex we do not go off at a tangent.", "HELEN D'AMATO: Imma jien qiegħda ngħid li meta qiegħed tnaqqas l-età se jkollhom aktar ċans għax issa se nagħmluha bil-liġi.", "GODFREY FARRUGIA: Le, skużani imma r-riċerka turi mod ieħor!", "Aħjar hekk mela.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, nixtieq li l-Kummissarju għat-Tfal tagħlaq il-preżentazzjoni tagħha l-ewwel u mbagħad nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna wara.", "HELEN D'AMATO: Aħna qegħdin ngħidu wkoll li attività sesswali bejn minuri u adulti għandha tibqa' offiża kriminali fejn il-minuri huma l-vittma.", "Il-possibilità li jiġu introdotti l-age banding u l-age exemptions għandna narawha b'mod kawt minħabba li f'ċerti etajiet id-differenza fil-maturità hija ħafna ikbar mid-differenza fl-età.", "Jiġifieri jekk għandek persuna ta' 15-il sena, persuna ta' 16-il sena u persuna ta' 20 sena, hemmhekk għandek differenza ta' erba' snin imma l-livell ta' maturità bejn persuna ta' 16-il sena u persuna ta' 20 sena mhijiex l-istess bħal meta għandek persuna ta' 20 sena u persuna ta' 24 sena, fejn hemmhekk id-differenza fl-età xorta hi erba' snin imma l-livell ta' maturità hija kompletament differenti.", "U aktar ma jikbru, aktar dik l-età tiċkien.", "Għalhekk hemmhekk irridu noqogħdu attenti wkoll.", "Rigward il-qasam tas-saħħa aħna qegħdin ngħidu li l-professjonisti f'dan il-qasam għandhom jingħataw l-awtorità li jaraw lill-minuri - speċjalment fuq is-saħħa sesswali - mingħajr il-preżenza jew il-kunsens tal-ġenituri.", "Imbagħad jekk ikun se jingħata xi tip ta' trattament għandu jiġi stabbilit il-livell ta' maturità tat-tfal, anke permezz ta' testijiet li diġà jeżistu f'pajjiżi oħrajn, fosthom il-Gillick Competence u l-Fraser Guidelines.", "Ovvjament jistgħu jintużaw għodod oħra, jiġifieri jiena mhux qiegħda ngħid li għandna nużaw dawk biss imma jekk hemm xi għodda oħra li l-professjonisti Maltin iħossuhom aktar addattati għall-kultura tagħna, allura nkunu nistgħu nużaw lilhom.", "Kif diġà għedt, ikun xi jkun l-eżitu, irridu niftakru li biex il-liġi li tirregola l-età minima tal-kunsens tkun effettiva, din trid tkun akkumpanjata minn politika b'saħħitha u ħolistika ta' tisħiħ tal-edukazzjoni sesswali u tas-servizzi tas-saħħa sesswali, fost affarijiet oħra.", "Importanti wkoll li nisimgħu liż-żgħażagħ infushom biex naraw x'għandhom xi jgħidu fuq dan is-suġġett u naraw x'inhuma l-veduti tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa se nagħti ċans lill-Membri tal-Kumitat biex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Kummissarju għat-Tfal.", "U nsejjaħ mill-ewwel lill-Onor.", "D'Amato fl-2003 il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali kien għamel laqgħa li fiha kien hemm preżenti inti wkoll, fejn ġiet diskussa s-saħħa sesswali.", "Dak iż-żmien bħala Direttur, Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa kien hemm is-Sur Mario Spiteri.", "Jiena mhux qed nieħu l-impressjoni li hemm xi differenza bejn l-2003 … Pereżempju fl-2003 konna għedna li għandna bżonn nagħtu aktar tagħlim lill-istudenti.", "U allura nixtieq inkun naf jekk kienx hemm xi kambjament bejn dak iż-żmien u llum f'dak li huwa tagħlim tal-istudenti.", "Dak iż-żmien intqal li ż-żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena kienu jippreferu jieħdu l-informazzjoni sesswali mill-PSD teacher u mill-ħbieb u fl-aħħar laqgħa li kellna smajna lill-psikoloġista tgħid li ż-żgħażagħ aktar jieħdu pjaċir li jiksbu din l-informazzjoni mill-ġenituri tagħhom.", "Bħala Kummissarju għat-Tfal taħseb li kien hemm differenza fuq l-edukazzjoni bejn l-2003 u llum?", "HELEN D'AMATO: Allaħares ma kienx hemm żvilupp bejn l-2003 u l-2015!", "Biss biss ħarġet is-Sexual Health Policy u żgur li dik hija ta' vantaġġ.", "Pereżempju l-PSD - illum ngħidulu l-PSCD – dak iż-żmien kien biss fis-sekondarja u kien jiġi mgħallem għal xi sena jew sentejn mentri llum dan jibda jiġi mgħallem mir-raba' sena tal-primarja.", "Il-fatt li t-tfal qegħdin ikunu eqreb tal-ġenituri tagħhom u qed ifittxu l-għajnuna proprju mingħandhom, għalija dan huwa pass importanti ħafna għax l-iktar nies importanti fil-ħajja tat-tfal għandhom ikunu proprju l-ġenituri.", "Għalhekk huwa importanti li ninformaw ukoll lill-ġenituri biex huma wkoll ikunu ta' gwida tajba għat-tfal tagħhom.", "Pereżempju bħalissa fl-iskejjel primarji qegħdin jintużaw kotba dwar growing up.", "Dawn huma work books li ħejjejna aħna flimkien mal-EOs tal-PSCD biex ikun hemm iktar uniformity u mhux kulħadd qisu jgħallem li jrid u rajna li kulħadd iħossu komdu għax inti għandek nies li jħossuhom komdi biex jitkellmu f'dan l-ambitu u għandek oħrajn li ma jħossuhomx daqshekk komdi.", "Allura issa għandek l-għodda biex taħdem u biex it-tfal jintlaħħqu aktar.", "Nerġa' ngħid li jkollok xi ħaġa li tkun one size fits all huwa ħażin.", "Għandu jkollok a base document biex inti taħdem bih.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jien ma ħassejtx li llum għedtielna b'mod ċar x'inhi l-pożizzjoni tiegħek u naħseb li din kienet intenzjonata u napprezza dan ukoll.", "Però kien hemm punt li qajjem l-Onor.", "Farrugia u nixtieq li nifhmu daqsxejn aktar.", "Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħek inti qiegħda tgħid li jiġri x'jiġri f'din il-liġi ejjew noqogħdu attenti b'mod speċjali fejn hemm l-abbuż fuq it-tfal.", "Nixtieq li tispjegalna ftit aktar dan il-punt.", "Naturalment jiena ħadtu mil-lat ta' jekk inbaxxu l-età tal-kunsens irridu noqogħdu attenti biex ma nħallux lil xi perpetrators jidħlulna mit-tieqa biex jagħmlu li jridu!", "Min-naħa tiegħek x'inti tirrakkomanda li nagħmlu?", "Li forsi nħarsu lejn l-abbuż fuq it-tfal u nħarsu lejn dik il-liġi wkoll?", "HELEN D'AMATO: Iva, kien b'mod intenzjonat li ma tkellimtx b'mod dirett għax għadna rridu naraw il-veduti ta' kulħadd.", "Nemmen li wara d-diskussjoni kollha għandu joħroġ dokument biex naraw fejn se twassalna din id-diskussjoni u jekk ikun hemm bżonn, issir aktar riċerka fuq it-tfal Maltin.", "Bħala Uffiċċju jiena lesta li neħodha dik il-biċċa xogħol, anke jekk tgħiduli x'parameters tixtiequ li jittieħdu fir-riċerka għax jien kull sena nagħmel xi tip ta' riċerka.", "Bħalissa qiegħda nistenna li ssir waħda u wasalna fil-fażi fejn se naraw x'tip ta' riċerka se nagħmlu għas-sena d-dieħla flimkien mal-Kunsill tat-Tfal.", "U għalhekk din hija opzjoni oħra.", "Meta jiena bgħattlek biex nagħmlu din it-tip ta' diskussjoni fi ħdan il-Parlament, dik kienet proprjament l-idea tiegħi biex ma nieħux pass u wara in hindsight ngħid ara x'mort għamilt!", "Għalhekk ikun tajjeb li nkunu informati sew.", "Meta jiena kont qed insemmi l-abbuż fuq it-tfal, l-ewwel nett hemm serje ta' liġijiet li jitrattaw il-minuri u kif l-abbuż fuq il-minuri jista' jiġi perpetwat kif ukoll x'pieni għandek f'dan ir-rigward.", "Tagħmel differenza wkoll jekk il-persuna hijiex ta' fiduċja jew le, u jekk hija ġenitur jerġa' agħar u jekk hu għalliem tiġi meqjusa bħala aggravanti għas-sitwazzjoni.", "L-abbuż dejjem jista' isir u jgħidlek ukoll li jekk tkun ta' 18-il sena mod u jekk tkun taħt it-18-il sena mod ieħor.", "L-istess liġi, fejn jidħol l-abbuż fuq it-tfal insibu age brackets differenti u allura tagħmel differenza jekk l-abbuż ikun fuq tfal taħt it-12-il sena u jekk ikun taħt id-disa' snin.", "Jiġifieri diġà għandna dawn l-affarijiet u għalhekk irridu noqogħdu attenti li fejn ikun hemm sitwazzjoni abbużiva, mhux sitwazzjoni bejn żewġ żgħażagħ li they got carried away imma fejn għandek adult li suppost qiegħed jaspira fiduċja f'dawn it-tfal ta' din l-età, u li issa għax għandhom 16-il sena they get away with it!", "Jiena naħseb li se nkunu qegħdin inpoġġu lill-minuri f'sitwazzjoni inkrepattiva ħafna, jekk mhux ukoll damaging ħafna.", "Qiegħda noqgħod attenta kif nuża l-kliem għax la rrid nallarma u lanqas irrid inkabbar l-affarijiet imma let us take note of these things meta niġu biex nagħmlu xi ħaġa u mhux sempliċement ngħidu li l-age of consent se tinżel għal 16-il sena u daqshekk.", "Ejjew naraw x'effett se jkollha din fuq l-affarijiet kollha.", "Dak huwa l-animu li qiegħda nitkellem bih jiena u qiegħda ngħid hekk la biex inbeżża' u lanqas biex nallarma.", "Ovvjament dan kollu ġej mill-animu li jien irrid nipproteġi lit-tfal.", "D'Amato ppermettili nagħmillek xi ftit tal-mistoqsijiet.", "L-ewwel nett napprezza li aħna qegħdin f'fażi ta' diskussjoni ma' kulħadd però inkun nixtieq li jkollna xi tip ta' risposta biex inkun nista' ngħid li l-Kummissarju għat-Tfal taħseb b'dan il-mod.", "U qiegħda ngħid hekk għax li kieku kulħadd iħallina up in the clouds nispiċċaw nagħmlu ħafna diskussjoni li ma twassal imkien.", "Jiena hawnhekk qiegħda nara struttura u naħseb li ċerti punti fir-rakkomandazzjonijiet tiegħek huma ċari.", "Pereżempju f'paġna 5 tal-preżentazzjoni tiegħek, fejn hemm ir-rakkomandazzjonijiet, qiegħda tgħid li \"l-attività sesswali bejn il-minuri u l-adulti għandha tibqa' offiża kriminali fejn il-minuri huma l-vittma\".", "Ma nafx għalfejn użajt il-kelma \"vittma\" meta hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kunsens.", "HELEN D'AMATO: Le, bejn minuri u adulti qiegħda ngħid.", "THE CHAIRPERSON: Imma xorta f'ambitu ta' age of consent qiegħda.", "Qiegħda tgħid ukoll li tiddikriminalizza meta t-tnejn ikunu minorenni.", "Mela l-ewwel mistoqsija tiegħi hija din: Jekk inti għandek żewġ żgħażagħ ta' 14 u 16-il sena li qegħdin flimkien u jkollhom x'jaqsmu flimkien, dik hija dikriminalizzata imma malli dawn jibqgħu flimkien sentejn u hu jkollu 18 u hi jkollha 16-il sena, allura hemmhekk se tiġi meqjusa bħala att kriminali?!", "Mela dawn aktar ma jdumu flimkien aktar se jiġu f'sitwazzjoni fejn filli mhu qed jagħmlu xejn ħażin u filli f'daqqa waħda se jkunu qegħdin jagħmlu att kriminali.", "Ridt nistaqsik ukoll jekk tagħmilx differenza għaż-żgħażagħ tagħna li l-liġi tal-kunsens sesswali hija ta' 18-il sena.", "Kemm jafu t-tfal tagħna li l-età tal-kunsens hija ta' 18?", "Jagħtu kas?", "Se tagħmel differenza jekk inniżżluha għal 16-il sena jew le?", "U xtaqt nistaqsi mistoqsija oħra; għandna tfajliet li jinqabdu tqal taħt l-età u qed tqum il-problema meta jiġu biex ipoġġu isem il-missier fuq iċ-ċertifikat tat-twelid.", "Fil-fatt jekk dawn iniżżlu isem il-missier fuq iċ-ċertifikat tat-twelid se jfisser awtomatikament li dak ir-raġel mar ma' tfajla minorenni.", "Peress li huwa fl-ambitu tiegħek li tipproteġi lit-tfal kollha u għandna l-Convention on the Rights of the Child li tgħidlek li kull tifel u tifla għandhom ikunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom, kif taraha inti din l-istampa kollha?", "Ma taħsibx li jekk innaqqsu l-età għal 16-il sena u niddikriminalizzawha meta f'ambitu aktar wiesa' – għallinqas kif naraha jiena u jista' ikun li inti taraha differenti - mhijiex tagħmel differenza ta' liema età jibda jkollhom is-sess iż-żgħażagħ tagħna?", "L-età bħalissa hija ta' 15-il sena bħala medja u din ħarġet minn studji li saru hawn Malta, però titqies bħala att kriminali jekk tkun ma' xi ħadd minuri.", "Allura ma jidhirx li qiegħda tagħmel xi differenza kbira filwaqt li mbagħad għandha riperkussjonijiet oħrajn.", "Kif tarahom dawn l-affarijiet f'daqqa?", "HELEN D'AMATO: Għandek 35% li qed jaċċettaw li jagħmlu s-sess qabel l-età …", "GODFREY FARRUGIA: 41% mingħajr ma jagħmlu użu minn xi tip ta' kontraċettiv.", "HELEN D'AMATO: Il-fatt li tniżżel l-età tal-kunsens għal 16-il sena ma jfissirx li se jieqfu u lanqas ifisser li se jiżdiedu imma jien nixtieq nipproteġi lil dawk li forsi għax illum hemm il-liġi sa 18, dawn ikollhom l-arma tal-liġi imma jekk se tinbidel mhux se jkollhom aktar dik l-arma.", "Jekk l-età tal-kunsens titniżżel għal 16-il sena, se jkunu jafu dawk iż-żgħażagħ ta' 14 u ta' 15-il sena?", "Nistgħu nagħmlu dik il-mistoqsija wkoll.", "Dwar l-isem tal-missier fuq iċ-ċertifikat tat-twelid qiegħda tiftaħli ferita kbira għax jiena nemmen li rridu nirranġaw ir-reġistrazzjoni tat-twelid kollha u mhux ta' dawn il-każijiet biss.", "Fir-reġistrazzjoni hemm ħafna affarijiet li wieħed irid iħares lejhom u mhux biss fuq dawk li għandhom x'jaqsmu mal-minuri.", "L-aktar każijiet li niltaqa' magħhom jien mhumiex tfal ta' minuri imma tfal ta' adulti.", "Insib diffikultajiet meta niġu biex nirreġistraw ċerti tfal minħabba ċerti sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhijiex kwestjoni ta' unknown father.", "THE CHAIRPERSON: Din il-mistoqsija hija speċifikament fuq kif meta se tniżżel l-isem tal-missier fuq iċ-ċertifikat tat-twelid, dan se jkun qiegħed open biex jiġi mfittex kriminalment.", "Mhux hekk?", "Ma jistax jitniżżel bħala missier fuq iċ-ċertifikat.", "HELEN D'AMATO: Imma jekk il-missier huwa minuri wkoll …", "THE CHAIRPERSON: Le, jiena qiegħda ngħid f'każ li l-missier huwa adult.", "Li qiegħda ngħid jien hu li malli ssir taf min hu l-missier ta' dik it-tarbija, il-ġenituri tat-tfajla minuri jistgħu jieħdu passi kontrih.", "Mela għandna sitwazzjonijiet fejn tfajla ma tgħidx min hu l-missier u ma tniżżlux fuq iċ-ċertifikat tat-twelid biex ħadd ma jkun jista' jieħu passi kontrih.", "Dak li qiegħda ngħid jien.", "HELEN D'AMATO: Jista' ikun li jkun hemm dawn il-każijiet imma dawn għandhom jittieħdu irrispettivament minn jekk l-età tinżilx għal 16-il sena.", "Aħna għandna ommijiet ta' 15-il sena u allura xorta se nibqgħu bl-istess problema.", "Għandna wkoll ommijiet ta' 14-il sena.", "Fl-2013 kellna żewġ ommijiet ta' 13-il sena.", "Jekk tniżżel l-età għal 16-il sena tkun solvejtha għal 18-il persuna fl-2012, għal 13-il persuna fl-2013 u għal 17-il persuna fl-2014.", "Imma ma tkunx solvejtha għal sitt persuni fl-2012, għal tmien persuni fl-2013 u għal tliet persuni fl-2014.", "Aħna m'għandniex inħarsu lejn dawn it-tip ta' anomaliji fil-liġijiet tagħna minn angolu wieħed imma rridu nħarsu lejhom minn diversi angoli differenti għax għandna anomalija fir-Registration Act li qiegħda toħloqilna numru ta' diffikultajiet biex jiġu rreġistrati t-tfal kemm f'dan il-każ ta' minuri imma anke f'ħafna każijiet oħra fejn il-ġenituri huma adulti t-tnejn li huma.", "Imma minħabba kif inbniet ir-relazzjoni tagħhom, fejn kellek relazzjoni waħda li għadha mhux magħluqa u diġà bdiet relazzjoni oħra, meta jkollok twelid f'dik il-fażi … Għandek ukoll it-tfal li jitwieldu fuq il-baħar u hawn qiegħda nirriferi l-aktar għat-tfal tal-immigranti li għandna problema kbira fuqhom.", "Mela jiena qiegħda ngħid li jekk hemm problema bir-reġistrazzjoni, ejjew inħarsu lejn il-proċess kollu tiegħu.", "Jiġifieri mbilli tbaxxi l-età biss m'intix se ssolvi l-problema.", "THE CHAIRPERSON: Il-mistoqsija tiegħi ma kenitx fuq ir-reġistrazzjoni u l-problemi li qiegħda ssemmi inti fuqha.", "Il-problema li qiegħda nitkellem fuqha jien hija marbuta mas-sitwazzjoni legali.", "Inti tista' tmur tirreġistra faċilment lit-tarbija tiegħek imma nerġa' ngħid li jien mhux fuq il-kwestjoni tar-reġistrazzjoni qiegħda nitkellem.", "Veru li rridu nieħdu kollox in perspective u jiena dak li qed nipprova nagħmel.", "Li xi ħadd għandu 12 jew 13-il sena u jkun f'din is-sitwazzjoni mod għax iċ-ċirkostanzi juru li dak għadu żgħir wisq biex jagħti l-kunsens tiegħu.", "Imma aħna qegħdin nipprovaw inħarsu lejn l-ambitu kollu, u allura jekk inti għandek 16-il sena jew aktar, dawn iċ-ċirkostanzi se jżiedu jew inaqqsu?", "HELEN D'AMATO: Wieħed ovvjament irid jarahom biex jara jekk hemmx metodi oħra kif jista' jindirizzahom … U dan jgħodd sew jekk tinżel l-età u sew jekk tibqa' kif inhi, għall-benefiċċju ta' dawk it-tfal li ma jkollhomx 16-il sena.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Minn informazzjoni dwar survey li tatna Dr Joanna Cassar jidher li 41% taż-żgħażagħ ta' bejn 16 u 18-il sena, huma attivi sesswalment, allura dan ifisser li dawn iż-żgħażagħ qegħdin jiksru l-liġi.", "Inti għedt li l-minuri għandhom jingħataw id-dritt biex jirċievu pariri jew trattamenti mediċi mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom.", "Mela għandek ukoll din il-kwestjoni fejn dawn iż-żgħażagħ qed imorru għand it-tabib biex jieħdu xi tip ta' kura minħabba l-STDs jew inkella minħabba xi pregnancies u anke biex jieħdu xi tip ta' contraception, u jekk dawn qegħdin jiksru l-liġi għax għandhom taħt it-18-il sena u aħna qegħdin nipprovaw ngħinuhom biex ma jiksrux il-liġi, mela jekk inniżżlu l-età taħseb li nkunu qegħdin nagħmlu kif semmejt inti u ċjoè li nkunu qed nipproteġuhom biex ma jiksrux il-liġi?", "Raġuni oħra hi li minħabba li dawn qed jagħmlu attività illegali, kemm it-tobba u kemm l-edukaturi jista' ikun li joqogħdu daqsxejn lura meta jiġu biex jagħtu l-edukazzjoni jew il-pariri professjonali tagħhom.", "Ovvjament ma' din il-mejda hawn bosta tobba u lkoll nafu li xi kultant biex tagħti xi tip ta' contraceptive lil persuna li għandha inqas minn 18-il sena … Pereżempju jekk spiżjar jagħti pakkett condoms lil persuna ta' 16-il sena, dan ikun qed jikser il-liġi?", "THE CHAIRPERSON: Onor. Grech għandna lil Dr Ilona Debono mill-Medical Council li hija aktar idonea biex twieġbek.", "Jekk għandek xi mistoqsija relatata mal-affarijiet tal-Kummissarju għat-Tfal nitolbok tagħmililha u mbagħad Dr Debono tkun tista' tirrispondi dawk il-mistoqsijiet.", "ETIENNE GRECH: Allura nkunu qed nipproteġuhom b'dan il-mod għax ħafna miż-żgħażagħ ta' 16-il sena ma jkunux jafu li qed jiksru l-liġi …", "HELEN D'AMATO: Dan ħadd mhu qed joħroġ bit-torch biex ifittex lit-tfal però meta jinqalà każ, ħafna drabi meta l-koppja tispiċċa tinfired minn ma' xulxin, dawn jitilgħu l-Qorti.", "Jiena ngħid li f'każ ta' minuri għandu jkun hemm speċi ta' sistema ġdida fejn jingħataw l-għajnuna meħtieġa u mhux jitilgħu l-Qorti.", "Jekk tinżel l-età jew inkella tibqa' kif inhi, l-għalliema jridu jibqgħu jgħallmu fuq il-metodi ta' kontraċezzjoni u jridu jibqgħu jagħtu l-pariri lill-istudenti tagħhom għax dan mhuwiex proċess li jibda meta inti tistà ssir attiv sesswalment.", "Inti trid tkun konxju tal-affarijiet biex tkun tista' tieħu d-deċiżjoni li trid tieħu meta jasal il-waqt u bħalma għedt aktar qabel, dan huwa proċess ta' maturità.", "Jiġifieri jekk l-età tinżilx jew le mhux se tagħmel differenza għall-għalliema.", "ETIENNE GRECH: Id-differenza li se tagħmel mhux fuq iż-żgħażagħ ta' bejn is-16-il sena u t-18-il sena, imma fuq ir-riperkussjonijiet legali.", "HELEN D'AMATO: Le, jiena qed ngħidlek fuq l-għalliema għax inti semmejt l-għalliema.", "Issa fuq it-tobba jew aħjar fuq il-GU Clinic naf li din kienet a walk in clinic u allura jekk imorru t-tfal xorta jarawhom.", "Naf li kien hemm ċirkolari fil-health centres li kienet tgħid li jekk imorru t-tfal mingħajr il-ġenituri tagħhom, dawn xorta waħda jarawhom.", "Però dawn huma affarijiet li jinqalgħu u għalhekk wieħed irid iħares lejhom ukoll.", "U naħseb li din hija opportunità tad-deheb.", "Ħalli nagħtikom eżempju.", "Tifla ta' 15-il sena bit-tarbija tagħha tmur għand it-tabib.", "It-tabib se jaraha lit-tarbija tagħha għax qiegħda m'ommha ta' 15-il sena.", "Imma mbagħad it-tabib mhux se jaraha lill-omm it-tarbija għax din għandha 15-il sena?!", "Issa jiena naħseb li xorta waħda jaraha għax tidħol l-etika professjonali.", "Qegħdin tifhmuh l-argument tiegħi?", "ETIENNE GRECH: Imma l-argument hu li hawnhekk hawn miktub li jingħataw id-dritt li jfittxu pariri u trattament mediku.", "Kif jistgħu jieħdu dan it-trattament jekk allura t-tobba qed jgħinu lil xi ħadd li qiegħed jagħmel attività illegali?", "HELEN D'AMATO: L-ewwel nett biex jiena nitlob parir mingħand tabib m'għandix għalfejn inkun sesswalment attiva.", "Jien nistà nkun tifla ta' 15-il sena u m'għandix fuq min indur għal parir u smajt bil-GU Clinic u niddeċiedi li mmur inkellimhom.", "Nista' għandi l-boyfriend li qed jiġri warajja biex ikollna relazzjoni intima iktar milli nixtieq jien u mmur għand it-tabib tal-familja.", "(Interruzzjonijiet) Jiena għedtlek li ġew l-iskola u qalulna bl-eżistenza tal-GU Clinic u m'għedtx li ħasbu f'din il-klinika minn rajhom.", "Nerġa' ngħid li m'hemmx għalfejn inkun sesswalment attiva biex immur nitlob parir.", "Inti għedtli jekk tiġi tfajla għand tabib u din ma tkunx m'ommha, tista' taraha?", "THE CHAIRPERSON: Dawn il-mistoqsijiet nixtieq li nindirizzawhom li Dr Ilona Debono għax kien proprju għalhekk li stedinniha hawnhekk.", "Ma nixtieqx li nibqgħu ngħidu l-istess affarijiet għax inkella se nispiċċaw min jgħid oġġett u min jgħid ieħor u s'issa għadna ma wasalna mkien!", "L-Onor.", "D'Amato, bħala Uffiċċju tagħmlu differenza bejn żgħożija u tfulija?", "U ż-żgħożija meta tibda?", "U t-tfulija tispiċċa ta' 18-il sena?", "U dak il-perjodu li jkun overlapping b'liema lenti tarawh intom?", "Tarawh bil-lenti tat-tfulija jew tarawh bil-lenti taż-żgħożija?", "U x'inhi d-differenza jekk xi ħadd jiġi kkwalifikat bħala żagħżugħ u ma jibqax ikkonsidrat bħala tifel?", "HELEN DAMATO: Ma nafx kontx hawn fil-bidu tas-sessjoni imma jiena għedt li persuna li għadha m'għalqitx it-18-il sena hija meqjusa bħala tfal.", "Issa jekk ikunu aktar kuntenti jekk insejħulhom minuri, għal dan il-każ insejħulhom minuri minflok tfal.", "Madankollu jiena nħobb insejħilhom tfal.", "Fil-fatt meta mmur inkellem liż-żgħażagħ u lit-tfal ta' 13-il sena - xahrejn oħra nistedinkom kollha sabiex tiġu għal Rights 4U Courses – ngħidilhom ċar u tond li jiena l-Kummissarju għat-Tfal imma lilhom mhux se nsejħilhom tfal għax inkella jieħdu għalihom.", "Imma għall-fini ta' kif tintuża fil-liġi nsibu li t-tfal huma dawk li għadhom taħt 18-il sena.", "L-adolexxenti normalment huma dawk ta' bejn it-12 u l-14-il sena.", "Anke fil-paroċċi tisma' li għandhom grupp tal-adolexxenti imma mbagħad malli jaqbżu l-15-il sena ma jibqgħux hemm.", "Forsi aħna l-Maltin konna daqxejn aktar għaqlin għax għandna ismijiet għal gruppi differenti ta' tfal.", "Fil-fatt bejn żero u 18-il sena kulħadd japprezza li hemm differenza mhux ħażin.", "Aħna għalina ma tagħmilx differenza jekk għandhomx 10 snin, 13-il sena, 15-il sena jew 17-il sena.", "Id-differenza toħroġ biss f'dak li norganizzaw għalihom u allura, jekk se norganizzaw xi ħaġa għal tfal aktar kbar, naraw li dan ikun rilevanti għall-bżonnijiet tagħhom.", "Aħna nikkolaboraw ħafna mal-Aġenzija Żgħażagħ fejn ikun hemm bżonn għax din l-aġenzija għandha r-remit li tagħti s-servizzi mentri aħna ma nistgħux nagħtu dawn is-servizzi.", "L-Aġenzija Żgħażagħ tagħti s-servizzi tagħha lil tfal minn 13-il sena 'l fuq and it goes beyond 18 years.", "Fil-fatt għall-Unjoni Ewropea ż-żgħażagħ jibqgħu telgħin sa 30 sena mentri fil-Council of Europe jibqgħu jitqiesu bħala żgħażagħ sa 35 sena.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Inti għedt li jekk att ikun magħmul bejn żewġt itfal taħt is-16-il sena m'għandniex ninkriminawhom, imma jekk ikun hemm tifel ta' 15-il sena li qed jabbuża emozzjonalment u fiżikament min-nanntu ta' 90 sena, dak m'għandniex ninkriminawh?", "Kif nafu bullying jeżisti f'kull età u inti ma tistax tagħmel a blanket statement u tgħid li dawk kollha li għandhom inqas minn 16-il sena, jagħmlu x'jagħmlu, mhux se ninkriminawhom!", "Għax l-abbuż huwa abbuż u trid tkun responsabbli tal-affarijiet li qed tagħmel.", "HELEN D'AMATO: Ħalli nwieġbek.", "Din kienet ta' 9 snin, u allura vera età baxxa u aħna konna fost dawk li mbuttajna biex din l-età titla' u għal grazzja ta' Alla telgħet għal 14-il sena.", "Imbagħad reġgħet telgħet għal 16-il sena.", "Jiġifieri taħt l-14-il sena mhumiex meqjusa bħala responsabbli kriminalment.", "Issa minn 16-il sena 'l fuq kull att li tagħmel huwa meqjus kontra l-liġi.", "Allura għandek sistemi differenti fuq kif tista' tilħaqhom lil dawn it-tfal.", "Inti mhux bilfors biex tgħallmu lezzjoni trid tibagħtu l-ħabs.", "(Interruzzjonijiet) Il-Juvenile Court għadu jeżisti u aħna nixtiequ li minn 16-il sena jitlà għal 18-il sena.", "Waħda mir-rakkomandazzjonijiet li għamilna bħala Uffiċċju hija proprju dik li l-Juvenile Court jitla' minn 16 għal 18-il sena.", "Jiena mmur oltre minn hekk u din ir-rakkomandazzjoni ilni nagħmilha ħafna u hawnhekk qiegħda nirriferi fuq meta niġu biex nagħmlu l-co-accusation ta' xi ħadd minuri ma' xi ħadd adult f'affarijiet oħra, bħal pereżempju serq.", "Mela għandek ġuvni ta' 16-il sena u ieħor ta' 18-il sena u jkun hemm l-co-accusation, fejn il-kbir iġorr miegħu liż-żgħir.", "Il-proposta tiegħi – u fuq din tkellimt ma' kummissarji differenti għax fil-bidu kont ħadt l-impressjoni li din qiegħda hekk minħabba l-Juvenile Court.", "Il-Juvenile Court Act tgħidlek li f'każ ta' co-accusation ma' persuni ta' 'il fuq minn sittax-il sena, dan għandu jmur il-Qorti l-Belt u mhux il-Juvenile Court.", "U allura bdejt nistaqsi lili nnifsi minn fejn toħroġ li bilfors għandu jkun hemm il-co-accusation imma ma stajt insib xejn fil-liġi li titkellem fuqha.", "Dan huwa biss proċess li addottaw il-pulizija.", "Mela allura bħalma jiddeċiedi fil-proċess li jkun hemm co-accusation jistà jkun hemm proċess biex ma jkunx hemm co-accusation …", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: L-oġġettiv tagħna bħala policy makers huwa dak li nħarsu l-interess pubbliku u biex nagħtu l-empowerment u s-sapport liż-żgħażagħ.", "Jien hawnhekk ma naħsibx li se nitkellem għalija biss imma se nitkellem ukoll f'isem kulħadd għax aħna hawnhekk kollha favur il-valuri morali u kontra li jkun hemm is-sess każwali u kontra l-abbuż fuq it-tfal.", "Imma nemmen li xi kultant, kif qegħdin nitrattaw dan is-suġġett, qisna qegħdin naqbduh biss mill-aspett legali u mhux qegħdin nifhmu sew il-behavioural sciences u dak li qed jiġri fil-ħajja ta' madwarna b'mod realistiku.", "Nemmen li jekk inħarsu lejn il-behavioural sciences b'mod realistiku u naraw x'qed jiġri fil-ħajja tagħna ta' kuljum hawn Malta, se naslu biex nemendaw il-liġi, mhux biss il-Liġi Kriminali imma anke l-Kodiċi Ċivili, fejn hemmhekk naħseb li jidħol il-Medical Council.", "Inti semmejt - u ħadt pjaċir li għamilt aċċenn għaliha - li hemm lakuna meta niġu għall-edukazzjoni fil-livell post-sekondarju.", "U għalkemm għandna sistema ta' PSCD, li minn hawn u minn hemm hija sistema tajba, żgur li hemm lok fejn nistgħu ntejbu u nagħmlu xi ħaġa aktar robusta.", "Allura meta se nitkellmu fuq emendi għal din il-liġi, apparti milli nitkellmu fuq l-età, irridu nitkellmu wkoll fuq kif se nagħtu s-saħħa lill-edukaturi u lill-health care professionals biex iż-żgħażagħ ikollhom aċċess għalihom u jkunu jistgħu jieħdu parir meta jkollhom xi problema.", "Kif nafu l-ewwel kuntatt x'aktarx ikun mat-tabib tal-familja għax dan ikun jafhom minn meta jkunu żgħar ħafna.", "Hawnhekk jiena nara li għandna ħafna nieqes u għandna ħafna fejn nistgħu ngħinuhom liż-żgħażagħ.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-età imma m'aħna nsemmu xejn mill-aspett legali.", "L-aspett legali jgħidlek \"kull forma ta' att sesswali\" u anke bewsa tista' tiġi interpretata bħala att sesswali skont il-liġi!", "Mela hemmhekk, anke jekk ma nniżżlux l-età tal-kunsens sesswali, xorta waħda rridu nirranġaw dik id-definizzjoni.", "Waħda mill-affarijiet importanti meta niġu għal din il-lakuna hija dik tal-lifestyle diseases, fejn mingħajr ma trid din hija l-aktar ħaġa importanti.", "U hawnhekk mhux qed nitkellem biss mill-aspett ta' sess imma għandek ukoll it-tabakk, l-alkoħol u l-aspett ta' avventura li ż-żgħażagħ iħobbu jesperimentaw.", "Għalhekk li jkun hemm dak l-aċċess huwa importanti ħafna.", "Issa ħalli nagħmillek il-mistoqsija tiegħi.", "Waħda mill-affarijiet li dejjem inkwetatni bħala tabib hija l-psycho-physical u l-psycho-sexual transformation li jgħaddu minnha ż-żgħażagħ.", "Dan huwa l-proċess li jgħaddu minnu sakemm jagħrfu jaċċettaw lilhom infushom, sakemm jiskopru lilhom infushom u jibqgħu mexjin b'ħajjithom.", "Imma pereżempju ż-żgħażagħ jaħbu mill-ġenituri tagħhom meta jkollhom xi boyfriend jew girlfriend.", "Il-fatt li bilfors iridu l-kunsens tal-ġenituri tagħhom biex imorru għand tabib jew inkella biex ikollhom l-att innifsu, ma taħsibx li psikoloġikament dawn iż-żgħażagħ qed jagħmlu ħsara lilhom infushom?", "Jiena naħseb li għandna nagħtuhom l-għodod meħtieġa biex ikunu jistgħu jiksbu l-pariri li għandhom bżonn kif ukoll l-informazzjoni li jkollhom bżonn għal xi trattament li jkunu jirrikjedu.", "HELEN D'AMATO: Apprezzajt ħafna dak kollu li għedt imma xorta nibqa' ngħid li l-aċċess għas-servizzi għandu jkun hemm irrispettivament minn jekk tinżilx l-età tal-kunsens jew le.", "U qiegħda ngħid hekk għax jekk l-età se tinżel għal 16-il sena, xorta se jkollok – bħalma rajna mis-survey - tfal ta' 15-il sena li mhux se jiġu koperti.", "Li qiegħda ngħid jien hu li għandna ninsew l-età u nħarsu lejn x'inhuma l-miżuri li rridu nieħdu sabiex wieħed jiddistingwi l-maturità tal-persuna, u allura din l-għodda nagħtuha lill-professjoni medika irrispettivament jekk tinżilx l-età jew le.", "Meta – u jekk - tinżel l-età tal-kunsens xorta jkollhom din l-għodda li jistgħu jużawha dawk it-tfal li m'għandhomx bejn il-15 u t-18-il sena.", "Jekk l-età hija iktar baxxa min għandu bżonn l-għajnuna, xorta rridu naraw kif se ngħinuh.", "U wieħed irid jara l-maturità tat-tfal għax xorta waħda t-tfal mhux se jmorru jgħidu lill-ommhom.", "Fil-fatt l-aħħar persuna li tkun taf b'dawn l-aħħarijiet ħafna drabi tkun l-omm jew il-missier.", "Nemmen li t-tfal meta jkollhom 12, 13 u 14-il sena jibdew jinqatgħu minn mal-ġenituri tagħhom għax ikunu jridu jaffermaw it-territorju tagħhom.", "Kif nafu meta jkunu qed jikbru aktar isiru importanti l-ħbieb tagħhom mill-ġenituri u mbagħad kif jilħqu ċerta età u jkunu affermaw lilhom infushom, jerġgħu jibdew iduru għall-ġenituri tagħhom.", "U dan iseħħ bejn wieħed u ieħor meta jkollhom 25 jew 26 sena.", "Imma l-perjodu tant teneru u diffiċli ta' bejn it-13 u s-17-il sena huwa perjodu sensittiv ħafna.", "Jekk wieħed jiddeċiedi li għandha tinżel l-età, ħalli tinżel imma xorta waħda dawn l-affarijiet irridu nindirizzawhom.", "U fir-rakkomandazzjonijiet li għamilt għedt li wieħed irid iħares lejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet irrispettivament minn xi tkun l-età tal-kunsens.", "THE CHAIRPERSON: Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħek qiegħda tgħid li l-età tal-kunsens m'għandhiex tinżel.", "HELEN D'AMATO: F'dan l-istadju nixtieq nara kif se tiżvolġi d-diskussjoni.", "THE CHAIRPERSON: Meta qed tgħid li l-attività sesswali bejn minuri u adulti għandha tibqa' offiża kriminali qiegħda tfisser li l-età tal-kunsens ma tinżilx.", "HELEN D'AMATO: Jien għalija tfal ta' 16 u 17-il sena huma minuri, anke jekk l-età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Jekk l-età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena, dik mhux se tibqa' titqies bħala att kriminali.", "HELEN D'AMATO: Imma xorta minuri jibqgħu!", "Jew inkella issa ta' 16-il sena se nagħmluh maġġorenni wkoll?!", "THE CHAIRPERSON: Inti qiegħda tgħid li \"għandha tibqà offiża kriminali\" mentri jekk tinżel l-età tal-kunsens għal 16-il sena, din ma tibqax aktar offiża kriminali.", "HELEN D'AMATO: Hemmhekk qiegħda ngħid li meta persuna hija minuri, irrispettivament jekk l-età tal-kunsens hijiex ta' 16 jew 18-il sena ...", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qiegħda tgħid li jekk l-età tal-kunsens tiġi ta' 16-il sena, nibdew insejħu minuri lil dawk li għandhom sa 16-il sena biss?", "Jiena qiegħda nistaqsi jekk tinżel l-età tal-kunsens għal 16-il sena, it-tfal li għandhom bejn 16 u 18-il sena se jibdew jissejħu maġġorenni?", "D'Amato jien nixtieq li jkollna risposta għal din il-mistoqsija.", "Bħala Kummissarju għat-Tfal taqbel li l-età tal-kunsens għandha tinżel għal 16-il sena jew inkella taqbel li din għandha tibqà ta' 18-il sena?", "Għandna bżonna dik it-tweġiba mingħandek għax kien proprju għalhekk li xtaqna nġibuk f'dan il-Kumitat.", "HELEN D'AMATO: Jiena pprovajt kemm jista' ikun inħalli d-diskussjoni tevolvi u tant xtaqtha tibqà tevolvi li għedtilkom li jkun tajjeb li kieku ssir riċerka speċifika fuq din il-proposta fost iż-żgħażagħ tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Għandna lil kulħadd li qed jagħtina l-opinjoni tiegħu mentri l-Kummissarju għat-Tfal mhijiex se tagħtina l-opinjoni tagħha!", "HELEN D'AMATO: Bir-rispett kollu jiena qiegħda nagħti l-opinjoni tiegħi!", "Jiena qiegħda ngħid li rridu nħarsu lejn diversi affarijiet qabel ma niddeċiedu jekk l-età tal-kunsens għandhiex tinżel jew le.", "Jiena nippreferi li kieku l-età tal-kunsens ma tinżilx.", "Issa tinżel jew ma tinżilx xorta waħda jridu jsiru dawn it-tibdiliet.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: L-ewwel nett nixtieq niskuża ruħi li ma kontx hawn mill-bidu.", "D'Amato taħseb li liġi bħal din mhux se tkun qiegħda tipproteġi lill-minuri imma se tkun qiegħda tipproteġi lill-adult?", "Qiegħed ngħid tajjeb?", "HELEN D'AMATO: Jien nixtieq li l-liġijiet tagħna jipproteġu lill-minuri.", "DEO DEBATTISTA: Taħseb li din se tkun qiegħda tipproteġi lill-adulti u mhux lill-minuri?", "Li qiegħda ddejjaqni ftit kif fil-liġi wieħed jista' jiżżewweġ ta' 16-il sena imma ma jistax jagħmel sess qabel ikollu 18-il sena!", "U allura rridu nbiddlu jew waħda jew l-oħra.", "Dik hemmhekk għandna anomalija fil-liġi għax jistgħu jiżżewġu imma ma jistgħux jagħmlu sess qabel 18-il sena.", "Hemmhekk għandna liġi falza għax qed inħallu tnejn ta' 16-il sena jiżżewwġu imma mbagħad fl-istess ħin dawn ma jistgħux jagħmlu s-sess.", "D'Amato, jiena naqbel miegħek li jistà jkun li jekk iniżżlu l-età tal-kunsens għal 16-il sena l-minuri jistgħu jkunu qegħdin jitilfu l-protezzjoni tagħhom.", "Imma mbagħad għaliex ma ndaħħlux il-banding?", "Jien ma nistax nifhem kif tfajla ta' 16-il sena jkollha relazzjoni sesswali ma' wieħed ta' 50 sena, u ngħidu li ma tagħmilx sens, imma mbagħad li waħda ta' 18-il sena tmur ma' wieħed ta' 52 sena dik orrajt!", "HELEN D'AMATO: L-ewwel nett irridu nagħmlu distinzjoni bejn minuri u maġġuri, jiġifieri jekk issa se nidħlu fil-ħajja tal-persuni maġġuri, hemmhekk se nidħlu f'diskors ieħor.", "Fuq l-issue tal-banding diġà semmejt li rridu noqogħdu attenti għax fl-etajiet żgħar id-differenza fil-maturità tagħmel differenza avolja jkun hemm l-istess ammont ta' snin bejniethom.", "Pereżempju bejn xi ħadd ta' 16 u 20 sena għandek erba' snin differenza imma l-livell ta' maturità hija differenti ħafna aktar milli bejn xi ħadd ta' 20 sena u ieħor ta' 24 sena, minkejja li xorta hemm differenza ta' erba' snin ukoll.", "Imma fit-tieni każ id-diskrepanza fil-maturità hija ħafna inqas.", "Fejn jidħlu ż-żweġijiet jiena naħseb li wasal iż-żmien li naraw jekk għandniex nibdlu l-età.", "Fil-fatt jekk naraw x'qed jiġri fir-realtà insibu li l-ammonti li qed jiżżewġu ta' dik l-età huma minimi għall-aħħar.", "Pereżempju fl-2013 kellek persuna waħda li żżewwġet ta' 16-il sena mentri ta' 17 ma kien hemm ħadd.", "Fl-2014 kien hemm persuna waħda li żżewwġet ta' 16-il sena u tnejn ta' 17-il sena.", "Illum qed jiġru ċerti affarijiet f'ċerti żweġijiet li ma jkunux ta' dik l-età u jekk irridu nirregolaw għandna nħarsu lejhom ukoll.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri nagħmluha llegali li tnejn ta' 16-il sena jiżżewwġu?", "HELEN D'AMATO: (Interruzzjonijiet) Li jbeżgħani - mingħajr ma nitfa' xi dell fuq dawn l-individwi li żżewwġu – hu li għandek tfal ta' 16-il sena li jridu jagħmluha bil-kunsens tal-ġenituri tagħhom!", "U jekk ikun żwieġ sfurzat?", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri inti trid li ma tibqax aktar ta' 16-il sena?", "Fil-verità din mhijiex isseħħ u jiena kuntenta li mhijiex tiġri u rridu noqogħdu attenti li ma jkollniex żweġijiet sfurzati.", "Issa hawnhekk jiena qiegħda nitkellem fuq żwieġ sfurzat.", "Jiena hawnhekk qed ninnota li m'għadx għandna ż-żweġijiet li kien ikollna xi ftit taż-żmien ilu, fejn meta kienet tinqabad tfajla tqila kienu jġiegħluha tiżżewweġ.", "Din is-sitwazzjoni mhux qiegħda toħroġ mill-istatistika u ninsab kuntenta dwar dan u Allaħares għadna f'dik is-sitwazzjoni.", "Għaldaqstant nemmen, li jekk hemm bżonn, tinbidel il-liġi taż-żwieġ u titlà għal 18-il sena.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): F'waħda mir-rakkomandazzjonijiet tiegħek inti għedt li meta l-attività sesswali ssir bejn żewġ minuri din għandha tiġi dekriminalizzata.", "Għedt ukoll li għandek differenza fil-maturità ta' tfal li għandhom etajiet differenti.", "Mela jekk għandek żewġ minuri; tifla ta' 12-il sena u ġuvni ta' 17-il sena, dawn it-tnejn huma minuri imma żgur li d-differenza fil-maturità tagħhom hija kbira ħafna.", "U allura rridu nsibu bilanċ bejn il-fatt li t-tnejn huma minuri imma li l-livell ta' maturità bejniethom hija waħda kbira …", "HELEN D'AMATO: Għalhekk meta semmejt il-banding, għedt li rridu nkunu kawti fuqha għax aktar kemm ikunu żgħar it-tfal, aktar se jkollok differenza fil-maturità.", "Jiġifieri persuna ta' 12-il sena u persuna ta' 17-il sena huma minuri t-tnejn li huma.", "Issa f'dan il-każ, fejn għandek tifla ta' 12-il sena u ġuvni ta' 17-il sena, jistà jkollok id-diversionary system, fejn qed tgħin lit-tfal mingħajr il-bżonn li tibgħathom il-Qorti.", "Din l-istess bħad-drogi.", "Id-drogi ma sarux legali imma bid-diversionary system ma jmorrux il-Qorti.", "Jiġifieri rridu nsibu xi ħaġa simili anke fejn tidħol il-kwestjoni tal-banding.", "U allura wieħed irid jieħu dawn l-affarijiet kollha in konsiderazzjoni.", "D'Amato nirringrazzjak tal-intervent tiegħek.", "Ovvjament se nieħdu in konsiderazzjoni l-affarijiet li għedtilna inti flimkien ma' dak li qalulna l-mistednin li tkellmu s'issa u dawk li għad iridu jitkellmu.", "Issa ngħaddu għall-mistednin li jmiss u ċjoè għar-rappreżentanti tal-Kunsill Mediku.", "Nitlob lil Dr Ilona Debono, President tal-Medical Council u lil Dr Doreen Cassar, Membru fil-Medical Council sabiex jersqu mal-mejda.", "Nixtieq ninformakom li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed online kemm permezz tal-visual kif ukoll permezz tal-audio u għalhekk jekk għandkom xi oġġezzjoni għal dan, nitlobkom tgħidulna.", "L-aktar mistoqsija li smajna, minbarra dik tal-age of sexual consent li hija marbuta mas-suġġett li qed niddiskutu, hija dwar jekk persuna taħt it-18-il sena tistax imur il-GU Clinic jew għand tabib tal-familja biex jieħu parir jew trattament mingħajr il-preżenza jew il-kunsens tal-ġenituri tiegħu.", "U jekk dawn jistgħux jagħmlu testijiet u jieħdu r-riżultati tagħhom mingħajr il-kunsens tal-ġenituri.", "Xi tgħidulna fuq dawn iż-żewġ mistoqsijiet?", "DR ILONA DEBONO (President tal-Kunsill Mediku): Jekk ikun hemm emenda fil-liġi dwar il-kunsens sesswali, aħna bħala Kunsill Mediku, nemmnu li għandu jkun hemm emenda wkoll fil-liġi dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kunsens mediku.", "DEO DEBATTISTA: Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa.", "DR ILONA DEBONO: Kif inhi s-sitwazzjoni llum salv għal xi eċċezzjonijiet li se jiġu preżentati fil-preżentazzjoni li ppreparajnilkom, hija ta' 18-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri llum il-ġurnata, jekk ikollok tfajla ta' 16-il sena li hija tqila u tmur għand it-tabib tal-familja, it-tabib suppost jistaqsiha fejn qiegħda ommha?", "MICHAEL GONZI: Anke jekk tiġi titlobni parir, jien as such ma nistax nagħtiha pariri għax irid ikun hemm bilfors ommha preżenti.", "DR ILONA DEBONO: Kif inhi bħalissa hekk hu ħlief għall-eċċezzjoni dwar il-Mental Health Act, li issa se nitkellmu fuqha wkoll, però hija l-età maġġuri skont il-Liġi ta' Malta.", "THE CHAIRPERSON: Kellna mistoqsija partikolari dwar il-GU Clinic għax milli smajna llum mill-Kummissarju għat-Tfal u anke minn mistednin oħra, qisu kulħadd qalilna li fil-GU Clinic jagħtuhom dawn il-pariri.", "Jiġifieri hemm eċċezzjoni għall-GU Clinic?", "DR DOREEN CASSAR (Membru tal-Kunsill Mediku): Meta fetaħ il-GU Clinic kien hemm komunikat biex naraw nistgħux nagħtu permess biex din il-parti tas-saħħa tkun tistà tiffunzjona sew u taqdi dak li hu l-aħjar interess tal-adolexxent, u l-Kunsill Mediku kien ta speċifikament il-go ahead lill-GU Clinic biss.", "Kwalunkwe tabib ieħor m'għandux permess jagħmel dan.", "MICHAEL GONZI: X'kienet ir-raġuni?", "DR DOREEN CASSAR: Biex tiffunzjona kif suppost il-GU Clinic.", "MICHAEL GONZI: Fuq liema bażi xjentifika ta' riċerka, ġiet meħuda din id-deċiżjoni mill-Medical Council?", "Qiegħed ngħid hekk għax jien għandi riċerka li turi li iktar tkun qed tagħmel ġid jekk liż-żgħażagħ inkunu nistgħu nagħtuhom pariri fuq problemi sesswali, bil-proviso li jekk ikun hemm xi ħaġa ta' saħħa jew ta' detriment għaż-żgħażagħ irridu ngħidu lill-ġenituri tagħhom.", "Allura l-Kunsill Mediku, fuq liema riċerka ħadet din id-deċiżjoni?", "DR DOREEN CASSAR: L-ewwel nett jien ma kontx membru fil-Kunsill Mediku meta ttieħdet dik id-deċiżjoni.", "U meta fittixna ma stajniex insibu raġuni espliċita fuq kif ittieħdet dik id-deċiżjoni imma l-għan tagħna llum hu biex nesponu l-informazzjoni ħalli intom tkunu infurmati biżżejjed biex tiddeliberaw u tirriflettu sew.", "Dak li semmejt inti Onor. Gonzi qiegħed fil-preżentazzjoni li nixtiequ nesponu.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri l-pazjent jista' ikun self referred għall-GU Clinic?", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri jista' jagħmel appuntament mingħajr l-ebda karta mingħand it-tabib?", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri skont il-Kunsill Mediku, il-GU Clinic huwa importanti imma jekk tabib jissuspetta li pazjent għandu pericarditis, irrid noqgħod inċempel lill-ġenituri tiegħu biex jiġu miegħu qabel nieħu azzjoni?!", "DR DOREEN CASSAR: Sfortuntament iva, dik hi s-sitwazzjoni.", "Aħna nixtiequ li tagħtuna ftit taċ-ċans ħalli nippreżentaw dak li ppreparajnilkom għax naħsbu li l-informazzjoni li se nagħtukom għandha background tajjeb dwar il-parametri tas-suġġett li qegħdin tiddiskutu u s-saħħa sesswali.", "Imma qabel xejn nixtieq nagħmel preambolu, għax is-saħħa sesswali mhijiex biss dak li għadni kif smajt f'din l-aħħar siegħa imma hija ferm aktar!", "Is-saħħa sesswali mhijiex biss contraception, STDs u pregnancies, imma hija ferm aktar minn hekk.", "Issa aħna ppreparajna presentation bl-Ingliż u għalkemm jidher li hemm ħafna slides nista' inserrħilkom raskom li f'20 minuta ngħadduhom kollha.", "Se nitkellem bl-Ingliż għax ħafna mir-riċerka internazzjonali hija bl-Ingliż.", "Din il-preżentazzjoni hija bbażata fuq riċerka internazzjonali u lokali.", "L-ewwel nett x'inhu l-mission statement tal-Kunsill Mediku?", "Il-Kunsill Mediku għandu żewġ parametri; dak li jipproteġi d-drittijiet u s-sigurtà tal-pazjent u l-integrità tal-professjoni u t-tieni li jippromwovi s-saħħa għall-pubbliku u jkollu standards kif suppost għall-prattika tal-mediċina.", "Aħna llum ma ġejniex biex nitkellmu fuq it-tfal imma ġejna speċifikament biex nitkellmu fuq l-adolexxenti.", "U għalina l-adolexxenti huma dawk it-tfal bejn it-12 u t-18-il sena.", "Xi ħadd hawnhekk qal li fil-każini jibqgħu jitqiesu bħala żgħażagħ sa 35 sena.", "Jiġifieri din m'għandniex neħduha sa 18-il sena u daqshekk.", "F'din l-eta, iż-żgħażagħ ikunu qegħdin jiżviluppaw ir-reasoning and thinking skills tagħhom.", "Imma irridkom tifhmu hawnhekk li dik it-tfajla li saret omm wara li kellha attività sesswali, x'aktarx li din ma bdietx tkun attiva disa' xhur qabel imma minn aktar qabel.", "Ħalli ngħaddi għar-rapport Bugeja R 2010.", "U jekk tgħidilhom noħroġ 'il barra!\"", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jiena għandi xi mistoqsijiet li nixtieq nagħmillek u l-ewwel waħda hija marbuta mal-Mental Health Act and minors.", "Issa meta nħarsu lejn il-Mental Health Act naraw li din mhijiex fuq li ssaqsi lill-minuri jekk jagħtix il-kunsens tiegħu imma li tara li jekk il-minuri hux qed jgħid li hu ma jridux.", "DR DOREEN CASSAR: Hi qiegħda \"irid u ma rridux\".", "THE CHAIRPERSON: Le, mhux hekk qiegħda.", "Mela jekk il-minuri ma jridx, ma jsirx.", "Imma ma jfissirx li inti għandek dritt taqbad u tmur fuq il-minuri u tistaqsih jekk iridx, u jekk jgħidlek iva, allura tagħmlu.", "Jekk bħala Medical Council, qegħdin tgħidu li dak huwa l-istandard li tridu … Minn dak li ktibtu ma naħsibx li huwa dak li tridu intom.", "DR ILONA DEBONO: Il-Kunsill Mediku li jixtieq hu li l-minuri - u l-ethos tal-Mental Health Act hawnhekk tidħol – b'xi mod qiegħed jinstemà.", "Issa veru forsi tinstemà fin-negattiv meta qed tgħid \"to accept or to decline\" … Imma f'din il-liġi partikolari daħal dan il-kunċett li l-minuri għandu say fiha.", "THE CHAIRPERSON: Jiena napprezza li mxejna pass bil-Mental Health Act imma għandi d-dubji tiegħi fuq kemm dan li qegħdin tgħidu fl-integrity of professionals u cjoè li dan l-ethos li hemm fil-Mental Health Act għandu jkun il-parametru tal-kunsens fil-medical care.", "U naħseb li minn dak li kontu qegħdin tgħidu intom, fil-fatt mhux hekk qegħdin tgħidu.", "Intom ma tridux li aħna, - jew inkella għiduli jekk tridux hekk - meta niġu għall-kunsens jew le, id-deċiżjoni tittieħed mill-ġenituri imma mbagħad jekk il-minuri jgħidlek li ma jridux, allura ma jsirx.", "Fil-kuntest tas-saħħa sesswali, meta qed niddeċiedu jistax il-minuri jkollu trattament jew le, jew jistax il-minuri jieħu parir mingħajr ma jkunu jafu l-ġenituri tiegħu, il-Mental Health Act threshold ma tagħmlilna differenza ta' xejn!", "THE CHAIRPERSON: Imma dik ma tgħinx assolutament.", "Fil-Mental Health Act hemm li l-ġenituri għandhom jiddeċiedu meta t-tfal ikunu taħt it-18-il sena imma jekk il-minuri jgħidlek li hu ma jridx dak it-trattament, dan jista' jirrifjuta.", "U hemm differenza - anke barra minn Malta hemm din id-distinzjoni - bejn li tirrifjuta trattament u bejn giving consent to do something on your own.", "Dak s'issa, bil-Mental Health Act, bl-autonomy u bl-affarijiet kollha għadna ma wasalniex għalih.", "Inti ma tistax tmur fuq minuri u l-minuri jiddeċiedi.", "Tistà tmur fuqu biex tara jekk dak li ddeċieda ħaddieħor għalih jixtiequx jew le.", "Imma ma tistax tmur fuqu biex tistaqsih jekk iridux jew le dak it-trattament.", "Issa fil-kontest tas-sexual health u tas-sexual consent - għax fuq kollox dik li tinteressana - intom għedtulna li legalment sa 18-il sena.", "Anke biex tagħtu parir jew trattament.", "DR DOREEN CASSAR: Bħalissa iva.", "THE CHAIRPERSON: Allura meta kont qed tgħidilna li saret eċċezzjoni għal GU Clinic, dik saret b'mod illegali?", "Jekk saret sempliċement mill-Medical Council, għalfejn ma ġietx estiża wkoll għall-family doctors?", "U jekk ma saritx b'mod illegali, allura suppost li l-liġi tkopri lil kulħadd.", "MICHAEL GONZI: Fil-fatt il-loġika tgħidli li intom aċċettajtu li l-GU Clinic jistgħu jaraw liż-żgħażagħ filwaqt li t-tobba tal-familja ma jistgħux.", "Imma fil-GU Clinic trattament għall-STDs jagħtuk, mentri li kieku din ġiet miftuħa wkoll għall-GPs, kontu tagħtu lok għall-prevenzjoni.", "U għalhekk din mhijiex qiegħda ddoqqli.", "DR ILONA DEBONO: Il-kwestjoni tal-GU Clinic hija kwestjoni li tmur lura bosta snin u fil-preżent m'hemm ħadd fil-Kunsill li kien hemm fiż-żmien li ttieħdet din id-deċizjoni.", "Li nistgħu nagħmlu hu li nagħmlu ftit riċerka biex naraw jekk teżistix xi dokumentazzjoni ta' x'wassal biex ittieħdet din id-deċiżjoni.", "THE CHAIRPERSON: Li rrid inkun naf hu biex il-Kunsill wasal għal din id-direzzjoni, kenitx pożizzjoni legali jew pożizzjoni li ħa l-Kunsill.", "Din biss xtaqt li nkun naf.", "Hemm xi ħaġa fil-liġi li tgħidilna li l-GU Clinic huwa exempt jew li d-deċiżjoni kienet tal-Kunsill?", "DR ILONA DEBONO: Kienet deċiżjoni tal-Kunsill.", "THE CHAIRPERSON: Il-guidelines tal-Kunsill kienu biex it-tobba tal-GU Clinic jiksru l-liġi.", "Hekk qed tgħidu?", "DR DOREEN CASSAR: Ma nixtieqx ngħid affarijiet li jistgħu jinkriminaw lil xi ħadd.", "Din id-deċiżjoni ilha li ttieħdet u li kieku ma kienx għall-Onor.", "Godfrey Farrugia, il-Kunsill preżenti lanqas kien ikun konoxxenti tagħha!", "Din hija l-verità.", "U meta ġejna affaċċjati bl-ittra li bagħat l-Onor.", "Farrugia pprovajna nirriċerkaw x'kienet is-sitwazzjoni għax min kien ħa dik id-deċiżjoni m'għadux magħna.", "U jkolli ngħid li sibna blokk u ma nistgħux immexxu.", "Sfortunatament din hi s-sitwazzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena milli qiegħda nifhem hawnhekk hu li l-intenzjoni kienet waħda tajba, u allura, anke minħabba li din id-diskussjoni qiegħda tiġi mxandra u segwita, ikun għaqli li ngħidu li this was a step forward, now let us fix it.", "Li issa nipprovaw ngħidu li l-Kunsill Mediku ta parir biex tinkiser il-liġi, naħseb li nkunu qegħdin indaħħlu lin-nies fl-inkwiet.", "U naħseb li at this point għandna ngħidu li huwa tajjeb li l-Kunsill Mediku għaraf din il-ħtieġa u hija ħasra li ma għarafx li jmur oltre u jagħti dan il-kunsens anke lill-GPs.", "THE CHAIRPERSON: Il-mistoqsija li għamilt jien kienet proprjament fl-ambitu biex nara jekk hemmx liġi jew le.", "Fil-fehma tiegħi, l-etika medika f'dan il-każ għandha bżonn aktar bħal dawn id-deċiżjonijiet tal-GU Clinic u mhux inqas.", "Hija sfortuna li l-Medical Council kellu jasal għal xi ħaġa bħal din irrispettivament mil-liġi u ta dan il-parir għax fil-fehma tiegħi l-liġi għandha tkopri lil kull persuna medika sabiex tkun tista' tagħti dawn it-tip ta' pariri.", "U dan għaliex bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni fejn ommijiet minuri ma jistgħux teknikament imorru għand tabib biex jieħdu parir, anke jekk ikunu tqal, sakemm ma jkollhomx il-kunsens tal-ġenituri tagħhom.", "U jistà jkun li bħalma abilment għedt inti fil-preżentazzjoni tagħkom, hemm tipi differenti ta' ġenituri.", "Għandek authoritative parents, għandek authoritarian parents, għandek loving parents u għandek dawk li mhumiex.", "Jiġifieri ma rridux neħduha bi kbira jekk ikollok ġenituri li għal raġunijiet tagħhom ma jkunux iridu li t-tfal tagħhom jingħataw dak il-parir.", "U naf b'każijiet fejn il-ġenituri proprjament xtaqu li din it-tarbija qatt ma tasal u allura dan il-parir qatt ma riedu li t-tfal tagħhom jeħduh.", "Jien naqbel perfettament magħha din u staqsejt biss biex nara jekk hijiex xi ħaġa legali jew le.", "Qatt ma kelli l-intenzjoni li nitfa' xi dell ikrah fuq xi ħadd.", "DEO DEBATTISTA: Naqbel perfettament ma' dak li qalet l-Onor.", "Buttigieg u nixtieq nirrakkmanda li ssir riforma kompleta fuqha din.", "Għax hija banali li tiġi omm b'tarbija u jien nista' ninviżta lit-tarbija imma ma nistax nara lill-ommha għax din ikollha 16-il sena!", "THE CHAIRPERSON: Itfgħu ftit il-mikrofoni jekk jogħġobkom.", "THE CHAIRPERSON: Mela nistgħu nkomplu bid-diskussjoni tagħna u nsejjaħ lil Dr Ilona Debono.", "DR ILONA DEBONO: Il-pożizzjoni tal-Medical Council hija li jekk se tonqos il-liġi dwar il-kunsens għall-attività sesswali għandu jkun hemm ukoll tibdil fil-liġi dwar kif tabib jew dentist ikun jista' jagħti parir mediku …", "THE CHAIRPERSON: Intom qegħdin tgħidu li jekk tonqos l-età għandu jonqos dan ukoll?", "Issa jiena qiegħda nistaqsi …", "DR ILONA DEBONO: Wieħed mingħajr l-ieħor ma jistax jimxi.", "THE CHAIRPERSON: Imma jekk l-età ma tonqosx minn 18 għal 16, l-oħra m'għandniex innaqqsuha?", "Jiġifieri biex persuna tmur għal trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħha, m'għandniex innaqqsuha?", "Jiena ma naħsibx li dawn jimxu flimkien …", "DR DOREEN CASSAR: Aħna qed ngħidu li l-età tal-kunsens għall-att sesswali jkun tajjeb li tinżel għal 16-il sena però meta tinżel għal 16, u anke jekk ma tinżilx, għandu jkun hemm protezzjoni għat-tobba biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu fl-aħjar interess ta' kulħadd.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Aħna smajna li skont il-liġi Maltija, minuri taħt it-18-il sena għandhom bżonn il-kunsens tal-ġenituri għall-medical treatment.", "Issa jekk fhimtkom sew li l-Medical Council qiegħed jitlob lilna bħala Kumitat sabiex inbiddlu l-leġiżlazzjoni għax il-professjoni medika ma tistax tgħin kif suppost minħabba l-liġi kif inhi.", "Mela aħna rridu nċaqilqu l-liġi - kif qed tgħidu intom – biex l-età tal-kunsens tinżel minn 18 għal 16-il sena u b'hekk ngħinu lill-Medical Council jiffunzjona aħjar.", "Sewwa qed ngħid?", "DR DOREEN CASSAR: Mhux biex ngħinu lill-Medical Council jiffunzjona aħjar imma biex inkunu aktar ta' servizz għal min hu taħt l-età ta' 18-il sena.", "Dawn jekk ma jkollhomx il-kunfidenzjalità ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn.", "ETIENNE GRECH: Jekk l-età tal-kunsens sesswali tinżel għal 16-il sena, jew inkella l-età biex tingħata trattament mediku tinżel għal 16-il sena minflok 18-il sena, tfajla ta' 16-il sena tistà tmur għand il-GP tagħha waħedha u dan ikun jista' jordnala l-pill pereżempju.", "DR DOREEN CASSAR: Hemmhekk aħna tajnikom diversi proposti, fosthom kif jaħdmu fl-Ingilterra, għax qegħdin ngħid17u li l-adolexxenti mhumiex kollha l-istess.", "U jekk inti tabib tajjeb tagħraf li hemm id-differenza u tassessja kemm għall-awtonomija u kemm għall-kapaċità, jiġifieri tagħtih l-informazzjoni kollha, tiddokumentaha u mbagħad tipproċedi.", "ETIENNE GRECH: Jiddependi ħafna mill-individwu għax hemm varjazzjoni bejn wieħed u ieħor.", "Ħalli nagħmel l-aħħar mistoqsija.", "Allura dan ifisser li jekk pereżempju għandek persuna ta' 16-il sena li din se tmur għand tabib biex tieħu parir, biex jagħtiha l-pill jew inkella biex tieħu xi kura għall-STDs, l-aħjar ħaġa hi li t-tabib ikollu din il-formola u jitlob il-firma tagħha?", "(Interruzzjonijiet) Dik hija l-consent form.", "U nimmaġina li trid tiffirmaha?", "U dik il-firma mbagħad tkun tgħodd legalment?", "DR ILONA DEBONO: Jekk ikun hemm tibdil fil-liġi, m'għandix nifhem għalfejn le.", "DR DOREEN CASSAR: Meta tajnikom dak id-dokument, tajnikom ukoll background tal-affarijiet.", "L-Onor.", "Farrugia l-ewwel semma' il-behavioural sciences u din hija riċerka kwalitattiva fuq l-adolexxenti u l-behaviour tagħhom.", "Hemmhekk aħna għednilkom li l-kunsens jistà jitbiddel u allura, filli jgħidulek \"iva\" u filli jgħidulek \"le\".", "Mela biex nipproteġu kemm lit-tabib u kemm l-adolexxent, jekk jien rajtu llum u tani l-kunsens tiegħu, mela jien se nniżżel li tani l-kunsens.", "Imma mbagħad jekk reġa' ġie l-għada jew xahar wara jew sena wara u din id-darba ma tanix il-kunsens, jien se nniżżel ukoll li ma tanix il-kunsens tiegħu.", "B'hekk nipproteġi lil kulħadd, inkluż b'mod indirett lill-ġenituri u lill-komunità Maltija.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: F'paġna 9 tal-preżentazzjoni tagħkom għedtulna li skond ir-rapport ta' Bugeja R l-ewwel rapport sesswali li jkollhom iż-żgħażagħ, huwa ta' 14-il sena.", "Allura għaliex wasaltu li tgħidu li l-age of consent għandha tkun ta' 16-il sena?", "Jekk aħna ngħidu li l-age of consent se tkun ta' 16-il sena se tkomplu testendu l-parir li tajtu fuq il-GU Clinic għall-GPs ukoll biex dawn jagħtu l-għajnuna tagħhom lil dawk iż-żgħażagħ ta' bejn l-14 u s-16-il sena?", "U allura ma tibqax illegali jekk xi ħadd imur għand il-GP għax ikun attiv sesswalment u jkollu bżonn tal-għajnuna.", "DR DOREEN CASSAR: Jekk tara l-paġna ta' qabel tar-rapport ta' Bugeja R issib li l-persentaġġ ta' twelid minn żgħażagħ ta' 16-il sena 'l fuq hemm a sharp increase hawn Malta.", "Għedna wkoll li l-kapaċità tal-adolexxent dejjem tevolvi u titbiddel u għalhekk jidhrilna li jekk nagħmluha inqas minn 16-il sena se jkollna aktar problemi u mhux inqas.", "GODFREY FARRUGIA: Qabel xejn nixtieq nirringrazzjakom għall-preżentazzjoni eċċellenti li tajtuna.", "Qed ninnota li b'dak li għedtulna llum intom missejtu is-Civil Code, iċ-Children and Youth Act kif ukoll il-Medical and Kindred Professions Ordinance.", "Issa jien ma nixtieqx nieqaf hawn imma nixtieq li meta nħarsu lejn il-holistic health care tal-individwu, b'mod partikolari tal-adolexxenti, ma nħarsux biss lejn it-tabib jew id-dentist imma nieħdu a multi-disciplinary team approach.", "Mela allura rridu nħarsu lejn il-health care professionals oħrajn biex l-aċċess għalihom ikun available wkoll.", "Mela jekk jien irrid imur għand sexologist jew psychologist, nista' immur għandhom mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tiegħi.", "U dak huwa l-punt li għandu jieħu dan il-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzja lir-rappreżentanti tal-Kunsill Mediku għall-preżentazzjoni tagħhom.", "U issa nistieden lil Dun Joseph Mizzi, Direttur ta' Kana.", "Qabel xejn kemm ninformak li din il-laqgħa qiegħda tiġi mxandra live fuq l-internet.", "Dun Mizzi nagħtik il-kelma.", "DUN JOSEPH MIZZI (Direttur ta' Kana): Nirringrazzjakom ta' din l-istedina.", "Se nagħmel ftit punti żgħar qabel ma' niġi għas-suġġett u dan se nagħmlu fid-dawl tal- antropoloġija Nisranija.", "Is-sess u s-sesswalità umana huma realtà sabiħa u pożittiva ħafna maħluqa minn Alla.", "Alla ħalaqna raġel u mara fuq ix-xbieha tiegħu.", "Il-bniedem mhuwiex biss drive/instinct/hormones li jaqsam mad-dinja annimaleska iżda għandu vokazzjoni ogħla.", "Huwa maħluq biex ikun għotja, ċjoè don/rigal/offerta għall-ieħor.", "Din l-għotja tinvolvi ħafna libertà iżda wkoll ħafna responsabilità.", "Għaldaqstant tajjeb li wieħed jeżamina sewwa l-motivazzjonijiet tiegħu għax il-bniedem m'għandux ikun immexxi mill-istaġuni/mill-aptiti iżda aktar mir-raġuni.", "Il-bniedem min-natura tiegħu stess għandu fih din is-sejħa/vokazzjoni matrimonjali, u ċjoè il-ġibda tal-qalb, li tfisser li huwa maħluq biex jgħix f'komunjoni jew f'relazzjoni intima mal-ieħor jew mal-oħra.", "Ippermettuli hawnhekk nikkwota żewġ sentenzi żgħar mid-diskors tal-Papa Franġisku tas-17 ta' Mejju, 2015:", "\"Il-Knisja fl-esperjenza tagħha tagħmel distinzjoni bejn l-għerusija u ż-żwieġ.", "Il-kultura u s-soċjetà ta' żmienna saru pjuttost indifferenti għal din id-delikatezza u s-serjetà ta' dan il-passaġġ.\"", "F'dinja ideali, post is-sess huwa fiż-żwieġ, fejn hemmhekk isseħħ l-għotja sħiħa u totali tal-persuna lill-ieħor.", "Din l-għotja tintegra fiha l-għotja ta' moħħok, qalbek, ruħek u ġismek.", "L-ebda waħda minn dawn m'għandha tkun nieqsa jew assenti.", "Hija preċiżament il-familja, il-kuntest naturali fejn fih tkun irregolata din l-attività sesswali.", "Din l-għotja sħiħa trid tkun frott l-imħabba, frott relazzjoni soda u b'saħħitha kif ukoll frott deċiżjoni matura.", "Din l-għotja titlob li tkun dejjiema u mhux momentarja, li tkun totali u mhux bil-biċċiet, li tkun fidila u leali u mhux infidila, u li tkun fekonda, jiġifieri miftuħa għal ħajja.", "Ovvjament dan irid iseħħ fid-dawl ta' kunsens bejn il-koppja kif ukoll f'atteġġjament ta' responsabilità u ġenorożità.", "Għalhekk is-sesswalità m'għandhiex tkun mifruda mill-imħabba u ż-żwieġ, m'għandhiex tkun imfittxija biss għall-pjaċir u l-gost.", "Is-sesswalità għandha dejjem tħares lejn il-persuna bħala persuna u tistmaha u tapprezzaha ta' persuna bil-kwalitajiet kollha tagħha u mhux ta' oġġett kif jgħidu bit-Taljan usa e getta.", "Soċjetà b'saħħitha trid tieħu azzjoni billi tirregola r-relazzjoni tal-bnedmin ħalli mhux biss tiddefendi lil min jistà jisfa vittma ta' dawn l-abbużi iżda wkoll tiddefendi lilha nfisha mit-tħassir u t-tmermir tagħha stess.", "Mill-banda l-oħra nifhem li ladarba qegħdin ngħixu f'dinja imperfetta u l-bniedem hu dak li hu, f'pajjiżna nara li waqt li l-Liġi Ċivili tagħti l-possibilità li wieħed jistà jiżżewweġ mal-età ta' 16-il sena, m'għandux ikun hemm diskrepanza jew inkonsistenza ma' parti oħra tal-liġi, li tgħid li l-età tal-kunsens sesswali hija dik ta' 18-il sena.", "Madanakollu, nara li meta wieħed ibaxxi l-età tal-kunsens sesswali jistà jagħti lok u jistà jkun hemm il-periklu li wieħed ikun qed jinċentiva u jħajjar għal aktar attività sesswali barra ż-żwieġ.", "Din ċertament mhux se żżommha b'impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali.", "Għaldaqstant, fid-dawl li titbaxxa l-età tal-kunsens sesswali, l-Istat, il-Knisja, l-NGOs u l-korpi kollha konċernati m'għandhom qatt jieqfu mill-kampanja soda u intensiva ta' edukazzjoni u formazzjoni tal-karattru tat-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna.", "M'għandna qatt nikkuntentaw lilna nfusna li qed nagħmlu biżżejjed għax qed noffru xi informazzjoni ħafif ħafif fis-suġġett tal-Personal, Social and Career Development, PSCD, fl-iskejjel tagħna.", "F'soċjetà demokratika l-libertajiet għandhom jixmu paripassu ma' formazzjoni etika u morali sħiħa.", "Xi suġġerimenti fid-dawl tal-preambolu tal-antropoloġija Nisranija tas-sess u tas-sesswalità umana:", "Kwalunkwe tnaqqis fl-età kunsenswali għandu jkun akkumpanjat fost l-oħrajn minn awareness campaign b'saħħitha fuq il-mezzi tax-xandir/billboards, eċċ dwar is-sens u l-valur veru tas-sesswalità, il-każijiet ta' mard infettiv, il-possibilità ta' tqala mhux mistennija barra ż-żwieġ, xi jfisser tkun single mother, kif ukoll ma' responsabiltà vera fil-ħajja intima u affettiva tagħhom.", "Bidla f'din il-liġi għandha twassal għal żvilupp ta' sexual health policy nazzjonali u ħolistika; hekk li dawn il-liġijiet joħorġu flimkien ħalli waħda tkun korroborata mill-oħra.", "Soċjetà li tara fil-bogħod tkompli teduka/tifforma lill-bniedem f'dawn il-valuri nobbli, bħall-interess ġenwin f'xulxin, il-valur ta' relazzjoni monogamika u stabbli, il-kontroll tal-emozzjonijiet, is-sagrifiċċju u l-maturità.", "Dan irid isir mhux biss fil-ħin tal-iskola iżda anke wara l-iskola obbligatorja, fost l-oħrajn mill-kunsilli lokali, mill-parroċċi, mill-iscouts u minn għaqdiet oħra tal-lokal b'seminars u courses apposta kif ukoll counselling speċjalizzat għaż-żgħażagħ biex ikomplu jikbru fl-iżvilupp psiko-sesswali u psiko-soċjali tagħhom.", "Għandna nagħtu kas aktar il-familja inġenerali għax jekk insostnuhom mill-bidu dawn se jipproduċu żgħażagħ stabbli li aktarx jagħmlu għażliet aħjar f'ħajjithom.", "Jekk se nkunu qegħdin nagħtu attenzjoni lill-familja, il-familja jista' jkollha relazzjoni tajba ħafna ma' uliedha, u b'hekk l-ulied iħossuhom komdi jitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Jien konvint li l-ġenituri huma l-aqwa għalliema ta' uliedhom u huma ħafna aħjar minn sħabhom u mis-siti tal-internet.", "Nixtieq nagħlaq b'riċerka żgħira li għamel is-sesswologu Malti Matthew Bartolo, u se nikkwota paragrafu żgħir minn din ir-riċerka;", "\"Il-pajjiżi fejn l-edukazzjoni sesswali u l-edukazzjoni tar-relazzjonijiet issir bl-aktar mod apert u bbażata fuq valuri sodi, iż-żgħażagħ idumu aktar biex isiru sesswalment attivi.", "Għalhekk żgħażagħ f'dawn il-pajjiżi għandhom inqas ċans li jinqabdu tqal taħt l-età.", "Dan minħabba l-fatt li ladarba niksru dak it-taboo li s-sess mhux ta' min nitkellmu fuqu, inkunu nistgħu npoġġu lura bilqiegħda ma' uliedna u nitkellmu b'mod ċar u apert dwar il-valur sabiħ tar-rispett lejn ġisimna, kif ukoll lejn il-ġisem ta' ħaddieħor.\"", "Dawn il-ħsebijiet qed ngħidhom mhux biss għax għandi l-prinċipji reliġjużi tiegħi imma għaliex nemmen li huma ta' fejda u ta' ġid għas-soċjetà tagħna u għal pajjiżna kollu.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Dun Mizzi, grazzi ħafna tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Jien mhux qiegħda nara xi ostilità min-naħa tal-Knisja lejn il-fatt li tonqos l-età tal-kunsens sesswali imma aktar parir siewi ħafna li din issir fi sfond ta' aktar awareness, aktar tagħlim, aktar counselling, aktar protezzjoni, azzjoni, eċċ.", "DUN JOSEPH MIZZI: Prattikament il-preżentazzjoni tiegħi dan li qed tgħid u ċjoè li ladarba qegħdin nikkonsidraw li nniżżlu l-età tal-kunsens sesswali, irridu naraw li din ma tkunx liġi waħedha imma tkun f'qafas serju u fejn nagħtu attenzjoni lejn l-iżvilupp psiko-sesswali u psiko-soċjali taż-żgħażagħ.", "Jiena nħoss li għandna ħafna x'nagħmlu, kemm fl-iskejjel, kemm fil-kunsilli lokali, kemm fil-parroċċi, kemm fl-iscouts u kemm f'għaqdiet oħra.", "Jiena nemmen li nkunu fqar ħafna jekk nikkuntentaw ruħna billi ngħaddu biss il-liġi għaliex din għandna narawha f'kuntest ħolistiku u f'kuntest ta' familja.", "Irridu nagħtu attenzjoni lill-ġenituri u ngħinuhom jagħrfu kif se jitkellmu fuq is-sesswalità u kif se jgħinu lill-uliedhom fl-iżvilupp sesswali tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Inti rriferejt għal-liġi ċivili, imma anke l-liġi kanonika tippermetti ...", "DUN JOSEPH MIZZI: Eżattament.", "Anzi l-liġi kanonika tgħid li jistgħu jkunu ta' 14-il sena, imma billi l-liġi kanonika ma tmurx kontra l-liġi tal-Istat, l-Isqfijiet tagħna tellgħu liġi kanonika għal dak li hemm fil-liġi tal-Istat.", "U b'hekk l-età telgħet għal 16-il sena.", "Għaldaqstant ikun tajjeb li nneħħu din l-anomalija wkoll.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Barra minn hekk inti aċċennajt għas-sexual health policy.", "Il-policy diġà teżisti u issa rridu mhux biss ngħaddu l-liġi imma … Din naħseb li smajniha minn kulmin ġie jitkellem magħna, inkluż inti Dun Mizzi, li jekk aħna m'aħniex se nedukaw, se nkunu fallejna totalment f'dak li qegħdin ngħidu hawnhekk.", "DUN JOSEPH MIZZI: L-iskop tiegħi kien li din trid tkun f'qafas edukattiv u f'qafas formattiv għax inkella se tkun xi ħaġa zoppa.", "U kif għedt inti, meta kkwotajt l-istudju ta' Matthew Bartolo, li meta qiegħed tiddiskuti dan is-suġġett b'mod apert, b'mod onest, bla biża' u bla taboo ta' xejn, hemmhekk se jkollok aktar maturità u ż-żgħażagħ tagħna jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ħafna aħjar f'ħajjithom.", "Mela ejjew nibbażaw iżjed fuq il-maturità u r-responsabiltà.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ħadt pjaċir ħafna nisma' din il-preżentazzjoni u naħseb li hija preżentazzjoni serja ħafna u magħmula b'mod miftuħ.", "Għalhekk, irrilevanti mit-twemmin reliġjuż li wieħed jista' jkollu, dan jista' jaċċetta dawn il-prinċipji fil-ħajja tiegħu.", "Jiena naħseb li nistgħu naslu biex nippreżentaw dawn il-valuri anke lil dawk in-nies li m'għandhomx background reliġjuż bħal tagħna.", "DUN JOSEPH MIZZI: Grazzi tal-osservazzjoni tiegħek.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri l-Knisja mhijiex kontra li l-età tal-kunsens sesswali tinżel?", "DUN JOSEPH MIZZI: F'dinja ideali dejjem għandu jibqa' li s-sess isir fiż-żwieġ, bejn mara u raġel.", "Imma naħseb li jekk irridu nżommu saqajna mal-art u naraw is-sitwazzjoni reali kif inhi, irridu naraw kif se nwieġbu b'mod iżjed edukattiv u formattiv għar-realtà tal-lum.", "Imma jekk inħallu l-liġi waħedha, din se tkun xi ħaġa zoppa.", "U allura rridu naraw li din issir f'qafas u fi sfond edukattiv u formattiv b'mod ħolistiku.", "ETIENNE GRECH: Naqbel mija fil-mija miegħek.", "Fil-fatt jekk tinżel l-età tal-kunsens sesswali tkun tistà teduka għax kif għedt l-ewwel, jekk inti qed tagħmel xi ħaġa mhux kontra l-liġi … Meta l-liġi qed tgħidlek li trid tkun ta' 18-il sena biex tagħmel xi ħaġa u inti qiegħed tagħmilha kontra l-liġi għax għadek taħt dik l-età …", "Nafu x'inhuma r-realtaijiet tal-lum u allura, jekk tnaqqas l-età tal-kunsens sesswali tkun tistà tagħti aktar permess lill-professjonisti - mhux biss tobba imma anke edukaturi – ħalli jipprevjenu dawk l-affarijiet li ssemmew fid-dokument tiegħek, fosthom mard infettiv, tqala mhux mistennija, single mothers, eċċ.", "DUN JOSEPH MIZZI: L-appell tiegħi hu li din il-liġi għandha tkun marbuta ma' qafas edukattiv u formattiv għaż-żgħażagħ tagħna u rridu nifirxuha fl-ambiti kollha ħalli kulħadd ikun milħuq minnha.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Aħna niltaqgħu bħal-lum ġimgħa fl-istess ħin għal laqgħa oħra.", "Min għandu xi suġġeriment dwar lil min nistgħu nistiednu nitolbu jgħaddilna l-ismijiet tagħhom ħalli nkunu nistgħu nagħmlu kuntatt magħhom.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2015, b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150603_013d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 13", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja", "L-Erbgħa, 3 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, fis-6:52 p.m.", "Din il-laqgħa konġunta kienet preseduta mill-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar il-Familja kien hemm preżenti wkoll: iċ-Chairperson l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12 li saret nhar l-Erbgħa 27 ta' Mejju 2015 ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dokument 25 E-mail datata 27 ta' Mejju, 2015 mibgħuta mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u li fiha ġiet ippreżentata konsultazzjoni mir-Reverendu Joseph Mizzi, Direttur ta' Kana.", "Dokument 26 E-mail datata 27 ta' Mejju, 2015 mibgħuta mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u li fiha ġiet ippreżentata ittra mill-Medical Council.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lis-Sinj.", "Helen D'Amato, Kummissarju għat-Tfal, lil Dr Ilona Debono u Dr Doreen Cassar President u Membru rispettivament tal-Kunsill Mediku Malta, u lil Dun Joseph Mizzi, Direttur tal-Moviment ta' Kana, biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, il-Kummissarju għat-Tfal ressqet preżentazzjoni intitolata:", "Dokument 27 L-Età tal-Kunsens; u", "Dokument 28 Tabella maħruġa min-National Obstetrics Information System, DHIR datata Ġunju 2015 li turi t-twelid f'Malta mill-2012 sal-2014, maqsuma skont l-età u l-istat.", "Dr Doreen Cassar ressqet preżentazzjoni intitolata:", "Dun Joseph Mizzi ressaq preżentazzjoni intitolata:", "Dokument 30 L-Età tal-Kunsens Sesswali.", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fid-9:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2015, b'din l-aġenda", "Diskussjoni dwar l-età tal-kunsens sesswali.", "Kontinwazzjoni.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150603_013m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 44", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa u mal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja", "L-Erbgħa, 03 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, fis-6:52 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ppresediet.", "PREŻENTI: l-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: iċ-Chairperson l-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor. l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 43 li saret nhar l-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dok 45 Email datata 27 ta' Mejju, 2015 mibgħuta mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u li fiha ġiet ippreżentata konsultazzjoni mir-Reverendu Joseph Mizzi, Direttur ta' Kana.", "Dok 46 Email datata 28 ta' Mejju, 2015 mibgħuta mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u li fiha ġiet ippreżentata ittra mill-Medical Council.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI – KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar l-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015", "Il-Kumitat stieden lis-Sinj.", "Helen D'Amato (Kummissarju għat-Tfal), lil Dr Ilona Debono (President of the Medical Council Malta), lil Dr Doreen Cassar (Member of the Medical Council Malta) u lil Father Joseph Mizzi (Direttur ta' Kana) biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, il-Kummissarju għat-Tfal ressqet il-preżentazzjoni intitolata:", "Dok 47 L-Età tal-Kunsens;", "Dok 48 Statistika dwar teenage mothers skond l-età u r-relazzjoni tagħhom;", "Dr Ilona Debono ressqet il-preżentazzjoni intitolata:", "u Father Joseph Mizzi ressaq il-preżentazzjoni intitolata:", "Dok 50 L-Età tal-Kunsens Sesswali.", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fid-9:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2015 b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150603_044m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 10 ta' Ġunju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 10 ta' Ġunju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 9 li saret nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI - KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Illum se nkomplu niddiskutu dan is-suġġett fuq il-kunsens tal-età sesswali mad-diversi mistiedna li għandna magħna.", "Se nibdew bl-Għaqda Studenti tal-Liġi għax dawn għada għandhom l-eżamijiet u għalhekk jixtiequ jmorru jkomplu jistudjaw.", "Ovvjament min-naħa tagħna nirringrazzjawhom talli laqgħu t-talba tagħna u ġew għal din il-laqgħa biex jagħtu l-proposti tagħhom.", "Qabel nibdew nitlob lill-mistednin sabiex iżommu mal-ħin allokat għal kull wieħed u ċjoè dak ta' bejn għaxar minuti u kwarta.", "Infakkarkom ukoll li din il-laqgħa qiegħda tiġi trażmessa live fuq l-internet u għalhekk qabel tibdew titkellmu nitlobkom nintroduċu lilkom infuskom u tgħidulna lil min qegħdin tirrapreżentaw.", "IS-SUR CHARLES MERCIECA (Marketing Officer Law Students' Association): Min-naħa tiegħi se niffoka fuq il-liġi kif qiegħda bħalissa, fejn din tikkundanna s-sess taħt l-età ta' 18-il sena, u mbagħad se nitkellem fuq kif il-liġi tikkundanna s-sess taħt l-età ta' 16-il sena.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Nixtieq li nkunu nafu x'inhi l-pożizzjoni tagħkom bħala studenti.", "Qiskom dortu daqxejn magħha, ovvjament intom mexjin lejn il-professjoni legali u hawnhekk aħna mdorrijin b'ħafna avukati, imma verament nixtieq inkun naf x'inhi l-pożizzjoni tagħkom.", "Dik l-ewwel mistoqsija tiegħi.", "U mill-istudenti li kellimtu intom, kemm minnhom huma konxji tal-fatt li meta jidħlu f'relazzjoni sesswali ma' xi ħadd taħt it-18-il sena, huma jkunu qegħdin jiksru l-liġi?", "IS-SUR JACOB PORTELLI: L-iktar li saru jafu n-nies - għalkemm m'għandniex statistiċi f'idejna – huwa meta bdejna niddibattuha hawnhekk fil-Parlament u anke f'postijiet oħra.", "Hemmhekk in-nies saru konxji li jekk se jkollhom attività sesswali taħt it-18-il sena, se jkunu qegħdin jagħmlu xi ħaġa llegali.", "Madankollu din mhijiex xi ħaġa li qiegħda żżommhom milli jagħmlu dan għax xorta qiegħda ssir attività sesswali taħt l-età.", "Mela inti ta' 17-il sena tistà tmur ġo club, tistà tixrob, eċċ. imma mbagħad fejn jidħol l-att sesswali, hemmhekk hija llegali.", "Fid-diskors tagħna riedna nuru l-pros u l-cons ta' din l-affari imma aħna naqblu li l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Il-fatt li tkun minuri u tagħmel l-att sesswali jew inkella anke bewsa, inti tkun qiegħed tikser il-liġi jekk tkun taħt l-età tal-kunsens sesswali.", "Dak ifisser li l-pulizija qegħdin jagħlqu għajnejnhom għal dak li jkun qed iseħħ jew inkella biex jipproċedu bilfors irid isir rapport?", "IS-SUR CHARLES MERCIECA: Dan huwa suġġett li qed nistudjaw fuqu u għalhekk inħossuna komdi nitkellmu fuqu.", "Is-sitwazzjoni tinqala minħabba li kif inhi l-liġi bħalissa mhijiex on good par mal-moralità li hemm fis-soċjetà.", "Ovvjament dawn l-affarijiet isiru minn tfal taħt is-16-il sena u anke minn dawk li għandhom aktar minn 16, u n-nies li għandhom il-liġi f'idejhom, bħalma huma l-pulizija, iħossuhom aktar komdi li jagħlqu għajnejhom biex jevitaw dawn il-problemi ta' proċeduri legali, eċċ. u minflok aktar jedukaw biex dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Min-naħa l-oħra skont il-liġi suppost li inti tiġi presekutat ex-officio, jiġifieri skont jekk il-pulizija taqbadx lil persuna fl-att.", "Imma kien hemm każijiet fejn l-affarijiet imxew għall-Qorti u l-Qorti stess għalqet għajnejha minħabba l-fatt li l-imputat jew kien f'relazzjoni mal-persuna li qiegħda takkużah fuq l-att sesswali jew inkella għax kien hemm element ta' mħabba bejniethom.", "Jiġifieri l-Qorti ħadet dawn l-affarijiet in konsiderazzjoni.", "So keeping that in mind, iva kien hemm okkażjonijiet fejn il-Qorti għamlet eċċezzjoni għas-sitwazzjoni li jkollha quddiemha.", "IS-SUR JACOB PORTELLI: U kif qal is-Sur Mercieca fid-diskors tiegħu, dawn huma ex-officio għax again jistà jkollok każijiet fejn xi ħadd mill-ġenituri tat-tifla jew tat-tifel li ma jaqblux ma' dik ir-relazzjoni u jispiċċaw jieħdu l-każ għand il-pulizija.", "U hemmhekk, iva, peress li dak huwa att illegali, il-pulizija jridu jmexxu l-każ quddiem il-Qorti.", "Aħna qed ngħidu x'inhi l-liġi u dak l-att bejn il-minuri jew ma' minuri huwa llegali.", "ETIENNE GRECH: Jekk pereżempju għandek tifla li qiegħda toħroġ ma' xi ħadd minuri jew inkella bil-kontra, il-ġenituri tal-minuri jistgħu ma jaqblux ma' dik ir-relazzjoni u allura jressqu l-każ quddiem il-pulizija.", "U allura speċi l-liġi tipprosegwixxi biss fejn isir rapport u fejn ma jsirx l-ebda rapport, speċi din tagħlaq għajnejha!", "THE CHAIRPERSON: Imma intom qegħdin tħossu li din il-liġi ma tirriflettix dak li qiegħed isir fis-soċjetà vis-à-vis il-moralità tas-soċjetà?", "IS-SUR CHARLES MERCIECA: Il-fatt li l-kunsens huwa ta' 18-il sena mhijiex il-liġi eżatta u allura għandek ir-riperkussjonijiet tagħha.", "Il-fatt li jekk inti tagħmel att sesswali taħt it-18-il sena għandek jew defilment of minors jew inkella a sexual relation with a minor, dak huwa riżultat ta' dik il-liġi.", "Issa dawn l-affarijiet qegħdin isiru fis-soċjetà tagħna u aħna, li bħalissa qegħdin l-Università u qabel konna fl-iskejjel post-sekondarji, iltqajna magħhom dawn l-affarijiet.", "Off the record dawn l-affarijiet qegħdin isiru u kien hemm sitwazzjonijiet fejn għax qed jagħmilha sieħbi, allura rrid nagħmilha jien ukoll!", "Issa l-fatt li l-liġi tirrifletti l-moralità tas-soċjetà għandha tkun xi ħaġa li tittieħed in konsiderazzjoni għax ovvjament il-liġi għandha tkun ġustizzja naturali imma għandha tkun ukoll inline mal-mod ta' kif qed jaħsbuha n-nies għax ovvjament, huma n-nies li huma suġġetti għal-liġi fl-aħħar mill-aħħar.", "IS-SUR JACOB PORTELLI: Aħna qegħdin nitkellmu fuq l-età tal-kunsens sesswali imma sa ċertu punt il-kunsens huwa irrilevanti għax il-fatt li inti diġà għamilt l-att, diġà għamilt xi ħaġa llegali.", "Mela kif għedna, il-kunsens huwa irrilevanti.", "Il-kunsens forsi mitigates the crime imma l-fatt li inti għamilt l-att, mela dak huwa llegali u l-affarijiet għandhom jipproċedu minn hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Aħna qed niddiskutu fuq li l-età tal-kunsens tinżel probabilment għal 16-il sena.", "Issa bl-argumenti tagħkom għandkom xi cut off aħjar milli ta' 16-il sena?", "Forsi taħsbu aħjar jekk tkun ta' 17 jew inkella ta' 15-il sena?", "Pereżempju semmejtu li fl-iskejjel post-sekondarji ltqajtu ma' dawn l-affarijiet imma għandkom xi ħsebijiet dwarhom?", "IS-SUR CHARLES MERCIECA: Qabel ma ppreżentajna dan id-dokument għamilna xi ftit tar-riċerka u rajna li pereżempju fir-Renju Unit l-età tal-kunsens sesswali hija ta' 16-il sena u kien hemm diskussjonijiet oħra biex din terġa' tonqos għal 15-il sena.", "Jiġifieri meta tkun ġo fiha l-biċċa jkun hemm sitwazzjonijiet fejn inkunu nistgħu ngħidu li kieku nniżżlu l-età jkun aħjar imma bħal f'kull ħaġa oħra, inti għandek l-argumenti favur u għandek l-argumenti kontra.", "Aħna qed ngħidu li ta' 16-il sena is a good step forward.", "(Interruzzjonijiet) X'ħin tara l-median tal-pajjiżi kollha tal-Ewropa u tara għalfejn għażlu dik l-età u mhux età oħra, issib li ta' 16-il sena qiegħda taħdem aħjar.", "On the other hand meta tara li l-criminal intent hija ta' 14-il sena mentri mbagħad l-età legali hija ta' 18-il sena, l-età ta' 16 qisha qiegħda fin-nofs.", "U allura minn dak l-aspett tagħmel sens.", "IS-SUR JACOB PORTELLI: Ta' 16-il sena tidħol ukoll fis-Sixth Form u hemmhekk għandek sfera differenti għal kollox.", "Imbagħad mis-Sixth Form tmur l-Università li wkoll hija sfera differenti.", "Imma meta tkun fis-Sixth Form se jkollok diversi parties – u għalkemm huwa llegali se ssib l-alkoħol f'dawn il-parties – and you have mixing between males and females.", "Inti se tibda tinbidel u se tibda tinbidel il-maturità tiegħek.", "U għalhekk naħseb li l-età ta' 16-il sena hija a good cut off period.", "Ovvjament irridu niftakru wkoll li d-deceit and manipulation se jidħlu fiha wkoll u allura ma nistgħux ngħidu li huwa ħażin li xi ħadd ta' 19-il sena qiegħed ma' xi ħadd ta' 17-il sena.", "Ma nistgħux ngħidu li dawn qed jagħmlu affarijiet illegali.", "Mill-banda l-oħra xi ħadd ta' 16-il sena li qiegħed ma' xi ħadd ta' 40 sena dik se tiġi storja oħra.", "Mela jrid ikollok dak il-bracket ukoll fejn ngħidu isma', li wieħed ta' 16-il sena qiegħed ma' xi ħadd ta' 20 jew 21 sena jagħmel sens imma li xi ħadd ta' 16-il sena qiegħed ma' xi ħadd ta' 40 sena, hemmhekk għandek suġġett totalment differenti.", "MICHAEL GONZI: Naf li din hija daqxejn diffiċli imma bħala responsabilità l-liġi tagħraf bejn ir-responsabiltà ta' wieħed ta' 16-il sena, wieħed ta' 17-il sena u wieħed ta' 18-il sena.", "Jiġifieri jekk jien se nnaqqas l-età tal-kunsens sesswali minn 18 għal 16-il sena, issa se nkun qiegħed ngħid li min għandu 16-il sena jistà jieħu d-deċiżjonijiet b'mod responsabbli llum daqskemm kien jista' jieħu bniedem ta' 18-il sena ħames snin ilu, meta l-età tal-kunsens sesswali kienet ta' dik l-età?", "IS-SUR CHARLES MERCIECA: Imma legalment il-cut off għal minorenni li wettaq att kriminali hija ta' 14-il sena skond l-emendi l-ġodda.", "Qabel kienet minn disa' snin għal 12-il sena u mbagħad telgħet minn 12-il sena għal 14-il sena u issa qiegħda ta' 14 with mischievious discretion.", "Ġieli jkollok l-intenzjoni li se tagħmel xi ħaġa kontra l-liġi u allura jittieħdu l-passi kontrik fuq dak l-aspett.", "Mela kriminalment irid ikollok 14-il sena għal mischievous discretion.", "Keeping that in mind l-argument tagħna kien li jekk inti taf li xi ħadd ta' 14-il sena teoritikament kapaċi jwettaq att kriminali, mela ta' 16-il sena għalfejn m'għandux ikun kapaċi jgħid li jrid iwettaq att sesswali jew inkella li ma jridx iwettaq att sesswali?", "U hemmhekk qisu trid tara d-differenza bejniethom dawn.", "Il-liġi kriminali ma tagħmilx differenza bejn persuna ta' 17-il sena u persuna ta' 16-il sena x'ħin tiġi biex twettaq reat.", "Imbagħad ovvjament persuna li jkollha 18-il sena jew aktar ma tibbenefikax minn ċerta mitigations tar-reat.", "THE CHAIRPERSON: Nitlob lill-Onor.", "Godfrey Farrugia sabiex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu u mbagħad wara nitlobkom tagħlqu d-diskussjoni tagħkom ħalli ngħaddu għall-mistieden li jmiss.", "GODFREY FARRUGIA: Jien nixtieq inkun naf x'inhi l-fehma tagħkom bħala żgħażagħ u anke l-fehma tagħkom min-naħa tal-background legali li għandkom.", "Jien aktar jinteressani l-behavioural science point of view imma nixtieq inkun naf x'inhi l-fehma tagħkom bħala żgħażagħ.", "L-att tal-forma tas-sess innifsu fil-liġi huwa wiesa' ħafna.", "Apparti minn hekk id-definizzjoni ta' x'inhu \"minuri\" hija wiesa' ħafna wkoll.", "Allura fl-opinjoni tagħkom, li kieku kellna nibdlu din il-liġi u nibdlu wkoll ir-ripple effect tagħha f'partijiet oħra tal-liġi, tistgħu tagħtuna definizzjoni mill-aspett tagħkom ta' żgħażagħ u anke mill-aspett legali?", "Qiegħed nistaqsikom dan għax layman jaħsibha mod, bniedem kliniku jaħsibha mod ieħor, eċċ. Li kieku kellna niddefinixxu l-att sesswali nnifsu, intom fejn taħsbu li għandu jieqaf?", "U intom mil-liema età tibdew tħarsu għal dik li hija żogħżija meta nafu li minuri huwa xi ħadd minn 18-il sena l' isfel?", "IS-SUR JACOB PORTELLI: Rigward l-ewwel punt nixtieq nikkjarifika li jien qiegħed nirrapreżenta lill-istudenti tal-liġi u għalhekk ma nistax nagħti l-opinjoni personali tiegħi.", "U l-istess ħaġa għas-Sur Mercieca għax kif diġà għedt aħna qed nirrapreżentaw lill-istudenti kollha tal-liġi fl-Università ta' Malta.", "Issa għalija, kif naħsibha jien, l-att sesswali huwa kull att sesswali li jistà jkun ikollok for every single kind of gender.", "Irridu nieqfu naħsbu fuq is-sess bħala taboo u rridu nitkellmu fuqu mat-tfal.", "Jien naħseb li meta mbagħad tiġi biex tara ta' liema età se nibdew inqisu ż-żgħożija … Jien għalija ż-żgħożija tibda minn qabel is-16-il sena u din hija l-opinjoni personali tiegħi.", "IS-SUR CHARLES MERCIECA: Kif qal is-Sur Portelli, aħna qegħdin nirrapreżentaw lill-għaqda tal-istudenti tal-liġi.", "Besides this is a dodgy question għax aktar mill-perspettiva psikoloġika … Inti jista' ikollok persuna ta' 12-il sena li taġixxi bħal waħda ta' 14-il sena.", "Il-maturità tvarja minn persuna għal oħra u kif nafu ż-żgħażagħ jiġu affettwati ħafna mill-media u din tikkrea mpatt qawwi fuq kif taġixxi persuna.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom tal-kontribut tagħkom u nawguralkom kull suċċess fl-istudji tagħkom.", "Issa nistieden lill-mistieden li jmiss u ċjoè lil Dr Nicholas Briffa, Clinical Psychologist and Sexologist.", "Nifhem li lestejtilna wkoll il-preżentazzjoni tiegħek u għalhekk se nkunu nistgħu nsegwu miegħek dak li tixtieq tgħidilna.", "DR NICHOLAS BRIFFA (Clinical Psychologist and Sexologist): Din il-liġi ħolqot daqxejn ta' kontroversja għax ovvjament għandha x'taqsam mas-sess u hawnhekk naqbel mal-mistednin ta' qabli li s-sess f'pajjiżna għadu daqxejn ta' taboo.", "U din naraha anke mill-esperjenza klinika tiegħi.", "Niddejjaq nuża l-kelma \"taboo\" imma dan huwa suġġett li ħafna ma jħossuhomx komdi jitkellmu fuqu.", "Mela ejjew nibdew mill-vantaġġi u l-iżvantaġġi li għandha din il-liġi fuq il-livell psiko-soċjali.", "Waħda mill-affarijiet li qiegħda tagħmel il-liġi hu li qiegħda tirregolarizza l-imġieba sesswali.", "Ovvjament mhux se noqgħod nidħol fuq l-aspetti legali tagħha imma kien hemm ukoll anomaliji fil-liġi.", "Pereżempju li ż-żwieġ jistà isir ta' 16-il sena mentri r-rapport sesswali seta' isir ta' 18-il sena.", "Il-preżentazzjoni tiegħi mhux se nibbażaha fuq maturazzjoni għax mill-aspett psikoloġiku u newroloġiku, il-parti tal-moħħ responsabbli mill-ħsieb eżekuttiv, tieqaf tiżviluppa ta' 25 sena.", "Mela jekk se nibbażaw l-argument tagħna fuq jekk xi ħadd huwiex matur biżżejjed - li huwa sa ċertu punt eżekuttiv – biex jagħti permess fuq il-ġisem tiegħu … Dan mhuwiex suġġett faċli bħallikieku qed tiddeċiedi fuq jekk għandekx tieħu pastizz tal-irkotta jew inkella pastizz tal-piżelli!", "L-argumenti tiegħi mhumiex bbażati fuq dan l-aspett.", "Vantaġġ mill-aspett psiko-soċjali li għandha l-liġi hu li din qiegħda tinnormalizza l-imġieba sesswali.", "Waħda mill-affarijiet li ż-żagħżugħ teċitah hija s-sens ta' avventura u s-sens tal-innovità.", "Is-sens ta' xi ħaġa ġdida liż-żagħżugħ toħloq fih ċerta kurżita u allura se jipprova jagħmilha.", "Għalhekk imbilli hija llegali tista' tagħtih ċerta impressjoni u fiha element ta' eċċitazzjoni għalih u allura jkun irid jagħmilha.", "Mela kif qiegħda tiġi proposta l-liġi qiegħda tinnormalizza din l-imġieba.", "U mill-esperjenza tiegħi barra minn Malta, f'dawk li huma servizzi mediċi marbuta mas-sesswalità għadhom ineżistenti f'pajjiżna.", "Veru li għandna l-GU Clinic imma ġo din il-klinika lanqas biss psikologu jew sesswologu mħarreġ ma ssib!", "Dak għalija huwa diffett kbir fis-sistema.", "Ovvjament inti tagħmel dawn is-servizzi aktar aċċessibbli għax l-għarfien fuq is-suġġett ikun qiegħed jiżdied u allura meta xi ħadd imur għand il-GP tiegħu, dan se jirriferih għal dawn is-servizzi.", "B'hekk tagħmel is-servizzi aktar aċċessibbli.", "Din il-liġi qiegħda tipprovdi wkoll drittijiet ġodda liż-żgħażagħ tagħna.", "Issa ovvjament mad-drittijiet hemm id-dmirijiet ukoll - li se nitkellem fuqhom ukoll - imma l-liġi qiegħda tipprovdi dawn id-drittijiet.", "Issa x'inhuma r-riskji mill-aspett psikoloġiku ta' din il-liġi?", "Il-liġi tista' tagħti l-impressjoni li qiegħda tippromwovi attività sesswali u għalhekk, intom il-politiċi, importanti ħafna li tagħmlu aċċenn li mhuwiex dak l-iskop tal-liġi.", "Qed ngħid dan għax ovvjament il-liġi kif inhi qisha qiegħda tagħti dik l-impressjoni u hija impressjoni normali.", "Jekk inti għandek il-kunsens ta' 18-il sena u issa qed tgħid li min għandu 16-il sena jista' ikollu rapport sesswali, hija xi ħaġa naturali li qed tagħti l-impressjoni li qed tagħti d-drittijiet għal din it-tip ta' imġieba.", "Imbagħad hemm l-issue li tkellmu fuqha wkoll l-istudenti tal-liġi u hawnhekk qiegħed nirriferi għall-esplojtazzjoni.", "Jien personalment naqbel mal-liġi imma ovvjament, bħala psikologu u sesswologu ma nistax ma nsemmihiex din u se nitkellem fuqha aktar tard fil-preżentazzjoni tiegħi.", "Xtaqt nagħtikom panoramika ħafifa dwar x'inhi r-realtà sesswali llum il-ġurnata għax huwa importanti li nibbażaw il-policies tagħna fuq affarijiet konkreti u mhux għax naraw li pajjiżi oħra għamlu xi ħaġa, allura aħna rridu nagħmlu bħalhom.", "Jien għalija dak l-argument, mill-aspett psikoloġiku ma tantx ireġġi.", "Ir-riċerka turina li 40% tal-adolexxenti bejn is-16 u t-18-il sena huma attivi sesswalment.", "Din ir-riċerka ġiet ippubblikata mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa fl-2014.", "Mela għandek bejn wieħed u ieħor nofs l-adolexxenti tagħna li huma attivi sesswalment.", "Imbagħad għandek 14% - u din hija daqxejn inkwetanti – tat-tfajliet li kellhom l-ewwel rapport sesswali tagħhom mhux għax vera kienu jridu huma imma għax ċedew għall-pjaċiri u għax-xewqat tal-partner tagħhom.", "50% tan-nies bejn is-16 u l-40 sena ma jafux dwar il-GU Clinic.", "Din hija interessanti għax għandek servizz offrut mill-Gvern stess u għandek persentaġġ tal-poplu li ma jafx bih.", "Hawnhekk nistieden lill-politiċi sabiex jagħmlu aktar promozzjoni ta' dan is-servizz.", "Qegħdin nagħmlu promozzjoni tajba f'dak li għandu x'jaqsam ma' dieta tajba għal saħħitna imma huwa importanti wkoll li nuru lin-nies dwar l-eżistenza ta' dawn is-servizzi.", "Imbagħad għandek 45% taż-żgħażagħ bejn is-16 u t-18-il sena, 55% taż-żgħażagħ bejn id-19 u d-29 sena u 65% bejn it-30 u l-40 sena, li ma jagħmlux użu minn kontraċettivi.", "Illum il-ġurnata, mill-esperjenza klinika tiegħi, qiegħed nara li l-attività sesswali tibda kważi kważi mill-pubertà, avolja m'għandniex riċerka f'Malta biex tissostanzja dan li qed ngħid.", "Ovvjament it-tendenza ta' dawn iż-żgħażagħ hi li r-relazzjonijiet tagħhom ma jkunux stabbli daqskemm ikunu ta' nies adulti.", "Mela li għandek 45% taż-żgħażagħ li mhumiex jagħmlu użu mill-kontraċettivi qed turina li rridu nagħmlu xi ħaġa fuqha!", "Fil-fatt il-preżentazzjoni tiegħi se nikkonkludiha fuq dan il-punt.", "17% tal-adolexxenti li jkollhom rapport sesswali jużaw l-alkoħol u d-drogi illeċiti waqt ir-rapport sesswali tagħhom.", "Xi ħaġa interessanti ukoll hi li f'din l-istess riċerka ħareġ b'mod ċar ħafna r-raġunijiet differenti u distinti għala l-irġiel u n-nisa jkollhom rapporti sesswali.", "U hawnhekk ġbart punt li huwa suġġeriment u li qed nipproponih għal din il-liġi.", "Għandek ukoll l-użu estensiv tal-pornografija.", "Fil-fatt għandek 74% tal-irġiel u 35% tal-adolexxenti nisa li jagħmlu użu mill-pornografija.", "Qiegħed insemmi l-pornografija mhux biex nippatoloġizza l-pornografija imma għaliex ir-riċerka turi b'mod ċar ħafna li din għandha mpatt fuq l-imġieba sesswali.", "Mela tagħsar ir-realtà sesswali x'insibu?", "Insibu li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena huma attivi sesswalment.", "Jekk tippermettuli l-ewwel konna qed nitkellmu fuq il-cut off line.", "Ovvjament dan huwa dibattitu iebes ħafna għax mhuwiex sempliċi biex taqbad u taqta' linja.", "Jien naqbel mal-linja ta' 16-il sena għax din hija bbażata fuq ir-riċerka u s'issa, ir-riċerka li għandna Malta turi li madwar nofs il-popolazzjoni tal-adolexxenti - u li aħna se nirregolarizzawlhom is-sitwazzjoni tagħhom - huma attivi sesswalment.", "Mela hawnhekk qegħdin nagħmlu pass mhux fid-dlam imma għaliex nafu li dik hi r-realtà.", "Anke fejn tidħol tqala qegħdin naraw li Malta hija fis-sebgħa post fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandhom rata għolja ta' tfajliet li joħorġu tqal bejn il-15 u d-19-il sena.", "Fil-preżentazzjoni tiegħi tistgħu taraw dawn l-istatistiċi wkoll u allura nixtieq nistieden lilkom il-politiċi sabiex tagħtu kas ta' dawn iċ-ċifri.", "Din il-liġi tista' żżid l-attività sesswali promiskwa jew xi tip ta' esplojtazzjoni sesswali?", "Ir-riċerka turi li dan mhux neċessarjament hekk imma lanqas mhu qiegħda teskludih.", "Issa se ngħid intom, bħala politiċi, x'tistgħu tagħmlu biex kważi ma jkunx hemm esplojtazzjoni u biex ma żżidx din l-attività sesswali.", "Hemm qisu konfrontazzjoni fejn tidħol l-edukazzjoni sesswali u s-sesswalità imma l-ideal huwa dak li għandhom il-pajjiċi Nordiċi, bħad-Danimarka u l-Olanda, li ovvjament għandhom idea progressiva ħafna fejn tidħol is-sesswalità.", "Fil-fatt dawn jibdew jgħallmu fuq is-sesswalità mill-kindergarten!", "F'Malta r-riċerka turi li bejn wieħed u ieħor it-tfal tagħna jibdew jirċievu l-edukazzjoni sesswali minn 12 jew 13-il sena.", "Hawnhekk tistgħu taraw id-distakk kbir li hemm fuq l-edukazzjoni sesswali.", "L-istess riċerka turi li ħafna mit-tfal intervistati qalu li tgħallmu dwar is-sesswalità jew mill-iskola jew mill-ħbieb jew mill-pornografija.", "U l-istess kampjun ta' tfal intervistati qalu li kieku kellhom iċ-ċans jagħżlu, kienu jippreferu li kieku tgħallmu fuq is-sesswalità mingħand il-ġenituri tagħhom.", "Din ir-riċerka hija kkonfrontata wkoll mir-riċerka ta' Kirby, li hija riċerka internazzjonali.", "Il-mistoqsija tiegħi hija din; dawn in-numri kollha x'inhuma?", "Intom il-politiċi x'se tagħmlu biex l-liġi ma żżidx fl-età li ż-żgħażagħ jibdew ikollhom l-ewwel rapporti sesswali tagħhom?", "Żewġ affarijiet kruċjali li tgħallimna r-riċerka huma li l-edukazzjoni sesswali għandha tkun ibbażata fil-familja u li din għandha tibda mill-qiegħ.", "Issa kif isiru?", "Pereżempju, fi programmi li kont involut fihom barra minn Malta, għandek il-kunsilli lokali li jieħdu rwol aktar proattiv fiha din.", "Mela għandek il-kunsilli lokali - ovvjament bl-għajnuna tal-gvern – li joffri lezzjonijiet għall-ġenituri biex dawn ikunu jafu kif se jgħallmu lit-tfal tagħhom fuq is-sesswalità.", "Sfortuntament f'Malta ngħallmu fuq is-sesswalità min-naħa tar-riskji assoċjati mas-sess imma aħna nafu li s-sesswalità hija aktar minn hekk.", "Is-sesswalità hija mod ta' kif jien nistà nikkomunika l-imħabba tiegħi lejn xi ħadd.", "U hija sabiħa ħafna.", "Ovvjament bħal kull ħaġa oħra fid-dinja, jekk tintuża ħażin se jkollok il-konsegwenzi.", "Dak huwa suġġeriment li nixtieq ngħaddilkom u ċjoè li nibdew l-edukazzjoni sesswali bbażata fil-familja.", "Ejjew ma ndaħħlux din il-liġi sempliċement billi nniżżlu l-età.", "It-tieni ħaġa fundamentali hija li għandna nippriedkaw fuq l-idea ta' familji stabbli.", "Din hija kruċjali ħafna.", "Ir-riċerka turi li ż-żgħażagħ li jkunu ġejjin minn single mothers – u dan mhux qed ngħidu b'xi disprezz lejn is-single mothers - imma ovvjament hija riċerka u ma nistax ma nikkwotahiex – u minn familji mhux stabbli jibdew l-attività sesswali tagħhom minn kmieni ħafna.", "Apparti minn hekk għandhom imġieba sesswali promiskwa ħafna u l-kontraċettivi ma jeżistux għalihom.", "Dawn ikollhom multiple partners f'temp qasir ħafna.", "Huwa importanti ħafna li nippriedkaw l-idea li kemm jistà jkun il-familji għandhom ikunu stabbli, mimlijin affezzjoni u mħabba.", "Ovvjament irridu noffru wkoll is-servizzi meħtieġa biex meta koppja jew familja ssib ruħha fi problema jkollha fejn tirrikorri u ssib servizzi effiċjenti, kemm mediċi kif ukoll psikoloġiċi marbuta ma' dan is-suġġett.", "Fl-aħħar tal-preżentazzjoni ressaqt xi suġġerimenti prattiċi.", "Kif għedna l-liġi għandu jkollha xi tip ta' banding biex nevitaw l-esplojtazzjoni.", "Kif intqal mill-mistiedna preċedenti, jekk għandek xi ħadd ta' 16-il sena ma' xi ħadd ta' 30 sena għandek distakk kbir fil-fakultà eżekuttiva biex wieħed jieħu deċiżjoni.", "U għalhekk tajjeb -bħalma hemm fil-Kanada wkoll – li l-liġi tiggwida l-massimu fejn ir-rapport sesswali jistà jsir bejn il-koppja.", "Ovvjament bħalma għedt edukazzjoni sesswali bbażata fil-familja, komunikazzjoni kontinwa bejn il-ġenituri u l-għalliema u li jkollok edukazzjoni pożittiva u proattiva.", "Fil-familji rridu nibdew nippriedkaw l-ewwel u qabel kollox fuq kif is-sesswalità hija xi ħaġa sabiħa.", "F'dan kollu rridu ninkludu l-pjaċir sesswali għax l-edukazzjoni sesswali f'Malta ngħallmu ħafna fuqha imma fuq kif tieħu pjaċir sesswalment ma ngħallmux.", "U fl-aħħar mill-aħħar iż-żgħażagħ tagħna jkollhom rapporti sesswali għax jieħdu gost b'dawn ir-rapporti.", "Għaldaqstant tajjeb li din tkun parti essenzjali fl-edukazzjoni li nwasslulhom fuq dan is-suġġett.", "Kif għedt irridu nsostnu l-idea tal-familji b'saħħithom u nippromwovu s-servizzi ta' għajnuna bħalma nsibu fil-GU Clinic.", "Qed nipproponi lill-politiċi sabiex isaħħu l-GU Clinic b'nies li huma mħarrġa f'dan is-suġġett, b'mod speċjali bi preżenza ta' professjonisti fil-qasam psiko-soċjali.", "Sfortunatament anke ġewwa l-isptar Mater Dei l-mudell mediku huwa b'saħħtu ħafna imma hawnhekk irid ikollok il-preżenza wkoll ta' dixxiplini differenti fil-qasam tas-sesswalità.", "U allura jrid ikollok taħlita mill-aspett mediku, mill-aspett psikoloġiku u mill-aspett soċjali.", "L-aħħar ħaġa u nikkonkludi biha.", "Ir-riċerka ta' Kirby tenfasizza fuq il-family based sexual education, fejn meta ġiet applikata din il-liġi u sar studju qabel u wara biex jaraw l-effetti tagħha, sabu li 40% tal-adolexxenti damu aktar biex ikollhom l-ewwel rapport sesswali tagħhom.", "U minn 15-il sena telgħu għal kważi 17-il sena u naqqsu wkoll in-numru tal-partners sesswali tagħhom kif ukoll żdiedu fl-użu tal-kontraċettivi.", "Kellek 30% li naqqsu wkoll il-frekwenza tas-sess u saħansitra rritornaw għall-astinenza.", "Dawn huma ċifri impressjonanti.", "Kellek 60% li naqqsu s-sess mhux protett.", "Fl-aħħarnett il-messaġġ qasir tiegħi huwa li filwaqt li naqbel ma' din il-liġi, irridu nagħmlu tlett affarijiet magħha; il-banding, family based sexual education u li nippromwovu l-idea ta' familji b'saħħithom u stabbli.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Xtaqt nistaqsik żewġ mistoqsijiet u mbagħad wara xtaqt naqralek artikolu qasir minn magazine li għandi quddiemi.", "Huwa fatt li qed jinħass il-bżonn li l-età tal-kunsens għandha titbaxxa.", "S'issa ma' kulmin tkellimna kważi kulħadd qed jaqbel li l-età għandha titbaxxa.", "Allura din qiegħda turi aktar maturità fiż-żgħażagħ jew iktar responsabilità?", "U l-fatt ukoll li qisna rridu nnaqqsu l-età tal-kunsens sesswali jfisser li l-edukazzjoni sesswali taż-żgħażagħ tagħna llum kienet suċċess jew inkella bil-kontra, kienet kompletament falliment?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Rigward l-ewwel mistoqsija inti staqsejtni fuq il-maturazzjoni tat-tfal tagħna u jekk dawn humiex qed jimmaturaw aktar kmieni.", "Ejjew nibdew minn hawn u hawnhekk se nitkellem fuq il-fehma tiegħi personali u klinika.", "Jien naħseb li aktar milli qed jimmaturaw qabel iż-żgħażagħ tagħna qed ikunu esposti ħafna għal materjal li jistimulahom ħafna, anke fuq livell mentali.", "Fejn qabel l-edukazzjoni kienet riservata għal ċerti nies biss, illum l-edukazzjoni saret aċċessibbli ħafna.", "Apparti minn hekk l-edukazzjoni f'pajjiżna hija b'xejn, anzi l-Gvern jinċentivak biex tkompli bl-istudji tiegħek.", "L-edukazzjoni inġenerali saret aċċessibbli ħafna u fejn qabel kont trid tmur il-Melitensia biex ikollok aċċess għall-informazzjoni, bil-mod il-mod beda dieħel il-kompjuter, imbagħad daħal id-dial-up u llum il-ġurnata għandna l-iPads u l-ismartphones.", "Il-materjal li aħna esposti għalih sar available ħafna aktar minn qabel.", "U allura aktar milli ngħid li ż-żgħażagħ tagħna saru aktar maturi, aktar naħseb li l-perkors tal-ħajja espona liż-żgħażagħ tagħna għal kull tip ta' informazzjoni li ċertu kurżità bilfors li ġiet stimulata aktar fihom.", "Illum għandek l-influwenza tas-social media li wieħed irid isemmiha wkoll.", "Illum qed nirrealizza li ħafna problemi ta' self esteem fin-nies huma ko-relatati mas-social media.", "Illum għandek ukoll il-kwestjoni tas-cyber sex.", "Ma nafx jekk weġibtx il-mistoqsija tiegħek imma naħseb li kien perkors naturali għaliex id-dinja mxiet lejn dik id-direzzjoni.", "MICHAEL GONZI: U rigward l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel, taħseb li din għamlet aktar ġid jew inkella għamlet aktar deni?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Jiena nvolut f'ħafna skejjel u nagħmel din it-tip ta' edukazzjoni b'mod aktar apert.", "Naħseb li l-approach hija importanti ħafna.", "Jiena naħseb li kull tip ta' edukazzjoni, ġaladarba tkun tajtha, diffiċilment se tħallilek effetti negattivi.", "Nemmen li anke l-għalliema tagħna jagħmlu dan ix-xogħol b'imħabba kbira.", "Hemm ukoll linji gwida dwar l-edukazzjoni sesswali li ġew ippubblikati f'Diċembru tal-2013.", "Ovvjament jien għandi r-riservi tiegħi fuqhom dawn.", "Fl-opinjoni tiegħi l-approach fuq l-edukazzjoni sesswali f'Malta għandha tinbidel biex ikun hemm unit apposta u li jkun aktar estensiv milli hemm illum.", "Irridu nibdew mit-tifsira tas-sesswalità.", "Sfortunatament is-sesswalità norbtuha ħafna mad-drogi u mal-bullying u allura nagħtu l-impressjoni li s-sesswalità hija xi ħaġa maħmuġa u xi ħaġa ħażina.", "Kultant it-taboo noħolquh aħna stess għax l-approach tagħna tkun ħażina.", "Li wieħed jgħid li l-edukazzjoni kienet ħażina u minħabba f'hekk niżlet l-età ma naqbilx magħha.", "Ir-riċerka turi li f'Malta m'aħniex ħafna differenti mill-kumplament tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-attività sesswali.", "Dan huwa perkors naturali, mhux biss tagħna bħala pajjiż, imma huwa perkors naturali fil-kumplament tal-pajjiżi li huma influwenzati mill-kultura tal-Punent.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Għalhekk semmejt il-cut off.", "Taħseb li at this stage għandna bżonn aktar ngħallmu lill-ġenituri?", "Il-ġenituri ma jafu assolutament xejn fuq kif jgħallmu lit-tfal tagħhom dwar l-attività sesswali.", "Inti stess għedt li għandna bżonn aktar nintegraw it-tagħlim sesswali mat-tfal tagħna.", "Imma allura ma taħsibx li tifel ta' 16-il sena issa se niftħulu l-bibien beraħ u ma jkunx aħjar li din il-liġi nagħmluha ta' 17-il sena at this point?", "Imbagħad wara li jkollna s-setup kollu f'postu ħalli nerġgħu niddiskutuha u jekk ikun hemm bżonn inniżżluha għal 16-il sena.", "Ma taħsibx li iktar nagħmlu ġid lis-soċjetà b'dan il-mod?", "Dawn iż-żgħażagħ se jkunu l-familji futuri ta' pajjiżna; x'konsegwenzi jista' ikollha din il-liġi fuqhom?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Ovvjament bħalma għedna l-frontal lobe hija l-parti tal-moħħ responsabbli mill-ħsieb eżekuttiv u li allura trid ċerta raffinezza għalih.", "Bħalma għedt dik il-parti tal-moħħ tieqaf tiżviluppa ta' 25 sena u allura jekk se nibbażaw biss fuq in-newro xjenza u n-newro psikoloġija se jkollna ngħidu li l-liġi rridu ngħolluha għal 25 sena!", "Li ma qbiltx strettament ma' dak l-artikolu huwa minħabba li huwa biss mill-aspett mediku.", "Issa bħalma nafu rridu nippriedkaw fuq l-idea tal-mudell bio psiko-soċjali li huwa l-futur tal-prattika psikoloġika u medika.", "Jien illum ippreżentajt riċerka u allura ma rridux nallarmaw lin-nies.", "Billi nniżżlu l-età tal-kunsens ma jfissirx li se nżiedu l-età tar-riskju sesswali jew se nżiedu l-bidu tal-ewwel attività sesswali.", "Pereżempju hekk ġara fl-Olanda fejn l-età għoliet u mhux niżlet.", "Dawn niżżlu l-età tal-kunsens sesswali u għaqqduha ma' dawn iż-żewġ fatturi u l-età tal-ewwel attività sesswali fost l-addolexxenti tagħhom żdiedet u mhux naqset.", "Jiġifieri aħna rridu nibbażaw ħafna d-deċiżjonijiet tagħna fuq fejn sejra s-soċjetà għax bħalma għedt fil-bidu tal-preżentazzjoni tiegħi, intom il-politiċi tridu tinnormalizzaw bil-liġi ċerta attività li tkun qiegħda sseħħ fis-soċjetà biex nevitaw ukoll l-abbużi u l-esplojtazzjoni.", "Għaldaqstant ikun tajjeb li l-liġi tieħu in konsiderazzjoni dawn il-perspettivi.", "Importanti wkoll li l-GU Clinic jibda jiffunzjona fuq livell bio psiko-soċjali.", "Ilni ngħidha ħafna din fuq il-media għax illum nafu li fejn tidħol is-sesswalità l-mudell mediku mhuwiex biżżejjed.", "MICHAEL GONZI: Il-GU Clinic.", "DR NICHOLAS BRIFFA: Hekk hu.", "Għandu jkun hemm sinkronija bejn dawn is-servizzi għax tajjeb ngħidu li inti għandek ukoll disfunzjonijiet sesswali wkoll ta' dik l-età.", "Fir-riċerka li ppreżentajtilkom tistgħu taraw li hemm 9% tal-irġiel u 22% tan-nisa żgħażagħ li diġà jsofru minn disfunzjoni sesswali.", "Fuq il-media ma tantx nisimgħu fuq id-disfunzjoni sesswali.", "U hawnhekk mhux qed nitkellmu biss fuq l-impotenza imma anke fuq l-uġigħ waqt ir-rapport sesswali u fuq kif uħud ma jkunux jistgħu jilħqu l-orgażmu tagħhom waqt rapport sesswali.", "Dawn kollha huma affarijiet importanti li jittieħdu in konsiderazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Inti semmejt ir-realtà sesswali f'Malta u bbażajtha fuq ir-riċerka.", "Issa ejja nassumu li nagħmlu kollox kif għedt inti u noħolqu pjan ta' implimentazzjoni.", "Inti taħseb li għandna nagħmlu aktar riċerka qabel ma nidħlu għal dan il-fatt?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Onoreveli, jiena naħseb li diffiċli ħafna tagħmel dak li qed tgħid inti.", "Issa qabel ma tiġi implimentatata l-liġi nistgħu nħarsu lejn x'ġara f'pajjiżi oħra u nipprovaw napplikaw it-tajjeb tagħhom għal pajjiżna.", "Il-fatt li tagħmel riċerka fuq xi ħaġa li ma tantx ġiet applikata … Anke jekk tara l-misinterpretazzjoni li hawn fost il-pubbliku fejn tidħol is-sesswalità, se ssib ċerta diffikultà.", "U l-fatt li għandek kważi 50% tan-nies li ma jafux bil-GU Clinic naħseb li hija daqxejn inkwetanti.", "Fl-opinjoni tiegħi rridu nagħmlu sforz akbar biex ninformaw lill-poplu tagħna.", "Naħseb li aktar milli riċerka – għax dan il-proċess jieħu fit-tul ħafna – għandha ssir din il-liġi u b'mod attiv ninkludu dawn il-proposti u s-suġġerimenti li semmejtilkom aktar kmieni.", "Dawn is-suġġerimenti għamilthom mhux biss mill-esperjenza klinika tiegħi - għax l-esperjenza klinika tvarja - imma anke fuq riċerka xjentifika f'dan il-kamp.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: Dr Briffa, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjak tal-preżentazzjoni li ressaqtilna.", "Issa fl-opinjoni tiegħek, inti taħseb li liġi bħal din se tkun ta' vantaġġ għal żagħżugħ ta' 16-il sena jew inkella għal min hu maġġorenni?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Naħseb li l-mistoqsija tiegħek qiegħda tirrifletti fuq l-esplojtazzjoni tas-sess u dan huwa r-riskju tagħha.", "Jien nagħmel ukoll xogħol bħala sesswologu mal-ħabsin u ovvjament niltaqà mas-sex offenders, nies li minħabba ħafna raġunijiet li mhux se noqgħod nidħol fihom hawnhekk, ikunu wettqu reati marbuta mas-sess, fosthom ta' xi ħadd maġġorenni li wettaq abbuż fuq minorenni.", "DEO DEBATTISTA: Imma żagħżugħ ta' 16-il sena se jiggwadanja minnha din il-liġi?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Jien naħseb li bis-sistema tal-banding inkunu nistgħu nissalvagwardjaw din l-idea.", "Ħafna pajjiżi għamlu applikazzjoni tajba ħafna tal-banding.", "Imma tajjeb li fl-edukazzjoni sesswali ngħallmu wkoll fuq ir-rispett …", "DEO DEBATTISTA: Ħalli nwaqqfek ftit.", "Inti taqbel li l-age of consent tinżel basta jkun hemm il-banding?", "Jiġifieri wieħed ta' 52 sena ma jistax imur ma' waħda ta' 16-il sena?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Ovvjament il-banding għandha tkun parti essenzjali ta' din il-liġi.", "DEO DEBATTISTA: Issa wieħed ta' 52 sena jista' imur ma' waħda ta' 18-il sena xorta waħda jew inkella l-banding se jkopri kollox?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Dawn il-mistoqsijiet mhumiex fil-kompitu tiegħi biex inweġibhom.", "Issa dawn huma realtajiet li niltaqa' ħafna magħhom fil-klinika u jkollok pereżempju xi ħadd ta' 60 sena li qed joħroġ ma' xi ħadd ta' 23 sena.", "Dawn huma affarijiet reali ħafna u naħseb li l-liġi m'għandhiex tidħol fuq dak il-livell.", "Irid ikun hemm linja fejn l-affarijiet isiru legali u jrid ikun hemm ċertu tip ta' banding bejn is-16 u t-18-il sena.", "B'hekk tipproteġi lil dawk iż-żgħażagħ li bħalissa huma protetti billi tikkrea banding separat fejn tidħol dik il-gap partikolari.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri wieħed ta' 16-il sena mhux se jiggwadanja minnha din il-liġi?", "DR NICHOLAS BRIFFA: Se jiggwadanja għax parti mill-vantaġġi psiko-soċjali li għandha l-liġi huma li se tagħmel is-servizzi mediċi u psikoloġiċi aktar aċċessibbli.", "Il-fatt li xi ħadd ta' 16-il sena issa jista' imur jieħu servizz mingħand professjonist b'mod liberu u mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tiegħu, mela dik se tkun ta' vantaġġ għaż-żagħżugħ.", "Ovvjament ir-realtà hija kumplessa ħafna u għandek ħafna każijiet differenti.", "THE CHAIRPERSON: Dr Briffa grazzi ħafna tal-preżentazzjoni tiegħek u talli weġibt il-mistoqsijiet li kellna.", "Issa nitlob lil Dr Franco Debono, Kummissarju tal-Liġijiet, sabiex jingħaqad magħna.", "Dr Debono nitolbok tressaq il-preżentazzjoni tiegħek ħalli mbagħad il-Membri preżenti jkunu jistgħu jistaqsuk xi mistoqsijiet biex tikkjarifika xi areas li forsi għadhom mhumiex daqshekk ċari.", "DR FRANCO DEBONO (Kummissarju tal-Liġijiet): Jiena meta kont Membru Parlamentari kont qajjimt ukoll dan il-punt fil-Parlament.", "U allura qiegħed nieħu gost li dan il-Kumitat konġunt qed ikollu aktar suċċess milli kelli jien biex ikun hemm bidla fil-liġi.", "Min-naħa tiegħi nawguralkom li taslu proprju għal din il-bidla fil-liġi u li nerġa' ngħid li jien kont qajjimt dan il-punt fil-Parlament fl-2010.", "Jiena naħseb li hawnhekk wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh fuqxiex qegħdin nitkellmu.", "Mela hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tibdil ta' liġi.", "Imma liema hi dik il-liġi?", "Din hija importanti ħafna.", "Tista' titkellem fuq il-psikoloġija u fuq is-soċjoloġija għax huma importanti wkoll imma naħseb li dejjem trid iżżomm quddiem għajnejk x'liġi qiegħed tibdel u xi tgħid dik il-liġi li trid tbiddel.", "Artikolu 203 tal-Kodiċi Kriminali jgħid hekk;", "\"Kull min b'għemil żieni jikkorrompi persuna taħt l-età jeħel 3 snin ħabs, u jekk tkun taħt it-12-il sena jeħel 6 snin ħabs.\"", "Mela l-ewwel punt li xtaqt nagħmel quddiem dan il-Kumitat hu li hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu fuq il-Kodiċi Kriminali.", "Il-Kodiċi Kriminali ma jagħtikx ir-riċetta biex tmur il-ġenna imma jindikalek x'ma tridx tagħmel biex ma tmurx il-ħabs.", "Fuq hekk qed nitkellmu hawnhekk.", "Jien ilni 15-il sena naħdem bħala avukat difensur fil-Kriminal u nista' ngħid li tiltaqà ma' okkażjonijiet fejn ikollok tnejn min-nies li qed joħorġu flimkien u jkun ilhom sentejn jew tlieta … Issa din id-dispożizzjoni ssir bi kwerela u hemm dispożizzjoni oħra intiża fuq atti sesswali.", "Tajjeb ngħidu li hawnhekk ukoll teżisti konfużjoni.", "THE CHAIRPERSON: Skużani, ħa nwaqqfek ftit.", "Din il-laqgħa qiegħda tiġi trażmessa fuq il-websajt tal-Parlament u għalhekk nixtieq li dawn it-terminoloġiji tagħkom l-avukati tispjegahom ftit ħalli min ikun qiegħed isegwina, ikun jaf fuqxiex qed nitkellmu.", "Grazzi.", "DR FRANCO DEBONO: Jien ukoll kont Deputat f'dan il-Parlament u ovvjament naf li l-poplu jkun qed isegwina b'dawn il-mezzi moderni ta' komunikazzjoni imma fl-aħħar mill-aħħar dawk huma t-termini legali li wieħed irid jorbot magħhom.", "Mela x'qiegħda tgħid il-liġi?", "Din qiegħda tgħid li \"kull min b'għemil żieni\", mela hawnhekk mhux fuq att sesswali qed titkellem imma fuq għemil żieni u allura anke fuq bewsa jew jekk turi ritratt lil xi ħadd.", "Minn hemm trid tibda.", "Il-liġi x'qiegħda tolqot?", "Imbagħad għandek dispożizzjoni oħra li daħlet riċentement u li titkellem speċifikament fuq att sesswali ma' minuri.", "F'dak il-każ il-pieni jitilgħu sa 5 snin ħabs, jekk mhux sejjer żball.", "Issa x'inhi din id-dispożizzjoni?", "X'inhu \"għemil żieni\"?", "Għemil żieni tiddeċidieh il-Qorti x'inhu.", "X'qiegħda tipproteġi hawnhekk il-liġi?", "Il-liġi qiegħda tipproteġi l-mistħija sesswali ta' persuna li għadha taħt it-18-il sena.", "Mela li tagħti skandlu jew li toffendi l-mistħija sesswali ta' dik il-persuna.", "Hawnhekk wieħed irid janalizza wkoll illum iż-żgħażagħ għalxiex inhuma esposti!", "Jiġifieri xi ħadd illum li huwa espost għall-informazzjoni kollha li teżisti se jieħu skandlu jekk tagħtih bewsa?!", "Issa ovvjament hawnhekk dejjem qegħdin nitkellmu fuq il-volontarju għax jekk xi ħaġa ma tkunx volontarja se nidħlu fuq il-violent indecent assault u fuq diversi dispożizzjonijiet oħra.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri din mhux hemm liġi li tgħidlek li l-età tal-kunsens sesswali hija ta' 18-il sena imma għandek diversi liġijiet …", "DR FRANCO DEBONO: Jekk inti tagħti skandlu lil xi ħadd taħt it-18-il sena tista' teħel sa 3 snin ħabs.", "Huwa għalhekk li qed ngħid li l-Kodiċi Kriminali ma twasslekx sal-ġenna imma sempliċement tgħidlek x'm'għandekx tagħmel biex ma tmurx il-ħabs.", "Issa bir-rispett kollu imma ż-żgħażagħ ta' 16-il sena li qegħdin il-Junior College mhux kollha bil-boyfriend u bil-girlfriend!", "Mela l-liġi qiegħda tikkriminalizza activity behaviour li huwa so widespread.", "Allura se twaqqaf lil xi ħadd milli jkollu girlfriend għax din għandha 17-il sena?!", "Jew inkella dak iż-żagħżugħ se joqgħod jistaqsiha biex turih l-ID card minħabba section 203!", "X'qed twaqqaf il-liġi?", "Kieku qed ngħidu li se nniżżluha għal 12-il sena nifhem li hemm bżonn ta' xi eżami approfondit.", "U dan il-Kumitat, mill-ftit li kelli ċans insegwikom, nixtieq nifirħilkom tal-ħidma tajba li qegħdin tagħmlu.", "DEO DEBATTISTA: Li jkunu tal-istess età nifhimha imma li qiegħda ddejjaqni ftit hu li jekk ma' din il-liġi ma nagħmlux il-banding.", "U qed ngħid dan għax ma nistax nimmaġina kif se tipproteġi lil xi ħadd ta' 16-il sena li issa f'daqqa waħda se tiġi esposta għal xi ħadd ta' 45 sena.", "DR FRANCO DEBONO: L-ewwel nett trid tara dan kollu fil-kontest tad-diversi dispożizzjonijiet tal-liġi li jeżistu.", "Kif diġà għedt għandek il-violent and indecent assault li dawn xorta se jibqgħu protetti.", "Imbagħad għandek l-att sesswali mingħajr il-kunsens, għandek ir-rape, l-abduction u diversi reati oħra.", "Anke fir-rigward tal-banding, kif qegħdin illum, tfalja ta' 18-il sena u ġurnata tista' tmur ma' wieħed ta' 70 sena u ħadd ma jista' jwaqqafha.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel hu li l-age limit huwa dejjem arbitrarju, jiġifieri inti tista' tgħid ta' 16 jew ta' 18-il sena però ħadd ma jimmatura bl-istess mod.", "Meta inti qiegħed tagħmel age limit, dan dejjem se jkun b'mod arbitrarju imma ovvjament trid taqta' linja x'imkien.", "Jiġiifieri meta inti qed tagħmel age limit huwa dejjem arbitrarju, għax mhux kulħadd … imma x'imkien trid taqtà linja … Ma tistax inti, anke l-liġi min-natura tagħha trid taqtà linja.", "Issa mbagħad fil-liġi hemm d-duttrina tal-corrompe e non corrompitur, fejn il-Qorti se tevalwa dik il-persuna li jkollha quddiemha.", "Mela l-ewwel trid tara jekk sarx l-att żieni, fejn forsi wrejtha ritratt, jew tajtha bewsa, jew inkella mossi jew atti li l-Qorti tista' tiddeċiedi li jikkostitwixxu f'għemil żieni.", "L-ewwel element huwa li trid tara jekk kienx hemm għemil żieni.", "Jekk hemm l-għemil żieni, imbagħad irid ikun hemm l-element ta' korruzzjoni, fejn inti b'dak l-għemil żieni tkun tajt skandlu lil dik il-persuna.", "Dan kollu se tevalwah il-Qorti.", "Kif għedt hemm din id-duttrina tal-corrompe e non corrompitur, fejn jekk inti diġà kont espost għal diversi atti oħrajn, hemmhekk il-Qorti tista' tiddeċiedi li inti diġà kont korrott.", "Kellek ukoll deċiżjonijiet fejn intqal li you can be further corrupted.", "Għalhekk din kollha hija suġġettiva.", "Il-punt tiegħi x'inhu?", "Il-liġi kif inhi llum hija ta' deterrent?", "Qiegħed ikun hemm min ma jkollux tfajla ta' 17-il sena sempliċement għax hemm din id-dispożizzjoni tal-liġi?", "Jew inkella din mhu qiegħda twaqqaf lil ħadd?", "Nerġa' insemmi ż-żgħażagħ tas-Sixth Form, li ħafna minnhom dawn ikollhom il-boyfriend u l-girlfriend tagħhom u dawn qed nitkellmu fuq żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena.", "Mela allura mhux talli m'inti qed twaqqaf lil ħadd imma talli qed inpoġġuhom f'pożizzjoni li qed iwettqu reat!", "Jekk it-tifel jew it-tifla tiegħek għandhom 17-il sena u għandhom il-girlfriend jew il-boyfriend tagħhom tridu li potenzjalment ikunu qed jikkomettu reat?", "Dik hija l-mistoqsija li rridu nistaqsu lilna nfusna.", "U għalhekk nerġa' ngħid li l-Kodiċi Kriminali ma tagħtikx ir-riċetta biex tmur il-ġenna.", "Il-Kodiċi Kriminali x'qiegħda tgħid?", "Din qiegħda tgħidlek li jekk tagħmel dak l-att se teħel 3 snin ħabs u jekk il-parti l-oħra tkun ta' 12-il sena, is-sentenza titla' għal 6 snin ħabs.", "Mela dik wieħed irid jiddiskutiha.", "Jien kont tkellimt fuq kif din għandha tinżel għal 16-il sena u ovvjament naqbel li għandha tinżel.", "Apparti minn hekk, fix-xogħol tiegħi fil-Qorti niltaqà ma' każijiet fejn dan it-tifel ikollu l-girlfriend tiegħu jew viċi versa u sakemm ikun sejjer kollox tajjeb orrajt imma mbagħad jekk ifettlilhom li jridu jeħilsu minn xulxin, jispiċċaw jagħmlu kwerela kontra l-parti l-oħra u jispiċċaw fil-Qorti.", "U dawn ikunu qed joħorġu flimkien b'mod volontarju u jkunu ġenwini.", "Imma llum biex tfajla ta' 17-il sena tagħtiha skandlu għax ħriġt magħha u tajtha bewsa … Ovvjament dejjem qed nitkellmu fuq il-volontarju u trid issir din id-distinzjoni.", "Jekk inti għandek xi ħadd li qed jagħti fastidju lil xi ħadd, hemmhekk imbagħad għandek il-liġi li takkorda l-protezzjoni permezz ta' dispożizzjonijiet oħrajn.", "DEO DEBATTISTA: Imma ladarba nagħmlu din il-liġi jista' ikollok lil xi ħadd ta' 16-il sena li jmur ma' xi ħadd ta' 45 sena?", "DR FRANCO DEBONO: Jekk ma jkunx hemm banding min ikollu 16-il sena u ġurnata jista' jagħmel li jrid.", "Illum min għandu 18-il sena u ġurnata jista' jmur ma' xi ħadd ta' 50 sena jew ta' 60 sena.", "ETIENNE GRECH: Aħna nisimgħu bil-kelma \"defilement\" u allura jekk se nniżżlu l-età tal-kunsens sesswali se jkun ifisser li xi ħadd li għamel xi ħaġa ma' xi ħadd ta' 17-il sena, inti ma tistax tressqu fuq defilement?", "DR FRANCO DEBONO: Defilement tfisser korruzzjoni, jiġifieri dik hija t-traduzzjoni Ingliża tal-kelma \"korruzzjoni\".", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri xorta dak li jkun jista' jiġi defiled?", "DR FRANCO DEBONO: Le, id-defilement huwa l-korruzzjoni.", "DEO DEBATTISTA: Li qed jgħid it-tabib hu li kif inhi l-liġi bħalissa, jekk xi ħadd ta' 60 sena jmur ma' xi ħadd ta' 18-il sena …", "MICHAEL GONZI: Jistà jkun hemm korruzzjoni ta' persuna li għandha 18-il sena u ġurnata llum … (Interruzzjonijiet) Għaliex le?", "Kif ikollok 18-il sena u ġurnata tistà tagħmel li trid, dejjem fuq affarijiet volontarji qed nitkellmu.", "U jekk l-età tal-kunsens sesswali tinżel għal 16-il sena, kif dak li jkun ikollu 16-il sena u ġurnata jista' jagħmel li jrid bażikament.", "Id-difilement hija l-korruzzjoni avolja ma naħsibx li hija l-aktar traduzzjoni feliċi imma l-liġi tuża dik il-kelma.", "Korruzzjoni ta' minorenni u fil-fatt fil-marginal note nsibu \"korruzzjoni ta' tfal ta' taħt l-età\".", "ETIENNE GRECH: Jekk aħna rridu nnaqqsu l-età tal-kunsens sesswali jfisser li rridu nbiddlu biċċa waħda tal-liġi jew inkella hemm diversi liġijiet li rridu nbiddlu?", "DR FRANCO DEBONO: Il-violent and indecent assault li huwa att vjolenti fuq il-pudur …", "ETIENNE GRECH: Teknikament liema liġi tkun trid tbiddel biex tnaqqas l-età tal-kunsens sesswali?", "(Interruzzjonijiet)", "DR FRANCO DEBONO: Jien fil-Parlament kont tajt ukoll elenku u analiżi komparattiva ta' kif nitqabblu ma' pajjiżi oħra.", "Fil-fatt jekk mhux sejjer żball aħna u t-Turkija biss li għandna l-età tal-kunsens sesswali ta' 18-il sena.", "Nerġa' nirrepeti li l-Kodiċi Kriminali mhux biex twasslek il-ġenna u mhux biex inti taġixxi on the high moral ground …", "ETIENNE GRECH: Pereżempju l-psikologi qalulna li ż-żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena ħafna drabi jistħu mill-ġenituri tagħhom u ma jkunux iriduhom magħhom meta jmorru għal treatment ta' sexual transmitted diseases.", "U minħabba f'hekk dawn ma jmorru mkien u jispiċċaw ixerrdu dan it-tip ta' mard.", "Lanqas jistgħu jmorru għand il-professjonisti biex jagħtuhom xi tip ta' kontraċezzjoni mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom u allura se jkollok aktar każijiet ta' teenage preganancies, li fil-fatt hawn Malta hija waħda mill-iktar għoljin.", "Allura apparti mill-età tal-kunsens sesswali jien qed nimmaġina li hemm xi liġi li tirregola x'età irid ikollha persuna biex tkun tista' tieħu trattament mediku mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħha.", "U jekk mhux sejjer żball din bħalissa hija ta' 18-il sena.", "DR FRANCO DEBONO: Dik aktar jistgħu jirrisponduk it-tobba fuqha.", "ETIENNE GRECH: Qalulna li jekk titniżżel l-età tal-kunsens sesswali, l-aħjar li tniżżel ukoll il-legal age of treatment.", "DR FRANCO DEBONO: Hekk hu.", "U ħafna drabi ngħidu għax illum iż-żgħażagħ huma esposti imma jiena ngħid li din mhijiex xi ħaġa tal-lum għax anke l-ġenerazzjonijiet ta' qabli u dawk ta' qabilhom kien ikollhom girlfriend u boyfriend ta' 16 jew 17-il sena.", "U kienu jiżżewwġu wkoll.", "Noqogħdu ngħidu għax illum hawn l-internet imma din ilha.", "Jien m'inix xi psikologu jew tabib imma dawn jistgħu jilluminaw aktar lil dan il-Kumitat fuq din il-biċċa għax jiena ngħid li din hija aktar marbuta mal-iżvilupp bijoloġiku tal-persuna.", "ETIENNE GRECH: Ejja nagħmlu mod li nnaqqsu l-età tal-kunsens sesswali għal 16-il sena u ndaħħlu wkoll il-banding.", "Aħna hawnhekk kellna l-Kummissarju għat-Tfal li tkellmet fuq id-dekriminalizzazzjoni fuq l-atti sesswali bejn l-adolexxenti.", "Pereżempju tista' l-età tal-kunsens sesswali nniżżluha minn 18 għal 16-il sena u mbagħad dawk li għandhom 14 jew 15-il sena, li aħna sirna nafu li dawn ukoll jagħmlu atti sesswali u allura qegħdin jiksru l-liġi, nagħmlu xi forma ta' dekriminalizzazzjoni?", "Jiena nemmen li l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel minn 18 għal 16-il sena.", "Dik il-proposta li kont għamilt għadni nemmen fiha.", "Issa wieħed irid isib bilanċ għax nerġa' ngħid li għandek żgħażagħ ta' 16-il sena li jkunu għadhom ma mmaturawx biżżejjed …", "MICHAEL GONZI: Taqbel li l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel għal 17-il sena minflok 16-il sena?", "DR FRANCO DEBONO: Kif diġà għedt din hija xi ħaġa arbitrarja u trid tara fejn se taqta' linja.", "MICHAEL GONZI: Tifel li spiċċa l-\"O\" levels issa se tiftaħlu bieb!", "Qabel bdejna niddiskutu dan is-suġġett hawnhekk fil-Paralment, li kieku kellek tistaqsi lil xi ħadd fuqu ħadd ma kien jaf li teżisti din il-liġi.", "Issa llum kulħadd qed jitkellem fuq l-età tal-kunsens sesswali.", "Inti taħseb li tifel ta' 16-il sena kien jaf li kienet illegali …", "DR FRANCO DEBONO: Kien sar ukoll programm fuq Xarabank proprju fuq dan is-suġġett.", "(Interruzzjonijiet) Madwar tliet snin ilu fuq il-programm Xarabank – li għandu udjenza mhux ħażin – kienu proprju tkellmu fuq l-età tal-kunsens sesswali.", "Jiġifieri l-kuxjenza fuq dan is-suġġett ilha għaddejja u j'alla tkompli tikber.", "MICHAEL GONZI: Illum ftaħt xi ħaġa li kienet magħluqa!", "Il-punt tiegħi hu li ladarba ftaħna dan il-bieb se tagħmel differenza bejn 16 u 17-il sena?", "Nerġa' ngħid li ma nistax nimmaġina tifel tal-\"O\" Levels issa ftaħtlu beraħ dan il-bieb …", "DR FRANCO DEBONO: Onor. Gonzi, ma ftaħtlu xejn.", "Jekk tara l-ammont ta' nies li qed nitkellmu fuqhom … Il-pulizija jafu biha u ma naqbilx miegħek li ħadd ma kien jaf biha.", "Naħseb li ħafna nies kienu jafu biha u naf għax kont involut jien fiha wkoll.", "Dak iż-żmien Xarabank – li għandu udjenza sostanzjali – kien għamel programm speċifiku fuq dan is-suġġett u naħseb li dakinhar kienet tqajmet kuxjenza.", "Dak iż-żmien il-Parlament ma kellux il-mezzi ta' komunikazzjoni li għandu llum.", "(Interruzzjonijiet) Issa kulħadd jista' jasal għall-konklużjonijiet tiegħu imma li Xarabank għandu udjenza huwa fatt!", "Niftakar li kien hemm programm iddedikat speċifikament fuq l-età tal-kunsens sesswali wara li kont qajjimt dan is-suġġett fil-Parlament.", "U għal darb'oħra nirringrazzja lil Peppi Azzopardi talli għoġbu jagħmel programm dak iż-żmien fuq dan is-suġġett.", "Jiġifieri meta qed tgħid li qed tiftaħ bieb jien dejjem emmint u nibqa' nemmen li suġġett għandu jiġi diskuss fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għaliex dak huwa l-forum idoneu fejn għandu jiġi diskuss.", "U kien għalhekk li jien qajjimtha fil-Parlament.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena naħseb li l-issue tad-dekriminalizzazzjoni kienet issemmiet fil-kontest li rridu noqogħdu attenti meta jkunu adolexxenti żgħar biex ma jkunx hemm min juża l-liġi proprju għal dawk ir-raġunijiet li semma' Dr Debono u ċjoè fejn ikollok ġenituri li għax it-tifel tagħhom ma' jibqax f'relazzjoni mat-tfajla tiegħu, idawwru l-istorja waħda sew!", "B'hekk din il-liġi tispiċċa tintuża b'mod negattiv.", "U minn dak li smajna hawnhekk jidher li l-liġi ġieli qiegħda tintuża b'dan il-mod biex dak li jkun ipattiha lil parti l-oħra.", "Jiena naħseb li llum kellna espożizzjoni ċara ħafna fuq x'qiegħda tgħid din il-liġi u l-fatt li għandna liġijiet oħra li jipproteġu aspetti oħrajn, naħseb li l-kampanja edukattiva li rridu nagħmlu hemm barra hija proprju marbuta ma' dan il-fatt.", "L-abbuż fuq tfajliet ta' 16-il sena xorta se jibqa' jkun hemm u hawnhekk ma naħsibx li qegħdin niftħu xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Dawn huma affarijiet li diġà qed jiġru ġewwa pajjiżna u aħna qed ngħidu li dak li jkun mhux qed jikser il-liġi billi jkollu boyfriend jew girlfriend jew inkella partner ta' dik l-età.", "Ovvjament ir-rakkomandazzjonijiet tagħna jistgħu jkunu marbutin ukoll ma' dak li qalilna Dr Nicholas Briffa llum għaliex naħseb li jagħmel ħafna sens li nedukaw fuq dan is-suġġett.", "Apparti minn hekk irridu nkomplu mmexxu l-idea ta' familja stabbli.", "L-importanti hu li ngħaddu dak il-messaġġ b'mod ċar u naħseb li meta qegħdin nitkellmu fuq id-dekriminalizzazzjoni, irridu noqogħdu attenti għax tistà tiftiehem ħażin u jkun hemm min jaħseb li aħna qegħdin ngħidu li raġel ta' 40 jew 50 sena jista' imur ma' tfajla ta' 15-il sena bla problemi ta' xejn, speċjalment jekk ikun kontra r-rieda tagħha.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Imbagħad wara nitlob lil Dr Franco Debono sabiex jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "Grazzi.", "DEO DEBATTISTA: Jien naqbel li tinżel l-età tal-kunsens sesswali basta nagħmlu wkoll il-banding għax jien għadni ma nistax nifhem kif tista' tiżżewweġ ta' 16-il sena u mbagħad ma tistax tagħmel sess qabel 18-il sena!", "Dik hija xi ħaġa li ma tagħmilx sens.", "Jien fl-opinjoni tiegħi anke sa 20 sena jrid ikun hemm il-banding għax ma jagħmilx sens li nsiru permessivi.", "Inti x'taħseb fuqha din Dr Debono?", "DR FRANCO DEBONO: Jien fuq il-banding mhux li naqbel magħha b'mod qawwi u se ngħid għaliex.", "Illum is-sitwazzjoni qiegħda b'tali mod li xi ħadd ta' 18-il sena u ġurnata jista' imur ma' xi ħadd ta' 50 jew 60 sena.", "Allura x'differenza se tagħmel jekk ikollok 16 jew 17-il sena?!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-argument tal-Onor.", "Deo Debattista huwa argument validissimu għax issa qegħdin ngħidu li rridu noqogħdu attenti biex ma jkunx hemm min jidħol mit-tieqa u jwettaq affarijiet li huma borderline mal-abbuż.", "Jien mhux kontra l-banding u naħseb li hija idea valida.", "U wieħed jista' jikkonsidraha.", "Però jistgħu jsiru mistoqsijiet parlamentari biex jiġi stabbilit kemm tressqu persuni akkużati b'dan r-reat.", "Meta tara kemm hija mifruxa din l-attività, nistgħu naraw kemm hawn żgħażagħ ta' 13,14,15,16 u 17-il sena li għandhom boyfriend jew girlfriend li kienu f'relazzjoni u wara li tterminaw ir-relazzjoni tagħhom spiċċaw f'din is-sitwazzjoni li tkellimna fuqha.", "Jien inħobb inġib l-eżempju tal-Junior College, fejn għandek studenti ta' 16 jew 17-il sena, u li kulmin għandu relazzjoni teknikament qiegħed potenzjalment jikser il-liġi.", "Bħalma nafu kwerela tmur fin-nofs.", "Ikollok ġenitur li jagħmillek kwerela u tispiċċa l-Qorti!", "Allura aħna rridu dik is-sitwazzjoni?", "Jiena naħseb li jridu jsiru serje ta' mistoqsijiet parlamentari biex jiġu stabbiliti dawn il-fatti.", "Kemm minnhom ġew irtirati pereżempju?", "Dan jista' ikollok lil xi ħadd li jiġi mressaq il-Qorti għax ikun ikkorrompa lil xi ħadd u allura jkun hemm defilement.", "Imbagħad dik il-persuna ssir maġġorenni u tirtira l-kwerela hi stess.", "Allura forsi tistgħu tagħmlu wkoll mistoqsijiet parlamentari biex taraw kemm jiġu rtirati proċeduri.", "Fl-aħħarnett nixtieq nawguralkom aktar suċċess fil-ħidma tagħkom.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Dr Debono, grazzi ħafna tal-kontribut tiegħek.", "Nitlob issa lir-rappreżentanti mill-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ u mill-Aġenzija Żgħażagħ sabiex jersqu mal-Mejda u jagħtuna l-preżentazzjoni tagħhom.", "IS-SUR JASON ZAMMIT (Aġenzija Żgħażagħ): L-Aġenzija Żgħażagħ timpjega magħha grupp ta' youth workers u ovvjament kull darba li s-suġġett taż-żgħażagħ jitla' fuq l-aġenda politika nieħdu ħafna gost.", "Bħala youth workers nemmnu ħafna fl-empowerment taż-żgħażagħ u nemmnu wkoll li ż-żgħażagħ għandu jkollhom id-dritt tas-self determination.", "Mela ż-żgħażagħ għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu għażliet konxji, għażliet informati u għażliet li jkunu bil-kunsens tagħhom.", "Dawn id-drittijiet jinkludu wkoll id-drittijiet sesswali.", "Bħala youth workers nemmnu li ż-żgħażagħ għandhom jiġu empowered biex jieħdu dawn id-deċiżjonijiet informati fuq dawk l-issues kollha li jaffettwaw b'xi mod ħajjithom.", "IS-SINJORINA SAMANTHA PACE GASAN (Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ): Bħala Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ naħseb li huwa importanti ħafna li jkun hemm aktar konsultazzjoni maż-żgħażagħ għaliex ovvjament din hija xi ħaġa li se tolqot b'mod dirett lilna ż-żgħażagħ.", "Huwa importanti li tisimgħu aktar l-esperjenzi tagħna u l-ħsebijiet tagħna.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt ngħid hu li anke l-inviti li tagħmlu għad-diskussjoni hawnhekk titolbu biex ikun hawn diverse representation għax xi ħaġa li nnutajt hi li bħalissa jien l-unika tfajla li ġejt niddiskuti magħkom.", "(Interruzzjonijiet) U li jkun hawn ukoll persuni b'diżabilità għax s'issa għadna ma tkellimniex fuq dak l-aspett.", "Għalhekk tajjeb li jkun hawn konsultazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Intom se tagħmlu xi preżentazzjoni flimkien?", "IS-SUR JASON ZAMMIT: Bħala youth workers nemmnu li jekk titbaxxa l-età tal-kunsens sesswali se jiżdiedu ċ-ċansijiet li ż-żgħażagħ jirrikorru għall-informazzjoni u għas-servizzi professjonali.", "Iċ-ċansijiet li jirrikorru għandna bħala youth workers, counsellors u edukaturi aktar se jiżdiedu minħabba l-fatt li ż-żgħażagħ se jħossu li mhumiex jagħmlu attivitajiet illeċiti.", "Aktar ma jirnexxielna noħorġuhom mit-taboo dawn l-affarijiet, aktar se jkun aħjar.", "U dan nistgħu nagħmluh permezz tal-edukazzjoni.", "Aktar 'il quddiem se nitkellmu fuq l-edukazzjoni għaliex huwa importanti li l-edukazzjoni tkun aċċessibbli, tkun professjonali u tkun ukoll pożittiva fejn tidħol is-sesswalità.", "IS-SINJORINA SAMANTHA PACE GASAN: U anke li tingħata informazzjoni korretta għax illum il-ġurnata minħabba dan it-taboo, dak li jkun forsi jfittex minn fuq l-internet u minn hemmhekk mhux bilfors li se jsib l-informazzjoni korretta.", "Importanti ħafna wkoll li l-contraceptives ikunu disponibbli għax naħseb li huwa diffiċli għal dak li jkun biex imur jixtrihom mill-ispiżerija minħabba proprju t-taboo assoċjata magħhom, speċjalment jekk tkun ta' 16-il sena.", "ETIENNE GRECH: Jeżistu l-magni tal-kontraċettivi.", "Issa li spiżjar ibiegħ il-condoms lil xi ħadd ta' 16-il sena jkun qed jikser il-liġi għax ikun qiegħed jgħinu jwettaq att kontra l-liġi.", "IS-SINJORINA SAMANTHA PACE GASAN: Hija ta' taboo għax tkun għadek żagħżugħ u għax ma tkunx miżżewweġ.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dan il-punt tat-taboo fuq il-contraception illum il-ġurnata nsibha stramba ħafna għax dawn il-contraceptives issib tixtrihom minn supermarkets u minn spiżeriji.", "U allura nsibha ftit stramba li għadna qed nitkellmu fuq dan il-livell meta dawn huma daqshekk disponibbli.", "Jien għamilt il-biċċa l-kbira ta' ħajti naħdem sigħat sħaħ matul il-lejl ġo clubs, eċċ. u dawn issibhom disponibbli anke hemmhekk.", "Ilum għandek id-dispensing machines avolja inqas nafdahom dawn il-magni għax ma tkunx taf kemm ikun ilhom hemmhekk.", "Jiġifieri nerġa' ngħid li naraha ftit stramba li għadna qed nitkellmu fuq dan il-livell imma jekk intom qed tgħidu hekk naħseb li għandna nidħlu fiha wkoll.", "IS-SINJORINA SAMANTHA PACE GASAN: Minn perspettiva ta' żagħżugħa naħseb li iva, għadha taboo li tixtri l-condoms.", "Apparti minn hekk, il-magni li hemm ġo Paceville ma nafx kemm hemm minnhom li jaħdmu.", "Xi ħaġa oħra importanti hija l-edukazzjoni ħolistika, fejn allura ma rridux inħarsu biss lejn is-sesswalità imma anke lejn il-mod ta' kif persuna ġġib ruħha fil-konfront ta' persuna oħra.", "Hija importanti ħafna l-edukazzjoni mhux biss fuq is-sess imma anke fuq ir-relazzjonijiet ma' ħaddieħor.", "IS-SUR JASON ZAMMIT: Fil-fatt bħala youth workers aħna edukaturi non formali, jiġifieri ngħallmu biss barra mill-iskejjel u l-edukazzjoni sesswali naħsbu li għandha tibda - kif kien qed jgħid Dr Briffa, is-sesswologu li tkellem qabilna - miċ-ċokon u tipprogressa gradwalment matul l-adolexxenza.", "L-iskop tal-edukazzjoni għandha tkun biex tagħti sostenn u tipproteġi l-iżvilupp sesswali taż-żgħażagħ.", "Għandha tkun edukazzjoni fejn iż-żgħażagħ jifhmu u japprezzaw is-sesswalità tagħhom u jkollhom relazzjonijiet b'saħħithom u sani filwaqt li jkunu responsabbli kemm tagħhom infushom kif ukoll għal dawk kollha ta' madwarhom.", "Din l-edukazzjoni għandha tgħinhom itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom kif ukoll tas-soċjetà b'mod ġenerali.", "IS-SINJORINA SAMANTHA PACE GASAN: Minħabba l-fatt li l-età hija ta' 18-il sena, persuna ta' 16-il sena li tagħmel atti sesswali, minħabba li tiġi kriminalizzata, se żżomm lura ovvjament din il-positive outlook li jistà jkollha s-sesswalità.", "Huwa importanti li bniedem jesplora s-sesswalità tiegħu għax mhux kulħadd jesprimiha bl-istess mod fl-aħħar mill-aħħar.", "IS-SUR JASON ZAMMIT: Fuq dan il-punt naħseb li waħda mill-aktar affarijiet importanti li hawnhekk ħarġet xi ftit – u rridu nagħmlu ħafna iktar enfasi fuqha – hija li għandha tiġi żgurata ħajja sesswali sana għaż-żgħażagħ in ġenerali u għaldaqstant irridu nieħdu approach ħafna iktar pożittiva lejn is-sesswalità.", "Is-sesswalità ma rridux norbtuha bissa ma' dak li hu negattiv.", "Ovvjament hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dik is-sesswalità li hija l-bogħod minn kull forma ta' diskriminazzjoni, vjolenza jew inkella fejn persuna tiġi mġiegħla li tkun parteċipi f'attivitajiet sesswali mingħajr ix-xewqa tagħha.", "Is-saħħa sesswali u l-benesseri taż-żgħażagħ jirrikjedu li d-drittijiet sesswali jiġu rispettati u protetti.", "IS-SINJORINA SAMANTHA PACE GASAN: Xi ħaġa oħra li nixtiequ ngħidu hija li minħabba li l-età bħalissa hija ta' 18-il sena jista' ikun ukoll li jkun hemm ċerta homophobic reactions mill-ġenituri taż-żgħażagħ, fejn dawn malli jsiru jafu li t-tifla jew it-tifel tagħhom għandhom relazzjoni omosesswali jispiċċaw jagħmlu rapport lil pulizija minħabba l-homophobic reaction tagħhom aktar milli għax il-partner tat-tfal tagħhom kien qed jabbuża minn minorenni.", "Apparti minn hekk irridu nikkonsidraw ukoll l-importanza tal-impatt li jista' ikollok fuq it-tfajliet.", "Irridu naħsbu fid-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel.", "Ovvjament it-tfajliet għandhom aktar ċans li jiġu harassed, li ssir vjolenza fuqhom u kif ukoll għandhom implikazzjonijiet marbuta ma' tqala mhux mistennija.", "Għalhekk irridu nerġgħu mmorru lura għall-edukazzjoni u għall-importanza li l-informazzjoni tkun aċċessibbli.", "IS-SUR JASON ZAMMIT: F'din il-laqgħa ssemmiet ħafna l-age banding u aħna, bħala youth workers naqblu totalment magħha.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq dawk l-adolexxenti li għandhom 16 u 17-il sena.", "Issa l-liġi kif inhi llum …", "ETIENNE GRECH: Żagħżugħ ta' 16-il sena ma' min jista' l-aktar imur?", "Ma' xi ħadd li huwa tliet snin ikbar minnu jew sa ħames snin akbar minnu?", "IS-SUR JASON ZAMMIT: Jien m'għamiltx riċerka imma fl-opinjoni tiegħi wieħed ta' 16-il sena narah ma' xi ħadd ta' 20 sena imma mhux aktar.", "(Interruzzjonijiet) Min-naħa l-oħra billi nbaxxu l-età tal-kunsens sesswali rridu nżommu f'moħħna li se nkunu nistgħu qegħdin nesponu lil ċerti żgħażagħ li huma forsi ftit aktar vulnerabbli għal aktar riskji.", "Nafu wkoll li diġà hemm ċerti liġijiet li jipproteġuhom lil dawn iż-żgħażagħ bħal pereżempju ċ-Child Protection Act.", "Żgur li aħna, bħala edukaturi non-formali nixtiequ li ż-żgħażagħ irawwmu aktar fihom is-sense of agency u din issir biss permezz tal-edukazzjoni, b'mod partikolari permezz tan-non-formal education.", "Hawnhekk qed ngħidu li inti tkun kapaċi tgħid \"le\" u tkun assertiv biżżejjed biex tgħid \"le\" meta tħoss li għandek tgħid hekk.", "Jien nitkellem bħala youth worker u forsi se tgħidu li jien biased għax dejjem insemmi ż-żgħażagħ imma jien għandi mħabba kbira lejn iż-żgħażagħ.", "Il-professjoni tiegħi hija fuq iż-żgħażagħ u jien nemmen li dawn kapaċi.", "Veru hemm l-argumenti psikoloġiċi li jitkellmu fuq kif il-frontal lobe ma jkunx żviluppat sa 25 sena imma allura bl-istess kliem se nibdew nagħtuhom il-liċenzja tas-sewqan ta' 25 sena?!", "Veru li m'hemmx deċiżjonijiet kbar għax kulma trid huwa li tagħfas pedala imma xorta dik hija an executive decision.", "(Interruzzjonijiet) Pereżempju fuq li nagħtu l-vot liż-żgħażagħ kont wieħed minn dawk li dejjem kont favur tagħha …", "DEO DEBATTISTA: Taf għalfejn qed ngħidlek hekk għax hija kompletament differenti u għalhekk qiegħed insemmi l-banding.", "Jekk issuq hija deċiżjoni tiegħek waħdek.", "Jien naqbel ħafna li l-age of consent għandha tinżel imma mbagħad irridu norbtuha mal-banding.", "U jekk l-età tal-kunsens sesswali se nniżżluha għal 16-il sena fl-opinjoni tiegħi għandna nagħmlu l-banding b'massimu ta' ħames snin.", "IS-SINJORINA SAMANTHA PACE GASAN: Jekk ma jimpurtax nixtieq nagħmel kumment fuq dak li għadek kif semmejt fuq kif li biex issuq hija deċiżjoni tiegħek waħdek.", "Fil-verità jekk iż-żagħżugħ jew iż-żagħżugħa hija empowered enough li tagħmel id-deċiżjoni hi, mela d-deċiżjoni tkun għamlitha hi waħedha.", "Għalkemm inti l-att sesswali se tkun ma' persuna oħra, id-deċiżjoni inti se tagħmilha u għalhekk hija importanti ħafna l-edukazzjoni.", "DEO DEBATTISTA: Kien għalhekk li din irbattha mal-banding għax ma nimmaġinax li xi ħadd ta' 16-il sena se jmur ma' xi ħadd ta' 50 sena.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk ikolli ngħid li ħassejt xi ftit ta' kunflitt ta' interess għax il-First Degree tiegħi hija proprju Baċellerat in Youth and Community Studies!", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Bħala persuni li għandkom esperjenza kbira maż-żgħażagħ xtaqt insemmi xi ħaġa magħkom biex nara jekk hijiex verament xi ħaġa reali.", "Żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena meta jiġu biex ifittxu pariri professjonali mingħand tobba jew mill-GU Clinic dwar il-kontraċettivi jew dwar l-STDs jistħu jfittxu din l-għajnuna minħabba l-preżenza tal-ġenituri tagħhom?", "U xi ħaġa oħra, ħafna miż-żgħażagħ, li kif għedna jagħmlu ħafna tipi ta' attivitajiet sesswali, inkluż affarijiet li mhumiex penetrattivi, taħsbu li dawn iż-żgħażagħ huma konxji li l-liġi ma tippermettilhomx li jagħmlu dan?", "U jekk jafu li hija kontra l-liġi forsi aktar tħajjarhom għax iħobbu jisfidaw bħalma qalilna Dr Nicholas Briffa aktar kmieni?", "IS-SUR JASON ZAMMIT: Naħseb li l-GU Clinic ikun aktar youth friendly jew almenu jkollna health clinics … Jekk se nibdlu l-liġi din għandha tkun marbuta magħha għax inkella ma tagħmilx sens li trid tieħu l-ġenituri bilfors miegħek biex tfittex l-għajnuna.", "Imma naħseb li jkollna kliniċi li jkunu aktar youth friendly se tibdel id-dinamika kollha.", "Hemm mudelli bħal dawn li jeżistu fl-Ewropa kollha.", "Jien min-naħa tiegħi nispera li din il-proposta biex tinżel l-età tal-kunsens tgħaddi.", "THE CHAIRPERSON: Intom għandkom pożizzjoni uffiċjali u allura tippreferu li l-età tal-kunsens sesswali tinżel għal 16-il sena?", "IS-SUR JASON ZAMMIT: Aktar milli l-Aġenzija Żgħażagħ nixtieq nitkellem f'isem il-youth workers li jaħdmu fl-Aġenzija Żgħażagħ.", "U l-youth workers li tkellimt magħhom jiena kollha jaqblu magħha din.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Qegħdin ngħidu li se nniżżlu l-età tal-kunsens sesswali għall-età ta' 16-il sena.", "Fl-istess ħin qed ngħidu li għalkemm ta' 16-il sena hija l-aktar età favorevoli, xorta jista' ikollok l-eċċezzjonijiet jew id-dubji fuq ċerti individwi minħabba li forsi jkunu għadhom ma laħqux il-maturità psikoloġika biex jieħdu ċerti deċiżjonijiet f'ħajjithom.", "Il-karattru tagħhom ikun għadu mhux għal kollox żviluppat u l-istess għall-personalità tagħhom.", "Jista' ikun hemm ukoll xi żagħżugħ li jkun għaddej minn xi kriżi ta' identità jew minn xi adjustment disorders minħabba l-eżamijiet jew xi ħaġa oħra.", "Allura forsi għandna nagħmlu bħal pajjiżi oħrajn fejn dawn, għalkemm introduċew il-banding, li jien personalment naqbel ħafna miegħu, inżidu kondizzjoni oħra fejn il-ġenituri ta' dak iż-żagħżugħ jew żagħżugħa jistgħu jgħidu li mhux se jagħtu dak id-dritt lit-tifel jew tifla tagħhom?", "Fhimtni x'qiegħed nipprova ngħid?", "IS-SINJORINA SAMANTHA PACE GASAN: Naħseb li fhimtek u jkolli ngħid li ma naqbilx miegħek.", "Jien naħseb li jekk se tagħti d-dritt liż-żagħżugħa li tagħżel hi, mela l-ġenituri tagħha m'għandhomx jeqilbu dik id-deċiżjoni.", "U hawnhekk nerġa' immur lura għall-punt tal-homophobia.", "Jiġifieri naħseb li jekk se tagħti dritt, dak id-dritt huwa tiegħek u hemmhekk you are empowering the young people sabiex jieħdu deċiżjoni huma fuq ġisimhom u fuq is-sesswalità tagħhom, irrispettivament minn dak li jaħsbu ommhom u missierhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDRICK AZZOPARDI: Inti għedtilna li taqbel li l-età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena u għedtilna wkoll li jista' ikun hemm diffikultajiet għal dawk iż-żgħażagħ li huma vulnerabbli.", "Fl-opinjoni tiegħek x'taħseb li għandu jsir biex tiġi salvagwardjata l-opinjoni ta' dawn il-persuni vulnerabbli?", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR JASON ZAMMIT: Naħseb li rridu nagħfsu ħafna fuq l-edukazzjoni u l-edukazzjoni għandha tibda miċ-ċokon, mit-tfal żgħar u li tibqa' tiela' għaż-żgħożija.", "Naf li diġà qed isiru xi affarijiet u li meta kien ġie introdott is-suġġett tal-PSD, dan kien proprju wieħed mill-iskopijiet tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li jrid isir aktar xogħol.", "U waqt il-pubertà it-tfal iridu diġà jibdew jifhmu x'qed jiġri minn ġisimhom.", "U dak hu l-punt kollu tal-edukazzjoni.", "Bħala Aġenzija Żgħażagħ nemmnu li l-edukazzjoni hija l-qofol ta' kollox.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom tal-preżentazzjoni tagħkom.", "Issa nsejjaħ lir-rappreżentanti tal-Pulse sabiex jersqu mal-mejda ħalli jagħtuna l-preżentazzjoni tagħhom.", "ETIENNE GRECH: Ta' min ifakkar ukoll li ġew mistiedna wkoll rappreżentanti mill-Medical Students Association u mill-iStudenti Demokristjani Maltin imma dawn ma setgħux jattendu minħabba l-eżamijiet.", "GODFREY FARRUGIA: Dawn kollha qablu pubblikament li l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel għal 16-il sena.", "U dan għamluh permezz ta' stqarrijiet li ġew reġistrati wkoll fil-gazzetti.", "THE CHAIRPERSON: Peress li jien m'għandix l-ismijiet kollha tagħkom nitlobkom tgħidu x'jisimkom qabel titkellmu.", "Kif tafu din id-diskussjoni hija waħda ongoing bejn dawn it-tliet kumitati u se nibqgħu għaddejjin bid-diskussjonijiet sakemm naħsbu li nkunu eżawrejna s-suġġett kollu.", "Għaldaqstant nitlobkom tressqu l-preżentazzjoni tagħkom u wara nagħmlulkom il-mistoqsijiet tagħna.", "IS-SUR WAYNE SAMMUT (President tal-Pulse): L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina u rrid ngħid li l-ewwel darba li konna tkellimna fuq dan is-suġġett kien meta semmiha l-Onor.", "U bi pjaċir ninnota li din ma baqgħetx fuq widnejn torox għax fl-aħħar mill-aħħar wasalna għal xi ħaġa konkreta.", "Din kienet l-ambizzjoni tagħna.", "Issa se nagħmel riferenza qasira għall-ewwel stqarrija li konna ħriġna imma l-ewwel għandi xi ftit punti żgħar fuq l-andament ta' kif ipproċediet …", "L-iskop prinċipali tagħna huwa dak li fl-aħħar mill-aħħar nitkellmu u niddiskutu din il-proposta ħalli jkun hemm verament tibdil fil-liġi.", "L-importanti li jkun hemm xi ħaġa matura li biha naslu għal xi ħaġa konkreta.", "Malta qiegħda tliet snin aktar mill-medja Ewropea.", "Min-naħa tagħna kien hemm ukoll qbil mal-INSL għax iddisskutejniha magħhom imma mhux qegħdin hawnhekk l-aktar biex nitkellmu fuq l-aspett legali imma aktar irridu nitkellmu fuq il-kunċett fih innifsu.", "Ikolli ngħid li rajna inkonsistenza legali għax pereżempju tista' tpejjep ta' 18-il sena, tistà tiżżewweġ ta' 16-il sena, tistà tixrob l-alkoħol ta' 17-il sena, eċċ. Għandek dawn l-inkonsistenzi legali li hemm bżonn li jinbidlu.", "Tkellimna wkoll favur il-Head tal-GU Clinic li tkellem favur din il-proposta.", "Bażikament dik kienet l-ewwel stqarrija tagħna, fejn dak li konna għedna għadna nemmnu fih sal-lum.", "Aħna l-liġi aktar qed narawha bħala xi ħaġa li qiegħda tbeżża mentri l-iskop prinċipali tagħha huwa dak li tipproteġi.", "Aħna liż-żgħażagħ ma rridux inbeżżgħuhom imma rridu nipproteġuhom.", "Il-punti prinċipali li ħejjejna għal-lum huma dawn:", "L-Organizzazzjoni Pulse hija favur id-dibattitu rigward l-age of consent bħalma diġà kkjarifikajna f'Jannar li għadda.", "Speċjalment meta wieħed jikkonsidra l-fatt li Malta hija waħda fost l-iktar pajjiżi konservattivi minn dan l-aspett, flimkien mal-Vatikan u t-Turkija.", "L-age gap li hemm bħalissa, u li ġiet stabbilita fost il-maġġoranza tal-Unjoni hija dik ta' bejn l-14 u s-16-il sena.", "L-introduzzjoni tal-age of consent ta' 16-il sena fl-Ingilterra kienet fl-1885 u llum il-ġurnata qegħdin f'diskussjoni biex jerġgħu jniżżlu l-età għal 14-il sena.", "Huwa minnu li għandna nipproteġu lit-tfal u lill-minuri mill-abbuż, u li dan għandu jsir minn aspett legali, però dan diġà qed isir mill-fatt li fl-2007 Malta, flimkien ma' stati oħra ffirmat il-Lanzarote Convention kif ukoll id-Direttiva Ewropea 2011/92/EU.", "Bihom il-leġiżlatur jipprovdi protezzjoni għall-minuri mhux biss mill-aspett fiżiku imma anke mill-aspett ta' prostituzzjoni u pornografija.", "B'hekk tali minuri huma protetti fuq livell livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali.", "Bħalma diġà għedna qabel aħna naqblu ma' dan id-dibattitu u naqblu l-aktar ma' dawn il-punti sussegwenti:", "Hemm inkonsistenza mal-liġijiet.", "Eżempji ċari ta' dan huma li persuna ta' 16-il sena tistà tiftaħ kont bankarju, tistà tiddeċiedi xi trid tagħmel fil-futur u hija meqjusa responsabbli quddiem il-Qorti.", "Iżda mbagħad hija l-istess liġi li ma tħallix lil dak l-istess bniedem jagħmel li jrid b'ġismu.", "Huwa dover tal-Gvern, tal-Parlament u tal-iskejjel li jippromwovu l-edukazzjoni sabiex iż-żgħażagħ ikunu jafu x'inhu dak li għandhom jagħmlu bħala protezzjoni mill-mard, fosthom l-STIs u l-STDs, li llum il-ġurnata saru aktar komuni.", "Iridu jagħmlu wkoll aċċessibbli x-xiri tal-kontraċettivi u m'għandhomx jibżgħu milli jagħmlu dan.", "Apparti minn dan nemmnu wkoll li minn aspett edukattiv, l-iskejjel għandhom ikunu aktar inklussivi għal nies LGBTQI.", "B'dan il-mod jeliminaw l-istigma u jkunu ta' appoġġ għall-istudenti omosesswali, bisesswali, transgender u dawk li għandhom kwestjoni ta' identità tal-ġeneru.", "Il-fear factor li hemm fost il-minuri llum hija konsegwenza tal-fatt li bosta ma jieħdux il-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex ma jinqabdux tqal, kif ukoll għala dawk iż-żgħażagħ 'il fuq minn 18-il sena jistgħu jiġu inkriminati fuq korruzzjoni ta' minorenni.", "Dan jistà jiġri kemm min-naħa tal-ġenitur kif ukoll tal-persuna l-oħra nvoluta bħala mod ta' tpattija.", "Din nemmnu li hemm bżonn ta' tibdil radikali fuqha.", "Is-suġġerimenti prinċipali tagħna huma tlieta;", "Li bħalma diġà spjegajna qabel l-iskejjel u dawk kollha involuti fuq livell edukattiv jgħallmu lill-istudent x'jiġifieri meta jkollok x'taqsam ma' persuna, li tkun parti minn organizzazzjoni LGBTQI u l-inklużjoni tagħhom, u l-modi ta' prevenzjoni kontra l-mard.", "Li jkun hemm condom dispensers ġewwa skejjel post-sekondarji u ġol-universitajiet.", "Naħsbu li huwa lok li dan jiġri llum il-ġurnata, speċjalment meta wieħed iqis li xorta hemm studenti li jkollhom x'jaqsmu ġewwa l-Università.", "It-tielet u l-aħħar suġġeriment tagħna huwa dak ta' banding.", "Proposta li diġà ppropona l-Kunsill Mediku.", "Il-proposta tal-banding naqblu magħha u fl-opinjoni personali tiegħi nemmen li din għandha tkun ta' 5 snin.", "Mela jekk xi ħadd għandu 16-il sena jista' jkun ma' xi ħadd li għandu massimu ta' 21 sena.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nitlob issa lis-Sur Joe Masini biex jagħtina l-preżentazzjoni tiegħu fuq il-kontraċettivi.", "IS-SUR JOSEPH MASINI (Segretarju Ġenerali Pulse): Filwaqt li nirringrazzjakom tal-opportunità li tajtuna, jien nixtieq inkompli ma' dak li qal is-Sur Sammut, b'mod speċjali fuq il-punt tal-fear factor.", "Jien segwejt b'interess dan il-proċess u hawnhekk aħna nistgħu nkomplu nifformolaw il-pożizzjoni tagħna.", "Fil-fatt ħriġna żewġ press releases; waħda f'Jannar u l-oħra l-ġimgħa li għaddiet u din saret b'reazzjoni għal dak li ġie rrapportat fil-media dwar dak li kien qal l-Onor.", "Godfrey Farrugia dwar li qed nistennew bidla fil-liġi matul is-sena li ġejja.", "Min-naħa tagħna tkellimna wkoll dwar dak li qalet il-Kummissarju għat-Tfal meta ġiet f'dan il-Kumitat biex tagħti l-preżentazzjoni tagħha.", "U l-Kummissarju kienet qalet li l-inkwiet tagħha kien minħabba n-nuqqas ta' edukazzjoni.", "Aħna naqblu li hemm bżonn ta' bażi fl-edukazzjoni u l-punt ta' prinċipju tagħna hu li din il-liġi għandha tidħol.", "Jiġifieri b'mod inekwivoku aħna favur li l-età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena imma ovvjament b'ċerti riservi fosthom dak tal-banding.", "Imma naqblu li din għandha tiġi kumplimentata permezz tal-edukazzjoni.", "Madankollu meta ħarisna lejn l-aspett tal-edukazzjoni ma qbilniex ma' ċerti punti li semmiet il-Kummissarju għat-Tfal, fosthom meta qalet li din il-liġi se toħloq speċi ta' snowball effect u se tkun aktar ta' dannu milli ta' ġid.", "Aħna ħarisna b'mod telegrafiku lejn is-sitwazzjoni edukattiva fejn tidħol l-edukazzjoni sesswali ġewwa Malta u rajna li sfortunatament hemm bżonn - qiegħed jinħass aktar dan il-bżonn aktar ma jgħaddi ż-żmien - ta' edukazzjoni ħolistika, edukazzjoni li kif qal Dr Nicholas Briffa ftit tal-ħin ilu għandha tibda minn età żgħira.", "Ma jistax ikun li l-edukazzjoni sesswali tibda minn 13 jew 14-il sena!", "(Interruzzjonijiet) Aħna din narawha bħala tarġa tarġa, jiġifieri għandek tibda minn età żgħira u tintroduċi l-idea bil-mod il-mod, anke l-idea ta' ġeneru.", "U hawnhekk nixtieq naħseb li qed ngħix ġo Malta li hija liberali.", "Malta liberali hija Malta li tħaddan lil kulħadd u biex inkomplu nsaħħu l-liġijiet bħalma huma l-Gender Idenity bill u s-Civil Union Act jeħtieġ li jekk se nagħmlu politika inklussiva ta' edukazzjoni sesswali, ma tkunx tassew inklussiva jekk din tħalli barra r-realtajiet ta' dawk iż-żgħażagħ LGBT.", "Kif nafu għandna studenti li huma transsesswali u oħrajn li huma gay, u dawn huma kollha realtajiet li l-istudenti jiffaċċjaw b'mod normali.", "U aħna nemmnu li l-iskejjel u l-edukaturi tagħna għandhom ikunu on the frontline.", "Pereżempju dan l-aħħar smajna b'mod tanġibbli l-istorja ta' Caitlyn Jenner.", "Dan kien atleta mill-aqwa u għamel 65 sena sħaħ iħossu mwieled bħala sess mod imma hu ma ddentifikax ruħu ma' dak is-sess li twieled bih.", "Jiena naħseb li lkoll kemm aħna għandna dmir, kemm bħala soċjetà ċivili u kemm intom bħala leġislaturi, li nassiguraw li ħadd ma jgħaddi minn dan il-martirju u minn din it-tbatija.", "Nixtieq nagħmel ukoll spunt żgħir fuq dak li qalet l-Onor.", "Jien personalment nixxokkja ruħi kif fl-2015 fl-Università ta' Malta għad m'hemmx condom dispenser waħda u li fl-2009 kienet saret proposta minn għaqda studenteska sabiex tiġi installata din il-condom dispenser imma tali proposta kienet ġiet rifjutata.", "Jien naħseb li llum fl-2015, - mhux għall-condom dispenser innifsu imma għat-tifsira tiegħu - fl-Università ta' Malta, f'din l-istituzzoni terzjarja, li tilqà fiha lil kulħadd u li tilqà fiha r-realtajiet kollha tas-soċjetà tagħna għandha tkun hemmhekk sabiex teduka lill-istudenti b'mod tanġibbli.", "Meta aħna nħarsu lejn l-edukazzjoni, qegħdin inħarsu lejn l-edukazzjoni hands on kemm jistà jkun.", "Jien ma naqbilx mal-argument li llum tistà tmur tixtri l-kontraċettivi over the counter huwa biżżejjed jew li Paceville huwa mimli magni tal-kontraċettivi għax hemmhekk diġà qiegħed toħloq l-idea li l-kontraċettivi huma xi ħaġa ta' Paceville.", "Aħna nemmnu li t-tibdiliet isiru jekk il-kontraċettivi jkunu disponibbli u li kemm jistà jkun tinnormalizzahom.", "Issa mhux qed ngħid li għandna nagħmluhom bħala xi ħaġa trivjali imma li kemm jista' ikun nagħmluhom bħala xi ħaġa normali.", "Pereżempju aħna ninsabu ċari fil-pożizzjoni tagħna u jekk l-età tal-kunsens sesswali se tinżel għal 16-il sena, bħala għaqda nemmnu li għandu jkun hemm condom dispenser fl-iskejjel post-sekondarji, jiġifieri fil-Junior College, fil-Gozo Sixth Form u fil-Higher Secondary.", "Dan għaliex nemmnu li għandna nikkumplimentawha l-liġi.", "THE CHAIRPERSON: Jien kif għedt il-First Degree tiegħi hija fil-youth work u jekk qed naraw l-istatistika kollha li qiegħda tgħid li 50% taż-żgħażagħ qed ikollhom rapporti sesswali, irridu nkunu mġienen biex nibqgħu nsostnu din il-politika!", "Aħna qegħdin nesponu lit-tfal tagħna għal ċertu tip ta' mard mingħajr ma nagħtuhom l-għodda biex jipproteġu ruħhom mill-mard.", "IS-SUR WAYNE SAMMUT: Dak hu l-punt prinċipali tagħna u dik kienet l-ewwel quote li ħriġna biha meta ħriġna l-istqarrija tagħna u ċjoè li l-liġi qiegħda tbeżża' minflok tipproteġi.", "Jekk l-istatistiċi qed juruna li għandna dan l-ammont ta' żgħażagħ li qed jagħmlu hekk, mela jew se nibqgħu nbeżżgħuhom u nħalluhom kif inhuma jew inkella se ngħidulhom …", "THE CHAIRPERSON: Jew se ndaħħlu rasna fir-ramel u ngħidu li din ir-realtà ma teżistix jew inkella se ngħidu li dik hi r-realtà u se naraw kif nistgħu nindirizzawha bl-aktar mod tajjeb.", "Il-mod ta' kif qed tirraġunaw intom huwa tajjeb.", "IS-SUR JOSEPH MASINI: Bħalissa l-politika tal-prevenzjoni sesswali u tal-edukazzjoni tibbaża ruħha fuq il-premessa tal-astinenza mis-sess.", "Issa filwaqt li ma rridx ninstema' b'xi mod li jien xi wieħed liberitarju, onestament nemmen li llum - jidher li hawn qbil li din ma ġratx tort ta' xi ħadd jew tort ta' xi liġi antikwata - tant kemm sar moviment u tant inbidlet ir-realtà li jħabbtu wiċċhom magħha ż-żgħażagħ li naħseb li din il-politika ta' prevenżjoni sesswali u tal-edukazzjoni għandha bżonn li tiġi riveduta.", "Li llum taqbad u tmur fuq l-istudent u tgħidlu fl-ewwel lezzjoni dwar l-edukazzjoni sesswali li għandu jastjeni naħseb li hemmhekk se tkun qiegħed timmina mill-ewwel ir-rilevanza tal-politika nnifisha għaliex nafu li llum ir-realtà nbidlet.", "Nerġà ngħid li bl-ebda mod ma rridu nfissru li l-edukazzjoni sesswali hija xi ħaġa trivjali.", "Anzi qegħdin ngħidu li hemm bżonn ta' edukazzjoni sesswali aktar rilevanti u allura aktar b'saħħitha.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Min-naħa tiegħi nixtieq l-ewwel ħaġa ngħidilkom prosit tal-preżentazzjoni li tajtuna.", "U bħala mistoqsija xtaqt inkun naf x'taħsbu fuq il-banding?", "IS-SUR WAYNE SAMMUT: Personalment nemmen li l-banding għandu jkun sa massimu ta' ħames snin u allura xi ħadd ta' 16-il sena jista' imur ma' xi ħadd li għandu 21 sena.", "Ladarba wieħed ikollu 18-il sena ma narax li għandu jkun hemm xi ħaġa li torbtu.", "La jkollok 18-il sena naħseb li għandu jkollok id-dritt għal kollox imma li jkun hemm banding għal min għandu 16-il sena naħseb li tkun qiegħed tagħtihom protezzjoni aħjar.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden lis-Sur Mifsud sabiex jagħmel l-intervent tiegħu wkoll u b'hekk inkunu smajna lil kulħadd.", "IS-SUR ARYTON MIFSUD (Viċi President Pulse): Rigward il-banding naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Debattista għax għandu jkun hemm ċerti kontrolli.", "Jien nemmen li din il-liġi kapaċi tkun ta' - mal-ħafna liġijiet progressivi oħra li diġà għaddew – build-up tajba anke mil-lat edukattiv.", "Qegħdin nitkellmu ħafna fuq l-edukazzjoni u dak huwa sinjal tajjeb.", "Kif semma' tajjeb is-Sur Masini qabli huwa pjuttost redikolu li qed nippromwovu l-edukazzjoni biex innaqqsu l-età tal-kunsens imma fl-istituzzjonijiet edukattivi m'għandekx dawk l-affarijiet fundamentali li jorbtu ma' din il-liġi!", "Nemmen li l-punt li jmiss huwa dak li terġa' tonqos l-età li jiġi mgħallem il-PSD.", "Mela allura ejjew inħarsu aktar 'il quddiem biex din il-liġi, mil-lat ta' edukazzjoni sesswali tkun ta' build-up għal liġijiet oħra biex inkunu nistgħu nemendaw u forsi ndaħħlu wkoll ċerti dixxiplini.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jien nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet u l-ewwel waħda hija fuq l-edukazzjoni.", "Kulħadd tkellem fuq kif għandha tiżdied l-edukazzjoni imma mil-liema aspett taraw li għandha tiżdied l-edukazzjoni?", "Pereżempju fl-Università hemm xi ċentru li jagħti pariri dwar is-sesswalità u l-imħabba?", "It-tieni mistoqsija hija din; intom semmejtu li l-edukazzjoni speċi tiffoka fuq kif is-sess fiż-żwieġ biss imma taqblu li l-edukazzjoni għandha tenfasizza ħafna fuq kif is-sesswalità u l-imħabba għandhom ikunu xi ħaġa family based u li jiffokaw fuq il-prinċipji u l-valuri tal-familja biex anke intom iż-żgħażagħ tal-futur tapprezzaw il-benefiċċji ta' familja magħquda?", "U taqblu li tfajla ta' 16 jew 17-il sena tistà tmur il-GU Clinic jew għand it-tabib tagħha biex tieħu xi tip ta' parir mingħajr ma jkunu jafu l-ġenituri tagħha?", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ħalli nibda fuq l-ewwel punt dwar l-edukazzjoni.", "Meta bħala għaqda ħarisna lejn l-aspett edukattiv rajna li l-akbar problema kienet dik tar-rilevanza.", "Il-mod ta' kif illum qegħdin nedukaw fuq l-imġieba sesswali, fuq l-att sesswali nnifsu u fuq x'jikkostitwixxi familja, naħseb li hemm bżonn li nġibuh aktar rilevanti għal-lum.", "U allura biex inwieġeb il-mistoqsija tiegħek fuq jekk għandniex nibbażaw xorta waħda l-viżjoni tagħna ta' edukazzjoni li tkun family based, hemmhekk ngħidlek li iva, dażgur li naqbel.", "Li rridu niftakru hu li l-konċett tal-familja llum qiegħed jinbidel.", "Familja hija bejn mara u raġel?", "Bejn raġel u raġel?", "Bejn mara u mara?", "Dan irridu narawh ukoll fid-dawl tal-liġijiet li għaddew is-sena li għaddiet.", "Anke l-idea tal-ġeneru, fejn illum qed nitkellmu mhux biss fuq transgender imma qegħdin nitkellmu wkoll fuq affarijiet ġodda li qegħdin insiru aktar konxji tagħhom issa.", "U allura għandek kwestjonijiet ta' gender binary, gender fluid, eċċ. u allura naħseb li l-politika tal-edukazzjoni sesswali għandha tkun waħda inklussiva f'dan is-sens ħalli nġibuha aktar rilevanti.", "Affarijiet li huma ġodda għalina llum, fortunatament se jkunu affarijiet normali għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Aħna rridu nkunu dawk li nħarsu 'l quddiem sabiex dak il-livell ta' normalità li se jilħqu fis-soċjetà jkunu ppreparati għalih.", "Issa fir-rigward tal-Università nerġà ngħid li waħda mill-aktar problemi hija li mil-livell sekondarju għal-livell post-sekondarju, għalkemm f'dan il-livell hemm ċerta edukazzjoni bażika, x'ħin niġu għall-Università insibu li għandna a complete break u dik il-kontinwità fl-edukazzjoni ma tkomplix.", "Nerġà ngħid li hija tal-mistħija li fl-2015 m'hemmx magna tal-kontraċettivi fil-bini tal-Università!", "U nerġa' ngħid li qed ngħid hekk mhux għall-magna per se imma għas-sinifikat tagħha.", "ETIENNE GRECH: Jeżisti xi ċentru li jista' jagħti lill-istudenti universitarji pariri fuq is-sesswalità, kontraċezzjoni, eċċ.?", "IS-SUR JOSEPH MASINI: L-infrastruttura mhux qiegħda hemm!", "THE CHAIRPERSON: Imma intom bħala Pulse, tagħtuh dan is-servizz?", "IS-SUR JOSEPH MASINI: Aħna bħala Pulse li se nagħmlu hu li matul is-sena se nerġgħu ngħaddu mill-proċess li għaddiet l-għaqda l-oħra fl-2009 u allura se nerġgħu nibdew il-proċess biex titwaħħal magna tal-kontraċettivi ġewwa l-Università.", "Almenu nixtiequ li dik tkun il-bidu min-naħa tagħna għaliex nemmnu li tista' tkun il-bidu ta' diskussjoni serja u matura fuq l-edukazzjoni sesswali.", "Mhijiex raġuni li ngħidu li l-kontraċettivi huma disponibbli minn fuq l-ixkaffa għax jekk għandek student ta' 16 jew 17-il sena li dan ġo moħħu hija taboo, - it-taboo se tiġi għax jiġi influwenzat mis-soċjetà u anke parzjalment mil-liġi kif inhi bħalissa – allura żgur li se jibżà biex imur jixtrihom over the counter!", "Aħseb u ara jekk dawn l-affarijiet ma jkunux normalizzati.", "ETIENNE GRECH: Taqblu li żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena għandhom imorru waħedhom għand it-tabib jew għand il-ġinekologu?", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fil-ħajja għandu jkollok xi tip ta' kontroll.", "Issa meta inti tkellimt fuq il-PSD għedt li l-ewwel regola li jitgħallmu l-istudenti hija dwar l-astinenza.", "Inti hemmhekk qiegħed tifhem li għandu jkollna astinenza totali u allura ma' ssir l-ebda forma …", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Imbagħad wara nitlobkom tagħmlu l-winding-up għax qiegħed isir il-ħin.", "GODFREY FARRUGIA: Meta ltqajt mal-Pulse u tkellimt ukoll fil-konferenza tagħhom, tant staqsewni mistoqsijiet li naħseb tajt ir-risposti kollha hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: Nitlobkom biex tieħdu minuta kull wieħed ħalli tagħmlu l-winding-up tal-argumenti li tixtiequ tagħmlu u mbagħad warajkom l-Onor.", "Etienne Grech, Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, se jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "Nixtieq infakkarkom li dan huwa riżultat ta' diskussjoni li qiegħda ssir bejn tliet kumitati parlamentari; il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali li ċ-Chairperson tiegħu hija l-Onor.", "Deborah Schembri, u li llum ma setgħetx tkun magħna għax qiegħda tattendi kumitat ieħor; il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja li jien hu ċ-Chairperson tiegħu u; il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa li ċ-Chairperson tiegħu huwa l-Onor.", "Dan kien sforz kollettiv u tajjeb ngħidu li din hija xi ħaġa ta' evoluzzjoni għax kif qalilna Dr Franco Debono, huwa kien ipprova jagħmilha ħames snin ilu imma dak iż-żmien il-proposta tiegħu kienet waqgħet fuq widnejn torox.", "Illum il-Parlament qisu għandu amministrazzjoni aktar miftuħa u kien hemm diversi persuni li mbuttaw minn diversi angoli sakemm wasalna għal dan il-punt.", "ETIENNE GRECH: U ħadd ma kien oġġezzjona għal din il-proposta ħlief għall-Kummisarju għat-Tfal.", "THE CHAIRPERSON: Mela nitlob lir-rappreżentanti tal-Pulse sabiex jagħmlu l-konklużjonijiet tagħhom.", "Grazzi.", "IS-SUR JOSEPH MASINI: Rigward il-mistoqsija tal-Onor.", "Azzopardi jiena naħseb li la għandna mmorru f'estrem wieħed u lanqas għandna mmorru fl-estrem l-ieħor.", "Jiġifieri m'għandniex ngħidu astinenza totali u lanqas għandna ngħidu li rridu nkunu free for all. Hawnhekk naqbel mal-Onor.", "Grech u ċjoè li kollox għandu jkun fl-ambitu tal-familja imma ejjew inżommu f'moħħna li l-familja llum qiegħda tinbidel.", "Aħna t-tnejn Għawdxin u lkoll kemm aħna nafu li f'ambitu ta' komunità żgħira bħalma hi Għawdex il-problema se tiġi amplifikata aktar u l-biżgħa se tkun akbar.", "U naħseb li hemmhekk hemm bżonn ta' attenzjoni partikolari.", "Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lilkom il-Membri ta' dan il-Kumitat talli ftaħtulna l-bibien tal-Parlament.", "Qegħdin nieħdu gost ħafna li ġejna kkonsultati bħala studenti.", "Bħala Pulse aħna dejjem nimxu bil-filosofija li l-istudenti għandhom ikunu fiċ-ċentru tad-diskussjoni u għandhom jiġu integrati bħala parti mis-soċjeta ċivili.", "U għaldaqstant nixtieq nirringrazzjakom.", "Rigward l-età tal-kunsens sesswali jeħtieġ li neliminaw il-biżgħa.", "Naħseb li hawnhekk għandna liġi li mill-aspett legali, mill-aspett soċjoloġiku u mill-aspett sesswali qiegħda toħloq biżgħa fost iż-żgħażagħ tagħna.", "L-appell tiegħi hu sabiex nibqgħu għaddejjin b'dan il-momentum li qbadna bħala pajjiż, l-ewwel permezz tas-Civil Union Act u mbagħad permezz tal-Identity Gender Bill.", "Naħseb li kieku jkolli ngħaqqadhom kollha flimkien neliminaw il-biżgħa mill-imħabba.", "Mingħajr ma ninstema retoriku ż-żejjed imma ejjew neliminaw kemm jista' ikun it-taboo fuq l-imħabba konsenswali għax hawnhekk tajjeb li nispeċifikaw li aħna dejjem qegħdin nitkellmu fuq relazzjoni konsenswali bejn iż-żgħażagħ tagħna.", "Naħseb li ż-żgħażagħ tagħna għandhom jiġu empowered u mhux jiġu suġġetti għall-biżgħa.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR WAYNE SAMMUT: Il-kummenti konklussivi tiegħi huma li ejjew ma nieqfux hawnhekk.", "Bħala għaqda, apparti milli tkellimna fuq din l-issue, fassalna wkoll target date għax tant nemmnu li l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel li rriduha tgħaddi mill-Parlament mill-aktar fis possibbli.", "Ma rridux nieqfu hawnhekk u aħna lesti li nikkolaboraw ma' kull entità soċjali, inkluż mal-Parlament u mal-Kummissarju għat-Tfal.", "Jekk mhux sejjer żball il-Kummissarju għat-Tfal hija l-unika entità li hija pjuttost konservattiva fuq din il-proposta.", "Fil-pajjiż hawn qisu kunsens li l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel u min-naħa tagħna se nkomplu nitkellmu fuqha.", "Li nixtieq jien hu li nagħtu idea ċara lill-istudenti kif ukoll liż-żgħażagħ għalfejn se tinżel l-età tal-kunsens u nispjegawlhom li issa li se nniżżluha ma jfissirx li nistgħu nagħmlu li rridu.", "Il-PSD għalhekk qiegħed hemmhekk u rridu nkomplu nedukaw għax l-edukazzjoni hija s-sinsla ta' kollox.", "U minn hemmhekk ikollna katina ta' ideat u anke isitutuzzjonijiet konċernati li bihom inkomplu f'din il-mixja progressiva ta' liġijiet biex il-pajjiż ikompli jimxi 'l quddiem.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Sur Aryton Mifsud u mbagħad wara l-Onor.", "Grech jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "IS-SUR ARYTON MIFSUD: Bażikament b'riferenza għal dak li qalet il-Kummissarju għat-Tfal fuq l-età tal-kunsens sesswali, il-Kummissarju tkellmet l-aktar fuq l-edukazzjoni u aħna naqblu fuq l-edukazzjoni.", "L-edukazzjoni fiha nnifisha tista' tgħallem għax hawnhek għandek kunċett suġġettiv, jiġifieri aħna rridu iktar xi ħaġa li tkun tanġibbli u mbagħad ħalli l-edukazzjoni tippreċedi.", "Imma l-ambizzjoni tagħna hi li fl-aħħar mill-aħħar jekk hemm imqar żagħżugħ wieħed bejn is-16 u t-18–il sena li din il-liġi se tkun qiegħda tipproteġih, mela aħna se niffukaw fuq dik.", "Xi ħaġa oħra li hija tajba hi li persuna ta' 16-il sena tistà tmur ġo klinika waħedha mingħajr ebda biża'.", "Bħala għaqda aħna ngħixu ma' dawn iż-żgħażagħ u ngħixu ma' dawn ir-realtajiet.", "Min ikun miftuħ biżżejjed kapaċi jgħidilna minn xiex jgħaddi.", "Aħna rridu li leħen l-istudent verament inwassluh hawnhekk.", "Grazzi.", "ETIENNE GRECH: Li nixtieq ngħid hu li s'issa għamilna tliet laqgħat fejn iltqajna ma' ħafna esperti u diversi żgħażagħ li tkellmu fuq din il-proposta.", "U nistgħu ngħidu li kollha qablu magħha ħlief għall-Kummissarju għat-Tfal li ssuġġeriet li għandha tiġi dikriminalizzata u mhux tinżel l-età tal-kunsens sesswali.", "Anke Dun Joseph Mizzi, id-Direttur ta' Kana, ma wera l-ebda oġġezzjoni fuq din il-proposta.", "Ħadt pjaċir ħafna bil-kontribuzzjoni tal-għaqda Pulse għaliex fhimtu li jekk tonqos l-età tal-kunsens mhux se nagħmluha b'sens li se nagħtu xi free ticket liż-żgħażagħ sabiex jagħmlu li jridu imma dan qed nagħmluh minħabba li hemm ċerta vantaġġi legali minħabba dawk il-persuni li jistgħu jiġu inkriminati għal xejn b'xejn minħabba xi vendikazzjoni.", "Hemm il-vantaġġ li żgħażagħ ta' 16 jew 17-il sena jkunu jistgħu jieħdu kura għall-STDs minflok jaħbuhom u jkomplu jxerrduhom.", "U hemm ukoll il-vantaġġ tal-kontraċezzjoni biex innaqqsu r-rata għolja ta' teenage pregnancies li għandna hawn Malta.", "Hemm ukoll ħafna affarijiet oħra, speċjalment legali, li m'għandix dubju li dan il-pass se jkun ta' benefiċċju.", "Min-naħa tiegħi naqbel ukoll mal-banding.", "Hawnhekk nixtieq nitlob lill-Membri ta' dan il-Kumitat biex min għandu xi suġġerimenti dwar min nistgħu nkellmu aktar, jinforma lili jew inkella lis-Segretarja Anna Coleiro.", "Nixtieq nitlob ukoll lil Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, sabiex tibda tħejji r-rapport tagħha fuq din id-diskussjoni u mbagħad wara li jiġi approvat inkunu nistgħu ngħadduh lill-iSpeaker tal-Kamra kif ukoll lill-Ministru konċernat.", "Ovvjament f'dan ir-rapport se jkun hemm ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "Fil-laqgħa li jmiss se nanalizzaw ir-rapport u nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħna biex ikunu jistgħu jidħlu f'dan ir-rapport.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:11 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150610_010d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 10", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa", "L-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:52 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja ppreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: l-Onor.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 9 li saret nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Jacob Portelli u lis-Sur Charles Mercieca, Public Relations Officer u Marketing Officer rispettivament tal-Għaqda Studenti Liġi, lil Dr Nicholas Briffa, Clinical Psychologist and Trainee Sexologist, Dr Franco Debono, Kummissarju għal-Liġijiet, lis-Sur Jason Zammit, Youth Policy Officer mal-Aġenzija Żgħażagħ u lis-Sinj.", "Samantha Pace Gasan, Membru tal-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ, u lis-Sur Wayne Sammut, is-Sur Ayrton Mifsud u s-Sur Joseph Masini, President, Viċi-President u Segretarju Ġenerali tal-Għaqda PULSE biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Nicholas Briffa ressaq preżentazzjoni intitolata:", "Samantha Pace Gasan taw preżentazzjoni ntitolata:", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fid-9:11 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150610_010m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2015 fl-10:30 am", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqgħu nhar il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2015 fl-10:30 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Kummissarju Karmenu Vella, responsabbli mill-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd, dwar il-Programm ta' Xogħol tal-Kummissjoni għall-2015 (KUMM(2014)910).", "5 ta' Ġunju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150612_013a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 13", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Laqgħa Nru 13", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.35 a.m.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA, RESPONSABBLI MILL-AMBJENT, AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD, DWAR IL-PROGRAMM TA' XOGĦOL TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2015 (KUMM(2014)910)", "THE CHAIRPERSON (Onor. Luciano Busuttil): Insellmilkom u nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa.", "Qabel nibdew nixtieq ninformakom li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live fuq l-internet filwaqt li fil-weekend se tkun qiegħda tiġi mxandra fuq it-televiżjoni.", "Jekk għandkom xi oġġezzjoni għal dan l-istreaming nitlobkom tgħiduli.", "Mela la m'hawnx oġġezzjoni nistgħu nibdew din il-laqgħa billi nilqgħu fostna lill-Kummissarju Karmenu Vella, li huwa responsabbli mill-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd.", "Il-Kummissarju se jagħtina preżentazzjoni – li mhijiex se tkun limitata għall-portfolio tiegħu biss - dwar il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2015.", "Dan id-dokument diġà ġie mgħoddi lill-Membri preżenti.", "Fost l-inizjattivi interessanti wieħed isib il-politika ġdida dwar l-immigrazzjoni u li żgur din hija ta' rilevanza partikolari għalina.", "Għandek ukoll il-European Fund for Strategic Investments sabiex jiġi indirizzat it-tkabbir ekonomiku li jġib miegħu l-ħolqien tal-impjiegi, l-Energy Union li għandha timxi id f'id mal-politika dwar it-tibdil fil-klima, it-Transatlantic Trade and Investiment Agreement mal-Istati Uniti flimkien man-negozjati fl-ambitu tal-World Trade Organisation li għandhom il-ħsieb li jiffaċilitaw u jsaħħu l-kummerċ, u d-drive sabiex f'dak li tagħmel il-Kummissjoni jkun hemm aktar trasparenza u kontabilità li tinħass miċ-ċittadini wkoll.", "Issa se ngħaddi l-kelma liċ-Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji sabiex jagħmel l-introduzzjoni tiegħu.", "Wara ngħaddi l-kelma lill-Kummissarju Karmenu Vella sabiex jindirizza lil dan il-Kumitat.", "SILVIO SCHEMBRI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji): Min-naħa tiegħi nixtieq inkompli mal-Onor.", "Luciano Busuttil u nilqa' magħna lill-Kummissarju Karmenu Vella.", "Żgur li llum se ġġedded ftit memorji tal-ħidma tiegħek f'dan il-Parlament.", "Għalkemm din hija binja ġdida u m'għandekx memorji fiha, imma żgur li għandek memorji tal-kollegi li flimkien magħhom servejt għal ħafna u ħafna snin fil-Parlament Malti.", "Żgur li huwa ta' pjaċir għalina lkoll li nilqgħuk hawnhekk għal din il-laqgħa flimkien ma' erba' Kumitati Parlamentari.", "Jiena naħseb li inti ġejt fdat portfolio kbir ħafna u ta' importanza kbira għall-Malta, b'mod speċjali mil-lat ekonomiku, u li bħala Gvern qegħdin nagħmlu, speċjalment fejn tidħol l-ekonomija blu u l-ekonomija marittima, li żgur huma setturi li għandhom rilevanza kbira taħt il-portfolio tiegħek.", "Apparti dawn, kif spjega wkoll l-Onor.", "Busuttil, hemm setturi oħra li huma anċillari mal-portfolio tiegħek; fosthom il-politika tal-enerġija, li żgur għandha rilevanza kbira għall-ekonomija tagħna, speċjalment fi żmien fejn Malta tinsab għaddejja minn kambjament u innovazzjoni bil-politika tal-enerġija tagħha u bil-politika l-ġdida ta' energy mix u affarijiet oħra li miexi fuqhom il-Gvern f'dan il-qasam.", "Imma wkoll fuq il-politika tal-enerġija alternattiva.", "Żgur li din hija ta' prijorità kemm għall-pajjiżna kif ukoll għall-Kummissjoni Ewropea.", "Ninsab ċert li l-preżentazzjoni tiegħek se tkun ta' interess kbir, kemm għalina bħala Kumitat kif ukoll fuq livell ġenerali bħala pajjiż.", "Jiena ngħid li huwa ta' preġju għalina li inti, bħala Malti, għandek dan il-portfolio u li bħala pajjiż dan se jkun ta' għajnuna kbira għalina.", "THE CHAIRPERSON: Il-Kummissarju Karmenu Vella.", "IL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA (Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u Sajd): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom u nista' ngħid li huwa l-pjaċir tiegħi li qiegħed nerġa' niltaqa' mal-kollegi.", "L-għan ta' din il-laqgħa huwa li wieħed jagħti daqsxejn tagħrif dwar il-Kummissjoni u l-isfidi u x-xogħol in ġenerali li din kellha fl-ewwel xhur tagħha.", "Imbagħad wara forsi nagħti overview ħafifa tal-portfolio tagħna u ngħid ukoll kif il-Kummissjoni tista' issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Parlament Malti.", "Kif tafu kummissjoni ġdida dejjem ikollha l-prijoritajiet ġodda tagħha, ikollha l-isfidi tagħha u jkollha wkoll il-metodi tagħha.", "Ħafna mill-isfidi, għalkemm huma ġodda, huma sfidi strutturali jew sfidi permanenti għaliex kif se tkabbar u kif se ttejjeb l-ekonomija żgur li hija sfida kontinwa.", "L-istess mil-lat soċjali nistgħu ngħidu li hija sfida wkoll.", "Mil-lat ambjentali l-isfida qiegħda dejjem tikber.", "Waħda mill-isfidi li din il-Kummissjoni poġġiet quddiemha hija dik li terġa' tirbaħ lura ftit mill-fiduċja li forsi tilfet maċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament il-focus tagħna qed ikun iktar mhux fuq li nagħmlu aktar leġiżlazzjoni imma fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni.", "Huwa inutli li wieħed joqgħod jibni torrijiet ta' leġiżlazzjoni fuq leġiżlazzjoni biex imbagħad jitlef il-focus fuq l-output, fuq ir-riżultati u fuq l-implimentazzjoni tal-istess leġiżlazzjoni!", "At the end of the day, is-suċċess ta' kull entità - kemm jekk hija l-Unjoni Ewropea u kemm jekk hija kumpanija – ma jitkejjilx fuq it-targets u fuq il-leġiżlazzjoni li titfa' fuq il-karta, imma jitkejjel fuq ir-riżultati li toħroġ minnhom u fuq l-output li se jkollok.", "Ħalli nagħti idea ħafifa tax-xogħol fl-ewwel xhur ta' din il-Kummissjoni.", "Għal dak li huwa t-tkabbir ekonomiku għadu kemm ġie addottat il-European Fund for Strategic Investment (EFSI), li ġie adoddat kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill.", "Permezz tal-EFSI qed nimmiraw li se jkun hemm injection qawwija fl-ekonomija ta' madwar €315-il biljun fuq il-perijodu tal-tliet snin li ġejjin.", "Li hemm ġdid f'dan il-fond hu li l-ewwel nett mhux se jkun immirat biss għall-istati membri imma se jkun immirat ukoll għall-kumpanniji privati.", "Dan il-fond mhux se jkun biss f'fondi imma prinċiparjament se jkun strument finanzjarju.", "Bħalissa kull kummissarju qed jintalab biex jagħti prijorità lil proġetti li jistgħu jibbenefikaw skont minnu.", "Pereżempju fuq l-ambjent aħna nixtiequ li parti minn dan il-financing instrument imur lejn l-istati membri biex dawn ikunu jistgħu jilħqu l-miri tar-recycling projects, eċċ. Mela aħna nagħtu d-direzzjoni fejn dan il-financing fund jista' jiġi utilizzat.", "Xi ħaġa oħra importanti hija l-Energy Union.", "Illum qed naraw aktar minn qatt qabel id-dipendenza li għandha l-Unjoni Ewropea fuq sorsi ta' enerġija li forsi llum qegħdin hemm u għada jistgħu ma jkunux hemm.", "U għalhekk ħarġet din l-idea li jkun hemm energy union waħda, fejn l-Unjoni Ewropea tiżviluppa enerġija aktar climate friendly u jkun hemm a secure supply of sources ħalli b'hekk l-enerġija tkun aktar bi prezz kompettitiv.", "Illum qed naraw li vantaġġ li għandhom reġjuni oħra fuq l-Unjoni Ewropea, pereżempju bħall-Istati Uniti, huwa l-fatt li dawn għandhom sors ta' enerġija bi prezz kompettitiv ħafna.", "Jien ċert li din l-Energy Union se tibda tagħti r-riżultati tagħha u allura s-suċċess tagħha jkun jista' jitgawda kemm miċ-ċittadini kif ukoll minn ħafna investituri.", "Hemm ukoll l-interconnectivity within din l-Energy Union, fejn Malta qed tagħti s-sehem tagħha wkoll f'dan ir-rigward.", "Il-mira hi li tal-inqas 10% mill-konnettività tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea tintlaħaq sas-sena 2020.", "Ovvjament l-Energy Union qiegħda torbot ukoll ix-xogħol tagħna fuq il-global climate negotiations li se jkun hemm f'Pariġi f'Diċembru ta' din is-sena.", "Imbagħad għandna d-Digital Single Union li tista' tkun ukoll ta' vantaġġ kbir għall-konsumatur kif ukoll għall-industrija.", "Bħalma tafu kien hemm ukoll l-aġenda fuq l-immigrazzjoni.", "Il-kambjament prinċipali kien li filwaqt li fejn tiħdol il-migration kollox kien qed jiġi indirizzat in a management by crisis approach, illum qegħdin nipprovaw naraw li jkollna aktar a strategic and planned approach.", "Ovvjament ħadd ma jista' jgħid li hemm soluzzjoni li hija mija fil-mija imma għallinqas hemm l-ewwel tentattiv biex ikun hemm strateġija fuq din l-issue.", "U din hija xi ħaġa li tista' tibqa' titjieb matul iż-żmien.", "Sar ħafna xogħol - kif kien isir mill-kummissjonijiet preċedenti – fejn tidħol l-ekonomija u l-finanzi fuq il-country specific recommendations.", "Bħalissa għaddejjin ħafna taħdidiet fuq din ma' kull pajjiż u l-idea hi li jkun hemm tkabbir tajjeb f'dak li huwa investiment biex jitkomplew ir-riformi strutturali u jintlaħħqu l-miri fiskali.", "Il-Kummissjoni qiegħda tgħid ukoll li ma tridx tkun biss leġiżlatur imma we have also to be facilitators, fejn diment li inti tkun qed tilleġiżla, trid tiffaċilita wkoll biex jintlaħaq l-iskop ta' dak li qed tilleġiżla.", "Għaddejjin ukoll b'ħidma għal xi ħaġa li hija speċifika għal din il-Kummissjoni, u din qegħdin insejħulha l-better regulation.", "Qiegħda ssir review ta' ħafna mil-leġiżlazzjoni li diġà hemm u l-iskop tagħha mhuwiex dak li mmorru lura mill-objectives li kellhom id-direttivi u l-leġiżlazzjonijiet diversi imma biex naraw li l-leġiżlazzjoni ssir b'mod aktar effettiv u biex jintlaħaq l-iskop tagħhom.", "Irridu nersqu wkoll aktar viċin taċ-ċittadini permezz tal-preżenza tagħna fil-parlamenti u viċi versa.", "Il-Kummissjoni tiddependi ħafna fuq id-deċiżjonijiet li tieħu mill-opinions li tirċievi mingħand il-gvernijiet u l-parlamenti.", "Issa mhux il-pajjiżi u l-parlamenti kollha huma attivi indaqs f'dawk li huma opinions u sfortunatament Malta mhijiex waħda minn dawk li huma attivi ħafna.", "Meta tara kemm inħarġu opinions mill-parlamenti lejn l-Unjoni Ewropea ssib li dawn ikunu bil-mijiet imma minn Malta ħarġu inqas minn għaxra!", "Issa dan mhux għax l-affarijiet ma jkunux qed jinteressaw lilna imma għal xi raġuni jew oħra ma jsirux.", "U forsi dik hija waħda mill-affarijiet li nistgħu nibdlu flimkien aktar 'il quddiem.", "Sabiex nagħtikom ftit idea tal-portfolio tiegħi tajjeb li tkunu tafu li jien għandi taħti l-ambjent, is-sajd u l-affarijiet marittimi.", "L-ambjent huwa settur vast ħafna, huwa settur li jolqot ħafna mill-affarijiet ta' kuljum tal-ħajja tagħna, fosthom l-affarijiet soċjali u ekonomiċi tagħna.", "Illum jekk tħares lejn kull attività ekonomika you can trace it back at some point in time to it's origin.", "Is-sors jew il-materja prima tagħha din tkun ġejja mill-ekosistema tagħna, mill-biodiversità tagħna u min-natura tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li qed naħdmu b'ħeġġa kbira fuqha hija s-circular economy.", "Illum l-Ewropa, għalkemm hija sinjura ħafna f'dik li hija l-labour force tagħha, din tinsab fqira f'dawk li huma riżorsi.", "Fil-fatt l-Ewropa qiegħda timporta mas-60% tar-riżorsi u l-materja prima li għandha bżonn għall-produzzjoni tagħha u għalhekk nistgħu ngħidu li l-Ewropa għandha resource deficit qawwi.", "Pereżempju meta nitkellmu fuq deficit finanzjarju ta' 3% mill-GDP iqum paniku kbir imma l-fatt li l-Ewropa għandha resource deficit qawwi ħadd ma jitkellem fuqu u qisu mhu qed jiġri xejn.", "U għalhekk ħarġet l-idea sabiex ikun hemm transizzjoni minn dik li llum hija a linear economy għal dik li hija a circular economy.", "Bażikament illum jinħadem prodott, il-konsumatur jixtrih u jużah u meta jlesti minnu dan il-prodott jintrema'.", "Hemmhekk inti mhux biss tlift il-prodott imma tlift ukoll il-materja prima tiegħu.", "Permezz tas-circular economy, meta tasal fl-aħħar tal-ħajja tal-prodott, terġa' tirriċikla l-materja prima tiegħu billi tużaha fil-produzzjoni tal-istess prodott jew ta' xi prodott ieħor.", "Ir-riżorsi huma fattur importanti ħafna mil-lat ekonomiku għax jistgħu jagħtu lill-Ewropa kompettitività ġdida fejn ma tkunx qed tuża riżors darba għal prodott wieħed imma tibqa' tuża dak ir-riżors għal diversi drabi.", "Fil-fatt illum qegħdin naraw li s-circular economy tindirizza kemm l-aspett ekonomiku kif ukoll l-aspett ambjentali.", "Meta nitkellmu fuq riżorsi naraw li ħafna minnhom huma n-natural capital tagħna u dawn qegħdin jinħlew bil-kbir.", "Għalhekk, b'din is-sistema qegħdin nindirizzaw kemm l-ekonomija kif ukoll l-ambjent.", "Id-drive llum mhijiex aktar li naraw l-ambjent bħala xi ħaġa li jmur kontra l-ekonomija, anzi llum qegħdin ngħidu li l-ambjent jista' jkun kontributur kbir għall-ekonomija tagħna.", "F'dan is-settur tidħol ukoll il-parti tal-iskart u l-waste management.", "Huwa inutli li titkellem fuq ir-riċiklaġġ tal-iskart qabel ma titkellem fuq kif tista' tevita milli toħloq l-iskart.", "Jekk jista' ikun l-iskart trid teliminah mill-ewwel u mhux toqgħod taħli għax imbagħad se tirriċikla dak li taħli!", "Sal-lum il-prodotti prinċipali li qed jitqiesu taħt il-waste, il-waste management u r-riċiklaġġ huma erbgħa; il-metall, il-ħġieġ, il-karti u l-plastik.", "Aħna qed ngħidu li dawn huma ftit mill-prodotti kollha li jintużaw u li jiġu wasted u għalhekk hemm bżonn li nimirħu f'setturi oħrajn.", "Pereżempju hemm bżonn li nidħlu fis-settur tal-ikel.", "Hija ħasra li l-Ewropa għandha 30% tal-ikel tagħha li jsir waste!", "L-ewwel trid tara kif tnaqqas dak l-iskart u mbagħad trid tara kif se tużah.", "Irridu wkoll inħarsu lejn l-industrija tal-kostruzzjoni għaliex din tmiss ukoll mal-materja prima.", "Aħna qed ngħidu li m'għandniex nibqgħu fuq dawk l-erbgħa affarijiet biss imma rridu nidħlu fuq affarijiet oħra.", "Irridu nħarsu wkoll lejn il-prodott.", "Biex ikollok a 360 degrees circular economy ma tistax tgħid li se tirriċikla l-materjal imma mbagħad il-prodotti ma jkunux riċiklabbli.", "U għalhekk irridu nħarsu wkoll lejn l-eco-design tal-prodott.", "Issa qabel l-eco-design ta' prodott kien aktar assoċjat mal-energy efficiency, fejn inti jkollok kitla eco-designed biex tuża inqas enerġija.", "Illum an eco-design kettle tista' tfisser ukoll mil-lat ta' materja prima li tintuża f'dik il-kitla.", "Aħna rridu nkunu aktar ambizzjużi.", "Fil-Parlament kien hemm dibattitu sħiħ dwar kemm se nkunu ambizzjużi fuq is-circular economy, mhux biss fuq il-miri imma fuq kif l-istati membri qegħdin jilħqu dawn il-miri.", "Sfortunatament illum, fejn jidħlu miri - fuq tniġġis tal-arja, fuq riċikjaġġ, fuq il-kwalità tal-ilma, eċċ. - għandek 28 pajjiż li qed jiġru bi 28 speed differenti!", "U biex inkunu aktar ambizzjużi, aħna qed ngħidu li rridu niddentifikaw dawk l-istati membri li mhumiex jiġru bil-pass mgħaġġel tal-oħrajn u mhux inniżżlu l-istandards għal-livell tagħhom imma nappoġġjawhom.", "Naraw fejn qegħdin il-bottle necks u nipprovaw nindirizzaw il-fondi strutturali biex ngħinuhom aktar.", "U jekk hemm bżonn nagħmlu country specific plans magħhom.", "Illum il-country specific recommendations qegħdin biss fuq l-ekonomija u fuq il-finanzi imma aħna qed ngħidu li dawn għandhom ikunu wkoll fuq miri ambjentali.", "Ovvjament dan kollu jirrelata mal-prijorità prinċipali tal-impjiegi, tat-tkabbir ekonomiku, eċċ. It-timeline biex ikollna proposti fuq il-mejda tas-circular economy huwa wara li jgħaddi s-sajf.", "Anke hawnhekk, bħalissa diġà ftaħna konsultazzjoni qawwija.", "Hawn forsi l-Parlament u l-Gvern Malti jkunu jistgħu jagħtu sehemhom ukoll, mhux biss bħala Parlament jew bħala Gvern imma anke ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu s-sehem tagħhom f'din il-konsultazzjoni.", "Fil-25 ta' Ġunju se jkollna konferenza kbira ġewwa Brussels sabiex nindirizzaw is-circular economy biss.", "Rigward l-ambjent għandna wkoll il-bio-diversity u n-natural capital, l-eco-systems, l-istate of the environment u l-istate of nature li huma xi ħaġa vasta, enormi u kontroversjali ħafna.", "Fuq in-natural capital għadu kemm kellna l-istate of the environment report, fejn qed jingħad li kien hemm xi progress f'dan ir-rigward.", "Però biex nilħqu l-isfidi, li se jkunu akbar fil-futur, ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin qisu business as usual!", "L-isfidi se jkunu akbar u għalhekk l-sforzi tagħna jridu jkunu akbar ukoll.", "Ħalli nagħti eżempju daqsxejn kontroversjali.", "Waħda mit-talbiet li għandi mill-President Jean-Claude Juncker hija biex naraw il-fitness check tal-Birds and Habitats Directive.", "Din hija xi ħaġa li hemm opinjonijiet differenti u b'saħħithom ħafna fuqha.", "Hemm min jgħidilna biex inħalluha kif inhi u ma mmissu xejn għax hemm il-biża' li jekk se niftħuha se nispiċċaw immorru lura mill-miri li għandna llum.", "Imma aħna qed ngħidu le għax jekk se niftħu l-Birds and Habitats Directive, se niftħuhom biex nagħmluhom iktar ambizzjużi u biex naraw kif se nilħqu l-isfidi li hemm, mhux biss tal-lum imma anke ta' għada.", "L-oġġettiv irid jibqa' l-istess imma jrid jinbidel il-metodu.", "Fejn jidħol l-ambjent qed isir ħafna xogħol ukoll fuq il-global post 2015 fuq il-United Nations sustainable development goals.", "Hawnhekk l-Ewropa mhux biss qiegħda tkun parteċipanti imma trid tibqa' one of the leaders f'din id-diskussjoni.", "L-Ewropa hija l-akbar istituzzjoni li hija kommessa fejn jidħol id-development aid.", "Hija l-Ewropa li qed toħroġ l-aktar flus, speċjalment fl-Afrika.", "L-Ewropa hija l-aktar waħda li hija kommessa fuq l-eradikazzjoni tal-faqar kif ukoll biex tipproteġi u ssostni l-ambjent.", "Intlaħaq tfehim fuq is-sustainable development goals u llum għandna 17-il mira.", "Ovvjament dawn il-miri mhumiex up for discussion, aktar u aktar issa li rridu ngħaddu għall-implimentazzjoni tagħhom.", "Naturalment fuq dan se jkun hemm aktar diskussjonijiet.", "Rigward l-ambjent bħalissa għaddejjin u qed jiġi diskuss kemm fil-Parlament kif ukoll fil-Kunsill l-air quality package.", "Hawnhekk irrid ngħid li the biggest killer fejn tidħol il-mortalità tan-nies hija proprju l-kwalità tal-arja.", "Aħna qegħdin nikkalkulaw li mill-air pollution fl-Ewropa biss qed imutu mal-400,000 ruħ fis-sena!", "Dan biex ma nsemmux kemm qed jimirdu b'mard kroniku minħabba t-tniġġis tal-arja.", "Ovvjament mhux qed inħarsu lejh minħabba t-tniġġis tal-arja u minħabba s-saħħa biss imma qed inħarsu lejh ukoll mil-lat ekonomiku.", "Għandek health costs, għandek nuqqas ta' working days mill-industrija tagħna, għandek ħafna sick leave, eċċ. U allura qegħdin niffokaw ħafna fuq l-economic cost tal-bad air quality.", "Qiegħed ikun hemm sinerġija fuq kif qed inħarsu lejn il-kwalità tal-arja u dan qegħdin nipprovaw inwettquh ma' dak li qed jiġri fuq in-naħa tal-enerġija u t-tibdil tal-klima.", "Ħafna pajjiżi jgħidulek li dawn il-miri huma għoljin wisq imma aħna qed ninsistu biex tal-inqas ikollna mira li sas-sena 2030 innaqqsu r-rata tal-mortalità minħabba l-kwalità tal-arja b'madwar 52%.", "Bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet.", "Nhar it-Tnejn għandi environmental council fejn hemmhekk se jiġi diskuss dan is-suġġett.", "Imbagħad hemm ħafna affarijiet oħrajn, fosthom fejn qed niddiskutu l-wildlife trafficking.", "Illum qegħdin naqsmu dawk iż-żoni fejn hemm swieq għal ċerti affarijiet, bħall-ivorju, eċċ. Bħalissa qed jinqatlu mal-20,000 iljunfant fis-sena!", "Qed jinqatlu wkoll ir-rinoċeronti u b'hekk ħafna mill-kapital naturali tagħna qiegħed jintilef!", "Għandek pajjiżi li jixtru dawn l-affarijiet u għandek pajjiżi oħra li huma s-sors ta' dawn l-affarijiet, b'mod speċjali l-Afrika.", "Imbagħad għandek pajjiżi oħra li prinċipalment huma pajjiżi tranżitorji, bħall-Ewropa.", "Fejn jidħol il-wildlife trafficking qed naraw li llum għandek traffikar tal-wildlife, traffikar ta' nies, traffikar ta' droga u traffikar ta' armi li kollha qed isiru mill-istess nies.", "Fil-fatt dawn in-nies il-flus li jagħmlu mill-wildlife trafficking jinvestuhom fit-traffikar tad-droga.", "U dak li qed jiġri fl-Ewropa qed jiġri wkoll fl-Asja.", "Hemm ċirku sħiħ.", "Ovvjament hemm affarijiet oħrajn li huma ta' tħassib.", "Pereżempju għandna l-ilma u s-soil directives u fejn jidħol l-ilma, il-problema hija doppja għax mhux biss qed nitkellmu fuq il-kwalità tal-ilma imma qed nitkellmu wkoll fuq il-kwantità tal-ilma.", "Din hija problema globali u mhux xi ħaġa li tolqot lill-Ewropa biss.", "L-istess rigward il-ħamrija, fejn qed ikun hemm erosion qawwija, kif ukoll problema bil-kwalità minħabba l-fertilizzanti, u n-nitrate contents eċċ. Sfortunatament se jkollna nibdew inħarsu lejn l-agrikultura b'mod aktar serju.", "Illum hemm ħafna NGOs li qed jistaqsu għandniex nibqgħu nissussidjaw lill-harmful fuels.", "Jiġifieri aħna qed ngħinu lill-power stations li qed jaħdmu bi fuels li jniġġsu u allura lil dawn se nibqgħu ngħinuhom?", "Illum irid jingħad l-istess anke għall-agrikoltura.", "At face value l-agrikoltura kultant tidher ħafna drabi li hija l-gwardjan tal-ambjent tagħna, mentri fil-fatt kif joħroġ minn ħafna rapporti fuq il-biodiversità u fuq l-ambjent tagħna, kemm l-istate of the environment report kif ukoll l-istate of nature report, qed jiddentifikaw liema huma the main pressures fuq il-biodiversità tagħna, fuq il-kwalità tal-ilma tagħna, eċċ., u fuq nett dejjem toħroġ l-agrikoltura.", "Jekk fuq l-għasafar, l-ilma, l-arja, il-ħamrija, eċċ.", "Issa jien mhux qed ngħid li l-agrikoltura hija kollha ħażina jew li l-biedja kollha ħażina imma bħalma għandek f'kull settur ieħor, inti għandek agrikoltura tajba u għandek agrikoltura ħażina.", "Għandna nkomplu nissussidjaw l-agrikoltura jew il-biedja li qed tħalli effett negattiv fuq l-ambjent tagħna?", "Qed ikun hemm diskussjonijiet qawwija fuq il-harmful substances li qed jintużaw f'ħafna prodotti, fosthom fuq l-endocrine disruptors, li huma microscopic particles li jintużaw fil-plastic baby bottles, li jekk ikun hemm ħafna kuntatt magħhom fit-trobbija, eventwalment jista' jkun hemm effett negattiv fuq il-fertilità tat-tfal meta dawn jikbru.", "Għaddej ħafna xogħol biex kull fabbrika li tuża ċerti sustanzi din ikollha tirreġistra s-sustanzi li qiegħda tuża biex aħna naraw jekk dawk is-sustanzi humiex ta' ħsara jew le.", "Id-DG MARE jittratta l-fisheries, fejn pereżempju għadu jissemma' ħafna x-xogħol siewi li għamel l-eks Kummissarju Joe Borg u l-Kummissarji oħrajn ta' qabli.", "Hemm kontinwazzjoni f'dawk li huma l-fisheries u mbagħad hemm l-affarijiet marittimi.", "Hawnhekk jien qed nipprova nagħti spinta ġdida għax 80% tad-DG MARE kien ikkonċentrat fuq is-sajd.", "Jien qed ngħid li d-DG MARE mhuwiex fuq il-fisheries biss imma għandek l-attivitajiet marittimi kollha u oċeani u l-ibħra tagħna.", "Hawnhekk qegħdin nimbuttaw ħafna bħala Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk nixtieq nagħti ftit informazzjoni.", "Ovvjament kulħadd jaf li llum fil-pjaneta tagħna għandek 30% li hija art u 70% li huma oċeani u ibħra.", "Minn dawk is-70% għandek nofshom li huma no man's land għax ħadd ma jaf fejn hu tiegħu.", "U fejn qabel kulħadd kien jiġġieled għal pulzier art, għada pitgħada kulħadd se jibda jiġġieled għal dak il-pulzier - li kulħadd jgħid huwa tiegħu - fl-oċean!", "Kważi kważi dan diġà qed isir fl-Artiku imma dak huwa biss the tip of the iceberg.", "Immaġina x'se jibda jiġri aktar 'il quddiem, jekk ma jkunx hemm regolamenti!", "Barra minn hekk li nħarsu lejn l-oċeani u l-ibħra tagħna mhijiex għażla, imma rridu nagħmluha ta' bilfors.", "Il-pressjoni li hemm fuq l-art għad-domanda kbira li għandek għall-ikel, għall-enerġija u għat-tkabbir ekonomiku huma tremendi.", "Ilum għandek popolazzjoni ta' seba' biljun ruħ li trid titmagħhom u kważi 80% tal-ikel ġej mit-30% tal-pjaneta!", "U għada rridu nitimgħu disa' biljun ruħ, so we cannot overstretch ir-riżorsi li għandna fuq l-art.", "Illum diġà qed nitkellmu fuq intensive agriculture, fuq GMOs, eċċ. u allura li nħarsu lejn l-oċeani għall-ikel hija xi ħaġa li rridu nagħmluha bilfors.", "L-istess għall-enerġija.", "Illum pajjiżi bħal Franza diġà huma avvanzati ħafna u dawn mhux biss għandhom proġetti pilota imma għandhom proġetti ta' enerġija mill-oċean u mill-baħar ukoll.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq wave energy, current energy, differential temperature bejn it-temperatura fil-qiegħ tal-oċean u t-temperatura tal-wiċċ, wind energy fil-baħar u taħlita mit-tnejn.", "Fuq dik li hi enerġija rridu nħarsu lejn l-oċeani u l-ibħra wkoll.", "Fattur ieħor li naħseb jinteressa ħafna lil Malta huwa dak li ngħidulu l-blue growth.", "Qabel ma nitkellmu fuq il-blue growth irridu nitkellmu fuq il-blue economy li għandna bħalissa.", "Sfortunatament għad m'għandniex break down ta' pereżempju x'persentaġġ għandu kull stat membru tal-Prodott Domestiku Gross (GDP) bħala ekonomija relatata mal-baħar.", "Hemm ċerti stati membri, bħalma hi Malta, li dak il-persentaġġ huwa ħafna ogħla minn dak li għandha l-Awstrija, li hija land locked, u allura, l-attività marittima tal-Awstrija hi baxxa ħafna, mentri l-attività ta' Malta hija għolja ħafna.", "Jekk tħares lejn it-turiżmu tagħna ssib li huwa kollu coastal tourism u meqjus bħala maritime activity.", "Hemm it-trasport bil-baħar, transhipments, fisheries, diving, marinas, eċċ. Il-blue economy tagħna hu kbir u ovvjament il-potenzjal ikun kbir ukoll.", "Illum, jekk se nitkellmu fuq oċean, nafu li hemm pajjiżi żgħar ħafna imma jekk tara l-economic maritime zone tagħhom issib li dawn huma meqjusa bħala big maritime nations.", "Pereżempju l-Fiji Islands huma żgħar ħafna imma mbagħad l-area tal-oċean li taqa' taħthom hija enormi.", "U allura trid tieħu dan kollu in perspective.", "Rigward l-ocean governance qed ngħidu li l-Ewropa tista' twassal 'il quddiem imma ma tistax issolviha waħedha.", "L-oċean huwa xi ħaġa globali u mhijiex xi ħaġa tagħna biss.", "L-oċean għandu issues globali u għalhekk għandna bżonn soluzzjonijiet globali.", "Għaldaqstant qed nitkellmu mal-imsieħba globali li jistgħu jkunu msieħba mal-Ewropa wkoll f'dan it-traġitt ġdid.", "Hawnhekk qed nitkellmu ma' pajjiżi bħall-Amerika, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Brażil, eċċ., and if we get them on board, inkunu nistgħu nimxu flimkien for an ocean governance.", "Irridu naraw jekk il-leġislazzjoni tal-lum hijiex adegwata u effiċjenti għall-isfidi li mhux biss għandna llum imma anke għall-isfidi li se jkollna għada pitgħada.", "Jekk nibdew minn kmieni jkollna l-vantaġġ li ħafna mill-iżbalji li għamilnihom fuq l-art ma nerġgħux nirrepetuhom fil-baħar!", "Illum, sfortunatament environmentally speaking, fuq l-art qegħdin nieħdu ħafna remedial action.", "Bil-bajd tista' tagħmel froġa imma mill-froġa ma tistax terġa' iġġib lura l-bajd!", "Allura qed nieħdu ħafna remedial action biex nirkupraw il-ħsara li saret fuq l-art.", "Jekk nibdew naħdmu minn kmieni fuq l-oċean, minflok nieħdu azzjonijiet ta' rimedju, nieħdu azzjonijiet preventivi.", "Fid-DG MARE għandna wkoll il-common fisheries policy fejn l-għan hu li s-sajd ikun attività sostennibbli.", "Ma jistax ikun li kulħadd ikun għal rasu, jaqbad kemm jiflaħ ħut, qisu għada mhu se jasal qatt, u s-sajjieda ta' għada ma jkollhomx dritt ikomplu jistadu.", "Hemmhekk nistgħu ngħidu li mexjin u minn xi healthy situation status ta' madwar 3 stocks, illum għandna madwar 13-il stock li huma l-aktar importanti għas-sajd.", "Nisperaw li sas-sena 2020 ikollna l-aktar stocks importanti li jkunu qed jiġu mistada b'rata sostennibbli.", "Fil-qasam tal-fisheries, hemm ġlieda kontinwa fuq l-Illegal, Unreported and Unregulated Fishing (IUU Fishing).", "L-Unjoni Ewropea taqbad 5% tal-qbid globali, mentri globalment is-sajd illegali jammonta għal 15%.", "Dan ifisser li globalment, il-ħut li qed jinqabad illegalment huwa tliet darbiet aktar kemm taqbad l-Unjoni Ewropea kollha b'mod legali!", "Hemm il-leġislazzjoni kollha f'posthom, imma din mhijiex xi ħaġa li tista' tiġġielidha biss l-Unjoni Ewropea, imma hemm bżonn li nkunu magħqudin ma' pajjiżi oħra, u qiegħed ikollna riżultat.", "Anke qed naraw pajjiżi oħra li qed jiġu on board magħna.", "Pereżempju daqs tmien ġimgħat ilu l-Amerika ħabbret li se tibda l-ġlieda kontra l-IUU bħalma qed isir fl-Ewropa.", "Din hija xi ħaġa li ħabbarha wkoll il-President Amerikan innifsu.", "Fuq is-sajd hemm ir-riforma tar-regionalisation tal-Common Fisheries Policy.", "Ħafna deċiżjonijiet inutli li teħodhom Brussel imma aħna nippreferu li d-deċiżjonijiet jittieħdu fuq livell reġjonali, fir-reġjun fejn qed isiru l-quotas, eċċ. Hemm il-European Maritime and Fisheries Fund, li huwa fond kbir li qed jintuża sabiex tingħata għajnuna lil ħafna stati membri biex iżidu u jtejbu l-isforzi tagħhom ħalli jkun hemm aktar selectivity.", "B'hekk jekk tkun sejjer għal tip ta' ħuta, ma jkollokx bi-catch ta' ħut oħrajn li tkun trid tarmi, eċċ. Qed tingħata ħafna għajnuna biex tibqa' tinġabar id-data u r-riċerka fuq is-sajd.", "Is-sajd u l-kwoti tal-lum mhumiex maħdumin politikament imma huma maħdumin taħt scientific advice.", "Kull stat membru qed jagħti operational programme tiegħu biex jieħu minn dawn il-fondi.", "Hemm spinta biex ngħinu l-akwakultura sostennibbli.", "Mhux qed ngħidu li kwalunkwe akwakultura se taqbad u tieħu l-fondi, imma din trid toqgħod għall-kriterji tal-Unjoni Ewropea.", "Qed ikun hemm ħafna xogħol fuq ir-Regional Fishing Management Organisations, fejn fil-Mediterran hemm il- General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM).", "Il-Mediterran huwa reġjun partikolari għax mhuwiex baħar li qiegħed imdawwar minn stati membri biss għax in-nofs ta' fuq huma pajjiżi membri imma n-nofs t'isfel, in-North Africa - huma stati li mhux membri tal-Unjoni Ewropea.", "Allura tispiċċa toħroġ liġijiet biex tirregola l-istati membri tiegħek filwaqt li pajjiżi oħra mhumiex marbutin b'dawn ir-regoli.", "Fuq il-marittimu hemm ukoll il-kunċett tal-Maritime Spatial Planning u l-Integrated Maritime Policy, fejn kull pajjiż stat membru irid jagħti pjan ta' x'se jiġri fuq il-baħar.", "Dan jagħti ċertu ċertezza lill-investitur.", "Ovvjament jien mhux qed nippretendi li nonfoq €50 miljun fuq lukanda mal-kosta biex imbagħad quddiemi jkolli fish farm.", "Il-fish farms huma importanti, bħalma hija importanti l-lukanda imma t-tnejn mhumiex komplimentari.", "Allura l-Maritime Spatial Planning qiegħda tara li tiġbor attivitajiet li huma komplimentari ma' xulxin u tipprova tifred attivitajiet li huma konflinġenti.", "Qegħdin nipprovaw nagħtu dimensjoni ġdida lejn ix-xogħol fil-Mediterran.", "Naturalment din mhijiex xi ħaġa faċli, anke minħabba s-sitwazzjoni politika tagħha, fejn illum tista' titkellem ma' membri stati f'dan il-baħar u għada ma tistax, eċċ. Kif għedt fil-Mediterran hemm stati membri u hemm dawk li mhumiex u allura hemm min hu marbut b'ċerti regoli u oħrajn li mhumiex.", "Bħala sajd, l-unika ħuta li għandha l-kwota hija t-tonn u jerġa' din lanqas hija kwota maħruġa mill-Unjoni Ewropea imma kwota maħruġa mill-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT).", "Huwa baħar partikolari, li għandu l-partikolaritajiet tiegħu u forsi għandu l-bżonnijiet partikolari tiegħu wkoll.", "Għalkemm aħna qed ngħidu li s-sajd qed isir minn stati membri u le, aħna qed ngħidu wkoll li għandek żoni fejn is-sajd qed isir minn stati membri biss.", "Pereżempju għandek lil Spanja, Franza u l-Italja li qed jistaduh.", "Mela allura ejjew nibdew minn hemmhekk u mbagħad nittamaw li minn hemmhekk inkunu nistgħu nidħlu fuq affarijiet oħrajn.", "Bażikament dawk huma ż-żoni tal-kompetenza tiegħi.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna tal-intervent tiegħek.", "Issa nistieden lill-Membri Parlamentari sabiex jagħmlu r-rimarki jew il-mistoqsijiet tagħhom.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Vella tal-kontribuzzjoni u tal-preżentazzjoni tiegħu kif ukoll tax-xogħol li qed jagħmel f'isem il-Kummissjoni.", "Ovvjament Kummissarju, inti dħalt b'mod aktar wiesa' mill-programm tiegħek u pprovajt tagħtina ftit ħsebijiet fuq il-progress li qed isir u fuq ix-xogħol magħmul mill-Kummissjoni nnifisha.", "L-ewwel nett xtaqt inqajjem ftit aspetti minn dak il-lat u mbagħad wara xtaqt nistaqsik ftit fuq il-kompetenzi tiegħek.", "Rigward il-programm tal-European Fund for Strategic Investments (EFSI) nixtieq ngħid li mingħajr dubju din hija inizjattiva importanti ħafna għall-ħolqien tax-xogħol fl-Ewropa, anke biex ikun hemm l-investiment meħtieġ.", "Hija opportunità tajba fi klima fejn illum l-interessi tal-finanzjament huma baxxi.", "U allura dan huwa l-mument propizju fejn jistgħu jsiru aktar minn dawn it-tip ta' investimenti.", "Tista' tagħti xi indikazzjoni ta' time frames li l-Kummissjoni qiegħda tara dwar meta se jiġi mniedi l-fond innifsu?", "Nifhem li qed isir proċess ta' prioritisation.", "L-unjoni tal-enerġija hija xi ħaġa li tinteressa ħafna lil pajjiżna.", "Huwa importanti li Malta, kemm jista' jkun malajr, tkompli tkun connected mas-suq intern tal-enerġija.", "Huwa pożittiv li issa għandna l-interconnector li qiegħed jaħdem u mill-informazzjoni li għandi dan qiegħed jitħaddem sew issa.", "U allura qed insibu utilità biex pajjiżna jkollna enerġija irħas, proprju bl-iżvilupp tal-interconnector għall-elettriku.", "Nafu li fil-passat, fid-diskussjonijiet dwar l-interconnection kien hemm ukoll l-interconnection Ewropea dwar il-gass.", "Għandek xi informazzjoni dwar xi progress qed isir f'dan ir-rigward?", "Kif jista' dan jimpatta lil pajjiżna?", "Nafu li f'dikjarazzjonijiet fil-passat tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Kunsilli tal-Ministri kien qed jiġi indikat li Malta kellha tibbenefika minn finanzjament biex tkun konnessa bil-gass mal-Unjoni Ewropea.", "Ma tantx issemmiet l-integrazzjoni ekonomika u monetarja u d-diskussjoni li qed issir - anke fuq livell Ewropew - fuq il-ħtieġa li jkun hemm iktar kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet ta' taxxa ħalli tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali.", "Il-Kummissjoni qiegħda tara li l-integrazzjoni ekonomika għandha tkompli tiżviluppa lil hemm minn sempliċi diskussjoni fuq taxxa?", "Ħafna drabi, meta taqra d-dokumentazzjoni relatata ma' dan is-settur, issib li hija biss kwestjoni ta' taxxa.", "Dan qed ngħidu għax xi kultant nipperċepixxi, anke jekk tara d-diskussjoni li qed issir fuq livell ta' OECD, li qisu l-unfair practices ta' taxxa jsiru biss mill-pajjiżi ż-żgħar.", "Imma mbagħad meta tara dak li ġara fil-FIFA ssib li fir-realtà l-flus m'għaddewx minn pajjiżi żgħar imma minn ġurisdizzjonijiet kbar fuq livell internazzjonali, bħal Londra, eċċ!", "U naħseb li jekk inħarsu sew lejn fejn qed isir il-ħasil ta' flus, għandna nħarsu iktar lejn il-ġurisdizzjonijiet il-kbar milli ż-żgħar.", "Ħafna drabi l-ġurisdizzjonijiet iż-żgħar idaħħlu l-mekkaniżmi mitluba mill-Kummissjoni Ewropea kontra l-ħasil ta' flus mentri naraw li l-ġurisdizzjonijiet il-kbar, mir-retorika għal dak li qed jimplimentaw fit-territorju tagħhom hemm baħar jaqsam!", "Rigward l-immigrazzjoni u n-new neighbourhood policy nixtieq ngħid li dħalt ftit f'dan id-dokument li qed titkellem fuqu l-Kummissjoni Ewropea.", "Jien laqatni kumment li kien hemm f'dan id-dokument u ċjoè li l-Unjoni Ewropea tħoss li f'ċerti pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u tal-Lvant Nofsani m'hemmx daqshekk interess li verament ikun hemm engagement mal-Unjoni Ewropea.", "Meta tkompli taqra l-policy innifisha ssib li din qiegħda tkompli tenfasizza li hija lesta tikkoopera f'dan il-kunċett ta' more for more, li jiena lest li nagħti aktar għajnuna, però lil dawk il-pajjiżi li lesti li japplikaw aktar malajr il-prinċipji Ewropej fuq numru ta' issues, bħal pereżempju d-demokrazija, ċerti drittijiet, eċċ., li għalkemm naf li kulħadd jaqbel magħhom u huma tajbin, jiena nħoss li meta taqra d-dokument issib li – aħna ċerti li inti bħala l-vuċi fil-Kummissjoni, b'ċerta esperjenza anke f'dan ir-reġjun, żgur li se tkun vuċi naqra iktar realistika fuq kif isir l-engagement ma' dawn il-pajjiżi - dawn il-pajjiżi sfortunatament għadhom 'il bogħod mill-qabża li tixtieq tara l-Ewropa, fis-sens ta' demokrazija u fis-sens ta' ċerti drittijiet, eċċ.", "Jekk l-engagement tagħna se jibda jkun ikkondizzjonat minn realtajiet li huma 'l bogħod, dawn il-pajjiżi se jkunu qed jinfirdu minn mal-Unjoni Ewropea minflok ma jingħaqdu magħha.", "Irridu nimxu ma' dawn il-pajjiżi skont il-pass realistikament li kapaċi jimxu huma.", "Inkella n-neighbourhood policy tal-Ewropa se tkun irrelavanti, maqtugħa u lanqas biss engaged f'din ir-realtà!", "Naħseb li s-sitwazzjoni tal-Libja, li qiegħda tippreokkupa ħafna lill-pajjiżna, hija waħda minnhom.", "Filwaqt li konxju li qed isiru ħafna sforzi biex jiġu megħjuna l-pajjiżi li jiġu engaged tramite l-Ġnus Magħquda, però fl-opinjoni tiegħi l-Ewropa hija ftit disengaged f'dan kollu.", "Meta tisma' r-retorika Ewropea kulħadd jitkellem fuq kif hemm delegazzjoni mmexxija mill-Ġnus Magħquda u allura qisu nħallu lilha taħdem.", "Madankollu meta rajna s-sitwazzjoni tal-Ukrajna ma ħallejniex biss fil-Ġnus Magħquda imma rajna wkoll lill-Kanċillier Angela Merkel u lil Francois Hollande imorru hemmhekk jitkellmu mal-President Vladimir Putin u mal-President tal-Ukrajna.", "L-Ewropa ġiet involuta ħafna iktar f'dan il-każ.", "U naħseb li jekk fis-sitwazzjoni tal-Libja l-Ewropa mhijiex se tkun involuta b'mod dirett – jiena naħseb li għandha interess dirett - is-sitwazzjoni ftit se tiżviluppa f'dan is-sens.", "Meta niġu nvoluti ma jfissirx li s-soluzzjoni trid tkun immedjatament qisu xi elezzjoni li ssir ta' malajr għaliex nafu li probabilment nerġgħu niġu back to square one!", "Allura jrid ikun hemm xi forma ta' arranġament biex ikun hemm proċess ta' gvern ta' tranżizzjoni li jista' jwassal, bil-pass tagħhom, għal dak li nixtiequ.", "Nafu li dan qed jimpinġi b'mod serju fuq sitwazzjoni oħra.", "Naħseb li kulħadd qiegħed isegwi s-sitwazzjoni fil-Libja fejn hawnhekk l-ISIS qiegħda tespandi u qegħdin Sirte.", "Mill-informazzjoni li għandi Tripli lesta biex taqa' u qed tipprova ġġib l-appoġġ minn tribujiet viċini għaliex taf li l-ISIS tista' tersaq minn ħin għall-ieħor lejn Tripli u s-sitwazzjoni tkompli taggrava.", "Waqt li l-Ewropa u d-dinja tibqa' ippreokkupata bl-ISIS fis-Sirja u fl-Iraq, mhux qed jirrealizzaw li l-ISIS qegħdin fuq l-għatba tal-bieb tagħna!", "Segwejt ukoll b'interess dak li qed isir fuq l-ambjent.", "Kif għedt tajjeb inti, l-ambjent fih sfidi kbar u r-riżorsi tagħna huma limitati, u naħseb li l-inizjattiva li qed tieħu fuq il-fatt li aħna nutilizzaw għall-massimu r-riżorsi li għandna … F'pajjiżna nafu li 60% tal-kontribuzzjoni tal-iskart ġej mill-qasam tal-kostruzzjoni u naħseb li din hija xi ħaġa li l-Kummissjoni għandha timxi fuqha.", "U naħseb li hija xi ħaġa pożittiva ħafna li jkun hemm dawk li ngħidulhom il-country specific reccomandations.", "Rigward il-harmful substances naħseb li jrid isir ħafna iktar fuq l-issues tal-pestiċidi u l-kontroll fl-użu tagħhom.", "Il-pestiċidi huma ta' periklu kbir fl-ikel li aħna nieklu u ħafna drabi lanqas biss inkunu nafu x'qegħdin nieklu.", "Filwaqt li hemm ħafna direttivi, jien għadni mhux konvint dwar l-infurzar tajjeb li qed isir fuq dan il-qasam.", "Hemm ukoll harmful substances oħra li inti semmejt fil-preżentazzjoni tiegħek.", "Laqatni b'interess ħafna l-kumment dwar il-governanza aħjar tal-oċean tad-dinja u tal-Mediterran.", "Nafu li qed isiru ħafna affarijiet imma nixtieq nara iktar fuqhom.", "Pereżempju nixtieq insemmi aspett li dħalt fih mat-tifel tiegħi u ċjoè fuq ix-shark finning.", "Ix-sharks joqtlu seba' persuni fis-sena u nitwerwru minnhom.", "Inti semmejt li l-kwalità tal-arja toqtol mal-400,000 persuna fl-Ewropa fis-sena filwaqt li n-nemus joqtlu mal-500,000 persuna fis-sena.", "Nerġa' ngħid li aħna nibżgħu mix-sharks għax joqtlu seba' persuni fis-sena imma mbagħad l-umanità toqtol mat-73 miljun shark biex tagħmel ix-shark fin soup!", "Naf li fl-Ewropa hija pprojbita għalkemm hemm pajjiżi fl-Ewropa li xorta ssibha b'mod illegali.", "Fil-parti Ewropea tal-Mediterran dan huwa pprojbit imma fil-parti mhux Ewropea tal-Mediterran dan huwa possibbli, kif inhuwa possibbli f'ħafna mill-oċeani.", "Fuq livell ta' Mediterran naħseb li wasal iż-żmien li l-fora Mediterrani bħall-Union of the Mediterranean tieqaf tiddiskuti biss il-kriżijiet politiċi tal-Lvant Nofsani, eċċ. Tajjeb li jiġu diskussi imma forsi għandna nibdew niddiskutu affarijiet li jmissu wkoll mal-umanità Ewropea u Mediterranja, bħal pereżempju issues ta' baħar.", "Probabilment fuqhom ma jkunx hemm kontroversja u nistgħu nibdew naqblu u ngħidu li dawn l-istituzzjonijiet għandhom valur li qed jagħtu kontribut u mhux sempliċement nagħmlu talking shops li ma jwasslu mkien!", "S'issa fl-esperjenza tiegħi fl-assembleji parlamentari tal-Mediterran hi li dawn m'huma xejn aktar ħlief talkings shops!", "La paċi mhu qed inwasslu u lanqas attwalità ta' ħtieġa fuq livell Mediterranju.", "L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nixtieq nagħmel ftit aċċenn bħala kelliemi tal-Oppożizzjoni fuq il-qasam tal-immigrazzjoni u se mmur b'mod speċifiku fuq il-proposti li tfasslu mill-Kummissjoni.", "Ilkoll hawnhekk nirrispettaw il-fatt li llum il-kariga tiegħek hija dik ta' Kummissarju Ewropew.", "Il-Kummissjoni Ewropea ma timxix fuq bażi ta' kummissarji li jirrapreżentaw il-pajjiż tagħhom, anke jekk dawn ikunu oriġinaw mill-pajjiżi.", "Imma bla dubju kull kummissarju għandu l-vantaġġ li jġorr miegħu l-perspettiva tal-pajjiż li jkun rawmu.", "Kif nafu l-Kummissjoni, f'parti mill-pakkett wiesa' ħafna fuq l-immigrazzjoni, jinkludi miżuri ta' kif tiġġieled kontra t-traffikanti imma mbagħad, meta ġiet biex tifformola l-policy li se tkun diskussa wkoll fuq livell ta' Kunsill Ewropew fil-ġranet li ġejjin, u hawnhekk qed nirriferi għar-rilokazzjoni, il-Kummissjoni għażlet li toħroġ il-kwoti għal pajjiżi varji fl-Unjoni Ewropea, inkluż il-kwota għal Malta, li ġiet stabilita għal 0.69%, li jfisser li Malta jkollha tirċievi kważi 300 immigrant mill-Italja u mill-Greċja.", "Din il-politika titkellem ukoll dwar mekkaniżmu ta' emerġenza li żviluppa fl-Italja u fil-Greċja u li huwa bbażat fuq formola ta' erba' kriterji; id-daqs tal-popolazzjoni, il-prodott gross domestiku tal-pajjiż, ir-rata tal-qgħad ta' dak il-pajjiż u anke kemm il-pajjiżi rispettivi kienu qed jassorbu jew ikollhom applikazzjonijiet għal ażil fi ħdanhom.", "Huma erba' kriterji interessanti, però żgur li mhumiex korretti fil-konfront ta' Malta!", "U għalhekk li jien qed nitkellem fuq li wieħed iġorr il-perspettiva tal-pajjiż għax fil-każ tagħna, id-daqs tal-pajjiż huwa rilevanti ħafna.", "Il-kriterju tad-daqs huwa nieqes u almenu inti trid tgħaqqad id-daqs mal-popolazzjoni biex toħroġ id-densità.", "Fil-każ ta' Malta d-densità żgur li hija fattur li jekk ikun ikkonsidrat, jien insostni li Malta m'għandhiex tkun obbligata tirċievi!", "Se mai, Malta għandha tkun, anke fid-dawl ta' dak li ġara matul is-snin, ikkonsidrata flimkien mal-Italja u l-Greċja.", "Apparti kif taħdem il-matematika, għalija żgur li l-kriterji f'dan ir-rigward mhumiex adegwati rigward Malta.", "Ovvjament ma nkunx naf x'inhi l-pożizzjoni u x'qed isir mil-lat tal-Gvern ta' Malta, għalkemm f'ħin minnhom fhimt li dan il-punt issemma' wkoll.", "Issa jien qed noħodha wkoll mill-perspettiva tal-Kummissjoni.", "Naturalment nilqa' ħafna dak li għidt inti dwar il-ħtieġa li l-parlamenti jkunu ngaġġati aktar, inkluż il-Parlament ta' Malta.", "Forsi lkoll kemm aħna rridu napprezzaw realtà ġdida li qiegħda tevolvi dejjem aktar, fejn f'dak li qed jissejjaħ l-co-decision making procedures, illum il-parlamenti nazzjonali, speċjalment wara t-Trattat ta' Lisbona, għandhom rwol ferm akbar.", "Imma naturalment kull parlament irid jevolvi l-istrutturi u l-mekkaniżmi u dak kollu li jagħmel.", "F'dan is-sens nixtieq nagħmel aċċenn ukoll għal diskussjoni interessanti - li l-Onor.", "Luciano Busuttil u jien segwejna flimkien - fil-kuntest tal-COSAC il-ġimgħa li għaddiet, fejn qed jingħad li apparti l-proċedura fejn pajjiżi jew parlamenti jagħtu r-reasoned opinion dwar fuqhiex mhux qed jaqblu u fuq it-triggering tal-famuża karta safra jew il-karta l-ħamra dwar xi proposta tal-Kummissjoni, għandu jibda wkoll proċess aktar proattiv milli reattiv, u li allura f'xi areas limitati għandu jkun hemm l-użu tal-karta l-ħadra.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward?", "Saret diskussjoni interessanti mill-Unjoni Ewropea, li hija parti mill-programm ta' Juncker, kif rajna fil-preżentazzjoni hawnhekk, sabiex jintlaħaq dan il-ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika, it-TTIP Agreement.", "Jekk qed nifhem id-diskussjoni kif qed tevolvi sew, filli kien hemm entużjażmu kbir u filli f'daqqa waħda, anke fuq il-livell tas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa kollha, bdew iqumu diffikultajiet konsiderevoli u li wieħed ma jistax jinjorahom.", "Kieku wieħed kellu jagħti sommarju tal-problemi prinċipali f'żewġ sentenzi jista' jgħid li filwaqt li huwa tajjeb li jkollok iż-żona ekonomika miftuħa aktar mal-Unjoni Ewropea u allura mill-ewwel jiġik f'moħħok dan il-ftuħ mal-Istati Uniti tal-Amerika imma min-naħa l-oħra għandek diversi oqsma fejn ir-regolamentazzjoni tas-setturi mhijiex l-istess!", "U għalhekk l-iskambju ma jkunx verament wieħed ġust.", "Qed ngħid sew?", "Jekk inti għandek regoli kif tagħmel prodott jew kif tagħti servizz fil-qasam tas-saħħa li huwa regolat mod, u inti qed tagħmel skambju ma' min qed jirregola b'mod differenti, dak l-iskambju ma jkunx neċċessarjament wieħed vantaġġjuż għall-pajjiżi Ewropej.", "Dan ġie flagged minn ħafna entitajiet, speċjalment mis-soċjetà ċivili madwar ħafna pajjiżi fl-Ewropa.", "X'inhuma l-aħħar żviluppi tal-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward?", "Nirringrazzjak mill-ġdid tal-preżenza tiegħek magħna u għall-preżentazzjoni wiesa' u ċara li tajtna hawnhekk.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Xtaqt nirringrazzjak Kummissarju tad-dettall li dħalt fih waqt il-preżentazzjoni tiegħek.", "Min-naħa tiegħi xtaqt nagħmillek tliet mistoqsijiet li kollha jirrelataw mal-aspett ambjentali.", "L-ewwel mistoqsija tiegħi hija dwar l-immaniġġjar tal-iskart u tal-waste aviodance.", "Bażikament inti spjegajtilna li fil-preżent qegħdin niffokaw fuq erba' waste streams, li huma l-metall, il-ħġieġ, il-karta u l-plastik.", "Għedtilna wkoll li hemm il-ħsieb li jiddaħħlu tipi oħrajn ta' skart, fosthom l-ikel u l-iskart iġġenerat mill-industrija tal-bini.", "Jiena naħseb li huwa tajjeb li se jiddaħħlu waste streams oħrajn u għalhekk nixtieqek tagħtina indikazzjoni fuq jekk hux se jkun hemm ukoll miri speċifiċi.", "X'inhuma dawn il-miri?", "U sa meta jridu jintlaħħqu?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax filwaqt li diversi pajjiżi Ewropej qegħdin quite on track fejn jidħol il-waste management u l-waste avoidance tagħhom fuq mettal, ħġieġ, karti u plastik, nafu li hemm pajjiżi oħra li mhumiex qegħdin jilħqu dawn il-miri.", "Allura naħseb li rridu noqogħdu attenti li meta wieħed iħejji miri oħra, irid jieħu in konsiderazzjoni l-islacking li hemm fuq waste streams l-oħrajn u li minħabba f'hekk jistgħu jeħlu diversi multi u penalitajiet.", "It-tieni mistoqsija hija relatata mas-circular economy.", "Jekk fhimt tajjeb bħalissa għaddejja konsultazzjoni dwar dan imma hemm xi deadline fuqha?", "Jekk iva, meta hi?", "B'hekk, aħna bħala pajjiż inkunu nistgħu nagħtu l-feedback tagħna fuqha wkoll.", "It-tielet mistoqsija tiegħi hija dwar il-kummenti tiegħek fuq l-agrikoltura u kif din qiegħda tkun ta' piż fuq l-ambjent f'ċerti aspetti.", "Il-Kummissjoni qiegħda tevalwa x'jista' jsir min-naħa agrikola biex l-ambjent jiġi mħares aħjar, fosthom il-kontroll fuq l-użu tal-fertilizzanti u l-pestiċidi.", "Ilkoll nafu li l-cost tal-agrikoltura aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jiżdied.", "Għandek l-operational costs ta' min hu nvolut fis-settur agrikolu li qiegħed jiżdied, mentri l-profitti li jkollhom, jekk ma jkunux bdiewa fuq skala kbira, qegħdin ikunu baxxi ħafna.", "U hawnhekk prattikament nistgħu neskludu l-bdiewa kollha Maltin.", "Jiena naħseb li filwaqt li għandna naraw x'nistgħu nagħmlu biex is-settur agrikolu ma jimpattax daqstant fuq is-settur ambjentali, in tandem miegħu, bħala Kummissjoni tridu taraw ukoll x'għajnuniet addizzjonali se jingħata dan is-settur.", "Inkella, jekk se nkomplu ndaħħlu aktar miżuri u restrizzjonijiet fuq il-bdiewa, se nispiċċaw noqtlu lil dan is-settur.", "Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Kummissarju, mill-ġdid nixtieq ningħaqad ma' sħabi sabiex nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek u ta' din il-preżentazzjoni li għadek kemm tajtna.", "Tkellimna ħafna fuq l-ekonomija u l-ambjent u nistgħu ngħidu li dan huwa suġġett jaħraq ħafna, kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell lokali.", "Ta' spiss nisimgħu, anke fuq il-media, diversi argumenti fejn ikunu qed juru ideat konflinġenti bejn l-ambjent u l-ekonomija, speċjalment bejn l-ambjent u t-tkabbir ekonomiku.", "Kemm huwa faċli għall-Kummissjoni sabiex toħloq dan il-bilanċ?", "X'tip ta' mezzi u parametri jintużaw biex pereżempju jintlaħaq ftehim bejn inti, bħala l-Kummissarju responsabbli mill-ambjent u l-Kummissarju responsabbli mill-ekonomija?", "Semmejna wkoll li l-ambjent għandu jkun kontributur kbir għall-ekonomija.", "B'dan il-messaġġ qegħdin taraw ċerti attivitajiet ekonomiċi li jitqiesu li jmorru kontra l-ambjent?", "Pereżempju l-Onor.", "Fenech semma' l-kostruzzjoni, li ħafna drabi tiġi meqjusa mill-ambjentalisti jew minn dawk li għandhom il-politika ambjentali 'l fuq fl-aġenda tagħhom, bħala settur li jmur kontra l-ambjent jew li nkella bħala li mhuwiex settur ekonomiku sostennibbli.", "F'dan l-istatement qegħdin taraw li ċerti attivitajiet ekonomiċi se jkun hemm regolamentazzjoni ġodda fuqhom u li allura se tkun qiegħda tnaqqas dik l-attività f'dak is-settur?", "Fuq l-istess linja semmejt ukoll li jista' jkun hemm Country-specific Recommendations ġodda, fejn kif għedt tajjeb inti, illum il-ġurnata nafu li Country-specific Recommendations ikunu aktar ibbażati fuq l-aspett soċjali, però iktar u iktar b'maġġoranza mill-aspett ekonomiku, fejn inti trid tilħaq ċerti kriterji sa ċertu ammont ta' snin fejn għandek id-deficit, u d-dejn.", "U għedt ukoll li forsi l-Kummissjoni qiegħda taħseb sabiex tibda tintroduċi Country-specific Recommendations li jkunu marbutin aktar mal-ambjent.", "Taħseb li hemm probabilità kbira li dawn se jkunu konflinġenti ma' xulxin?", "Kif semmejna jista' jkollok Country-specific Recommendations fuq tkabbir ekonomiku, imma mbagħad il-Country-specific Recommendations min-naħa tal-ambjent se tkun counter productive biex wieħed jilħaq l-għan l-ieħor.", "Kif qegħdin taraw li dawn se jimxu id f'id ma' xulxin u mhux ikunu konflinġenti ma' xulxin?", "Inti semmejt ukoll kif it-tniġġis tal-arja qed toqtol mal-400,000 ruħ fis-sena fl-Unjoni Ewropea, fejn bażikament qegħdin nitkellmu fuq il-popolazzjoni sħiħa ta' Malta!", "Mil-lat ta' costs fuq il-kura, għandkom xi ċifri li jikkwantifikaw l-external costs tal-air pollution?", "Għandkom ċifri ta' kull pajjiż?", "Jekk nieħdu lil Malta, għandkom idea ta' kemm it-tniġġis tal-arja qiegħda twassal għal imwiet f'pajjiżna?", "Mistoqsija oħra hija fuq is-sajd.", "Dan jagħmel parti importanti ħafna mill-portfolio tiegħek.", "Il-mistoqsija tiegħi hija l-aktar fuq it-tonn.", "Riċentament rajna intervista lokali fejn issemmiet il-kwota tat-tonn u kif din, bażikament inqabdet f'ġurnata!", "Għalhekk qed jissemmew ċerti argumenti fuq kif il-programm ta' konservazzjoni tat-tonn kien wieħed ta' suċċess.", "U tant kien ta' suċċess li llum il-ġurnata kellek sajjied prominenti hawn Malta li mar jistad għat-tonn u dan qabad il-kwota f'ġurnata waħda!", "Apparti minn hekk il-kobor tat-tonn qiegħed ikun ħafna ikbar ukoll.", "Dan qed juri li l-konservazzjoni tat-tonn qiegħda tirnexxi.", "Issa kemm qiegħda tiġi aġġornata b'mod reali l-politika tal-kwoti?", "Inti semmejt li l-kwota fuq it-tonn mhijiex fuq livell Ewropew imma fuq livell aktar wiesa' mill-Ewropa.", "Kemm qiegħda tkun aġġornata din il-politika biex tirrifletti r-realtajiet li mbagħad jirriżultaw mis-suċċess jew le tal-istess politika?", "Dan qed ngħidu anke fil-ħsieb ta' dak li għedt inti fuq kif l-Ewropa għandha problema ta' riżorsi, tant li 60% tar-riżorsi qed jiġu importati minn barra.", "Allura fl-ambitu ta' fejn għandek 60% tar-riżorsi li qed jiġu importati, għandek imbagħad riżors li jista' jiġi utilizzat ladarba l-konservazzjoni tiegħu ġiet sa ċertu punt garantita.", "Mela dik il-politika tista' tiġi aġġornata biex kemm jista' jkun ir-riżorsi li hemm bżonn lokalment u anke fuq livell Ewropew ikunu jistgħu jiġu indirizzati aktar?", "Nirringrazzjak.", "Mela issa nistieden lill-Kummissarju Vella sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu.", "IL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA: L-Onor.", "Ovvjament l-intenzjoni tal-EFSI hu li jappoġġja u li jkun ta' katalist għat-tkabbir tal-impjiegi u l-investiment.", "Dan huwa riżors ġdid u fejn qabel kien hemm banek li ma kienux jidħlu għal ċerti proġetti għax forsi kienu qed jaraw ċerti riskji fihom, illum, b'dan il-fond, ċerti riskji li ma kienux qed jiġu indirizzati qabel, issa qed jiġu indirizzati aħjar.", "Issemma' wkoll it-time frame u dan se jkun għat-tliet snin li ġejjin.", "Il-Parlament u l-Kunsill għadhom kemm addottawh xi ftit tal-ġranet ilu.", "Diġà hemm indikazzjoni ta' kemm kien hemm talbiet ta' proġetti.", "Ovvjament wieħed irid jibda jagħti priorità anke lil dawn it-talbiet.", "Rigward kif se jiġi promoss, illum dan qiegħed f'idejn il-Viċi President Jyrki Katainen, li diġà qed idur ħafna stati membri biex jagħmel il-preżentazzjoni ta' dan il-pakkett.", "Fil-fatt għandu jiġi Malta daqs xahrejn oħra sabiex jagħti l-preżentazzjoni tiegħu hawnhekk.", "Rigward l-Energy Union inti semmejt ukoll il-gass.", "U dak huwa wieħed mir-riżorsi li l-Unjoni Ewropea trid taċċerta ruħha li jkun hemm a secure supply tiegħu u li jkun hemm ukoll il-links.", "L-Ewropa kienet dejjem titkellem fuq is-South stream, eċċ. u l-Ewropa ħarset ukoll lejn il-possibilità li l-Mediterran jista' jkun alternattiva oħra ta' provvista.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball matul is-sajf li għadda kien ġie Malta l-eks Kummissarju Günther Oettinger biex jitkellem fuqha.", "Issa x-xogħol tiegħu qiegħed jitkompla mill-Kummissarju Miguel Arias Cañete.", "Ovvjament jekk se jidħol il-Mediterran fiha, Malta se jkollna l-parti tagħha x'tilgħab ukoll.", "Rigward l-Economic and Monetary Integration, taxxi, eċċ., l-ewwel nett irrid ngħid li jiena naqbel mija fil-mija miegħek fuq l-evażjoni u hija xi ħaġa li kull stat membru jaqbel magħha.", "Huwa fl-interess ta' kull membru stat li jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa u huwa wkoll fl-interess ta' kulmin qiegħed iħallasha għax mhuwiex ġust li jkun hemm min iħallas u min le.", "Rigward x'se jiġri 'l quddiem, ovvjament din hija xi ħaġa li dejjem qed tiġi diskussa f'ħafna aktar dettall.", "L-Onor.", "Fenech jaf aktar minni fuq dan is-suġġett għax kien jitla' hemmhekk.", "U kif nafu kull stat membru għandu l-interess partikolari tiegħu.", "Issemma' li ħafna mill-flus tal-FIFA għaddew minn Londra u postijiet oħra.", "Issa Londra qegħdin min rajhom jirrevedu l-liġijiet kollha tagħhom minħabba l-ħasil tal-flus.", "U nista' ngħid li Malta għandha waħda mill-aqwa liġijiet li għaddew bil-kunsens tal-Parlament kollu.", "Hawn ukoll qed naspiraw li jkun hemm outcome importanti.", "Rigward l-immigrazzjoni ssemmiet il-kontribuzzjoni tan-neigbourhood policy imma hawnhekk nixtieq inżid ukoll id-Directorate-General for International Cooperation and Development (DG DEVCO).", "In-neigbourhood policy limitata għall-pajjiżi tal-madwar imma jekk niġu għall-għajnuna li qed tingħata fl-Afrika, minn fejn qed joħorġu ħafna minn dawn l-immigranti, naraw li ħafna mill-fondi qegħdin joħorġu mid-DG DEVCO.", "Bħalissa mhux qed nitkellem biss fuq il-pożizzjoni tal-Kummissjoni imma qed inħares globalment lejn l-issue tal-migrazzjoni, fejn hawnhekk inti għandek tliet fażijiet; għandek is-sors minn fejn ħerġin l-immigranti, għandek it-transit minn fejn jgħaddu, fosthom il-Libja, il-Mediterran u fejn jispiċċaw, u fl-aħħar għandek l-end destination, relocation, responsabilitajiet, eċċ. Fuq is-sors ovvjament wieħed irid jara x'inhuma r-raġunijiet li qed jimbuttaw 'il barra lil dawn in-nies.", "Issemmiet il-problema tal-gwerer u s-sitwazzjoni ekonomika ħażina li hemm hemmhekk.", "Kultant ikollok ukoll il-problema tad-demokrazija jew tan-nuqqas tagħha, swat, ġlied, eċċ. U għalhekk hemm bżonn li xi ħadd jindirizza dawn l-affarijiet at source.", "X'qed jiġri fuq it-transit phase?", "Dawn l-immigranti qed jinġabru kollha f'pajjiżi bħal-Libja, eċċ. u mbagħad għandek il-proċess ta' kif qed jitilqu, kif qed jinġabru, fejn qed jiddaħħlu, is-safety at sea, eċċ. Ċerti affarijiet jirnexxilna narawhom imma ċerti affarijiet oħra lanqas biss ninnutawhom.", "Pereżempju nista' insemmi l-commercial shipping, fejn jaf ikollok tanker mimli petrol jew żejt b'ekwipaġġ ta' 15-il ruħ.", "Dan it-tanker jiltaqa' ma' dinghy b'120 immigrant fuqu.", "Skont il-liġi dan għandu jieqaf biex jagħtihom l-għajnuna.", "Imma fil-prattika l-kaptan tat-tanker se jgħid bejnu u bejn ruħu li għandu tanker mimli żejt, b'ekwipaġġ ta' 15-il persuna, allura kif se jirnexxielu jieħu ħsieb ta' 120 immigrant?!", "Jiġifieri hemm ħafna problemi f'dan it-transit phase.", "Imbagħad tidħol il-problema u r-responsabilità ladarba li ssalvahom għax kif qal il-Viċi President, ħafna mill-membri stati jgħidulek li trid issalvahom imma mbagħad la ssalvahom mhijiex problema tagħhom fejn se ddaħħalhom lil dawn l-immigranti!", "Ir-responsabilità jrid jerfagħha kulħadd.", "Huwa fatt li reġjuni fl-Ewropa huma iktar sensittivi għall-problemi reġjonali tagħhom!", "Il-Balkani għandhom il-problema tal-Ukrajna u r-Russja, u li għalihom din hija prijorità akbar mill-immigranti tal-Mediterran.", "Għalhekk forsi l-issue tal-Mediterran l-aktar li ġiet imbuttata fil-Kulleġġ minn Malta, il-Greċja u l-Italja.", "Ovvjament, minn dan il-lat, xi ħames jew sitt ġimgħat ilu kellna laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana.", "Waħda mill-affarijiet li ddiskutejna kienet fuq kif jistgħu jinżammu l-immigranti milli jitilqu minn pajjiżhom, fosthom anke billi ngħinuhom u billi jirranġaw l-affarijiet huma stess.", "F'Malta se jsir is-summit tal-Unjoni Afrika wkoll imma safejn naf jien id-data għadha ma ġietx imħabbra.", "Ovvjament għandek ukoll l-issue tal-Libja u ssemmiet l-ISIS.", "Bħalissa l-ISIS għandhom art fertili ħafna għax jinsabu fi stat fallut u qegħdin ukoll fuq dak iż-żejt kollu!", "Naturalment aktar ma jitilqu Libjani minn hemmhekk, aktar qed jagħmlulhom il-wisa'.", "Il-problema fil-Libja hi dwar ma' min se titkellem.", "Għallinqas jekk jien għandi problema mal-Onor.", "Zammit Dimech, naf li rrid nitkellem miegħu.", "Fil-Libja ma nafux ma' min se nitkellmu.", "Fuq l-ambjent issemma' li jkun hemm il-Country-specific Recommendations fuq l-affarijiet kollha.", "Ovvjament hemm l-isfidi u r-riżorsi limitati ta' kull stat membru.", "Fuq il-harmful subtances bilfors li rridu nħarsu lejhom.", "Ma jistax ikun li l-pestiċidi jibqgħu jeqirdu l-affarijiet li l-istess agrikoltura tiddependi minnhom!", "Jekk il-pestiċidi qed jeqirdu l-ilma, il-ħamrija u l-arja, mela allura se jispiċċaw jeqirdu lill-istess agrikultura!", "Dan biex ma nsemmux l-effett li jħalli fuqna l-bnedmin.", "Din hija xi ħaġa li qed tiġri mhux biss fl-agrikoltura imma anke fl-ibħra tagħna.", "Aħna qegħdin nitrattaw ħafna l-marine litter li jikkonsisti mill-ammont ta' plastik li qed jispiċċa fl-oċean.", "Ħafna nies jaħsbu li dan il-plastik qed iżomm f'wiċċ l-ilma f'irqajja fil-wiċċ.", "Fil-verità il-kurrenti tal-oċeani jiġbru ż-żibel kollu, li 80% minnu huwa plastik, f'ħamest irqajja kbar, li jissejħu gyres.", "Mela jekk titfa' borża tal-plastik fil-baħar fl-Amerika, ħames jew sitt snin wara, dik l-istess borża se tispiċċa f'waħda minn dawn il-gyres li għandhom l-area tagħhom li fiha kważi daqs l-Ewropa kollha jew inkella akbar mill-area ta' Texas!", "Il-plastiks mhux biss qegħdin fil-wiċċ tal-baħar imma meta jiddisintegraw dawn jifformaw dawk li ngħidulhom il-micro plastics, li jinżlu 25 u 30 metru fil-fond tal-ilma.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq għaxar sulari Maltin!", "Immaġina għandek area daqs it-Texas li fiha tmien jew disa' sulari 'l isfel fil-baħar u li minn ġo fiha jridu jgħaddu l-ħut.", "Ovvjament il-ħut jispiċċa jibla' dak il-micro plastic u mbagħad aħna rridu nieklu dak il-ħut!", "Din hija xi ħaġa li rridu nħarsu lejha avolja mhijiex xi ħaġa faċli.", "Il-plastik huwa problema kbira.", "Borża tal-plastik tagħmilha f'ħames sekondi, tużaha għal ħames minuti u biex teqridha għandek 50 sena!", "Imbagħad għandek l-ocean governance u l-governanza tal-Mediterran.", "Ix-shark finning hija xi ħaġa li qed niġġieldu bil-qawwa kollha kontra tagħha.", "Fil-fatt fl-Ewropa għandna very stringent laws against it.", "L-Onor.", "Fenech semma' t-tifel tiegħu imma t-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum huma ħafna iktar konxji tal-ambjent milli aħna aħna.", "Illum trid tgħallimhom kif iżommu lapes għax kif jużaw l-iPad jitgħallmuh waħedhom.", "Il-kontra ta' kif konna aħna.", "Hija xi ħaġa sabiħa li llum it-tfal jgħidulek huma x'qed jiġri fuq l-ambjent u jimbuttawk fuq dan il-qasam.", "Ridt ngħid ukoll li jekk naraw pajjiż li qed jinkoraġġixxi s-sajd illegali, aħna mill-ewwel nieħdu azzjoni kontrih billi nagħtuh il-karta s-safra.", "Wara jkollu sitt xhur żmien sabiex jaħdem pjan magħna ħalli jirranġa l-affarijiet.", "U jekk jirranġa l-affarijiet, il-karta s-safra titneħħa u jerġa' jingħata l-karta l-ħadra.", "Jekk l-affarijiet ma jitranġawx, l-Ewropa twaqqaf l-importazzjoni ta' kull prodott li għandu x'jaqsam mal-ħut minn dak il-pajjiż!", "Ikun hemm ħafna pajjiżi li jaħdmu magħna.", "Pereżempju konna tajna l-karta s-safra lill-Korea u lill-Filippini, u dawn ħadmu ħafna magħna, tant li llum nistgħu ngħidu li għandhom monitoraġġ u infurzar daqskemm għandna aħna.", "Illum nistgħu ngħidu li fl-ibħra fejn joperaw huma għandna two very strong partners.", "Għadna kemm tajna wkoll il-karta s-safra – u din kienet deċiżjoni iebsa – lit-Tajlandja.", "Mit-Taljandja aħna nimportaw man-nofs biljun prodott ta' ħut fis-sena!", "Imma ħadna dik id-deċiżjoni għax ma kenux qegħdin jaderixxu mar-regoli.", "Aħna meta nagħtu l-karta s-safra ma nagħtuhiex bil-ħsieb li nsawwtu lil xi ħadd imma biex inġibuh konxju li qed jagħmel il-ħażin u biex jiġi fuqna ħalli ngħinuh.", "Il-pass li jmiss huwa li npoġġu bilqiegħda u ngħidulhom xi jrid isir min-naħa tagħhom u ngħinuhom fuq dak li jrid isir.", "L-istess bħalma għamilna mal-Korea u mal-Filippini.", "Sabiex nieħdu l-opportunitajiet fil-Mediterran, il-Union for The Mediterranean (UFM) se tagħmel laqgħa u hemmhekk beħsiebna nqajjmu dawn l-affarijiet li jolqtu l-Mediterran.", "U biex nilħqu lill-pajjiżi kollha li hawn fil-Mediterran, minbarra l-UFM se nipprovaw nużaw – imma għadna ma wasalniex għax ma bdejniex id-diskussjonijiet sew – ukoll il-Five plus Five.", "B'hekk ma nibqgħux niddiskutu politika biss imma niddiskutu wkoll affarijiet oħra.", "L-Unjoni Ewropea diġà qiegħda taħdem ma' xi pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq fil-Mediterran.", "Pereżempju l-Unjoni Ewropea għandha ħafna sustainable fishing partnership agreements fejn biċċiet tal-baħar li jkollhom bandiera Ewropea jistgħu jistadu fl-ibħra tagħhom u aħna nħallsu xi affarijiet u nagħtuhom xi għajnuna.", "Pereżempju mal-Marokk għandna partnership agreement li jaħdem tajjeb ħafna.", "U allura permezz ta' dak il-ftehim nistgħu niddiskutu mal-Marokk affarijiet oħra.", "Ma' pajjiżi oħra, bħal pereżempju l-Libja, għalkemm huma parti mill-General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM), bħalissa lanqas huma stess m'għandhom kontroll ta' dak li qed jiġri fl-ibħra tagħhom!", "Imma permezz ta' dawn il-fishing partnership agreements aħna nipprovaw nidħlu f'areas oħra.", "L-Onor.", "Zammit Dimech semma' l-immigrazzjoni u fuq kif il-pajjiżi fil-Mediterran qed jintlaqtu bil-proposti li kien hemm.", "Nerġa' ngħid li għalkemm mhux qed nitkellmu fuq Malta, imma jien, il-Viċi President Feredica Mogherini u l-Kummissarju Dimitris Avramopoulos .… Ovvjament trid u ma tridx, la inti tkun taf l-area u tkun taf x'jed jiġri f'dik l-area, aktar se titkellem fuqha.", "L-isfortuna hi li l-kwestjoni tal-immigrazzjoni hija attività kriminali li qed tieħu vantaġġ minn kriżi umanitarja u allura inti ma tistax tabbandunaha imma trid tieħu pożizzjoni kontra dik l-attività kriminali wkoll.", "Rigward ir-rilokazzjoni u l-kwota, naħseb li rridu nħarsu lejn in-numri.", "Rigward il-kriterji jien naqbel mija fil-mija mal-Onor.", "Zammit Dimech u fil-fatt dawn il-kriterji, id-densità, id-daqs u l-kapaċità ta' pajjiżna kollha semmejthom fid-diskussjonijiet.", "L-ewwel nett Malta hija l-aktar post bl-ogħla densità fil-popolazzjoni mid-dinja kollha.", "Fl-Ewropa aħna qegħdin fl-ewwel post b'1,400 persuna għal kull kilometru kwadru mentri fit-tieni post hemm l-Olanda li għandha 400 persuna għal kull kilometru kwadru.", "Araw x'qabża hemm bejn l-ewwel u t-tieni post!", "Jekk aħna matul is-snin nirċievu 20,000 immigrant, dawn jammontaw għal 5% tal-popolazzjoni tagħna.", "U jekk ċentru ta' detenzjoni jilqa' fih ma nafx kemm-il elf immigrant, u meta tikkonsidra li ħafna mill-irħula tagħna għandhom popolazzjoni ta' 5,000, 6,000 u 7,000 ruħ, aktar tinduna kemm id-densità hija importanti għalina.", "Meta kollna fit-turiżmu konna ħriġna a carrying capacity study biex naraw kemm nistgħu nġibu turisti għax anke fuq it-turisti konna nagħmlu l-capping minħabba d-densità tal-popolazzjoni tagħna, minħabba l-infrastruttura, eċċ. Dawn huma kollha affarijiet li ssemmew hemmhekk.", "Biex il-parlamenti jiġu ngaġġati aktar jiena naħseb li huwa aktar il-metodu ta' kif jaħdem dak il-parlament.", "Nista' ngħid li l-Parlament Malti huwa wieħed minn dawk li qiegħed fuq quddiem nett meta niġu għat-transpożizzjoni tal-liġijiet.", "Malta m'għandhiex ksur ta' transpożizzjonijiet għax ladarba jiġu deċiżi l-affarijiet, it-transpożizzjoni fil-liġi tagħna ssir.", "Forsi aħna nistgħu nkunu xi ftit aktar attivi qabel ma jiġu deċiżi l-affarijiet.", "Il-Membri Parlamentari Ewropej tagħna huma attivi ħafna u jkun hemm xi jkun hemm għad-diskussjoni, dawn jieħdu parti fiha.", "Fuq it-TTIP jew it-Transatlantic Trade and Investment Partnership kien hemm votazzjoni nhar l-Erbgħa fil-Parlament imma tant kien hemm emendi fuq il-proposta, li l-Parlament reġa' ddeċieda li jibgħat il-proposta lura.", "Meta jkollok ħafna emendi l-proposta tkun kważi qiegħda tinbidel għal kollox.", "L-istand tagħna fl-Ewropa hija li ovvjament jagħmel tajjeb li jkollna ftehim ekonomiku u kummerċjali ma' pajjiż bħall-Amerika.", "Imma hemm it-tħassib għax dak il-ftehim m'għandux ikun il-kawża biex jitbaxxew l-istandards ambjentali.", "Meta nitkellmu fuq dak il-ftehim naraw li hemm vantaġġi kbar li jistgħu jsiru.", "L-Amerika u l-Ewropa huma l-akbar żewġt iswieq globali u allura tistgħu timmaġinaw x'jista' jiġri jekk dawn jingħaqdu.", "Ħafna mill-affarijiet li qed jiġu diskussi fil-ftehim mhumiex affarijiet li se jinbdew mill-ġdid imma huma affarijiet li jiffaċilitaw il-kummerċ eżistenti.", "Pereżempju jekk jirnexxielna neliminaw id-duplikazzjonijiet li hemm bejn iż-żewġ reġjuni wkoll tkun xi ħaġa tajba.", "Pereżempju jekk se nibagħtlek xi ħaġa mill-Amerika għal Malta, dan irid jiġi ċċertifikat minn entità Amerikana u mbagħad irid jiġi ċċertifikat minn entità Ewropea.", "Issa jekk se naqblu fuq kriterju wieħed ta' kif se jiġi ċertifikat dak il-prodott, tista' toħroġ ċertifikazzjoni entità waħda.", "Jiġifieri ħafna minnhom aktar huma biex jiffaċilitaw l-affarijiet milli xi ħaġa oħra.", "Ovvjament kif se timxi l-Kummissjoni fuqha din jiddependi mill-eżitu tad-diskussjoni fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill Ewropew.", "Fuq il-mistoqsija tal-Onor.", "Portelli dwar aktar informazzjoni fuq il-waste management irrid ngħid li fuq l-ikel hemm stati membri li diġà ħadu l-inizjattiva minn jeddhom fuq il-ħela tal-ikel.", "Meta ħafna pajjiżi jiġu għas-separazzjoni tal-iskart, illum nafu li għandek tliet boroż differenti imma issa hemm stati membri li diġà introduċew ir-raba' borża, u din hija l-borża l-kannella għall-iskart tal-ikel.", "Issa l-ewwel pass bħala Unjoni Ewropea għandu jkun biex dan l-iskart ma jkunx biss fuq dak domestiku imma anke fuq il-lukandi u l-catering establishments għax hemm qiegħed il-ħela tal-ikel.", "Meta nitkellmu fuq is-circular economy fil-kostruzzjoni, qegħdin nitkellmu kemm fuq id-disinn innifsu tal-kostruzzjoni kif ukoll fuq il-materjali li jintużaw fil-kostruzzjoni.", "Il-miri għad iridu jiġu diskussi wara li jkun hemm din il-konsultazzjoni.", "L-idea fil-Kummissjoni hi li we do not go back fuq il-miri eżistenti li hemm illum.", "Issa aħna biex inkunu aktar ambizzjużi ma rridux inbaxxu l-miri tagħna imma rridu ngħinu lill-pajjiżi biex jilħqu dawk il-miri.", "Waħda mill-miri li rridu nilħqu żgur hija l-phasing out tal-landfills.", "Il-landfill tiskoraġġixxi ħafna mir-riċiklaġġ.", "Issemmew il-problemi differenti li għandhom pajjiżi differenti u aħna qegħdin nifhmuhom dawn il-problemi.", "Fil-fatt għandek pajjiżi speċifiċi li għandhom problemi biex ikollhom economies of scale.", "Barra minn Malta, għar-riċiklaġġ lanqas m'huma qegħdin jidħlu l-gvernijiet imma qed jidħol għalihom il-privat.", "Qabel, aktar ma jkollok skart, aktar kien ikollok liability imma llum, aktar ma jkollok skart, aktar ikollok an asset peress li dan l-iskart qiegħed jiġi kummerċjalizzat.", "Il-privat qiegħed jidħol għalih għax qed jara li jista' jirriċikla dak l-iskart u mbagħad ibiegħu aktar milli jkun xtrah u allura qed ikollu element ta' profitt.", "Meta l-privat imur fuq reġjun żgħir jew fuq stat membru żgħir biex jara jistax jinvesti hemmhekk u jsib li l-ammont ta' skart iġġenerat minn dak il-pajjiż ma jkunx vijabbli għalih, mela allura dik se jkollu jidħol għaliha l-gvern ta' dak il-pajjż.", "Mela kull gvern imbagħad irid joqgħod joħroġ il-flus kull sena għaliha.", "Fuq dawn l-affarijiet irridu naraw kif se ngħinu mhux biss lil dawn l-istati membri imma anke lil ċerti reġjuni għax f'ċerti pajjiżi jista' ikollok reġjun żgħir li ma jkollux l-economies of scale.", "Barra minn Malta ġieli ssib erba' jew ħames reġjuni li jingħaqdu flimkien biex imbagħad jissuplixxu mpjant wieħed bejniethom.", "Id-deadline tas-circular economy hija għat-tielet ġimgħa ta' Awwissu, fejn imbagħad tagħlaq il-konsultazzjoni.", "Issa dalwaqt se mmorru għar-review tal-Common Agricultural Policy (CAP).", "Fil-CAP l-ambjent għandu mat-30% tal-vot u dan suppost se jmur għall-greening tal-agrikoltura.", "Allura meta nagħmlu review tal-CAP irridu naraw li dawk it-30% tal-fondi verament qed imorru għall-greening tal-ekonomija.", "Rigward l-operational cost, illum jekk bidwi jmur għal iktar speċjalizzazzjoni għandu mnejn ikabbar il-profitti tiegħu.", "Kważi kważi llum aħjar ikollok tunnellata prodotti minn organic farming milli jkollok ħames tunnellati prodotti normali għax li jgħodd huwa l-valur.", "Jien nipprova nikkonvinċi lis-sajjieda dwar dan ukoll.", "Inti ma tikkalkulax is-suċċess tas-sajda tiegħek minn jekk qbadtx ħames ħutiet jew inkella għaxar ħutiet għax jaf il-valur tal-ħames ħutiet ikun aktar mill-valur tal-għaxra.", "Mela għandek l-element tal-valur.", "M'għandniex għalfejn immorru għall-kwantità u neqirdu kollox meta nistgħu mmorru għall-valur miżjud.", "L-Onor.", "Silvio Schembri semma' l-ekonomija u l-ambjent.", "Qabel konna ngħidu li s-sustainability tfisser li inti tilħaq bilanċ bejn l-ambjent, l-ekonomija u s-soċjal.", "Illum lanqas ma rridu nużaw il-kelma \"bilanċ\" għax meta tgħid li se ssib bilanċ bejn l-ambjent u l-ekonomija diġà qed tammetti li hemm two different silos u inti se toqgħod tibbilanċja bejniethom.", "U għalhekk illum qed nitkellmu fuq kif se nintegraw l-ekonomija mal-ambjent.", "Illum tista' titkellem fuq ambjent ekonomiku jew ekonomija ambjentali.", "U jekk aħna naħdmu bil-għaqal dawn it-tnejn jiġu jfissru l-istess ħaġa.", "Meta tista' tintegra ż-żewġ affarijiet, bħalma semmejt fis-circular economy, fejn għandek soluzzjoni waħda li qiegħda tindirizza l-ambjent u l-ekonomija.", "Meta qed nitkellmu fuq il-kontribuzzjoni tal-attività ambjentali, pereżempju fiż-żmenijiet tal-kriżi fl-Ewropa, l-unika mpjiegi li komplew jikbru u li kienu reżiljenti kienu proprju l-green jobs.", "Meta aħna qed nagħtu dawn l-istandards fuq ir-riċiklaġġ, l-iskart, eċċ., qed nagħtuhom għax nafu li dawn huma kollha attivitajiet li jistgħu jiġġeneraw aktar impjiegi, aktar investiment u qed joħolqu wkoll a better business environment biex ikun hemm investiment ulterjuri.", "Fuq il-Country-specific Recommendations qed naraw li huwa inutli li titkellem fuq l-ekonomija u fuq l-investiment u mbagħad toqgħod tara wara jekk dak l-investiment huwiex sostennibbli jew le!", "Dawn l-affarijiet iridu jsiru flimkien.", "Rigward it-tniġġis tal-arja saru cost benefit analysis.", "Pereżempju x'inhuma l-health costs jekk taqbad il-cumulative health costs ta' kull stat membru fl-Ewropa?", "Dan imurlek għal biljuni ta' ewro!", "Dan l-istess bħal meta jkollok lil xi ħadd li joqgħod jixxaħħaħ u ma jonfoqx €10 vitamini biex imbagħad jimrad u minflok €10 ikollu jonfoq €20 f'mediċini.", "Il-prevenzjoni hija aħjar mill-kura u jekk għandna ninvestu, ikun aħjar li ninvestu f'miżuri preventivi biex naqtgħu t-tniġġis tal-arja milli mbagħad nidħlu għal spejjes akbar wara.", "Semmejna 400,000 ruħ ġewwa l-Ewropa li jmutu minħabba t-tniġġis tal-arja imma globalment, madwar id-dinja kollha, dawn l-imwiet ilaħħqu s-seba' miljun ruħ fis-sena! 80% minnhom qegħdin imutu f'żoni urbani speċifiċi.", "Fuq il-kwota tat-tonn irrid ngħid li dalgħodu għadna kif qrajna li l-istaġun tat-tonn kellu jagħlaq illum minflok fl-24 ta' Ġunju minħabba li l-kwota tat-tonn inqabdet kollha!", "Il-kwota tat-tonn din is-sena kienet akbar minn tas-sena l-oħra u allura s-sagrifiċċji li saru mis-sajjieda ħallew il-frott tagħhom.", "It-tonn jitlaq min-North Atlantlic u jibqa' nieżel għas-South Atlantic u meta jemigra jgħaddi mill-Mediterran u jkompli tiela' 'l fuq.", "Ovvjament meta l-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT), f'isem il-pajjiżi kollha tal-Atlantiku, eċċ. tfassal il-kwoti tal-qbid, il-kwoti tfassalhom ukoll fl-istess interess tas-sajjieda!", "Jekk is-sajjied iħares short term u jgħid li kull ħuta li se tgħaddi minn taħtu se jaqbadha se jispiċċa jeqred l-industrija kollha.", "Se jistad hu biss mentri wliedu mhux se jkunu jistgħu jistadu.", "Is-sajjieda li se jiġu warajh mhux se jsibu ħut!", "L-Ewropa bħalissa timporta 60% tad-domanda tal-ħut li għandha bżonn u hemmhekk qegħdin inħeġġu wkoll l-idea tal-akwakultura sostennibbli.", "Meta nitkellmu fuq il-ħut u li l-ħut qed jonqos, ma rridux nagħtu l-impressjoni li l-ħut qed jonqos biss minħabba s-sajjieda għax illum għandek ħafna fatturi li qed jeqirdu l-ħut, fosthom it-tibdil fil-klima u t-tniġġis marittimu.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Aħna nirringrazzjawk talli għoġbok tiġi tagħtina din il-preżentazzjoni.", "Nisperaw li nerġgħu niltaqgħu miegħek, mhux biss formalment imma anke informalment.", "Min-naħa tiegħi nawguralek kull suċċess.", "Grazzi.", "Fin-12.25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150612_013d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10:35 a.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Godfrey Farrugia, Membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor.", "Marthese Portelli, Membru tal-Kumitat Permanent dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ewropej u Barranin.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Joseph Sammut kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA, RESPONSABBLI MILL-AMBJENT, AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD, DWAR IL-PROGRAMM TA' XOGĦOL TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2015 (KUMM(2014)910)", "Il-Kummissarju Karmenu Vella, li kien akkumpanjat mis-Sinj.", "Gabriella Pace u s-Sur Brian Synott mill-cabinet tiegħu, u mis-Sinj.", "Therese Zahra mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Malta, ta ħarsa lejn id-diversi inizjattivi u policies li l-Kummissjoni kienet qiegħda ssegwi, fosthom:-", "il-politika ġdida dwar l-immigrazzjoni fejn għalkemm għad baqa' ħafna xi jsir, il-Kummissjoni bdiet taġixxi bi strateġija u b'mod aktar koordinat;", "l-energy union li għandha l-għan li jkun hemm provista adekwata bejn l-Istati Membri u sigurà, prezzijiet stabbli u żvilupp ta' enerġija minn sorsi li ma jniġġsux;", "il-European Fund for Strategic Investments tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi abbażi tal-bżonnijiet speċifiċi ta' kull Stat Membru;", "regolamentazzjoni aħjar minflok aktar regolmenti u dan billi kienu qegħdin jiġu riveduti dawk eżistenti bil-għan li jkunu aktar effettivi u li jiġu mwettqa aħjar kif ukoll billi ssir aktar konsultazzjoni mal-gvernijiet u parlamenti nazzjonali biex b'hekk jiġu indirizzati aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadin;", "fil-qasam tal-ambjent ikun hemm circular economy sabiex jiġi ppjanat x'ikun se jiġri minn prodott anke wara l-użu tiegħu u biex aspetti ekonomiċi u ambjentali ma jibqgħux jitqiesu opposti għal xulxin imma kumplimentari għal xulxin.", "F'dan il-kuntest wieħed ried jikkonsidra wkoll li l-UE timporta 60% tal-materja prima, dak li jissejjaħ resource deficit, u li mat-30% tal-ikel qed jinħela;", "f'dawk li huma affarijiet marittimi huwa importanti l-governanza u l-ispatial planning tal-ibħra u l-oċeani fid-dawl tal-fatt li d-dinja qiegħda ddur aktar u aktar fuq l-ibħra - li jkopru 70% ta' wiċċ id-dinja - għall-bżonnijiet tagħha.", "F'dan ir-rigward l-Ewropa teħtieġ taħdem id f'id ma' pajjiżi kbar bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Brażil.", "Barra minn hekk il-blue economy tagħmel parti sewwa mill-ekonomija ta' Malta meta wieħed iqis it-turiżmu, il-port ħieles u r-reġistru merkantili; u", "il-politika ta' konservazzjoni fil-qasam tas-sajd kienet qiegħda tagħti riżultati tajbin fir-rigward ta' speċi ta' ħut li kienu fil-periklu.", "Hawnhekk kien hemm bżonn tal-kollaborazzjoni ta' pajjiżi oħra speċjalment fil-Mediterran fejn il-pajjiżi ta' fuq huma Stati Membri tal-UE filwaqt li l-pajjiżi t'isfel mhumiex.", "Barra minn hekk is-sajd illegali jammonta għal 11% tas-sajd globali u dwar din il-kwestjoni għandha ssir laqgħa fit-13 ta' Novembru 2015.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-12.25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150612_013m_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt, fl-10:35a.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Godfrey Farrugia, Membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, Membri tal-Kumitat Permanent dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u l-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA, RESPONSABBLI MILL-AMBJENT, AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD, DWAR IL-PROGRAMM TA' XOGĦOL TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2015 (KUMM(2014)910)", "Il-Kummissarju Karmenu Vella, li kien akkumpanjat mis-Sinj.", "Gabriella Pace u s-Sur Brian Synott mill-cabinet tiegħu, u mis-Sinj.", "Therese Zahra mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Malta, ta ħarsa lejn id-diversi inizjattivi u policies li l-Kummissjoni kienet qiegħda sseġwi, fosthom:-", "il-politika ġdida dwar l-immigrazzjoni fejn għalkemm kien għad baqa' ħafna xi jsir, il-Kummissjoni kienet bdiet taġixxi bi strateġija u b'mod aktar kordinat;", "l-energy union li kellha l-għan li bejn l-Istati Membri jkun hemm provvista adekwata u sigura, prezzijiet stabbli u żvilupp ta' enerġija minn sorsi li ma jniġġsux;", "il-European Fund for Strategic Investments kellu jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impiegi abbażi tal-bżonnijiet speċifiċi ta' kull Stat Membru;", "regolamentazzjoni aħjar minflok aktar regolmenti u dan billi kienu qegħdin jiġu riveduti dawk eżistenti bil-għan li jkunu aktar effettivi u li jiġu mwettqa aħjar kif ukoll billi ssir aktar konsultazzjoni mal-gvernijiet u parlamenti nazzjonali biex b'hekk jiġu ndirizzati aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadin;", "fil-qasam tal-ambjent kien hemm is-cirular economy sabiex jiġi ppjanat x'ikun se jiġri minn prodott anke wara l-użu tiegħu u biex aspetti ekonomiċi u ambjentali ma jibqgħux jitqiesu opposti għal xulxin imma kumplimentari għal xulxin.", "F'dan il-kuntest wieħed ried jikkonsidra wkoll li l-UE timporta 60% tal-materja prima, dak li kien qed jissejjaħ resource deficit, u li mat-30% tal-ikel kien qed jinħela;", "f'dawk li huma affarijiet marittimi kienu importanti l-governanza u l-ispatial planning tal-ibħra u l-oċeanji fid-dawl tal-fatt li d-dinja kienet qiegħda ddur aktar u aktar fuq l-ibħra - li jkopru 70% ta' wiċċ id-dinja - għall-bżonnijiet tagħha.", "F'dan ir-rigward l-Ewropa kienet teħtieġ taħdem id f'id ma' pajjiżi kbar bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Brażil.", "Barra minn hekk il-blue economy kienet takkonta għal biċċa sewwa mill-ekonomija ta Malta meta wieħed iqis it-turiżmu, il-port ħieles u r-reġistru merkantili; u", "il-poltika ta' konservazzjoni fil-qasam tas-sajd kienet qiegħda tagħti riżultati tajbin fir-rigward ta' speċi ta' ħut li kienu fil-periklu.", "Hawnhekk kien hemm bżonn tal-kollaborazzjoni ta' pajjiżi oħra speċjalment fil-Mediterran fejn il-pajjiżi ta' fuq kienu Stati Membri tal-UE filwaqt li dawk t'isfel ma kienux.", "Barra minn hekk is-sajd illegali kien jammonta għal 11% tas-sajd globali u dwar din il-kwestjoni kellha ssir laqgħa fit-13 ta' Novembru 2015.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-12.25p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIR TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150612_018m_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 31", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 31", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.35 a.m.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA, RESPONSABBLI MILL-AMBJENT, AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD, DWAR IL-PROGRAMM TA' XOGĦOL TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2015 (KUMM(2014)910)", "THE CHAIRPERSON (Onor. Luciano Busuttil): Insellmilkom u nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa.", "Qabel nibdew, nixtieq ninformakom li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live fuq l-Internet, filwaqt li fil-weekend se tkun qiegħda tiġi mxandra fuq it-televiżjoni.", "Jekk għandkom xi oġġezzjoni għal dan l-istreaming nitlobkom tgħiduli.", "Mela, la m'hawnx oġġezzjoni, nistgħu nibdew din il-laqgħa billi nilqgħu fostna lill-Kummissarju Karmenu Vella, li huwa responsabbli mill-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.", "Il-Kummissarju se jagħtina preżentazzjoni – li mhijiex se tkun limitata għall-portfolio tiegħu biss - dwar il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2015.", "Dan id-dokument diġà ġie mgħoddi lill-Membri preżenti.", "Fost l-inizjattivi interessanti, wieħed isib il-politika ġdida dwar l-immigrazzjoni, u din żgur hija ta' rilevanza partikolari għalina.", "Għandek ukoll il-European Fund for Strategic Investments sabiex jiġi indirizzat it-tkabbir ekonomiku li jġib miegħu l-ħolqien tal-impjiegi, l-Energy Union li għandha timxi id f'id mal-politika dwar it-tibdil fil-klima, it-Transatlantic Trade and Investment Agreement mal-Istati Uniti, flimkien man-negozjati fl-ambitu tal-World Trade Organisation li għandhom il-ħsieb li jiffaċilitaw u jsaħħu l-kummerċ, u d-drive sabiex f'dak li tagħmel il-Kummissjoni jkun hemm aktar trasparenza u kontabilità li tinħass miċ-ċittadini wkoll.", "Issa se ngħaddi l-kelma liċ-Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji sabiex jagħmel l-introduzzjoni tiegħu.", "Wara, ngħaddi l-kelma lill-Kummissarju Karmenu Vella sabiex jindirizza lil dan il-Kumitat.", "SILVIO SCHEMBRI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji): Min-naħa tiegħi, nixtieq inkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Luciano Busuttil u nilqa' magħna lill-Kummissarju Karmenu Vella.", "Żgur li llum se ġġedded ftit memorji tal-ħidma tiegħek f'dan il-Parlament.", "U, għalkemm din hija binja ġdida u ma tantx għandek memorji fiha, żgur li għandek memorji tal-kollegi li flimkien magħhom servejt għal ħafna u ħafna snin fil-Parlament Malti.", "Żgur li huwa ta' pjaċir għalina lkoll li nilqgħuk hawnhekk għal din il-laqgħa flimkien ma' erba' Kumitati Parlamentari.", "Jiena naħseb li inti ġejt fdat b'portfolio kbir ħafna u ta' importanza kbira għall-Maltin, b'mod speċjali mil-lat ekonomiku, u li bħala Gvern qegħdin nagħmlu enfasi fuqu, speċjalment fejn tidħol l-ekonomija marittima u l-ekonomija blu, u żgur li huma setturi li għandhom rilevanza kbira taħt il-portfolio tiegħek.", "Apparti dawn, kif spjega wkoll l-Onor.", "Busuttil, hemm setturi oħra li huma anċillari mal-portfolio tiegħek, fosthom il-politika tal-enerġija, li żgur għandha rilevanza kbira għall-ekonomija tagħna, speċjalment fi żmien fejn Malta tinsab għaddejja minn kambjament u innovazzjoni tal-enerġija tagħha bil-politika l-ġdida ta' energy mix, flimkien ma' affarijiet oħra li miexi fuqhom il-Gvern f'dan il-qasam.", "Żgur li din hija ta' prijorità, kemm għall-pajjiżna kif ukoll għall-Kummissjoni Ewropea.", "Ninsab ċert li l-preżentazzjoni tiegħek se tkun ta' interess kbir, kemm għalina bħala Kumitat, kif ukoll fuq livell ġenerali bħala pajjiż.", "Jiena ngħid li huwa ta' preġju għalina li inti, bħala Malti, għandek dan il-portfolio u li, bħala pajjiż, dan se jkun ta' għajnuna kbira għalina.", "THE CHAIRPERSON: Il-Kummissarju Karmenu Vella.", "IL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA (Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd): L-ewwelnett, nixtieq nirringrazzjakom, u nista' ngħid li huwa l-pjaċir tiegħi li qiegħed niltaqa' mal-kollegi.", "L-għan ta' dalgħodu huwa li wieħed jagħti daqsxejn tagħrif dwar il-Kummissjoni u l-isfidi inġenerali li din kellha fl-ewwel xhur tagħha.", "Imbagħad wara, forsi nagħti overview ħafifa tal-portfolio tagħna u ngħid ukoll kif il-Kummissjoni tista' issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Parlament Malti.", "Kif tafu, kummissjoni ġdida dejjem ikollha l-prijoritajiet ġodda tagħha, ikollha l-isfidi tagħha, u jkollha wkoll il-metodi tagħha.", "Ħafna mill-isfidi, għalkemm huma ġodda, huma sfidi strutturali jew sfidi permanenti, għaliex kif se tkabbar u kif se ttejjeb l-ekonomija żgur li hija sfida kontinwa.", "L-istess mil-lat soċjali, nistgħu ngħidu li hija sfida wkoll.", "Mil-lat ambjentali, l-isfida qiegħda dejjem tikber.", "Waħda mill-isfidi li din il-Kummissjoni poġġiet quddiemha hija dik ta' kif se terġa' tirbaħ lura ftit mill-fiduċja li forsi tilfet maċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament, il-focus tagħna qed ikun iktar mhux fuq li nagħmlu aktar leġiżlazzjoni, imma fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni.", "Huwa inutli li wieħed joqgħod jibni torrijiet ta' leġiżlazzjoni fuq leġiżlazzjoni, biex imbagħad jitlef il-focus fuq l-output, fuq ir-riżultati u fuq l-implimentazzjoni tal-istess leġiżlazzjoni!", "At the end of the day, is-suċċess ta' kull entità – kemm jekk hija l-Unjoni Ewropea, u kemm jekk hija kumpanija – ma jitkejjilx fuq it-targets u fuq il-leġiżlazzjoni li titfa' fuq il-karta, imma jitkejjel fuq ir-riżultati li toħroġ minnhom, kif ukoll fuq l-output li se jkollok.", "Ħalli nagħti idea ħafifa tax-xogħol fl-ewwel xhur ta' din il-Kummissjoni.", "Għal dak li huwa t-tkabbir ekonomiku, għadu kemm ġie adottat il-European Fund for Strategic Investment, l-EFSI, li ġie adottat kemm mill-Parlament, kif ukoll mill-Kunsill.", "Permezz ta' dan l-EFSI, qed nimmiraw li se jkun hemm injection qawwija fl-ekonomija ta' madwar €315-il biljun fuq il-perijodu tat-tliet snin li ġejjin.", "Li hemm ġdid f'dan il-fond hu li, l-ewwel nett, mhux se jkun immirat biss għall-istati membri, imma se jkun immirat ukoll għall-kumpaniji privati.", "Dan il-fond mhux se jkun biss f'fondi, imma prinċipalment se jkun strument finanzjarju.", "Bħalissa kull kummissarju qed jintalab biex jagħti prijorità lil proġetti li skont hu jistgħu jibbenefikaw.", "Pereżempju, fuq l-ambjent aħna nixtiequ li parti minn dan il-financing instrument imur lejn l-istati membri biex dawn ikunu jistgħu jilħqu l-miri tar-recycling projects, eċċ. Mela aħna nagħtu d-direzzjoni fejn dan il-financing fund jista' jiġi utilizzat.", "Xi ħaġa oħra importanti hija l-Energy Union.", "Illum qed naraw aktar minn qatt qabel id-dipendenza li għandha l-Unjoni Ewropea fuq sorsi ta' enerġija, li forsi llum qegħdin hemm u għada jistgħu ma jkunux hemm.", "U għalhekk ħarġet din l-idea li jkun hemm energy union waħda, fejn l-Unjoni Ewropea tiżviluppa enerġija aktar climate-friendly u jkun hemm a secure supply of sources ħalli b'hekk l-enerġija tkun aktar bi prezz kompetittiv.", "Illum qed naraw li vantaġġ li għandhom reġjuni oħra fuq l-Unjoni Ewropea – pereżempju, bħall-Istati Uniti – huwa l-fatt li dawn għandhom sors ta' enerġija bi prezz kompetittiv ħafna.", "Jien ċert li din l-Energy Union se tibda tagħti r-riżultati tagħha, u allura s-suċċess tagħha jkun jista' jitgawda kemm miċ-ċittadini, kif ukoll minn ħafna investituri.", "Hemm ukoll l-interconnectivity within din l-Energy Union, fejn Malta qed tagħti s-sehem tagħha wkoll f'dan ir-rigward.", "Il-mira hi li tal-inqas 10% mill-konnettività tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea tintlaħaq sas-sena 2020.", "Ovvjament, l-Energy Union qiegħda torbot ukoll ix-xogħol tagħna fuq il-global climate negotiations li se jkun hemm f'Pariġi f'Diċembru ta' din is-sena.", "Imbagħad, għandna d-Digital Single Union li tista' tkun ukoll ta' vantaġġ kbir għall-konsumatur, kif ukoll għall-industrija.", "Bħalma tafu, kien hemm ukoll l-aġenda fuq l-immigrazzjoni.", "Il-kambjament prinċipali kien li filwaqt li, fejn tidħol il-migration, kollox kien qed jiġi indirizzat in a management by crisis approach, illum qegħdin nipprovaw naraw li jkollna aktar a strategic and planned approach.", "Ovvjament, ħadd ma jista' jgħid li hemm soluzzjoni li hija mija fil-mija, imma għallinqas hemm l-ewwel tentattiv biex ikun hemm strateġija fuq din l-issue.", "U din hija xi ħaġa li tista' tibqa' titjieb matul iż-żmien.", "Sar ħafna xogħol – kif kien isir mill-kummissjonijiet preċedenti – fejn tidħol l-ekonomija u l-finanzi fuq il-country-specific recommendations.", "Bħalissa għaddejjin ħafna taħdidiet fuq din ma' kull pajjiż, u l-idea hi li jkun hemm tkabbir tajjeb f'dak li huwa investiment biex jitkomplew ir-riformi strutturali u jintlaħqu l-miri fiskali.", "Il-Kummissjoni qiegħda tgħid ukoll li ma tridx tkun biss leġiżlatur, imma we have also to be facilitators, fejn, diment li inti tkun qed tilleġiżla, trid tiffaċilita wkoll biex jintlaħaq l-iskop ta' dak li qed tilleġiżla.", "Għaddejjin ukoll b'ħidma għal xi ħaġa li hija speċifika għal din il-Kummissjoni, u din qegħdin insejħulha l-better regulation.", "Qiegħda ssir review ta' ħafna mil-leġiżlazzjoni li diġà hemm, u l-iskop tagħha mhuwiex dak li mmorru lura mill-objectives li kellhom id-direttivi u l-leġiżlazzjonijiet diversi, imma biex naraw li l-leġiżlazzjoni ssir b'mod aktar effettiv, u biex jintlaħaq l-iskop tagħhom.", "Irridu nersqu wkoll aktar viċin taċ-ċittadini permezz tal-preżenza tagħna fil-parlamenti, kif ukoll viċi versa.", "Il-Kummissjoni tiddependi ħafna fuq id-deċiżjonijiet li tieħu mill-opinions li tirċievi mingħand il-gvernijiet u l-parlamenti.", "Issa mhux il-pajjiżi u l-parlamenti kollha huma attivi indaqs f'dawk li huma opinions u, sfortunatament, Malta mhijiex waħda minn dawk li huma attivi ħafna.", "Meta tara kemm inħarġu opinions mill-parlamenti lejn l-Unjoni Ewropea, issib li dawn ikunu bil-mijiet, waqt li minn Malta ħarġu inqas minn għaxra!", "Issa dan mhux għax l-affarijiet ma jkunux qed jinteressaw lilna, imma għal xi raġuni jew oħra ma jsirux.", "U forsi dik hija waħda mill-affarijiet li nistgħu nibdlu flimkien aktar 'il quddiem.", "Sabiex nagħtikom ftit idea tal-portfolio tiegħi, tajjeb li tkunu tafu li jien għandi taħti l-ambjent, is-sajd u l-affarijiet marittimi.", "L-ambjent huwa settur vast ħafna, huwa settur li jolqot ħafna mill-affarijiet ta' kuljum tal-ħajja tagħna, fosthom l-affarijiet soċjali u ekonomiċi tagħna.", "Illum, jekk tħares lejn kull attività ekonomika, you can trace it back at some point in time to its origin.", "Is-sors jew il-materja prima tagħha din tkun ġejja mill-ekosistema tagħna, mill-biodiversità tagħna u min-natura tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li qed naħdmu b'ħeġġa kbira fuqha hija s-circular economy.", "Illum l-Ewropa, għalkemm hija sinjura ħafna f'dik li hija l-labour force tagħha, din hija fqira f'dawk li huma riżorsi.", "Fil-fatt, l-Ewropa qiegħda timporta mas-60% tar-riżorsi u l-materja prima li għandha bżonn għall-produzzjoni tagħha, u għalhekk nistgħu ngħidu li l-Ewropa għandha resource deficit qawwi.", "Pereżempju, meta nitkellmu fuq deficit finanzjarju ta' 3% mill-GDP, iqum paniku kbir; imma, fuq il-fatt li l-Ewropa għandha resource deficit qawwi, ħadd ma jitkellem fuqu u qisu mhu qed jiġri xejn.", "U għalhekk ħarġet l-idea sabiex ikun hemm transizzjoni minn dik li llum hija a linear economy għal dik li hija a circular economy.", "Bażikament, illum jinħadem prodott, il-konsumatur jixtrih u jużah u, meta jlesti minnu, dan il-prodott jintrema'.", "Hemmhekk, inti mhux biss tlift il-prodott, imma tlift ukoll il-materja prima tiegħu.", "Permezz tas-circular economy, meta tasal fl-aħħar tal-ħajja tal-prodott, terġa' tirriċikla l-materja prima tiegħu billi tużaha fil-produzzjoni tal-istess prodott jew ta' xi prodott ieħor.", "Ir-riżorsi huma fattur importanti ħafna mil-lat ekonomiku għax jistgħu jagħtu lill-Ewropa kompetittività ġdida fejn ma tkunx qed tuża riżors darba għal prodott wieħed, imma tibqa' tuża dak ir-riżors għal diversi drabi.", "Fil-fatt, illum qegħdin naraw li s-circular economy tindirizza kemm l-aspett ekonomiku, kif ukoll l-aspett ambjentali.", "Meta nitkellmu fuq riżorsi, naraw li ħafna minnhom huma n-natural capital tagħna, u dawn qegħdin jinħlew bil-kbir.", "Għalhekk, b'din is-sistema qegħdin nindirizzaw kemm l-ekonomija, kif ukoll l-ambjent.", "Id-drive llum mhijiex aktar li naraw l-ambjent bħala xi ħaġa li jmur kontra l-ekonomija, anzi llum qegħdin ngħidu li l-ambjent jista' jkun kontributur kbir għall-ekonomija tagħna.", "F'dan is-settur tidħol ukoll il-parti tal-iskart u l-waste management.", "Huwa inutli li titkellem fuq ir-riċiklaġġ tal-iskart qabel ma titkellem fuq kif tista' tevita milli toħloq l-iskart.", "Jekk jista' ikun, l-iskart trid teliminah mill-ewwel u mhux toqgħod taħli, għax imbagħad se tirriċikla dak li taħli!", "Sal-lum, il-prodotti prinċipali li qed jitqiesu taħt il-waste management u r-riċiklaġġ huma erbgħa: il-metall, il-ħġieġ, il-karti u l-plastik.", "Aħna qed ngħidu li dawn huma ftit mill-prodotti kollha li jintużaw u li jiġu wasted, u għalhekk hemm bżonn li nimirħu f'setturi oħrajn.", "Pereżempju, hemm bżonn li nidħlu fis-settur tal-ikel.", "Hija ħasra li l-Ewropa għandha 30% tal-ikel tagħha li qed jiġi skartat!", "L-ewwel trid tara kif tnaqqas dak l-iskart, u mbagħad trid tara kif se tużah.", "Irridu wkoll inħarsu lejn il-kostruzzjoni, għaliex din tmiss ukoll mal-materja prima.", "Aħna qed ngħidu li m'għandniex nibqgħu fuq dawk l-erba' affarijiet biss, imma rridu nidħlu fuq affarijiet oħra.", "U allura, ovvjament, irridu nħarsu wkoll lejn dan il-prodott.", "Biex inti jkollok a 360 degrees circular economy, ma tistax tgħid li se tirriċikla l-materjal, imma mbagħad il-prodotti ma jkunux riċiklabbli.", "U għalhekk irridu nħarsu wkoll lejn l-eco-design tal-prodott.", "Issa qabel, l-eco-design ta' prodott kien aktar assoċjat mal-energy efficiency, fejn inti jkollok kitla eco-designed biex tuża inqas enerġija.", "Illum, an eco-design kettle tista' tfisser ukoll mil-lat ta' materja prima li tintuża f'dik il-kitla.", "Aħna rridu nkunu aktar ambizzjużi.", "Fil-Parlament, kien hemm dibattitu sħiħ dwar kemm se nkunu ambizzjużi fuq is-circular economy, mhux biss fuq il-miri, imma fuq kif l-istati membri qegħdin jilħqu dawn il-miri.", "Sfortunatament, illum, fejn jidħlu miri – fuq tniġġis tal-arja, fuq riċiklaġġ, fuq il-kwalità tal-ilma, eċċ. – għandek 28 pajjiż li qed jiġru bi 28 speed differenti!", "U, biex inkunu aktar ambizzjużi, aħna qed ngħidu li rridu nidentifikaw dawk l-istati membri li mhumiex jiġru bil-pass mgħaġġel tal-oħrajn, u mhux inniżżlu l-istandards għal-livell tagħhom, imma nappoġġjawhom.", "Irridu naraw fejn qegħdin il-bottle necks, u nipprovaw nindirizzaw il-fondi strutturali biex ngħinuhom aktar.", "U, jekk hemm bżonn, nagħmlu country-specific plans magħhom.", "Illum, il-country-specific recommendations qegħdin biss fuq l-ekonomija u fuq il-finanzi; imma aħna qed ngħidu li dawn għandhom ikunu wkoll fuq miri ambjentali.", "Ovvjament, dan kollu jirrelata mal-prijorità prinċipali tal-impjiegi, tat-tkabbir ekonomiku, eċċ. It-timeline biex ikollna proposti fuq il-mejda tas-circular economy huwa wara li jgħaddi s-sajf.", "Anke hawnhekk, bħalissa diġà ftaħna konsultazzjoni qawwija.", "Hawnhekk forsi l-Parlament u l-Gvern Malti jkunu jistgħu jagħtu sehemhom ukoll, mhux biss bħala Parlament jew bħala Gvern, imma anke ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom f'din il-konsultazzjoni.", "Fil-25 ta' Ġunju, se jkollna konferenza kbira ġewwa Brussell sabiex nindirizzaw is-circular economy biss.", "Rigward l-ambjent, għandna wkoll il-bio-diversity u n-natural capital, l-eco-systems, l-istate of the environment u l-istate of nature li huwa xi ħaġa vasta, enormi u kontroversjali ħafna.", "Fuq in-natural capital, għadu kemm kellna l-iState of the Environment Report, fejn qed jingħad li kien hemm xi progress f'dan ir-rigward.", "Però, biex nilħqu l-isfidi, li se jkunu akbar fil-futur, ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin qisu business as usual!", "L-isfidi se jkunu akbar, u għalhekk l-sforzi tagħna jridu jkunu akbar ukoll.", "Ħalli nagħti eżempju daqsxejn kontroversjali: waħda mit-talbiet li għandi mill-President Jean-Claude Juncker hija biex naraw il-fitness check tal-Birds and Habitats Directive.", "Din hija xi ħaġa li hemm opinjonijiet differenti u b'saħħithom ħafna fuqha.", "Hemm min jgħidilna biex inħalluha kif inhi u ma mmissu xejn għax hemm il-biża' li, jekk se niftħuha, se nispiċċaw immorru lura mill-miri li għandna llum.", "Imma, aħna qed ngħidu 'Le' għax, jekk se niftħu l-Birds and Habitats Directive, se niftħuhom biex nagħmluhom iktar ambizzjużi u biex naraw kif se nilħqu l-isfidi li hemm, mhux biss tal-lum, imma anke ta' għada.", "L-oġġettiv irid jibqa' l-istess, imma jrid jinbidel il-metodu.", "Fejn jidħol l-ambjent, qed isir ħafna xogħol ukoll fuq il-Global Post 2015 fuq il-United Nations Sustainable Development Goals.", "Hawnhekk l-Ewropa mhux biss qiegħda tkun parteċipi, imma trid tibqa' one of the leaders f'din id-diskussjoni.", "L-Ewropa hija l-akbar istituzzjoni li hija kommessa fejn jidħol id-Development Aid.", "Hija l-Ewropa li qed toħroġ l-aktar flus, speċjalment fl-Afrika.", "L-Ewropa hija l-aktar waħda li hija kommessa fuq l-eradikazzjoni tal-faqar, kif ukoll biex tipproteġi u ssostni l-ambjent.", "Intlaħaq tfehim fuq is-Sustainable Development Goals, u llum għandna 17-il mira.", "Ovvjament, dawn il-miri mhumiex up for discussion, aktar u aktar issa li rridu ngħaddu għall-implimentazzjoni tagħhom.", "Naturalment, fuq dan se jkun hemm aktar diskussjonijiet.", "Rigward l-ambjent, bħalissa qed jiġi diskuss l-air quality package kemm fil-Parlament, kif ukoll fil-Kunsill.", "Hawnhekk irrid ngħid li the best killer fejn tidħol il-mortalità tan-nies hija proprju l-kwalità tal-arja.", "Aħna qegħdin nikkalkulaw li mill-air pollution fl-Ewropa biss qed imutu mal-400,000 ruħ fis-sena!", "Dan biex ma nsemmux kemm qed jimirdu b'mard kroniku minħabba t-tniġġis tal-arja.", "Ovvjament, mhux qed inħarsu lejh minħabba t-tniġġis tal-arja u minħabba s-saħħa biss, imma qed inħarsu lejh ukoll mil-lat ekonomiku.", "Għandek health costs, għandek nuqqas ta' working days mill-industrija tagħna, għandek ħafna sick leave, eċċ. U allura qegħdin niffokaw ħafna fuq l-economic cost tal-bad air quality.", "Qiegħed ikun hemm sinerġija fuq kif qed inħarsu lejn il-kwalità tal-arja, u dan qegħdin nipprovaw inwettquh ma' dak li qed jiġri fuq in-naħa tal-enerġija u t-tibdil tal-klima.", "Ħafna pajjiżi jgħidulek li dawn il-miri huma għoljin wisq, imma aħna qed ninsistu biex tal-inqas ikollna mira li sas-sena 2030 innaqqsu r-rata tal-mortalità minħabba l-kwalità tal-arja b'madwar 52%.", "Bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet.", "Nhar it-Tnejn għandi Environmental Council fejn hemmhekk se jiġi diskuss dan is-suġġett.", "Imbagħad, għandna ħafna affarijiet oħrajn, fosthom fejn qed niddiskutu l-wildlife trafficking.", "Illum qegħdin naqsmu dawk iż-żoni fejn hemm swieq għal ċerti affarijiet, bħall-ivorju, eċċ. Bħalissa qed jinqatlu mal-20,000 iljunfant fis-sena!", "Qed jinqatlu wkoll ir-rinoċeronti, u b'hekk ħafna mill-kapital naturali tagħna qiegħed jintilef!", "Għandek pajjiżi li jixtru dawn l-affarijiet, u għandek pajjiżi oħra li huma s-sors ta' dawn l-affarijiet, b'mod speċjali l-Afrika.", "Imbagħad, għandek pajjiżi oħra li prinċipalment huma pajjiżi tranżitorji, bħall-Ewropa.", "Fejn jidħol il-wildlife trafficking qed naraw li llum għandek traffikar ta' wildlife, traffikar ta' nies, traffikar ta' droga u traffikar ta' armi, li kollha qed isiru mill-istess nies.", "Fil-fatt, dawn in-nies jinvestu l-flus li jagħmlu mill-wildlife trafficking fit-traffikar tad-droga.", "U dak li qed jiġri fl-Ewropa qed jiġri wkoll fl-Asja: hemm ċirku sħiħ.", "Ovvjament, hemm affarijiet oħrajn li huma ta' tħassib.", "Pereżempju, għandna l-ilma u s-Soil directives u, fejn jidħol l-ilma, il-problema hija doppja għax, mhux biss qed nitkellmu fuq il-kwalità tal-ilma, imma qed nitkellmu wkoll fuq il-kwantità tal-ilma.", "Din hija problema globali u mhux xi ħaġa li tolqot lill-Ewropa biss.", "L-istess rigward il-ħamrija, fejn qed ikun hemm erosion qawwija, kif ukoll problema bil-kwalità minħabba l-fertilizzanti, eċċ. Sfortunatament, se jkollna nibdew inħarsu lejn l-agrikoltura b'mod aktar serju.", "Illum għandek ħafna NGOs li qed jistaqsu għandniex nibqgħu nissussidjaw il-harmful fuels.", "Jiġifieri, aħna qed ngħinu lill-power stations li qed jaħdmu bi fuels li jniġġsu, u allura lil dawn se nibqgħu ngħinuhom?", "Illum irid jingħad l-istess anke għall-agrikoltura.", "At face value, l-agrikoltura ħafna drabi tidher bħala l-gwardjan tal-ambjent tagħna, mentri fil-fatt, kif joħroġ minn ħafna rapporti fuq il-biodiversità u fuq l-ambjent tagħna, kemm l-istate of the environment report kif ukoll l-istate of nature report qed jidentifikaw liema huma the main pressures fuq il-biodiversità tagħna, fuq il-kwalità tal-ilma tagħna, eċċ., u fuq nett dejjem toħroġ l-agrikoltura.", "Din tolqot kemm l-għasafar, l-ilma, l-arja, il-ħamrija, eċċ.", "Issa jien mhux qed ngħid li l-agrikoltura hija kollha ħażina, jew li l-biedja kollha ħażina; imma, bħalma għandek f'kull settur ieħor, inti għandek agrikoltura tajba u għandek agrikoltura ħażina.", "Għandna nkomplu nissussidjaw l-agrikoltura jew il-biedja li qed tħalli effett negattiv fuq l-ambjent tagħna?", "Qed ikun hemm diskussjonijiet qawwija fuq il-harmful substances li qed jintużaw f'ħafna prodotti, fosthom fuq l-endocrine disruptors, li huma partiċelli mikroskopiċi li jintużaw fil-plastic water baby bottles li, jekk ikun hemm ħafna kuntatt magħhom fit-trobbija, eventwalment jista' jkun hemm effett negattiv fuq il-fertilità tat-tfal meta dawn jikbru.", "Għaddej ħafna xogħol biex kull fabbrika li tuża ċerti sustanzi ikollha tirreġistra s-sustanzi li qiegħda tuża biex aħna naraw jekk dawk is-sustanzi humiex ta' ħsara jew le.", "Jien għandi taħti d-Directorate-General for the Environment u d-Directorate-General for Maritime Affairs and Fisheries, id-DG MARE.", "Id-DG MARE jittratta l-fisheries, fejn, pereżempju, għadu jissemma ħafna x-xogħol siewi li għamel l-eks-Kummissarju Joe Borg u oħrajn.", "Hemm kontinwazzjoni f'dawk li huma l-fisheries, u mbagħad hemm l-affarijiet marittimi.", "Hawnhekk jien qed nipprova nagħti spinta ġdida, għax 80% tad-DG MARE kien ikkonċentrat fuq is-sajd.", "Jien qed ngħid li d-DG MARE mhuwiex fuq il-fisheries biss, imma għandek l-attivitajiet marittimi kollha u oċeani u l-ibħra tagħna.", "Hawnhekk qegħdin nimbuttaw ħafna bħala Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk nixtieq nagħti ftit informazzjoni.", "Ovvjament, kulħadd jaf li llum fil-pjaneta tagħna għandek 30% li hija art, waqt li 70% huma oċeani u ibħra.", "Minn dawk is-70%, għandek nofshom li huma no man's land għax ħadd ma jaf fejn hu tiegħu.", "U, fejn qabel kulħadd kien jiġġieled għal pulzier art, għada pitgħada kulħadd se jibda jiġġieled għal dak il-pulzier fl-oċean!", "Kważi kważi, dan diġà qed isir fl-Artiku, imma dak huwa biss the tip of the iceberg.", "Immaġina x'se jibda jiġri aktar 'il quddiem!", "Barra minn hekk, li nħarsu lejn l-oċeani u l-ibħra tagħna mhijiex għażla, imma rridu nagħmluha bilfors.", "Il-pressjoni li hemm fuq l-art għad-domanda kbira li għandek għall-ikel, għall-enerġija u għat-tkabbir ekonomiku hija tremendi.", "Ilum għandek popolazzjoni ta' seba' biljun ruħ li trid titmagħhom, u kważi 80% tal-ikel ġej minn 30% tal-pjaneta!", "U għada rridu nitimgħu disa' biljun ruħ, so we cannot overstretch ir-riżorsi li għandna fuq l-art.", "Illum diġà qed nitkellmu fuq intensive agriculture, fuq GMOs, eċċ., u allura li nħarsu lejn l-oċeani għall-ikel hija xi ħaġa li rridu nagħmluha bilfors.", "L-istess għall-enerġija: illum, pajjiżi bħal Franza diġà huma avvanzati ħafna u dawn, mhux biss għandhom proġetti pilota, imma għandhom proġetti ta' enerġija mill-oċean u mill-baħar ukoll.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq wave energy, current energy, differential temperature bejn it-temperatura fil-qiegħ tal-oċean u t-temperatura tal-wiċċ, wind energy fil-baħar, u taħlita mit-tnejn.", "Fuq dik li hi enerġija rridu nħarsu lejn l-oċeani u l-ibħra wkoll.", "Fattur ieħor li naħseb jinteressa ħafna lil Malta huwa dak li ngħidulu l-blue growth.", "Qabel ma nitkellmu fuq il-blue growth, irridu nitkellmu fuq il-blue economy li diġà għandna.", "Sfortunatament, għadu lanqas għandna breakdowns tajbin.", "Pereżempju, kull stat membru x'persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku għandu bħala ekonomija relatata mal-baħar?", "Għandek ċerti stati membri, bħal Malta, li dak il-persentaġġ għalina huwa ħafna ogħla minn dak li għandha l-Awstrija, li hija land-locked.", "U allura, l-attività marittima tal-Awstrija hija baxxa ħafna, mentri l-attività ta' Malta hija għolja ħafna.", "Jekk tħares lejn it-turiżmu tagħna ssib li dan huwa kollu coastal tourism, u huwa meqjus bħala maritime activity.", "Għandek it-trasport bil-baħar, transhipments, fisheries, diving, marinas, eċċ. Il-blue economy tagħna hija kbira, u ovvjament il-potenzjal huwa kbir ukoll.", "Illum, jekk se nitkellmu fuq l-oċean, nafu li għandek pajjiżi żgħar ħafna; imma, jekk tara l-economic maritime zone tagħhom issib li dawn huma meqjusa bħala big maritime nations.", "Pereżempju, l-Fiji Islands huma żgħar ħafna, imma mbagħad l-area tal-oċean li taqa' taħthom hija enormi.", "Rigward l-ocean governance, qed ngħidu li l-Ewropa tista' twassal 'il quddiem, imma ma tistax issolviha waħedha.", "L-oċean huwa xi ħaġa globali, u mhijiex xi ħaġa tagħna biss.", "L-oċean għandu issues globali, u għalhekk għandna bżonn soluzzjonijiet globali.", "Għaldaqstant, qed nitkellmu mal-imsieħba globali li jistgħu jkunu msieħba mal-Ewropa wkoll f'dan it-traġitt ġdid.", "Hawnhekk qed nitkellmu ma' pajjiżi bħall-Amerika, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Brażil, eċċ., and if we get them on board, inkunu nistgħu nimxu flimkien for an ocean governance.", "Irridu naraw jekk il-leġiżlazzjoni tal-lum hijiex adegwata u effiċjenti għall-isfidi li mhux biss għandna llum, imma anke għall-isfidi li se jkollna għada pitgħada.", "Jekk nibdew minn kmieni jkollna l-vantaġġ li ħafna mill-iżbalji li għamilnihom fuq l-art ma nerġgħux nirrepetuhom fil-baħar!", "Illum, sfortunatament, environmentally speaking, fuq l-art qegħdin nieħdu ħafna azzjonijiet ta' rimedju.", "Bil-bajd tista' tagħmel froġa, imma mill-froġa ma tistax terġa' iġġib lura l-bajd!", "Allura qed nagħmlu ħafna azzjonijiet ta' rimedju biex nirkupraw il-ħsara minn fuq l-art.", "Għallinqas, jekk nibdew naħdmu minn kmieni fuq l-oċean, minflok nibdew nieħdu azzjonijiet ta' rimedju, inkunu nistgħu nibdew nieħdu azzjonijiet preventivi.", "Fid-DG MARE għandna wkoll il-common fisheries policy fejn għandna l-għan li s-sajd tkun attività sostenibbli.", "Ma jistax ikollna lil kulħadd għal rasu, jaqbad ħut kemm jiflaħ, qisu għada mhu se jasal qatt, u s-sajjieda ta' għada ma jkollhomx dritt ikomplu jistadu.", "Hemmhekk nistgħu ngħidu li mexjin u, minn xi healthy situation status ta' madwar tliet stocks, illum għandna madwar tlettax-il stock li huma l-aktar importanti għas-sajd.", "Nisperaw li sas-sena 2020 ikollna l-aktar stocks importanti li jkunu qed jiġu mistada b'rata sostenibbli.", "Fis-sajd għandna l-ġlieda kontinwa fuq l-illegal, unreported and unregulated fishing, l-IUU Fishing.", "Il-qabda tal-Unjoni Ewropea hija 5% tal-qbid globali, mentri s-sajd illegali globali jammonta għal 15%.", "Dan ifisser li ħut li qed jinqabad illegalment huwa tliet darbiet aktar daqskemm qed taqbad l-Unjoni Ewropea kollha b'mod legali!", "Għandna l-liġijiet kollha f'posthom, imma din mhijiex xi ħaġa li tista' tiġġelidha biss l-Unjoni Ewropea.", "Hemm bżonn li nkunu magħqudin ma' pajjiżi oħra.", "Qiegħed ikollna riżultat fejn qed naraw pajjiżi oħrajn li qed jiġu on board magħna.", "Pereżempju, daqs tmien ġimgħat ilu, l-Amerika ħabbret li se tibda tiġġieled kontra l-IUU, bħalma qed nagħmlu fl-Ewropa.", "Din hija xi ħaġa li ħabbarha wkoll il-President Amerikan innifsu.", "Fuq is-sajd, għandek ir-riforma tal-Common Fisheries Policy tar-regionalisation.", "Ħafna deċiżjonijiet huwa inutli li teħodhom Brussell, imma aħna nippreferu li d-deċiżjonijiet jittieħdu fuq livell reġjonali, fir-reġjun fejn qed isiru l-quotas, eċċ. Għandna l-European Maritime and Fisheries Fund, li huwa fond kbir li qed jintuża sabiex tingħata għajnuna lil ħafna stati membri biex iżidu u jtejbu l-isforzi tagħhom ħalli jkun hemm aktar selectivity.", "B'hekk, jekk inti tkun sejjer għal tip ta' ħuta, ma jkollokx bi-catch ta' ħut oħrajn li tkun trid tarmi, eċċ. Qed tingħata ħafna għajnuna biex tibqa' tinġabar id-data u r-riċerka fuq is-sajd.", "Is-sajd u l-kwoti tal-lum mhumiex maħdumin politikament, imma huma maħdumin b'mod xjentifiku.", "Kull stat membru qed jagħti l-operational programme tiegħu biex jieħu minn dawn il-fondi, u qed ikun hemm spinta biex ngħinu l-akwakultura sostenibbli.", "Mhux qed ngħidu li kwalunkwe akwakultura se taqbad u tieħu l-fondi, imma din trid toqgħod għall-kriterji tal-Unjoni Ewropea.", "Qed ikun hemm ħafna xogħol fuq ir-Regional Fishing Management Organisations.", "Fil-Mediterran hemm il-GFCM.", "U l-Mediterran huwa reġjun partikolari għax mhuwiex baħar li qiegħed imdawwar mill-istati membri biss, imma għandek in-nofs ta' fuq li huma stati membri u n-nofs t'isfel li huma stati mhux membri tal-Unjoni Ewropea.", "Allura, qed tispiċċa toħroġ liġijiet biex tirregola l-istati membri tiegħek, mentri l-pajjiżi l-oħra mhumiex marbutin b'dawn ir-regoli.", "Fuq il-marittimu għandna wkoll il-kunċett tal-maritime spatial planning u l-integrated maritime policy, fejn kull pajjiż stat membru jrid jagħti pjan ta' x'se jiġri fuq il-baħar.", "Dan jagħti ċerta ċertezza lill-investitur.", "Ovvjament, jien mhux qed nippretendi li nonfoq €50 miljun fuq lukanda mal-kosta biex imbagħad quddiemi jkolli fish farm.", "Il-fish farm huwa importanti, bħalma hija importanti l-lukanda, imma t-tnejn mhumiex komplementari.", "Allura l-maritime spatial planning qiegħda tara li tiġbor attivitajiet li huma komplementari ma' xulxin, u qed tipprova tifred attivitajiet li huma konfliġġenti.", "Qegħdin nipprovaw nagħtu dimensjoni ġdida lejn ix-xogħol fil-Mediterran.", "Naturalment din mhijiex xi ħaġa faċli, anke minħabba s-sitwazzjoni politika tagħha, fejn illum tista' titkellem ma' membri stati f'dan il-baħar, filwaqt li għada ma tistax, eċċ. Kif għedt, għandek stati membri u għandek stati li mhumiex membri fil-Mediterran, u allura għandek min huwa marbut b'ċerti regoli u oħrajn li mhumiex.", "L-unika ħuta li għandha l-kwota hija t-tonn, u jerġa' din lanqas hija kwota maħruġa mill-Unjoni Ewropea, imma hija kwota maħruġa mill-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT).", "Dan huwa baħar partikolari, li għandu l-partikolaritajiet tiegħu, u forsi għandu l-bżonnijiet partikolari tiegħu wkoll.", "Għalkemm aħna qed ngħidu li s-sajd qed isir minn stati membri u le, aħna qed ngħidu wkoll li għandek żoni fejn is-sajd qed isir minn stati membri biss.", "Pereżempju, għandek lil Spanja, Franza u l-Italja li qed jistaduh.", "Mela allura ejjew nibdew minn hemmhekk, u mbagħad nittamaw li minn hemmhekk inkunu nistgħu nidħlu fuq affarijiet oħrajn.", "Bażikament, dawk huma ż-żoni tal-kompetenza tiegħi.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna tal-intervent tiegħek.", "Issa nistieden lill-Membri Parlamentari sabiex jagħmlu r-rimarki jew il-mistoqsijiet tagħhom.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju Vella tal-kontribuzzjoni u tal-preżentazzjoni tiegħu, kif ukoll tax-xogħol li qed jagħmel f'isem il-Kummissjoni.", "Ovvjament, Kummissarju, inti dħalt b'mod aktar wiesa' mill-programm tiegħek, u pprovajt tagħtina ftit ħsebijiet fuq il-progress li qed isir u fuq ix-xogħol magħmul mill-Kummissjoni nnifisha.", "L-ewwel nett, xtaqt inqajjem ftit aspetti minn dak il-lat, u mbagħad wara xtaqt nistaqsik ftit fuq il-kompetenzi tiegħek.", "Rigward il-programm tal-European Fund for Strategic Investments nixtieq ngħid li, mingħajr dubju, din hija inizjattiva importanti ħafna għall-ħolqien tax-xogħol fl-Ewropa, anke biex ikun hemm l-investiment meħtieġ.", "Hija opportunità tajba fi klima fejn illum l-interessi tal-finanzjament huma baxxi.", "U allura dan huwa l-mument propizju fejn jistgħu jsiru aktar minn dan it-tip ta' investimenti.", "Tista' tagħti xi indikazzjoni ta' time frames li l-Kummissjoni qiegħda tara dwar meta se jiġi mniedi l-fond innifsu?", "Nifhem li qed isir proċess ta' prioritisation.", "L-unjoni tal-enerġija hija xi ħaġa li tinteressa ħafna lil pajjiżna.", "Huwa importanti li Malta kemm jista' jkun malajr tkompli tkun konnessa mas-suq intern tal-enerġija.", "Huwa pożittiv li issa għandna l-interconnector li qiegħed jaħdem u, mill-informazzjoni li għandi, dan qiegħed jitħaddem sew issa.", "U allura qed insibu utilità biex pajjiżna jkollu enerġija irħas, proprju bl-iżvilupp tal-interconnector għall-elettriku.", "Nafu li fil-passat, fid-diskussjonijiet dwar l-interconnection, kien hemm ukoll l-interconnection Ewropea dwar il-gass.", "Għandek xi informazzjoni dwar xi progress qed isir f'dan ir-rigward?", "Kif jista' dan jimpatta lil pajjiżna?", "Nafu li f'dikjarazzjonijiet fil-passat tal-Kummissjoni, kif ukoll tal-Kunsilli tal-Ministri, kien qed jiġi indikat li Malta kellha tibbenefika minn finanzjament biex tkun konnessa bil-gass mal-Unjoni Ewropea.", "Ma tantx issemmiet l-integrazzjoni ekonomika u monetarja, u d-diskussjoni li qed issir – anke fuq livell Ewropew – fuq il-ħtieġa li jkun hemm iktar kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet ta' taxxa ħalli tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali.", "Il-Kummissjoni qiegħda tara li l-integrazzjoni ekonomika għandha tkompli tiżviluppa lil hinn minn sempliċi diskussjoni fuq taxxa?", "Ħafna drabi, meta taqra d-dokumentazzjoni relatata ma' dan is-settur, issib li hija biss kwestjoni ta' taxxa.", "Dan qed ngħidu għax xi kultant nipperċepixxi – anke jekk tara d-diskussjoni li qed issir fuq livell ta' OECD – li qisu l-unfair practices ta' taxxa jsiru biss mill-pajjiżi ż-żgħar.", "Imma mbagħad, meta tara dak li ġara fil-FIFA, ssib li fir-realtà l-flus m'għaddewx minn pajjiżi żgħar imma minn ġurisdizzjonijiet kbar fuq livell internazzjonali, bħal Londra, eċċ!", "U naħseb li jekk inħarsu sew lejn fejn qed isir il-ħasil ta' flus, għandna nħarsu iktar lejn il-ġurisdizzjonijiet il-kbar milli ż-żgħar.", "Ħafna drabi, il-ġurisdizzjonijiet iż-żgħar idaħħlu l-mekkaniżmi mitluba mill-Kummissjoni Ewropea kontra l-ħasil ta' flus, mentri naraw li l-ġurisdizzjonijiet il-kbar, mir-retorika għal dak li qed jimplimentaw fit-terittorju tagħhom, hemm baħar jaqsam!", "Rigward l-immigrazzjoni u l-inew neighbourhood policy, nixtieq ngħid li dħalt ftit f'dan id-dokument li qed titkellem fuqu l-Kummissjoni Ewropea.", "Jien laqatni kumment li kien hemm f'dan id-dokument, u ċjoè li l-Unjoni Ewropea tħoss li f'ċerti pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u tal-Lvant Nofshani m'hemmx daqshekk interess li verament ikun hemm engagement mal-Unjoni Ewropea.", "Meta tkompli taqra l-policy innifisha ssib li din qiegħda tkompli tenfasizza li hija lesta tikkoopera f'dan il-kunċett ta' more for more, li jiena lest li nagħti aktar għajnuna, però lil dawk il-pajjiżi li lesti li japplikaw aktar malajr il-prinċipji Ewropej fuq numru ta' issues, bħal pereżempju d-demokrazija, ċerti drittijiet, eċċ., u li, għalkemm naf li kulħadd jaqbel magħhom u huma tajbin, jiena nħoss li meta taqra d-dokument issib li – aħna ċerti li inti bħala l-vuċi fil-Kummissjoni, b'ċerta esperjenza anke f'dan ir-reġjun, żgur li se tkun vuċi naqra iktar realistika fuq kif isir l-engagement ma' dawn il-pajjiżi – dawn il-pajjiżi sfortunatament għadhom 'il bogħod mill-qabża li tixtieq tara l-Ewropa, fis-sens ta' demokrazija u fis-sens ta' ċerti drittijiet, eċċ.", "Jekk l-engagement tagħna se jibda jkun ikkondizzjonat minn realtajiet li huma 'l bogħod, dawn il-pajjiżi se jkunu qed jinfirdu minn mal-Unjoni Ewropea minflok ma jingħaqdu magħha.", "Irridu nimxu ma' dawn il-pajjiżi skont il-pass realistiku li kapaċi jimxu bih huma.", "Inkella n-neighbourhood policy tal-Ewropa se tkun irrelevanti, maqtugħa u lanqas biss engaged f'din ir-realtà!", "Naħseb li s-sitwazzjoni tal-Libja, li qiegħda tippreokkupa ħafna lill-pajjiżna, hija waħda minnhom.", "Filwaqt li konxju li qed isiru ħafna sforzi biex jiġu mgħejjuna l-pajjiżi li jiġu engaged tramite l-Ġnus Magħquda, però, fl-opinjoni tiegħi, l-Ewropa hija ftit disengaged f'dan kollu.", "Meta tisma' r-retorika Ewropea kulħadd jitkellem fuq kif hemm delegazzjoni mmexxija mill-Ġnus Magħquda u allura qisu nħallu lilha taħdem.", "Madankollu, meta rajna s-sitwazzjoni tal-Ukrajna, ma ħallejniex biss fil-Ġnus Magħquda, imma rajna wkoll lill-Kanċillier Angela Merkel u lil François Holland imorru hemmhekk jitkellmu mal-President Vladimir Putin u mal-President tal-Ukrajna.", "L-Ewropa ġiet involuta ħafna iktar f'dan il-każ.", "U, jekk fis-sitwazzjoni tal-Libja, l-Ewropa mhijiex se tkun involuta b'mod dirett – jiena naħseb li għandha interess dirett – is-sitwazzjoni ftit se tiżviluppa f'dan is-sens.", "Meta niġu nvoluti ma jfissirx li s-soluzzjoni trid tkun immedjatament qisu xi elezzjoni li ssir ta' malajr, għaliex nafu li probabbilment nerġgħu niġu back to square one!", "Allura, irid ikun hemm xi forma ta' arranġament biex ikun hemm proċess ta' gvern ta' tranżizzjoni li jista' jwassal, bil-pass tagħhom, għal dak li nixtiequ.", "Nafu li dan qed jimpinġi b'mod serju fuq sitwazzjoni oħra.", "Naħseb li kulħadd qiegħed isegwi s-sitwazzjoni fil-Libja fejn hawnhekk l-ISIS qiegħda tespandi.", "Mill-informazzjoni li għandi, Tripli lesta biex taqa'!", "Qed tipprova ġġib l-appoġġ minn tribujiet viċini, għaliex taf li l-ISIS tista' tersaq minn ħin għall-ieħor lejn Tripli, u s-sitwazzjoni tkompli taggrava.", "Waqt li l-Ewropa u d-dinja tibqa' ippreokkupata bl-ISIS fis-Sirja u fl-Iraq, din mhux qed tirrealizza li l-ISIS qegħdin fuq l-għatba tal-bieb tagħna!", "Segwejt ukoll b'interess dak li qed isir fuq l-ambjent.", "Kif għedt tajjeb inti, l-ambjent fih sfidi kbar u r-riżorsi tagħna huma limitati, u naħseb li l-inizjattiva li qed tieħu fuq il-fatt li aħna nutilizzaw għall-massimu r-riżorsi li għandna … F'pajjiżna nafu li 60% tal-kontribuzzjoni tal-iskart ġej mill-qasam tal-kostruzzjoni, u naħseb li din hija xi ħaġa li l-Kummissjoni għandha timxi fuqha.", "U naħseb li hija xi ħaġa pożittiva ħafna li jkun hemm dawk li ngħidulhom il-country-specific recommendations.", "Rigward il-harmful substances, naħseb li jrid isir ħafna iktar fuq l-issues tal-pestiċidi u l-kontroll fl-użu tagħhom.", "Il-pestiċidi huma ta' periklu kbir fl-ikel li aħna nieklu, u ħafna drabi lanqas biss inkunu nafu x'qegħdin nieklu.", "Filwaqt li hemm ħafna direttivi, jien għadni mhux konvint dwar l-infurzar tajjeb li qed isir fuq dan il-qasam.", "Hemm ukoll harmful substances oħra li inti semmejt fil-preżentazzjoni tiegħek.", "Laqatni b'interess ħafna l-kumment dwar il-governanza aħjar tal-oċean tad-dinja u tal-Mediterran.", "Nafu li qed isiru ħafna affarijiet, imma nixtieq nara iktar fuqhom.", "Pereżempju, nixtieq insemmi aspett li dħalt fih mat-tifel tiegħi, u ċjoè fuq ix-shark finning.", "Ix-sharks joqtlu seba' persuni fis-sena u nitwerwru minnhom.", "Inti semmejt li l-kwalità tal-arja toqtol mal-400,000 persuna fl-Ewropa fis-sena, filwaqt li n-nemus joqtlu mal-500,000 persuna fis-sena.", "Nerġa' ngħid li aħna nibżgħu mix-sharks għax joqtlu seba' persuni fis-sena, imma mbagħad l-umanità toqtol mat-73 miljun shark biex tagħmel is-sopop!", "Naf li din fl-Ewropa hija pprojbita, għalkemm hemm pajjiżi fl-Ewropa li xorta ssibha b'mod illegali.", "Fil-parti Ewropea tal-Mediterran dan huwa pprojbit, imma fil-parti mhux Ewropea tal-Mediterran dan huwa possibbli, kif inhuwa possibbli f'ħafna mill-oċeani.", "Fuq livell ta' Mediterran, naħseb li wasal iż-żmien li l-fora Mediterranji, bħall-Union of the Mediterranean, tieqaf tiddiskuti biss il-kriżijiet politiċi tal-Lvant Nofshani, eċċ. Tajjeb li niddiskutuhom, imma forsi għandna nibdew niddiskutu affarijiet li jmissu wkoll mal-umanità Ewropea u Mediterranja, bħal pereżempju issues ta' baħar.", "Fuqhom probabbilment m'hemmx kontroversja, u nistgħu nibdew naqblu u ngħidu li dawn l-istituzzjonijiet għandhom valur li qed jagħtu kontribut, u mhux sempliċement nagħmlu talking shops li ma jwasslu mkien!", "S'issa l-esperjenza tiegħi fl-assembleji parlamentari tal-Mediterran hi li dawn m'huma xejn aktar ħlief talking shops!", "La paċi u lanqas attwalità ta' ħtieġa m'aħna qed inwasslu fuq livell Mediterranju.", "L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nixtieq nagħmel ftit aċċenn, bħala kelliemi tal-Oppożizzjoni fuq il-qasam tal-immigrazzjoni, u se mmur b'mod speċifiku fuq il-proposti li tfasslu mill-Kummissjoni.", "Ilkoll hawnhekk nirrispettaw il-fatt li llum il-kariga tiegħek hija dik ta' Kummissarju Ewropew.", "Il-Kummissjoni Ewropea ma timxix fuq bażi ta' kummissarji li jirrappreżentaw lill-pajjiżi, anke jekk dawn ikunu oriġinaw mill-pajjiżi.", "Imma, bla dubju, kull kummissarju għandu l-vantaġġ li jġorr miegħu l-perspettiva tal-pajjiż li jkun rawmu.", "Kif nafu, f'parti mill-pakkett wiesa' ħafna fuq l-immigrazzjoni, il-Kummissjoni tinkludi miżuri ta' kif tiġġieled kontra t-traffikanti; imma mbagħad, meta ġiet biex tifformola l-policy li se tkun diskussa wkoll fuq livell ta' Kunsill Ewropew fil-ġranet li ġejjin – u hawnhekk qed nirreferi għar-rilokazzjoni – il-Kummissjoni għażlet li toħroġ il-kwoti għall-pajjiżi varji fl-Unjoni Ewropea, inkluż il-kwota għal Malta li ġiet stabbilita għal 0.69%, li jfisser li Malta jkollha tirċievi kważi 300 immigrant mill-Italja u mill-Greċja.", "Din il-politika titkellem ukoll dwar mekkaniżmu ta' emerġenza li żviluppa fl-Italja u fil-Greċja, u li huwa bbażat fuq formola ta' erba' kriterji: id-daqs tal-popolazzjoni, il-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż, ir-rata tal-qgħad ta' dak il-pajjiż, u anke kemm il-pajjiżi rispettivi kienu qed jassorbu jew ikollhom applikazzjonijiet għal ażil fi ħdanhom.", "Huma erba' kriterji interessanti, però żgur li mhumiex korretti fil-konfront ta' Malta!", "U għalhekk li jien qed nitkellem fuq li wieħed iġorr il-perspettiva tal-pajjiż għax, fil-każ tagħna, id-daqs tal-pajjiż huwa rilevanti ħafna.", "Il-kriterju tad-daqs huwa nieqes u almenu inti trid tgħaqqad id-daqs mal-popolazzjoni biex toħroġ id-densità.", "Fil-każ ta' Malta, id-densità żgur li hija fattur li, jekk ikun ikkonsidrat, jien insostni li Malta m'għandhiex tkun obbligata tirċievi!", "Se mai, Malta għandha tkun, anke fid-dawl ta' dak li ġara matul is-snin, ikkonsidrata flimkien mal-Italja u l-Greċja.", "Apparti kif taħdem il-matematika, għalija żgur li l-kriterji f'dan ir-rigward mhumiex adegwati rigward Malta.", "Ovvjament, ma nkunx naf x'inhi l-pożizzjoni u x'qed isir mil-lat tal-Gvern ta' Malta, għalkemm f'ħin minnhom fhimt li dan il-punt issemma wkoll.", "Issa jien qed neħodha wkoll mill-perspettiva tal-Kummissjoni.", "Naturalment, nilqa' ħafna dak li għidt inti dwar il-ħtieġa li l-parlamenti jkunu ngaġġati aktar, inkluż il-Parlament ta' Malta.", "Forsi lkoll kemm aħna rridu napprezzaw realtà ġdida li qiegħda tevolvi dejjem aktar, fejn f'dak li qed jissejjaħ l-co-decision making procedures, illum, il-parlamenti nazzjonali, speċjalment wara t-Trattat ta' Lisbona, għandhom rwol ferm akbar.", "Imma naturalment kull parlament irid jevolvi l-istrutturi u l-mekkaniżmi u dak kollu li jagħmel.", "F'dan is-sens nixtieq nagħmel aċċenn ukoll għal diskussjoni interessanti – li l-Onor.", "Luciano Busuttil u jien segwejna flimkien – fil-kuntest tal-COSAC il-ġimgħa li għaddiet, fejn qed jingħad li, apparti l-proċedura fejn pajjiżi jew parlamenti jagħtu r-reasoned opinion dwar fuqiex mhux qed jaqblu u fuq it-triggering tal-famuża karta safra jew il-karta l-ħamra dwar xi proposta tal-Kummissjoni, għandu jibda wkoll proċess aktar proattiv milli reattiv, u li allura f'xi areas limitati għandu jkun hemm l-użu tal-karta l-ħadra.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward?", "Saret diskussjoni interessanti mill-Unjoni Ewropea, li hija parti mill-programm – kif rajna fil-preżentazzjoni hawnhekk – sabiex jintlaħaq dan il-ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika, it-TTIP Agreement.", "Jekk qed nifhem id-diskussjoni kif qed tevolvi sew, filli kien hemm entjużjażmu kbir, u filli f'daqqa waħda, anke fuq il-livell tas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa kollha, bdew iqumu diffikultajiet konsiderevoli u li wieħed ma jistax jinjorahom.", "Kieku wieħed kellu jagħti sommarju tal-problemi prinċipali f'żewġ sentenzi jista' jgħid li filwaqt li huwa tajjeb li jkollok iż-żona ekonomika miftuħa aktar mal-Unjoni Ewropea – u allura mill-ewwel jiġik f'moħħok dan il-ftuħ mal-Istati Uniti tal–Amerika – imma, min-naħa l-oħra, għandek diversi oqsma fejn ir-regolamentazzjoni tas-setturi mhijiex l-istess!", "U għalhekk l-iskambju ma jkunx verament wieħed ġust.", "Qed ngħid sew?", "Jekk inti għandek regoli kif tagħmel prodott jew kif tagħti servizz fil-qasam tas-saħħa li huwa regolat mod, u inti qed tagħmel skambju ma' min qed jirregola b'mod differenti, dak l-iskambju ma jkunx neċessarjament wieħed vantaġġjuż għall-pajjiżi Ewropej.", "Dan ġie flagged minn ħafna entitajiet, speċjalment mis-soċjetà ċivili madwar ħafna pajjiżi fl-Ewropa.", "X'inhuma l-aħħar żviluppi tal-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward?", "Nirringrazzjak mill-ġdid tal-preżenza tiegħek magħna, u għall-preżentazzjoni wiesa' u ċara li tajtna hawnhekk.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Xtaqt nirringrazzja lill-Kummissarju tad-dettall li daħal fih waqt il-preżentazzjoni tiegħu.", "Min-naħa tiegħi, xtaqt nagħmillek tliet mistoqsijiet li kollha jirrelataw mal-aspett ambjentali.", "L-ewwel mistoqsija tiegħi hija dwar l-immaniġġjar tal-iskart u tal-waste avoidance.", "Bażikament, inti spjegajtilna li fil-preżent qegħdin niffokaw fuq erba' waste streams, li huma l-metall, il-ħġieġ, il-karta u l-plastik.", "Għedtilna wkoll li hemm il-ħsieb li jiddaħħlu tipi oħrajn ta' skart, fosthom l-ikel u l-iskart iġġenerat mill-industrija tal-bini.", "Jiena naħseb li huwa tajjeb li se jiddaħħlu waste streams oħrajn, u għalhekk nixtieqek tagħtina indikazzjoni fuq jekk hux se jkun hemm ukoll miri speċifiċi.", "X'inhuma dawn il-miri?", "U sa meta jridu jintlaħqu?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax, filwaqt li diversi pajjiżi Ewropej qegħdin quite on track fejn jidħol il-waste management u l-waste avoidance tagħhom fuq metall, ħġieġ, karti u plastik, nafu li hemm pajjiżi oħra li mhumiex qegħdin jilħqu dawn il-miri.", "Allura naħseb li rridu noqogħdu attenti li meta wieħed iħejji miri oħra, irid jieħu in konsiderazzjoni l-islacking li hemm fuq il-waste streams l-oħrajn u li minħabba f'hekk jistgħu jeħlu diversi multi u penalitajiet.", "It-tieni mistoqsija hija relatata mas-circular economy.", "Jekk fhimt tajjeb, bħalissa għaddejja konsultazzjoni dwar dan; imma hemm xi deadline fuqha?", "Jekk iva, meta hi?", "B'hekk, aħna bħala pajjiż inkunu nistgħu nagħtu l-feedback tagħna fuqha wkoll.", "It-tielet mistoqsija tiegħi hija dwar il-kummenti tiegħek fuq l-agrikoltura u kif din qiegħda tkun ta' piż fuq l-ambjent f'ċerti aspetti.", "Il-Kummissjoni qiegħda tevalwa x'jista' jsir min-naħa agrikola biex l-ambjent jiġi mħares aħjar, fosthom il-kontroll fuq l-użu tal-fertilizzanti u l-pestiċidi?", "Ilkoll nafu li l-cost tal-agrikoltura aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jiżdied.", "Għandek l-operational costs ta' min hu nvolut fis-settur agrikolu li qiegħed jiżdied, mentri l-profitti li jkollhom, jekk ma jkunux bdiewa fuq skala kbira, qegħdin ikunu baxxi ħafna.", "U hawnhekk prattikament nistgħu neskludu l-bdiewa kollha Maltin.", "Jiena naħseb li, filwaqt li għandna naraw x'nistgħu nagħmlu biex is-settur agrikolu ma jimpattax daqstant fuq is-settur ambjentali, in tandem miegħu, bħala Kummissjoni tridu taraw ukoll x'għajnuniet addizzjonali se jingħata dan is-settur.", "Inkella, jekk se nkomplu ndaħħlu aktar miżuri u restrizzjonijiet fuq il-bdiewa, se nispiċċaw noqtlu lil dan is-settur.", "Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Kummissarju, mill-ġdid nixtieq ningħaqad ma' sħabi sabiex nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek u ta' din il-preżentazzjoni li għadek kemm tajtna.", "Tkellimna ħafna fuq l-ekonomija u l-ambjent, u nistgħu ngħidu li dan huwa suġġett jaħraq ħafna, kemm fuq livell internazzjonali, kif ukoll fuq livell lokali.", "Ta' spiss nisimgħu, anke fuq il-media, diversi argumenti fejn ikunu qed juru ideat konfliġġenti bejn l-ambjent u l-ekonomija, speċjalment bejn l-ambjent u t-tkabbir ekonomiku.", "Kemm huwa faċli għall-Kummissjoni sabiex toħloq dan il-bilanċ?", "X'tip ta' mezzi u parametri jintużaw biex, pereżempju, jintlaħaq ftehim bejn inti, bħala l-Kummissarju responsabbli mill-ambjent, u l-Kummissarju responsabbli mill-ekonomija?", "Semmejna wkoll li l-ambjent għandu jkun kontributur kbir għall-ekonomija.", "B'dan il-messaġġ qegħdin taraw ċerti attivitajiet ekonomiċi li jitqiesu li jmorru kontra l-ambjent?", "Pereżempju, l-Onor.", "Fenech semma l-kostruzzjoni, li ħafna drabi tiġi meqjusa mill-ambjentalisti jew minn dawk li għandhom il-politika ambjentali 'l fuq fl-aġenda tagħhom, bħala settur li jmur kontra l-ambjent jew li nkella bħala li mhuwiex settur ekonomiku sostennibbli.", "F'dan l-istatement qegħdin taraw li ċerti attivitajiet ekonomiċi se jkun hemm regolamentazzjoni ġodda fuqhom, u li allura se tkun qiegħda tnaqqas dik l-attività f'dak is-settur?", "Fuq l-istess linja semmejt ukoll li jista' jkun hemm country-specific recommendations ġodda, fejn, kif għedt tajjeb inti, illum il-ġurnata nafu li country-specific recommendations ikunu aktar ibbażati fuq l-aspett soċjali, però iktar u iktar b'maġġoranza mill-aspett ekonomiku, fejn inti trid tilħaq ċerti kriterji sa ċertu ammont ta' snin fejn għandek id-deficit.", "U għedt ukoll li forsi l-Kummissjoni qiegħda taħseb sabiex tibda tintroduċi country-specific recommendations li jkunu marbutin aktar mal-ambjent.", "Taħseb li hemm probabilità kbira li dawn se jkunu konfliġġenti ma' xulxin?", "Kif semmejna, jista' jkollok country-specific recommendations fuq tkabbir ekonomiku, imma mbagħad il-country-specific recommendation min-naħa tal-ambjent se tkun counter-productive biex wieħed jilħaq l-għan l-ieħor.", "Kif qegħdin taraw li dawn se jimxu id f'id ma' xulxin, u mhux ikunu konfliġġenti ma' xulxin?", "Inti semmejt ukoll kif it-tniġġis tal-arja qed joqtol mal-400,000 ruħ fis-sena fl-Unjoni Ewropea, fejn bażikament qegħdin nitkellmu fuq il-popolazzjoni sħiħa ta' Malta!", "Mil-lat ta' costs fuq il-kura, għandkom xi ċifri li jikkwantifikaw l-external costs tal-air pollution?", "Għandkom ċifri ta' kull pajjiż?", "Jekk nieħdu lil Malta, għandkom idea ta' kemm it-tniġġis tal-arja qiegħed iwassal għal imwiet f'pajjiżna?", "Mistoqsija oħra hija fuq is-sajd: dan jagħmel parti importanti ħafna mill-portfolio tiegħek.", "Il-mistoqsija tiegħi hija l-aktar fuq it-tonn.", "Riċentament, rajna intervista lokali fejn issemmiet il-kwota tat-tonn u kif din, bażikament, inqabdet f'ġurnata!", "Għalhekk qed jissemmew ċerti argumenti fuq kif il-programm ta' konservazzjoni tat-tonn kien wieħed ta' suċċess.", "U tant kien ta' suċċess li llum il-ġurnata kellek sajjied prominenti hawn Malta li mar jistad għat-tonn, u dan qabad il-kwota f'ġurnata waħda!", "Apparti minn hekk, il-kobor tat-tonn qiegħed ikun ħafna ikbar ukoll.", "Dan qed juri li l-konservazzjoni tat-tonn qiegħda tirnexxi.", "Issa kemm qiegħda tiġi aġġornata b'mod reali l-politika tal-kwoti?", "Inti semmejt li l-kwota fuq it-tonn mhijiex fuq livell Ewropew, imma qiegħda fuq livell aktar wiesa' mill-Ewropa.", "Kemm qiegħda tkun aġġornata din il-politika biex tirrifletti r-realtajiet li mbagħad jirriżultaw mis-suċċess jew le tal-istess politika?", "Dan qed ngħidu anke fil-ħsieb ta' dak li għedt inti fuq kif l-Ewropa għandha problema ta' riżorsi, tant li 60% tar-riżorsi tagħha qegħdin jiġu importati minn barra.", "Allura, fl-ambitu ta' fejn għandek 60% tar-riżorsi li qed jiġu importati, għandek imbagħad riżors li jista' jiġi utilizzat ladarba l-konservazzjoni tiegħu ġiet sa ċertu punt iggarantita.", "Mela, dik il-politika tista' tiġi aġġornata biex kemm jista' jkun ir-riżorsi li hemm bżonn lokalment, u anke fuq livell Ewropew, ikunu jistgħu jiġu indirizzati aktar?", "Nirringrazzjak.", "Mela issa nistieden lill-Kummissarju Vella sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu.", "IL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA: L-Onor.", "Ovvjament, l-intenzjoni tal-EFSI hu li jappoġġja u li jkun ta' katalist għat-tkabbir tal-impjiegi u tal-investiment.", "Dan huwa riżors ġdid u, fejn qabel kien hemm banek li ma kienux jidħlu għal ċerti proġetti għax forsi kienu qed jaraw ċerti riskji fihom, illum, b'dan il-fond, ċerti riskji li ma kienux qed jiġu indirizzati qabel issa qed jiġu indirizzati aħjar.", "Issemma wkoll it-time frame, u dan se jkun għat-tliet snin li ġejjin.", "Il-Parlament u l-Kunsill għadhom kemm adottawh xi ftit tal-ġranet ilu.", "Diġà hemm indikazzjoni ta' kemm kien hemm talbiet ta' proġetti.", "Ovvjament, wieħed irid jibda jagħti priorità anke lil dawn it-talbiet.", "Rigward kif se jiġi promoss, illum dan qiegħed f'idejn il-Viċi President Jyrki Katainen, li diġà qed idur ħafna stati membri biex jagħmel il-preżentazzjoni ta' dan il-pakkett.", "Fil-fatt, għandu jiġi Malta daqs xahrejn oħra sabiex jagħti l-preżentazzjoni tiegħu hawnhekk.", "Rigward l-energy union, inti semmejt ukoll il-gass.", "U dak huwa wieħed mir-riżorsi li l-Unjoni Ewropea trid taċċerta ruħha li jkun hemm a secure supply tiegħu, u li jkun hemm ukoll il-links.", "L-Ewropa kienet dejjem titkellem fuq is-South stream, eċċ., u l-Ewropa ħarset ukoll lejn il-possibilità li l-Mediterran ikun ta' alternattiva oħra ta' provvista.", "Fil-fatt, jekk mhux sejjer żball, matul is-sajf li għadda kien ġie Malta l-eks-Kummissarju Günther Oettinger biex jitkellem fuqha.", "Issa x-xogħol tiegħu qiegħed jitkompla mill-Kummissarju Miguel Arias Cañete.", "Ovvjament, jekk se jidħol il-Mediterran fiha, Malta se jkollna l-parti tagħha x'tilgħab ukoll.", "Rigward il-monetary integration, taxxi, eċċ., l-ewwel nett irrid ngħid li jiena naqbel mija fil-mija miegħek fuq dak li għedt fir-rigward tal-evażjoni, u din hija xi ħaġa li kull stat membru jaqbel magħha.", "Huwa fl-interess ta' kull membru stat li jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa, u huwa wkoll fl-interess ta' kulmin qiegħed iħallasha, għax mhuwiex ġust li jkun hemm min iħallas u min le.", "Rigward x'se jiġri 'l quddiem, ovvjament din hija xi ħaġa li dejjem qiegħda tiġi diskussa f'ħafna aktar dettall.", "L-Onor.", "Fenech jaf aktar minni fuq dan is-suġġett għax kien jitla' hemmhekk.", "U, kif nafu, kull stat membru għandu l-interess partikolari tiegħu.", "Issemma li ħafna mill-flus tal-FIFA għaddew minn Londra u postijiet oħra.", "Issa Londra qegħdin min rajhom jirrevedu l-liġijiet kollha tagħhom minħabba l-ħasil tal-flus.", "U nista' ngħid li Malta għandha waħda mill-aqwa liġijiet li għaddew bil-kunsens tal-Parlament kollu.", "Hawn ukoll qed naspiraw li jkun hemm outcome importanti.", "Rigward l-immigrazzjoni, issemmiet il-kontribuzzjoni tan-Neigbourhood Policy, imma hawnhekk nixtieq inżid ukoll id-DEFCO.", "In-Neigbourhood Policy limitata għall-pajjiżi tal-madwar, imma jekk niġu għall-għajnuna li qed tingħata fl-Afrika, minn fejn qed joħorġu ħafna minn dawn l-immigranti, naraw li ħafna mill-fondi qegħdin joħorġu mid-DEFCO.", "Bħalissa mhux qed nitkellem biss fuq il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, imma qed inħares globalment lejn l-issue tal-migrazzjoni, fejn hawnhekk inti għandek tliet fażijiet: għandek is-sors minn fejn ħerġin l-immigranti, għandek it-transit minn fejn jgħaddu – fosthom il-Libja, il-Mediterran – u fejn jispiċċaw, u fl-aħħar għandek il-land destination, relocation, responsabilitajiet, eċċ. Fuq is-sors, ovvjament wieħed irid jara x'inhuma r-raġunijiet li qed jimbuttaw 'il barra lil dawn in-nies.", "Issemmiet il-problema tal-gwerer u s-sitwazzjoni ekonomika ħażina li hemm hemmhekk.", "Kultant ikollok ukoll il-problema tad-demokrazija jew tan-nuqqas tagħha, swat, ġlied, eċċ. U għalhekk hemm bżonn li xi ħadd jindirizza dawn l-affarijiet at source.", "X'qed jiġri fuq it-transit phase?", "Dawn l-immigranti qed jinġabru kollha f'pajjiżi bħal-Libja, eċċ. u mbagħad għandek il-proċess ta' kif qed jitilqu, kif qed jinġabru, fejn qed jiddaħħlu, is-safety at sea, eċċ. Ċerti affarijiet jirnexxilna narawhom, imma ċerti affarijiet oħra lanqas biss ninnutawhom.", "Pereżempju, nista' insemmi l-commercial shipping, fejn jaf ikollok tanker mimli petrol jew żejt b'ekwipaġġ ta' 15-il ruħ.", "Dan it-tanker jiltaqa' ma' dinghy b'120 immigrant fuqu.", "Skont il-liġi dan għandu jieqaf biex jagħtihom l-għajnuna.", "Imma, fil-prattika, il-kaptan tat-tanker se jgħid bejnu u bejn ruħu li għandu tanker mimli żejt, b'ekwipaġġ ta' 15-il persuna, allura kif se jirnexxilu jieħu ħsieb 120 immigrant?!", "Jiġifieri hemm ħafna problemi f'dan it-transit phase.", "Imbagħad tidħol il-problema u r-responsabilità ladarba ssalvahom għax, kif qal il-Viċi President, ħafna mill-membri stati jgħidulek li trid issalvahom, imma mbagħad la ssalvahom mhijiex problema tagħhom fejn se ddaħħalhom lil dawn l-immigranti!", "Ir-responsabilità jrid jerfagħha kulħadd.", "Huwa fatt li reġjuni fl-Ewropa huma iktar sensittivi għall-problemi reġjonali tagħhom!", "Il-Balkani għandhom il-problema tal-Ukrajna u r-Russja, u li għalihom din hija prijorità akbar mill-immigranti tal-Mediterran.", "Għalhekk forsi l-issue tal-Mediterran l-aktar li ġiet imbuttata fil-Kulleġġ minn Malta, il-Greċja u l-Italja.", "Ovvjament, minn dan il-lat, xi ħames jew sitt ġimgħat ilu kellna laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana.", "Waħda mill-affarijiet li ddiskutejna kienet fuq kif jistgħu jinżammu l-immigranti milli jitilqu minn pajjiżhom, fosthom anke billi ngħinuhom u billi jirranġaw l-affarijiet huma stess.", "F'Malta, se jsir is-Summit tal-Unjoni Afrikana, imma safejn naf jien id-data għadha ma ġietx imħabbra.", "Ovvjament, għandek ukoll l-issue tal-Libja, u ssemmiet issa l-ISIS.", "Bħalissa l-ISIS għandhom art fertili ħafna għax jinsabu fi stat fallut, u qegħdin ukoll fuq dak iż-żejt kollu!", "Naturalment, aktar ma jitilqu Libjani minn hemmhekk, aktar qed jagħmlulhom wisa'.", "Il-problema fil-Libja hi dwar ma' min se titkellem.", "Għallinqas, jekk jien għandi problema mal-Onor.", "Zammit Dimech, naf li rrid nitkellem miegħu.", "Fil-Libja ma nafux ma' min se nitkellmu.", "Fuq l-ambjent, issemmew il-country-specific recommendations fuq l-affarijiet kollha.", "Ovvjament, għandek l-isfidi u r-riżorsi limitati ta' kull stat membru.", "Fuq il-harmful substances, bilfors li rridu nħarsu lejhom.", "Ma jistax ikun li l-pestiċidi jibqgħu jeqirdu l-affarijiet li l-istess agrikoltura tiddependi minnhom!", "Jekk il-pestiċidi qed jeqirdu l-ilma, il-ħamrija u l-arja, mela allura se jispiċċaw jeqirdu lill-istess agrikultura!", "Dan biex ma nsemmux l-effett li jħalli fuqna l-bnedmin.", "Din hija xi ħaġa li qed tiġri mhux biss fl-agrikoltura, imma anke fl-ibħra tagħna.", "Aħna qegħdin nittrattaw ħafna l-marine litter li jikkonsisti mill-ammont ta' plastik li qed jispiċċa fl-oċean.", "Ħafna nies jaħsbu li dan il-plastik qed iżomm f'wiċċ l-ilma f'irqajja fil-wiċċ.", "Fil-verità, il-kurrenti tal-oċeani jiġbru ż-żibel kollu – li 80% minnu huwa plastik – f'ħamest irqajja kbar, li jissejħu gyres.", "Mela, jekk titfa' borża tal-plastik fil-baħar fl-Amerika, ħames jew sitt snin wara, dik l-istess borża se tispiċċa f'waħda minn dawn il-gyres li għandhom l-area tagħhom, li fiha kważi daqs l-Ewropa kollha jew inkella akbar mill-area ta' Texas!", "Il-plastics mhux biss qegħdin fil-wiċċ tal-baħar imma, meta jiddisintegraw, dawn jifformaw dawk li ngħidulhom micro plastics, li jinżlu 25 u 30 metru fil-fond tal-ilma.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq għaxar sulari Maltin!", "Immaġina għandek area daqs Texas li fiha tmien jew disa' sulari 'l isfel fil-baħar, u li minn ġo fiha jridu jgħaddu l-ħut.", "Ovvjament, il-ħut jispiċċa jibla' dak il-micro plastic, u mbagħad aħna rridu nieklu dak il-ħut!", "Din hija xi ħaġa li rridu nħarsu lejha, avolja mhijiex xi ħaġa faċli.", "Il-plastik huwa problema kbira.", "Borża tal-plastik tagħmilha f'ħames sekondi, tużaha għal ħames minuti, u biex teqridha għandek 50 sena!", "Imbagħad għandek l-ocean governance u l-governanza tal-Mediterran.", "Ix-shark finning hija xi ħaġa li qed niġġieldu bil-qawwa kollha kontra tagħha.", "Fil-fatt, fl-Ewropa għandna very stringent laws against it.", "L-Onor.", "Fenech semma t-tifel tiegħu, imma t-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum huma ħafna iktar konxji tal-ambjent milli aħna aħna.", "Illum trid tgħallimhom kif iżommu lapes għax, kif jużaw I-iPad, jitgħallmuh waħedhom.", "Il-kontra ta' kif konna aħna.", "Hija xi ħaġa sabiħa li llum it-tfal jgħidulek huma x'qed jiġri fuq l-ambjent, u jimbuttawk fuq dan il-qasam.", "Ridt ngħid ukoll li jekk naraw pajjiż li qed jinkoraġġixxi s-sajd illegali, aħna mill-ewwel nieħdu azzjoni kontrih billi nagħtuh il-karta s-safra.", "Wara, dak il-pajjiż ikollu sitt xhur żmien sabiex jaħdem pjan magħna ħalli jirranġa l-affarijiet.", "U jekk jirranġa l-affarijiet, il-karta s-safra titneħħa u jerġa' jingħata l-karta l-ħadra.", "Jekk l-affarijiet ma jitranġawx, l-Ewropa twaqqaf l-importazzjoni ta' kull prodott li għandu x'jaqsam mal-ħut minn dak il-pajjiż!", "Ikun hemm ħafna pajjiżi li jaħdmu magħna.", "Pereżempju, konna tajna l-karta s-safra lill-Korea u lill-Filippini, u dawn ħadmu ħafna magħna, tant li llum nistgħu ngħidu li għandhom monitoraġġ u infurzar daqskemm għandna aħna.", "Illum nistgħu ngħidu li fl-ibħra fejn joperaw huma għandna two very strong partners.", "Għadna kemm tajna wkoll il-karta s-safra – u din kienet deċiżjoni iebsa – lit-Tajlandja.", "Mit-Taljandja aħna nimportaw man-nofs biljun prodott ta' ħut fis-sena!", "Imma ħadna dik id-deċiżjoni għax ma kenux qegħdin jaderixxu mar-regoli.", "Aħna, meta nagħtu l-karta s-safra, ma nagħtuhiex bil-ħsieb li nsawwtu lil xi ħadd, imma biex inġibuh konxju li qed jagħmel il-ħażin u biex jiġi fuqna ħalli ngħinuh.", "Il-pass li jmiss huwa li npoġġu bilqiegħda u ngħidulhom xi jrid isir min-naħa tagħhom, u ngħinuhom fuq dak li jrid isir.", "L-istess bħalma għamilna mal-Korea u mal-Filippini.", "Sabiex nieħdu l-opportunitajiet fil-Mediterran, il-Union for The Mediterranean se tagħmel laqgħa, u hemmhekk beħsiebna nqajmu dawn l-affarijiet li jolqtu l-Mediterran.", "U biex nilħqu lill-pajjiżi kollha li hawn fil-Mediterran, minbarra l-UFM se nipprovaw nużaw – imma għadna ma wasalniex għax ma bdejniex id-diskussjonijiet sew – ukoll il-Five plus Five.", "B'hekk ma nibqgħux niddiskutu politika biss, imma niddiskutu wkoll affarijiet oħra.", "L-Unjoni Ewropea diġà qiegħda taħdem ma' xi pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq fil-Mediterran.", "Pereżempju, l-Unjoni Ewropea għandha ħafna sustainable fishing partnership agreements fejn biċċiet tal-baħar li jkollhom bandiera Ewropea jistgħu jistadu fl-ibħra tagħhom, u aħna nħallsu xi affarijiet u nagħtuhom xi għajnuna.", "Pereżempju, mal-Marokk għandna partnership agreement li jaħdem tajjeb ħafna.", "U allura, permezz ta' dak il-ftehim, nistgħu niddiskutu mal-Marokk affarijiet oħra.", "Ma' pajjiżi oħra, bħal pereżempju l-Libja, għalkemm huma parti mill-GFCM, bħalissa lanqas huma stess m'għandhom kontroll ta' dak li qed jiġri fl-ibħra tagħhom!", "Imma, permezz ta' dawn il-fishing partnership agreements, aħna nipprovaw nidħlu f'areas oħra.", "L-Onor.", "Zammit Dimech semma l-immigrazzjoni u fuq kif il-pajjiżi fil-Mediterran qed jintlaqtu bil-proposti li kien hemm.", "Nerġa' ngħid li, għalkemm mhux qed nitkellmu fuq Malta, imma jien, il-Viċi President Federica Mogherini u l-Kummissarju Dimitris Avramopoulos … Ovvjament, trid u ma tridx, la inti tkun taf l-area u tkun taf x'jed jiġri f'dik l-area, aktar se titkellem fuqha.", "L-isfortuna hi li l-kwestjoni tal-immigrazzjoni hija attività kriminali li qed tieħu vantaġġ minn kriżi umanitarja, u allura inti ma tistax tabbandunaha imma trid tieħu pożizzjoni kontra dik l-attività kriminali wkoll.", "Rigward ir-rilokazzjoni u l-kwota, naħseb li rridu nħarsu lejn in-numri.", "Rigward il-kriterji, jien naqbel mija fil-mija mal-Onor.", "Zammit Dimech u, fil-fatt, dawn il-kriterji – id-densità, id-daqs u l-kapaċità ta' pajjiżna kollha semmejthom fid-diskussjonijiet.", "L-ewwel nett, Malta hija l-aktar post bl-ogħla densità fil-popolazzjoni mid-dinja kollha.", "Fl-Ewropa aħna qegħdin fl-ewwel post b'1,400 persuna għal kull kilometru kwadru, mentri fit-tieni post hemm l-Olanda li għandha 400 persuna għal kull kilometru kwadru.", "Araw x'qabża hemm bejn l-ewwel u t-tieni post!", "Jekk aħna matul is-snin nirċievu 20,000 immigrant, dawn jammontaw għal 5% tal-popolazzjoni tagħna.", "U jekk ċentru ta' detenzjoni jilqa' fih ma nafx kemm-il elf immigrant, u meta tikkonsidra li ħafna mill-irħula tagħna għandhom popolazzjoni ta' 5,000, 6,000 u 7,000 ruħ, aktar tinduna kemm id-densità hija importanti għalina.", "Meta konna fit-turiżmu, konna ħriġna a carrying capacity study biex naraw kemm nistgħu nġibu turisti, għax anke fuq it-turisti konna nagħmlu l-capping minħabba d-densità tal-popolazzjoni tagħna, minħabba l-infrastruttura, eċċ. Dawn huma kollha affarijiet li ssemmew hemmhekk.", "Biex il-parlamenti jiġu ngaġġati aktar, jiena naħseb li huwa aktar il-metodu ta' kif jaħdem dak il-parlament.", "Nista' ngħid li l-Parlament Malti huwa wieħed minn dawk li qiegħed fuq quddiem nett meta niġu għat-transpożizzjoni tal-liġijiet.", "Malta m'għandhiex ksur ta' transpożizzjonijiet għax, ladarba jiġu deċiżi l-affarijiet, it-transpożizzjoni fil-liġi tagħna ssir.", "Forsi aħna nistgħu nkunu xi ftit aktar attivi qabel ma jiġu deċiżi l-affarijiet.", "Il-Membri Parlamentari Ewropej tagħna huma attivi ħafna, u jkun hemm xi jkun hemm għad-diskussjoni, dawn jieħdu parti fiha.", "Fuq it-TTIP, jew it-Transatlantic Trade and Investment Partnership, kien hemm votazzjoni nhar l-Erbgħa fil-Parlament, imma tant kien hemm emendi fuq il-proposta li l-Parlament reġa' ddeċieda li jibgħat il-proposta lura.", "Meta jkollok ħafna emendi, il-proposta tkun kważi qiegħda tinbidel għal kollox.", "L-istand tagħna fl-Ewropa hija li ovvjament jagħmel tajjeb li jkollna ftehim ekonomiku u kummerċjali ma' pajjiż bħall-Amerika.", "Imma, hemm it-tħassib għax dak il-ftehim m'għandux ikun il-kawża biex jitbaxxew l-istandards ambjentali.", "Meta nitkellmu fuq dak il-ftehim naraw li hemm vantaġġi kbar li jistgħu jsiru.", "L-Amerika u l-Ewropa huma l-akbar żewġt iswieq globali, u allura tistgħu timmaġinaw x'jista' jiġri jekk dawn jingħaqdu.", "Ħafna mill-affarijiet li qed jiġu diskussi fil-ftehim mhumiex affarijiet li se jinbdew mill-ġdid, imma huma affarijiet li jiffaċilitaw il-kummerċ eżistenti.", "Pereżempju, jekk jirnexxielna neliminaw id-duplikazzjonijiet li hemm bejn iż-żewġ reġjuni wkoll tkun xi ħaġa tajba.", "Pereżempju, jekk se nibagħtlek xi ħaġa mill-Amerika għal Malta, dan irid jiġi ċertifikat minn entità Amerikana, u mbagħad irid jiġi ċertifikat minn entità Ewropea.", "Issa, jekk se naqblu fuq kriterju wieħed ta' kif se jiġi ċertifikat dak il-prodott, tista' toħroġ ċertifikazzjoni ta' entità waħda.", "Jiġifieri, ħafna minnhom aktar huma biex jiffaċilitaw l-affarijiet milli xi ħaġa oħra.", "Ovvjament, kif se timxi l-Kummissjoni fuqha din jiddependi mill-eżitu tad-diskussjoni fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill Ewropew.", "Fuq il-mistoqsija tal-Onor.", "Portelli dwar aktar informazzjoni fuq il-waste management, irrid ngħid li fuq l-ikel hemm stati membri li diġà ħadu l-inizjattiva minn jeddhom fuq il-ħela tal-ikel.", "Meta ħafna pajjiżi jiġu għas-separazzjoni tal-iskart, illum nafu li għandek tliet boroż differenti.", "Imma issa hemm stati membri li diġà introduċew ir-raba' borża, u din hija l-borża l-kannella għall-iskart tal-ikel.", "Issa, l-ewwel pass bħala Unjoni Ewropea għandu jkun biex dan l-iskart ma jkunx biss fuq dak domestiku, imma jkun anke fuq il-lukandi u l-catering establishments għax hemm qiegħed il-ħela tal-ikel.", "Meta nitkellmu fuq is-circular economy fil-kostruzzjoni, qegħdin nitkellmu kemm fuq id-disinn innifsu tal-kostruzzjoni, kif ukoll fuq il-materjali li jintużaw fil-kostruzzjoni.", "Il-miri għad iridu jiġu diskussi wara li jkun hemm din il-konsultazzjoni.", "L-idea fil-Kummissjoni hi li we do not go back fuq il-miri eżistenti li hemm illum.", "Issa aħna biex inkunu aktar ambizzjużi ma rridux inbaxxu l-miri tagħna, imma rridu ngħinu lill-pajjiżi biex jilħqu dawk il-miri.", "Waħda mill-miri li rridu nilħqu żgur hija l-phasing out tal-landfills.", "Il-landfill tiskoraġġixxi ħafna mir-riċiklaġġ.", "Issemmew il-problemi differenti li għandhom pajjiżi differenti, u aħna qegħdin nifhmuhom dawn il-problemi.", "Fil-fatt, għandek pajjiżi speċifiċi li għandhom problemi biex ikollhom economies of scale.", "Barra minn Malta, għar-riċiklaġġ lanqas mhuma qegħdin jidħlu l-gvernijiet, imma qed jidħol għalihom il-privat.", "Qabel, aktar ma jkollok skart, aktar kien ikollok liability; illum iżda, aktar ma jkollok skart, aktar ikollok an asset peress li dan l-iskart qiegħed jiġi kummerċjalizzat.", "Il-privat qiegħed jidħol għalih għax qed jara li jista' jirriċikla dak l-iskart, u mbagħad ibiegħu aktar milli jkun xtrah, u allura qed ikollu element ta' profitt.", "Meta l-privat imur fuq reġjun żgħir jew fuq stat membru żgħir biex jara jistax jinvesti hemmhekk, u jsib li l-ammont ta' skart iġġenerat minn dak il-pajjiż ma jkunx vijabbli għalih, dan mhux se jidħol għall-biċċa tax-xogħol, u allura dik se jkollu jidħol għaliha l-gvern ta' dak il-pajjż.", "Mela, kull gvern imbagħad irid joqgħod joħroġ il-flus kull sena għaliha.", "Fuq dawn l-affarijiet irridu naraw kif se ngħinu mhux biss lil dawn l-istati membri, imma anke lil ċerti reġjuni għax, f'ċerti pajjiżi, jista' ikollok reġjun żgħir li ma jkollux l-economies of scale.", "Barra minn Malta ġieli ssib erba' jew ħames reġjuni li jingħaqdu flimkien biex imbagħad jissupplixxu impjant wieħed bejniethom.", "Id-deadline tas-circular economy hija għat-tielet ġimgħa ta' Awwissu, fejn imbagħad tagħlaq il-konsultazzjoni.", "Issa, dalwaqt se mmorru għar-review tal-CAP.", "Fil-CAP, l-ambjent għandu mat-30% tal-vot, u dan suppost se jmur għall-greening tal-agrikoltura.", "Allura, meta nagħmlu review tal-CAP, irridu naraw li dawk it-30% tal-fondi verament qed imorru għall-greening tal-ekonomija.", "Rigward l-operational cost, jekk bidwi llum imur għal iktar speċjalizzazzjoni, għandu mnejn ikabbar il-profitti tiegħu.", "Kważi kważi, llum aħjar ikollok tunnellata prodotti minn organic farming milli jkollok ħames tunnellati prodotti normali, għax li jgħodd huwa l-valur.", "Jien nipprova nikkonvinċi lis-sajjieda dwar dan ukoll.", "Inti ma tikkalkulax is-suċċess tas-sajda tiegħek minn jekk qbadtx ħames ħutiet jew inkella għaxar ħutiet, għax jaf il-valur tal-ħames ħutiet ikun aktar mill-valur tal-għaxra.", "Mela għandek l-element tal-valur.", "M'għandniex għalfejn immorru għall-kwantità u neqirdu kollox meta nistgħu mmorru għall-valur miżjud.", "L-Onor.", "Silvio Schembri semma l-ekonomija u l-ambjent.", "Qabel konna ngħidu li s-sustainability tfisser li inti tilħaq bilanċ bejn l-ambjent, l-ekonomija u s-soċjal.", "Illum lanqas ma rridu nużaw il-kelma \"bilanċ\" għax, meta tgħid li se ssib bilanċ bejn l-ambjent u l-ekonomija, diġà qed tammetti li hemm two different silos u li inti se toqgħod tibbilanċja bejniethom.", "U għalhekk illum qed nitkellmu fuq kif se nintegraw l-ekonomija mal-ambjent.", "Illum tista' titkellem fuq ambjent ekonomiku jew ekonomija ambjentali.", "U, jekk aħna naħdmu bil-għaqal, dawn it-tnejn jiġu jfissru l-istess ħaġa.", "Meta tista', għandek tintegra ż-żewġ affarijiet, bħalma semmejt fis-circular economy, fejn għandek soluzzjoni waħda li qiegħda tindirizza l-ambjent u l-ekonomija.", "Meta qed nitkellmu fuq il-kontribuzzjoni tal-attività ambjentali, pereżempju, fiż-żmenijiet tal-kriżi fl-Ewropa, l-uniċi mpjiegi li komplew jikbru u li kienu reżiljenti kienu proprju l-green jobs.", "Meta aħna qed nagħtu dawn l-istandards fuq ir-riċiklaġġ, l-iskart, eċċ., qed nagħtuhom għax nafu li dawn huma kollha attivitajiet li jistgħu jiġġeneraw aktar impjiegi, aktar investiment, u qed joħolqu wkoll a better business environment biex ikun hemm investiment ulterjuri.", "Fuq il-country-specific recommendations qed naraw li huwa inutli li titkellem fuq l-ekonomija u fuq l-investiment, u mbagħad toqgħod tara wara jekk dak l-investiment huwiex sostennibbli jew le!", "Dawn l-affarijiet iridu jsiru flimkien.", "Rigward it-tniġġis tal-arja saru cost benefit analysis.", "Pereżempju, x'inhuma l-health costs jekk taqbad il-cumulative health costs ta' kull stat membru fl-Ewropa?", "Dan imurlek għal biljuni ta' ewro!", "Dan l-istess bħal meta jkollok lil xi ħadd li joqgħod jixxaħħaħ u ma jonfoqx €10 vitamini, biex imbagħad jimrad u minflok €10 ikollu jonfoq €20 f'mediċini.", "Il-prevenzjoni hija aħjar mill-kura u, jekk għandna ninvestu, ikun aħjar li ninvestu f'miżuri preventivi biex naqtgħu t-tniġġis tal-arja, milli mbagħad nidħlu għal spejjes akbar wara.", "Semmejna 400,000 ruħ ġewwa l-Ewropa li jmutu minħabba t-tniġġis tal-arja, imma globalment, madwar id-dinja kollha, dawn l-imwiet ilaħħqu s-seba' miljun ruħ fis-sena! 80% minnhom qegħdin imutu f'żoni urbani speċifiċi.", "Fuq il-kwota tat-tonn, irrid ngħid li dalgħodu għadna kif qrajna li l-istaġun tat-tonn kellu jagħlaq illum minflok fl-24 ta' Ġunju minħabba li l-kwota tat-tonn inqabdet kollha!", "Il-kwota tat-tonn din is-sena kienet akbar minn tas-sena l-oħra, u allura s-sagrifiċċji li saru mis-sajjieda ħallew il-frott tagħhom.", "It-tonn jitlaq min-North Atlantlic u jibqa' nieżel għas-South Atlantic, u meta jemigra jgħaddi mill-Mediterran u jkompli tiela' 'l fuq.", "Ovvjament, meta l-ICAT, f'isem il-pajjiżi kollha tal-Atlantiku, eċċ. tfassal il-kwoti tal-qbid, il-kwoti tfassalhom ukoll fl-istess interess tas-sajjieda.", "Jekk is-sajjied iħares short term u jgħid li kull ħuta li se tgħaddi minn taħtu se jaqbadha, se jispiċċa jeqred l-industrija kollha.", "Se jistad hu biss, mentri wliedu mhux se jkunu jistgħu jistadu.", "Is-sajjieda li se jiġu warajh mhux se jsibu ħut!", "L-Ewropa bħalissa timporta 60% tad-domanda tal-ħut li għandha bżonn, u hemmhekk qegħdin inħeġġu wkoll l-idea tal-akwakultura sostennibbli.", "Meta nitkellmu fuq il-ħut u li l-ħut qed jonqos, ma rridux nagħtu l-impressjoni li l-ħut qed jonqos biss minħabba s-sajjieda, għax illum għandek ħafna fatturi li qed jeqirdu l-ħut, fosthom it-tibdil fil-klima u t-tniġġis marittimu.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Aħna nirringrazzjawk talli għoġbok tiġi tagħtina din il-preżentazzjoni.", "Nisperaw li nerġgħu niltaqgħu miegħek mhux biss formalment, imma anke informalment.", "Min-naħa tiegħi, nawguralek kull suċċess.", "Grazzi.", "Fit-12.25 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150612_031d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 46", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10:35 a.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta kien hemm preżenti wkoll l-Tonio Fenech u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, l-Onor.", "Marthese Portelli, Membru tal-Kumitat Permanent dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, u l-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Joseph Sammut kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA, RESPONSABBLI MILL-AMBJENT, AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD, DWAR IL-PROGRAMM TA' XOGĦOL TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2015 (KUMM(2014)910)", "Il-Kummissarju Karmenu Vella, li kien akkumpanjat mis-Sinj.", "Gabriella Pace u s-Sur Brian Synott, mill-cabinet tiegħu, u mis-Sinj.", "Therese Zahra mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Malta, ta ħarsa lejn id-diversi inizjattivi u policies li l-Kummissjoni kienet qiegħda ssegwi matul l-2015, fosthom:-", "il-politika ġdida dwar il-migrazzjoni – għalkemm kien għad baqa' ħafna xi jsir, il-Kummissjoni issa kienet qiegħda taġixxi bi strateġija u b'mod aktar koordinat;", "l-energy union – bil-għan li bejn l-Istati Membri jkun hemm provvista adekwata u sikura, prezzijiet stabbli u enerġija minn sorsi li ma jniġġsux;", "il-European Fund for Strategic Investments – sabiex jingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impiegi abbażi tal-bżonnijiet speċifiċi ta' kull Stat Membru;", "regolamentazzjoni aħjar – minflok aktar regolmenti, il-Kummissjoni qiegħda tirrevedi dawk eżistenti bil-għan li jkunu aktar effettivi u li jkunu jistgħu jiġu mwettqa aħjar kif ukoll billi tikkonsulta aktar mal-gvernijiet u parlamenti nazzjonali biex b'hekk tkun aktar viċin taċ-ċittadin;", "ambjent – l-importanza tas-cirular economy, li dwarha kellha ssir laqgħa fi Brussell fil-25 ta' Ġunju 2015, fejn jiġi ppjanat x'ikun se jiġri mill-prodott anke wara l-użu tiegħu permezz ta' riċiklaġġ u fejn aspetti ekonomiċi u ambjentali ma jitqiesux opposti għal xulxin imma li jimxu id f'id, kumplimentari; il-fatt li l-UE timporta 60% tal-materja prima, ir-resource deficit, u li mat-30% tal-ikel jinħela; li s-settur agrikolu min-naħa jikkontribwixxi għall-ambjent u min-naħa oħra jgħarraq l-ambjent u l-biodiversità bl-użu ta' pestiċidi u tipi ta' fertilizzant;", "affarijiet marittimi – il-governenza u spatial planning tal-ibħra u l-oċeani fid-dawl tal-fatt li d-dinja qiegħda u għad trid iddur aktar fuq l-ibħra, li jifformaw 70% ta' wiċċ id-dinja, għall-bżonnijiet tagħha u hemmhekk hemm il-bżonn li l-Ewropa taħdem id f'id ma' pajjiżi kbar oħra bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Brażil; il-blue economy li fil-każ ta' Malta takkonta għal biċċa sewwa mill-ekonimija tagħha meta wieħed iqis it-turiżmu, il-port ħieles u r-reġistru merkantili; u", "is-sajd – ir-riżultati tajbin li kienet qieqħda tagħti l-politika ta' konservazzjoni fir-rigward ta' speċi ta' ħut li kienu fil-periklu u li dwaru kien hemm bżonn il-kollaborazzjoni ta' pajjiżi oħra speċjalment fil-Mediterran fejn in-nofs ta' fuq kienu Stati Membri tal-UE filwaqt li t'isfel ma kienux; il-fatt li l-UE kellha biss 5% tas-suq dinji mbagħad kellek 11% tas-sajd li kien qiegħed isir illegalment u dwaru kellha ssir laqgħa fit-13 ta' Novembru 2015.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-12.25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150612_046m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 19", "It-Tnejn, 15 ta' Ġunju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 19", "It-Tnejn, 15 ta' Ġunju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:45p.m.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Nibdew l-ewwel bl-approvazzjoni tal-Minuti.", "Peress li l-Minuti huma daqsxejn twal, se nagħtikom ftit ħin sabiex tilħqu tarawhom.", "Sadanittant, nistieden lis-Segretarja tal-Kumitat sabiex, jekk jogħġobha, taqralna l-korrispondenza li kellna.", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Għandna e-mail mibgħuta mis-Sur Martin Scicluna lill-Iskrivan tal-Kamra fid-9 ta' Ġunju 2015, li tgħid hekk:", "L-Iskrivan tal-Kamra kitiblu lura fejn issuġġerixxa li dan ir-rapport jiġi diskuss f'dan il-Kumitat sakemm il-Kumitat ma jsib ebda oġġezzjoni.", "MADAM CHAIR: Biex infiehem lil min hawn preżenti, dan il-Kumitat oriġinarjament ġie mwaqqaf sabiex jiddiskuti policies li kienu jkunu riferuti lilu mill-Ministru jew Segretarju Parlamentari.", "Fil-bidu ta' din il-Leġiżlatura, aħna ħadna l-intrigu li ppruvajna nwessgħu d-doveri u l-abbiltajiet ta' dan il-Kumitat, u fil-fatt kellna żewġ rulings tal-iSpeaker li tawna raġun, fis-sens li għandna nużaw il-poteri ta' dan il-Kumitat b'mod aktar wiesa' kif inhu l-ispirtu tal-ħolqien tiegħu – fil-fatt aħna hekk għamilna – u għalhekk illum qed ikollna diversi talbiet, inkluż din tal-lum, sabiex niddiskutu materja oħra li ma tkunx riferuta lilna mill-Ministru jew mis-Segretarju Parlamentari.", "Hawn xi oġġezzjoni mill-Membri tal-Kumitat sabiex dan ir-rapport jiġi diskuss f'dan il-Kumitat?", "Ma jidhirx li hawn, u għalhekk nistgħu niktbu lis-Sur Scicluna u nistednuh jibagħtilna r-rapport sabiex imbagħad ikun jista' jiġi diskuss.", "Nistgħu ngħaddu għall-konferma tal-Minuti tal-Laqgħa Nru. 18?", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Aħna nipproponu li fl-aħħar tal-paragrafu li jibda bil-kliem \"L-Onor.", "Marthese Portelli qalet\" li hemm f'paġna 5, jidħlu l-kliem \"fost l-oħrajn\" ħalli jkun qed jirrifletti dak li fil-fatt sar.", "MADAM CHAIR: Hawn qbil?", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, fit-tieni paġna fil-paragrafu li jibda bil-kliem \"Waqt id-diskussjoni\", nipproponi li jidħol ukoll ismi għaliex jien ukoll ipproponejt emenda.", "MADAM CHAIR: Hekk hu fil-fatt.", "Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva) Il-Minuti, kif emendati, jistgħu jiġu konfermati issa?", "Il-Minuti emendati tal-Laqgħa Nru. 17, li saret fit-2 ta' Ġunju 2015, ġew ikkonfermati.", "MADAM CHAIR: Nistgħu issa nagħtu bidu għad-diskussjoni tal-lejla.", "DISKUSSJONI DWAR IL-PJAN STRATEĠIKU GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR MAĦRUĠ MILL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR, U L-EMENDI PROPOSTI GĦALIH (KONT.)", "MADAM CHAIR: Naħseb li kulħadd għandu kopja tar-rapport, u għalhekk nistieden mal-ewwel liċ-Chief Executive Officer (CEO) tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) sabiex jispjegalna ftit b'mod verbali is-sequence of events: imbagħad, dawk kollha li jixtiequ jersqu mal-Mejda biex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom, nisimgħuhom wieħed wara l-ieħor.", "Dak li ma nlaħħqux nagħmlu llum se nkompluh f'laqgħa oħra; iżda nippruvaw nagħmlu kemm jista' ikun xogħol illum.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (CEO, MEPA): Il-Gvern is-sena l-oħra talabna sabiex naraw għal żewġ sites jew iktar li jistgħu jkunu idonei għal università ġewwa s-southeast ta' Malta.", "Aħna tlabna lill-Government Property Division (GPD) sabiex jagħtuna x'sites għandhom available li jaqbżu l-50,000 metru kwadru, u tawna tliet sites b'kollox.", "Site minnhom kienet adjaċenti eżatt mal-impjant tar-riċiklaġġ f'Ta' Barkat, u ż-żewġ sites l-oħra kienu dawk ta' San Leonardu u Ta' Żonqor.", "Ovvjament, is-site Ta' Barkat mill-ewwel ġiet awtomatikament waived out, l-ewwel nett għaliex jekk għada pitgħada l-impjant Ta' Barkat ikollu bżonn jikber ma jkollux fejn jikber, u t-tieni minħabba li ma tagħmilx sens li se tmur tagħmel xi ħaġa hekk eżatt ma' dak l-impjant.", "Imbagħad, għamilna comparison bejn iż-żewġ sites l-oħrajn, jiġifieri bejn is-site Ta' San Leonardu u s-site Ta' Żonqor, u fir-rapport għandkom il-konklużjonijiet tagħna bbażati fuq dak li rajna.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Nistgħu nistiednu issa lill-ewwel mistednin tagħna, li huma l-Perit Carmel Cacopardo u l-Prof.", "Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika.", "Nagħtikom merħba fil-Kumitat tagħna peress li din hija l-ewwel darba li qegħdin tattendu għal dan il-Kumitat.", "Jien naħseb li jmisskom tiġu dejjem hawnhekk, għax ikun hawn ħafna diskussjonijiet interessanti li nisperaw li minnhom joħroġ il-frott.", "IL-PERIT CARMEL CACOPARDO (Viċi Chairman, Alternattiva Demokratika): Ir-reazzjoni tagħna għal dan ir-rapport hija fis-sens li dan ir-rapport ma jeżaminax x'possibilitajiet hemm fin-Nofsinhar ta' Malta għall-proposta taħt konsiderazzjoni, iżda pjuttost ittieħdet deċiżjoni preliminari u ġiet analizzata.", "Meta inti tibda b'żewġ sites biss – ninsew għal mument it-tielet waħda għar-raġunijiet li spjega s-Sur Buttigieg – u telimina kompletament il-possibilitajiet l-oħrajn kollha bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi li fihom kull waħda minnhom … Kull site li ssemmiet, inkluż il-bini storiku li ssemma minn diversi persuni u organizzazzjoni, fiha vantaġġi u żvantaġġi; imma l-ebda waħda minnhom ma ġiet eżaminata.", "Is-serjetà titlob li dawn l-affarijiet ikunu kkunsidrati fl-istadju tad-drawing board, jiġifieri meta tkun għadek taħseb preliminarjament fuq dawn l-affarijiet.", "Apparti dan, jekk jiena rajt ir-rapport sew, hemm xi ħaġa importanti ħafna nieqsa li jien naħseb li tqarreb lejn id-diżonestà, fis-sens li r-rapport ma jagħmel l-ebda riferenza għall-fatt li l-Pjan Lokali diġà jiddetermina nature park area li hija sostanzjali, u li hija overlapping mal-area li hija taħt konsiderazzjoni bħala waħda mis-sites għall-iżvilupp tal-proposta.", "Qed ngħid dan minħabba li din hija rabta u, sakemm ma jiġux segwiti l-proċeduri legali neċessarji, inkluż il-proċeduri ta' konsultazzjoni, ir-rabta li hemm s'issa ta' nature park – qed nirreferi għall-pjanta MS1, Marsascala North Policy Map, fil-Pjan Lokali tan-Nofsinhar li ma jidhirlix li qegħda hemm, hemm ħafna pjanti oħrajn li kollha huma validi u kollha huma meħudin mill-Pjan Lokali, però kumbinazzjoni din mhijiex hemm, u jien din naraha bħala diżonestà fir-rapport għaliex, mill-pjanti li ġew ippubblikati, kull waħda minnhom tagħmel overlapping b'mod sostanzjali fuq din in-nature park area – … Ovvjament, qed isiru proposti li n-nature park għandu jkun ta' ċertu daqs, u r-rapport ma jgħidilniex li l-Pjan Lokali diġà jiddetermina n-nature park sostanzjalment ikbar minn dak li qed jiġi propost.", "Naturalment wieħed jista', jekk irid, jgħid li l-proposta hi li n-nature park li hemm fil-Pjan Lokali jonqos; imma l-proposta qiegħda tiġi ppreżentata fil-media minn kelliema għan-nom tal-Gvern bħala li se jingħatalna rigal ta' nature park, meta n-nature park diġà hu propost ferm ikbar – jiena ngħid viċin id-doppju – ta' dak li huwa propost fil-proposta li qed issir dwar din l-università.", "Allura l-pożizzjoni tagħna hi li, l-ewwel nett, għandu jsir site selection exercise suret in-nies, u s-site selection exercise suret in-nies irid isir billi jiġu kkunsidrati fi stadju ta' drawing board is-siti kollha.", "Fl-ewwel partijiet tar-rapport, proprjament fl-iscope, jingħad li two general areas have been presented for assessment, jiġifieri xi ħadd diġà għamel dan l-eżerċizzju.", "Issa, jekk dan l-eżerċizzju sarx bl-addoċċ, jew jekk sarx b'mod studjat u dettaljat, jiena ma nafx.", "Jekk dan l-eżerċizzju sar diġà minn min għadda l-proposta lill-MEPA biex sar dan ir-rapport, ikun tajjeb li dan ir-rapport addizzjonali jiġi ppreżentat.", "Irrid inżid ngħid ukoll li hemm ħafna raġunijiet għalfejn m'għandux isir żvilupp fl-ODZ.", "L-ewwel raġuni hija li, matul is-snin, iċ-ċaqliq li kien hemm fil-linji tal-iżvilupp, dejjem kull waħda minnhom tat daqqa ta' ħarta lis-settur tal-biedja.", "Li lill-bidwi tgħidlu: \"Tħabbilx rasek, minflok din l-art li qed taħdem se nagħtik oħra\", mhijiex soluzzjoni, għax għall-bidwi l-għalqa mhijiex għodda li meta tispiċċa tibdilha b'għodda oħra.", "Il-bidwi għandu rabta emotiva mal-art, u kull bidwi jgħidlek il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kull biċċa art.", "Din hija xi ħaġa li ssibha fi studji dwar l-agrikoltura indiġena tad-diversi pajjiżi, affarijiet li nsegwuhom fil-bidu nett tal-istudji ambjentali.", "Il-ħtieġa li nipproteġu r-raba' tmur lil hinn mill-ħtieġa li wieħed jipproteġi l-ispazji miftuħa.", "Meta nitkellmu fuq il-ħtieġa li nipproteġu l-ispazji miftuħa, ħafna drabi r-riferenza tkun għall-pjazez u għall-ġonna pubbliċi f'areas urbani.", "Il-ħtieġa tal-protezzjoni, kemm tar-raba' kif ukoll tax-xagħri, hija neċessità minħabba li l-bniedem għandu ħtieġa li jirriskopri l-konnessjoni tiegħu man-natura, li bl-urbanizzazzjoni tul is-snin inqatgħet.", "Jeżistu studji – u ħafna minnkom dawn segwewhom – minn għaqdiet ambjentali, fosthom fir-Renju Unit, li jassoċjaw il-ħtieġa ta' iżjed konnessjoni man-natura bħala anke mezz ta' fejqan għall-mard mentali.", "Pereżempju, waħda min-non-governmental organisations (NGOs) ewlenin fir-Renju Unit dwar is-saħħa mentali xi snin ilu ppubblikat rapport intitolat \"Ecotherapy – A Green Agenda for Mental Health\", fejn tispjega anke l-istudji li huma għamlu fuq il-konnessjoni tal-bniedem man-natura, u kif huwa ppruvat – kif anke ppruvaw f'pajjiżi oħrajn fi studji oħrajn – kif persuni, b'mod partikolari dawk li jkunu maqtugħin mill-konnessjoni diretta man-natura, bħal pereżempju, ħabsin u nies li jkunu ilhom għal żmien twil rikoverati ġewwa l-isptar, permezz ta' roof garden – esperiment li sar fil-Messiku – kapaċi jkollhom fejqan aktar malajr.", "Allura, l-argument favur il-ħarsien tal-ODZ mhuwiex biss wieħed favur il-biedja, jew favur il-containment tal-iżvilupp urban, iżda huwa wkoll argument favur li r-rabta u l-għeruq tal-bniedem man-natura ma jkomplux jinqatgħu iżjed milli nqatgħu bl-urbanizzazzjoni sfrenata li kellna tul is-snin.", "Dak li għandi xi ngħid f'dan l-istadju.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Sur Buttigieg, tixtieq tagħmel xi osservazzjonijiet?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Xtaqt inwieġeb għal xi kummenti li saru.", "L-ewwel nett, mhux is-soltu li nisma' lill-Perit Cacopardo jitkellem b'dak il-mod, għax ġeneralment ikun għamel ir-riċerka tiegħu ben tajjeb.", "Naħseb li din id-darba jew ma qarax ir-rapport, jew ma nafx, għax li jiġi jgħidli li qed nimxu b'mod żleali hija mill-inqas inkorretta, għaliex paragrafu 4.15 li hemm f'paġna 8 jagħmel riferenza ċara li fis-site hemm designation għal nature park, u fl-aħħar paġna hemm proprju l-pjanta tal-MS1.", "Jiġifieri, li b'xi mod l-Awtorità ippruvat tiżgwida lil xi ħadd, naħseb li it's far from reality.", "Ir-rapport kien intenzjonat biex il-Gvern ikollu idea dwar jekk jistax jikkunsidra jew le site fis-southeast ta' Malta.", "MADAM CHAIR: By the time li waslet għandkom il-konverġenza tas-site selection, jidher li kien hemm stadju ta' qabel fejn intgħażlu dawk it-tliet siti, inkluż dik Ta' Barkat.", "At that stage, intom ġejtu ffaċċjati b'xi rapport?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, anzi l-Gvern talabni nħares lejn is-southeast ta' Malta u ngħid x'jirriżultali minnhom, basta jkunu 'l fuq minn 50,000 metru kwadru.", "Bħalissa qegħdin naraw sites alternattivi fis-south ta' Malta li huma 'l fuq minn 25,000 metru kwadru biex inkabbru l-firxa ta' sites li jistgħu jkunu kkunsidrati.", "Dawn għalissa għadna qed narawhom; fil-fatt, bħalissa għandna 'l fuq minn 100 site li għadna qed narawhom.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri, bħalissa you went back to the drawing board, qed terġgħu taraw sites iżgħar ...", "Dan huwa proċess li normalment isir f'kull applikazzjoni u f'kull proċess ta' environmental impact assessment (EIA).", "Qabel ma inti tasal biex tgħid li se tmur tara fid-dettall jekk hux \"dan\" is-sit jew \"dan\" is-sit, l-ewwel trid tibda mill-EIA.", "Però, l-problema kbira li nqalgħet mas-soċjetà ċivili hija għax ġejna ffaċċjati b'90,000 metru kwadru li qisha fait accompli li se ssir.", "Għalhekk qam dak kollu.", "Aħna ma ġejniex iffaċċjati bl-istudji, bl-EIAs u bil-progression normali ta' kif isiru dan it-tip ta' investimenti.", "Għalhekk aħna llum kollha qegħdin hawnhekk, u kulħadd jixtieq jagħmel l-almu tiegħu biex kemm jista' jkun ma jkollniex aktar ODZ jittiekel.", "ASTRID VELLA (Flimkien għal Ambjent Aħjar): Is-Sur Buttigieg għadu kif qal li din il-proċedura li ġiet segwita hija waħda ġdida.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk qattx kien hemm każ fejn il-MEPA għażlet sit hi għal żviluppatur.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kien hemm diversi drabi fejn saru site selection exercises: jekk tidħol fil-website tal-MEPA, tara li hemm site selection exercises li ġew approvati.", "Ma ninsewx li dan l-eżerċizzju ma sarx għal żviluppatur, imma sar għall-Gvern.", "ASTRID VELLA: Dment li l-MEPA hija r-regolatur, u kwalunkwe progress fuq dan is-sit irid jiġi aġġudikat mill-MEPA, inkluż – wieħed jispera – EIA jidħol proprju fil-mertu tas-site selection, il-MEPA kif tista' tippreżenta ruħha bħala impartial adjudicator?", "Dan bħal meta imħallef ikun ikkummenta fuq każ u kkommetta ruħu fuqu, imbagħad irid jiġġudika.", "Fl-opinjoni tagħna, huwa conflict of interest meta tkun diġà ikkommettejt ruħek fuq każ li inti stess qed tiġġudika.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-Awtorità hija magħmula minn direttorati u mill-Awtorità.", "Dan il-Bord ma telax quddiem l-Awtorità għal deċiżjoni.", "Huwa d-Direttorat, li huwa t-technical arm tal-Awtorità, li ta parir lill-Gvern.", "Jiġifieri l-Awtorità fl-ebda ħin u fl-ebda mument b'xi mod m'għandha l-pożizzjoni tagħha mittiefsa.", "MADAM CHAIR: Ħalli nistaqsi xi ħaġa biex inkompli ma' dak li qalet is-Sinj.", "Huwa minnu li t-talba għas-site selection saret mill-Gvern; però dan mhuwiex proġett tal-Gvern, imma huwa proġett ta' investitur barrani – seta' kien Malti – privat.", "Qatt kellkom sitwazzjoni fejn intom tintalbu mill-Gvern biex tissuġġerixxu għal investitur privat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħalli nagħtik eżempju.", "Is-site selection exercises tal-iSmall and Medium sized Enterprises (SMEs) sar kollu għall-privat.", "MADAM CHAIR: Kollox sew, imma l-Gvern qatt talabkom ...?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhux il-Gvern talab li s-site selection isir?", "Fejn saru site selections fil-pjanijiet lokali, anke ta' skejjel, saru għall-privat ukoll.", "Jekk, pereżempju, nieħdu s-St.", "MADAM CHAIR: Imma talabkom il-Gvern biex issibulhom site?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma nafx ngħidlek jekk fil-każ ta' St. Michael's Foundation talabx il-Gvern, imma fil-każ tal-SMEs, talab il-Gvern.", "MADAM CHAIR: Meta tgħid SMEs, mhux SME wieħed: jiġifieri għandek location fejn għandek ħafna SMEs?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, għandek ħafna locations fejn għandek SMEs.", "MADAM CHAIR: Imma dik hija policy tal-Gvern, mentri hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar policy tal-Gvern.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq li ġie investitur privat – kien min kien – u għall-ewwel darba – kif diġà donni qed nifhimha jien – il-Gvern talab lilkom biex intom issibulu post biex jinvesti.", "Ikkorreġini jekk qed ngħid xi ħaġa ħażina, però donnha hekk qed tinstema'.", "Jekk trid, id-darba li ġejja nagħtik lista tas-site selection exercises li għamlet l-Awtorità.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Nixtieqha dik il-lista.", "Iktar osservazzjonijiet?", "ASTRID VELLA: Sur Buttigieg, fid-diskussjonijiet li saru bejn l-Awtorità, il-Gvern u l-NGOs, inti kont preżenti, u għad-diversi suġġerimenti għal siti differenti li saru minn NGO partikolari li studjat il-proġett, inti kont kritiku u ppruvajt twarrabhom.", "Aħna nħossu li dan huwa predisposition għal dak li kkonkludiet il-MEPA, u nuqqas ta' openness għall-possibilità ta' siti oħrajn.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nixtieq nikkorreġik li l-uniku sit li ma qbiltx miegħu kien dak ta' Ricasoli, u r-raġuni hija li llum din tintuża mill-film industry, u hemm ukoll l-impjant ta' fejn imur il-waste oils tal-vapuri, u għalissa m'għandniex site alternattiva fejn jista' jsir dan.", "Inti ma tistax titfa' università ma' faċilità industrijali, u għalhekk jien ikkritikajt is-suġġeriment li sar.", "Ngħidlek ukoll li dak il-meeting sar madwar xahar ilu, mentri dan ir-rapport sar f'Novembru 2014.", "ASTRID VELLA: Meta sar ma tantx għandu rilevanza għax għadu jseħħ.", "Però, rrid ngħidlek li anke meta semmejna s-site ta' San Salvatur, ukoll ikkritikajt l-għażla u l-possibilità.", "Imma ħalli nkompli, u se nikkwota mill-istudju fejn jgħid:", "Naħseb li se tgħidli li ma kienx ir-remit ta' dan l-istudju li jidħol fil-planning context; imma fir-rapport qed tgħid li, jekk saret xi ħaġa ħażina fil-passat, wieħed huwa ġustifikat li jkompli fuq dik it-trend minflok isib soluzzjonijiet aħjar għall-komunitajiet Maltin.", "Aħna noġġezzjonaw bis-sħiħ għal dak il-paragrafu, għax nippretendu ferm ferm aħjar mill-MEPA milli tikkwota żbalji tal-passat.", "Il-paragrafu ta' wara mbagħad jgħid hekk:", "Infakkrek li meta fil-bordijiet tal-MEPA aħna semmejna każijiet li jmorru kontra l-ispirtu tal-iStrategic Plan for the Environment and Development (SPED), aħna ġejna mfakkra li l-iSPED għadu mhuwiex applikabbli, u għal dik ir-raġuni ma jistax jiġi kkwotat.", "Issa, f'daqqa waħda, l-iSPED jista' jiġi kkwotat, għalkemm m'għandux il-Parliamentary endorsement u allura ma daħalx fis-seħħ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Lanqas xejn.", "Li qed ngħidu hu li d-dokument sar mal-Pjan ta' Struttura, u kull ma qed nagħmlu huwa li niġbdu l-attenzjoni li, anke jekk jiġi approvat l-iSPED kif inhu – għax jaf jiġi emendat – xorta huwa in line miegħu.", "ASTRID VELLA: Allura kif tista' tispjega li meta aħna nikkwotaw l-iSPED we are invariably dismissed?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għidli fejn.", "ASTRID VELLA: Meta nkunu quddiem il-Bord tal-MEPA.", "ASTRID VELLA: M'iniex qed ngħid minnek, imma inti tirrappreżenta lill-MEPA.", "Ir-rapport ikompli jgħid li:", "Jien nixtieq nistaqsi jekk sarx xi studju, anke superfiċjali – m'iniex qed nippretendi xi studju in-depth – ta' kemm se jinħolqu mpjiegi, u jekk dawn l-impjiegi humiex se jkunu għall-Maltin – jiġifieri mhux ikunu lecturers barranin – u jekk dawn l-impjiegi humiex se jmorru għan-nies taż-żona.", "Jien, pereżempju, nista' ngħidlek li l-Birgu Waterfront mhu qed jimpjega lil ħadd mill-Birgu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dak il-paragrafu huwa parti mill-oġġettivi li aħna rċevejna mingħand il-Gvern, li this project will create a number of jobs, li żgur ma jistgħux ikunu biss għan-nies li joqogħdu fin-naħa t'isfel ta' Malta, għax ċerti lecturers ma jgħixux fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Però imbagħad għandek servizzi oħrajn relatati mas-servizz edukattiv, li jinkludu ġardinara, cleaners, servizzi ta' librara, eċċ. Jiġifieri hemm numru ta' jobs li llum anke fl-Università jeżistu.", "MADAM CHAIR: Imma studju ma sarx, in-depth study ma sarx?", "ASTRID VELLA: Voldieri intom m'għamiltu l-ebda sforz biex tkunu tafu kemm se jinħolqu mpjiegi għall-Maltin, u jekk dak jiġġustifikax, b'mod jew ieħor, l-użu ta' art fl-ODZ?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dak mhuwiex ir-remit ta' dan ir-rapport.", "Intom tgħidu li dan sar bħala desktop study.", "Issa jien nisfida l-fatt li wieħed jipproduċi rapport ta' serjetà, anke bażika, sempliċement minn fuq desktop study mingħajr ma jmur fuq is-sit, u se nuri ritratt li ma nistax nifhem kif intuża hawnhekk.", "Dan huwa ritratt meħud fis-sajf, għax juri l-għelieqi kollha nexfin u kannella, u juri wkoll li minn kwart tal-art mhijiex raba' fabbrikata.", "Dan ir-rapport sar f'Novembru, meta l-art ma tkunx kannella u niexfa, u allura jien nistgħaġeb kif intom, bil-limitazzjonijiet ta' desktop study, lanqas użajtu ritratti jekk mhux tas-sena kollha, almenu tal-istaġun meta tlesta r-rapport.", "Hawnhekk qed nuri ritratt iżjed staġjonali li juri kemm hemm art fabbrikata fiż-żona, u fid-dettalji x'imkien jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' art fabbrikabbli.", "Fil-fatt, hawn li agricultural land (grasses) jammonta għal 30%, filwaqt li agricultural land with no annual activity – li jien nifhem li hija art abbandunata – tammonta għal 50%.", "Issa, dan ir-ritratt juri ċar ħafna li hemm almenu żewġ terzi tal-art agrikola li hija fabbrikata.", "Jiġifieri, din il-classification tidher żbilanċjata immens, u jien nistgħaġeb kif m'użajtux iżjed il-mezzi li għandkom ta' aerial photography biex tieħdu idea iżjed ċara tal-użu tal-art hemmhekk.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament intużat l-aerial photography għax aħna dak nużaw għar-ritratti uffiċjali, u d-data li inti qed tikkwota ġibniha mingħand id-Dipartiment tal-Agrikoltura skont kif inhi rreġistrata mad-Dipartiment tal-Agrikoltura.", "ASTRID VELLA: Għal dak li jirrigwarda aerial photography, dan jista' jiġi aġġornat regolarment, voldieri billi tużaw aerial photography li mhuwiex staġjonali … L-aerial photography inzerta wera l-agħar staġun li seta' jintwera.", "Fejn jidħol reġistrazzjoni agrikola, jista' jkun – u ġie ppruvat kemm-il darba – li tkun inaccurate.", "Meta d-data tal-Ministeru tal-Agrikoltura qalet li ma kien hemm l-ebda użu agrikolu tal-għalqa Tal-Papa, u lanqas kien hemm siġra waħda f'għalqa fejn kien hemm 80 siġra, il-MEPA kienet konxja ta' dawn ix-shortcomings.", "Allura jien kont nippretendi li, għal rapport daqshekk importanti li l-kwalità tal-ħajja ta' komunità sħiħa tiddependi minnu, wieħed imur fuq il-post u bis-serjetà tiddetermina li mhux tiddependi minn desktop study u minn informazzjoni li fil-passat intwera li kien żbaljat.", "Grazzi.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, għall-kumment li għamlet is-Sinj.", "Vella nixtieq ngħid li fil-Parlament ġie ppreżentat preliminary study magħmul minn Gordon Cordina – u li anke ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra – dwar kemm se jkun hemm impjiegi u income ġenerati.", "MARTHESE PORTELLI: Madam Chair, jekk tippermettili, nixtieq nikkjarifika punt fuq ir-rapport ta' Gordon Cordina.", "Gordon Cordina qal ċar u tond li l-istudju li għamel hu għamlu mil-lenti ekonomika biss.", "Huwa qal kategorikament li jsir f'Żonqor jew isir x'imkien ieħor, xorta l-istess effett ekonomiku se jkun hemm.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt nistaqsi lis-Sur Buttigieg jekk fhimtux tajjeb li qal li, fil-każ ta' educational institutions, il-Pjan ta' Struttura jippermetti li jsir f'ODZ, u l-iSPED jippermetti wkoll li jsir f'ODZ.", "U l-iSPED kif inhu bħalissa jippermettih ukoll.", "MADAM CHAIR: Dejjem jekk ma jkunx hemm siti alternattivi li jistgħu jintużaw.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament.", "MARTHESE PORTELLI: Le, l-emendat mhux hekk ġie.", "Dik hija l-proposta kif xtaqniha aħna, liema proposta ma kenitx ġiet aċċettata.", "MADAM CHAIR: Imma konna żidniha.", "MADAM CHAIR: Imma hemm il-kwestjoni ta' kif wieħed jinterpreta l-kelma \"feasible\".", "Sur Buttigieg, jiena ma kontx preżenti hemm meta l-NGOs staqsewk fuq Fort Ricasoli.", "Huwa veru li l-industrija tal-films qed tagħmel użu minn din il-forti; però huwa minnu wkoll li din il-forti is crumbling into the sea, qed titħalla titmermer.", "Bħala awtorità li suppost tħarsu l-wirt storiku u arkitettoniku tagħna, ma jidhrilkomx li mhijiex assolutament raġuni valida li ċċaħdu ċ-ċans li din il-fortifikazzjoni tiġi restawrata u tintuża bħala university campus, minflok ma qtajtulha rasha mill-ewwel li mhijiex addattata u adegwata?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ir-raġuni mhijiex minħabba l-industrija tal-films, imma hija minħabba l-industrija li hemm taż-żejt ...", "MADAM CHAIR: Li qegħdin parti minnha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Huma parti minnha; imma, minħabba ċ-ċmieni li għandha, ħadd mhu se jitfa' università hemmhekk biż-żjut u l-irwejjaħ li joħorġu minn hemm.", "Aħna bħala awtorità għandna problemi kbar bl-uffiċini li għandna Hexagon House minħabba f'hekk.", "MADAM CHAIR: Imma bħala awtorità ma jidhrilkomx li wasalna fi stadju li tkunu proattivi u tissuġġerixxu li dik it-tip ta' industrija għandna niffukawha f'post li hu diġà mimsus, u jekk hemm iċ-ċans li aħna nissuġġerixxu din il-fortifikazzjoni lil dan l-investitur, nagħmlu minn kollox biex forsi anke jsir ir-restawr tagħhom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, ir-relocation tal-waste oils naħseb hija waħda mill-iktar uġigħ ta' ras li kellu kemm dan il-Gvern, kif ukoll il-Gvern preċedenti.", "S'issa, għadu ma nstabx sit alternattiv.", "Ir-raġuni li, għal dawn l-aħħar erba', ħames snin, dan għadu qed jaħdem with a temporary permit li jiġġedded kull sitt xhur … Li kieku sibna sit alternattiv, żgur li konna nagħmlu l-mezz kollu possibbli biex jiġi rilokat.", "MADAM CHAIR: Imma saru studji biex jinstabu siti alternattivi?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li nista' ngħidlek hu li l-persuna għandha kuntratt f'idejha biex tibqa' tuża s-site għal 30 sena oħra.", "MADAM CHAIR: M'għadekx kif għedtli li jiġi mġedded kull sitt xhur?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-environmenal permit jiġi mġedded.", "MADAM CHAIR: Imma jekk ma ġġeddidlux il-permess ikun inutli li jkollu kuntratt għal 30 sena oħra!", "Mela l-MEPA hija responsabbli!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk nagħlqu lilu, mbagħad niġu in breach tal-Marpol Convention, u ngħidu li l-portijiet tagħna m'għandhomx faċilità.", "MADAM CHAIR: Imma jiena naħseb – u qed nagħmillek dan is-suġġeriment bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat – li wasal iż-żmien li intom tkunu proattivi u tieħdu l-inizjattiva biex din il-problema tiġi riżolta.", "Jekk jiġri hekk, din il-forti jkollha ċans tiġi restawrata u wżata b'mod sostenibbli.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, nassigurak li qegħdin nippruvaw insibu siti alternattivi.", "MADAM CHAIR: Tajjeb ħafna, għallinqas bdejna minn x'imkien.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena nixtieq nagħmel żewġ punti, u se nibda bl-ewwel wieħed fuq Ricasoli.", "Ftit tal-ġranet ilu, l-Prim Ministru qal li s-sit ta' Ricasoli qiegħed jiġi kkunsidrat u studjat.", "Jiġifieri, jien illum nixtieq li jkolli kjarifika bejn dak li qed jgħid il-Prim Ministru u l-pożizzjoni tal-MEPA.", "It-tieni punt, se nerġa' immur lura back to basic fuq is-site selection exercise.", "Inkun qed ngħid sew meta ngħid li dan mhuwiex a site selection exercise, imma huma an imposed site selection exercise.", "Qed ngħid hekk għax il-MEPA ingħatat is-siti li riedet tevalwa.", "It-talba inħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "MARTHESE PORTELLI: Meta saret it-talba mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri intom kemm ingħatajtu, bejn wieħed u ieħor, żmien biex tagħmlu r-rapport?", "F'xahar ridtu tagħmlu r-rapport?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma kellniex timeframe ta' meta kellu jkun lest ir-rapport.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għax daqshekk domna biex nagħmluh.", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri domtu xahar biss.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-brief li aħna ngħatajna hi biex naraw jekk hemmx artijiet fis-southeast ta' Malta li huma publicly …", "MADAM CHAIR: Artijiet, mhux siti, li jistgħu jospitaw università?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Art li tista' tkun tajba biex tinbena università fiha b'minimu ta' 50,000 metru kwadru, u li l-maġġorparti tagħha hija government owned.", "Dawk kienu l-parametri li aħna rċevejna mingħand il-Gvern, u fuq dawk il-parametri aħna bdejna dan ir-rapport.", "MARTHESE PORTELLI: U t-talba saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, it-talba saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MARTHESE PORTELLI: Għax hemm differenza bejn gvern, dipartiment, u ieħor.", "It-talba saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "MARTHESE PORTELLI: Intom, bħala MEPA, mortu għand il-Land Department biex dawn jidentifikawlkom l-art li intom tistgħu tevalwaw?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Biex tagħtina l-artijiet kollha li għandha fis-southeast ta' Malta li huma 'l fuq minn 50,000 metru kwadru.", "MARTHESE PORTELLI: Min kien qiegħed jaħdem fuq dan ir-rapport fi ħdan il-MEPA?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-uffiċċju tiegħi.", "MARTHESE PORTELLI: Hawnhekk hawn dilemma kbira u naħseb, qabel ma nsolvu din il-problema, kulħadd se jibqa' shrouded in a cloud of mystery.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, saret Press Conference on site mill-Ministru Leo Brincat, mill-Ministru Evarist Bartolo u mill-Ministru Chris Cardona fejn il-media staqsiethom point blank min għażel is-sit.", "Dakinhar, il-Ministru Chris Cardona qal li s-sit għażlu l-investitur.", "Mela llum għandna jkollna ddikjarat bl-iktar mod ċar min għażel is-sit, jekk hux il-GPD, jekk hux Kastilja, jew inkella jekk hux l-investitur, għax xi ħadd qiegħed igerfex il-fatti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jiena ma nafx min għażel is-site.", "Li nista' ngħidlek jien hu li l-ordnijiet li rċevejna kienu biex naraw liema artijiet hemm fis-southeast ta' Malta li jistgħu jkunu tajbin għall-bini ta' università.", "Aħna ppreparajna dan ir-rapport fejn ikkomparajna ż-żewġ siti – għax mit-tlieta, għalina tnejn kienu fattibbli – u rajna liema minnhom kellha l-inqas impatt.", "Kif diġà għedt, issa l-Gvern tana remit ieħor, dak li naqbdu s-sites kollha li hemm fis-south ta' Malta li huma ikbar minn 25,000 metru kwadru – allura l-parametru issa kiber – u aħna qegħdin naraw dawk is-sites kollha.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri, s-site selection issa qed terġa' tiġi studjata?", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri, t-talba oriġinali saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Kastilja lilek.", "Nassumi li saret bil-miktub.", "Jew saret bil-fomm biss?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bil-fomm.", "MARTHESE PORTELLI: Minn hemmhekk, nies mid-dipartiment tiegħek marru l-GPD?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna ktibna lill-GPD, u l-GPD għaddewlna l-informazzjoni.", "MARTHESE PORTELLI: Tista' tqiegħed fuq din il-Mejda kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejnkom u bejn il-GPD?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: E-mail kien hemm; m'għandix problema li ngħaddihielkom.", "MARTHESE PORTELLI: Tista' tgħidilna wkoll min kien qiegħed jaħdem mid-dipartiment tiegħek fuq dan ir-rapport?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-uffiċċju tiegħi.", "MARTHESE PORTELLI: Imma min?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Naħseb li m'għandix għalfejn noqgħod insemmi nies hawnhekk.", "MARTHESE PORTELLI: Dan ir-rapport lanqas biss hu ffirmat.", "Lanqas biss hemm l-isem ta' min għamlu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed nerfa' r-responsabilità tiegħu jiena.", "MARTHESE PORTELLI: U l-Environmental Protection Department f'xi ħin kien involut?", "MARTHESE PORTELLI: Għaliex ma kienx involut?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għax fl-uffiċċju tiegħi għandi persuna li tirrappreżenta l-Environmental Protection Department.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għedtlek l-uffiċċju tiegħi.", "MARTHESE PORTELLI: Ma tridx tgħidilna min hi?", "MARTHESE PORTELLI: Ġew ikkonsultati terzi persuni li forsi huma esperti f'dan il-qasam?", "Iva jew le?", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri ma kienx hemm għalfejn.", "Xi kuntatt mal-iżviluppatur jew ma' xi rappreżentant tiegħu kien hemm f'xi ħin?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Min-naħa tagħna, le.", "MARTHESE PORTELLI: Kemm-il darba ltqajt mal-uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mas-Segretarjat tiegħu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ikollna meetings darba kull 15-il ġurnata.", "MARTHESE PORTELLI: U x'kontu tiddiskutu waqt dawn il-meetings?", "Żgur mhux ir-rapport, għax ir-rapport f'temp ta' xahar kien lest.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-università.", "MARTHESE PORTELLI: Pereżempju?", "MARTHESE PORTELLI: Għaliex il-MEPA għandha tidħol fil-heads of agreement?", "MARTHESE PORTELLI: Sur Buttigieg, qed tgħidli li kont qed tiddiskutih mal-OPM.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jiena kont qiegħed hemmhekk biex jekk ikun xi issue fuq kwestjoni ta' art, jiena niggwida lill-Gvern dwar x'għandu jdaħħal bħala klawsoli ta' safeguarding għall-Gvern.", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri, fil-heads of agreement il-Gvern kien ukoll qiegħed jiddiskuti l-art li se tingħata lill-kuntrattur?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament.", "MADAM CHAIR: Min jixtieq jikkontribwixxi għad-diskussjoni jiġi madwar il-Mejda ħalli titkellmu wieħed wara l-ieħor.", "L-oħrajn joqogħdu as close as possible.", "Kulħadd se jkollu ċans jitkellem, u din il-laqgħa mhux bilfors tispiċċa llum; jiġifieri, jekk ma nlestux illum, nistgħu nkomplu darb'oħra.", "Se nisimgħu lil kulħadd, u se nisimgħu t-tweġibiet ta' kulħadd.", "Nisperaw li minn din il-laqgħa joħroġ il-frott li l-poplu Malti jixtieq.", "Vella, tista' tkompli.", "ASTRID VELLA: Jekk tippermettuli, nixtieq immur lura għall-kwestjoni tal-użu ta' Ricasoli.", "Issemmew li hemm dawk it-tankijiet barra l-forti, u li ma jistax jiġi kkunsidrat bħala sit għall-università minħabba dħaħen taż-żejt.", "Imma, milli jidher, il-biċċa l-kbira ta' dawk it-tankijiet huma mimlijin bl-ilma li jitbattal minn fuq il-vapuri u mhux żejt.", "Il-persentaġġ ta' żejt li jkun hemm huwa żgħir.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, dak hu ilma mħallat maż-żejt.", "ASTRID VELLA: Eżattament.", "Il-kuntrattur preżenti qed jerġa' jibni dawn it-tankijiet b'sistema l-iżjed moderna biex ma jagħtu lok għal ebda fumes u rwejjaħ.", "MADAM CHAIR: Ħalli nistaqsi ħaġa oħra.", "Fejn hemm dawn it-tankijiet f'Ricasoli huwa qrib ħafna tar-residenzi, bieb għal għatba.", "Allura, kif qed toħorġu environmental permit jekk qed tgħiduli … Jekk dan id-duħħan mhux tajjeb għall-Ġordanjani, aħseb u ara kemm hu tajjeb għall-Maltin!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma hemm differenza li tkun eżatt taħtu, u tkun 200 jew 300 metru 'l bogħod.", "MADAM CHAIR: Eżatt taħtu qegħdin.", "MADAM CHAIR: U Fort Ricasoli, bħala footprint, jidher li toqrob ħafna lejn dak li hemm bżonn.", "Huwa importanti ħafna li nifhmu li aħna hawnhekk qed niddiskutu biex noħorġu b'xi ħaġa tajba.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk fhimt tajjeb dak li qal is-Sur Buttigieg, il-Gvern preċedenti kien ta Fort Ricasoli lill-operatur li hemm illum biex jużaha għal 30 sena biex jagħmel dan ix-xogħol tal-waste.", "Jiena naħseb li mhux ġust li nitkellmu fuq restawr tal-forti mal-MEPA, għax dak huwa xogħol ta' Heritage Malta mhux tal-MEPA.", "ASTRID VELLA: Imma l-MEPA oġġezzjonat għall-użu tiegħu minħabba t-tankijiet fuq kriterji – jiena ngħid – żbaljati.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena ma nafx kif oġġezzjonat il-MEPA; imma, jekk hemm kuntratt ma' individwu għal 30 sena li jużaha għall-waste li ngħata mill-Gvern preċedenti, kif se taqilgħu minn hemm?", "ASTRID VELLA: Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li għandu jinqala' minn hemm, imma jistgħu jiġu camouflaged u jkomplu jintużaw.", "Dawn mhumiex ġewwa l-Forti ...", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, fil-Forti qegħdin.", "ASTRID VELLA: Imma fid-ditch.", "MADAM CHAIR: Sakemm l-environmental permit jiddependi fuq il-MEPA biex joħroġ, tiddeċiedi l-MEPA.", "Onor. Buhagiar, ma naqbel miegħek xejn li l-MEPA m'għandhiex tieħu l-intrigu li jkollha the over-arching responsibility għal dan kollu.", "ASTRID VELLA: Fil-fatt, il-MEPA ikkummentat ...", "MADAM CHAIR: Hija tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, imma l-MEPA hija l-awtorità li għandha tippjanta kif aħna lkoll, jekk hemm bżonn, nagħmlu użu minn dawn il-binjiet u mhux minn art verġni, u mhux lanqas tagħti direzzjoni.", "Ipprova jagħti direzzjoni skont il-brief li kellu.", "Is-Sur Buttigieg mexa skont il-brief li tawh.", "Mill-OPM dirett lis-CEO, nothing in between, qalulu biex isib artijiet.", "Hu ħareġ bil-brief li kellu, u lanqas biss għadda minn ras xi ħadd li jikkunsidraw forti qadim.", "Jekk hemm kuntratt għal 30 sena ma' ħaddieħor!", "ASTRID VELLA: Imma dak ma jeskludix ir-restawr u l-użu tal-Forti.", "Hija l-MEPA li oġġezzjonat l-ewwel darba meta konna l-OPM, u reġgħet oġġezzjonat hawnhekk għar-restawr tal-forti minħabba t-tankijiet, liema oġġezzjoni kienet kompletament żgwidata.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma din il-fortizza mhijiex tal-pubbliku għax hija mogħtija b'ċens lil ħaddieħor.", "Din hi l-issue kollha.", "MADAM CHAIR: Imma mogħtija b'ċens taħt kundizzjonijiet.", "ASTRID VELLA: Imma t-tankijiet jistgħu jiġu koperti u jkunu aesthetically non-objectionable, għax qegħdin f'parti li mhijiex neċessarja għall-użu tal-università.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI (Kandidat, Partit Nazzjonalista): Onor. Buhagiar, just għall-korrettezza, Heritage Malta hija aġenzija tal-Gvern, u f'dak kollu li jkunu se jagħmlu, kemm jekk se jħaffru, kemm jekk se jirrestawraw, u anke jekk se jagħmlu proġett, iridu jgħaddu through MEPA.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma l-funds huma ta' Heritage Malta, u allura l-prijoritajiet ta' x'għandu jiġi rrestawrat jagħmluhom huma, mhux il-MEPA.", "MADAM CHAIR: Imma dak huwa proġett nazzjonali.", "L-investitur seta' ġie muri dik it-tip ta' fortifikazzjoni, u nħeġġuh sabiex jagħmel ir-restawr neċessarju.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Ma rridux nagħtu l-impressjoni żbaljata li Heritage Malta hija xi awtorità tal-Gvern li taqbeż kwalunkwe awtorità oħra, u ma tgħaddix mill-proċess tal-MEPA.", "CHARLES BUHAGIAR: Perit, naqbel miegħek.", "Li qed ngħid jien hu li you are addressing the issue to the wrong person, għax il-prijorità ta' x'jiġi restawrat f'pajjiżna ma jsirx mill-MEPA, imma minn Heritage Malta.", "ASTRID VELLA: Is-suġġeriment tagħna m'għandux x'jaqsam ma' Heritage Malta, imma li nużaw din l-opportunità biex l-università Amerikana tuża u tirrestawra l-forti mill-fondi ...", "MADAM CHAIR: Ħalli nagħmel osservazzjoni oħra.", "Onor. Buhagiar, aħna qed nindirizzaw lis-CEO tal-MEPA għaliex l-OPM ħassu li għandhom jindirizzaw brief lis-CEO tal-MEPA and to no other institution in the country biex tittieħed deċiżjoni fuq dan is-sit.", "Għalhekk aħna qegħdin navviċinaw lis-CEO tal-MEPA ħalli jkun jista' jispjegalna għaliex, wara li ngħata dak il-brief, mexa b'din id-direzzjoni.", "U peress li bħalissa qed jagħmlu studji ta' iktar siti potenzjalment alternattivi, aħna qegħdin nuruh il-ħeġġa tagħna sabiex siti alternattivi, bħalma hi Forti Ricasoli, jiġu kkunsidrati.", "ASTRID VELLA: Aħna nħossu li Forti Ricasoli ġiet dismissed out of hand għal raġunijiet żbaljati għall-aħħar.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO (Front Ħarsien ODZ): Grazzi, Madam Chair.", "Għal min ma jafx, il-Front huwa moviment taċ-ċittadini li bħalissa għandu l-appoġġ ta' madwar 30 NGO, ta' numru ta' politiċi u ta' nies komuni.", "Il-ġimgħa l-oħra, ktibna lill-Membri tal-Parlament kollha, u tajnihom ġimgħa sabiex jgħidulna l-pożizzjoni tagħhom dwar iż-Żonqor u dwar l-ODZ.", "Id-deadline għadda, u dalwaqt se nħabbru kemm ir-risposti, kif ukoll in-nuqqas ta' risposti, li tawna l-Membri tal-Parlament.", "Għal min ma jafx – għalkemm naħseb li kulħadd jaf – nhar is-Sibt beħsiebna nimmobilizzaw l-ikbar protesta ambjentali li qatt kien hawn fil-pajjiż.", "Jien nixtieq nistaqsi lis-Sur Johann Buttigieg, bħala rappreżentant tal-MEPA, li hija r-regolatur tal-ambjent, kif iħossu li mar kontra l-fatt li Żonqor huwa nature park u ODZ u, minflok li lill-Gvern qallu thank you but no thank you, għamillu pjaċir u studja l-possibilità ta' università fiż-Żonqor.", "Nixtieq nistaqsih ukoll jekk il-MEPA hijiex awtonoma, jew jekk hijiex sempliċement dipartiment ta' xi ministru.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-MEPA ma rrakkomandatx li l-Gvern imur fiż-Żonqor.", "Li għamlet il-MEPA hu li rat liema għandu l-inqas impatt bejn is-site taż-Żonqor u s-site ta' San Leonardu.", "Jekk issibli x'imkien fid-dokument fejn aħna rrakkomandajna, għidli.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Fir-rapport imkien m'għedtu li m'għandux isir hemmhekk.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jiena lill-Gvern ngħidlu x'hemm bħala constraints fuq is-site, u l-Gvern jaf jaqra r-rapport bħalma jaf jaqrah kulħadd.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Aktar qabel saru xi mistoqsijiet mill-Onor.", "Marthese Portelli, u jiena nixtieq inżid fuqhom.", "Meta għamiltu l-istudji dwar is-site selection, fl-uffiċċju tiegħek kellek periti li kienu nvoluti?", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Tista' tgħidilna min huma?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Diġà għedtlek li nerfa' ir-responsabilità ta' dan ir-rapport jiena.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Mela kellek periti, u ma tridx tgħidilna min huma.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Ma naħsibx li kien hemm tweġiba għall-mistoqsija dwar l-indipendenza.", "MADAM CHAIR: Tista' terġa' tagħmel il-mistoqsija?", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Għamilha Dr. Briguglio.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur Buttigieg, l-aħħar darba li kellna laqgħa hawnhekk, meta staqsejnik point blank min tak l-instructions, għedtilna li l-instructions ħarġu mill-OPM, il-MEPA hija mħallsa mill-OPM, u allura inti taf lilhom.", "U għalhekk qiegħda tqum l-issue tal-imparzjalità.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, jekk il-Gvern jikkummissjonani nagħmel rapport, jiena nagħmilulu.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Imma kif, fir-rapport, inti għedt li ż-Żonqor huwa acceptable?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għidli fejn għedt dan.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: M'għandix kopja tar-rapport hawnhekk.", "MADAM CHAIR: Nistgħu ngħaddulek kopja.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Grazzi.", "Issa nsibuha; però, sadanittant se nistaqsik xi mistoqsijiet oħrajn.", "Jiġifieri, kellek periti li ma tridx tgħidilna min huma?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Diġà għedtlek li nerfa' r-responsabilità jiena.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Perit wieħed jew iktar kellek?", "Kellek soċjologi?", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Ma kellek l-ebda soċjologu.", "Mela periti ma tridx tgħidilna kemm kellek, jiġifieri \"X\", u soċjologi xejn.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Tista' tgħidilna min huma?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Diġà għedtlek li nerfa' r-responsabilità tar-rapport jiena.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Tista' tgħidilna kemm kellek planners?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għedtlek nerfa' r-responsabilità jiena.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Jiġifieri dan kien studju serju!", "Dawk l-affarijiet li qed titlob inti huma issue li jaraw meta jsir l-EIA.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Jiġifieri dan ir-rapport sar minn perit u planner fantażma li ma nafux min huma, f'pajjiż li suppost huwa tagħna lkoll u trasparenti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed ngħidlek li qed nerfa' r-responsabilità tiegħu jiena.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Ftit tal-minuti ilu għedtilna li bħalissa qed tagħmlu site selection exercise.", "Tista' tgħidilna liema huma s-sites li qegħdin tevalwaw?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hemm 'il fuq minn 100.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Tista' tgħidilna liema huma, jekk jogħġbok?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma nistax ngħidhomlok hawnhekk għax ...", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Tista' almenu tgħidilna ħamsa minnhom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hemm is-sites li ġew irrakkomandati min-National Independent Forum for Sustainability (NIFS) li jinkludu Ricasoli u San Salvatore, hemm l-artijiet kollha li għandu l-Gvern u l-Joint Office, u l-artijiet kollha li n-nies irrakkomandaw fil-proċess li għamel il-Gvern fejn ta ċans lin-nies jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Bħala bniedem li qed terfa' r-responsabilità kollha ta' dawn l-istudji, tista' ssemmilna ħames postijiet li rrakkomandaw in-nies?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk trid, darba oħra nista' inġiblek il-lista sħiħa tas-sites kollha.", "M'għandi l-ebda problema.", "MADAM CHAIR: Issa jġibilna l-lista sħiħa.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Sadanittant, sibna paragrafu 6.2 tar-rapport fejn qed jingħad li s-sit ta' Żonqor jista' jiġi kkunsidrat.", "Issa jiena naħseb li bħala Awtorità ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħu paċenzja, aqra x'hemm miktub.", "Kif jista' jkun?", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Naħseb li l-grammatika kollha nafuha.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Kif jista' jkun li awtorità awtonoma f'pajjiż li għandu Gvern li tela' fuq l-għajta li huwa trasparenti, f'pajjiż Ewropew, u f'pajjiż li jrid jieħu lilu nnifsu bis-serjetà, minflok lill-Gvern tgħidlu thank you but no thank you, qed tgħidlu li taqbel miegħu and it merits further consideration?", "Allura ma niskantawx li daqshekk nies se joħorġu fit-toroq nhar is-Sibt meta hawn daqshekk dwejjaq fuq l-ambjent, u meta l-MEPA, li hija l-custodian tal-ambjent, minflok tgħid lill-Gvern thanks but no thanks, qed tgħidlu this area merits further consideration!", "IS-SUR JAMES DEBONO (Front Ħarsien ODZ): L-ewwel nett, fuq li s-sit huwa aċċettabbli, għandi kopja tat-tweġiba tal-MEPA lill-Malta Today fejn huwa ċar li s-sit taż-Żonqor huwa deskritt bħala aċċettabbli.", "Jekk tridu, jiena nista' nibgħat kopja ta' din l-e-mail lill-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Iva, jekk jogħġbok.", "IS-SUR JAMES DEBONO: Qed jissemma eżerċizzju ieħor ta' alternative sites, u jien xtaqt nistaqsi x'inhuma t-terms of reference ta' dan l-istudju għax, qabel jibda kull studju, suppost li joħorġu terms of reference li, skont il-Liġi tal-Ippjanar, iridu jkunu pubbliċi.", "Fejn ġew ippubblikati t-terms of reference ta' dan l-istudju?", "Barra minn hekk, dan huwa – u nesiġi risposta ċara għal dan – biex insibu sit żgħir ieħor biex jikkomplementa s-sit taż-Żonqor, li jiġi mċekken, jew biex insibu alternattiva għaż-Żonqor ġewwa ż-żona ta' żvilupp?", "Għax, jekk huwa sempliċement li nilagħbu l-logħba l-antika li l-ewwel ngħidu 90,000 metru kwadru, imbagħad inċekknuha u noqogħdu nilagħbu bil-poplu … Din hija awtorità pubblika, mhijiex partit politiku, u trid tirrispondi b'mod ċar.", "Iż-Żonqor se jiġi eskluż, se jiġi mċekken, se nsibu sit ieħor iżgħar?", "Qed jintalbu siti ta' 25,000 metru kwadru biex iż-Żonqor jiġi 45,000 metru kwadru?", "Is-sidien tal-università b'mod ċar qalu li huma kontra li tinqasam l-università.", "Il-heads of agreement intom tafu x'fih għax inti, Sur Buttigieg, illum iddikjarajt li ddiskutejtu mal-OPM.", "Dan l-agreement iħallikom taqsmu s-sit tal-università?", "Sur Buttigieg, inti kkonfermajt li l-università se ssir fuq sit li, skont il-local plan, huwa earmarked għal nature park.", "Min għamel il-boundaries imserrpin u jevitaw ċerti artijiet tan-nature park b'mod arbitrarju?", "Hemm kuridur bejn iż-żona identifikata għall-università, li kien fis-site earmarked għan-nature park, u li issa la huwa fis-sit tal-università u lanqas f'dak għan-nature park.", "In-nature park mhux talli naqqastuh għall-università, talli naqqastuh ukoll għal xi konvenjenza oħra li ma nafx x'inhi.", "Nitlob risposta ċara fuq min għamel il-konfini ta' dan in-nature park.", "Dawk huma d-domandi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħalli nibda waħda waħda.", "Għar-rigward il-25,000 metru kwadru, dawn ġew biex inkunu nistgħu nikkunsidraw ħafna iktar artijiet, u mhux biex, kif għedt inti, tinqabad xi biċċa żgħira.", "Biex tagħmel università hemm bżonn ta' art ta' ċertu daqs, u safejn naf jien kien hemm commitment li qalu li se tinqasam f'iktar minn biċċa waħda.", "Jien ma niddeċidix jekk għandhiex tinqasam f'biċċa, f'biċċtejn, fi tlieta, f'ħamsa, f'għaxra jew f'għoxrin, għax mhijiex il-kompetenza tiegħi.", "MADAM CHAIR: Imma hemm konsiderazzjoni li tinqasam issa, għax għall-bidu kien jidher li rieduha f'post wieħed.", "Aħna ma nafu xejn; jiena Membru Parlamentari u l-heads of agreement ma rajtux.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, min-naħa tagħna qegħdin nikkunsidraw is-sites kollha li huma iktar minn 25,000 metru kwadru.", "IS-SUR JAMES DEBONO: Biex jikkomplementaw is-sit taż-Żonqor jew biex jeskludu s-sit taż-Żonqor?", "Mistoqsija sempliċi ħafna din.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, din mhijiex fil-kompetenza tiegħi f'dan l-istadju, u naħseb lanqas hija fil-kompetenza ta' ħadd.", "Bħalissa għaddej site selection exercise preliminari … (Interruzzjonijiet) Issa jew tagħtini ċans inwieġbek, jew inkella oqgħod inti minfloki!", "Aħna stajna naraw is-sites kollha preliminari, imbagħad l-EIA jieħu post ulterjuri u jistudja fid-dettall kull waħda minnhom, jew inkella stajna m'għamilna xejn minn dan, il-Gvern ħareġ bis-site, imbagħad noqogħdu nilagħbu.", "MADAM CHAIR: Tista' isserraħ ras dan il-Kumitat li hemm uħud mis-sites alternattivi li qed jiġu kkunsidrati li jeskludu l-użu taż-Żonqor?", "Jew huma kollha kkonċentrati f'biċċa miż-Żonqor u biċċa 'l hawn u biċċa 'l hemm?", "Neskluduh iż-Żonqor jew any ODZ site?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, hemm sites li huma 70,000 metru kwadru, u hemm sites li huma 23,000 metru kwadru, jiġifieri …", "MADAM CHAIR: Jeskludu l-art protetta taż-Żonqor?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, aħna bħalissa qegħdin fl-istadju li nikkomparaw kull site waħda mal-oħra, jiġifieri naraw jekk \"din\" hijiex aħjar minn \"din\", u jekk \"din\" hijiex aħjar minn \"din\", biex fl-aħħar naslu għal 10 sites.", "Meta naslu għal dawk l-10 sites, imbagħad l-EIA irid jgħid liema hi l-aħjar.", "MADAM CHAIR: U fl-istadju tal-EIA, se tagħmlu dak kollu li semma Dr. Briguglio?", "Għar-rigward it-terms of reference ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta toħroġ policy, it-terms of reference ikunu pubbliċi; però, meta l-Gvern jitlob xi ħaġa lid-Direttorat, dawk ma jkunux pubbliċi.", "Fil-bidu tar-rapport, hemm imniżżel fuqhiex saret l-assessment criteria, u dak ma nbidilx.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri, l-assessment criteria għas-second site selection ma nbidilx?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-criteria baqgħu l-istess.", "F'paragrafu 2.2 tar-rapport hawn hekk:", "– li ma nbidilx –", "– dan ma nbidilx lanqas, però ovvjament id-daqs niżel għal 25,000 metru kwadru, u allura jidħlu ħafna iktar sites –", "MADAM CHAIR: Imma ż-Żonqor ma kienx protected area?", "Kif xorta ġie kkunsidrat?", "MADAM CHAIR: Mela, recommended to be scheduled ma jfissirx li, biex wasalna sa dak l-istadju, hemm raġunijiet validissimi għalfejn aħna għandna nsalvawh?", "Imma nirringrazzjak għax weġibtni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "SIMON BUSUTTIL (Kap tal-Oppożizzjoni): Grazzi, Sinjura President.", "Se nagħmel kumment wieħed għax nippreferi nħalli lill-għaqdiet tas-soċjetà ċivili jagħmlu d-domandi huma.", "Se nagħmel dan il-punt għax inħoss li huwa veru importanti.", "Hawnhekk, is-CEO tal-MEPA qal għal iktar minn darba li mhux il-MEPA irrakkomandat iż-Żonqor.", "Sur Buttigieg, dan mhuwiex korrett.", "Din mhijiex informazzjoni korretta, jiġifieri inti, quddiem din il-Kamra u quddiem in-nies li qegħdin jarawna gdibt, għax ir-rapport li qegħdin niddiskutu hawnhekk jagħmilha ċara li intom bħala MEPA għażiltu ż-Żonqor.", "Jekk tħares lejn it-tliet konklużjonijiet li hemm fir-rakkomandazzjonijiet tagħkom, tara li l-ewwel waħda teskludi kompletament is-sit ta' San Leonardu.", "Allura, jekk għandek żewġ siti u eskludejt wieħed, bilfors li baqagħlek l-ieħor, li huwa ż-Żonqor.", "It-tieni rakkomandazzjoni titkellem favur iż-Żonqor, u allura huwa inaċċettabbli li jiġi hawn l-ogħla uffiċjal tal-MEPA li huwa mħallas mit-taxxi tagħna lkoll, jagħti informazzjoni skorretta u qisu xejn mhu xejn.", "Jiena jidhirli li f'dan il-Kumitat għandu jiġi rreġistrat li hawnhekk għandna persuna li mhijiex qiegħda tagħti l-informazzjoni korretta għax dan huwa punt ta' tluq bażiku.", "Hija l-MEPA, huwa int, Sur Buttigieg, li permezz ta' dan ir-rapport għedt li dan l-iżvilupp għandu jsir fiż-Żonqor, u dan illum inti ċħadtu.", "Dik l-informazzjoni mhijiex korretta, u l-poplu għandu dritt ikun jaf il-verità, u inti llum m'għedthiex il-verità.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onorevoli, tista' tgħidli fejn jien ktibt li dik għandha tkun is-site magħżula?", "SIMON BUSUTTIL: F'paġna 10.", "Nistgħu naqrawha wkoll għall-informazzjoni ta' kulħadd.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mela, jekk ma jimpurtax, se naqra r-recommendations:", "MADAM CHAIR: Inti qatt mort Forti San Leonardu, Sur Buttigieg?", "MADAM CHAIR: Qatt imxejt madwarha?", "MADAM CHAIR: Hemm toroq madwarha?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hemm toroq madwarha, imma mhumiex wesgħin biżżejjed.", "MADAM CHAIR: Madwarha hemm infrastruttura, u hemm toroq li jwasslu dritt għall-Forti San Leonardu.", "Biex ikollna campus ta' università, m'hemmx għalfejn ikollna highways; jiġifieri dak li qed jintqal fir-rapport huwa skorrett.", "It-tieni, id-ditch ta' madwar Forti San Leonardu jintuża bħala miżbla.", "MADAM CHAIR: Dan huwa wirt storiku Malti, u wieħed jistenna li, anke kieku ma qamitx din il-kwestjoni, intom bħala MEPA tieħdu passi, għax the least we can do is protect it.", "Forti San Leonardu kellha ċans, u għad għandha ċ-ċans – u għalhekk qed nagħmel dan il-punt – li tiġi rrestawrata u tiġi mogħtija lura lill-poplu f'użu sostenibbli li jrendi lill-poplu, ingawdu l-wirt storiku tagħna u ndawru x-xogħol għan-nies tagħna.", "Kif intom toħorġu hemmhekk u, from the outset, tgħidu li għax m'hemmx infrastruttura – li mhuwiex veru – you rule it out?", "Dak hu l-punt tiegħi.", "Il-punt li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa importanti, imma din hija l-iktar ħaġa li jien ma nistax nifhem.", "SIMON BUSUTTIL: Sur Buttigieg, minn dawn iż-żewġ paragrafi li qrajt, kull min jaf jaqra u jifhem bl-Ingliż il-konklużjoni li jista' jasal għaliha hija waħda biss, illi inti għażilt iż-Żonqor.", "Jekk jogħġbok, tinsultax l-intelliġenza tagħna u tal-poplu li qiegħed isegwina.", "Inti qrajt paragrafi li għal kull min jifhem bl-Ingliż ifissru li int għażilt iż-Żonqor, u allura tiġix hawnhekk u tgħidilna li int ma rrakkomandajtx iż-Żonqor.", "Dak huwa l-uniku punt li xtaqt nagħmel, għax minn dan il-punt isegwi kollox.", "MADAM CHAIR: Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, jiena se nitkellem f'isem ħaddiem tal-Gvern, ma jien qed niddefendi lil ħadd.", "Is-Sur Johann Buttigieg ingħata brief ċarissimu mill-Gvern, u qiegħed hawnhekk jirrispondi għad-direzzjoni li ngħata mill-OPM.", "Qed ngħid hekk biex nitkellem għall-ħaddiem għax, hu min hu, ix-xogħol tiegħu jiddependi fuq il-Gvern.", "SIMON BUSUTTIL: Madam Chair, naqbel miegħek li s-Sur Johann Buttigieg ingħata brief.", "MADAM CHAIR: Il-Perit Spiteri Staines.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES (Din l-Art Ħelwa): Jien jiddispjaċini li d-diskussjoni madwar din il-mejda hija \"us and you\"; nies li qegħdin jipproteġu l-ambjent, u l-MEPA li qed tipprova tipproteġi r-rapport.", "Nixtieq infakkarkom, kemm bħala MEPA, kif ukoll bħala politikanti madwar din il-Mejda, li għandkom il-futur ta' dan il-pajjiż f'idejkom, li l-mission statement tal-MEPA jgħid hekk:", "Jien nixtieqkom dejjem tiftakru f'dan il-mission statement u nixtieq li lili – jien bħala perit u bħala persuna li naħdem għall-għaqda 'Din l-Art Ħelwa' pro bono – u lin-nies l-oħra li qegħdin jirrappreżentaw lill-NGOs u li ma niggwadanjaw xejn, anzi nitilfu sigħat biex niġu hawnhekk, tagħtuna l-assigurazzjoni tagħkom, kemm bħala politikanti, kif ukoll bħala CEO tal-MEPA, li se tagħmlu ħilitkom kollha biex tipproteġu l-ambjent tagħna.", "Dik hija xi ħaġa li nixtieqkom tiftakru.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar proċedura.", "L-affarijiet qegħdin isiru bil-maqlub.", "Dan il-pajjiż mhux suppost jagħmel knee jerk reaction għax jiġi żviluppatur li togħġbu l-art verġni tagħna u jrid jagħmel universtà bil-campus, bħallikieku qisna qegħdin f'North America fejn hemm kilometri kbar ta' kampanja vojta.", "Pajjiżna huwa żgħir fejn, jekk isir campus, irid isir fil-qalba ta' villaġġ fejn hemm potenzjal ta' regeneration suret in-nies.", "U jekk in-nies tal-campus se jmorru jixtru drink, se jmorru jużaw xi ħaġa, huma proprju n-nies ta' dak il-villaġġ jew post li se jieħdu benefiċċju ekonomiku.", "Meta jsir campus f'ODZ, 'il bogħod minn nies, huwa biss l-iżviluppatur u l-governing body ta' dak il-post li se jgawdi l-benefiċċji.", "Suppost li l-Gvern qed jitlob lill-MEPA sabiex tagħmel analiżi tas-siti kollha li hemm fin-Nofsinhar ta' Malta, li huma brownfield sites u historic sites li jinsabu fi stat ta' abbandun, u li għandna bżonn inħarsu lejhom u nagħmlu xi ħalli nipproteġu l-wirt ambjentali mibni li għandna.", "Minflok, hawnhekk għandna knee jerk reaction bl-oppost.", "Il-Land Department, li għamel is-site selection process, suppost li ħares lejn is-sites kollha.", "Jien nixtieq li jkolli rasi mistrieħa li l-GPD hemm nies li għandhom ċertu professjonaliżmu f'dan il-qasam, li huma planners, periti u nies esperti fir-regeneration, mhux sempliċement nagħmlu site selection.", "Meta nara site selection bejn żewġ sites, jien ngħid li hija daħka fil-wiċċ.", "Site selection bejn żewġ sites!", "Ninkwieta ħafna wkoll meta nara li fir-rapport – u dan intqal ukoll meta konna madwar din il-Mejda niddiskutu l-iSPED – li l-iStructure Plan tħalli istituzzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' edukazzjoni u saħħa jsiru fl-ODZ.", "Jiena flejt l-iStructure Plan u ma sibt xejn minn dan fih.", "L-unika ħaġa li sibt hi li, meta jkun hemm xi ħaġa ta' importanza nazzjonali, bħal power station jew bħal impjant ta' riċiklaġġ, ovvjament wieħed irid iħares lejn il-pajjiż kollu, imma m'hemm xejn li jgħid li educational and health institutions jistgħu jsiru fl-ODZ.", "U jiena minn hawnhekk, f'isem 'Din l-Art Ħelwa', nixtieq nagħmel talba formali lill-Kurja sabiex terġa' tagħmel good governance tal-proprjetà tagħha wkoll, u l-iskejjel li huma fl-ODZ jerġgħu jmorru f'bini li huwa battal.", "L-iSPED, li lkoll madwar din il-Mejda qegħdin nippruvaw naraw li jkun dokument għall-ġid ta' pajjiżna, jgħid li educational institutions jistgħu jsiru fl-ODZ as a last resort.", "Jiġifieri, li jiġi żviluppatur ifittex art ngħidu li huwa a last resort, allura jien se nħalli x-xogħol tiegħi, insir żviluppatur u nitlob lill-Gvern biex isibli art, għax ovvjament inkun qed ingawdi minn ħafna benefiċċji jekk nagħmel hekk.", "Dak l-istatement per se ma jinkwetanix, anzi nirringrazzjakom talli għamiltu din l-osservazzjoni.", "Però ninkwieta meta nibda nisma' li, għax post ikun mitluq jew ikun hemm dumping fih, qisu qegħdin nagħmlu rubber stamp li jista' isir żvilupp fuqu.", "Mhux talli m'għandux ikun hekk, talli għandna naraw li min iħalli post hekk jeħel multi kbar biex nagħmlu mezz li l-kampanja tagħna tkun fl-aħjar stat possibbli.", "Jekk inħarsu lura naraw li, meta l-Gvern preċedenti kien ħareġ bil-proposta ta' golf course fil-Majjistral ta' Malta, 'Din l-Art Ħelwa' u NGOs oħra oġġezzjonaw, il-golf course ma sarx, u llum minfloku għandna park naturali.", "Allura jien, f'isem 'Din l-Art Ħelwa', nixtieq li nagħmel proposta.", "Aħna nixtiequ naraw brief suret in-nies ta' din l-università – jien jiddispjaċini li l-MEPA taċċetta briefs ta' din il-manjiera – li tinkludi kemm għandhom bżonn faculties, x'hemm fil-faculties, u kemm għandha bżonn outdoor area.", "Din il-brief li tawkom mhijiex magħmula b'mod serju.", "Nixtieq nara wkoll li s-siti proposti huma brownfield sites u li mhumiex ODZ, u anke li jkun hemm objective planning group – mhux il-MEPA, għax il-MEPA hija r-regolatur –esperti f'dan il-qasam, u jekk m'għandniex Malta – li ma nemminx li m'għandniex, anzi għandna ħafna planners li lanqas jistgħu jsibu xogħol bħalissa – inġibu planning group minn barra minn Malta li jkunu kapaċi jagħmlu comparison ta' sites suret in-nies, a rigorous technical basis u mhux dokument li huwa desktop study, biex nuru li aħna veru rridu nħarsu l-ambjent tagħna, u li rridu nieħdu ħsieb brownfield historic sites u nagħmlu regeneration tagħhom, u ma mmissux ODZ.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, għandi erba' domandi għall-Kap Eżekuttiv tal-MEPA.", "Irċevejt xi telefonata, minn mindu faqqgħet din l-istorja sal-lum, mingħand il-Prim Ministru biex jgħidlek tiskarta s-sit taż-Żonqor?", "Iva jew le?", "RYAN CALLUS: Inti kont konxju tal-ownership tal-partijiet privati tas-siti nvoluti?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta konna qegħdin nagħmlu s-site selection exercise ma kontx naf, ħlief għall-biċċa li kont naf li kienet tal-Laj Laj, għax kont involut fit-twaqqigħ tal-bini per se.", "Però wara sirt naf ta' min huma.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri dik kont taf ta' min hi?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta aħna għamilna dan ir-rapport, ma kienx għadu ġie identifikat liema eżatti hija l-area.", "Jiġifieri at this stage aħna rajna l-art tal-gvern.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri hemmhekk kien hemm bini llegali u waqqajtuh.", "RYAN CALLUS: Saret domanda mill-ġurnalist James Debono, u rrid nagħmilha jiena għax innutajtha wkoll.", "Però mbagħad – ħaġa tal-iskantament li ma nistax nifhimha – fil-konklużjoni 5.2 li hemm f'paġna 9 hemm li \"no other government land of such substantial size is available in the southeast of Malta for comparative evaluation.\"", "Kif mis-south spiċċajna għas-southeast?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: It-talba li kellna kienet għas-southeast mhux għas-south.", "RYAN CALLUS: Imma fil-bidu tar-rapport ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, jiġifieri nista' ngħidlek li huwa …", "RYAN CALLUS: Jiġifieri għandek żball fil-bidu tar-rapport.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jista' jkun li …", "MADAM CHAIR: U issa twessgħet?", "Għax fis-southeast xorta l-art li kien hemm qabel għad hemm available.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Issa rċevejna s-south kollu.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri, bħala talba rċevejtu s-south kollu?", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Safejn jasal is-southeast?", "RYAN CALLUS: Jiġifieri, kif weġibt lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Marthese Portelli, kien il-Gvern li talbek, b'telefonata minn Kastilja, biex tħares lejn is-south.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Lejn is-southeast ta' Malta.", "Issa talabna biex inħarsu lejn is-south.", "RYAN CALLUS: Imma jien qed nistaqsi x'kien hemm fit-talba oriġinali.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri qegħdin naqblu li fil-parti tal-bidu tar-rapport għandek żball għax minflok south suppost li hija southeast.", "Qed nagħmel din id-domanda għax, kif qed tirrimarkali tajjeb l-Onor.", "Portelli, safejn naf jien fil-media kullimkien smajna lill-Prim Ministru jgħid li t-talba kellha ssir fis-south.", "Jiġifieri llum, għall-ewwel darba, għandi ammissjoni mingħandek bħala MEPA li, fil-verità, xi ħadd, x'imkien, qed ikun żleali għax aħna tlaqna mis-south fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi, u llum inti, bħala uffiċjal pubbliku ta' awtorità, qed tgħidilna li huma interessati biss fis-southeast.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: It-talba li rċevejt kienet biex inħares lejn is-southeast ta' Malta.", "MADAM CHAIR: Li rridu ninnutaw huwa li hija ħaġa stramba li m'hawn ħadd min-naħa tal-Gvern biex iwieġeb: hawn uffiċjal ta' istituzzjoni, imma mill-Gvern, li ta l-brief lill-istituzzjoni, m'hawn ħadd min iwieġeb.", "Is-Sur Buttigieg qiegħed hawnhekk waħdu jwieġeb għal brief li ngħata hu, liema brief kien ristrett għas-southeast, u issa nfetaħ għas-south.", "Mill-bqija, risposti oħra li għandna bżonn biex inkunu nistgħu niċċaraw l-via li nistgħu nieħdu bħala Kumitat, flimkien mal-NGOs, dwar kif nistgħu nagħmlu iktar pressjoni pożittiva fuq il-Gvern biex noħorġu bl-aħjar sit, m'hawn ħadd min-naħa tal-Gvern ma' min niddiskutu.", "RYAN CALLUS: Jien se nagħmel l-aħħar domanda, għax wegħedt li se nagħmel erba' u daqshekk.", "Is-site assessment criteria għamiltuha intom, jew parti intom u parti l-Gvern?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li l-art trid tkun fis-southeast ta' Malta u li trid tkun government-owned, għamilhom il-Gvern.", "Imbagħad, aħna żidna li ma tridx tkun fi protected area u li trid tkun serviced well bl-infrastruttura ta' toroq, drenaġġ, ilma u dawl, u li ma jistax ikollha adverse impact fuq special areas of conservation (SAC), special protection areas, scheduled areas or scheduled areas of high landscape value.", "RYAN CALLUS: Fuq dan tal-aħħar xtaqt li nagħmel domanda.", "Inti, bħala s-CEO responsabbli minn din l-awtorità – li suppost hija tal-ambjent u l-ippjanar, għax għadha ma nqasmitx – ma ħassejtx li, minbarra dawn l-erba kriterji, kellek tinkludi wkoll \"designation of natural parks\", jiġifieri li proġett bħal dan m'għandux isir f'area li hija designated għal natural park?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna ġbidna l-attenzjoni li hemmhekk huwa parti min-natural park.", "RYAN CALLUS: Mhux hekk qed nistaqsik.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ħassejniex li għandha tkun an excluding …", "RYAN CALLUS: Ma ħassejtx inti li proġett bħal dan ...?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħu paċenzja, staqsejtni domanda u se nwieġbek.", "Aħna ma ħassejniex li from the outset għadha tkun tkun an excluding remark.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri seta' jkun aċċettabbli.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onorevoli, m'għedtlekx aċċettabbli.", "RYAN CALLUS: Inti qed tgħid li mhux exclusive.", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, iċċara d-diskors ħalli jiġi rreġistrat tajjeb.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li qed ngħid hu li dawn huma l-kriterji li mill-ewwel qed jeskludu l-affarijiet.", "RYAN CALLUS: Mela ejjew nagħmlu xi ħaġa bażika matematikament.", "Jien nifhem li dawk il-criteria li mhumiex qed jiġu esklużi can all be considered.", "Mhux sewwa qed ngħid?", "Mela, by elimination, skont dawn il-kriterji, għall-MEPA jista' jinbena natural park.", "Naħseb li għar-raġuni ma tantx trid forza.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhux qed ngħidu li jista' jinbena, imma qed ngħidu li once li inti għandek sit, hu fejn hu, f'SAC, barra mill-SAC, f'designated area, f'area of high landscape value, f'natural area, f'nature park, f'fortizza, eċċ., qed ngħidu le, għax jekk naslu biex neskludu … Pereżempju, għaliex ma eskludejniex listed buildings?", "Għax ma ħassejniex li għandna neskluduhom at that stage.", "Jekk neskludu dak kollu li hu protett, allura tista' ma tara xejn!", "RYAN CALLUS: Imma trid tifhem li fil-każ ta' listed buildings inkunu qegħdin nagħmlu regeneration ta' użu, mentri park naturali …", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, bir-rispett kollu …", "RYAN CALLUS: Bir-rispett kollu jiena wkoll.", "Park naturali teqirdu darba, u jekk hawn xi ħadd li għandu …", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk irridu nispiċċaw bħal Fort Chambray, ejjew ngħidu hekk, imma allaħares!", "RYAN CALLUS: Jien naħseb li tapprezza u tifhem li, ġaladarba n-nature park ta' Żonqor jinbena, there is no way – minkejja li nużaw il-kliem return to its original pristine state – li jista' jerġa' jiġi rritornat lura għall-istat oriġinali tiegħu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onorevoli, li nista' ngħidlek huwa li fuq dan il-każ tas-site taż-Żonqor, meta tikkunsidra, kif għamilna f'dan id-dokument, bejn iż-żewġ siti …", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Iktar mistoqsijiet?", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Madam Chair, nirringrazzjak talli qed tagħtini din l-opportunità tad-deheb li nista' nagħmel xi mistoqsijiet lill-Kap Eżekuttiv tal-MEPA.", "Sur Buttigieg, ma taħsibx li, minflok tajtna preliminary desktop study, kien ikun iktar għaqli kieku llejla ġejt b'baseline study li tistudja s-sit, tara x'hemm bħala attivitajiet – għandek l-agrikoltura, l-ekoloġija, iż-żona xjentifika ta' ċerta importanza, u żona fejn hemm dumping li jrid jiġi riġenerat – tara kemm jiflaħ l-ambjent fuq dik l-ispot, u minn hemmhekk tkun tista' tasal għall-konklużjoni li tista' ssir università?", "Apparti minn hekk, parti mill-brief jidher li kienet għal ten hectares of land – kif jgħid paragrafu 1.1 tar-rapport – li, jekk taqlibhom, jiġu jammontaw għal 100,000 metri kwadri, jiġifieri 90 tomna art.", "Issa hawnhekk jidher li qegħdin naqblu li ż-żona tal-università qiegħda fiż-żona skedata bħala national park, jiġifieri la hija tan-nies tas-south, la hija tan-nies tan-north, u lanqas ta' ħadd, imma hija taċ-ċittadin Malti kollu.", "Allura, meta tikkonsidra li 500 hectares huma bejn wieħed u ieħor one-fifth ta' dak li qed jiġi propost, ma taħsibx li hija xi ħaġa goffa bħala żvilupp?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: One-fifth ta' xiex?", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Għax inti għandek 500 hectares li huma n-national park, u ż-żona li qed tiġi kkunsidrata hija ta' 80 tomna art li, bejn wieħed u ieħor, hija 20%, mhux 2% jew 4%.", "Għalhekk jien qed nesiġi li għandu jsir baseline study, u minn hemmhekk joħroġ jekk il-bini tal-università huwiex ġustifikat jew le, u jekk huwiex kompatibbli mal-ambjent.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, dak huwa l-proċess tal-ippjanar.", "Meta jkollna d-dettalji, nkunu nistgħu ngħidu jekk huwiex lok li l-proġett isirx hemmhekk jew le.", "Dan ma kienx l-iskop ta' dan ir-rapport.", "L-iskop ta' dan ir-rapport kien li jikkompara s-siti li kien hemm available.", "MADAM CHAIR: Imma hu qed jgħidlek ukoll li, għalkemm dak ma kienx l-iskop tal-ippjanar finali, il-baseline studies ma sarux.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-Awtorità għandha l-baseline studies, għandha l-ecological u l-archaeological surveys, u għandha s-surveys ...", "MADAM CHAIR: U ġew ikkonsultati?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhux ovvju li ġew ikkonsultati!", "Kieku kif ħriġna liema huma l-ispeċi li hemm?", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "In vista ta' dak kollu li hemm fuq dik l-art, anke mill-punt arkeoloġiku, mill-punt ta' biodiversità, eċċ. bħala MEPA xorta ħassejtu li għandkom tagħtuha merit for consideration?", "MADAM CHAIR: Għaliex?", "Kif din l-art għandha dawk il-kwalitajiet kollha, u intom, bħala MEPA, ma ppruvajtux li you channel lil min avviċinakom min-naħa tal-Gvern – għadna ma nafux min.", "Nafu li l-Prim Ministru ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, jien qatt m'għedt li kien il-Prim Ministru, imma l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MADAM CHAIR: Mela mhux il-Prim Ministru, imma l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Min kienu dawk in-nies mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li avviċinawk u kważi they channelled you biex inti bilfors telenka dik l-art fis-southeast, li nifhem – minn dan li qed nisma' llum – li kienet donnha diġà f'moħħ dawk li avviċinawk biex tintgħażel għax poġġewlek il-parametri li stajt topera fihom ristretti ħafna?", "Fil-fatt, issa nfetħet għas-south, qabel kienet għas-southeast, jiġifieri hemmhekk jidħol dak is-suspett li ċ-channeling tiegħek kien diġà ċar.", "Jien nixtieqek tikkonvinċina li ma kienx il-każ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien ma nafx jekk huma kenux diġà għamlu talba lill-GPD biex jaraw liema artijiet għandha.", "Jien fuq x'għamilt jien nista' nitkellem.", "Jiena tlabt lill-GPD biex jagħtuna lista tal-artijiet li kellhom available.", "MARTHESE PORTELLI: U kemm damu l-GPD biex tawk risposta?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madwar tlett ijiem.", "MADAM CHAIR: Naħseb li ta' min nitolbu lill-GPD sabiex jattendu għal-laqgħa li jmiss.", "Il-Perit Schembri, agħmel l-aħħar osservazzjoni tiegħek.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Jiena bħala perit rajt x'art tokkupa l-Università ta' Malta, u sibt li din qiegħda fuq 120 tomna art.", "U dan għal 10,000 student.", "Mela, għaliex hemm bżonn, minn art verġni, bejn 80 u 90 tomna art għal 4,000 student?", "Kieku ssir applikazzjoni llum, skont mappa 11 tas-South of Malta Local Plan, il-MEPA tgħidlek … Jien f'idejja għandi din il-mappa, u wieħed jista' jara li ħafna mix-shaded area – qegħdin nitkellmu fuq Żonqor Point – hija agricultural, u strettament jgħid \"protection of agricultural land from further intrusion by urban development\".", "Tfisser li l-MEPA tajtu l-go ahead jew qegħdin tistudjaw iktar … Imma fil-fatt m'hemmx x'tistudja, għax hawnhekk qed jgħid li ma tistax tibni hemmhekk.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Perit, suppost għandek esperjenza biżżejjed biex tkun taf li l-Awtorità, tul dawn l-aħħar snin, tat l-approvazzjoni tagħha mhux biss fuq areas li huma agrikoli …", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Jiġifieri sar tajjeb.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'iniex qed ngħidlek li sar tajjeb, imma qed ngħid li aħna fil-proċess tal-ippjanar irridu nikkunsidraw kollox.", "U l-intenzjoni ta' dan ir-rapport kienet preliminari.", "Minn hemmhekk imbagħad nimxu għal dak li huwa iktar fid-dettall.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Madam Chair, jien nista' nħallilek din il-mappa biex, jekk tridu, tarawha.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Madam Chair, qabel xejn jien qiegħed hawnhekk fil-kariga tiegħi ta' Whip, għalkemm attendejt għal diversi laqgħat ta' dan il-Kumitat bħala Membru Parlamentari, u fehmti għedtha wkoll.", "Nixtieq li nagħmel żewġ punti ta' informazzjoni, waħda diretta lejn Michael Briguglio fejn, bħala punt ta' informazzjoni, nixtieq ngħid li bħala grupp parlamentari aħna ddiskutejna l-komunikat li għamel Front Ħarsien ODZ u ħriġna b'deċiżjoni komuni.", "Hemm xi Membri Parlamentari li diġà kkomunikaw dik id-deċiżjoni, jiena uffiċjalment ikkomunikajtha llum, u d-deċiżjoni tgħid hekk:", "Il-punt ta' informazzjoni l-ieħor li xtaqt nagħmel ukoll huwa li l-Ministru Leo Brincat bħalissa jinsab Brussell fuq xogħol tal-Gvern, u s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon bħalissa huwa impenjat fuq xogħol ieħor, u xtaq jiskuża ruħu li ma setax ikun hawnhekk biex jisma' l-veduti ta' dawk preżenti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhux li naf.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "GODFREY FARRUGIA: Għedt dan biex kulħadd ikun jaf għalfejn mhumiex preżenti għal din il-laqgħa.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Il-Prof.", "ARNOLD CASSOLA (Chairman, Alternattiva Demokratika): Madam Chair, l-ewwel nett nibda biex ngħid li, wara li smajt id-dikjarazzjoni tal-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, naħseb li solvejna l-problema għax, milli jidher, allura se jkun eskluż għal kollox is-sit taż-Żonqor.", "La l-Grupp Parlamentari Laburista b'39 Deputat qed jeskludi għal kollox il-possibilità li wieħed jibni f'ODZ, u li minflok għandu jirriżviluppa dak kollu li diġà huwa wżat eċċ., naħseb li nistgħu nifirħu lkoll u nixorbu x-xampanja għax dan ifisser li għandna dikjarazzjoni solenni li l-grupp mhux se jaċċetta bini fl-ODZ.", "Imbagħad wara mmorru għall-ODZ.", "ARNOLD CASSOLA: Allura l-problema hija solvuta għax għandna ħafna minn dawn li ssemmew.", "F'dan il-Kumitat aħna, bħala r-rappreżentanti tal-Gvern, ivvutajna favur rakkomandazzjoni għal tibdil tal-iSPED, filwaqt li l-Membri tal-Oppożizzjoni astjenew.", "MADAM CHAIR: Ivvutajna favur ir-rakkomandazzjonijiet fl-ispirtu tal-manifest elettorali tagħna fejn aħna wegħedna solennement lill-poplu Malti u Għawdxi li se nħarsu l-ambjent u se mmorru biss għal żvilupp ekonomiku sostenibbli.", "Jekk il-Gvern, minkejja li aħna approvajna dak l-iSPED, jagħmel kapital mil-loopholes li jistgħu jeżistu f'kull dokument, u li tista' ssibhom f'kull dokument, allura ma jkunx qed imur pari passu ma' dak li wiegħed lill-poplu.", "Jiġifieri, mhux imbilli aħna approvajna l-iSPED.", "L-ewwel nett, se jiġi diskuss anke fil-Plenarja, u fejn aħna niġu mogħtija struzzjonijiet, informazzjoni, jew suġġerimenti li bihom nistgħu ntejbu, aħna se ntejbu; u t-tieni, provided li l-Gvern juża dak id-dokument fl-ispirtu ta' dak li hemm imwiegħed fil-manifest elettorali; tista' tikteb ħafna affarijiet, imma imbagħad jiddependi mill-interpretazzjoni.", "L-Onor.", "Rigward l-iSPED, dan jagħti d-direzzjoni, jiġifieri jekk inqabblu mal-mod kif jimxu l-affarijiet fil-Parlament, nistgħu ngħidu li l-iSPED qisu l-Kostituzzjoni ta' Malta u n-national policies qishom il-liġijiet li jidħlu fil-Parlament.", "Fl-aħħar mill-aħħar, huwa l-operat tal-Gvern li jrid jimplimenta dak li hemm miktub.", "Jiġifieri, l-intenzjoni hawnhekk hija tajba, hija ġenwina.", "We have to make sure li l-intenzjoni mhux tibqa' intenzjoni, imma ssir implimentazzjoni tajba u leali lejn il-manifest elettorali tagħna.", "ARNOLD CASSOLA: Sfortunatament, naħseb li din il-laqgħa – almenu għalija – kienet deprimenti ħafna, għax jien jidhirli li meta tagħmel rapport f'temp ta' erba' ġimgħat fuq proġett ta' din l-entità enormi għal pajjiż żgħir bħal Malta, turi superfiċjalità enormi.", "Issa, suppost se jerġa' jsir, u allura dak kollu li sar, qisu ma sar xejn.", "Tant kien falliment dan ir-rapport li għaddejna minn żewġ siti għal mija – dalle stelle alle stalle.", "U jien xtaqt nistaqsi jekk dan ir-rapport li se jsir huwiex se jerġa' jsir b'din is-superfiċjalità, f'erba' ġimgħat, fejn imbagħad insibu li tista' tibni fuq art agrikola, li l-park lanqas biss indaħlu kemm hu kbir, eċċ.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar it-trasparenza.", "Hawnhekk skoprejna li t-terms of reference ma nistgħux inkunu nafuhom, skoprejna li l-periti u l-esperti li għamlu l-evalwazzjoni ma nistgħux inkunu nafu min huma, il-heads of agreement ma nistgħux nafu x'inhuma, eċċ. Skoprejna wkoll li ilna xahar u nofs niddiskutu għalxejn, għax il-brief kien għas-southeast ta' Malta mhux għas-south.", "Irridu noqogħdu f'kollox fuq il-kelma tas-Sur Buttigieg.", "Aħna m'aħniex f'khalifat fejn irridu noqogħdu fuq il-kelma tal-Khalif, u nittama li fil-futur almenu nkunu iktar trasparenti ħalli nkunu nafu fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "MADAM CHAIR: Dak huwa l-għan ta' dan il-Kumitat.", "IS-SUR MARK ANTHONY SAMMUT: L-ewwel ħaġa li xtaqt nistaqsi lill-MEPA hija fuq l-issue tas-south u southeast.", "Jien nixtieq li l-MEPA tippreżenta mappa ta' x'ikkunsidrat hi bħala bħala southeast meta ġiet biex tara s-siti, għax jien ma nafx il-Belt, il-Kottonera, il-Marsa u Ħal Għaxaq humiex southeast jew le.", "U issa li t-terminu nbidel u sar is-south kollu ta' Malta, tajjeb li nkunu nafu għall-MEPA u għall-Gvern safejn jasal is-south ta' Malta, ħalli nkunu nafu jekk l-Imqabba u Ħal Qormi humiex fis-south, u jekk jistgħux jiġu kkunsidrati bħala siti tajbin għal dan il-proġett.", "Is-CEO tal-MEPA ftit ilu qal li r-rapport jgħid li, b'dan il-proġett, il-Pjan Lokali ma jinkisirx għax il-Pjan Lokali jippermetti – u fil-fatt ġieli saru – faċilitajiet edukattivi barra ż-żoni tal-iżvilupp.", "Sewwa qed ngħid?", "Mhux ġieli saru, imma ħafna drabi saru.", "IS-SUR MARK ANTHONY SAMMUT: Allura intom qed tgħidu li dan ma jiksirx il-Pjan Lokali?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-educational facilities kollha li nbnew f'dawn l-aħħar 10 snin saru barra miż-żona tal-iżvilupp.", "IS-SUR MARK ANTHONY SAMMUT: U allura qegħdin ngħidu li dan il-proġett ma jmurx kontra l-Pjan Lokali?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'iniex qed ngħidlek li ma jmurx kontra il-Pjan Lokali.", "IS-SUR MARK ANTHONY SAMMUT: Għax huwa proġett edukattiv.", "Fil-prinċipju, proġetti edukattivi jistgħu jsiru barra ż-żona tal-iżvilupp.", "IS-SUR MARK ANTHONY SAMMUT: Però tajjeb tkun taf, jekk forsi ma tafux – u jien niskanta li l-MEPA, li hija r-regolatur li suppost qed timplimenta u tissalvagwardja l-pjani lokali, ma tafx b'dan – li veru li faċilitajiet edukattivi huma permessi barra miż-żoni tal-iżvilupp fil-Pjan Lokali, però jridu jobdu numru ta' kundizzjonijiet, fosthom li \"the site is not located on a scheduled designated or protected area\".", "Allura jien nistaqsi lill-MEPA jekk designation ta' nature park għaliha tiswiex xi ħaġa.", "Għax jekk dik l-area hija designated għal nature park, allura dan qed imur kontra l-Pjan Lokali anke dwar dak.", "Hemm iżjed affarijiet, fost l-oħrajn, li ma tkunx lanqas high quality agricultural land.", "Issa hemmhekk qed nitkellmu fuq bdiewa li jkabbru l-patata, u allura nistaqsi lill-MEPA jekk art agrikola li fiha tista' titkabbar il-patata għaliha hijiex ikkunsidrata bħala high quality agricultural land jew le, għax milli jidher mhijiex.", "Kundizzjoni oħra hija li the siting has no significant adverse impact on adjacent protected areas.", "Biex issir università hemmhekk, iridu jinfetħu t-toroq u tinbidel l-infrastruttura, tibdiliet li żgur se jkollhom effett fuq din l-areas.", "U allura l-konklużjoni tiegħi hija li, anke kieku kellha ssir skola pubblika b'xejn għat-tfal Maltin mill-Gvern, imur kontra l-Pjan Lokali, u l-MEPA, bħala regolatur, għandha twaqqaf lill-Gvern, aħseb u ara proġett tal-privat għall-profitt.", "Il-mistoqsija li qed tqum hija kemm il-MEPA hija verament indipendenti.", "U bilfors li tqum din il-mistoqsija għax is-CEO tal-MEPA, quddiem dan l-istess Kumitat ammetta li hu qiegħed hemm għas-servizz tal-Gvern.", "Jien nixtiequ jikkjarifika dan il-punt, għax jekk verament qed ngħixu f'demokrazija fejn tikkmanda s-saltna tad-dritt, allura r-regolatur ikun awtorità indipendenti li tkun lesta tirregola u twaqqaf anke lill-gvern meta proġett li jkun se jagħmel ikun imur kontra l-pjanijiet lokali u l-liġi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nibda mill-aħħar kumment li għamel is-Sur Sammut rigward l-awtonomija tal-Awtorità u s-servizz li aħna nagħtu lill-Gvern.", "Jien kemm-il darba għedt li l-Gvern jagħti baġit lill-Awtorità biex din tagħti servizz lill-Gvern f'diversi oqsma, li jinkludu wkoll t-tfassil ta' diversi rapporti.", "Hemm distinzjoni skjetta bejn ix-xogħol li jagħmel id-Direttorat u x-xogħol li tagħmel l-Awtorità.", "L-Awtorità qiegħda hemm biex tieħu deċiżjoni fuq applikazzjonijiet, wara li jkollha l-fatti kollha quddiemha, filwaqt li d-Direttorat qiegħed hemm bħala l-arm teknika tal-Awtorità.", "Allura, l-irwoli huma totalment differenti u, fil-fatt, kien hemm diversi drabi fejn id-Direttorat u l-Awtorità ma jaqblux.", "Jekk inħarsu lejn kemm-il darba nkunu rrakkomandajna refusal jew approval, u dawn jiġu overturned, naraw li n-numru huwa konsiderevoli.", "Forsi jkun hawn min jistaqsini: Allura mhux it-tnejn jaqraw l-istess policy?", "Hija kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "U għalhekk, meta aħna ħadna dawn, ħadnihom biex ma nkunux restrittivi wisq, u kemm jista' jkun inħallu … Aħna nistgħu ngħidu li f'scheduled areas, fi protected areas u f'listed buildings ma nistgħu nagħmlu xejn.", "Dawn il-kriterji nistgħu nkabbruhom kemm irridu, u litteralment wieħed ma jkollux x'jikkunsidra.", "Il-proċess tal-ippjanar huwa li inti titfa' fil-miżien il-bilanċ bejn dak ekonomiku, dak soċjali, u dak ambjentali.", "U hemm trid tittieħed id-deċiżjoni.", "Ġieli kellna EIA jgħidilna li \"dan\" is-sit huwa aħjar minn \"dak\", u l-Awtorità xorta ddeċidiet li tmur fl-inqas post li huwa adattat f'termini ambjentali għax qalet li l-impatt fuq is-soċjetà f'dak il-każ huwa iktar importanti.", "IS-SUR MARK ANTHONY SAMMUT: Però, kif tasal li meta għandek il-Pjan Lokali li huwa kontra li ssir faċilità edukattiva f'dak il-post, inti bħala awtorità regolatorja ma ttellax din il-costraint fir-rapport?", "MADAM CHAIR: Direttorati hemm iktar minn wieħed?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Direttorati hemm erbgħa.", "MADAM CHAIR: U liema direttorat ħa l-intrigu biex jagħmel dan ir-rapport?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-uffiċċju tiegħi li, ovvjament, qiegħed jikkoordina kollox.", "MADAM CHAIR: Kemm l-Awtorità, kif ukoll id-Direttorat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament, fl-uffiċċju tiegħi għandi nies mill-Environmental Protection Directorate, għandi nies mill-Planning Directorate, għandi nies ...", "MADAM CHAIR: Fuq talba li saritlek mill-OPM.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: U jien ħdimt b'nies li għażilt jien.", "RYAN CALLUS: Però, l-uffiċċju tiegħek mhuwiex direttorat, u inti qed tgħid li din ir-rakkomandazzjoni hija tad-direttorat.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien il-kap tad-direttorati.", "Il-fondi jingħataw lid-direttorati, u jien, bħala kap tad-direttorati, nieħu parti minn dawk il-fondi.", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri mhux direttorat partikolari, imma mill-uffiċċju tas-CEO.", "RYAN CALLUS: Imma allura dan huwa rapport tal-uffiċċju tiegħek, mhux tad-Direttorat tal-Ippjanar.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien naħseb li fl-ewwel paragrafu hemm ċar ...", "RYAN CALLUS: Imkien m'għandi min għamlu.", "Lanqas firma ta' min għamel ir-rapport m'hawn.", "Fantażma għamlu dan ir-rapport!", "RYAN CALLUS: Għadni qatt ma rajt rapport bla firma f'din id-dinja.", "MARTHESE PORTELLI: Imma ma jfissirx li għamiltu int.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Kemm inwieġeb lill-Onor.", "Godfrey Farrugia u ngħid li Front Ħarsien ODZ għadna ma rċevejna l-ebda risposta mill-Grupp Parlamentari Laburista, minkejja li d-deadline li tajna ta' ġimgħa għalaq il-bieraħ.", "Nittama li nirċevuha llum.", "GODFREY FARRUGIA: Intbagħtet diġà.", "DR. MICHAEL BRIGUGLIO: Aħna għadna ma rċevejnihiex, imma noqgħod fuq il-kelma tiegħek.", "Però, iktar importanti minn hekk, aħna ma tlabniex għal replika tal-iSPED – bħalma nafu l-NGOs qegħdin jgħidu li l-iSPED se jiffaċilita iktar żvilupp minħabba l-wording li għandu – imma tlabna point blank għall-pożizzjoni ta' kull Membru fil-Parlament dwar l-iżvilupp fiż-Żonqor; jekk humiex favur, kontra jew mingħajr opinjoni.", "Dak hu li tlabna.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jien għamilt seba' snin bħala Assistent Direttur fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent, li kien u għadu jagħmel parti mill-MEPA, u għal 10 snin qabel kont involut fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent.", "Jiġifieri, jien qed nitkellem minn din l-esperjenza li għandi vis-à-vis l-ambjent.", "Il-kummenti tiegħi huma biss b'riferenza għal dan ir-rapport.", "Qabel xejn, jiddispjaċini ngħid li dan ir-rapport ma jixraq lill-ebda awtorità li tippretendi li hija awtorità responsabbli mill-ambjent u mill-ippjanar.", "Kif qalilna anke l-kelliemi tal-MEPA, id-Direttorat tal-Ambjent ġie eskluż kompletament milli jagħmel dawn ir-rapporti, imma minflok ġie mqabbad xi ħadd tal-kunfidenza tiegħu biex jagħmel il-kummenti.", "Jidher ovvju mir-rapport li min għamel dan ir-rapport qabad biċċiet – kif qal ukoll il-kelliemi tal-MEPA – ipprova jgħaqqadhom ma' xulxin, u spiċċajna b'rapport li –jiddispjaċini ngħid – huwa fqir, misleading u jista' jiżvija lil ħafna nies, inkluż lill-Gvern, biex jieħu deċiżjoni fuq dan is-suġġett.", "Jien ma nafx għaliex, meta hemm direttorat li għandu daqstant esperjenza, dan ġie kompletament injorat.", "Forsi għalhekk id-Direttorat tal-Ambjent baqa' fil-limbu għal dawn l-aħħar sentejn biex jipproduċi rapporti ta' din ix-xorta.", "Ħalli niġi għall-kummenti fuq dan ir-rapport mill-aspett tal-esperjenza tiegħi.", "F'dan ir-rapport – li huwa desktop study, u r-rapport li għamilt jien ukoll ukoll desktop, mill-esperjenza tiegħi – m'hemm xejn imsemmi kif dan il-proġett se jaffetwa l-wesgħa tal-inħawi – l-open space kollu li se jittieħed, direttament u indirettament; kemm fejn se jinbena, kif ukoll il-parti li tibqa' – l-impatt li dan se jkollu fuq is-saħħa tal-populazzjoni, kemm tal-madwar kif ukoll tal-pajjiż in ġenerali – ma tistax telimina kif din iċ-chunk ta' art se teffetwa l-ambjent tal-pajjiż sħiħ – l-aspett fiżiku tan-nies u anke l-aspett psikoloġiku tan-nies.", "Qegħdin nippruvaw li tazza li tesa' litru, nitfgħulha ħames litri!", "Ħela ta' riżorsi, b'impatt negattiv li jkollu jħallas għalih il-poplu u l-ambjent.", "Fir-rapport m'hemmx xejn minn dan, la mill-aspett rikreattiv, la mill-aspett xjentifiku, u lanqas mill-aspett edukattiv.", "Fir-rapport ittieħed biss l-aspett kummerċjali, li jispikka u li jingħad li huwa tajjeb.", "Kif wieġeb is-CEO tal-MEPA għad-domanda ta' Dr. Briguglio, ma kien hemm ebda espert f'dawn l-oqsma li seta' jagħti l-impatt tiegħu.", "Fid-desktop study li għamilt jien, dawn huma elenkati, u hemm ukoll li dawn jistgħu jwasslu għal ħsara lill-pajjiż jekk tittieħed deċiżjoni ħażina.", "Ma ssemma xejn lanqas fuq l-impatt tat-traffiku fuq ir-residenti tal-post u tal-madwar.", "Issemma li l-infrastruttura tat-toroq li hemm madwar il-Forti San Leonardo mhijiex biżżejjed għal proġett daqshekk kbir, u f'Ta' Żonqor, fejn intqal li hemm triq waħda, m'hemm l-ebda indikazzjoni kemm se jkun hemm iktar teħid ta' art u x'se jkunu l-impatti psikoloġiċi fuq in-nies.", "M'hemm xejn minn dan.", "Il-parti tar-rapport fuq l-ekosistema nsejħilha miskina.", "U bir-raġun li żżommu lil min għamlu anonimu, għax min hu m'għandu l-ebda viżjoni ta' immaniġġjar u prinċipji ekoloġiċi.", "Qabad il-biċċiet, ipprova jgħaqqadhom f'możajk, u għamel qassata.", "Bħal meta wieħed jiġbor ħafna biċċiet ħaxix u jitfagħhom flimkien jagħmel kawlata.", "Hekk hu dan ir-rapport.", "M'hemm l-ebda viżjoni ta' ekosistema u biodiversità f'dan ir-rapport.", "Ħalli nsemmi eżempju żgħir.", "Possibbli li fiż-żona ma teżistix fawna?!", "Is-CEO qal li ġabu d-dokumenti, tant li fir-rapport hemm lista tal-ispeċi kollha.", "Imma fil-lista m'hemm l-ebda tip ta' fawna msemmija.", "Min għamel dan ma jagħmilx distinzjoni bejn fawna u flora, għax bl-ismijiet bil-Latin ma jafx jekk hux iljunfant, nemusa jew qarabagħli.", "MARTHESE PORTELLI: Is-sors tal-informazzjoni hija l-1989.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Hemm fawna fiha?", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Jien m'iniex qed nidħol fis-sena, imma qed nidħol fil-kunċett.", "Jiġifieri fiż-Żonqor ma teżistix fawna, ma jeżistux molluski, ma jeżistux insetti, ma jeżistux invertebrati, ma jeżistux għasafar, ma jeżistux mammiferi, ma jeżisti xejn!", "Mhux importanti dan għall-MEPA!", "Jekk tħalli lid-Direttorat għall-Ambjent fil-limbu, ma jistax ikollok dan it-tagħrif fuq xiex tibni deċiżjoni, u se tittieħed deċiżjoni li tiżvija.", "Kieku dawn l-affarijiet huma importanti għall-MEPA, kieku jiġi kkonsultat id-direttorat li għandu f'idejh dawn l-affarijiet, u mhux iġġib biċċa minn hawn u biċċa minn hemm u tipprova traqqagħhom biex toħroġ rapport.", "MADAM CHAIR: Ħa nwaqqfek ftit.", "Sur Buttigieg, inti ngħatajt deadline biex toħroġ dak ir-rapport?", "X'kien ma' kkonsultajtux mad-Direttorat tal-Ambjent?", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Madam Chair, jien xtaqt nistaqsi lis-CEO tal-MEPA jekk id-deċiżjoni li jitħalla d-Direttorat tal-Ambjent barra kenitx tiegħu personali jew jekk hix waħda politika.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-istruzzjoni hija li għalissa r-rapport għandu jibqa' miżmum kunfidenzjali.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Minn min ingħatat l-istruzzjoni?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mill-uffiċċju tal-OPM.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Biex iġġib informazzjoni pubblika li qiegħda fuq is-siti tal-Unjoni Ewropea ...", "MADAM CHAIR: Ippermettili ftit għax din hija importanti.", "Hawnhekk għandna persuna li qed tirrappreżenta lill-uffiċċju tas-CEO, jiġifieri l-persuna m'għandhiex x'taqsam.", "Dawn kellhom brief li l-informazzjoni kellha tibqa' kunfidenzjali, u allura ma nħassx il-bżonn – m'aħniex qed ngħidu jekk hux tajjeb jew ħażin – li d-Direttorat tal-Ambjent jittieħed on board biex jiggwida din id-deċiżjoni.", "(Interruzzjonijiet) Is-Sur Buttigieg għamilha ċara li hu ntalab biex iżomm il-brief kunfidenzjali.", "MARTHESE PORTELLI: Imma mad-direttorati l-oħrajn le.", "MADAM CHAIR: In not so many words qed jgħid li iva.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, anke mad-direttorati l-oħrajn.", "In-nies li huma parti mill-uffiċċju tiegħi jikkonsistu f'persuna min-naħa tal-Planning u żewġ persuni min-naħa tal-Ambjent.", "RYAN CALLUS: Min huma dawn?", "MADAM CHAIR: Ħalli nerġgħu niċċarawha daqsxejn din.", "Jiġifieri kien hemm rappreżentanti tal-Ambjent, imma kienu parti mill-uffiċċju tiegħek.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma ma nistax ngħid li dik hija l-pożizzjoni tal-EPD.", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri mhux id-direttorati ħadu d-deċiżjonijiet.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien m'għedtx li d-direttorati ħadu d-deċiżjonijiet.", "Jien dejjem għedt ...", "MARTHESE PORTELLI: Inti bdejt kontinwament tirreferi għad-direttorat ...", "MARTHESE PORTELLI: … imbagħad, x'ħin staqsejnik, ikkjarifikajt li huwa l-uffiċċju tiegħek għax jinkorpora kollox.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, jien dejjem għedt ...", "MARTHESE PORTELLI: Madam Chair, hekk qal.", "Qal li l-uffiċċju tiegħu jinkorpora d-direttorati kollha.", "Ma niżgwidawx, jekk jogħġobkom.", "Jien dejjem għedt li l-uffiċċju tiegħi, u dejjem ħadt ir-responsabilità tar-rapport.", "MARTHESE PORTELLI: Inti għedt li jinkorpora d-direttorati kollha.", "MADAM CHAIR: Hawnhekk joħroġ ċar il-fatt li l-uffiċċju tas-CEO huwa trusted, u d-Direttorat tal-Ambjent per se mhuwiex trusted, għax tħalla barra.", "Hija ċara.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Hawnhekk joħroġ ċar li d-data xjentifika u teknika li hija importanti għal deċiżjoni fuq dan il-proġett la ġiet tapped u lanqas ġiet ikkonsultata, imma ġew ikkonsultati persuna jew tnejn ...", "RYAN CALLUS: Li ma nafux min huma.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: … li għas-CEO għandhom l-esperjenza fuq is-suġġett, u hu qagħad fuqhom.", "Din ġiet deċiża.", "Issa xtaqt nagħti eżempju żgħir tan-nuqqas ta' min għamel id-draft jew ġabar dawn il-biċċiet u għamilhom flimkien.", "F'paragrafu 4.7 tar-rapport hemm riferenza għall-kaċċa u l-insib b'mod dispreġjattiv, u jingħad li l-kaċċa u l-insib iddegradaw iktar dan il-post.", "Mingħajr ma nidħlu fil-mertu ta' jekk iddegradawhx jew le, il-fatt li dawn isemmu l-kaċċa u l-insib ifisser li l-post huwa tajjeb għall avifauna.", "F'Misraħ San Ġorg m'hemmx duri għax mhux tajjeb għall-għasafar; imma ż-Żonqor huwa tajjeb għax hemm il-kaċċa u l-insib.", "Jekk nafu li hemm kaċċa u nsib, nafu li hemm l-għasafar, u l-għasafar huma għasafar li jpassu fir-rebbiegħa, fil-ħarifa, li jqattgħu x-xitwa hawnhekk, u li jbejtu.", "U jekk hemm l-għasafar f'dan il-post, allura l-ekosistema hija rikka biex dawn jieklu.", "U dwar dan m'hemm l-ebda riferenza fir-rapport għax, għal min għamel ir-rapport, dan m'għandux valur kummerċjali u soċjali.", "L-importanti huwa li l-post ġie ddegradat mill-kaċċa u l-insib, u allura dan qisu jiġġustifika li jista' jinbena.", "Jien hekk nieħdu l-messaġġ.", "In-nuqqas ta' professjonalità toħroġ ukoll mil-lista li ppubblikaw hawnhekk.", "Kif għedt jien, il-lista hija kollha ismijiet tekniċi, u min għamel ir-rapport ma jagħmilx distinzjoni.", "Fl-aħħar tal-lista hemm il-ħaxixa Ingliża, li hija invażiva u tikber kullimkien, anke fis-swar li jirrestawraw, u li wara tliet xhur taraha terġa' tikber.", "Imma, fil-Forti San Anard ma tikbirx, tikber biss fiż-Żonqor.", "Mela la tikber hemm u hija invażiva, allura nistgħu niżviluppawh hemmhekk!", "Dan ir-rapport ma jagħmel ebda ġieħ la lil min għamlu u lanqas lill-MEPA, jekk il-MEPA tgħid li hija awtorità li fuq id-deċiżjonijiet u l-pariri li tagħti jridu jittieħdu deċiżjonijiet fl-interess tal-pajjiż, tas-soċjetà u tal-ambjent.", "Hawnhekk tara l-faqar ta' dan ir-rapport.", "In-nuqqas ta' għarfien tal-importanza dwar il-biodiversità toħroġ ukoll mit-tabella numru 1, stampa 2, fejn din turi klassifikazzjoni tal-art, jiġifieri fejn hemm agrikultura u fejn hija mitluqa.", "Din ġiet inkluża biex turi l-faqar tal-post; mentri fil-fatt din turi biċ-ċar l-importanza tal-biodiversità tal-post, sintendi jekk wieħed jifhem xi tfisser biodiversità u l-importanza li din għandha.", "Nerġa' ngħid li din ġiet użata biex turi l-faqar tal-post, meta wieħed li jifhem u li kapaċi jevalwa rapport jara li din turi rikkezza tal-post mill-aspett ta' biodiversità.", "Jien ma nafx għalfejn il-MEPA qiegħda miexja fuq dawn meta għandha l-krema ta' nies akkademiċi fil-middle management li ma ġewx ikkonsultati fuq dan is-suġġett, imma kkonsultat xi ħadd anonimu.", "U aħjar jibqa' anonimu għax, fl-opinjoni tiegħi, ma tagħmillux ġid jekk issemmih!", "Il-MEPA ssemmi wkoll passaġġi fiż-Żonqor li huma mimlija skart u materjal.", "Jekk tħallih waħdu, dan kapaċi jirrenova ruħu waħdu, u la hemm bżonn spejjeż mill-MEPA, la hemm bżonn deċiżjonijiet mill-MEPA, u lanqas hemm bżonn żvilupp.", "Imma dan intuża biex juri li l-post huwa ddegradat, u allura jkun tajjeb li jinbena.", "Ir-rapport tant huwa miktub b'mod dillettantesk li jiżvija d-deċiżjoni politika tal-Gvern, ipoġġi f'pożizzjoni imbarazzanti jekk il-MEPA tiġi biex tagħmel EIA b'mod professjonali, għax se jkollha tiffaċċja l-fatt li ppruvat tilħaq deċiżjoni nazzjonali billi għamlet rapport fażull u dilettantesk, kif ukoll żvijjat lil dawk li għandhom għal qalbhom l-interess nazzjonali, ekoloġiku, soċjali u kummerċjali tal-pajjiż.", "Kif tista' tipproduċi rapport bħal dan mimli faqar li fuqu wieħed irid jieħu deċiżjoni li se taffetwa lill-pajjiż in toto?", "Jien jiddispjaċini li se ngħid dan li se ngħid, imma nkun aktar iddispjaċut jekk ma ngħidux.", "Huwa ċar li r-rapport iktar sar biex iġib il-boċċa qrib il-likk.", "Dan huwa indikat ċar f'paragrafu 1.3 fejn jgħid li, minkejja kollox, l-iSPED issa jagħti l-permess li nistgħu nibnu, u allura nużaw l-iSPED.", "Fl-aħħar nett, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-MEPA – forsi bħalissa hija mħabbta ħafna bil-permessi tal-iżvilupp – għall-programm elettorali tal-Gvern fuq l-ambjent.", "Taqsima 9 f'paġna 93, fost oħrajn hemm direttiva politika tal-Gvern li tgħid hekk:", "\"Il-mira tagħna hija ċara: irridu nkunu ma' ta' quddiem nett għax hekk jixirqilna.", "Irridu nħallu wirt san lil ta' warajna biex huma jkunu aħjar minna.\"", "Imbagħad, f'paġna 100 jkompli jgħid hekk, dejjem fuq l-ambjent:", "\"Nimplimentaw strateġija ċara bbażata fuq best practices Ewropej li tpoġġi l-ambjent fil-qalba tad-deċiżjonijiet ...\",", "– u l-MEPA ħalliet id-Direttorat tal-Ambjent milli jinvolvi ruħu f'dan! –", "\"… filwaqt li nimmiraw biex it-tkabbir ekonomiku jagħti konsiderazzjonijiet xierqa lill-iżvilupp sostenibbli u ambjentali.\"", "Dan ir-rapport li pproduċiet il-MEPA imur kontra din il-wegħda.", "Huwa rapport kompletament fqir, u ma jixraqx lil awtorità li hija fdata biex tħares l-interessi soċjali u ambjentali tal-poplu.", "Għalkemm, jiddispjaċini ngħid, li dan nistennih mill-MEPA.", "Nirringrazzjak.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Madam Chair, jien għandi erba' domandi li mhumiex kollha għas-Sur Buttigieg.", "Sur Buttigieg, fejn fl-iStructure Plan jingħad li istituzzjonijiet edukattivi u tas-saħħa jistgħu jsiru f'ODZ?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Policy 11, set 11 u set 12.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Nistgħu narawha din il-policy?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'għandix hawnhekk, imma nistgħu nġibuha.", "Fil-fatt, ġibniha kemm-il darba.", "MADAM CHAIR: Fil-laqgħa li jmiss, dawn id-dokumenti kollha li ntalbu se jkunu kollha ppreżentati lill-Kumitat.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Fil-passat, rajna ħafna binjiet li ġew diskussi mill-MEPA u mill-Gvern preċedenti, bħall-Imġarr Bay Hotel, Mistra Village, u siti oħra li kienu importanti li jsiru għall-futur ekonomiku tal-pajjiż.", "Illum, kemm il-Mistra, kif ukoll l-Imġarr Bay Hotel huma postijiet spekulattivi.", "Jien nixtieq nara lista ta' postijiet li saru f'ODZ – ma nafx min jista' jagħmilha – li bdew bħala ta' importanza nazzjonali, u li llum huma spekulattivi.", "Nixtieq ukoll li jkun hawn madwar din il-Mejda nies mill-GPD li huma kapaċi jħarsu u jsibu siti, u li għandhom ċertu esperjenza u expertise fir-riġenerazzjoni.", "Jien jiddispjaċini għall-Kap Eżekuttiv tal-MEPA, għax suppost hawn nies mill-GPD li suppost qegħdin jieħdu ħsieb l-art pubblika li hija tagħna.", "L-aħħar domanda li xtaqt nagħmel lis-Sur Buttigieg hija din: Kieku ma kellekx telefonata mill-OPM, u kieku ma kienx hawn din id-domanda minn investitur privat, u xi ħadd ġie jistaqsik, fil-kapaċità professjonali tiegħek ta' Kap Eżekuttiv, jekk iż-żona taż-Żonqor tistax tiddaħħal fil-pjanijiet lokali, inti kont iddaħħalha?", "Jew kont tħalliha bil-protezzjoni li għandha bżonn?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għar-rigward iż-żewġ proġetti li semmejt, il-Mistra Village u l-Imġarr Hotel, it-tnejn li huma mhumiex f'ODZ.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Il-Mistra kien f'ODZ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, il-Mistra hija żona għal dak l-iżvilupp.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Fl-1992 kien ODZ.", "IL-PERIT JOANNA SPITERI STAINES: Iva, imma aħna qegħdin inħarsu lejn il-futur tal-pajjiż.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, meta aħna ngħidu ODZ … Dak iż-żmien, kullimkien kien ODZ.", "MADAM CHAIR: Imma l-ispirtu tal-mistoqsija tal-Perit Spiteri Staines: Dan il-proġett se jkun vijabbli li jibqa' proġett edukattiv, jew issa se nużawh biex nagħmluh appartamenti?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, jien nifhem l-ispirtu tad-domanda, imma mhijiex domanda li għandha tagħmilha lili.", "Rigward id-domanda ta' jekk għandniex nikkunsidraw li ndaħħlu dan is-sit fiż-żona ta' żvilupp, kieku kont qed nirrakkomanda jien personalment kont ngħid li ż-żona tal-iżvilupp m'għandhiex tikber biex inkomplu nżidu ż-żoni residenzjali.", "Kieku tistaqsini jekk naħsibx li kellux jidħol dak l-ammont kollu ta' art fiż-żona tal-iżvilupp li daħal fl-2006, kont ngħidlek li, fl-opinjoni tiegħi, ma kellux jidħol.", "Imma inutli li nżomm l-artijiet għal proġetti li s-soċjetà tista' tgawdi minnhom.", "(Interruzzjonijiet) Aħna dejjem ngħidu – u anke fl-iSPED hija ċara – li inti l-ewwel dejjem għandek tmur on a base approach ...", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, imma inti ma tafx intix se tgawdi minnhom.", "Inti qed taħseb li forsi se tgawdi kummerċjalment; imma mil-lat ta' saħħa, mil-lat ta' ambjent u wirt naturali … Dak ma nistgħux nikkwantifikawh finanzjarjament.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma, Madam Chair, nerġa' ngħidlek li issa, bl-informazzjoni li għandi, ma nistax ngħidlek li dan il-proġett partikolari huwiex … Ladarba jkollna l-informazzjoni kollha, wieħed ikun jista' jevalwa l-affarijiet.", "MADAM CHAIR: Imma l-problema hija li l-Gvern qiegħed jistenna d-direzzjoni tiegħek – la ngaġġa lilek – biex jew tagħtih direzzjoni oltre, u tidderiġih fid-direzzjoni t-tajba u tgħidlu li Żonqor Point out of the question, inkella tgħidlu li it merits further consideration.", "Jien nappellalek biex, bħala uffiċjal tal-Gvern, fit-taqsima li jmiss ta' din l-evalwazzjoni ta' siti ġodda, inti tagħmel dak li jistenna minnek il-poplu Malti u Għawdxi kollu, u lill-Gvern tagħtih inti direzzjoni fejn għandu jikkunsidra għal żvilupp ta' università, li tista' tkun campus mifrux, tista' tkun university city, u tista' tkun ħafna ħwejjeġ oħra li f'dak ir-rapport jidhru li ma ġewx ikkunsidrati.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, aħna mxejna skont brief ...", "MADAM CHAIR: Nifhmek u nagħdrek: però issa ħu l-intrigu … Inti mxejt skont brief, u llum hawnhekk qiegħed tirrispondi waħdek.", "M'hemmx x'tagħmel.", "MADAM CHAIR: Issa ifhem li inti, bħala CEO tal-MEPA, id-doveri tiegħek huma lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu, mhux lejn il-Gvern.", "MADAM CHAIR: Mela, meta l-Gvern jerġa' jiġi fuqek biex tgħid l-aħħar kelma dwar is-siti alternattivi, kun raġel mal-poplu Malti u Għawdxi kollu li qed iħallas il-paga tiegħek mit-taxxi tiegħu, u lill-Gvern għidlu li ODZ huwa out of bounds; għandu alternattivi oħra u juża lilhom.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Sur Buttigieg, nixtieq nistaqsik jekk f'dan ir-rapport dħaltux fl-issue ta' min hi l-art.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Safejn naf jien din id-domanda diġà weġibniha.", "Ir-rapport jgħid li l-maġġoranza tal-art għandha tkun tal-Gvern.", "Tista' tgħidilna din minn fejn ħarġet?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mil-lista tal-artijiet li tana l-GPD.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-GPD tawna l-artijiet li kellhom available.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Tistgħu tippreżentawhom darb'oħra dawn?", "MADAM CHAIR: Darb'oħra, jkun tajjeb li nistiednu lill-GPD sabiex jiġu hawnhekk, u nkunu nistgħu nagħmlulhom id-domandi b'mod dirett.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Jien wisq nibża' li dan qed jgħid \"hemmhekk jew imkien\".", "Dan qed jgħidlek b'mod kategoriku mhux \"may\" or \"may not\", imma …", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fir-rapport li se nkunu qed nippreżentaw skont il-brief li issa sar 25,000 metru kwadru u jinkludi s-south kollu ta' Malta, se tara li fis-southeast ta' Malta m'hemmx artijiet tal-Gvern.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "Fil-fatt issa dik diġà mwarrba, għax minn southeast se mmorru south.", "IL-PERIT GIORGIO SCHEMBRI: Hawnhekk qed jingħad li \"no other Government land ...\"", "Jiġifieri jew hemmhekk jew imkien.", "MADAM CHAIR: Imma issa morna għas-south kollu.", "Fil-laqgħa li jmiss, jien nistenna li jiġi defined is-south ħalli aħna nkunu nafu ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, m'għandix problema nagħtik kopja tal-pjanta li fuqha qegħdin nikkunsidraw is-site.", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, issa tiktiblek l-Iskrivana tal-Kumitat biex tgħidlek liema huma dawk ir-rapporti li ntalbu llum sabiex tkun tista' tippreżentahom.", "Din il-laqgħa mhijiex mitmuma, imma hija aġġornata għal data oħra.", "Sadanittant, aħna nistennew li jekk alla jrid nisimgħu l-aħbar tajba, dik li tagħti lura lill-poplu Malti u Għawdxi kollu dak l-ODZ li qiegħed taħt il-mannara.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:10 p.m., il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150615_019d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 15 ta' Ġunju, 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:45p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Marthese Portelli kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Michael Falzon (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva); l-Onor.", "Simon Busuttil (Kap tal-Oppożizzjoni) u l-Onor.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu wkoll rappreżentanti tal-NGOs u għaqdiet oħra.", "Fuq talba tal-Onor.", "Charles Buhagiar, il-Kumitat qabel li tidħol din l-emenda fil-Minuti:", "F'paġna 2, il-ħames paragrafu għandu jiġi jaqra hekk \"Waqt id-diskussjoni l-Onor.", "Marthese Portelli għamlu diversi suġġerimenti għal tibdil fir-riżoluzzjoni.\";", "u fuq talba tal-Onor.", "Marthese Portelli, il-Kumitat qabel li tidħol din l-emenda:", "F'paġna 5 fl-aħħar tal-paragrafu li jibda bil-kliem \"L-Onor.", "Marthese Portelli\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"fost oħrajn\".", "Il-Minuti emendati tal-Laqgħa Nru. 17 li saret fit-2 ta' Ġunju 2015, ġew konfermati.", "Madam Chair infurmat lill-Kumitat li kienet irċeviet korrispondenza mingħand l-Iskrivan tal-Kamra datata 9 ta' Ġunju, 2015 li fiha għadda talba li għamel is-Sur Martin Scicluna sabiex il-Water Report jiġi diskuss fil-Kumitat Permanenti għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Fir-risposta tiegħu lis-Sur Scicluna, l-Iskrivan tal-Kamra qal li jekk il-Membri tal-Kumitat ma jsibux oġġezzjoni, allura dan ir-rapport seta' jiġi diskuss fil-Kumitat.", "Meta Madam Chair staqsiet lill-Membri tal-Kumitat jekk jaqblux li dan ir-rapport jiġi diskuss fil-Kumitat, ma kienx hemm oġġezzjonijiet u għalhekk hija tat struzzjonijiet sabiex dan il-qbil jiġi komunikat lis-Sur Martin Scicluna u talbet ukoll sabiex tintbgħat kopja tar-rapport lill-Kumitat.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TALBA LI SARET MILL-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI U MILL-ONOR.", "RYAN CALLUS U LI NTBAGĦTET LIL MADAM CHAIR FIL-25 TA' MEJJU SABIEX JIĠI DISKUSS IL-PRELIMINARY SITE EVALUATION REPORT NOVEMBER 2014 DWAR L-IŻVILUPP F'TA' ŻONQOR LI ĠIE PPREŻENTAT LILL-BORD TAL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-AMBJENT U L-IPPJANAR FIL-21 TA' MEJJU 2015.", "Is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) ġie mistieden sabiex jieħu parti fid-diskussjoni u jirrispondi għad-domandi tal-Membri u ta' dawk preżenti.", "Ħadu sehem ukoll fid-diskussjoni il-Professur Arnold Cassola u l-Perit Carmel Caccopardo, Chairman u Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika rispettivament; is-Sinj.", "Astrid Vella f'isem l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar; il-Perit Giorgio Schembri; Dr. Michael Brigulgio u s-Sur James Debono f'isem il-Front Ħarsien ODZ; il-Perit Joanna Spiteri Staines f'isem l-Għaqda Din l-Art Ħelwa; is-Sur Mark Anthony Sammut u s-Sur Alfred Baldacchino.", "Matul id-diskussjoni, is-Sur Johann Buttigieg ġie mitlub sabiex sa laqgħa oħra jgħaddi din l-informazzjoni lill-Kumitat:", "• Is-site selection exercise li għamlet il-MEPA dwar il-kwestjoni;", "• Kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn il-MEPA u l-Government Property Division fejn fiha ingħatat informazzjoni dwar is-siti li kienu available;", "• Kopja tal-istructure plan fejn jingħad li istituzzjonijiet edukattivi u tas-saħħa jistgħu jsiru f'outside development zones; u", "• Pjanta li fuqha jkun hemm definiti l-areas tas-South u s-South East ta' Malta.", "Kien hemm ukoll qbil sabiex għal-laqgħa li jmiss dwar dan is-suġġett jiġu mitluba jattendu rappreżentanti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u anke mill-Government Property Division.", "Id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9:10p.m. il-Kumitat ġie aġġornat għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIR TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150615_019m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 47", "L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju, 2015", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ġunju, 2015 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150624_047a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 47", "L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 47", "L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.46 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 36, li saret nhar it-Tnejn, 9 ta' Frar 2015, ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI MAL-un WORKING GROUP ON ARBITRARY DETENTION", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Ngħaddu għal-laqgħa tal-lum li se tkun diskussjoni mal-UN Working Group on Arbitrary Detention.", "Fit-8:00 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150624_047d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI – IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI", "LAQGĦA NRU 47", "L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:46 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat, kienet preżenti għal-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 36 li saret nhar it-Tnejn, 9 ta' Frar 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI MAL-un WORKING GROUP ON ARBITRARY DETENTION", "Għal din il-laqgħa kienu mistiedna s-Sur Roland Adjovi, Vice Chair tal-UN Working Group, is-Sur Miguel De La Lama, Segretarju u s-Sinjorina Yiyao Zhang, Segretarja mal-istess UN Working Group.", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fit-8:00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150624_047m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 32", "It-Tlieta, 7 ta' Lulju 2015 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar t-Tlieta, 7 ta' Lulju 2015 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-E.T. Janine Finck, Ambaxxatriċi tal-Lussemburgu għal Malta, dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza U.E. tal-Lussemburgu għall-perjodu Lulju sa Diċembru 2015.", "Konsiderazzjoni tal-proposta għall-introduzzjoni ta' dik li qiegħda tissejjaħ 'green card', jiġifieri, mezz kif il-Parlamenti Nazzjonali jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' leġislazzjoni f'levell ta' Unjoni Ewropea sa minn qabel il-pubblikazzjoni tagħha li għandha tikkumplimenta r-rwol tal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew.", "ittra datata t-12 ta' Ġunju 2015 mingħand Lord Boswell, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-House of Lords, dwar proposta għal 'green card'; u", "ittra datata l-1 ta' Ġunju 2015, mingħand id-Direttorat għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dwar rakkomandazzjonijiet għall-għoti ta' dritt tal-vot lill-Maltin li jgħixu barra.", "30 ta' Ġunju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150706_032a_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 20", "It-Tlieta, 7 ta' Lulju, 2015 fit-3:00 p.m.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 7 ta' Lulju, 2015 fit-3:00p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni ġenerali dwar:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp – Abbozz Nru 107", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Abbozz Nru 108", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – Abbozz Nru 109", "6 ta' Lulju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150707_020a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 20", "It-Tnejn, 7 ta' Lulju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 20", "It-Tnejn, 7 ta' Lulju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3:10 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 19, li saret fil-15 ta' Ġunju 2015, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Godfrey Farrugia): Hawn permess biex il-Membri tal-media jkunu jistgħu jiġbdu xi ritratti jew filmati ta' din il-laqgħa?", "Il-permess ingħata.", "DISKUSSJONI ĠENERALI DWAR: ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP – ABBOZZ NRU 107; ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT – ABBOZZ NRU 108; U ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL TA' REVIŻJONI TAL-AMBJENT U L-IPPJANAR – ABBOZZ NRU 109", "THE CHAIRMAN: Bħalma tafu, illum iltqajna wara li saret talba konġunta mill-Ministru Leo Brincat u mis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, li waslet lill-iSpeaker ilbieraħ filgħodu, biex jitlaqqa' dan il-Kumitat b'urġenza.", "Iktar tard matul il-jum, għall-ħabta tal-5:00 p.m., saret talba oħra għal dibattitu min-naħa tal-Oppożizzjoni lis-Segretarja ta' dan il-Kumitat.", "L-iSpeaker tkellem ma' u ħa l-opinjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra dwar jekk kienx hemm ftehim li dan il-Kumitat jista' jitlaqqa'.", "Qed ngħid dan għax dan il-Kumitat, għalkemm huwa kumitat permanenti bħall-oħrajn, joħroġ mil-liġi u mhux mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Għaldaqstant, din hija okkażjoni eċċezzjonali fejn dan il-Kumitat qiegħed jisma' lin-Non-governmental Organisations (NGOs) u lis-soċjetà ċivili dwar liġi li diġà sar l-Ewwel Qari tagħha fil-Plenarja, u se jibda d-dibattitu tagħha fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Il-ħsieb tiegħi huwa li nimxu bl-ordni fejn, min-naħa tal-Gvern, se nagħti l-kelma lill-Ministru Leo Brincat, u min-naħa tal-Oppożizzjoni, se nagħti l-kelma lill-Onor.", "Marthese Portelli, sabiex jagħmlu introduzzjoni qasira ta' mhux iktar minn ħames minuti.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna iktar minn 40 NGO sabiex jipparteċipaw, bil-ħsieb li aħna nqarrbu lin-nies lejn il-Parlament.", "Għalhekk, din hija okkażjoni speċjali fejn b'hekk qegħdin nisimgħu leħinhom u fehemthom.", "Jien tlabt ukoll inkun naf min jixtieq jindirizza lil dan il-Kumitat, u fil-fatt kelli tmien kelliema li xtaqu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom.", "Jien se nagħtihom 10 minuti kull wieħed; jaqsmuhom kif jidhrilhom huma.", "Wara, jerġa' jkun hemm ukoll interventi min-naħa tal-Membri ta' dan il-Kumitat, fejn kull intervent ikun ta' ħames minuti.", "Jien nitlob li nkunu ċari u prattiċi fid-diskors tagħna u, jekk alla jrid, minn dan joħroġ il-ġid favur pajjiżna.", "Nitlob lill-Ministru Leo Brincat sabiex jagħmel l-introduzzjoni tiegħu.", "LEO BRINCAT (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima): Nirringrazzjak, Sur President, u nsellem lil kull min hawn preżenti.", "Qabel ma nagħmel ġabra fil-qosor tal-għanijiet ewlenin tar-riforma li qed nipproponu, nixtieq nippreċiża – for the record – xi misperceptions li seta' kien hemm.", "Se nagħmel dan għaċ-ċarezza, u se nagħmilhom ukoll f'ordni kronoloġika biex ma nkunx polemikuż.", "Jien naċċetta u nirrispetta l-kritika, anke meta ma nkunx naqbel magħha; però, naħseb li hemm diversi punti li tajjeb li jiġu ċċarati għall-benefiċċju ta' kulħadd, kemm ta' dawk preżenti, kif ukoll ta' dawk lil hinn minn din il-Kamra.", "L-ewwel nett, saret l-akkuża – li fil-fehma tiegħi hija infondata – li qed nipprovaw immexxu 'l quddiem proċess leġiżlattiv by stealth, u li l-laqgħa tallum ġiet imsejħa ta' malajr, qisha xi knee jerk jew panic reaction.", "L-ewwel nett, konsultazzjoni fuq il-proposti oriġinali saret, u kif jixhdu l-abbozzi ta' liġi, ħafna mis-suġġerimenti ġew meħudin on board.", "It-tieni, fis-16 ta' Ġunju, kont għaddejt lill-Onor.", "Marthese Portelli – kif għamel ukoll il-kollega tiegħi – kopji tal-leġiżlazzjoni rilevanti.", "Żgur li min imexxi by stealth kien jimxi biss b'dak li kien stipulat skont il-liġi li għamel, mentri aħna ħassejna li, għal dibattitu bħal dan u għal leġiżlazzjoni bħal din, kellna napplikaw element qawwi ta' prudenza.", "Sur President, nhar il-Erbgħa, fil-vesti tiegħek ta' Whip, intavolajt il-leġiżlazzjoni kollha għand l-iSpeaker, u b'hekk allura saret public domain.", "Nhar il-Ġimgħa, l-abbozzi ta' liġi dehru fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Nhar il-Ħadd, kmieni filgħodu, l-Gvern irċieva email mingħand l-uffiċjali għoljin ta' 'Din l-Art Ħelwa' fejn talbu li jkun hemm konsultazzjoni xierqa, adegwata u urġenti.", "Aħna qbilna ma' dan internament il-Ħadd stess, imma ovvjament kellna nistennew sal-ewwel ġurnata xogħol, li kienet it-Tnejn filgħodu.", "Ma' sbieħ it-Tnejn, kif indikajt inti stess, Sur President, il-kollega tiegħi u jien ressaqna talba formali bil-miktub lil Mr Speaker sabiex jitlaqqa' dan il-Kumitat sabiex nisimgħu x'għandhom xi jgħidu dawn l-għaqdiet – aħna bejnietna d-Deputati m'għandniex għalfejn niddiskutu l-liġi issa, imma niddiskutuha normalment fl-istadju ta' Kumitat wara li tkun għaddiet mit-Tieni Qari.", "Enfasizzajna wkoll li dan il-hearing pubbliku għandu jsir b'urġenza, u dan sabiex nagħtu l-prijorità u l-urġenza li kienet riflessa fl-email li bagħtu 'Din l-Art Ħelwa'.", "Jiġifieri, aħna konna qegħdin nirreaġixxu b'mod pożittiv fl-ewwel ġurnata tax-xogħol li kellna għat-talba li kien hemm min-naħa ta' 'Din l-Art Ħelwa'.", "Nerġa' ngħid li llum qegħdin hawnhekk kważi ġimgħa wara li l-abbozzi ta' liġi ġew intavolati fil-Kamra.", "Ilbieraħ, kif aċċennajt inti, Sur President, ressaqna formalment il-proposta tagħna filgħaxija, kif mitluba mill-iSpeaker, u dak il-ħin l-Oppożizzjoni qablet ma' dan.", "Issa, jekk wara qajmux oġġezzjonijiet jew le, ma nidħlux fiha llum, għax mhuwiex ir-remit ta' din il-laqgħa.", "Jien nixtieq nenfasizza – forsi qed ngħid l-ovvju, imma tajjeb li ngħiduh for the record – id-distinzjoni bejn it-Tieni Qari u l-istadju ta' Kumitat.", "Qed ngħid hekk għax, li kieku aħna pprovajna, bħal leħħa ta' berqa, mhux biss ngħaddu din il-liġi mill-istadju tat-Tieni Qari, imma anke mill-istadju ta' Kumitat, naħseb li kulħadd kien ikollu dritt li jipponta subajgħ lejna, u jgħid li dan il-Gvern qed jipprova jirrombla fuq kulħadd u qed jipprova jmexxi by stealth.", "Però, it-tir tagħna, kif jista' jikkonferma l-Onor. kollega preżenti, sa mill-bidu nett kien li, sakemm immorru għall-btajjel tas-sajf – lanqas jien ma naf id-data eżatta, imma normalment il-Parlament jaġġorna f'Lulju – inkunu għaddejna mill-proċess tat-Tieni Qari l-liġijiet li għandna quddiemna.", "Aħna fl-ebda stadju ma konna qed nikkontemplaw – anke qabel biss ma tkellmu l-għaqdiet mhux governattivi jew anke għaqdiet oħrajn – li nirrumblaw u ngħaddu mill-istadju ta' Kumitat liġijiet daqshekk kumplessi bejn issa u sakemm il-Parlament jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf, li normalment ikun f'Lulju.", "Il-fatt li għada se tinbeda d-diskussjoni fil-Parlament frankament m'għandux jitqies bħal sarima, għax kwalunkwe suġġerimenti li jista' jkun hemm żgur li jiġu taken on board, ikkunsidrati jew evalwati meta niġu għall-proċess tal-Kumitat, u mhux fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Min-naħa tagħna, aħna konxji ħafna tal-fatt li l-laqgħa tal-lum, li hija intiża biex nisimgħu lil dawk preżenti … Jien nifhem li, billi l-liġijiet formalment dehru fil-Gazzetta tal-Gvern nhar il-Ġimgħa, u kienu ġew intavolati jumejn qabel, ovvjament ikun hemm min jixtieq, u anke jenħtieġ, iktar ħin biex jiflihom iktar bir-reqqa.", "Għaldaqstant, aħna bħala Gvern maqbulin li nestendu l-proċess ta' konsultazzjoni bil-miktub sa tmiem dan ix-xahar li, fil-fehma kollettiva tagħna, hija waħda adegwata u xierqa li tkun qed tagħti żmien ampju, kemm lil min huwa tekniku, kemm lil min huwa inqas tekniku, kemm jekk hija NGO, u anke jekk huwa individwu tal-pubbliku, kif kien ġara meta għamilna l-ewwel fażi tal-proċess ta' konsultazzjoni.", "Dan huwa l-proċess li aħna għandna f'moħħna.", "Qed ngħid dan kollu biex nisħaq li, filwaqt li kulħadd għandu dritt, anzi dmir, li jagħmel il-kritika fejn iħoss li ma jaqbilx ma' dak li qed jipproponi l-Gvern, aħna żgur li ma kellna l-ebda ħjiel jew intenzjoni, fl-ebda stadju ta' dan il-proċess, li mmexxu by stealth riforma li nixtiequ tirnexxi.", "L-interess tagħna mhuwiex li tgħaddi mill-Parlament, imma li tibda taħdem u tagħti r-riżultati mixtieqa.", "Jekk tibda on a wrong foot, ngħadduha by stealth u nkunu diġà dawwarna lil kulħadd kontra tagħna fuq din l-issue, naħseb li nkunu qed immorru kontra l-ispirtu li nixtiequ li jkun rifless hawnhekk.", "Nieqaf hawn, għax naħseb li ħadt iżjed żmien milli kien allowed.", "Ovvjament, lejn l-aħħar, wara li nkun ħadt nota tal-punti ewlenin li tqajjmu, forsi jkolli ċans nagħmel xi kummenti.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Marthese Portelli biex tagħmel l-intervent tagħha.", "MARTHESE PORTELLI: Nirringrazzjak, Sur President.", "L-għan tagħna, bħala Oppożizzjoni, kien wieħed, huwa wieħed, u se jibqa' wieħed; u dwar dan konna ċari from day one.", "Quddiemna għandna tliet liġijiet importanti ħafna, u kulħadd jista' jara li mhumiex xi dokumenti ta' ftit paġni, imma huma pjuttost voluminużi.", "Meta aħna bdejna nitkellmu u nikkonsultaw mal-NGOs u anke mal-pubbliku mill-ġurnata li d-dokumenti ħarġu għall-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, jiġifieri nhar il-Ġimgħa li għaddiet, imbagħad kien hemm is-Sibt u l-Ħadd, laħaq għadda ftit taż-żmien biss biex intom tkunu tistgħu tiġu hawnhekk bil-pożizzjonijiet ċari biex anke tagħtuna l-ispjegazzjonijiet tagħkom.", "Meta aħna rajna l-volumi tal-abbozzi, tkellimna internament u tkellimna wkoll man-naħa tal-Gvern, fejn tlabnihom sabiex dawn l-abbozzi ma jersqux għad-diskussjoni għalissa, imma jingħata żmien biżżejjed biex kulħadd ikun jista' jkollu l-konsultazzjoni xierqa.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, ġejna infurmati li dawn il-liġijiet iridu jgħaddu sa qabel ma noħorġu għas-Summer Recess, u kien għalhekk li bħala Oppożizzjoni tlabna li almenu ssir diskussjoni quddiem dan il-Kumitat.", "Aħna ressaqna t-talba tagħna lbieraħ.", "Jekk tistaqsina jekk aħna bħala Oppożizzjoni aħniex kuntenti bil-mod kif imxejna, ngħid li, filwaqt li napprezzaw il-fatt li llum qegħdin niltaqgħu f'dan il-Kumitat, kien too much of a short notice.", "Bejn ilbieraħ u llum, in-nies li għandna quddiemna lanqas biss kellhom 24 siegħa biex jippreparaw ruħhom fuq din id-dokumentazzjoni kollha.", "Allura, jekk verament irridu konsultazzjoni kif suppost fuq dawn l-abbozzi ta' liġi li għandna quddiemna llum … Il-pubbliku ma kienx jaf x'fihom, u nemmen li l-NGOs, l-għaqdiet kollha u l-pubbliku għandu jingħata ħin biżżejjed biex jixtarrhom kollha u jifhimhom eżatt.", "Dwar id-diskussjonijiet li se jkun hemm għaddejjin, kemm fil-Plenarja, u kemm f'dan il-Kumitat, bħala Oppożizzjoni aħna nħossu li l-ewwel għandha ssir id-diskussjoni xierqa f'dan il-Kumitat biex nisimgħu l-pubbliku x'għandu xi jgħid, imbagħad tkompli d-diskussjoni fil-Plenarja.", "Jien kif nista' nitla' nitkellem fil-Plenarja meta għadni lanqas biss smajt x'għandhom x'jgħidu l-NGOs u l-pubbliku inġenerali?", "Jekk verament nixtiequ li l-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) demerger, li hija proposta min-naħa tal-Gvern, tirnexxi u timxi bil-mod kif suppost, għandna nagħtu ż-żmien kollu li hemm bżonn għall-konsultazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Irrid ngħid li lill-Oppożizzjoni konna għaddejnilhom kopja tal-abbozzi ħmistax-il ġurnata qabel ma tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MARTHESE PORTELLI: Jien nista' nikkonferma dan, però biex inkun eżatt irrid ngħid li jien irċevejt biss l-Environment Protection Bill min-naħa tal-Ministru Leo Brincat fis-16 ta' Ġunju.", "Il-kopji tal-abbozzi l-oħra ġew wara.", "Il-punt tiegħi kien – u se nerġa' nirrepetih – li huwa veru li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jirrappreżentaw lill-poplu Malti, però biex verament nirrappreżentaw lill-poplu Malti, irridu nisimgħu x'għandhom xi jgħidu l-NGOs u l-pubbliku inġenerali.", "Għalhekk jien għedt li ma kienx hemm żmien biżżejjed.", "Minn nhar il-Ġimgħa sallum, le, ma kienx hemm biżżejjed żmien.", "Lanqas li kieku għamlu l-weekend kollu għaddejjin jaqraw id-dokumenti, ma kienu jilħqu jaqrawhom u jixtarruhom b'mod tajjeb!", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Għaċ-ċarezza biss, irrid ngħid li l-għada stess,", "tajt hard copies filgħaxija lill-Onor.", "Ryan Callus u, jekk niftakar sew, lill-Onor.", "Toni Bezzina, għalkemm mhux Membru ta' dan il-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Mhux hekk biss, imma l-President ta' dan il-Kumitat irċeviet ukoll kopja tagħhom fil-ġurnata li qegħdin issemmu.", "Ngħaddu issa għall-NGOs, u nistieden lil Dr. Petra Caruana Dingli.", "L-AVUKAT PETRA CARUANA DINGLI (f'isem Din l-Art Ħelwa): Nirringrazzjak.", "Irrid ngħid li aħna rċevejna l-invit biex niġu hawnhekk ilbieraħ fid-8:50 pm, u ovvjament ma kien hemm ħadd fl-uffiċċju.", "Huwa ovvju li m'għandniex kummenti x'ngħaddu llum, m'aħniex ippreparati biex nagħtu l-kummenti tagħna fuq dawn il-liġijiet, għax huwa impossibbli li stajna nagħmlu dan f'dan iż-żmien daqshekk qasir.", "Nixtiequ li jkollna ħafna iktar ħin biex inkunu iktar ippreparati.", "Aħna diġà ħriġna Press Release nhar is-Sibt li għadda fejn tlabna li jkun hemm konsultazzjoni iktar wiesgħa u fit-tul, u semmejna wkoll l-Aarhus Convention.", "Il-punt li rrid nagħmel hawnhekk illum huwa fil-fatt fuq artiklu 8 tal-Aarhus Convention, li għaddejtilkom kopja tiegħu.", "It-tieni dokument li tajtkom huwa Implementation Guide fuq l-Aarhus Connvention mill-United Nations.", "It's a 2014 document, jiġifieri huwa riċenti ħafna.", "Jekk tmorru fuq paġna 182, taraw li hemm tabella li titkellem dwar il-provision, l-obligation u l-implementation guidance.", "L-ewwel sentenza tal-provision tgħid li:", "The implementation guidance jgħid li:", "– jiena naħseb li d-dokument li kellna s-sena l-oħra mhuwiex publication of draft rules –", "Hemm ukoll li:", "Id-dokument l-ieħor li tajtkom kopja tiegħu huwa fil-fatt fejn, anke fil-liġijiet tagħna, preċiżament f'Kapitlu 504, it is taken on board.", "Fil-fatt, artiklu 62 jgħid hekk:", "Jiġifieri, jekk dan japplika għar-regolamenti tal-ambjent, kif ma japplikax għall-qafas kollu tal-Att dwar l-Ambjent?", "Jien naħseb li this principle must be taken on board, anke fir-rigward tal-abbozzi li għandna quddiemna llum.", "Il-punt tagħna huwa li ma kellniex biżżejjed żmien biex naraw id-dokumenti fid-detall, u lanqas biex nitkellmu bejnietna u niddeċiedu x'għandha tkun il-pożizzjoni tagħna fuq dawn l-abbozzi.", "Aħna ġejna biex nuru li nixtiequ nipparteċipaw u nieħdu sehem f'dan il-proċess; però, f'dawn it-timeframes mhuwiex possibbli.", "Aħna naħsbu li mhux biss huwa good governance li aħna nipparteċipaw, imma it's also a right.", "Dan huwa l-punt li ridna nagħmlu aħna llum.", "THE CHAIRMAN: Mistoqsija waħda.", "Taċċettaw l-istedina tal-Ministru Leo Brincat li sal-aħħar tax-xahar tagħmlu s-sottomissjonijiet tagħkom?", "L-AVUKAT PETRA CARUANA DINGLI: Huwa dejjem aħjar li jkollna sal-aħħar tax-xahar, imma fir-regolamenti hawn erba' ġimgħat, mhux tliet ġimgħat.", "Jiġifieri, naħseb li forsi nistgħu nestenduha ftit iktar minn sal-aħħar tax-xahar.", "Ma nafx għaliex din l-għaġġla kollha; jekk ikollna iktar ħin, dejjem ikun aħjar.", "IL-PROF.", "ARNOLD CASSOLA (f'isem Alternattiva Demokratika): Nirringrazzjak, Sur President.", "Aħna napprezzaw li d-deadline ġie mtawwal; però, kif qalet Dr. Caruana Dingli, m'għandux ikun dak li jiddetta l-Ministru, jiġifieri tliet ġimgħat, imma dak li tiddetta l-liġi, u allura jekk huma erba' ġimgħat, għandhom ikunu erba' ġimgħat.", "Aħna wkoll jiddispjaċina mill-fatt li aħna sirna nafu mill-gazzetti dalgħodu li kien se jitlaqqa' dan il-Kumitat.", "Jien immedjatament ktibt lill-iSkrivana tal-Kumitat, li ġentilment għarrfitna b'kollox.", "Però dan m'għandux ikun il-metodu.", "Nisma' lill-iSpeaker jitkellem ħafna dwar l-awtonomija tal-Parlament, imbagħad naraw li, biex issir din il-laqgħa, rridu nistennew id-direttiva tal-Ministru.", "Jekk irridu nistennew id-direttiva tal-Ministru biex issir laqgħa ta' dan il-kumitat parlamentari, allura m'hemmx awtonomija ta' dan il-Kumitat!", "Rigward l-abbozzi ta' liġi, fil-fatt huma erbgħa u mhux tlieta, minħabba li hemm ir-raba' abbozz li jitkellem dwar l-issue tal-ilma.", "Mhuwiex ċar li l-issue tal-ilma hijiex se taqa' taħt il-MEPA jew taħt ir-regolatur il-ġdid.", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet jiġu ċċarati.", "Aħna, naturalment bħall-oħrajn kollha, kien impossibbli li, fiż-żmien minn dalgħodu s'issa, naqraw, nanalizzaw u nagħtu l-fehmiet tagħna dwar dak li hemm f'dawn il-504 paġni.", "Aħna beħsiebna nagħtu l-fehemiet tagħna fid-deadline imtawwal li hemm, imma xtaqt li issa nsemmi tliet punti.", "Aħna m'għandniex 504 paġni, imma għandna l-programm elettorali tal-2013, fejn għandna sitt paġni bil-Malti u sitt paġni bl-Ingliż dwar il-MEPA, li jinkludu tliet punti fundamentali.", "L-ewwel nett, aħna kontra l-frammentazzjoni tal-MEPA.", "Il-frammentazzjoni tal-MEPA qed iġġib inqas protezzjoni tal-ambjent u iktar saħħa lill-iżviluppaturi.", "Aħna rridu li jkun l-ambjent li jiddomina fuq l-ippjanar, u għalhekk, mhux talli aħna kontra l-frammentazzjoni, talli aħna pproponejna li l-MEPA tingħaqad mal-Malta Resources Authority (MRA) għax għandek ħafna affarijiet li jkunu overlapping, u allura dan jagħti iktar saħħa lill-ambjent.", "It-tieni punt huwa dwar il-ħatriet ta' nies fil-MEPA.", "Il-MEPA għandha bżonn iktar riżorsi, u mhux indħil politiku.", "Ma nistgħux nibqgħu li l-Gvern tal-ġurnata jappunta pupazzi jew poodles tiegħu li qegħdin hemm mhux biex iħarsu il-ġid tal-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri, imma li qegħdin hemm biex jieħdu l-ordnijiet mingħand l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Dan b'ammissjoni tagħhom stess.", "Din it-tip ta' klikka ta' poodles li jiġu maħtura m'għandniex bżonnhom; il-ħatriet iridu jkunu ta' nies kompetenti li jħarsu l-ġid tal-poplu Malti kollu f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa li, fejn jirrigwarda l-politiċi fil-MEPA, m'għandhiex tibqa' iktar is-sistema li jkollok rappreżentant partiġġjan taż-żewġ partiti fuq il-MEPA.", "Aħna qed nitolbu li jkollok kumitat parlamentari magħżul li jkun qed jissorvelja l-proċess kollu ta' dak li jkun qed isir fil-MEPA.", "Nirringrazzjakom.", "MICHAEL FALZON: Sur President, punt ta' kjarifika biss.", "L-ewwel nett, dan il-Kumitat ma tlaqqax b'direttiva tal-Ministru.", "Ejjew inkunu korretti.", "Dan il-Kumitat tlaqqa' fuq talba li għamel il-Ministru, flimkien miegħi bħala Segretarju Parlamentari, u anke b'talba tal-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri, li ngħidu li dan il-Kumitat tlaqqa' fuq direttiva ta' xi ministru huwa żball.", "Għall-korrettezza rrid ngħid li strettament dan il-Kumitat mhuwiex l-ambitu tiegħu li jiddiskuti liġijiet, imma fiċ-ċirkostanzi nħass li għandu jsir dan il-hearing.", "Fuq kummenti bħal \"poodles\", nirriżerva ruħi: jien dejjem German Shepherds rabbejt.", "IL-PERIT CARMEL CACOPARDO (f'isem Alternattiva Demokratika): Sur President, jien ma kontx se nitkellem wara li tkellem Arnold, però naħseb li the elephant in the room f'diskussjoni bħal din hu lil hinn minn jekk hemmx split jew le tal-funzjonijiet ambjentali.", "The elephant in the room hu jekk għandux ikun hemm kontrolli effettivi fuq l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn il-proposti li hemm fuq il-Mejda bl-abbozzi li ġew ippubblikati nhar il-Ġimgħa, u wkoll dak li ntqal fid-diskussjoni ġenerali li ilha għaddejja, l-issue hi jekk il-kontrolli li hemm, flimkien ma' dawk li huma proposti, fuq l-industrija tal-kostruzzjoni humiex effettivi.", "Hu f'dan il-kuntest li wieħed irid jara jekk il-ħatra tar-regolaturi għandhiex issir direttament mill-Gvern, jew jekk għandniex naddottaw is-sistema Amerikana fejn il-Gvern jinnomina, u n-nomini tal-Gvern ikunu skrutinizzati mill-parlament, direttament jew permezz ta' kumitat parlamentari.", "Jiġifieri, irrispettivament minn jekk u kif wieħed jipproċedi fuq l-isplit – li fil-prinċipju ma naqbilx miegħu, għax jidhirli li f'pajjiż żgħira huwa iktar faċli li tevita l-frammentazzjoni u li, minflok tkisser f'biċċiet, tiġbor flimkien biex il-ħidma tiegħek tkun iktar effettiva – li l-Parlament jieħu lura mingħand il-Gvern l-iskrutinju tal-ħatra tar-Regolatur, u li jobbliga lill-Gvern li r-Regolatur ma jinħatarx qabel ma jkun skrutinizzat mill-Parlament, hija waħda mill-proposti prinċipali li aħna bħala Alternattiva Demokratika qegħdin nagħmlu.", "Ovvjament, il-ħatriet xorta jispiċċaw isiru mill-Gvern, imma l-fatt li jkunu skrutinizzati minn kumitat parlamentari jkun ifisser li jkun hemm inqas possibilità li jkunu nominati persuni li l-unika kwalifika tagħhom tkun it-tessera tal-partit.", "Ikun hemm possibilità ikbar li dawk li jinħatru, minbarra il-lealtajiet politiċi tagħhom, ikollhom ukoll kompetenzi u kwalifiċi, għax meta jkunu soġġetti għall-għarbiel pubbliku minn kumitat parlamentari, joħorġu l-kompetenzi tagħhom, mhux neċessarjament li jkunu jaqblu ma' naħa jew ma' oħra, imma kemm huma kompetenti u kemm huma konxji mill-materji li għalihom ikunu qegħdin jiġu maħtura.", "L-issue tar-rappreżentanza tal-politiċi fi ħdan il-korp regolatorju wieħed irid jaraha wkoll f'dan il-kuntest.", "Jekk wieħed iħares lejn l-erba' liġijiet li ġew ippreżentati, b'mod partikolari dawk tal-ippjanar u l-ambjent, jara li l-parteċipazzjoni ta' membri parlamentari hija proposta biss fl-awtorità li tirregola l-ippjanar tal-użu tal-art.", "Ninnutaw li mhijiex proposta fl-awtorità li huwa propost li se tirregola l-issues ambjentali.", "Ovvjament, nistennew li l-Gvern jispjega għalfejn hemm din id-diskrepanza bejn iż-żewġ liġijiet, u nissuġġerixxu li titneħħa r-rappreżentanza tal-politiċi fl-awtorità li tirregola l-ippjanar tal-użu tal-art, u minflok tingħata funzjoni lil dak li llum huwa diġà dan il-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, li x-xogħol tiegħu jmur oltre minn dak li tistabbilixxi l-liġi tal-lum, u jkun ekwivalenti għal dak li għandhom parlamenti differenti, jiġifieri li jagħmel monitoring kontinwu ta' x'inhuma jagħmlu dawn l-awtoritajiet.", "U jagħmel monitoring ifisser mhux biss janalizza l-policies u kif qegħdin jiġu attwati, mhux biss kemm huwa kompatibbli l-infiq mal-policies approvati mill-Gvern u mill-Parlament, imma anke jagħmel monitoring kontinwu … Pereżempju, fejn għandek l-Uffiċċju tal-Ombudsman, jew l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Ippjanar u l-Ambjent li ta deċiżjoni fuq ilment li tikkonċerna l-ambjent, ir-riżorsi jew l-ippjanar tal-użu tal-art, jien s'issa kważi qatt ma rajt lil dan il-Kumitat jibgħat għal dik l-awtorità u jitlobha spjegazzjoni għal dak li qiegħda tagħmel u ma tagħmilx fil-konfront ta' dak l-ilment.", "Dik hija funzjoni li dan il-Kumitat, fl-opinjoni tiegħi, għandu diġà skont il-liġi li waqqfitu: imma, għandu jkun hemm ukoll il-possibilità li, meta jsiru dawn l-ilmenti u joħroġ ir-rapport li jkun identifika x-shortcomings tal-awtorità regolatorja, dan il-Kumitat għandu jitlob spjegazzjoni lil dik l-awtorità dwar għaliex wasalna f'dak l-istadju li kien hemm dak l-ilment, u għaliex il-mekkaniżmi interni ma servewx biex dak l-ilment ikun irrimedjat fi stadju ħafna iktar kmieni, u konsegwentament ukoll x'miżuri jkun hemm ħtieġa li jittieħdu biex dak it-tip ta' ilmenti ma jaslux sa dak l-istadju li se jkunu rimedjati.", "Meta jien kont uffiċjal investigattiv fl-Uffiċċju tal-Verifika tal-MEPA, ħafna drabi konna niltaqgħu ma' każijiet fejn il-MEPA tirrifjuta li tagħti informazzjoni lil min qiegħed jinvestiga ilment, fejn il-MEPA tirrifjuta li tagħti opinjoni, fejn il-MEPA b'mod sfaċċat tibqa' għaddejja, notwithstanding li huwa ċar li l-affarijiet mexjin kontra l-liġi.", "Naħseb li l-eżistenza ta' dan il-Kumitat, li wkoll huwa rifless sa ċertu punt fil-liġijiet il-ġodda, għandu jservi biex, meta jkun hemm dawn ir-rapporti li jinvestigaw ilmenti u li se jikkonkludu kemm jekk l-ilment hux ġustifikat, kif ukoll jekk le, minflok ma jkollok tnejn mill-membri parlamentari li huma membri tal-awtorità, u allura teknikament qegħdin jinvestigaw lilhom infushom, ikun ħafna aħjar li l-membri parlamentari jassumu l-funzjoni reali tagħhom li, apparti l-irwol tagħhom fil-Parlament fejn jiddibattu u jiddiskutu policies u liġijiet, permezz tal-Kumitat jissorveljaw l-operat amministrattiv.", "Jien naħseb li dan huwa wieħed mill-modi li jkun għaqli li, biex isir u jkun effettiv, m'għandux ikollna membri parlamentari li huma parti integrali mill-awtorità regolatorja.", "Sur President, dawn huma l-kummenti ġenerali li xtaqt nagħmel.", "Ovvjament, meta wieħed jibda jiddiskuti l-liġi, hemm diversi affarijiet li jew huma żbalji fid-drafting – mill-ftit li rnexxieli nara, sibt żbalji kbar ta' drafting fejn Malti ma jaqbilx mal-Ingliż, u viċi versa – jew inkella affarijiet li jagħtu indikazzjoni ta' intenzjonijiet li mhux neċessarjament huma tajbin, jew mhumiex sbieħ jekk inhuma hekk.", "Nirreferi għal subklawsola 2 ta' klawsola 87 tal-abbozz ta' liġi propost dwar l-Awtorità tal-Ambjent, fejn il-leġiżlatur qed jipproponi li jirriżerva d-dritt li kulfejn fir-regolamenti hemm il-kliem \"id-Direttur tal-Ambjent\" jissostitwixxiha bil-kelma \"awtorità\".", "Din lili tagħtini xokk kbir għax tfisser li hemm l-intenzjoni espressa fl-abbozz li l-leġiżlatur irid jissostitwixxi l-awtorità teknika fid-deċiżjonijiet tagħha billi minflokha jpoġġi l-persuni li huma maħturin politikament biex jiddeċiedu.", "U naħseb li għandna nżommu distinzjoni bejn affarijiet li r-Regolatur li se jinħatar – irrispettivament mill-metodu kif – għandu jiddeċiedi, u l-affarijiet li huwa importanti li d-deċiżjoni dwarhom tittieħed minn persuna kompetenti teknika u mhux minn persuni li ħafna drabi mhuma kompetenti xejn.", "Ovvjament, mhuwiex il-każ li wieħed joqgħod jidħol fid-dettall tal-liġijiet, għaliex ma kellix iċ-ċans li naqrahom.", "I just skimmed through; però, dan huwa overview ġenerali lejn il-prinċipji li wieħed għandu jħares f'din id-diskussjoni.", "Nittama li aktar tard ikollna l-opportunità, anke bħala Alternattiva Demokratika, li anke fid-dawl ta' dak li għedt diġà, u fid-dawl ta' dak li hemm miktub fl-abbozzi, nippreżentaw proposti dettaljati ta' emendi għall-erba' liġijiet li qegħdin jiġu kkunsidrati.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi tas-sehem tiegħek.", "LEO BRINCAT: Sur President, jekk fhimt sew, il-Perit Cacopardo u Dr. Caruana Dingli qegħdin jitolbu li jkun hemm il-four weeks minħabba l-Aarhus Convention.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew.", "Jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex immeri l-Aarhus Convention, imma biex nirrispettaha.", "Irrid ngħid li aħna qegħdin naċċettaw il-prinċipju.", "MICHAEL FALZON: Aċċettajna l-prinċipju.", "Jibdew il-four weeks mill-bieraħ?", "LEO BRINCAT: Frankament, m'iniex qed naraha bħala an issue.", "Jekk hija ta' konfort għal kulħadd li tkun applicable mill-bieraħ ...", "MICHAEL FALZON: Strettament mill-publication, imma m'għandniex problema li nagħmluha mill-bieraħ; four weeks mill-bieraħ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Aħna naturalment nilqgħu din tal-four weeks; però, d-diffikultà tagħna hi – u hawnhekk fejn assolutament m'aħniex qed naqblu – li għada filgħodu se niftħu d-diskussjoni fil-Plenarja.", "Kif diġà qalet l-Onor.", "Marthese Portelli, aħna rridu niddibattu wkoll il-proposti li qegħdin jagħmlu dawk kollha li qegħdin quddiemna llum, u anke dawk li għalkemm mhumiex hawnhekk illum, se jibagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom.", "Assolutament ma jagħmilx sens li għada filgħodu nibdew niddibattu l-Liġi tal-Ambjent fil-Parlament, għax inti qatt ma jista' ikollok parallel running; għandek żmien fejn in-nies qed idaħħlu l-kummenti, u fl-istess żmien aħna d-Deputati qegħdin nitkellmu fuq il-liġi.", "Però, il-kummenti ma nagħtuhomx, għax il-konsultazzjoni għadha miftuħa.", "Allura l-appell tagħna hu li d-dibattitu tat-Tieni Qari fil-Plenarja m'għandux jibda għada.", "Il-ħsieb hu li għada filgħodu jibda d-dibattitu dwar il-Liġi tal-Ambjent, u filgħaxija jibda d-dibattitu dwar il-Liġi tal-Ippjanar.", "Dan assolutament ma jagħmilx sens, u kważi kważi qed iġib fix-xejn il-proposta li qed jagħmel il-Gvern.", "Għaliex, x'inhu l-iskop li inti jkollok konsultazzjoni pubblika meta ma tagħtix kasha?", "Jekk verament irid ikollna konsultazzjoni pubblika li nieħdu l-frott minnha, irid ikollna f'idejna l-proposti ta' kulmin hu nvolut qabel ma mmorru niddiskutu fil-Plenarja.", "Naħseb li m'aħniex qegħdin nitolbu xi ħaġa li ma tagħmilx sens, imma hija xi ħaġa loġika ħafna, għax m'hemmx dubju li lkoll naqblu li dawn huma liġijiet importanti ħafna u, jekk nistennew erba' ġimgħat qabel nibdew it-Tieni Qari fil-Plenarja, naħseb li nkunu qed nagħmlu ħafna iktar ġid, biex fl-aħħar ikollna liġi li wieħed jittama li jkun hemm qbil dwarha b'mod unanimu.", "THE CHAIRMAN: Xtaqt nagħmel point of information għax issemmiet l-għodda ta' dan il-Kumitat.", "F'din il-leġiżlatura, l-għodda ta' dan il-Kumitat hija waħda li qed tqarreb ħafna lill-poplu lejn il-Parlament bil-preżenza tiegħu f'dan l-istess Kumitat.", "Fil-fatt, dan il-Kumitat, f'dawn il-ftit aktar minn sentejn, diġà iltaqa' 20 darba, filwaqt fil-leġiżlatura preċedenti, f'ħames snin iltaqa' biss 12-il darba, u fil-leġiżlatura ta' qabel dik, iltaqa' disa' darbiet.", "Tajjeb nirrealizzaw li llum qegħdin niltaqgħu bi ftehim li sar ilbieraħ fil-Kamra, għax il-liġi li waqqfet lil dan il-Kumitat ma tagħtiniex il-lok li niddiskutu liġijiet imma policies, u għaldaqstant din hija xi ħaġa li dan il-Gvern qiegħed jippromwovi.", "Xtaqt ukoll infiehem ftit kif issir l-ordni tad-diskussjoni ta' abbozz ta' liġi fil-Parlament.", "F'kull abbozz ta' liġi, jkun hemm l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Qari tiegħu.", "L-Ewwel Qari ta' dawn l-abbozzi sar; it-Tieni Qari se jibda għada u fil-ġranet li ġejjin.", "Il-proprju xogħol ta' fejn jiġu diskussi l-klawsoli kollha tal-abbozz, u fejn jiġu proposti emendi u anke jitpoġġew għall-vot, isir fil-Kumitat Permanenti dwar l-Abbozzi ta' Liġijiet fejn, kemm il-Gvern, kif ukoll l-Oppożizzjoni, jkollhom iċ-ċans jipproponu tibdil għall-klawsoli.", "Il-proprju xogħol mirqum ta' kif abbozz isir liġi, ma jsirx fil-Parlament – għalkemm hemmhekk jittieħdu anke l-opinjonijiet varji tal-Membri Parlamentari – imma jsir fil-Kumitat Permanenti dwar l-Abbozzi ta' Liġi.", "Ngħaddi issa għat-tielet kelliem li għandna li huwa s-Sur Alfred Baldacchino, li se jitkellem f'ismu bħala ċittadin.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Mr Chairman, xtaqt li kont inkun f'pożizzjoni li nagħti l-kummenti tiegħi b'mod dettaljat, imma, kif diġà ntqal minn kelliema oħra qabli, tkun prużuntuż jekk tgħid li f'inqas minn 24 siegħa tixtarr tliet abbozzi li fihom 'il fuq minn 400 paġna.", "Jiena kont involut sa mill-ewwel liġi tal-ambjent li saret fl-2001 – wara kien hemm dik li biddlitha, imbagħad dik li waqqfet il-MEPA, u issa din – jiġifieri ċerta esperjenza għandi.", "Xtaqt nikkompara kif tjiebet jew ma tjiebitx; imma, fil-ħin limitat ma kienx hemm ċans li nagħmel dan.", "Għalhekk, iddedikajt l-attenzjoni tiegħi għall-Abbozz dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent.", "Hemm xi kummenti li forsi jistgħu jkunu kosmetiċi, imma hemm oħrajn li ma tantx huma.", "Pereżempju, fi klawsola 2 hemm li \"Kumitat Permanenti\" ifisser Kumitat Permanenti għall-Ippjanar u l-Ambjent stabbilit skont artiklu 31.", "Meta imbagħad tmur fuq klawsola 31, tara li din tgħid li \"il-Ministru għandu jirreferi dawn li ġejjin lill-Kumitat Permanenti għall-Ippjanar u l-Ambjent\", u sakemm mhux minħabba l-għaġġla biex inkompli nara l-abbozz, jien ma sibt ebda indikazzjoni kif dan il-Kumitat Permanenti huwa stabbilit skont artiklu 31.", "Ma nafx jekk hux qed jirreferi għal dan il-Kumitat tal-Kamra, għax m'hemm ebda indikazzjoni ta' x'inhu l-Kumitat Permanenti jew kif dan għandu jiġi stabbilit.", "Punt ieħor li ħassejt li kelli nsemmi huwa li, f'subklawsola 9 ta' klawsola 8, hemm li \"fit-twettiq tal-funzjonijiet taħt dan l-Att, l-Awtorità għandha, safejn hu possibbli, tagħmel riferenza għall-aħjar prattiċi fl-Unjoni Ewropea u ssegwihom\".", "Issa kif nafu, l-Environmental Acquis tal-Unjoni Ewropea rigward l-ambjent għandu ċerti obbligi li mhux biss wieħed irid jindirizzahom safejn hu possibbli, imma għandu jimplimentahom ukoll.", "U hawnhekk bilfors li wieħed jistaqsi: Għaliex \"safejn hu possibbli\"?, meta l-obbligi tal-Environmental Acquis tal-EU qegħdin hemmhekk biex wieħed isegwihom u jimplimentahom, u mhux safejn hu possibbli.", "Ħaġa oħra li ma sibtx spjegazzjoni għaliha – u ma nixtieqx niġri bl-immaġinazzjoni u ndaħħal flieles f'moħħi – hi li klawsoli 15 sa 17 jitkellmu fuq ingaġġ ta' uffiċjali pubbliċi.", "Hemm tliet klawsoli sħaħ li jitkellmu dwar dan u, fl-injoranza legali tiegħi, neħodha li se jkun hemm xi influx minn uffiċjali pubbliċi għal din l-awtorità l-ġdida.", "U hawnhekk ukoll xtaqt nara u nikkompara mal-Abbozz tal-Ippjanar – ovvjament ma kellix ċans għax dan l-abbozz ukoll huwa xi ħaġa ġdida – ħalli nara jekk hemmx l-istess viżjoni, l-istess implimentazzjoni u l-istess kunċett rigward uffiċjali jew jekk dan japplikax biss għal-Liġi dwar l-Ambjent.", "Problema oħra li sibt – forsi nista' niġi kkorreġut għax, kif għedt, użajt ħafna ħin li s-soltu nkun rieqed fih biex rajt dawn l-abbozzi – hi li l-Kunsill Eżekuttiv jissemma f'subklawsola 1 ta' klawsola 19, u ma sibtx definizzjoni ta' x'inhu dan il-Kunsill Eżekuttiv, la fit-tifsir u lanqas fil-kontenut.", "Jekk xi ħadd jindikali li qiegħda hemm u qabżitli, niskuża ruħi, imma s'issa dan il-Kunsill Eżekuttiv li jissemma f'subklawsola 1 ta' klawsola 19 ma sibtx indikazzjoni x'inhu, kif inhu kompost u x'inhuma l-għanijiet u l-funzjonijiet tiegħu.", "Kumment ieħor li xtaqt nagħmel hu fuq klawsola 44.", "L-ewwel nett irrid ngħid li sibt diffikultà kbira biex naqra t-test Malti, u ħafna drabi kelli nirreferi għall-Ingliż biex nara x'ried jgħid.", "Fil-fatt, tgħallimt kelma oħra bil-Malti li wara skoprejt li hija Taljana!", "(Interruzzjonijiet) Le, mhijiex kwestjoni ta' ortografija, imma kwestjoni ta' użu ta' kliem.", "Fi klawsola 44, hemm riferenza għal \"valutazzjoni ambjentali strateġika\" li, fl-abbozz innifsu, m'hemmx xi tfisser, imma bl-għajnuna tat-text Ingliż – kif nafu, it-test Malti huwa dak li jipprevali, filwaqt li t-test Ingliż nirrikorru għalih jekk ikun hemm xi diffikultà ta' interpretazzjoni – hija mniżżla bħala \"strategic environment assessment\".", "Naturalment hemm ċerti liġijiet u obbligi tal-EU, u m'hemm l-ebda cross reference għall-ebda liġi, kif normalment isir, dwar kif din għandha tiġi implimentata.", "U naħseb ma jkunx ħażin li wieħed jagħmel tifsira ta' xi tfisser \"strategic environment assessment\".", "Subklawsola 4 ta' klawsola 45 jgħid li \"meta jkun qed jitħejja jew jirrevedi l-istrateġija nazzjonali għall-ambjent, il-Ministru għandu ...\" u hemm il-punti fuqhiex il-Ministru għandu jibbaża dawn l-istrateġiji nazzjonali.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hi: Għaliex meta l-Environment Acquis tal-EU huwa s-sors, li fuqu huma msejsa l-liġijiet ambjentali ta' Malta, m'hemm l-ebda riferenza għall-Environment Acquis tal-EU, minn fejn joħorġu ċerti obbligi, fejn għandna ċerti regolamenti, fejn għandna ċerti deċiżjonijiet, fejn hemm ċerti direttivi, u fl-opinjoni tiegħi – forsi l-esperjenza tiegħi tal-passat titqies bħala burokratika ż-żejjed – dak li fuqhom għandu jiġi msejjes kwalunkwe pjan ta' strateġija tal-ambjent ...?", "(Interruzzjonijiet) Le, ma baqagħlix wisq.", "Issa, wara li ma kellix ċans naqra l-abbozzi, nispera li jkolli ċans naqra dawn in-noti!", "MICHAEL FALZON: Qrajthom żgur inti.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Għaliex?", "Qed ngħid xi ħaġa mhijiex korretta, Onorevoli?", "THE CHAIRMAN: Sur Baldacchino, jekk jogħġbok indirizza lili.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Skużani.", "Meta ppruvajt inħares lejn l-Abbozz tal-Ippjanar, twaħħaxt għax, mad-daqqa t'għajn, rajt ċerti affarijiet gravi, u peress li ma kellix ċans, u anke għax kont għajjien, għedt li aħjar inħallihom għal meta nkun iktar komdu, anke biex inkun ċert.", "Subklawsola 2 ta' klawsola 87, li rrefera għalih il-Perit Cacopardo, jgħid li l-kelma \"direttur\" għandha tinbidel f'\"awtorità\".", "Fl-opinjoni tiegħi, u mill-esprjenza li għandi tal-problemi li kien hemm meta din ipprovat tiġi attwata, ikun hemm rebus għax it-teknikalità tad-direttur li għandu viżjoni wiesgħa fuq il-Liġi tal-Ambjent ma tistax tiġi meħuda minn awtorità li ma nistgħux ma nammettux u ma naċċettawx li n-nies tagħha huma appuntati b'mod politiku.", "Jiġifieri, hawnhekk qed immorru għal deċiżjoni politika, u qed nissuperaw il-pariri u d-deċiżjonijiet tekniċi tad-Direttur.", "With hindsight, nistgħu ngħidu li meta l-ambjent għamel 13-il sena fi ħdan il-MEPA, sitt snin minnhom mingħajr Direttur kif għadu llum, jinħolqu problemi ta' amministrazzjoni, kemm fuq lok nazzjonali, kif ukoll fuq lok internazzjonali, speċjalment meta joħorġu permessi mhux mid-direttur li huwa obbligat joħroġhom, imma minn xi ħaddieħor.", "Is-sistema nafu kif timxi: jekk id-direttur joġġezzjona minħabba raġunijiet tekniċi, allura jkun hemm pressure politiku biex joħorġu.", "U mhuwiex ġieħ għall-ebda direttur li huwa tekniku u professjonali li jitneħħa minn din ir-responsabilità, b'din ir-responsabbiltà titpoġġa fi ħdan l-awtorità.", "Barra minn hekk, ma nafx għalfejn qiegħda hemmhekk għax din hija a secondary legislation, u m'hemmx bżonn Att biex wieħed jirranġaha, għax jista' joħroġha b'avviż legali.", "Din lili tħassibni ħażin.", "Fl-aħħar nett, xtaqt nirreferi għall-Iskeda Nru. 1.", "Hawnhekk, forsi l-avukati jistgħu jgħinuni għaliex m'iniex avukat.", "Il-funzjonijiet tal-awtorità huma kif joħorġu minn klawsola … (Interruzzjonijiet)", "Jekk jogħġbok, poġġi bilqiegħda, issa jkollok ċans titkellem.", "Hawnhekk hawn ċertu ordni, u din inżommha jiena.", "M'għandekx dritt titkellem issa.", "Xtaqt ninfurmakom – kont se nagħmel dan wara li jispiċċa jitkellem is-Sur Baldacchino biex ma ninterrompihx – li l-laqgħa qed tixxandar dirett fuq it-televiżjoni fuq l-istazzjon tal-Parlament.", "Sur Baldacchino, tista' tkompli, u nitolbok tikkonkludi għax skada l-ħin b'żewġ minuti.", "IS-SUR ALFRED BADACCHINO: Mr Chairman, se nagħmel l-aħħar żewġ punti żgħar.", "Skeda Nru. 1 tgħid li l-funzjoni tal-awtorità toħroġ minn artiklu 6 tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li hemm bħalissa.", "Kif nista' nifhem jien – sakemm ma niġix ikkorreġut – meta dawn l-abbozzi jgħaddu u jsiru liġijiet, l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp jiġi revokat.", "Allura jien nistaqsi: Tista' liġi tirreferi għal liġi oħra li ġiet revokata, u tgħid li l-awtorità tieħu l-kompetenza tagħha minn dawk il-provisions ta' liġi li ġiet revokata?", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar l-Abbozz dwar it-Tribunal.", "Jien qrajt l-introduzzjoni u l-ewwel artiklu biss.", "Dan it-tribunal se jkun iffurmat minn tlieta minn nies: avukat li jkun iċ-Chairman, u tnejn oħra li jridu jkunu familjari mal-Liġi tal-Ambjent u mal-Liġi tal-Ippjanar, jiġifieri bejn wieħed u ieħor, iridu jkunu avukati wkoll biex ikunu familjari mal-liġi.", "Meta l-Liġi tal-Ambjent hija bbażata 99% fuq affarijiet tekniċi u fuq affarijiet xjentifiċi, kif jista' xi ħadd imur quddiem Bord Tribunali li jekk issemmilu, pereżempju \"area fasitola\", ma jkunx jaf xi tfisser, għax biex tkun taf xi tfisser trid tkun intiż fis-suġġett?", "Allura, kif jista' wieħed ikollu appell fuq xi ħaġa simili u ma jkollux il-background xjentifiku, kif jista' jifhem għaliex ittieħdet dik id-deċiżjoni?", "Hawnhekk nista' nirreferi għal-laqgħa preċedenti ta' dan il-Kumitat fejn kellna rapport mingħajr il-kontribuzzjoni xjentifika tad-Dipartiment tal-Ambjent.", "Jien ma naħsibx li huwa l-għan tal-Gvern li jkollna rapporti jew deċiżjonijiet meħuda li jkunu simili għal dik l-esperjenza li kellna l-aħħar darba.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa ngħaddi għall-kelliem li jmiss, li huwa s-Sur David Pisani, għan-nom tal-Front Ħarsien ODZ.", "Nitlob li, kemm jista' ikun, inżommu mal-ħin, ħalli din id-diskussjoni tibqa' ħajja.", "IS-SUR DAVID PISANI (Front Ħarsien ODZ): F'isem il-Front Ħarsien ODZ, nixtieq ngħaddi l-istatement tagħna.", "L-ewwel nett, naħseb li hawn consensus li ż-żmien ta' konsultazzjoni għandu jitwal.", "Għalina, bħala Front Ħarsien ODZ, ħassejniha bħala offiża meta rajna l-affarijiet kif qed jipproċedu f'daqshekk żmien qasir; qed nitkellmu fuq tlett ijiem.", "Jekk se nitkellmu fuq konsultazzjoni wiesgħa mal-NGOs, tajjeb li din insostnuha bl-għemil tagħna, mhux biss bil-kliem.", "Dalgħodu, aħna ħriġna stqarrija fejn għedna li l-fatt li m'hemmx konsultazzjoni jfisser li l-Gvern qiegħed jirrombla fuq l-NGOs.", "Dak huwa l-istatement tagħna u ma niddejqux ngħiduh.", "MICHAEL FALZON: Mr Chairman, mhux biex inwaqqaf lis-Sur Pisani, però, għall-preċiżjoni, rrid ngħid li m'għandniex ninsew li fl-2014 kien hemm ukoll erba' ġimgħat konsultazzjoni.", "Issa jekk dak iż-żmien il-Front Ħarsien ODZ ma kienx jeżisti, mhuwiex tort tal-Gvern.", "Ejjew ma ninsewx li qabel dawn l-erba' ġimgħat li qbilna dwarhom – anzi issa qed naqblu li jkunu erba' ġimgħat u ftit jiem – kien hemm ukoll erba' ġimgħat oħra konsultazzjoni fl-2014.", "Jiġifieri, li noqogħdu niġu hawnhekk u nużaw ħafna termini ta' nirromblaw u mhux nirromblaw, mhux qiegħda f'postha.", "For the record, nerġa' ngħid li kien hemm erba' ġimgħat oħra ta' konsultazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom.", "Mexjin tajjeb ħafna, u napprezza s-sehem, il-koperazzjoni u l-kollaborazzjoni tagħkom.", "Ejjew nibqgħu nimxu kif qegħdin mexjin b'mod bħala poplu ċivili.", "Nifhem li hawn ħafna fehmiet differenti, u nifhem li kulħadd għandu l-voice of reason tiegħu; imma ejjew, kemm jista' ikun, nimxu biex il-leħen tal-NGOs jinstema' wkoll.", "L-Onor.", "Marthese Portelli, fuq punt ta' kjarifika, u nitolbok tkun konċiża.", "MARTHESE PORTELLI: Mr Chairman, jiena biex nikkjarifika dak li qal ir-rappreżentant tal-Front Ħarsien ODZ.", "Ir-rappreżentant tal-Front Ħarsien ODZ, bħalma qalu wkoll diversi NGOs oħra, qiegħed jikkritika l-mod ta' kif saret il-konsultazzjoni fuq dawn il-liġijiet li ġew ippubblikati u kienu available għalihom nhar il-Ġimgħa li għaddiet.", "Fuq dik qegħdin jitkellmu, u m'għandniex nippruvaw indawru d-diskors.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Nerġa' nippreċiża li jien kulma għedt hu li kien hemm erba' ġimgħat konsultazzjoni s-sena li għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sur Pisani, nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "IS-SUR DAVID PISANI: Mr Chairman, dan li qed jgħid il-Ministru jikkonferma dak li qed ngħid jiena, jiġifieri qed jagħmel enfasi ta' dak li qed ngħid jien, u aktar jikkonvinċini li f'dak li qed ngħid jien għandi raġun, għax għalhekk għamel l-argument tiegħu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq tliet abbozzi ta' liġi li wieħed minnhom fih 76 paġna u 86 klawsola, jiġifieri huwa twil ħafna u, apparti hekk, trid toqgħod tqabbel mal-liġijiet preżenti biex tara x'daħal iżjed u xi tneħħa.", "Jiġifieri, aktar u aktar għandu jkun hemm iktar konsultazzjoni.", "Li qed ngħidu aħna, bħala Front Ħarsien ODZ, huwa li ż-żmien ta' konsultazzjoni għandu jiżdied.", "Aħna ma naqblux li għandu jkun erba' ġimgħat, imma għandu jkun estiż għas-sajf ħalli jkun hemm iktar ċans fejn aħna nirrevedu l-liġijiet qodma ma' dawk tal-lum kif se jiġu emendati.", "Jekk il-Ministru ħass bħala offiża l-argument tagħna li l-Gvern irrombla, ngħidlu li aħna għedniha għall-fatt li kif saru l-affarijiet … Il-fatt li ntlaħaq qbil li l-proċess kien qasir, u dan ġie estiż għal erba' ġimgħat, ifisser li dak li għedna f'istatement tagħna dalgħodu kellna raġun fuqu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Issa nitlob lil Monique Agius, rappreżentanta tal-Front Ħarsien ODZ, biex tagħmel il-preżentazzjoni tagħha.", "MONIQUE AGIUS (f'isem il-Front Ħarsien ODZ): Suppost dan huwa Gvern li jisma', u għalhekk aħna qegħdin hawnhekk għall-konsultazzjoni pubblika; però, kif semma s-Sur David Pisani qabli, dawn l-abbozzi fihom ħafna klawsoli, u għaldaqstant ma tantx jidher li l-Gvern jisma', għax ħafna minna ma laħqux jippreparaw għall-consultation, filwaqt li għada se tibda d-diskussjoni fil-Parlament.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Jekk intom tridu tmorru b'diskussjoni fil-Parlament, u tridu verament tisimgħu lill-pubbliku, lill-NGOs, lill-iżviluppaturi, u 'l dawk kollha li jridu jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom, id-diskussjoni fit-Tieni Qari ta' dawn l-abbozzi kellha tiġi posposta kompletament, u ssir wara li jkun hemm il-konsultazzjoni.", "X'jiswa li jkollna konsultazzjoni biex, in parallel magħha, jkun hemm id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dawn l-istess abbozzi?", "Għalhekk, bħala Front Ħarsien ODZ aħna sejjaħna dalgħodu biex ikun hemm konsultazzjoni wara li jgħaddi s-sajf, u li l-Gvern ma jibqax jinsisti li jibqa' għaddej minn fuq is-soċjetà ċivili b'dan il-mod.", "Fl-aħħar nett, tajjeb nistaqsu min hu l-assolutist, jekk hux il-Gvern li qed jagħmel konsultazzjoni llum biex għada jmur fil-Parlament u jibda jiddiskuti l-liġijiet, meta ħadd minna ma seta' jikkontribwixxi għal diskussjoni serja għax ma kellniex ċans biżżejjed biex naqrawhom, jew dawk li qegħdin jiippruvaw iħarsu l-ambjent.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "HELENA PORTELLI (f'isem Friends of the Earth): Il-punt tagħna huwa qasir ħafna, għax kif qalu l-NGOs l-oħra – li hawnhekk, sfortunatament, qed nara hawn tlieta biss – ma kellniex ċans niddiskutuhom.", "Aħna għandna Bord Eżekuttiv u membri li kollha jridu jkunu on board, u ma nistgħux nagħtu statements mingħajr ma jkollna l-assigurazzjoni tagħhom.", "Jiġifieri, ma kienx hemm ċans li jkollna meeting tal-Eżekuttiv, u wisq inqas tal-Bord, u wisq inqas li ndawru d-dokumenti mal-membri tagħna.", "Jiġifieri, dan tal-lum għalina huwa meeting kosmetiku; aħna ġejna għax konna mistiedna, però ma nistgħux nagħtu l-input tagħna.", "Jien naqbel li jkun hemm konsultazzjoni itwal, għax ovvjament din ma kenitx suffiċjenti.", "Ma naħsibx li kellna għalfejn niġu hawnhekk illum u nitolbu dan il-meeting biex dan isir.", "Għandha tkun prattika normali li konsultazzjoni li suppost issir f'erba' ġimgħat issir f'erba' ġimgħat, u ma naħsibx li għandna għalfejn niddiskutu dak il-punt.", "Bażikament min-naħa tagħna dak li kelli xi ngħid.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' dawk preżenti li kitbulna r-Ramblers' Association u nfurmawna li jidhrilhom li ma kellhomx żmien biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħtu sehemhom f'dan il-Kumitat, u għaldaqstant qiegħed nirreġistra l-ittra li huma bagħtulna.", "Marthese Portelli u lill-Ministru Leo Brincat biex jagħmlu intervent ta' ħames minuti kull wieħed, biex imbagħad nerġgħu ngħaddu għat-taqsima l-oħra ta' din il-laqgħa.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Just biex nikkjarifika, jien staqsejt liċ-Chair jekk aħniex se nkomplu bid-diskussjoni peress li naf li hawn xi wħud minn dawk preżenti li jixtiequ jitkellmu wkoll.", "Jiġifieri, wara li nikkummentaw jien u l-Ministru Leo Brincat, se jkun hemm opportunità oħra sabiex min jixtieq, ikun jista' jitkellem?", "THE CHAIRMAN: Huwa l-ħsieb tiegħi li fit-tieni taqsima jkun hemm is-sehem tal-pubbliku preżenti; però, qabel xtaqt nagħti ħames minuti kull wieħed liż-żewġ Membri sabiex jagħmlu sommarju fuq dak li semgħu.", "MARTHESE PORTELLI: Is-summary tiegħi se tkun waħda qasira ħafna.", "L-ewwel nett, nixtieq nerġa' nikkjarifika punt dwar il-public consultation li diġà saret.", "L-Onor.", "Michael Falzon qal li diġà saret konsultazzjoni pubblika fejn l-NGOs kellhom l-opportunità li jitkellmu.", "Naħseb tajjeb li nikkjarifikaw li, f'dik il-public consultation, id-dokument dwar id-demerger kien għadu mhuwiex available, u kien ġie msemmi lill-għaqdiet preċiżament dakinhar.", "Jiġifieri, jiena nerġa' intenni l-pożizzjoni tiegħi li ma tistax tikkummenta fuq dokument li tkun għadek ma rajtx.", "U allura, biex norbot ma' din, l-ewwel nett nerġa' intenni l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni li ma jagħmilx sens li għada filgħodu mmorru fil-Plenarja niddibattu l-Liġi tal-Ambjent, u filgħaxija se niddibattu l-Liġi tal-Planning.", "Jiġifieri, għada se jkollna maratona – m'hemmx kelma oħra – ta' kelliem wara l-ieħor jitkellem fuq l-ambjent u fuq l-ippjanar, meta llum ħafna mir-rappreżentanti li ġew jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom magħna qalulna bl-iktar mod ċar li sal-lum m'għandhomx il-pożizzjoni kompluta.", "U allura jien, li qed nirrappreżenta lill-poplu, kif nista' għada nitla' fil-Plenarja u nitkellem?", "Jekk jien għada se nitla' fil-Plenarja u nitkellem, inkun qed nitkellem u ngħid l-opinjoni tiegħi, minkejja li lili eleġġewni n-nies, u għandi nirrappreżenta lin-nies.", "Punt ieħor li xtaqt inqajjem, u li se tkun bħala proposta min-naħa tagħna bħala Oppożizzjoni, hu li, peress li issa se jitwal iż-żmien tal-konsultazzjoni, u peress li xorta huwa perijodu pjuttost qasir għal tliet liġijiet li huma voluminużi, il-MEPA forsi tista' tipprepara dokument fejn tagħmel analiżi imparzjali – u nerġa' nenfasizza li jrid ikun imparzjali, mhux bħar-rapport li kien ġie ppreżentat fuq il-każ tas-site selection f'Taż-Żonqor – tal-liġijiet eżistenti llum, u dawk li qed jiġu proposti, jiġifieri jaqbdu d-Development Planning Act u l-liġijiet tal-lum u jgħidulna x'hemm differenti bejniethom, biex almenu l-NGOs ikollhom pedament minn fejn jistgħu jibdew u jkollhom ukoll point of reference.", "Jekk verament irridu naħdmu flimkien, irridu naraw li l-Gvern – li wara kollox għandu l-għodda f'idejh – jgħin lill-NGOs sabiex jagħmlu xogħolhom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "LEO BRINCAT: Li ma naqblux fuq dak li m'aħniex qed naqblu dwaru nifhem, imma ma naħsibx li jaqbel li jkollna disagreement fuq dak li qed naqblu dwaru.", "Jiena fl-ebda stadju m'għedt li aħna konna ddiskutejna abbozz ta' liġi.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Portelli, jien smajtek ...", "MARTHESE PORTELLI: Ministru, jien m'għedtx hekk, u bħalma inti kkorreġejtni qabel, issa nikkorreġik jien ukoll.", "LEO BRINCAT: Mela jekk nikkwotak ħażin, ikkorreġini wara, għandek ir-right of reply.", "Meta kienet saret konsultazzjoni f'Robert Samut Hall tal-Furjana – dak iż-żmien kien responsabbli minn dan il-qasam il-kollega tagħna, l-Onor.", "Michael Farrugia – kien hemm qafas ta' ħsebijiet u ma kienx hemm abbozz ta' liġi.", "Dakinhar, aħna konna tlabna s-suġġerimenti u anke proposti, u kien hemm żmien ta' konsultazzjoni.", "U ż-żmien ta' konsultazzjoni – jista' jikkonferma dan aktar minni l-kollega tiegħi – kien anke ġie estiż.", "Hawnhekk għandi wħud mis-sottomissjonijiet li daħlu dakinhar, u nista' nikkonferma li, kemm min-naħa tagħna, kif ukoll min-naħa tal-Ippjanar, dawn ġew miflija bir-reqqa kollha u, f'ħafna każi, wħud minn dawn is-suġġerimenti ġew taken on board u anke ġew inkorporati fl-abbozzi ta' liġi nnifishom.", "Niġu għad-diskussjoni ta' għada.", "Nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni kienet tkun f'pożizzjoni skomda kieku kellha aċċess għad-dokumentazzjoni nhar il-Ġimgħa meta ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern; imma l-fatt hu li d-dokumenti ilhom għandhom mis-16 tax-xahar, u allura kellhom mhux biss żmien biżżejjed biex jirriflettu fuqhom, imma – kif jista' jgħallimni min hu intiż fil-proċedura parlamentari aktar minni – meta ġieli fl-imgħoddi jiena stess għamilt l-iżball u kkwotajt fis-Second Reading klawsoli mill-abbozz ta' liġi nnifsu, diversi Speakers – u, jekk m'iniex sejjer żball, wieħed minnhom kien Lawrence Gonzi li kien eċċellenti fil-proċedura – kienu jiġbdu l-attenzjoni li fis-Second Reading wieħed irid jitkellem fuq il-broad outline iktar milli fuq id-dettall ta' klawsola klawsola.", "Dak isir meta jiġu miflija l-abbozzi ta' liġi.", "Il-punti kollha li se jkunu qed jissollevaw il-korpi kostitwiti, il-constituted bodies, u anke entitajiet oħrajn li, għal xi raġuni jew oħra, mhumiex preżenti hawnhekk, imma jħossu li għandhom jagħtu s-sottomissjonijiet, se jkunu qegħdin jiġu evalwati, mhux min-naħa tal-Oppożizzjoni biss, iżda anke min-naħa tal-Gvern, u n-naħa tal-Gvern, fejn se jkun hemm affarijiet li jidher li huma prattiċi u pożittivi, se jkun qed jagħmilhom tiegħu u jagħti l-kredtu where credit is due.", "Qed ngħid dan mhux għall-benefiċċju tagħkom, għax naf li tafu l-proċedura parlamentari, imma ħafna nies hemm barra ma jagħmlux id-distinzjoni netta – u m'iniex qed ngħid dan biex ninsolenta lil xi ħadd – bejn dak li huwa l-istadju ta' Kumitat, l-istadju tat-Tieni Qari, eċċ. Jiġifieri, d-dibattitu fl-istadju tat-Tieni Qari jista' jsir faċilment għaliex l-entitajiet politiċi kellhom żmien biżżejjed biex jirriflettu fuq il-liġi.", "Meta mbagħad niġu għall-istadju ta' Kumitat, se jkollna l-konfort li nkunu assorbejna l-fehmiet kollha ta' dawk kollha li wieġbu għall-konsultazzjoni li jidher hemm qbil dwarha, u li mhi tikser jew ixxellef bl-ebda mod l-Aarhus Convention.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: L-ewwel nett, nirringrazzja lill-Ministru Leo Brincat li kkonferma li fuq dawn il-liġijiet li għandna llum ma saritx public consultation.", "Grazzi, ikkonfermajthielna llum.", "It-tieni punt: m'għandi l-ebda diffikultà li, bħala Oppożizzjoni, jien personalment u l-kollegi sħabi, għada mmorru niddibattu fil-Plenarja.", "Il-punt kollu kien li, biex verament issir konsultazzjoni u biex verament inwasslu l-messaġġ hemm barra ta' x'verament aħna l-politiċi għandna u rridu f'dawn il-liġijiet, l-ewwel irridu nisimgħu x'għandhom xi jgħidu.", "M'għandi l-ebda diffikultà li l-proposti tagħhom tagħmilhom tiegħek, anzi nħeġġek biex il-proposti li se jressqu l-NGOs tinkluduhom kollha kemm huma, mhux bħalma għamiltu fl-iSPED, fejn il-proposti li ressqu l-NGOs ġew injorati kważi kollha fit-totalità tagħhom.", "Jien mistoqsija waħda biss għandi: X'inhi d-diffikultà tiegħek biex, minflok nibdew id-diskussjoni għada fil-Plenarja, nibdewha wara li nkunu smajna lill-NGOs?", "THE CHAIRMAN: Issa se nistieden lil dawk l-entitajiet jew ċittadini li jinsabu preżenti u jixtiequ jsemmgħu leħinhom, sabiex b'hekk ikollna cross section ta' fehmiet differenti.", "Kull kelliem se jkun jista' jagħmel intervent ta' żewġ minuti.", "Nixtieqkom turuni min jixtieq jitkellem ħalli naraw kemm għandna bżonn ħin.", "Irrid niġbed l-attenzjoni tas-Sur Sandro Chetcuti, għaliex aktar kmieni għadda kummenti li aħna għamilna l-istedin lill-NGOs bħala prassi ta' dan il-Kumitat.", "Is-Segretarja tal-Kumitat iċċekkjat jekk l-entità li inti tirrappreżenta hijiex listed bħala NGO, u ma sibnihiex: għaldaqstant, l-istedina ma setgħetx issir.", "Ġejt infurmat ukoll li Ms. Astrid Vella kienet diġà avżatna li xtaqet titkellem f'isem l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar.", "Kien nuqqas min-naħa tagħna b'mod amministrattiv li ma tajnihiex ċans titkellem, u għaldaqstant se nagħtuha ċans wara li jitkellmu dawn l-erba' kelliema li semmejt.", "Insejjaħ issa lis-Sur Chetcuti.", "IS-SUR SANDRO CHETCUTI (f'isem il-Malta Developers Association - MDA): Mr Chairman, l-ewwel nett, irrid ngħid li aħna ilna rreġistrati bħala NGO għal madwar erba' snin, u n-numru tar-reġistrazzjoni huwa 607.", "Kont napprezza ħafna kieku l-MDA – jien qed nitkellem f'isem sħabi li hawn bosta minnhom preżenti – li llum tirrappreżenta l-industrija tal-kostruzzjoni … Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-planning, and we are the only voice in Malta li nirrappreżentaw lill-industrija.", "Aħna nippretendu li ningħataw l-istess opportunitajiet daqs ħaddieħor.", "Nerġa' ngħid li aħna rreġistrati bħala NGO, u nħoss li konna żvantaġġjati ħafna li ma ġejniex innotifikati.", "Mr Chairman, jidher ċar li d-dokument huwa żbilanċjat kontra l-iżviluppatur.", "L-ewwel kellna l-Planning Authority, imbagħad evolviet fil-Malta Environment and Planning Authority, u issa l-environment se jkollu awtorità li tkun fuq kollox.", "Jien naqbel li jkun hemm awtorità li fil-prinċipju tħares u ssaħħaħ l-ambjent; però f'minuta ma nistax nagħtik ċerti dettalji.", "Li nista' ngħidlek hu li għandna ħafna xi ngħidu, rajna l-Oppożizzjoni hawnhekk qed tesiġi li tirrappreżenta lill-pubbliku u lill-poplu, aħna parti mill-poplu, aħna ma ġejniex ikkonsultati, u l-Oppożizzjoni fl-ebda ħin ma għajtulna biex inkunu parti mid-diskussjoni ta' dan il-proċess tant importanti.", "Aħna kulma nixtiequ hu li tagħtuna ftit ċans niddiskutu l-punti li hemm li huma rilevanti.", "Aħna m'għandna xejn kontra li l-ambjent jissaħħaħ; anzi, għalina aħjar li l-ambjent jissaħħaħ għax ikun hawn iktar fair level playingfield.", "THE CHAIRMAN: Nitolbok tikkonkludi għax għaddew iż-żewġ minuti.", "IS-SUR SANDRO CHETCUTI: Mr Chairman, tapprezza li konna żvantaġġjati ħafna.", "THE CHAIRMAN: Qabel titlaq minn fuq il-Mejda, xtaqt nistaqsik x'jisimha l-NGO li tirrappreżenta.", "THE CHAIRMAN: Jien għadni kemm iċċekkjajt mal-lista uffiċjali li kienet ġiet mgħoddija lilna tal-NGOs irreġistrati, u n-numru 607 huwa r-registration number tal-NGO li ġġib l-isem ta' Clear Dimension Training Centre.", "IS-SUR SANDRO CHETCUTI: Mela hemm xi żball.", "Ma neħodhiex bi kbira f'dan il-pajjiż li jkun hawn dan it-tip ta' żbalji!", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak tas-sehem tiegħek, u nistieden issa lis-Sur Stivala.", "IS-SUR MICHAEL STIVALA: Jiena naħseb li waħda mit-tibdiliet li qegħdin isiru hija li l-Building Regulations Office (BRO) se jingħaqad mal-MEPA.", "Jiena naħseb li bħala prinċipju dan m'għandux ikun għax se jkun hemm konfużjoni fuq l-onus tal-ownership.", "Il-BRO, bħala uffiċċju, jidħol ħafna fuq ownership, u l-planning m'għandux jidħol fuq kwestjonijiet ta' ownership.", "Hemm imbagħad il-mod kif se jiġi ffurmat il-Planning Board.", "Fil-Planning Board se jkun hemm rappreżentanti ta' ENGOs, u mhux se jkun hemm rappreżentanti tal-iżviluppaturi.", "Jiena, bħala żviluppatur, ma nafx għalfejn se jkun hemm iċ-Chairman tal-Environment Authority rappreżentat fil-Planning Board, se jkun hemm ir-rappreżentant tal-ENGOs, imbagħad l-applikanti mhuma se jkunu rappreżentati xejn.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu ħafna fuq environment, imma m'aħna nisimgħu xejn fuq id-drittijiet tal-applikanti.", "Kull wieħed u waħda minna xi darba għamel xi applikazzjoni għand il-MEPA.", "Fil-verità qegħdin nitkellmu jekk dan it-tibdil fil-liġi huwiex se jkun ta' vantaġġ għall-applikant, jiġifieri għal kull wieħed u waħda minna?", "Hemm punt pożittiv li l-ambjent għandu jiġi protett; imma l-4,000 persuna li ta' kull sena jressqu applikazzjoni quddiem il-MEPA, ħadd mhu qed jitkellem fuq kif għandna nipproteġuhom?", "Ħadd mhu qed jitkellem fuq dawk l-applikanti li japplikaw għal permess biex jiftħu xi tieqa u jdumu x-xhur jistennew għal risposta?", "THE CHAIRMAN: Grazzi tas-sehem tiegħek.", "IS-SUR ANTON CAMILLERI: Mr Chairman, jien nemmen li l-ambjent għandu jiġi protett, imma mill-banda l-oħra naħseb li qegħdin noħolqu liġijiet li ħafna nies qegħdin jabbużaw minnhom biex ikunu jistgħu jfixklu lil \"dak\" u lill-\"ieħor\", u ħadd ma jidħol responsabbli għad-danni.", "Aħna ngħaddu minn dawn l-affarijiet kuljum.", "Mela aħna entrepreneurs li nħaddmu n-nies u, minflok ma niġu pprotetti, nispiċċaw vittmi ta' dan it-tip ta' nies għax, jekk ma tagħmilx kif irid hu, jivvendikak … Hemm bżonn li aħna niġu protetti.", "Barra minn hekk, għandna anke liġijiet li jmorru lil hinn minn pajjiżi oħrajn tal-Ewropa, bħal pereżempju, l-environmental impact assessments (EIAs).", "Meta tiġi biex tagħmel EIA, il-liġijiet tagħna jibdew minn ċertu kobor ta' proġetti, mentri barra minn Malta jmorru ferm ikbar.", "Jien naħseb li dawn l-affarijiet għandhom jiġu kkunsidrati.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "IL-PERIT SIMONE VELLA LENICKER: Nixtieq ngħid li jien ili membru fil-Kunsill tal-Kamra tal-Periti sa mill-2013; però llum m'iniex qed nitkellem bl-ebda mod f'isimhom.", "Dak li se ngħid se ngħidu f'ismi personali.", "Jien xtaqt nistaqsi jekk il-Kamra tal-Periti u ċ-Chamber of Planners kenux mistiedna għal din il-laqgħa.", "Irrid ngħid li, meta kienet saret il-public consultation fl-2014, jien kont ippreżentajt serje ta' kummenti u, bħala membru tal-pubbliku, xtaqt nistaqsi jekk il-konsultazzjoni li saret tistax tiġi ppubblikata, u jistgħux il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jagħtuna rendikont ta' liema suġġerimenti ġew meħuda on board, u x'kienet ir-raġuni li oħrajn ma ġewx meħuda on board.", "Bħala perit, hemm żewġ klawsoli li jinkwetawni ftit.", "L-ewwel waħda hija klawsola 55 tal-Planning Act, fejn qed jingħad li trid issir konsultazzjoni mal-Kamra tal-Periti u maċ-Chamber of Planners fuq Development Orders.", "Jidher li dan huwa l-uniku instance fejn hemm obbligu li ssir konsultazzjoni ma' dawn iż-żewġ entitajiet, u jien naħseb li dak għandu jiġi estiż għal kull regolament li joħroġ taħt l-Att li jirregola l-Ippjanar.", "It-tieni klawsola li xtaqt nitkellem dwarha hija klawsola 33, li titkellem dwar aċċess għal informazzjoni, fejn jidher li l-aċċess li għandna llum għal ċerta informazzjoni biex inkunu nistgħu nirrappreżentaw lill-klijenti tagħna qed jiġi ridott ħafna.", "Xtaqt ukoll inżid xi ħaġa ma' dak li qalet l-Onor.", "Marthese Portelli, fejn talbet li ssir tabella ta' comparison bejn l-Att li hemm illum u dawn l-abbozzi.", "Naħseb li huwa lok ukoll li jsiru serje ta' information sessions fejn aħna, bħala pubbliku, bħala professjonisti, bħala NGOs u kull min hu interessat f'dan is-settur ikun jista' jifhem, għax ħafna drabi ssir ċerta kritika għax ikun hemm misinterpretation min-naħa tagħna minħabba li jkun hemm lack of information.", "Dawk kienu l-punti li xtaqt nagħmel.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nixtieq nistieden lil Ms. Astrid Vella, f'isem l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar.", "ASTRID VELLA (f'isem Flimkien għal Ambjent Aħjar): Mr Chairman, immur dritt għas-suġġett, u m'iniex se nirrepeti dak li diġà ntqal.", "Jien sempliċement irrid nirribatti li, skont ma ħareġ issa rigward il-kwalità tal-konsultazzjoni li saret is-sena l-oħra, nikkonferma dak li qegħdin ngħidu li din mhux biss tmur kontra l-Aarhus Convention, imma tmur ukoll kontra d-Direttiva tal-Aċċess għall-Informazzjoni Ambjentali tal-EU.", "Hemmhekk għandna direttiva ċara ħafna tal-EU li tkun qed tiġi infringed jekk id-dibattitu jsir għada, għax b'feedback mingħajr biżżejjed ħin, wieħed ma jistax jagħmel dibattitu informat u jkollu l-input tas-Soċjetà Ċivili.", "Inħoss li dik hija issue importantissima.", "Rigward il-liġi, aħna rajna li stajna, u għandna punt wieħed kardinali li nixtiequ nsostnu, li huwa proprju dwar il-ħatra tal-uffiċjali tal-entitajiet, speċjalment l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Aħna nsostnu li din dejjem kienet problema li għal żmien twil ikkawżat ħafna problemi ambjentali sa riċentement, f'dawn l-aħħar ġimgħat, meta rajna l-każ Taż-Żonqor fejn l-istess CEO tal-MEPA ammetta li he was infringing MEPA's remit by obeying orders that came from above.", "Jiġifieri, li jkollna uffiċjali li jiggwidaw lill-MEPA skont ir-rieda ta' min ħatarhom hija proprju l-bażi tal-problemi kollha, jew tal-biċċa l-kbira tal-problemi li qegħdin niffaċjaw.", "Għalhekk, sakemm ma jkollniex committment politiku tal-indipendenza tal-MEPA, m'aħna se naraw l-ebda kambjament fir-regolament tal-ippjanar u l-ambjent.", "Aħna nikkundannaw ħafna d-demotion tas-settur ambjentali għar-rieda kważi relattiva u personali.", "Din hija klawsola miftuħa kompletament għal interpretazzjoni, u dawn l-affarijiet ma jistgħux ikunu soġġetti għall-interpretazzjoni personali.", "Dan huwa proprju d-downfall tal-liġijiet u r-regolamenti tal-MEPA li kienu dejjem soġġetti għall-interpretazzjoni.", "Dak li huwa meqjus bħala neċessarju għal xi ħadd, ma jkunx neċessarju għal xi ħaddieħor.", "U hawnhekk huwa l-qofol ta' ħafna mill-problemi fil-MEPA.", "'Flimkien għal Ambjent Aħjar' dejjem insistejna li tibdil fil-MEPA għandu jsir biss sabiex isaħħaħ il-pożizzjoni tad-Direttorat tal-Ambjent, li kien dejjem soġġett għad-Direttorat tal-Ippjanar.", "Minn dak li rajna, dan żgur mhuwiex il-każ hawnhekk.", "Aħna nħossu li l-liġi kif proposta qiegħda ddgħajjef aktar u aktar l-irwol tal-ambjent u tirrendih biss entità konsultattiva skont ir-rieda tal-persuna nkarigata dakinhar.", "Jien nispera li d-diskussjonijiet li għandhom jibdew għada fil-Parlament jiġu posposti għal wara li jkunu għamlu s-suġġerimenti tagħhom l-ENGOs u s-soċjetà ċivili.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Napprezza u nirringrazzja għas-sehem tagħhom lill-Flimkien għal Ambjent Aħjar.", "Nixtieq issa ndur għall-Membri ta' dan il-Kumitat Permanenti, u se nistieden kelliem minn kull naħa sabiex jitkellem għal erba' minuti.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Mr Chairman, kif intqal tajjeb, is-sessjoni tal-lum kienet kick off point, jiġifieri l-ebda NGO ma setgħet tiġi hawnhekk illum u tagħti l-proposti lil dan il-Kumitat.", "Għalija – u naħseb anke għall-Oppożizzjoni – l-iktar ħaġa kardinali tibqa' li din tkun konsultazzjoni vera.", "Mr Chairman, bid-dovut rispett jien ma naqbilx miegħek fejn għedt li l-punti li se jitqajmu mill-għaqdiet ambjentali għandhom jidħlu fil-proċess parlamentari meta niġu biex jiddiskutu l-abbozzi fl-istadju ta' Kumitat, għax il-verità hi li jista' jkollok verament dibattitu veru u ħaj meta inti tkun ikkonsultajt u smajt.", "Jiena għada nista' immur u niddibatti l-ideat tiegħi personali; però ma nixtieqx nagħmilha għax jiena rrid nisma' x'se jgħidu l-għaqdiet ambjentali, l-għaqda tal-iżviluppaturi, persuni individwali, dawk li huma interessati, ċittadini onesti, eċċ. Imma, jekk il-Ministru Leo Brincat u l-Onor.", "Falzon jiftħu dan id-dibattitu għada, mhux se jkollna dan il-lok, u din se tkun a missed opportunity.", "Se nitilfu opportunità tad-deheb li jkollna dan id-dibattitu veru dwar dawn l-abbozzi.", "Jiena naħseb li aħna lkoll konxji tal-impatt li jista' ikollhom dawn l-abbozzi.", "Id-deċiżjonijiet li se nieħdu aħna fuq dawn l-abbozzi se jkollhom effett mhux biss għaż-żmien li fadlilha din il-leġiżlatura – jiġifieri madwar sentejn u nofs – imma se jkollhom effett għal numru kbir ta' snin.", "Kif kelli l-opportunità ngħid waqt dibattitu li kelli mal-Onor.", "Deborah Schembri, id-deċiżjonijiet li se nieħdu llum se jkollhom impatt għal żmien twil, u jien għalhekk ma nistax nifhem għaliex ma tistax tiġi milqugħa din it-talba raġunata tagħna.", "X'se tiswikom billi tistennew erba' ġimgħat?", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li ma rridux nipparteċipaw f'dan il-proċess; anzi verament nixtiequ li, jekk jista' jkun, naslu għal qbil.", "Però, jrid ikun hemm ir-rieda.", "Ma jistax ikun li l-Gvern jiġi hawnhekk b'insistenza – u biex tgħaxxaqha ninsabu fil-peak tas-sajf – li ma jċedix għal din it-talba.", "Dwar dan naħseb li aktar irrid inħares lejn il-Ministru għall-Ambjent milli lejn is-Segretarju Parlamentari, u nistaqsih jekk iħossx ir-responsabilità fuq spalltu li jibqa' jinsisti li dan id-dibattitu jsir erba' ġimgħat oħra.", "Intom insistejtu li ma tridux tgħaġġlu din il-liġi – li huwa tajjeb – imma tridu turuna bil-provi; ma tistgħux tgħidu biss li ma tridux tgħaġġlu l-liġi.", "Erba' ġimgħat mhumiex se jiswew ħafna, u aħna lesti li, wara dawn l-erba' ġimgħat, inpoġġu ras ma' ras, u nagħmlu diskussjoni xierqa u serja, għax l-affarijiet li se jiġu deċiżi hawnhekk huma importanti ħafna, bħal pereżempju, fejn jista' jinbena u x'jista' jinbena.", "Permezz ta' dawn il-liġijiet, se jiġu determinati numru ta' proċeduri.", "Pereżempju, aħna inkwetati kif il-qasam tal-ambjent … U jien iddispjaċut li l-bieraħ il-Gvern ħareġ stqarrija li fiha qal li l-Oppożizzjoni trid iddgħajjef l-ambjent, għax verament mhux il-każ.", "Aħna rridu nsibu bilanċ.", "Aħna nixtiequ li jkun hemm bilanċ bejn dak li hu żvilupp u żvilupp sostenibbli.", "Jiena assolutament m'iniex qed nagħmel botti politiċi, għax verament nixtieq naslu biex niftehmu dwar din il-ħaġa.", "Erba' ġimgħat mhuma se jiswew xejn.", "Għalija personali, din il-konsultazzjoni tajjeb li ssir, u kien għalhekk li jiena, flimkien mal-Onor.", "Portelli, u bi qbil mal-kollegi tagħna tal-Oppożizzjoni, tlabna li ssir din id-diskussjoni; però, jekk irridu verament nagħtu kas ta' x'se jidħol minn hemm ġew minn dan il-proċess … Nerġa' ngħid li m'iniex qed nirreferi għall-għaqdiet ambjentali biss, imma qed nirreferi għal kulħadd, għaliex dan il-proċess se jaffettwa mhux biss lill-ambjent, imma se jaffettwa anke l-interessi tal-iżviluppaturi, u allura mhu fl-interess ta' ħadd li ngħaġġlu għaliex, if we get it wrong, we will get it very wrong for a very long time.", "U l-appell tiegħi lill-Gvern huwa biex jisma'.", "Intom għedtu li dan huwa Gvern li jisma’, u issa għandkom opportunità biex tikkonfermaw li tisimgħu.", "Billi tistennew erba’ ġimgħat mhijiex se taqa’ id-dinja!", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hi li nerġgħu nfakkru f'żewġ affarijiet importanti.", "Id-diskussjoni li ssir fis-Second Reading mhijiex diskussjoni fejn jiġu mirquma l-klawsoli tal-liġi, imma hija diskussjoni ġenerali dwar policies.", "Jiġifieri, wara li jsiru l-proposti min-naħa tal-NGOs u min-naħa ta' kull min hu interessat, dawk ma jiġux għand dan il-Kumitat, imma jmorru għand il-Gvern.", "Proprjament, dan il-Kumitat lanqas kellu għalfejn jiltaqa' biex jiddiskuti dawn il-liġijiet, għax dan il-Kumitat jiddiskuti biss policies mhux liġijiet.", "Din il-laqgħa tal-lum saret minħabba li l-kollegi tiegħi korrettement ħassew li għandu jkun hemm iktar diskussjoni wiesgħa – u aħna favur li jkun hemm aktar diskussjoni wiesgħa – però il-proposti li jsiru minn kulħadd għand il-Gvern se jmorru, mhux se jiġu għand dan il-Kumitat.", "Jiġifieri, l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari se jaraw x'inhu rilevanti minn dawk il-proposti, u jien ċert li dak li hu rilevanti se jinkluduh fil-liġi.", "Jiġifieri, meta qed ngħidu li ma nistgħux immorru għad-diskussjoni fis-Second Reading, qed ngħidu xi ħaġa li ma tagħmilx sens, għax fis-Second Reading se nitkellmu fuq concepts tal-liġi.", "Kulħadd jaf li l-Gvern għandu mandat biex jagħmel din id-demerger għax kienet parti mill-programm elettorali, jiġifieri mhijiex xi ħaġa li waqgħet mis-sema, nafu li ilha ġejja, u allura din se ssir.", "Mr Chairman, xi ħaġa li nkwetatni ħafna – u li ssemmiet ħafna matul id-diskussjoni –hija li ħafna nies iħalltu l-industrija tal-kostruzzjoni mal-ippjanar, u ssir ħafna kritika li l-industrija tal-kostruzzjoni timpatta fuq l-ambjent.", "Ejjew nagħmlu d-differenza.", "L-ippjanar għandu tip ta' impatt fuq l-ambjent, u l-industrija tal-kostruzzjoni għandha wkoll: però, ma nħalltuhomx flimkien għax huma impatti differenti u r-responsabilitajiet huma differenti.", "Il-Planning Authority għandha responsabilità biex tara li dak l-impatt li jista' jkun hemm bl-iżvilupp fuq l-ippjanar jiġi kemm jista' ikun mitigat.", "Hemm liġijiet oħrajn li jikkontrollaw il-kostruzzjoni u l-impatt tal-kostruzzjoni fuq l-ambjent; però mhumiex l-istess liġijiet.", "U allura ma jagħmilx sens li niġu hawnhekk u ngħidu li hemm bżonn nagħmlu regolamenti aħjar biex nirregolaw l-industrija tal-kostruzzjoni, għax aħna fuq il-MEPA qed nitkellmu, u l-MEPA hija ppjanar.", "Ejjew nagħmlu din id-distinzjoni.", "Fil-fatt, naħseb li għamlu riferenza għaliha l-iżviluppaturi meta tkellmu fuq il-BRO u l-ippjanar, għax huwa l-BRO li jikkontrolla l-industrija tal-kostruzzjoni, u mhuwiex l-ippjanar.", "Din hija xi ħaġa li meta nitkellmu hemm bżonn li nagħmluha ċara, għax ħafna drabi qed nispiċċaw ngħabbu lill-industrija tal-kostruzzjoni bi dnubiet li, fil-verità, mhumiex tagħha, għax meta ħafna drabi ssir il-kritika li l-industrija tal-kostruzzjoni qiegħda taħdem biex tiddestruġġi l-ambjent, mhi vera xejn għax huwa l-qasam tal-ippjanar li jagħti l-permessi, u mhux l-industrija tal-kostruzzjoni.", "L-industrija tal-kostruzzjoni għandha l-klijenti, li huma l-iżviluppaturi, u d-diskussjoni ssir f'terminu ta' ippjanar.", "Ngħid għalija, din hija concern fejn tidħol din il-liġi, fis-sens li nispera li issa ma nħalltux il-kwestjoni tal-kostruzzjoni u l-ippjanar, għax bl-amalgamation li se ssir tal-BRO mal-ippjanar, din l-issue tista' titħallat naqra iktar, u nittama li, meta ssir diskussjoni fil-Parlament, din il-ħaġa tiġi kkjarifikata iktar.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Minbarra l-Membri nominati fuq il-Kumitat, hawn preżenti wkoll l-Onor.", "Bezzina u l-Onor.", "Bonnici, u se nistedinhom sabiex jagħmlu intervent huma qabel ma nerġa' indur għall-Membri tal-Kumitat.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Mr Chairman, jiena nemmen li bħala Membri Parlamentari aħna qegħdin hawnhekk biex nirrappreżentaw lil dawk li eleġġewna.", "Jiġifieri, fl-aħħar mill-aħħar, ma narax x'inhu l-iskop li mmorru għada fil-Plenarja niddiskutu affarijiet li lanqas inkunu għadna ħadna ċertu feedback mingħand il-poplu fuqhom.", "Jiena naħseb, li bħala rappreżentanti tal-poplu, fl-aħħar mill-aħħar huwa obbligu tagħna lkoll li mhux immorru fil-Plenarja niddiskutu biex ngħidu li morna għamilna sessjoni jew tnejn niddiskutu fuq dawn il-liġijiet, imma għandna l-ewwel nieħdu ċertu feedback mingħand il-poplu li aħna nirrappreżentaw f'dan il-Parlament; imbagħad isiru d-diskussjonijiet li hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CHARLÒ BONNICI: Jiena wkoll intenni dak li qalu l-kollegi tiegħi.", "Naħseb li nkunu qed nagħmlu ħażin jekk se mmorru għall-istadju tat-Tieni Qari ta' din il-liġi mingħajr ma nkunu ħadna ż-żmien li hemm bżonn biex nisimgħu dak li qed jgħidu l-NGOs, kemm min-naħa tal-ambjentalisti, kif ukoll min-naħa tal-iżviluppaturi.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar għamel riferenza għall-mandat li ngħata dan il-Gvern fl-aħħar elezzjoni biex imur għad-demerger.", "Jiena ngħid li ntefa' dubju fuq l-awtorità morali li għandu dan il-Gvern biex jagħmel din l-isplit minħabba l-mod kif aġixxa f'dawn is-sentejn li għaddew, u allura ċertament li qanqal ħafna dubji dwar kemm jista' dan il-Gvern jassigura li jkun hemm bilanċ bejn il-ħarsien tal-ambjent u l-iżvilupp.", "Is-sena li għaddiet, saret riferenza għad-dokumenti li ġew ippubblikati – qed nirreferi għal dokumenti qosra li m'għandhom x'jaqsmu xejn mad-dettall li hawn f'dawn l-abbozzi ta' liġi – u allura ma nara xejn ħażin, jekk il-Gvern għandu intenzjonijiet tajbin, li jieħu ż-żmien li għandu jieħu biex jisma' dak li għandhom x'jgħidu l-istakeholders kollha.", "Imbagħad, ngħaddu biex niddiskutu fl-istadju tat-Tieni Qari dawn il-liġijiet, ladarba xorta jrid jistenna biex jgħaddi t-Tielet Qari meta nerġgħu lura fil-Parlament.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FRANCO MERCIECA: L-ewwel nett nirringrazzja lil kull min ikkontribwixxa.", "Jiena personalment naħseb li l-Oppożizzjoni m'għandhiex għalfejn issib diffikultà li għada tibda d-diskussjoni fil-Parlament għar-raġuni li dawn l-abbozzi ilhom għandhom mis-16 ta' Ġunju, u kellhom ċans janalizzawhom kemm iridu.", "Fil-fatt, ta evidenza s-Sur Baldacchino li, għalkemm kellu biss żmien ta' ġurnata, tana analisi tajba ħafna ta' dokument minnhom.", "Jien persważ li f'dawn it-tliet ġimgħat dawn l-abbozzi ma baqgħux taħt ir-wraps tal-Partit Nazzjonalista, imma għaddewhom lil min riedu jieħdu l-feedback mingħandu.", "Jiġifieri, f'dawn it-tliet ġimgħat kellhom ċans jarawhom tajjeb, u għalhekk naħseb li m'għandu jkun hemm ebda problema biex għada tibda d-diskussjoni.", "Apparti minn hekk, għada d-diskussjoni se tkun fuq il-policy u mhux fuq id-dettall.", "Dwar id-dettall hemm il-Kumitat Permanenti dwar l-Abbozzi ta' Liġi, u fih se jiġi ameljorat id-dettall ta' dawn l-abbozzi.", "Kif diġà ntqal, dan il-Gvern wiegħed id-demerger qabel l-elezzjoni, rebaħ l-elezzjoni, u għalhekk issa għandu mandat biex iwettaq dak li wiegħed, u aħna Gvern li nwettqu li nwiegħdu.", "Fl-aħħar nett, nappella għal kritika kostruttiva u mhux distruttiva.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Mr Chairman, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjak għall-mod kordjali ħafna kif mexxejt il-laqgħa tal-lum, u nirringrazzja wkoll lil kull min ipparteċipa.", "Nixtieq nagħmel punt żgħir ta' kjarifika fuq kumment li għamilt iktar kmieni jiena stess.", "Jiena għedt li aħna bħala Oppożizzjoni qegħdin nikkonsultaw ma' diversi stakeholders mill-aspetti kollha tas-soċjetà.", "S'issa ltqajna kemm ma' ENGOs, kif ukoll mal-MDA, għalkemm mhux speċifikament fuq dawn l-abbozzi per se.", "Ir-raġuni hija li dawn ġew ippubblikati nhar il-Ġimgħa li għaddiet; però jiena nfurmata li l-Oppożizzjoni kellha laqgħat mal-MDA.", "Se nerġa' nirrepeti dak li għedt fil-bidu għax verament nemmnu li ma jagħmilx sens li għada, filwaqt li għandna konsultazzjoni miftuħa, se nkunu qegħdin niddiskutu fil-Plenarja.", "U se ngħid għaliex.", "Illum ġew quddiemna nies li tkellmu f'isem ENGOs, kif ukoll nies li huma nvoluti fis-settur tal-kostruzzjoni, u t-tnejn li huma qajjmu d-diffikultajiet li għandhom bil-liġi.", "Mela, ma jistax ikun li se mmorru l-Plenarja u noqogħdu nitkellmu fl-arja.", "Aħna rridu nindirizzaw l-issues li għandhom dawn in-nies.", "Il-Membri tal-Gvern il-ħin kollu jgħidu li l-Oppożizzjoni kellha d-dokumenti.", "Iva, l-Oppożizzjoni kellha d-dokumenti, u tant rathom id-dokumenti li mill-ewwel indunat li ma jistax ikun li l-konsultazzjoni ssir within 24 hours.", "Ministru, aħna nafu x'inhuma d-diffikultajiet f'dan id-dokument, u għada nistgħu niġu u nibdew id-dibattitu; però, mhux se jkun dibattitu xieraq kif suppost.", "Illum, ir-rappreżentanti tal-MDA, kif ukoll iż-żewġ persuni li, għalkemm tkellmu f'isimhom personali, stajt nifhem li wkoll ġejjin mis-settur, esprimew diversi issues li għandhom.", "U jien konvinta li, apparti l-issues li qajjmu s-Sur Stivala u s-Sur Camilleri, hemm issues oħrajn.", "Nerġa' ngħid li aħna qegħdin hawnhekk biex nirrappreżentaw lil dawn in-nies: it is about them and not about us.", "Se nagħmel l-aħħar punt, u nieqaf hawnhekk.", "Se nagħti eżempju tanġibbli ta' kemm huwa importanti li ma mmorrux fil-Plenarja u nagħmlu diskors biex sempliċement inkunu għamilnih, imma rridu mmorru fil-Plenarja u nagħmlu diskors sostanzjat.", "Se nsemmi liġi partikolari li għaddiet riċentement mill-Parlament, liġi li bħala volum lanqas tibda fejn dawn il-liġijiet li għandna llum, għalkemm hija liġi importanti ħafna għal pajjiżna.", "Qed nirreferi għal-liġi dwar il-Climate Change.", "Jiena, bħala Membru tal-Oppożizzjoni, waqt id-diskors li għamilt fil-Plenarja, ma qgħadtx nitkellem fuq kunċetti fl-arja, imma flejt il-liġi, ressaqt il-proposti tiegħi, spjegajt għaliex inħoss li għandhom jidħlu dawk it-tibdiliet, u l-Ministru Leo Brincat ħa on board ħafna mis-suġġerimenti li għamilt.", "Tant ħadhom on board li laħaq irranġa l-liġi qabel morna għall-istadju ta' Kumitat, u l-liġi għaddiet f'qasir żmien.", "Għalhekk qed ngħid li huwa importanti li fil-Plenarja, d-diskorsi li se nagħmlu aħna bħala Membri, kemm tal-Gvern, kif ukoll tal-Oppożizzjoni, ma jsirux biss biex ngħidu li għamilna diskors ta' 40 minuta jew ta' nofs siegħa, imma jkunu diskorsi li min ikun qiegħed isegwina jieħu s-sugu minnu, u l-Ministru jkollu ċ-ċans – u għad għandu ċ-ċans – li jiddiskuti jekk dak li qed inressqu n-naħa tal-Oppożizzjoni, u anke l-Membri kollegi min-naħa tal-Gvern, huwiex in line ma' dak li jixtieq il-Gvern, u jkollkom ħin biżżejjed biex tagħmlu t-tibdiliet.", "Jekk domtu sentejn u fuqhom biex ippubblikajtu dawn il-liġijiet, allura se nerġgħu ndumu daqstant ieħor biex timplimentaw il-kambjamenti li se jiġu proposti?", "Huwa importanti ħafna li nisimgħu x'qed jintqal, nitilgħu fil-Plenarja wara, u nagħmlu dibattitu fuq dak, mhux xi trid l-Onor.", "Marthese Portelli jew xi jrid il-Gvern, imma dak li jridu n-nies, għax finalment aħna lilhom nirrappreżentaw.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistieden issa lis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "MICHAEL FALZON: Nirringrazzjak, Sur President.", "Naħseb li mhux l-iskop li noqogħdu nirrepetu.", "Min-naħa tal-Gvern qbilna li nagħtu erba' ġimgħat konsultazzjoni, anzi ftit aktar minn erba' ġimgħat.", "Jien nistenna li jidħlu s-suġġerimenti, u nistieden lil kull min irid jibgħat suġġerimenti sabiex jibgħathom lis-Segretarjat.", "Imbagħad, wara li jsir id-dibattitu, kif isir f'kull abbozz ta' liġi fil-Plenarja, fl-istadju ta' Kumitat issir il-fine tuning.", "Kif spjega l-Ministru, il-ħsieb hu li f'dan l-istadju ssir biss id-diskussjoni fil-Plenarja, mbagħad ikun hemm żmien biżżejjed biex, qabel ma niġu għall-Kumitat, inkunu nistgħu naraw is-suġġerimenti u l-konsultazzjoni li se ssir.", "Nirringrazzja lil kull min ta sehemu.", "THE CHAIRMAN: Xtaqt nagħmel punt ta' kjarifika.", "Is-suġġerimenti se jintbagħtu lil dan il-Kumitat.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-ewwel nett nirringrazzja lil kulħadd, anke lil min kellu idea differenti minn tagħna.", "Nirringrazzja lill-ENGOs u lill-membri kollha tal-pubbliku u għaqdiet oħrajn li huma rappreżentati hawnhekk illum.", "Jien nista' nserraħ ras il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Marthese Portelli, li kif dak li xtaqet li joħroġ ħareġ mil-liġi dwar il-Climate Change, f'dan il-każ ukoll se jkun hemm l-istess opportunità sabiex joħroġ mid-diskussjoni finali meta niġu biex ngħaddu għall-Abbozz ta' Liġi nnifsu.", "Qed ngħid hekk għax quddiemna għandna erba' ġimgħat ta' konsultazzjoni.", "Ikun qed jonqos biss min ma jersaqx 'il quddiem f'dawn l-erba' ġimgħat.", "Jien fiduċjuż li kull min huwa preżenti, u anke nies li forsi qegħdin isegwu fuq media, social media, eċċ, se jkunu qegħdin japprofittaw ruħhom b'mod pożittiv u kostruttiv biex jimbuttaw 'il quddiem l-ideat tagħhom.", "Filwaqt li aħna, kemm bħala Ministeru, kif ukoll bħala MEPA, se nkunu qegħdin nilqgħu online, jew b'mod ieħor, is-submissions li se jkun hemm, minn hawnhekk stess inħeġġeġ lil min se jkun qed jibagħtilna s-submissions, jibgħathom ukoll lill-Oppożizzjoni ħalli, in real time, kulħadd ikun qiegħed aware ta' x'qed jiġi cascated lin-naħa tal-Gvern.", "B'hekk, meta niġu għall-istadju tal-Kumitat, diġà jkollna forma mentis ta' more or less x'inhu l-main thrust tas-suġġerimenti li qed isiru mis-soċjetà ċivili Maltija.", "Jiġifieri, dan kollu se jkun rifless fl-istadju ta' Kumitat, u hemmhekk aħna l-Membri se jkollna ċans inħarsu b'mod kostruttiv lejn dawk is-suġġerimenti li jidhrilna li mhux biss huma fattibbli, imma li huma wkoll prattiċi fit-twettiq tagħhom.", "Xtaqt nagħmel żewġ osservazzjonijiet żgħar mingħajr ma nkun partiġġjan.", "Sa qabel dawn il-jumejn, kienet qed issirli ħafna kritika fuq il-MEPA demerger, fis-sens li, bħala Ministru responsabbli mill-ambjent, qed neħodha bil-mod wisq, u li jmissni ili li mbuttajt biex il-proċess jgħaddi 'l quddiem.", "Din il-kritika saritli ġustament mill-ħaddiema tal-ambjent tal-MEPA u min-naħa tal-unions, u jien m'iniex qed nikkritikahom, anzi nagħtihom raġun.", "Kien hemm min qalli biex noqgħod attent għax jista' jkun hemm min għandu kull interess li kollox jibqa' kif inhu ħalli ma jinbidel xejn, u l-ambjent ma jissaħħaħx.", "Qed ngħid dan bl-ikbar onestà u bl-ikbar sinċerità.", "Issa, f'daqqa waħda, qed issirilna kritika li qed ngħaġġlu wisq.", "Jiena nieqaf hawnhekk, u nħalli lil kulħadd jasal għall-konklużjoni tiegħu.", "Filwaqt li kulħadd għandu kull dritt jikkritika kull klawsola li hemm fl-Abbozz ta' Liġi, kemm tal-ippjanar, kif ukoll tal-ambjent, hemm xi ħaġa li lili tagħtini konfort qawwi, u dan hu li meta fl-2013 konna pproponejna l-idea – li imbagħad daħlet fil-manifest elettorali tagħna – li jkun hemm id-demerger, bl-eċċezzjoni ta' ENGO waħda partikolari, l-ENGOs ewlenin kollha ħarġu favur id-demeger fil-prinċipju.", "Imma dan lilna jagħtina konfort.", "Konna nkunu skomdi ħafna li kieku aħna qed nippruvaw nirromblaw 'il quddiem u, notwithstanding it-timeframes li hemm, nafu fil-qalb ta' qalbna li fl-2013, meta fassalna l-manifest tagħna, kellna l-maġġoranza tal-għaqdiet ambjentali kontra tagħna.", "Jien hawnhekk għandi l-ismijiet tal-għaqdiet ewlenin – m'għandix għalfejn insemmihom, imma jekk ikun hemm bżonn insemmihom – li kienu esprimew ruħhom favur din il-bidla.", "Tant hu hekk li kien hemm uħud minnhom li kienu tennew l-impenn tagħhom, anke meta kellhom laqgħat magħna fuq livell ta' Gvern, pubblikament quddiem il-media wara li saret il-bidla.", "Jien m'għandix x'inżid ħlief li nirringrazzja mill-ġdid lil kull min ħa sehem, anke lil min ma qabilx mal-fehmiet tagħna.", "THE CHAIRMAN: Jien nixtieq nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom talli ġejtu hawnhekk u qsamtu fehemtkom magħna.", "Din kienet opportunità tad-deheb.", "Tridu tiftakru li mhuwiex fir-remit ta' dan il-Kumitat li jiddiskuti liġijiet; fil-fatt din hija eċċezzjoni u hija l-ewwel okkażjoni ta' dan it-tip.", "Dan juri kemm verament il-Parlament huwa miftuħ, u kemm vera l-Gvern huwa wieħed li jisma'.", "Għaldaqstant, nirringrazzjakom u nistedinkom minn qalbi sabiex turu fehemtkom anke bil-miktub billi tissottomettuhom fil-ħin rikjest.", "B'hekk ikollna dik il-liġi li, kemm jista' jkun, toħloq dik ir-rieda u dak il-kunsens politiku, biex b'hekk tissarraf f'realtà tax-xewqat tagħna f'pajjiżna.", "Nirringrazzjakom.", "(Interruzzjonijiet) … Il-laqgħa kienet magħluqa.", "RYAN CALLUS: Erġajna ftaħniha!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat, tista' tgħidilna x'għedt aktar kmieni dwar il-konsultazzjoni li se ssir?", "LEO BRINCAT: Jekk ma kontx ċar, niskuża ruħi.", "Aħna għandna l-proċess ta' konsultazzjoni.", "Jien għamiltha ċara li f'dawn l-erba' ġimgħat kulħadd se jkollu d-dritt jagħmel is-submissions tiegħu, u li dawn is-submissions se jkunu f'dimensjoni parlamentari.", "Jien ħeġġiġt lil kulmin se jibgħat is-submissions lill-MEPA u lill-Ministeru għall-Ambjent sabiex jibgħat kopja wkoll lill-Oppożizzjoni biex, meta jitkompla x-xogħol parlamentari fuq livell ta' Kamra tad-Deputati, iż-żewġ naħat inkunu xtarrejna l-pożittiv ta' dawn is-sottomissjonijiet u dak li huwa prattiku biex, meta niġu għall-istadju tal-Kumitat, inkunu nistgħu nressqu flimkien, jew separatament, jew b'mod konstrastanti emendi, kif konna għamilna f'leġiżlazzjonijiet oħra preċedenti...", "THE CHAIRMAN: Fil-Kumitat Permanenti dwar l-Abbozzi ta' Liġi.", "LEO BRINCAT: Ovvjament.", "Ħalli nkun ċar biex ma niġix miżinterpretat.", "Meta jagħlaq l-istadju tat-Tieni Qari, l-abbozzi jmorru quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Abbozzi ta' Liġi.", "(Interruzzjonijiet) Le, dak mhuwiex parti mir-remit ta' dan il-Kumitat.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, inti taf sew x'inhu r-remit ta' dan il-Kumitat, u jekk jien skorrett, tiddejjaq xejn tikkorreġini.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Aħna sejjaħna din il-laqgħa tal-Kumitat illum biex l-NGOs u l-pubbliku jkollu dritt għall-konsultazzjoni.", "Diġà sibtu diffikultà biex ma niddiskutux fil-Plenarja bil-konsultazzjoni għaddejja in parallel.", "Issa x'diffikultà hemm li dan il-Kumitat, li fih ir-rappreżentanti tal-Gvern u r-rappreżentanti tal-Oppożizzjoni, li qiegħed iżomm din il-laqgħa preċiżament biex jikkonsulta man-nies, li ma jkunx hu stess ...?", "Aħna llum nistgħu naġġornaw din is-seduta, u s-seduti jkomplu wara l-perijodu ta' konsultazzjoni.", "X'inhi d-diffikultà li jsir dan?", "Mela allura verament għalxejn saret il-laqgħa tallum!", "Sejjaħtu lill-għaqdiet f'inqas minn 24 siegħa, ħarġet li lanqas biss kien infurmat kulħadd, u aħna bħala Oppożizzjoni lanqas biss konna nafu lil liema għaqdiet stedintu.", "Jekk verament irridu konsultazzjoni, nagħmlu konsultazzjoni f'dan il-Kumitat parlamentari!", "X'diffikultà hemm?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel il-pożizzjoni tiegħi bħala President tal-Kumitat.", "Ir-remit b'mod legali ta' dan il-Kumitat huwa li jiddiskuti policies.", "Biex immorru oltre minn hekk, irid ikun hemm qbil.", "Barra minn hekk infakkarkom fir-ruling li ta l-iSpeaker fil-bidu ta' din il-leġiżlatura fejn qal li, meta s-suġġett ikun barra r-remit tal-Kumitat, irid ikun qbil mill-Membri tal-Kumitat biex ikun jista' jiġi diskuss.", "Jekk taħsbu li għandna nieħdu vot, nieħdu vot.", "RYAN CALLUS: Sur President, jien qed nifhem sew li din se tkun l-aħħar laqgħa li fiha se niddiskutu l-proposti li għandhom jidħlu mill-għaqdiet?", "Jekk hu hekk, din il-laqgħa ma swiet għalxejn għax aħna, bħala Oppożizzjoni, konna qed nifhmu li se niġu lura hawnhekk erba' ġimgħat oħra, nisimgħu l-proposti tal-għaqdiet ambjentali, tal-iżviluppaturi u tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, u niddiskutuhom.", "Jekk mhux se jsir hekk, dawn il-persuni li ġew hawnhekk illum ġew għalxejn.", "Din kienet kollha show, u aħna jiddispjaċina ħafna li dan huwa l-mod kif qiegħed jaġixxi l-Gvern fuq tliet liġijiet daqstant importanti.", "THE CHAIRMAN: Onor. Callus, jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex nagħmel show, imma qiegħed hawn biex inżomm l-integrità tiegħi u tagħkom u d-dinjità tagħna kollha.", "Jien irrid nimxi skont il-gwida tal-proċedura tal-Kamra.", "Kif diġà għedt, hemm ruling li ngħata minn Mr Speaker bil-bidu ta' din il-leġiżlatura, u għaldaqstant jien obbligat nimxi skont dak ir-ruling.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, jien ninsab verament diżappuntata bl-aġir tal-Gvern fuq din l-issue partikolari.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, ikkoperajna right throughout, u llum għandna l-Gvern li jisma' li, għal kull punt li tqajjem l-Oppożizzjoni, jgħid le, anke meta ġejna f'dan il-Kumitat inwasslu l-leħen ta' dak li jridu n-nies li attendew illum.", "Illum kellna din il-laqgħa ta' konsultazzjoni u, fl-opinjoni tiegħi, kellna nissettjaw il-proċedura ta' kif se jaħdmu l-affarijiet.", "Kull min tkellem qal li f'inqas minn 24 siegħa ma tilħaqx tara d-dokumenti, u allura bilfors li jkolli ngħid li għamiltu minn kollox biex din il-laqgħa ssir illum, preċiżament biex għal darb'oħra tippruvaw toħonqu l-messaġġ ġo dan il-Parlament.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, għidnilkom mill-ewwel li, jekk verament tridu li ssir konsultazzjoni sew, ma niltaqgħux illum.", "Mela jista' jkun li xi ħadd f'24 siegħa jaqra dawk il-liġijiet kollha?!", "Illum ħareġ bl-iktar mod ċar li l-Gvern baqa' jinsisti l-bieraħ filgħaxija, fid-9:00 pm, li din il-laqgħa ssir bilfors illum, biex l-NGOs u l-pubbliku preżenti jiġu hawnhekk u ma jkollhomx ċans ikunu ppreparati.", "Dan huwa l-Gvern li jgħid li jisma'!", "Jiddispjaċini, però llum urejtu kemm verament ma tridux tisimgħu x'qed jgħidu n-nies ta' hemm barra.", "Nerġa' nistaqsi x'inhi d-diffikultà li s-submissions jiġu quddiem dan il-Kumitat, li fih hawn ir-rappreżentanti tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni.", "M'aħniex se nkunu qegħdin niddiskutu l-liġi, imma se nkunu qegħdin niddiskutu l-punti, li wħud minnhom huma ta' policy, li se jkunu qegħdin iqajjmu dawn in-nies.", "Ministru Brincat u Segretarju Parlamentari Falzon, ovvjament intom qegħdin fil-gvern, l-aħħar kelma hija tagħkom għax intom għandkom il-maġġoranza, però l-poplu hemm barra jaf eżattament x'qed jiġri.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat, nagħtik l-aħħar kelma.", "LEO BRINCAT: Id-drittijiet u s-setgħat ta' dan il-Kumitat jitkellmu waħedhom.", "Illum nidejna proċess ta' konsultazzjoni li dwar it-terminu tiegħu qabel kulħadd.", "Qbilna wkoll kif se jsiru s-sottomissjonijiet; lilna bħala Gvern u l-Oppożizzjoni … (Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Sur President, qed ikun żleali lejn dan il-Kumitat!", "Mhuwiex minnu li aħna qbilna.", "LEO BRINCAT: Is-soltu tkunu iktar kalmi meta ma nkunux fuq it-televiżjoni!", "Illum qegħdin nagħmlu show?", "RYAN CALLUS: Is-show inti qed tagħmlu.", "Aħna ma qbilniex fuq il-proċedura.", "LEO BRINCAT: Lanqas xejn!", "Aħna qed nimxu ma' proċedura stabbilita.", "Min dalgħodu akkużana – u m'iniex qed nirreferi għall-NGOs – li rridu nagħmlu konsultazzjoni à la carte, qed jiddeċiedi li jrid jiggverna lill-pajjiż à la carte mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni!", "Dan mhuwiex aċċettabbli!", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat qed jiġi aġġornat għal data li tiġi mħabbra darb'oħra.", "Nirringrazzjakom tal-parteċipazzjoni tagħkom.", "Fil-5:25 pm, il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150707_020d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 7 ta' Lulju, 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-3:10p.m.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Marthese Portelli kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Leo Brincat (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima); l-Onor.", "Michael Falzon (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva); l-Onor.", "Toni Bezzina u l-Onor.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu wkoll rappreżentanti tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) u tal-NGOs.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 19 li saret fil-15 ta' Ġunju 2015, ġew konfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "Il-Kumitat qabel li jingħata permess lill-membri tal-media preżenti sabiex jieħdu filmati u ritratti tal-ewwel ftit minuti tal-laqgħa.", "DISKUSSJONI ĠENERALI DWAR: ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP – ABBOZZ NRU 107; ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT – ABBOZZ NRU 108; U ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL TA' REVIŻJONI TAL-AMBJENT U L-IPPJANAR – ABBOZZ NRU 109", "Iċ-Chairman beda biex stieden lill-Ministru Leo Brincat sabiex jagħmel introduzzjoni u lill-Onor.", "Marthese Portelli sabiex tagħmel il-punti tagħha.", "Wara ġew mistiedna sabiex jieħdu sehem fid-diskussjoni dawk l-individwi li kienu diġà esprimew bil-miktub ix-xewqa tagħhom li jitkellmu, u ċioè: l-Avukat Petra Caruana Dingli, f'isem Din l-Art Ħelwa, il-Professur Arnold Cassola u l-Perit Carmel Cacopardo, Chairman u Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika rispettivament; is-Sinj.", "Astrid Vella, f'isem l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar; is-Sur Alfred Baldacchino; is-Sur David Pisani u s-Sinj.", "Monique Agius, f'isem Front Ħarsien ODZ; u s-Sinj.", "Ġew mistiedna wkoll sabiex jitkellmu s-Sur Sandro Chetcuti, f'isem il-Malta Developers' Association; is-Sur Michael Stivala; is-Sur Anton Camilleri u l-Perit Simone Vella Lenicker.", "Fl-intervent tagħhom, l-Avukat Petra Caruana Dingli u l-Perit Carmel Cacopardo għamlu riferenza għal dak li tgħid l-Aarhus Convention dwar iż-żmien li għandu jingħata għall-konsultazzjoni pubblika, u l-Ministru Leo Brincat u s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon qalu li ma jsibux oġġezzjoni li ż-żmien għall-konsultazzjoni pubblika jitwal b'erba' ġimgħat.", "L-Onor.", "Ryan Callus qal li fid-dawl ta' din id-deċiżjoni, l-Oppożizzjoni kienet qed titlob li d-diskussjoni fit-Tieni Qari ta' dawn l-Abbozzi ta' Liġi fil-plenarja ma tibdiex il-ġurnata ta' wara, kif kien qed jiġi propost, imma tibda wara li jagħlaq il-perjodu ta' konsultazzjoni.", "Il-Membri tal-Gvern ma qablux ma' din it-talba.", "Il-Ministru Leo Brincat qal li matul l-erba' ġimgħat li kellhom jibdew mis-6 ta' Lulju 2015, kull min kien interessat kellu jibgħat is-sottomissjoni tiegħu lill-Ministeru għall-Ambjent u lill-MEPA, b'kopja lill-Oppożizzjoni ħalli meta jitkompla x-xogħol parlamentari fuq livell ta' Kamra tad-Deputati, iż-żewġ naħat ikunu xtarrew l-istess sottomissjonijiet u jkunu jistgħu jressqu flimkien, jew separatament, jew b'mod kontrastanti, l-emendi.", "L-Onor.", "Marthese Portelli oġġezzjonat għal dan għax qalet li s-sottomissjonijiet kellhom jintbagħtu lill-Kumitat.", "Iċ-Chairman qal li r-remit tal-Kumitat hekk kif stipulat fl-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp mhuwiex li jiddiskuti policies, però f'ruling mogħti mill-iSpeaker Farrugia fil-bidu tal-leġiżlatura kien intqal li l-Kumitat jista' jiddiskuti suġġett barra mir-remit tiegħu, basta jkun hemm il-qbil bejn il-Membri tal-istess Kumitat.", "Fil-5:25p.m. il-Kumitat ġie aġġornat għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150707_020m_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 32", "It-Tlieta, 7 ta' Lulju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 32", "It-Tlieta, 7 ta' Lulju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 30 u 31, li saru fl-1 u fit-12 ta' Ġunju 2015 rispettivament, ġew ikkonfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-E.T. JANINE FINCK, AMBAXXATRIĊI TAL-LUSSEMBURGU GĦAL MALTA, DWAR IL-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA U.E. TAL-LUSSEMBURGU GĦALL-PERJODU LULJU SA DIĊEMBRU 2015", "Mela issa nistgħu ngħaddu għall-item li jmiss.", "DISKUSSJONI, KIF MITLUB TAĦT ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA (KAP.", "THE CHAIRPERSON: L-item li jmiss hija diskussjoni għat-terminu ta' artiklu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar Council decision on the system of own resources of the European Union 2014/335/EU tas-26 ta' Mejju 2014.", "Hawnhekk nistieden lis-Sur Robert Camilleri, Direttur fil-Ministeru tal-Finanzi, sabiex jispjegalna fil-qosor xi tfisser din id-deċiżjoni.", "IS-SUR ROBERT CAMILLERI (Direttur fil-Ministeru tal-Finanzi): Sur President, nixtieq qabel xejn nirringrazzjak tal-istedina tiegħek.", "Se nispjegalkom fil-qosor il-liġi tal-Own Resources, li bil-Malti ngħidulhom Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea.", "Il-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-prinċipju jrid ikun wieħed bilanċjat, u mhux bħall-baġit nazzjonali li jista' jkollu surplus jew deficit.", "Dan il-baġit la jista' jkollu surplus u lanqas jista' ikollu deficit.", "Skont it-trattat, l-ispiża kollha tal-Unjoni Ewropea trid tiġi ffinanzjata mir-riżorsi proprji, mill-parti l-kbira tal-kontribuzzjonijiet li jagħtu l-istati membri, ħlief għal xi multi żgħar ħafna, interessi jew xi riżorsi proprji li ma jkunux tħallsu fil-passat.", "Meta wieħed jiġi biex jissimplifika l-affarijiet, l-ewwel trid tiġi deċiża l-expenditure.", "Pereżempju, fl-2013 kellna s-somma ta' €150 biljun, li – huma l-fondi li jagħtu lill-istati membri kollha, l-ispejjes amministrattivi u l-ispejjes li jmorru għall-pajjiżi tat-tielet dinja eċċ., u dawk iridu jiġu ffinanzjati minn dawn ir-riżorsi proprji, wara li tneħħi r-revenue addizzjonali.", "L-ewwel li jduru huma għall-custom duties kollha li jiġbru l-istati membri kollha, ħlief għal 20% – fil-passat kienet 25% – li jżommu l-istati membri minħabba l-ispejjes amministrattivi biex iħaddmu n-nies, jixtru l-computers, eċċ. Dawk jiġu qishom madwar 12% tal-€150 biljun fis-sena.", "Imbagħad iduru għal dawk li jgħidulhom il-VAT-based on resources għax jinħadmu fuq il-VAT base, l-istatistical VAT base kif irid jiġi kkalkolat kull sena, fejn għandek formoli kkomplikati u li m'hemmx għalfejn noqgħod nidħol fihom hawnhekk.", "Il-liġi tal-VAT mhijiex l-istess f'kull pajjiż għaliex għandek ħafna eċċezzjonijiet, u allura, meta wieħed jara kull pajjiż kemm ġabar bħala VAT, irid jagħmel ħafna aġġustamenti biex kemm jista' jkun jasal għal dik li ngħidulha a harmonised VAT base, u fuqha japplika call rate ta' 0.3%.", "Bejn wieħed u ieħor, dak jiġi xi €15-il biljun oħra, jew madwar 11% oħra.", "L-ispejjes kollha li jibqgħu jridu jinġabru mill-Gross National Income fejn jittieħed proporzjon għal kull pajjiż.", "Jekk naraw l-2013, kellek baġit ta' €150 biljun, li minnhom inġabru madwar €15-il biljun mill-VAT, madwar €14-il biljun mid-dwana u madwar €10 biljuni minn multi, interessi eċċ., filwaqt li l-kumplament, jiġifieri madwar €110 biljuni, iridu jinġabru mill-Gross National Income.", "Hawnhekk, kif għedt aktar qabel, qabdu l-Gross National Income ta' kull pajjiż, raw kemm kien proporzjon tal-Unjoni Ewropea kollha, u applikaw dik li jgħidulha call rate.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżna naraw li l-Gross National Income tagħna bħalissa qiegħed forecasted għal madwar €8 biljuni, u tal-Unjoni Ewropea madwar €14,000 biljun, għandek proporzjon ta' 0.6%, u allura, jekk għandek €110 biljuni, trid tagħmel €110 biljun times 0.6%, u allura rridu nħallsu madwar €66 miljun.", "Imbagħad, għandek id-dwana li niġbru u li minnha nżommu biss 25%.", "Dawk jiġu €10 biljuni oħra.", "Imbagħad għandek il-VAT base: fil-każ tagħna – aħna u xi pajjiżi żgħar oħra bħalma hu l-Lussemburgu – l-VAT base, ipparagunat ma' pajjiżi oħra, bħala proporzjon tal-GNI jiġi madwar 80%.", "Issa din se tonqos u se tiġi qrib is-70%, u se tiġi capped għal 50% tal-GNI, għax kieku jkollna nħallsu ħafna iktar mill-qligħ li naqilgħu proporzjonalment ma' pajjiżi oħra.", "U hemmhekk inħallsu €12-il miljun oħra.", "Issa f'sena, bejn wieħed u ieħor, peress li l-GNI tagħna bħala proporzjon ma' pajjiżi oħra kiber b'rata ħafna ikbar minn ta' pajjiżi oħra, kemm minħabba t-tkabbir ekonomiku, kemm għax kellna xi snin fejn l-inflazzjoni kienet ftit iktar għolja, u kif ukoll minħabba l-aġġustamenti tal-istatistika li kellna fil-passat, qegħdin inħallsu madwar €100 miljun fis-sena.", "Jekk naraw x'ġara fil-liġijiet tat-2014/2020, naraw li ma tantx kien hemm tibdil.", "Kien hemm ħafna studji, proposti, eċċ., sakemm fl-aħħar, il-Heads of State – peress li hawnhekk għandek unanimity, kemm fuq l-ispiża u kemm fuq ir-revenue li kull pajjiż iħallas – qablu li jibqa' kollox kif inhu, ħlief għal xi tibdiliet kożmetiċi.", "Għalhekk twaqqaf a high level group kompost minn tliet kummissarji, tliet ministri li jirrappreżentaw lill-Kunsill tal-Ministri, u tliet MEPs.", "Dan il-grupp kien immexxi mill-eks-Prim Ministru tal-Italja, Mario Monti.", "U bħalissa qegħdin jagħmlu studju biex joħorġu proposti għal wara l-2021.", "Din tal-Own Resources hija storja tal-Unjoni Ewropea, u dejjem qbilna li l-affarijiet jibqgħu l-istess.", "Id-deċiżjoni u l-prinċipji tal-Own Resources ġew maqbula fil-Kunsill Ewropew ta' Frar 2013, fejn ġie deċiż il-pakkett primarju ta' kull pajjiż, u mbagħad kellha tiġi tradotta f'termini legali f'liġi, u dik il-liġi għaddiet b'unanimità fis-26 ta' Mejju 2014.", "Skont it-trattat, kull pajjiż irid imur għand il-parlament nazzjonali biex japprovaw din l-Own Resources Decision.", "M'hemmx deadline biex tiġi approvata mill-pajjiżi kollha, għax kull pajjiż għandu s-sovranità tiegħu u għalhekk ma tistax timponi fuqu.", "Din hija waħda mill-ftit affarijiet li baqa' unanimità fuqha.", "Kif tkun approvata mill-pajjiżi kollha, li x'aktarx ikun għall-bidu tal-2016, jekk naraw x'ġara seba' snin ilu fejn damu sena u nofs, imbagħad din il-liġi l-ġdida tidħol fis-seħħ u tibqa' tapplika sakemm tiġi revokata mill-Own Resources Decision ta' wara l-2021.", "U allura s'issa għadna qegħdin inħallsu bid-deċiżjoni tal-2007/2013.", "M'hemmx għalfejn noqgħod nidħol fit-tibdil li fiha għax dan huwa verament tibdil żgħir.", "Pereżempju, il-collection cost tad-dwana li jżomm kulħadd, minn 25% din naqset għal 20%.", "Din lil Malta m'affettwatniex għax, peress li l-GNI huwa l-balancing item, l-EU se tiġbor iktar mill-custom duties, u allura se jkollha bżonn inqas mill-GNI.", "U l-proporzjon tagħna tal-custom duties u tal-GNI huma t-tnejn 0.6%.", "Imbagħad, għandek stati membri li jikkontribwixxu ħafna iktar milli jieħdu, u dawn jirraġunaw li la huma qed jikkontribwixxu ħafna iktar milli jifilħu, fosthom ir-Renju Unit, … Il-UK collection li ġabet Thatcher għadha fis-seħħ u ma tbiddel xejn minnha.", "U lanqas hemm min jagħmel tajjeb għaliha, għax mhux kulħadd jagħmel tajjeb għaliha.", "Għandek il-collections u l-corrections.", "Pereżempju, il-Ġermanja tħallas biss kwart tas-sehem tagħha tal-GNI.", "Għandek ukoll collections oħra għad-Danimarka, għall-Olanda u l-Isvezja, li baqgħu bejn wieħed u ieħor l-istess kif kienu bejn l-2004 u l-2011.", "Il-Ġermanja ma tħallasx 0.3% tal-VAT imma tħallas 0.15%, jiġifieri tħallas biss in-nofs.", "Għandek xi pajjiżi oħra li jħallsu wkoll in-nofs, fosthom l-Awstrija u l-Isvezja.", "Issa, ovvjament, dawk lilna jiswewlna l-flus għax irridu nagħmlu tajjeb għalihom aħna peress li l-EU tkun trid tibbilanċja l-baġit.", "U dawk il-corrections jiġu jiswewlna ftit iktar minn €2 miljuni, u dawn ma jinkludux il-korrezzjonijiet tar-Renju Unit.", "Għall-korrezzjoni tar-Renju Unit – peress li għandek 40% tal-GNI li ma jagħmilx tajjeb għaliha – għandek 15% li ma tħallasx fuqu, u mbagħad għandek 15% oħra minħabba li l-Ġermanja, mill-20% tal-GNI tagħha, din tinjora tliet kwarti minnu.", "U allura nispiċċaw inħallsu bejn wieħed u ieħor madwar €6 miljuni, għax għandek ukoll xi aġġustamenti għall-passat.", "Dan l-aħħar, l-Own Resources qegħdin jitilgħu mhux għax tbiddlet il-liġi imma, għax kif diġà għedt, il-proporzjon tal-GNI tagħna żdied, u anke dan l-aħħar kellna ħafna reviżjonijiet tal-istatistika tal-passat.", "Dik isiru aġġustamenti fejn ikollok reserve base fuq il-GNI, u aħna saru l-aġġustamenti mill-2004, minn meta dħalna fl-EU.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: F'dan l-aħħar ftehim kien hemm xi aġġustamenti ġodda?", "Kien hemm xi pajjiż li kellu xi aġġustament li kien favur tiegħu?", "IS-SUR ROBERT CAMILLERI: Liema aġġustament?", "TONIO FENECH: Dawn li hawn hawnhekk, il-collection mechanism tar-Renju Unit, u mbagħad qed ngħidu l-aġġustamenti favur il-Ġermanja, l-Olanda u l-Isvezja.", "IS-SUR ROBERT CAMILLERI: Ir-Renju Unit baqgħet bl-istess formula.", "TONIO FENECH: Tal-Ġermanja, l-Olanda u l-Isvezja baqa' l-istess ukoll?", "IS-SUR ROBERT CAMILLERI: Tal-Olanda kien ta' €605 milljun at 2004 prices, u sar €695 miljun at 2011 prices, u allura dak naqas ftit.", "Jekk taraha, tiġi proporzjon ta' madwar 15% tal-GNI contributions li tħallas l-Olanda, u allura ma tantx inbidel.", "TONIO FENECH: Tal-oħrajn jew baqgħu l-istess jew tnaqqsu xi ftit: qed nifhem sew?", "Pereżempju, għandek l-Awstrija li tawha xi ħaġa żgħira – xi 10, 20 jew 30 – però fl-2007/2013 il-VAT base tagħha, minflok kienet tħallas bil-0.3%, kienet tħallas bil-0.25%, u allura kienet qiegħda tiffranka mill-VAT base tagħha.", "Kien hemm ċerti logħob bihom, u d-Danimarka ma kenitx qiegħda tieħu, u issa qed tieħu €130 miljun at 2011 prices, jiġifieri dik tiġi aġġustata skond il-GDP deflator skont kif tkun fil-European Economic Forecast tas-sena ta' qabel.", "TONIO FENECH: X'kienu r-raġunijiet li ngħatat dan it-trattament id-Danimarka?", "IS-SUR ROBERT CAMILLERI: Dawn jiġu deċiżi mill-Kunsill Ewropew.", "Id-Danimarka ġabet l-argumenti tagħha, għalkemm ħadd ma jkollu n-numri preċiżi għax hemm fomulas differenti kif tikkalkula n-net balance.", "Din ġabet l-argument li n-net contribution tagħha, il-budgetary balance kontriha kien sproporzjonat mal-GNI, jiġifieri jekk tara l-adverse budgetary balance tad-Danimarka fuq il-GNI u tara ta' pajjiżi oħra … Imma xi tkejjel fil-budgetary balance hija a Pandora's box għax, pereżempju, il-Belġju u l-Lussemburgu, dawk għandek il-parti l-kbira tal-ispejjes amministrattivi tal-EU li qegħdin hemmhekk.", "Allura dawk teħodhom hi jew le?", "Pereżempju, l-Olanda tiġbor ħafna mid-dwana.", "U dik teħodha jew le?", "Kull pajjiż għandu d-definizzjoni tiegħu, u l-Kummissjoni għandha d-definizzjoni tagħha, u ħadd ma joħroġ eżatt bin-numri x'inhuma għax naħseb li kieku qatt ma jaqblu.", "TONIO FENECH: Ovvjament, il-fatt li Malta, għalkemm qiegħda toħroġ €8 miljuni minħabba dawn l-aġġustamenti, jiġifieri €2 miljuni għall-Ingilterra u €8 miljuni minħabba l-oħrajn, din ma tinkwetanix, għax aħna net beneficiaries f'dan l-istadju.", "Però 'il quddiem jista' jkun li ma nkunux aktar f'dik is-sitwazzjoni.", "Allura, il-Gvern Malti qiegħed jipprepara ruħu għall-eventwalità li aħna nistgħu niġu f'mument fejn nibdew nitolbu għal xi aġġustament?", "IS-SUR ROBERT CAMILLERI: Iva, u fil-fatt diġà għamilna studju.", "Aktar 'il quddiem hemm ċans kbir li nkunu żviluppati iktar għax il-GDP per capita at purchasing power parity jaqbeż id-90%, u allura hemmhekk se nitilfu ħafna mill-iStructural Funds li nieħdu.", "Il-Cohesion Funds probabbilment inkunu qegħdin fil-phasing out tagħhom, u se neħduhom l-aħħar darba għax probabbilment se naqbżu għall-ewwel darba d-90% GNI.", "Meta nitilfu ħafna mill-Cohesion policy, li hija 30% tal-baġit kollu, x'jibqa'?", "Għandek it-30% l-oħra li huma direct payments, u fejn aħna l-iktar li nikkontribwixxu proporzjonalment.", "Fil-fatt, aħna kkalkulajna li għal direct payments se nkunu kkontribwixxejna aktar milli ħadna – €175 miljun f'seba' snin!", "Hekk konna u hekk għadna.", "Hemmhekk, anke jekk ma nkunux net contributors overall, għandna ħsieb li nitolbu specific correction mechanism.", "Aħna l-inqas li nieħdu, anke proporzjonalment.", "Meta qed ngħidu €175 miljun f'seba' snin, żgur li mhijiex ċajta.", "F'seba' snin se nieħdu €35 miljun, u se nagħtu iktar minn €200 miljun!", "Pereżempju, l-Olanda hija l-uniku pajjiż li għandha correction mechanism fuq kollox.", "Fil-fatt, fuq il-VAT tħallas nofsha, fuq il-UK correction tħallas kwart ta' dak li suppost tħallas, għandha €695 miljun at 2011 prices li jiġu 15% tal-GNI li tħallas, u l-correction cost, għalkemm tagħna jibbilanċjaw, però tal-Olanda ma jibbilanċjawx għax, jekk tara l-import duties tagħha, dawn huma xi 11% tal-EU, u jekk tara l-GNI, dan huwa xi 5%.", "U allura l-correction cost li jżommu l-istati membri l-aktar li jiffavorixxi hu lill-Olanda għax hi żżomm ħafna iktar bħala proporzjon ma' dak li jiffrankaw il-pajjiżi l-oħra mill-GNI.", "Aħna se nkunu fit-Trio tagħha, u diġà qegħdin naħsbu biex, jekk jista' jkun, nagħmlu pożizzjoni komuni.", "It-tir tagħna hu li fuq kull aspett tal-Own Resources, jekk nistgħu, nitolbu correction mechanism.", "Għandna argument b'saħħtu fuq il-VAT base għax, peress li aħna għandna l-industrija tat-turiżmu kbira, allura hemmhekk nistgħu nitolbu correction mechanism.", "Anke fuq l-agrikoltura, għandna l-kalkoli tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Għad fadal tal-Ingilterra, imma dik irridu nippreparaw għaliha minn qabel.", "THE CHAIRPERSON: Hawn aktar kummenti?", "(Onor. Membri: Le) Sur Camilleri, nirringrazzjawk tal-intervent tiegħek.", "Min-naħa tiegħi, se nirrapporta lill-Kamra li hemm qbil sabiex napprovaw din id-deċiżjoni.", "Issa ngħaddu għall-item li jmiss.", "KONSIDERAZZJONI TAL-PROPOSTA GĦALL-INTRODUZZJONI TA' DIK LI QIEGĦDA TISSEJJAĦ 'GREEN CARD', JIĠIFIERI, MEZZ KIF IL-PARLAMENTI NAZZJONALI JIKKONTRIBWIXXU GĦALL-IŻVILUPP TA' LEĠIŻLAZZJONI F'LIVELL TA' UNJONI EWROPEA SA MINN QABEL IL-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHA, LI GĦANDHA TIKKOMPLEMENTA L-IRWOLI TAL-KUMMISSJONI U TAL-PARLAMENT EWROPEW", "THE CHAIRPERSON: Issa għandna għall-konsiderazzjoni l-proposta għall-introduzzjoni ta' dik li qiegħda tissejjaħ \"Green Card\".", "Fuq din il-proposta tqassmet nota, u issa s-Sur Ian Paul Bajada, Research Analyst mal-Kumitat, se jagħtina spjegazzjoni tagħha.", "IS-SUR IAN PAUL BAJADA (Research Analyst): Ħalli nispjegalkom ftit x'inhi din il-proposta tal-Green Card, li qed jimbottaw b'mod partikolari l-House of Lords tal-Ingilterra sabiex idaħħlu din il-proċedura, li għalkemm għadha mhijiex proċedura, il-ħsieb hu li xi darba ssir proċedura ta' kontribuzzjoni li l-parlamenti nazzjonali jistgħu jagħtu fil-qasam tal-proposti ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.", "L-għan ta' din il-proċedura hu li kemm jista' jkun jissaħħaħ dak li jissejjaħ id-djalogu pożittiv bejn il-parlamenti nazzjonali u l-istituzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea, li għandha l-irwol primarju li tagħmel proposti għal-leġiżlazzjoni.", "Mill-2009, bid-dħul tat-Trattat ta' Lisbona, ġew imwaqqfa dawk li jissejħu l-early warning mechanisms, fejn il-parlamenti nazzjonali għandhom l-irwol li jaraw li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità ma jiġux miksura.", "Allura s-s'issa, il-parlamenti nazzjonali għandhom biss dak l-irwol ta' reazzjoni għall-proposti, jiġifieri l-Kummissjoni Ewropea tagħmel proposti għal leġiżlazzjoni u, minn mindu tiġi ppubblikata dik il-leġiżlazzjoni sa tmien ġimgħat wara, il-parlament nazzjonali ta' kull pajjiż għandu jara li mhux qed jinkisru dawn iż-żewġ prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità.", "S'issa, mill-2009 sal-lum, kellna żewġ esperjenzi fejn ġew murija dik li tissejjaħ l-karta s-safra.", "Il-karta s-safra hija threshold ta' one-third tal-voti, mhux tal-parlamenti għax inti għandek pajjiżi li fihom parlament wieħed, bħal ta' Malta, u għandek pajjiżi li għandhom senat u parlament.", "F'dak il-każ, Malta għandha żewġ voti u pajjiż bħalma huwa l-Olanda għandhom vot għal kull chamber.", "Għalhekk, jekk tintlaħaq ċerta threshold, fejn il-pajjiżi jagħmlu dik li tissejjaħ a reasoned opinion, u jgħidu b'dik il-leġiżlazzjoni jew b'dik il-proposta qed jinkiser il-prinċipju tas-sussidjarjetà, tinħareġ dik li jgħidulha l-karta s-safra, jew jekk ikun hemm iktar min-nofs tal-voti, tinħareġ dik li jgħidulha l-karta oranġjo.", "S'issa kellna żewġ esperjenzi, waħda kienet tal-Public Prosecutor u l-oħra kienet fuq leġiżlazzjoni tal-Monti II Commission.", "Jekk tinħareġ il-karta s-safra, il-Kummissjoni trid tagħti risposta, trid tagħti raġuni u tirrevedi, jekk ikun il-każ, il-proposta għal leġiżlazzjoni.", "Jekk toħroġ il-karta l-oranġjo jista' jkun hemm każ li twaqqaf il-proposta għal-leġiżlazzjoni.", "F'dawn iż-żewġ esperjenzi ma rajniex li ġara hekk għax, fil-Monti II Commission, waqqfitha għax rat li fil-Kunsill xorta mhux se jkun hemm ftehim minħabba li l-pajjiżi kienu kontriha, u fuq tal-Public Prosecutor xorta baqgħet sejra biha.", "U allura qed jinħass il-bżonn li l-parlamenti nazzjonali, fejn jidħol l-irwol tagħhom fil-proposti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jagħtu aktar rwol proattiv.", "L-Ingilterra, flimkien ma' parlamenti oħra, bħall-Olanda u d-Danimarka, qed joħorġu bil-proposta sabiex ikun hemm proġett pilota – din il-korrispondenza li għaddewlna hija l-ewwel eżempju ta' dan il-proġett pilota – u dawn għażlu t-topic tas-circular economy, li bħala dekasteru jaqa' taħt il-Kummissarju Karmenu Vella, u taw il-proposti tagħhom qabel ma toħroġ dik il-proposta.", "Bħalissa, is-circular economy qiegħda f'fażi ta' konsultazzjoni pubblika, u se tibqa' miftuħa sal-20 ta' Awwissu.", "Issa dawn għamlu qafas żgħir ta' rakkomandazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dak is-suġġett sabiex jibdew djalogu pożittiv, u biex jagħmlu speċi ta' rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni u jgħidulha li jixtiequ jdaħħlu dawn il-klawsoli f'din il-komunikazzjoni.", "Eventwalment, is-circular economy se toħroġ bħala komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.", "Jiena tlabt lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima sabiex jagħtini l-input dwar din il-proposta ħalli naraw jekk il-Gvern Malti jaqbilx mar-rakkomandazzjonijiet li għamlu l-House of Lords jew le.", "U, għalkemm kien hemm xi reservations – mhux fuq il-proposti kif imressqin fil-House of Lords – fuq il-proposti għal-leġiżlazzjonijiet lill-Unjoni Ewropea, jidher li l-Gvern qed jaqbel mal-proposti kif ressquhom il-House of Lords.", "Jekk naqbdu l-feedback li ngħata jidher li, fejn jidħol it-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, Malta għandha tilqa' b'mod pożittiv l-approach strateġiku milli l-approach fejn ikun hemm talbiet speċifiċi.", "Għaliex?", "Għax il-Gvern Malti qed jgħid li għad ma teżistix data f'Malta – u anke fl-Ewropa – tajba biżżejjed biex inti tistabbilixxi target.", "Pereżempju, Franza għadhom kemm għaddew liġi fejn qalu li huma se jnaqqsu l-food waste reduction b'xi 30%.", "Imma, jekk m'għandekx data available ta' kemm għandek food waste, inti ma tistax tagħmel target b'mod ta' persentaġġ.", "Għalhekk Malta taqbel li jkun hemm aktar approach strateġiku milli li jkollok targets speċifiċi f'dan ir-rigward.", "Barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet qegħdin jirreferu għal dawk li huma linji gwida, u anke sabiex ikun hemm sharing of best practices f'dan il-qasam tal-food waste reduction, li t-tnejn li huma bħalissa qed narawhom utli għal Malta.", "Jien staqsejt ukoll lill-House of Lords sabiex nara x'inhu l-feedback tal-parlamenti l-oħra – u bl-assistenza tal-membru tal-istaff tagħna li qiegħed Brussell, u allura jkun jista' jitkellem mar-rappreżentanti tal-parlamenti hemmhekk biex jgħidulna x'inhu l-feedback tagħhom fuq din il-proposta – u llum stess, wara nofsinhar, informawni mill-House of Lords li s'issa kkommettew ruħhom erba' parlamenti.", "Dawn huma l-Parlament ta' Ċipru, il-Parlament tal-Bulgarija, in-National Council tal-Islovakkja u l-Lower House tal-Olanda.", "Qaluli li għad fadal ħafna parlamenti li għadhom ma ddiskutewhiex fil-parlament, u allura għadhom ma fformawx pożizzjoni.", "Min-naħa l-oħra, hemm il-Parlament Daniż li minħabba raġunijiet elettorali huwa wieħed minn dawk favur il-Green Card; però, minħabba li bħalissa għaddej bil-proċess elettorali u għadu ma ġiex ifformat mill-ġdid il-kumitat li jista' jieħu deċiżjoni fuq din il-materja, mhumiex se jiffirmawha.", "Hemm ukoll il-Parlament Finlandiż u dak Pollakk li qed joġġezzjonaw minħabba xi raġunijiet kostituzzjonali.", "Il-Parlament Finlandiż kien diġà ddikjara ruħu li bħala proċedura ma tantx jaqbel magħha, mhux fuq din biss tas-circular economy, imma b'mod ġenerali kellu riservi wkoll fuq il-Green Card.", "Semmew ukoll li l-Parlament Taljan kellu xi riżervi.", "Dak huwa li kelli xi ngħidilkom fuq din il-proposta.", "Jiena tajt ir-rakkomandazzjoni fil-brief li ħejjejt li sakemm qed naraw li din tista' ttejjeb l-irwol tal-Parlament Malti u tal-parlamenti Ewropej vis-à-vis ir-relazzjoni, kif ukoll l-irwoli tal-parlamenti nazzjonali u l-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni Ewropea, mela allura l-Parlament Malti għandu jiffirma din il-proposta tal-House of Lords.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Naħseb li fil-prinċipju hija idea tajba li jkun hemm iktar parteċipazzjoni dwar kif proposta leġislattiva tiġi fformata mill-Kummissjoni u kif jista' eventwalment parlament individwali jipproponi hu leġiżlazjzoni li għandha tikkonsidra l-Kummissjoni.", "Hija xi ħaġa tajba għax tkompli twessa' l-prinċipju tas-sussidjarjetà fuq livell Ewropew.", "Naħseb li ttieħdet l-inizjattiva sabiex din nipprovawha – hekk qed ngħidu hawnhekk – u naħseb li hija xi ħaġa tajba.", "Innotajt li l-Parlament Malti, f'laqgħa li attenda għaliha anke l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, diġà esprima dan is-sentiment, u naħseb li hija xi ħaġa tajba li aħna nappoġġjaw din il-proposta.", "THE CHAIRPERSON: Fl-aħħar laqgħa tal-COSAC, meta ġiet din il-proposta, kien hemm ton favorevoli għaliha across the board.", "Naħseb li qegħdin naqblu ma' din il-proposta, anke fid-dawl ta' din id-diskussjoni li kellna llum, u allura din il-proposta se tiġi mressqa fil-laqgħa tal-COSAC li jmiss, u anke nhar il-Ħadd li ġej meta se jkun hemm il-laqgħa taċ-chairpersons.", "Għaldaqstant, il-pożizzjoni li se nkun qiegħed nieħu se tkun favur din il-proposta.", "Ngħaddu għall-korrispondenza.", "THE CHAIRPERSON: Se nqiegħed fuq il-Mejda din il-korrispondenza li rċevejna mingħand il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin:", "- Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin bagħat jgħarraf lill-Kumitat bil-preżenza f'Malta ta' helicopter minn tal-HMS Bulwark tal-Qawwa Navali tar-Renju Unit u tal-24 crew tiegħu.", "Fil-fatt, il-Gvern tar-Renju Unit offra tliet helicopters, imma l-Gvern Malti aċċetta wieħed.", "Din il-preżenza ma tmurx kontra l-Konstituzzjoni peress li dan sar fuq stedina tal-Gvern Malti bħala miżura ta' siġurtà nazzjonali fil-kuntest tal-attakki terroristiċi li kienu qegħdin iseħħu f'diversi pajjiżi, u fid-dawl tal-influss ta' persuni mil-Libja f'liema pajjiż kien hemm preżenza tal-Islamic State.", "Kif tistgħu taraw minn din il-kommunikazzjoni, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qiegħed jinforma lil dan il-Kumitat – li anke hu kien jifforma parti minnu qabel – bil-preżenza ta' helicopter tal-Qawwa Navali Ingliża f'Malta.", "Oriġinarjament, suppost kellu jkun hawn tliet helicopters minn tal-HMS Bulwark, imma l-Gvern Malti aċċetta li jkun hawn wieħed biss.", "Mill-informazzjoni li ngħatajt, jirriżulta li din ma tmurx kontra l-Artiklu 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta peress li aħna qegħdin nieħdu sehem fiha minħabba miżuri ta' sigurtà nazzjonali fil-kuntest ta' xi attakki terroristiċi, jew infiltrazzjoni terroristika, li jista' jkun hemm min-naħa tal-immigranti, li ovvjament jkunu qegħdin jaqsmu mil-Libja għat-territorju nazzjonali.", "Dan il-helicopter għandu miegħu 24 persuna bħala crew, u dawn huma suldati full metal jacket, u qegħdin stazzjonati hawn Malta.", "TONIO FENECH: Nafu għaliex ġiet irrifjutata t-talba fuq iż-żewġ helicopters l-oħra?", "THE CHAIRPERSON: Minħabba li bil-preżenza tat-tliet helicopters kien se jkun hawn f'pajjiżna 84 suldat, u allura kien se jkollok stakkament sħiħ.", "TONIO FENECH: Xorta għandek l-aircraft carrier ...", "THE CHAIRPERSON: Dawn qegħdin hawnhekk fuq stedina tal-Gvern lokali.", "Issa għandna wkoll din l-ittra:", "- Ittra datata t-12 ta' Ġunju 2015, mingħand Lord Boswell, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-House of Lords, dwar proposta għal 'green card';", "Ovvjament din il-proposta għadna kemm iddiskutejniha.", "Imbagħad għandna wkoll din l-ittra:", "- Ittra datata l-1 ta' Ġunju 2015, mingħand id-Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dwar rakkomandazzjonijiet għall-għoti ta' dritt tal-vot lill-Maltin li jgħixu barra.", "Kif intqal fil-laqgħa tal-Kumitat meta kien ġie diskuss ir-rapport annwali tal-Kunsill għal Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet kienu ntbagħtu għall-konsiderazzjoni tal-partiti politiċi.", "U għalhekk għalissa rridu nistennew għax il-ballun qiegħed f'saqajn il-partiti politiċi.", "L-aġenda tal-lum hija eżawrita, u allura l-Kumitat huwa aġġornat għal nhar il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2015, fis-6.00 p.m., għal laqgħa mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Italja, l-Onor.", "Peress li jien se nkun imsiefer, nipproponi li dik il-laqgħa tiġi ppresjeduta mill-Onor.", "(Onor. Membri: Iva) Ninformakom ukoll li l-Ambaxxatriċi tagħna għall-Italja, Vanessa Frazier, se tkun fil-Kamra tal-Kumitat 20 minuta qabel il-laqgħa biex tagħtikom brief, u biex twieġeb xi mistoqsijiet li jista' jkollkom.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.07 p.m., il-Kumitat aġġorna għall-Ħamis 9 ta' Lulju 2015 fis-6.00 p.m. bil-laqgħa mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Italja, l-Onor.", "Sandro Gozi, u kien hemm qbil li l-laqgħa tiġi ppresjeduta mill-Onor.", "Joe Sammut peress li ċ-Chairman kien se jkun imsiefer."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150707_032d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 7 ta' Lulju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:52 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Ian Paul Bajada, research analyst mal-Kumitat.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Frederick Azzopardi kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 30 u 31 li saru fl-1 u t-12 ta' Ġunju, 2015 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-E.T. JANINE FINCK, AMBAXXATRIĊI TAL-LUSSEMBURGU GĦAL MALTA, DWAR IL-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA U.E. TAL-LUSSEMBURGU GĦALL-PERJODU LULJU SA DIĊEMBRU 2015", "124 Nota magħmula mill-Uffiċċju tal-Iskrivan dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-UE tal-Lussemburgu.", "L-Ambaxxatriċi tal-Lussemburgu għamlet preżentezzjoni fuq il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-UE għall-perjodu bejn Lulju u Diċembru 2015, fosthom, l-immigrazzjoni, l-investiment biex jistimula t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, is-single market b'emfasi fuq id-dimensjoni diġitali, il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-preżenza tal-Unjoni Ewropea fuq il-livell globali.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "DISKUSSJONI, KIF MITLUB TAĦT ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA (KAP.", "126 Informazzjoni pprovduta mill-Ministeru għall-Finanzi dwar Decision 2014/335/EU, Euratom.", "Is-Sur Robert Camilleri, Direttur fil-Ministeru għall-Finanzi, għamel preżentazzjoni dwar din", "id-deċiżjoni fejn, fost affarijiet oħra, spjega:-", "li l-budget, i.e. l-infiq u d-dħul, tal-Unjoni Ewropea kellu dejjem ikun bilanċjat u fil-fatt wara d-dħul tas-soltu mid-dwana u l-VAT il-bilanċ li jibqa' jinħareġ mill-Istati Membri skont formola maqbula fejn anke jittieħed kont tal-GNI tagħhom u f'dan ir-rigward il-parti ta' Malta kienet qiegħda tiżdied kemm minħabba li GNI tagħha kien qed jikber u anke minħabba reviżjoni li saret f'ċerta statistika;", "s'issa Malta kienet għadha net beneficiary però kien se jasal iż-żmien li Malta ssir net contributor u f'dik l-eventwalità diġà kien qiegħed isir studju dwar kif Malta tkun tista' titlob aġġustamenti jew korrezzjonijiet f'dan ir-rigward;", "din id-deċiżjonji, li tapplika sal-2020, kienet bejn wieħed u ieħor fuq l-istess linji ta' dik li kienet tapplika għall-perjodu 2007-2013; u", "din id-deċiżjoni kienet maqbula mill-Istati Membri fis-26 ta' Mejju 2014, kienet approvata mill-Kabinett fit-2 ta' Ġunju 2015, u li l-proċess ta' approvazzjoni minn kull Stat Membru kien mistenni jiġi konkluż fil-bidu tal-2016.", "Il-Kumitat irreġistra qbil unanimu dwar din id-deċiżjoni u qabel li ċ-Chairman jirrapporta lill-Kamra f'dan is-sens.", "KONSIDERAZZJONI TAL-PROPOSTA GĦALL -INTRODUZZJONI TA' DIK LI QIEGĦDA TISSEJJAĦ 'GREEN CARD', JIĠIFIERI, MEZZ KIF IL-PARLAMENTI NAZZJONALI JIKKONTRIBWIXXU GĦALL-IŻVILUPP TA' LEĠISLAZZJONI F'LEVELL TA' UNJONI EWROPEA SA MINN QABEL IL-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHA LI GĦANDHA TIKKUMPLIMENTA R-RWOL TAL-KUMMISSJONI U L-PARLAMENT EWROPEW", "127 Ittra datata t-12 ta' Ġunju 2015 mingħand Lord Boswell, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-House of Lords, dwar proposta għal 'green card';", "128 Informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tal-Iskrivan dwar proposta għal 'green card'.", "Is-Sur Ian Paul Bajada, research analyst mal-Kumitat, għamel preżentazzjoni dwar din il-proposta u wara kien hemm diskussjonji.", "Il-Kumitat għaraf li l-għan wara din il-proposta kien li jissaħħaħ ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġislattiv tal-Unjoni Ewropea permezz ta' djalogu pro-attiv u pożittiv.", "Il-Kumitat qabel li fil-laqgħa li kien imiss tal-COSAC, iċ-Chairman jappoġġja din l-inizjattiva.", "Informazzjoni miċ-Chairman: il-Ministru għall-Affarijiet Barranin bagħat jgħarraf lill-Kumitat bil-preżenza f'Malta ta' helicopter minn tal-HMS Bulwark tal-Qawwa Navali tar-Renju Unit u tal-24 crew tiegħu.", "Fil-fatt il-Gvern tar-Renju Unit offra tliet helicopters imma l-Gvern Malti aċċetta wieħed.", "Din il-preżenza ma tmurx kontra l-Konstituzzjoni peress li dan sar fuq stedina tal-Gvern Malti bħala miżura ta' siġurtà nazzjonali fil-kuntest tal-attakki terroristiċi li kienu qegħdin iseħħu f'diversi pajjiżi u fid-dawl tal-influss ta' persuni mil-Libja f'liema pajjiż kien hemm preżenza tal-Islamic State.", "ittra datata l-1 ta' Ġunju 2015, mingħand id-Direttorat għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dwar rakkomandazzjonijiet għall-għoti ta' dritt tal-vot lill-Maltin li jgħixu barra: Il-Kumitat innota li dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jinsabu għall-konsiderazzjoni tal-partiti politiċi kif kien ġie reġistrat fil-laqgħa tal-Kumitat tal-1 ta' Ġunju 2015 fejn ġie diskuss ir-rapport annwali tal-Kunsill għal Maltin li jgħixu barra minn Malta u għaldaqstant f'dan l-istadju ma kienx hemm bżonn ta' aktar azzjoni f'dan ir-rigward.", "Fit-8.07 p.m. il-Kumitat aġġorna għall-Ħamis 9 ta' Lulju fis-6 pm bil-laqgħa mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Italja, l-Onor.", "Sandro Gozi, u kien hemm qbil li l-laqgħa tiġi preseduta mill-Onor.", "Joe Sammut peress li ċ-Chairman kien se jkun imsiefer.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150707_032m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 8 ta' Lulju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 8 ta' Lulju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-8.15 p.m.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI – KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRPERSON (Onor. Etienne Grech): Nagħti merħba lil kull min qiegħed preżenti għal din il-laqgħa.", "Din se tkun laqgħa oħra li fiha se nkunu qegħdin niddiskutu l-età tal-kunsens sesswali.", "Tajjeb ngħidu li s'issa smajna ammont mhux ħażin ta' kelliema minn diversi oqsma.", "Tkellimna ma' professjonisti kif ukoll ma' diversi għaqdiet taż-żgħażagħ u llum se nkomplu nagħmlu l-istess.", "Fil-fatt l-ewwel mistiedna tagħna hija Dr Anna Maria Cassar, Clinic Psychologist u magħha se naraw daqxejn x'jistgħu jkunu l-effetti fuq iż-żgħażagħ jekk inniżżlu l-età tal-kunsens sesswali minn 18-il sena għal 16-il sena.", "Dr Cassar nixtieq infakkrek biss li din il-laqgħa se tkun qiegħda tiġi streamed live fuq il-website uffiċjali tal-Parlament.", "DR ANNA MARIA CASSAR (Clinical Psychologist): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina li għamiltuli.", "Fix-xogħol tiegħi bħala Clinical Psychologist niltaqa' ma' ħafna persuni vulnerabbli u naħdem mat-tfal, maż-żgħażagħ u ma' adulti ta' kull età.", "L-adolexxenza kif nafuha aħna bħala età hija età ta' paradossi għax il-maturità fiżika u l-maturità sesswali tibda minn ħafna qabel il-maturità emottiva u l-maturità konjuttiva.", "Fil-fatt din tibqa' tiżviluppa iżjed tard u hija sitwazzjoni komplessa meta wieħed joqgħod jaħseb fuq l-età tal-kunsens f'dan l-ambitu.", "Jien hawnhekk se nitkellem aktar fuq ix-xogħol tiegħi milli fuq ir-riċerka u affarijiet oħra.", "Fix-xogħol tiegħi nara ħafna adolexxenti u dawn narahom fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom.", "Fl-ambitu tax-xogħol tiegħi huwa importanti ħafna li l-ġenituri jkunu nvoluti fid-dijanjosi u fit-trattament ta' uliedhom.", "Jiena dejjem nitlob il-kunsens tal-ġenituri, tkun xi tkun l-età tagħhom.", "Dan anke minħabba li jien naħdem fil-private practice u jkolli bżonn li l-ġenituri ...", "THE CHAIRPERSON: Jekk ikollok tfajla ta' 17-il sena dejjem tkun tixtieq li din tiġi għandek mal-ġenituri tagħha, anke jekk se tkellmek fuq affarijiet emozzjonali?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Jiena nitlob il-kunsens tal-ġenituri imma ovvjament dejjem se nħalli ċertu ħin biex inkellem liż-żgħażagħ waħedhom.", "Ħafna drabi ngħid lill-ġenituri sabiex joħorġu barra u liż-żgħażagħ narahom waħedhom.", "Imma bħala parti mit-trattament u minħabba wkoll il-kuntest lokali, li huwa wieħed kumpless, ikolli bżonn il-preżenza tal-ġenituri.", "Ma ninsewx li ż-żgħażagħ tagħna jdumu aktar fid-djar tagħhom u fejn pereżempju fl-Istati Uniti ż-żgħażagħ jitilqu mid-djar tal-ġenituri tagħhom hekk kif ikollhom 18-il sena, iż-żgħażagħ Maltin jibgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom tal-inqas sakemm ikollhom 25 sena u jibqgħu jiddependu wkoll finanzjarjament fuq il-ġenituri tagħhom.", "Il-ġenituri tagħhom iħallsulhom għat-trattamenti mediċi tagħhom u allura l-ġenituri huma importanti ħafna u jkolli ninvolvihom fejn jidħol it-trattament mediku.", "Imma nerġa' ngħid li dak li jgħiduli ż-żgħażagħ ikun b'mod privat.", "Jiena nikser biss il-privatezza ta' dak li jgħiduli jekk naħseb li se jweġġgħu huma jew inkella jekk xi ħadd se jweġġagħhom.", "Kif kont qiegħda ngħid l-adolexxenza hija età ta' ħafna paradossi u naħseb li hawnhekk lill-adolexxent irridu neħduh f'kuntest.", "Għandek il-kuntest tal-familja li huwa importani ħafna.", "Imbagħad għandek il-kuntest tal-iskola u l-kuntest tal-maturità fiżika tagħhom.", "Waħda mill-affarijiet li jiena naħdem ħafna biha u nħares lejha hija l-livell emottiv tal-persuna li nkun qiegħda naħdem magħha, dik li aħna nsejħulha l-emotional quotion jew l-emotional IQ.", "Ħafna drabi nisimgħu bl-IQ bħala l-livell ta' intelliġenza u ninsew l-emotional IQ.", "Dan qiegħda nsemmih għax minħabba li fil-professjoni tiegħi nara tfal u żgħażagħ li jkunu predisposti għal kondizzjonijiet mentali, fosthom dipressjoni, ansjetà, awtiżmu, attention deficits u hyperactivity li fihom infushom iġiegħlu lit-tfal ikunu aktar vulnerabbli emottivament.", "Dan ifisser li għandek ċerti tfal li meta jiġu biex jagħmlu deċiżjonijiet jistgħu jkunu impulsivi u allura dik se ddaħħalhom f'aktar inkwiet.", "U għalhekk jiena rrid inkun responsabbli biżżejjed biex jekk nara li l-kondizzjoni ta' dawn it-tfal jew żgħażagħ tista' tesponihom għal xi inkwiet, ma nħallihomx jgħumu waħedhom u għalhekk ikolli ninvolvi lill-ġenituri tagħhom.", "MICHAEL GONZI: Jekk l-età tal-kunsens se tinżel għal 16-il sena, inti se tibqa' tħoss li għandek taqsam l-affarijiet mal-ġenituri taż-żgħażagħ li jiġu jkellmuk?", "U jekk tinbidel il-liġi taħseb li din se tkun ta' ġid?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Fil-kuntest tiegħi ħafna miż-żgħażagħ jiġu mill-ewwel mal-ġenituri tagħhom, l-ewwel nett għax il-ġenituri jħallsulhom għat-trattament u anke għax sa ċertu punt il-ġenituri jkollhom ċerta aura fuq it-tfal tagħhom.", "Apparti minn hekk inħoss li f'ċerta sitwazzjonijiet iż-żgħażagħ ma jkunux maturi biżżejjed biex jiffaċjawhom waħedhom u nkunu qegħdin ngħabbuhom b'piż akbar jekk nitfgħu ċerta deċiżjonijiet fuqhom.", "Pereżempju jekk jien inħoss li ż-żagħżugħ jew żagħżugħa li għandi quddiemi għandu bżonn il-mediċina, dik il-mediċina ma niktibilux jien imma jkolli nagħmillu referral għand tabib.", "U allura ma nistax ngħabbi lill-adolexxent biex imur għand it-tabib waħdu ħalli jiktiblu l-mediċina li għandu bżonn.", "Nagħmel hekk għax kull mediċina fiha s-side effects tagħha.", "Pereżempju hemm ċerta mediċina fil-qasam tad-dipressjoni li lil dak li jkun tagħmlu aġitat fil-bidu.", "U jekk il-ġenituri ma jkunux jafu għalfejn it-tfal tagħhom qed ikunu aġitati u b'xi mod mhux qed jgħinuhom jirregolaw il-mediċina … Ma ninsewx li hemm l-impulsività f'ċerti sitwazzjonijiet bħal pereżempju fl-attention deficit u fil-hyperactivity u li allura t-tfal ma jkunux iridu assolutament jieħdu l-mediċina.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta aħna qegħdin inħarsu lejn jekk l-età tal-kunsens għandhiex tinżel jew le, aktar milli l-età tal-kunsens biex inti tagħti l-kunsens tiegħek għat-trattament, li hija importanti wkoll, aħna nixtiequ nafu x'differenza tagħmel lil min għandu 16 li issa dan l-att sesswali m'għadux aktar ipprojbit.", "Taħsibx li tagħmlilhom differenza jew jekk jimpurtahomx - għax xi kultant anke dik is in question – minn din il-bidla fil-liġi?", "U meta tneħħi lil dawk li huma vulnerabbli minħabba ċerti mediċini għax dawk diġà tipproteġihom il-liġi, taħsibx li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena humiex maturi biżżejjed biex jieħdu d-deċiżjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' xi ħadd?", "U dan fl-ambitu ta' dak li diġà nafu u ċjoè li llum il-ġurnata l-età medja ta' meta ż-żgħażagħ jibdew ikollhom x'jaqsmu ma' xulxin hija ta' 15-il sena.", "MICHAEL GONZI: Mix-xogħol tiegħek inti tara differenza bejn tifel jew tfajla ta' 16-il sena, 17-il sena u 18-il sena?", "Issa ħalli nagħtik xenarju; tfajla ta' 17-il sena li qiegħda toħroġ ma' xi ħadd fuq id-drogi u din ġiet għandek m'ommha.", "Kif inhi l-liġi llum din qiegħda favur tal-omm biex tgħinnha żżomm lit-tifla tagħha taħt kontroll.", "Ma nixtieqx nuża l-kelma \"kontroll\" imma m'għandniex kelma oħra minflokha.", "Issa jekk se nbiddlu l-liġi, dik it-tfajla se ddur fuq ommha u se tgħidilha li l-liġi issa qiegħda hekk u allura hi tista' tagħmel li trid.", "Allura fl-opinjoni tiegħek, f'dan ix-xenarju, li nbiddlu l-liġi se nagħmlu l-ġid?", "Jew se nagħmlu l-ħsara?", "Jew inkella mhux se tagħmel differenza?", "Għamlet differenza matul il-konsultazzjonijiet li kellek?", "Ġieli kellek lil xi ħadd li ġie għandek u qallek li l-liġi tgħid hekk u allura għandu l-jedd fuq it-tifla tiegħu?", "Iseħħu dawn l-affarijiet jew inkella din il-liġi kienet kompletament ta' xejn?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Jiena nifhem li kif iż-żgħażagħ jimmaturaw l-esplorazzjoni sesswali se tkun qiegħda hemmhekk, anke minħabba l-pressjoni ta' sħabhom u mill-iskejjel.", "Pereżempju s-subien jiftaħru ħafna fuq l-affarijiet li jistgħu jagħmlu u l-bniet ikollhom ukoll dawk il-crushes kif ukoll ħafna drabi jitkellmu fuq xenarji immaġinarji, fuq fantażiji biex ngħid hekk, imma li wkoll joħolqulhom ċerta pressure għax ikun hemm min jgħid li huwa pprova ċerti affarijiet.", "L-adolexxenza hija età fejn il-belonging huwa importanti ħafna u allura l-peer pressure forsi se jkun aktar sinifikanti.", "THE CHAIRPERSON: Mistednin li kellna hawnhekk kienu qalulna li l-ewwel nett iż-żgħażagħ jagħtu ħafna aktar importanza lill-peers tagħhom milli lill-ġenituri tagħhom u li dawn jistħu ħafna biex jiftħu qalbhom mal-ġenituri tagħhom dwar l-avventuri sesswali li kellhom.", "Inti taħseb li dan huwa minnu?", "U allura meta jfittxu l-għajnuna professjonali, il-fatt li jkollhom imorru mal-ġenituri tagħhom, dawn jippreferu li ma jmorru mkien?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Naħseb li hekk hu u din tgħodd mhux biss għall-adolexxenti imma anke għat-tfal żgħar u għall-adulti.", "Meta tiġi biex tiftaħ qalbek ħafna drabi ssibha ħafna aktar faċli ma' persuna barra mill-familja, ma' persuna li tkun indipendenti, li mhijiex se tiġġudikak u li sa ċertu punt mhijiex se tinkwieta bil-mod ta' kif jinkwetaw il-ġenituri.", "Huwa minnu li ħafna drabi l-ħbieb ikunu minn tal-ewwel li jkunu jafu li xi ħadd fil-grupp tagħhom huwa attiv sesswalment u jkunu huma stess li jinkwetaw fuq sħabhom, jiġifieri għandek dak iċ-ċirku fejn iż-żgħażagħ stess jinkwetaw għal xulxin.", "U fuq il-mistoqsija tal-Onor.", "Gonzi rrid ngħid li jekk aħna se nniżżlu l-permessibilità iċ-ċansijiet huma li se jkun hemm aktar peer pressure bejniethom biex jesperimentaw aktar.", "THE CHAIRPERSON: Il-maġġoranza taż-żgħażagħ tal-lum huma konxji bl-etá tal-kunsens sesswali?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Naħseb li iva, u qiegħda ngħid hekk minħabba li anke meta jmorru għand professjonisti, nagħmluhielhom ċara li hemm ir-responsabilità tal-ġenituri.", "DEBORAH SCHEMBRI: Inkun qiegħda ngħid sew li meta jmorru għand professjonisti, imorru għax ikollhom xi tip ta' problema?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Fil-każ tiegħi iva.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma tfajliet u ġuvintur in ġenerali, qabel ma jkollhom x'jaqsmu mal-ġuvni jew mat-tfajla tagħhom, jaħsbu li huma outside the remit of the law jew ikunu jafu li qed jiksru l-liġi huma jew li l-partner tagħhom qed jikser il-liġi?", "Kif nafu jista' ikollok tfajla ta' 16-il sena u ġuvni ta' 19-il sena fejn it-tfajla tiġi kkonsidrata mil-liġi bħala l-vittma ta' reat li qed jagħmel il-ġuvni tagħha.", "U allura dawn iż-żgħażagħ fil-verità jieqfu u jaħsbu ftit qabel jagħmlu xi ħaġa?", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq inżid xi ħaġa oħra.", "Inti għedtilna li tikser il-kunfidenzjalità jekk ikun hemm xi ħaġa kontra l-liġi.", "Issa jekk ikollok waħda ta' 17-il sena li tirrakkontalek li għandha esperjenza sesswali ma' xi ħadd ta' 18-il sena, teknikament hemmhekk qiegħda tikser il-liġi.", "Allura inti obbligata li tikser il-kunfidenzjalità hemmhekk?", "MICHAEL GONZI: Dr Cassar ma qalitx meta xi ħadd jikser il-liġi imma qalet f'każ li jkun hemm xi perikolu għal min imur ikellimha.", "DR ANNA MARIA CASSAR: Jekk il-pazjent jew il-klijent ikun jew se jweġġa' lilu nnifsu jew lil ħaddieħor.", "F'dak il-każ, legalment jiena għandi l-obbligu li nara li ma jiġrilhom xejn għax fl-aħħar mill-aħħar I care for my patients u ma nkunx nixtieq li jiġrilhom xi ħaġa li biha jistgħu jweġġgħu.", "Din tista' tkun xi ħaġa psikoloġika, fiżika u morali.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri meta jkunu taħt l-età inti tarahom biss meta jkun hemm il-ġenituri tagħhom preżenti?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Meta jkunu under age l-ewwel darba li jiġu dejjem ikolli bżonn il-kunsens tal-ġenituri.", "Dik dejjem nitlobha, mhux biss minħabba l-ambitu tiegħi u biex nipproteġi l-professjoni tiegħi imma wkoll għaliex inħoss li għandi nipproteġi lill-klijenti tiegħi, li f'ċerti sitwazzjonijiet l-iżvilupp konjittiv kif ukoll emozzjonali tagħhom ma jkunx daqshekk raffinat biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni huma.", "Pereżempju jekk qegħdin nitkellmu fuq mediċini biex jipprevjenu t-tqala mhux mixtieqa jew inkella jekk qed nitkellmu fuq is-sess …", "THE CHAIRPERSON: Is-Segretarju Parlamentari Christopher Fearne.", "CHRISTOPHER FEARNE (Segretarju Parlamentari għas-Saħħa): Jekk aħna naslu biex nirrakkomandaw li nniżżlu l-età tal-kunsens sesswali, se nkunu qegħdin nabbinaw magħha kampanja ta' edukazzjoni fuq ir-responsabilitajiet imma nafu li mhux dejjem … Issa jekk din se twassal għal aktar atti sesswali, jista' ikun li jkollna aktar ommijiet ta' età iżgħar.", "Inti taħseb li se jagħmlu differenza dawk is-sentejn ta' jekk għandekx omm ta' 17-il sena jew omm ta' 19-il sena?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Jekk f'dawk is-sentejn billi l-liġi tibqa' kif inhi jiena naf li se nipproteġi ċerta faxxa ta' tfal milli jkollhom aktar riskji għal teenage pregnancies kif ukoll għal ċertu tip ta' mard, allura kieku jien nużahom dawk is-sentejn u mhux nitlifhom.", "Jekk dik hija l-għażla, nippreferi li għandi dawk is-sentejn biex nipproteġi lill-adolexxenti milli xejn.", "CHRISTOPHER FEARNE: Taf jekk hemmx riċerka li turi f'pajjiżi oħra fejn niżlet l-età ta' dikriminalizzazzjoni tas-sess kienx hemm żieda fit-teenage pregnancies jew le?", "THE CHAIRPERSON: Hawn Malta għandna rata pjuttost għolja ta' teenage pregnancies.", "DEBORAH SCHEMBRI: U f'pajjiżi oħra?", "MICHAEL GONZI: Se tagħmel differenza jekk inniżżel l-età tal-kunsens sesswali għal 17-il sena minflok għal 16-il sena?", "Żagħżugħ ta' 16-il sena se jkun iktar responsabbli jew responsabbli daqs wieħed ta' 17-il sena jew daqs wieħed ta' 18-il sena?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Għalija naraha iżjed kumplessa milli xi ħaġa li hija clear-cut minħabba ċ-ċirkostanzi ta' kull persuna.", "Fl-ambitu tiegħi u fil-qasam tiegħi dawk is-sentejn kont nużahom biex nipproteġi kemm lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri.", "Imma fl-ambitu tas-soċjetà in ġenerali rrid nikkonsidra kollox; il-komunità u l-kuntest li jkunu trabbew fih it-tfal.", "Pereżempju tfal li jkunu trabbew f'ambitu fejn il-promiskwità mhijiex xi ħaġa ta' tħassib, ovvjament se jkunu aktar esposti minħabba l-family contacts tagħhom għall-promiskwità.", "U allura dawk is-sentejn mhux se jaffettwawhom għax xorta qegħdin f'dik il-kultura.", "Issa rigward riċerka ma nafx jekk hemmx xi ħaġa simili.", "THE CHAIRPERSON: Meta kellna r-rappreżentanti tal-Medical Council kienu qalulna li the medical profession hindered to help, fis-sens li minħabba li l-liġi hi kif inhi, u apparti li l-age of sexual consent hija ta' 18-il sena, hawn Malta għandna l-age of treatment li hija ta' 18-il sena wkoll.", "Jekk pereżempju wieħed jista' iniżżel l-età tal-age of sexual consent biex forsi tkun tista' tagħti lil dawk li għandhom 16 u 17-il sena l-contraceptive pills jew inkella biex tikkura xi sexual transmitted diseases, inti ovvjament dejjem trid toqgħod attent x'tip ta' mentalità għandha l-persuna li għandek quddiemek.", "Trid tara jekk hijiex vulnerabbli jew inkella hijiex responsabbli.", "U jekk trid tagħti l-kontraċettivi trid tniżżel ukoll l-età li l-liġi tippermettilek li inti tista' tagħti lil dik il-persuna.", "Kif inhi l-liġi bħalissa persuna jrid ikollha 18-il sena biex tkun tista' issir operazzjoni fuqha.", "Jekk persuna tkun taħt it-18-il sena jrid ikun hemm il-ġenituri tagħha li jagħmlu tajjeb għaliha għax l-age of treatment hija ta' 18-il sena.", "Inti taħseb li kieku nnaqqsuhom dawn l-etajiet għal 16 jew 17-il sena, il-professjonisti kollha jkunu jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ biex jagħtuhom il-kontraċezzjoni u anke biex jiddiskutu l-problemi tagħhom mingħajr ma jkun hemm għalfejn li ż-żgħażagħ iġibu l-ġenituri tagħhom?", "DR ANNA MARIA CASSAR: F'ċerti sitwazzjonijiet dejjem għandhom id-dritt u l-privatezza biex jiddiskutuhom, l-aktar meta tiġi biex tieħu ċerta pożizzjoni jew inkella meta tiġi biex tagħti trattament li jkun aktar challenging kemm għall-professjonist kif ukoll għall-ġenituri.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Membri li qegħdin isejħulna għall-vot fil-Plenarja.", "Għalkemm xtaqna nisimgħu lill-mistednin li kellna hawnhekk ma nistgħux nagħmlu mod ieħor.", "Li nistgħu nagħmlu hu li jew nistednukom għal darb'oħra jew inkella jekk għandkom xi preżentazzjoni, tistgħu tħalluha biex narawha bil-kwiet.", "Nistgħu nerġgħu nistednukom għal laqħa oħra imma issa se jkollna nagħlqu l-laqgħa u nitilgħu fil-Plenarja.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nwaqqaf il-laqgħa għal ftit minuti.", "THE CHAIRPERSON: Peress li għad fadal ftit minuti oħra qabel nitilgħu għall-vot se nistieden issa lis-Sinjura Dolores Gauci sabiex tgħidilna xi ħaġa ta' malajr fuq il-possibilità li nniżżlu l-età tal-kunsens sesswali.", "IS-SINJURA DOLORES GAUCI (Head Development & Implementation Strategy in the Ministry of Education): Jiena hawnhekk se nitkellem bħala professjonista u se nitkellem mill-esperjenza tiegħi wkoll.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni tagħkom li meta qegħdin nitkellmu fuq l-età tal-kunsens sesswali, qegħdin ngħidu li tali persuna taf x'inhuma l-konsegwenzi ta' dak li se tagħmel.", "Jiena naħseb li hemmhekk għandek issue importanti għax jista' jkollok żagħżugħ li filwaqt li ġismu qed imexxih mod, l-emotion intelligence tiegħu – kif qalet qabli Dr Cassar - ma tkunx qiegħda hemmhekk u ma jkunx qiegħed jifhem verament xi jkun qiegħed jagħmel f'dak il-mument tal-azzjoni sesswali.", "Għaldaqstant naħseb li dik hija issue importanti.", "Jiena ma narahiex bħala xi sitwazzjoni fejn wieħed jista' jgħid għandniex inniżżluha jew le din l-età qisu għandek xi ħaġa black on white għax fil-fehma tiegħi hija issue kumplessa ħafna.", "Hawnhekk mhux biss għandek issue legali imma għandek ukoll issue li għandha x'taqsam mal-kultura tal-pajjiż.", "Għandek ukoll l-irwol li l-Liġi Kriminali tintuża biex tifforma l-valuri tal-pajjiż.", "Jiena naħseb li dawn huma l-elementi li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni meta nkunu qegħdin niddeċiedu jekk għandhiex tinżel l-età tal-kunsens sesswali jew le.", "Il-ħaġa l-oħra hi li l-liġi qiegħda hemmhekk biex tipproteġi l-innoċenza tat-tfal, kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament.", "Allura wieħed irid jara li l-fatt li se jniżżel l-età biex persuna tkun tista' tagħmel sexual intercourse mingħajr ma jkun hemm il-liġi li tipproteġiha, x'impatt se tħalli fuqha tali azzjoni.", "Whether we like it or not, naħseb li ħafna żgħażagħ qegħdin jidħlu f'sexual activity ta' kull tip u forsi xi ħaġa li wieħed irid iħares lejha wkoll hija dwar kif jistgħu jiġu protetti dawn iż-żgħażagħ.", "Jekk inti għandek tfal jew żgħażagħ li qed ikollhom azzjonijiet sesswali ma' żgħażagħ tamparhom jew kważi tamparhom, hemmhekk ir-riskju ta' abbuż se jkun ħafna inqas milli kieku għandek xi ħadd ta' età kbira ma' xi ħadd ta' età żgħira.", "U jekk se jkun hemm liġi li se tniżżel l-età tal-kunsens, waħda mill-issues li trid tiġi indirizzata hija l-vulnerabilità tal-persuna.", "Jekk inti għandek persuna tà liema età hi u għandek l-għalliem tagħha, trid tkun att kriminali li jkollok x'taqsam ma' żagħżugħ jew żagħżugħa ta' età żgħira.", "Naħseb li dawn huma issues li forsi l-liġi trid tieħu in konsiderazzjoni biex tipproteġi lil dawk il-minorenni li huma vulnerabbli.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHRISTOPHER FEARNE: Naħseb li dan huwa punt importanti.", "Aħna konna qed naħsbu wkoll fuq il-banding imma dan il-punt li semmejt huwa importanti wkoll għax qed turi li hemm ċerti sitwazzjonijiet li qatt m'għandu jkun permessibbli … Pereżempju jista' ikollok persuna li tant tkun influwenzata minn persuna oħra li din faċilment tista' tiġi persważa ...", "IS-SINJURA DOLORES GAUCI: Fid-djar tat-tfal fejn għandek ukoll l-adolexxenti ma jistax ikollok careworker, li forsi huwa żgħir fl-età hu stess, li jkollu relazzjoni intima ma' xi ħadd residenti f'dik id-dar.", "THE CHAIRPERSON: Għandek ukoll l-għalliema.", "IS-SINJURA DOLORES GAUCI: Imma jekk għandek xi ħadd ta' 16-il sena li qiegħed ma' xi ħadd ta' 19-il sena, il-liġi se tagħtik il-permess biex tagħmel dan sakemm il-liġi ma tkunx qiegħda tipproteġik …", "THE CHAIRPERSON: Jista' ikun ukoll fl-Università bejn lecturer u student jew studenta.", "IS-SINJURA DOLORES GAUCI: Mhijiex illegali.", "CHRISTOPHER FEARNE: Jekk lecturer ikollu relazzjoni ma' studenta ta' 20 sena mhijiex illegali?", "THE CHAIRPERSON: Bħalma tabib ma jistax ikollu relazzjoni ma' pazjenta tiegħu.", "IS-SINJURA DOLORES GAUCI: It is unethical u għalhekk għedt li hija xi ħaġa kumplessa ħafna.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa oħra fuq nota differenti.", "L-ewwel kontu qegħdin titkellmu ma' Dr Cassar fuq affarijiet li huma physical.", "U allura tajjeb ngħidu li r-riskju ta' cervical cancer jogħla ħafna iktar the younger the age li l-persuna tkun sesswalment attiva.", "Fuq din hemm riċerki kbar.", "Apparti minn hekk għandek ir-riskju ta' STDs u għandek ukoll adolexxenti li għaddejjin minn social and psychological issues.", "Pereżempju jekk għandek il-ġenituri tiegħek li qegħdin jisseparaw u allura forsi qed tħossok vulnerabbli u li m'intix maħbub, x'se tagħmel?", "Se tfittex lil xi ħadd li se jħobbok u ta' dik l-età inti għandek tħares lejn is-sess bħala xi ħaġa intima u ta' imħabba imma ma tkunx qiegħed tifhem l-ambjent li qed fih u li allura dik ir-relazzjoni mhijiex healthy għalik.", "THE CHAIRPERSON: Kieku intom kellkom tirrakkomandaw li l-age of sexual consent tonqos minn 18 għal 16, għandkom xi riżervi fuqha jew inkella favur tagħha totalment?", "X'inhi l-opinjoni tagħkom?", "DR ANNA MARIA CASSAR: Jiena jkolli r-riżervi tiegħi imma dment li l-vulnerabbli jiġu protetti ma nsibx oġġezzjoni.", "IS-SINJURA DOLORES GAUCI: Jiena l-istess, ikolli r-riżervi tiegħi imma ma ngħidx le għaliha.", "THE CHAIRPERSON: Nimmaġina li t-tħassib huwa fuq dawn in-nies vulnerabbli u fuq l-edukazzjoni hux hekk?", "IS-SINJURA DOLORES GAUCI: Eżattament.", "Irid ikun hemm kampanja ta' edukazzjoni għax il-ġenituri se jkollhom culture shock biha din!", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Min-naħa tagħna nistgħu naġġornaw din il-laqgħa għall-ġimgħa d-dieħla, fejn se jkollna xi mistednin oħra u se nagħmlu wkoll diskussjoni bejnietna fuq dan is-suġġett.", "Grazzi.", "Fid-8:51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150708_011d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 11", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa", "L-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fit-8:15 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ppreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lil Dr Anna Maria Cassar, Clinical Psychologist u lis-Sinjura Dolores Gauci biex jagħtu l-veduti tagħhom fuq dan is-suġġett.", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fid-8:51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150708_011m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 15", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja", "L-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, fit-8:15 p.m.", "Din il-laqgħa konġunta kienet preseduta mill-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar il-Familja kien hemm preżenti wkoll: iċ-Chairperson l-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14 li saret nhar l-Erbgħa 10 ta' Ġunju 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lil Dr Anna Maria Cassar, Clinical Psychologist u lis-Sinj.", "Dolores Gauci biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fid-8:50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa 15 ta' Lulju 2015 fis-6:45 pm.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150708_015m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 48", "L-Erbgħa, 8 ta' Lulju, 2015", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 8 ta' Lulju, 2015 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150708_048a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 48", "L-Erbgħa, 8 ta' Lulju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 48", "L-Erbgħa, 8 ta' Lulju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.35 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 40 li saret nhar l-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015 ġew konfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 41 li saret nhar l-Erbgħa, 18 ta' Marzu 2015 ġew konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TAR-RAPPORT MILL-PRESIDENT'S FOUNDATION FOR THE WELLBEING OF SOCIETY", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum għandna l-preżentazzjoni tar-rapport \"The President's Foundation for the Wellbeing of Society\".", "Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lil Dr Ruth Farrugia u lis-Sur George Douglas Saliba tal-interess li wrejtu biex tiġu hawnhekk u taqsmu magħna ftit ħsebijiet dwar din il-fondazzjoni.", "Nixtieqkom tgħidulna ftit x'qegħdin tagħmlu u fejn wasaltu.", "Infakkarkom biss li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live fuq l-internet u mbagħad aktar tard tintwera wkoll fuq il-mezzi televiżivi.", "U issa se nħalli f'idejkom.", "DR RUTH FARRUGIA (Director General and Vice Chair of the President's Foundation for the Wellbeing of Society): Nirringrazzjakom ta' din l-opportunità biex naqsmu magħkom ftit informazzjoni dwar il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà u biex ngħidulkom x'għamlet din il-fondazzjoni matul din l-aħħar sena.", "Se nippreżentawlkom ukoll ir-rakkmandazzjonijiet li ħarġu miċ-Ċelebrazzjoni ta' Jum il-Mara li saret fis-7 ta' Marzu 2015.", "Il-Fondazzjoni twaqqfet mill-President sena ilu u din twaqqfet għal diversi raġunijiet imma l-aktar li twaqqfet kien proprju biex nagħrfu l-ġid - it-tradizzjoni ta' \"wellbeing\" għall-kelma \"ġid\" ma tantx hija waħda feliċi - li għandna fis-soċjetà u niskopru kif nistgħu nkattru dak il-ġid.", "L-idea hi li niltaqgħu man-nies - fejn hemm diversi fora - u mingħandhom niskopru dak li qed jaħdem u x'inhu jġib il-ġid lin-nies.", "Fil-fatt il-mistoqsija għal din is-sena kienet bażika ħafna u din kienet; What promotes wellbeing?, x'inhu li jkattar il-ġid?", "Ovvjament inti u tistaqsi dik il-mistoqsija n-nies ġieli se jgħidulek x'qiegħed ifixkel.", "Madankollu l-enfasi dejjem hi fuq il-pożittività u nistgħu ngħidu li ħarġu ħafna affarijiet pożittivi.", "Iltqajna ma' nies f'komunitajiet diversi; iltqajna ma' tfal, ma' familji, ma' persuni interfaith, jiġifieri gruppi bi twemmin differenti li hawn Malta u nista' ngħidilkom li hija xi ħaġa tal-iskantament x'firxa kbira għandna minnhom, u ma' transculturalism fora.", "Naf li din hija xi ħaġa topika ħafna bħalissa u aħna interessati ħafna biex inkattru l-ġid bejn kull tip ta' persuni li jgħixu f'Malta.", "Rigward vizzji aħna qed nirriferu għal kull tip ta' vizzju.", "Fil-fatt l-aħħar riċerka li għamlu u li issa appik li tiġi ppubblikata hija dwar fuq jekk hemmx addictions għall-użu tal-internet.", "Bħala core team qegħdin grupp ta' 11-il persuna u s-Sur George Douglas Saliba huwa wieħed milli jmexxi l-fora u li jiltaqa' ma' ħafna nies.", "Biex tiltaqa' man-nies trid tagħmel recruitment tajjeb u trid tagħmel ħafna spade work u preparazzjoni.", "Apparti dawn l-entitajiet kollha li semmejt hemm il-Core Team li jagħmel diversi proġetti, fosthom is-Secret Garden Project li dwaru għandkom xi informazzjoni fil-pack li tajnikom.", "L-użu ta' dak il-ġnien beda b'risposta għal dak li kienu qalulna t-tfal fil-forum tat-tfal.", "Fil-fatt fl-attività li saret biex infakkru l-25 anniversarju tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, it-tfal qalulna li m'għandhomx biżżejjed open spaces biex jilgħabu barra.", "Għalhekk il-President ta' Malta ġentilment offriet il-ġnien privat tagħha.", "U b'hekk għamilna dawn il-ħames attivitajiet li għadhom kif spiċċaw u li fihom it-tfal ħadu ħafna gost.", "Tajjeb ngħid li ġew ħafna tfal u fil-fatt, f'temp ta' tliet xhur ġew aktar minn 1,000 tifel u tifla biex jużaw dan is-Secret Garden.", "Aħna għamilna sforzi kbar biex it-tfal jintervistaw lil tfal oħra u biex it-tfal isiru jafu x'jaħdem u ma jaħdimx għalihom.", "Għandna evaluation ukoll mal-adulti u mal-ġenituri u se jkun hemm rapport ieħor dwar dan għax ix-xewqa tagħna hi li dak li ħadem inkomplu bih u naqsmuh ma' postijiet oħra f'Malta.", "Dan kien esperiment biex naraw x'se joħroġ minnu u veru kien aħjar milli mmaġinajna.", "Għalhekk issa nixtiequ li nkomplu naqsmuh.", "Hemm ħafna proġetti oħra imma mhux se neħdilkom raskom fuqhom.", "Aħna għedna li biex niċċelebraw Jum il-Mara nistiednu lil dawk l-assoċjazzjonijiet li jaħdmu għan-nisa, man-nisa u għan-nisa.", "Fil-fatt għamilna nofstanhar flimkien u veru kien hemm atmosfera sabiħa.", "Kif tistgħu taraw mill-booklet bdejna proprju minn dak li għaddew minnu n-nisa Maltin f'dawn l-aħħar 100 sena.", "Nistgħu ngħidu li għamilna a trip down memory lane.", "Kellna lil Andrea Dibben u lil Maria Pisani li ħadmu flimkien fuq presentation vera ħelwa, bil-mużika, bil-kostumi u b'kollox.", "Veru dħakna u tgħallimna fl-istess ħin.", "Dr Marceline Naudi ħarset lejn il-wellbeing u t-tifsira tagħha u mbagħad kien hemm workshops fejn in-nisa pprovaw jiddentifikaw x'iġib il-wellbeing għalihom.", "Fuq dan il-booklet tistgħu taraw ukoll it-temi li jippromwovu l-benesseri tan-nisa u t-temi li jfixxklu l-benesseri tan-nisa.", "Insibu wkoll ir-rakkomandazzjonijiet li ma nafx kemm huma ġodda imma xorta waħda nixtiequ li tagħtu kashom u li forsi tmexxuhom 'il quddiem ukoll.", "Pereżempju waħda mir-rakkomandazzjonijiet kienet proprju dik biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi li hija xi ħaġa importanti ħafna, l-idea li l-policies u l-miżuri li jittieħdu jagħmlu din il-promozzjoni kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku.", "Rakkomandazzjoni oħra hija dik li jsir taħriġ ħolistiku għall-pulizija għal meta jaħdmu f'każijiet ta' abbuż sesswali u vjolenza domestika.", "Dik kienet xi ħaġa li ħarġet verament b'mod qawwi ħafna.", "U jekk tippermettuli ftit din se nallaċċjaha ma' event oħra li kellna għas-survivors of domestic violence.", "Iddeċidejna li nfakkru dik il-ġurnata billi nistiednu lil min għadda minn xi esperjenza simili biex jaqsam ma' ħaddieħor kif irnexxielu joħroġ mis-sitwazzjoni li kien fiha.", "Nista' ngħid li kienet esperjenza sabiħa għax qasmu ħafna affarijiet pożittivi.", "Pereżempju sar ukoll forum f'Għawdex fejn ħareġ biċ-ċar li f'Għawdex hemm ċerti nuqqasijiet fil-kamp tal-vjolenza domestika u li dawn hemm bżonn li jiġu indirizzati.", "F'Għawdex s'issa għamilna 4 events imma beħsibna nagħmlu aktar.", "L-Għawdxin japprezzaw ħafna dawn l-events li nagħmlu hemmhekk u żgur li hemm bżonn ta' rispons differenti u rispons approprjat għall-bżonnijiet partikolari li għandhom hemmhekk.", "L-aħħar rakkomandazzjoni li niżżilna hija fuq kampanji pubbliċi u din nixtieq nallaċja magħha inizjattiva oħra li se tiġi mnedija dalwaqt.", "Din il-kampanja jisimha \"HeforShe\" u forsi smajtu lil Emma Watson titkellem dwarha fil-UN speech li tat.", "Il-President ta' Malta ġiet mistiedna biex tkun waħda mill-għaxar Kapi tal-iStati fid-dinja bħala promoter tal-\"HeforShe Project\".", "F'dan ir-rigward il-Fondazzjoni qiegħda tniedi proġett apposta fejn l-idea hi li l-irġiel japprezzaw il-fatt li tkun raġel tagħtik ċerta priviliġġi.", "Għaldaqstant għandhom jiżvestu ruħhom minn dak il-privileġġ li l-mara m'għandhiex.", "Din tapplika mhux biss għall-irġiel u n-nisa imma tapplika għal kull tip ta' diskriminazzjoni.", "Imma l-irġiel għandhom ikunu ċ-champions għad-drittijiet tan-nisa u permezz ta' din l-esperjenza l-irġiel għandhom ċans li jagħmlu xi ħaġa.", "Jekk għandhom ommhom, oħthom jew it-tifla tagħhom naħseb li vale la pena li jagħmlu xi ħaġa fuqha.", "Dawk huma ftit mir-rakkomandazzjonijiet li għandna hawnhekk.", "Pereżempju ltqajna mal-komunità transesswali fejn waħda mill-issues li qegħdin nitkellmu magħhom hija fuq il-gender binary fiha nnifisha.", "Għandna nitkellmu fuq male u female llum il-ġurnata?", "Ovvjament hemm diversi issues oħrajn imma għalissa se nieqaf hawn.", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa li vera għoġbitni f'din il-Fondazzjoni hija marbuta mal-fatt li normalment meta nitkellmu fuq il-wellbeing moħħna jmur fuq il-wellbeing of an individual rather than on the wellbeing of society as a whole.", "U allura qiegħed jolqotni l-fatt li hemm xi ħadd li qiegħed iħares il-wellbeing of society in general u l-mod ta' kif inhi mqassma naħseb li tħares lejn l-ispettru tal-affarijiet li jistgħu jolqtu l-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Xi xogħol li għamel dan il-Kumitat is-sena l-oħra u li għandu x'jaqsam mar-rakkomandazzjonijiet li tkellimt inti dwarhom kien proprju marbut mal-vjolenza domestika f'pajjiżna.", "Fil-fatt saru ħafna laqgħat ma' diversi istituzzjonijiet li jaħdmu f'dan il-qasam u rajna kif dawn l-istituzzjonijiet jitrattaw lil dawk li jkunu għaddejjin minn din it-tip ta' vjolenza.", "Ħarisna lejn il-health services, lejn il-Qrati tagħna, il-Legal Aid, u l-Pulizija fost l-oħrajn.", "Ħriġna wkoll rapport li naħseb kien wieħed tajjeb u jkun tajjeb li forsi jkollkom kopja tiegħu għaliex aħna smajna wkoll lil vittmi ta' vjolenza domestika.", "Għalkemm dak li smajna aħna, aktar konna qegħdin nisimgħu n-negattiv milli l-pożittiv, intom ħadtu n-naħa l-oħra tal-munita u naħseb li meta tgħaqqad kollox f'daqqa tkun tista' toħroġ xi ħaġa ta' ġid.", "Intom semmejtu l-bżonn li jkun hemm taħriġ ħolistiku għall-pulizija f'każijiet ta' vjolenza domestika u dan smajnih aħna wkoll u hemmhekk hemm ħafna affarijiet li naħseb jistgħu jittranġaw.", "Kien hemm ukoll rakkomandazzjoni min-naħa tagħna sabiex min ikun milqut mill-vjolenza domestika jkollu a holistic approach u allura jkollok post wieħed li fih ikollok is-servizzi kollha meħtieġa.", "U allura jkollok nies mill-health services, psychologists, social workers, eċċ. biex dak li jkun mhux joqgħod jiġri minn post għal ieħor imma jinqeda minn post wieħed.", "Dik kienet waħda mir-rakkomandazzjonijiet tagħna imma nafu li mhijiex faċli biex taqbad u tagħmilha għax għandek bżonn ta' interministerial approach.", "Però l-Gvern qed jimpenja ruħu biex jgħaqqad tim ta' ministri differenti biex forsi nibdew naħdmu fuqha.", "Rigward affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-transgenders hemm xogħolijiet oħra.", "Pereżempju jiena qiegħda nirrapreżenta lill-Gvern fil-Council of Europe, fejn hemmhekk qegħdin naħdmu ħafna fuq dak li għandu x'jaqsam ma' kampanji bħalma semmejt inti li għandhom x'jaqsmu mal-ugwaljanza.", "Jien ukoll ħejjejt rapport fuq it-transgender rights fl-Ewropa.", "Jiena naħseb li huwa tajjeb ħafna li jkollna nies varji minn istituzzjonijiet varji li qegħdin jaħdmu fuq l-istess affarijiet għalkemm xi kultant nixtieq li nara li dawn jaħdmu aktar flimkien.", "Xi kultant inħoss li dawn l-istituzzjonijiet, li jaħdmu verament tajjeb ħafna, – kemm mal-Università, mad-Dipartiment tal-Istudju fuq il-Familja, eċċ. – huma xi ftit sparpaljati u ħadd ma jkun jaf x'inhu jagħmel ħaddieħor.", "Għalhekk ikun tajjeb li xi kultant, meta jkun hemm aktar minn għaqda waħda li qiegħda taħdem fuq l-istess suġġett, dawn jaraw kif jistgħu jqassmu x-xogħol bejniethom.", "Aħna post żgħir u naħseb li din tkun xi ħaġa tajba li kieku ssir.", "DR RUTH FARRUGIA: Dan li qed tgħid hija xi ħaġa għal qalbna ħafna u naqbel miegħek li hemm ħafna sparpaljar ta' riżorsi, mhux biss riżorsi finanzjarji imma anke riżorsi umani.", "Waħda mill-affarijiet li l-Fondazzjoni veru qed tipprova tagħmel – s'issa rnexxielha darba imma għandna tlieta oħra in the pipeline – hu li ġġib flimkien dawn l-assoċjazzjonijiet.", "Hija ħaġa pożittiva ħafna li wieħed jagħraf li hemm ħafna affarijiet komuni.", "Pereżempju fis-settur tad-diżabilità hemm numru kbir ta' assoċjazzjonijiet li kollha jaħdmu fuq l-istess qasam.", "Hemm setturi partikolari li għandhom erba' assoċjazzjonijiet li talbuna biex inressquhom flimkien u għalhekk aħna qegħdin nagħmlu proprju dan.", "Tajjeb ngħidu li aħna m'għandna l-ebda xewqa – u l-istess intom – li naraw li jkun hemm assoċjazzjoni waħda għal dan is-settur għax kulħadd għandu bżonn tal-ispazju tiegħu biex jagħmel l-affarijiet skont il-ħteġijiet tiegħu.", "Imma jekk ngħaqqdu flimkien dawn l-għaqdiet inkunu nistgħu niffaċilitaw aktar biex isir dak il-proċess.", "Mhijiex faċli u hemm ħafna sfidi fiha imma veru hija xi ħaġa ta' valur li n-nies jersqu flimkien.", "Aħna qegħdin naħdmu fuq roster ta' tliet xhur u allura hemmhekk qed taraw dak li għamilna fl-ewwel tliet xhur.", "Laqqajna organizzazzjonijiet u għandna forum meetings għal gruppi partikolari ta' nies u għandna wkoll forum meetings pubbliċi għal organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom in-nies.", "U hemmhekk l-atmosfera u l-attitudni tkun verament differenti u ħafna drabi huma stess jispiċċaw il-laqgħa billi jiftiehmu li għandhom jingħaqdu flimkien biex jaħdmu fuq xi ħaġa.", "U aħna verament nieħdu gost li nkunu wassalnihom sa dak l-istadju.", "Din hija xi ħaġa li qiegħda tiġri aktar u aktar.", "Pereżempju l-commonalities tal-Interfaith kienet vera sorprendenti.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li meta tkunu qegħdin tagħmlu hekk tkunu qegħdin tolqtu ċerta nies li jaqgħu taħt iktar minn kategorija waħda.", "Jekk inti għandek għaqdiet li qed jieħdu ħsieb id-diżabilità, li qed jieħdu ħsieb id-drittijiet tan-nisa u li qed jieħdu id-drittijiet tal-persuni Interfaith u forsi għandek lil xi ħadd li jaqa' taħt it-tliet kategoriji, hemmhekk għandek iktar ċans li l-bżonnijiet li normalment … Din qisha bħad-double insularity f'ċerti aspetti għal Għawdex, inti jista' jkollok problema li tikber minħabba attitudnijiet lejn aspetti differenti ta' x'tista' tkun persuna waħda qiegħda tirrappreżenta.", "U naħseb li meta tkun hekk tkun xi ħaġa tajba.", "DR RUTH FARRUGIA: Hemm ukoll l-issue tal-wellbeing u din hija xi ħaġa li ħafna nies qatt ma kienu ħasbu fuqha.", "Aħna bqajna skantati meta staqsejnihom xi jġiegħlhom iħossuhom tajjeb, dawn qishom qatt ma kienu ħasbu fuqha.", "Pereżempju meta ltqajna ma' ġenituri ta' tfal b'diżabilità u mat-tfal infushom b'diżabilità severa ħafna, kemm fiżika kif ukoll mentali, ħassejna li qisu kienet l-ewwel darba li xi ħadd staqsihom xi jġiegħel lit-tfal tagħhom iħossuhom tajjeb.", "U jaħasra l-affarijiet li qalulna huma affarijiet ovvji.", "Pereżempju qalulna li t-tfal tagħhom iħobbu jgħumu, iħobbu l-mużika jew iħobbu jkunu ma' tfal oħra.", "Imma ħadd ma qagħad bilqiegħda magħhom biex jistaqsihom fuq l-affarijiet pożittivi u dawn dejjem kellhom iċ-ċans biex jilmentaw fuq l-affarijiet negattivi.", "U naħseb li kollha kemm aħna għandna dik it-tendenza!", "Għaldaqstant li qed nipprovaw nagħmlu hu li jekk xi ħaġa ħadmet għal xi ħadd, mela forsi dik ix-xi ħaġa tista' taħdem għal ħaddieħor.", "U l-istess fil-mental health, tant hemm setturi varji li l-problema tagħna hi kif se nagħmlu biex inġibuhom aktar lejn xulxin.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: L-ewwel u qabel kollox nixtieq ngħidilkom prosit tax-xogħol kollu li rnexxielkom twettqu f'din l-ewwel sena tagħkom.", "Waħda mir-rakkomandazzjonijiet li intom għamiltu hija dwar kif il-policies eżistenti u l-miżuri li diġà hemm in vigore jiġu implimentati.", "U dik hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Issa bħala Fondazzjoni taħsbux li diġà hemm xi miżuri jew policies li huma outdated jew li b'xi mod jew ieħor għandhom bżonn ta' xi fine tuning?", "Bħala Fondazzjoni taraw li tistgħu tidħlu fihom intom u minn jeddkom tagħmlu dawn ir-rakkomandazzjonijiet?", "DR RUTH FARRUGIA: Kif għedt dawn huma rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tan-nisa li ltqajna magħhom u allura aħna qegħdin inwasslu f'isimhom ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom.", "Mir-riċerka tagħna joħorġu xi affarijiet li jistgħu jgħinu fil-politika ta' kif isiru l-affarijiet.", "Aħna nidentifikaw x'inhu jaħdem u x'inhuma l-lakuni li hemm bżonn li jimtlew.", "Imma r-remit tagħna mhuwiex dak li nagħmlu l-policy imma qegħdin inwasslu leħen ħaddieħor li qed jagħmel dawn is-suġġerimenti.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: L-ewwelnett prosit tax-xogħol li qed tagħmlu.", "Bħala Fondazzjoni kif qegħdin tilħqu lill-familji u lin-nies li mhumiex f'xi għaqda?", "Għamiltu xi tip ta' audit dwar kif inhi s-sitwazzjoni llum u fejn tridu taslu għada?", "Jien ilni fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għal dawn l-aħħar 15-il sena u jkolli ngħid li ċerti rakkomandazzjonijiet smajthom għal darba, darbtejn, tliet darbiet.", "Ħafna minnhom saru imma ħafna oħrajn jibqgħu fuq l-ixkaffa.", "Allura jista' ikun hemm an audit fejn taraw li within five years dawn ir-rakkomandazzjonijiet iridu jsiru bilfors jew b'xi mod jew ieħor jaslu?", "Ma taħsibx li biex tkun aktar ta' valur għandkom tagħmlu xi tip ta' ceiling fejn trid tasal?", "DR RUTH FARRUGIA: Rigward fuq kif naslu biex nagħmlu kuntatt man-nies nista' ngħid li hija biċċa wġiegħ ta' ras biex nagħmlu kuntatt magħhom.", "U dejjem ikollna s-sensazzjoni li ma ltqajniex ma' nies biżżejjed.", "Madankollu s'issa ltqajna ma' aktar minn 2,000 ruħ f'temp ta' sena!", "Ovvjament ma ltqajniex ma' kulħadd u għad hemm ruxxmata nies li rridu niltaqgħu magħhom.", "Għandna wkoll il-website tagħna kif ukoll il-facebook page li għandha ħafna hits.", "In-nies qegħdin jiġu jaraw x'aħna nagħmlu u qegħdin ninkoraġixxu lin-nies sabiex jidħlu fuq il-facebook page tagħna.", "Jekk in-nies iridu jikkuntattjawna jistgħu jagħmlu dan bil-qalb kollha.", "Jekk iridu jistgħu jiġu l-Palazz jew inkella jagħmlu kuntatt magħna permezz tal-mezzi soċjali.", "Issa fuq il-benchmarking u l-evaluation nixtieq ngħid li aħna kulma ilna sena imma bir-rispett kollu, dan it-tip ta' benchmarking irid isir proprju hawn ġew.", "Aħna li nistgħu nagħmlu hu li nindikawlkom x'inhu l-polz tan-nies u x'inhuma jgħidu n-nies.", "Il-fatt li erġajna ġejna b'policy recommendations li diġà ssemmew ifisser li dawn l-organizzazzjonijiet – hawnhekk għandkom il-lista tagħhom – qed iħossu li mhux qed isir biżżejjed biex jintlaħħqu l-għanijiet tal-klijenti tagħhom.", "Jien nixtieq li aħna għandna targets interni però naħseb li l-valur li tistgħu twasslu intom, żgur li aħna ma nistgħux inwassluh.", "U allura biex dawn ir-rakkomandazzjonijiet isiru attwali, tridu tkunu intom li twettquhom.", "Fil-fatt kien proprju għalhekk li aħna ġejna hawnhekk.", "Meta ltqajna flimkien biex naraw x'se nagħmlu b'dawn ir-rakkomandazzjonijiet – ma xtaqniex li noħorġu rapport li jibqa' fuq l-ixkaffa – kienu qalulna l-aħjar ħaġa hi li nitilgħu l-Parlament bihom.", "Aħna nafdaw lill-Parlament biex jagħmel xi ħaġa fuqhom u dan il-Kumitat aktar għandu għal qalbu dan is-settur.", "Mela aħna qegħdin inwasslu f'isem ħaddieħor dawn ir-rakkomandazzjonijiet u nitolbukom biex ma tħallux jgħaddu ħames snin oħra biex isir xi ħaġa fuqhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRISTOPHER FEARNE (Segretarju Parlamentari għas-Saħħa): Naf li intom Fondazzjoni imma intom taħdmu fuq il-mudell ta' NGO?", "Hawnhekk qed nara ħafna ismijiet ta' persuni li kollha għandhom kontribut kbir x'jagħtu imma dawn in-nies kollha qegħdin b'mod volontarju?", "DR RUTH FARRUGIA: Hemm numru ta' persuni li huma volontarji u hemm oħrajn li mhumiex.", "Il-core team li jmexxi kollox mhuwiex b'mod volontarju.", "CHRISTOPHER FEARNE: U l-finanzjament minn fejn jiġi?", "Dan jaqa' taħt il-vot tal-President?", "DR RUTH FARRUGIA: Dan jiġi finanzjat mill-Gvern, fejn hemm line partikolari għall-Fondazzjoni.", "Meta laħqet il-President saret stqarrija pubblika fejn intqal li ċerti areas li kienet qiegħda tieħu ħsieb hi se tkompli tieħu ħsiebhom b'mod limitat taħt il-Presidenza tagħha.", "U għal dik ir-raġuni m'hemm l-ebda issue ta' policy.", "Imma x-xogħol ta' riċerka u x-xogħol biex tmexxi 'l quddiem b'mod partikolari dan is-settur tal-faqar, kif ukoll l-oħrajn kollha, dawn jaqgħu taħt il-Fondazzjoni.", "Apparti minn hekk aħna nagħmlu wkoll il-fund raising tagħna u għandna nies bi sħab li joffru li jiffinanzjaw xi proġetti li nkunu qegħdin nagħmlu, kemm lokalment kif ukoll barra.", "THE CHAIRPERSON: Jien nixtieq nestendi l-pjaċir li aħna qegħdin nieħdu llum b'din il-laqgħa billi ngħidulkom li jekk ikollkom mhux biss rapporti oħra imma anke jekk triduna nattendu għal xi laqgħat jew affarijiet oħra li intom tkunu qed torganizzaw, tavżawna bihom u naraw min ikun jista' jattendi.", "Ovvjament f'każijiet bħal dawn mhux se jkun hemm il-Membri tal-Kumitat kollu imma jista' ikun hemm rappreżentanza.", "U b'hekk aħna nkunu nafu wkoll x'qed isir min-naħa tagħkom u biex forsi nkunu nistgħu ngħinu wkoll.", "Għalhekk bil-qalb kollha, jekk tgħidulna aħna niġu.", "Issa qabel nagħlqu l-laqgħa tagħna nixtieq nagħti l-kelma lis-Sur George Douglas Saliba.", "IS-SUR GEORGE DOUGLAS SALIBA (Member of the President's Foundation for the Wellbeing of Society): L-ewwel ħaġa li xtaqt ngħid hu li din il-ġimgħa jew il-ġimgħa li ġejja se nqassmu kopja ta' dan il-pack li tajnikom illum lil kull Membru Parlamentari.", "DR RUTH FARRUGIA: Ħalli nwaqqfek ftit.", "Nixtieq nirringrazzja lill-volontiera kollha għax aħna għandna grupp kbir ta' volontiera li huma kkoordinati b'mod professjonali ħafna u nista' ngħid li mingħajr ix-xogħol tagħhom aħna ma nkunux nistgħu naħdmu.", "IS-SUR GEORGE DOUGLAS SALIBA: Biex nieħu spunt minn dak li qal l-Onor.", "Gonzi rrid ngħid li huwa minnu li waħda mill-isfidi l-kbar hija how to recruit people beyond the organisations u li nevalwaw kif se nolqtu lil dawk in-nies li qatt ma jintlaqtu.", "Pereżempju minbarra li jkun hemm recommendations għal policies … Meta ltqajna mal-ġenituri bi tfal li għandhom severe disability rajna li kien hemm ħafna weġgħat bil-mod ta' kif kienu ġew avviċinati mit-tabib.", "U din tista' titranġa ruħha permezz tat-taħriġ li nagħtu.", "Hawnhekk qed nirriferu għal mod ta' kif it-tabib sabhom fil-kuridur u qalilhom there and then bil-kondizzjoni tat-tifel jew tat-tifla tagħhom.", "Jiġifieri l-wellbeing hija xi ħaġa li tmur ukoll on a human level.", "L-akbar expense li għamilna bħala Fondazzjoni din is-sena kien biex użajna l-Verdala ħalli nagħmlu konsultazzjonijiet mal-ġenituri ta' dawn it-tfal u attivitajiet għat-tfal infushom.", "Fil-fatt isfel għamilna erba' attivitajiet; story telling u bdilna biċċa mill-palazz f'Winter Wonderland.", "Għamilna a multi sensory room ġol-palazz ukoll, Movement u fil-Piano Room għamilna music therapy session.", "Il-ġenituri kienu moħħhom mistrieħ għax ma kellhomx għalfejn iħallu lit-tfal tagħhom x'imkien ieħor u apparti minn hekk bdew jarawhom għaddejjin minn attività għal oħra.", "Aħna qegħdin nipprovaw naħdmu biex naraw li the human element is not lost with all the policies ...", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa li timpressjonani meta jkun hemm fondazzjonijiet bħal tagħkom hi li f'temp ta' sena ltqajtu ma' 2,000 ruħ.", "Jiena napprezza li r-rakkomandazzjonijiet tagħkom huma ġenerali għax bħala policy inti trid timxi fuq xi ħaġa ġenerali, però li nipprovaw nagħmlu anke f'dan il-Kumitat, u naħseb li f'ċerti stanzi qegħdin nilħqu dan l-għan … Li nixtieq nara anke minn fondazzjonijiet bħal tagħkom hu li meta jsiru very specific recommendations for change, - bħalma qed jgħid is-Sur Saliba dwar it-tobba - hemmhekk ikunu jistgħu jsiru tibdiliet li vera jaffettwaw lin-nies.", "Meta aħna nkunu qed inħarsu lejn policy recommendation li tkun aktar wiesa' inkunu qed nitilfu l-valur ta' dak li intom tkunu ġbartu għax jintilef il-link ta' bejnietkom u bejnna.", "Naħseb li jkun tajjeb li din iżżommuha f'moħħkom għall-futur.", "MICHAEL GONZI: Hawnhekk tajjeb ngħidu li l-istudenti tal-mediċina llum qegħdin jiġu mħarrġa fuq kif għandhom jagħtu aħbar ħażina lil pazjenti jew lil qraba tagħhom.", "Dik fi żmienna lanqas idea tagħha ma kellna.", "ETIENNE GRECH: Fil-fatt jien kont għamilt mistoqsija parlamentari dwarha.", "L-aktar ħaġa importanti hija l-etika, how to break the diagnosis, speċjalment meta d-djanjożi tkun waħda ħażina.", "Inti hemmhekk trid tuża l-kompassjoni u jrid ikollok prattika ta' etika tajba.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom u għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk.", "Grazzi.", "Fit-8:12 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150708_048d_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 33", "Il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2015 fis-6:00 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2015 fis-6:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Onor.", "Sandro Gozi, Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Italja, dwar kwestjonijiet ewlenin li jinsabu fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.", "2 ta' Lulju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150709_033a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 33", "Il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 33", "Il-Ħamis, 9 ta' Lulju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "LAQGĦA MAL-ONOR.", "SANDRO GOZI MINISTRU TAL-ISTAT TALJAN GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ DWAR KWESTJONIJIET EWLENIN LI JINSABU FUQ L-AĠENDA TAL-UNJONI EWROPEA", "Il-Kumitat huwa aġġornat għal data u b'aġenda li kienu se jiġu kkomunikati aktar tard.", "Fit-7.40 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150709_033d.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:15 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm Ms Vanessa Frazier, ambaxxatriċi ta' Malta għall-Italja.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Luciano Busuttil kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Frederick Azzopardi u l-Onor.", "Toni Bezzina.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAL-ONOR.", "SANDRO GOZI, MINISTRU TAL-ISTAT TALJAN GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ, DWAR KWESTJONIJIET EWLENIN LI KIENU JINSABU FUQ L-AĠENDA TAL-UNJONI EWROPEA", "Il-Ministru tal-Istat Taljan għall-Affarijiet Ewropej kien akkumpanjat mill-E.T. Giovanni Umberto de Vito, ambaxxatur tal-Italja għal Malta, u mill-konsulent Nicola Verola.", "Wara introduzzjoni mill-Onor.", "Joe Sammut, il-Membri u l-Ministru tal-Istat Taljan għall-Affarijiet Ewropej iddiskutew diversi kwestjonijiet li kienu fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea, fosthom:-", "l-integrazzjoni Ewropea fid-dawl tal-isfidi kbar li din kienet qiegħda tiffaċċja bil-każijiet tal-Ġreċja u tar-Renju Unit;", "l-immigrazzjoni, fl-isfond tal-ftehim li kien għadu kif intlaħaq fil-Kunsill Ewropew u tal-laqgħa li kienet skedata li ssir f'Malta f'Novembru 2015 bejn l-Unjoni Ewropea u Unjoni Afrikana;", "is-sigurtà, partikolarrment bis-sitwazzjoni fl-Ukrajna, il-qagħda preokkupanti fil-Libja anke bil-preżenza tal-Islamic State kif ukoll bl-attakki terroristiċi f'diversi pajjiżi fosthom fit-Tuneżija, liema pajjiż kien qed jagħmel progress ġmielu fil-qasam ekonomiku u ta' demokrazija;", "il-bżonn li jkun hemm ċerta integrazzjoni fil-politika fiskali u monetarja imma fl-istess ħin mhux b'politika ta' one-size-fits-all imma li titħalla ċerta flessibilità skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull Stat Membru, pereżempju, fil-każ tat-tassazzjoni sabiex ċerti pajjiżi jkunu jistgħu jpattu għal ċerti żvantaġġi bħal l-insularità fil-każ ta' stat gżira bħal Malta; u", "ir-relazzjonijiet bilaterali tajbin ħafna bejn Malta u l-Italja kif tixhed il-koperazzjoni fil-proġett tal-interconnector u fil-qasam tal-immigrazzjoni.", "Fis-7.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150709_033m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 29", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju 2015 fis-6.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju 2015 fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "8 ta' Lulju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150710_029a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 29", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 29", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.16 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 28, li saret fis-27 ta' April 2015, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ngħaddu issa għax-xogħol tal-Kamra.", "Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali): Sur President, nitlob lill-Whip tal-Gvern biex jagħti l-programm tax-xogħol tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex membri tal-media jidħlu fil-Kumitat biex jieħdu xi filmati u ritratti.", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Qabelxejn, skont ftehim li konna lħaqna barra mill-Kamra jien u l-Onor.", "David Agius, u li kien ikkomunikat bil-miktub lill-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni nhar it-3 ta' Lulju fit-3.15 p.m., aħna konna ddeċidejna li nhar it-Tnejn nibdew billi niddiskutu mozzjoni nru 150 dwar l-Edukazzjoni, li kienet qajmet l-istess Oppożizzjoni.", "Bħala xogħol tal-Kamra, din il-ġimgħa li ġejja rridu niddiskutu l-Iżvilupp Sostenibbli, li hija sezzjoni waħda bla vot.", "M'hemmx dubju li rridu wkoll niddiskutu r-Regolatur tal-Ilma u tal-Enerġija, Mozzjoni nru 105, u l-Avviż Legali nru 93 tal-Intern u r-recommittal tal-Intern.", "Hemm ukoll id-diskussjoni dwar it-Tribunal, l-Ambjent u l-Ippjanar – id-demerger.", "Sintendi, biex isir dan kollu, apparti s-seduti tat-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, jista' jagħti l-każ li jkollna bżonn ta' xi seduti li huma extra minn hekk.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, nhar it-Tnejn għandna l-Mozzjoni nru 150, hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Fir-rigward ta' Mozzjoni nru.", "150, konna tkellimna dwarha jien u l-Onor.", "Agius barra mill-Kamra, u ftehmna dwarha.", "MR SPEAKER: Tan-naħa l-oħra qed jgħidu li le – ħalli naraw.", "GODFREY FARRUGIA: Se nagħti point of information.", "L-aħħar darba li dan il-Kumitat iltaqa' huwa meta konna fil-Parlament l-antik, fil-Palazz.", "Minn dakinhar 'il hawn, kif kienet il-prassi – u li hija prassi eżemplari ħafna – jien u l-Onor.", "Agius konna niltaqgħu b'mod regolari mhux fil-preżenza tiegħek, Sur President, imma bi ħbiberija, u konna niftehmu aġenda, liema aġenda jien kont nagħmel ħilti li tiġi miftehma qabel il-Grupp Parlamentari tagħhom biex b'hekk nagħti l-opportunità li huma jkunu jistgħu jippreparaw.", "Dan għamiltu l-istess nhar il-Ġimgħa li għaddiet, 3 ta' Lulju 2015.", "Li ġara huwa li, matul dik il-ġimgħa, l-affarijiet inbidlu.", "Fl-aħħar seduta li kellna – l-Erbgħa – sa madwar is-6.45 p.m., id-deċiżjoni kienet – u għadha – hekk kif ittieħdet meta jien kont kellimt lill-Onor.", "Agius ikkomunika miegħi li ma jaqbilx ma' dik id-deċiżjoni – hu sejħilha informazzjoni – biex nhar it-Tnejn li ġej nagħmlu Legal Notice.", "Ngħarraf lill-Kumitat li l-insistenza biex issir dik il-Legal Notice ma kenitx min-naħa tiegħi, imma kienet min-naħa tal-Onor.", "Agius fejn hu, b'mod persistenti tul ġimgħa sħiħa, qalli biex nagħtih dik il-Legal Notice on a Monday.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ħalli nisma' lill-parti l-oħra.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, nieħu pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi jgħid li għal xahrejn sħaħ ħdimna mingħajr ma kellna bżonn inlaqqgħu l-House Business Committee.", "Allura, sta għalih ukoll li jifhem li meta jien ngħidlu li ma nistgħux nagħmlu mozzjoni, inkun qed nagħmel hekk għax ikun hemm raġuni warajha.", "Ir-raġuni hija sempliċi: din il-mozzjoni ġiet ipproponuta mill-Kap tal-Oppożizzjoni li nhar it-Tnejn se jkun imsiefer.", "Jien informajt lill-Onor.", "Farrugia b'dan, anke quddiem l-Iskrivan tal-Kamra, imma hu baqa' jinsisti li għandna nagħmlu din il-Legal Notice dwar l-Edukazzjoni nhar it-Tnejn, meta l-Kap tal-Oppożizzjoni li huwa l-proponent ta' din il-Legal Notice – mhux tal-Legal Notice per se, imma tal-mozzjoni li temenda l-Avviż Legali – u l-Onor.", "Hija ħaġa naturali li allura ma nistgħux nagħmluha nhar it-Tnejn.", "Nistgħu nagħmluha f'ġurnata oħra, pereżempju l-ġimgħa ta' wara.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "LOUIS GRECH: Jien qed nifhem li kien hemm ftehim.", "Biex ikun hemm il-ftehim irrid ngħidlek iva, imma jien qatt m'għidtlu iva.", "Jien għidt lill-Onor.", "Farrugia li se mmur lura għand il-Grupp Parlamentari, imma nhar it-Tnejn il-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun iċ-Ċina.", "Ħalli issa nisimgħu x'għandu xi jgħid l-Onor.", "LOUIS GRECH: Ejja nassumu li kien hemm ftehim, però sussegwentement għidtlu li tixtieq tbiddel l-informazzjoni –jew, kif sejjaħlu inti, il-ftehim – għax il-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun imsiefer.", "Anke jekk ikun hemm ftehim, inti tara li hija aktar idonea li l-mozzjoni ma ssirx nhar it-Tnejn, imma ssir f'ġurnata oħra meta l-Kap tal-Oppożizzjoni jkun jista' jattendi.", "Inti mort u ftehmt mal-Onor.", "Farrugia, imma allavolja kien hemm dak il-ftehim, dan ma jistax isir.", "MR SPEAKER: Kien hemm dak l-understanding, ejja npoġġuha hekk, ħalli ma noqogħdux ngħidu li kien hemm ftehim.", "LOUIS GRECH: Kollox sew, kien hemm dak l-understanding li l-mozzjoni ssir nhar it-Tnejn, u inti qed tgħid li l-proponent, li huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, mhux se jkun hawn, per konsegwenza li, jekk jista' jkun, ma nagħmluhiex nhar it-Tnejn li ġej imma ssir f'ġurnata oħra.", "Issa, tista' tgħidilna meta l-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun imsiefer?", "DAVID AGIUS: M'hemmx problema, din hija xi ħaġa pubblika, minn Ħadd sa Ħadd.", "MR SPEAKER: Anke jekk mhix pubblika!", "DAVID AGIUS: Din hija xi ħaġa pubblika, minn Ħadd sa Ħadd.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, mill-Ħadd li ġej sal-Ħadd ta' wara.", "Għal żjara fiċ-Ċina, għandek ġurnata tivjaġġa 'l hemm, u oħra tivvjaġġa 'l hawn.", "Nistgħu nimxu fuq programm ieħor għall-ġimgħa d-dieħla?", "DAVID AGIUS: Jien għamilt dan il-punt nhar l-Erbgħa, mhux illum.", "Illum qegħdin f'pożizzjoni aħjar għax għandna d-dati wkoll.", "DAVID AGIUS: Bid-dati b'kollox jiena tajt nhar l-Erbgħa li għadda!", "GODFREY FARRUGIA: Huwa minnu li dan il-punt sar mill-Onor.", "Agius nhar l-Erbgħa; imma, wara kollox, irridu niddiskutuh.", "DAVID AGIUS: X'punt ieħor għidtlek?", "GODFREY FARRUGIA: Il-punt kien li aħna ftehmna li konna se niddiskutu – u inti taf – …", "DAVID AGIUS: Mhux inti ddeċidejt li tagħmilha nhar it-Tnejn!", "Jien ili tliet ġimgħat ngħidlek!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Issa għandna din il-pożizzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: Jew se nkunu factually correct, jew se nżommu l-integrità tagħna tal-kliem li għandna bħala rġiel ...", "DAVID AGIUS: Mela jien qed insemmilek il-House Business Committee?", "Ma nafx kif għamilna dawn ix-xahrejn.", "MR SPEAKER: Ejja nimxu b'kawtela.", "M'għandniex għalfejn noħolqu polemika.", "Anzi l-airconditioning qiegħed tajjeb illum, jiġifieri hawn arja friska!", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: (Interruzzjonijiet) Kollox sew, hemm understanding f'dan is-sens.", "Hemm possibbiltà li se mai minflok, nagħmlu l-Mozzjoni nru.", "252 tal-Garanzija Bankarja?", "GODFREY FARRUGIA: Dik hija mozzjoni oħra li konna pposponejna, jew inkella nistgħu nużaw il-Legal Notice tagħkom stess dwar il-Kunsilli Lokali, pereżempju.", "Farrugia li jien se nkun imsiefer miegħek nhar it-Tnejn?", "Għandna delegazzjoni parlamentari f'Ċipru.", "LOUIS GRECH: Imma, apparti minn hekk, l-Onor.", "Agius huwa l-proponent ta' dik il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Fil-fatt, l-Onor.", "DAVID AGIUS: Il-Ħamis.", "Dawn huma affarijiet li jekk tara x-xogħol tal-Kamra u l-Ordnijiet tal-Ġurnata, għandek issib kollox.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, m'għandekx għalfejn tispjega dwar dan.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri dawn mhumiex affarijiet ġodda …", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn.", "GODFREY FARRUGIA: Ġieli jkun hemm xi ħadd li jipproponi mozzjoni, u xorta niddiskutu dik il-materja mingħajr il-preżenza ta' dak li jkun.", "MR SPEAKER: Dwar il-mozzjoni li ppropona l-Onor.", "Fil-fatt, aħna se nitilqu t-Tnejn wara nofsinhar għal din iż-żjara ta' importanza storika.", "Ċipru qed jikkommemoraw il-41 anniversarju mill-Kolp ta' Stat li seħħ kontra d-demokrazija ta' Ċipru fl-1974.", "Kif jaf kulħadd, dakinhar kienet Malta li tat refuġju lill-Arċisqof Makarios, għalhekk se jsir diskors mill-President u minni f'isem il-Parlament ta' Malta, imbagħad se jkollna laqgħat mal-President tar-Repubblika, mal-President tal-Parlament Omirou, kif ukoll mas-Sindku ta' Nikosija, u anke f'Paphos minn fejn saret il-ħarba ta' Makarios bil-helicopter, qabel ġie jiġri għal Malta minħabba li kien se jiġi assassinat.", "Fil-fatt kien sab ir-refuġju f'Malta.", "Din hija kommemorazzjoni marbuta biss ma' Malta, u se jagħmluha apposta minħabba Malta, għax kienet Malta dak il-post illi għen lill-President Makarios biex bis-saħħa t'hekk, ftit tal-ġranet wara, seta' imur jindirizza lill-Ġnus Magħquda.", "Din kienet ftit informazzjoni dwar iż-żjara f'Ċipru ladarba dħalna uq dan il-punt.", "Issa, nerġgħu nkomplu fuq ix-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Onor. de Marco, inti qed tissuġġerixxi li nagħmlu Mozzjoni Nru 252.", "Jekk m'iniex sejjer żball, il-Ministru Edward Scicluna mhux se jkun hawnhekk nhar it-Tnejn.", "Nista' niċċekkja malajr u nagħti l-informazzjoni, bil-permess tal-Kumitat. … (Pawsa) … Hekk hu, l-Onor.", "Edward Scicluna mhux se jkun hawnhekk għax se jkun fuq ħidma uffiċjali, fejn se jitlaq fil-11 ta' Lulju 2015 u se jirritorna fid-19 ta' Lulju 2015.", "LOUIS GRECH: Ħalli niċċara xi affarijiet.", "Intom qed tgħidu li f'dik il-ġurnata, fejn hemm Mozzjoni Nru 150 ...", "MARIO DE MARCO: Flok Mozzjoni Nru 150 nistgħu nagħmlu Mozzjoni 193, ladarba l-Onor.", "Scicluna se jkun imsiefer.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, dwar Mozzjoni Nru 193 hemm ftehim li barra l-Kamra se jiltaqgħu ż-żewġ partijiet dwar mozzjonijiet dwar id-diżabilità, li tinkludi mhux biss Mozzjoni Nru 193, imma wkoll mozzjoni oħra dwar il-Konvenzjoni tal-Istati Magħquda u Liġi oħra ta' diżabilità biex jaraw b'liema ordni għandhom jimxu, liema ftehim ilħaqnieh bejnietna, u għalhekk iż-żewġ partijiet għandhom jiltaqgħu.", "Biss jien għadni ma ġejtx b'risposta min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MARIO DE MARCO: Mozzjoni Nru. 243?", "GODFREY FARRUGIA: Bin-numri ma' niftakarhomx.", "X'inhu t-titolu tagħha?", "MR SPEAKER: Dik hija l-mozzjoni biex temenda l-Avviż Legali nru.", "140 tal-2015 li jipprovdi għat-Twaqqif ta' Istitut għall-Edukazzjoni.", "Onor. Farrugia, l-Avviż Legali ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta' Mejju 2015.", "MARIO DE MARCO: Estendejnieha għal 60 jum.", "MR SPEAKER: Dik ġiet imressqa mill-Onor.", "Ovvjament, il-counterpart irid ikun il-Ministru Evarist Bartolo; għalhekk, l-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, imma rridu naraw ukoll x'inhu l-programm tagħna għal dik il-ġimgħa.", "MR SPEAKER: Jien qed nipprova nassisti kif nista'.", "GODFREY FARRUGIA: Bħalma semmejt ukoll, wasalna għal Mozzjoni 140.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Aktar qabel issemmiet ukoll il-Liġi tad-Demerger, jiġifieri Bills nos.", "107, 108 u 109.", "Aħna għamilna l-pożizzjoni tagħna fil-Plenarja bl-aktar mod ċar.", "Se nuża l-House Business Committee biex nerġa' nappella lill-Gvern li hemm proċess ta' public consultation li huwa miftuħ.", "Naħseb li s-Soċjetà Ċivili wriet ukoll bl-aktar mod ċar li tixtieq li d-dibattitu jiġi sospiż sakemm jingħalaq il-perijodu ta' public consultation.", "Dalgħodu stess ħarġet stqarrija tal-Front Ħarsien ODZ fejn qed jagħmlu appell lil dan il-Parlament biex jieqaf id-dibattitu tat-Tieni Qari sakemm jingħalaq il-proċess ta' public consultation.", "M'iniex se nidħol fir-raġunijiet għal dan, imma qed nerġa' nagħmel appell lill-Gvern biex, fejn għaddew 30 xahar biex il-Gvern jagħmel dawn l-abbozzi ta' liġijiet, issa jistenna erba' ġimgħat oħra sakemm tingħalaq il-public consultation.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Aħna nemmnu li hemm distinzjoni.", "Aħna bdejnieh it-Tieni Qari, u nemmnu li t-Tieni Qari għandu jispiċċa.", "Aħna se nagħtu kas ta' dak li qed jgħidu s-Soċjetà Ċivili u l-NGOs.", "Fil-fatt, tajna erba' ġimgħat biex ikunu jistgħu jagħmlu s-submissions tagħhom, anke bil-miktub.", "L-aktar stadju li huwa rilevanti biex niddiskutu s-suġġerimenti, submissions jew rakkomandazzjonijiet huwa fl-istadju ta' Kumitat tal-Abbozzi li qed ngħidu li se jiġi wara t-Tieni Qari.", "Ma nemmnux li hemm raġuni valida li jieqaf it-Tieni Qari ladarba għandek il-kumitat li ġej fi stadju aktar 'il quddiem.", "L-Oppożizzjoni kellha l-Abbozz madwar erba' ġimgħat ilu; mis-16 ta' Ġunju 2015 allura kellha żmien biżżejjed biex tifli dawn il-liġijiet.", "Jiena nemmen li ladarba t-Tieni Qari nbeda, inkunu qed nibagħtu messaġġ ħażin jekk dan ma jitkompliex u jitwaqqaf fin-nofs.", "MARIO DE MARCO: Il-kwestjoni kollha mhijiex kemm dan l-Abbozz ta' Liġi ilu għand l-Oppożizzjoni jew le: seta' kien għand l-Oppożizzjoni tliet xhur qabel.", "Il-kwestjoni kollha hi li aħna, fl-aħħar mill-aħħar, meta nitkellmu fil-Parlament m'aħniex qed nitkellmu biss għan-nom tagħna nfusna, imma wkoll għan-nom tas-soċjetà hemm barra.", "Is-Soċjetà Ċivili li aħna nirrappreżentaw u nitkellmu għan-nom tagħha – kif jitkellmu wara kollox anke l-kelliema tal-Gvern – uriet ix-xewqa li jkun hemm aktar żmien.", "Dan l-Abbozz ta' liġi ġie ppubblikat bħal- lum ġimgħa.", "L-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika saret nhar it-Tlieta ta' din il-ġimgħa, liema laqgħa ngħatat preavviż biss ta' 24 siegħa, jew saħansitra inqas, kif intqal minn ċerti soċjetajiet.", "Dan ifisser li meta wieħed se jkun qed jitkellem fl-istadju tat-Tieni Qari, mhux se jkun f'pożizzjoni li jirrifletti dak li taħseb is-Soċjetà Ċivili dwar dan l-abbozz.", "Dan huwa l-punt li qed nipprova nagħmel, li s-Soċjetà Ċivili ma kellhiex iż-żmien biex tifli dan l-Abbozz.", "Naħseb li bħala deputati li nirrappreżentaw mhux biss il-partiti politiċi, iżda l-poplu hemm barra, huwa importanti li fid-diskussjoni tagħna nirriflettu wkoll dak li s-Soċjetà Ċivili tista' taħseb favur jew kontra dan l-Abbozz ta' Liġi li qed jiġi diskuss.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Kif qal l-Onor. de Marco, mhijiex prerogattiva tal-Oppożizzjoni biss li tisma' x'għandhom xi jgħidu n-nies hemm barra, imma wkoll tal-Gvern.", "Aħna nemmnu li dan l-istess proċess jista' jsir meta niġu fl-istadju ta' Kumitat.", "L-ewwel nett, irrid ngħid ukoll li dik il-laqgħa saret b'urġenza għax kien hemm talba minn għandna u min-naħa tal-Oppożizzjoni għal laqgħa urġenti.", "Kien hemm ittra, jekk m'iniex sejjer żball, fejn rajt talba għal laqgħa urġenti.", "Allura, ladarba l-Oppożizzjoni talbu li jkun hemm laqgħa urġenti, aħna rajna li l-aktar żmien ta' urġenza li stajna nagħmlu din il-laqgħa kien it-Tlieta, għax irċevejna r-rikjesta l-Ħadd jew t-Tnejn ta' qabel.", "Aħna qed ngħidu wkoll li se nagħtu kas ir-riflessjonijiet li se jagħmlu l-NGOs u s-Soċjetà Ċivili, u li l-Oppożizzjoni se tkun tista' titkellem dwarhom fit-tieni parti tal-proċess, li huwa l-proċess ta' Kumitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Fl-istadju ta' Kumitat wieħed jidħol fid-dettall tal-liġi, mentri fit-Tieni Qari wieħed jidħol fl-aspetti diversi tal-liġi, jiġifieri wieħed jitkellem fuq il-prinċipji importanti u fuq il- dispożizzjonijiet varji tal-liġi.", "Naħseb li aħna ma rridux li s-Soċjetà Ċivili tagħtina l-ħsieb tagħha biss fuq id-dettall tal-liġi, imma anke fuq il-ħsieb u l-prinċipju tal-liġi.", "Ma naħsibx li public consultation qiegħda fuq il-wording jew id-drafting tad-dispożizzjonijiet tal-artikoli.", "Fl-istadju tal-Kumitat, aħna ġeneralment nidħlu fl-abbozzar jew fid-drafting tal-liġi.", "Ma naħsibx li aħna qed ngħidu lis-Soċjetà Ċivili biex tgħidilna jekk għandniex inżidu jew innaqqsu xi sentenza jew xi comma 'l hemm u 'l hawn.", "Għalhekk, fil-fehma tiegħi, bir-rispett kollu, ma nistax naqbel man-naħa tal-Gvern.", "Importanti li anke f'dan l-istadju tat-Tieni Qari, li huwa wieħed mill-aktar stadji importanti ta' dibattiti fil-Parlament, wieħed għandu jissospendi d-dibattitu sakemm is-Soċjetà Ċivili jkollha ż-żmien u ċ-ċans li tagħtina l-opinjoni tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Jien nifhem dak li qed jgħid l-Onor. de Marco.", "Biss, apparti l-fatt li d-demerger kienet waħda mill-proposti li aħna kellna fil-manifest elettorali, jien m'iniex qed nara għaliex fi stadju ta' Kumitat ma jistax jiġi diskuss il-prinċipju u d-dettall.", "Jekk hemm affarijiet li huma tant ta' prinċipju – id-dettall ovvjament se jkun diskuss fl-istadju ta' Kumitat – naħseb li jistgħu jiġu riflessi anke fi stadju ta' Kumitat, apparti l-fatt li l-Oppożizzjoni setgħet tkellmet fuq il-prinċipju anke waqt id-dibattitu li għandna llum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għalkemm jien naqbel perfettament li l-ispirtu tal-liġi li tkun quddiemna nkunu qegħdin nitkellmu fuqu l-aktar fit-Tieni Qari meta tkun qed tiġi mgħoddija liġi, dak illi qed nitkellmu fuqu, inkluż dak li tkun qed titkellem fuqu jew tkellmet fuqu s-Soċjetà Ċivili, ma jinbidel bl-ebda mod fit-Tieni Qari.", "M'hemmx bdil għal-liġi fit-Tieni Qari għax il-bdil isir fit-Tielet Qari.", "Mela allura, fl-istadju tat-Tielet Qari hemm iċ-ċans kollu li nkunu smajna, jekk tkun ħadet sehem, lill-Oppożizzjoni u lis-Soċjetà Ċivili.", "Il-bdil li għandu jsir fil-liġi, jekk hemm bdil xi jsir, isir fit-tielet stadju, u allura, f'dan l-istadju, m'hemmx problema li jiġi diskuss it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, kif tgħallimna, fl-istadju ta' Kumitat ma tistax titkellem fuq prinċipji, imma trid titkellem fuq il-klawsola li għandek.", "Issa, jekk il-Gvern qed jgħid li se nibdlu dik il-prattika u li se jħalli d-deputati jitkellmu anke fuq il-prinċipju waqt l-istadju ta' Kumitat – mhux fit-Tielet Qari, għax it-Tielet Qari huwa l-vot finali – jien qed nifhem li min se jkun qed jippresjedi, jiġifieri l-iSpeaker, se jħalli lid-deputati jitkellmu mingħajr ma jwaqqafhom fuq il-prinċipju.", "Allura mbagħad il-pożizzjoni tagħna hija differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Ma naħsibx li l-konsultazzjoni pubblika li intom ħriġtu hija limitata għad-drafting tal-liġi.", "Ma naħsibx li intom qegħdin tgħidu lis-Soċjetà Ċivili hemm barra li m'intomx lesti li titkellmu u tisimgħu mingħandhom dwar il-prinċipji.", "Allura x'qegħdin ngħidu?", "Bir-rispett kollu, nafu biżżejjed li f'dan l-istadju tat-Tieni Qari hemm diskussjoni fuq il-prinċipju.", "Jiġifieri, inti qed tgħid lis-Soċjetà Ċivili li l-opinjoni tagħha dwar il-prinċipju ta' din il-liġi għalikom m'hijiex importanti għaliex għandkom mandat elettorali?", "Allura intom qed tgħidu li tridu tisimgħu biss fuq id-drafting ta' din il-liġi, iżda mhux fuq il-prinċipju?", "Nittama li m'intomx qegħdin tgħidu hekk!", "LOUIS GRECH: M'aħniex qed ngħidu hekk!", "MARIO DE MARCO: Mela ladarba m'intomx qed tgħidu hekk, u ladarba l-konsultazzjoni pubblika hija wkoll miftuħa għall-prinċipji, allura dan id-dibattitu għandu jieqaf għaliex, bir-rispett kollu, fl-istadju tat-Tielet Qari u fl-istadju ta' Kumitat ma nistgħux nagħmlu diskussjoni dwar il-prinċipju.", "Kif tafu intom kollha aktar minni hawn ġew, fit-Tielet Qari u fl-istadju ta' Kumitat nagħmlu biss diskussjoni ta' abbozzar ta' drafting finali ta' dik il-liġi.", "Anke fl-istadju tat-Tieni Qari ġieli nagħmlu proposti ta' x'wieħed għandu jew x'ma għandux iżid.", "Allura, bir-rispett kollu, ladarba fit-Tieni Qari nagħmlu diskussjoni fuq il-prinċipju u dwar x'għandu jiġi inkluż jew x'ma għandux jiġi inkluż, u għalhekk huwa importanti li nissospendu dan id-dibattitu sakemm nisimgħu lis-Soċjetà Ċivili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Kien ikun aħjar kieku l-prinċipji tal-Onor. de Marco, li aħna rridu nagħtu kashom, kif se nagħtu kas x'inhuma jgħidu s-Soċjetà Ċivili u l-NGOs, ħarġu fiċ-ċar billi pparteċipa u tkellem fit-Tieni Qari.", "Nemmen li l-Oppożizzjoni mhijiex kredibbli meta qegħda tgħid li ma tkellmitx għax riedet tirrifletti fuq veduti oħrajn.", "Aħna diġà qed nagħtu spazju li jista' jkun hemm tibdil ta' klawsoli fit-Tieni Qari.", "Nafu li se jkun hemm submissions, però l-Oppożizzjoni setgħet għamlet il-pożizzjoni tal-prinċipji tagħha ċara waqt dan id-dibattitu li għaddejjin bih bħalissa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Grech lil min qed jirrappreżenta; però huwa żgur li jien m'iniex qiegħed fil-Parlament biex nirrappreżenta lili nnifsi.", "Jien qiegħed hawnhekk biex nirrappreżenta lill-poplu li eleġġieni, u anke lin-nies li ma vvotawlix; f'kelma waħda qiegħed hemmhekk biex nirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Is-Soċjetà Ċivili tifforma parti mill-poplu Malti u Għawdxi, u għalhekk, qabel ma nintervjeni fil-Parlament, nixtieq nisma' xi trid tgħid is-Soċjetà Ċivili fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "LOUIS GRECH: L-Onor. de Marco dejjem jassumi li qisu hu biss għandu l-prerogattiva li jitkellem f'isem il-poplu Malti u Għawdxi.", "Aħna qed ngħidu li aħna wkoll nitkellmu f'isem il-poplu Malti u Għawdxi.", "Il-fatt li qed tgħid li intom biss qed taraw x'inhuma l-concerns u l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi naħseb li, fil-verità, din la hija korretta u taf tajjeb li hija żbaljata.", "Ma tistax tieħu xi monopolju qiskom intom biss qed tirrappreżentaw l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Il-Gvern ukoll, b'ċerta maġġoranza, qed jirrappreżenta l-aspirazzjonijiet u l-concerns tal-poplu Malti u Għawdxi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Ma rridx intawwal fuq is-suġġett, imma fl-opinjoni tiegħi, il-prinċipju ewlieni tad-demerger huwa li nagħtu saħħa lill-ambjent biex ikollu l-vuċi, l-awtonomija u l-indipendenza 'l bogħod mill-ippjanar.", "L-għan u l-prinċipju fundamentali ewlieni tad-demerger huwa proprju dak li lil hinn minn kif inhuma l-affarijiet bħalissa, l-ambjent ikollu s-snien, daqskemm ikollu s-snien ukoll l-ippjanar, biex b'hekk nagħtu s-saħħa ħalli l-affarijiet isiru b'mod aktar idoneu.", "Dan huwa l-prinċipju ewlieni li huwa spellut u ġustifikat fil-liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Gvern biex jaqra sew l-iStanding Order Nru 100 li jgħid li l-prinċipju tal-Abbozz ta' Liġi ma jiġix diskuss f'Kumitat, iżda biss fid-dettalji tiegħu.", "Dan huwa kontra ta' dak li qal il-Viċi Prim Ministru meta qal li nistgħu niddiskutu il-prinċipju fi stadju ta' Kumitat.", "Jekk nagħmlu hekk, inkunu qed niksru l-iStanding Order.", "Pereżempju, jekk ikollok xi ħadd li huwa NGO li joħroġ b'idea partikolari biex inbiddlu xi ħsebijiet jew prinċipji ta' Abbozz partikolari, dan ma jistax jiġi diskuss fi stadju ta' Kumitat għax l-iStanding Orders tagħna ma jippermettulniex dan.", "Fil-fatt, għamiltlu mistoqsija dwar dan, imma ma weġibnix.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Aħna qed ngħidu li s-separazzjoni u d-demerger huwa l-prinċipju fundamentali, u li din kienet fil-manifest elettorali, u għalhekk qegħdin irressquha quddiem il-Parlament.", "Meta jien għidt li wieħed jibda jagħti kas il-klawsoli li jkun hemm, normalment dawn ikunu jirriflettu l-prinċipju; jiġifieri, jekk ikollok tibdil fid-dettall, it-tibdil u l-emendi li tkun se tipproponi, se jkunu jirriflettu l-prinċipju li inti trid iddaħħal.", "Hawn m'iniex qed nirreferi għall-prinċipju fundamentali, għax dan diġà qiegħed hemm: però, ħafna drabi jista' jkollok l-intelliġenza biżżejjed biex iddaħħal ċerti tibdiliet li jemanaw mill-ispirtu ta' dak il-prinċipju.", "Hawn mhux qed ngħidu li aħna se mmorru lura mill-fatt li se naraw li d-demerger tiġi implimentata – m'hemmx dubju dwar dan – però l-istadju ta' Kumitat jagħtik dik il-possibbiltà u l-opportunità li timplimenta ċerti affarijiet li joħorġu mill-ispirtu tal-prinċipju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: X'se tkun il-pożizzjoni tal-Gvern jekk is-Soċjetà Ċivili kollha tkun kontra d-demerger?", "MR SPEAKER: Qed issir mistoqsija diretta.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, jekk trid tagħmel kumment, tista' tagħmlu.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Id-demerger kienet imniżżla fil-manifest elettorali li għadda, meta għaddiet fl-Elezzjoni b'36,000 vot.", "MARIO DE MARCO: So it's not a public consultation, jiġifieri mhijiex miftuħa għall-konsultazzjoni!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "Il-punti saru kollha.", "Jekk hemm xi punt addizzjonali dwar meta għandha tiġi diskussa l-Mozzjoni ...", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq nagħmel punt ieħor li ma ssemmiex hawnhekk.", "Waqt id-draft tal-liġi nnifisha, diġà kienet saret konsultazzjoni mis-Segretarju Parlamentari preċedenti għal dak li hemm bħalissa.", "Mhux hekk biss, qabel il-kampanja elettorali, fuq il-prinċipju ewlieni tad-demerger saru konsultazzjonijiet kemm mal-ENGOs, kif ukoll mal-NGOs; mela hija xi ħaġa fattwali li hemm ir-rieda li b'responsabbiltà, din id-demerger titwettaq.", "Il-prinċipju ewlieni tad-demerger huwa dak li hu spellut f'dawn il-liġijiet, u għaldaqstant aħna m'aħniex qed immorru lil hinn minn dan il-prinċipju.", "MR SPEAKER: Nistgħu nimxu?", "L-aħħar kumment.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jekk tgħid li s-Soċjetà Ċivili ġiet ikkonsultata, qed tigdeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Fil-każ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti tagħha.", "MR SPEAKER: Onor. Grech, għandek x'iżżid aktar fuq din?", "LOUIS GRECH: Le m'għandix, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Grech irid jikkjarifika dak li qal, jiġifieri jekk jistax jiġi diskuss il-prinċipju fl-istadju ta' Kumitat.", "LOUIS GRECH: Naħseb li diġà kkjarifikajtha.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri mhux veru dak li għidt qabel.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma nibdewx dibattitu fuq dan.", "DAVID AGIUS: Hekk għidt.", "Jekk trid, nieqfu u nisimgħu r-recording, għax niżżiltha.", "MR SPEAKER: Jien ippresjedejt il-Kumitat tal-Abbozzi għal diversi snin, fejn meta xi ħadd ried jagħmel kumment fuq emenda, jien qatt ma waqqftu.", "Issa ma nafx x'qed isir hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Biss jien kont inħalli l-libertà li bniedem jagħmel l-argumenti tiegħu.", "Aħna se nitkellmu fuq il-Mozzjonijiet nri.", "161, 162 u 257 – qed naqblu?", "Għandna l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ippjanar – Abbozz nru.", "107, l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Abbozz nru.", "108, u l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – Abbozz nru.", "X'se tgħidilna dwar kif se jsir il-progress tax-xogħol dwar dawn il-Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Il-proposta tiegħi hija li nagħmlu t-Tribunal nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa li ġejja.", "MR SPEAKER: Mela, qed ngħidu li l-Abbozz nru.", "109 se nagħmluh nhar l-Erbgħa.", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu; imbagħad inkomplu l-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2015, filgħodu u filgħaxija.", "MR SPEAKER: Dakinhar se nagħmlu Abbozz nru.", "107 u Abbozz nru.", "108, hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu, u jittieħed il-vot tat-tliet mozzjonijiet nhar il-Ġimgħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Hemm ftehim bejnietna – issa, jekk se nibdew niksruh, ma nafx – li meta l-kapijiet tal-partiti tagħna jkunu msefrin, ma jittieħed l-ebda vot.", "Farrugia li l-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun imsiefer?", "Allura kif qed jipproponi vot nhar il-Ġimgħa?", "MR SPEAKER: Hemm xi ftehim li meta jkunu msefrin il-kapijiet tal-partiti ma jitteħidx vot?", "Ħu paċenzja, is-Sedja qed tistaqsi.", "GODFREY FARRUGIA: Lili ħadd ma qalli hekk.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, jien u int mhux dejjem ftehemna li meta jkollna l-Kap tiegħek jew il-Kap tiegħi msiefer, ma nieħdu l-ebda vot fil-Kamra?", "Issa, jekk tridu li nibdlu dan il-ftehim, nibdluh.", "Kollox sew, mela kollox jibda jsir fil-House Business Committee.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, inti qed tgħid li nhar l-Erbgħa se jkun hemm il-Mozzjoni nru.", "109, u l-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2015, se niltaqgħu kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija, fejn se jiġu diskussi l-Abbozz nru.", "107 u l-Abbozz nru.", "Filgħaxija, imbagħad, wara li jagħlaq il-ħin, jittieħed il-vot fuq it-tliet abbozzi.", "GODFREY FARRUGIA: Qed ngħid li, bħalma sar il-ġimgħa li għaddiet, nhar l-Erbgħa li ġejjin niltaqgħu filgħodu u filgħaxija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Il-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun imsiefer sal-Ġimgħa, filwaqt li l-Prim Ministru se jkun imsiefer nhar l-Erbgħa.", "Aħna lesti li nkomplu għaddejjin bid-dibattitu u l-vot.", "GODFREY FARRUGIA: Nieħdu l-vot il-ġimgħa d-dieħla.", "LOUIS GRECH: Se nkomplu għaddejjin bil-vot.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, meta jkun hemm iż-żewġ kapijiet imsefrin, xorta se jittieħed il-vot.", "GODFREY FARRUGIA: Aħna qegħdin ngħidu li nhar l-Erbgħa se nlaqqgħu t-Tribunal filgħodu u filgħaxija, fejn se niddiskutu l-Ambjent u l-Ippjanar; imbagħad, il-vot jittieħed l-Erbgħa filgħaxija, meta mhux se jkun hawn la l-Prim Ministru u lanqas il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: U l-Ġimgħa?", "GODFREY FARRUGIA: Il-Ġimgħa nagħmlu xogħol ieħor tal-Kamra.", "GUIDO DE MARCO: Aħna qed ngħidu li jittieħed vot it-Tnejn mhux tal-ġimgħa d-dieħla, imma ta' wara.", "GODFREY FARRUGIA: Ma jkunx hawn l-iSpeaker.", "MR SPEAKER: It-Tnejn mhux se nkun hawnhekk.", "GUIDO DE MARCO: Se jkun hawn id-Deputy Speaker.", "MR SPEAKER: Ara, jien lill-Gvern mhux se noqgħod ngħidlu x'għandu jagħmel, jara hu x-xogħol tiegħu.", "DAVID AGIUS: Jien se niddikjara li ma naqbilx ma' din it-tip ta' attitudni.", "Aħna dejjem konna nagħmlu kollox bi qbil.", "Jekk hemm bżonn, il-vot ma jitteħidx la l-Erbgħa u lanqas il-Ġimgħa, imma jittieħed meta jiġu lura l-kapijiet tal-partiti f'pajjiżna.", "Deċiżjoni bħal din, fuq tliet liġijiet daqshekk importanti, se neħduha meta l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jkunux preżenti fil-Kamra?", "GODFREY FARRUGIA: Tant huma liġijiet importanti li lanqas qed tagħmlu dibattitu fuqhom!", "DAVID AGIUS: Dak narawh aħna!", "MR SPEAKER: Dak il-punt diġà sar, ma niddiskutuhx mill-ġdid.", "Dakinhar, se jkollok il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni msefrin.", "Il-Kumitat huwa sospiż għal ftit minuti.", "Onor. Agius, clear, ġiet solvuta għal nhar it-Tnejn.", "Ejja naraw meta se nagħmlu d-diskussjoni għax għandek tliet abbozzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Rigward nhar it-Tnejn, aħna qed ngħidu li se niltaqgħu filgħodu u filgħaxija?", "MR SPEAKER: Jien qed ngħid li nhar it-Tnejn nista' nagħmel is-sessjoni ta' filgħodu.", "Irridu niltaqgħu f'xi ġranet oħra biex niddiskutu l-abbozzi kollha, biex imbagħad it-Tnejn jittieħed il-vot.", "LOUIS GRECH: Aħna qed niftehmu li jittieħed il-vot it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015, filgħodu.", "GODFREY FARRUGIA: Dakinhar ma nagħmlux ħin tal-mistoqsijiet biex ikollna ħin biżżejjed biex inkunu nistgħu niddiskutu u nagħlqu.", "(Interruzzjonijiet) Se nagħmlu mozzjoni minnhom.", "DAVID AGIUS: Jien naħseb li għandha tkun Legal Notice 150.", "It-Tnejn filgħodu?", "Se jkun hawn il-Kap tal-Oppożizzjoni, u nkunu nistgħu nieħdu l-vot.", "MR SPEAKER: Il-punt huwa dan: għandna tliet abbozzi, ejja niftehmu meta se niddiskutuhom.", "DAVID AGIUS: Għandna erba' abbozzi, għax għandna Legal Notice nru.", "LOUIS GRECH: Hawn qed nitkellmu fuq żewġ affarijiet: waħda hija dwar meta se jittieħed il-vot dwar id-Demerger biex ikun hawn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru preżenti, u l-oħra hija biex nieħdu l-opportunità li ladarba kellha titressaq Legal Notice nru.", "150, li l-proponent tagħha huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, allura niddiskutuha t-Tnejn filgħodu, biex imbagħad jittieħdu żewġ voti, jiġifieri l-vot fuq Legal Notice nru.", "150 u l-vot fuq id-Demerger.", "GODFREY FARRUGIA: Ejja nipproponu pass ieħor.", "MR SPEAKER: Ejja nirrikapitolaw kollox.", "GODFREY FARRUGIA: Imma qabel nagħmlu pass ieħor: nistgħu nagħmlu d-diskussjoni u nieħdu l-vot fuq il-Legal Notice tal-Edukazzjoni, meta jkun hawn l-Onor.", "David Agius, u dik il-Mozzjoni nagħmluha l-Ġimgħa?", "MR SPEAKER: Naħseb nistgħu nimxu hekk.", "LOUIS GRECH: Ippermettuli ftit biex niċċaraw daqsxejn l-affarijiet.", "Aħna qed ngħidu – jekk qed nifhem sew lill-Whip – li l-Legal Notice 150, li kellha ssir nhar it-Tnejn li ġejjin, se nagħmluha t-Tnejn ta' wara, jiġifieri se ssir fl-20 ta' Lulju 2015, fejn se jittieħed il-vot fuq Legal Notice 150, kif ukoll fuq id-Demerger.", "Imbagħad, il-Legal Notice tal-Kunsilli Lokali tiġi diskussa il-Ġimgħa – ma nafx eżatt x'inhu n-numru ta' din il-Legal Notice.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Tal-Infurzar Lokali?", "LOUIS GRECH: Mozzjoni nru.", "153 tiġi fuq l-aġenda ta' nhar il-Ġimgħa, u mbagħad it-Tnejn jittieħed il-vot tagħha, flimkien mal-vot ta' Mozzjoni 150 fuq id-Demerger.", "MR SPEAKER: Ejja nirrikapitolaw ftit.", "LOUIS GRECH: F'dak il-każ, nhar it-Tnejn, 13 ta' Lulju 2015, titressaq il-Mozzjoni dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.", "GODFREY FARRUGIA: Nistgħu nagħmlu l-Legal Notice dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.", "(Interruzzjonijiet) Liema hi?", "GODFREY FARRUGIA: Il-140 hija Legal Notice ġdida.", "Ma fadalx aktar, hux hekk, min-naħa tagħkom?", "GODFREY FARRUGIA: Le, għax jien għandi l-aġenda tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Mhux se jkun hawnhekk?", "LOUIS GRECH: Sur President, ejja nkomplu.", "140, imbagħad hemm l-aġenda li se jkompli biha l-Whip.", "MR SPEAKER: Ejja nirrikapitolaw.", "Nhar it-Tnejn, 13 ta' Lulju 2015, x'se jitla' fuq l-aġenda?", "140 tal-Edukazzjoni.", "Imbagħad, ikollna vot li jiġi trasferit għat-Tnejn ta' wara.", "MR SPEAKER: Imbagħad, il-vot jittieħed fl-20 ta' Lulju 2015.", "It-Tlieta, 14 ta' Lulju 2015?", "LOUIS GRECH: Se jkun hemm id-diskussjoni fuq ir-rapport annwali għas-sena 2013 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.", "DAVID AGIUS: Li tiġi mingħajr vot.", "GODFREY FARRUGIA: Sessjoni waħda biss.", "DAVID AGIUS: Dik mozzjoni.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Għandek il-Mozzjoni nru.", "161, flimkien mal-Abbozz nru.", "107, hux hekk?", "Mozzjoni nru.", "MR SPEAKER: Mela m'aħniex qed naqblu.", "DAVID AGIUS: Dak huwa dak li qed jissuġġerixxi l-Gvern.", "Kif dejjem għamilna, jkun hemm dibattitu dwar l-iżvilupp sostenibbli, li hija mozzjoni li ressaq il-Gvern, mingħajr ma jkun hemm vot.", "MR SPEAKER: Diskussjoni mingħajr vot.", "GODFREY FARRUGIA: Bil-ħin maqsum eżatt bejnietna.", "DAVID AGIUS: Jiftaħ u jagħlaq ...", "MR SPEAKER: Mela, l-aġenda għal nhar it-Tlieta hija lesta.", "Rigward l-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015?", "GODFREY FARRUGIA: L-Erbgħa se niltaqgħu filgħodu u filgħaxija.", "MR SPEAKER: Filgħodu biex se nibdew?", "GODFREY FARRUGIA: Filgħodu nistgħu nibdew bid-diskussjoni dwar ir-Regolatur tal-Ilma u l-Enerġija, Abbozz nru.", "DAVID AGIUS: U ta' filgħaxija?", "MR SPEAKER: Rigward L-Erbgħa filgħodu?", "GODFREY FARRUGIA: Se titkompla d-diskussjoni dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "MR SPEAKER: Liema waħda?", "MR SPEAKER: Mela, l-Erbgħa filgħodu se nagħmlu Abbozz nru.", "Imbagħad, se titkompla d-diskussjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent.", "MR SPEAKER: Liema abbozz hu?", "MR SPEAKER: Filgħaxija?", "Jekk jifdal ħin, imbagħad, nagħmlu Avviż Legali nru.", "MEMBRU: Għal din għandek xi mozzjoni partikolari?", "GODFREY FARRUGIA: Iva, kont tajthieli inti, tal-Ministeru tal-Intern.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Dik li qiegħda għat-Tielet Qari u, flok jersaq it-Tielet Qari, issir r-recommittal tal-Ministru Carmelo Abela.", "MR SPEAKER: Ħadna nota tagħha?", "F'każ li jibqa' ħin, nagħmluha nhar il-Erbgħa filgħaxija.", "DAVID AGIUS: Sur President, dwar dik għandna problema għax l-Onor.", "Dik kemm ngħadduha biss, għax hemm qbil fuqha, hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Jista' jagħti l-każ illi, billi fuq il-Protezzjoni tal-Ambjent għamilna sessjoni sħiħa, issa ma tantx fadal aktar kelliema min-naħa tagħna billi qegħdin nipparteċipaw aħna biss.", "Allura, jien mhux qed nara li se nużaw seduta sħiħa għall-Protezzjoni tal-Ambjent.", "DAVID AGIUS: Mela, għax ma nipproponilekx li tkompli d-diskussjoni, tagħlaqha, titlob il-vot, il-vot imur għat-Tnejn, u mbagħad tiftaħ dik is-sessjoni bl-Ippjanar tal-Iżvilupp jew b'xi liġi oħra.", "GODFREY FARRUGIA: Għall-Ippjanar tal-Iżvilupp bilfors irridu nagħmlu sessjoni sħiħa.", "DAVID AGIUS: Għalfejn?", "M'għandekx għalfejn, tista' tibdieha f'nofs seduta oħra.", "GODFREY FARRUGIA: Imma xorta għandna bżonn sessjoni sħiħa.", "DAVID AGIUS: Ħu kemm trid, tista' tieħu ħames sessjonijiet, imma trid tkomplieha.", "GODFREY FARRUGIA: Dejjem trid tara li għamilna sessjoni sħiħa fiha.", "DAVID AGIUS: Mhux qed nirreferi għall-Iżvilupp Sostenibbli, imma għad-demerger.", "LOUIS GRECH: Ambjent, Ippjanar, imbagħad għandek ...", "DAVID AGIUS: Tibqa' għaddej wara xulxin.", "GODFREY FARRUGIA: Ambjent jagħlaq, l-Ippjanar se jkun filgħodu, u nkunu għalaqnieha.", "DAVID AGIUS: Għall-Ambjent se tieħu sagħtejn u nofs?", "GODFREY FARRUGIA: Għalhekk mhux se tieħu sagħtejn u nofs.", "DAVID AGIUS: Mela ibda tal-Ippjanar jew tat-Tribunal, iddeċiedi inti.", "GODFREY FARRUGIA: Ma tistax tibdieha mill-ewwel.", "LOUIS GRECH: Forsi ma jkunx hemm bżonn filgħodu.", "DAVID AGIUS: Għaliex ma tistax tibdieha mill-ewwel?", "GODFREY FARRUGIA: Tat-Tribunal nixtieq nagħtiha sessjoni għaliha.", "DAVID AGIUS: Inti taf, dik hija deċiżjoni tiegħek.", "Aħna jkollna kelliem żgur dakinhar.", "LOUIS GRECH: Mela tat-Tribunal se nagħmluha dakinhar.", "GODFREY FARRUGIA: Prosit, demerged mill-Ippjanar biex ikollu l-awtonomija u l-indipendenza tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ejja nagħmlu ftit progress.", "Dwar nhar l-Erbgħa ftehmna.", "DAVID AGIUS: Le, minuta waħda.", "GODFREY FARRUGIA: Filgħodu għidna li se nagħmlu l-Ippjanar tal-Iżvilupp, u filgħaxija se nagħmlu l-Protezzjoni tal-Ambjent; imma se jifdlilna l-ħin.", "LOUIS GRECH: Imma jekk se tibdieh, trid tagħmel it-Tribunal.", "DAVID AGIUS: Għax hemmhekk għandek diskors ...", "GODFREY FARRUGIA: Le, m'aħniex inħalltu l-issues.", "Qed nirreferi għall-Ġimgħa filgħodu.", "MR SPEAKER: Nerġgħu nirrikapitolaw għax is-Sedja trid tkun taf x'qiegħda tagħmel.", "Importanti li nkunu preċiżi.", "Onor. Farrugia, mela nhar l-Erbgħa filgħodu se nagħmlu Abbozz nru.", "107 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "GODFREY FARRUGIA: Filgħaxija se nibdew bil-Protezzjoni tal-Ambjent, u se jingħalaq.", "MR SPEAKER: Mela, qed nitkellmu fuq l-Abbozz nru.", "GODFREY FARRUGIA: Se jkompli u jingħalaq.", "107 ta' filgħodu se jingħalaq ukoll, hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu, Abbozz nru.", "107 filgħodu se jingħalaq ukoll.", "107 se jingħalaq filgħodu, u Abbozz nru.", "108 se jingħalaq filgħaxija.", "Imbagħad, jekk jibqa' ħin, se niddiskutu Abbozz nru.", "DAVID AGIUS: Hemmhekk għandek problema għax l-Onor.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, inti mhux diġà għidt li nistgħu nimxu xorta għax hemm il-qbil?", "DAVID AGIUS: Imma ma nafx jekk hux se jagħmel xi dibattitu fuqha!", "Din fuq tar-recommittal.", "DAVID AGIUS: Onor. Farrugia, din recommittal biss jew se tagħmel dibattitu?", "MR SPEAKER: Mhux recommittal din?", "GODFREY FARRUGIA: Jekk tridu tagħmlu recommittal biss, jien jaqbilli aktar.", "MR SPEAKER: Hekk għandu jsir.", "GODFREY FARRUGIA: Jien jaqbilli aktar minħabba time management.", "DAVID AGIUS: L-importanti naraw kif se jitkellem il-Ministru, għax jekk il-Ministru se jitkellem on a debate mode huwa mod, imma jekk se jitkellem fuq recommittal mode huwa mod ieħor.", "GODFREY FARRUGIA: Se jitkellem fuq recommittal mode.", "MR SPEAKER: Mela, ejja nitkellmu ċar, għalhekk qegħdin fil-House Business Committee.", "Onor. Agius, qed niftehmu li mhux se jkun hemm dibattitu miftuħ, imma l-Ministru se jitkellem fuq recommittal tone.", "LOUIS GRECH: Onor. Agius, għal tat-Tribunal se jkollkom xi kelliem ieħor?", "LOUIS GRECH: Mela tista' tibdieha hemmhekk stess.", "GODFREY FARRUGIA: Kelliem wieħed?", "GODFREY FARRUGIA: Jekk se jkun hemm kelliem wieħed, nistgħu nagħmlu sessjoni sħiħa għat-Tribunal u tkun demerged ma' oħrajn.", "MR SPEAKER: Mela, għal nhar l-Erbgħa ftehmna wkoll.", "MR SPEAKER: Mela ngħaddu għal nhar il-Ġimgħa.", "GODFREY FARRUGIA: Għal nhar l-Erbgħa s'issa kull m'għandna hija l-Protezzjoni tal-Ambjent, u r-recommittal li hija qasira.", "GODFREY FARRUGIA: Imma xorta se jifdal il-ħin fis-seduta.", "Qed ngħidu li nhar l-Ġimgħa filgħodu se nagħmlu tat-Tribunal.", "DAVID AGIUS: Nhar l-Erbgħa.", "GODFREY FARRUGIA: Issa naħseb ftit dwarha, għadni ma nafx.", "Għalissa ħallieha stand by.", "Nhar il-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2015, filgħodu se nagħmlu tat-Tribunal, niftħuh u nagħlquh.", "Nhar il-Ġimgħa filgħaxija se nagħmlu tal-Kunsilli Lokali.", "DAVID AGIUS: Bil-vot li se jittieħed it-Tnejn.", "MR SPEAKER: Il-109 se tingħalaq filgħodu.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, Sur President, b'kelliem wieħed min-naħa tal-Oppożizzjoni, u se tingħalaq.", "MR SPEAKER: Kollox sew, se tingħalaq, u nhar il-Ġimgħa filgħaxija tal-Infurzar Lokali se tingħalaq ukoll.", "GODFREY FARRUGIA: Se tingħalaq ukoll f'sessjoni waħda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Nhar it-Tnejn kemm se nieħdu voti?", "Erba' voti?", "GODFREY FARRUGIA: Tlieta tad-demerger, wieħed tal-Edukazzjoni u l-ieħor tal-Kunsilli Lokali.", "MR SPEAKER: Mela, is-seduta tat-Tnejn tispiċċa fin-12.30 p.m., u nibdew bil-voti.", "DAVID AGIUS: Tispiċċa f'12.00 p.m., u nibdew bil-voti.", "MR SPEAKER: Ovvjament, jiddependi jekk ikunx hemm l-20 minuta.", "DAVID AGIUS: Dak messaġġ, mhux se nagħmluh kull darba.", "MR SPEAKER: Nixtieq li ma nitlifx l-ajruplan.", "MR SPEAKER: Kemm se jkollna, erba' jew ħames voti?", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb sitt voti.", "DAVID AGIUS: Se nagħmel mistoqsija: Kemm hu importanti li r-Regolatur tal-Ilma tgħaddi qabel l-20 ta' Lulju 2015?", "GODFREY FARRUGIA: L-unika ħaġa li jien informat dwarha huwa hekk, li r-Regolatur tal-Ilma hija t-traspożizzjoni tal-liġi li suppost saret fl-2012, imma ma kenitx saret, u għaldaqstant, min-naħa tal-Unjoni Ewropea, qegħdin jitolbuna biex tkun lesta.", "DAVID AGIUS: Imma tixtiequ tgħadduha qabel?", "GODFREY FARRUGIA: Għax qegħdin jagħfsuna min-naħa tal-Unjoni Ewropea.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kemm għandna bżonn nagħmluha din?", "DAVID AGIUS: Allura nagħmluha nhar l-Erbgħa filgħaxija?", "LOUIS GRECH: L-Erbgħa filgħaxija tajjeb.", "DAVID AGIUS: Skużani, ridt ngħid it-Tnejn filgħaxija?", "LOUIS GRECH: Anke nhar l-Erbgħa naħseb li għandek xi spazju.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk hemm l-ispazju wara r-recommittal tal-Erbgħa, nistgħu nagħmluha hemmhekk.", "LOUIS GRECH: Tista' ssir hemmhekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Inti kont qed taħseb li se jkun hemm spazju hemmhekk; jiġifieri, jekk fil-każ, nagħmluha hemmhekk.", "LOUIS GRECH: Probabbilment tista' ssir hemmhekk.", "GODFREY FARRUGIA: Tajjeb: mela, tar-Regolatur tal-Ilma se ngħaddiha hemmhekk.", "Niftehmu li nagħlquha dakinhar!", "MR SPEAKER: Hawn ftehim li tingħalaq il-224?", "DAVID AGIUS: Irrid niċċekkja fuqha.", "DAVID AGIUS: Illum, meta tlaqna mill-Kamra, kienu qed jiddiskutuha.", "GODFREY FARRUGIA: Din tar-Regolatur tal-Ilma u l-Enerġija.", "DAVID AGIUS: Nista' nagħtik risposta immedjata għax kienu qed jiddiskutuha qabel ġejna hawnhekk.", "LOUIS GRECH: Però, qed nassumi li, jekk imbagħad ikollok il-konferma tal-Onor.", "Agius, m'hemmx bżonn li nerġgħu niltaqgħu.", "MR SPEAKER: Onor. Agius u Onor. Farrugia, f'xi ħin jista' jkun hemm xi abbokkament bejnietkom?", "GODFREY FARRUGIA: Il-ħin kollu għaddejjin bl-abbokkament!", "Daqqa naqblu u daqqa le!", "MR SPEAKER: Qed ngħid li jkun hemm abbokkament miftiehem!", "Fuq il-programm ta' xogħol lestejna?", "Il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari se jittieħed f'kull seduta li semmejna?", "DAVID AGIUS: Għalissa nħalluha hekk.", "Naħsibha ftit.", "Se nara ftit il-programm kif inhuwa eżatt u, fil-każ, ninfurmawkom wara.", "MR SPEAKER: Tajjeb; mela ħudu ħsieb tinformawna daqsxejn.", "DAVID AGIUS: Kollox sew, Sur President, anke minħabba l-Aġġornamenti, ħalli naraw fejn għandna nagħmluhom.", "It-Tnejn filgħaxija ...", "DAVID AGIUS: (Interruzzjonijiet) Imma nixtiequ li qabel ma nagħlqu, min-naħa tal-Oppożizzjoni nagħmlu Mozzjoni 252, kif qed jgħid l-Onor. de Marco.", "MARIO DE MARCO: Il-ġimgħa d-dieħla?", "DAVID AGIUS: Din il-ġimgħa u ta' wara.", "MARIO DE MARCO: Din il-ġimgħa.", "DAVID AGIUS: Din il-ġimgħa se jkun imsiefer.", "Fl-20 ta' Lulju 2015 se jkun qiegħed hawn.", "MR SPEAKER: Ħa nagħmel suġġeriment (Interruzzjonijiet) L-Onor.", "David Agius u l-Onor. de Marco qed jirreferu għal Mozzjoni 252, li hija l-mozzjoni sabiex jiġi ppubblikat l-inkartament kollu marbut mal-garanzija bankarja.", "(Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Allura, nhar it-Tnejn filgħaxija nistgħu niddiskutu din.", "MARIO DE MARCO: Però, mill-banda l-oħra, hemm il-Mozzjoni Nru 252, fejn nafu li hemm perijodu u terminu rikjesti ta' 60 jum, li ma nafx meta se jiskadu.", "Id-data hija 25 ta' Ġunju 2015.", "GODFREY FARRUGIA: Dawk is-60 jum jistgħu jittawlu?", "LOUIS GRECH: Jistgħu jittawlu bi ftehim.", "GODFREY FARRUGIA: Għalija nara li din hija aktar importanti mill-oħrajn.", "Onor. de Marco, ma ninsewx li għandna l-Unjoni Ewropea qed tiġri warajna!", "Għal Mozzjoni Nru. 100 għandna l-kelliema skedati.", "Fil-fatt, din kellha ssir nhar it-Tnejn li għaddew imma, għalkemm kienet fl-aġenda, ma saritx minħabba li l-Onor.", "Scicluna kellu jsiefer fuq il-kwestjoni tal-Greċja.", "MR SPEAKER: Se nagħmel suġġeriment dwar is-seduta ta' filgħodu biex kemm jista' jkun nipprovaw nevitaw li jkun hemm mistoqsijiet parlamentari.", "(Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Issuġġerejnihielu diġà.", "MR SPEAKER: Qed nissuġġeriha bħala Sedja, mhux għall-prattiċità biss.", "DAVID AGIUS: Meta kellna żmien il-Baġit, ma rranġajniex l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Din hija xi ħaġa li għandna nikkoperaw dwarha!", "X'se nagħmlu fuq il-Mozzjoni?", "LOUIS GRECH: Mozzjoni Nru 100 se niddiskutuha nhar it-Tnejn filgħaxija.", "Tridx taqra l-programm kollu kif se jkun?", "GODFREY FARRUGIA: Mela, qegħdin ngħidu li t-Tnejn se nagħmlu Legal Notice Nru 140; it-Tlieta se jkollna d-diskussjoni fuq ir-rapport annwali għas-sena 2013 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli; l-Erbgħa se niltaqgħu filgħodu u se nkomplu bid-diskussjoni dwar l-Abbozz Nru 107 tal-Ippjanar tal-Iżvilupp, waqt li filgħaxija se niltaqgħu u nagħmlu Abbozz Nru 108 tal-Protezzjoni tal-Ambjent, Avviż Nru 92 tar-recommittal u, jekk ikun fadal ħin, se nagħmlu Abbozz Nru 105 dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma.", "Nhar il-Ġimgħa filgħodu se nagħmlu Abbozz Nru 109 tat-Tribunal, liema diskussjoni se tingħalaq bil-vot.", "Fis-seduta tal-Ġimgħa filgħaxija, imbagħad, se nagħmlu Mozzjoni Nru 247 dwar l-Infurzar Lokali.", "It-Tnejn filgħodu se nagħmlu Mozzjoni Nru 246 biex temenda Avviż Legali Nru 150 tal-Edukazzjoni.", "Imbagħad, ngħaddu għas-sitt voti.", "Nhar it-Tnejn filgħaxija se nagħmlu Abbozz Nru 100 dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji.", "LOUIS GRECH: Ħa nagħmlu dik, għax diġà aċċettajna erbgħa.", "Din ilha pendenti.", "MR SPEAKER: Abbozz Nru 100 se jingħalaq ukoll?", "DAVID AGIUS: Jien naħseb li qed ninsew xi ħaġa.", "Safejn naf jien, Onor. Farrugia, inti għaddejtli tnejn, waħda hija tal-Avjazzjoni Ċivili.", "Jekk qed nifhem tajjeb, inti għamiltha Bill 92, hux hekk?", "DEBORAH SCHEMBRI: Dik li hemm recommittal fuqha.", "DAVID AGIUS: Imma imbagħad għandek oħra.", "GODFREY FARRUGIA: Qiegħed nagħżel bejn waħda u oħra.", "DAVID AGIUS: Biex inkunu ċerti.", "Waħda minnhom mhijiex tal-Onor.", "Jekk din hija Bill 92, dik hija tal-Avjazzjoni Ċivili.", "GODFREY FARRUGIA: Dik hija mressqa mill-Onor.", "DAVID AGIUS: Għalhekk qed ngħid!", "In-92 trid tgħaddi l-ewwel, mhux l-oħra tal-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Għalhekk qasira.", "GODFREY FARRUGIA: L-Onor.", "Carmelo Abela għandu tnejn: waħda fuq l-Avjazzjoni Ċivili, u l-oħra r-recommittal tan-92.", "Jien qed ngħaddi tal-Onor.", "MR SPEAKER: Xi ħaġa oħra?", "Clear fuq ix-xogħol?", "DAVID AGIUS: Nifhem ukoll li fil-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġijiet fadlilna l-Abbozz Nru 62 dwar Stili ta' Ħajja Sana, li ilu naqra hemmhekk u li naħseb li inti qed taħdem ftit fuqu wkoll.", "Dan l-abbozz għadu ma għaddiex minn stadju ta' Kumitat.", "Naħseb li rridu nagħmlu ftit aġġornament dwaru.", "GODFREY FARRUGIA: Nista' nagħtik l-aħħar update li sar ilbieraħ.", "Din kienet liġi li ġiet proposta mill-Onor.", "Robert Cutajar, liema liġi llum se jkollha aspirazzjonijiet ikbar, għax se tiġi enabling act.", "Dan għamilnieh wara li sar id-dibattitu, fil-perijodu tranżitorju ta' qabel ma sar dan il-Kumitat tal-Abbozzi, fejn iddeċidejna li jkun aħjar li biex il-liġi tkun aktar b'saħħitha, nagħmlu an enabling act.", "Dak li rrifletta l-Onor.", "Cutajar se jidħlu bħala avviżi legali, li fil-fatt se jidħlu erbgħa minnhom.", "Jien ħadt l-irwol ewlieni f'din il-liġi, u għalhekk naf li, mal-avukat li qed jagħmel l-enabling act f'dawn l-erbgħa avviżi legali, wasalna u qegħdin fil-qrib.", "Kellimtu lbieraħ, kif kellimt ukoll lill-Onor.", "Mhux hekk biss: din l-istess liġi se tidħol ukoll f'avviż legali ieħor dwar id-dijabete, bħalma nafu fil-Working Committee dwar id-Dijabete.", "Mela, din il-liġi se tkun ippustjata wkoll f'dan l-enabling act.", "Li ġara huwa li domna biex nitkellmu dwarha għax, bi qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, tajna sustanza u viżjoni totalment differenti lil din il-liġi milli kien hemm qabel!", "Imma issa qegħdin fi stadju li wasalna.", "DAVID AGIUS: L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa li, bi qbil bejnietna, jekk sadanittant jintalbu xi voti oħrajn li ma ġewx imsemmija, dawn ma jmorrux mill-ewwel għal nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015, imma jittieħdu f'data li tiġi maqbula bejn i-żewġ naħat, u li mhux bilfors tkun nhar it-Tnejn.", "GODFREY FARRUGIA: Aħna qed ngħidu li hemm dawn l-abbozzi għall-vot li se jittieħed nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015.", "Jekk ikun abbozz ieħor … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Jekk jiġri hekk, naraw li jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat.", "GODFREY FARRUGIA: Ma rridx li dawn l-abbozzi nżidulhom aktar voti.", "DAVID AGIUS: Ċertament.", "MR SPEAKER: Nifhem li, jekk ikun hemm division, se naraw li nkunu prattiċi min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Qed nintrabat li, jekk xi ħadd min-naħa tagħna jsejjaħ division, dak il-vot imur għal ġurnata li nifthemu dwarha bejn iż-żewġ naħat.", "Jista' jkun li naqblu li jittieħed it-Tnejn!", "MR SPEAKER: Il-ħin tad-division isir f'nofsinhar ta' nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015.", "GODFREY FARRUGIA: Dan ifisser li nhar it-Tnejn filgħaxija, mhux se jkun hawn inti, Sur President, imma se jkun hawn id-Deputy Speaker u se nagħlqu.", "MR SPEAKER: Nagħlqu għar-recess tas-sajf, hux hekk?", "MARIO DE MARCO: Meta se nerġgħu niftħu?", "LOUIS GRECH: Naħseb li għad irridu niddiskutu dwar dan.", "Vot elettroniku meta jintalbu d-divisions", "MR SPEAKER: Mela, nistgħu nimxu fuq suġġetti oħrajn.", "Meta niġu għad-divisions, kif tafu intom, l-aħħar żewġ seduti li fihom intalbu division, il-votazzjonijiet ittieħdu kemm bil-mod tradizzjonali, kif ukoll permezz tal-vot elettroniku, bl-użu tal-access cards.", "Min-naħa teknika, jien nista' nikkonferma li ma jidhirx li hemm problemi.", "Nitlob ir-reazzjoni tagħkom dwar jekk għandniex nibdew nieħdu l-votazzjoni bil-mod eletroniku biss.", "DAVID AGIUS: Jista' jkollna tal-inqas rapport ta' waħda minnhom?", "GODFREY FARRUGIA: Jiena dejjem ikolli.", "MR SPEAKER: Għandek ir-rapport hawnhekk.", "DAVID AGIUS: Fih żbalji?", "Ara li jkun korrett!", "MR SPEAKER: Jien qed nitlob mingħandkom jekk hemmx qbil li l-Parlament issa jimxi għall-vot elettroniku, bid-differenza li jitwal il-ħin għall-votazzjoni ħalli wieħed ikun jista' jagħmel il-korrezzjoni meħtieġa.", "Bil-provi li għamilna, il-vot kien miftuħ għal madwar minuta u nofs.", "Jekk hemm bżonn, intawlu dan il-ħin ftit ieħor, jiġifieri minflok minuta u nofs, intawluh għal żewġ minuti.", "MR SPEAKER: Qed jiġi suġġerit li l-votazzjoni tkun miftuħa għal aktar ħin.", "Iddeċiedu intom!", "Però, tajjeb li mmorru għall-vot elettroniku.", "Irridu niddeċiedu dwar din l-issue!", "Inkella se nibqgħu bħal meta tkun qisek l-iskola, fejn is-somma taf tagħmilha, imma dejjem terġa' tagħmel ir-revision!", "Xi darba rridu niddeċiedu li mmorru għall-vot elettroniku!", "LOUIS GRECH: Sur President, inti qed tirreferi għal meta nerġgħu nibdew wara l-ferjat tas-sajf, hux hekk?", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri mhux għal nhar it-Tnejn?", "MR SPEAKER: Nhar it-Tnejn nistgħu nagħmluha mock.", "Jekk taqblu, nibdew nużaw il-mod eletroniku wara l-ferjat tas-sajf.", "Għal nhar it-Tnejn nużaw iż-żewġ modi, jiġifieri tradizzjonali u elettroniku.", "DAVID AGIUS: Skont dan ir-rapport li għandi quddiemi, qed ninnota li vvotaw 60 membru.", "Id-disa' membri l-oħra ma jidhru mkien f'dan ir-rapport!", "DAVID AGIUS: Lanqas l-ismijiet tagħhom?", "DAVID AGIUS: Imma dawn huma membri parlamentari!", "MR SPEAKER: Hekk qiegħda s-sistema, Onor. David Agius!", "DAVID AGIUS: Imma aħna bis-sistema tradizzjonali, ngħidu li l-persuna hija assenti, u jiġi mmarkat li huwa assenti.", "DAVID AGIUS: Iva, meta tkun qed taqra l-ismijiet tgħid li, pereżempju, l-Onor.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Imma fil-Minuti l-isem ma jidher imkien!", "Ikollna biss tant favur u tant kontra.", "DAVID AGIUS: Imma dan mhuwiex ir-rapport tal-Minuti; dan huwa l-vot!", "Pereżempju, f'dan il-każ, l-Onor.", "Jekk xi ħadd mill-membri ma kienx qiegħed preżenti, dan irid ikun imniżżel!", "MARIO DE MARCO: Bil-vot elettroniku le, għax il-membru ma jistax jivvota.", "DAVID AGIUS: Safejn naf jien, l-Ordnijiet Permanenti tagħna jgħidu li kulħadd irid jiġi mmarkat li vvota!", "GODFREY FARRUGIA: Le, ma jgħidux hekk!", "DAVID AGIUS: Mela x'jgħidu?", "MARIO DE MARCO: Li mhux preżenti.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kif tista' tkun immarkat jekk ma tkunx preżenti?", "DAVID AGIUS: Għaliex meta naqraw l-ismijiet, pereżempju ngħidu li l-Onor.", "Jekk membru jkun paired, fejn se jiġi mmarkat?", "LOUIS GRECH: Ma jkunx jidher!", "DAVID AGIUS: Irridu noqogħdu attenti.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Dik toħroġ fil-Minuti għax ikun hemm dikjarazzjoni li l-membru jkun paired.", "MR SPEAKER: Fil-Minuti żgur li toħroġ.", "LOUIS GRECH: Però, ma tistax toħroġ fil-vot!", "Kif tista'?", "MR SPEAKER: Il-vot jaqra dak li tagħtih!", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Meta l-Iskrivan tal-Kamra jaqra l-ismijiet tal-Onor.", "Membri, dak il-ħin ikun qed jiddikjara x'inhuwa l-vot ta' dik il-persuna!", "LOUIS GRECH: Però, dak huwa riżultat tal-vot.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk inti assenti, ma tistax tivvota.", "Kif tista' tivvota?!", "GODFREY FARRUGIA: F'dak il-każ, tkun assenti bħala persuna, imma mhux astenzjoni!", "Jekk ma nivvotax, niġi mmarkat blank ħdejn ismi.", "Kellna każijiet fejn, jekk Godfrey Farrugia la għafas favur u lanqas kontra għax nesa jagħfas il-buttuna, imma xorta qiegħed preżenti, tiġi kaxxa vojta!", "LOUIS GRECH: Basta jkollok il-card inserita.", "GODFREY FARRUGIA: Allura hemmhekk tiġi astensjoni!", "Imma, meta l-persuna tkun assenti, dik hija sitwazzjoni differenti.", "MR SPEAKER: Ma naħlux ħin fuq din.", "Onor. David Agius, il-vot jittieħed b'mod miftuħ.", "Ordni Permanenti 85 jgħid li:", "\"Membru mhux obbligat jivvota.", "Il-voti jittieħdu bil-miftuħ u jitniżżlu fil-minuti tal-proċeduri tal-Kamra.", "L-iSpeaker jew il-President, skont il-każ, għandu jiddikjara minnufih lill-Kamra r-riżultat tal-votazzjoni u għandu jiddikjara n-numru ta' dawk li vvotaw favur u ta' dawk li vvotaw kontra.\"", "Aħna marbutin ma' din l-Ordni Parlamentari.", "DAVID AGIUS: Jien qed ngħid li, jekk għandek membru li huwa paired, fir-rapport tal-vot, imkien ma huwa se jidher!", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma fil-Minuti se jidher.", "DAVID AGIUS: Fil-Minuti dejjem.", "Jekk ikun paired fuq xogħol …", "MR SPEAKER: Dik titniżżel.", "Il-vot huwa kemm ikun hawn favur u kemm kontra!", "LOUIS GRECH: B'mod elettroniku ma tistax tniżżel min huwa favur, kontra jew astjena.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: L-unika differenza hija li waqt is-seduta mhux se jinstema' li t-tali membru huwa assenti!", "Imma fil-Minuti se jibqa' jidher!", "DAVID AGIUS: Jien qed nistaqsi: Il-membri tagħna, huma min huma, kif se jiġu salvagwardjati?", "MR SPEAKER: Bil-Minuti.", "Il-vot ma jistax ikun salvagwardjat.", "Jekk il-membru mhux hemm, mhux hemm!", "LOUIS GRECH: Dan huwa riżultat ta' vot.", "Mhijiex kwestjoni ta' salvagwardja.", "Fil-Minuti mbagħad ikollok min huma l-membri li kienu preżenti u assenti.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-Minuti se jkollok min huwa assenti, u se jkollok min qiegħed paired.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Meta l-vot jittieħed b'mod elettroniku, jien mhux se ngħid li, pereżempju, l-Onor.", "David Agius huwa assenti; jien sempliċement se naqra r-riżultat.", "(Interruzzjonijiet) Jidher li hawn nuqqas ta' ftehim dwar dan.", "DAVID AGIUS: Jien qed ngħid dan kollu in camera biex tifhmuni.", "L-għan tiegħi huwa li rrid nissalvagwardja lid-deputati.", "MR SPEAKER: Iddiskutuha fil-gruppi parlamentari tagħkom.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Għall-vot le.", "DAVID AGIUS: Meta l-Iskrivan tal-Kamra jibda jaqra l-ismijiet, fir-recording tal-Parlament għandek l-ismijiet kollha tal-membri li huma preżenti u dawk li huma assenti.", "MR SPEAKER: Jidher li għalissa ma hawnx qbil dwar dan is-suġġett.", "Naqblu li sakemm ma l-Parlament jaġġorna, nibqgħu nużaw il-mod tradizzjonali, u mbagħad, wara li nidħlu lura mill-ferjat tas-sajf, nieħdu pożizzjoni?", "Tajjeb?", "Rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell", "MR SPEAKER: Hawn nixtieq nagħmel referenza għar-rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell, fejn għandna lis-Sur Kenneth Curmi, Research Analyst, li beda l-inkarigu tiegħu fit-12 ta' Jannar 2015.", "Peress li l-kuntratt jitlob li din il-ħatra tkun suġġetta għall-konferma ta' dan il-Kumitat għeluq sitt xhur mill-ħatra, nixtieq nitlob jekk hawnx din il-konferma.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Għalkemm din il-ħatra hija għal sena, wara sitt xhur hemm bżonn ta' din il-konferma.", "Nikkonfermawh.", "Xandir viżiv ta' ħidmet il-Parlament Malti", "MR SPEAKER: Fir-rigward tax-xandir tal-ħidma tal-Parlament, għandkom korrespondenza datata 19 ta' Ġunju 2015, mibgħuta mill-Awtorità tax-Xandir lill-Iskrivan tal-Kamra dwar it-trażmissjoni viżiva tal-laqgħat parlamentari.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li għandna ilmenti enormi min-nies li mhux qed jaraw il-ħidma fil-Parlament għaliex il-kanal mhux qiegħed free to air.", "Qed ngħid dan għax ovvjament hemm reazzjoni qawwija mill-pubbliku.", "Anke dawk li qegħdin abbonati ma' ċerta kumpanija, jidher li ma jistgħux jaraw dan il-kanal jekk m'għandhomx apparat partikolari.", "Aħna ktibna lill-Awtorità tax-Xandir biex l-ewwel ikollna l-liċenzja.", "Biex ikollok kanal tat-televiżjoni, irid ikollok il-liċenzja.", "Issa l-Awtorità tax-Xandir qalulna li jixtiequ jagħtuna l-liċenzja, imma hemm problema bil-liġi.", "Meta saret il-liġi tax-xandir, din kienet titkellem fuq kumpanija.", "Pereżempju, partit politiku jkollu kumpanija biex ikollu l-kanal tat-televiżjoni.", "L-argument tiegħi huwa li l-Parlament mhux kumpanija!", "Il-Parlament huwa suprem!", "Allura, trid issir emenda – fil-fatt diġà ħadt il-parir meħtieġ, u anke kellimt lill-Avukat Ġenerali – fejn fl-Artiklu 10 Subinċiż 5 tal-Att dwar ix-Xandir, hemm miktub:", "\"Liċenza għal xi servizz tax-xandir tista' tingħata biss lil kumpanija li tkun regolarment inkorporata f'Malta skont l-Att dwar il-Kumpaniji.\"", "Hemmhekk bilfors trid issir emenda biex l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ma tkunx suġġetta għal din il-klawsola.", "Ovvjament, jien se nara d-drafting ta' din l-emenda.", "Però, fil-prinċipju naħseb li qegħdin naqblu, hux hekk?", "Ma naħsibx li hemm problema.", "Mela qed naqblu li, fil-prinċipju, il-Parlament għandu jkollu kanal free-to-air, u li għandu jiġi studjat dwar jekk għandhiex tiġi emenda għal-liġi inkwistjoni, kif indikat mill-istess Awtorità tax-Xandir, jew jekk il-Parlament, bħala l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, m'għandux jaqa' taħt din il-liġi, u allura tinħariġlu liċenzja.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, min għandu s-servizz tal-GO Interactive, fuq l-istazzjonijiet bażikament kollha, inti tista' tara xi ħaġa li tkun diġà xxandret.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mentri fl-istazzjon tal-Parlament dan mhux possibli.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk inti qed tara stazzjon tal-Malti, tat-Taljan, eċċ, inti tista' tidħol fil-Go Interactive u tara b'lura x'kien qed jiġi trasmess fis-sagħtejn ta' waranofsinhar.", "GODFREY FARRUGIA: Pereżempju, jien irrid nara lili nnifsi u ma rridx nara lill-oħrajn!", "MR SPEAKER: Mingħajr ma noqgħodu niddiskutu l-kumpanija, intom qed tgħidu li permezz ta' kumpanija minnhom, dan tista' tagħmlu, filwaqt li f'kumpaniji oħrajn dan mhux possibli?", "MR SPEAKER: Nistgħu nitfu l-microphone?", "DEBORAH SCHEMBRI: Din hija xi ħaġa li tista' ssir, mhijiex daqshekk diffiċli.", "Hemm ħafna nies li jkunu jridu jaraw il-ħidma tagħna f'dan il-Parlament, imma ma jistgħux.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjakom.", "Aċċess għall-pubbliku waqt l-Open Day fil-Parlament ta' Malta", "GODFREY FARRUGIA: Punt ieħor li rrid nagħmel huwa li jien nixtieq li, għal darb'oħra, meta nistiednu lill-pubbliku biex iżur il-kmamar tal-Parlament, qabelxejn ...", "MR SPEAKER: Qed tirreferi għall-Open Day?", "Din l-inizjattiva kienet suċċess enormi.", "Nirringrazzja lill-pubbliku li kkopera ħafna fl-Open Day!", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq li jekk ikun hemm permess fejn tinfetaħ – bħalma ġara – il-kamra tal-Oppożizzjoni, aħna jkollna ċ-ċans li nkunu mgħarrfa minn qabel, biex niftħu l-kamra tagħna wkoll!", "MR SPEAKER: Kien ilu indikat li se jkun hemm Open Day.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, imma l-kamra tal-Oppożizzjoni u l-kamra tal-Gvern ma naħsibx li kienu intenzjonati li jkunu miftuħa waqt din l-Open Day.", "Almenu jien hekk assumejt!", "MR SPEAKER: Meta għamilna l-Open Day, il-Gvern seta' jekk ried, jiftaħ il-kmamar tiegħu.", "GODFREY FARRUGIA: Imma s-soltu, fuq kwalunkwe ħaġa żgħira, nikkomunikaw u nieħdu l-permess ta' xulxin biex napprovaw.", "Nistgħu naħdmu aħjar.", "GODFREY FARRUGIA: Li ġara huwa li jien, bħala l-Whip tal-Gvern, qisni dehert li nqast mal-pubbliku għax il-kamra tal-Gvern ma ftaħthiex, meta l-Oppożizzjoni fetħet il-kamra tagħha.", "Jien nixtieq li l-affarijiet ikunu, kemm jista' jkun, on an equal footing għal kulħadd.", "MR SPEAKER: Naħseb li kull grupp fil-Parlament għandu jibbenefika minn okkażjoni bħal din, mhux hekk?", "(Interruzzjonijiet)", "MARIO DE MARCO: Dan l-istess kif kull deputat seta' kien preżenti.", "MR SPEAKER: Ovvjament.", "GODFREY FARRUGIA: Biss din il-kamra ma nfetħitx mid-deputati, imma minn nies oħrajn.", "MR SPEAKER: Meta għamilt il-Konferenza Stampa, kemm inti, Onor. Farrugia, u kemm l-Onor.", "Agius kontu preżenti, fejn iddikjarajna li ...", "GODFREY FARRUGIA: Din il-kamra ma kenetx miftuħa bir-roster bid-deputati wieħed wara l-ieħor.", "DAVID AGIUS: Iva, hekk kienet!", "GODFREY FARRUGIA: Le, kien hemm ħinijiet fejn kien hemm ċerti nies u mhux deputati!", "MR SPEAKER: Jien mhux se nidħol dwar dan.", "GODFREY FARRUGIA: Għalija l-importanti hu li jekk se terġa' ssir Open Day, aħna għandna d-dritt li niftħu l-kmamar tagħna wkoll.", "MR SPEAKER: Dażgur, il-Parlament se jkun miftuħ għall-pubbliku.", "L-Onor.", "Sigurtà fil-binja ġdida tal-Parlament", "DAVID AGIUS: Sur President, nixtieq nagħmel l-ewwel punt dwar is-sigurtà tal-Parlament.", "GODFREY FARRUGIA: Din hija parti mis-sigurtà tal-post ukoll.", "DAVID AGIUS: Sur President, jien irċevejt email mingħand l-Onor.", "George Vella fejn talabni biex nitolbok tanalizza l-issue tas-sigurtà.", "Nista' ngħaddihielek, u qed ngħaddieha wkoll lill-Grupp Parlamentari.", "L-Onor.", "Sur President, nitolbok biex tieħu ftit passi dwar dan.", "Nitolbok tgħaddihieli għax m'għandix kopja tagħha.", "Din bagħatha lilek l-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, bagħatha lili u lill-Ministru Michael Farrugia.", "MR SPEAKER: Qed nistaqsi għax jien ma rċevejt xejn minn għandu.", "Għax jien ma rċevejt xejn lanqas!", "MR SPEAKER: Onor. Agius, se naċċertak li se nara din l-email tal-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, nitolbok tieħu passi dwar din l-email għaliex, ovvjament, huwa d-dmir tagħna li nieħdu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Wirjiet fil-binja tal-Parlament", "DAVID AGIUS: It-tieni punt li rrid nagħmel huwa dwar il-wirjiet li qed ikollna fil-Parlament.", "Jien diġà tkellimt ftit mal-Iskrivan tal-Kamra fejn għidtlu li naħseb li għandna jkollna Kuratur li jieħu ħsieb dawn il-wirjiet.", "Għandu jkun hemm kumitat b'rappreżentanza min-naħa tal-Gvern, tal-Oppożizzjoni, flimkien ma' persuna oħra biex kulħadd ikollu d-dritt jagħmel, pereżempju, l-istedin u kollox ikun in order.", "Dan huwa dak li jixraq lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "MR SPEAKER: Inwieġbek fuq din aktar 'il quddiem.", "MARIO DE MARCO: Nixtieq nistaqsi: X'sar mill-exhibition li suppost kellha ssir mill-BOV, jekk m'iniex sejjer żball?", "MR SPEAKER: Issa niġu għaliha.", "Onor. Agius, għandek raġun, se ngħidlek x'għamilna.", "MR SPEAKER: Irrid ngħid li dwar l-exhibitions diġà ltqajna ma' Heritage Malta u mal-Malta Arts Council, fejn fil-Parlament hemm kummissjoni maħtura minni biex tieħu ħsieb l-esibizzjonijiet li jsiru f'din il-binja.", "Fil-fatt, għandu jiġi maħtur Senior Curator nominat minn Heritage Malta, flimkien ma' Arts Policy Director li jkun nominat mill-Malta Arts Council sabiex jagħtuna l-pariri dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-wirjiet li jittellgħu.", "Irrid ngħid li l-wirja li jmiss hija mtellgħa minn Renzo Piano, li ġej Malta fl-ewwel ta' Awwissu biex jiftaħ wirja dwar ix-xogħol tiegħu li sar hawnhekk, liema wirja se ddum miftuħa għal tliet xhur.", "Din se tkun wirja professjonali li għalija ġejjin anke ġurnalisti internazzjonali.", "Biss, apparti dan, irrid ngħid li hawn għatx kbir għall-wirjiet; biżżejjed ngħid li din is-sena hija diġà mimlija.", "Fil-fatt, aħna se nimxu fuq il-parir ta' Heritage Malta u tal-Malta Arts Council qabel ma niddeċiedu dwar min għandu jesebixxi jew le.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Sur President, meta qed tgħid li jkollok ammont kbir ta' rikjesti, min se jiddeċiedi dwar dan l-ammont kbir ta' rikjesti, u dwar min għandu jingħata prijorità?", "MR SPEAKER: Li se nagħmlu huwa dan: aħna se ninformaw lil Heritage Malta u lill- Malta Arts Council dwar il-kontenut ta' dawn il-wirjiet, nisimgħu l-parir tagħhom, u mbagħad niddeċiedu minn hemm.", "Bħalissa għandna lis-Sur Sandro Debono, li huwa Senior Curator minn Heritage Malta, u lis-Sur Toni Attard mill-Malta Arts Council, li huwa Senior Art Policy Director, li qed jgħinuna f'dan ir-rigward.", "MARIO DE MARCO: Ovvjament, hemm wirjiet u wirjiet.", "Naħseb li huwa importanti li jkollna wirjiet ta' ċerta kwalità li jiġu esebiti hawnhekk.", "MR SPEAKER: Il-pubbliku Malti kollu għandu jkollu dan l-aċċess!", "MARIO DE MARCO: Il-punt huwa li għandu jkun hemm wirjiet ta' kwalità!", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm Kuratur li huwa responsabbli minn dawn il-wirjiet.", "Fil-fatt, dak huwa l-pass li se jittieħed!", "MARIO DE MARCO: Irridu naraw ukoll il-mod ta' kif jiġu esebiti dawn il-wirjiet, għax jien jista' jkolli wirja ta' kwalità, però jekk ma nesebihiex b'mod professjonali, ovvjament se nkun qed inwaqqa' l-livell tal-post fejn tkun qed tiġi esebita.", "Sur President, it-tieni punt huwa li naħseb li fl-amministrazzjoni ta' dan kollu, ma nagħmlu xejn ħażin jekk jiġu involuti rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Naħseb li jkun xieraq li ż-żewġ naħat jinnominaw lil xi ħadd li jkun parteċipi f'din l-amministrazzjoni.", "Sur President, int għadek kif għidtilna li appuntajt kumitat amministrattiv.", "MARIO DE MARCO: Naħseb li f'dak il-kumitat hemm lok għal rappreżentant min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "LOUIS GRECH: Fil-fatt, is-sistema tal-Parlament Ewropew taħdem b'dan il-mod, fejn ikun hemm numru ta' nies mill-Parlament li jirrapreżentaw diversi nies, u li jkunu jifformaw kumitat.", "Sur President, naħseb li dan huwa suġġeriment li tista' taħdem fuqu.", "MR SPEAKER: Punti oħrajn?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Rigward l-istediniet fil-Parlament, naħseb li jkun xieraq li l-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra, flimkien mal-Viċi Prim Ministru, l-Onor.", "Louis Grech, u l-Onor.", "Mario de Marco għandhom ikunu infurmati meta tkun se tinfetaħ xi wirja jew tinżamm xi attività oħra, anke sabiex iż-żewġ naħat ikunu konxji dwar x'qed jiġri f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Se nieħdu nota ta' dawn il-punti.", "L-importanti huwa li niftakru li l-Parlament huwa tal-pubbliku, mhuwiex mużew fejn min ikun jista' jesebixxi u min le.", "L-ispazju fil-Parlament irid ikun miftuħ għal kulħadd!", "Naħseb li huwa importanti ħafna li nżommu dan l-ispirtu, għaliex b'hekk nersqu aktar qrib il-pubbliku!", "Apparti t-trasparenza u l-immedjatezza, l-idea tiegħi hija li jkollna l-aċċessibilità tal-foyer għal kulħadd, anke għal dawk l-artisti li forsi mhumiex popolari minħabba raġunijiet li m'hemmx għalfejn nidħol fihom.", "Kulħadd għandu jkollu d-dritt li jesebixxi x-xogħol tiegħu.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, meta se jkun hemm il-wirja li oriġinarjament kellha tkun permanenti?", "Dan il-Kumitat u dan il-Kuratur huma interim?", "MR SPEAKER: Li ġara huwa li meta aħna ltqajna mal-Bank of Valletta, dawn kienu tal-fehma li l-kumpanija ġiet nominata jew mogħtija direzzjoni min-naħa tagħna.", "Biss, aħna qatt ma stajna nagħmlu dan għaliex il-kuntratt li l-Fondazzjoni Parlament ta' Malta għandha mal-Bank of Valletta huwa li aħna nieħdu l-exhibition.", "Kien hemm din il-problema min-naħa tal-Bank of Valletta dwar il-kuntrattur li kien magħżul, għaldaqstant kellha tinħareġ sejħa pubblika għal interess sabiex mill-ġdid jintagħżel kuntrattur biex jipprepara din il-wirja.", "Ovvjament, din l-issue għadha mhijiex riżolta min-naħa tal-Bank of Valletta.", "Jidher li – imma għad m'għandix risposta diretta mingħand il-Bank of Valletta – se toħroġ tender, biex kollox isir above board, u mhux tiġi mgħotija tender ta' madwar €200,000 b'mod dirett.", "Aħna rriduhom jagħtuna l-exhibition, u mhux min se jagħmilha; jiġifieri, qegħdin f'dan l-istadju.", "Però, Onor. Schembri, naċċertak li sal-aħħar ta' din is-sena se jkollna numru ta' esebizzjonijiet, fosthom ta' Renzo Piano.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri, la darba jkun hemm din l-esebizzjoni permanenti, xorta se jkun hemm lok u spazju għal wirjiet oħrajn?", "MR SPEAKER: Ċertament!", "Din hija l-linja li se nieħdu!", "Se jkun hemm esebizzjoni permanenti u spazju biżżejjed għal esebizzjonijiet oħrajn.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq nappella biex il-pulizija li jkunu xogħol hawnhekk ikunu jistgħu jingħataw taħriġ biex ikunu jafu jħaddmu l-automated external defibrillator.", "MR SPEAKER: Se jieħu ħsieb l-Iskrivan tal-Kamra.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7.58 pm, il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150710_029d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 29", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filkamra tal-kumitat 3 fil-binja tal-Parlament, ilBelt Valletta, fis6.16 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippreseda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Implimentazzjoni talManifest Elettorali l-Onor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 28 tas27 ta' April 2015 kienu kkonfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li kien hemm talba mill-media għall-permess biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru l-Onor.", "Louis Grech informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 13 ta' Lulju 2015 tiġi diskussa l-Mozzjoni 246 ippreżentata mill-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "George Pullicino biex temenda Avviż Legali 150 tal-2015 li daħħal fis-seħħ Regolamenti tal-2015 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta' kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – Att Dwar l-Edukazzjoni (Kap 327).", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li ma kienx qiegħed jaqbel ma' dan għaliex il-Kap tal-Oppożizzjoni kien se jkun imsiefer.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "Mario de Marco dwar il-posponiment tad-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari dwar l-abbozzi ta' liġijiet li għandhom x'jaqsmu mad-demerger tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, l-Onor.", "Louis Grech irrileva li t-test tal-abbozzi kien ilu għand l-Oppożizzjoni madwar erba' ġimgħat.", "Wara diskussjoni l-Onor.", "Louis Grech talab li l-Kumitat jiġi sospiż għal ftit minuti sakemm issir il-konsultazzjoni neċessarja.", "Il-Kumitat ġie sospiż fis-6.55pm u rriżuma fis-7.01pm.", "Wara diskussjoni l-Kumitat qabel li:", "Matul is-seduta ta' nhar it-Tnejn, 13 ta' Lulju 2015 li tibda fis-6.00pm għandha tiġi diskussa l-Mozzjoni 243 ippreżentata mill-Onor.", "George Pullicino biex biex temenda Avviż Legali 140 tal-2015 li jipprovdi għat-Twaqqif tal-Istitut għall-Edukazzjoni.", "Id-diskussjoni dwar din il-mozzjoni għandha tagħlaq fid-9.00pm meta titqiegħed għall-vot.", "F'każ li tintalab division din għandha tittieħed nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 f'nofsinhar.", "Matul is-seduta ta' nhar it-Tlieta, 14 ta' Lulju 2015 li tibda fis-6.00pm għandha ssir diskussjoni ġenerali fuq ir-rapport annwali għas-sena 2013 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 14 tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Kap. 521), liema diskussjoni tagħlaq fid-9.00pm u tkun mingħajr vot.", "Matul is-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015 li tibda fid-9.00am għandha titkompla d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari dwar Abbozz ta' Liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp – Abbozz 107 – liema diskussjoni tagħlaq f'nofsinhar meta titqiegħed għall-vot.", "F'każ li tintalab division din għandha tittieħed nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 f'nofsinhar.", "Matul is-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015 li tibda fis-6.00pm għandha titkompla d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari dwar Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Abbozz 108 – liema diskussjoni għandha tagħlaq qabel id-9.00pm meta titqiegħed għall-vot.", "F'każ li tintalab division din għandha tittieħed nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 f'nofsinhar.", "Jekk ikun għad fadal ħin titressaq talba sabiex isir ir-rikonsiderazzjoni fi stadju tal-Kumitat tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sigurtà fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili – Abbozz Nru 92 – liema stadju jiġi kkonsidrat waqt l-istess seduta.", "Ukoll jekk ikun fadal ħin, il-Kamra mbagħad tgħaddi għad-diskussjoni fi stadju tat-Tieni Qari dwar Abbozz ta' Liġi dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Abbozz Nru 105.", "Fuq talba tal-Onor.", "Godfrey Farrugia sabiex id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi tingħalaq, l-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li qabel jikkonferma dan il-ftehim kien se jikkonsulta mal-grupp parlamentari.", "Matul is-seduta ta' nhar il-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2015 li tibda fid-9.00am għandha tibda d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – Abbozz Nru 109 – liema diskussjoni tagħlaq f'nofsinhar meta titqiegħed għall-vot.", "F'każ li tintalab division din għandha tittieħed nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 f'nofsinhar.", "Matul is-seduta ta' nhar il-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2015 li tibda fis-6.00pm għandha tiġi diskussa l-Mozzjoni 247 ippreżentata mill-Onor.", "Jason Azzopardi biex tirrevoka Avviż Legali 153 tal-2015 li fih l-Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenżija għas-Sistema ta' Infurzar Lokali.", "Id-diskussjoni dwar din il-mozzjoni għandha tagħlaq fid-9.00pm meta titqiegħed għall-vot.", "F'każ li tintalab division din għandha tittieħed nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 f'nofsinhar.", "Matul is-seduta ta' nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 li tibda fid-9.00am għandha tiġi diskussa l-Mozzjoni 246 ippreżentata mill-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Simon Busuttil u mill-Onor.", "George Pullicino biex temenda Avviż Legali 150 tal-2015 li daħħal fis-seħħ Regolamenti tal-2015 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta' kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – Att Dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327).", "Id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tagħlaq f'nofsinhar meta titqiegħed għall-vot.", "F'każ li tintalab division din għandha tittieħed dakinhar stess u wara jittieħdu d-divisions li jkunu ntalbu matul il-ġimgħa ta' qabel.", "Matul is-seduta ta' nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 li tibda fis-6.00pm għandha tibda d-diskussjoni fi stadju tat-Tieni Qari dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – Abbozz Nru 100 – liema diskussjoni tagħlaq fid-9.00pm meta titqiegħed għall-vot.", "Immedjatament wara l-Kamra taġġorna għall-ferjat tas-sajf.", "L-Onor.", "David Agius għamel referenza għall-istadju tal-kumitat tal-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (Biex Titnaqqas l-Obeżità) – Abbozz Nru 62 – imressaq mill-Onor.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat li kien intlaħaq qbil li l-abbozz oriġinali tal-Onor.", "Cutajar issa kien se jieħu l-forma ta' enabling act sabiex jipprovdi għall-ħruġ ta' avviżi legali dwar dak kontemplat fl-istess abbozz kif ukoll dwar dak li ħareġ mill-Working Group dwar id-dijabete.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius, il-Kumitat qabel li jekk jintalbu divisions fuq materji oħra li ma ġewx imsemmija hawn fuq, tali votazzjonijiet għandhom jittieħdu f'data li tiġi maqbula bejn iż-żewġ naħat u mhux bilfors nhar it-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 f'nofsinhar.", "AFFARIJIET OĦRA", "Użu tal-vot elettroniku filParlament Malti", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel referenza għall-aħħar żewġ seduti li fihom intalbu divisions u fejn il-votazzjonijiet ittieħdu kemm bil-mod tradizzjonali kif ukoll permezz tal-vot elettroniku.", "Huwa informa lill-Kumitat li min-naħa teknika ma jidhirx illi kien hemm problemi u għaldaqstant staqsa jekk kienx hemm qbil li sakemm il-Kamra ma tiddeċidix mod ieħor, meta l-Parlament jerġa' jiltaqa' wara l-ferjat tas-sajf, id-divisions jibdew jittieħdu bil-mod elettroniku biss.", "Wara diskussjoni l-Kumitat qabel li tali deċiżjoni kellha tittieħed aktar 'il quddiem.", "Rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel referenza għar-rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell, is-Sur Kenneth Curmi Research Analyst, li l-inkarigu tiegħu beda fit-12 ta' Jannar 2015 u li skont il-kuntratt tiegħu, tali inkarigu kellu jiġi kkonfermat minn dan il-Kumitat f'għeluq sitt xhur mill-ħatra tiegħu.", "Il-Kumitat ikkonferma l-ħatra tas-Sur Curmi għas-sitt xhur li ġejjin.", "Xandir talħidma talParlament", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia għadda lill-Membri tal-Kumitat kopja ta' ittra datata 19 ta' Ġunju 2015 mibgħuta mill-Awtorità tax-Xandir lill-Iskrivan tal-Kamra wara talba li saret għall-ħruġ ta' liċenzja għal servizz ta' xandir mill-Parlament Malti u dan sabiex il-Parlament ikollu kanal televiżiv free-to-air tiegħu.", "Huwa informa lill-Kumitat li skont din l-ittra, l-Att dwar ix-Xandir jgħid illi liċenzja tista' tinħareġ biss lil kumpanija rreġistrata u għaldaqstant l-Awtorità hija tal-fehma li biex tintlaqa' t-talba tal-Parlament għandha ssir emenda għal dan il-għan fl-artikolu 10(5) tal-Att dwar ix-Xandir jew inkella l-Kumitat jiddeċiedi li jkun hemm eċċezzjoni għall-Parlament.", "Fuq proposta tal-Ispeaker, il-Kumitat qabel li fil-prinċipju l-Parlament għandu jkollu kanal free-to-air u li għandu jiġi studjat jekk għandhiex tiġi ppreparata emenda għal-liġi inkwistjoni kif indikat mill-istess Awtorità tax-Xandir jew jekk il-Parlament, bħala l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, ikun eżenti mill-obbligi ta' din il-liġi u allura tinħariġlu liċenzja.", "L-Onor.", "Deborah Schembri għamlet referenza għax-xandir tal-Parlament permezz tas-servizz tal-GO Interactive u staqsiet dwar il-possibilità li dan l-istazzjon ikollu l-faċilità ta' programme guide li permezz tagħha s-sistema ta' catch up tkun taħdem ukoll fuq ix-xandiriet parlamentari.", "Open Day fil-binja tal-Parlament", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li f'attivitajiet bħal ma kienet dik tal-open day li nżammet fis-6 u s-7 ta' Ġunju 2015, għandu jkun hemm ftehim minn qabel dwar liema partijiet tal-binja jkunu aċċessibbli għall-pubbliku.", "Sigurtà tal-binja tal-Parlament", "L-Onor.", "David Agius talab lill-Ispeaker sabiex jieħu passi dwar l-ilmenti mqajma f'email li huwa kien irċieva mingħand il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "George Vella, dwar is-sigurtà fil-binja tal-Parlament.", "Huwa qara l-kontenut tal-email u għadda kopja ta' din l-ittra lill-Ispeaker u lill-Membri tal-Kumitat.", "L-Ispeaker aċċerta lill-Onor.", "Agius li kien se jieħu nota tal-kontenut tal-email inkwistjoni.", "Esibizzjonijiet fil-binja tal-Parlament", "L-Onor.", "David Agius għamlu referenza għall-esibizzjonijiet li jittellgħu fil-bini tal-Parlament u qalu li għandu jkun hemm kuratur li jieħu ħsieb dawn il-wirjiet kif ukoll li għandu jitwaqqaf kumitat li għandu jinkludi Membri min-naħa tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni li jevalwa talbiet biex jittellgħu wirjiet f'din il-binja.", "Dwar dan il-punt, l-Onor.", "Louis Grech qal li din hija s-sistema addottata fil-Parlament Ewropew.", "L-Onor.", "Agius qal ukoll li jkun xieraq li l-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra flimkien mal-Viċi Prim Ministru l-Onor Louis Grech u l-Onor.", "Mario de Marco jkunu infurmati meta tkun se tinfetaħ wirja jew tinżamm xi attività oħra, anke sabiex iż-żewġ naħat ikunu konxji dwar x'qed jiġri f'dan ir-rigward.", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li fil-kummissjoni interna maħtura minnu sabiex tieħu ħsieb dawn il-wirjiet bdew jieħdu sehem Senior Curator innominat minn Heritage Malta u Arts Policy Director innominat mill-Malta Arts Council sabiex ikunu jistgħu jagħtu parir kemm dwar il-kontenut kif ukoll dwar il-preżentazzjoni tal-wirjiet li jittellgħu.", "Huwa żied li d-deċiżjoni dwar jekk tittellax jew le l-wirja tkun tista' tittieħed fuq dawn il-pariri.", "Dwar ir-rimarki l-oħra l-Ispeaker Farrugia qal li filwaqt li kien qed jieħu nota tal-punti mqajma, huwa importanti li l-Parlament jibqa' aċċessibbli għal kulħadd għaliex b'hekk ukoll l-istituzzjoni tersaq lejn il-pubbliku.", "L-Onor.", "Mario de Marco staqsa dwar l-esibizzjoni li kellha tittella' dwar l-istorja tal-Parlament Malti sponsorjata mill-Bank of Valletta.", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel referenza għall-ftehim li hemm bejn il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta u l-Bank of Valletta datat 7 ta' Marzu 2013 dwar l-għoti ta' esibizzjoni lill-Fondazzjoni.", "Huwa informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Bank of Valletta inqalgħet diffikultà dwar il-kuntrattur li kien jidher dejjem magħżul mill-Bank of Valletta u għaldaqstant kellha tinħareġ sejħa pubblika għall-interess sabiex jintgħażel kuntrattur mill-ġdid biex jipprepara din il-wirja.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "Deborah Schembri l-Ispeaker Farrugia informa lill-Kumitat li anke wara li tittella' l-esibizzjoni permanenti dwar l-istorja tal-Parlament, se jkun hemm spazju fejn ikunu jistgħu jittellgħu esibizzjonijiet oħra.", "Taħriġ fl-użu tal-automated external defibrillator", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "Godfrey Farrugia l-Ispeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra se jkun qiegħed jara li jerġa' jsir it-taħriġ neċessarju fl-użu tal-automated external defibrillator u li dan it-taħriġ jingħata wkoll lill-uffiċjali tal-pulizija li issa qed jagħmlu xogħol ta' sigurtà mal-binja tal-Parlament.", "Fit7.58 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150710_029m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 38", "It-Tnejn, 7 ta' Diċembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 38", "It-Tnejn, 7 ta' Diċembru 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "LAQGĦA MA' DR LOUIS GALEA, MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI, DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI DWAR IL-BAĠIT TAL-UNJONI EWROPEA GĦAS-SENA FINANZJARJA 2014 U L-ĦIDMA TAL-MEMBRU MALTI TA' DIN IL-QORTI", "THE CHAIRMAN (Onor. Luciano Busuttil): Nagħti merħba lil Dr Louis Galea, eks kollega li preżentement huwa Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Dr Galea se jagħmel preżentazzjoni dwar ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2014 u dwar il-ħidma tiegħu f'din il-Qorti.", "Wara din il-preżentazzjoni nistieden lill-Membri preżenti biex jagħmlu l-mistoqsijiet u l-osservazzjonijiet tagħhom.", "DR LOUIS GALEA: Sur President, nirringrazzjk u nirringrazzja liċ-chairpersons tal-kumitati parlamentari l-oħra kif ukoll lill-onorevoli Membri.", "Nirringrazzjakom talli sibtu l-ħin biex tpoġġu dan is-suġett fuq l-aġenda tagħkom.", "Nixtieq ukoll nuri l-apprezzament tiegħi għall-ħidma u l-kollaborazzjoni li sibt mill-uffiċju tal-Iskrivan tal-Kamra, speċjalment mill-iskrivani li huma konnessi mal-kumitati tagħkom.", "Il-parlamenti tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għandhom sehem importanti fil-proċess leġiżlattiv u ta' kontabilità tal-Unjoni Ewropea.", "Din hija funzjoni li tikkumplimenta l-irwol tal-Parlament Ewropew.", "It-Trattat ta' Liżbona jipprovdi bażi legali li ssaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet Ewropej, speċjalment tal-Parlament li kompliet tissaħħaħ permezz ta' elezzjonijiet diretti li jsiru kull ħames snin.", "Intom tapprezzaw li din il-bażi ta' leġittimità u ta' rabta ta' fiduċja bejn iċ-ċittadini, il-politiċi Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea llum saret ħafna aktar kruċjali minħabba l-iżviluppi li qed iseħħu fl-Ewropa u fil-kumplament tad-dinja.", "Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, bħall-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f'Malta, hija għodda maħsuba li tirfed din il-leġittimità demokratika bil-ħidma tagħha favur it-trasparenza u l-kontabilità fl-amministrazzjoni tan-nefqa ta' flus il-poplu.", "Fil-fatt, il-Qorti hija istituzzjoni indipendenti tal-Unjoni Ewropea u hija meqjusa bħala l-gwardjan tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea f'isem iċ-ċittadini Ewropej.", "Kull sena l-Qorti tippreżenta r-rapport annwali tagħha kif ukoll numru ta' rapporti speċjali.", "Dawn kollha jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew u ħafna drabi anke fil-parlamenti nazzjonali għax żgur li kull membru tal-Qorti li ġie nnominat minn kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea jmur ġo pajjiżu u jiltaqa' mal-awtoritajiet tal-pajjiż, b'mod partikolari mal-Parlament, u jagħti l-veduti tal-Qorti fuq in-nefqa tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.", "Pereżempju quddiemkom għandkom il-ktejjeb \"L-Awditu tal-Unjoni Ewropea fil-qosor, 2014\", li diġà konna bgħatnielkom kopja elettronika tiegħu.", "Bla dubju dan ir-rapport jagħti stampa fil-qosor imma ċara tal-konklużjonijiet tagħna.", "Sur President, fil-qosor ħafna issa se ngħid x'kienu r-riżultati ewlenin għas-sena 2014.", "Fl-2014 il-baġit tal-Unjoni Ewropea kien jammonta għal madwar €144 biljun fi dħul u għal madwar €142.5 biljun fi spejjeż fid-diversi oqsma ta' policies u jekk wieħed jara l-ewwel diagramma tal-infiq isib kif dan l-infiq inqasam bejn id-diversi oqsma tal-baġit.", "Tajjeb ngħid li l-baġit kollu tal-Unjoni Ewropea jkun madwar 2% ta' dak kollu li t-28 Stat Membru bejniethom jiddedikaw għall-ispiża pubblika fil-budgets ta' pajjiżhom.", "Ħafna drabi l-istituzzjonijiet Ewropej jeħlu b'diversi tortijiet għal dak li jiġri fl-Ewropa u wieħed jinsa dan il-fatt.", "Jekk dan it-2% wieħed jaqsmu ras għal ras jsib li dan il-baġit tal-Unjoni Ewropea jammonta għal bejn wieħed u ieħor €285 għal kull ċittadin Ewropew.", "Aħna neżaminaw sew il-ġbir kif ukoll l-infiq tal-flus tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, li huwa fdat f'idejn il-Kummissjoni.", "Naturalment dan ma nagħmluhx waħedna imma għandna l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta' awditu fil-Membri Stati u dan skont standards internazzjonali tal-awditu.", "Il-verifika tal-baġit li ssir fil-livell ta' Unjoni Ewropea tiddependi b'mod sostanzjali fuq il-kwalità ta' kontrolli u ta' skrutinju li jsiru fil-pajjiżi membri.", "Dan għaliex il-biċċa l-kbira tal-baġit tal-Unjoni Ewropea jonfquh f'dawk l-oqsma li għandhom x'jaqsmu mar-riżorsi naturali u mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.", "Fil-fatt, minn €142.5 biljun, €111 biljun jintefqu f'dawn l-Istati membri; qed insemmiha din iċ-ċifra biex nifhmu kemm hija kbira l-parti li hija ġestita mill-Kummissjoni u l-Istati membri flimkien.", "Issa se niffoka malajr fuq tliet aspetti ewlenin li huma relevanti għall-finijiet ta' din il-laqgħa: ir-rapport annwali; se nagħti rendikont tal-ħidma tiegħi fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri; u riflessjoni fuq il-prestazzjoni tal-baġit.", "Nibda bir-rapport annwali li kelli l-opportunità nippreżentah lill-iSpeaker, lill-Prim Ministru, lill-Kap tal-Oppożizzjoni u anke lill-Awditur Ġenerali.", "Dan ir-rapport fih tliet tipi ta' assigurazzjoni.", "L-ewwel nett jassigura li x-xogħol ta' verifika li jsir fuq in-nefqa tal-Unjoni Ewropea jsir biex wieħed ikun jista' jagħti statement of assurance fuq kemm huma affidabbli l-kontijiet.", "It-tieni, jassigura li t-tranżazzjonijiet finanzjarji jsiru b'mod legali u regolari.", "Din il-parti nsibuha mifruxa taħt diversi kapitoli għax il-Qorti tidħol f'oqsma differenti ta' policies u f'diversi programmi tal-Unjoni Ewropea.", "It-tielet, minn xi snin 'l hawn bdejna niffokaw ukoll fuq il-prestazzjoni, jiġifieri mhux fuq kemm qed jintefqu flus imma kif qed jintefqu, jekk hux b'mod legali jew le, u x'riżultati qed ikollna.", "Rigward il-kontijiet għall-2014 għal darb'oħra l-Qorti qed tagħti opinjoni nadifa.", "Minn mindu fl-2005 l-Unjoni Ewropea adottat is-sistema ta' accrual accounting insibu li kien hemm titjib sostanzjali fil-mod kif jinżammu l-kontijiet.", "Fil-fatt, mill-2007 il-Qorti dejjem tat ċertifikat nadif u dejjem qalet li dawn il-kontijiet kienu qed jirrapportaw korrettement u jirrappreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għal dik is-sena.", "It-tieni diagramma tar-rapport \"L-Awditu tal-Unjoni Ewropea fil-qosor, 2014\" turi li d-dħul kollu tal-Unjoni Ewropea, li kien jammonta għal kważi €144 biljun, sar b'mod legali u regolari.", "Xħin niġu għall-infiq però l-istampa tinbidel.", "Skont dan ir-rapport 4.4% tat-tranżazzjonijiet finanzjarji huma milquta minn żbalji ta' legalità u regolarità, u dan minkejja li l-Kummissjoni kompliet tagħmel ħilitha sabiex ittejjeb l-osservanza tal-liġijiet u tar-regoli fil-ħlasijiet li jsiru bil-għan li tipprova tniżżel din ir-rata ta' żbalji għal 2%.", "Minn żmien ilu, u anke skont standards internazzjonali, ir-rata ta' żbalji ta' 2% fit-tranżazzjonijiet finanzjarji f'ċertu sens tinħass li hija umana u aċċettabbli iżda malli tinqabeż, l-awdituri jibdew jiċċertifikaw u jippenalizzaw.", "It-tielet diagramma turina r-rati tal-iżbalji fid-diversi oqsma ta' nfiq.", "Pereżempju fl-ispiża amministrattiva l-iżbalji huma minimi u huma sew taħt il-limitu ta' 2% però fl-oqsma l-oħra kollha ta' nfiq dan il-limitu nqabeż sew.", "L-aktar li jkollna inkwiet huwa fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fil-qasam tal-kompetittività, tkabbir u impjiegi fejn ir-rata ta' żbalji hija ta' 5.5%.", "Fil-qasam tar-riżorsi naturali mbagħad ir-rata ta' żbalji hija ta' 3.6%.", "F'dik li hija politika estera tal-Unjoni Ewropea r-rata ta' żbalji hija ta' 2.7%.", "Fid-diagramma 4 qed isir paragun ma' snin oħra u nistgħu ngħidu li bejn wieħed u ieħor qegħdin fl-istess ilma f'dik li hija rata ta' żbalji.", "Madanakollu wieħed irid iżomm ftit f'moħħu li fl-2014 kienu qed jinqatgħu ammont sostanzjali ta' kontijiet mill-programm finanzjarju 2007-2013 għaliex il-programm il-ġdid li beda fl-2014 kien għadu qed jibda u allura ma jibdiex jinħass biżżejjed.", "Minn dan ir-rapport wieħed jista' jikkonkludi li r-rata ta' żbalji għall-parti tal-baġit li hija ġestita mill-Kummissjoni flimkien mal-pajjiżi membri – shared management – baqgħet fl-istess livell tas-sena ta' qabel.", "Għall-kuntrarju, ir-rata' ta' żbalji f'dak li huwa ġestit direttament mill-Kummissjoni – direct managment – telgħet minn 3.7% għal 4.6%.", "Id-digramma 5 turi l-kontribut ta' kull qasam ta' nfiq fuq il-livell ta' żball.", "Għal darb'oħra l-oqsma tal-kompetittività u tal-koeżjoni, fil-parti l-kbira implimentati bi skemi ta' rimbors tal-ispejjeż, għandhom rata għolja ta' żbalji għax fit-tnejn hija 'l fuq minn 5.5%.", "Id-diagrammi 6 u 7 juru kif fl-2014, 41% tar-rata ta' żbalji kienet dovuta għal ħlas ta' spejjeż ineliġibbli, jiġfieri ġew mitluba jitħallsu lura spejjeż li ma kienx hemm dritt li jintalbu, filwaqt li 5% hija dovuta għal proġetti u benefiċċjarji ineleġibbli.", "27% imbagħad huma ksur serju ta' regolamenti tal-public procurement; 20% ta' dawn l-iżbalji huma dovuti għal dikjarazzjonijiet żbaljati fl-oqsma tal-agrikultura, 5% għal żbalji amministrattivi fir-riżorsi naturali u 2% ikopru diversi tipi ta' żbalji oħrajn.", "Fid-diagramma 8 naraw ir-relazzjoni ċara bejn it-tip ta' nfiq u l-livell ta' żball.", "Pereżempju fi skemi ta' rimbors tal-ispejjeż – cost reimbursement schemes – ir-rata ta' żball hija ta' 5.5%.", "It-tipi ta' żbalji li ġeneralment insibu f'dawn l-iskemi ta' rimbors qabelxejn ikunu spejjeż ineleġibbli fil-cost claims, jiġifieri ħlasijiet li mhux suppost jinġabru lura.", "Jistgħu jkunu wkoll benefiċjarji, attivitajiet jew proġetti ineliġġibli, jiġifieri wieħed japplika biex jagħmel ċerti affarijiet u mbagħad jagħmel affarijiet oħra li ma jidħlux fil-programm.", "Finalment jistgħu jkunu wkoll ksur tar-regolamenti tal-public procurement.", "Niġi issa għall-programmi relatati ma' drittijiet.", "Dawn tal-ewwel huma programmi li għalihom inti tieħu rimbors ta' flus skont l-ispejjeż li tkun għamilt, liema spejjeż iridu jiġu ċertifikati, mentri fl-entitlement programmes tieħu l-flus abbażi ta' dak li tkun intitolat għalih skont il-programm li tkun qiegħed issegwi.", "Hawnhekk ir-rata hija ta' 2.7% u allura hija ħafna inqas mill-kategorija l-oħra ta' ħlasijiet.", "Tajjeb ngħid li hawnhekk il-pagamenti jingħataw wara li l-benefiċċjarji jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-programm.", "It-tipi ta' żbalji li ġeneralment insibu f'dawn l-entitlement programmes ikunu relatati ma' dikjarazzjonijiet b'ammonti aktar milli suppost.", "L-aktar li nsibuhom dawn fil-qasam tal-agrikultura għax jista' jagħti l-każ li l-bdiewa ma jkunux jafu biżżejjed kif l-aħjar li jsiru l-affarijiet, però hemm ukoll xi żbalji amministrattivi.", "Dan juri li fejn il-finanzjament jiddependi fuq informazzjoni li jagħtu l-benefiċċjarji nfushom, ir-riskju ta' żball huwa akbar u allura r-rata ta' żbalji hija aktar għolja.", "Riflessjoni oħra li toħroġ minn din il-kwestjoni tal-iżbalji fil-ħlasijiet hija marbuta mal-corrective action.", "Żball dejjem jista' jsir iżda sakemm dan ma jkunx għadu ġie kompletament definit, jiġifieri l-programm ġie ċċertifikat u l-flus ħarġu diġà, wieħed jista' jikkoreġih.", "Tali korrezzjoni tista' ssir kemm mill-awtoritajiet tal-Istati membri kif ukoll mill-Kummissjoni.", "Dan il-proċess ta' azzjoni korrettiva fl-aħħar snin beda jingħata ħafna aktar importanza u fil-fatt kellu impatt pożittiv fuq il-livell ta' żbalji.", "Nikkalkulaw li kieku l-Kummissjoni u l-Istati membri ma żidux l-isforzi tagħhom biex jikkoreġu dawn l-iżbalji, kieku r-rata ta' żbalji kienet tkun ta' 5.5% minflok 4.4%.", "Irrid ngħid li dan l-isforz sar fuq rakkomandazzjonijiet persistenti għal diversi snin tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Meta neżaminaw l-iżbalji li jkunu saru nsibu li numru kbir minnhom jistgħu jinqabdu fil-ħin u jistgħu jiġu kkoreġuti qabel ma jkun tard wisq.", "Għalhekk, qed ninsistu li kemm l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll il-Kummissjoni, il-ħin kollu għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni neċessarja biex jipprevjenu, biex jaqbdu u anke biex jikkoreġu proporzjon sinnifikanti ta' dawn l-iżbalji.", "Sur President, żgur li nnutajtu li wieħed mill-iżbalji li qed jissemmew fir-rapport jolqot lil Malta.", "Tajjeb ngħid li fix-xogħol tagħna l-biċċa l-kbira tal-iżbalji li nsibu jkunu konnessi mal-public procurement, jiġifieri l-proċess li bih wieħed jixtri prodotti u servizzi wara li jkun għamel proċess kompetittiv jekk l-ammonti involuti jkunu jaqbżu ċertu ċifra.", "B'mod ġenerali fl-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-baġit ta' koeżjoni, b'mod partikolari fejn jidħol l-infiq mill-fond reġjonali għall-iżvilupp rurali u mill-fond tal-koeżjoni, żbalji ta' dan it-tip jammontaw għal madwar 50% tal-iżbalji kollha.", "Jiġifieri nofs l-iżbalji li niltaqgħu magħhom ġejjin minn applikazzjoni żbaljata tal-proċess tal-public procurement.", "F'kapitlu 6 tar-rapport annwali, li jittratta l-qasam tal-koeżjoni soċjali u territorjali, hemm referenza għal żball li nstab waqt awditu f'Malta relatat mal-akkwist pubbliku b'rabta mal-proġett tal-Coast Road.", "Hawnhekk il-Qorti awditjat parti minn dan il-proġett li għalih Malta kellha tirċievi fondi mill-Unjoni Ewropea għax kif tafu, dan il-proġett kien jikkonsisti f'żewġ proċeduri ta' tenders ta' provvista.", "Hawnhekk irriżulta li l-offerti kellhom valur ħafna għola mill-valur li kienet stabbilixxiet l-awtorità nazzjonali għal nefqa partikolari.", "F'dawn it-tenders kien hemm klawsola li tippermetti li jsiru negozjati mal-irħas offerent biex titraħħas l-offerta għall-valur tat-tender.", "Issa f'dan il-proġett l-ispeċifikazzjonijiet u x-xogħlijiet li oriġinarjament kienu ppubblikati fit-tender ġew midbula sostanzjalment biex il-valur tat-tender ikun jista' jiġi ridott għal dak li ġie stabbilit.", "Madanakollu l-valur xorta baqa' jeċċedi t-thresholds li tistabbilixxi l-liġi għax hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq ammonti limitati li wieħed jista' jimxi fuqhom b'sempliċi quotation jew direct order.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ammonti sostanzjali għax ovvjament qed nitkellmu fuq triq twila ħafna.", "Fil-fehma tal-Qorti kien ikun aktar regolari li kieku t-tender reġgħet ġiet ippubblikata mill-ġdid.", "Huwa dejjem possibbli li wara li tender jiġi awared u l-kuntrattur ikun magħruf, il-klijent jinnegozja miegħu fuq diversi kwestjonijiet li jista' jkun hemm, anke biex iġib prezzijiet aktar vantaġġużi għalih, però dejjem wara li l-proċess tat-tender ikun magħluq.", "Allura l-problema hawnhekk kienet li dan ix-xogħol sar qabel ma l-proċess ingħalaq u għalhekk, il-Qorti ħasset li kien hemm prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament ugwali li kienu qed jiġu injorati, almenu in parti minnhom żgur.", "Dan l-iżball fl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-public procurement wassal il-Qorti biex tqis dik l-ispiża bħala spiża irregolari.", "B'rabta ma' dan nista' nsemmi s-settur tal-korrezzjonijiet finanzjarji.", "Meta wieħed jinduna bi żball, il-flus li oriġinarjament ġew ivvotati għal proġett partikolari ma jistgħux jintużaw għalih però wieħed jista' jissostitwixxi dak il-proġett bi proġett ieħor u allura jkun qed jagħmel korrezzjoni finanzjarja billi jressaq proġett ġdid.", "Dan ngħidulu retrospective financing; is-sostituzzjoni tal-infiq.", "Bħal dat-tip ta' żball mhux Malta biss kellha imma hemm lista sħiħa ta' pajjiżi li għamlu dan it-tip ta' żball.", "U mhux pajjiżi żgħar jew li għadhom deħlin biss imma anke pajjiżi li ilhom membri tal-Unjoni Ewropea tista' tgħid mill-bidu nett.", "Jiġifieri niltaqgħu ħafna miegħu dan l-iżball.", "Rigward il-kwestjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji kkummentajna diversi drabi fuq kif pajjiż membru jista' jissostitwixxi l-infiq għal proġett approvat skont programm partikolari bi proġett ieħor.", "Sa anke ħriġna rapporti fuq hekk.", "Konna dħalna ħafna fid-dettall u fost affarijiet oħra konna rajna x'jiġri meta wieħed ikollu proġett li jsofri minn difetti ta' applikazzjoni ta' liġi u ta' regoli, u allura jiġi eskluż mill-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, imbagħad iressaq proġett ieħor biex dawk il-fondi ma jitlifhomx.", "Naturalment wieħed ma jistax jagħtihom tort lill-Istati membri li jressqu proġetti oħra biex il-fondi ma jitilfuhomx.", "Hija minn ewl id-dinja li hemm din il-possibilità u hija xi ħaġa tajba però meta l-Qorti teżamina l-proġetti li jissostitwixxu l-proġetti oriġinali ssib li jkun hemm ċertu defiċjenzi, ħafna drabi riżultat ta' għaġla.", "Ejja nieħdu eżempju.", "Meta l-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kien qed joqrob lejn tmiemu, l-Istati membri kienu jafu li mbagħad se jkollhom sentejn biss biex il-flus li ġew allokati lilhom f'dak il-perjodu jonfquhom.", "Mela aħna, il-flus li ġejna allokati għall-programm tal-2007-2013, stajna nonfquhom sal-aħħar ta' din is-sena.", "Wieħed jifhem li lejn l-aħħar tal-perjodu jkun hemm pressjoni biex dawk il-flus jiġu utilizzati u fil-fatt il-Qorti sabet li l-Istati membri, biex iħaffu u jimplimentaw il-proġetti, qed isibuha diffiċli biex jiggarantixxu li l-proġetti jissodisfaw ir-regoli kollha.", "Jekk il-proġett oriġinali kellu jiġi mwarrab għaliex is-sistemi ta' kontroll u skrutinju u superviżjoni kienu difettużi, dak il-pattern jibqa' għax is-sistemi ma jaqbdux u jissaħħu f'daqqa bil-proġett li ġdid.", "Allura wieħed isib li f'dak il-proġett li ssosstiwixxa bih il-proġett oriġinali reġa' għamel l-istess żball jew għamel żball ieħor.", "Għalhekk, meta niġu għall-korrezzjonijiet finanzjarji u s-sostituzzjoni tal-infiq, wieħed irid joqgħod attent kif jissostitwixxi.", "Idealment wieħed jiskorja bil-programm oriġinali għax ikun ressqu u implimentah b'mod tajjeb.", "Ninnutaw ukoll li ħafna drabi taħt dik il-pressjoni li wieħed irid ilaħħaq sal-aħħar tas-sena jiġu preżentati proġetti li mhux bilfors ikunu fil-linja tal-objettivi strateġiċi ta' programmi partikolari tal-Unjoni Ewropea.", "Inti veru tkun qed tressaq il-proġett u veru tkun qiegħed tutilizza l-fondi imma mhux bilfors insibuh.", "Pereżempju fl-2012 ħriġna rapport speċjali fuq il-portijiet fejn urejna li veru l-proġetti kienu qed isiru u saru imma l-added value tagħhom kien qed ikun pjuttost baxx.", "Kultant mhux il-valur għall-flus tal-proġett partikolari biss trid tara imma trid titla' livell 'il fuq u tara jekk dak il-proġett kellux il-added value Ewropew meħtieġ għax ħafna mill-programmi tal-Unjoni Ewropea huma maħsuba li jkunu ta' valur mhux biss għall-pajjiż imma għall-Istati membri kollha.", "Għaldaqstant fir-rapport annwali tal-2014 nindikaw li s-sostituzzjoni tal-infiq fil-qasam tal-koeżjoni hija komuni u tirrigwarda aktar minn żewġ terzi tal-korrezzjonijiet finanzjarji.", "Fir-rapport numru 3 tal-2012, li jirrigwarda l-fondi strutturali, il-Qorti kienet irrakkomandat lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet leġiżlattivi, ċjoè l-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew, biex jikkonsidraw tibdil fil-leġiżlazzjoni sabiex jiżdied il-valur miżjud tal-fondi Ewropej.", "Bi pjaċir ninnota li l-awtoritajiet leġiżlattivi taw każ ta' din ir-rakkomandazzjoni u meta ġew biex jagħmlu r-regoli għall-European Structural and Investment Funds 2014-2020, daħlu regoli ġodda li jippermettu li jekk ċerti żbalji jippersistu, l-Istat membru jiflef il-fondi.", "Sal-lum kienet pjuttost faċli li jsiru arranġamenti mal-Kummissjoni biex jekk pajjiż ma japplikax il-fondi fuq proġett partikolari jkun jista' japplikahom fuq proġett ieħor però issa l-awtoritajiet nazzjonali Maltin iridu jibdew joqogħdu attenti għax iċ-ċans li dawn il-fondi titlifhom kiber.", "Ir-regoli l-ġodda li daħlu se jagħmluha aktar faċli li titlef il-fondi minn fuq proġett partikolari għax ma tkunx osservajt ir-regolamenti tal-public procurement u regolamenti oħra.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti għax mhux bilfors dawk il-fondi se jkunu jistgħu jintużaw għal proġetti oħra.", "Naturalment hawnhekk qed nitkellmu fuq nuqqasijiet li wieħed ikun iltaqa' magħhom u ma kkoreġihomx.", "Fil-fatt, ir-regoli l-ġodda jgħidu li jekk il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kummissjoni u l-OLAF jiltaqgħu ma' dawn it-tip ta' irregolaritajiet li ma jiġux korretti fil-ħin, ikun hemm il-problemi.", "Jiġifieri jekk wieħed jiltaqa' ma' irregolarità u xorta jibqa' għaddej u mbagħad tiġi l-OLAF, jew il-Kummissjoni, jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u ssib din it-tranżazzjoni intakkata minn irregolarità, hemmhekk ikun hemm il-problemi.", "Għaldaqstant naħseb li mhux biss irridu noqogħdu attenti u ninsistu mal-Ministeri, mal-awtoritajiet nazzjonali, mal-management authorities u ma' kull min għandu x'jaqsam imma rridu l-ħin kollu noqogħdu ntambru fuq is-sound fianancial management, ċjoè l-economy, l-efficiency, l-effectiveness u li wieħed iħares ir-regolamenti eċċ.", "Niġi issa għall-ġestjoni finanzjarja, jiġifieri għall-kapaċità li tassorbi l-fondi li tallokalek l-Unjoni Ewropea.", "Fir-rapport tagħna aħna qed nindikaw li anke hawnhekk hawn problema għax kien hemm dewmien fl-assorbiment tal-fondi allokati għall-programm 2007-2013.", "F'dan ir-rapport kellna ċ-ċans li mhux biss inħarsu lejn l-2014 imma nħarsu wkoll lejn ħafna nefqiet li jirriflettu fuq il-programm 2007-2013 u sibna li r-rati ta' assorbiment ivarjaw.", "Hemm pajjiżi li bilkemm jassorbu 50% u hemm oħrajn li jassorbu kważi 100%.", "Malta tipparaguna tajjeb ma' pajjiżi oħra għaliex sal-aħħar tal-2014 kienet assorbiet 75% tal-fondi li ġew allokati lilha però xi jiffisser dan?", "Ifisser li sal-aħħar tal-2014 konna assorbejna 75% u allura l-25% l-oħra kellna 12-il xahar biss ċans biex nassorbuhom u li tassorbi 25% tal-fondi li jkunu ġew allokati lilek għall-perjodu finanzjarju 2007-2013 mhix sfida żgħira!", "Imma jidher li rnexxielna.", "Hawn ukoll jiġri dak li jiġri fil-qasam l-ieħor għax biex inti tassorbi dawn il-flus tibda tiġri u ma tagħtix l-importanza li l-Qorti tħoss li għandha tingħata fejn jidħol il-value for money u fejn jidħlu kwestjonijiet dwar jekk dawn il-flus intix tonfoqhom fi proġetti li jrendu u li verament jistgħu jkunu ta' investiment f'terminu medju u fit-tul għall-pajjiż konċernat u anke għall-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, dawn il-fondi ġieli jintużaw biex jiġu finanzjati proġetti li l-gvern diġà jkun ivvota l-flus għalihom fil-baġit nazzjonali.", "Dan għaliex il-prinċipju ma jkunx li tilħaq il-miri u li tosserva l-kriterji tal-proġett u tal-programm partikolari imma li jew se tużahom jew se titlifhom; use it or lose it!", "Għall-pajjiż membru dejjem hemm element ta' gwadann però naħseb li wieħed irid jitla' aktar 'il fuq minn sempliċement gwadann finanzjarju.", "Ta' min jgħid ukoll li hemm strumenti finanzjarji li jintużaw fil-ġestjoni kodiviża u r-rata ta' kontribuzzjonijiet minn dawn l-istrumenti favur il-benefiċċjarji fi tmiem l-2013 kienet ta' 47% biss.", "Dan ifisser li aktar min-nofs il-kontribuzzjonijiet li setgħu ġew versati fil-pajjiżi membri ma ġewx versati.", "Għaldaqstant il-Qorti tqis li l-Kummissjoni għandha ssib formula biex tippjana aħjar fuq terminu itwal ta' żmien u tassigura li l-baġit ma jiġix imtaqqal minn ċerti impenji li jkunu saru.", "Dan għaliex jekk inti tikkommetti ruħek li tagħmel proġett, il-flus għal dak il-proġett se jkunu marbutin sakemm ikunu jistgħu jitħallsu.", "Sur President, din kienet daqqa t'għajn ta' malajr fuq il-findings prinċipali tal-Qorti fl-awditu tagħna għas-sena li għaddiet.", "Niġi issa għall-ħidma tiegħi fil-Qorti.", "Din hija l-aħħar darba li se nkun qed nagħti preżentazzjoni tar-rapport annwali lill-kumitati parlamentari bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għax f'Mejju li ġej l-mandat tiegħi jiskadi u l-pajjiż se jkollu membru ġdid.", "Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, apparti l-Qorti nnifisha għandha numru ta' chambers.", "Pereżempju jien assenjat lil Chamber 4 li hija responsabbli milli tagħmel rapporti u tawditja d-dħul kollu tal-Unjoni Ewropea.", "Nagħmlu wkoll awditu fuq l-oqsma tal-igvernar ekonomiku u finanzjarju u f'dawn l-aħħar snin kellna ħafna xogħol minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika.", "Barra minn hekk, nagħmlu rapporti fuq in-nefqiet li jsiru mill-baġit Ewropew fuq ir-riċerka, fuq il-politika interna, bħall-edukazzjoni, is-sigurta, il-ġustizzja u kultura, fuq l-ispiża amministrattiva tal-istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq 31 aġenzija Ewropea u 41 joint undertakings li jinqasmu f'dawk eżekuttivi u f'dawk li mhumiex.", "Wara li servejt bħala dekan ta' dan iċ-chamber bejn l-2012 u l-2013, f'Marzu tal-2014 ġejt mogħti r-responsabilità tar-rapporti u tal-ħidma tal-awditu fil-qasam tal-aġenziji kollha u l-joint undertakings – hemm 50 korp Ewropew bejniethom – li jamministraw baġit ta' bejn wieħed u ieħor €4 biljun.", "Kont ukoll reporting member għar-rapport li tlesta dwar numru ta' grants li jqassmu l-aġenziji Ewropej, liema rapport se jiġi ppubblikat fi Frar, u bil-permess tal-Kumitat nixtieq nippreżenta lista ta' 16-il rapport/opinjoni li tagħhom kont rapporteur.", "Is-sena l-oħra kont ukoll irrappurtajt dwar il-ħidma tiegħi fit-tfassil tal-istrateġija tal-Qorti.", "Din l-istrateġija wasslet biex ir-rapport annwali jkollu struttura differenti, biex ir-rapporti speċjali jiġu prodotti fi żmien iqsar u biex saret riforma fil-Qorti li permezz tagħha bdejna nimxu fuq il-mudell li huwa task-oriented u b'hekk, il-Qorti saret aktar flessibbli u kapaċi tirrispondi aktar malajr għall-iżviluppi esterni u li jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "Bħalissa – naħseb li din se tkun l-aħħar kontribuzzjoni tiegħi – qiegħed ukoll f'working group u qegħdin infasslu proposti konkreti għal riorganizzazzjoni tad-diversi chambers u anke biex il-Qorti jkollha a knowledge management system.", "Il-Qorti tiddependi ħafna fuq il-ġbir ta' informazzjoni u wieħed mhux biss irid jikkonserva l-memorja istituzzjonali imma hemm ħafna oqsma li għalihom trid ċertu organizzazzjoni.", "Niġi issa għall-prestazzjoni tal-baġit.", "Ix-xogħol tal-Qorti u tal-uffiċċji nazzjonali tal-awditu se jibda jieħu orjentazzjoni differenti; l-affidabilità tal-kontijiet u jekk in-nefqa saritx b'mod regolari u legali se jiqbgħu importanti imma se ssir dejjem aktar importanti l-prestazzjoni tan-nefqa.", "Tajjeb ngħid li meta l-Qorti tidħol biex tara l-prestazzjoni ta' nefqa fuq xi programm f'xi wieħed mill-pajjiżi membri jew fuq livell Ewropew, tipprova tara x'kienu l-policies ta' dan il-programm u x'kienu l-miri strateġiċi għax biex tkejjel il-prestazzjoni ovvjament trid kejl!", "Biex tara jekk l-objettivi intlaħqux dawn l-objettivi jridu jkunu mniżżla xi mkien u jridu jkunu speċifiċi, measurable u objettivi li vera tista' tilħaqhom għax inutli tgħid li l-objettiv tal-€20 miljun li se tagħtik l-Unjoni Ewropea huwa biex ma nafx x'nagħmlu u mbagħad niskopru li dan l-objettiv ma jistax jintlaħaq!", "Jiġifieri jridu jkunu objettivi relevanti u jridu jkunu wkoll objettivi li tista' tagħmilhom f'perjodu ta' żmien li huwa raġjonevoli.", "Inutli li tagħmel objettiv li tilħqu mitt sena oħra!", "It-tieni ħaġa fuq il-prestazzjoni hija li llum qed ikun hemm fondi li ma jkunux direttament fondi tal-Unjoni Ewropea imma jkunu fondi nazzjonali u xi drabi anke fondi privati jew fondi ta' partners internazzjonali però jintużaw biex jimplimentaw policies u strategies tal-Unjoni Ewropea.", "Issa aħna li qegħdin ngħidu hu li dawn il-fondi li jkunu ġejjin mill-privat jew minn partners internazzjonali, meta jitħalltu ma' xi fondi Ewropej, anke jekk mhux direttament fondi li qed jiġu dedikati għal dak l-iskop, ma jistgħux jgħidu li dawn mhumiex fondi Ewropej u allura mhumiex soġġetti għall-iskrutinju!", "Wara kollox dawn huma fondi li qed jintużaw biex jiġu implimentati direttivi, policies u regolamenti tal-Unjoni Ewropea u allura rridu naraw x'qed jiġri għax qed ikollhom impatt fuq l-Istati membri.", "It-tielet ħaġa li nħarsu lejha u li hija importanti ħafna hija jekk ikunx hemm informazzjoni u rappurtaġġ effettiv fuq ix-xogħol li jkun qed isir b'dik in-nefqa.", "Inti jekk se tagħmel evalwazzjoni ta' proġett trid l-informazzjoni u pereżempju trid tkun taf kemm setgħu ġew impjegati nies b'dik l-inizjattiva, jew kemm stajna akkwistajna valur fl-ambjent, jew kemm salvajna impjiegi jew forsi kemm naqqasna r-rata tal-early school leavers.", "Jiġifieri trid l-informazzjoni biex tkun tista' tagħmel ir-rabta bejn in-nefqa u r-riżultati.", "Barra minn hekk, inħarsu lejn x'kien ir-rispons tal-Istat membru, jew tal-awtorità nazzjonali, jew ta' min ikun qed iħaddem dak il-baġit Ewropew għal dawk li huma riskji sistematiċi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati membri.", "Naturalment, meta niġu għal dan l-argument dejjem se nsibu li l-bulk tal-flus qed jintefqu fl-Istati membri taħt is-sistema ta' shared management u x-shared management iġib miegħu frammentazzjoni fil-mod ta' kif jiġu skrutinizzati n-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-programm 2014-2020 qed issir enfasi fuq dawn l-issues ta' prestazzjoni u outcomes u l-Parlament Ewropew qed jinsisti li jkun hemm objettivi ċari u jrid statistika relevanti għal dawn l-objettivi.", "Min-naħa tagħha l-Kummissjoni wkoll qed tinsisti biex il-pajjiżi jkunu aktar kontabbli dwar l-output u dwar l-impatt u naħseb li l-awtoritajiet Maltin dalwaqt se jibdew iħossu l-pressjoni tagħfas fuqhom.", "Sal-lum konna nagħfsu ħafna fuq l-inputs u kemm wieħed nefaq flus u kemm għamel mili ta' toroq, pereżempju, jew bena affarijiet, mentri issa se nibdew inħarsu aktar lejn l-outcomes.", "Il-parlamenti nazzjonali għandhom rwoli speċjali u naħseb li f'Malta għandna nsibu r-riżorsi u l-ħin biex nidħlu fir-rapporti speċjali li tagħmel il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Importanti li l-Parlament u l-Kumitati tiegħu, speċjalment il-Public Accounts Committee, isibu aktar ħin biex jiddeliberaw fuq ir-rapporti li joħroġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, inkluż ir-rapport tal-audit, għax inkella jkun qed isir ħafna xogħol li ma nkunux qegħdin nieħdu l-benefiċċju tiegħu.", "Jiġifieri wieħed irid jibda jiffoka għax mhux se nieħdu l-lezzjonijiet li rridu nisiltu minn dawn ir-rapporti.", "M'hemmx dubju li n-nies m'għadhiex tikkuntenta b'kontabilità dwar kemm u kif intefqu l-flus.", "Iċ-ċittadini Ewropej qed jinsistu għal kontabilità tat-tmexxija u ta' ħidma għax iridu jkunu jafu t-taxxi fiex qed jissarrfu b'mod konkret.", "Naturalment kulħadd jagħtina r-raġunijiet għaliex proġett ma sarx fil-ħin jew ma sarx skont ir-regoli jew għaliex mhux qed jilħaq l-objettivi li suppost jilħaq u aħna nifhmu l-pressjonijiet li jkunu għaddejin minnhom l-Istati membri imma naħseb li dawn mhumiex raġunijiet validi biżżejjed.", "Il-Qorti toħroġ diversi rapporti speċjali fuq il-prestazzjoni tax-xogħol.", "Fil-fatt, fl-2014 u fl-2015 il-Qorti ppubblikat 38 rapport speċjali li fihom ħafna mir-riflessjonijiet li għadni kemm qsamt magħkom.", "Sur President, finalment nixtieq nagħmel referenza għall-iżviluppi li seħħew u li qed ikomplu jseħħu fil-politika ekonomika u finanzjarja tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ewro.", "Kif tafu, issa daħlu fis-seħħ diversi mekkaniżmi li ħolqu setgħat ġodda u differenti fl-oqsma tal-igvernar ekonomiku u fiskali.", "Daħlu wkoll fis-seħħ mekkaniżmi ta' superviżjoni fuq il-banek Ewropej.", "Dan għaliex l-Unjoni Ewropea rrispondiet għall-kriżi finanzjarja billi ħolqot numru ta' entitajiet u regoli.", "Pereżempju l-Bank Ċentrali Ewropew issa huwa responsabbli għas-single supervisory mechanism, mekkaniżmu li jissorvelja mitt bank kbir fl-Ewropa u l-akbar tliet banek f'kull Stat membru taż-Żona Ewro.", "Barra minn hekk, twaqqfu s-single resolution board u s-single resolution fund.", "Dawn huma żewġ organizzazzjonijiet li huma soġġetti għal proċess ta' awditjar min-naħa tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Hemm ukoll il-programmi ta' għajnuna finanzjarja għal ċerti Stati membri biex joħorġu minn kriżi ta' dejn, bħall-Greċja, u naturalment hemm xibka ta' mekkaniżmi – l-iStability and Growth Pact, il-Fiscal Compact, is-Six Pack u t-Two Pack – li taħt is-semestru Ewropew qed iġibu skrutinju dettaljat ta' kif qed jitmexxew il-pajjiżi.", "Dan kollu forsi narawh tad-dwejjaq però segwejt l-iżviluppi li kellna u l-ewwel rapporti li ħarġu rigward is-sostenibilità tal-estimi finanzjarji għas-snin li ġejjin, anke mill-kunsill fiskali ta' Malta, juru li din id-dixxiplina qed ikollha effett pożittiv.", "Tant hu hekk li fl-2011 kien hemm 23 pajjiż minn 27 li kienu fl-excessive deficit procedure u fl-2014 dawn niżlu għal 11.", "Jiġifieri veru li d-dixxiplina ddejjaq lil kulħadd imma naħseb li hemm elementi pożittivi wkoll.", "L-Unjoni Ewropea tibqa' dejjem work-in-progress.", "Malli ssolvi problema tinħoloq oħra u malli tgħib kriżi minn fuq ix-xefaq jitfaċċaw tliet kriżijiet oħrajn u allura l-Unjoni Ewropea dejjem trid tipprova tara kif se tibqa' fil-wiċċ f'dan il-baħar ta' kriżijiet.", "Naturalment hemm ħafna vantaġġi f'li dawn il-kriżijiet jiġu rinfaċċati f'dinja ta' kooperazzjoni u kollaborazzjoni u dan joħroġ ċar mill-paper \"Complimenting Europe's Ekonomic and Monetary Union\" li ħarġu l-ħames Presidenti Jean-Claude Juncker, Martin Schulz, Mario Draghi, Donald Tusk u Jeroen Dijsselbloem.", "F'din il-paper urew kemm ikun hemm effetti pożittivi jekk l-Istati membri, minkejja d-differenzi ta' bejniethom, jirnexxilhom isibu strateġija u operat komuni.", "Il-Qorti qiegħda tinsisti għal approċċ differenti fil-mod kif jiġu mmaniġġjati l-flus tal-Unjoni Ewropea.", "Inutli li tagħmel strateġija, bħall-istrateġija Ewropa 2020, imbagħad il-baġit ma jkunx allineat ma' dik l-istrateġija.", "Jiġifieri intuli toqgħod tgħid x'inhuma l-objettivi sal-2020 jekk il-baġit tal-Unjoni Ewropea ma jkunx allineat biex jintlaħqu dawn l-objettivi li suppost qed jgħinuna biex niffaċċjaw il-kriżijiet finanzjarji, il-kriżijiet politiċi, il-kriżijiet soċjali u l-kriżijiet ta' sigurtà.", "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew qegħdin taħt pressjoni biex ikollhom idea ċara ta' x'inhuma r-riżultati li qed jinkisbu b'dawn il-fondi però l-Unjoni Ewropea timxi wkoll bil-prinċipju ta' sussidjarjetà.", "U jekk hemm piżijiet fuq il-Kummissjoni, fuq il-Kunsill Ewropew u fuq il-Parlament Ewropew, daqstant ieħor hemm piżijiet fuq il-parlamenti u l-awtoritajiet nazzjonali li wkoll iridu jerfgħu din il-parti tal-piż biex jassiguraw li din il-mixja lejn il-kisba ta' dawn l-objettivi kemm jista' jkun tkun waħda konsistenti u tkun waħda li tħalli r-riżultati.", "L-iskrutinju tal-Parlament huwa the last ball work favur iċ-ċittadini.", "Għalhekk, il-Parlament irid jagħmel l-aħjar li jista' mill-għodda li għandu u f'dan il-kamp m'hemmx dubju li l-aqwa għodda li għandkom bħala parlamentari huwa l-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Hawnhekk irrid ngħid li jien nammira ħafna l-ħidma li ssir minn dan l-Uffiċċju bir-riżorsi limitati li għandu, avolja jidher li żdiedu xi ftit dan l-aħħar.", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi wkoll huwa għodda mill-aktar importanti u naħseb li jrid jara kif se jagħmel u jsib il-ħin biex jallinea ruħu mas-sentiment li qed iħossu ċ-ċittadini għal dak li għandu x'jaqsam mar-rendikont ta' kif qegħdin jintefqu t-taxxi tagħhom u r-riżultati li qed iħalli dan l-infiq.", "Sur President, nirringrazzjakom li tajtuni daqshekk żmien biex nintroduċi u nispjega dan ir-rapport.", "Issa ninsab għad-dispożizzjoni tagħkom jekk tridu xi kjarifiċi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Jekk tippermettuli se nibda b'żewġ mistoqsijiet min-naħa tiegħi.", "L-ewwel nett nixtieq inkun naf jekk ir-rata ta' żbalji ta' 4.4% hijiex across the board jew inkella kienx hemm pajjiżi li ġabu ħafna inqas u oħrajn li ġabu ħafna aktar u allura l-4.4% hija l-medja.", "It-tieni, peress li għal Malta kulma ssemma kien l-iżball relatat mal-proġett tal-Coast Road ifisser li ma sarux żbalji oħrajn?", "Jekk iva, kemm jiġi percentage wise?", "Inkun qed ngħid sew jekk ngħid li 4.4% tal-ħruġ għal dan il-proġett huma madwar €4 biljun?", "Semmejt ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji.", "B'rabta ma' dan nixtieq nistaqsik jekk il-flus li ma ntużawx fil-proġett tal-Coast Road jistgħux jintużaw għal xi proġett ieħor, naturalment dejjem jekk jintefqu sal-aħħar ta' din is-sena.", "Grazzi.", "Hawn mistoqsijiet?", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Nixtieq nirringrazzja lil Dr Galea talli għal darb'oħra ġie jaqsam magħna l-ħsebijiet tiegħu u jagħtina rendikont ta' dan ir-rapport.", "Dr Galea, nixtiequ nirringrazzjawk f'isem pajjiżna tal-ħidma li għamilt f'din l-istituzzjoni importanti u naħseb kulħadd jaqbel li għamilt isem tajjeb għal Malta.", "Aħna grati ta' dan għaliex ovvjament jgħolli l-istima li pajjiżna għandu fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Niġi issa għall-mistoqsijiet tiegħi u nibda bil-kwestjoni tal-iżbalji.", "Innutajt li fil-kummenti tiegħek enfasizzajt illi li kieku l-Qorti ma nsistietx mal-Kummissjoni fuq l-azzjonijiet korrettivi il-probabilità hi li l-livell ta' żbalji kien ikun ogħla.", "Fil-fatt anke semmejt iċ-ċifra ta' 5.5%.", "Qed nistaqsik għax qisu li kieku bqajna mexjin normali r-rata ta' żbalji terġa' kienet tkun agħar minn tas-snin preċedenti.", "Jien niftakar li f'laqgħat preċedenti li kellna miegħek mhux l-ewwel darba li għedtilna li t-tama tiegħek hija li bis-sistema l-ġdida ta' accounting li bdiet timplimenta l-Kummissjoni Ewropea l-iżbalji jonqsu però minn dak li għedtilna llum u minn dak li huwa rifless fir-rapport l-iżbalji amministrattivi jidher li żdiedu, anke fuq livell ta' Kummissjoni.", "Dan huwa ftit aktar preokuppanti meta tqis li din hija responsabilità ta' istituzzjoni waħda illi fil-passat suppost kienet il-mudell li kellna nħarsu lejh għax il-livell ta' żbalji kien ikun ħafna inqas.", "Fejn hemm il-kodeċiżjoni nafu li xi ħaġa se taqa' between two stools imma din hija responsabilità ta' istituzzjoni waħda u allura nixtieq inkun naf kif tħares lejha din is-sitwazzjoni!", "Kif għedt tajjeb, l-aktar li jsiru żbalji across the board huwa fil-proċess ta' public procurement u dan huwa inkwetanti għaliex meta s-sistemi ta' public procurement ma jiġux implimentati kif suppost ifisser li mhux qed tkun fair mal-operaturi fis-settur privat.", "Dan jista' jwassal biex xi ħadd ikollu ċans jitfa' tender u jitilfu jew inkella xi ħadd jinnqata' mingħajr ma kellu jinqata' u x-xogħol jieħdu min ma kellux jieħdu.", "Għaldaqstant nixtieq inkun naf jekk hemmx diskussjoni fuq livell ta' Kummissjoni fuq kif l-istess Kummissjoni u l-Istati membri jistgħu jsaħħu l-istrutturi u l-istituzzjonijiet nazzjonali biex b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni jkun hemm infurzar aħjar tar-regoli tal-public procurement mill-aġenziji li lilhom huma ddelegati dawn ir-regoli.", "Qed nistaqsi għax din hija issue rikorrenti, jiġifieri mhix xi ħaġa li qed niltaqgħu magħha issa.", "Fuq livell nazzjonali l-aktar kwestjoni preokkupanti għalina hija dak li rriżulta fuq il-proġett tal-Coast Road.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq is-somma ta' €11 miljun.", "Teknikament pajjiżna ma tilifhomx dawn il-flus imma fil-prinċipju ma marrux għall-proġett li kienu intenzjonati għalih u allura dawn il-€11 miljun se jkollu jħallashom il-Gvern Malti mit-taxxi tal-poplu għax il-proġett sar u allura dawn il-flus xorta ntefqu.", "Il-mistoqsija tajba li qed tagħmel il-Qorti għal kull min juża miżuri ta' korrezzjoni bħal din hija: Dawn il-flus qed imorru fi proġetti li huma tal-istess portata u li għandhom l-istess impatt u intenzjoni?", "Il-biża' tagħna hi li mhux dejjem ikun il-każ.", "Biss biss il-31 ta' Diċembru dalwaqt magħna u ma jirriżultalix li l-Gvern ħabbar proġett ċar u konkret ta' kif u fejn se jintefqu dawn il-€11 miljun.", "Wisq ninkwieta li dawn qed jintużaw f'ħafna affarijiet ta' portata żgħira, bħal pereżempju f'reklamar minn Transport Malta ta' proġetti relatati mal-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri dawn il-€11 miljun mhux neċessarjament qed jintefqu f'dak li veru għandu bżonn il-poplu Malti u Għawdxi.", "X'tagħlim għandna nieħdu minn din is-sitwazzjoni u kif nistgħu nevitaw li jerġa' jkollna sitwazzjoni bħal din?", "Wara kollox kif spjegajt tant tajjeb, ir-regoli l-ġodda mhux se jippermettu li darb'oħra flus bħal dawn jerġgħu jintużaw.", "Bir-regoli l-ġodda jekk pajjiż jiżbalja fi proġett ta' dan il-livell, il-flus jitlifhom kompletament.", "Rigward l-aspetti tal-ġestjoni finanzjarja ovvjament wieħed japprezza li l-baġit tal-Unjoni Ewropea jintefaq fuq medda ta' seba' snin u ħafna drabi wieħed l-ewwel li ma jimbotta l-proġetti l-kbar, – anke bil-konċett tal-N+2 u fil-bidu kien hemm l-N+3 – li d-disbursements tagħhom jaqgħu fil-parti aktar wara tal-programm.", "Fiha nnifisha din toħloq ċerti riskji għaliex jekk isir xi żball, il-perjodu ta' korrezzjoni jkun qasir wisq, kif anke rajna fil-kwestjoni tal-Coast Road.", "Ħafna drabi l-pajjiżi – jidher li hekk qed jiġri anke f'dan il-programm – qed iħallu wisq għall-aħħar biex jiftiehmu fuq il-baġit innifsu u l-ewwel sena effettivament tintilef għaliex la r-regoli ma jkunu maqbula lanqas l-ammonti, apparti li l-pajjiżi jkunu għad iridu jippreżentaw id-dokumenti u l-istrateġiji ta' kif se jonfqu dawn il-flus.", "Għalhekk, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma tħossx li għandha tagħmel rakkomondazzjonijiet konkreti lill-Kummissjoni biex jiġi assigurat li meta jasal programm ġdid ikun jista' jibda jintefaq minnu mhux l-Ewropa tkun għadha qed tiddeċiedi kif se taqsam il-baġit?", "Għax din hija xi ħaġa li Malta esperjenzata fiż-żewġ programmi u allura bilfors li 25% tal-infiq jitħalla għall-aħħar.", "Finalment nixtieq nistaqsi dwar il-performance audit.", "Nemmen li dak li għedt dwar il-ħtieġa tat-twessigħ tal-kompetenza tal-Qorti Ewropea biex tidħol ukoll f'oqsma li llum qed isiru aktar strateġiċi fl-Unjoni Ewropea huwa importanti u ħadt gost li semmejt ir-resolution fund u istituzzjonijiet oħrajn li twaqqfu minħabba l-kriżi finanzjarja li kellna.", "Li ma tantx fhimt jekk il-Kummissjoni aċċettatx din il-pożizzjoni tal-Qorti u tal-Kunsill tal-Ministri jew f'dan l-istadju forsi hijiex aktar sitwazzjoni ta' djalogu bejn l-istituzzjonijiet dwar jekk il-Qorti għandhiex tingħata tali kompetenza.", "Nixtieq aktar kjarifika fuq dan.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Dr Galea, inti għedt li sal-aħħar tal-2014 konna użajna 75% tal-fondi allokati lilna u għedt ukoll li hemm pajjiżi li kellhom rata aħjar minn tagħna.", "Għalhekk, mill-esperjenza tiegħek tista' tgħidilna x'inhuma l-best practices li jużaw dawn il-pajjiżi li qed ikollhom rata aħjar minn tagħna biex forsi nitgħallmu xi ħaġa minnhom u ntejbu l-persentaġġ tagħna?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Dr Galea, qabelxejn nixtieq nirringrazzjak tal-preżentazzjoni dettaljata li tajtna.", "Li nixtieq nistaqsik huwa x'miżuri qed jittieħdu fil-konfront tal-Istati membri mill-Qorti Ewropea biex jiġu ridotti drastikament l-iżbalji, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda procurement?", "Tista' tgħidilna wkoll x'azzjoni tista' tieħu l-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-konfront tal-Istati membri li jibqgħu jirrepetu l-istess żbalji?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Dr Galea, il-President Vítor Manuel da Silva Caldeira qal li l-Unjoni Ewropea trid tinvesti flusha aħjar, li trid tiżgura li l-investiment tagħha jikkorrispondi aktar mill-qrib għall-oġġettivi tagħha, li jridu jitfasslu regoli aktar sempliċi biex jinkisbu riżultati u li r-riżorsi għandhom jiġu mmaniġġjati b'mod aktar effiċjenti.", "Għalija dan huwa l-qofol tar-rapport.", "Dr Galea, inti għamilt referenza għall-ismart objectives.", "Tista' tgħidilna x'inhuma l-objettivi prinċipali biex ir-riżorsi jiġu mmaniġġjati b'mod aktar effiċjenti?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Nitlob lil Dr Louis Galea biex iwieġeb għar-rimarki u l-mistoqsijiet tagħna.", "DR LOUIS GALEA: Nirringrazzjak, Sur President, u nirringrazzja lill-kollegi tiegħek.", "Dawn huma kollha mistoqsijiet li jiftħu d-dibattitu beraħ u wieħed jista' jdum jitkellem fuqhom kemm irid però se nipprova nwieġeb fil-qosor.", "L-ewwel nett ejja niċċaraw ftit il-mod tekniku li bih taħdem il-Qorti.", "Meta nitkellmu fuq ir-rata ta' żbalji ta' 4.4% inkunu qed nitkellmu fuq dawk l-iżbalji li joħorġu minn tranżazzjonijiet finanzjarji li jkunu intokkati minn ksur ta' regolamenti u ta' liġi.", "Fl-awditjar tal-kontijiet l-ewwel mistoqsija li nagħmlu tkun: Il-kontijiet ta' x'daħħalt u ta' xi nfaqt huma miżmumin b'mod korrett?", "Il-kelma teknika li nużaw hija 'affidabbli' però b'mod sempliċi li nkunu rridu nkunu nafu huwa jekk dawk il-kontijiet nistgħux noqogħdu fuqhom jew le.", "F'dan ir-rigward il-kontijiet tal-Unjoni Ewropea huma 100% affidabbli.", "Ilna nafu li huma affidabbli mill-2007 però kull sena xorta nibdew neżaminawhom b'dak li ngħidulu 'xettiċiżmu professjonali'.", "Jiġifieri ma noqogħdux fuq dak li nkunu sibna s-sena ta' qabel però nerġgħu naraw l-affarijiet mill-ġdid u allura hemmhekk ir-rata tal-iżball hija żero.", "Mela meta nitkellmu fuq il-medja ta' żbalji ta' 4.4% inkunu qed nirreferu għal dawn l-iżbalji li taħt xi aspett jew ieħor ikunu qed jiksru xi regolament.", "Intom staqsejtuni kif naslu għaliha din ir-rata ta' żbalji u għal kemm jammonta l-iżball ta' Malta minn dawn l-4.4% però ma tridx tikkonsidraha b'dan il-mod.", "Il-financial transactions, jiġifieri d-deċiżjonijiet u l-implimentazzjonijiet ta' nfiq fl-Unjoni Ewropea kollha, jammontaw għal eluf kbar u ovvjament aħna ma nistgħux nagħmlu audit ta' ma nafx kemm-il elf tranżazzjoni.", "Għaldaqstant hemm metodu xjentifiku maqbul u aċċettat mill-Kummissjoni u minn kulħadd li jidħlu fih ħafna l-istandards internazzjonali tal-audit.", "Dan il-metodu jikkonsisti f'li nieħdu sample xjentifiku ta' xi 1,200 tranżazzjoni.", "Dan bħal meta ssir opinion poll.", "Inti tagħżel 400 però tieħu ħsieb li jkollok rappreżentanza tajba ta' żgħażagħ, ta' anzjani, ta' nisa, ta' rġiel u ta' kull kwalità ta' professjoni biex dawn l-400 ikunu rappreżentazzjoni fidila tos-soċjetà li tkun qed teżamina.", "It-tieni, irridu nifhmu li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma tawditjax lill-pajjiżi imma tawditja lill-istituzzjonijiet.", "Jiġifieri aħna mhux il-Gvern Malti nkunu qegħdin neżaminaw imma l-Kummissjoni u minkejja li l-flus jintefqu fil-pajjiż, minħabba li l-Kummissjoni għandha koresponsabilità f'dik in-nefqa, aħna qatt ma nippuntaw subgħajna lejn l-Istat membru imma lejn il-Kummissjoni.", "Pereżempju f'dik li hija spiża amministrattiva nistgħu nippuntaw subgħajna lejn il-Parlament Ewropew jew lejn il-Qorti tal-Ġustizzja jew fil-każ tal-aġenziji nippuntaw subgħajna lejn l-aġenziji, skont min ikun, però qatt lejn il-pajjiż membru.", "Fuq din il-kwestjoni l-Parlament Ewropew qed jinsistu magħna li rridu nibdew nagħtuhom ġudizzju fuq ċerti affarijiet tal-pajjiżi membri però aħna qed ninsistu li dak mhuwiex ix-xogħol tagħna iżda huwa x-xogħol tal-uffiċċji nazzjonali tal-verifika.", "Hija responsabilità tagħhom li jidħlu f'dawn il-kwestjonijiet.", "Aħna lanqas nistgħu nagħmluh dan, aħseb u ara.", "L-iżball fil-proċess ta' procurement li għamlet Malta ltqajna ħafna miegħu, naturalment f'ċirkostanzi differenti għal proġetti ta' natura differenti imma ksur ta' regolamenti u liġijiet tal-procurement mhux f'Malta biss kien hemm.", "Pereżempju kien hemm fil-Ġermanja, fl-Italja, fi Spanja u f'diversi pajjiżi oħrajn.", "Issa jekk abbażi ta' evidenza u abbażi ta' applikazzjoni tal-istandards tal-audit il-Qorti tgħid li dak huwa żball u li dak il-ħlas ma jmissux isir minn fondi tal-Unjoni Ewropea, isirx jew le ma nidħlux fiha aħna imma hija kwestjoni ta' bejn il-Kummissjoni u l-Istat membru.", "Sal-lum il-Kummissjoni u l-Istat jitkellmu bejniethom u jiddeċiedu huma li dawn il-flus ma japplikawhomx għal dak il-proġett li jkun ġie skwalifikat minħabba l-ksur tar-regolamenti tal-public procurement u mbagħad sta għall-Istat membru li javvanza proġett ieħor biex dawk il-flus ma jitlfhomx; jitkellem mal-Kummissjoni jew mal-awtoritajiet konċernati u mbagħad irid jagħmel ħiltu kollha ħalli dawk il-flus ma jintilfux.", "Fil-kuntest lokali dan kien ifisser li l-flus li ma setgħux jiġu applikati għall-proġett tal-Coast Road issa jistgħu jintużaw għal xi ħaġa oħra li l-Gvern jista' jidhrilu li hija meħtieġa.", "Ovvjament dan ifisser li l-Gvern irid isib fondi oħra biex jagħmel il-Coast Road.", "X'inhuma t-tagħlimijiet li għandna nieħdu minn din is-sitwazzjoni?", "Jien kont ministru għal diversi snin u allura kont on the other side of the fence u nista' ngħid li jekk wieħed ikun il-liġijiet u r-regolamenti tal-public procurement sew u jkun jaf l-osservanza ta' dik li hija burokrazija – hemm burokrazija amminstrattiva u hemm burokrazija li ġejja minn liġijiet li l-Parlament ikun adotta u minn regolamenti li jkunu ħarġu ta' dawk il-liġijiet – se jiffranka lill-amministrazzjoni ħafna inkwiet u fil-każ tal-fondi tal-Unjoni Ewropea se jiffranka r-riskju li jintilfu fondi.", "Per esperjenza naf li ħafna politiċi la jafu dawn il-liġijiet, la jafu l-irqaqat tagħhom u lanqas jafu kif għandhom jiġu applikati.", "Għandna wkoll ħafna uffiċjali f'livelli differenti li wkoll m'għandhomx għarfien sod biżżejjed biex ikunu jistgħu jgħinu lill-Gvern jinnaviga x-xogħol u l-ispiża pubblika tiegħu b'mod li jkun qiegħed josserva tali liġijiet.", "Jiġifieri t-tagħlima mhijiex xi tagħlima komplessa: ir-regoli u l-liġijiet huma dawk li huma u inti trid tkun tafhom u trid tkun taf kif tapplikahom!", "Importanti wkoll li wieħed jaħseb fit-tul.", "Ħafna drabi dawn ir-regoli jinkisru għaliex ikun hemm ippjanar difettuż.", "Meta tkun se tagħmel proġett għandek żmien ta' ippjanar u jekk se tagħmel l-affarijiet bl-għaġla hemm iċ-ċans li tagħmel żball, mhux għax tkun trid jew għax ikun hemm xi korruzzjoni jew xi frodi imma sempliċement għax tgħaġġel, u l-iżbalji jġibu magħhom ċerti konsegwenzi.", "Il-Qorti kienet ukoll konċernata dwar l-applikazzjoni tal-baġit li jaqa' taħt ir-responsabilità diretta tal-Kummissjoni għaliex din is-sena kien hemm żieda fin-numru ta' żbalji meta konna qed nistennew li dak li jaqa' taħtha jkun aktar ikkontrollat u aktar limitat.", "Fil-fatt, dan irrimarkajnieh fir-rapport u dħalna fih fid-dettall, sa anke għamilna diversi assessments tas-sitwazzjoni.", "Naturalment dejjem qed nitkellem fuq issues ta' regoli u ta' liġijiet u mhux fuq issues ta' kif jinżammu l-kontijiet.", "Nittamaw li l-Kummissjoni fis-snin li ġejjin ittejjeb il-pożizzjoni tagħha.", "Kif għedtu tajjeb, l-issues ta' public procurement mhumiex kwestjoni ta' li b'kapriċċ għamilna liġi biex wieħed joqgħod jagħmel tender u biex ma jaqbiżx ċertu ammonti ta' flus.", "Il-prinċipji li jolqtu fil-laħam il-ħaj huma l-prinċipji ta' fairness u l-ugwaljanza biex jekk hemm biċċa xogħol, kull min huwa kapaċi jagħmilha, jkollu l-opportunità li jikkonsidra jridx jidħol għaliha jew le.", "Jiġifieri hija kwestjoni ta' level playingfield.", "Wara kollox hawnhekk jien mhux qed nonfoq flusi imma qed nonfoq flus il-poplu u prinċipju bażiku minn mijiet ta' snin ilu – sa minn meta sar iċ-Charter fl-Ingilterra – huwa dak tat-trasparenza.", "La mhumiex flusek trid poġġi kollox fuq il-mejda ħalli kulħadd ikun jaf x'qed jiġri!", "Dawn huma l-prinċipli li qegħdin nisħqu fuqhom!", "Staqsejtuni fuq l-issue tal-azzjoni korrettiva u għaliex il-baġit ma jitfassalx minn qabel eċċ. Din mhix kwestjoni tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni tkun ilha ħafna li fasslet il-baġit fid-dettall u kif taħseb li għandu jintefaq.", "Li jiġri hu li xħin tippreżentah lill-politiċi jew lill-kapijiet tal-Istat jibda ħafna horse-trading.", "TONIO FENECH: Fir-realtà meta nkunu qed infasslu l-baġit dejjem ngħidu li mhux se mmorru norqdu qabel ma noħorġu minn din il-laqgħa u allura l-laqgħa għalfejn ma ssirx sena qabel jekk il-proċess ikun tħaddem kmieni biżżejjed?", "Mhux hekk biss, dejjem nissettjaw id-deadlines u allura l-kwestjoni kollha hi li għandu jkollna earlier deadlines!", "DR LOUIS GALEA: Hekk hu, dik hija s-soluzzjoni.", "Fil-fatt, meta konna rrealizzajna li ċerti deadlines li kellna stabbiliti kienu qed ifixklu lill-Qorti milli tilħaq l-objettivi tagħha, għasar, għasar, għasar is-soluzzjoni kienet li nressqu d-deadlines ʼil quddiem biex ikollna ċ-ċans nippjanaw l-affarijiet aħjar.", "Għalhekk qed ngħidu li l-Kummissjoni trid tibda tippjana b'manjiera aktar effettiva u aktar fit-tul il-budgets tagħha.", "Staqsejtuni wkoll dwar il-best practices li nistgħu nassorbu minn pajjiżi oħrajn f'dak li huwa l-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Il-pajjiżi li għandhom rata ta' assorbiment għolja huma l-pajjiżi tan-naħa ta' Fuq tal-Ewropa li fl-amministrazzjoni pubblika tagħhom huma organizzati ħafna u għandhom tradizzjoni ta' serjetà u ta' integrità.", "Jagħmlu żbalji wkoll, għax insibulhom żbalji, però they are mastering the good practices ta' normal management.", "Barra minn hekk, dawn il-pajjiżi għandhom nies imħarrġa.", "Aħna ħafna drabi ma nħarrġux l-istaff tagħna!", "Kemm isir taħriġ fid-diversi dipartimenti b'ċertu konsistenza?!", "L-affarijiet tjiebu ħafna u jien ċert li l-uffiċjali tagħna fis-servizz pubbliku u fis-settur pubbliku, meta jkunu jafu x'għandhom jagħmlu, kapaċi jkunu serji, kapaċi jevitaw l-iżbalji kollha u kapaċi jgħaġġlu aktar milli kapaċi jgħaġġlu impjegati tal-privat, imma l-best practices ta' dawn il-pajjiżi ġejjin għax dawn huma pajjiżi organizzati.", "L-Onor.", "Bezzina staqsieni x'miżuri tista' tieħu l-Qorti.", "Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri kulma tagħmel huwa li tirrakkomda u naħseb li dan ir-rapport annwali huwa wieħed mill-aktar rapporti li fih rakkomandazzjonijiet.", "Pereżempju ngħidu, \"naħsbu li jista' jsir hekk\" jew \"l-aħjar tagħmlu hekk\" imma l-azzjoni ma tiddependix mill-Qorti.", "Jiġifieri ngħidu fejn kien hemm ksur tal-liġi imma mbagħad sta għall-Kummissjoni u għal istituzzjonijiet l-oħrajn li jiddiskutu mal-Istat membru u jaraw kif se jsolvu l-problema.", "Ix-xogħol tal-awditur mhuwiex xogħol ta' eżekutur; awditur ma jeżegwixxix imma jeżamina, isib l-evidenza, jirrapporta fuq dik l-evidenza u mbagħad jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.", "TONI BEZZINA: X'jiġri jekk ċerti żbalji jibqgħu jiġu ripetuti?", "Pereżempju fil-procurement hemm proċess stabbilit u allura jekk il-Qorti ssib li qed isiru l-istess żbalji kull darba, tista' tieħu xi tip ta' azzjoni biex jitnaqqsu dawn l-iżbalji?", "DR LOUIS GALEA: Iva, fil-fatt wara ħafna snin nindikaw ċerti żbalji fil-proċess tal-procurement u ma jiġri xejn, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill mill-2014 adottaw regolamenti li jpoġġu f'riskju ħafna aktar serju li pajjiż jitlef il-fondi ta' proġetti li jkunu ntokkati minn żbalji li huma serji u li ma jiġux korretti fil-ħin.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri mhux se tibqa' bħalma kienet s'issa, li jekk jintilfu fondi fuq proġett l-Istat membru jista' japplikahom għal proġett ieħor.", "Jekk dawn il-fondi jkunu ntilfu se jkunu ntilfu darba għal dejjem hux hekk?", "DR LOUIS GALEA: Ir-riskju li dawn jintilfu darba għal dejjem taħt ir-reġim ta' liġijiet li għadhom kemm daħlu fis-seħħ żdied ħafna.", "Mhijiex xi ħaġa assoluta għax dawn mhumiex affarijiet li inti tkun assolut fuqhom imma r-riskju żdied ħafna.", "Finalment niġi għal dak li qal l-Onor.", "Li ried ifisser il-President tal-Qorti meta qal li jeħtieġ approċċ ġdid ta' kif jiġi mmaniġġjat il-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa li ma nistgħux nibqgħu nimmaniġġjaw dan il-baġit billi nkunu kuntenti li l-flus li ġew vvotati ntefqu u li l-kontijiet ġew miżmuma korrettement.", "Jeħtieġ li nagħtu wkoll rendikont ta' x'riżultati konkreti ġew akkwistati b'dik in-nefqa u x'sar tassew għall-ġid taċ-ċittadini Ewropej.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Dr Galea, nirringrazzjak tal-preżentazzjoni impekkabbli u dettaljata li tajtna llum u nirringrazzjak ukoll talli bl-integrità professjonali tiegħek komplejt iżżid ir-rispett li jgawdi pajjiżna bix-xogħol li għamilt fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Nawguralek għall-bqija tat-terminu tiegħek u nirringrazzjak mill-ġdid ta' dak kollu li għamilt.", "DR LOUIS GALEA: Grazzi ħafna.", "Nirringrazzja wkoll lill-kollega tiegħi s-Sur Jacques Sciberras li huwa l-Kap tal-Uffiċċju tiegħi fil-Lussemburgu.", "Is-Sur Sciberras huwa persuna li taħdem ħafna u li kellha sehem importanti f'ħafna xogħlijiet li kont responsabbli għalihom kemm jien kif ukoll il-Qorti inġenerali.", "Grazzi.", "Fit-8.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li se jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150712_038d.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 15 ta' Lulju, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 15 ta' Lulju, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.54 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 11 li saret nhar l-Erbgħa 8 ta' Lulju, 2015 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Nibdew din il-laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "Illum se nkomplu niddiskutu s-suġġett tal-età tal-kunsens sesswali u magħna għandna tliet żgħażagħ li qegħdin jirrappreżentaw lill-għaqda ŻAK.", "Qabel nibdew id-diskussjoni nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Membri preżenti li Dr Elaine Burmingham, ir-Research Analyst tagħna, ħejjiet l-ewwel draft tar-rapport fuq dan is-suġġett.", "Għalhekk nitlobkom sabiex tieħdu kopja kull wieħed u jekk tixtiequ li żżiedu xi ħaġa oħra f'dan ir-rapport tkellmu ma' Dr Burmingham sa nhar il-Ħadd li ġej biex imbagħad it-Tnejn inkunu nistgħu nippreżentaw il-kopja finali fis-seduta tal-Plenarja.", "Issa nitlob liż-żgħażagħ mill-għaqda ŻAK sabiex jersqu mal-mejda.", "Nitlobkom tispjegaw eżatt x'inhi l-organizzazzjoni tagħkom u tgħidulna ftit x'inhuma l-veduti tagħkom fuq din l-issue għaliex żgur li din iddiskutejtuha kemm-il darba bejnietkom.", "Nixtieq infakkarkom li l-identità tagħkom se tibqa' waħda anonima u għalkemm din il-laqgħa se tiġi trażmessa live fuq il-websajt tal-Parlament, wiċċkom mhux se jiġi jidher.", "Għalhekk tistgħu titkellmu bl-aktar mod liberu.", "Nixtieqkom tkunu onesti għax fl-aħħar mill-aħħar aħna rridu nkunu nafu eżattament x'taħsbu bħala żgħażagħ ħalli r-riżultat finali jkun verament qiegħed jirrifletti dak li qed iseħħ fis-soċjetà tagħna.", "ŻAGĦŻUGĦ 1 (Għaqda ŻAK): Jiena noqgħod Ħal Għaxaq u għandi 16-il sena.", "U ilni nattendi l-għaqda ŻAK għal dawn l-aħħar sentejn.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "ŻAGĦŻUGĦA 2 (Għaqda ŻAK): Jiena noqgħod Ħal Tarxien u għandi 17-il sena.", "U ilni nattendi l-għaqda ŻAK erba' snin.", "THE CHAIRPERSON: Tistgħu tispjegawlna x'inhi ż-ŻAK għax forsi mhux kulħadd jaf x'inhi?", "U għidulna ftit ukoll x'inhuma l-għeruq tagħha.", "ŻAGĦŻUGĦA 2: Iż-ŻAK hija Żgħażagħ Azzjoni Kattolika u l-għan tagħna hu li nkabbru liż-żgħażagħ spiritwalment kif ukoll b'valuri oħra, fosthom il-valur ta' kif jaħdmu flimkien f'team.", "Ikollna sezzjoni ta' laqgħat kull ġimgħa u dan jiddependi mill-gruppi peress li għandna gruppi ta' etajiet differenti.", "Kull ġimgħa ssir laqgħa fejn nitkellmu fuq suġġett li jinteressa liż-żgħażagħ tal-età tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Intom kellkom xi diskussjoni interna fil-gruppi tagħkom u dak li se tgħidu hawnhekk jirrifletti dak li ddiskutejtu bejnietkom jew inkella qegħdin titkellmu fuq xi studju li għamiltu jew fuq xi background partikolari?", "ŻAGĦŻUGĦA 2: Peress li wieħed mill-għanijiet tagħna huwa proprju dak spiritwali, ħafna miż-żgħażagħ li jattendu ż-ŻAK jaqblu mal-punti li se nitkellmu fuqhom illum.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Huwa importanti li jkollna feedback min-naħa tagħkom.", "ŻAGĦŻUGĦA 3 (Għaqda ŻAK): Jiena minn Raħal Ġdid u ilni nattendi l-għaqda ŻAK għal ħames snin.", "SARAH CARUANA (Leader Għaqda ŻAK): Jiena leader ta' diversi gruppi fiż-ŻAK.", "Il-gruppi jibdew mill-età ta' għaxar snin u jibqgħu telgħin għal gruppi ta' 30 sena.", "Kif kienu qed jgħidu ż-żgħażagħ stess, iż-ŻAK tiġbor fiha diversi żgħażagħ li kollha għandhom opinjonijiet differenti.", "Mid-diskussjonijiet li saru ħareġ il-punt li ż-ŻAK qiegħda taqbel miegħu u ċjoè li l-età tal-kunsens sesswali għandha tibqa' ta' 18-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi raġunijiet għaliex wasaltu għal din il-konklużjoni?", "Kif wasaltu għal din il-pożizzjoni?", "Nixtieqkom tispjegaw ruħkom kif wasaltu għal din pożizzjoni.", "ŻAGĦŻUGĦA 2: Bħala Żak, meta bdejna niddiskutu dan is-suġġett bdejna ngħidu li hawnhekk qiegħda tingħata promozzjoni daqsxejn ħażina għaliex qisna qed ngħidu li l-att sesswali hija xi ħaġa faċli.", "U peress li ż-żgħażagħ se jgħidu li issa l-liġi qiegħda tgħid hekk u allura għalihom se tiġi aktar faċli għax qed jaraw li kulħadd qed jagħti l-go ahead.", "Rigward promozzjoni aħna qed ngħidu li f'każ li l-liġi tgħaddi importanti ħafna li ssir aktar edukazzjoni fl-iskejjel.", "Dik naħsbu li hija xi ħaġa importanti.", "ŻAGĦŻUGĦ 1: Fuq kollox nemmen li t-tfajliet se jkollhom downfall hawnhekk għax fl-opinjoni tiegħi aktar se jkollna single mothers f'każ li l-irġiel ma jerfgħux ir-responsabilità tagħhom.", "Naħseb ukoll li r-rispett tad-dinjità se jonqos ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Għidulna x'taħsbu u tinkwetaw xejn.", "Wara nistaqsukom xi mistoqsijiet imma għidulna dak li tixtiequ.", "Aħna nirringrazzjawkom talli kellkom il-kuraġġ li tiġu titkellmu hawnhekk għaliex nafu li mhux kulħadd ikollu l-kuraġġ li jiġi u jitkellem.", "Jiġifieri żgur li napprezzaw ħafna l-kuraġġ tagħkom.", "Kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu u kollha kemm aħna nirrispettaw l-opinjonijiet ta' xulxin.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna kollha differenti u kollha għandna dritt għall-opinjoni tagħna.", "ŻAGĦŻUGĦA 2: Jekk l-età tal-kunsens sesswali tinżel għal 16-il sena jiena naraha li ta' 16-il sena ma tkunx daqshekk responsabbli.", "Jekk tinqabad tqila ta' dik l-età inti bilkemm ikollok responsabilità tiegħek innifsek, aħseb u ara kemm se tkun responsabbli għat-tarbija li jkollok!", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Aħna hawnhekk kellna diversi riżultati ta' riċerki xejntifiċi differenti li saru u jidher li l-attività sesswali tibda fost iż-żgħażagħ ta' 14 u 15-il sena.", "Fil-fatt issemma' il-persentaġġ ta' 46% ta' żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena li jkunu diġà attivi sesswalment hawn Malta.", "Dan ħareġ mir-riċerka li saret.", "Intom taqblu li aħjar nedukaw liż-żgħażagħ biex ikollhom valuri li ma jagħmlux sess u forsi jistennew mument aktar opportun, speċjalment meta jaqbżu l-età ta' 18-il sena jew forsi għal iktar tard?", "Jew taqblu li minn età inferjuri u allura minn età ta' 16, 15 jew 14-il sena ż-żgħażagħ jiġu edukati dwar contraception u dwar tixtrid ta' mard trażmess sesswalment?", "Taqblu li persuni ta' 16 jew 17-il sena, jekk ikollhom bżonn ta' xi pariri professjonali mingħand tobba jew councellors dwar is-sesswalità tagħhom, dawn ikunu jistgħu jmorru għall-għajnuna mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tagħhom?", "Jew taqblu li ta' 16 u 17-il sena aħjar jikxfu l-affarijiet mal-ġenituri u jmorru flimkien magħhom għand it-tabib jew il-councellor?", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "ŻAGĦZUGĦ 1: Jiena nemmen li għandu jkun hemm relazzjoni tajba bejn il-ġenituri u t-tfal.", "Jekk se nagħmluha possibbli biex it-tfal imorru għand psikologu jew tabib mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom biex jieħdu xi tip ta' kontraċezzjoni, jiena naħseb li se nkunu qegħdin indagħjfu r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal.", "Ma ninsewx li fuq kollox, meta żagħżugħa tinqabad tqila se ddur fuq il-ġenituri tagħha.", "ETIENNE GRECH: Taqbel inti li kemm jista' jkun l-att sesswali m'għandux isir ta' din l-età?", "ŻAGĦZUGĦ 1: Personalment naqbel li l-att sesswali għandu jsir minn 18-il sena 'l fuq.", "Kif qalet waħda miż-żgħażagħ hawnhekk, inti ta' 16-il sena tkun qed terfa' responsabilitajiet żejda u li naħseb m'għandekx terfa'.", "Jien personali ta' 16-il sena mhux lest li nerfa' dawk ir-responsabilitajiet għalissa.", "U għalhekk naħseb li ta' 18-il sena jkun aktar ideali biex terfa' dawk ir-responsabilitajiet.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Preżentament taħsbu li ż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena qegħdin jagħmlu jew ma jagħmlux sess għax hemm liġi li tipprojbihom milli jagħmlu dan?", "Jekk il-liġi tkun qiegħda tinbidel biex il-kunsens jinżel għal 16, taħsbu li se jkun hemm aktar żgħażagħ li jibdew jirrikorru u jagħmlu s-sess qabel it-18-il sena?", "Taħsbu li din hija relatata mal-liġi?", "Għandna żgħażagħ ta' 16-il sena li jirrikorru għas-sess?", "U għaliex jirrikorru għas-sess?", "Dawn jirrikorru għas-sess għax ikun hemm peer pressure fuqhom?", "Għaliex jaħsbu li qegħdin f'relazzjoni li hija daqstant soda li allura jistgħu jagħmlu s-sess?", "Iddiskutejtuhom dawn l-affarijiet?", "Li kieku kellha tidħol il-liġi u allura l-età tal-kunsens sesswali tinżel għal 16-il sena, x'taħsbu li jista' jkun hemm fil-liġi sabiex nipproteġu lil dawk iż-żgħażagħ li se jkunu qegħdin jagħmlu s-sess ta' 16-il sena?", "Naħseb li kulħadd jaqbel li hawn żgħażagħ li huma maturi u hawn żgħażagħ oħra li mhumiex maturi.", "Hawn ukoll żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn xi tip ta' problemi u allura jirrikorru għas-sess.", "X'taħsbu li forsi jista' jkun hemm fil-liġi biex din verament tkun qiegħda tipproteġi lil dawn iż-żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn perjodu diffiċli?", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "ŻAGĦŻUGĦA 2: Jiena naħseb li fl-aħħar mill-aħħar hija l-koppja li se tiddeċiedi x'se tagħmel.", "Imma jekk se ngħaddu din il-liġi naħseb li se nkunu qegħdin ngħaddu messaġġ liż-żgħażagħ li s-sess qisu mhuwiex daqshekk importanti.", "Dan għaliex imbagħad għandek liġijiet oħra li huma ta' 18-il sena, fosthom biex wieħed jixrob l-alkoħol u biex iġib il-liċenzja tas-sewqan.", "U allura s-sess qisna se nkunu qegħdin innaqqsulu mill-importanza tiegħu jekk se nniżżlu l-età.", "Naħseb ukoll li hemm bżonn ta' ħafna edukazzjoni u din għandha tibda tingħata minn età żgħira u mhux nibdew nagħtuha minn 16-il sena.", "Hemm bżonn li fl-iskejjel isiru iktar laqgħat minn nies professjonali u mhux biss mill-għalliema tal-PSD.", "Kull tant żmien għandhom isiru sett ta' laqgħat fejn jiġi xi ħadd jitkellem fuq l-importanza li ż-żgħażagħ ikunu safe u x'għandhom jagħmlu biex ma jinqabdux tqal.", "Jiena naħseb li dik hija waħda mill-issues importanti ħafna jekk tgħaddi din il-liġi.", "U rridu nħarsu wkoll mill-abbuż li jista' ikun hemm fuq iż-żgħażagħ.", "THE CHAIRPERSON: Tridu żżidu xi ħaġa oħra ma' dan li għedtu?", "SARAH CARUANA: Jiena nixtieq ngħid li l-aktar ħaġa importanti li għandna nedukaw liż-żgħażagħ dwarha hija li meta jkollhom is-sess ma' xi ħadd, importanti ħafna li jipproteġu lilhom infushom, mhux biss kontra l-mard u kontra l-unwanted pregnancies imma biex jipproteġu lilhom infushom anke psikoloġikament u emozzjonalment.", "Fl-esperjenza twila li għandi maż-żgħażagħ, l-aktar ħaġa li tispikka meta tkun iżgħar huwa li tibda tara kollox sabiħ u li kollox se jirnexxi.", "Imma mbagħad meta tikber tinduna li r-relazzjonijiet jinbidlu u tinduna li mhux bilfors l-ewwel relazzjoni tiegħek se tirnexxi.", "Naħseb li huwa importanti li nedukaw liż-żgħażagħ dwar l-importanza tal-valur tal-bniedem.", "Jekk inti qiegħed tieħu deċiżjoni ta' 14, 16 jew 18-il sena jista' ikun li ta' dik l-età ma tkunx qed tieħu l-aħjar deċiżjoni!", "Aktar ma timmatura, aktar hemm ċans li tieħu deċiżjoni tajba.", "Huwa importanti li tkun responsabbli u kommess lejn il-persuna għax il-konsegwenzi huma li huma!", "Jekk aħna qegħdin nippromwovu li ż-żgħażagħ ikomplu jistudjaw u jkomplu fil-karriera tagħhom, sfortunatament dawn l-affarijiet jistgħu jħarbtu milli ż-żgħażagħ jilħqu l-iskopijiet tagħhom personali.", "L-iskop tagħna bħala ŻAK huwa li nedukaw liż-żgħażagħ li naħdmu magħhom.", "Fil-fatt, minkejja li nafu li ż-żgħażagħ ta' età żgħira qed ikollhom x'jaqsmu sesswalment, aħna nipprovaw nuruhom jagħrfu l-importanza u r-responsabilità ta' dak li se jidħlu għalih.", "Nafu li minkejja li l-liġi preżenti hija ta' 18-il sena, dan ma jfissirx li ż-żgħażagħ taħt it-18-il sena mhux qed ikollhom x'jaqsmu sesswalment.", "Madankollu naħsbu li jekk l-età se tinżel għal 16-il sena aktar se jkollok lok li ż-żgħażagħ jagħmlu dawn l-atti għax jafu li issa huma legali mingħajr ma jagħrfu l-konsegwenzi u r-responsabilitajiet li tali atti jġibu magħhom, inkluż emozzjonalment u psikoloġikament.", "Jista' jkun hemm ukoll nies akbar minnhom li jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni u jimmanipulawhom f'atti sesswali.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom talli sibtu l-ħin biex tiġu taqsmu l-opinjonijiet tagħkom magħna.", "Jiena naħseb li l-għaqda tagħkom għandha rwol importanti fis-soċjetà tagħna u għalhekk nawguralkom tkomplu taħdmu fost iż-żgħażagħ.", "Issa nitlob lil Mr Bernard Caruana, Clinical Psychologist, sabiex jingħaqad magħna u jagħtina l-pożizzjoni tiegħu fuq dan is-suġġett.", "Hawnhekk kellna sensiela ta' diskussjonijiet fuq dan is-suġġett u kulħadd b'opinjonijiet differenti, skont il-background tiegħu.", "MR BERNARD CARUANA (Clinical Psychologist): L-ewwelnett nirringrazzjakom talli stedintuni hawnhekk sabiex tisimgħu l-opinjonijiet tiegħi.", "Ovvjament l-ideat tiegħi mhumiex vanġelu imma lanqas huma xi ideat superfluwi għaliex huma mibnijin fuq qari, riċerki, kif ukoll fuq esperjenza personali ta' 20 sena f'dan il-qasam.", "Apparti minn hekk għamilt disa' snin bħala President tal-Assoċjazzjoni tal-Psikologi hawn Malta, disa' snin fil-Kunsill tal-Presidenti Ewropej u għadni hemmhekk kif ukoll għadni fit-tieni mandat tiegħi fl-eżekuttiv tal-Federazzjoni Ewropea tal-Psikologi.", "Bażikament meta qegħdin nitkellmu fuq dan is-suġġett, qegħdin nitkellmu fuq suġġett fejn ħafna drabi s-soċjetà post-moderna tal-lum firdet l-iżvilupp sesswali u naturali tal-individwu mad-dritt jew mal-aċċess li jeżerċitah.", "In-natura fil-pubertà l-bniet u s-subien jibdew jiżviluppaw sesswalment u qabel dawn setgħu jeżerċitaw il-bżonnijiet tagħhom mentri llum ma jistgħux.", "Fil-fatt il-liġi Kanonika qabel l-1917 kienet tgħid li l-età tal-kunsens għaż-żwieġ kienet ta' 12-il sena u llum telgħet għal 14-il sena għall-bniet u 16-il sena għas-subien.", "Hekk tgħid il-liġi tal-Knisja fuq iż-żwieġ u mhux biex ikollok att sesswali għax iż-żwieġ jinkludi responsabilitajiet akbar.", "Meta aħna qegħdin nitkellmu fuq il-kunsens sesswali tajjeb li nkunu nafu li fl-Ewropa l-pajjiżi jvarjaw bejn 14 u 18-il sena.", "Fil-maġġoranza tal-pajjiżi qegħdin bejn 14 u 16-il sena.", "Imbagħad għandek l-Irlanda u Ċipru ta' 17-il sena.", "U għandek lil Malta, it-Turkija u l-Vatikan fejn l-età tal-kunsens hija ta' 18-il sena.", "Il-Vitikan u t-Turkija għandhom eċċezzjoni għal min ikun miżżewweġ.", "Billi l-liġi Kanonika tgħid li tista' tiżżewweġ ta' 14 u ta' 16-il sena, mela allura jagħtu eċċezzjoni lil min jiżżewweġ sabiex ikun jista' jeżerċità s-sesswalità ta' dik l-età.", "Hawn Malta għandna liġi li tgħid li xi ħadd jista' jiżżewweġ ta' 16-il sena imma mbagħad m'għandna xejn fuq min jiżżewweġ ta' dik l-età sabiex ikun jista' jeżerċita s-sesswalità!", "U din hija daqxejn ta' kontradizzjoni.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-età tal-kunsens ta' 16-il sena, irridu naraw li nipproteġu lil dawn iż-żgħażagħ mill-abbużi u mill-esplojtazzjoni.", "Naqbel perfettament mal-Kunsill tal-Ewropa li jgħid li persuni taħt it-18-il sena jridu jiġu protetti, b'mod speċjali mill-esplojtazzjoni sesswali.", "Issa filwaqt li nemmen li persuna ta' 16-il sena hija matura biżżejjed biex tagħti l-kunsens tagħha għall-att sesswali, nemmen ukoll li persuna taħt it-18-il sena m'għandux ikollha dritt biex tagħti l-kunsens tagħha għall-industrija sesswali, bħalma hija l-pornografija, il-prostituzzjoni, eċċ. Hemmhekk anke l-liġijiet għandhom ikunu eħrex milli huma mal-adulti!", "U dan jgħodd ukoll għall-esplojtazzjoni ta' persuni taħt it-18-il sena.", "Fid-diskussjoni ssemmiet ukoll il-kwestjoni tal-banding.", "Jiena jidhirli li meta qegħdin nitkellmu fuq kunsens, qegħdin nitkellmu fuq l-abilità tal-individwu sabiex jagħti kunsens għall-att sesswali u mhux fuq li jagħti kunsens ma' min se jagħmel l-att sesswali.", "Persuni jistgħu jiġu sfruttati minn persuni oħra ta' liema età jkunu.", "Jista' jkollok ukoll xi ħadd li qiegħed ma' xi ħadd li qed imiss mad-droga!", "Hemmhekk qegħdin nitkellmu dwar kunsens u mhux dwar x'naħsbu aħna li it is the right match.", "Jiena naħseb li hemmhekk nistgħu nidħlu f'area mċajpra ta' taboos.", "F'Malta għandna wkoll il-liġi li tgħid li persuna ta' 16-il sena tista' tikkontesta l-elezzjonijiet lokali u allura – apparti li tista' iżżewweġ lin-nies ukoll – tista' tieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw mhux biss lilha imma lil-lokalità tagħha!", "M'hemm l-ebda banding li tgħidlek li jista' ikun hemm biss tliet persuni ta' dik l-età f'kunsill lokali.", "U allura teoritikament jista' ikollok kunsill lokali magħmul minn persuni li l-età tagħhom tkun bejn is-16 u t-18-il sena u dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet importanti fil-lokalità tagħhom.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Ħalli nikkoreġik ftit.", "Inti tista' tivvota ta' 16-il sena imma biex tikkontesta elezzjoni jrid ikollok 18-il sena.", "MR BERNARD CARUANA: Mela kelli żball hemmhekk.", "Bażikament jiena nħoss li ladarba għandna l-età taż-żwieġ ta' 16-il sena, mela allura ma nistgħux nagħmlu l-età tal-kunsens sesswali ogħla minn 16-il sena.", "Anke fil-liġi taż-żwieġ tagħna m'hemm l-ebda banding.", "Jien personalment ma naqbilx mal-banding għax ma narahiex bħala xi ħaġa li hija relatata.", "U allura jien qed ngħid li l-individwu għandu l-abilità li jagħti l-kunsens tiegħu.", "Issa ma' min se jmur ma jidhirlix li għandi nindaħal jien jew ħaddieħor!", "(Interruzzjonijiet) Allura jekk xi ħadd ta' 16-il sena jkollu relazzjoni ma' xi ħadd ta' 19-il sena imma li dan imexxi d-droga, x'se ngħidu fuq din?!", "Naħseb li hija ħażina wkoll.", "Jiena nemmen li għandhom jiħraxu l-liġijiet dwar l- esplojtazzjoni.", "Jekk persuna qiegħda tiġi esplojtata …", "MICHAEL GONZI: Il-liġi li hemm illum qiegħda tipproteġihom liż-żgħażagħ jew le?", "Jekk se nżomm il-liġi kif inhi llum u nżied il-pieni biex ma jiġux sfruttati ż-żgħażagħ hija xi ħaġa oħra.", "Issa jien mhux se noqgħod indaħħal ir-responsabilitá tal-vot għax dik hija responsabilità totalment differenti.", "Ir-responsabilità tal-att sesswali se jkunu waħedhom u jridu jieħdu deċiżjoni responsabbli waħedhom.", "Inti tara differenza bejn żgħażagħ ta' 16-il sena, li jkunu ħerġin mill-Fifth Form u żgħażagħ ta' 17 jew ta' 18-il sena?", "Ir-responsabilità taraha l-istess bejn wieħed ta' 16, wieħed ta' 17 u ieħor ta' 18?", "Personalment nixtieq li l-liġi tal-kunsens sesswali nniżżluha għal 17-il sena.", "MR BERNARD CARUANA: Jiena nara li ż-żgħażagħ Maltin, fil-kapaċità mentali u responsabbli tagħhom mhumiex agħar miż-żgħażagħ Ewropej l-oħra.", "Issa pereżempju fil-Ġermanja l-età tal-kunsens sesswali hija ta' 14-il sena u jien ma naqbilx magħha.", "Min-naħa l-oħra ta' 16-il sena naraha bħala età fejn il-persuna kapaċi tagħti l-kunsens tagħha imma xorta waħda jrid ikun hemm is-salvagwardji meħtieġa minħabba l-isfruttament.", "Rigward l-isfruttament qed nitkellem fuq sfruttament sesswali, finanzjarju jew sfruttament ta' poter.", "U qiegħed insemmi dawn it-tlieta għax dawn qishom it-tentazzjonijiet u l-ġibdiet li jkollhom iż-żgħażagħ.", "Żagħżugħ jew żagħżugħa li mhumiex jaħdmu, jekk xi ħadd joffrilhom easy money through the sex industry, dawn malajr jistgħu jaċċettaw.", "U dik inqisha bħala vulnerabilità u allura għandha tkun ta' 18-il sena.", "Jew xi ħadd li għandu ċerta poter li jista' jmexxihom 'il quddiem fil-karriera tagħhom.", "Dik naraha bħala vulnerabilità b'mod ġenerali għal kulħadd u allura rridu nipproteġu kontra dawn il-vulnerabilitajiet.", "Dawk huma l-affarijiet li naħseb li għandhom jiġu protetti minnhom iż-żgħażagħ aktar milli nagħmlu l-banding fuq l-età.", "Jista' ikollok xi ħadd li jkun se jużahom għal xi negozju ieħor illegali jew legali.", "U allura hemmhekk iva, għandna nagħmlu protezzjoni tajba fuq dawn iż-żgħażagħ.", "MICHAEL GONZI: Jekk għandha tinżel il-liġi, taħseb li tagħmel differenza jekk tinżel għal 16-il sena minflok tinżel għal 17-il sena?", "MR BERNARD CARUANA: Fl-opinjoni tiegħi ma nara xejn ħażin jew disastruż li l-età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Inti qed tgħid li ma taqbilx mal-banding u ma tagħmilx differenza jekk ikollok xi ħadd ta' 16-il sena li jkun ma' xi ħadd li qed jagħmel użu mid-droga …", "MR BERNARD CARUANA: Jien mhux qed ngħid li ma tagħmilx differenza …", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jista' jkun li inti qed tgħid li d-differenza tal-età ma tagħmilx differenza u mbagħad ġibt l-argument li jista' ikun hemm xi ħadd ta' 18 li qed jagħmel użu mid-droga u jkollu x'jaqsam ma' persuna ta' 16-il sena.", "Veru li dik il-persuna ma' jkollhiex 50 sena imma jkollha 20, 22 jew 24 sena, u allura d-differenza fl-età bejn tfajla ta' 16 u raġel ta' 22 sena ma tkunx daqstant kbira.", "Imma mbagħad jista' jkun li dik il-persuna ta' 22 sena tkun qiegħda tieħu ħsieb lill-persuna l-oħra u allura forsi tkun l-għalliema tagħha jew inkella l-carer tagħha.", "MR BERNARD CARUANA: Le, hemmhekk qed nitkellmu fuq power position u fuq vulnerabilità.", "Meta għandek power position, fejn għandek persuna lil qed tgħallem lil xi ħadd jew persuna qiegħda timpjega lil persuna oħra, eċċ., dik hija banned, tkun xi tkun l-età.", "MICHAEL GONZI: Imma jekk il-liġi se nniżżluha għal 16-il sena, kif se tipproteġihom minn din is-sitwazzjoni ta' power position?", "Il-liġi kif inhi bħalissa ma taħsibx li qed tipproteġihom biżżejjed?", "MR BERNARD CARUANA: Nistgħu nġibu l-argument biex naraw jekk għandhiex tinżel l-età tal-kunsens għal 16-il sena bl-argument tal-protezzjoni.", "L-argument ta' protezzjoni għandu jkun hemm u għandu jkun wieħed qawwi.", "L-argument ta' protezzjoni minn persuni li għandhom ċerta poter jew influwenza fuq il-persuna l-oħra … Ma ninsewx li hemmhekk il-kunsens mhuwiex wieħed liberu.", "Hawnhekk jien qed nitkellem fuq żgħażagħ li għadhom qed ifittxu l-karriera tagħhom u dawn jistgħu jkunu anke ta' 18-il sena.", "MICHAEL GONZI: Bħalissa hija llegali imma jekk tinżel l-età għal 16-il sena mhux se tibqa' illegali.", "Allura kif se tipproteġihom?", "ETIENNE GRECH: Għandek ukoll it-tobba.", "Aħna għandna l-Medical Council li jipprojbixxi lit-tobba milli jkollhom relazzjoni intima – ta' liema età ikunu – mal-pazjenti tagħhom.", "MICHAEL GONZI: Imma bħalissa bil-liġi hija llegali mentri jekk tinżel l-età għal 16-il sena ma tkunx illegali.", "Sewwa qiegħed ngħid?", "PAULA MIFSUD BONNICI: Bħalissa l-liġi tgħid li adult ma jistax ikollu relazzjoni ma' minuri, indipendement mill-pożizzjoni li jkollu.", "Issa jekk inti qiegħed f'pożizzjoni fejn qed tikkura lil persuna, mela mbagħad għandek aggravji oħra li jiskattaw.", "Imma kif inhi l-liġi, persuna adulta ma' jistax ikollha x'taqsam ma' persuna minn 16-il sena 'l isfel.", "ETIENNE GRECH: Issa jekk għandek għalliem ta' 30 sena li qed jgħallem studenta ta' 18-il sena.", "Dik ukoll tiġi llegali?", "PAULA MIFSUD BONNICI: Le, mhijiex illegali.", "Imma mbagħad għandek il-kodiċi tal-etika.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri jrid ikun hemm ċerti safeguards.", "MICHAEL GONZI: Ħa tneħħi r-responsabilità legali.", "ETIENNE GRECH: Ovvjament inti qatt ma tingħata liċenzja biex tipprattika l-professjoni tiegħek jekk xi darba tkun inqbadt f'relazzjoni ma' persuna ta' 16 jew 18-il sena.", "MR BERNARD CARUANA: L-opinjoni tiegħi hija li jekk tinżel l-età għal 16-il sena l-liġi għandha tkun in line mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa u allura fejn hemm dawn il-power issues ma jitqiesx li hemm kunsens.", "Pereżempju jekk persuna qiegħda tgħallem jew tagħti kura lil xi ħadd taħt it-18-il sena u jkollha relazzjoni magħha, hemmhekk tiġi llegali xorta waħda.", "Jekk persuna qiegħda tuża persuna oħra jew inkella qiegħda tħallas lil persuna oħra għas-sess, dak jiġi illegali.", "Jekk tkun ta' 18 imbagħad għandek il-liġi kif inhi llum.", "Jien qed nitkellem fuq żgħażagħ bejn 16 u 18-il sena, fejn hemmhekk għandha tiġi protetta aktar il-vulnerabilità tagħhom.", "Jiena nemmen li għandu jkun hemm dawn is-salvagwardji aktar milli jkollna l-banding.", "Illum jista' jkollok persuna ta' 22 sena li tkun f'ċirki ta' abbuż.", "Hija kważi sterjotipa li qed nitkellmu fuq ċerta etajiet u nkunu mingħalina qed nipproteġuhom meta mbagħad ma nkunu qed nipproteġu xejn!", "Aħna rridu nipproteġu minn sitwazzjonijiet vulnerabbli.", "Aħna għandna ngħidu li l-adolexxenti, f'dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jkunu vulnerabbli għax ovvjament ikunu jixtiequ l-flus u jkunu qegħdin jaspiraw għall-karriera.", "U għalhekk irridu nipproteġuhom f'dawk il-mumenti.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jekk qed nifhmek sew inti ma taqbilx li għandu jkun hemm banding fuq l-età?", "MR BERNARD CARUANA: Dik hija l-opinjoni tiegħi.", "Fl-ebda pajjiż m'hemm il-banding.", "Il-banding jeżisti f'xi pajjiżi fejn pereżempju jkollok persuna ta' 16-il sena li qiegħda ma' xi ħadd iżgħar minnha.", "Issa jien lanqas ma' dak il-banding downwards ma naqbel.", "Aħna qed ngħidu li jekk persuna ta' 16-il sena kapaċi tagħti l-kunsens tagħha, mela allura persuna ta' 15-il sena u nofs ma tistax tagħti l-kunsens tagħha lil persuna ta' 16-il sena.", "Imma kif għedt f'xi pajjiżi hemm il-banding downwards.", "Dak ma naqbilx miegħu u lanqas naqbel mal-banding upwards.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Onor. Gonzi, nixtieq ninformak li qabel ma ġejt inti Dr Burmingham tatna draft copy tar-rapport.", "Issa jekk irridu nżiedu aktar rimarki fuqu rridu ngħadduhom lil Dr Burmingham sa nhar il-Ħadd biex imbagħad it-Tnejn inkunu nistgħu nippreżentaw fil-Kamra r-rapport finali.", "ETIENNE GRECH: Tajjeb naraw li f'dan ir-rapport qed jingħad li huwa rapport fuq l-età tal-kunsens sesswali u li ġie ppreparat mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, mill-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "Apparti milli fih resumè tajba dwar il-laqgħat li kellna fuq dan is-suġġett, fih ukoll il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat konġunt imma hemm ukoll rakkomandazzjonijiet li ħarġu bihom il-mistednin li kellna.", "Sewwa qiegħed ngħid?", "Hawn numru ta' punti li jistgħu jservu ta' rakkomandazzjonijiet imma nimmaġina li aħna rridu nagħtu l-kummenti tagħna fuqhom?", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Jiena qbadt ir-rakkomandazzjonijiet li għamlu l-esperti li ġew jitkellmu fil-Kumitat u niżżilthom fil-parti tar-rakkomandazzjonijiet biex intom tkunu tistgħu taraw dak li rrakkomandaw.", "Issa forsi taqblu magħhom u forsi ma taqblux u tkunu tridu tbiddluhom.", "Ir-raġuni hi biex tarawhom kollha flimkien biex taraw x'tixtiequ żżommu u x'tixtiequ tneħħu jew tbiddlu.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jiena għadni ma qrajtux kollu dan ir-rapport imma qiegħda nifhem li jista' jkun hemm ċerti rakkomandazzjonijiet li se jkunu konfliġġenti.", "Allura ma naħsibx li nistgħu napprovaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dan huwa biss draft ta' kif se jkun ir-rapport finali.", "Issa r-rakkomandazzjonijiet finali għad iridu jiġu diskussi u nkun irrid nerġa' niktibhom.", "ETIENNE GRECH: Ir-rakkomandazzjonijiet nistgħu niddiskuthom issa jew inkella naqrawhom fil-ħin tagħna?", "THE CHAIRPERSON: Jiena naqbel li kulħadd jieħu kopja ta' dan ir-rapport, aqrawh bil-kwiet u mbagħad nagħmlu laqgħa apposta biex niddiskutuh.", "ETIENNE GRECH: Ma ninsewx li din hija l-aħħar laqgħa qabel ir-recess tas-sajf.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Ma naħsibx li hemm xi deadline fuqha din?!", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li għandna nieħdu kopja tar-rapport, naqrawh u mbagħad niġu hawnhekk ippreparati biex nikellmu fuqu.", "ETIENNE GRECH: M'hemm l-ebda għaġġla.", "THE CHAIRPERSON: Dr Burmingham, jiena naqbel li r-rapport għandu jiġi mogħti lil kull Membru f'dan il-Kumitat biex kulħadd ikun jista' jaqrah bil-kwiet u jara x'inhuma l-affarijiet li jaqbel jew li ma jaqbilx magħhom.", "Imbagħad nagħmlu diskussjoni fuq ir-rapport f'laqgħa apposta.", "Jew se nagħmlu xi ħaġa tajba jew ma nagħmlu xejn!", "THE CHAIRPERSON: Jekk ma fadal xejn nistgħu ngħidu li din il-laqgħa hija magħluqa.", "Nirringrazzja lil kulħadd tal-parteċipazzjoni tagħkom.", "Grazzi.", "Fit-7:40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150715_012d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 12", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa", "L-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:54 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja ppreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: l-Onor.", "Michael Gonzi u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 11 li saret nhar l-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI – KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden numru ta' studenti mill-grupp ZAK kif ukoll il-group leader tagħhom, is-Sinj.", "Minħabba li dawn iż-żgħażagħ kienu minorenni l-identità tagħhom baqgħet waħda anonima.", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Saret ukoll diskussjoni bejn il-Membri preżenti dwar kif għandu jiġi mħejji r-rapport fuq dan is-suġġett mir-Research Analyst.", "Fit-7:40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150715_012m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 16", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja", "L-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, fis-6:54 p.m.", "Din il-laqgħa konġunta kienet preseduta mill-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar il-Familja kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 15 li saret nhar l-Erbgħa 8 ta' Lulju 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lil grupp żgħażagħ membri taz-ZAK biex jagħtu l-fehma tagħhom fuq is-suġġett.", "Dawn il-grupp żgħażagħ għażlu li jibqgħu anonimi.", "Wara l-Kumitat stieden lil-Dr Bernard Caruana, psikoloġista, biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fis-7:38 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20150715_016m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Settembru 2015 fl-10:00 a.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar il-Ġimgħa, 4 ta' Settembru 2015 fl-10:00 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjieġi, Tkabbir, Investiment u Kompetittività.", "20 ta' Lulju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150904_014a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 14", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Settembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Laqgħa Nru 14", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Settembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.00 a.m.", "LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI JYRKI KATAINEN, RESPONSABBLI MILL-IMPJIEGI, TKABBIR, INVESTIMENT U KOMPETTITIVITÀ, PARTIKOLARMENT DWAR IL-FOND EWROPEW GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI (EFSI)", "Fl-10.55 a.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150904_014d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Settembru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-10:00 a.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ekonomiċi, preżenti wkoll kien hemm, l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI JYRKI KATAINEN, RESPONSABBLI MILL-IMPJIEĠI, TKABBIR, INVESTIMENT U KOMPETITTIVITÀ, PARTIKOLARMENT DWAR IL-FOND EWROPEW GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, Tkabbir, Investiment u Kompetittivitá, kien akkumpanjat mis-Sinj.", "Aura Salla, membru tal-cabinet tiegħu, u mis-Sinj.", "Diane Spiteri, Aġent Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Malta.", "Wara introduzzjoni mill-Onor.", "Silvio Schembri, il-Viċi President Katainen għamel id-diskors tiegħu fejn semma', fost affarijiet oħra, dawn il-punti:-", "minn wara l-kriżi finanzjarja l-livell ta' investiment fl-Unjoni Ewropea (UE) naqas u dan affettwa l-ekonomija negattivament bil-konsegwenza li f'ħafna Stati Membri il-qagħad żdied u l-kompetittività naqset;", "uħud mir-raġunijiet għal dan kienu nuqqas ta' fiduċja mill-investituri, l-aċċess għall-finanzjament, suq tax-xogħol riġidu u anqas opportunitajiet;", "il-European Fund for Strategic Investment (EFSI) imniedi mill-Kummissjoni kellu l-għan li jimmobilizza aktar minn 300 biljun Euro f'fondi pubbliċi u privati sabiex jiffinanzja proġetti, kemm tas-settur privat jew tal-istat jew public/private partnerships, li jġorru ċertu riskju iżda li jikkontribwixxu għal żieda fl-attività ekonomika u għall-ħolqien ta' aktar minn miljun impjieg ġdid, pereżempju, fil-qasam tal-ekonomija diġitali, fis-circular economy, fl-enerġija u fl-SMEs, u li s-settur privat waħdu kieku ma kienx jidħol għalihom – għall-finanzjament ta' investiment ieħor diġà kien hemm is-sistema bankarja;", "għall-fini ta' trasparenza, dan il-fond kien se jitħaddem mill-Kummissjoni u mill-European Investment Bank (EIB), mhux fil-livell ta' gvernijiet, u l-proġetti kienu se jiġu eżaminati minn kumitat tekniku li twaqqaf apposta kif ukoll kien se jiġi varat portal Ewropew fejn wieħed isib informazzjoni dwar it-tħaddim ta' dan il-fond;", "kull Stat Membru kellu sfidi partikolari u allura l-mod ta' kif kien se jitħaddem dan il-fond ma kienx se jkun one-size-fits-all u lanqas kienet se titħaddem sistema ta' kwota għal kull Stat Membru imma l-kriterju ewlieni kien se jkun fuq il-merti tal-proġett propost filwaqt li jkun hemm ċerta flessibilità; u", "din l-inizjattiva kellha bżonn l-appoġġ fuq kull livell mhux l-anqas fuq il-livell ta' parlamenti nazzjonali, tas-settur privat kif ukoll ta' istituzzjonijiet u strutturi nazzjonali – f'dan ir-rigward issemmiet id-dikjarazzjoni tal-Gvern Malti li se jwaqqaf Bank ta' Żvilupp.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fl-10.55 a.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150904_014m_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 34", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Settembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 32", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Settembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.00 a.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa nru 33 li saret fid-9 ta' Lulju 2015 kellhom jiġu kkonfermati f'laqgħa oħra.", "LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI JYRKI KATAINEN, RESPONSABBLI MILL-IMPJIEGI, TKABBIR, INVESTIMENT U KOMPETITTIVITÀ, PARTIKOLARMENT DWAR IL-FOND EWROPEW GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI (EFSI)", "Fl-10.55 a.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150904_034d_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 35", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Settembru 2015 fil-11:30 a.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Settembru 2015 fil-11:30 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Delegazzjoni Ċiniża mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu.", "2 ta' Settembru 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150918_035a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 35", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Settembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 35", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Settembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-11.35 a.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa nru 33 li saret fl-4 ta' Settembru 2015 kellhom jiġu kkonfermati f'laqgħa oħra.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI", "MILL-KUNGRESS NAZZJONALI TAL-POPLU (KNP)", "TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA", "Toni Bezzina.", "Fin-12.35 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li għandhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150918_035d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Settembru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-11:35 a.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Joseph Sammut flimkien ma' Dr Roberta Metsola Membru tal-Parlament Ewropew.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "SKUŻATI: L-Onor Frederick Azzopardi u l-Onor.", "Franco Mercieca kienu msiefra fuq xogħol parlamentari.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI ĊINIŻA MILL-KUNGRESS NAZZJONALI TAL-POPLU (KNP)", "Id-delegazzjoni Ċiniża kienet magħmula kif ġej:- is-Sur WANG Xiaochu Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kungress Nazzjonli tal-Poplu (Chair, NPC-EP Relationship Group), is-Sur SHAO Ning Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-KNP, is-Sur SUN Jiaguang Membru tal-Kumitat għall-Edukazzjoni, Kultura u Saħħa Pubbliku tal-KNP, is-Sur CHONG Quan Membru tal-Kumitat (għall-Affarijiet Barranin tal-KNP, u s-Sinjuri YOU Wenze, YANG Fan, HAN Lei u LEI Min, Diretturi fl-Uffiċċju tal-KNP.", "Wara introduzzjoni mill-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat, u mis-Sur Xiaochu Wang, Kap tad-Delegazzjoni Ċiniża, kien hemm diskussjoni prinċipalment fuq dan li ġej:-", "ir-relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ pajjiżi, b'aċċenn fuq l-investiment Ċiniż f'Malta, f'liema rigward kien hemm l-appoġġ taż-żewġ partiti rappreżentati fil-Parlament Malti;", "il-Memorandum of Understanding bejn Malta u Ċina iffirmat f'Lulju 2014 għall-perjodu 2014-2019 li kellu jiffaċilita l-investiment bejn iż-żewġ pajjiżi;", "il-koperazzjoni fuq livell Ewropew u Ċiniż fir-rigward tat-tkabbir ekonomiku dinji fid-dawl (i) tal-European Fund for Strategic Investment (EFSI) u l-inizjattiva Ċiniża magħrufa bħala One Belt One Road imnedija għal skop ta' żvilupp, l-aktar fl-infrastruttura, u (ii) tan-negozjati dwar investiment u kummerċ taċ-Ċina mal-Unjoni Ewropea u mal-Istati Uniti separatament;", "ir-riforrmi li kienet għaddejja bihom iċ-Ċina ħalli jonqos is-sehem tal-istat fl-ekonomija u fl-istess ħin jikber is-sehem tal-privat u dan billi tnaqqas jew tneħħi s-sussidji għall-intrapriżi statali kif ukoll billi l-intrapiżi statali jiġu kkwotati fuq l-istock exchange, liema passi kienu diġà wasslu għall-falliment ta' eluf minnhom; u", "ir-rieda taċ-Ċina li tikkopera fuq livell globali fir-rigward tal-migrazzjoni billi fl-ewwel lok jiġu affrontati l-problemi li kienu qegħdin jikkawżaw dan iċ-ċaqlieq ta' tant miljuni ta' nies.", "Fin-12.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150918_035m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 30", "It-Tlieta, 29 ta' Settembru 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filkamra tal-kumitati 3 fil-binja tal-Parlament, ilBelt Valletta, fis6.40 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippreseda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Implimentazzjoni talManifest Elettorali l-Onor.", "Fuq proposta tal-Ispeaker Anġlu Farrugia l-Kumitat qabel li l-minuti tal-laqgħa numru 29 tal-10 ta' Lulju 2015 għandhom jiġu emendati kif ġej:", "F'paġna 5, fil-paragrafu li jibda bil-kliem \"L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel referenza għall-ftehim li hemm bejn il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta u l-Bank of Valletta\" minflok il-kliem \"inqalgħet diffikultà dwar il-kuntrattur li kien magħżul\" għandhom jidħlu l-kliem \"inqalgħet diffikultà dwar il-kuntrattur li kien jidher dejjem magħżul mill-Bank of Valletta\".", "IlMinuti tallaqgħa numru 29 tal10 ta' Lulju 2015, kif emendati, kienu kkonfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li kien hemm talba mill-media għall-permess biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Louis Grech informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "Fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2015 il-Prim Ministru jagħmel stqarrija ministerjali u wara jitressqu dawn il-mozzjonijiet kif ġej:", "Is-seduta ta' nhar it-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2015 tkompli bid-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (Abbozz Nru 106) imressaq mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.", "Fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2015 għandha tkompli d-diskussjoni dwar l-Abbozz 106 u meta jagħlaq l-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz jitressaq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2015 li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 u għal affarijiet oħra konsegwenzjali jew anċillari għal dan\" (Mozzjoni 261), liema abbozz għandu jkun ippubblikat dakinhar stess wara li jkun sar l-Ewwel Qari tiegħu fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2015.", "Fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2015 għandha tkompli d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att tal-2015 li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 u għal affarijiet oħra konsegwenzjali jew anċillari għal dan, f'każ li ma tkunx għalqet fis-6 ta' Ottubru 2015.", "Wara għandha tibda d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji, biex jittrasponi d-Direttiva 2009/139/KE (\"id-Direttiva Solvibbilità II\"), u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali għalihom\" (Mozzjoni 263), liema abbozz għandu jkun ippubblikat it-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2015.", "Fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 12 ta' Ottubru 2015, il-Ministru għall-Finanzi ser ikun qiegħed iressaq il-Mozzjoni numru 268 sabiex il-Kamra tirriżolvi ruħha f'Kumitat ta' Provvista u allura jkun qed jaqra d-dikjarazzjoni finanzjarja dwar l-Estimi Ġenerali għas-sena 2016 (Budget 2016).", "Dakinhar il-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx.", "Fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 19 ta' Ottubru 2015, ikun hemm ir-risposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit imressaq mill-Gvern fit-12 ta' Ottubru 2015.", "Fis-Seduta ta' nhar it-Tlieta, 20 ta' Ottubru 2015, ikun hemm ir-replika tal-Prim Ministru għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni ta' nhar it-Tnejn, 19 ta' Ottubru 2015 fejn fl-aħħar tad-diskussjoni jittieħed il-vot dwar il-Mozzjoni numru 268.", "L-Onor.", "Louis Grech imbgħad kompla jagħti d-dettalji dwar meta kellha ssir id-diskussjoni dwar kull Ministeru fil-Kumitat ta' Provvista.", "Huwa qal ukoll li fis-seduti ta' filgħodu u ta' wara nofsinhar mhux se jkun hemm mistoqsijiet parlamentari fuq l-aġenda.", "L-Onor.", "David Agius ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li skont l-iskeda tas-seduti tal-budget kif indikata mill-Onor.", "Louis Grech kien se jkun hemm numru ta' seduti li għalkemm fuq l-aġenda tagħhom kien se jkun hemm mistoqsijiet parlametnari, ma kienx se jkun hemm ħin allokat għall-dawn il-mistoqsijiet.", "Il-Kumitat qabel li f'seduta kull ġurnata, kellu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet.", "Il-Kumitat qable ukoll li għalkemm skont l-istess skeda fl-ebda seduta ma kellu jittieħed l-aġġornament, dan il-ħin seta jittieħed jekk ikun hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-Onor.", "Mario de Marco ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat illi l-Kap tal-Oppożizzjoni ser ikun imsiefer fuq laqgħa tal-EPP ġewwa Madrid bejn l-20 u t-23 ta' Ottubru 2015 u ssuġġerixxa illi r-replika tal-Prim Ministru ssir nhar il-Ġimgħa, 23 ta' Ottubru filgħaxija.", "L-Onor.", "Louis Grech irrimarka li minħabba ċertu skadenzi dan ma kienx possibbli.", "Fis-7.03pm il-Kumitat kien sospiż sabiex in-naħa tal-Oppożizzjoni setgħet tagħmel konsultazzjonijiet min-naħa tagħha dwar dati alternattivi.", "Il-Kumitat irriżuma fis-7.07pm.", "Peress illi ma kienx hemm qbil dwar l-iskeda tad-diskussjonijiet konnessi mal-baġit, l-Onor.", "Grech issuġġerixxa illi ż-żewġ gruppi parlamentari jkomplu jiddiskutu sabiex jippruvaw isibu soluzzjoni.", "Huwa mbagħad kompla jinforma lill-Kumitat bil-programm tax-xogħol li l-Gvern kien beħsiebu jressaq quddiem il-Kamra:", "Fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, 13 ta' Ottubru 2015, jekk ma tkunx laħqet ingħalqet, kellha tkompli d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex ikompli jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji, biex jittrasponi d-Direttiva 2009/139/KE (\"id-Direttiva Solvibbilità II\"), u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali għalihom.", "Fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015, tibda d-diskussjoni dwar Abbozz ta' liġi dwar traspożizzjoni ta' direttivi dwar it-trasport, liema abbozz għad irid jiġi pubblikat u li t-test tiegħu kien ser jingħadda lill-Oppoizzjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "Xandir tas-Seduti konnessi mal-Budget", "Il-Kumitat qabel li kellhom isiru l-istess arranġamenti bħal dawk tas-snin ta' qabel fir-rigward tal-media waqt id-diskussjoni tal-estimi ġenerali u ċjoè li:", "jiġu trażmessi b'mod dirett mill-PBS is-seduti konnessi mad-dikjarazzjoni finanzjarja, it-tweġiba tal-Kap tal-Oppożizzjoni u dik tal-Prim Ministru;", "fis-sala tal-Parlament ikun hemm cameras tal-PBS u li l-istess PBS jagħti clean feed lil kull stazzjon televiżiv li jkun jixtieq ixandar dawn is-seduti;", "l-PBS jagħti clean feed lil kull service provider li jkun jixtieq ixandar dawn is-seduti on line;", "jsiru l-arranġament neċessarji sabiex waqt it-trażmissjonijiet imsemmija, ikun hemm servizz għal persuni neqsin mis-smigħ;", "fil-bidu tal-ewwel tliet seduti imsemmija aktar 'il fuq, fotografi u cameramen jitħallew jidħlu għall-ewwel ftit minuti, kemm fil-parti tal-Kamra li tiġi wara l-Ispeaker kif ukoll in-naħa tal-iStrangers' Gallery; u", "illi l-biljetti għall-iStranger Gallery għall-ewwel tliet seduti tal-budget jinqasmu indaqs bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-Kumitat qabel ukoll li għal waqt it-tliet seduti tal-budget imsemmija hawn fuq, il-linji gwida li jirregolaw ix-xandir tas-seduti parlamentari minn fuq is-sit elettroniku u l-istazzjoni televiżiv tal-Parlament kellhom jiġu emendati b'tali mod li jippermettu li l-camera ma tibqax dejjem wieqfa biss fuq il-kelliem li dak il-ħin ikun qed jindirizza lill-Kamra.", "Xandir talħidma talParlament", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat illi matul is-sajf saru diskussjonijiet neċessarji sabiex il-Parliament TV ikun jista' jxandar free-to-air.", "Huwa informa lill-Kumitat illi diġà kienu qed isiru xi testijiet u li hemm ċans illi dan ikun jista' jibda meta jerġa' jiltaqa' l-Parlament wara l-waqfa tas-sajf.", "Użu tal-vot elettroniku", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel referenza għad-diskussjoni dwar l-użu tal-vot elettroniku li kienet saret fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar jekk kienx wasal iż-żmien li tibda tiġi użata biss din is-sistema biex jittieħed vot fil-Kamra.", "Il-Kumitat qabel li din is-sistema għandha tibda wara li jkunu għaddew il-votazzjonijiet konnessi mal-baġit, u li sa dak iż-żmien għandhom jibqgħu jintużaw iż-żewġ sistemi b'mod parallel.", "Laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi", "L-Onor.", "David Agius ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat illi minkejja d-diversi tentattivi tal-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi meta jkun qed diskuss ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar ix-xiri ta' żejt mill-Enemalta, dan il-Kumitat ma tlaqqax.", "L-Ispeaker irrimarka illi huwa kien irċieva korrispondenza f'dan is-sens mill-Onor.", "Azzopardi nhar it-Tnejn, 28 ta' Settembru 2015 fil-5.00pm, u li wara li tkellem dwar dan mal-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor.", "Owen Bonnici, huwa kien infurmat li l-Kumitat għandu jiltaqa' fis-6 ta' Ottubru 2015 sabiex ikompli bid-diskussjoni.", "Konferenza dwar it-Trattat ta' Liżbona", "L-Ispeaker irrefera għall-konferenza dwar it-Trattat ta' Liżbona li għandha tiġi organizzata fil-Parlament flimkien mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew ġewwa Malta.", "L-Ispeaker talab jekk id-data tal-11 ta' Diċembru kenitx konvenjenti għal kulħadd.", "L-Onor.", "Deborah Schembri qalet li jkollha risposta fi stadju ulterjuri u għaldaqstant l-item għandu jerġa' jittella' fil-laqgħa li jmiss.", "Fit7.44 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150928_030m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 30", "It-Tlieta, 29 ta' Settembru 2015 fis-6.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' għada t-Tlieta, 29 ta' Settembru 2015 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "28 ta' Settembru 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150929_030a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 30", "It-Tlieta, 29 ta' Settembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 30", "It-Tlieta, 29 ta' Settembru 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Fil-minuti tal-Laqgħa 29, fl-aħħar faċċata, fejn hemm miktub:", "\"L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel referenza għall-ftehim li hemm bejn il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta u l-Bank of Valletta datat 7 ta' Marzu 2013 dwar l-għoti ta' esibizzjoni lill-Fondazzjoni.", "Huwa informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Bank of Valletta inqalgħet diffikultà dwar il-kuntrattur ...", "Hemmhekk iridu jitniżżlu l-kliem:", "\"li kien jidher dejjem magħżul mill-Bank of Valletta\".", "Effettivament, ġara li dan qatt ma kien magħżul, u għaldaqstant kellha tinħareġ sejħa pubblika.", "Imbagħad titkompla s-sentenza:", "\"… u għaldaqstant kellha tinħareġ sejħa pubblika għall-interess sabiex jintgħażel kuntrattur mill-ġdid biex jipprepara din il-wirja.\".", "Tajjeb?", "Dik hija korrezzjoni li għandi dwar il-kuntrattur tal-esibizzjoni.", "(Interruzzjonijiet).", "Hemm korrezzjoni fuq il-Minuti?", "Fuq il-Minuti osservajt fl-aħħar paragrafu – kif tħaddidt mal-Onor.", "David Agius, għax konna flimkien – li jibda:", "\"L-iSpeaker Anġlu Farrugia ...\"", "Imbagħad għandek:", "\"Huwa informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Bank of Valletta inqalgħet diffikultà dwar il-kuntrattur ...\"", "Hemmhekk trid tiġi emendata s-sentenza:", "\"… li kien jidher dejjem magħżul mill-Bank of Valletta, u għaldaqstant kellha tinħareġ sejħa pubblika għall-interess sabiex jintagħżel kuntrattur mill-ġdid ...\".", "Kif taf int, meta kellna laqgħa magħhom, dejjem kellna l-impressjoni li l-kunttrattur kien magħżul mill-Bank of Valletta.", "Effettivament, hu qalilna li huma m'għażluhx il-kuntrattur għax kienu qed jifhmu li dan kien diġà ġie magħżul min-naħa tagħna, li ma kienx il-każ, għax aħna ma nistgħux nagħżlu l-kuntrattur, għax il-kuntratt qiegħed bejn il-Bank of Valletta u l-kuntrattur.", "Mela jien qed indaħħal il-kliem \"li kien jidher dejjem magħżul mill-Bank of Valletta\" imbagħad titkompla s-sentenza: \"u għaldaqstant ...\"", "Il-kumplament tal-minuti, kollox sew?", "IlMinuti tallaqgħa numru 29 tal10 ta' Lulju 2015, kif emendati, ġew konfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "MR SPEAKER: Hawn talba għal permess mill-media biex tidħol tiffilmja għal ftit minuti.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Nistieden lid-Deputat Prim Ministru Louis Grech biex għan-naħa tal-Gvern jagħmel ir-rimarki tiegħu fuq ix-xogħol tal-Kamra.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Fil-5 t'Ottubru, se jkun hemm dan ix-xogħol fil-Kamra.", "L-ewwel item fuq l-aġenda tagħna se tkun: Use of The Public Sector Information Bill, Bill 106, però qabel ma nibdew se jkollna stqarrija ministerjali, imbagħad wara ngħaddu biex nagħmlu l-Ewwel Qari tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Jiġifieri se jkun hemm stqarrija ministerjali?", "LOUIS GRECH: Iva, se jkun hemm stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Mela nhar it-Tnejn, 5 ta' Ottubru, se jkun hemm stqarrija ministerjali wara l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "LOUIS GRECH: Iva, u se tkun segwita mill-Ewwel Qari tad-direttivi min-naħa tal-Unjoni Ewropea, li se jkunu jikkonsistu minn Consumer Affairs (Amendment) Act 2015.", "Hemm ukoll numru ta' Various Financial Services Laws (Amendment No 2) Act 2015 li x-xogħol fuqhom se jibqa' għaddej.", "Hemm erbgħa b'kollox.", "Waħda li tappartjeni lill-Ministru Helena Dalli, u tlieta li jippartjenu lill-Ministru Edward Scicluna.", "MR SPEAKER: Skużani Onor. Grech, it-tieni waħda liema hi?", "LOUIS GRECH: Aħna se nippreżentaw erbgħa first readings.", "L-Oħra se nippreżentawha fit-12 t'Ottubru.", "DEBORAH SCHEMBRI: Se jkun hemm l-Ewwel Qari tal-Consumer Affairs, imbagħad se jkun hemm l-Ewwel Qari tal-Ministeru tal-Finanzi fuq Various Financial Services Laws li huma ppjanati għall-5 t'Ottubru, imbagħad hemm ir-Reuse of Public Sector Information Bill.", "MR SPEAKER: Dik se tidħol fil-5 t'Ottubru wkoll.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, imma dik mhux l-Ewwel Qari.", "DEBORAH SCHEMBRI: Dawn kollha jagħmlu parti minn Solvency II.", "IS-SUR RAY SCICLUNA (L-Iskrivan tal-Kamra): Mela aħna waħda għandna tal-insolvency, l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, dik li tinkludi dawk.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Dawn kollha?", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, hemm tlieta.", "Hekk tagħmel sens.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Il-First Readings l-oħrajn ma tridux neħilsuhom?", "LOUIS GRECH: Waħda hemm li tibqa' pendenti.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Għandek l-ewwel wieħed Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda l-Bank Ċentrali, is-Servizzi tal-Ivjaġġar, u tal-Kodiċi Ċivili.", "Nistgħu nagħmluhom il-ħamsa.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, tal-Bank Ċentrali se nagħmluha wkoll.", "LOUIS GRECH: Nagħmluhom kollha fl-ewwel seduta?", "MR SPEAKER: Huwa tajjeb li l-Iskrivan tal-Kamra ġibed l-attenzjoni.", "LOUIS GRECH: Iva, sewwa għamel.", "MR SPEAKER: Fil-5 t'Ottubru nistgħu ndaħħlu dawn kollha bħala First Reading.", "Il-First Readings jistgħu jsiru kollha.", "MR SPEAKER: X'hemm iktar xogħol għaddej?", "LOUIS GRECH: Se ngħaddu għal dak li għadna kif semmejna.", "Id-diskussjoni fuq Bill 106 se tkompli għaddejja fis-6 ta' Ottubru, imbagħad ngħaddu ...", "MR SPEAKER: Mela fil-5 u 6 t'Ottubru se nibqgħu sejrin fuq Bill 106.", "DAVID AGIUS: Min-naħa tagħna kelliem wieħed se jkollna, jew l-iktar tnejn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-Whip qalli li għandu jkun hemm tliet sigħat allokati għad-diskussjoni fuqhom, jiftaħ u jagħlaq il-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius qed jirreferi b'mod tajjeb li min-naħa tal-Oppożizzjoni se jkun hemm kelliem wieħed, u jekk dan jieħu l-massimu ...", "LOUIS GRECH: Allura f'dak il-każ qed ngħidu li jekk hemm bżonn il-laqgħa tibqa' għaddejja.", "MR SPEAKER: Jista' jkun li nhar it-Tlieta ma jkunx hemm għalfejn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna għidna li tibqa' għaddejja minħabba li fil-5 t'Ottubru se jkun hemm stqarrija ministerjali, allura jista' jkun li jkun hemm overlapping fuq nhar it-Tlieta.", "MR SPEAKER: Qed tikkombina dak il-ħin li jista' jiġi kkonsmat mill-Prim Ministru.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Jista' jkun li ma jkollniex bżonn dak il-ħin min-naħa tagħna.", "MR SPEAKER: Mela qed ngħidu li t-Tnejn u t-Tlieta se nibqgħu għaddejjin bil-Bill 106.", "LOUIS GRECH: It-Tlieta però, tkompli għaddejja daqsxejn l-Onor.", "It-Tlieta, jekk Bill 106 ma jkunx ġie konkluż, inkompluh, imbagħad jibda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur tal-Onor.", "Helena Dalli, Mozzjoni numru 261.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: L-Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur għadu ma ġiex ippreżentat.", "MR SPEAKER: Int qed tgħid għal Kap 372?", "DEBORAH SCHEMBRI: L-Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur li konna qegħdin nitkellmu li se ssir id-direttiva, se jkun hemm l-Ewwel Qari tiegħu nhar it-Tnejn, u se jitkompla nhar it-Tlieta.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: L-Ewwel Qari biex ikun ippubblikat l-Abbozz ta' Liġi?", "MR SPEAKER: Bi ftehim tista' ssir nhar l-Erbgħa.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna konna se nitolbu lill-Oppożizzjoni biex ma jkunx hemm l-istennija li ssir normalment.", "MR SPEAKER: Jidhirli li diġà għandkom it-text, Onor. Mario de Marco?", "DEBORAH SCHEMBRI: L-Onor.", "Godfrey Farrugia bagħat korrespondenza fejn staqsa biex din tkun tista' ssir u t-tlett ijiem ma jitteħdux, peress li ...", "LOUIS GRECH: Iva, hija urġenti għall-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Għandkom it-text?", "DAVID AGIUS: Jien għandi n-nota li bagħtu mill-Ministeru.", "Ma nafx jekk it-text huwiex komplut.", "LOUIS GRECH: Aħna rridu ngħidu għalfejn hemm din l-urġenza.", "L-urġenza hija minħabba li aħna marbutin mill-Unjoni Ewropea li rridu nagħmlu t-transposition sa ċerta data.", "Dik hija l-urġenza kollha.", "Qed nitkellmu fuq nhar l-Erbgħa, hux hekk Onor. Deborah Schembri?", "LOUIS GRECH: Le, fuq nhar it-Tlieta.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mela għadna qed nitkellmu dwar it-Tlieta.", "LOUIS GRECH: Jista' jkun li tinbeda nhar it-Tlieta.", "DAVID AGIUS: Aħna nipprovaw nikkollaboraw, m'għandix problema, imma l-Onor.", "Jason Azzopardi għad iridu jarawha.", "Suppost m'għandux ikun hemm daqshekk problemi.", "MARIO DE MARCO: Nipprovaw nagħmluha għada stess.", "MR SPEAKER: Se tkompli fuq it-Tlieta, jew nimxu għall-Erbgħa fuq xi ħaġa oħra?", "Chris Cardona jekk ikun fadal x'nagħmlu, imbagħad tiġi tal-Onor.", "Helena Dalli li tkompli għaddejja fis-6 t'Ottubru.", "Fis-7 ta' Ottubru, jekk ikun fadal tal-Onor.", "Helena Dalli nkomplu lilha, u jibdew tal-finanzi.", "MR SPEAKER: Allura, din tiġi ppubblikata fis-6 t'Ottubru stess, għax fil-5 t'Ottubru se jkun hemm l- Ewwel Qari u fis-6 t'Ottubru se jkun hemm il-pubblikazzjoni.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qed nippruvaw inqassru ż-żmien li normalment jittieħed.", "Jekk ikun hemm gentleman's agreement, mhux problema tas-sebat ijiem.", "Għalija l-importanti hu li qed niftehmu li jridu jsiru dawn l-affarijiet.", "Mela dik għall-ġimgħa d-dieħla, imbagħad naraw għall-ġimgħa ta' wara.", "DAVID AGIUS: X'għandna nhar l-Erbgħa?", "DEBORAH SCHEMBRI: It-transposition tal-Ministeru tal-Finanzi.", "MARIO DE MARCO: Ma ġejniex informat dwar dan.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għaddew xi noti rigward dawn it-transpositions u jien infurmata li se tkun fuq xi mozzjoni tat-trasport.", "MR SPEAKER: Jidher li huma m'għandhomx.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk m'għandhomx, naraw li nagħtuhomlom.", "Naf li kellhom jintbagħtu.", "Fil-kas ngħidulhom biex jibagħtuhomlhom.", "MR SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok, nagħmlu nota ħalli naraw li jintbagħtu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, tajjeb.", "Il-ġimgħa ta' wara nibdew fit-13 t'Ottubru.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għandha mnejn tkompli fit-13 ta' Ottubru.", "MR SPEAKER: Fit-12 ta' Ottubru jkollna d-diskors tal-baġit.", "LOUIS GRECH: Iva, nibdew bid-diskors tal-baġit.", "Aħna qed ngħidu li ma jkunx hemm aġġornamenti.", "Fid-19 t'Ottubru jkun hemm ir-risposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni, imbagħad fl-20 t'Ottubru jkun hemm ir-risposta tal-Prim Ministru.", "MARIO DE MARCO: Bejn l-20 u t-23 t'Ottubru l-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun imsiefer, imbagħad għandu jiġi lura l-Ġimgħa 23 t'Ottubru fl-4.00 p.m.", "LOUIS GRECH: Se jkollna problema, għax aħna kostretti li l-iktar sat-28 jew id-29 t'Ottubru nkunu spiċċajna l-baġit, għax irridu nagħtuh lill-Kummissjoni Ewropea.", "Issa inti m'intix tgħid li se tippostponi b'ġurnata.", "MARIO DE MARCO: Hu jitlaq bilfors fl-20 t'Ottubru.", "MR SPEAKER: Jiġifieri qed ngħidu li l-Ġimgħa ma jsir xejn?", "LOUIS GRECH: Le, jekk qed nifhem tajjeb, hu jagħmel id-diskors tiegħu fid-19 t'Ottubru, però ma jkunx preżenti għar-risposta tal-Prim Ministru.", "MARIO DE MARCO: Li mhuwiex għaqli!", "LOUIS GRECH: Le, għax ikollna problema.", "Loġistikament hemm problema.", "MR SPEAKER: Ir-replika tkun laħqet saret.", "LOUIS GRECH: Iva, imma se jkollna problema serja li aħna ma nkunux nistgħu ntawlu iktar minn ċerta data.", "Jiġifieri din mhijiex kwestjoni ta' ġurnata.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk ma tkunx saret ir-risposta tal-Prim Ministru ma nkunux nistgħu nibdew nieħdu l-voti.", "MR SPEAKER: Din hija bażika.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għalhekk, imma mbagħad ma tistax tirrimandaha għal wara, għax nispiċċaw ma nlaħħquhx.", "Dik hija l-problema.", "MARIO DE MARCO: Il-proposta hija li l-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel id-diskors tiegħu fid-19 ta' Ottubru.", "DEBORAH SCHEMBRI: U r-risposta tal-Prim Ministru ssir fl-20 ta' Ottubru.", "LOUIS GRECH: Din hija l-prassi ta' dejjem.", "MR SPEAKER: L-Erbgħa jibda jiġi diskuss il-Vot dwar it-Turiżmu, imbagħad nibqgħu sejrin.", "LOUIS GRECH: Filgħodu nibqgħu sejrin bit-Turiżmu, imbagħad wara nofsinhar imiss it-Trasport u l-Infrastuttura, u filgħaxija jkun hemm il-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "Il-Ħamis filgħodu nibdew bl-Enerġija u s-Saħħa, imbagħad filgħaxija jkun hemm l-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "DAVID AGIUS: Kont diġà infurmajtkom biha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-problema hi li din mhijiex sempliċement kwestjoni li wieħed ma kienx infurmat.", "MR SPEAKER: Ħalli nkomplu għaddejjin bil-programm.", "LOUIS GRECH: Minuta, għax l-ewwel irridu niċċaraw kollox, imbagħad niġu għall-problema tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Il-Ġimgħa filgħodu se jiġi diskuss il-Vot għal Għawdex, wara nofsinhar ikollna Żvilupp Sostennibbli u Ambjent, imbagħad filgħaxija jkun hemm l-Affarijiet Barranin u jittieħed il-vot ukoll.", "Is-Sibt filgħodu jkun hemm l-Affarijiet Ewropej u l-Manifest Elettorali.", "It-Tnejn filgħodu jkun hemm il-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, wara nofsinhar imiss l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u filgħaxija Edukazzjoni u Sport.", "Nhar it-Tlieta 27 ta' Ottubru, filgħodu jkollna d-Djalogu Soċjali, Konsumatur u Libertajiet Ċivili, waranofsinhar ikollna l-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, u filgħaxija jkollna l-Finanzi u l-approprijazzjoni jekk ikun hemm il-voti.", "Safejn naf jien, l-uniku sessjonijiet li se jkunu ta' ħames sigħat u nofs, huma fejn se jiġu diskussi s-saħħa u l-enerġija, imbagħad dawk ta' erba' sigħat u nofs huma l-edukazzjoni, familja u solidarjetà soċjali, u finanzi, u ma jkunx hemm mistoqsijiet parlamentari.", "Il-kumplament se jkunu seduti normali.", "Qed nissuġerixxu li filgħodu u wara nofsinhar ma jkunx hemm ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Meta qed ngħidu ma jkunx hemm ħin tal-mistoqsijiet, xorta jkun hemm mistoqsijiet parlamentari fuq l-aġenda.", "DAVID AGIUS: Għandi xi ngħid fuq l-iskeda, però naħseb li aħjar insolvu din l-problema, għax ma jistax ikollok ġurnata mingħajr mistoqsijiet parlamentari.", "Pereżempju, nhar l-erbgħa se tkun mingħajr ħin tal-mistoqsijiet, imma mistoqsijiet dejjem irid ikollna, kull ġurnata.", "MR SPEAKER: Jekk se ndaħħlu l-ħin tal-mistoqsijiet kuljum, inżidu l-ħin.", "DAVID AGIUS: Dik hija problema sekondarja.", "Naħseb li l-ikbar problema hija l-oħra.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li l-ewwel irridu nibdew mid-diskors tal-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Aħna qegħdin ngħidu li t-Tnejn jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni, u t-Tlieta jitkellem il-Prim Minstru.", "Issa meta jitkellem il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun imsiefer u se jibqa' sal-Ġimgħa.", "Allura qed ngħidu li sal-Ġimgħa ma nagħmlu xejn?", "MR SPEAKER: Aħjar inkunu ċari.", "Il-proposta tal-Oppożizzjoni hija li mit-Tnejn sal-Ġimgħa ma jsir xejn.", "DAVID AGIUS: Hu se jkun xogħol.", "LOUIS GRECH: Mhux qed niddiskutu jekk hux se jkun xogħol jew le.", "Il-programm loġistikament hu problematiku, għax ma nistgħux naċċedu d-data tas-27 t'Ottubru.", "DAVID AGIUS: Agħtina sekonda.", "MARIO DE MARCO: Filwaqt li nifhmu l-esiġenzi ta' kulħadd, it-talba tagħna hi li d-diskors tal-Prim Ministru, minflok ma jsir fl-20 ta' Ottubru, jsir fit-23 ta' Ottubru filgħaxija.", "Il-proposta hi li essenzjalment kollox jiġi spostjat tlett ijiem.", "Li jfisser dan hu li minflok ma l-Baġit jispiċċa fis-27 ta' Ottubru, jispiċċa fit-30 ta' Ottubru.", "Ma naħsibx li a three day delay, fejn minflok ma jispiċċa t-Tlieta 27 ta' Ottubru, jispiċċa fit-30 ta' Ottubru, se toħloq problema ma' Brussell.", "L-Onor.", "Agius ilu li nforma lill-Onor.", "Godfrey Farrugia dwar din il-ħaġa minn xi tliet ġimgħat ilu, u għandu l-emails hawnhekk.", "LOUIS GRECH: Safejn naf jien, jekk fhimt sew lill-Onor.", "Farrugia, il-kwestjoni kienet li dak iż-żmien kien qed jaħseb li l-iktar li jista' jkun hemm delay kien ta' ġurnata, skont kif ta l-informazzjoni lili.", "DAVID AGIUS: Il-ġurnata kienet meta jitkellem il-Prim Ministru, għax l-20 ta' Ottubru ried isiefer L-Onor.", "LOUIS GRECH: Kif fhimtu jiena, meta forsi fehmek hekk hu jew ma ftehmtux, imma l-problema li qal li jista' ikun hemm l-iktar li jkun hemm aġġornament ta' ġurnata bil-programm kollu.", "Fejn sejjer il-Kap tal-Oppożizzjoni u fi x'ħin se jsiefer?", "DAVID AGIUS: Jitlaq fid-9.30 a.m. .....", "MR SPEAKER: Il-konferenza tibda dakinhar?", "Bilfors irid ikun hemm dakinhar, jew jista' jitlaq l-Erbgħa?", "MR SPEAKER: Jiena ma ħadtx dik l-interpretazzjoni mingħand l-Onor.", "Godfrey Farrugia, għax ikkopjani f'xi emails, imma ma ħadthiex li se nieħdu ġimgħa.", "DAVID AGIUS: Titkellem minn Malta għall-Ingilterra mhux sew, għax jekk ma tpoġġix bilqiegħa u ...", "MR SPEAKER: 21st, 22nd u 23rd.", "LOUIS GRECH: L-iskeda mtliet.", "MARIO DE MARCO: M'aħniex ngħidu li ssir fuq ġimagħtejn.", "Qed ngħidu li minflok ma nispiċċaw fis-27 t'Ottubru, nispiċċaw fit-30 t'Ottubru.", "LOUIS GRECH: Kollox sew, però diġà hemm programmi oħrajn.", "Aħna ma kellniex idea li l-Kap tal-Oppożizzjoni sejjer konferenza ta' tlett ijiem li tibda fl-20 t'Ottubru.", "Inti kont ikkonfermajt li se tibda fl-20 t'Ottubru?", "Jien ili nitlob li jiltaqa' l-House Business Committee ġimagħtejn, għax kont naf fejn se naslu meta smajt id-data tal-Baġit.", "LOUIS GRECH: Jien, immedjatament kif qaluli biex nagħmlu meeting, aħna għamilnih il-meeting.", "DAVID AGIUS: Jien ili li tlabt biex jiltaqa' l-House Business Committee ġimgħatejn.", "Daqshekk ili nitlob għall-House Business Committee għax kont naf x'se jiġri.", "Illum nifhem l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Ħalli nistaqsi xi ħaġa jien.", "Huwa possibbli li l-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel arranġament biex jindirizza l-konferenza f'xi ġurnata oħra?", "LOUIS GRECH: Forsi jista' jirrimanda ftit id-diskors tiegħu, ma nafx.", "Aħna se nipprovaw naraw, però aħjar taraw intom ukoll x'jista' jsir.", "MR SPEAKER: Qed nagħmel suġġeriment biex forsi ....", "DAVID AGIUS: Ili tlett ijiem għaddej biex nipprova nsolviha.", "LOUIS GRECH: M'għandi l-ebda dubju.", "Jien qed ngħidlek biex tara daqsxejn.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, teħodhiex personali.", "Jien qed nistaqsi.", "Din konferenza tal-EPP, hux hekk?", "LOUIS GRECH: Forsi jmorru lura huma u jaraw jekk jistgħux jirranġaw b'dan il-mod, u aħna nipprovaw immorru lura ħalli naraw x'nistgħu nagħmlu min-naħa tagħna.", "DEBORAH SCHEMBRI: Probabbli kieku ma kienx hemm problema, minflok filgħodu kien hemm ikun hemm filgħaxija biss, u naslu sa erbat ijiem wara.", "GUIDO DE MARCO: Hu kieku Friday afternoon ikun hawn u dan ifisser li d-diskors tal-Prim Ministru jista' jsir xorta waħda Friday evening.", "LOUIS GRECH: Meta se jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni?", "DAVID AGIUS: Onor. Grech, mhijiex kwestjoni biss li se jitkellem.", "LOUIS GRECH: Għandhom xi vot ukoll.", "DAVID AGIUS: Hemm affarijiet oħrajn involuti.", "LOUIS GRECH: Kollox sew, mhux kulħad ikollu?", "DAVID AGIUS: Kieku mhijiex xi ħaġa li aħna nvoluti fiha, kont ngħidlek li ma jitlax għall-EPP Congress.", "Tajjeb hekk?", "Però għandu bżonn ikun qiegħed hemm.", "Friday afternoon ikun Malta, li jfisser il-Prim Ministru ..… (Interruzzjonijiet) Le, għax 15:00hrs jasal Malta on Friday.", "Dan ifisser li s-suġġeriment tagħna hu li l-Prim Ministru jitkellem Friday evening minflok Tuesday evening, is-Sibt kollox jibqa' kif inhu ppjanat, imbagħad dawk l-affarijiet li kienu se jsiru on the 21st October, 22nd October u 23rd October ....", "DAVID AGIUS: Dejjem skont jekk ikunx hawn il-Ministri konċernati.", "LOUIS GRECH: Mhux għalhekk għidt jien?", "Ħafna drabi jkollok il-constraints.", "Fil-fatt, diġà qegħdin ngħidulhom biex ma jsifrux.", "Nagħtu każ jien m'inix sejjer il-GAC ??44:50??? tiegħi għax se jkolli ???44:53???", "Ħafna min-ies iridu jmorru hemmhekk u jkollok problemi oħra wkoll.", "Ħalli nagħmel osservazzjoni fuq Standing Order għax importanti wkoll, għax inkella trid tiġi sospiża l-Istanding Order.", "Qed nitkellem fuq Standing Order 71, ma nafx għandkomx, subparagrafu 3 (b), li tgħid hekk:", "\"(b) Id-diskussjoni fuq il-mozzjoni sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista ...\"", "Allura wara li jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru.", "\"… ma għandhiex iddum aktar minn jumejn (mingħajr ma tingħadd il-ġurnata li fiha saret id-Dikjarazzjoni Finanzjarja).\".", "DAVID AGIUS: Se jkun hemm mozzjoni tal-Baġit.", "MR SPEAKER: Le mhux problema, imma jien irrid ngħidhom dawn l-affarijiet, għax irridu nimxu magħhom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna li jonqosna t-13 u l-14.", "MR SPEAKER: Rigward it-13 u l-14, għandna l-aġenda parlamentari biex tgħidilna x'inhi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fit-13 inkomplu d-directives tal-Ministeru tal-Finanzi, u fl-14 hemm transposition fuq it-trasport.", "Jien avżata mill-Onor.", "MARIO DE MARCO: X'għandna fit-13?", "DEBORAH SCHEMBRI: Fit-13 inkomplu dawk id-directives li kellna tal-finanzi.", "MARIO DE MARCO: Kollox sew, il-motion 263.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Trid tagħtini d-dati biex inkun nista' nitkellem mel-membri tal-grupp, mhux billi jagħtihomli ġimgħa qabel.", "DAVID AGIUS: Ma rridx niddiskutihom mal-grupp imbagħad?", "Għandna ruxxmata liġijiet, imbagħad l-oħrajn f'ġimgħa trid tgħaddihom.", "MR SPEAKER: Il-jumejn ta' wara l-Baġit, 13th u 14th.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-problema li għandna hi li rridu nippubblikawhom sal-15th November, għax inkella se nibdew neħlu l-penali.", "Jiġifieri aħna ristretti bil-ħin minħabba ...", "DAVID AGIUS: Iva, imma mill-14th ikun fadal xahar.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, imma mbagħad hemm il-Baġit u l-affarijiet tal- Baġit.", "Ma nistgħux nipposponu..", "MR SPEAKER: X'inhi l-problema?", "DAVID AGIUS: Ma tistgħux tagħtuna d-direttivi on the 7th.", "Jien għandi l-Grupp Parlamentari ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien qed ngħidlek li l-Onor.", "MR SPEAKER: Aħjar nitolbu għalih lill-Onor.", "Farrugia, la kulħadd qed isemmih.", "Jien meta jkolli ċans inċempillu.", "Hu jidher li għadu in high spirits, imma nixtiequ li verament ikun recovered.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena se nipprova nara li sal-5th ikunu għaddewhomlkom.", "MR SPEAKER: Tista' tikkomunika b'xi mod, ħalli għallinqas .…", "DAVID AGIUS: Dawn huma tekniċi.", "MR SPEAKER: Naf, għalhekk qed ngħidlilha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien se nipprova ngħidlu biex sal-5th inkunu nistgħu ngħadduhomlkom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Grech, jidher li hu ppressat li jsir sas-27.", "XANDIR TALĦIDMA TALPARLAMENT", "MR SPEAKER: Qabel ma nagħlaq, irrid ngħid li dwar il-Budget 2016, l-ewwel ħaġa nispera – u se ngħidha għax importanti – li by that day inkunu nistgħu mmorru free to air, ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkun jista' isegwina minn fuq it-televiżjoni bl-iktar mod liberu mingħajr m'għandu għalfejn ikun abbonat ma' kumpannija jew oħra.", "Għandkom ukoll l-iskeda dwar kif se tkun it-trasmissjoni tas-soltu, meta jkun hemm il-PBS, eċċ.", "Dwar il-punt li kien tqajjem fl-aħħar dwar it-teħid tal-vot elettroniku, peress li matul il-Baġit ikollna numru ta' Divisions, nistaqsi jekk itteħditx xi deċiżjoni min-naħa tagħkom dwar jekk immorrux għall-vot elettroniku jew le.", "DAVID AGIUS: Jiena m'għandix diffikultà li mmorru għall-vot elettroniku.", "Naħseb issa drajnih.", "MR SPEAKER: Mhux hekk!", "DEBORAH SCHEMBRI: Safejn naf jien konna qisna qbilna li minn wara l-ferjat nibdew nużawh.", "MR SPEAKER: Għalhekk għamilt referenza għalih.", "Fl-aħħar minuti jidhirli li min-naħa tal-Gvern ....", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sur President, għalfejn ma mmorrux għall-vot elettroniku meta jkun hemm inqas tensjoni u mhux fuq kwestjoni ta' budget?", "Għax dan huwa peak time fis-season politiku.", "MR SPEAKER: Jien qed nistaqsi.", "Issa jekk tgħiduli li m'hawnx ftehim li jsir b'mod elettroniku, nagħmluh b'mod tradizzjonali.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Imbagħad ħalli nittrenjaw sew meta jkun inqas peak season.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li l-aħjar hu li nibdew wara l-Baġit biex żgur ma jkollniex problema.", "DAVID AGIUS: Rigward it-timetable li għandna quddiemna, hemm żewġ affarijiet importanti.", "Jiġu kif jiġu d-dati, skont kif naqblu, kull ġurnata jrid ikollna l-mistoqsijiet parlamentari.", "Nirranġaw kif nirranġaw, sew jekk nibdew fit-8.30 a.m. jew jekk nibdew fid-9.00 a.m., whatever.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kull ġurnata, jiġifieri once a day.", "DAVID AGIUS: Darba kull ġurnata.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Aħna konna qed ngħidu li nagħmlu bħas-sena l-oħra.", "Ta' filgħodu, u ta' wara nofsinhar .....", "DAVID AGIUS: Tista' tkun ta' filgħodu.", "L-iktar post li jkun possibbli.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ikun hemm session waħda li jkollha l-pqs.", "MR SPEAKER: Fis-seduta ta' filgħodu, jew fis-seduta ta' filgħaxija, irid ikun hemm ħin tal-mistoqsijiet.", "DEBORAH SCHEMBRI: U fis-sessions l-oħra ma jkunx hemm ħin tal-mistoqsijiet, jew ikunu tabled.", "L-aħjar hu li jkun hemm mistoqsijiet parlamentari li jkunu tabled.", "DAVID AGIUS: M'hemmx għalfejn, minħabba x-xogħol fuq il-ħaddiema.", "Jista' jkollha sessions minnhom fejn lanqas ikollna ħin tal-mistoqsijiet, ma jimpurtax, ħalli ma nagħtuhomx xogħol żejjed.", "MR SPEAKER: Onor. Schembri, tajjeb qed jgħid l-Onor.", "Fuq kollox din hija l-istanding order u l-istanding order hija ċara, sakemm ma jkunx hemm qbil.", "Jidher li d-direzzjoni tal-Oppożizzjoni hi li f'kull ġurnata, ikun hemm kemm ikun hemm sessions, f'waħda minnhom irid ikun hemm it-30 minuta għall-ħin tal-mistoqsijiet.", "Tajjeb?", "DAVID AGIUS: Jiena ftehemt ukoll mal-Onor.", "Farrugia kif għamilna s-sena li għaddiet, li hija d-diskrezzjoni tal-Whips jekk jieħdux l-aġġornament jew le, imma jekk tinqalagħlna okkażjoni aħna, jew intom, niftiehmu ....", "DEBORAH SCHEMBRI: Naqblu li neħduh f'okkażjonijiet fejn ikun hemm bżonn.", "DAVID AGIUS: Jidhirli li s-sena li għaddiet ma kienx hemm dik l-okkażjoni.", "MR SPEAKER: Rigward l-aġġornament, filwaqt li bħas-soltu mhux se jkun hemm, jekk ikun hemm l-urġenza ta' aġġornament u jkun hemm ftehim bejn iż-żewġ partijiet, jittieħed l-aġġornament.", "Tajjeb hekk?", "Nistgħu nagħlqu fuq dan is-suġġett?", "MR SPEAKER: Ħalli mmur malajr fuq il-media.", "Dwar il-media nifhem li hemm l-arranġamenti li jsiru bħas-soltu rigward il-media in konnessjoni mas-seduti tal-Baġit.", "Trasmissjoni diretta tad-dikjarazzjoni finanzjarja, it-tweġiba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, u dik tal-Prim Ministru.", "Fis-Sala tal-Parlament ikun hemm biss il-cameras tal-PBS.", "DAVID AGIUS: Għalfejn għandhom jidħlu l-cameras tal-PBS jew ta' stazzjonijiet oħrajn, meta aħna għandna x-xandir tagħna?", "MR SPEAKER: Għax aħna marbutin mal-guidelines li meta jkun hemm ix-xandir mill-PBS, ikunu jistgħu jduru daqsxejn, jaraw is-seduta, min hemm preżenti, ir-reazzjoni, li mhumiex marbutin mal-guidelines.", "DAVID AGIUS: Imma għandna bżonn indaħħluhom fis-Sala, minflok ma jużaw tagħna?", "MR SPEAKER: Iva, jidħlu.", "Dejjem daħlu.", "DAVID AGIUS: Iva, imma issa Parlament ġdid.", "Se joqogħdu magħna hemm ġew?", "MR SPEAKER: Joqogħdu fuq in-naħa tal-lemin.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna m'għandniex diffikultà bil-PBS.", "DAVID AGIUS: Le, m'għandix diffikultà bil-PBS, imma aħna għandna tmien cameras.", "Jiġifieri se jieħdu over mill-cameras tagħna.", "Jien fadalli ngħid fuq il-PAC u l-kwestjoni taż-żejt.", "MR SPEAKER: Jiġifieri mhux se jittieħed vot.", "DAVID AGIUS: Le, mhux se jittieħed vot.", "MR SPEAKER: Ippermettuli nagħlaq din.", "Issa niġu għall-PAC, ħalli nkomplu fuq tal-PBS.", "DAVID AGIUS: Li kont se ngħid hu li l-istazzjon tal-Parlament, dakinhar li se jkun hemm dawn it-tliet trasmissjonijiet, se jkun qed ixandar tagħna, jew se jkun qed ixandar dak li jkun qed ixandar il-PBS?", "MR SPEAKER: Le, se jkun qed ixandar tagħna wkoll.", "DAVID AGIUS: Imma mhux ikollna żewġ filmati differenti għaddejjin.", "Għalhekk qed ngħid.", "MR SPEAKER: It-televiżjoni se jkun qed ixandar kemm tagħna, u kemm tal-PBS.", "DAVID AGIUS: Se jkollna żewġ filmati għaddejjin fl-istess ħin?", "MR SPEAKER: Mela jiena se nneħħi ċ-channel tiegħi għax dieħel il-PBS?", "DAVID AGIUS: Għalhekk qed ngħidlek li l-PBS jista' juża ċ-channel tagħna.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Mhux diversità?", "MR SPEAKER: Għalija mhux problema.", "Ħalli ngħid xi ħaġa importanti.", "DAVID AGIUS: Nistgħu nemendaw naqblu bejnietna li meta jkun hawn dawn it-tliet diskorsi partikolari … Billi jiffokaw fuq id-deputati ma ġara xejn.", "MR SPEAKER: Mela ħalli nagħmlu hekk.", "Ejja naqblu.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Apparti dik.", "Bil-cameras kif saru mill-PBS, ix-shots ikunu ħafna ħafna aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Agius għandu punt tajjeb u naħseb li jimmerita li naqblu fuqu.", "Onor. Schembri, aħna s'issa marbutin bil-guidelines li jekk tkun qed titkellem inti, il-camera tibqa' fuqek u ma tistax iċċaqlaq biex pereżempju ġġib lill-Onor.", "Mario De Marco qed jieħu nota waqt il-Baġit, mentri l-PBS għandu dik il-fakultà.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hu hekk naħdmu b'tagħna, imma nistgħu niftehmu li matul il-budget speeches tal-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-interventi, eċċ., il-guidelines jiġu eased b'tali mod li l-camera tkun tista' ....", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien ma nistax nifhem ħaġa waħda.", "X'inhi l-problema bejn li jkollok stazzjon li jimxi bir-regoli tagħna, kif dejjem nimxu aħna għax hekk ftehemna, u li jkollok l-istazzjon l-ieħor li jkun qed iġib l-istess diskors?", "Dan mhux se jbiddel id-diskors, imma se jiffilmja minn angolu differenti?", "Ma nistax nifhem x'inhi l-problema.", "DAVID AGIUS: Il-problema hi l-awtonomija tal-Parlament.", "DEBORAH SCHEMBRI: M'għandhiex x'taqsam mal-awtonomija tal-Parlament.", "DAVID AGIUS: Iva għandha.", "Aħna għandna l-cameras tagħna, għandna x-xandir tagħna u llum għandna ċirkostanzi differenti.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għalhekk għandna talba.", "DAVID AGIUS: Jien qed ngħid ...", "MR SPEAKER: Onor. Agius, ippermettili ftit, jekk jogħġbok, ħalli nagħmel proposta.", "Intom tafu li jiena għaddej b'ħafna xogħol biex ikollna l-free to air. jiġifieri din hija xi ħaġa li bqajna għaddejjin biha fis-sajf, għamilna l-istazzjonijiet tal-Melita u tal-GO bl-interactive, u fis-sajf kellna diskussjonijiet anke riċenti mal-GO, mal-PBS u mal-Awtorità tax-Xandir.", "Jien qed nesklamaha biex inkunu ċari.", "Jidher li se naslu biex mal-ewwel seduta, fil-5 ta' Ottubru, ikollna l-free to air.", "Il-free to air tfisser li kulħadd ikun jista' jara s-seduta fuq it-televiżjoni, anke jekk mhuwiex abbonat ma' xi kumpanija u għandu aerial fuq il-bejt għax hu pensjonant li għandu €400 u jrid jgħix bihom.", "It-testijiet diġà bdew.", "Hawn qed niżvela xi ħaġa li llum stess konna qegħdin insegwuha.", "Jekk naslu sa dakinhar tal-5 ta' Ottubru meta kulħadd se jkun hawn, inkunu nistgħu nitkellmu, għax imbagħad m'hemmx għalfejn jidħlu cameras, għax għandek kollox ...", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Jekk ma jaslux, se jkollok problema għax mhux se jaħdimlek.", "DAVID AGIUS: Le le, jien mhux hekk qed ngħid għax is-Sur Scicluna fehemni ħażin.", "Jien mhux qed ngħid jixxandar biss fuq l-istazzjon tat-television tal-Parlament, imma li x-xandir tal-istat jieħu minn dak.", "Mhux ma jxandarx, anzi jxandar imma jxandar dak li jidher min-naħa tagħna, issa li għandna s-sistema tagħna u għandna l-mezzi tagħna.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Il-livell ta' sistemi li jixxandar ....", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien hekk naħseb ukoll.", "DAVID AGIUS: Mhux HD tagħna?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Mhux fuq il-kwalità qed ngħid.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Il-mod kif jittieħdu x-shots.", "DAVID AGIUS: Huwa kwalità ta' television.", "Jekk mhux tajjeb għall-Parliamentary Channel, mhuwiex tajjeb għall-PBS, u jekk hu tajjeb għall-PBS, huwa tajjeb għall-Parliamentary Channel.", "MR SPEAKER: Nistgħu din il-biċċa xogħol tal-PBS ...", "DAVID AGIUS: Eventually jistgħu jeħduha stazzjonijiet oħrajn.", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu sa nhar it-Tnejn.", "Sa nhar it-Tnejn nispera li jkollna l-green card li nimxu għall-free to air.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Irridu nittestjaw ukoll, jekk se nagħtu t-trażmissjoni tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien naħseb li nkunu free to air jew ma nkunux, il-problema se tibqa' eżattament l-istess, għax aħna qed niddiskutu jekk hux se nħallu lill-PBS ixandar dak li jagħżel hu, bil-freedom li normalment nassoċjaw mal-freedom of press.", "DAVID AGIUS: Illum għandna sitwazzjoni differenti.", "Illum f'dan il-Parlament għandna ħames cameras hawn ġew, tnejn fissi u tlieta oħra jduru madwarna, u għandna l-istazzjon tagħna li qed ixandar, allura ħaddieħor jista' juża dak.", "MR SPEAKER: Għall-korrettezza, aħna qegħdin ngħidu li qabel l-4 ta' Mejju l-Parlament ma kellu xejn, għax bdejna fl-4 ta' Mejju.", "Issa rridu nevolvu iktar.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk nista' nispiċċa l-argument, li qed ngħid hu li anke jekk il-Parlament ikun free to air, l-ewwelnett se nkunu qegħdin ngħidu lill-Press li ma jistgħux ikollhom il-libertà tal-espressjoni artistika, sejħilha li trid, li dejjem kellhhom li jidħlu fil-Kamra u jagħżlu x-shots li jridu.", "Jekk se nkunu qegħdin inwaqqfuhom milli jidħlu, jekk huma riedu jieħdu shot mod u aħna bit-televiżjoni tagħna qegħdin nieħdu shot mod ieħor, mhux se nkunu qed nagħtuhom din il-possibilità.", "DAVID AGIUS: Mhux il-PBS biss jagħmilha din ix-xandira?", "In-NET u l-ONE ma jagħmluhiex, allura mhi libertà tal-espressjoni xejn.", "Jiddeċiedi wieħed u jxandar hu.", "Illum għandna l-istazzjon tagħna, hawn ġew għandna ħames cameras jew iktar, u l-parir tiegħi hu li ladarba qegħdin f'Parlament ġdid, ikollna sistema ġdida.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhux il-mod li aħna limitati … Għandna wkoll sistema ġdida li mhijiex ittestjata biex tiffijdja lil ħaddieħor li jista' jkollna problema biha.", "DAVID AGIUS: Hija ttestjata kif tiffijdja lil ħaddieħor għax qiegħda fil-GO u l-Melita.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għadni ma nistax nifhem għalfejn hija problematika.", "DAVID AGIUS: Daqskemm jagħmlu programmi fuq il-Parlament il-PBS!", "Fix-xandir nazzjonali m'hemmx programm fuq il-Parlament.", "DEBORAH SCHEMBRI: Dik ħaġa differenti.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jista' jsir rapport tekniku u naraw x'inhu available jew le?", "Għax nistgħu nkunu qed nimmaġinaw mod, imbagħad teknikament il-kwalità tax-xandir tkun mod ieħor.", "Jiġifieri jista' jsir rapport tekniku fejn jgħidulna jekk inħallu x-xandir jidħol, il-kwalità tax-xandir hux se tkun differenti?", "MR SPEAKER: Aħna qegħdin nitkellmu fuq tliet seduti.", "Meta jinqara l-Budget, meta ssir ir-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni, u meta jkun hemm il-kontro-replika tal-Prim Ministru.", "F'dawn it-tliet seduti qed ngħidu li se jkun hemm il-PBS, u ma naħsibx li għandu jkollna problema.", "L-iktar ħaġa li rrid ngħid hi li għandna nsaħħu t-TV channel, jiġifieri l-argument hemm qiegħed, u n-nies se jarawh.", "Li xtaqt ngħid hu li filwaqt li naħseb li l-PBS għandhom ikunu hemmhekk b'mod normali bħas-soltu, kemm dakinhar li jinqara l-Baġit, kemm meta jkun hemm ir-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni, kif ukoll waqt il-kontro-replika tal-Prim Ministru, il-cameras tal-istazzjon tal-Parlament għandhom ikollhom il-guidelines daqsxejn iktar miftuħin u mhux daqshekk ristretti, għax naħseb li għandna nimxu biċċa.", "DAVID AGIUS: Bħalma nagħmlu fil-vot.", "MR SPEAKER: Il-guidelines li għandna huma verament ...", "DAVID AGIUS: Fil-vot hekk jiġri.", "MR SPEAKER: Tinfetaħ kemm tista', ma tibqax hekk.", "Il-PBS għandek il-vantaġġ li jista' jiftaħ 'l hemm u 'l hawn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Bil-cameras li għandna bħalissa, f'kull ħin li jkun qed jinqara l-Baġit, il-Kamra kollha tidher?", "MR SPEAKER: Le, għax kif qiegħda l-camera ma tkoprix kollox.", "MR SPEAKER: Ara meta ddur il-camera biex tiffilmja lill-Onor.", "Mario de Marco jew lili, jiġi jidher tajjeb, imma meta tiftaħ at an angle ma taqbadx lil kulħadd.", "L-ebda camera ma tagħmel hekk.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Il-problema mhijiex il-kwalità tax-xandir, għax huwa high definition.", "MR SPEAKER: Il-kwalità hija superjuri.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Il-problema hija ċertu shots li jġib PBS.", "MR SPEAKER: M'għandniex problema li jkun hemm il-PBS.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Aħna rridu nibqgħu ntejbu x-xandir li qed noffru.", "Allura xi jrid isir biex ix-xandir li qed noffru aħna jkompli jitjieb?", "Għax kif qed jispjega s-Sur Scicluna, il-PBS teknikament se jkun aħjar.", "MR SPEAKER: Jien m'iniex tekniku u ma nistax ngħid x'inhu l-aħjar u mhux aħjar.", "Ovvjament qed nagħmlu ħafna biex intejbu.", "Ħaġa oħra li rridu negħlbu hija l-Liġi tax-Xandir.", "Onor. Decelis, meta saret il-Liġi tax-Xandir kienet tgħid li biex ikollok liċenzja tax-xandir irid ikollok kumpanija.", "Issa l-Parlament ma tistax issejjaħlu kumpanija.", "Il-Parlament huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, imma ma jistax ipoġġi lilu nnifsu f'kumpanija.", "Dwar dan ktibna l-emenda u qiegħda għand l-Avukat Ġenerali, imma dik hija kwestjoni ta' liċenzja u mhux kwestjoni ta' jekk inxandrux, għax aħna diġà emendajna l-istanding orders biex inkunu nistgħu nxandru.", "Jiġifieri l-proċedura qiegħda korretta.", "Mela għall-PBS, f'dawk is-seduti jsir bħas-soltu, però nipprovaw li miċ-channel tagħna kemm jista' ikun ngħollu ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Id-deċiżjoni x'inhi?", "Għax għadni ma fhimtx.", "Se ssir jew mhux se ssir?", "Se jeħduh huma x-shot, jew mhux se jeħduh huma?", "MR SPEAKER: Huma jistgħu jieħdu x-shot.", "Ara taqblux li fejn nista' ntejjeb ix-shot, il-guidelines ma jibqgħux daqshekk ristretti.", "DAVID AGIUS: Dan qisu għandna logħba football u għandna żewġ sets ta' nies jiġbdu l-istess logħba.", "Dan meta hawnhekk għandna l-cameras tagħna, għandna d-direzzjoni tagħna, inxandru kuljum is-seduti tal-Parlament, mingħajr diffikultà miż-żewġ naħat.", "Ħadd ma gerger kemm ilu jxandar mill-4 ta' Mejju sal-lum.", "Allura għalfejn għandha tidħol terza persuna, la llum għandna l-cameras tagħna, l-istazzjon tat-televiżjoni tagħna, u għada pitgħada jkollna free to air għal kulħadd?", "Dan hu l-argument tiegħi.", "Għandu jkollna fiduċja u rispett lejn il-ħaddiema t'hawn ġew u nagħtuhom il-fakultà jiftħu, mela le, bħalma jagħmlu f'okkażjonijiet oħrajn b'intelliġenza u nagħtu l-fiduċja lilhom.", "Għalfejn għandna niddependu fuq il-PBS?", "Jekk il-PBS ma jibqax ixandar, x'nagħmlu aħna?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Xi ħaġa oħra li kont se nistaqsi hi, jekk in-nies li għandna aħna humiex imħarrġin biżżejjed.", "MR SPEAKER: Iva, imma għadhom ġodda.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Hemm bżonn nagħtuhom aktar training?", "MR SPEAKER: Le, imma għadhom ġodda.", "Għandi tnejn oħra u nirringrazzjahom tax-xogħol li qed jagħmlu.", "Biss biss, dan is-sajf min segwa l-Parliamentary Channel kellna ħafna xogħol li ħriġnieh matul is-sajf, u żammejnieh attiv.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nista' ngħaddi suġġeriment?", "DEBORAH SCHEMBRI: Għadna ġodda, għadna ġodda bit-televiżjoni tagħna, għadna ġodda bin-nies tagħna, nista' ngħaddi suġġeriment li din is-sena jkun hemm a parallel, jiġifieri jkun hemm il-PBS ixandar tiegħu, il-Parlament ixandar tiegħu, u xorta nwessgħu l-linji gwida tagħna, għax naħseb għandkom punt, imbagħad jekk l-istazzjon tal-Parlament ikun tajjeb, next year nagħmlu tagħna biss?", "MR SPEAKER: Suġġeriment tajjeb.", "Mela ħalli nimxu għal xi ħaġa iktar importanti.", "Filwaqt li l-PBS jidħol bħas-soltu hemmhekk ixandar il-Baġit, id-diskors tal-Prim Ministru, u tal-Kap tal-Oppożizzjoni, għal dawk it-tliet seduti, il-guidelines li ftehemna fuqhom dwar il-camera għall-fini tas-seduti, dakinhar jiġu waived.", "MR SPEAKER: Mela niżżilha fil-Minuti, jekk jogħġbok.", "Onor. Agius, trid tgħid xi ħaġa fuq il-PAC?", "LAQGĦAT TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "DAVID AGIUS: Sur President, iċ-Chairman tal-PAC rigward iż-żejt, l-Onor.", "Jason Azzopardi, flimkien mas-Sinjura Anna Brincat li hi s-Segretarja ta' dan il-Kumitat, bagħtu reminders għal darba, tnejn, tlieta, erbgħa, ħamsa, sitta, sebgħa – u qed ngħidha b'responsabbiltà – biex jiltaqa' l-Kumitat tal-Public Accounts rigward iż-żejt, imma mhux qed ikollna feedback min-naħa tal-Gvern.", "Kellna nsibu persuna sibniha, u hemm nies li ma jistgħux jattendu, imma m'għandniex lista tan-nies li suppost huma xhieda u se jitilgħu.", "Onor. Agius, ilbieraħ kellimni l-Onor.", "Nistgħu nħalluha tinstema' din?", "MR SPEAKER: Ilbieraħ kellimni l-Onor.", "Azzopardi u għedtlu jibgħatli email.", "Bagħatli email ilbieraħ fil-5.00 p.m. Kif taf inti, ilbieraħ kellna seduta relatata mal-kultura u domna sa xi t-8.00 p.m., kienet seduta interessanti u importanti u kien hemm ħafna diskorsi tajbin u ppreparati, kellna anke preżenti lill-Professur Edward DeBono, Malti distint fuq ħafna affarijiet, fosthom il-lateral thinking, eċċ., però ħadt l-opportunità li l-messaġġ li bagħatli lbieraħ nieħu azzjoni dwaru.", "Jien ninsab informat li fl-iqsar żmien, by the 6th October, meta hija scheduled PAC, skont l-email li bagħatli l-Onor.", "Jason Azzopardi se jkun hemm xhieda oħra quddiem il-PAC.", "Dan ġie kkomunikat lili lbieraħ mill-Onor.", "L-ewwel darba li kellimni l-Onor.", "Jason Azzopardi, kien ilbieraħ.", "(Interruzzjonijiet)", "Sewwa għamilt li qajjimtha, u jien qed nirrispondik.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Jason Azzopardi ċempilli f'xi t-3.15 p.m., u għedtlu biex jieħu paċenzja u jibgħatli e-mail għax kont qed nipprepara xi xogħol għax kellna s-seduta.", "Hu bagħathieli fil-5.00 p.m., eżatt waqt li bdejna, u jien ħadt ħsieb inkellem fuq din il-kwestjoni tal-PAC lill-Ministru Owen Bonnici.", "DAVID AGIUS: Għandu jkollna lista tan-nies li fadal, u min ma jistax jattendi nibdluh.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Jidher li s-seduta tas-6 ta' Ottubru se ssir u se jkun hemm ix-xhieda.", "MR SPEAKER: Nirreferi għall-konferenza dwar it-Trattat ta' Liżbona li għandha tiġi organizzata fil-Parlament flimkien mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew ġewwa Malta.", "Nixtieq inkun naf jekk id-data tal-11 ta' Diċembru hijiex konvenjenti għal kulħadd.", "DEBORAH SCHEMBRI: Irridu niddiskutuha and we'll get back to you, għax irridu naraw id-data.", "Fit7.44 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150929_030d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 36", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015 fis-6:45 pm", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015 fis-6:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' abbozz ta' Regolament dwar il-Europol – proċeduri sabiex isir skrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew u mill-Parlamenti Nazzjonali;", "Invit minn Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-UE, sabiex il-Konferenza Inter-Parlamentari dwar il-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u Sigurtà (CFSP) u Politika Komuni dwar is-Sigurtà u d-Difiża (CSDP) tagħmel suġġerimenti speċifiċi fuq il-Politika Ewropea dwar Affarijiet Barranija u Difiża.", "Konsiderazzjoni tal-Pakkett Leġislattiv dwar il-Migrazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni fid-9 ta' Settembru 2015", "Affarijiet oħra.", "6 ta' Ottubru 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20151014_036a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:54 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Joseph Sammut u l-Onor.", "Għal xi ħinijiet preżenti wkoll kien hemm l-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Ian Paul Bajada, is-Sinj.", "Emma Zammit, research analysts mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 32, 33, 34 u 35 li saru fis-7 u d-9 ta' Lulju 2015, u l-4 u t-18 ta' Settembru, 2015, kienu konfermati.", "KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZ TA' REGOLAMENT DWAR IL-EUROPOL – PROĊEDURI SABIEX ISIR SKRUTINJU TAL-ATTIVITAJIET TAL-EUROPOL MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-PARLAMENTI NAZZJONALI", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dokument tal-Kunsill Ewropew DS/1532/15 datat id-29 ta' Settembru 2015 - Abbozz ta' Regolament li jittratta, fost affarijiet oħra, l-iskrutinju tal-Europol minn kumitat konġunt tal-Parlament Ewropew u Parlamenti Nazzjonali.", "Il-Kumitat qabel mar-rakkomandazzjoni li saritlu fir-rapport tar-research analyst biex jitwassal il-messaġġ lill-Kunsill tal-Ministri fis-sens li l-vuċi tal-Parlamenti Nazzjonali fuq dan il-kumitat konġunt ta' skrutinju tal-Europol tkun fuq l-istess livell tal-Parlament Ewropew.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-Onor.", "Carmelo Abela, li kien preżenti qabel li jwassal dan il-messaġġ.", "INVIT MINN FEDERICA MOGHERINI, RAPPREŻENTANT GĦOLI U VIĊI PRESIDENT TAL-UE, SABIEX IL-KONFERENZA INTER-PARLAMENTARI DWAR IL-POLITIKA KOMUNI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U SIGURTÀ (CFSP) U POLITIKA KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ U D-DIFIŻA (CSDP) TAGĦMEL SUĠĠERIMENTI SPEĊIFIĊI FUQ IL-POLITIKA EWROPEA DWAR AFFARIJIET BARRANIN U DIFIŻA", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri bl-opportunità li l-Parlamenti Nazzjonali, permezz tal-Konferenza Inter-Parlamentari dwar il-CFSP u CSDP, jagħmlu proposti speċifiċi lir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini fuq il-Politika Ewropea għall-Affarijiet Barranin u d-Difiża.", "129 Ittra datata t-30 ta' Settembru 2015 minn Henri Kox, President tal-Inter-Parliamentary Conference CFSP/CSDP, lid-delegazzjonijiet nazzjonali għall-istess konferenza dwar invit mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini għal proposti dwar il-Politika Ewropea għall-Affarijiet Barranin u Difiża.", "KONSIDERAZZJONI TAL-PAKKETT LEĠISLATTIV DWAR IL-MIGRAZZJONI MAĦRUĠ MILL-KUMMISSJONI FID-9 TA' SETTEMBRU 2015", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li kien akkumpanjat minn Dr Josette Zerafa, Direttur għall-Affarijiet Ewropej, għamel preżentazzjoni fuq dan il-pakkett ta' proposti leġislattivi dwar il-migrazzjoni fejn, fost oħrajn, ħarġu l-punti li ġejjin:-", "din kienet għadha proposta u l-għanijiet prinċipali tagħha kienu li meta tinqala' kriżi jkun hemm regoli stabbiliti dwar kemm u fejn jiġu rilokati persuni, liema persuni kellhom ikunu minn pajjiżi li normalment 75% tal-applikzzjonijiet għall-ażil tagħhom ġew aċċettati;", "kriterji li kienu se jittieħdu kont tagħhom huma: il-popolazzjoni (40%), il-GDP (40%); il-medja ta' applikazzjonijiet għall-ażil fil-ħames snin preċdenti (10%) u r-rata tal-qagħad (10%), li f'xi wħud minnhom kien japplika capping sa 30%.; u", "f'każ ta' kriżi l-iStat Membru kellu jagħmel il-każ tiegħu u l-persuni hekk rilokati ma kellhomx jinżammu f'detenzjoni mill-pajjiż li jirċevihom.", "din il-proposta kienet ġiet emendata u adottata u l-implimentazzjoni tagħha bdiet f'Settembru 2015;", "fil-bidu l-għan kien li fuq sentejn jiġu rilokali 24,000 persuna mill-Italja u 16,000 mill-Greċja liema numru wara tela' għal 120,000 persuna prinċipalment mill-Italja (15,600), il-Greċja (50,400) u l-bqija (54,000) minn pajjiżi oħra l-aktar milquta minn dan l-influss ta' immigranti;", "dawn kellhom ikunu persuni li waslu l-Ewropa fil-kriżi li laqtet lill-Ewropa fil-ftit xhur ta' qabel, jiġifieri fl-2015, u mhux dawk li waslu fis- snin ta' qabel;", "l-għażla tal-persuni għar-rilokazzjoni kienet f'idejn l-iStat Membru li jkunu fih u l-unika raġuni li Stat Membru seta' jġib għar-rifjut li jilqa' għandu persuna/i partikolari kienet fuq bażi ta' sigurtà nazzjonali;", "Malta kienet intrabtet li tieħu 189 immigranti fuq medda ta' sentejn – 60 persuna min-numru oriġinali u 129 persuna oħra meta dak in-numru tela' għal 120,000; u", "il-Kummissjoni kienet se tagħti €6,000 għal kull persuna lill-iStat Membru li jilqa' immigranti għandu u €500 għal kull persuna lill-iStat Membru li minnu jkunu telqu.", "s'issa kull Stat Membru kellu l-lista tiegħu ta' 'safe country of origin' u l-għan ta' din il-proposta kien li jkun hemm lista komuni, ħaġa li kien għad mhemmx qbil dwarha;", "din kienet tikkonsisti minn dawn il-pajjiżi: Albanija, Bosnia u Herzegovina, Yugoslav Republic of Madeċondja, Kosovo, Montenegro, Serbja u Turkija; u", "f'każ li pajjiż ma jibqax jikkwalifika jkun jista' jiġi sospiż mill-lista għal sena.", "f'dan id-dokument l-aħjar mezz sabiex immigranti jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini baqa' dak fuq bażi volontarja, f'liema rigward il-Kummissjoni toffri assistenza finanzjarja permezz tal-AMIF;", "biss, biex immigrant jikkonsidra jagħmel użu mill-programm volontarju kellha tibqa' l-possibbilità li Stat Membru jġiegħlu jirritorna jew li jqiegħdu taħt sorveljanza elettronika jew f'post li joffri libertà limitata jew, bħala l-aħħar mezz, anke li jqiegħdu f'detenzjoni;", "il-Kummissjoni kienet qiegħda żżid il-miżuri ta' sigurtà fid-dokument magħruf bħala laissez-passer u kienet se tagħfas fuq il-pajjiżi ta' oriġini u tranżitu sabiex jaċċettaw aktar dan id-dokument; u", "f'dan ir-rigward kien se jiżdied ukoll ir-rwol tal-FRONTEX.", "b'rispons għal din l-akbar mewġa ta' immigranti mit-Tieni Gwerra Dinjia 'l hawn, l-UE allokat €96.8 biljun għall-perjodu 2014-2020 u dan l-aktar sabiex jiġu indirizzati l-problemi li qegħdin jikkawżaw dan iċ-ċaqlieq ta' nies, bħal faqar, il-qagħad, nuqqas ta' żvilupp, il-konflitti armati u l-inugwaljanza;", "fost għajnuniet li kienet qiegħda toffri l-UE, twaqqaf is-Syria Trust Fund u hemm il-ħsieb li jitwaqqaf ukoll fond għall-Afrika;", "twaqqfet ukoll il-European Union Naval Force Mediterranean (EUNAVFOR MED) li se topera skont id-dritt internazzjonali biex tikkumbatti t-traffikanti ta' persuni; u", "bejn il-11 u 12 ta' Novembru 2015 kellu jsir il-Valletta Summit sabiex mexxejja ta' pajjiżi Ewropej u Afrikani jikkonisdraw id-diversi aspetti marbuta mal-migrazzjoni.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali wieġeb għall-mistoqsijiet u osservazzjonijiet li sarulu mill-Membri.", "Fit-8.25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20151014_036m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 36", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 35", "L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-6.54 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri.", "032, 033, 034 u 035 li saru fis-7 u d-9 ta' Lulju 2015, u l-4 u t-18 ta' Settembru 2015, ġew konfermati.", "KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZ TA' REGOLAMENT DWAR IL-EUROPOL – PROĊEDURI SABIEX ISIR SKRUTINJU TAL-ATTIVITAJIET TAL-EUROPOL MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-PARLAMENTI NAZZJONALI", "THE CHAIRMAN(Onor. Luciano Busuttil): Nibda billi nilqa' fostna u nirringrazzja lill-Minsitru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali l-Onor.", "Carmelo Abela talli laqa' l-istedina tagħna biex jagħmel preżentazzjoni fuq il-pakkett ta' proposti leġislattivi dwar il-migrazzjoni taħt item 3 billi l-Ministru jista' jikkontribwixxi fir-rigward tal-item 1 tal-Europol u dwar item 2 dwar is-CSDP u EUNAVFOR MEDforsi jkun opportun li nidew mill-ewwel item.", "L-ewwel item huwa l-konsiderazzjoni ta' abbozz t'a regolamenti dwar il-Europol, proċeduri sabiex isir skrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali.", "Ġiet ċirkolata wkoll kopja tal-abbozz tar-regolamenti fejn f'paġni 9 sa 12 hemm il-parti li tikkonċerna t-twaqif ta' joint security committee bejn il-Parlametn Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fejn hemm l-involviment tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess ta' skrutinju billi kull parlament ta' stat membru jrid jipparteċipa se jkollu rappreżentant u sostitut mill-kumitat kompetenti fuq dan il-joint committee.", "Fil-fatt, dan l-abbozz ta' regolamenti għaddihulna l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali peress li għadu qed jiġi konsidra fil-livell ta' laqgħat tekniċi.", "Fi ftit kliem, hawnhekk irridu naraw jekk l-obblgiu li joħroġ mit-trattat dwar l-involviment tal-parlamenti nazzjonali fi skrutinju tla-Europol hux qed jiġi rispettat adegwatament b'dak li qed jiġi propost hawnhekk.", "Nistaqsi jekk hemmx kummenti dwar dan.", "Hemm xi ħadd mir-research analysts li jista' jagħmel xi kummenti.", "Is-sur Iahn Paul Bajjada.", "IS-SUR IAN PAUL BAJJADA: Mr Chairman, se nagħti background ta' dan l-artiklu li ġej minn proposta għar-regolament li li issa ilu li ħareġ mill-2013 però għadu għaddej fi ħdan il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri u għadu ma ġiex addottat bħala regolament.", "L-ewwel nett, ta' min jinkoraġixxi l-pass li ħa l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali li għadda l-parti mir-regolament li tikkonċerna r-rwol ta' skrutinju tal-parlamenti nazzjonali sabeix ikun jista' jgħaddi l-pożizjzoni tiegħu fuq dan l-artiklu li jikkonċerna lilu b'mdo dirett.", "It-tieni punt huwa li Working Group 1 fi ħdan il-Kumitat diġà għamel skrutinju fuq il-proposta oriġinali kollha, dakinhar kien 18 ta' Novembru 2014.", "Meta wieħed jara d-dokument kif ġie mgħoddi lilna, hemm kambjament mhux ħażin minn dak li kein ġie propost oriġinarjament mill-Kummissjoni, jiġifieri qed nitkellmu fuq artiklu 53.", "Wieħed mill-għanijiet li għandha din il-proposta għar-regolament huwa li jiġi addottat dak li daħħal fit-Trattat ta' Lisbona fejn jidħol ir-rwol ta' skrutinju tal-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew fuq il-Europol.", "Artiklu 88 tat-Trattat paragrfu (2) jgħid hekk u nikkwota:", "\"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxi permezz ta' regoalment skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, jiġifieri dik hekk imsejħa co-decision procedure jiddeterminaw l-istruttura, il-funzjonament u l-qasam tal-azzjoni u kompeti tal-Europol.", "Dawn ir-regolamenti għandhom jiddeterminaw ukoll il-proċeduri għal kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali\".", "F'kelma waħda l-parlamenti nazzjonali tal-istati membri għandhom rwol f'dak li għandu x'jaqsam skrutinju tal-Europol.", "Il-parti tad-dokument li ntbagħtet għall-attenzjoni ta' dan il-Kumitat mill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali jinkludi artiklu 53 tar-regolament li jittratta l-iskrutinju tal-parlamtn nazzjonali u dak tal-Parlament Ewropew fuq il-Europol.", "Dan l-artiklu jispjega kif l-iskrutinju se jkun qed isir kemm min-naħa tal-parlament nazzjonali kif ukoll tal-Parlament Ewropew.", "Dan l-artiklu li hu intitolat Joint Parliamentary Skrutiny jitkellem fuq grupp ta' skrutinju speċjalizzat li se jkun iformat mill-Membri tal-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew flimkein mar-rappreżentant wieħed kif ukoll sostitut minn kull parlament nazzjonali li jixtieq jipparteċipa.", "Dan il-grupp għandu jagħmel moniteraġġ politiku fuq l-attivitajiet tal-Europol.", "F'dan is-sens il-grupp għandu jħares lejn l-impatt tal-attivitajiet tal-Europol fuq drittijiet fundamentali u libertà tal-persuni.", "L-artiklu jispjega b'liema mod dna għandu jsir.", "Jekk wieħed iħares lejn il-pożizzjoni tal-parlament nazzjonali fuq id-dokument oriġinali kif propost mill-Kummissjoni Ewropea, hemm diversi parlamenti li qajmu ħsebijiet tagħhom dwar il-prinċipji ta' sussidjarjetà.", "Dawn huma s-Senat tal-Italja, il-Lower House tal-Ġermanja u l-Belġju, u l-Parlament ta' Spanja.", "Wieħed irid iqis ukoll li l-artiklu 53 kif propost oriġinarjament għal kif saru t-tibdiliet wara l-Ewwel Qari tal-Parlament Ewropew huwa artiklu kompletament differenti.", "Dan li għandna quddiemna huwa artiklu iktar dettaljat u jispjega kif il-moniteraġġ tal-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali għandu jsir.", "L-informazzjoni li rnexxilna niġbru fuq il-pożizzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali fuq l-artiklu kfi qed jiġi mibdul, il-House of Lords qed iġib l-argument li l-mudell kif qed jiġi propost mill-Parlament Ewropew imur oltre minn dak provdut fit-Trattat ta' Lisbona.", "Argument ieħor li qed iġib il-House of Lords huwa li l-Parlament Ewropew huwa iktar rappreżentat mill-parlamenti nazzjonali fil-Joint Parliamentary Scrutiny Group peress li l-kumitat relevanti tal-Parlametn Ewropew għandu 60 Membru u parlamenti nazzjonali hemm xi 45.", "Mill-informazzjoni li rnexxilna niġbru dwar dan l-artiklu, il-proposta li nixtieq nagħmel lill-Kumitat hija li sab iex ikun hemm skrutinju effettiv bejn il-parlament nazzjonali u l-Parlament Ewropew kif jitlob artiklu 88 tat-Trattat ta' Lisbona, il-formazzjoni ta' grupp konġunt bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali huwa bżonnjuż.", "Dwar formazzjoni ta' dan l-istess grupp huwa importanti li parlamenti nazzjonali jkunu rappreżentati b'mdo tajjeb.", "F'dan il-każ, ikun tajjeb jekk dan il-Kumitat jitlob il-Ministeru sabix Malta tisħaq li l-parlamenti nazzjonali jkollhom vuċi iktar b'saħħitha f'dan il-kumitat għall-inqas tkun b'saħħitha daqs dik tal-Parlament Ewropew.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Ma nafx jekk hawn xi ħadd li jrid jagħmel xi kumment fuq ir-rakmandazzjonijiet li qed tagħmel.", "L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb hija rakkmandazzjoni li tagħmel sens gaħx anke jekk tieħu l-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona għandu jkun hemm fil-co-decision making u anke fi strutturi oħra bħalma nattendu aħna COSAC, se mai l-weight ikun favur il-parlamenti nazzjonali u mhux bil-maqlub.", "Naħseb li huwa tajjeb li jjitwassal però dan hyuwa messaġġ li jrid jitwassal fil-livell ta' gvern.", "INVIT MINN FEDERICA MOGHERINI, RAPPREŻENTANT GĦOLI U VIĊI PRESIDENT TAL-UE, SABIEX IL-KONFERENZA INTER-PARLAMENTARI DWAR IL-POLITIKA KOMUNI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U SIGURTÀ (CFSP) U POLITIKA KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ U D-DIFIŻA (CSDP) TAGĦMEL SUĠĠERIMENTI SPEĊIFIĊI FUQ IL-POLITIKA EWROPEA DWAR AFFARIJIET BARRANIN U DIFIŻA", "THE CHAIRMAN: Għandna wkoll invit minn Frederica Mogherini Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Unjoni Ewropea sabiex il-Konferenza Interparlamentari dwar il-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u Sigurtà, CFSP, u Politika Komuni dwar is-Sigurtà u Difiża, CSDP, tagħmel suġġerimenti speċifiċi fuq il-politika Ewropea dwar l-affarijiet barranin u difiża.", "Din il-kwestjoni qamet ukoll fl-aħħar laqgħa li kellna fil-Lussemburgu fil-bidu ta' Settembru li għaliha attndejna jiena u l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-idea hiaj li l-istati membri jekk iridu jagħmlu suġġerimenti lill-Konferenza Interparlametnari dwar is-CFSP u CSDP, imbagħad tgħaddihom ir-Rappreżentant Għoli Frederica Mogherini.", "KONSIDERAZZJONI TAL-PAKKETT LEĠISLATTIV DWAR IL-MIGRAZZJONI MAĦRUĠ MILL-KUMMISSJONI FID-9 TA' SETTEMBRU 2015", "THE CHAIRMAN: Hemm ukoll konsiderazzjoni ta' pakkett leġislattiv dwar il-migrazjzoni maħruġ mill-Kummissjoni fid-9 ta' Settembru 2015 u fuq dan ġie ċirkolat brief imħejji mir-research analyst is-Sru Ian Paul Bajjada.", "Nistieden il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali biex jagħmel preżentazzjoni dwar il-pakkett ta' dokumenti.", "CARMELO ABELA: Sur President, Onor. Kollegi, fuq l-ewwel dokument li għadu kemm issemma nista' ngħid huwa li se nieħdu nota biex il-messaġġ li l-Parlament Malti jixtieq jgħaddi ngħadduh bħala gvern kif semma l-Onor.", "Ħadna nota ta' dak li ntqal u fl-interventi tagħna nkunu nsitgħu nwasslu dan il-messaġġ.", "Xtaqt nibda bl-ewwel dokument li huwa l-Permanent Relocation Mechanism.", "In-numru t'a dan id-dokument huwa Com2015/450/final.", "Dan id-dokument qed jittratta Permanent Relocation Mechanisjm.", "Dan l-aħħar fil-Kunsill tkellimna kemm-il darba dwar ir-relocation programmes u iktar 'il quddiem nitkellmu fuq dan il-programmi però dan huwa mekkaniżmu ta' rilokazzjoni permanenti, fuq bażi permanenti li qed tiġi proposta bħala parti mill-emendi għar-regolamenti ta' Dublin.", "Dak li qed jiġi suġġerit huwa li jsir fuq bażi ta' informazzjoni miġbura kemm mill-EASO li hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea li hija bbażata f'Malta bħala uffiċċju u anke mill-Frontex li hija aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni se jkollha l-poter, ġaladarba tgħaddi din il-proposta kif qed tiġi suġġerita bħalissa, li taddotta din il-miżura fejn tistabbilixxi tliet affarijiet.", "L-ewwel li hemm kriżi għax għalhekk hija intiiża; it-tieni kemm persuni għandhom ikunu rilokati u t-tielet hija d-distribuzzjoni, ta' kif se jiġu rilokati dawn il-persuni skont dak li jkun maqbul fuq erba' kriterji li diġà bdew jitħaddmu f'programmi orħajn u l-perijodu li matulu għandha tapplika dik id-deċiżjoni.", "Meta jiġi mħaddem dan il-mekkaniżmu, l-applikazzjonijiet tal-ażil jiġu eżaminati mill-istat membru tar-rilokazjzoni fejn ikun se jintbagħat dan l-applikant.", "Il-Kummissjoni, biex tiddetermina kemm se jkunu rilokati persuni, se tħares lejn l-istat membru li minnu għandha ssir rr-ilokazzjoni u tara t-tliet punti li ġejjin: l-ewwel, in-numru ta' applikazzjonijiet għall-ażil li dan l-istat kellu fl-aħħar 18-il xahar; it-tieni, il-capacity tal-istat membru u, it-tielet, kemm ipparteċipa f'inizjattivi t'a solidarjetà fil-passat u kemm ibbenefika minn tali inizjattivi fil-passat.", "Din il-proposta tissuġġerixxi wkoll li ma jiġux rilokati iktar minn 40% tal-applikanti fis-sitt xhur ta' qabel.", "Barra minn hekk, pajjiż jista' ma jieħux sehem immajkun irid jinnotifika lill-Kummissjoni u din tista' tħallih ma jieħux sehem għal sena u jkollu jħallas0.002% tal-GDP u dawn il-fllus imorru lejn il-baġit tal-Unjoni Ewropea.", "Liema huma dawk in-nazzjonijiet li jistħgu jiġu rilokati minnhom?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq persuni li ġejjin minn pajjiżi li s-soltu iktar minn 75% tal-applikanti li ġejjin minn dawn il-pajjiżi jkunu jingħataw protezzjoni.", "Tradizzjonalment insemmu Somalia, Eritrea, bħalissa s-Syria, eċċ. Dawn huma tip ta' pajjiżi li b'mod normali f'dawhn l-aħħar xhur u snin 75% tal-applikanti tagħhom jingħataw protezzjoni.", "Jekk persuna rilokata taħrab mill-pajjiż ta' rilokazzjoni, huwa dan il-pajjiż li jkun obbligat li jeħodha lura.", "Id-distribution key, bix wieħed jagħti informazzjoni fuq x'inhi, qegħdin nitkellmu fuq il-popolazzjoni li jkollha weighting ta' 40%, jiġifieri l-ammont ta' popolazzjoni ta' dak il-pajjiż li jjkun se jieħu immigranti li jkunu rilokati fih, il-GDP tal-istess pajjiż li jkollu weighting ta' 40%, imbagħad it-tielet distribution key hija dwar l-average number of asylum applications over the preceding five years per million inhabitgants pero din ġiet capped għal 30% tal-popolazzjoni u tal-GDP li jfisser li din għandha weighting ta' 10%.", "Mela, għandek popolazjzoni 40%, GDP 40% u l-average number of asylum applications fil-ħames snin preċedenti għandha weighting ta' 10% però hija capped għal 30% u l-unemployment rate lig ħandha weighting ta' 10% però hemm caping marbut magħha t'a 30%.", "Ir-raġuni għal capping ta' dawn iż-żewġ distribution keys hija għal fatt li kif ġralna aħna bħala pajjiż fir-relocation programme l-ieħor li se nitkellmu fuqu iktar 'il quddiem Malta ntlaqtet b'mod sproporzjonat f'dan ir-rigward fejn għandu x'jaqsam l-unemployment.", "Il-fatt li għandna l-unemployment baxx, irriżulta f'weighting ta' iktar immigranti li, skont dak il-programm, kienu se jiġu rilokati lejn pajjiżna.", "Il-capping jagħmel din il-ġustizzja biex weighting ta' 10% jew key ta' 10% ma jkollhiex, kif kien ġralna b'dak il-kalkolu, impatt ta' kważi 90% u għalhekk hemm il-capping beix dak l-impatt ma jkunx sproporzjonat mal-persentaġġ ta' dik id-distribution key.", "Dak fejn għandu x'jaqsam il-Permanent Relocation Mechanism li għad irid jiġi addottat iktar 'il quddiem, għad irid jiġi diskuss imbaħgad addottat f'każ li jiġi maqbul.", "Ma nafx jekk tridx tibqa' għaddej bid-dokumenti, imbaħgad ikollna diskussjoni waħda.", "It-tieni dokument li għandna quddiemna huwa l-proposta li din id-darba provisional measure fejn għandu x'jaqsam l-international protection li minnha se jibbenefikaw l-Italja, il-Greċja u anke l-Ungerija kinet imsemmija f'dan id-dokument li huwa dokument Com2015/451.", "Fil-fatt, din ġiet addottata.", "Dr Zerafa li hija d-Direttur tal-International and European Affairs fil-Ministeru li nitlob li tkun madwar il-Mejda f'każ li jkun hemm mistoqsijiet tkun tista' twieġeb, din issa ġiet addottata u alura filwaqt li fil-bidu kien maħsub li l-Ungerija tkun parti mir-relocation programme, il-mod kif għaddiet wara diskussjoni li kein hemm kemm min-neis tekniċi kif ukoll fil-livell tal-ministri, ġie deċiż li l-Ungerija ma tkunx parti minn din ir-relocation programme u l-programm ta' rilokazzjoni se jsir mill-Italja u mill-Greċja.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq rilokazzjoni ta' 120,000 immigrant.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk nista' ninterrompi issa, nippreferu domandi wara.", "Inti qed tgħid li għaddiet però bl-esklużjoni tal-Ungerija.", "CARMELO ABELA: Eżatt.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hemm text tad-deċiżjoni issa mhux bħala proposta?", "Ikun utli jekk tgħaddulna kopja.", "CARMELO ABELA: Iva, għandna text li nistgħu ngħaddu kopja teigħu.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Waqt li l-450 għadha proposta, għadha m'għadditx.", "CARMELO ABELA: L-ewwel waħda li tkellimna fuqha tal-Permanent Relocation Mechanism hija propsota, din tal-120,000 ġiet addottata fil-Council.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din ġiet addottata però mhux kif proposta.", "CARMELO ABELA: Il-451 għaddiet però mhux kfi proposta.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għax hemm l-esklużjoni tal-Ungerija.", "Ikun utli li jkollna text.", "CARMELO ABELA: It-text nistgħu ngħaddulkom kopja ħalli jkun għad-dispożizzjoni tal-Kumitat u l-Membri.", "Din għaddiet fil-Kunsill tat-22 ta' Settembru fejn hemmhekk kellna nieħdu votazzjoni, jiġifieri m'għaditx b'mod unanimu imam kein hemm erba' pajjiżi li ddeċidew li jivvotaw kontra dan id-dokument, dokument li kien ġie preżentat mhux dak id-dokument li ġustament ġibed l-attenzjoni għalih l-Onor.", "Zammit dimech u kein hemm pajjiż li astjena imma għaddiet bil-qualified majority.", "Din se tidħol fis-seħħ fil-25 ta' Settembru 2016, jiġifieri s-sena d-dieħla, sas-26 ta' Settembru 2017, jiġifieri se tapplika għal sena u se tidħol fis-seħħ f'Settembru tal-2016, tapplika għall-Italja u l-Greċja u hemm l-ammonti ta' kif se jitqassmu mill-Italja u mill-Greċja.", "Fil-fatt, għandek 17,600 applikant li se jkunu mill-Italja u 50,400 applikant li se jkunu mill-Greċja.", "Dan l-ammont ma jammontax għal 120,000, imbaħgad hemm 54,000 applikant ieħor li jistgħu jiġu rilokati minn stati membri oħra.", "Hawnhekk id-deċiżajoni kienet li l-Italja u l-Greċja se jibbenefikaw fl-ewwel sena li dan il-programm jjibda jitħaddem, in-numru l-ieħor biex jgħaqqad il-120m,000, jiġifieri l-54,000 jiġi deċiż minn liema pajjiż jittieħdu skont dak il-pajjiż kif ikun qed jintlaqat, jiġifieri jekk ikun hemm xi pajjiż li jkollu influs li bħalissa m'għandux, dak il-pajjiż se jidħol u jibbenefika minn potenzjlament minn fost l-54,000 li għalissa għadhom qishom fuq l-ixkaffa.", "Jekk ikun hemm pajjiż li jħoss li għandu influs ta' imigranti, jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni lig ħandu sitwazzjoni ta' emerġenza, imbagħad dak il-pajjiż wara li jiġi magħruf u ġustifikat li għandu influs qawwi, dan jidħolf il-programm ta' rilokazzjoni taħt dawn l-54,000 l-oħra.", "F'ċirkostanzi eċċezzjonali stat membru jista' jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sas-26 ta' Diċembru tal-2015 li b'mod temporanju mhux se se jkun jsita' jaċċetta persuni rilokati.", "Pajjiż teknikament jista' jibqa' barra milli jirriloka mill-Italja u mill-Greċja minn dawk il-figuri li semmejt iktar qabel però dan jsita' jagħmlu sa limitu ta' 30% tal-persuni li kellhom jiġu rilokati lilu u jkollu jagħti ġustifikazzjoni tajba għal dan, imbagħad il-Kummissjoni tista' tagħtih din is-sospensjoni sa sena.", "Din ukoll inbidlet diversi drabi minn meta bdejna d-dokument li għandna u dam jinbidel anke sal-aħħar minuti tal-istess laqgħa tal-Kunsill.", "Jekk pajjiż ikollu allokat 100 persuna biex jirriloka, hawnhekk qed ngħidu li jista' ma jaċċettax sa 330 għax 30%, is-705 l-oħrajn ikollu jeħodhom u sa sena waħda biss.", "Hawnhekk qed naraw li hija mandatorja jew hemm leeway għal ftit żmien pero jrid ikun hemm ġustifikazzjoni għal dan.", "Il-penali tneħħiet.", "Din kienet waħda mill-affarijiet li kienet proposta, ma nafx jekk id-dokument lig ħandkom quddiemkom issemmihiex, għax verament inbidel diversi drabi dan id-dokument.", "Bezzina, partijiet minnhom kien hemm penali però l-penali tneħħiet imma mbagħad daħal dan il-mekkaniżmu, jiġifieri fejn qabel kein hemm il-penali li inti tista' you opt out imma tħallas penali, issa li ġara huwa li you opt out sa 305 però tneħħiet il-penali u sa sena waħda, jiġifieri sal-ewwel sena.", "Dan id-dokument jitkellem ukoll fuq il-proċedura ta' rilokazzjoni, jiġifieri kif se ssir ir-rilokazzjoni mill-Italja u l-Greċja.", "Kull pajjiż ġie mitlub li jinnomina dak li jissejjaħ contact point.", "Aħna għamilna dan il-contact point li huwa assistent direttur li jinsab fil-Ministeru tagħna (faulty recording 23.52) direttorat immexxi minn Dr Zerafa u nindikaw in-numri li se nirrilokaw kull tliet xhur.", "Kull pajjiż ġie mitlub li jgħid kemm se se jirriloka lejn Malta, fil-każ tagħna, u minn fejn se tirrilokahom fl-ewwel tliet xhur, jekk huwiex mill-Italja jew mill-Greċja.", "L-Italja u l-Greċja min-naħ atagħhom iridu jidentifikaw l-applikanti li se jkunu rilokati u għalhekk hawnhekk jidħol l-importanza li jkunu reġistrati u, fil-fatt, wieħed mill-punti huwa li l-istat membru l-ġdid irid jeħdilhom il-marki ta' swaba' però l-istati li minnhom se jiġu rilokati, jiġifieri l-Italja u l-Greċja, iridu jirreġistraw dawk li qed jaslu f'pajjiżhom.", "Wieħed ma jistax jirriloka jekk ma jkunux ġew reġistrati.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi taħt din il-proċedura ta' rilokazzjoni huwa li l-istat ta' rilokazzjoni jista' jirrifjuta biss għar-raġunijeit ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubblika.", "Pereżempju, jekk aħna nirċievu l-lista tal-persuni rilokati lejn Malta u jirriżultalna miċ-checks li jsiru kemm mill-puliizja kif ukoll mis-servizzi tas-sigurtà li persuna għandna informazzjoni fuqha, nistgħu nirrifjutaw lil dik il-persuna minħabba raġunijiet ta' sisgurtà jew ta' ordni pubblika.", "Dik fejn tidħol il-proċedura ta' rilokazzjoni.", "Niġi issa għas-sostenn finanzjarju għax dan id-dokument li ġie approvat hemm sostenn finanzjarju għall-istati membri li se jirrilokaw u dawk li minnhom se jitilqu l-immigranti biex jiġu rilokati.", "Għandek l-istat membru li qed jirċievi l-immigrant se jieħu €6,000 għal kull persuna rilokata u l-Italja u l-Greċja se jieħdu €500 għal kull persuna li se jirrilokaw f'pajjiż ieħor.", "Dawn huma n-numri li semmejna diġà li huma l-15,600 applikant mill-Italja, il-50,400 applikant mill-Greċja.", "Aħna x'se nieħdu minnhom?", "THE CHAIRMAN: Il-flus se jitħallsu lil min se jirriloka jew lill-pajjiż li se jirċievi?", "CARMELO ABELA: Għandek €500 lill-Italja u lill-Greċja għal kull immigrant li se jiġi rilokat, dak qed jagħmel tajjeb għall-ispejes ta' travelling, il-pajjiż li se jirċievi se jingħata €6,000 għal kull persuna li jkun se jirriloka.", "TONI BEZZINA: Ta' darba?", "CARMELO ABELA: ~Ta' darba, jiġifiri jekk ħadt immigrant wieħed se tieħu €6,000 ta' darba.", "Jekk tippermettuli nagħlaq bl-ammont li se nieħdu aħna bħala pajjiż, aħna fl-ewwel sena mill-Italja jminn dak il-15,600 se nieħdu 17 u mill-50,400 mill-Greċja Malta se tieħu 54.", "Din hija fl-ewwel sena, naturlament ikun fadal 58 oħra bix l-ammont jiġi ta' 129, jiġifieri minn 120,000 li fuq sentejn se jiġu rilokati mill-Italja u mill-Greċja, Malta se tieħu 129 fuq sentejn li fjisser 58 fit-tieni sena, imbaħgad għandek 71 fl-ewwel sena, 17 mill-Italja u 54 mill-greċja.", "TONI BEZZINA: Ministru, xħin għedt li kull pajjiż kull tliet xhur jgħid kemm se jieħu, jiġifieri hemm kwota stabilita 71 f'sena s-sena d-dieħla, kull tliet xhur trid tiddeċiedi tieħux 20 jw 30 jew 40?", "CARMELO ABELA: Eżatt.", "TONI BEZZINA: Basta ma taqbiżx il-kwota ta' 71.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Semmejt li fl-ewwel sena aħna se nirrilokaw 71, jiġifieri fl-ewwel sena rridu nieħdu 17 mill-Italja.", "Nista' ngħidilhom fl-ewwel tliet xhur se niħedu għaxra, imbagħad fit-tieni tliet xhur se nieħdu s-sebgħa l-oħra, fl-aħħar m'għandniex nieħdu iktar mill-Italja, jiġifieri neħduhom in staggered form.", "Is-17 nistgħu neħduhom mifruxin fuq sena sħiħa u tiddeċiedi inti kull tliet xhur kemm tieħu.", "Dan japplika kemm għall-Italja kif ukoll għal Greċja.", "Mhux se naqbżu dak l-ammont li aħna se nieħdu.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Apparti n-numri u l-istaggering, l-għażla tan-neis x'inhu l-mekkaniżmu?", "Is-17 li ġejjin Malta mill-Italja, mill-Italja bħala oriġini, jistħgu jkunu Eritrei, ikunu Somali, ikuknu nies oħra li ntlaqtu minn din is-sitwazzjoni, min jagħmilha l-għażla?", "Hemm mekkaniżmu għaliha?", "Din ovvjament mhux għal Malta biss.", "CARMELO ABELA: Tapplika għal kull pajjiż li se jjirriloka, jiġifieri l-għażla se ssir mill-pajjiż li se jibgħatlek.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hu waħdu.", "Aħna mhux se ningħataw lista ta' neis u ngħidu dan l-isem jogħġobna u l-ieħro ma jogħġobniex.", "Se jgħidulna, jekk se tirrilokaw 17 mill-Italja fl-ewwel sena, tiddeċiedi l-Italja, tibgħatilna lista .", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tiddeċiedi l-Italja.", "Jekk l-Italja se tibgħat 200 il-Ġermanja, tiddeċiedi hi l-200 ta' Ġermanja u s-17 ta' Malta.", "CARMELO ABELA: Eżatt.", "Fil-fatt, dan diġà beda fejn ġew rilokati, jekk niftakar tajjeb, 19b lejn l-Isvezja li huam Eritrei, kif għedt inti, ġustament dawn mhumiex Taljani, jinsabu l-Italja imam huma mill-Eritrea.", "Il-pajjiż m'għandux l-option li jagħżel pero bl-istess mod lanqas l-immigranti li se jiġu rilokati m'għandhom l-option li jagħżlu fejn iridu jmorru.", "Hemmhekk il-pajjiż li se jirriloka, l-Italja u l-Greċja, se jgħżlu huma bi kriterji li jistgħu jiddeċiedu huma.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiġifieri lanqas kunċett t'a vetting fuq raġunijiet ta' sigurezza m'hemm?", "CARMELO ABELA: Dik se ssir u, fil-fatt, semmejtha.", "Li semmejt huwa li pajjiż jista' jirrifjuta imma fuq affarijiet ta' sigurezza u ordni pubblika, jiġifieri jekk se jibagħtulna ...", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa l-pajjiż li se jirċievi li se jiddeċiedi jekk hemmx problemi.", "CARMELO ABELA: Jekk se jibagħtulna l-lista qabel ma jiġu hawn Malta u wara li jsiru ċ-checks meħtieġa mill-forzi tas-sigurtà jirriżulta li fuq xi ħadd minnhom għandna informazzjoni li dan, pereżempju, mhuwiex persuna idonea li jkun hawn Malta, għar-raġunijiet ta' sigurezza u bon ordni aħna se ngħidu lil din il-persuna ma nixtiquhiex hawnhekk għar-raġunijiet ta' sigurtà.", "Dik hija l-unika raġuni li aħna nistgħu nirrifjutaw persuna.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għal min tapplika din proċedura, Ministru?", "CARMELO ABELA: Din hija proċedura maqsuma fuq sentejn, jiġifieri qegħdini nitkellmu fuq 120,000 li se jiġu rilokati fuq sentejn mill-Italja u l-Greċja.", "THE CHAIRMAN: Il-proċedura qed tirreferi għal dawk biss?", "CARMELO ABELA: Imbagħad tapplika wkoll għall-40,000 li se nitekllmu iktar tard fuqhom, b'kollox 160,000.", "THE CHAIRMAN: Immigranti extra li jidħlu apparti dawn il-160,000 mhux …", "CARMELO ABELA: Qegħdin nitkellmu fuq l-ammont, f'dan il-każ, ta' 120,000 imma mbagħad se nitkellmu wkoll fuq 40,000 oħra li għandna d-dokumenti hawnhekk, jiġifieri l-ammonot huwa ta' 160,000.", "Kif tafu bdejna b'40,000, għaddew numrut a' ġimgħat u minn 40,000 żidna 120,000 oħra.", "Tgħidli, ta' darba?", "Aħna bdejna b'40,000 issa wasalna għal 160,000 għax wara numru t'a ġimgħat żdidu 120,000 oħra.", "Ma jeskludi xejn li niġu għada pitgħada u jgħidulna li se nirrilokaw, għal grazzja tal-argument, 60,000 oħra.", "Ta' darba ma nistax inwieġbek li din hija ta' darba, li nista' nwieġeb huwa li bdejna b'40,000, imbagħad kien hemm proposta li mal-40,000 jiżdidu 120,000 fi programm ieħor, f'dokumenti oħra, però s'issa bdew jiġu rilokati tal-40,000, ji-ġifieri tal-120,000 għadu ma bedix jiġi ...", "THE CHAIRMAN: Id-deċiżjoni li saret vot fuqha tal-120,000.", "CARMELO ABELA: Tal-120,000 għax tal-40,000 kien diġà deċiż qabel.", "THE CHAIRMAN: Jekk ikun hemm xi influs ieħor over and above mhumiex koperti b'dik id-deċiżjoni.", "CARMELO ABELA: Aħna dejjem nafu li dan l-ammont mhuwiex il-maġġoranza tal-ammonti li qed ikollna bħala migratory flows jew influs f'numru t'a pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri mhux qegħdin inkopru għal dawk kollha li daħlu fl-Unjoni Ewropea imma qegħdin inkopru għal persentaġġ li huwa żgħir jew daqsxejn konservattiv meta wieħed iqabbel l-ammont ta' għexieren ta' eluf ta' influs meta qegħdin nitkellmu fuq total fil-programmi kollha ta' rilokazzjoni ta' 160,000.", "Ma nistax inwieġbek jekk huwiex ta' darba jew le u għalhekk għedtlek li b dejna b'40,000, imbagħad għaddew numru ta' ġimgħat u żdidu 120,000 oħra.", "DEO DEBATTISTA: L-individwi għandhom għażla, jiġifieri jgħid li jrid imur Malta?", "CARMELO ABELA: Le, la; l-pajjiż m'għandu dritt jgħżel lil min u lanqas l-immigrant li se jiġi rilokat m'għandu dritt jagħżel.", "DEO DEBATTISTA Jiġifieri bil-polza?", "Kif se jintgħażel?", "CARMELO ABELA: L-għażla se ssir mill-pajjiż li se jibgħathom, jiġifieri l-Italja u l-Greċja se jużaw kriterji huma għalfejn dawn id-19 Eritrei marru l-Isvezja, imbaħgad se jaqbdu 20 mis-Somalia u se jibagħtuhom il-Ġermanja, imbagħad jgħaddu lilna wkoll.", "FRANCO MERCIECA: Kien hemm ħsieb li jagħqdu l-familji hux hekk?", "CARMRELO ABELA: Wieħed mill-kriterjji jista' jkun dak imma aħna m'aħniex informati fuq il-kriterji li se jużaw l-Italja u l-greċja, għall-inqas din ma ġietx diskussa f'dan id-dettal żgur mhux mill-ministri, ma nafuxnafx fuq livell tekniku jekk ġietx diskussa jew le però informazjzoni t'a dan it-tip m'għandix però l-għażla ta' min u fejn jiġu rilokati hija f'idejn l-Italja u f'idejn il-Greċja.", "FRANCO MERCIECA: Hemm idea ta' kemm hu n-numru ta' migration flow bħala total fl-Ewropa kollha jew ħadd ma jaf?", "CAFRMELO ABELA: Ġieli kellna briefing minn Antonio Gutierrez li huwa l-United Nationas High Commissioner for Refugees fejn figuri approssimattivi jissemmew li huma in the range ta' mijiet ta' eluf bħala flow.", "Żgur li l-160,000 li qed jiġi suġġerit li jiġu rilokati huma fraction jew persentaġġ li, jekk niftakar tajjeb, issemmiet l-ammont ta' 40% taql-migratory flow, għall-inqas meta kellna l-40,000 taħt l-ewwel programm dak kien li semma 40% ta' dawk li daħlu fl-Italja dak iż-żmien.", "Jidhirli dawk kienu l-figuri.", "Il-Ġermanja qed tggħid li matul din i-sena aktarx bejn 800,000 u miljun persuna se jkunu daħlu l-Ġermanja biex nagħtu idea waħda.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri l-129 fuq dawn is-sentejn jistgħu jiżdidu?", "Għalhekk fit-tweġiba tiegħi lill-Onor.", "Debattista għedt li bdejna bi programm ta' 40,000, għaddew numru ta' ġimgħat u ġie suġġerit li nżidu 120,000 u allrua għannda programm ta' rilokazzjoni minn żewġ pajjiżi ta' 160,000.", "Ma jeskludi xejn li jkollna iktar.", "S'issa m'għandneix informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Se jkun hemm żieda ta' immigranti mhux minn dawn il-160,000 jistgħu jinbidlu n-numri.", "Minn dawn il-160,000 se jiġu 129 minnhom.", "CARMELO ABELA: Le, dawn il-160,000…", "CARMELO ABELA: Fuq l-40,000 se nieħdu 60 fuq sentejn u mill-120,000 se nieħdu 129 fuq sentejn.", "THE CHAIRMAN: It-total huwa ta' 189.", "CARMELO ABELA: 189 fuq il-160,000.", "THE CHAIRMAN: Dawk ma jistgħu jiżdidu?", "CARMELO ABELA: Le, dak huwa l-pledge tagħna.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Biex ma jitħaltux il-kunċetti, is-60 ghuwa taħt resettlement.", "CARMELO ABELA: Le, rilokazzjoni.", "CARMELO ABELA: Resettlement għadnna 14.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mela s-60 kif żdidu mal-129?", "CARMELO ABELA: Is-60 li Malta pledged li tieħu taħt il-programm tal-40,000 dawk huma tal-40,000.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Taħt il-120,000 se nieħdu 129, jiġifieri total ta' 189.", "CARMELO ABELA: Imbagħad hemm programm ieħor li huwa ta' resettlement.", "Ir-resettlement huwa li pajjiż tal-Unjoni Ewropea jieħu minn pajjiż terz, jiġifieri mhxu immigranti li wasslu f'xi pajjiż tal-Unjoni Eworpea imma immigranti li għadhom f'pajjiż ta' transitu.", "Biex inġibu eżempju prattiku jekk għandek immigranti li qegħdin jistennew il-Libya, mil-Libya hemm programm t'a resettlement li jlaħħaq 20,000 li kull pajjiż, jew ħafna mill-pajjiżi, anke dawk li humiex membri tal-Unjoni Ewropea se jieħdu ssehem fih bħall-Isvizzera eċċ. hemm min wiegħed li jieħdu numrut a' immigranti minn pajjiżi terzi.", "Aħna se nieħdu 14 mill-ammont ta' 20,000.", "Dan l-ammont intlaħaq kollu, anzi dan l-ammont ġie superat.", "Il-pledges li għamlu l-pajjiżi li se jieħdu sehem fir-resettlememnt huwa madwar 22,000.", "Dak huwa programm totalment differenti minn tar-relocation.", "TONI BEZZINA: Dan tar-resettlememnt l-ammont li tieħu hemm xi formola bħalma kien hemm rilokazzjoni?", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb huwa li hawnhekk l-UNHCR tilgħab parti importanti.", "Fil-fatt, naħseb li hemm numru ta' kampijiet li jkunu mod jew ieħor immexxija mill-UNHCR u allura għalkemm s'issa għad m'għandneix dettalji sa fejn jien informat fuq il-programm tar-resettlement, kien issemma li naħdmu mill-qrib mal-UNYHCR.", "TONI BEZZINA: Kif ġie deċiż li jiġu 14 hawn Malta?", "CARMELO ABELA: Aħna bħala pajjiż li stajna l-pledge tagħna …", "TONI BEZZINA: Jiġifieri stajna tlabna 20.", "CARMELO ABELA: Hekk hu, stajna tlabna xejn, stajna tlabna 20, stajna tlabna n-numru li tlabna.", "Fil-fatt tlabna 14.", "DEO DEBATTISTA : It-Taljani u l-Griegi għandhom kriterji fejn se se jjibagħtu n-nies.", "X'inhuma l-kriterji tagħna biex aħna nirrifjutaw dawk it-30%?", "CARMELO ABELA: L-uniku kriterju li nistgħu nużaw huwa fejn jidħol is-sigurtà u l-ordni pubbliku.", "CARMELO ABELA: Jekk ningħataw il-lista tan-nies li se jiġu rilokati f'Malta u meta jsiru ċ-checks meħtieġa mill-forzi tas-sigurtà jirriżulta li xi isem minnhom aħna għandna informazzjoni fuq dik il-persuna li mhijiex persuna idonea li tiġi hawn Malta, fuq dik il-bażi ta' sigurtà nistgħu nirrifjutaw li dik il-persuna tiġi hawn Malta.", "THE CHAIRMAN: Id-deċiżjoni hija finali tal-istat.", "CARMELO ABELA: Naturalment ngħidu għar-raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali, mhux se jgħidlek li minkejja kollox xorta trid tieħdu.", "Il-pajjiż għar-raġunijeit ta' sigurtà u bon ordni jgħid ...", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri dawk biss huma l-kriterji, ma jidħlux kriterji oħrajn ta' mard …", "THE CHAIRMAN: Jiddependi kif tiddefenixxi sigurtà nazzjonali.", "CARMELO ABELA: tinsix li aħna qegħdin nirrilokaw minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropa l-Italja u l-Greċja.", "Hemm kondizzjoni importanti li t-Taljani u l-Griegi f'dawn il-famużi hot spots li forsi ġieli smajtu din it-terminoloġija tissemma, dawn huma postijeit fejn l-immigranti li jaslu fl-Italja u l-Greċja jridu jiġu reġistrati.", "Mela se tieħu l-fingerprints, tipprova tiskopri l-identità tal-persuna, xi forma ta' health screening nifhem li jsir kif aħna nagħmlu hawn Malta u kif konna nagħmlu hawn Malta meta kienu jiġu l-immigranti bid-dgħajjes.", "DEO DEBATTISTA: Mhux qed nirreferi biss għal mard infettiv.", "Pereżempju, dawn ikunu fuq programm ta' chemotherapy, fuq dialysis se jibagħtuhomlok hawn u jkunu piż fuq l-isptar.", "CARMELO ABELA: Naħseb wieħed irid iżomm f'moħħu li jekk dawn għandhom dan it-tip ta' mard li jirrikjedi attenzjoni fi sptar ma naħsibx li li jkun il-mument opportun li dawn jiġu rilokati.", "Se jiġu rilokati dawk li qegħdin f'dawn iċ-ċentri li qed jissejħu hot spots u allura għandi nifhem li se jiġu rilokati dawk il-persuni biss li huma fit li jivvjaġġaw.", "Jekk għandek persuna li għandha bżonn kura ...", "DEO DEBATTISTA: Aħna qed nitkellmu fuq relocation of families.", "Jekk se tibgħat il-familja u mhyux se tibgħat wieħed mill-membrit al-familja minħabba … qed nistaqsi jiġifieri mhux qed noġġezzjona.", "CARMELO ABELA: Bħala tweġiba dan mhuwiex kriterju li tista' tirrifjuta, jiġifieri ma daħlitx bħala kriterju li tista' tirrifjuta.", "Ma naħsibx li jkun f'waqtu li persuna tiġi rilokata meta din għandha bżonn attenzjoni fi sptar.", "DEO DEBATTISTA: Jekk, pereżempju, għandek renal dialysis tista' tmur fejjn trid sakemm għandek terġa' tmur għal renal dialysis.", "Jien qed nirreferi għal meta jagħtuk is- €6,000 mill-ewwel se tużahom.", "CARMELO ABELA: Dik mhijiex raġuni li hija msemmija li wieħed jista' jirrifjuta l-persuna li tiġi rilokata f'pajjiżu.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ministru, semmejt li jistgħu jidħlu third party countries u mingħalija semmejt il-Libya.", "Mil-Libya se jkun hemm biex jittieħdu8 nies ukoll?", "CARMELO ABELA: Naħseb tajjeb li ma nħaltux il-programmi flimkien għax ir-relocation qegħdin nitkellmu bħalissa fejn semmejna l-120,000 u l-40,000 dak huwa programm ta' relocation.", "Il-programm ta' resettlement huwa l-ammont ta' 20,000 għall-Ewropa kokllha, jiġifieri mhux biss l-Unjoni Ewropea imma hemm numrut a' pajjiżi li offrew li jieħdu sehem f'dan il-programm bħall-Isvizzera, Iceland u xi pajjiżi oħrajn u jidhirli li anke n-Norveeġja.", "TONI BEZZINA: Jekk fuq raġunijiet ta' sigurtà tirrifjuta tlieta, dawk jiġu rreplaced?", "CARMELO ABELA: Dawk jiġu replaced b'persuni oħrajn.", "L-ammont ta' 189 fuq iż-żewġ programmi se neħduhom mhux ngħidu għax tawna dawn jekk hemm disgħa allura ġew 180, 189 se jibqa' n-numru.", "JOSEPH SAMMUT Bħala punt ta' kjarifika, qegħdin insemmu l-Italja u l-Greċja li bħalissa huma ż-żewġ points fejn qegħdin jidħlu l-immigranti illegali.", "Fir-rigward ta' Malta li kienet point fejn daħlu, fil-konfront tan-numri msemmija, l-ammont li jispetta lil Malta żżomm qed jiġu meħuda inkonsiderazzjoni n-numri li kienet diġà obbligata żżomm mingħajr ħadd ma ħa xejn?", "CARMELO ABELA: Inti qed titkellem fuq immigranti li daħlu f'pajjiżna sa min-numru ta' snin ilu sakemm kellna numru t'a influssi oħrajn fis-snin l-imgħoddija.", "Dan il-programm imur lura sa sitt xhur jiġifieri jekk sena ilu kellek influs qawwi, dak mhux qed jittieħed inkonsiderazjzoni, jiġifiri qed immorru lura sa ftit ta' xhur ilu.", "Dak li l-Italja u l-greċja kellhom qabel dawk mhux qed jittieħdu inkonsiderazzjoni imma qed jittieħdu inkonsiderazjzoni dawk li daħlu sa sitt xhur ilu.", "Jekk f'Malta fl-2008 daħlu kważi 2,000 immigrant fi ftit xhur, dawk mhux qed jittieħdu inkonsiderazzjoni beix nidħlu aħna stess biex nirrilokawhom minn pajjiżna.", "JOSEPH SAMMUT: Jiġifieri dawk irridu nibqgħu bihom over and above, mhux qegħdin jittieħdu inkonsiderazzjoni man-numru.", "CARMELO ABELA: L-immigranti jew refuġjati għax irridu niftakru oħra li min ġie hawn Malta fil-parti l-kbira tagħhom jagħmlu talba għall-ażil u l-persentaġġ li jingħataw protezzjoni mhuwiex żgħir.", "CARMELO ABELA: Dawk bħala refuġjati jistgħu jiksbu drittijiet u legalment jistgħu jibqgħu.", "JOSEPH SAMMUT: Over and above għal dak li jiġi ...", "CARMELO ABELA: Huma over and above dawk li ġew fil-passat.", "JOSEPH SAMMUT: Jiġifieri aħna qegħdin nitkellmu over and above li ġew fil-passat ġej numru ieħor.", "CARMELO ABELA: Ġejjin 189 fuq żewġ programmi ta' relocation.", "JOSEPH SAMMUT: Fil-konfront tal-Greċja u l-Italja min qed jimmoniterja li dawn li se jibagħtu mhumiex se jkunu u ta' liema perijodu se jkunu?", "Xi ħadd qed jimmoniterja?", "Min hu inkarigat biex jimmoniterja mill-Unjoni Ewropea?", "CARMELO ABELA: Dawn il-famużi hot spots hemm ukoll numru ta' uffiċjali mill-aġenziji tal-istess Unjoni Ewropea, primarjament l-l-EASO u xi uffiċjali oħrajn li jaħdmu mal-Frontex biex jgħinu lill-Italja u l-Greċja jlaħqu mal-eluf ta' immigranti li qed ikollhom f'dawn il-pajjiżi.", "Iż-żewġ aġenziji tal-Unjoni EwropEwropea, jiġifeir l-AESO u Frontex, qed ikunu preżenti mal-uffiċjali Taljani u uffiċjali Griegi beix jgħinuhom jirreġistraw dawn l-immigranti li qed jidħlu f'pajjiżhom.", "JOSEPH SAMMUT: Mhux jirreġistraw.", "Meta jintbagħtu, jaqbdu l-gruppi, min qed jikkonferma f'liema perijodu daħlu u f'liema pajjiż?", "Jekk hemm xi ħadd li jikkonferma.", "CARMELO ABELA: Huma dawn iċ-ċentri, dawn l-uffiċjali.", "JOSEPH SAMMUT: Dawn iċ-ċentri sempliċiment jirreġistraw l-individwu.", "CARMELO ABELA: Imma jirreġistraw dawk li daħlu issa.", "JOSEPH SAMMUT: Min se jgħid li, pereżempju, dawn il-200 għal Malta?", "Kif se nkunu nafu f'liema perijodu daħlu dawn?", "Min se jimmoniterja biex jara minn liema perijodu daħlu?", "CARMELO ABELA: Huma dawn l-uffiċjali stess li qed jimmoniterjaw.", "JOSEPH SAMMUT: Jekk qed nifhmek tajjeb inti qed tgħid li dawk jirreġistraw u mhux jimmoniterjaw lil min se jibagħtu.", "CARMELO ABELA: Biex immigrant jiġi rilokat bilfors irid ikun reġistgrat.", "Meta se tirreġistrah se tirreġistra d-data u dettalji bażiċi.", "Il-pajjiżi membri ntalbu wkoll biex jibagħtu uffiċjali minn tagħhom jekk iridu, jiġifieri aħna nistgħu nibagħtu uffiċjali minn tagħna.", "Jekk insibu volontiera li lesti li jmorru jagħmlu numru t'a xhur biex jagħmlu dan ix-xogħol jistgħu jmorru u allura nistgħu ngħidu li kull pajjiż membru jista' mhux biss imur jagħti daqqa tg'id imma permezz t'a hekk ikun qed isegwi ftit u jimmoniterja din iċ-ċirkostanza.", "Inti qed tgħidli jekk daħal xi ħadd sena u nofs ilu fl-Italja kif se nkunu nafu li dan daħal f'dawn is-sitt xhur u mhux sena u nofs ilu?", "Ma naħsibx li hija xi issue partikolari għax ibqa' ċert li jkunu mxew u probabbilment nafu d-destinazzjoni li jkunu mmiraw għalih.", "THE CHAIRMAN: Dawn il-189 meta jidħlu Malta, meta jmissu artna, x'se jsir minnhom?", "CARMELO ABELA: Dawn il-189 persuna li fuq sentejn se jiġu f'pajjiżna, kif jaslu hawnhekk irid isir il-proċess tal-ażil.", "Dawn mhux se jiġu hawnhekk bħala refuġjati imma se jiġu hawnhekk bħala immigranti.", "Il-proċess kollu jrid isisr kif isir keiku wasslu hawn Malta direttament.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux se jmorru ċentru t'a detenzjoni imma se japplikaw direttament mar-Refugee Commissioner u r-Refugee Commissioner se jikkonsidra t-talba tagħhom.", "Ma ninsewx li dawn ġejjin minn pajjiżi li jaqbżu l-75% bħala acceptance rate ta' refuġjati u allura l-likelihood hija li dawn l-immigranti jiġu refuġjati bid-drittijiet li refuġjat ikollu.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija xi ħaġa li qed issir diskussjoni interna bejn numru t'a Ministeri fil-preżent biex naraw dawn il-persuni fejn se jiġu ...", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri m'hemm l-ebda requirement min-naħa ta' din l-iskema li dawn irridu neħduhom f'open centre.", "Il-pajjiż se jirċevihom u jiddeċiedi hu fuq il-politika kif se jiddeċiedi.", "CARMELO ABELA: Aħna bħala Ministeru għall-Intern u Sisgurtà Nazzjonali għandna numru ta' ppostijiet fejn jistgħu joqogħdu però mhux se jintbagħtu f'ċentrit a' detenzjoni.", "TONI BEZZINA: Bħalissa min jiġi minn barra bil-baħar awtomatikament jjispiċċa f'ċentru t'a detenzjoni hawnh Malta?", "Dawn li ġejjin le.", "CARMELO ABELA: Però dawn li ġejjin mhux se nibagħtuhom.", "Ir-raġuni hija li dawn se jiġu minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, diġà reġistrati u diġà għandna l-informazzjoni fuqhom mentri min jiġi hawn Malta, jekk jiġi bil-baħar, inti ma taf xejn fuqu, jiġi bla dokumenti eċċ. Dawn se jjkollna l-informazzjoni fuqhom, se jkunu saru ċchecks minn qabel, xorta se nivverifikaw u anke health checks se jsiru.", "Meta jiġu hawn Malta se jsiru wkoll health cheks kif isir is-soltu pero diġà għandek ammont ta' informazzjoni li diġà ċċekkjajt għax inkunu aċċettajnihom on paper imbagħad nilqgħuhom b'mdo fiżiku meta jaslu Malta.", "TONI BEZZINA: L-ammont ta' 120,000 li se jiġu rilokati kif ġie stabbilit?", "CARMELO ABELA: Ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea lig ħamlet proposta lill-Kunsill tal-Ministri.", "TONI BEZZINA: Hemm xi mekkaniżmu, xi formola biex tasal għall-ammont?", "CARMELO ABELA: Le, sempliċiment wieħed jissuġġerixxi numru, bdejna bl-40,000, imbagħad rajna li l-40,000 mhux biżżejjed u jkun hemm taħdidiet f'livelli tekniċi, jiġifieri qabel jaslu dawn id-dokumenti għad-diskussjoni fil-livell ta' Ministri jkun hemm ħafna diskussjoni u l-ammonti jkunu maqbula jew issuġġeriti b'dak il-mod imbagħad ikunu maqbula fil-Kunsill tal-Ministri.", "THE CHAIRMAN: Wasalna għal 189, intuża xi kriterju, xi formola matematika?", "CARMELO ABELA: Iva, id-distribution key li semmejt fil-bidu fejn għandek l-unemployment, il-GDP, kemm dak il-pajjiż ikun irreloka.", "DEO DEBATTISTA: Ministru, għaliex iddeċidew li jagħtu flus ma' kull …", "CARMELO ABELA: Biex jgħinu lill-pajjiż li se jirċievi l-immigranti biex ikun jista' jkollu …", "DEO DEBATTISTA: Għaliex dak l-ammont?", "CARMELO ABELA: L-ammont ġie deċiż li jkun €6,000.", "M'iniex informat għalfejn €6,000 u mhux €10,000.", "DEO DEBATTISTA: X'kien il-ħsieb li bis-€6,000 se ssiblu lodgin?", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb kien biex il-pajjiż mhux biss se żżommu hawnhekk imma se tipprova tintegrah fis-soċjetà wkoll u allura ċerti spejjes se jkollok.", "L-Unjoni Ewropea se tgħin lill-pajjiżi kollha li se jirrelokaw għal kull persuna li se ġġib hawnhekk fi grant ta' darba ta' €6,000 għal kull persuna.", "DEO DEBATTISTA: Ma rridhomx jissarfu fi flus, tifhimnix ħażin, se naċċettawhom.", "CARMELO ABELA: Tinsix li dawn jistgħu jaħdmu.", "DEO DEBATTISTA: Jiena biex inkun naf kif l-Unjoni Ewropea waslet għas-€6,000", "CARMELO ABELA: Pereżempju, l-Italja u l-greċja se jingħataw €500 għal kull persuna li jirrekolaw biex huma jkopru l-ispejjes tal-ivvjaġġar.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri l-189 li ġejjin se jibqgħu hawn Malta għal żmien indefinit.", "CARMELO ABELA: Se jiġu hawn Malta f'dawn is-sentejn li ġejjin.", "Wieħed ma jeskludix li jkun ehmm programmi oħrajn.", "Pereżempju, aħan għandna programm mal-Istati Uniti fejn, bejn wieħed u ieħor, 500 persuna li jintgħażlu taħt dan il-programm jingħataw l-opportunità li jmorru l-Amerika u jiġu rilokati fl-Amerika.", "Jagħżlu l-amerikani, ħaduhom f'pajjiżhom jagħżlu huma.", "Dak il-programm għadu in vigore u ma neskludix li dawn il-persuni jkunu konsidrati taħt dan l-sitess programm.", "TONI BEZZINA: Dawn il-189 mhumiex rikonoxxuti bħala refuġjati.", "CARMELO ABELA: għalissa le però potenzjalment …", "TONI BEZZINA: Jekk ma jkunx rikonoxxut bħala refuġjat x'se jiġri?", "CARMELO ABELA: Min ma jkunx rikonoxxut bħala refuġjat, kif qed jiġri s'issa, tinħareġ dik li tissejjaħ return decision biex dawn jintbagħtu lura f'pajjiżhom, jiġifieri ripatrijati f'pajjiżhom.", "Hemm diffikultajiet anke fuq dan u naħseb illum se nitkellmu fuq din ukoll.", "CARMELO ABELA: Marbuta xi ftit magħha wkoll.", "THE THE CHAIRMAN: Naf li hemm mistoqsijiet imma naħseb il-Ministru għad fadallu ħafna iżjed x'jispjega.", "CARMELO ABELA: Dokument ieħor jitkellem fuq id-direttiva 452 li hija fuq safe third countries.", "Din għadha ma ġietx deċiża s'issa, jiġifieri s'issa hemm proposta ta' lista li s'issa għadha ma ġietx diskussa u maqbula għax għadha ma telgħetx għad-diskussjoni, ċjoè kienet fuq l-aġenda imma for information only f'dan l- istadju, imbagħad iktar 'il quddiem jekk ikollna niddiskutuha biex naraw jekk se naqblu jew le fuq il-lista.", "L-iskop x'inhu?", "L-iskop huwa, bħalissa kull pajjiż għandu lista tiegħu ta' safe countries.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Fenech, jista' jkollok l-esperjenza tal-pajjiż li jħares lejn il-pajjiż ġar tiegħu jew mhux daqshekk ġar tiegħu bħala a safe country u allura l-proposta hija li bħala Unjoni Ewropea jkollna lista waħda li tkun maqbula bejn kulħadd li l-pajjiżi jkunu maqbula f'dan is-sens.", "X'inhu l-vantaġġ tiegħu?", "Apparti li jkollna lista waħda bħala Unjoni Ewropea, dan iwassal biex l-applikazzjonijiet ta' nies minn dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jiġu konsidrati iktar malajr.", "Il-ħsieb ukoll huwa li l-ista t'a dawn il-pajjiżi li huma meqjusa bħala safe third countries tkun riveduta b'mod regolari u li l-Kummissjoni Ewropea tkun tista' tisospendi pajjiż mil-lista komuni ta' pajjiżi siguri għal perijodu ta' sena li jista' jiġġedded.", "Jekk il-Kummissjoni tħoss li li hemm pajjiż partikolari li qiegħed fil-lista ta' safe third countries u għal xi raġuni jew oħra dan m'għandux ikun hemmhekk jista' jiġi sospiż għal sena u dik is-sena tista' tiġġedded għal iktar minn sena waħda.", "Xorta għandu jkun hemm assessment ta' kull applikazzjoni individwalment anke jekk l-applikant ikun ġej minn dawn il-pajjiżi.", "Jekk għandek pajjiż bħall-Albanija, biex insemmi eżempju ta' wieħed li qiegħed fuq il-lista, li jkollok persuna li telqet mill-albanija u marret f'xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea xorta l-applikazzjoni tagħha għandha tiġi meqjusa b'mod individwali anke jekk l-Albanija hija meqjusa bħala a safe third country.", "IL-fatt li din il-persuna tkun ġejja minn a safe third country il-proċess għandu jitħaffef iktar u l-likelihood tkun li din ma tiġix aċċettata u tintbagħat lura għax jekk hija meqjusa bħala a safe third country m'għandhiex għalfejn tibqa' f'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.", "Il-lista li bħalissa qed tiġi proposta bħala pajjiżi siguri huma l-Albanija, il-Bosnia u Herzegovina, il-Former Yugoslav Republic of Marcedonia …", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'xi stadju din il-lista se tqassamhielna?", "CARMELO ABELA: Iva, mela le, jidhirli li qiegħda anness mad-dokument.", "Dawn huma l-pajjiżi li s'issa jinstabu fil-proposta li għad trid tiġi għad-diskussjoni.", "Ma neskludix li jkun hemm … Dawn huma safe third countries, il-lista biex bħala Unjoni Ewropea naslu li jkollna lista waħda komuni ta' safe third countries għax bħalissa kull stat membru għandu l-lista tiegħu Din hija l-lista li bħalissa qed tiġi proposta biex wieħed jaqbel fuqha.", "Stat membru ma jkunx jista' jiddikjara li pajjiż minn dawn huwa sigur jekk dan il-pajjiż ikun ġie sospiż mil-lista għax, kif għedna iktar qabel, il-Kummissjoni Ewropea tista' tisospendi pajjiż partikolari għar-raġunijiet li jistgħu jinqalgħu għal sena u dik is-sospensjoni tista' tiżdid minn sena għal iktar u jekk għandek pajjiż li kien fil-lista mbagħad ġie sospiż ma jkunx jista' jiddikjara li dak il-pajjiż huwa safe.", "Dan għadu mhux approvat, għadu għad-diskussjoni.", "Dokument ieħor huwa dokument 453 fejn hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq EU action plan on return.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kif dawk l-immigranti li ġew fl-Unjoni Ewropea, sar il-proċess tal-ażil, u rriżulta li ma ħaqqhomx protezzjoni fl-Unjoni Ewropea u allura toħroġ ir-return decision biex jintbagħtu lura f'pajjiżhom.", "Hawnhekk hawn numru ta' diffikultajiet u naħseb li kull pajjiż anke fid-diskussjonijiet li kellna qajjem l-ssues u d-diffikultajiet li qegħdin insibu bħala stati membri biex meta jkollok immigrant li ma jkunx ikkwalifika għal protezzjoni jintbagħat lura.", "L-ewwel problema hija biex tirċievi dokumenti, jiġifieri ma tistax tibgħat persuna f'pajjiż ieħor jekk m'għandekx id-dokumenti li jridu jiġu minn pajjiżu stess.", "Jekk jiġu d-dokumenti, apparti li tirringrazzja lill-Misier Etern li waslu d-dokumenti, trid tara kif twasslu fiżikament fil-pajjiż li minnu oriġina.", "Kif se nsaħħu r-return t'a din il-pesuna?", "L-ewwel option hija li b'mod volontarju din il-perusna tgħid li la ma kkwalifikatx għall-ażil titlaq minn rajha u allrua dik hija l-iktar option preferuta u allura l-fondi tal-Unjoni Ewroepa se jgħinu f'dan ir-rigward biex persuna b'mdo volontarju tkun tista' tmur f'pajjiżha.", "L-istati membri se nipprovaw li jsir sforz biex naraw best practices f'dan il-qasam u allura kif pajjiż membru jista' jkollu suċċess b'mod volontarju li qed jirnexxilu jibgħat iktar u kif wieħed jista' jaqsam dan ma' membri oħra.", "Din l-ewwel option li wieħed b'mod volontarju jitlaq lejn pajjiżu stess.", "Imbagħad hemm it-tieni option li jekk ma tridx titlaq b'mod volontarju jkollna nibagħtuk b'mod ieħor.", "Bħalissa l-Kummissjoni Ewropea qed tevalwa kif ġiet implimaentata direttiva dwar ir-ritorn fl-istati membri bil-possibilità li tirrevedi anke din id-direttiva.", "Nifhmu li hemm dawn id-diffikultajiet u allura jista' jkun hemm reviżjoni tad-direttiva kif dawn jistgħu jiġu mibgħuta din id-darba mhux b'mod volontarju imma jiġu sforzati li jmorru lura f'pajjiżahom.", "Hawnhekk qed tissemma wkoll id-detenzjoni.", "Id-detenzjoni tkun tista' tiġi użata iżda bħala l-aħħar għodda, jiġifieri jekk persuna, immigrant, li għandu return decision ma jaċċettax li jmur b'mod volontarju allura se jkollna nisforzawh li jmur u hawnhekk qed ngħidu li bħala deterrent nistgħu nużaw id-detenzjoni biex idn il-persuna tinżamm fid-detenzjoni sakemm tiġi ritornata lura f'pajjiżha.", "Imbagħad hemm il-qsim tal-informazzjoni, sistemi li jintużaw bejn l-istati membri fejn qegħdini insemmu numru ta' sistemi.", "Ma naħsibx li għandna għalfejn noqogħdu nidħlu fihom però f'dawn is-sistemi hemm l-informazzjoni dwar dawn il-persuni li tkun qed tiġi maqsuma mal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea anek min għandu entry ban, jiġifieri jekk persuna telqet minn Malta u marret l-Italja jew marret f'pajjiż ieħor permezz tas-sistemi komuni li jeżistu wieħed ikun jaf li dik il-persuna qed tiġi banned milli tidħol f'xi pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-qasam qed ikun hemm it-talba mingħand il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex il-Frontex tidħol iktar f'dan il-qasam tar-ritorn u allura anke hanwhekk qeħdin nitolbu lill-Frontex tidħol bir-riżorsi tagħha li dawn ir-riżorsi jiġu mill-istati membri u l-fondi li tgħaddilha l-Kummissjoni Ewropea.", "Tajjeb infakkar li l-Frontex diġà qed tgħin f'dawk li semmejt iktar qabel li huam l-hot spots però qegħdin nitolbu li l-Frontex tidħol iktar fil-qasam tar-ritorn ta' dawn l-immigranti.", "Qed jiġi konsidrat sistema integrata t'a return management.", "Hemm żewġ punti taħt din is-sistema integrata ta' return management.", "L-ewwel nett li jkun hemm żviliupp t'a sistema integrata ta' ritorn fejn in-networks u l-programmi kollha li huam finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkunu integrati.", "Aħna għandna diversi programmi finanzjati mill-Unjoni Ewropea li jaħdmu b'mdo disjointed, kulħadd jaħdem għar-rasu ua llura jkun hemm iktar integrazzjoni ta' dawn il-programmi biex wieħed ikun jaf dawn in-networks u l-programmi l-finanzjament tagħhom fejn qed imur u li l-Unjoni Ewropea taħdem biex pajjiżi terzi jaċċettaw iktar l-laissez-passer.", "Dan huwa dokument internazzjonali li rridu naħdmu biex pajjiżi terzi li għandna nirritornaw immigranti li ġew minn dawn il-pajjiżi, jekk ma jaslux id-dokumenti li nkunu qegħdin nistennew biex nibagħtuhom lura, id-dokument li huwa rikonoxxut b'mod intgernazzjonali min-numru ta' pajjiżi jiġi aċċettat minn iktar pajjiżi anke permezz t'a negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u dawn il-pajjiżi terzi biex jintuża l-laissez-passer biex jintbagħtu permezz ta' dan id-dokument u anke li wieħed isaħħaħ il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi.", "Waħda mill-affarijiet hija li jintużaw trade agreements mal-Unjoni Ewropea li wħud minnhom ilhom hemmhekk is-snin biex nużawhom bħala għodda ħalli ninegozjaw, għalhekk issemma l-prinċipju more for more.", "Aħna qed ngħinuhom, qed nagħtuhom trade agreements, finanzjament eċċ. però in return irridu li dawn jikkoperaw iktar magħna biex immigranti li ġejjin minn dawn il-pajjiżi li ma kkwalifikawx għal dan it-tip ta' ażil jintbagħtu lura f'pajjiżhom u allura wieħed juża iktar dawn it-trade agreements li aħna se nagħtukom din imma intom tridu tagħtuna l-oħra.", "L-aħħar dokument li għandna quddiemna huwa fejn jidħol l-external action tal-Unjoni Ewropea.", "Dawn id-dokumenti li semmejna s'issa huma mparti mill-internal action tal-Unjoni Ewropea, issa se nitkellmu ftit fuq l-external action tal-istess Unjoni ua llrua qegħdin nitkellmu fuq din il-kriżi li qed niffaċċjaw bħala pajjiżi membri r-rwol…", "Ikkjarifikajna fuq kull dokument, tar-return għadda jew għadu proposta?", "CARMELO ABELA: Le, tar-return huwa action plan li ġie diskuss u għadu qed jiġi diskuss, jiġifieri as such ma jiġix approvat però huwa pjan ta' azzjoni u direzzjoni biex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista' f'isem l-istati membri tinnegozja mma' dawn il-pajjiżi terzi u pajjiżi ta' oriġini.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-istess għall-external action?", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, l-external action hija komunikazzjoni bħal ta' qabilha.", "Din taqa' taħt Frederica Mogherini li hija responsabbli mill-external action.", "Il-kriżi ta' rfuġjati jew tal-immigranti, aħjar insejħilha hekk, qed tiġi diskussa f'numru ta' laqgħat u livelli.", "Naħseb mit-Tieni Gwerra 'l hawn din hija waħda mill-ikbar kriżi ta' refuġjati li wieħed qed jiffaċċja bħalissa.", "Din hija r-realtà, jiġifieri daqshekk hija kbira din l-issue.", "Aħna, min-naħa tagħna, dejjem sħaqna li din hija sitwazzjoni globali, anzi hija sitwazzjoni fejn, l-ewwel nett, il-pajjiżi membri għandhom jaċċettaw ownership tagħha, mhux sempliċiment il-pajjiżi li jinsabu fil-fruhntiera tal-istess Unjoni però qegħdin naraw li mhux biss il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea imma anke hija issue globali fejn għandha tiġi ttakiljata mhux biss f'livell ta' Unjoni Ewropea imma b'mod iktar miftuħ u, skont l-UNHCR, id-dinja bħalissa laħqet l-ogħla numru ta' displaced persons mit-Tieni Gwerra 'l hawn, jiġifieri li persuni telqu minn pajjiżhom u spiċċaw f'pajjiżi oħrajn.", "Naħseb wieħed mill-ikbar numri ta' persuni li ssemmew ġejjin mis-Syria għar-raġunijiet ovvji ta' sitwazzjoni politika interna f'dak il-pajjiż u l-maġġoranza tas-Sirjani marru fil-Lebanon, il-Ġordan u t-Turkija.", "Issa l-Unjoni Ewropea qed iżżid r-response tagħha lejn din il-kriżi.", "X'inhi l-proposta tal-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward?", "Nitkellem ftit fuq dawk li huam strumenti finanzjarji li qed jiġu mobilizzati mill-Unjoni Ewropea.", "IL-baġit ta' iktar minn €96 biljun bejn is-snin 2014 u l-2020, huwa l-baġit tas-seb'a snin ta' issa, fejn f'koperazzjoni esterna mill-Unjoni Ewropea jinkludu għajnuna għal ħolqien ta' postijiet tax-xogħol, għal paċi u s-sigurtà, drittijiet umani, good governance f'pajjiżi terzi.", "Għandna iktar minn €96 biljun li f'dawn is-seba' snin li ninsabu fihom taħt l-external action tal-Unjoni Ewropea qed jiġu allokati għald awn ir-raġunijiet li semmejt biex kemm jista' jkun nevitaw li dawn jiċċaqalqu mill-post fejn qed gjħixu.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iċ-ċifra minn fejn tirriżulta fid-dokument?", "CARMELO ABELA: Iċ-ċifra tirriżulta mid-dokument stess.", "DR JOSETTE ZERAFA: qiegħda paġna 4 fuq nett.", "CARMELO ABELA: Beix inkun preċiż €96.8 biljun.", "Twaqqaf is-Syria Trust Fund u bħalissa qed issir ħidma biex jitwaqqaf dak li qed jissejjaħ Emergency Trust Fund għall-Afrika.", "Din se tkun waħda mill-affarijiet li se tkun miftiehma hawn Malta fil-Valletta Summit li, kif nafu, se ssir fil-11 u 12 ta' Novembru.", "Wieħed mill-outcomes li qed ikun mistenni li joħroġ mill-Valletta Summit minn hawn u ftit ġimgħat oħra huwa li jjitwaqqaf dan il-fond li qed jissejjaħ Emergency Trust Fund għall-Afrika.", "Jidhirli li l-ammont li ssemmew huwa ta' €1.8 biljun li issa naraw minn fejn se jiġu l-flus, mhux se noħorġuhom aħna.", "THE CHAIRMAN: Ovvjament għad irid jinftiehem.", "CARMELO ABELA: Dan huwa wieħed mill-outcomes li hu mistenni li jirriżulta mill-Valletta Summit li se jsir fil-11 u 12 ta' Novembru.", "Il-ħsieb huwa li jitwaqqaf, mhux maqbul, għax irid jiġi maqbul fil-laqgħa li ssir f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Peress li ssemmiet li se tkun bejn il-membri tla-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Afrikani, id-deċiżjoni tal-€1.8 biljun se tkun bejn iż-żewġ partijiet jiġifieri bejn il-pajjiżi tal-Afrika u l-Ewropa jew l-Ewropa biss?", "CARMELO ABELA: Le, dan huwa fond li se jitwaqqaf mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea se jwaqqfu dan il-fond beix dawn il-flus ikunu allokati għal pajjiżi li primarjament minnhom qed toriġina l-immigrazzjoni.", "Mhux qed nimmaġina li s-South Africa ...", "CARMELO ABELA: Hekk hu eżatt.", "Naħseb dawk huma l-punti li wieħed jista' jitkellem dwarhom fuq dan l-external action.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi interventi oħra?", "L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mistoqsija jew kummemnt ġeneriku.", "L-ewwel nett grazzi tal-informazzjoni dettaljata u dokumentazzjoni.", "Ma tarax – ma rridx inkun ċinikuku ż-żejjed, jiġifieri f'livell Ewropew qed nitkellem mhux f'livell Malti – li l-momentum għadu ħafna 'l bogħod minn dak li wieħed jixtieq?", "Kieku kelli nagħmel summary ta' punti li laqtuni fil-preżentazzjoni tiegħek, għandek id-dokumenti kollha ħlief wieħed, jekk qed nifhem tajjeb, li għahdom mhux approvati, għadhom works in progress, l-uniku wieħed li huwa approvat huwa dwar l-allokazzjoni mill-Italja u mill-Greċja għax kien hemm l-emendi għad-dokument oriġinali.", "Il-mekkaniżmu donnu huwa applikabbli minn sena oħra li tibda sena 'l bogħod mil-lum, jiġifieri qegħdin nitkellmu sentejn, qed nitkellmu dawn il-perijodi però l-kick off huwa sena mil-lum jew 11-il xahar mil-lum, jiġifierig ħalija dak huwa punt ieħor.", "Għandek speċi ta' opt out ġdida ta' 30%, għandek riżervi li għahdom jistgħu jagħmlu, jiġifieri għad m'hemmx kjarezza dwar il-mekkaniżmu fit-totalità tiegħu.", "Kont nifhemnifhem li jekk għandek relocation li qed issir mill-pajjjiżi milquta, peress li jistgħu jintlaqtu pajjiżi oħra l-kriterji tar-relocation f'xi mument għandhom ikunu stabbiliti ħalli jkunu applikabbli dejjem.", "Pereżaempju, jekk Malta jkollha influs ta' immigranti iktar milli tiflaħ u allura tikkwalifika għal mekkaniżmu ta' kriżi, hi se tagħmel relocation.", "Again, kemm hu awtomatiku t-trigger?", "Jekk huwa awtomatiku, għadni mhux qed narah eżattament awtomatiku, xi kriterji tuża jew kulħadd juża l-kriterji li jrid, ikollha biss in-numru?", "Għadna wisq 'il bogħod milli jkun hemm xi forma ta' viżjoni Ewropea ċara u magħquda ta' solidarjetà vera li tinvolvi lil kulħadd.", "Nafu li hemm differenzi akbar min-numru ta' pajjiżi fuq dan is-suġġett.", "Wieħed jawgura li dawn l-ostakli li qed insemmi bil-mod il-mod ikunu superati però, kif nafu, għaddejjin pressjonijeit politiċi nazzjonali fil-livell ta' ħafna stati membri li qed ikollhom l-impatt tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar interventi?", "Ministru, ma nafx jekk tridx twieġeb għall-intervent tal-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, nixtieq nikkoreġi ftit ruħi fejn tkellimt fuq ir-relocation tal-120,000 u semmejt li din se tibda f'Settembrut al-2016.", "Fil-fatt se tibda f'Settembru tal-2015.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Diġà bdiet Ministru, jiġifieri bdiet bħala kalendarju imma meta ngħid bdiet, hemm relocation li qed issir.", "CARMELO ABELA: Apparti l-korrezzjoni żgħira, però tal-120,000 għadna ma bdejnihx, jiġifieri billi għandna d-data tal-2015 ir-relocation minn dak il-programm ta' 120,000 għadu ma bedix.", "Ir-relocation li bdiet isir issa u li s'issa, sa fejn jien informat, ġew rilokati 19 mill-Italja għall-Isvezja.", "Dawk li bdejna, forsi għax tal-bidu saret daqsxejn media hhype, beix ngħidu bdejna però s'issa m'iniex informat li saru iktar rilokazzjonijiet.", "Fil-fatt, tajna l-pledge tagħna ta' dawn it-tliet xhur kemm se nirrilokaw u n-numru li tajna kein ta' sitta mill-Italja, jiġifieri għadna qed nistennew l-ewwel dokumenti biex naraw dawn is-sitt persuni min se jkunu mill-Italja.", "Dan kien il-pledge tagħna għall-ewwel rilokazzjoni.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-Greċja ?", "CARMELO ABELA: Għalissa le, ħa nibdew mill-Italja biss, imbagħad naraw it-tieni tliet xhur li probabbilment ikolna l-istess ammont mill-Italja u l-istess ammont mill-Greċja.", "Għalkemmd ik il-korrezzjoni tas-sena, però fil-verità tal-120,000 għadha ma bdietx, beda biss il-programm tal-40,000.", "Fuq il-momentum eċċ. Ir-realità hija din, nista' naqsam miegħek dawn il-ħsebijiet għax anke fl-interventi li nagħmel f'isem pajjiżna waħda mill-affarijiet li dejjem insemmu hija li qed immorru minn kriżi għal oħra, jiġifeiri għandna din iċ-ċirkostanza x'se nagħmlu biex nilqgħu għal din?", "Ejja nagħmlu hekk, imbagħad ikun hemm diffikultajiet biex naqblu u ma naqblux, imbagħad finalment naqblu u sadanitant dħalna fi kriżi oħra Mela bdejna b'40,000, imbagħad inqalgħet kriżi daqsxejn ikbar għax kellna iktar moviment t'a iktar eluf li qed jiċċaqalqu mela ejja nagħmlu 120,000 u erġajna pprovajna nagħmlu 120,000.", "Hemmhekk nista' naqbel meigħek f'ċerti kummenti li inti għedt għax aħna stess bħala pajjiż dan ngħiduh waqt il-laqgħat li jkollna.", "Fil-fatt, inti semmejt viżjoni Ewropea ċara.", "Sal-lum, l-Unjoni Ewropea m'għandhiex politika komuni fuq l-immigrazzjoni.", "Qed nipprovaw b'xi mod jew ieħor naqblu fuq xi ħaġa imma jekk wieħed jistaqsi fuq, pereżempju, il-finanzi għandna diversi policies li huma komuni però fejn jidħlu n-nies, fejn tidħol l-immigrazzjoni għadna ma wasalniex li jkollna politika komuni.", "Inti semmejt il-kwestjoni t'a kriterju ċar, mekkaniżmu.", "Jekk għada jkollna influs bħala pajjiż, min se jiddeċiedi li għandna influs?", "L-ewwel nett hija l-Kummissjoni Ewropea.", "Naħseb li għalkemm il-kumment tiegħek kien mhux daqshekk ċar il-mekkaniżmu, speċi ta' mhux kwantitattiv, qisu wieħed ma jistax jgħid jekk inti taqbeż dan l-ammont allura inti awtomatikament jew dak ir-ratio dan ma jeżistix.", "Naħseb li huwa pjuttost flessibbli li tiddeċiedi l-Kummissjoni Ewropea, jiġifeiri kemm inti bħala pajjiż tippreżenta l-każ tiegħek u jekk il-Kummissjoni tgħid Malta, 316-il kilometru kwadru, għandek popolazzjoni ta' 420,000, u daħlulek 3,000, naħsbu li intom bħala pajjiż 3,000 huwa ammont … Awtomatikament x'se jiġri?", "Malta tieqaf milli tkompli tieħu l-immigranti li aħna se nieħdu fuq dawn s-sentejn u jieħdu minn tagħna, jiġifieri aħna nidħlu f'dak il-mekkaniżmu.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Trid tagħmel każ.", "CARMELO ABELA Trid tagħmel il-każ.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandekx il-kriterji li meta taqbeż so much ratio to population/square kilometres jew flimkien tieħu population density … Naqblu.", "CARMELO ABELA: Dan ma jidhirx li qiegħed hemmhekk, trid tagħmel il-każ tiegħek però għandek il-konfort li għandna €450,000 li mhumiex allokati lil ħadd, jiġifieri dawk il-120,000 allokajna għall-Italja u għal Greċja però għandek €450,000 oħra li qegħdin hemmhekk biex pajjiż li jkollu dik l-emerġenza jingħataw minnhom.", "Jiena konfortat mid-dikjarazzjonijiet li saru, jiġifieri mhux biss dikjarazzjonijiet li saru hawn Malt amill-Kummissarju Ewropew li ġie hawn Malta u assigurana li f'każ li Malta, la kien hawn Malta ried jassigura lilna u jien għafastu biex jassigura lilna, ma jiġrilniex kif ġara fil-passat meta, rightly so, l-amministrazzjoni dak iż-żmien talbet lill-Kummissjoni Ewropea però kif kienet qed tiġi interpretata d-direttiva fuq l-influs għax ma kienx hemm influs li kein meqjus influs għall-Unjoni Ewropea kollha, Malta baqgħet b'li ħadet fis-sens baqgħet bl-ammont li dħalu hawn Malta.", "Minkejja li għalina n-numri kienu kbar u jekk daħlulek 2,000 f'perijodu ta' xhur, lanqas sena sħiħa għax tneħħi x-xhur ta' tal-bidu tas-sena u tal-aħħar tas-sena fejn il-maltemp ikun qed iżomm milli jivvjaġġaw, allura kellek fuq perijodu ta' sitta jew seba' xhur daħlulek 2,000, għal pajjiżna huwa ammont sostanzjali.", "Meta niftakru li f'dan il-pajjiż kellna nivvintaw skejjel għamilnihom open centres, jew parti mill-barracks tas-suldati dawwarnihom f'ċentri ta' detenzjoni, imbagħad għamilna huts, kellna nilqgħu għal dik l-emerġenza.", "Sfortunatament, ilqajna dik l-emerġenza waħedna.", "Illum, għal grazzja ta' Alla, wasalna f'punt li għall-inqas hemm qbil politiku li l-Unjoni Ewropea għandha ownership tal-issue tal-immigrazzjoni.", "Għandna wkoll Kummissjoni Ewropea li hiajh iktar konxja llum minn dawk preċedenti fejn tidħol l-immigrazzjoni.", "Wieħed jista' jgħid li l-President attwali, Juncker, kien anke fil-programm tiegħu ta' qabel sar president tal-Kummissjoni Ewropea, naħseb li l-fatt li għandek Kummissarju Avramopoulosli ġej mill-Greċja, ġej min-naħa tagħna tal-Mediterran, tgħin ukoll biex il-problema jew l-issue jew l-isfida jaħdem iktar fuqha, naħseb dak huwa stat ta' fatt. Għandek uukoll il-High Representative Frederica Mogherini li ġejja minn pajjiż ġar tagħna wkoll, ironikament it-tnejn qed jintlaqtu kemm l-Italja kif ukoll il-Greċja minn influs qawwi però huma konxji ħafna.", "Nassigurakom li huam konxji wkoll mis-sitwazzjoni ta' Malta.", "Meta nitkellem magħhom u niltaqa' magħhom u bnitkellmu fuq is-sitwazzjoni tagħna, jifhmu u mhux huma biss imma anke l-minsitri kolegi tagħna, jjiġifieri dawk min-naħ atal-Italja żgur li jifhmuh dan, jifhmu li ċ-ċokon tagħna malajr l-influs jista' jkun kbir għalina.", "Ftit mijiet jew ftit eluf jist'a jkun ta' ifnlus għalina u allura filwaqt li naqbel miegħek li m'hemmx dan il-mekkaniżmu b'mod daqshekk ċar li wieħed jasal għalih, konfortat mill-fatt li dikjarazzjonijiet li saru kemm Malta kif ukoll barra u kif qed taħdem il-Kummissjoi Ewropea attwali naħseb li jekk ikollna bżonn li nagħmlu l-każ tagħna persważ li se nsibu min mhux biss jismagħna imma jagħti kasna u jagħti kasna fis-sens li jagħtina l-appoġġġ meħtieġ.", "Fuq l-opt out.", "Naħseb Din hija marbuta mal-30%.", "Naħseb din hija inqas gravi minn kif kienet proposta fil-bidu, jiġifieri kellek opt out kważi kważi totali li inti ma tieħu xejn però tħallas il-flus.", "Imbagħad, ftit ftit bdiet tinbidel u issa ġiet qisu opt out parzjali ta' 30%.", "Intom żgur li tifhmu li iweħed jipprova jilħaq kompromess kemm jsita' jkun fuq kollox.", "Meta ma tasalx bil-kompromess, kellna naslu bil-qualified majority voting u hekk wasalna, jiġifieri tal-120,000 b'hekk għaddiet.", "Kemm se ddum tissapportti minn Kunsill għal ieħor?", "F'temp ta' tliet ġimgħat kellna żewġ Kunsilli ta' emerġenza, imbagħad kellek dak formali li sar il-ġimgħa li għaddiet jew meta fil-Lussemburgu imam ta' qablu keinu tnejn ta' emerġenza.", "Wieħed minnhom fejn kien hemm din il-votazzjoni tal-120,000.", "Wieħed jipprova jasal anek in between, naħseb wieħed irid japprezza l-isforz tal-Lussemburgu li għandhom il-presidenza bħalissa pajjiż żgħir bħalma se nkunu aħna bħala presidenza fl-2017 però nagħmlu sforz qawwi.", "Kollox sew għandhom tradizzjoni gaħx mhux l-ewwel darba li kellhom il-presidenza imam xorta jjibqa' pajjiż żgħir.", "Naħseb tajjeb li wieħed jirrikonoxxi l-isforz li l-presidenza attwali qed tagħmel f'danir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Ma nafx jekk iniex korrett, kein hemm xi wieħed mill-pajjiż li vota kontra li se jjisfida d-deċiżjoni tal-vot fil-Qorti Ewropea?", "CARMELO ABELA: Kien hemm erba' pajjiżi li vvotaw kontra u wieħed astjena.", "Fost id-dikjarazzjonijiet li saru minn dawn l-erba' pajjiżi kien hemm pajjiż minnhom li qal li biħsiebu jisfida din id-deċiżjoni.", "CARMELO ABELA: S'issa m'iniex informat li saret.", "Fost il-pajjiżi li vvotaw kontra qalu li d-deċiżjoni ttieħdet u se jipparteċipaw skont id-deċiżjoni li ttieħdet b'mod ta' maġġoranza.", "Il-pajjiżi li vvotaw kontra kienu s-Slovakia, iċ-Czech Reepublic, l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Finlandja astjenew, ibqija l-oħrajn kollha vvotaw favur.", "DEO DEBATTISTA: L-individwi konċernati għandhom dritt jirrifjutaw ir-rilokazzjoni?", "CARMELO ABELA: Le, m'għandomx dritt, ma jistgħux jagħżlu.", "Immigrant li se jiġi rilokat mill-Italja u mill-Greċja ma jistax jgħid li jixtieq imur f'dak il-pajjiż.", "DEO DEBATTISTA: Le, jew jibqa' fl-istess pajjiż.", "CARMELO ABELA: Le, m'għandhomx dritt.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li nistgħu nirrilaxxew lill-Ministru mid-detenzjoni.", "Nirringrazzjawh.", "Jidher li affarijiet oħra l-Kumitat m'għandux imam kemm ninforma li hemm żewġ laqgħat skedati, nhar it-tnejn 9 ta' Novembru bejn id-8.45 a.m. u l-10.45 a.m. jew bejn is-2.00 p.m. u l-3.00 p.m. mal- Viċi President tal-Kummissjoni Maros Sefcovic responsabbli mill-energy Union u nistaqsi liema slot nistgħu nagħżlu.", "THE CHAIRMAN: Jekk ikun wara n-nofsinhar bħala chairperson hemm bżonn ta' xi ħaddieħor għax ma nkunx nista' dak il-ħin.", "Imbagħad għandna oħra t-Tnejn 7 ta' Diċembru preżentazzjoni minn Dr Louis Galea membru tal-Qorti Ewroepa tal-Awdituri dwar ir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena2014 u dan jagħmel sens li jsir flimkein mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijeit Ekonomiċi u Finanzjarji.", "Naħseb ikun fil-ħint al-Parlament.", "Irridu niffissaw data biex biex ikollna preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar consultation paper tgowards a new European neighbourhood policy.", "Dik għad irridu niddeċiduha.", "Nistgħu naġġoraw.", "Nirringrazzjakom."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20151014_36d_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "LAQGĦA 13", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 fis-6:45 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament:", "Diskussjoni dwar ir-rapport annwali tal-Kummissarju gћall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali;", "Diskussjoni u approvazzjoni tar-rapport dwar l-età tal-kunsens sesswali; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151028_013a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.19 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12 li saret nhar l-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-KUMMISSARJU GĦALL-PROMOZZJONI TAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻORDNI MENTALI", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): L-ewwel nett nirringrazzjakom tal-attendenza tagħkom u nixtieq navżakom li l-laqgħat tagħna jkunu streamed live fuq il-website tal-Parlament u allura jekk għandkom xi oġġezzjoni għal dan nitlobkom sabiex tavżawna mill-ewwel.", "Nerġa' nirringrazzjakom talli ġejtu daqshekk on a short notice u qabel ma tibdew titkellmu nitlobkom biss biex tidentifikaw lilkom infuskom minħabba t-transcription ta' din il-laqgħa.", "Min-naħa tiegħi nista' ngħid li kont impressjonata bl-ammont ta' xogħol li sar.", "Meta rajt dan ir-rapport naħseb li l-aktar ħaġa li laqtitni kienet proprju l-ammont ta' xogħol li sar, li qiegħed isir u li hemm ippjanat li jsir.", "Għaldaqstant huwa importanti li nidħlu ftit aktar fid-dettall ta' dan ir-rapport u li tagħtu r-risposti għal xi mistoqsijiet li jista' ikollu dan il-Kumitat.", "Fl-opinjoni tiegħi l-interaction ta' bejnietna dejjem hija xi ħaġa tajba.", "Ninnota wkoll li intom tkellimtu fuq kif tistgħu tinfluwenzaw il-policy u l-liġijiet, u naħseb li hawnhekk qegħdin fil-post it-tajjeb biex jekk wieħed irid jinfluwenza l-policy jew il-liġi … Rajt li kellkom ħidma bejn ħafna entitajiet u ovvjament din hija xi ħaġa tajba u pożittiva.", "Issa jekk hemm xi affarijiet li dan il-Kumitat jista' jkun ta' għajnuna fihom, illum nistgħu nitkellmu fuqhom.", "Fl-introduzzjoni ta' dan ir-rapport innotajt li fi Frar kellkom seminar fejn iddiskutejtu l-liġi dwar il-kapaċità mentali u l-importanza li jidħlu ċerti affarijiet li semmejtu fit-test tar-rapport tagħkom.", "Għalhekk nitlobkom tagħtuna ftit background dwar ir-raġuni li nħasset il-ħtieġa ta' dan is-seminar u x'qiegħed isir biex dak li ġie propost jiġi mbuttat 'il quddiem.", "Ovvjament ftit għadda żmien minn dakinhar lil hawn u mhux qiegħda nippretendi li diġà saru l-affarijiet.", "Qabel nagħtikom il-mikrofonu se ngħid biss lil min għandna magħna madwar il-Mejda.", "Mela għandna lil Dr John Cachia, Kummissarju għas-Saħħa Mentali, Dr Miriam Camilleri, Konsulenta għas-Saħħa Pubblika fl-Uffiċċju tal-Kummissarju, Dr Antonella Sammut, Residence Specialist fl-Uffiċċju tal-Kummissarju, Dr Clifton Grima, Kap Eżekuttiv għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali u Dr Anton Grech, Chairman Kliniku għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali.", "DR JOHN CACHIA (Kummissarju għas-Saħħa Mentali): Dak is-seminar oriġina wara li jiena, bħala Kummissarju, kelli laqgħa introduttorja mal-President tar-Repubblika ta' dak iż-żmien, George Abela, u waqt li konna qed niddiskutu l-kwestjoni tal-liġi dwar is-saħħa mentali ndunajna mill-ewwel li kien hemm ambitu fejn jista' jkollok issues ta' nuqqas ta' kapaċità mentali mhux fl-ambitu ta' problemi ta' saħħa mentali imma fl-ambitu ta' problemi ta' natura fiżika, xi ħaġa li ovvjament it-tobba madwar din il-mejda jiltaqgħu magħhom b'mod regolari fil-prattika tagħhom.", "Mela għandek sitwazzjoni fejn persuni m'għandhomx issue ta' saħħa mentali imma għandhom problema ta' kapaċità.", "U allura f'dak is-seminar konna qegħdin neżaminaw x'inhuma dawn l-areas.", "Pereżempju għandek il-kwestjoni li fil-liġi Maltija l-power of attorney ma tibqax valida hekk kif dak li jkun jitlef il-kapaċità mentali tiegħu.", "Mela kif nista' jien nipproteġi persuna vulnerabbli f'din it-tip ta' ċirkostanza meta l-power of attorney ma jibqax jgħodd?", "U għalhekk bdejna nistaqsu lilna nfusna jekk wasalx iż-żmien li fil-liġi Maltija jidħlu wkoll il-lasting powers of attorney bħalma hemm f'leġiżlazzjonijiet oħra barra minn Malta.", "Bdejna nistaqsu wkoll fuq il-living wills, l-advanced directives u l-assisted decision making.", "Ir-raġuni kienet li lil hinn minn dak li tipprovdi l-liġi fil-qafas tagħha dwar is-saħħa mentali, fejn inti tista' tipproteġi bniedem permezz ta' inkapaċitazzjoni jew interdiction jew inkella permezz ta' guardianship, hemm mezzi oħrajn li ladarba ma tapplikax in-natura tas-saħħa mentali tal-individwu, inti trid toqgħod attent ħafna li dawk in-nies tista' tipproteġġihom.", "F'dak is-seminar Dr Godfrey Farrugia għamel żewġ punti importanti ħafna meta tkellem fuq meta t-tabib tal-familja jiġi ffaċċjat b'sitwazzjoni fid-dar tal-persuna, fejn irid jagħmel ċerti tip ta' deċiżjonijiet u l-persuna li jkollok quddiemek ma tkunx tista' tieħu dawk id-deċiżjonijiet.", "F'dak il-każ kif se ngħinu biex dik is-sitwazzjoni tirrisolvi ruħha?", "Ma ninsewx li mhux kollox tista' timputah għal problema ta' saħħa mentali.", "Aħna poġġejna dawn l-issues fi ħdan l-Avukat tar-Repubblika u kien hemm numru ta' persuni tal-ġudikatura, imma naħseb li eventwalment xi darba wieħed irid jidħol ftit aktar fid-dettall fuq qafas leġislattiv li jipprovdi għal dawn l-affarijiet; l-advanced directives, il-living wills u l-lasting powers of attorney.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nagħmillek mistoqsija dwar il-lasting powers of attorney ladarba qegħdin niddiskutuha.", "Waħda mill-affarijiet fil-liġi Maltija li hija importanti meta jkollok il-power of attorney hi li xi ħadd qed jaġixxi f'ismek u li inti qed tagħti l-kunsens tiegħek biex dik il-persuna taġixxi f'ismek.", "U l-fatt li tieqaf il-power of attorney meta xi ħadd ma jkollux il-kapaċitajiet mentali hija għall-protezzjoni ta' min jitlef dawk il-kapaċitajiet u mhux bil-kontra.", "Issa meta għandek a lasting power of attorney kif se tikkumbaċċja dawn iż-żewg affarijiet flimkien?", "Mela la qiegħed tinsinwaha, dak li jkun jaf li inti għandek dik il-power of attorney.", "Inti qiegħed tagħmel deċiżjoni konxja meta inti konxju ta' dak li qed tagħmel bħala deċiżjoni.", "Il-kwestjoni – kif dejjem spjegawhieli l-avukati – hi li l-power of attorney presumes li hemm kunsens kontinwat.", "Fil-mument li inti ma tistax tagħti kunsens, mela hemmhekk għandek issue dwar min se jirrappreżenta lil dik il-persuna.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq il-lasting powers of attorney, qegħdin ngħidu li dan huwa att li jiġi reġistrat, li jiġi insinwat, u allura għandek ċarezza dwar il-mod ta' kif wieħed jista' jaġixxi fuqu.", "THE CHAIRPERSON: Imma jekk inti għandek il-power of attorney u xi ħadd irid iwaqqafha u għandu l-kapaċitajiet biex iwaqqafha, hemmhekk kollox sew.", "Anke waqt li jkun hemm il-power of attorney, jekk inti ma tkunx tajt il-kunsens għal xi ħaġa partikolari, dik ma tkunx tista' ssir.", "Imma jekk se jkun hemm dan it-tip ta' lasting power of attorney u inti għandek lil xi ħadd li m'għandux il-kapaċità biex iwaqqafha, kif se twaqqafha?", "DR JOHN CACHIA: Billi minnha nnifisha, bħala lasting power of attorney, ikollha s-safeguards meħtieġa għal persuna konċernata.", "Dik spjegawhieli n-nies li ħadmu f'dawn l-oqsma leġislattivi, fosthom fil-Kanada u l-Ingilterra.", "Jien m'inix avukat imma din hija xi ħaġa li wieħed irid jidħol fiha ftit aktar fid-dettall.", "Xi ħadd min-naħa tal-Uffiċċju tagħna kien qed jgħid li huwa importanti wkoll li jiġu reġistrati dawk il-prokuri li jkunu ġew irtirati.", "B'hekk dak li jkun ikun jaf li tali prokura ġiet irtirata għax dawn huma issues ta' protezzjoni, u naħseb li fis-saħħa mentali jistgħu japplikaw għax jista' ikollok persuni bi problema li ma tkunx tirrigwardja saħħa mentali involontarja kif ukoll f'areas oħra bħal dawk tad-diżabilità u l-anzjanità.", "Wieħed irid jikkonsidra dawn l-issues ukoll meta qed nitkellmu f'dawn l-ambiti.", "DR ANTON GRECH (Chairman Kliniku għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali): La qed issemmi l-liġi nixtieq insemmi xi ħaġa avolja se niddevja ftit mis-suġġett.", "Jiena nemmen li wasal iż-żmien li f'dan il-pajjiż issir liġi li tissalvagwardja lil min għandu problemi ta' saħħa mentali ħalli dan ma jiġix diskriminat proprju għax għandu din il-marda.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Pereżempju inti għandek insurance u għandek problema fil-fwied u dħalt fi sptar għax għandek hepatitis infection.", "Imma jekk dik il-hepatitis ġiet mill-alkoħol ma tkoprikx!", "Jew inkella hemm insurances oħra li jekk inti għandek problema ta' saħħa mentali, dawn ma jkoprukx għall-ewwel sentejn.", "Hemm ħafna eżempji oħra simili.", "Aħna dejjem nipprovaw niġġieldu din l-istigma u nemmnu li l-problemi ta' saħħa mentali mhumiex differenti minn problemi ta' saħħa oħrajn, bħall-mard tal-qalb, tal-kliewi, eċċ. Persuna li għandha problema ta' saħħa mentali tiġi diskriminata u hemm ċerti pajjiżi li għandhom liġijiet li jissalvagwardjaw l-interessi ta' tali persuna.", "U peress li qed issemmu l-liġijiet xtaqt li naċċenna ftit dan il-punt.", "ETIENNE GRECH: Pereżempju hawn ħafna anzjani li għandhom prokura fuq it-tfal tagħhom.", "Hemm xi ħadd li qiegħed isegwihom dawn biex jara jekk jibqgħux validi?", "DR JOHN CACHIA: Jiena nemmen li f'dan il-qasam għandek madwar 95% tan-nies li huma ġenwini u li jagħmlu l-almu tagħhom biex itellgħu 'l fuq il-persuna li jkunu qed jieħdu ħsieb.", "Nafu li jkun hemm l-abbużi però l-maġġoranza assoluta tal-każi huma nies li jieħdu ħsieb b'mod ġenwin.", "Madankollu tajjeb li niffukaw fuq dawn il-problemi wkoll.", "F'dan ir-rapport tkellimt ukoll fuq il-benefit fraud u x'għedt jien quddiem il-Benefit Fraud and Investigation Department fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi.", "Pereżempju skont il-liġi dwar is-sigurtà soċjali amministratur ta' pensjoni jew ta' benefiċċju soċjali jista' jiġi nnominat minn Membru Parlamentari, minn principal fi grad 10 fid-dipartiment tal-Gvern, minn qassis, tabib, avukat, university graduate, eċċ.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li John Cachia m'għandux il-kapaċità biex ikompli jieħu ħsieb tal-affarijiet tiegħu u allura kwalunkwe persuna fi scale 10 tista' tqabbad lil xi ħadd biex tamministra l-affarijiet tiegħi!", "B'liema ġudizzju din il-persuna nstabet li hija idoneja biex tieħu ħsieb - mingħajr il-permess tiegħi – tal-affarijiet tiegħi?!", "Din il-kwestjoni kollha qiegħda embedded ukoll f'issues amministrattivi dwar kif jiġu immaniġġjati s-servizzi soċjali f'pajjiżna.", "U meta qed nitkellmu fuq dawn l-affarijiet naħseb li jkun tajjeb li nirrealizzaw li bħalissa l-prokura ma tagħtix protezzjoni.", "L-avukati jgħidulna li teknikament prokura ma tagħtix protezzjoni lil individwu biex ma jiġix abbużat.", "ETIENNE GRECH: Niftakrek f'diversi laqgħat issemmi l-Mental Capacity Act li għandhom l-Ingilterra.", "Dik x'benefiċċji tista' tieħu minnha f'dan ir-rigward li kieku kellna ndaħħluha?", "DR JOHN CACHIA: Jiena naħseb li rridu nagħmlu riflessjoni fuq jekk jaqblilniex niġbru l-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kapaċità mentali li huma mxerrdin f'diversi liġijiet – għandek xi ħaġa fil-Kodiċi Ċivili, xi ħaġa oħra fil-Kodiċi Kriminali u xi ħaġa oħra f'tas-Saħħa Mentali – u ndaħħluhom in a consolidating act li tidħol f'dawn l-issues kollha.", "Pereżempju għandek ir-rappreżentanza tal-pazjent.", "Jien hawnhekk qiegħed insemmi wkoll l-Office of the Public Guardian għax hawnhekk ukoll għandna issue.", "Aħna ħloqna l-Guardianship Act imma waħda mill-problemi li jsibu fil-Qorti hi biex jaħtru kuraturi meta jiġu biex jagħmlu l-kurazziji.", "L-avukati madwar din il-mejda jgħallmuni fuqha din għax għandek sitwazzjoni fejn ma ssibx persuni idoneji sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dawn it-tip ta' kurazziji.", "Pereżempju fil-liġi Kanadiża u dik Ingliża hemm xi ħaġa simili għall-Uffiċċju tal-Public Guardian.", "Dan ikun uffiċċju pubbliku li fih ikollok grupp ta' persuni mħarrġa apposta biex ikunu jistgħu jiġu msejħa mill-Qorti ħalli jkunu huma l-guardians.", "Pereżempju, xi ħaġa li tqum spiss fl-isptar Karen Grech hu li ġieli jċempluli min-naħa tal-Geriatrics biex jgħiduli li hemm it-tali persuna li mhijiex kapaċi tmur id-dar waħedha imma li din xorta waħda qiegħda tinsisti li trid tmur id-dar waħedha!", "Il-psikjatra jgħidilna li din il-persuna għandha l-kapaċità mentali biex tieħu ċerti tip ta' deċiżjonijiet imma jekk din se tmur id-dar waħedha se tispiċċa taħraq id-dar tagħha jew inkella taqa' it-taraġ.", "X'se nagħmlu?", "F'din it-tip ta' sitwazzjoni għandek diffikultà kbira min-naħa tal-professjonisti imma b'responsabilità dawn se jkollhom jgħidu li post din il-persuna mhuwiex li tmur lura d-dar imma li tmur ġo dar tal-anzjani.", "Ovvjament hemmhekk qed tieħu deċiżjoni kontra l-volontà espressa tal-persuna.", "Issa f'din it-tip ta' ċirkostanza, li kieku għandek il-Public Guardian, inti taqbad iċċempillu u tgħidlu li għandek bżonn lil xi ħadd biex jittutela d-diskursata bejn il-professjonist u l-pazjenta biex jiġu salvagwardjati l-interessi tagħha.", "B'hekk l-interessi tal-pazjent qegħdin jiġu salvagwardjati mhux minn xi ħadd tal-familja, li forsi jridu jeħilsu minnu, imma minn terza persuna li hija indipendenti biżżejjed biex tittulela d-diskursata bejn il-professjonist u l-familja tal-pazjent jew bejn il-professjonist u l-pazjent innifsu.", "Dak hu l-irwol tal-Uffiċċju tal-Public Guardian, jiġifieri wieħed irid jevolvi ftit dak li semma' l-Onor.", "Grech fuq il-kwestjoni tal-Mental Capacity Act biex niġbru kollox flimkien.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet marbuta mal-persuni b'diżabilità u mal-anzjani għaliex għandi interess f'dawn iż-żewġ oqsma.", "Inti l-ewwel aċċennajt ukoll għall-isptar Karen Grech u d-djar tal-anzjani.", "Fid-dawl li fil-bidu ta' din il-leġiżlatura kien hemm il-qasma ta' dan il-ministeru f'żewġ ministeri differenti, fuq liema livell jeżisti l-koordinament bejn l-Uffiċċju tiegħek vis-à-vis il-ministeru l-ieħor?", "U l-mistoqsija l-oħra hija marbuta ma' dak li se nkunu qegħdin naqblu fuqu f'din il-Kamra mill-ġimgħa d-dieħla biex immexxu l-liġi fuq il-Kummissarju tal-Anzjani.", "F'dan ix-xenarju x'intom qegħdin tantiċipaw peress li taħt ir-responsabilità tiegħek żgur li qiegħed tmiss mal-qasam tal-persuni b'diżabilità u ma' tal-anzjani?", "DR JOHN CACHIA: Min-naħa tal-anzjanità għad fadal erba' units ġewwa l-faċilità ta' San Vinċenz li huma koperti bil-liġi tas-saħħa mentali.", "Dan għaliex hemmhekk għandek persuni li qegħdin jinżammu kontra l-volontà tagħhom u allura wieħed irid jara li d-drittijiet tagħhom jiġu salvagwardjati.", "Pereżempju l-uffiċċju tiegħi jiġi interpellat mill-geriatricians fuq kwestjonijiet ta' saħħa mentali - għaliex hawnhekk xi kultant inkunu qegħdin nitkellmu fuq grey area – meta jkunu qegħdin jitrattaw ċerti pazjenti.", "Fl-opinjoni tiegħi l-psikjatri tagħna jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna li jagħmlu distinzjoni fejn hemm il-kwestjoni tal-kapaċità mentali u fejn m'hemmx imma naħseb li l-protezzjoni tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità tmur lil hinn minn dak li tipprovdi l-liġi dwar is-saħħa mentali.", "F'dak is-seminar li sar fi Frar tal-2014 ipprovajna nidentifikaw dawk il-lakuni biex bil-mod il-mod nibdew nimlewhom permezz ta' qafas leġiżlattiv.", "Ir-rakkomandazzjoni tiegħi hi li dan il-Kumitat jixpruna dawn il-bidliet li hemm bżonn nagħmlu sabiex nipproteġu firxa aktar wiesgħa ta' persuni għaliex il-liġi tal-Mental Health preżenti diġà għandha ċertu livell ta' protezzjoni.", "Jiena nħoss li dik il-protezzjoni għandna nwessgħuha wkoll għal nies vulnerabbli oħra.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Dr Cachia, fuq il-liġi tal-Guardianship ftit ilu saru xi emendi għal-liġi per se u kien daħal proprju l-kunċett ta' pool ta' guardians.", "Ir-raison d'ȇtre wara dawk l-emendi kien proprju biex jekk inti għandek persuna li m'għandhiex il-kapaċità li tieħu d-deċiżjonijiet hi, il-Gvern jappunta lil xi ħadd minn din il-pool biex jieħu ħsieb lil dik il-persuna partikolari.", "Jiena qiegħda nifhem il-mistoqsija li għamilt l-ewwel inti imma allura meta jkollok sitwazzjonjiet fejn għandek persuna li mhijiex kapaċi tieħu d-deċiżjonijiet waħedha, l-amministrazzjoni tal-isptar tkun tista' tapplika għal guardian biex jieħu ħsiebha lil din il-persuna?", "DR JOHN CACHIA: Jekk ma niżbaljax kont involut fid-diskussjoni meta saret dik il-liġi.", "L-emenda rajtha imma ma nafx jekk id-diskussjoni fuqha hijiex konkluża jew le.", "Issa l-argument kollu jrid ikun hawn; dik hija għodda li l-Guardianship Board se jsib utli biex ikun jista' jagħmel deċiżjonijiet fuq persuni meta hu ma jsibx persuna biex ipoġġi bħala guardian.", "Naħseb li Dr Grech ikollu diversi sitwazzjonijiet ta' dan it-tip fil-prattika klinika tiegħu, fejn ikollok diffikultà lil min se tagħmel bħala l-guardian jew il-kuratur ta' dik il-persuna għax ikollok issues ta' natura familjari u trid toqgħod attent li ma tkomplix tgħarraq is-sitwazzjoni b'dan kollu.", "Jiena nemmen li jekk verament se jinħoloq dan il-pool ta' guardians, bil-mod il-mod irid ikun hemm uffiċċju li jkun jidher li huwa indipendenti fil-ġudizzju tiegħu.", "U nappella biex jekk għadkom fil-ħin iddaħħlu wkoll li dan l-uffiċċju jkun jista' jiġi invokat mis-sekond'awla f'każijiet ta' kuraziji għax hemm l-istess issues li nstabu fil-Guardianship fis-servizz tal-kuraziji.", "Mill-Uffiċċju tiegħi jgħaddu l-interdizzjonijiet u l-inkapaċitazzjonijiet kollha li jsiru, u naraw l-istatements li jagħmlu l-kuraturi.", "Min-naħa tagħna naraw li dawn jagħtuna rendikont ta' x'ikun qed jiġri u ma jiġrix imma frankament naħseb li fil-prattika jkun hemm sitwazzjonijiet fejn issib diffikultà biex tappunta kuratur jew guardian.", "Għalhekk naħseb li jekk il-Parlament għadu fil-possibilità li dak il-kunċett iwessgħu wkoll għall-kuraziji, ikun qiegħed jagħmel xi ħaġa tajba.", "Jekk m'inix sejjer żball iridu jsiru emendi għall-Kodiċi Ċivili u tal-Code of Organization and Civil Procedure.", "Ikun tajjeb li eventwalment dan jevolvi fl-Uffiċċju tal-Public Guardian biex tinħoloq struttura fejn wieħed ikun jista' jevoka u jinvoka anke f'sitwazzjonijiet li semmejt tal-isptar Karen Grech, fejn m'għandekx bżonn li taħtar il-guardian imma għandek bżonn lil xi ħadd li jkun indipendenti sabiex jissalvagwardja d-dritt tal-persuni.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qed tgħid ukoll li dawn in-nies, li sal-lum jistgħu jqabbdu kuratur lil xi ħadd familjari, jista' ikun hemm problema bih u allura għandna mmorru għal xi ħadd indipendenti?", "Jew inkella dawn it-tnejn ikunu mexjin pari passu ma' xulxin?", "DR JOHN CACHIA: Le, mhux bilfors li jimxu pari passu ma' xulxin.", "Jien l-ewwel għamilt il-premessa li madwar 95% ta' dawk li jkunu familjari, ikunu nies li verament isofru minħabba s-sitwazzjoni tal-qarib tagħhom u jagħmlu l-almu kollu tagħhom miegħu.", "Imma mbagħad ikollna sitwazzjonijiet fejn xi ħadd jieħu ċ-ċekkijiet tas-sigurtà soċjali ta' dik il-persuna li suppost qiegħed jieħu ħsiebha u lanqas biss imur jaraha darba.", "Fil-fatt kellna ċirkostanzi fejn kellna nintervjenu mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u mas-Servizzi Soċjali biex ngħidulhom iwaqqfu lit-tali persuna milli tkun amministratur ta' xi ħadd għax din tkun qiegħda żżomm l-€440 fil-but tagħha minflok tagħtihom lil persuna li qiegħda tieħu ħsieb.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena xtaqt nitkellem ftit fuq iż-żgħażagħ u t-tfal, li inti fir-rapport tiegħek qiegħed issemmihom ukoll.", "Imma qabel xtaqt nagħmel parentesi żgħira.", "Fir-rapport tiegħek inti titkellem ħafna fuq bosta attivitajiet li jagħmel l-Uffiċċju tiegħek, u naħseb li dan kollu jurina li għad għandna bżonn ta' aktar awareness biex għada pitgħada inti ma jkollokx għalfejn tagħmel dan it-tip ta' xogħol għax ikollna aktar awareness.", "Jiena attendejt għal diversi affarijiet li organizza l-Uffiċċju tiegħek u naħseb li dawn kienu f'posthom u f'waqthom imma nispera li nibdew ninfattmu minn dak l-irwol għaliex naħseb li l-irwol tiegħek, bħala Kummissarju, huwa importanti f'oqsma oħra.", "U l-fatt li għaddejna l-Att dwar is-Saħħa Mentali, kemm fil-fatt qegħdin nattwawh dan fir-rigward tat-tfal u ż-żgħażagħ?", "X'diffikultajiet qed ikollna f'dan ir-rigward?", "DR JOHN CACHIA: Fir-rapport jien kważi rriproduċejt dak kollu li għedt quddiem il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa sena u tliet xhur ilu fir-rigward tal-kura akuta.", "Jiena nemmen li l-kura akuta fit-tfal u żgħażagħ għandna bżonn nagħmlu reviżjoni tagħha biex naraw fejn qed nagħtuha.", "Wara li sar dan ir-rapport – u kienet xi ħaġa tajba – infetħet ir-residenza taż-żgħażagħ f'Mejju jew f'Ġunju u allura llum hemm faċilità ferm aħjar biex wieħed jikkura lil dawn it-tfal u żgħażagħ.", "Din il-faċilità qiegħda fil-precincts ta' Mount Carmel.", "Fuq it-tfal u żgħażagħ waħda mill-affarijiet li qed tinkwetani bis-serjetà hija riċerka li dalwaqt se toħroġ fejn qed turi li 80% tal-problemi ta' saħħa mentali jibdew taħt il-25 sena!", "Nofshom jibdew taħt l-età ta' 15-il sena għalkemm jistgħu ma jimmanifestawx ruħhom f'dik l-età prematura.", "Quddiemi hawn pediatric surgeon u m'għandix dubju li fil-professjoni tiegħu ltaqa' ma' dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Dawn iċ-ċifri huma impressjonanti.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet li jkunu ġraw lil dawn it-tfal u żgħażagħ taħt l-età ta' 25 sena, fosthom bullying, marital problems, swat, droga, alkoħol, eċċ. Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-ispektrum kollu ta' x'jista' jiġri ħażin fil-ħajja ta' dawn iż-żgħażagħ u li eventwalment iwassluhom għal problemi ta' saħħa mentali.", "L-istatement li sar huwa li \"the biggest chronic disease in adolescence and youth is mental health\", jiġifieri l-aktar marda kronika prevalenti fiż-żgħożiha taħt it-30 sena hija l-problema ta' saħħa mentali.", "Pereżempju meta nisma' iċ-ċifri ta' madwar 25% taż-żgħażagħ li m'għamlux l-\"O\" levels nispiċċa nistaqsi fejn qegħdin il-life skills tagħhom!", "Għax fl-aħħar mill-aħħar, meta tiskopri x'inhi s-sitwazzjoni tinduna li it is a question of life skills, education, employment u nibdew immissu wkoll ma' dawk li huma s-social determinants tas-saħħa.", "Issa x'qiegħed ngħid jien bħala l-punto di partenza?", "L-ewwelnett tajjeb li nirrealizzaw li l-problemi ta' saħħa mentali fiż-żgħożija huma multipli.", "Għandek dawk maġġuri li huma l-behavioural problems, l-autistic spectrum disorders u l-ADHD u mbagħad hemm dawk li għandhom verament problemi akuti ta' saħħa mentali.", "U jiena nemmen li l-aħjar post fejn għandhom jiġu trattati dawk li għandhom problemi akuti ta' saħħa mentali huwa fi sptar akut.", "Dakinhar semmejtha u se nerġa' ngħidha llum għaliex nemmen li għandna nsibu unit fl-isptar Mater Dei biex ġo fih nitrattaw il-problemi akuti ta' saħħa mentali.", "Jiena kont tkellimt fil-pediatric oncology wards u se nkompli nimbotta mal-management minħabba l-istigma, il-bżonnijiet soċjali u minħabba l-affarijiet l-oħra li hemm bżonn.", "Dawn is-sitwazzjonijiet kollha juru li biex tagħmel qabża fil-kwalità irid ikollok mainstreaming.", "Illum is-saħħa mentali mhijiex mainstreamed.", "U għaliex mhijiex mainstreamed?", "Tibda tisma' rakkomandazzjonijiet li fuq is-saħħa mentali trid tonfoq daqskemm tonfoq fuq is-saħħa fiżika u tibda tgħid għalfejn qed jagħmlulna dawn il-mistoqsijiet.", "Hawnhekk irrid nikkwota lil Dr Nigel Camilleri li huwa speċjalista fiż-żgħażagħ u l-adoloxxenti u li għadu kif daħal fis-servizz.", "Dan qalli li fil-prattika tiegħu hawnhekk qed jara ħafna autistic spectrum disorders, ADHD u tfal with behavioural problems imma mhux qed jara problemi ta' saħħa mentali li kien jara l-Ingilterra.", "Issa jien ma nemminx li Malta hija differenti, u allura fejn qegħdin dawn it-tfal?", "Ma nafx jekk nistgħux nagħmlu ftit eżaminazzjoni tagħha din is-sitwazzjoni.", "Fejnhom dawn iż-żgħażagħ li għandna issues bihom?", "Dawn qegħdin quddiem il-kompjuter il-ġurnata kollha?", "Qegħdin x'imkien japplikaw għall-unemployment benefit u jiskartaw u ma jridu jagħmlu xejn b'ħajjithom?", "Fejn qegħdin dawn iż-żgħażagħ?", "Dawn qegħdin mitluqa u minsijin d-dar?", "Dawn qegħdin isallbu lil xi ħadd?", "Qegħdin forsi bid-droga?", "Fejn qegħdin dawn iż-żgħażagħ?", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qed tgħid li għandna nies li qegħdin Mount Carmel li għandhom inqas problemi minn nies oħrajn li mhumiex diagnosed u li qegħdin barra?", "Qiegħda nifhem sew?", "DR JOHN CACHIA: Jista' jkollna sitwazzjonijiet ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali li mhumiex magħrufa u li qegħdin fil-komunità.", "U hemm min qed jerfa' il-piż tagħhom u jżommhom magħluqa d-dar minħabba l-istigma.", "DR ANTON GRECH: Hawnhekk irridu noqogħdu attenti - jiena ħdimt barra u kelli units kbar taħti – għax ma nistgħux napplikaw il-kultura ta' barra għal Malta.", "Jiena anke nara differenza bejn Malta u Għawdex fiha din.", "Fortunatament f'pajjiżna fadlilna familji li għadhom b'saħħithom u f'ħafna kondizzjonijiet ta' saħħa li pajjiżi barra ma jirnexxilhomx isostnuhom, il-familji Maltin għadhom ilaħħqu magħhom.", "Din nista' ngħidha mill-prattika tiegħi fejn nara żgħażagħ ta' 15-il sena li qegħdin ibatu minn skiżofrenja u l-ġenituri tagħhom iżommuhom fid-dar magħhom.", "Li kieku dawn kienu f'pajjiż barrani, kienu jispiċċaw jidħlu fi sptar.", "Imbagħad naraw familiji with social problems, fejn dawn awtomatikament se jkollhom aktar behavioural problems.", "Hemmhekk they are coping less u allura bħala prattika f'Mount Carmel għandna nies, mainly żgħażagħ, li għandhom behavioural problems u social collapse of their nucleus.", "Jiena naħseb li hemmhekk qiegħda d-differenza.", "Ma nemminx li għandna nies moħbijin fil-kmamar tagħhom biex ma juruhomx.", "Anzi nemmen - u din naraha kuljum - li għandna ħafna familji li huma eroj għax iżommu t-tfal u ż-żgħażagħ tagħhom id-dar b'sagrifiċċju personali kbir.", "Jiena ġieli kelli klijenti suicidal u l-omm u l-missier ma jmorrux jaħdmu biex joqogħdu magħhom 24 siegħa kuljum!", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri meta xi ħadd ikollu dawn it-tip ta' problemi hija xi ħaġa tajba li jibqgħu fil-familja?", "Għax in-notion li normalment tisma' hi dik li aktar hija xi ħaġa tajba jekk imorru jieħdu l-kura.", "DR ANTON GRECH: Fuq saħħa mentali, f'kull età, aktar ma l-kura tingħata fl-ambjent oriġinali ta' dak li jkun, aktar aħjar.", "ETIENNE GRECH: Allura jkun aħjar jekk ngħidu li dawk li qegħdin jieħdu l-kura f'Mount Carmel jew f'xi sptar ieħor, dawn jibqgħu fil-komunità?", "DR ANTON GRECH: Idealment - u din hija t-trend fil-psikjatrija mad-dinja kollha - kemm jista' jkun il-kura tingħata fl-ambjent li jkun jgħix fiha l-pazjent imma ovvjament one has to ensure safety.", "U dik tagħmel differenza.", "Pereżempju jekk għandek mara li qed tbati minn post natal depression u din tista' tkun ta' periklu għat-tarbija tagħha, l-ideali hu li tingħata l-kura fid-dar imma jekk ma jkollhiex lil min idur biha, hemmhekk ikollok tuża l-isptar.", "Fil-cronic cases għandek shift mad-dinja kollha, Malta nkluża, li l-kura li għandna llum ma kenitx teżisti 40 jew 50 sena ilu.", "B'hekk għandek cohort ta' nies li pereżempju kellhom skiżofrenja 50 sena ilu, daħlu ġo sptar u baqgħu hemm.", "Li kieku dawk mardu llum minflok 50 sena ilu, kienu jagħmlu tliet ġimgħat l-isptar u joħorġu lura fil-komunità.", "Hemm dak il-cohort li aħna bħala Mount Carmel għadna nieħdu ħsiebhom.", "U din hija xi ħaġa li teżisti fl-Ewropa kollha.", "DR ANTON GRECH: Bażikament, li trid hu li kemm jista' jkun lil dak li jkun tagħtih is-sapport li għandu bżonn.", "Pereżempju għandek il-psycho-education biex il-familji jkunu jafu x'inhi l-marda li qed ibati minnha l-qarib tagħhom għaliex ħafna drabi ma jirnexxilhomx jagħtuna l-għajnuna tagħhom minħabba li they are facing a situation which they do not know what it is.", "Ħalli nagħti eżempju; jekk tifla ta' 15-il sena telaqha l-boyfriend tagħha u din b'mod impulsiv ħadet erba' pinnoli, li setgħu kienu fatali għaliha, imma m'intix se ddaħħalha ġo sptar fuq hekk.", "Ċerti familji jitwerwru u jgħidulek li din se toqtol ruħha b'idejha.", "Imbagħad ikollok lil xi ħadd ta' 16 li għandu clinical depression u jibda jgħid li xeba' jgħix għax il-ħajja għalih bla skop u jkollok lil min jgħidlek li ż-żgħażagħ ta' dik l-età kollha hekk jgħidu.", "Jiġifieri l-edukazzjoni hija importanti.", "Għandna familji li għadhom kapaċi jagħtu s-sapport tagħhom.", "Imma sfortunatament mhux dejjem ikollok il-familja u huwa f'dawk il-każi li għandu jidħol l-Istat permezz tas-social workers, carers u nurses biex jimla' dak il-vojt.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Bħala Kummissjoni jiġu għandkom familji biex ifittxu l-għajnuna jew qegħdin jaslulkom xi rapporti?", "Aħna bħalissa qed nitkellmu ħafna fuq il-pazjenti imma issa, minn dak li qed jgħidilna Dr Grech, naħseb li we need to shift our attention on the informal carers as well!", "Jiena naħseb li dik hija issue kruċjali wkoll.", "DR JOHN CACHIA: L-aktar sitwazzjoni komuni li jkollna aħna hija dik ta' familji li jkunu jridu jikkontestaw id-deċiżjoni tal-psikjatra u jiġu jitolbuna biex it-tifel tagħhom jiġi discharged.", "Aħna bil-mod il-mod naslu fi djalogu kemm mal-familja u kemm mal-psikjatra konċernat.", "Jien l-irwol tiegħi mhuwiex wieħed kliniku imma huwa li nara li d-drittijiet tal-pazjent qed jiġu salvagwardjati.", "Fl-istess ħin jekk xi ħadd iċempel l-Uffiċċju tiegħi u jgħidli li t-tifel tiegħu mhux qed jiġi trattat tajjeb mill-psikjatra, hemmhekk nidħol ftit fis-sitwazzjoni biex nara x'inhuma l-fatti.", "Kif qal Dr Grech, il-familja hija importanti ħafna u naqbel ma' kull ħaġa li qal ħlief fuq oġġett wieħed.", "Dawk in-nies li qegħdin ibatu għax qegħdin jerfgħu s-salib tat-tifel tagħhom bi skiżofrenija, jew tat-tifla tagħhom li hija suicidal, għandhom bżonn tas-sapport u s-sostenn biex ikunu jistgħu jkomplu jerfgħu dak is-salib.", "Allura wieħed irid jgħid li filwaqt li huwa tajjeb li pazjent trid tipprova żżommu fl-ambitu familjari, trid tara wkoll li dik il-missjoni hija supported.", "Jiena naħseb li għandna numru ta' persuni li huma burned out u meta tiftħilhom il-bieb tal-Isptar Monte Carmeli dawn jgħidulek biex terġa' tagħlqilhom il-bieb!", "Jien rajt dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet; pazjent bil-bieb miftuħ li jasal sal-għatba u jerġa' jidħol lura!", "Daqshekk jiġi istituzzjonalizzat!", "Waħda mill-affarijiet pożittivi li fiha l-liġi tas-saħħa mentali hi li within ten days tal-observation order, il-maġġoranza tal-pazjenti jintbagħtu lura d-dar.", "Fil-fatt 75% tan-nies li jidħlu l-isptar on an observation order ma jkollhomx bżonn li jipproċedu għal treatment order bil-liġi tas-saħħa mentali.", "U allura qegħdin ngħidu li it is only in 25% of cases li l-psikjatri japplikaw l-Uffiċċju tiegħi biex il-pazjent iżommuh għal aktar minn għaxart ijiem kontra l-volontà tiegħu.", "Jekk aħna nkunu intensivi fil-mument akut, wieħed ikun jista' jevita milli jkollu dawn in-nies li jibqgħu jkaxkru hemmhekk.", "Issa biex inkomplu ngħinu lil dawn in-nies irid ikollna l-qafas idoneju ħalli jekk se jiġu discharged u se jintbagħtu għar-riabilitazzjoni, ikollhom verament is-sapport u s-sostenn li għandhom bżonn anke fl-ambitu tal-familja tagħhom.", "DR CLIFTON GRIMA (Kap Eżekuttiv għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali): Jiena se nkompli fuq dak li kienu qed jitkellmu fuqu Dr Grech u Dr Cachia u ċjoè fuq it-tfal u żgħażagħ bi problemi mentali.", "Dan huwa suġġett li kulħadd jaqbel li għandu jkun hemm impetu u input qawwi fuqu.", "Ovvjament wieħed irid jara wkoll minn fejn tlaqna, fejn wasalna llum u fejn irridu naslu għada pitgħada.", "Sa ftit tax-xhur ilu kellna sitwazzjoni tal-biki – u rridu nammettu li dak li huwa ħażin ngħidulu li kien ħażin - fejn kellek litteralment tfal li kienu qegħdin jirċievu l-kura ġewwa l-Isptar Monte Carmeli fil-wards tal-adulti!", "Dik kienet xi ħaġa li kulħadd kien qed jaqbel li kienet ħażina u riedna naraw x'nistgħu nagħmlu biex nevitaw li jkun hemm aktar sitwazzjonijiet simili.", "Meta ġejna biex nagħmlu l-Youth Residence, li qiegħda viċin il-premises ta' Mount Carmel minħabba l-għajnuna loġistika, rajna li permezz ta' din ir-residenza nkunu qegħdin nagħtu ambjent li jixbaħ ħafna lil residenza.", "B'hekk il-kura li tingħata, tingħata f'ambjent li jkun familjarji u mhux f'ambjent li jixbaħ dak ta' ħabs.", "Hawnhekk irrid nagħmel enfasi fuq l-Att dwar is-Saħħa Mentali, li ġie implimentat riċentement, jiġifieri f'Ottubru tal-2013 u l-bidu tal-2014.", "Il-mentalità tal-ħaddiema li ilhom jaħdmu f'dan il-qasam - li rrid ngħid li jagħmlu xogħol imprezzabbli ħafna u li trid tarahom jaħdmu kuljum biex verament temmen ix-xogħol li jagħmlu – għal għexieren ta' snin kienet waħda ta' custodial care, jiġifieri lill-pazjenti, inkluż lit-tfal, konna nżommuhom hemmhekk basta ma jweġġgħux u ma jaqilgħux inkwiet.", "U bis-saħħa tal-Att dwar is-Saħħa Mentali l-ġdid dik il-mentalità qiegħda tinbidel u llum il-ġurnata m'għadniex b'dik l-idea ta' custodial care.", "Illum, il-pazjentu ikun maqful biss meta jkun ta' periklu għalih innifsu jew għal ta' madwaru.", "U kif jista' jikkonferma l-Kummissarju stess, dawn huma każijiet pjuttost rari fil-qasam kollu.", "Rigward il-Youth Residence rrid ngħid li mhux biss bdilna l-ambjent imma tajna wkoll it-taħriġ.", "Fl-aħħar xhur kellna wkoll speċjalista ġdid li jiffokka proprju fuq il-kura tat-tfal tagħna.", "Rajna li nintroduċu protocols daqxejn riġidi imma kellna każijiet ta' tfal li ma kienx posthom fil-premises tagħna għax dawn kellhom behavioural problems u mhux problemi ta' saħħa mentali.", "Nemmen li bħala soċjetà ma konniex qegħdin noffru servizzi adegwati għal dawn it-tfal li kellhom behavioural problems u li allura posthom ma kienx hemm ġew.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja wkoll lill-aġenzji varji tal-Gvern li qegħdin jaħdmu magħna għax dawk it-tfal, li sa ftit tax-xhur ilu kienu jiġu litteralment mormija ġewwa Mount Carmel, illum dik il-prassi spiċċat.", "THE CHAIRPERSON: X'qed isir minnhom dawn it-tfal?", "DR CLIFTON GRIMA: Isir mill-ewwel kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ u minn hemmhekk imbagħad insibulhom placement imma qatt ma jintefgħu fit-triq.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma qed imorru f'organizzazzjonijiet li huma mħarrġin sabiex jieħdu ħsieb lil dawn it-tfal u żgħażagħ?", "DR CLIFTON GRIMA: Eżattament.", "Jien għadni kif għedt li dawn it-tfal ma nitfgħuhomx fit-triq.", "Hawnhekk issemmew kondizzjonijiet varji u mhux se noqgħod nidħol fid-dettall kliniku tagħhom imma rrid ngħid li f'dawn l-aħħar xhur bdiet topera l-Youth Residence u aħna offrejna korsijiet varji lill-istaff u ġibna esperti barranin ukoll sabiex jagħtu taħriġ speċifiku lill-ħaddiema tagħna.", "Fil-fatt, fi ftit taż-żmien ieħor se jkollna l-istaff tagħna li mhux biss se jkun imħarreġ fuq dan it-taħriġ speċifiku – u għandna wkoll għodda speċifika li ġiet installata f'din il-Youth Residence - imma se jkun kapaċi wkoll li jgħallem lill-ħaddiema l-oħra Maltin.", "THE CHAIRPERSON: X'imkien fir-rapport kont qed naqra li għad fadal ftit minn dawn it-tfal.", "Qiegħda ngħid sew?", "DR CLIFTON GRIMA: Trid tara r-rapport meta ħareġ.", "THE CHAIRPERSON: Ir-rapport ħareġ fi Frar.", "Allura minn Frar s'issa għad fadal tfal fil-wards mal-adulti?", "DR CLIFTON GRIMA: Illum il-ġurnata m'għadx fadal tfal mal-adulti.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Dawn il-pazjenti jiġu segregati skond l-età jew skond is-sess f'dan il-Youth Residence?", "U minn kemm sa kemm huma l-etajiet?", "Pereżempju 16 year olds jitħalltu ma' nine year olds?", "Għadha teżisti dik li jsejħulha l-mixed admission ward fejn ikun hemm nisa u rġiel b'acute conditions flimkien?", "Kemm hemm nies li huma cronic cases li ilhom jgħixu f'Mount Carmel?", "Kemm fadal minnhom?", "DR CLIFTON GRECH: Ħalli nibda mill-aħħar mistoqsija tiegħek.", "Jiena niftakar fl-ewwel ġranet fit-tmexxija tal-management tiegħi li kien hemm ward partikolari tal-Juvenile, li stennejt li se nsib iż-żgħażagħ fiha imma b'dak li rajt hemmhekk bqajt ixxokkjat!", "Ikolli ngħid li ħadt qatgħa meta rajt pensjonanti f'din is-sala!", "L-ewwel konna qegħdin ngħidu kif fil-passat ma kienux jingħataw il-kura u llum il-ġurnata, jekk lil dawn in-nies tiftħilhom il-bieb lanqas biss joħorġu minn hemmhekk!", "U hemm numri pjuttost elevati minn dawn in-nies.", "Jekk tridu nista' ngħaddilkom ukoll iċ-ċifri tagħhom.", "Meta mbagħad wieħed jitkellem fuq it-tfal, illum il-ġurnata l-etajiet huma teens aktar minn kollox.", "B'kollaborazzjoni mal-konsulenti kollha involuti wieħed jipprova jevita milli jkollok tfal ta' età tenera hemmhekk.", "Ovvjament wieħed irid jieħu kull każ b'mod individwali imma jekk hemm bżonn li tingħata l-kura, din se tingħata.", "Rigward is-segregazzjoni tal-pazjenti skond is-sess, l-istruttura tar-residenza mhijiex waħda żgħira.", "Fil-fatt isfel hija meqjusa bħala l-common area, fejn matul il-ġurnata l-ġuvintur u t-tfajliet ikunu mħalltin, dejjem taħt supervision tal-istaff, u mbagħad id-dormitorji fl-istess binja huma totalment separati.", "Anke l-aċċess għalihom huwa differenti.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel għedtilna li se jkollkom nies li wara li jieħdu t-taħriġ se jkunu jistgħu jibdew iħarrġu lil ħaddieħor huma stess.", "Issa ħalli nitkellem mill-aspett ta' avukat f'uffiċċju għax mhux l-ewwel darba li jiġi għandi xi ħadd bi problemi ta' saħħa mentali u jallega affarijiet kontra l-istituzzjoni fejn ikun daħal biex jieħu l-kura.", "Jiena bħala avukat, li m'għandi l-ebda background fl-istudju tas-saħħa mentali, ikolli problema kbira ta' x'suppost għandi nemmen.", "Din il-persuna qiegħda tgħid hekk proprju minħabba l-kondizzjoni tagħha jew għax verament kien hemm xi ħaġa?", "Meta xi ħadd jiġi jgħidlek li l-kondizzjoni tiegħu twaqqaf lin-nies milli jemmnuh, min hu avukat bħali se jiġi f'diffikultà kbira x'se jagħmel.", "Allura ma' professjonisti oħra, li mhumiex fil-qasam mediku, se tagħmlu daqxejn outreach għalihom?", "DR ANTON GRECH: Problema li niltaqgħu ħafna magħha – jien għamilt żmien bħala membru fil-Medical Council – hija l-complaints kontra t-tobba minn persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Uħud minn dawn il-complaints ikunu fuq affarijiet ta' barra minn hawn u jkunu diffiċli biex temminhom.", "L-approach li nirrakkomanda, anke bħala policy tal-mangement tal-isptar, hi dik li persuna, marida kemm hi marida, dejjem għandek tinvestiga dawk l-allegazzjonijiet li jkunu qed isiru.", "Wieħed jista' jkun qed isofri mill-marda tal-iskiżofrenja li taqtgħu totalment mir-realtà imma dan ma jeskludix milli jkollu mumenti fejn moħħu jkun ċar.", "U allura kemm bħala managament, u anke bħala l-opinjoni personali tiegħi, kull allegazzjoni għandha tittieħed bis-serjetà.", "Ovvjament parti mill-assessment tal-allegazzjoni hi li b'mod indipendenti jiġi assessjat l-istat mentali tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel l-allegazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Safejn naf jien anke qrajt li mal-pulizija qegħdin tagħmlu xi xogħol magħhom.", "DR ANTON GRECH: Mal-pulizija qegħdin nipprovaw kemm jista' jkun nikkolaboraw ħafna.", "Qegħdin nibnu l-kuntatti u qegħdin inkunu preżenti fil-korsijiet li jagħmlu l-pulizija għax fil-qasam tas-saħħa mentali l-pulizija għandhom irwol importanti.", "Il-pulizija msemmijin ukoll fl-Att dwar is-Saħħa Mentali għax meta għandek persuni li minħabba s-safety tagħhom jew ta' ħaddieħor iridu jingħataw l-kura kontra r-rieda tagħhom, hemmhekk ikollhom jidħlu l-pulizija.", "U ġeneralment insibu ħafna kollaborazzjoni min-naħa tagħhom.", "Pereżempju l-pulizija waqqfu lil bosta persuni milli jagħmlu suwiċidju minn diversi bnadi, fosthom minn fuq il-pont tal-Mosta!", "Min jaf kemm waqqfu nies minn hemm il-pulizija!", "ETIENNE GRECH: Jistgħu forsi jitpoġġew xi telephones f'dawn il-hot spots li għandna biex jintużaw f'każijiet urġenti?", "ANTON GRECH: Li qed nagħmlu mal-pulizija hu li mmorru aħna u noffrulhom taħriġ dwar kif huma għandhom jiddiljaw ma' nies bi problemi ta' saħħa mentali.", "DR JOHN CACHIA: Dr Sammut, li ġejja mill-Uffiċċju tiegħi u hija responsabbli mill-koordinament bejn il-Mental Health Services u l-Pulizija se tiddeskrivi ftit il-proċess li qed jagħmlu dan l-aħħar.", "Fil-fatt kienu qed jikkonkluduh dalgħodu.", "DR ANTONELLA SAMMUT (Residence Specialist fl-Uffiċċju tal-Kummissarju): Fil-fatt konna qegħdin nikkonkludu llum għax kien hemm diffikultà ta' kollaborazzjoni bejn il-Mental Health Services u l-Pulizija.", "Il-pulizija kienu jħossu li mhumiex attrezzati biżżejjed u li m'għandhomx in-knowledge meħtieġ fuq kif se jaffaċċjaw pazjent meta dan ikun qiegħed barra u ma jkunx qed iġib ruħu b'mod normali.", "Għalhekk ħriġna working document bi struzzjonijiet dwar x'wieħed għandu jagħmel meta jkun hemm każ urġenti u każ inqas urġenti, fuq meta l-Mental Health Services ikollhom bżonn il-kollaborazzjoni tal-pulizija, meta jkun hemm conveyance order, meta jikkomunikaw, ma' liema għassa jikkomunikaw, kif toħoġ il-conveyance order, eċċ. Kien hemm qbil b'kollaborazzjoni tajba ħafna bejnna u bejn il-Pulizija.", "Aħna konna bħall-facilitators u fl-aħħar wasalna.", "THE CHAIRPERSON: Kif qed tgħidu intom kien hemm xi lectures li dħaltu fihom intom imma dan il-working document ġie diskuss u forsi mogħti direzzjoni?", "Xi ħaġa li lili ddejjaqni hi dik li aħna, ħafna drabi nitkellmu man-nies li jkunu at the top of the chain u mbagħad, l-aktar persuna li għandha kuntatt ma' dawk li jkollhom problemi mentali - f'dan il-każ - mhuwiex il-Kummissarju imma huwa l-orderly li jkun hemm fl-għassa.", "Wasalna biex nitkellmu ma' dawn in-nies jew le?", "DR ANTONELLA SAMMUT: Se jkun hemm taħriġ mifrux ma' ħafna kategoriji ta' pulizija.", "Iva, il-pulizija kienu qegħdin iħossuhom li qegħdin jiġu kkritikati minħabba każ partikolari li fih ma kienx hemm biżżejjed konsultazzjoni bejn il-Mental Health Services u l-Pulizija.", "U fuq dak il-każ veru ħaduha bi kbira.", "Illum il-ġurnata, fil-working document għandek li meta jkun hemm individwu li jkun qed iġib ruħu mhux b'mod normali, il-pulizija jista' jaqbad u jistaqsi lill-Mental Health Services jekk dan huwiex fid-database tagħhom.", "Jistgħu forsi jiġu informati wkoll fuq the escalation techniques għax il-pulizija għandhom teknika mod ieħor u apparentement, jekk il-persuna tkun disturbed u agitated, bl-aġir tagħhom they escalate dik l-agitation u allura l-pazjent jibda jibża' aktar u jħossu mhedded.", "U b'hekk aktar jaġixxi b'mod stramb.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "X'qed jiġri f'dak ir-rigward?", "DR ANTON GRECH: Meta ġie żviluppat dan il-unit l-għan prinċipali tiegħu kien biex jagħti sapport lill-Emerġenza u lill-Casuality Department.", "Issa aħna għandna servizz f'Mater Dei li jissejjaħ il-Liasion Service.", "Din hija speċjalità tal-mediċina li tissapportja a medical hospital.", "Pereżempju nies li jidħlu l-isptar wara suicidal attempt, wara li jkollhom xi operazzjoni u jkun hemm dubju fuq jekk għandhomx mental capacity jew le, eċċ. Dan is-servizz qiegħed jiġi offrut lil Mater Dei kollu u hemmhekk għandna żewġ psikjatri u trainee.", "L-Emerġenza se tingħaqad ukoll ma' dan is-servizz.", "Dan se jkun qiegħed jingħata from 7 to 7 u mbagħad se jkun hemm il-psikjatri ġewwa Mount Carmel li jinżlu Mater Dei meta jkun hemm bżonn.", "Dak fejn jidħol sapport għal nies li daħlu ġewwa l-Emerġenza.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Il-Crisis Intervention Unit qegħdin tarawh as an original thought, jiġifieri jekk familja għandha kriżi taqbad u tmur hemmhekk?", "Hemm żagħżugħ ġo dar li qed jipprova jikkommetti suwiċidju u allura l-Crisis Intervention Unit jintervjeni peress li dak huwa każ ta' saħħa mentali?", "DR ANTON GRECH: Li konna qegħdin ngħidu hu li s'issa l-Crisis Intervention Unit kien jagħti sapport lill-Emerġenza.", "Dak issa se namalgamawh f'Mater Dei u hawnhekk nixtieq infaħħar lill-ħaddiema li hemm fih għax dan il-unit qiegħed jaħdem tajjeb ħafna.", "Issa se ngħaqqdu l-Emerġenza miegħu ħalli mbagħad dak li kien qisu ta' sapport lill-Emerġenza jkun jista' jibda jmur fil-komunità.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ippermettili ngħidilkom prosit ta' xi ħaġa li naħseb li kienet verament tajba meta kien hemm dak l-inċident – jiena ġejt inżur l-isptar mal-Onor.", "Fearne – u kien hemm il-preżenza tal-psikjatra u tas-physcologist.", "Naħseb li dik kienet xi ħaġa fenomenali għax il-preżenza tagħkom kienet qiegħda tgħin anke lill-familjari ta' dawk li sofrew minn dak l-inċident.", "DR ANTON GRECH: Kienet esperjenza li fl-opinjoni tiegħi verament kien hemm bżonn tagħha u nista' ngħid li għamilna d-differenza.", "Issa meta xi ħadd ikollu inċident kbir fl-ewwel ftit sigħat ikun għadu fi stat ta' xokk u l-problemi jibdew joħorġu mill-għada.", "U għalhekk organizzajna grupp sabiex l-għada nkunu nistgħu noffru s-sapport lill-vittmi u nista' ngħid li kellna kooperazzjoni minn kulħadd.", "THE CHAIRPERSON: Prosit lil kulħadd u naħseb li s-soċjetà in ġenerali apprezzat dan il-fatt għax fuq xi ħaġa li seħħet ħabta u sabta intom organizzajtu lilkom infuskom verament malajr.", "DR ANTON GRECH: In a way nieħdu gost li l-mental health qiegħda tingħata u qed jintgħaraf il-bżonn tagħha għax li kieku dan l-inċident seħħ 15, 20 sena ilu, żgur li ħadd ma kien se jiġih f'moħħu li jibgħat il-psikjatri mal-vittmi u l-familjari tagħhom.", "DR JOHN CACHIA: Jiena għadni niftakar il-lejl trawmattizzanti li għaddejt f'St Lukes meta kien hemm l-inċident tal-vapur Um El Faroud li ħalla disa' katavri!", "Nista' ngħid li dakinhar għexna lejl tal-biżgħa u ħadd ma kien hemm biex jagħtina l-għajnuna.", "Il-patri biss kien hemm u li dan minflok idur mal-qraba tal-vittmi beda jdur magħna biex jara li aħna nibqgħu bilwieqfa nagħtu s-servizz tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li fl-aħħar mill-aħħar qegħdin nirrealizzaw dan il-bżonn ukoll.", "Jien niftakar darba kien hemm bomba f'dipartiment tal-gvern f'Sa Maison, u ġiet klijenta tiegħi li dak il-ħin kienet f'dan l-uffiċċju u qaltli li offrew servizz ta' psychological support imma offrewh biss lil min kien jaħdem hemm mentri riedu joffru wkoll dan is-servizz lill-klijenti li kienu f'dan l-uffiċċju dak il-ħin.", "Imma l-fatt li qegħdin nirrealizzaw li din hija xi ħaġa bżonnjuża f'ċirkostanzi bħal dawn naħseb li hija xi ħaġa tajba.", "DR ANTON GRECH: Dr Grima tkellem fuq li nġiebu xi nies minn barra biex jagħtu t-taħriġ lill-ħaddiema Maltin.", "Jiena nemmen b'qawwa kbira li l-mental health għandha tkun fuq livell Ewropew.", "F'pajjiżna għandna kardjologi tajbin ħafna biex insemmi speċjalità waħda u nixtieq li s-saħħa mentali tkun ta' livell.", "U xi ħaġa li qiegħed nenfasizza fuqha hi li jiġu n-nies minn barra biex jagħtu t-taħriġ lill-istaff tagħna.", "Pereżempju semmejna l-istaff tal-Young Residency Unit fejn ġibna nies minn barra sabiex jagħtu t-taħriġ lill-istaff kollu u b'hekk dawn ikunu jistgħu jibdew jagħtu treatment approach ġdid.", "Din qed insemmuha għaliex hemm tip ta' terapija li jgħidulha l-EMDR li hija tip ta' terapija speċifika għal min ikun għadda minn trawma u li riċentement, grupp ta' psychologists minn tagħna ġibnilhom it-trainers minn barra sabiex jitħarrġu f'dan il-qasam ukoll.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: F'paġna 42 tar-rapport qed jingħad li fl-2014:", "Fl-2014 ma kien hemm l-ebda abbuż fiżiku jew ta' natura oħra minn staff lejn pazjenti ta' Mount Carmel.", "Jiġifieri minn dakinhar lil hawn ma kien hemm xejn ġdid?", "DR JOHN CACHIA: Sal-lum ma kellna l-ebda każ f'idejna.", "Aħna ninvestigaw diversi rapporti li jkollna f'idejna.", "Uħud mill-każijiet jaslu għall-pubbliku mentri oħrajn jibqgħu jiġu investigati b'mod intern min-naħa tal-Uffiċċju tagħna.", "Imma aħna dejjem nagħtu sodisfazzjon individwali lil kulmin ikun għamel complaint magħna.", "Aħna niltaqgħu man-nies u nkellmuhom u sal-lum, għal grazzja t'Alla, - minn hawn insellem u nirringrazzja lill-istaff kollu li jaħdem fil-qasam tas-saħħa mentali - l-ebda allegazzjoni ta' abbuż min-naħa tal-istaff ma kellha għalfejn tiġi rrapportata lill-Aworità biex tiġi investigata min-Nursing Board jew mill-Kunsill Mediku.", "Imma rridu nibqgħu dejjem on the alert f'dawn l-affarijiet.", "Xi ħaġa li nixtieq insemmi hija – u din forsi hija xi ftit iebsa – li rridu nirrealizzaw li l-istaff tagħna li jaħdem ġewwa l-Isptar Monte Carmeli qed jaħdem f'kondizzjonijiet fiżiċi li mhumiex idoneji.", "Ejjew inkunu ċari li dawn mhumiex affarijiet li bdew mal-aħħar gvern imma ilhom hemmhekk għal numru ta' snin.", "Il-fabric tal-post li fih qegħdin naħdmu … Jekk il-benchmark huma s-psychiatric units ta' Mater Dei u jekk il-benchmark tal-outpatients huma dawk bħalma hemm f'Mater Dei, mela nistgħu ngħidu li l-ebda unit, ħlief tnejn jew tlieta f'Monte Carmeli li saru f'dawn l-aħħar xhur, sena, ma jaslu sa dak il-livell!", "Irridu naraw li jekk se nibqgħu nużaw dan il-post sabiex nagħtu l-kura lil dawn in-nies ...", "Fir-rapport tiegħi qiegħed ngħid ċar u tond li jiena nemmen li l-acute għandhom jitilqu minn Monte Carmeli u jiddaħħlu Mater Dei.", "L-Acute Psychiatry Unit għandha timxi għall-Mater Dei u tiġi mainstreamed.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Jekk aħna rridu nilħqu l-livelli ta' eċċellenza Ewropej, kif qed jgħid Dr Grech, l-ebda pajjiż fl-Ewropa ma jikkura s-saħħa mentali f'istituzzjoni.", "F'Mater Dei għandek support services li n-naħa l-oħra m'għandekx.", "Pereżempju jekk trid tagħmel MRI, CT Scan jew xi test ieħor fuq pazjenti bi problemi akuti ta' saħħa mentali, u dawn trid tagħmilhom b'urġenza, mhux dejjem ikun possibbli li pazjent tieħdu b'ambulanza minn sptar għal ieħor.", "Jiena nemmen li għandna naraw kif se nagħmlu fuq l-acute biex insibulu post hemmhekk.", "M'għandniex bżonn ta' numru kbir ta' sodod imma żgur li rridu naqilgħuh 'il barra minn Monte Carmeli.", "(Interruzzjonijiet) Is-Psychiatric Unit mhuwiex biżżejjed.", "L-ewwel nett is-Psychiatric Unit kif inhu strutturat illum ma jieħux pazjenti kontra l-volontà tagħhom.", "Pereżempju qegħdin neżaminaw mal-awtorità regolatorja biex pazjent li għandu problema ta' saħħa mentali u għandu bżonn tal-kura akuta ġewwa l-isptar, ma niġux fi problema jekk tistax iżżommu hemmhekk jew le.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għas-sapport li għandek bżonn tagħti lin-nurses tas-surgical ward meta dawn ikollhom problema b'pazjent li għandu problema ta' saħħa mentali.", "Din hija issue li Dr Grech ikollu jiffaċċjaha kważi ta' kuljum għax jekk għandek persuna bi problema ta' saħħa mentali, din jista' ikollha wkoll problemi fiżiċi akuti.", "Mela jien qed ngħid li jekk naqilgħu 'l barra l-acute minn Mount Carmel u nikkonsidraw li nibqgħu għaddejjin bil-proċess fejn in-nies idumu ġewwa l-faċilità akuta l-inqas żmien possibbli, allura mbagħad inkunu nistgħu nikkreaw ambjent riabilitattiv ta' veru.", "Hemmhekk ikollna post fejn ir-riabilitazzjoni tkun tista' tkun iffokkata għall-bżonnijiet tal-individwu u dawk in-nies li huma kroniċi hemmhekk, residenti, intejbulhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom billi ntejbu dik ir-residenza.", "U allura hemmhekk ikun jista' isir bħala residenza kollu kemm hu.", "Meta kont Direttur Ġenerali ħames snin ilu kont bdejt proċess biex nittrasforma l-wards ta' Mount Carmel f'wards tal-anzjani imma kienu ħaduha qatta' bla ħabel kontrija.", "X'kienet l-idea tiegħi?", "L-idea kienet li jekk nittrasformaw bil-mod il-mod dan il-post u minflok jibqa' mwaħħal miegħu l-psikjatrija, nibdew nużawh għal affarijiet oħra wkoll, nibdew innaqqsulu l-istigma tiegħu.", "M'hemmx stigma li tieħu pazjent anzjan ġewwa Ward Ġorġ Preca jew Ward Santa Bernardetta li huma wards immexxijin mid-Dipartiment tal-Anzjani ġewwa Mount Carmel.", "Jien nemmen bl-ethos tas-servizzi speċjalizzati.", "Inti ma tistax toffri ċertu tip ta' servizz speċjalizzat minn post dilapidat!", "Pereżempju ħadd ma jikkontesta s-servizz tal-Imtarfa li jingħata lil dawk li għandhom eating disorders.", "U hemmhekk irridu naslu.", "Jekk għandna bżonn specialised unit, irridu naraw li nagħmlu dan il-unit għar-riabilitazzjoni u naraw li jkollu l-konnottati kollha bħalma hemm l-Imtarfa u b'hekk wieħed jibda bil-mod il-mod inaqqas il-problema.", "Li ddejjaqni hu li pereżempju tidħol ġewwa ward u ssib li minn 18-il pazjent 16 minnhom jistgħu joħorġu kemm iridu barra imma ssib li din il-ward tinżamm magħluqa għax ikollok żewġ pazjenti li għandhom ordni mill-Qorti li ma jistgħux joħorġu!", "Mela minflok ma nżommu l-pazjenti b'ordni mill-Qorti f'post wieħed ħalli l-oħrajn ikunu jistgħu joħorġu x'ħin iridu, inżommuhom mal-pazjenti l-oħra u nżommu l-bieb magħluq!", "Dik iddejjaqni u rrimarkajt fuqha u l-management jafu biha.", "Jien nixtieq li bil-mod il-mod nibdew proċess ta' trasformazzjoni f'din l-istituzzjoni ħalli nneħħu wkoll l-istigma soċjali li hemm assoċjata mal-post.", "L-Onor.", "Hemmhekk għandek numru ta' pazjenti li mhumiex akuti imma għax m'għandhomx post fir-riabilitazzjoni, m'għandhomx post fil-half way house, dawn jibqgħu hemmhekk.", "U x'jiġri mbagħad?", "Min m'għandux problema akuta imma għandu bżonn il-kwiet u s-silenzju, qed jispiċċa jiġi mgerfex minn xi ħadd li mhuwiex stabbli jew bil-maqlub.", "Din l-issue rridu nindirizzawha għax inkella m'aħniex se noħorġu 'l barra minn dan iċ-ċirku vizzjuż li dħalna fih.", "DR ANTONELLA SAMMUT (Residence Specialist fl-Uffiċċju tal-Kummissarju): Intqalu ħafna affarijiet hawnhekk u iva, hija importanti ħafna x-shift tal-community li ssemmiet illum.", "L-isptar Mount Carmel hu dak li hu u veru li għandek problemi ta' persuni li daħlu hemmhekk 50 sena ilu u dawn baqgħu hemm.", "Fl-isptar hemm dawn il-problemi u nħosshom meta nkun qiegħda ndur.", "Pereżempju għandek mix ta' diagnosis differenti, fejn pazjenti acute qegħdin ma' pazjenti cronic, eċċ. Fil-cronic wards għandek min hu bedridden kompletament filwaqt li oħrajn mhumiex.", "Għandek wards b'persuni ta' 80 sena li qegħdin m'oħrajn li għandhom 40 sena u din il-ward tissejjaħ \"geriatric ward\"!", "Il-labels tal-wards fl-isptar ma jirriflettux ir-realtà għax dawn twaħħlu hemmhekk xi darba u baqgħu hemm minkejja li tbiddel l-użu tal-wards.", "Il-kelma \"dilapidat\" qed ngħiduha mingħajr ebda offiża lejn ħadd imma kulħadd jaf x'inhi s-sitwazzjoni.", "Ovvjament hemm wards aħjar minn oħrajn u hemm dawk li sar ir- refurbishment fuqhom dan l-aħħar u dawn jispikkaw imma mbagħad hemm wards oħra, speċjalment dawk imsejħa cronic wards, li jiena nistedinkom sabiex tmorru tarawhom ftit ħalli tkunu tafu x'qed ngħidu.", "Dawn in-nies mhux għax qed jiġu trattati ħażin jew qed jiġu abbużati imma għaliex matul is-snin dħalna - ħalli ninkludi lili nnifsi wkoll - f'ċerta mentalità fejn naċċettaw ċerti sitwazzjonijiet mingħajr ma nistaqsu u sirna qisna numb għas-sitwazzjoni!", "Ovvjament il-problemi tar-riżorsi dejjem se jqumu imma flus m'għandniex biex nagħmlu ċerta affarijiet.", "Nagħmlu t-talbiet u ma jiġri xejn!", "Tieqa mkissra u lanqas għandna biex inbiddluha!", "L-istaff kollu huwa hard working imma it is easy li ssir hekk għax li kieku jien kelli naħdem f'ċerta kondizzjonijiet għal numru ta' snin insir jien ukoll immune għal ċerti sitwazzjonijiet, u kważi kważi lanqas ninduna li hemm ċerti affarijiet li setgħu jkunu aħjar u jistgħu jkunu aħjar.", "Dan qed ngħidu bla ebda offiża lejn ħadd għax jien inħobb nuża l-kollettiv.", "Irridu nirriflettu fuq l-affarijiet.", "Ħaġa oħra li tinkwetani f'Mount Carmel hija l-unused spaces.", "Għalkemm il-post huwa antik, li kieku l-post baqa' jiġi kkultivat matul is-snin, dan huwa sabiħ immens.", "Fil-fatt għandek ħafna ġonna hemm ġew, għandek ħafna siġar u spazju.", "Min jiftakar l-idea oriġinali tal-isptar jaf li dan suppost kellu jkun ta' residenza għall-pazjenti u biex dawn ikunu self sufficient community.", "Kieku llum nużaw l-occuptional therapy imma kieku u kieku …", "Ħaġa oħra li tinkwetani hija l-inactivity tal-pazjenti li aħna nsejħulha s-sit, stare, smoke and watch television issue!", "L-issue hi li m'hemmx biżżejjed attività fil-wards and it is a long day.", "Għandek dawk li joħorġu jpejpu kull siegħa u tara label \"smoking every hour\".", "Dawk l-affarijiet jinkwetawni bħala ninkwieta li t-tipjip fil-mental health facilities huwa permess.", "Mela nagħmlu health promotion campaigns mal-popolazzjoni ġenerali fuq it-tipjip – u dan mhux Malta biss – imma mbagħad mal-pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali nħalluhom ipejpu għax dawk imsieken!", "DR ANTON GRECH: It-tipjip huwa issue jaħraq ħafna fil-psikjatrija ma' kullimkien u mhux Malta biss.", "Is-psychiatric hospitals kollha pprovaw japplikaw zero tolerance for smoking kif għandek f'Mater Dei imma sfortunatament il-klijenti tagħna huma differenti minn pazjenti oħrajn.", "Jekk xi ħadd għandu depression u tgħidlu biex ma jpejjipx se tħawwdu aktar!", "Mal-Ewropa kollha - mhux Malta biss – t-tipjip fi sptarijiet mentali huwa permess f'areas ristretti.", "Fil-fatt f'Mount Carmel ħdimna fuqha din l-issue u identifikajna area f'kull sala li fiha jista' isir it-tipjip.", "Din l-area kemm jista' ikun tkun secluded imma li taqta' t-tipjip totalment lill-pazjenti hija xi ħaġa impossibbli.", "DR CLIFTON GRIMA: Ħalli nkompli ftit ma' dak li kien qed jgħid Dr Grech fuq l-ismoking areas fis-swali.", "Fil-fatt tidħol f'ċerti swali u x'ħin toħroġ tibqa' bir-riħa tas-sigaretti fuqek.", "Din il-policy li ħdimna fuqha tlestiet illum il-ġurnata u x-xogħol fuq l-ismoking area se jkun lest għal Frar tas-sena d-dieħla.", "B'hekk se jkollna s-swali li fihom se jkun hemm l-ismoking areas u dan anke għall-benefiċċju tal-istaff li jaħdem hemm ġew.", "Issa biex nallaċċja ma' dak li qalet il-kollega tiegħi, veru li matul is-snin kienet daħlet ċertu apatija fl-istaff u jekk pereżempju hemm tieqa mkissra, I do not care għax jekk se nagħmel rapport xorta mhu se jsir xejn fuqha.", "llum il-ġurnata, bil-limitazzjonijiet kollha tagħna, lestejna erba' swali - dawn jissemmew fir-rapport – u dawn ġibnihom viċin il-livell tas-swali f'Mater Dei.", "Dorna minn dik li kienet apatija biex illum, jekk nagħmel rapport fuq xi ħaġa nieqsa jew fuq xi ħaġa mkissra, inkun irrid li ssir dakinhar stess.", "Ix-xogħol siewi li qiegħed jagħmel il-maintenance team diġà qed jinħass.", "Rigward l-attivitajiet fis-swali għamilna numru ta' snin fejn l-attivitajiet tal-OT kienu kkonċentrati fl-OT Department u mhux fis-swali.", "Bl-għajnuna ta' Dr Grech iltaqjna mal-professjonisti u llum il-ġurnata bdejna b'mod gradwali, anke wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, sabiex nagħtu l-OT proprju fis-swali partikolari.", "F'ħin minnhom waqt li konna qegħdin nitkellmu qisu ngħatat l-impressjoni li għandek sitwazzjoni fejn hemm nies li jridu jmorru lura fil-komunità u dawn qegħdin jiġu mwaqqfa milli jagħmlu hekk.", "Għalhekk tajjeb li ngħidu wkoll li riċentement ftaħna hostel fil-komunità għal 12-il pazjent imma biex sibna 12-il pazjent li kienu lesti li jitilqu mill-comfort zone tagħhom ġewwa l-isptar, kienet kedda keddun!", "U dan jista' jikkonfermah Dr Grech.", "Dawn it-tip ta' inizjattivi, bl-għajnuna wkoll tal- NGOs varji, se jkomplu għaddejjin.", "U diġà qegħdin naħdmu ħalli jkun hemm hostel ieħor li jilqa' fih 12-il persuna tas-sess femminili.", "Din hija xi ħaġa ġdida u nisperaw li jirnexxilna ngħinu lil dawn in-nies ħalli joħorġu minn hemm.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Ma naħsibx li se nagħlqu din id-diskussjoni llum u għalhekk se jkollna nsejħulkom darb'oħra.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena se nagħmel tliet mistoqsijiet qosra.", "What is the complaint mechanism meta pazjent jew xi qarib ta' pazjent irid jagħmel ilment jew irid ikellem l-Uffiċċju tal-Kummissarju?", "L-ewwel Dr Grech semma wkoll nies li huma speċjalizzati fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Issa jien għandi informazzjoni li n-nurses naqsu ħafna din is-sena.", "In-nurses li qed jagħżlu l-qasam tas-saħħa mentali huwa verament baxx fin-numru.", "Għalhekk naħseb li rridu naraw daqxejn għalfejn qiegħed jinżel in-numru ta' nurses li jidħlu f'dan il-qasam.", "U l-aħħar ħaġa jiena xtaqt inkun naf x'inhi l-opinjoni tiegħek fuq dan il-punt li se nsemmi; taħseb li l-Kummissarju għandu jsir bħalma hu l-Ombudsman, u allura jinqata' minn mal-Gvern biex ikun aktar awtonomu meta jiġi biex iwettaq ċerti affarijiet?", "DR ANTON GRECH: Ħalli ngħid xi ħaġa jien fuq in-nurses.", "Veru li l-qasam tas-saħħa mentali huwa qasam diffiċli ħafna u fil-fatt, mill-oqsma kollha tas-saħħa, l-aktar qasam li fih hemm stress huwa l-qasam tas-saħħa mentali.", "U min jidħol jaħdem hemmhekk irid ikollu vokazzjoni kbira.", "Bħalissa qegħdin nagħmlu in roads fit-tobba u qegħdin naslu.", "Nista' ngħid li sa sitt snin ilu konna noħorġu l-calls biex trainees jispeċjalizzaw fil-qasam tal-psikjatrija u f'ċerti oqsma japplikawlek 25% ta' kemm għandek available.", "Fl-aħħar erba' snin għamilna kampanja qawwija u jiena ninvolvi ħafna lit-tobba li għadhom studenti fir-riċerka u għandi ħafna proġetti għaddejjin.", "Ninvolvihom fi proġetti u issa qed ikollna ħafna aktar applikanti milli postijiet available.", "J'Alla dak li ħadem f'dawn l-oqsma nibdew nużawh ukoll fil-qasam tan-nurses.", "Fil-fatt qegħdin f'diskussjoni man-Nursing School sabiex nipprovaw nagħmluha din ukoll.", "DR JOHN CACHIA: Rigward il-complaint mechanism l-ewwelnett jiena nagħmilha ċara, anke ma' min iċempel l-Uffiċċju tagħna, li we are not the customer care service tas-servizz tas-saħħa mentali.", "Is-servizz tas-saħħa mentali għandu l-customer service tiegħu u forsi Dr Grima jkun jista' jispeċifika ftit fuq dan il-customer service.", "Issa aħna, waħda mill-affarijiet li qegħdin naħdmu fuqha mill-Uffiċċju tiegħi, b'mod speċjali Dr Camilleri u Mrs Gertrude Buttigieg, hija li qegħdin nipprovaw nifirxu l-informazzjoni u l-għarfien dwar il-pazjent u d-drittijiet tiegħu.", "L-istaff stess ikun hu li jinforma lill-pazjent bid-drittijiet tiegħu.", "Bil-mod il-mod aħna qegħdin nidħlu fi programm ta' taħriġ intern mal-istaff tas-servizzi tas-saħħa mentali, mal-NGOs, ma' nies li jaħdmu fl-out-patients, ma' dawk li jaħdmu fil-komunità u mar-Richmond Foundation biex proprju jkunu huma stess li jwasslu lin-nies li jużaw is-servizz u juruhom kif jistgħu jikkuntattjaw mal-Uffiċċju tagħna.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra bagħtuli ritratt ta' poster imwaħħal f'wieħed mid-day centres, fejn f'dan il-poster kien hemm in-numru tal-Uffiċċju tagħna biex min ikun irid jikkuntatjana jkun jaf fejn għandu jċempel.", "Bil-mod il-mod il-messaġġ li jeżisti Kummissarju għad-drittijiet tal-persuni b'saħħa mentali qiegħed jasal fost in-nies.", "Ma wasalniex biżżejjed u żgur li għad fadlilna ħafna x'nagħmlu.", "Jiena nżomm appuntamenti regolari, fejn inkun nista', biex nuża' l-media kemm jista' jkun.", "Ftaħna facebook page imma qed inkunu guarded ħafna kif nużawha għax wieħed irid ikun imħarreġ ukoll fl-oqsma tal-media soċjali biex ikun jista' juża' dik l-għodda.", "Jiena nemmen li dawn huma għodod li bil-mod il-mod irridu ninfiltraw.", "L-ewwel semmejna ftit iż-żgħażagħ u la qed nitkellmu fuq is-social media jiena naħseb li dawn huma mezzi importanti ħafna biex naslu għand iż-żgħażagħ bi problemi ta' saħħa mentali.", "Nistgħu nużaw ukoll is-social media biex forsi nidentifikaw issues marbuta proprju ma' dan is-suġġett.", "Rigward fuq jekk l-Uffiċċju tagħna għandux ikun bħalma qiegħed l-Ombudsman, li nista' ngħid hu li l-irwol tiegħi huwa maqsum fi tnejn.", "L-ewwel għandi l-irwol li nagħmel il-monitoring tat-treatment orders, jiġifieri t-trattament li jingħataw dawk il-persuni li jkunu qegħdin jirċievu l-kura kontra l-volontà tagħhom.", "Il-liġi hemmhekk hija ċara u jien naġixxi fil-kapaċità tiegħi fuq dawn il-każijiet u ma jindaħalli ħadd fihom.", "Imbagħad hemm l-issue tal-accoutability tal-Uffiċċju nniffsu fir-rigward tal-Ministeru tas-Saħħa u kif wieħed jista' jtejjeb l-indipendenza tal-post.", "Li nista' ngħid hu li f'dawn il-ħames snin, kemm ilni Kummissarju, ħadd qatt min-naħa politika ma ndaħħalli fl-irwol tiegħi ta' x'nagħmel u ma nagħmilx.", "Ħadd qatt ma ndaħħalli u għamilt iż-żmien tiegħi taħt iż-żewġ gvernijiet.", "Dan l-istatement qed nagħmlu fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra għax lili ħadd qatt ma ndaħħalli fl-irwol tiegħi bħala Kummissarju għas-Saħħa Mentali.", "Issa jekk nistgħu ntejbu b'xi mod dak il-fine line li hemm għax jien il-vot tiegħi jidher taħt il-Ministeru tas-Saħħa ...", "Fir-rigward tax-xogħol li jsir mill-Uffiċċju tiegħi rrid nagħmilha ċara li dak ix-xogħol sar bejn tmienja min-nies professjonali.", "Dan ma sarx minn xi armata nies u aħna nużaw sistema fejn we multiply effects.", "Pereżempju jekk naħdmu mal-Aġenzija Żgħażagħ inġibu din l-aġenzija magħna biex niddiskutu kif se nagħmlu l-affarijiet u nużaw żewġ ħaddiema mill-Uffiċċju tagħna u sitta mill-Aġenzija Żgħażagħ.", "Normalment naħdmu b'dak il-mod.", "Frankament dan it-tenuous line għax il-vot tal-Uffiċċju tiegħi jaqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa wieħed jista' jiddiskutiha ftit.", "Madankollu se nagħmilha ċara u se nkun skjett fuqha u ċjoè li bħala Uffiċċju, fuq il-kwestjoni tal-kura u l-kwestjoni tal-orders tal-kura tas-saħħa mentali u n-nies li jinżammu kontra l-volontà tagħhom hemmhekk, żgur li m'għandux ikun hemm a no go situation.", "Wieħed irid ikun attent ħafna li ma jmissx dak il-bilanċ.", "Issa hemm bilanċ ieħor li jrid jintlaħaq.", "Fl-opinjoni tiegħi l-Uffiċċju tal-Ombudsman jagħmel xogħol tajjeb imma mbagħad il-problema tal-Ombudsman hi li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu mhumiex vinkolanti.", "U allura rridu nsibu bilanċ f'dan il-pajjiż; kif jista' jkollok sitwazzjoni fejn ikollok awtorità li tkun vinkolanti f'dak li tgħid?", "Li ngħid jien mhuwiex vinkolanti imma kif stajtu taraw hemm affarijiet milli rrakkomandajna fir-rapport li diġà qed jiġu implimentati.", "Hemm affarijiet oħra li għadna s'issa ma bdejniex naħsbu fihom u jien qiegħed nimbotta fuqhom.", "Minn dak il-lat Onor. Buttigieg, mhuwiex faċli u dak it-tenuous line irridu niddiskutuh bis-serjetà biex naraw x'se nagħmlu bih għax jien ma nixtieqx li nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn nispiċċaw noħolqu awtorità bla snien.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jien għandi żewġ mistoqsijiet qosra għax naf li l-ħin qed jagħfas.", "Fis-settur pubbliku tal-kura tas-saħħa mentali għandna biżżejjed psychologists?", "U l-pazjenti li għandhom kondizzjoni psikoloġika u qegħdin taħt kura, ħafna drabi jieħdu l-pilloli u xi kultant jeħxienu bihom.", "L-ewwel semmejna t-tipjip u affarijiet oħra bħal healthy lifestyles u how to keep a good body weight.", "Jiena xtaqt inkun naf jekk f'Mount Carmel għandkomx servizzi ta' nutritionists u affarijiet simili?", "DR ANTON GRECH: Kif konna qed insemmu l-ewwel bħala nurses u tobba qatt m'hemm biżżejjed.", "Li nista' ngħid hu li qed nagħmlu enfasi kbira matul dawn l-aħħar snin biex il-psikjatrija ssir a multiple disciplinary care.", "L-idea hi li l-kura tingħata b'mod multi dixxiplinarju.", "Qabel kien hemm dak li jgħidulu l-medical model fejn jekk inti tbati mid-dipressjoni l-importanti hu li tieħu l-pilloli.", "Illum għandek kura ħolistika, dik li ngħidulha l-biopsychosocial therapy, fejn tagħti l-kura bioloġika billi tagħti l-mediċini u li tagħti l-psychological therapy and social therapy.", "Il-kura llum qed nagħtuha f'forma ta' teams u s-phychologists huma parti integrali minn dawn it-teams.", "Din l-aħħar ġimgħa jiena qattajtha nagħmel l-interviews għax ħarġu calls ġodda għal psychologists u għal assistant psychologists.", "Id-direzzjoni hi li kemm jista' jkun is-psychologists jieħdu a more prominent role.", "Fuq il-pilloli u s-side effects tagħhom, l-aktar huma l-pilloli li jingħataw għall-iskiżofrenija, jistgħu jikkawżaw dak li ngħidulu l-metabolic syndrome imma hemm il-mezzi ta' kif wieħed jista' jevita dan is-side effect.", "Perżempju fl-Occupational Therapy Department f'Mount Carmel għandna żewġ gymnasiums li l-pazjenti jistgħu jagħmlu użu minnhom għal aktar healthy lifestyle.", "Barra minn hekk tajna ħafna s-sapport tagħna lir-Richmond Foundation.", "U hawnhekk nixtieq infaħħar ftit dawn l-għaqdiet volontarji li jagħtu s-servizzi tagħhom f'dan il-qasam.", "Fil-fatt għandek NGOs tajbin ħafna, fosthom ir- Richmond Foundation u l-Mental Health Association.", "Fl-aħħar mill-aħħar ilkoll kemm aħna qegħdin fl-istess qasam u dawn għandhom ċerti proġetti partikolari.", "Pereżempju nies li jieħdu tip ta' kura partikolari, jattendu għal numru ta' sessions fuq kif tiekol bilanċjat u kif tista' tagħmel dieta aħjar, kif tista' tagħmel ċerti eżerċizzji u hekk.", "Dak huwa mod ieħor kif qegħdin nindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Sfortunatament l-akbar problema serja fil-psikjatrija hija l-iskiżofrenija u l-mediċini f'dan il-każ huma ta' importanza enormi.", "Fejn tidħol id-depression għandna mediċini li ma jżiedux il-piż.", "Imma fejn tidħol l-iskiżofrenija għandna mediċini li jistgħu jżiedu l-piż u dawk li ma jżiedux il-piż jistgħu jikkawżaw sintomi li jixbħu ħafna lill-kondizzjoni tal-Parkinsons.", "CHRIS FEARNE (Segretarju Parlamentari): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa u nirringrazzjakom ukoll tax-xogħol kbir li tagħmlu matul ħajjitkom kollha.", "Illum semmejtu numru ta' punti importanti u fil-qosor irrid nagħmel ftit ta' reazzjoni fuqhom biex nuri l-pożizzjoni tal-Gvern fuqhom.", "Irrid ngħid li s-sinsla ta' dan kollu hija l-HR, il-ħaddiema li għandna, in-nurses, it-tobba, il-paramediċi, is-social workers, l-occupational therapists u kulmin joffri l-kura fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Jiena naħseb li għandna staff tajjeb ħafna, għandna staff dedikat u motivat.", "Madankollu ma rridux inkunu complacent u rridu nkomplu nitħarrġu.", "Xi kultant inħobbu ngħidu li għandna staff tajjeb u hekk imma rridu noqogħdu attenti li ma nemmnuhiex iż-żejjed u li qiesu aħna l-aħjar fid-dinja.", "Dan qed ngħidu għax għandna fejn nistgħu ntejbu aktar u bla dubju ta' xejn l-intenzjoni tagħna hi dik li nkomplu nagħtu taħriġ lill-istaff tagħna anke wara li dawn ikunu ggradwaw u qegħdin jaħdmu.", "Din mhijiex biss kwestjoni ta' università jew li ndaħħlu aktar nies f'korsijiet.", "Irridu nkomplu nagħtu t-taħriġ lill-istaff tagħna matul ħajjithom kollha.", "It-tieni punt huwa fuq il-policies li aħna rridu nfasslu u li naraw li jiġu mħarsa.", "Naħseb li l-liġi l-ġdida li għandna fuq is-saħħa mentali hija x'aktarx waħda mill-aktar liġijiet favur il-pazjent fl-Ewropa.", "U naħseb li għandna biex niftaħru biha.", "L-implimentazzjoni sħiħa tagħha bdiet minn Ottubru li għadda u naħseb li daħlu ħafna affarijiet li taw improvement lit-timijiet multi-dixxiplinarji, lit-treatment community, lit-treatment orders u lill-care plans.", "Kif rajna issa pazjent irid bilfors ikollu review within 24 hours minn mindu jidħol Mount Carmel.", "Dawn huma affarijiet li mexjin 'il quddiem bihom.", "Naqbel li l-NGOs f'dan il-qasam - forsi aktar minn oqsma oħra - għandhom rwol importanti ħafna u rridu nkomplu nagħtuhom is-sapport tagħna, kif fil-fatt qegħdin nagħmlu.", "U rridu nħajru aktar nies sabiex jidħlu f'dan il-qasam, anke b'mod volontarju.", "Bla dubju ta' xejn irridu nieħdu ħsieb ukoll tal-informal carers, jiġifieri ta' dawk in-nies li qattgħu ħajjithom ma' xi ħadd id-dar jew fil-komunità li għandu problema ta' saħħa mentali.", "Din hija xi ħaġa li qiegħda fuq ir-radar tagħna u flimkien mal-NGOs irridu nkomplu nagħfsu fuqha biex nagħtuha l-importanza li jixirqilha.", "Naturalment dan kollu jdur madwar il-pazjent u naħseb li jiena naqbel ukoll ma' dak li qalet Dr Camilleri.", "Huwa ovvju li l-ambjent ta' Mount Carmel huwa wieħed antik - naħseb li huwa ta' żmien il-ħamsinijiet - u mhuwiex aċċettabbli.", "Fil-Budget għedna li mis-sena li ġejja se nibdew naħdmu biex insibu partners li jaħdmu magħna ħalli dak li qegħdin nagħmlu f'St. Luke's, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u fl-isptar Karen Grech, inkunu nistgħu nagħmluh ukoll fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Fil-fatt bħalissa qegħdin fil-fażi li niddiskutu mal-istakeholders u għad irridu nagħmlu l-lagħqat mal-ħaddiema ta' dawn l-isptarijiet biex fil-ġimgħat li ġejjin inkunu nistgħu nagħlqu dan il-ftehim u nibdew ix-xogħol fuq dawn l-isptarijiet.", "Ix-xahar li għadda ftaħna wkoll l-isptar il-ġdid tal-onkoloġija.", "U allura, is-sena li ġejja rridu nibdew id-diskussjonijiet biex il-kura fl-istituzzjonijiet tas-saħħa mentali, li ngħidu x'ngħidu se tibqa' teżisti għax ma jistax ikun li kulħadd jagħti l-kura fil-familji tiegħu, tkun tal-istess livell daqs dawk li se jkunu fl-isptarijiet l-oħra kollha.", "Bħalma llum ngħidu li Mater Dei huwa l-aħjar sptar li għandna, sentejn, tliet snin oħra, irridu ngħidu li Mater Dei huwa l-agħar sptar li għandna f'Malta.", "Illum huwa l-aħjar wieħed imma hekk irridu niġu fis-saħħa mentali.", "Naħseb li fis-saħħa mentali ġraw żewġ affarijiet; l-ewwel matul dawn l-aħħar snin – u din mhijiex kwestjoni ta' gvern jew ieħor – sirna aktar nitkellmu fuq is-saħħa mentali bħala marda oħra tal-ġisem.", "Illum mhux qed ngħidu li s-saħħa mentali hija xi ħaġa ppakkjata għaliha u naħseb li din l-attitudni daħlet u hija importanti.", "Imma iżjed minn hekk, jiena naħseb li s-saħħa mentali se tkun il-leader f'kunċett li aħna qegħdin nipproponu.", "Aħna nemmnu li l-isptarijiet kollha u s-servizzi kollha, biex ikun hemm livell ieħor li jkun separat mill-politiċi, li matul is-snin, mingħajr ma trid – għalkemm il-Kummissarju qal li qatt ħadd ma ndaħal fix-xogħol tiegħu – dejjem se jkun hemm it-tendenza li wieħed jindaħal xi ftit, irridu naraw li dawn l-istituzzjonijiet jitmexxew mhux minn politiku li jista' jkun jifhem u jista' jkun ma jifhimx f'dak il-qasam, imma jitmexxew min-nies li huma ftit aktar esperti fis-suġġett.", "Naturalment il-politika trid tkun hemmhekk ukoll imma aħna nemmnu li għandu jkun hemm bords ta' diretturi fl-isptarijiet u fl-istituzzjonijiet kollha.", "U aħna bdejna proprju mill-kura tas-saħħa mentali billi l-ġimgħa l-oħra ressaqna legal notice sabiex fil-ġimgħat li ġejjin naħtru bord ta' diretturi għat-tmexxija tal-kura tas-saħħa mentali.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti u li se tagħti opportunità lill-istakeholders kollha – se nipprovaw ninkludu lil kulħadd f'dan il-qasam – ħalli dawn jagħtuna direzzjoni ta' fejn irid imur dan il-qasam partikolari.", "Dawn il-bords ta' diretturi rridu nirreplikawhom għall-isptarijiet l-oħrajn kollha matul is-snin li ġejjin u b'hekk inkunu nistgħu nagħtu dik id-daqxejn aktar fl-awtonomija ta' kif jitmexxew l-istituzzjonijiet tagħna.", "Jiena nemmen li qegħdin nimxu 'l quddiem fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Ovvjament fadal ħafna xi jsir imma naħseb li qegħdin inħarsu lejn dan il-qasam b'kuraġġ kbir u anke b'sodisfazzjon li l-affarijiet mexjin 'il quddiem.", "Naħseb li din mhijiex xi ħaġa li se jibdiha u jispiċċaha dan il-Gvern u bħall-oqsma l-oħra fil-qasam mediku għandu jkun hemm kunsens bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra - u 'l quddiem jista' jkun hemm partiti oħrajn ukoll – u b'xi mod qegħdin nimxu 'l quddiem hawnhekk.", "Nirringrazzjakom mill-ġdid tax-xogħol kbir li tagħmlu u naħseb li se jkollna niltaqgħu darb'oħra biex inkomplu niddiskutu dan is-suġġett għax mhux se nlestuh kollu llejla.", "THE CHAIRPERSON: Qabel ma nagħlaq id-diskussjoni xtaqt nagħmel mistoqsija lill-Onor.", "Is-sinjuri tkellmu fuq ix-xewqa tagħhom li jaraw li the acute cases jiġu traslokati għal Mater Dei.", "Din ix-xewqa hija fil-ħsieb tal-Gvern?", "Jew ma tistax issir?", "U jekk ma tistax issir, dan minħabba r-restrizzjonijiet ta' spazju f'Mater Dei?", "CHRIS FEARNE: Għad irridu nisimgħu fuqha din għax li jsir hekk hija l-opinjoni tal-Kummissarju.", "Jiena smajt opinjonijiet oħra mingħand nies li huma esperti f'dan il-qasam, fosthom anke l-opinjoni taċ-Chairman, li ma jaqbilx ma' din l-opinjoni tal-Kummissarju.", "Għalhekk din hija xi ħaġa li rridu niddiskutuha biex naraw jekk ikunx hemm bżonn ta' units speċjalizzati bħalma huma \"Dar Kenn għal Saħħtek\" jew inkella ikunx hemm unit wieħed u nużaw ir-riżorsi tagħna hemmhekk.", "Hemm min qed jgħid ħaġa u hemm min qed jgħid ħaġa oħra.", "Jiena naħseb li meta jkollna l-bord tad-diretturi wieħed ikun jista' jiddiskutiha hemmhekk din ukoll.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Qiegħda nieħu pjaċir li qed niddiskutu dan is-suġġett għaliex naħseb li hemm bżonn li nżommuh fuq l-aġenda tagħna.", "Nispera wkoll li dan ir-rapport ma nħalluhx fuq l-ixkaffa, u minn kif qiegħda nara ilu hemm minn Frar li għadda.", "CHRIS FEARNE: Frar kien meta nkiteb ir-rapport u mhux meta rċevejtu jien.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: F'Marzu rċevejtu u xorta huwa perjodu twil.", "Huwa importanti li we bring this to light għax jista' jagħti l-każ li hemm xi affarijiet li nafu bihom u jista' ikun hemm affarijiet li ma nafux bihom.", "Għalhekk ma naħsibx li għandna nħallu dan id-dokument fuq l-ixkaffa.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Illum donnu li kkonċentrajna ħafna, ġustament, fuq l-isptar Mount Carmel imma għandna sitwazzjonijiet simili ħafna ġewwa St Vincente De Paule.", "Jiena nixtieq nara l-ispectrum kollu wiesgħa ta' x'inhuma l-każijiet proprju f'San Vinċenz u jekk il-pazjenti hemmhekk humiex qed jiġu trattati b'mod differenti?", "X'inhi l-kura li tingħata hemmhekk?", "Hemm nies professjonali u addattati li qed jingħataw taħriġ apposta biex ikunu qegħdin jieħdu ħsieb l-anzjani li għandhom problemi mentali?", "Għalhekk ikun tajjeb li f'diskussjoni oħra niddiskutu dan l-aspett ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Jiena wkoll kelli ħafna aktar mistoqsijiet x'nagħmel fuq dan ir-rapport.", "L-item l-ieħor li kellna fuq l-aġenda għal-lum ma spiċċajnihx u għalhekk żgur li jkollna nagħmlu laqgħa oħra biex nagħlqu r-rapport fuq l-età tal-kunsens sesswali.", "Imma fil-futur qarib se nerġa' insejħilkom biex inkomplu din id-diskussjoni flimkien.", "Nirringrazzjakom ħafna tal-ħin u tax-xogħol tagħkom.", "Grazzi.", "Fid-9:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20151028_013d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 13", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7:19 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ppresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Anthony Agius Decelis (President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja), l-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 12 li saret nhar l-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-KUMMISSARJU GĦALL-PROMOZZJONI TAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻORDNI MENTALI", "Il-Kummissarju John Cachia ppreżenta lill-Kumitat Konġunt ir-rapport annwali għas-sena 2014 intitolat:", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "Fid-9:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20151028_013m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 fis-7:00p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni tal-Minuti;", "Preżentazzjoni mis-Sur Mark Musu', Chairman tal-Pension Strategy Group.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20151028_015a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 12, 13 u 14 li saru fil-25 ta' Mejju, 2015, fit-12 ta' Ġunju 2015 u fl-4 ta' Settembru, 2015, kienu konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Silvio Schembri): Nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat din il-korrispondenza li rċevejna mingħand l-iSpeaker;", "Ittra datata 16 ta' Settembru 2014, mibgħuta mill-Vlasts Kontrolem State Audit Office of the Republic of Latvia dwar arranġamenti ta' superviżjoni bankarja wara l-introduzzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-aġenda tagħna u għalhekk nistieden lis-Sur Mark Musu', Chairman tal-Pensions Strategy Group kif ukoll lis-Sur David Spiteri Gingell, Konsulent fuq il-Pensjonijiet fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, sabiex iressqulna l-preżentazzjoni tagħhom intitolata \"A Strategy for an Adequate and Sustainable Maltese Pension System\".", "Din il-preżentazzjoni se ssir wara li bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat tlabt lill-istess strategic group sabiex iressqilna preżentazzjoni fuq il-pensjonijiet hawn Malta ħalli naraw is-sostennibilità tagħhom u biex naraw ukoll il-miżuri li ttieħdu fil-Baġit f'dak li għandu x'jaqsam mas-sostennibilità tal-pensjonijiet.", "Ninformakom ukoll li din il-laqgħa se tkun qiegħda tiġi streamed live fuq l-internet u mbagħad tiġi mxandra fuq l-istazzjon tat-televiżjoni aktar tard.", "Jekk m'għandkomx oġġezzjoni dwar dan nistgħu nibdew u nistedinkom sabiex tressqulna din il-preżentazzjoni.", "IS-SUR MARK MUSÙ (Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u Chairman tal-Pension Strategy Group): Sur President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina.", "Min-naħa tagħna ħejjejna preżentazzjoni qasira li fiha se nkunu qegħdin nagħtu ħarsa lejn il-proċess li mxejna bih bħala Pension Strategy Group f'dawn l-aħħar sentejn u nofs, fejn imbagħad wasalna biex ippubblikajna r-rapport tagħna f'Ġunju li għadda u wara kien hemm il-konsultazzjoni pubblika fuqu u eventwalment, fil-Baġit li għadda, il-Gvern beda jimplimenta wħud mir-rakkmandazzjonijiet li ressaqna.", "Issa se nħalli f'idejn is-Sur Spiteri Gingell sabiex iressqilkom din il-preżentazzjoni u mbagħad wara nkunu nistgħu nwieġbu xi mistoqsijiet li jistgħu jsiru min-naħa tagħkom.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL (Konsulent fuq il-Pensjonijiet fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali): Sur President, nirringrazzjakom ta' din l-istedina.", "Ir-riforma li kienet saret fl-2007 ħarġet minn waħda mill-klawsoli l-ġodda li kienu mdaħħla u li kienet qiegħda tpoġġi l-obbligu li kull amministrazzjoni, kull ħames snin, wara l-2010, trid tagħmel strategic review tas-sistema tal-pensjonijiet biex tkun tista' tagħmel evaluation ta' liema stat ta' saħħa s-sistema tal-pensjonijiet qiegħda fih.", "Din kienet rakkmandazzjoni importanti ħafna u wieħed irid jistqarr li bejn l-1979 sar-riforma tal-2007 ftit li xejn kien sar vis-à-vis l-adekwatezza u s-sostennibilità tas-sistema tal-pensjonijiet.", "B'hekk daħħalna mekkaniżmu, li irrispettivament liema amministrazzjoni tkun fil-gvern, irid ikun hemm dan is-sistematic check fuq is-sistema tal-pensjonijiet.", "L-ewwel review kien sar fl-2010 u kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-ministru ta' dak iż-żmien.", "Issa dan huwa t-tieni review li seħħ wara li daħal dan l-obbligu.", "Il-grupp kien kompost minn madwar 12-il ruħ, bi tnejn minnhom ikunu estraneji mill-Gvern u jien kont wieħed minnhom.", "Ovvjament ħadt pjaċir li ġejt mistoqsi sabiex nifforma parti minn dan il-grupp għaliex fl-2004 u fl-2010 kont iċ-Chairman tal-Pensions Working Group taħt l-amministrazzjoni preċedenti u b'hekk stajt nagħti kontribut anke vis-à-vis il-kontinwità bejn riforma u bejn studju u ieħor.", "Fil-qafas tax-xogħol ipprovajna nkunu miftuħin.", "Fil-fatt għamilna numru ta' working groups u għamilna wkoll sub-committee u ilna kważi sena niltaqgħu mal-current pensioners.", "Tajjeb ngħid li din id-darba mhux bħar-riforma tal-2004 u l-istrategic review tal-2010, fejn it-terms of reference kienu speċifiċi u indirizzati lejn pensjonanti tal-futur.", "Fil-fatt din id-darba, fit-terms of reference tagħna kellna wkoll l-obbligu li nħarsu lejn il-pensjonanti kurrenti.", "Għaldaqstant wieħed mis-sub-committees, kif diġà għedt, kien qiegħed jiltaqa' u jiddiskuti ma' organizzazzjonijiet differenti tal-current pensioners.", "Kellna working group fuq id-demografija u dan il-working group ħadem ħafna fil-qrib mal-Eurostat, li huma responsabbli għall-Europop.", "Kellna working group fuq il-modelling, fejn ukoll dan il-working group ħadem ħafna fil-qrib mal-Economic Policy Committee u mal-Ageing Working Group tal-European Council fl-Ewropa.", "Hawnhekk tajjeb li nagħmel enfasi għaliex l-assumptions li ħadem fuqhom il-grupp kienu suġġetti għad-diskussjoni fil-media.", "Jiġifieri kemm fl-2004, kemm fl-2010 u kemm fl-2015, l-istudji, il-modelling li għamlu l-gruppi differenti kienu bbażati fuq assumptions li ma vvintahomx il-grupp fis-sapjenza tiegħu, - partikolarment fl-2010 u fl-2015 – imma peress li Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea kienet obbligata, u hija obbligata, li meta tiġi biex tagħmel projections għall-adequacy u sustainability ta' ċerti setturi, fosthom il-pensjonijiet, l-edukazzjoni, il-long-term care, is-saħħa, eċċ., aħna obbligati li nużaw l-assumptions li joħorġu bihom l-Ageing Working Group u l-Eurostat għad-demografija.", "Għamilna wkoll working group fejn ħdimna mill-qrib mal-World Bank, u ta' min infakkarkom li fir-rakkmandazzjonijiet li kienu saru fl-2010 kien stqarr li għandu jsir studju - għaliex il-grupp dak iż-żmien ħassu li ma kellux l-expertise - b'iktar reqqa dwar il-potenzjal li wieħed jimxi mid-define pay as you go pension system li għandna aħna għan-notional pay as you go system kif għandhom l-Isvezja, l-Italja u postijiet oħra.", "Konna rrakkomandajna fl-2010 li jekk jidher biċ-ċar li dan se jħalli effetti pożittivi ħafna, wieħed kellu jikkonsidra bis-serjetà li jeqleb mid-define pay as you go għal notional pay as you go.", "L-argument kien li n-notional pay as you go jagħmillek żewġ affarijiet; waħda it debunks the risk fuq id-demografija li huwa intrinsiku għad-define pay as you go, kif se nispjega aktar tard, u t-tieni it mimmicks a private sector pension, jiġifieri filwaqt li llum aħna, bħala pay as you go, il-kontribuzzjoni li nħallsu ma tmurx direttament fil-karus tagħna biex tmur direttament għall-pensjoni tagħna imma tmur biex inħallsu l-pensjoni tal-ġenituri tagħna.", "Min-naħa l-oħra a notional define contribution system dejjem taħdem differenti, fejn il-kontribuzzjoni tiegħek se tmur direttament into this fictional account, għalhekk notional account, u allura it accrues il-kontribuzzjonijiet tiegħek u mbagħad inti għandek ċerti checks and balances skont kif tkun sejra l-ekonomija dak iż-żmien u affarijiet oħra li jiddeterminawlek ir-rata tal-pensjoni tiegħek.", "Peress li ma kellniex l-esperjenza, ġibna l-esperjenza tal-World Bank, ħdimna ħafna fil-qrib magħhom u r-riżultat kien li given il-komplessità tar-riforma għan-notional define contribution, il-gains, jekk kienu, għax dejjem qed nitkellmu fuq projections, kienu negliġibbli u allura ma kienx worth it ir-riskju li wieħed jagħmel pass daqshekk strateġiku u daqshekk sensittiv.", "Working group ieħor li kien importanti ħafna kien dak li ħadem fuq it-third pension.", "Mit-2004 lil hawn kien hemm diversi working groups li kienu minn ta' quddiem biex tidħol it-third pension imma sfortunatament la tal-2004 u lanqas tal-2010 ma rnexxielhom jikkonvinċu lill-gvern għall-introduzzjoni tat-third pension.", "Issa t-third pension dejjem rajnieha bħala importanti ħafna għall-fatt li l-pensjoni tal-Istat qatt mhi se tkun qrib il-pre-retirement income tiegħek.", "Ħafna pensjonijiet tal-Istat joffrulek adekwatezza, dinjità u li toħorġok mill-povertà imma ma tagħtikx il-livell ta' għajxien li inti kont tgawdi meta kont għadek taħdem.", "Għaldaqstant dejjem emminna li t-third pillar huwa importanti.", "Issa t-third pillar mhuwiex mandatorju, huwa volontarju imma għandu inċentivi relatati miegħu biex persuna tkun tista' tibni ċerta kapital u tipprepara għal meta tiġi biex tirtira.", "Id-dokument li nħareġ huwa sintesi tad-dokument innifsu u ħareġ b'mod elettroniku għaliex kien daqsxejn goff u konna konxji mill-ambjent.", "F'dak id-dokument kien hemm numru ta' studji, fosthom bejn il-povertà u l-income tal-pensjonanti.", "Intqal li l-grupp ma kkonsidrax u ma tkellimx fuq il-mandatory second pillar imma dan mhuwiex minnu.", "Dan il-grupp kellu wkoll supplementary paper iddedikata fuq il-compulsion u l-pożizzjoni li ħa kienet dik li l-compulsion m'għandhiex tkun mandatorja.", "Fil-fatt sistemi mandatorji ta' compulsion illum m'għadhomx daqshekk in se però dak li jgħidulu automatic enrollment compulsion, li nafuh bħala mandatory opt in u l-voluntary opt out, jidher biċ-ċar li llum huwa suċċess f'pajjiżi bħal New Zealand, fejn għandhom il-kiwi-saver scheme u l-Ingilterra, fejn riċentement daħlu n-nest pension.", "Saret konsultazzjoni fit-tul u kellna kontribuzzjonijiet minn 20 constituted bodies u 'l fuq minn 62 individwu.", "Iltqajna u offrejna li niltaqgħu ma' min kien lest li jiltaqa' magħna.", "Kienet konsultazzjoni sinċiera, smajna minn kulħadd, u kif kien l-obbligu ta' konsultazzjoni sinċiera, aħna ħarisna lejn numru ta' rakkmandazzjonijiet u ppreżentajna rapport finali lill-Gvern f'nofs Settembru, fejn biddilna wkoll ċerti rakkmandazzjonijiet u żidna oħrajn.", "Kif tafu l-Gvern, kif inhu d-dritt tiegħu, wara li rċieva r-rapport finali tagħna, beda jagħmel ċerta deċiżjonijiet u fil-fatt numru minnhom ġew imħabbra fil-Baġit li għadda.", "Issa ħalli ngħidilkom ftit fuq is-sistema tal-pay as you go li għandna aħna.", "Id-define contribution hija marbuta sew mad-demografija u din hija l-ikbar issue.", "Issa d-demografija hija affettwata minn żewġ parametri; il-fertility fejn aħna rajna li l-fertility f'Malta prattikament taqa' sew taħt it-2.1 li għandek bżonn sabiex ikollok popolazzjoni stabbli.", "L-aħħar numru li kien f'idejja kien ta' 1.5 u għalkemm beda tiela' xi ftit, xorta waħda għadu ferm 'il bogħod mit-2.1 li suppost għandu jkollna.", "Imbagħad għandek il-lonġevità.", "Malta waħda minn dawk il-pajjiżi li tgawdi minn dan il-fenomenu tal-lonġevità.", "Fil-fatt qegħdin fl-istess livell tal-Isvezja.", "Ifisser li n-nies qed jgħixu aktar u jfisser li għal kull sena li tgħix iżjed trid tinħariġlek il-pensjoni u allura qiegħed tagħmel pressure fuq l-abilità fiskali tal-pajjiż biex iħallas dik il-pensjoni.", "Huwa antiċipat li sal-2060 il-lonġevità se tiżdied b'madwar ħames snin oħra.", "Jiġifieri over this 45 year period ifisser li l-Istat irid isib il-fondi biex għal kull persuna li qed tgħix 5 snin aktar ikun jista' iħallasha.", "Issa d-demografic projections li saru min-naħa tagħna nħadmu fuq il-modelling tool tal-PROST.", "Din hija għodda tal-World Bank u hija rikonoxxuta mill-European Commission.", "Nerġa' ngħid li d-demografic assumptions, bħall-assumptions l-oħra kollha … Huwa importanti li nagħmel dan l-aċċenn għax hemm departure kbira bejn l-assumptions li ntużaw fl-2010 u l-assumptions li ntużaw fl-2015.", "Fil-fatt fl-2015 l-ageing working group kien qed jipproġetta popolazzjoni li qiegħda tikber.", "Mela fejn fl-2010 il-Europop 2009 kien qed jipproġetta popolazzjoni li kienet qiegħda tmut … Dak iż-żmien jien kont chairman u kont qed ninstema' ngħid hemm barra li l-popolazzjoni Maltija qiegħda tmut.", "Imma meta tara l-curve din kienet qiegħda tiġi peaked sa xi 420,000 u mbagħad tibqa' nieżla sa xi 390,000.", "U l-Eurostat biddel dawk ir-rakkmandazzjonijiet u biddel żewġ binarji importanti ħafna li qed jagħmlu dan l-effett.", "Il-mudell tal-Eurostat huwa mibni fuq 150 sena, jiġifieri qed iħares sal-2150, u over that process of time qed iħares li jista' ikun hemm conversions tal-fertility rate tal-Ewropa u li din se tagħti revamp lill-indigenous population tal-Ewropa.", "Għaldaqstant dan ibiddel il-fattur tar-rata tal-fertility fil-modelling li qegħdin nagħmlu aħna.", "It-tieni bidla fundamentali kienet li tbiddel l-assumption vis-à-vis in-net migration li se jkollha Malta.", "Jiġifieri dawn kienu żewġ binarji prinċipali li biddlu ċ-ċifri.", "Ovvjament din tikkawża wkoll ċerti diffikultajiet għax meta wieħed jipparaguna mal-2010 u mal-2015, m'aħniex qegħdin inħarsu lejn benchmark li hija konsistenti fid-demografija.", "Fl-affarijiet l-oħra hemm ċerti benchmarks li huma konsistenti però wieħed li huwa fenomenu Malti, biex ngħid hekk, li tbiddel u li qed jagħmel effett, huwa l-fenomenu tal-increase fil-female participation rate.", "Meta bdejna x-xogħol fuq ir-riforma tal-2004, il-female participation rate kienet ta' 32%.", "Bil-modelling li għamilna fl-2015 il-participation rate telgħet għal 50% u għaldaqstant il-projections fuq kemm kienet qiegħda tikber b'mod mgħaġġel kienet ħafna aktar pożittiva minn dak li konna rajna kważi 11-il sena ilu.", "Jiġifieri hemmhekk kellek impatt pożittiv.", "Issa jekk ma jinbidel xejn, jiġifieri jekk nibqgħu bis-sistema tal-pensjoni kif irriformajnieha fl-2007 u bi ftit tibdil li għamilna fl-2010, dak li aħna nsejħulu n-no reform base line, kollox jibqa' kif inhu però bil-modelling tal-assumptions il-ġodda.", "Mela jekk inħarsu fuq is-sostennibilità tas-sistema tal-pensjonijiet, fl-2010, meta kien sar il-modelling, kien irriżulta li r-riformi tal-2007 kienu żammew id-diġinerazzjoni ta' kemm il-financial aspect u kemm tas-sustainability aspect.", "Issa l-World Bank Report tal-2004, li kien il-catalyst ta' fejn imbagħad saru l-pensions working group, kien qal li jekk ma ssirx riforma, - kien qed jipproġetta li l-adekwatezza tal-pensjoni mal-average wage kienet se taqa' b'20% u s-sustainability xorta kienet se tinfaqa' b'deficit kbir!", "Issa r-riformi tal-2007 vis-à-vis il-modelling li għamilna fl-2010, biex nipparaguna ma' dak li qegħdin nipproġettaw fl-2015, wera li bbrekjat id-diġenerazzjoni.", "Dawn ir-riforimi daħħlu ċerta sens ta' equilibrium fil-finanzi tas-sistema bejn l-2013 u l-2033/2034 u mbagħad wara s-sistema tibda tikkrolla.", "L-assumptions il-ġodda qed juruna li dan l-equilibrium se jdum aktar u allura minflok fl-2032/2033 qed immorru għall-2041/2042.", "Jiġifieri waqt li r-riformi li saru fl-2007, anke taħt il-projections tal-2015 urew li ċerta equilibrium ġie induced fis-sostennibilità tas-sistema.", "Imma xorta għandha sfidi għax xorta jidher biċ-ċar li mill-2043, unlike l-2033, kif kien taħt il-modelling preċedenti, is-sistema tibda tieħu daqqa ta' ħarta.", "Meta niġu għall-adekwatezza nixtieq nerġa' infakkarkom li l-World Bank reform tal-2004 uriet li jekk ma jsirux riformi l-adekwatezza kienet se taqa' għal 20% tal-average age.", "Mela hemmhekk kienet qiegħda turi li taħt dak ix-scenario u taħt dawk l-assumptions, kellna gap bejn il-pensjonanti kurrenti u l-pensjonanti tal-2060.", "U allura minkejja r-riformi li saru, il-pensjonanti tal-2060 xorta kien se jkollhom average pension inqas mill-peers tagħhom tal-lum ta' 9%.", "Il-mudell il-ġdid, taħt l-assumptions il-ġodda, u nerġa' ngħid li dawn mhumiex assumptions li għamilna aħna imma li konna kostretti napplikaw, qed juri li l-adequacy rate hija daqsxejn aħjar milli kienet proġettata fl-2010.", "Il-projections qed juru li l-adequacy rate taħt l-assumptions il-ġodda se tkun bejn wieħed u ieħor ta' 50.5%, li hija aħjar imma xorta below, let alone more than the median tal-current pensioners illum.", "Mela xorta għandna problema ta' ċerta adekwatezza.", "Issa hawnhekk dejjem qed nitkellem fuq average.", "Jiġifieri r-realtà hi li dawk in-nies on a lower income se jkollhom average replacement rate għolja.", "Mela xi pprovajna nagħmlu bħala grupp fix-xogħol tagħna?", "Ix-xogħol ma kienx xogħol ta' kaf kaf imma kien xogħol li ħa sentejn u kif diġà semmejt kien hemm ħafna supplementary papers fuq il-konklużjonijiet li l-grupp wasal għalihom.", "L-ewwel ħaġa ridna niddefinixxu għalfejn qiegħda s-sistema tal-pensjoni għax skont kif tiddefinixxi l-goal tas-sistema tal-pensjoni, trid tbiddel is-surrounding framework tagħha.", "Irridu pensjoni li tagħtina retirement income li huwa daqs il-pre-retirement income, li f'dak il-każ joħroġ biċ-ċar li ċerti tenants tas-sistema għandhom bżonn fundamental overhaul?", "Irridu pensjoni li dak li jkun ikkontribwixxa waqt ħajtu jiġi assigurat li bl-ebda mod mhu se jaqa' fil-faqar?", "Dawn kienu fost il-mistoqsijiet li ħarġu waqt id-dibattiti u aħna wasalna għall-konklużjoni li waqt li rridu ntejbu kemm jista' ikun l-adekwatezza li toħroġ mis-sistema tal-pensjoni, biex inqerrbuha kemm jista' jkun lejn il-pre-retirement income, nemmnu li s-sistemaa tal-pensjoni hija strument importanti kontra l-faqar.", "U persuna li kkontribwixxiet waqt ħajjitha għax tkun għamlet 40 sena jew aktar taħdem, għandha tiġi assigurata dinjità meta tiġi biex tirtira.", "Hemmhekk ippożizzjonajna ħafna mill-qafas tat-thinking tagħna u ultimately tar-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "M'hemmx dubju li s-sistema tal-pensjoni trid tkun sostenibbli.", "Huwa faċli biex wieħed joħroġ b'rakkmandazzjonijiet li huma popolari u li jidhru sbieħ, però kull pass għandu l-impatt tiegħu.", "Nafu x'ġara fil-Ġreċja u żgur li ħadd minna ma jrid lilna nfusna u lit-tfal tagħna jgħaddu minn dik it-tip ta' trawma.", "Mela m'hemmx dubju li l-bilanċ bejn l-adekwatezza u s-sostenibilità irid ikun hemm, u wieħed mill-compensating factors biex nagħmlu dan - avolja din id-darba d-demografija, kif semmejt qabel, qiegħda tidher ħafna aħjar milli kif kienet tidher fl-2010 - huwa li we maximise the human capital tagħna, jiġifieri li kemm jista' jkun kull persuna li tkun fil-post retirement age tagħha u li jistgħu jagħtu kontribut fl-ekonomija, għandna ndaħħlu policies biex ninkoraġġixxuhom jibqgħu attivi.", "Iżjed ma jirnexxielna bħala pajjiż nagħmlu dan, iżjed se nrendu s-sistema tal-pensjoni tagħna healthier.", "Nemmnu wkoll li l-pensjoni tal-Istat m'għandhiex tkun l-unika strument li wieħed għandu jikkonsidra għall-irtirar tiegħu.", "Nerġa' ngħid li jekk wieħed irid iqarreb il-pensjoni tiegħu għall-pre-retirement income, mela jrid jipprepara u jieħu ċerta sens ta' self responsibility u jġemma biex iżid il-kapital tiegħu għal meta jirtira.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid ukoll li t-tfaddil mhux tajjeb għal kulħadd.", "Nies li għandhom low income ma jagħmilx sens li ġġiegħelhom ifaddlu għal meta jirtiraw għax ir-replacement rate tagħhom se tkun għolja ħafna.", "Imma dawk li għandhom middle income, li qed jiġu capped għal €22,000 maximum pensionable income u dawn, f'daqqa waħda se jieħdu 2/3 tal-paga tagħhom … Jiġifieri jekk kellek €40,000 u f'daqqa waħda se tispiċċa tieħu €14,000, hemmhekk għandek problema.", "Għalhekk hemm bżonn li nibnu kultura fin-nies dwar kemm huwa tajjeb li jibdew jippreparaw għall-futur tagħhom.", "Aħna nħobbu ngħidu li l-Maltin ma tantx ifaddlu.", "Veru li m'għandniex data ta' savings li hija tajba ħafna, però jidher biċ-ċar li l-Maltin invest in their property.", "Fil-fatt għandek 76% tal-Maltin li jinvestu fil-proprjetà tagħhom.", "Jekk wieħed iħares lejn iċ-ċensiment tal-2011 jara li l-maġġoranza investew f'maisonettes u terraced houses of good quality.", "Dan ifisser li persuna, waqt ħajjitha, minflok qabdet somma flus u poġġietha ġo savings account jew ġo third pension fund, tefgħetha biex tħallas il-mortgage tagħha.", "Imma dan ifisser ukoll li hemm probabilità kbira li ħafna persuni se jispiċċaw asset rich but cash poor meta jiġu biex jirtiraw!", "Għaldaqstant wieħed għandu jħares ukoll lejn kif jista' jagħmel leverage ta' dak il-wealth li persuna tkun bniet waqt ħajjitha imma li mhux irendi income meta tasal biex tirtira.", "Is-sistema tista' tkun biss sostenibbli - u dan mhux David Spiteri qed jgħidu imma hemm papers mill-OACD, mill-World Bank, mill-Commission, eċċ. - jekk ir-relationship bejn il-contributions u l-benefits ikunu intertwined.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Jekk inti kellek longivity ta' 79 years for males u retirement age of 65 years ifisser li għandek 14 years of financing għall-irtirar ta' dik il-persuna.", "U jekk il-projections se jiżdiedu għal ħames snin oħra, mela inti se tiffinanzja issa għal 19-il sena u mhux għal 14-il sena.", "Kif se tagħmel dak il-bilanċ?", "U dan huwa importanti ħafna.", "Issa l-Ewropa tgħidlek li trid tagħmel dak il-bilanċ - għamlet ħafna insistenza, kemm taħt din l-amministrazzjoni u kemm taħt l-amministrazzjoni preċedenti – li trid torbot mal-life expectancy.", "Fil-fatt l-Ewropa għadha fis-CSRs tagħha tagħmel ħafna pressure fuqna sabiex indaħħlu dak li nsejħulu l-life expectancy index mechanism.", "Prattikalment ifisser, skond il-formula li tikkrea, li kull tliet xhur, sitt xhur, sena, whatever formula tikkrea, tiżdied ir-rata tal-irtirar.", "Aħna ma nemmnux li għandna mmorru lejn dak il-mudell u hemm raġunijiet għalfejn nemmnu li m'għandniex immorru għalih.", "This is not a political stance u min jafni jaf li jien ma nilgħabx dik il-logħba.", "Hemm raġunijiet għaliha din.", "Fil-fatt għandek persuni li jagħmlu manual work u ġie pprovat li l-life expectancy tagħhom, kemm nisa u kemm irġiel, hija inqas minn ta' dawk li jaħdmu in white jobs or other types of works.", "Għandek sitwazzjonijiet fejn inti għandek differenza bejn healthy life expectancy and actual life expectancy.", "Inutli tgħidli li se ngħix sa 84 sena imma nagħmel għaxar snin minnhom bil-Parkinsons, kif kien missieri, ġo sodda u ma nista' nagħmel xejn.", "Aħna ma nemmnux li għandna mmorru b'dik is-sistema imma nemmnu li għandu jkun hemm dik ir-relazzjoni mal-contributory history.", "Issa kien hemm l-akkuża li aħna għamilna dan biex indaħħlu an increase in retirement age by stet.", "Dan mhuwiex minnu u mix-xogħol li għamilna qegħdin nassiguraw li żgur mhuwiex hekk.", "Issa aktar tard nurikhom dak li qed ngħid.", "Fl-aħħar mill-aħħar is-sistema tal-pensjonijiet trid tkun sistema ħajja u dan joħroġ direttament mill-fatt li bejn l-1979, meta ddaħħlet il-pensjoni taż-żewġ terzi, u l-2007, meta kien hemm l-ikbar overhaul tas-sistema tal-pensjonijiet, kienet ibbażata fuq żewġ binarji fundamentali; il-fertilità u l-lonġevità, fejn waħda kkrollat u l-oħra żdiedet.", "Però is-sistemà baqgħet qisha l-għaxar kmandamenti, cast in stone and immutable to change!", "U dak huwa ħażin.", "Nemmnu li din hija policy area sensittiva ħafna għal numru kbir, u li iżjed qiegħed jikber, ta' nies li se jkunu in retirement.", "Sensittiva wkoll minħabba l-impatt li għandha fuq il-prudenza fiskali tal-pajjiż.", "Għaldaqstant għandu jkun hemm u għandu jibqa' dan ir-review li kien iddaħħal taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "Issa aħna ppruvajna nolqtu numru ta' affarijiet u se nsemmi numru minnhom.", "L-ewwel waħda hija li s-sistema tal-pensjonijiet tal-pay as you go, bħal ħafna sistemi oħra li jeżistu fid-dinja, hija sistema bbażata fuq il-mudell ta' familja soċjali tradizzjonali, fejn ir-raġel imur jaħdem u għandu an uninterrupted career pattern.", "Huwa fatt li l-mara, jekk qiegħda taħdem, tista' toħroġ mill-ħajja tax-xogħol biex ikollha t-tfal u biex forsi trabbihom ukoll.", "Però huwa fatt li l-mara, f'sitwazzjoni fejn l-accumulation tal-contributory history hija għolja, u aħna tellajnieha fir-riforma tal-2007 minn 30 sena għal 40 sena, il-mara qiegħda fir-riskju ta' gender inequality għall-pensjoni li tista' tieħu.", "Aħna nemmnu li dan mhuwiex sew imma nemmnu li l-mara għandha tiġi inċentivata biex tibqa' fil-ħajja tax-xogħol u għandna ndaħħlu safeguards biex mara ma tiġix penalizzata meta hi xorta qiegħda tagħti l-kontribut tagħha lis-soċjetà!", "Ma ninsewx li t-tfal, mil-lat purament ekonomiku, huma importanti għas-sostenenza tad-demografija Maltija.", "Għaldaqstant irrivedejna bis-sew il-credits li kienu daħlu taħt it-2007 reform.", "Malta għamlet passi ta' ġgant lejn in-knowledge economy, li jfisser li r-riżorsi li għandna Malta huma dawk li lkoll kemm aħna għandna bejn widnejna.", "THE CHAIRPERSON: Sur Spiteri Gingell, nixtieq ninformak li fadal nofs siegħa oħra sabiex tressaq il-preżentazzjoni u għalhekk nixtieq li tiffoka fuq il-miżuri milli fuq il-background information.", "Grazzi.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Aħna qed nirrakkomandaw li għandu jkun hemm crediting contributions for human capital development given l-importanza tan-knowledge għall-futur tal-ekonomija tagħna.", "Nafu li l-kwalifikazzjoni, b'mod partikolari tan-nisa, li diġà ħadmu fil-ħajja tax-xogħol, partikolarment dawk li għandhom 45 and over, fejn il-ħajja tal-karriera tagħhom hija ħafna inqas minn ta' mara li hemm illum.", "Għalhekk aħna rrakkomandajna li they should għaliex naħsbu li se tagħmel differenza pożittiva lil ċerti nies.", "Irrakkomandajna li għandu jsir studju fuq a typical employment.", "Ir-rata ta' part-time work vis-à-vis persuna li tagħżel a full-time work … In-numru ta' persuni li jagħżlu li jagħmlu ammont ta' xogħlijiet part-time vis-à-vis dawk li jagħżlu li jkollhom impjieg wieħed, partikolarment fin-knowledge economy, qiegħed jiżdied.", "Bejn wieħed u ieħor għandna madwar 13,400 ruħ.", "IIlum dawn ma jikkwalifikawx - avolja qed jaħdmu 40 siegħa – għall-full pension, hence they are at risk in their future.", "Għalhekk nemmnu li għandna nsibu soluzzjoni amministrattiva to circumvent that situation.", "Għandna mbagħad l-issue li ilha magħna ħafna u ċjoè dik tax-shadow economy, fejn għandek b'mod partikolari ċerta nisa f'ċerti jobs u li anke forsi jaħdmu ma' tal-familja ġo ħanut, eċċ, li mhux qed jieħdu kontribuzzjoni u allura they are at risk.", "Għandek ukoll oħrajn li huma self-employed u li ma jkunux ikkontribwixxew matul ħajjithom u allura meta jiġu għall-pensjoni tagħhom isibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn m'għandhomx pensjoni.", "U għalhekk qed ngħidu li din għandha tiċċaqlaq.", "Qegħdin nirrakkomandaw ukoll li għandha tibda diskussjoni biex wieħed jissepara l-istatutory retirement age mill-mandatory retirement age.", "Illum trid jew ma tridx ta' 62 years meta titla' għal 65 years, malli jdoqq nofsillejl inti tispiċċa bla xogħol.", "Tista' tkompli taħdem jekk l-employer jagħtik id-dritt biex tkompli taħdem.", "Aħna qegħdin ngħidu li jekk verament irridu ninkoraġġixxu aktar a higher active employment rate of people due post retirement, mela għandna bżonn nikkonsidraw l-implikazzjonijiet tagħha.", "Issa ħalli niġi għall-parti l-oħra tar-riforma, li hija l-fair balance bejn il-contributions u l-benefits.", "Diġà tkellimt ħafna fuq il-fair balance u allura mhux se nitkellem fuqha at this point imma niġi lura għaliha meta nitkellem fuq il-path ways.", "Ir-riforma tal-2007 għamlet exit route fejn persuna ta' 61 sena with a forty year contribution tista' tirtira u dik l-exit route għamlitu biex tagħmel safeguard għall-manual workers li ma jistgħux jaħdmu sa 65.", "L-esperjenza qiegħda turina li hekk kif telgħet ir-retirement age minn 61 għal 62, l-exit rate ta' dawk in-nies li suppost ħadmu sa 62 huwa ta' 45%, which is a very relatively high rate.", "Għaldaqstant aħna qegħdin nirrakkomandaw żewġ inċentivi; wieħed biex inżommu n-nies ta' bejn 62 u 65 u b'hekk qed nirrakkomandaw tip ta' inċentiv fejn jieħdu top-up u dak it-top-up iżommuh sakemm imutu.", "L-inċentiv l-ieħor huwa għal dak li jibqa' jaħdem post 65, però dak l-inċentiv ikun irendi jekk ikun hemm separazzjoni bejn il-mandatory u l-istatutory range.", "Aħna nemmnu li s-sistema tal-pensjoni għandu jkollha obbligu li tippermetti dinjità u adekwatezza billi tissalvagwardja lin-nies mill-faqar.", "Għaldaqstant, għall-pensjonanti kurrenti, aħna rrakkmandajna li għandha tidħol il-guaranteed national minimum income.", "Issa biex iddaħħal il-guaranteed national minimum income kollu, as at 1st January 2016, trid €330 miljun u aħna nemmnu li ma jkunx prudenti li wieħed jaqbad u jdaħħal dan with a big bang għax se toħloq pressures fuq is-sistema tal-pensjoni.", "Cumulative sat-2026 u allura aħna rrakkamandajna li tkun phased out.", "It-tnejn l-oħra għalissa nista' naqbiżhom.", "Wara l-konsultazzjoni rrakkmandajna li l-Gvern għandu jikkonsidra li jdaħħal inċentivi għall-voluntary occupational retirement schemes li għandhom jintroduċu kumpanniji jew entitajiet li jħaddmu lin-nies.", "Kif semmejt, aħna tlaqna mill-mudell li nimxu għall-mandatory second pension.", "Fil-fatt qegħdin ngħidu li alternattiva ħafna aħjar minn dik tal-mandatory second pension hija l-automatic enrollment, però nemmnu li l-automatic enrollment m'għandhiex tidħol bħala big bang.", "Meta qiegħed iddaħħal automatic enrollment, qiegħed tolqot b'mod partikolari lin-nies li huma bejn it-18 u l-24 sena.", "Dawn m'għandhomx esperjenza, m'għandhomx taħriġ u m'għandhomx knowledge fil-financial literacy.", "Għalhekk nemmnu li qabel ma tidħol sistema bħal din, wieħed għandu jinvesti billi jdaħħal financial education for financial literacy.", "Tkellimt fuq l-accumulated wealth u għandni kif tkellimt fuq il-financial literacy.", "Jekk niġu għall-current pensioners, dawn ilhom minn tal-inqas mill-2010 jagħmlu l-pożizzjoni sabiex ikollhom maximum pensionable income l-istess bħal dawk li twieldu fl-1962 jew wara imma bħala grupp din ma nistgħux naqblu magħha u se ngħid għalfejn.", "Dawk in-nies li twieldu fl-1962 jew wara poġġejniehom fuq kuntratt soċjali ta' pensjoni kompletament differenti minn dik tal-pensjonanti kurrenti.", "Dawk li twieldu fl-1962 jew wara, ir-retirment age tagħhom żdiedet minn 61 għal 65, il-contributarory period tagħhom żdied minn 30 għal 40 u l-calculation tagħhom żdied għall-aħjar 10 snin mill-40 sena, minn three best consecutive years out of the last ten years u qed iħallsu għal dawk li għandhom il-paga tagħhom li hija maximum pensionable income u qegħdin jikkontribwixxu għax qed iħallsu l-kontribuzzjoni.", "Issa bir-rispett kollu lejn il-current pensioners imma huma għandhom deal ħafna aħjar!", "Allura kif jista' qatt ikollhom l-istess livell ta' maximum pensionable income bħal dawk li twieldu fl-1962 jew wara?!", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qegħdin nikkreaw inġustizzja kbira ma' dawk in-nies li fl-2007 biddilnielhom il-kuntratt soċjali tagħhom fit-totalità tiegħu.", "Nemmnu fil-gender equality.", "Again studjajna jekk nistgħux indaħħluha għal kull survivor.", "U din kienet rakkmandazzjoni tal-pension group tal-2010.", "Issa wasalna għall-konklużjoni li ċerti workings li kienu saru fl-2010, taħt it-tmexxija tiegħi stess, ma kenux forsi kkalkolati sew mill-calculations li kellna issa, u għalhekk erġajna għamilnieha u sibna li kienet tkun cost qawwija ħafna.", "Għalhekk bħala l-ewwel pass irrakkmandajna li għandha tidħol għal dawk il-pensjonanti li huma entitled għall-pensjoni tagħhom stess.", "Il-Gvern qal li l-miżuri li semma fil-baġit huma l-ewwel pass.", "Issa hemm miżuri li qed jiġu attwati li ma ssemmewx fil-baġit, bħal pereżempju, is-setup tal-kummissjoni for financial literacy and retirement income li se jħabbar il-Ministru iktar tard din is-sena.", "Hemm miżuri oħra li reġa' irreferihom lill-grupp biex jerġa' jistudjahom ħalli naraw jekk insostnux dak li ntqal jew inkella noħorġux b'ideat differenti.", "Għalhekk il-budget measures huma directed lejn il-guarantee national minimum pension.", "Aħna konna rrakkmandajna that we target vulnerable cohorts; nibdew b'dawk li għandhom 75 and over u nibdew ninżlu.", "Irrakkmandjana li tkun phased għaliex jekk nagħmluha with a big bang se taqla' problema u rrakkmandajna li s-sistema tal-pensjoni tkun poverty measure wkoll.", "Il-Gvern qabel mal-aħħar tnejn imma ma qabilx ma kif għandha tiġi introdotta.", "Il-Gvern, kif għandu kull dritt li jagħmel, qal li jippreferi li jdaħħalha ma' kulħadd u jilħaq għall-conversions over time milli jibda mis-75, 74 u 73 u jħalli lill-oħrajn tliet snin qabel ma jistgħu jibdew igawdu.", "Fuq il-credits for child rearing and human capital development diġà tkellimt u fuq is-sustainibilty of the pension system il-Gvern addotta l-prinċipju.", "Li rrid immur u nagħlaq biha hija l-link tal-fair balance main contributions u l-benefits.", "Wieħed ma jistax iħares lejn il-contribution ta' benefits and contribution fit-totalità tagħha għaliex din hija anchored ma' żewġ rakkmandazzjonijiet prinċipali oħra; ir-rakkmandazzjonijiet tal-credits għall-human capital u għaċ-child rearing.", "Naħseb li ħafna nies ma nnotawx li daħħalna prinċipju li meta tiġi biex tikkalkula l-40 year contributory period, dak il-40 year contributory period, 7/8 minnu has to be a paid credit.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri inti ħdimt għalih jew kont invalidu.", "Mela jekk nieħdu persuna ta' 18-il sena li spiċċat mis-SEC u mill-Matsec u ddeċidiet li tmur taħdem, jekk tagħmel 41 years taħdem, għandha taħdem sa 59 years imma xorta trid toħroġ ta' 61 years.", "Jiġifieri ma affettwajnihiex.", "Jekk naqbdu persuna li ħadet a BA programme ta' tliet snin, lil din se nagħtuha credit ta' one year six months u xorta trid tirtira ta' 61 years minimum.", "Mela l-exit route tagħha ma affettwajnihx.", "Jekk inħarsu lejn persuna li għamlet BA u għamlet Masters u allura daħlet fid-dinja tax-xogħol tard, din trid tirtira ta' 61 years 6 months, jiġifieri affettwajnieha b'sitt xhur l-exit route tagħha imma mhux is-65 years retirement age tagħha.", "Jekk nieħdu persuna li għamlet MD li huwa ta' ħames snin u marret tispeċjalizza wara, din il-persuna qed naffettwawha b'sena fuq l-exit route tagħha imma mhux fuq ir-retirement age tagħha, li xorta jibqa' ta' 65 years.", "Jekk nieħdu mara li marret taħdem ta' 23 years, li għandha degree fl-accounting, u ħadet il-credits ta' żewġt itfal, din se toħroġ at full pension ta' 64 years.", "Mela inti ma tistax tgħid li żiedna minn 40 għal 41 u daħħalna r-retirement age by self!", "Bir-rispett kollu lejn min qed jagħmel dan l-argument imma mhuwiex qiegħed jifhem l-istorja u kif l-affarijiet jiġu flimkien għax jidher biċ-ċar li l-każ mhux hekk!", "Fil-fatt il-Gvern reġa' aċċetta l-prinċipju tal-incentivisation and we are looking at that again.", "Aċċetta r-rakkmandazzjoni tal-voluntary occupation retirement pensions u qed jagħmel working group biex jistudjaha.", "Aċċetta tas-service pension fejn għandek annual additional commutation of minimum €200 per year.", "Bħala pensions work strategy group għadna neżistu u l-Gvern għandu jinteraġixxi magħna fuq numru ta' rakkmandazzjonijiet li aħna pproponejna biex insostnu iżjed jew biex noħorġu b'alternattivi oħrajn.", "Min-naħa tiegħi daqshekk.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel nett nirringrazzjak ta' din il-preżentazzjoni u nirringrazzja wkoll lill-Ministru li għoġbu jonorana bil-preżenza tiegħu f'dan il-Kumitat.", "Issa nixtieq nagħti ċans lill-Membri preżenti sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur Spiteri Gingell, nirringrazzjak tax-xogħol li tagħmlu.", "Jiena xtaqt nistaqsi fuq żewġ elementi partikolari; waħda fuq it-third pillar għax meta tħares lejn il-preżentazzjoni tiegħek qisu xorta mhux qed issir dik l-enfasi … Tagħmel l-enfasi fuq x'jista' jwassal għall-bżonn tat-third pillar imma meta mbagħad tiġi għall-miżuri, fejn jidħol dak li qisu qed jiġi mbuttat aktar 'il quddiem, it-third pillar qisu jibqa' question mark.", "Il-punt li semmejt tajjeb ħafna inti u ċjoè the disparity between disposable income ta' min qed jispiċċa mix-xogħol meta mqabbel mal-pensjoni li l-individwu se jkollu f'dak iż-żmien, forsi tista' tgħidilna ftit aktar fuqha għax żgur li kien hemm xi ħsebijiet u diskussjonijiet minn dak il-lat.", "It-tieni punt; għalkemm għamilt riferenza fil-bidu imma mbagħad ma rajtx riferenzi oħra dwar il-kunċett tal-equity release.", "Inti semmejt tajjeb ħafna li qisha parti mill-kultura tagħna li jkollna l-home ownership u li din kważi tinsab mifruxa across il-biċċa l-kbira tal-istrata soċjali.", "Issa nifhem li hemm komplikazzjonijiet oħrajn marbutin magħha, però forsi xtaqt nisma' mingħandek kemm dħaltu fiha din tal-equity release u jekk tarax - forsi through your expertise f'dan il-qasam - li jista' ikun hemm xi part component tagħha li tidħol into play bħala parti mis-soluzzjoni.", "Ma naħsibx li hija s-soluzzjoni aħħarija, però forsi bħala parti mis-soluzzjoni kif tarawha intom?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ħalli nibda mit-third pillar; kif ġiet iddisinjata kien hemm ħafna kritika fuqha, però jista' jkun ukoll li aħna ma konniex ċari meta spjegajna kif ħdimna fuq it-third pillar.", "Jien semmejt li fil-working group tal-2010, meta mmudellajna l-adekwatezza, irriżulta li l-istate pension se tagħti 45% tal-adekwatezza u meta dan tipparagunah mal-54.5% tal-current pensioners se ssib li għandek distakk ta' disa' punti perċentwali differenza.", "It-third pillar ġiet designed b'tali mod li tkopri dak il-gap.", "Jiġifieri jekk wieħed kellu jara l-workings u l-assumptions li saru, isib li jekk persuna kellha tidħol għat-third pillar, kif inhi designed, bl-inċentivi kif kienu announced inizjalment, wieħed ikun kapaċi - dejjem jekk jidħol fil-ħajja tax-xogħol ta' 18-il sena - jibni biżżejjed kapital through the third pension biex ikun jista' jimla' dak il-gap.", "Issa l-isfortuna hi li l-culture ta' behavioural literacy vis-à-vis retirement planning u għandek il-life events ta' ħajtek, li we are very poor at it.", "Jekk tħarsu lejn ir-rapporti li jien kont firmatarju tagħhom, u anke dan ir-rapport li sar taħt iċ-chairmanship tas-Sur Musu, se ssibu b'mod konsistenti li l-parametric and systemetic changes to the pension system do not suffice.", "Sfortunatament kien hemm attentat biex issir kummissjoni tal-financial literacy and retirement income fl-2012, li kellha l-obbligu li sal-aħħar tal-2012 toħroġ b'national strategy u b'survey sabiex minn dak is-survey wieħed ikun jista' jara fejn se jitfa' l-efforts tiegħu.", "Imma sfortunatament dan ix-xogħol ma kienx sar u mbagħad ġiet l-elezzjoni u ġara li ġara.", "Bi pjaċir ngħid li dan il-Gvern aċċetta li hemm bżonn li we have to incalcate financial education across all cohorts, tibda mit-tfal u tibqa' tiela' għall-anzjani li għandhom ċerta vulnerabilities differenti.", "Il-kummissjoni għandha tiġi announced minn hawn u ftit ieħor, u d-draft strategy għall-financial literacy u r-retirement income, li prattikament hija lesta, se tiġi mnedija għall-konsultazzjon pubblika fl-istess ġurnata li se tiġi mħabbra l-kummissjoni.", "Nemmnu li - jien wieħed minn dawk li dejjem emmint u nibqa' nemmen - jekk mhux se jkollna a sustained, aggressive, critical must, mobilise culture and change behaviour, it-third pension mhijiex se taħdem, kif ma ħadmitx f'pajjiżi oħra.", "Jekk wieħed iniżżel l-OACD report tal-2014 fuq il-pensjonijiet isib li hemm ħafna xi tgħid fuqu.", "U kif għedt jiena wkoll, aħna rrakkmandjajna lill-Gvern sabiex jikkonsidra l-automatic enrolment u mhux il-mandatory second pension fl-2020 għal ħafna raġunijiet.", "L-ewwel waħda hi li inti għandek ammont mill-popolazzjoni li mhumiex ippreparati sabiex jagħmlu investment decisions!", "Hawnhekk mhux kemm inti bravu għax jista' jkollok erba' PHDs imma trid tifhem ċerti basics, u allura ma tistax tpoġġi dawn il-cohort ta' nies biex jagħmlu deċiżjoni meta ma jafux fuq x'deċiżjoni jridu jagħmlu!", "Nerġa' ngħid li t-third pension hija importanti, kif dejjem emmint, però waħedha mhux se twettaq wisq.", "Għalhekk trid tkun supported u nispera li l-kummissjoni jkollha r-riżorsi biex tattwa dak ix-xogħol.", "Kien hemm ħafna kontro kurrenti, inkluż fuq il-kummissjonijiet li kont responsabbli għalihom jien.", "Fil-fatt kien hemm żewġ fundamental issues li kienu jġibuli fl-argumenti tagħhom u naħseb li minħabba dawn li qatt ma sar xejn.", "Waħda kienet l-issue tal-biża' tal-concentration of ownership, fejn bażikament kien hemm il-biża' li għandek 6, 7, 8 major rich people f'Malta li kienu se jibdew jixtru … U allura jibdew jakkumulaw what is a very important sovereign asset.", "Imbagħad kellek l-issue l-oħra li l-kultura ta' Malta mhijiex li tagħmel l-equity release imma għandek il-kultura fejn il-ġenituri jaħsbu għall-futur tat-tfal tagħhom.", "Kien hemm ukoll issue oħra li bħalissa qiegħda taħrabli.", "Jiena dejjem argumentajt li l-ewwel ħaġa equity release tista' ssir mingħajr ma jintervjeni l-gvern.", "M'għandix imperical data fuqha imma naf nies li taw id-dar tagħhom lil ċerti owners ta' private residential homes biex they shift their house so that they will have the necessary income ħalli jidħlu f'dawn id-djar tal-anzjani.", "Imma bir-rispett kollu dawn mhumiex regolati u għaldaqstant trid iddaħħal xi forma ta' regolamentazzjoni.", "Issa l-home equity release mhuwiex strument faċli u filwaqt li ilni ngorr li ilna mill-2004 ma nagħmlu xejn fuqu, mill-banda l-oħra lanqas għandna naqbdu u ngħidu li rridu nagħmlu dak li m'għamilniex mill-2004!", "Aħna għamilna studju ħafif, supplementary paper, li tħares lejn il-home ownership u rajna li hemm żewġ tipi ta' equity releases.", "L-esperjenzi ta' barra minn Malta juru li l-loans can be very cagey and they can be very dangerous, partikolarment għal dawk li ma jafux eżattament x'qegħdin jiffirmaw.", "Hemm studji li saru mill-European Commission dwar dan u l-aktar riċenti huma tal-2014.", "Rajna ħafna evaluations l-Ingilterra, li kienet waħda mill-instigators tagħha u fil-fatt l-Ingilterra, ir-regulation tal-home equity daħal taħt il-financial services authority tagħhom fl-2005, jiġifieri kien hemm żmien twil fejn it was not regulated.", "Il-parir li jien tajt lill-Ministru tiegħi hi li din tirrikjedi studju u tirrikjedi significant expertise.", "Naħseb ftit hawn Malta li jifhmu fiha sakemm ma ħabtux magħha barra minn Malta.", "Nemmen li avolja mhijiex imħabbra fil-Baġit, però lill-Permanent Secretary għedtlu li din għandna ntellgħuha quddiem il-Ministru għaliex dan ix-xogħol ta' riċerka li qed isir irid il-ħin biex isir.", "Onorevoli, inti staqsejt jekk din tistax tkun parti minnha.", "U iva, hemm mudelli fejn inti ma toħroġx id-dar tiegħek kollha.", "U għalhekk nemmen li għandu jkun hemm l-alternattiva li jekk xejn, because it is happening anyway and it is not regulated, għandha ssir bil-galbu.", "Aħna tkellimna wkoll fuq kif we counteract this issue of strategic ownerhip minn grupp żgħir … Aħna mhux l-ewwel nies li ħabbatna wiċċna ma' din il-problema.", "Barra minn Malta, fosthom l-Ingliżi, ikkreaw il-kunċett tal-home equity release bank jew jista' ikollok pereżempju n-National Development Bank.", "Hemm mudelli li wieħed jista' jikkontempla biex dan ir-riskju jiġi mmaniġġjat.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Min-naħa tiegħi nixtieq ngħid xi ħaġa fuq it-third pillar u fuq l-equity release li t-tnejn huma financial products.", "Fuq it-third pillar ma jistgħux jieħdu sehem fiha jekk il-prodott ma jeżistix.", "Jiġifieri inutli ngħidu għaddiet sena jew sentejn għax jekk m'hemm l-ebda prodott fis-suq, ma tantx għandek x'tagħmel.", "Hemm insurance companies li joffru prodotti simili imma mhumiex eżattament dawk li qed issemmi l-leġislazzjoni.", "Jien ġejt informat li xi ġimagħtejn oħra se jiġi mniedi prodott minn istituzzjoni ta' kreditu u nisperaw li din tagħmel ir-reklamar tal-prodott.", "Min-naħa tagħna ngħinuha b'tali mod li nkunu nistgħu nibdew.", "Jiġifieri li nistgħu ngħidu għalissa hu li se nibdew.", "Fuq l-equity release, kif qal is-Sur Gingell, issa huwa urġenti li min-naħa tal-Ministeru jibdew u li sal-aħħar tas-sena nisperaw li nkunu ċari kif se nilleġislaw.", "Is-suq mhux se joqgħod jistenna lill-Gvern u lil ħadd!", "Nafu nies fin-negozju li għandhom retirement home u dawn jirranġawlhom imma ħadd ma jaf kemm qiegħda tiġi tiswiehom din!", "U għalhekk wasal iż-żmien li l-ewwel nett tkun regolata imma idealment, issa jekk hux tramite n-National Development Bank jew b'xi ħaġa oħra, min-naħa tagħna għandna noffru din il-faċilità.", "Jien naħseb li l-bżonn tagħha f'pajjiżna huwa kbir u importanti li nibdew insolvu dik il-problema.", "Kif nafu l-parti l-kbira tal-Maltin iġemmaw bis-sħiħ fil-proprjetà tagħhom u mbagħad meta jikbru jispiċċaw f'sitwazzjoni fejn huma property rich imma cash poor.", "Din hija problema akbar f'pajjiżna milli f'pajjiżi oħra.", "U għalkemm aħna għadna nippromovuha din għaliex hija xi ħaġa tajba wkoll … Il-home ownership f'pajjiżna hija xi ħaġa kbira imma hija wkoll kwestjoni sensittiva u għalhekk li min-naħa tal-finanzi jridu jaħdmu mas-soċjal għax għandek ħafna kwestjonijiet differenti; familji, tfal, wirt, eċċ. Jiġifieri rridu nkunu sensittivi fuqha l-ħaġa.", "Imma mbagħad, min-naħa l-oħra, hija traġedja li għandek persuna anzjana li hija sinjuruna f'dik li hija proprjetà imma mbagħad tinsab ġo ħabs u m'għandhiex għaxja ta' lejl għax għandha pensjoni żgħira!", "Irridu nindirizzaw din il-kwestjoni u nħossu li huwa fid-dmir tagħna, fil-Ministeru tiegħi, li within a year noħorġu bi proposals, li mbagħad nitħaddtuhom mal-Oppożizzjoni u mal-istakeholders kollha.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali): Nixtieq nagħmel punt żgħir biex inkompli ma' dak li qal il-Ministru Scicluna.", "Mill-istatistiċi li ħarġu dan l-aħħar kien hemm xi ħaġa li kienet qiegħda tinkwetana u hawnhekk qiegħed nirriferi għal dawk l-anzjani li qegħdin fir-riskju ta' faqar.", "Minn dawn għandek 71% minnhom li għandhom il-proprjetà tagħhom u allura jagħmel sens li nħarsu lejn il-kwestjoni tal-equity release.", "Fil-fatt nista' inħabbar li diġà bdiet korrispondenza sabiex noħolqu kumitat li se jkun qiegħed jevalwa l-proċess ideali għal pajjiżna biex niddiskutu l-equity release.", "Apparti minn hekk, fil-ġranet li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru l-persuni li se jkunu involuti fil-kumitat ta' esperti fuq il-financial literacy.", "Fil-fatt dan ix-xogħol se jibda u hemm ċerti timeframes li qed nissettjaw magħna nfusna biex attwalment mhux nibdew xi ħaġa u ma jkollniex terminu ta' żmien meta rridu nispiċċawha.", "Għalhekk qed nissettjaw perjodu ta' żmien biex ix-xogħol ikun jista' jsir kollu ħalli dak li nbeda din is-sena, fil-bidliet li ressaqna, ma jkunux iżolati għalihom imma jkun hemm kontinwazzjoni.", "Apparti dan ikun hemm ukoll ir-rapporti li joħorġu għad-diskussjoni u mbagħad attwalment inkunu rridu mmorru għall-implimentazzjoni tagħha.", "Ħafna mit-targets se jkunu tul l-2016 biex l-esperti jlestu x-xogħol.", "THE CHAIRPERSON: Min-naħa tiegħi wkoll għandi xi mistoqsijiet x'nagħmel.", "Fil-bidu semmejt il-kwestjoni tal-migrazzjoni minħabba d-demografija tal-pajjiż.", "Tista' forsi tgħidilna jekk għandkomx xi numri stabbiliti ta' kemm qed taraw li hemm bżonn bħala migration fis-sena?", "Xtaqtek terġa' tispjegali ftit fuq it-top-up pension ta' dawk in-nies li għandhom bejn il-61 u l-65 sena.", "Fuq il-kwestjoni tal-minimum pension qegħdin ngħidu li rridu naslu għall-pensjoni minima, li eventwalment trid tiżdied għal 60% tal-median income.", "U f'sitwazzjonijiet fejn ikollok nies li ma jkunux ħallsu l-kontribuzzjonijiet in full jew inkella ma kenux fuq il-pensjoni kontributorja, kif qed naraw li se nkunu qegħdin naħdmu biex nassiguraw li dawn ma jibqgħux fir-riskju tal-faqar?", "U l-aħħar mistoqsija min-naħa tiegħi hija fuq is-service pension.", "F'dan il-Baġit diġà hemm li se tonqos b'€200, li allura l-ammont jitnaqqaslek mill-pensjoni preżenti tal-Gvern.", "Issa fuq dan hemm xi perjodu wkoll stabbilit li sa ċertu sena, ma nafx, wara perjodu ta' għaxar snin, is-service pension tiġi kompletament eskluża mill-pensjoni tal-Gvern?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ħalli nirrispondik fuq l-economic migration u mbagħad is-Sur Musu' jirrispondi fuq il-mistoqsijiet l-oħra.", "Sfortunatament il-pajjiż m'għandux micro assessment tal-iskills needs u tal-iskills gaps li dan il-pajjiż għandu bżonn fl-oqsma differenti.", "Jekk inħarsu lejn ċerti oqsma naraw li saret l-analiżi tagħhom.", "Pereżempju, fuq il-financial services saret analiżi.", "Anke fuq it-turiżmu saret.", "Issa aħna rridu nkunu clever kif huma pajjiżi ħafna ikbar minna, bħall-Amerika, il-Kanada, l-Awstralja, il-Ġermanja, eċċ., fejn dawn biex ikabbru l-ekonomiji u ċerti setturi tagħhom li m'għandhomx indigenous human capital għalih, jimportaw dak il-human capital meħtieġ biex jagħtu dik l-injection meħtieġa biex is-settur ikompli jikber sakemm jasal iż-żmien li tibni dak l-indigenous human capital li għandek bżonn.", "Eżempju ċar kien fl-ICT, u naħseb hawn minnkom li tiftakru kif fid-disgħinijiet Malta importat 'il fuq minn 200 persuna fl-ICT fis-setup tad-data tal-Government ICT Unit, mentri llum m'hemmx wieħed.", "Però dak iż-żmien kien hemm bżonn li jsir hekk u li kieku bqajna nistennew sitta, sebgħa, tmien snin sakemm persuna tidħol l-Università, tiggradwa u ġġib ċerta esperjenza, is-settur ma kienx jikber kif imbagħad kiber.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li rridu nkunu clever.", "Jekk għandna bżonn ċerti setturi, l-ewwel ħaġa li għandna bżonn hi li nagħmlu l-analiżi biex naraw fejn huma l-gaps tagħna, però fejn nafu li għandna l-gaps, sakemm nibnu, - u xi kultant ma jkunx cost effective li tibni - we have to target u nġibu the best brains possible hawn Malta biex ikomplu jgħinuna nkomplu nikbru bħala ekonomija u bħala soċjetà.", "IS-SUR MARK MUSÙ: Fir-rigward tat-top up, bħala grupp analizzajna d-data tal-pensjonanti li rtiraw mill-2012 lil hawn.", "L-2012 kienet l-aħħar sena li bdiet togħla l-età tal-irtirar.", "U dik is-sena kellek madwar 3,500 li rtiraw mix-xogħol u li allura bdew jieħdu l-pensjoni għall-ewwel darba.", "Fl-2013 kellek inqas minn 2,000 ruħ u din kien hemm raġuni warajha, l-ewwel ovvjament għaliex għoliet l-età tal-irtirar b'sena u t-tieni għaliex kellek in-nisa li l-età tal-irtirar tagħhom, minn 60 telgħet għal 62 sena.", "Allura kellek inqas persuni li fl-2013 kienu eleġibbli għall-pensjoni.", "Imbagħad fl-2014 il-livell tal-persuni rtirati reġa' laħaq il-livelli li kien hemm fl-2012.", "Dan xi jfisser?", "Ifisser li minħabba l-opt-out clause, li semma s-Sur Gingell fil-preżentazzjoni tiegħu, persuni li llum għandhom at least 35 years of contributions, u m'hemmx rabta jekk humiex imħallsin jew credited, ikunu jistgħu jirtiraw kmieni mix-xogħol.", "Meta qed ngħid kmieni jfisser ta' 61 sena u mhux ta' 62 sena, dejjem jekk jieqfu mix-xogħol għaliex ħafna nies qed jieħdu din l-exit route.", "Jiġifieri għandek ħafna nies li qed jagħżlu li jirtiraw qabel iż-żmien.", "Naturalment dan qed jikkomprometti s-sostennibilità tas-sistema għax il-policy measures li ttieħdu fl-2007, li jgħollu l-età tal-irtirar, naturalment biex jgħollu l-effective retirement age, mhux qed iħallu l-effett mixtieq.", "Bħala grupp ir-reasoning tagħna kien li għandek żewġ options; jista' jkollok option bħalma għandhom, pereżempju, pajjiżi bħall-Kanada li l-età tal-irtirar tagħhom hija ta' 65 sena però in-nies jistgħu jirtiraw ta' 60 imma mbagħad, għal kull xahar li jirtiraw qabel il-65 sena jkollhom fraction of a percentage reduction mill-pensjoni tagħhom li tibqa' tul ħajjithom.", "Mela jekk jiena rtirajt sentejn qabel iż-żmien, ikolli pereżempju, 5% reduction fil-pensjoni tiegħi u li tibqa' miegħi ħajti kollha.", "Jew inkella hemm options oħrajn, li rather milli jippenalizzaw lin-nies talli jirtiraw kmieni, jinċentivahom jirtiraw aktar tard.", "U l-grupp optja għal din it-tip ta' policy measure u qiegħed jissuġġerixxi li għal kull sena li persuna jkollha dritt li tieħu l-pensjoni imma tagħżel li tibqa' taħdem u ma tieħux il-pensjoni, ikun hemm a percentage increase fir-rata tal-pensjoni tagħha, li ovvjament tibqa' tgawdiha tul ħajjitha kollha, inkluż is-survivors tagħha.", "Mela jekk għandek persuna u din tmut, l-armel jew l-armla tagħha tibqa' tgawdi minnha wkoll.", "Fir-rigward tal-guaranteed national minimum pension, kif qal ukoll is-Sur Gingell fil-preżentazzjoni tiegħu, bħala grupp aħna konna ssuġġerejna livell ta' minimu ta' pensjoni li kien marbut mal-livell tar-riskju tal-faqar.", "Dan ovvjament minħabba l-impatt finanzjarju enormi u anke minħabba l-impatt soċjali għaliex wieħed irid japprezza wkoll li meta qed jgħolli l-livell tal-pensjoni minima, qiegħed iqarreb lil min qiegħed fuq il-minumum pension lejn pensjonijiet oħrajn li jieħdu persuni oħra li kellhom salarji ogħla mis-salajru minimu.", "Mela jekk jien kelli salarju ta' €250 fil-ġimgħa u qed inħallas bolla fuq dak is-salarju ta' €250 fil-ġimgħa, tkun forsi qiegħed toħloq inġustizzja jekk tgħolli ħafna l-minimu għax jekk tikkomparahom issib li min qiegħed b'salarju ħafna inqas u qed iħallas NI ħafna inqas mill-persuna l-oħra, xorta qiegħda tieħu pensjoni għolja.", "Għaldaqstant aħna konna kawti fuqha din.", "Però bħala grupp ħarisna lejn soluzzjoni billi l-Gvern jibda b'dawk li huma l-ixjaħ, u allura konna rrakkmandajna li tibda minn dawk li għandhom 75 sena jew aktar, u mbagħad sena, sena u kull sena, tinżel sena mill-età li wieħed jikkwalifika għaliha sakemm fl-2026 ikun prattikament daħal kulħadd fiha.", "Il-Gvern naturalment għażel approach differenti u in hindsight ngħid li kien aktar ġust għax il-Gvern qal li mhux se jistabilixxi l-livell f'dan l-istadju li qed jissuġġerixxi l-grupp imma se jifirxu fuq kulħadd.", "U allura, jekk kellek segment ta' pensjonanti li skond il-proposta tal-grupp kienu se jieħdu żieda ta' \"X\" amount, pero' imbagħad ovvjament is-segment l-ieħor mhu se jieħu xejn, so to speak, il-Gvern għażel l-approach li jagħti żieda ta' \"Y\" amount mifruxa fuq il-pensjonanti kollha.", "Fir-rigward tas-service pension, b'differenza milli kien qed isir dawn l-aħħar snin … Hawnhekk naħseb ikun tajjeb li nispjega ftit fuqha din.", "Mela fl-1997 kienet daħlet miżura fir-rigward tal-pensjoni tas-servizz, fejn meta niġu biex nikkalkolawlhom il-pensjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom, ma bqajniex inħarsu aktar lejn l-ammont ta' pensjoni tas-servizz li jkunu qed jirċievu dak iż-żmien li tkun qed issir l-istima tal-pensjoni, imma nħarsu lejn l-ammont oriġinali tal-ewwel darba li jkunu ħadu dik il-pensjoni tas-servizz.", "Din il-miżura kienet qed tgħid ukoll li dawk il-pensjonijiet tas-servizz li oriġinarjament l-ewwel darba li tħallsu kienu anqas minn Lm200, €466, dawn jiġu injorati kompletament.", "Mela qisu m'għandhomx pensjoni tas-servizz meta nikkalkolawlhom il-pensjoni tas-sigurtà soċjali.", "Ovvjament din il-miżura baqgħet intatta sal-2008 sakemm imbagħad fl-2008 il-gvern beda jgħolli l-ammont ta' pensjoni tas-servizz li tiġi injorata.", "Dak iż-żmien il-gvern kien qal li se jżid €200 oħra u allura ġiet €666, u bqajna għaddejjin hekk kważi kull sena.", "Jidhirli li kien hemm l-2009 jew l-2010 fejn il-miżura ma kenitx saret imma kull sena dan l-ammont injorat fil-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali jitla' b'€200 fis-sena biex illum laħaq is-somma ta' €666.", "Issa aħna, bħala grupp - għax ovvjament frankly speaking they are a budget measure, jiġifieri jista' jiġi baġit ieħor u l-gvern jgħid li din il-miżura mhux se ndaħħalha aktar – konna għamilna rakkmandazzjoni biex at least is-service pensioners ikollhom ftit ta' garanzija li dawn il-€200 fis-sena se jibqgħu jitnaqqsulhom kull sena.", "U fil-fatt il-miżura fil-baġit għas-sena d-dieħla qed tgħid li kull sena dawn il-€200 se jibdew jiġu injorati, u allura kull sena minn issa 'l quddiem, dawn il-€200 se jibqgħu jiżdiedu mal-ammont injorat.", "Huwa diffiċli ħafna li tgħid għax għandek firxa differenti ta' pensjonanti tas-servizz.", "Fil-fatt għandek dawk tas-servizzi Ingliżi, li primarjament huma a dying breed għaliex ftit fadlilna minnhom.", "Imbagħad għandek il-pensjonanti tat-Teżor Malti, li l-pensjoni tagħhom tinħadem abbażi tas-salarju li wieħed jirtira fuqu.", "Mela jekk għandek uffiċjal pubbliku li daħal mal-gvern qabel l-1979 u għandu mill-inqas 30 sena servizz, prattikament se jieħu pensjoni tas-servizz li hija żewġ terzi tas-salarju li jispiċċa bih u li mhijiex capped.", "Mela allura, meta inti se tqabbilha din mal-pensjoni tas-sigurtà soċjali li hija capped, se jkun diffiċli li tilħaq … Imma tajjeb ngħidu wkoll li xi ħadd li għandu pensjoni tas-servizz, meta tgħoddha mal-pensjoni li qed jieħu tas-sigurtà soċjali, se jieħu aktar mill-ogħla pensjoni tas-sigurtà soċjali li titħallas illum.", "THE CHAIRPERSON: Xtaqtek tgħidilna xi ħaġa żgħira dwar dawk tal-pro-rata kif se jkunu qegħdin jaħdmu.", "IS-SUR MARK MUSÙ: Fil-baġit il-Gvern ħabbar li l-minimu ta' pensjoni u bonus għall-għoli tal-ħajja ta' xi ħadd li jkun ħallas il-medja sħiħa ta' kontribuzzjonijiet ma jkunx inqas minn €140 fil-ġimgħa.", "Ħabbar ukoll li min ma jkollux il-ħlas sħiħ ta' kontribuzzjonijiet jieħu pro-rata.", "L-ewwel nett il-bonus tal-għoli tal-ħajja x'inhu?", "Mill-2008 lil hawn il-Gvern beda jagħti ż-żieda tal-għoli tal-ħajja sħiħa lill-pensjonanti.", "Issa minħabba li s-sistema tal-pensjoni tagħna hija bbażata fuq il-prinċipju taż-żewġ terzi, dak iż-żmien kien inħass li biex ma jitħarbatx dan il-mekkaniżmu, ir-rati tal-pensjoni kellhom jibqgħu jiżdiedu kif kienu jiżdiedu qabel biż-żewġ terzi tal-għoli tal-ħajja, filwaqt li t-terz l-ieħor jitħallas f'forma ta' bonus.", "Issa għandek ukoll pensjonati li huma miżżewġin u qegħdin fuq il-pensjoni minima u dawk ma jiżdidux b'żewġ terzi tal-għoli tal-ħajja imma jiżdiedu b'4/5 tal-għoli tal-ħajja, u allura l-bonus tal-għoli tal-ħajja tagħhom mhuwiex 1/3 tal-COLA ta' kull sena imma 1/5 tal-COLA ta' kull sena.", "Issa l-Gvern qal li bejn ir-rata tal-pensjoni li persuna tieħu u l-bonus tal-għoli tal-ħajja, li dan jakkumula kull sena u ilu jakkumula mill-2008, bejniethom min ikun ħallas il-medja sħiħa ta' kontribuzzjonijiet, ma jistax jaqbad anqas minn €140 fil-ġimgħa.", "Għal dawk li għandhom medji inqas, illum il-liġi diġà tistabilixxi għal rati li jkunu inqas mill-full rate, u allura bħala Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali rrid ngħid li se jkunu qed jistabilixxu l-livelli ta' min għandu l-medja tal-kontribuzzjonijiet.", "Il-medja sħiħa tal-kontribuzzjonijiet hija għal min iħallas an average of 50 contributions per year jew aktar.", "Dan għaliex f'sena inti tħallas 52 kontribuzzjoni, u ġieli tħallas ukoll 53 kontribuzzjoni, jiddependi minn kemm-il Monday ikollok f'sena.", "Fil-fatt kull sitt snin qisu tħallas 53 kontribuzzjoni u l-liġi tistipula li l-massimu huwa ta' 50 kontribuzzjoni.", "Jiġifieri min ħallas average ta' 50 kontribuzzjoni jew aktar, bejn pensjoni minima u l-bonus tal-għoli tal-ħajja se jaqla' €140.", "Ovvjament imbagħad għandek rata għal min għandu medja ta' bejn 40 u 49 kontribuzzjoni, 30 u 39 kontribuzzjoni, u bejn 20 u 29 kontribuzzjoni għax l-20 kontribuzzjoni huma l-minimum.", "Ovvjament se jkollok livelli inqas li joħorġu mill-mod ta' kif jiġu stabbiliti mil-liġi.", "THE CHAIRPERSON: Sur Musù u Sur Gingell nirringrazzjakom tal-kontribuzzjoni tagħkom.", "Naħseb li kienet preżentazzjoni ferm interessanti u żgur li se jkollna okkażjonijiet oħra fejn se nkunu nistgħu nerġgħu nitkellmu fuq sistemi aħjar tal-pensjonijiet.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:37 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20151028_015d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru, 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:15 pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Finanzi, l-Onor.", "Edward Scicluna, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport l-Onor.", "Kien hemm preżenti l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sinj.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 12, 13 u 14 li saru fil-25 ta' Mejju, 2015, fit-12 ta' Ġunju 2015 u l-4 ta' Settembru, 2015, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li l-Ispeaker kien għaddielu:", "Dokument 16 Ittra datata 16 ta' Settembru 2014, mibgħuta mill-Vlasts Kontrolem State Audit Office of the Republic of Latvia dwar arranġamenti ta' superviżjoni bankarja wara l-introduzzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Mark Musu', Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u Chairman tal-Pension Strategy Group u lis-Sur David Spiteri Gingell, Konsulent fuq il-Pensjonijiet fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Is-Sur Spiteri Gingell ta preżentazzjoni ntitolata:", "Wara il-preżentazzjoni, kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew il-mistoqsijiet tagħhom lis-Sur Spiteri Gingell u lis-Sur Musu'.", "Fit-8:37 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151028_015m_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 18", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "L-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Parlament, fis-6:53 p.m", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Frederick Azzopardi (sostitut) kienu preżenti.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 17 li saret nhar l-Erbgħa 28 ta' Ottubru, 2015 ġew konfermati.", "Fis-6:54 pm, il-laqgħa tal-Kumitat ġiet sospiża peress li ma kienx hemm membri tal-Oppożizzjoni preżenti.", "Fis-6:58 pm, il-laqgħa rriżumiet.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT DWAR L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI", "Il-Membri tal-Kumitat beda jiddiskuti Taqsima 5 \"Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt\" tar-rapport \"L-Eta' tal-Kunsens Sesswali\"(Dokument 39).", "Kien hemm qbil li l-ewwel rakkomandazzjoni għandha tkun li \"L-Età tal-Kunsens Sesswali għandha tinżel għal 16-il sena.\"", "Kien hemm qbil li jkun hemm tifsira tal-frażi \"attivitajiet sesswali\" fir-rakkmandazzjoni \"Etajiet partikolari u attivitajiet sesswali li jkunu permissibbli għandhom jiġu indikati fil-liġi għax dak li huwa aċċettabbli għal-leġiżlatur mhux neċessarjament ikun aċċettabbli għall-ġudikant.", "Għandna, kemm jista' jkun, innaqqsu l-element ta' soġġettività\".", "Kien hemm qbil li jkun hemm emenda għar-rakkmandazzjoni \"Kull emenda fil-liġi għandha ssir għall-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli\" u tiġi taqra: \"Kull emenda fil-liġi għandha tieħu inkonsiderazzjoni il-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli, filwaqt li tagħti lok għal aktar indipendenza u responsabilizzazzjoni tal-istess persuna.\"", "Kien hemm qbil li jkun hemm emenda għar-rakkmandazzjoni \"Il-liġi għandha temenda l-età għall-kura medika.\" u tiġi taqra \"Il-liġi għandha temenda l-età għall-kura medika b'mod ġenerali u tinżel għal 16-il sena.\"", "Kien hemm qbil għar-rakkomandazzjoni \"Awareness campaign dwar is-sens u l-valur veru tas-sesswalità, il-każijiet tal-mard infettiv, il-possibilità ta' tqala mhux mistennija, xi jfisser li tkun single mother, responsabbilità fil-ħajja intima u affettiva tal-koppja.\"", "Kien hemm qbil li jkun hemm emenda għar-rakkomandazzjoni \"Il-formazzjoni u l-edukazzjoni m'għandhomx isiru biss fil-ħin tal-iskola iżda anke wara l-iskola obbligatorja, eż. mill-Kunsilli Lokali u mill-parroċċi, b'seminars, courses u counselling speċjalizzat għaż-żgħażagħ ; billi jiżdiedu l-kliem \"...u tintuża s-social media.\"", "Kien hemm qbil li jkun hemm emenda għar-rakkomandazzjoni \"Insostnu iktar lill-familji\" u tiġi taqra \"Nagħtu sostenn lill-familji speċjalment dawk li huma f'riskju jew li għandhom problemi.\"", "Kien hemm qbil li jkun hemm emenda għar-rakkomandazzjoni \"Edukazzjoni sesswali tassattiva\" u tiġi taqra \"Edukazzjoni sesswali obbligatorja min-nies kwalifikati fis-suġġett.\"", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"L-iskejjel u dawk kollha involuti fuq livell edukattiv jgħallmu lill-istudent x'jiġifieri meta jkollok x'taqsam ma' persuna li tkun parti minn organizzazzjoni LGBTI u l-inklużjoni tagħhom u l-modi ta' prevenzjoni kontra l-mard.\"", "Kien hemm qbil li jkun hemm emenda għar-rakkomandazzjoni \"Li jkun hemm condoms dispensers ġewwa skejjel post-sekondarji u ġol-universitajiet.\" u tiġi taqra \"L-iskejjel post-sekondarji u l-universitajiet għandhom jassiguraw illi jkun hemm condoms dispensers ġewwa l-faċilitajiet tagħhom.\"", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"Attività sesswali bejn minuri għandha tiġi dikriminalizzata (ħlief f'każi ta' esplojtazzjoni anke jekk ikun hemm il-kunsens tal-minuri)\".", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"Minuri li huma attivi sesswalment għandhom jingħataw appoġġ fl-għażliet tagħhom.\"", "Peress li ma kienx hemm qbil unanimu dwar ir-rakkmandazzjoni \"Age banding u close-in-age exemption – għandhom jiddaħħlu b'mod kawt għaliex id-differenza fil-maturità tista' tkun ħafna ikbar mid-differenza fl-età\" il-membri tal-Kumitat intalbu jivvutaw.", "L-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor Frederick Azzopardi kienu kontra filwaqt li l-Onor.", "Anthony Agius Decelis qablu li din ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi mħassra.", "Peress li ma kienx hemm qbil unanimu dwar ir-rakkmandazzjoni \"Age banding m'għandhiex tkun ta' iktar minn 3 snin\", il-membri tal-Kumitat intalbu jivvutaw.", "L-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor Frederick Azzopardi kienu kontra filwaqt li l-Onor.", "Anthony Agius Decelis qablu li din ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi mħassra.", "Fid-8:54pm il-President tal-Kumitat l-Onor Anthony Agius Decelis li kien qed jippresedi l-laqgħa talab biex jiġi skużat u l-Kumitat qabel li jinħatar l-Onor Etienne Grech fl-assenza tiegħu.", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"Il-minuri għandhom jingħataw id-dritt li jfittxu pariri u trattament mediku mingħajr il-permess tal-ġenituri tagħhom, skont il-maturità tagħhom\".", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"Għandu jkun hemm suġġett skolastiku fuq is-sesswalità – ma jkunx biss parti mill-PSCD\".", "Kien hemm qbil mar-rakkomandazzjoni \"Tiġi inkluża l-ideja ta' family based sexual education\"", "Kien hemm qbil mar-rakkomandazzjoni \"Nippromwovu s-servizzi ta' għajnuna bħal GU Clinic; servizzi sesswali iktar aċċessibbli, speċjalment fil-komunità\"", "Kien hemm qbil li jkun hemm emenda għar-rakkomandazzjoni \"Għandu jkun hemm ċentri fil-komunità li jipprovdu informazzjoni, pariri u forsi xi testijiet\" u tiġi taqra \"Għandu jkun hemm servizzi fil-komunità li jipprovdu informazzjoni u pariri fuq l-edukazzjoni sesswali li ma jkunux segregati minn servizzi mediċi oħra, sabiex l-utenti ma jkunux labelled.\"", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"L-età tal-kunsens sesswali jrid ikollha s-sapport ta' servizzi regolati, inkluż is-servizz mediku\".", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"Il-liġi jrid ikollha linji gwida ċari\".", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"Tobba u dentisti jrid ikollhom protezzjoni legali sabiex jaħdmu fl-aħjar interess taż-żgħażagħ\".", "Kien hemm qbil mar-rakkomandazzjoni \"Kampanji edukattiv anke għall-ġenituri u parenting skills\".", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"Prijorità lis-saħħa sesswali u riproduttiva fl-aġenda tas-saħħa pubblika.", "Din għandha tieħu ħsieb b'mod partikolari liż-żgħażagħ li jgħixu f'familji ta' ġenitur wieħed, li għandhom nuqqas ta' monitoraġġ mill-ġenituri jew li għandhom low Socio- Econominic Status\".", "Kien hemm qbil mar-rakkomandazzjoni \"Riċerka f'Malta dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva sabiex jiġu identifikati l-oqsma fejn hemm bżonn ta' tisħiħ\".", "Kien hemm qbil li titħassar ir-rakkomandazzjoni \"Appoġġ lill-vittmi ta' trawma permezz ta' counselling u terapija\".", "Il-Kumitat qabel ukoll li wara li għandhom jiddaħħlu dawn il-korrezzjonijiet ta' Taqsima 5:-Konkużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet kif ġew maqbula mill-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, ir-rapport \"L-Età tal-Kunsens Sesswali\" għandu jiġi approvat f'laqgħa li għandha tiġi avżata iktar tard.", "Fid-9:20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20151028_017m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 21", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 2015 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Novembru, 2015 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar l-istudji tas-siti shortlisted għall-American University of Malta (kif deċiż fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat); u", "Diskussjoni dwar is-Solar Farms Policy kif approvata mill-Malta Environment and Planning Authority (MEPA).", "28 ta' Novembru 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20151102_021a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 21", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 21", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 20 li saret fis-7 ta' Lulju 2015, ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ISTUDJI TAS-SITI SHORTLISTED GĦALL-AMERICAN UNIVERSITY OF MALTA (AUM)", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Fil-laqgħa tal-lum se jkollna diskussjoni dwar l-istudji tas-siti shortlisted għall-AUM hekk kif iddeċidejna fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat li ppresedejt jien.", "Wara, nisperaw li jkollna l-ħin biex inlestu d-diskussjoni dwar is-solar farms policy kif approvata mill-Malta Environment and Planning Authority (MEPA).", "Għal min qed isegwina, tajjeb li ngħidu li fl-aħħar laqgħa li trattat dan is-suġġett, aħna kellna tagħrif li kien hemm diversi proposti għal siti differenti, liema proposti kienu għadhom qed jiġu studjati sabiex jiġu shortlisted.", "Għaldaqstant aħna konna tlabna liċ-Chief Executive Officer (CEO) tal-MEPA, s-Sur Johann Buttigieg sabiex jispjegalna kif sar il-proċess u hu ddiskrevielna dan, mill-aħjar li seta'.", "Wara dik il-preżentazzjoni aħna ħassejna li għandna nsejħu rappreżentant tal-Government Property Division (GPD) kif ukoll rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM), minħabba l-fatt li f'diversi istanzi aħna ġejna mgħarrfa li kienet deċiżjoni li sabet it-twelid tagħha kważi kważi fl-OPM.", "Fil-kamra jidher li hawn rappreżentant tal-GPD, però ma jidhirx li hawn rappreżentant tal-OPM.", "Nafu wkoll li bejn dakinhar li tlabna din il-laqgħa u llum, saret stqarrija mill-Gvern fejn ingħataw spjegazzjonijiet dwar is-siti li kienu ġew shortlisted u għalfejn jidher li ttieħdet id-deċiżjoni li l-AUM – u hawnhekk m'aħniex se nidħlu dwar il-kredenzjali fl-edukazzjoni ta' din l-università, imma se nitkellmu biss dwar l-impatt ambjentali u l-għażla tas-sit għaliha – se ssir f'sit f'Bormla fejn se jiġi rrestawrat bini antik, però xorta waħda se nissagrifikaw 18,000 metru kwadru li huwa outside development zone (ODZ) f'Żonqor Point.", "Irrid ngħid ukoll li l-fatt li ż-żona li se tiġi utilizzata tnaqqset minn 90,000 metru kwadru għal 18,000 kienet xi ħaġa tajba li turi li l-Gvern beda jisma' mill-poplu, però xorta tibqa' l-mistoqsija ta' għalfejn kellna nissagrifikaw parti minn ODZ area li hija f'Żonqor Point meta seta' jiġi utilizzat bini ieħor jew art li kellha bżonn riġenerazzjoni jew hija diġà żviluppata.", "Għaldaqstant il-Front Ħarsien ODZ ħeġġiġna biex tissejjaħ din il-laqgħa sabiex l-ispjegazzjoni u l-mistoqsijiet ikunu jistgħu jsiru quddiem il-poplu li qed isegwina u quddiem il-pubbliku li għoġbu jiġi hawnhekk biex jagħti l-fehema tiegħu, u dak huwa li qegħdin nagħmlu llum.", "Għalhekk nistieden lis-Sur Johann Buttigieg ħalli jispjegalna l-istudji u d-dokumentazzjoni li għaddielna u li jien diġà iċċirkulajt mal-Membri biex ikollkom ċans jarawhom u jekk ikollhom xi mistoqsijiet, jagħmluhom u b'hekk kemm jista' jkun niċċaraw dak kollu li hemm bżonn jiġi ċċarat.", "Aħna konna tlabna s-site selection excercise li għamlet il-MEPA dwar il-kwestjoni; kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn il-MEPA u l-GPD, fejn fiha ngħatat informazzjoni dwar is-siti li kienu available; kopja tal-istructure plan fejn jingħad li istituzzjonijiet edukattivi u tas-saħħa jistgħu jsiru f'ODZ; u pjanta li fuqha jkun hemm definiti ż-żoni tas-south u s-south east ta' Malta, minħabba li fl-aħħar laqgħa kien hemm xi affarijiet li ma kenux ċari.", "Sur Buttigieg, nistiednek tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek u nixtieqek tikkonvinċina għalfejn xorta utilizzajna biċċa minn Żonqor, għax kulħadd f'dak il-kuntest qed jagħmel il-mistoqsijiet.", "Is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer tal-MEPA ħa postu madwar il-Mejda.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (CEO, MEPA): Kif tafu jien diġà għaddejtilkom kopja tal-pjanti kollha li rċevejna mingħand il-GPD.", "Wara li rajna l-ewwel parti – li kien ir-rapport ta' Novembru – li kien jinkludi biss iż-żoni tal-Gvern fuq is-south east ta' Malta, ġejna mitluba mill-istess Gvern biex naraw iż-żoni tas-south kollha ta' Malta u ż-żoni li huma 'l fuq minn 25,000 metru kwadru; l-ewwel talba kienet li naraw artijiet li kienu 'l fuq minn 50,000 metru kwadru, imbagħad niżlet għal 25,000 metru kwadru.", "Kif tafu kien hemm numru estensiv ta' siti – jidhirli 'l fuq minn 150 sit li kollha għaddejthomlkom – u aħna għamilna technical assessment fuq kull waħda minnhom.", "Jidhirli li kien hemm xi sebgħa li ġew shorlisted, li potenzjalment jistgħu jkunu… (Interruzzjonijiet) Aħna għamilna t-technical assessment.", "Ix-xogħol tal-GPD kien li tipprovdi lill-MEPA liema huma dawk is-siti li huma tal-Gvern li qegħdin fis-south jew south east ta' Malta.", "MADAM CHAIR: F'dan il-mument nitlob lis-Sinj.", "Mousù sabiex tersaq madwar il-Mejda.", "Simone Mousù, Aġent Direttur Ġenerali tal-Government Property Division, ħadet postha madwar il-Mejda.", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, jiġifieri inti ħdimt fuq dak li l-GPD għaddew lilkom bħala potential sites.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, eżattament.", "Mousù, kif wasaltu biex tgħaddu lill-MEPA dawk is-sites li għaddejtulhom?", "SIMONE MOUSÙ (Aġent Direttur Ġenerali, GPD): Aħna, għalkemm konna ġejna mitluba, ma konniex nafu dan il-proġett għalxiex se jsir...", "MADAM CHAIR: Ġejtu mitluba minn min?", "SIMONE MOUSÙ: Jidhirli min-naħa tal-MEPA fejn qalulna li riduna nidentifikaw siti 'l fuq minn 25,000 metru kwadru fin-naħa tas-south ta' Malta.", "Aħna konna għamilna eżerċizzju u konna tajnihom lista ta' proprjetà li kienu ġew mingħand il-Knisja, u proprjetajiet oħra li kienu tal-Gvern.", "MADAM CHAIR: U tal-privat ukoll?", "SIMONE MOUSÙ: Le, qed nitkellmu biss fuq artijiet tal-Gvern u fuq artijiet li qabel kienu tal-Knisja imbagħad ġew f'idejn il-Gvern.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri x'kellu l-Gvern x'joffri għal dan il-proġett.", "Intom kellkom talba biex tagħmlu brief biex tipprovdu s-siti, u intom għaddejtu s-siti lill-MEPA.", "SIMONE MOUSÙ: Eżatt.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament, bħalma sar fl-ewwel istanza, kien hemm numru ta' kriterji li ridna nżommu magħhom u li qegħdin imniżżlin fir-rapport.", "Ġew imneħħija mal-ewwel żoni protetti, scheduled areas, areas of conservation, areas li ma kenux tajbin għax m'għandhomx toroq jew m'għandhomx drenaġġ jew elettriku għax ovvjament tkun trid tgħaddi ċertu ammont ta' infrastruttura minn ġo fihom, u spiċċajna b'seba' siti.", "Kien hemm numru ta' siti oħra li ġew proposti anke mingħand in-nies.", "Fil-fatt ġew proposti 'l fuq minn 513-il sit li 32% minnhom ma pprovdewx siti alternattivi jew inkella kienu 'l barra mis-south area li allura ma tteħdux in konsiderazzjoni, u spiċċajna bis-shortlisted sites li hemm imniżżla f'section 4 tar-rapport.", "MADAM CHAIR: Inti għadek kif għedt li s-siti li kienu protetti ġew mill-ewwel removed from the list.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "MADAM CHAIR: Imma biċċa kbira minn Żonqor Point kien hemm il-ħsieb li tkun a natural park, u allura kienet protetta.", "Nitolbok tispjega din mill-ewwel ħalli niċċaraw l-affarijiet.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Natural park la hija area ta' konservazzjoni u lanqas hija area of protection.", "Din mhijiex waħda minn dawk it-tlieta u allura ġiet ikkunsidrata.", "MADAM CHAIR: Anke jekk il-coastline huwa kollu protected area?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-parti ta' Żonqor Point li ntagħżlet m'għandhiex x'taqsam mal-coastal area.", "Fil-fatt, kieku ridna nitfgħu kollox within the development zone, konna se mmissu ovvjament parti mill-protected area li kienet fiż-żona ta' żvilupp, imma ttieħdet id-deċiżjoni li ma tintmissx dik iż-żona protetta u tintmiss parti mill-ODZ.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri veru li kien hemm parti mill-coastline area li kienet fiż-żona ta' żvilupp?", "MADAM CHAIR: Tista' tispjega, jekk jogħġbok?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk m'iniex sejjer żball madwar 30,000 metru kwadru qiegħed fiż-żona ta' żvilupp.", "MADAM CHAIR: Dik li kienet earmarked biex issir fish farm?", "MADAM CHAIR: Il-parti li tibqa' nieżla sal-baħar?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk tħarsu lejn 4.9 taraw liema area qed nirriferi għaliha; il-kosta kollha prattikament hija fiż-żona ta' żvilupp.", "MADAM CHAIR: Kienet fiż-żona ta' żvilupp.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: U hekk għada.", "MADAM CHAIR: U dik mhijiex se tiġi utilizzata.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, mhijiex se tiġi utilizzata; se jiġi utilizzat sa fejn teżisti t-triq illum.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri jekk qed nifhmek sew, it-18,000 metru kwadru li se jittieħed se jkun minflok dik li setgħet tinbena?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, imma ma setgħetx tinbena.", "Għalkemm hija fiż-żona ta' żvilupp, xorta ma tistax tinbena għax hija f'żona protetta.", "MADAM CHAIR: Iva, imma hija fiż-żona ta' żvilupp.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fejn jidħlu żoni ta' żvilupp, hemm linji li nġibdu fl-2006, hemm linji li ilhom hemm mill-1989, u hemm linji li ilhom hemm mis-sittinijiet.", "Wara li ovvjament rajna dawk is-siti kollha – kif għedtilkom f'part 4 hemm liema kienu dawk li ġew ikkunsidrati – imbagħad morna għall-evaluation tax-shortlisting tas-siti fejn prattikament kull waħda mis-siti ġiet evalwata għall-ecological and archeoligical potential li għandha.", "Biex inkunu qed ngħidu kollox, dan huwa a desktop study, kif isir fis-site selection excercises kollha għax dan huwa l-bażi, biex meta mbagħad isir l-environmental impact assessment (EIA) ikollu fuq xiex jibda jaħdem.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri biex inkunu ċari, s'issa qed nitkellmu dwar desktop studies.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "MADAM CHAIR: L-esperti u l-istudji dettaljati jidħlu fi stadju ulterjuri, wara li jkun intagħżel is-sit.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament l-EIA se jkompli jistudja iktar fuq is-sit.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri f'dak l-istadju jista' jiġri li dak is-sit li jkun intagħżel jaqa'.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, bla dubju għax jista' ma jkunx tajjeb.", "Aktar qabel, Madam Chair, kont qed tirriferi għall-hatchery.", "Din kienet se tkun iktar 'il ġewwa; xorta fuq ODZ, imma iktar 'il ġewwa.", "Wara li rajna s-siti kollha, sar matrix u ġew identifikati l-aħjar siti, rajna liema kienu dawk is-siti bl-iktar potenzjal li jista' jsir użu minnhom, u jekk ma setax isir użu minnhom għalfejn ma setax isir użu minnhom.", "Dan kollu qiegħed fir-rapport.", "Fl-aħħar spiċċajna li l-aħjar żewġ siti xorta kienu Żonqor Point, kif reġa' ġie rifigurat, u ntagħżlet imbagħad iż-żona ta' Bormla fejn hemm l-English Barracks u l-Knights' Barracks.", "MADAM CHAIR: Nistieden issa lil dawk li jridu jagħmlu l-interventi tagħhom sabiex jersqu mal-Mejda.", "Nistieden lil Dr. John Paul Cauchi, li huwa l-ewwel wieħed fuq il-lista, sabiex jagħmel l-intervent tiegħu.", "DR. JOHN PAUL CAUCHI (f'isem l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar): Madam Chair, l-ewwel nett nirringrazzjak talli tajtna din l-opportunità.", "Jien qiegħed hawnhekk nirrappreżenta lil Flimkien għal Ambjent Aħjar, kont ukoll wieħed mill-co-authors tad-dokument tan-National Independent Forum for Sustainability, u qiegħed hawnhekk ukoll bħala residenti ta' Marsascala.", "Illum ġejt biex nikkummenta dwar dan ir-rapport li ntikeb.", "Nixtieq nibda billi ngħid li ma nara l-ebda progress loġiku bejn dak li hemm miktub fir-rapport u r-riżultat finali.", "U se nispjega għalfejn.", "L-ewwel nett hemm żewġ gruppi ta', qishom fortizzi, li jissemmew bħala alternattiva għal dawn l-affarijiet; hemm il-grupp \"B\" li qiegħed in-naħa ta' Delimara fejn hemm sensila ta' fortizzi, bħal tas-Silġ, Delimara, eċċ; imbagħad il-grupp \"A\" fejn jissemmew Forti Ricasoli, Forti Rinella, Forti Santu Rokku, Delle Grazzie Batteria u Forti San Anard.", "Jien nixtieq nikkummenta l-iktar dwar Grupp \"A\", li flimkien għandom iktar minn 200,000 metru kwadru ta' spazju.", "Dan ir-rapport jgħid li filwaqt li ftit minnhom qegħdin jitqiesu, fl-istess ħin mhumiex validi għax biex jintużaw ikun hemm bżonn, pereżempju, tinbena triq minn art ODZ.", "Meta nħares lejn il-bini li jissemma f'dan il-grupp ninnota li jekk jitneħħew Delle Grazzie Batteria u Forti San Anard, l-oħrajn li jifdal, huma vijabbli ħafna.", "Pereżempju, Santu Rokku qiegħda maġenb SmartCity, jiġifieri qiegħda maġenb waħda mill-aħjar toroq f'Malta.", "Fil-fatt f'Annex 3 tad-dokument hawn miktub hekk:", "Din qiegħda wkoll qrib ħafna ta' Dock Number 1.", "Allura għalfejn ma ntqesitx f'dan il-kuntest?", "Interessanti wkoll li f'dan il-kuntest il-fortizza ta' San Salvatore, ukoll ma tqesitx.", "Il-kumment dwar din jgħid hekk:", "Issa din fiha madwar 14,000 metru kwadru.", "Dwar Dock Number 1, li kulma fih huwa 6,600 metru kwadru, jiġifieri inqas minn nofs il-Forti San Salvatore, jingħad hekk:", "In-nearby site hawnhekk huwa Żonqor?", "Nixtieq ukoll nitkellem dwar, pereżempju, dik li kienet il-lukanda Jerma.", "Nafu li hija art privata u għal xi raġuni, meta nsemmu art privata, qisha taboo, meta fl-istess ħin, lill-bdiewa li ilhom jaħdmu dik l-art agrikola għal ġenerazzonijiet sħaħ, lesti naqilgħuhom minn hemm u npoġġuhom x'imkien ieħor.", "Dan huwa r-rispett li għandna lejn il-komunità tal-bdiewa!", "Xhur sħaħ mingħajr ħadd ma jkellimhom fuq x'inhu jiġri f'dawk l-inħawi!", "Dwar il-lukanda Jerma jingħad:", "Imbagħad f'paragrafu 4.9 hemm hekk dwar il-pool f'Ta' Żonqor:", "Imma xorta għażilna dak is-sit u għażilna s-sit ta' ħdejh li qiegħed f'ODZ.", "And to add insult to injury, l-ODZ qiegħed eżatt maġenbha!", "Jiġifieri għandna rapport li qed isemmi ħafna siti alternattivi u xorta nagħżlu Dock Number 1 u Ta' Żonqor u l-postijiet l-oħrajn dejjem qisna nsibu l-iskużi biex ma nużawhomx, anke dawk li qed ngħidu li huma alternattivi tajbin, bħal Forti Santu Rokku li qiegħda maġenb SmartCity u inqas minn kilometru 'l bogħod minn Dock Number, u Forti Ricasoli, li l-ġenerazzjoni tiegħi għad nawarha taqa' fil-baħar.", "Dwar Forti Ricasoli jingħad hekk:", "Veru li hemmhekk hemm l-affarijiet tal-films, imma ma tantx qed jagħmlu biċċa xogħol tajba biex iżommuha.", "Ma rridx nibqa' nitkellem ħafna, imma għalija dan juri ċar li m'hemm l-ebda progress loġiku bejn dan li hawn miktub fir-rapport u l-għażla tas-sit tal-aħħar.", "Il-komunità tal-bdiewa weġġgħet ħafna f'dan il-proċess kollu; għamlu xhur b'ħadd ma jaf x'qed jiġri hemmhekk minkejja li ġew ikkuntattjati xi tnejn minnhom li għandhom l-art hemmhekk.", "L-oħrajn baqgħu fl-arja, ħadd ma kellimhom, saru jafu għax kellimthom jiena u oħrajn.", "Jien inħoss ħafna li meta naraw ir-riżultat finali, dan l-eżerċizzju kollu kien – u se nikkwota kandidat politiku Amerikan – \"pretty much like trying to put lipstick on a Pitbull\".", "Pitbull kien, u Pitbull baqa'; l-art ittieħdet u l-ġenerazzjonijiet futuri se jitilfu ftit iktar mill-art.", "Nistgħu nibqgħu nitkellmu u nitkellmu fuq il-fatt li l-għelieqi jipproduċu €20-il metru kwadru!", "Jien nixtieq nispiċċa billi nagħmel dan l-argument.", "Fil-punent ta' Malta hemm borġ ġebel imtella' minn grupp ta' nies eluf ta' snin ilu ħdejn il-baħar.", "Dan il-borġ ġebel insejjħulu Ħaġar Qim, u għandu valur intrinsiku.", "Tridu nqisuh għall-franka tiegħu u għall-qawwi ta' fuq?", "Il-valur intrinsiku tal-għelieqi tagħna u tan-natura se nitilfuha? 33% ta' Malta hija mibnija.", "Kemm se ndumu nnaqqru, mument wara mument, għalqa wara għalqa?", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak, u mhux f'ismi biss imma f'isem il-poplu Malti talli qed tipprova tagħti servizz lil pajjiżek.", "Xi twieġeb, Sur Buttigieg?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Issemmiet is-sit ta' Żonqor pool.", "Ovvjament wieħed irid jara x'jgħid fuq dan is-sit, il-pjan lokali tal-lum.", "Fil-fatt, illum il-pjan lokali jgħid li hemmhekk jista' jitla' sa 10 sulari f'kas li tinbena marina.", "(Interruzzjonijiet) Imma xorta għandek il-potenzjal li jinbnew 10 sulari.", "Inti mhux il-land availability trid tara, imma x'inhu l-potenzjal li tibni fuq dik l-art.", "Ovvjament dik l-art, inkluż l-art ta' maġenba, minħabba li kienet l-inqas waħda li għandha valur agrikolu, kienet l-iktar waħda li tista' tagħmel sens.", "MADAM CHAIR: Jien ġejt assigurata li ebda art agrikola ma hija se tittieħed.", "Huwa minnu dan?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Safejn naf jien m'hemmx art agrikola hemmhekk.", "Safejn naf jien hemmhekk hemm għelieqi abbandunati...", "MADAM CHAIR: Le, le, hemmhekk hemm ħafna raba' li qiegħed jinħadem.", "Dan rajnih b'għajnejna.", "Meta jien staqsejt jekk fit-18,000 metru kwadru hijiex se tittieħed art agrikola, qaluli li assolutament le.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hawnhekk m'għandix ir-rapport imħejji mid-Dipartiment tal-Agrikultura, però safejn naf jien, hemmhekk m'hemm l-ebda raba' li tinħadem.", "U ma tinħadimx kemm minħabba li hija wisq qrib il-baħar u allura l-prodotti jkunu kollha melħ… Jien m'iniex espert tal-agrikultura u allura noqgħod fuq dak li jgħiduli n-nies tal-agrikoltura.", "MADAM CHAIR: Kien hemm żgur art agrikola għax mort hemmhekk u rajt fil-post, u tinħadem ukoll.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma aktar 'il fuq.", "MADAM CHAIR: Iktar 'l fuq u anke 'l isfel.", "Lili assigurawni li mhijiex se tittieħed art agrikola.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-parti msemmija hemm ammont sostanzjali ta' dumping.", "MADAM CHAIR: Imma dak id-dumping qiegħed hemm għax ħallejnih isir!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, imma hemm qiegħed!", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, agħmel l-enforcement, naddfu u rriabilitah!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament allura kien jagħmel sens li jkun hemm dan is-sit flimkien maż-żona adjaċenti magħha ODZ.", "Dwar is-sit ta' Santu Rokku, il-pariri interni li ngħatawlna dwar il-valur ta' wirt kulturali li għandha, minħabba l-fatt li ma tistax tibni iżjed – għax ma rridux jerġa' jiġrilna kif ġralna f'Fort Cambridge u f'Fort Chambray – huma not to go for it għax l-impatt fuq il-cultural heritage features se jkun kbir.", "MADAM CHAIR: Min takom il-pariri dwar il-cultural heritage?", "Ma nixtieqx noqgħod insemmi l-uffiċjali; mhuwiex ġust li we single out xi uffiċjal.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri Direttorat tal-MEPA mhux il-Cultural Heritage.", "Huma l-istess nies li dejjem jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet.", "MADAM CHAIR: U dwar San Leonardu u San Salvatore?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Tista' forsi tagħtini żewġ minuti ħalli nikkonsulta?", "MADAM CHAIR: Ħu l-ħin tiegħek.", "Aħna hawnhekk nixtiequ nserrħu ras il-Maltin u l-Għawdxin li dak is-sit bilfors seta' jintagħżel.", "IS-SUR JOHANNN BUTTIGIEG: Cluster A. Jekk tieħu s-sit on its own ma taħdimx għax l-impatt li trid tibni fuqha huwa kbir.", "Dik hija r-raġuni.", "MADAM CHAIR: Mhux tirrestawra u tikkonverti lilha?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-problema hi li l-università ma tistax taqsamha fuq numru ta' siti.", "MADAM CHAIR: Imma xorta hija maqsuma fuq numru ta' siti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, se tinqasam fuq tnejn, imma hemm differenza taqsamha fuq tnejn, milli taqsamha fuq ħamsa, jew sitta, jew seba'.", "MADAM CHAIR: Il-kwestjoni tal-infrastrutura u l-fatt li biex nibnu l-infrastruttura neċessarja se nibilgħu iktar ODZ u allura...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, b'dawn is-siti m'aħniex se nibilgħu ODZ.", "MADAM CHAIR: Kollox sew, imma kieku għażilna grupp ieħor… L-iskuża li ngħatat lilna kienet li hemmhekk se jkollna bżonn...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ir-raġuni hija li trid tgħaddi sewage system ġdida, trid twessa' t-toroq, eċċ.", "MADAM CHAIR: Dr. Cauchi għamel l-argument li l-mod kif ġew grouped seta' kien tali li ma jkunx hemm bżonn daqshekk infrastruttura li tieħu ħafna...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dawn fl-aħħar mill-aħħar huma shortlistings biex l-EIA jkompli jistudjahom iktar fid-dettall.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri għad hemm ċans li l-ODZ insalvawh.", "Jekk l-EIA min-naħa tiegħu jgħid li dan il-cluster se jaħdem, għaliex le?", "MADAM CHAIR: Jiġifieri se jsir EIA fuqu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dażgur li jrid isir.", "MADAM CHAIR: L-EIA se jsir anke fuq dawk is-siti li ma ġewx magħżulin?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-EIA irid jieħu inkonsiderazzjoni dan l-eżerċizzju flimkien mas-siti kollha li ttieħdu, jiġifieri jrid jieħu in konsiderazzjoni dawk kollha li huma shortlisted.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri se jkun hemm EIA u se jiġu kkunsidrati dawn is-siti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, imbagħad l-EIA se jidħol iktar fid-dettall.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri at that stage nistgħu naslu fil-punt li dik il-biċċa ma tiġix utilizzata.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Possibbilment.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "IS-SUR JOHN PORTELLI (f'isem Malta Organic Agricultural Movement): Madam Chair, jien ili 15-il sena involut fis-settur tal-agrikoltura organika u apparti minn hekk nirrappreżenta s-settur tal-agrikoltura, sajd u rurali fil-Malta Council for Economic and Social Development (MCESD).", "Jiddispjaċini ngħid li rapport bħal dan huwa rapport ta' konvenjenza għax dan sar biex jiġġustifika deċiżjoni li tista' tgħid kważi diġà ttieħdet.", "Kif irnexxielna nsibu spazju ieħor alternattiv għal dan is-sit, stajna nagħmlu sforz daqsxejn ikbar u nsibu dawk it-18,000 metru kwadru li għandna bżonn.", "Għalfejn għandna nwebbsu rasna biex dan l-iżvilupp isir bilfors fis-south ta' Malta meta għandna ħafna industrial estates abbandunati, skejjel kbar…", "MADAM CHAIR: Imma dik hija deċiżjoni politika.", "Ejjew ngħidu li d-deċiżjoni politika hija li din issir fis-south ta' Malta…", "IS-SUR JOHN PORTELLI: Madam Chair, imma ma naħsibx li d-deċiżjonijiet politiċi ikunu dejjem tajba.", "Il-fatt li diġà nbidlet parti mid-deċiżjoni, jiġifieri li minn 90,000 metru kwadu nżilna għal 18,000 metru kwadru, ippruvat li d-deċiżjoni politika kienet ħażina.", "Mela diġà hemm il-preċedent li d-deċiżjoni kienet ħażina.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "IS-SUR JOHN PORTELLI: Għax neħħejna dawk is-70,000 metru kwadru ma jfissirx li għamilniha tajba; id-deċiżjoni xorta għadha ħażina.", "MADAM CHAIR: Imma issa nżommu l-argumenti tagħna għas-south ta' Malta fejn xorta jidher li hemm alternattivi.", "IS-SUR JOHN PORTELLI: Allura irridu nagħmlu daqsxejn sforz ikbar milli għamilna s'issa u nsibu sit alternattiv ieħor biex dawn it-18,000 metru kwadru… Illum f'pajjiżna għad fadlilna 10,000 etteru ta' art agrikola.", "U bejn il-petrol stations, żvilupp 'l hemm u 'l hawn, toroq ġodda, coast road, u oħrajn, kemm se nifilħu nibqgħu nieklu mill-art li mhijiex committed sal-lum?", "Is-Sur Buttigieg qal li l-art hija abbandunata.", "Imma this proves one thing; l-inkompetenza jew id-dgħjufija tal-MEPA li tinforza l-liġijiet.", "Jekk għandek sit abbandunat ara kif se tagħmel biex tirranġah and you revert it back to nature mhux nużawha bħala skuża… Sur Buttigieg, qed narak titbissem, imma aħna l-ambjentalisti nibku meta naraw dawn l-affarijiet.", "U ma nibkux għalina, imma nibku għat-tfal tagħna, għat-tfal tiegħek u għat-tfal ta' ħaddieħor għax se nitilfu 18,000 metru kwadru ta' art ġdida.", "Ejjew nużaw strateġija differenti u minflok nippruvaw niġġustifikaw xi ħaġa li hija ħażina, nippruvaw nużaw ftit moħħna u nsibu alternattiva.", "Ħa mmur ftit fuq ir-rapport ħalli nikkonferma kemm huwa rapport ta' konvenjenza.", "Issemmiet SmartCity.", "Malta kollha taf li qed jintnefqu mijiet ta' eluf ta' ewro f'advertising biex nippruvaw nieħdu n-nies hemmhekk.", "Illum dan sar żona ta' divertiment u l-biċċa l-kbira tiegħu għadu mhux committed, jew għallinqas, min qiegħed jiżviluppah għadu m'għamel l-ebda commitment li se jibnih.", "Kif inhu committed għal xi ħaġa, we uncommit it; kif qed inneħħu l-commitment minn fuq art ODZ u nagħmluha art ta' żvilupp, SmartCity nagħmlulha l-istess, inneħħu l-commitment ta' żvilupp li hemm ta' kumpanija li llum qed tbigħ l-assi, u jsir decommitment.", "Jien naħseb li l-permess tal-MEPA wasal biex jiskadi, jekk mhux diġà skada; sempliċement ma jiġix imġedded.", "Din hija soluzzjoni waħda, m'għandix għalfejn noqgħod nagħtik 20,000 eżempju; nagħmlu ftit sforz u mmorru għalihom.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Sur Buttigieg, tista', jekk jogħġbok, twieġeb?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għar-rigward SmartCity bħalissa għaddejjin diskussjonijiet – u diġà daħlu numru ta' applikazzjonijiet – biex dan is-sit ikompli jiġi żviluppat.", "Illum din hija art li mhijiex proprjetà tal-Gvern u allura mhijiex parti minn dan l-eżerċizzju.", "MADAM CHAIR: Il-valur tagħha huwa tali li dan l-investitur jippreferi li nagħtuh biċċa art b'tali prezz milli jixtri l-art hemmhekk.", "Dak huwa żball li sar qabel u jiena kont qed nittama li aħna, bħala Gvern, ma nagħmlux l-istess żball, imma nibża' li se nagħmlu l-istess żball.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Rigward il-kummenti dwar l-art agrikola, kif għedtlek, hemm ir-rapport tekniku tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u aħna noqogħdu fuqu.", "Jekk id-Dipartiment tal-Agrikoltura qed jgħidilna li r-raba' mhijiex tajba, allura aħna noqogħdu fuqhom għax huma l-esperti.", "MADAM CHAIR: Naħseb tajjeb li jkun hemm daqsxejn cross checking tar-rapporti li tingħataw mid-Dipartiment tal-Agrikoltura.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dak isir imma fl-EIA.", "Fl-EIA jitqabbad l-espert li għandu x'jaqsam mal-agrikoltura.", "Nista' nassigurak li dan l-eżerċizzju daħal f'ħafna aktar dettall milli daħlu f'site selection exercises għal proġetti oħra li saru fil-passat.", "IS-SUR JOHN PORTELLI: Il-fatt li r-raba' tkun qiegħda mal-baħar, diġà tagħtik 50% vantaġġ milli kieku qiegħed imdawwar b'għelieqi oħrajn, speċjalment għall-biedja organika.", "Ir-raġuni li jġibu ħafna mill-bdiewa ta' għalfejn ma jistgħux jaħdmu l-art b'mod organiku hija għax huma mdawrin b'għelieqi oħrajn.", "Il-fatt li tkun mal-baħar diġà għandek 50% vantaġġ fuq kulħadd, speċjalment jekk tkun f'żona fejn ikun hemm ir-riħ predominanti ġej fuqek il-ħin kollu.", "Jekk il-Gvern irid jagħti din l-art lilna, aħna lesti li nagħmlu commitment li naħdmu din l-art b'mod organiku u nużawha bħala showcase.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Nistgħu nisimgħu l-intervent li jmiss.", "MARIA GRAZZJA ATTARD (f'isem Din l-Art Ħelwa): Madam Chair, l-ewwel nett \"Din l-Art Ħelwa\" dejjem issostni li l-ODZ hija art li m'għandha tintmiss għall-ebda raġuni; allavolja tgħidulna assolutisti, dik hija l-fehma tagħna.", "Aħna rajna r-rapport, però għandi ngħid li l-proċess ma kienx korrett.", "Għalfejn il-Prim Ministru ħabbar iż-żewġ siti qabel ma sar l-EIA?", "Kif qal tajjeb is-Sur Buttigieg, il-proċess tal-EIA isir sabiex jiġu kkunsidrati l-alternattivi kollha u jasal għall-aħjar sit.", "MADAM CHAIR: Fil-fatt is-Sur Buttigieg, għall-mistoqsija tiegħi – li għamiltlu diversi drabi – dwar jekk hux se jsir EIA qabel ma tittieħed deċiżjoni finali, wieġeb iva.", "MARIA GRAZZJA ATTARD: Dik hija xi ħaġa tajba, però għalfejn tħabbru dawk iż-żewġ siti qabel ma sar l-EIA?", "Naqbel ukoll mal-kollega, Dr. Cauchi, li hemm mixes oħrajn li jistgħu jsiru jekk wieħed iżomm moħħu miftuħ.", "Pereżempju, Dock Number 1 plus Forti Santu Rokku, jissemmew fir-rapport bħala eżempju li jista' jiġi kkunsidrat favorevolment.", "As an aside irrid ngħid li fir-rapport hemm żball fejn qed jingħad li s-sit Tal-Fanal f'Delimara mhuwiex committed u mhuwa ta' ħadd.", "Jien nista' ngħid li s-sit Tal-Fanal f'Delimara huwa fil-kustodja ta' \"Din l-Art Ħelwa\", iffirmajna ftehim mal-Malta Maritime Authority fl-2006, irrestawrajnih, infaqna ħafna flus fih u dan is-sajf ġibna l-liċenzja tat-turiżmu u qegħdin nikruh għal heritage holidays.", "Jiddispjaċini ngħid li r-rapport li sar mhuwiex professjonali.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "ARNOLD CASSOLA (f'isem Alternattiva Demokratika): Madam Chair, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat talli dalgħodu għaddejtulna r-rapport.", "Naħseb li huwa tal-mistħija li rapport li ilu lest minn Awwissu u li nafu li konna se niddiskutuh f'dan il-Kumitat...", "ARNOLD CASSOLA: Mela niskuża ruħi u nirtiraha.", "MADAM CHAIR: Illum kulma għamilt kien li fakkartkom fih.", "ARNOLD CASSOLA: Il-proposta li morna għal Bormla hija waħda pożittiva u intelliġenti għax b'hekk se jsir riġenerazzjoni ta' Dock Number 1 – u kif diġà ntqal dan sar wara l-għajta tas-soċjetà ċivili – però rridu naraw kif se jiġi rrestawrat il-bini storiku tal-Kavallieri u l-workshops navali tal-Ingliżi tas-Seklu 19.", "Irridu nżommu f'moħħna li waqt l-Assedju – li qegħdin niċċelebraw l-450 sena tiegħu – f'dik iż-żona ta' Bormla kien hemm ikkampjati madwar 2,000 Ottoman, jiġifieri meta jsiru xi xogħlijiet, anke mil-lat arkeoloġiku, wieħed irid joqgħod attent għal dak li jista' jinstab.", "Però minkejja din is-soluzzjoni, xorta jibqa' l-misteru ta' dawn it-18,000 metru kwadru li fiż-Żonqor kienu u fiż-Żonqor baqgħu.", "Jien għamilt eżerċizzju – dalgħodu prattikament ma ħdimtx, jiġifieri l-università ma ħadux xogħol mingħandi – fejn neħħejt is-siti ODZ kollha u ħallejt dawk within development zones, u sibt li dan ir-rapport stess, apparti li jeskludi postijiet bħal Paola, Kordin, Marsa Shipbuilding – għal raġunijiet li jistgħu jkunu validi, apparti li hemm postijiet validi imma huma żgħar għalkemm kif rajna, hemm ukoll postijiet li suppost huma żgħar però huma ikbar, bħal-lukanda Jerma, mill-istess post li ntgħażel f'Bormla – jagħtina s-soluzzjoni għall-problema.", "Jiena rajt almenu żewġ proposti li jsolvu kollox.", "Dwar waħda mill-proposti li ġiet mingħand in-nies – hemm 530 proposta li saru min-nies u 150 proposta li saru mill-kumitat – li hija l-power station tal-Marsa li fiha 63,000 metru kwadru, il-kumitat li għamel dan ir-rapport ikkonkluda hekk:", "Jiġifieri r-rapport qed jgħid \"may be suitable\" mhux qed jgħid li bilfors huwa suitable.", "Jien naħseb li l-EIA se jkollu jidħol f'dawn l-affarijiet.", "MADAM CHAIR: Meta staqsejt dwarha speċifikament qaluli li hija committed.", "ARNOLD CASSOLA: Imma r-rapport qed jgħid \"may be suitable\".", "Jekk tqabbad lill-esperti biex jgħidulek fejn tista', dawn jgħidulek li tista', imbagħad jiġi… Però apparti din, hemm sit li huwa żgur, u huwa magħżul mill-kumitat stess.", "Jekk immorru fuq mappa 29 tar-rapport naraw li fuq sit f'Ħal Tarxien, li fih 30,000 metru kwadru – din mhijiex proposta li ġiet mingħand in-nies imma hija proposta tal-kumitat innifsu – li mhuwiex ODZ, jiġifieri jista' jinbena, ir-rapport jgħid hekk:", "Jiġifieri m'hemmx problemi bit-toroq u lanqas hemm problemi ambjentali u kulturali.", "U l-konklużjoni hija:", "Dan kollu qiegħed fir-rapport.", "Ma' dan hemm ukoll il-proposta tan-nies tal-quarries next to Triq il-Wilġa u l-Assedju, Tarxien, li hija parti mis-sit 29 li fihom 15,600 metru kwadru.", "Dwar dan, ir-rapport qed jgħid li hemm possibilità ta' mixed development, l-aċċess għat-toroq huwa tajjeb, m'hemmx problema għall-ambjent u lanqas għal siti kulturali u l-konklużjoni hija:", "Allura l-mistoqsija tiġi waħedha: Għaliex meta għandek sit li mhux \"may be\" jew \"could\", jew \"should\", imma \"is\" suitable u huwa mill-inqas 30,000 metru kwadru, nibqgħu mmorru għaż-Żonqor?", "Mill-kliem tas-Sur Buttigieg, jien qed jidħluli s-suspetti, u għalhekk hija importanti t-trasparenza u għalhekk irridu nkunu nafu x'inhu l-ftehim li sar ma' Sadeen, u li għadna ma nafux x'inhu.", "Jaqaw f'dan il-ftehim hemm xi possibilità li tinbena xi marina?", "Hemm xi possibilità li l-bini jista' jitla' 10 sulari li forsi diġà qiegħed imniżżel f'dan il-heads of agreement u li bin-nuqqas ta' trasparenza ma jridx joħroġ?", "Mela l-appell tagħna lill-Prim Ministru, għax din hija deċiżjoni politika – u għamel żball il-Prim Ministru li ħareġ jgħid kollox minn qabel meta għad iridu jsiru l-EIAs kollha –… Jekk għad iridu jeżaminaw is-sit ta' Ħal Tarxien, kif joħroġ il-Prim Ministru jgħid li se ssir iż-Żonqor?", "Aħna qed nitolbu lill-Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jagħtina dan il-heads of agreement ħalli naraw x'hemm għax meta jibdew jiżerżqu dawn… Safejn naf jien hemmhekk il-permess mhux għal għaxar sulari kien, imma landscape value, u mhux permessi għal yacht marina hemm imma hija area of ecological and scientific importance.", "Fis-south local plan kienet immarkata bħala green area.", "Issa, f'daqqa waħda saret yacht marina u 10 sulari!", "Dawn ir-risposti iridhom il-poplu Malti u anke l-Parlament.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament jien nistieden lil Prof. Cassola biex iħares lejn il-pjan lokali li ma ktibtux jien imma… (Interruzzjonijiet) Hemm għadu, kif kien fl-2006.", "ARNOLD CASSOLA: Jiġifieri għadu \"for ecological and scientific value\".", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-parti tal-foreshore iva.", "(Interruzzjonijiet) Imma mhux għalhekk għedna li dik il-parti neħħejniha?", "Dwar il-parti l-oħra, l-istess pjan lokali jgħid li, jekk tagħmel marina, allura għandek dritt for additional floors.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri hemm il-possibilità li ssir marina.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien qed ngħid x'jgħid il-pjan lokali.", "Rigward is-siti li qed isemmi Prof. Cassola, nikkonfermaw li they are suitable candidate sites, imma l-Gvern irid jieħu d-deċiżjoni jekk huwiex se jużahom għal affarijiet alternattivi bħal housing, skejjel, ġonna pubbliċi eċċ. jew jekk huwiex se jużahom għal din.", "Dik hija f'idejn il-Gvern.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri għadha miftuħa.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ix-xogħol tagħna kien li nidentifikaw is-siti u aħna dak li għamilna.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Qabel inkomplu nagħti merħba lis-Sur Mario Cutajar li issa jinsab preżenti għal din il-laqgħa.", "IS-SUR ALEX VELLA (f'isem Ramblers' Association): Madam Chair, nixtieq ngħaddi kumment wieħed li huwa li naħseb li huwa d-dmir tal-Prim Ministru li jiżvela jekk huwiex diġà committed għax inkella dawn il-laqgħat tal-Kumitat u dawn in-nies kollha li hawn preżenti huwa kollu fil-vojt u huwa ħela ta' ħin.", "Naħseb li jrid ikun hemm id-diċenza li jingħad jekk aħniex diġà committed jew le.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "DR. COLETTE SCIBERRAS (f'isem Front Ħarsien ODZ): Madam Chair, naqbel mal-kollegi tiegħi li hemm ħafna question marks dwar dan ir-rapport, fosthom il-question mark ta' għalfejn ma ntgħażilx is-sit ta' Ħal Tarxien.", "Ir-raġuni li ngħatat hija li:", "Aħna nafu li dan is-site fih 29,000 metru kwadru.", "Eventwalment intgħażlu Bormla Dock Number 1 li fih 7,000 metru kwadru u l-pool ta' Żonqor li fih madwar 10,000 metru kwadru.", "Ovvjament, jiġi s-suspett li s-sit ta' Ħal Tarxien ma ntgħażilx għax m'hemmx il-veduta tal-baħar.", "Allura jien ukoll se nistaqsi if we committed to using a sea scape u għalfejn is-sit ta' Ħal Tarxien ma ġiex ikkunsidrat.", "MADAM CHAIR: Ir-risposta li tana s-Sur Buttigieg kienet li jista' jkun li l-Gvern għandu xi commitment ieħor għalih.", "DR. COLETTE SCIBERRAS: Ħaġa oħra li ridt insemmi hija li meta aħna pparagunajna ż-żewġ mapep, il-mappa li ħarġet mill-OPM u l-mappa tal-MEPA, sibna li fejn hemm in-national park, jidher li hemm diskrepanza bejn iż-żewġ mapep; hemm biċċa nieqsa min-national park.", "Dan ifisser li se jinbidlu l-pjani lokali?", "X'se jsir minnhom?", "MADAM CHAIR: Kien hemm mapep differenti, waħda ħarġet mill-MEPA u oħra mill-OPM?", "MADAM CHAIR: U hemm diskrepanza bejniethom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Safejn naf jien hemm il-parti li tmiss man-naħa tal-università.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri hemm diskrepanza.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, hemm diskrepanza.", "DR. COLETTE SCIBERRAS: Parti min-national park se tittieħed...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Safejn naf jien żdiedet biċċa ikbar in-naħa l-oħra.", "DR. COLETTE SCIBERRAS: Mistoqsija oħra hija li ma nistax nifhem kif ħarġu dawn id-dikjarazzjonijiet li se jintuża Żonqor meta r-rapport stess, f'paġna 19, qed jgħid:", "Jiġifieri ma nistgħux nagħmlu deċiżjoni fuq il-binjiet storiċi minħabba l-fatt li hemm nuqqas ta' informazzjoni fuq l-iskala tal-proġett.", "Allura l-pass li jmiss m'għandux ikun li niksbu l-informazzjoni u naraw x'hemm rikjest qabel ma noħorġu b'deċiżjoni li jintmiss l-ODZ f'Żonqor?", "Kif qalu l-kollegi tiegħi, jidher li hawnhekk hawn reasonable solution; hemm is-sit ta' Ħal Tarxien, Żonqor pool u Bormla Dock Number 1.", "F'paġna 4 tar-rapport hemm miktub:", "MADAM CHAIR: Il-lista li għandi bl-ismijiet eżawrejtha kollha.", "Hawn aktar min jixtieq jitkellem?", "Ma jimpurtax billi ma tajtuniex isimkom; kull min hu ċittadin jista' jitkellem.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Madam Chair, ma kienx beħsiebni nitkellem illejla imma meta smajt ċerti kummenti u nsistenza fuq is-sit ta' Żonqor ħassejtni nkun qed nonqos jekk ma nitkellimx.", "L-ewwel nett, il-fatt li hemm din l-insistenza fuq Żonqor li qed twarrab kull raġuni li qed iġib il-poplu fuq l-alternattivi, ikolli nikkonkludi li fil-ftehim hemm li jekk ma jkunx iż-Żonqor jaqa' kollox.", "MADAM CHAIR: Dik hija l-impressjoni li qed nieħdu.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Jekk niġi kkorreġut allura rrid nara l-ftehim għax illum jien ma baqagħli l-ebda fiduċja f'kummenti ta'…", "MADAM CHAIR: ...politiċi.", "Għidha toqgħodx tiddejjaq.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Ma rridx ngħid \"politiċi\" as such għax għalkemm hemm politiċi ħżiena, hemm ukoll dawk tajbin.", "Jien ma rridx li jsiru ftehim sigrieti f'ismi.", "Wieħed mill-postijiet li ssemma huwa Forti Ricasoli li huwa kbir biżżejjed biex jakkomoda dan il-proġett.", "Jiena smajt, jew qrajt, li dan is-sit qiegħed idaħħal €50 miljun mill-attività tal-filming.", "Bħala area, bħala post storiku, u bħala post li huwa ġawhra fl-arkitettura militari ta' dak iż-żmien u li m'hawnx bħalu fil-Mediterran, dan il-post jiswa €50 miljun?", "Għax il-€50 miljun li qed idaħħal minħabba dik l-attività mhuma qegħdin jikkontribwixxu xejn biex dan jiġi rrestawrat, immaniġġjat u mħares, anzi sejjer il-baħar.", "Jien xi kultant il-MEPA tiskantani kif qisha xi ħaġa ddur fis-sienja; dejjem se tasal imma tibqa' fl-istess post. Kieku għandha daqshekk interess nazzjonali soċjali u ekoloġiku daqskemm għadha fuq din il-pro-business imneżża minn kwalunkwe interess soċjali, kieku l-pajjiż qiegħed ħafna aħjar, mhux dawk l-entrapreneurs li huma involuti.", "Mela biex indaħħlu €50 miljun qegħdin inżommu Forti Ricasoli f'dak l-istat ta' abbandun, u biex ma nużawhiex se nieħdu parti minn Żonqor, li huwa sit ekoloġiku and of scientific importance, u se nieħdu parti storika oħra ta' Dock Number 1!", "Dawn kollha trid tgħoddhom mal-impatt li dawn il-€50 miljun qed jagħmlu fuq Forti Ricasoli għax kieku nistmaw li dan is-sit għandu valur ħafna ikbar minn €50 miljun, u se niffrankaw l-impatti li kull min għandu daqsxejn kuxjenza soċjali u ambjentali hawnhekk illum tkellem kontra dawn l-iżviluppi speċjalment f'Żonqor… Jekk dawn il-€50 miljun huma ħafna inqas mill-valur li l-pajjiż se jitlef f'Żonqor, f'Forti Ricasoli innifsu u fl-iżvilupp ta' Dock Number 1, allura s-sens komun ta' min għandu interess nazzjonali, ta' min għandu interess soċjali, ta' min għandu interess ekoloġiku tal-pajjiż, u ta' min għandu interess tat-tfal tagħna, tal-lum u ta' dawk li ġejjin, jgħid li b'dawn il-€50 miljun qegħdin nirrovinaw il-kumplament li qed jiġi ssuġġerit.", "Jien nistenna li l-MEPA tkun on the forefront biex tgħidilna dawn l-affarijiet, imma probabbilment il-MEPA, imsawra kif inhi, b'ċerta aġenda fil-widnejn u b'ċerti affarijiet sigrieti li tafhom hi u li l-poplu ma jafhomx, bilfors li titkellem kif qed titkellem.", "Dan li qed isir huwiex fl-interess nazzjonali.", "Jekk fir-rapport li l-MEPA qassmet qed jingħad li Forti Ricasoli huwa biżżejjed biex jakkomoda dan il-proġett… Il-proġett huwa tajjeb, is-sit huwa ħażin.", "Il-proġett se jkisser Forti Ricasoli u Żonqor, bl-implikazzjonijiet negattivi kollha soċjali, ekoloġiċi u ekonomiċi fuq il-pajjiż biex xi ħadd ixejjer bandiera… Fil-laqgħat preċedenti li attendejt smajt ukoll jintqal li businessman barrani jiġi jgħidlek li jrid sit fejn jara l-baħar.", "Mela pajjiżna m'għadux tagħna lkoll issa?", "MADAM CHAIR: Minn Bormla wkoll jista' jarah il-baħar.", "IS-SUR ALFRED BALDACCHINO: Possibbli li l-pajjiż wasal f'din l-estremità li barrani jiddettalu fejn se jiżviluppa?", "Għalhekk dawn is-sigrieti?", "Possibbli m'għadniex kburin li aħna Maltin?", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "IS-SUR JAMES DEBONO (f'isem Front Ħarsien ODZ): Madam Chair, l-ewwel nett nirringrazzjak ta' dan iċ-ċans uniku li qed tagħti lis-soċjetà ċivili sabiex tkun tista' tagħmel domandi ċari.", "MADAM CHAIR: Ħaġa li bdiet taħt dan il-Gvern, jiġifieri dan il-Gvern għandu ħafna pożittiv.", "Dawn l-affarijiet qatt ma ġraw qabel; meta saret SmartCity ma kienx hawn dawn l-affarijiet.", "IS-SUR JAMES DEBONO: Hekk hu.", "Nikkonferma.", "Jien għandi tliet domandi li nixtieq risposta għalihom mingħand is-CEO tal-MEPA.", "Ġejt informat x'fih u kont ikkundizzjonat b'xi contractual obligation li hemm fih li dawn jingħataw sea view?", "Qed jissemma l-EIA.", "Normalment EIA japplika fuq sit jew żewġ siti partikolari.", "F'dan il-każ, peress li hemm seba' shortlisted sites, l-applikazzjoni se tkun fuq is-seba' siti kollha kemm huma u nagħżlu minnhom, jew se jkun hemm żewġ siti preferiti mbagħad f'kapitlu tal-EIA, kif jiġri s-soltu, jiġu kkunsidrati siti alternattivi?", "U l-aħħar mistoqsija.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħa nwieġeb mill-ewwel għat-tliet domandi.", "Dwar il-heads of agreement ngħid li jien ma kontx involut fih u m'għamilli l-ebda kundizzjoni fuq ir-rapport.", "MADAM CAHIR: Jiġifieri ma rajtux?", "Dwar l-EIA, irrid ngħid li s-Sur Debono jaf biżżejjed li parti integrali għalfejn isir dan l-assessment huwa proprju biex isir site selection exercise u site assessment report.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri qed tikkonferma li se jsir fuq is-selected sites kollha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Is-Sur Debono jaf, għax mhuwiex xi wieħed li qatt ma qara EIA, li f'assessment bħal dan ikollok section iddedikata għal site assessment.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qed nikkonfermalu.", "IS-SUR JAMES DEBONO: Id-domanda tiegħi kienet jekk hijiex se ssir applikazzjoni fuq is-sit ta' Żonqor, imbagħad ikun hemm kapitlu li jassessja dawn l-alternattivi.", "MADAM CHAIR: Lili qalli li iva.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Issir applikazzjoni waħda u tassessja s-sites kollha.", "Imbagħad, l-EIA jgħid liema hu l-aħjar sit.", "MADAM CHAIR: U l-kompromess li diġà ntlaħaq jista' jinbidel f'kompromess aqwa jew fl-ebda kompromess imma with the right choice of site.", "IS-SUR JAMES DEBONO: Il-proċedura tal-EIA hija li l-iżviluppatur jagħżel sit, li f'dan il-każ milli jidher huma Żonqor u Bormla, imbagħad ikun hemm kapitlu wieħed minn ħafna li jikkunsidra alternattivi oħra.", "Fil-verità, għax nafu kif isiru l-EIAs, ħafna drabi l-bias tkun li mmorru biex napprovaw is-siti li nkunu ppreżentajna l-applikazzjoni fuqha.", "MADAM CHAIR: Hekk hu, però dik mistoqsija li rripetejniha biex tkun ċara.", "IS-SUR JAMES DEBONO: Hemm każijiet oħra fejn ikun hemm applikazzjonijiet separati.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Fuq Ħal Tarxien qalilna li jista' jagħti l-kas li l-Gvern għandu intenzjoni oħra għas-sit.", "Jista' jkun li hemm intenzjoni oħra wkoll għall-bini tal-power station tal-Marsa; we will know soon enough.", "IS-SUR JAMES DEBONO: U dwar l-EPD?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kif spjegajt id-darba l-oħra, l-EPD ma kienx ġie kkonsultat fuq dan ir-rapport.", "Dan ir-rapport inħadem minn esperti dwar l-ambjent li għandi fl-uffiċċju tiegħi.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Xtaqt nagħmel mistoqsija lis-Sur Cutajar.", "L-ewwel nett, nirringrazzjak talli attendejt.", "Hawnhekk qed jintwera ħafna concern dwar jekk dak li qegħdin niddiskutu llum, aħniex niddiskutuh għalxejn għax hija a pre-determined condition li tittieħed art ODZ.", "Ma nafx jekk tistax tgħinna inti – peress li inti qiegħed hawnhekk bħala r-rappreżentant tal-OPM – fuq din il-mistoqsija li jdiher li kulħadd qed jagħmel.", "IS-SUR MARIO CUTAJAR (Segretarju Permanenti Ewlieni): Madam Chair, jien ġejt hawn għax kont mistieden u obbligat li niġi, u allura ġejt.", "Xejn ma jsir għal xejn u dak li jinstema' hawnhekk kollu jiġi kkunsidrat; dejjem hekk kien u hekk se nibqgħu nagħmlu.", "Jiġifieri kulma qed jingħad hawnhekk, jiġi recorded u jiġi analizzat kif għandu jiġi analizzat.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri għal min kellu dubju jekk aħniex qegħdin hawnhekk għalxejn – nistaqsiha jien u jistaqsiha kulħadd – is-Sur Cutajar qed iserrħilna rasna li mhux il-każ.", "Is-Sur Buttigieg ukoll serrħilna rasna li fl-EIA, is-siti l-oħra li ġew shortlisted se jiġu studjati bis-serjetà u bir-reqqa u jista' jagħti l-kas li dak li sejjaħnilu kompromess ma jibqax kompromess imma fl-aħħar mill-aħħar jingħażel l-aktar sit addattat.", "DR. JOHN PAUL CAUCHI: Għandi żewġ mistoqsijiet żgħar oħra dwar dan l-eżerċizzju kollu.", "Jien ma nafx għalfejn din l-università għandna narawha bilfors bħala li tkun fuq massimu ta' tliet siti.", "Ħafna min-nies li hawn preżenti studjaw barra minn Malta u jafu li hija komuni ħafna li universitajiet fl-Ewropa jkollhom campus imxerred fuq medda ta' belt kbira.", "Allura għaliex aħna ma nistgħux naqsmuha fuq tliet siti?", "Veru li rridu nakkomodaw l-iżviluppatur, imma nafu li Malta għandha l-limitazzjonijiet u ma nistgħux nieħdu mudell Amerikan ta' università fejn kollox ikun f'post wieħed – u dawn huma mis-Saudi Arabia fejn għandek medda ta' art enormi li hija vojta – u napplikawh għal Malta.", "Dan, għalija, juri diżrispett fundamentali għal-limitazzjonijiet ta' Malta, kemm ambjentali kif ukoll soċjali.", "U nixtieq nitkellem ukoll fuq l-impatt soċjali.", "Kif inhi ppjanta, qed ngħidu li l-parti l-kbira tal-università se tkun f'Żonqor.", "L-impatt soċjali fuq Marsascala qegħdin narawh?", "Meta jien kont nistudja l-mediċina, l-istudenti tal-Kuwait kien jiġi għalihom ix-xufier iwassalhom l-università u jeħodhom lura.", "Jekk qegħdin nitkellmu fuq eluf ta' studenti, dawn se noqogħdu nittrasportawhom?", "Veru li se jkun hemm parti mid-dormitorju eżatt hemmhekk – u ma nistax nifhem għalfejn se nibnu dormitorju; dan huwa mudell Amerikan u mhux Ewropew għax f'univeristajiet Ewropej ħadd ma jkun f'dormitorju – imma rajna x'se jkun l-impatt fuq it-traffiku?", "X'jiġri meta titfa' 3,000 student f'sit wieħed f'rokna ta' raħal?", "Se nirriskjaw li Marsascala jsir Paceville ieħor?", "Kemm għad hemm Maltin joqogħdu Paceville?", "Nafu kif inhi s-sitwazzjoni f'dawk il-postijiet.", "Se nistennew li n-nies ta' Marsascala jaddattaw awtomatikament?", "Veru li ġiet impinġija li kulħadd huwa favur dan il-proġett, imma dan mhuwiex veru.", "Anke l-Viċi Sindku ta' Marsascala huwa kontra dan l-iżvilupp.", "Li nixtieq ngħid huwa li l-impatt soċjali għan-nies ta' Marsascala għadna m'aħniex qegħdin inqisuh sew.", "Qegħdin nitkellmu wkoll fuq li nagħmlu l-park u li ninvolvu l-bdiewa, li huma affarijiet tajbin, imma allura l-park se ndawruh bi triq, b'eluf ta' karozzi jidħlu u joħorġu kuljum?", "L-għasafar se jibqgħu jmorru f'dawn il-postijiet?", "L-ispeċjalizzjoni fl-istudju tiegħi kienu l-ambjent u s-saħħa u jien nistaqsi x'se jkun l-impatt ta' dan kollu fuqhom.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "IS-SUR JOHN PORTELLI: Dan il-weekend rajna kumment fil-media li nkwetani ħafna.", "Fil-fatt għadni naħseb fuqu sal-lum u nixtieq nirrepetih hawnhekk.", "Dan huwa każ ta' \"make hay while the sun shines\" u nispera li xi ħadd se jipprova li dan mhuwiex il-każ.", "Forsi għal min ma jifhimx x'jiġifieri \"make hay while the sun shines\" tajjeb li ngħidu li dan ifisser li l-qamħ taħsdu meta tkun ix-xemx u mhux fix-xita, jiġifieri la għandek iċ-ċans, aqta', rekken u erfa'.", "Nispera li dan mhux każ ieħor ta' hekk kif rajna ddikjarat fil-pubbliku u li ġie rrappurtat fil-media kollha dan il-weekend.", "MADAM CHAIR: Is-soċjetà ċivili u l-preżenza tagħkom hawnhekk uriet li jista' jgħid kemm irid \"make hay while the sun shines\", imma aħna se nkunu hemmhekk biex inkunu l-protetturi tal-ambjent.", "IS-SUR JOHN PORTELLI: Illum nafu l-ammont ta' bini li għandna madwarna.", "Titkellem ma' ħafna nies li jgħidulek li filli kellhom ix-xemx u issa sabu ruħhom fid-dell u nafu kemm hawn nies li qed isofru minn mard mentali u stress.", "L-għaqda tagħna għandna l-helpline tagħha u nista' ngħid li jċemplu ammont kbir ta' nies kuljum biex jixtru prodotti organiċi għax għandhom it-tfal morda bil-cancer – u nafu minn fejn ġej il-cancer – u allura għandhom bżonn prodotti iżjed healthy.", "Li se noħolqu dak it-traffiku kollu hemmhekk kapriċċ ta' xi ħadd, skużawni ngħid imma tlifna kull sens ta' raġunament.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Nitlob issa għall-kummenti mingħand il-Membri tal-Kumitat .", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Madam Chair, jien għandi tliet mistoqsijiet żgħar.", "Kien hemm xi kriterju partikolari biex is-sit magħżul ried ikun fejn il-baħar u ODZ?", "Il-MEPA teskludi li fil-futur fejn hemm is-sit ta' Żonqor fejn ġejja l-università, tapprova permess għal marina?", "L-EIA minn min qed isir?", "Min qed iħallas għalih u min għażel il-konsulenti?", "IS-SUR JOHNN BUTTIGIEG: Dwar l-ewwel domanda ngħid li le, ma kien hemm l-ebda kriterju partikolari li s-sit ikun ODZ jew li jkun mal-baħar.", "L-uniku kriterju li kien hemm kien li s-sit irid ikun tal-Gvern u jkun ta' iktar minn 25,000 metru kwadru.", "TONI BEZZINA: Allura kull proposta li se tiġi mill-privat se jibda jsibilha s-sit il-Gvern meta tkun ta' ċerta kobor?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma fhimtx ir-rilevanza.", "MADAM CHAIR: Onor. Bezzina, iċċara ftit il-mistoqsija tiegħek.", "TONI BEZZINA: Jekk fhimt sew, is-siti ġew identifikati mil-Land Department.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, ġew 'il fuq minn 100 mill-Gvern u 513 mill-privat.", "MARTHESE PORTELLI: Li oriġinarjament għażilhom l-OPM.", "TONI BEZZINA: Għal dik qed nipprova nasal jien.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Oriġinarjament?", "MADAM CHAIR: Il-brief tagħkom dwar is-selection ġie mill-OPM, għall-GPD, għalikom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna tlabna lill-GPD biex jagħtuna s-siti kollha li għandhom available.", "MADAM CHAIR: Imma l-OPM talabkom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament.", "MADAM CHAIR: Sur Cutajar, meta s-soltu jkun hemm envisioned proġett ta' din in-natura, toħroġ tender bil-parametri li jiddetta l-pajjiż, imbagħad skont il-parametri li jiddetta l-pajjiż joħroġu call for expression of interest u kull businessman, jew entrapreneur li jkun imħajjar li jopera dak it-tip ta' proġett within those certain parameters ikun jista' japplika, imbagħad wara tibda ssir is-site selection bl-istudji neċessarji.", "Għalfejn din id-darba l-OPM talab lill-GPD u lill-MEPA biex dan isir mingħajr ma ħarġet tender jew expression of interest?", "X'kienet ir-raġuni?", "IS-SUR MARIO CUTAJAR: Ma naħsibx li dejjem sar hekk; meta jkun hemm affarijiet ta' business mhux dejjem isir hekk.", "Però ma nistax inwieġeb għax ma kontx involut fiha u allura ma nafx eżatt kif saru l-affarijiet.", "Jien ma kontx parti min-negozjati li saru fil-proċess.", "MADAM CHAIR: Imma taqbel li anke jekk qabel ġieli sar hekk u kien ħażin, aħna issa...", "IS-SUR MARIO CUTAJAR: M'għedtlekx li kien ħażin.", "Wieħed dejjem irid jara x'jirrikjedi l-interess nazzjonali.", "MADAM CHAIR: Iva, imma ma jidhirlekx li jkun fl-interess nazzjonali li ladarba se nissagrifikaw biċċa art, hi x'inhi, aħna rridu nieħdu l-aħjar benefiċċju għall-poplu Malti u Għawdxi kollu u dik għandha ssir billi jinfetaħ għall-interess ta' kull min jista' jagħmel l-aħjar użu minn dik l-art?", "Issa m'iniex qed nitkellem fuq ODZ imma art li tkun tista' tiġi żviluppata.", "Nista' jien, bħala Membru Parlamentari, inserraħ rasi li dak li ġara f'dan il-proċess li għadu qed jiġi mistoqsi hawnhekk b'ħafna dubji, ma jirrepetix ruħu fi proġetti oħra li forsi se naraw iktar 'il qudiem?", "IS-SUR MARIO CUTAJAR: Imma mhux għalhekk jeżisti dan il-Kumitat?", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "MARTHESE PORTELLI: Sur Cutajar, jien fhimt sew li inti, bħala Principal Permanent Secretary, ma ġejt involut xejn f'dan il-proċess u ma taf xejn dwaru?", "IS-SUR MARIO CUTAJAR: Impossibbli li tkun involut fix-xogħol kollu li jkun qed isir!", "MARTHESE PORTELLI: F'dan il-proġett partikolari li tant huwa importanti u huwa fl-interess nazzjonali ta' pajjiżna, inti ma ġejt involut xejn!", "Principal Permanent Secretary huwa wkoll il-kap tas-Servizz Pubbliku u ma jkollux x'jaqsam mal-proġetti kollha li jkun hawn fil-pajjiż.", "Għalhekk għandna l-aġenziji u d-dipartimenti l-oħra, biex ikunu nvoluti huma.", "Il-Permanent Secretary f'kull Ministeru mhux neċessarjament ikun involut f'kollox.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "TONI BEZZINA: It-tieni mistoqsija li għamilt lis-Sur Buttigieg hija jekk il-MEPA teskludix li għada pitgħada tapprova marina fuq il-post.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk il-pjan lokali jibqa' kif inhu, ma nistax neskludi.", "MADAM CHAIR: Hemm xi ħsieb li jinbidel il-pjan lokali fuq dan li qed nitħaddtu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhux ovvju!", "TONI BEZZINA: U t-tielet domanda kienet minn min qed isir l-EIA.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Safejn naf jien l-EIA consultants għadhom ma ġewx appuntati.", "MADAM CHAIR: Saret applikazzjoni formali?", "TONI BEZZINA: Jiġifieri l-istudji għadhom ma bdewx.", "MADAM CHAIR: Għax għadha ma saritx applikazzjoni formali.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri l-ewwel se ssir l-applikazzjoni formali, imbagħad jibdew l-istudji wara?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dejjem hekk isir.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur Buttigieg, illum xtaqt niġi għal din il-laqgħa ta' dan il-Kumitat u noħroġ b'moħħi ftit iktar luċidu mill-aħħar darba.", "L-aħħar darba kellna quddiemna rapport dwar kif intgħażel is-sit ta' Żonqor u kien hawn il-kummenti li kien hawn fuqu.", "Issa llum għandna t-tieni rapport li meta tħares lejn il-konklużjonijiet u r-rakkmandazzjonijiet tiegħu ssib li jiddikjara li dan ir-rapport huwa rapport ieħor li m'għandu mertu ta' xejn.", "Ħalli ngħid għalfejn qed ngħid hekk.", "Uħud mill-kelliema preċedenti staqsew għalfejn ma ntgħażlux, pereżempju, il-fortijiet.", "F'paġna 19 tar-rapport – u dan irriferiet għalih ir-rappreżentanta ta' Front Ħarsien ODZ – fejn qegħdin titkellmu dwar forts or historic buildings, għedtu li dawn ma jistgħux jintgħażlu \"because of the uncertainty on the lack of information about the scale of the project\".", "U allura l-mistoqsija tiegħi hija din: Jekk ma stajtux tagħżlu l-fortijiet għax m'għandkomx informazzjoni fuq l-iskala tal-proġett… Mela b'din il-klawsola eliminajtu l-fortijiet imma minkejja li qed tgħidu li m'għandkomx informazzjoni, xorta kontu komdi tagħżlu u tirrikkmandaw siti oħrajn.", "Dik hija l-ewwel l-ewwel mistoqsija.", "It-tieni punt tiegħi huwa dan.", "Ir-rapport qed jgħid ukoll li:", "mela hawnhekk tikkonfermaw li ltqajtu mal-operatur,", "Mela llum dan ir-rapport qed jikkonferma li l-università tista' taħdem on a limited number of sites.", "Ftit tax-xhur ilu, l-ewwel darba li deherna hawnhekk fil-Kumitat u ġie rrapportat x'intqal fil-media, l-operatur kien qal li dan il-proġett ma jistax isir jekk ma jsirx f'sit wieħed.", "Allura issa ħareġ li dakinhar ma kienx korrett.", "Illum, inti li m'għandek xejn f'idejk, erġajt qgħadt fuq l-istess operatur?", "Dr. Cauchi semma numri ta' siti alternattivi.", "Minn fejn toħroġ din ta' massimu ta' tlieta?", "B'dan ir-rapport li tajtna llum, jekk ma serraħtli moħħi fuq xejn serraħtuli fuq punt wieħed; għedtha l-ġimgħa l-oħra fil-Parlament u nerġa' ngħidha: Hemm xi patt ma' xi ħadd xi mkien li parti minn Żonqor bilfors irid jittieħed ħalli jkollu naqra countryside views u jkollu wkoll naqra sea views.", "Meta tara dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet fejn intom stess qegħdin tgħidu li hemm \"lack of information about the scale of the project\"… Mhux billi se toqgħod tonfoħ, trid tweġibni.", "Meta hawnhekk qed tgħid li l-operatur qed igiddeb lilu nnifsu fuq x'qal ftit tax-xhur ilu… Kif tista' toħroġ bir-rapport meta llum stess għedtilna li l-heads of agreement ma tafx x'fih?", "Mela ma tafx il-proġett x'inhu, ma tafx x'inhi l-iskala tal-proġett – qiegħda miktuba fir-rapport stess – qed tgħid li għandek lack of information, imma tħossok komdu biżżejjed li tiġi u tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet f'dan il-Kumitat!", "L-aħħar punt tiegħi huwa fuq l-EIAs u nirrelata ma' dak li staqsa James Debono qabel.", "Però ma jsemmix is-siti kollha, jiġifieri għandna rapport qed jgħid mod u inti qed tgħid mod ieħor.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Irrid ngħid li wara d-diskussjoni li kellna hawnhekk reġgħu saru laqgħat oħrajn mal-iżviluppatur fejn qal li hu lest li jikkunsidra iktar minn sit wieħed.", "MARTHESE PORTELLI: Min iltaqa' mal-iżviluppatur?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kona jiena u rappreżentant mill-OPM.", "MARTHESE PORTELLI: U r-rappreżentant tal-OPM, mil-liema uffiċċju hu?", "MADAM CHAIR: U ma ġiex magħna llum, ħallik twieġeb waħdek!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma jien xi tridni nagħmel?", "MADAM CHAIR: Ma ġara xejn.", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri qed tikkonfemraw li ltqajtu.", "Inti staqsejtni jekk nafx x'hemm fil-heads of agreement, u jien qed ngħidlek li le, ma nafx x'hemm fil-heads of agreement.", "MARTHESE PORTELLI: U serraħt rasek fuq dak li qallek l-operatur minkejja li issa biddel il-verżjoni.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk tiġi persuna u tgħidlek li biex tagħmel żvilupp lesta li tikkonsidra \"wieħed\", \"tnejn\", \"tlieta\", inti għalxejn tgħidilha li trid \"erbgħa\", \"ħamsa\", \"sitta\".", "MARTHESE PORTELLI: Sur Buttigieg, il-punt tiegħi kien li oriġinarjament l-insistenza kienet li bilfors irid isir fuq Żonqor għax l-iżviluppatur qalilkom li inkella ma jkunx vijabbli, u issa biddel il-verżjoni.", "Allura ma taħsibx li mhux int imma r-rappreżentant tal-OPM kellu jkun hemm u minflok jagħżel l-investitur xi jrid, ikun l-OPM li jiggwidah?", "Jien dik hi l-query li għandi.", "Mela aħna għandna OPM li huwa signor si?", "Għandna MEPA li tobdi l-instructions ta' Kastilja u Kastilja tobdi l-instructions tal-investitur!", "MADAM CHAIR: Kompli wieġeb ħalli nkomplu nisimgħu aktar kummenti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Tista' tgħidli x'kienet il-mistoqsija l-oħra?", "MARTHESE PORTELLI: Il-mistoqsija tiegħi kienet kif stajt tasal għal dan ir-rapport meta int stess qed tgħid li għandek \"lack of information about the scale of the project\".", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk inti taf li hemm bżonn 100,000 metru kwadru jew 150,000 metru kwadru bħala spazju għal klassijiet, laboratorji eċċ., u l-fortizzi li hemm huma ta' 20,000 metru kwadru, allura trid almenu sitta minnhom, jew inkella nagħmlu bħal m'għamilna qabel.", "MARTHESE PORTELLI: Mela għalxejn għedtilna li se jidħlu fl-EIA.", "Mhux ovvju li jridu jidħlu fl-EIA?", "Jekk inti għandek sit li mhuwiex tajjeb xorta trid tikkunsidrah; li jagħmel l-EIA huwa proprju li jikkunsidra l-alternattivi kollha.", "MARTHESE PORTELLI: Ma weġibniex fuq kif serraħ rasu minn dak li qallu l-investitur meta l-investitur diġà biddel il-verżjoni darbtejn.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nassigurak li n-negozjati bejn l-OPM u l-investitur ma sarux b'tali mod ta' \"inti\" xi trid u \"jiena\" xi rrid.", "ONOR.MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri inti kont hemm u taf x'intqal.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, jiena kont preżenti għal żewġ laqgħat biss.", "MARTHESE PORTELLI: Mela ma tistax tgħid x'intqal bejn l-investitur u l-OPM.", "MADAM CHAIR: Hu qagħad fuq dak li qallu r-rappreżentant tal-OPM għax dak huwa uffiċjal tal-Gvern.", "TONI BEZZINA: Xi ħadd mill-MEPA jaf x'fih il-heads of agreement?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien ma nafx x'fih u safejn naf jien, jien biss kont involut min-naħa tal-MEPA.", "MADAM CHAIR: Minn kif ġejna nfurmati lanqas il-Principal Permanent Secretary ma jaf x'fih.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli mmur lura għal domanda li saret ħafna drabi.", "Jekk qed nifhem tajjeb, il-campus qisu jrid jinqasam bejn tnejn jew tliet siti biss.", "Dik kienet kundizzjoni fl-għażla tas-siti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, ma kenitx, imma fid-diskussjoni li kien hemm l-applikant ma kienx lest li jikkunsidra iktar minn tnejn jew tliet siti.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri meta l-MEPA kkunsidrat is-siti, ħadet in konsiderazzjoni t-talba tal-applikant li l-proġett ma jistax ikun maqsum fuq iktar minn tnejn jew tliet siti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "CHARLES BUHAGIAR: Fuq il-kwestjoni tas-siti ODZ, nifhem li jekk se tagħżel sit ODZ, trid tagħti kas li jekk se twassal is-servizzi u se twessa' t-toroq se tieħu wkoll art ODZ u allura trid tara t-telf ta' art ODZ biex twassal is-servizzi.", "Jiġifieri trid tagħti kas dan ukoll mhux biss is-sit fih innifsu.", "L-istess argument jista' jintuża għall-fortizzi.", "Jekk ikollok fortizza ta' 20,000 metru kwadru, ma tistax tibniha iktar imma trid tagħmel l-aħjar użu mill-bini li hemm.", "Allaħares nagħmlu l-iżball li għamilna f'Sant'Anġlu wara l-1979 meta komplejna nibnu fuq li kien hemm.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dak kien proprju l-parir li kellna min-nies esperti internament fuq cultural heritage.", "CHARLES BUHAGIAR: Inti ma tistax, jekk għandek fortizza li fiha 20,000 metru kwadru, tibni 100,000 metru kwadru.", "Għax mhux billi għandek binja.", "Waħda mill-kundizzjonijiet li tridu tagħtu kas hija – u jien ċert li tajtu kasha – li l-binjiet li hemm fil-fortizzi li ġew offruti humiex ta' kobor biżżejjed u jekk jistgħux jintużaw għal dan l-użu.", "Dwar Dock Number 1, jien jidhirli li diġà hemm permess fuq li dawk il-binjiet jiġu rrestawrati u wżati.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "FRANCO MERCIECA: Jien naħseb li f'dan l-istadju importanti li nistennew l-EIA li se jsir biex inkunu nistgħu nagħżlu l-aħjar sit possibbli għal dan l-investiment.", "Naħseb li l-Gvern qed juri li hemm commitment li jiftaħ għall-possibilitajiet u l-EIA se jurina iktar liema huwa l-aħjar sit jew siti li jistgħu jintużaw għal dan l-investiment.", "Jiġifieri jien naħseb li għandna naġġornaw għal meta jkollna l-EIA biex inkunu nistgħu naslu għall-konklużjoni dwar liema hu l-aħjar sit.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Madam Chair, jien smajt b'interess l-interventi li saru, u rrid infakkar li dan mhux proċess li sar l-ewwel darba għal proġett simili bħal dan.", "Bħala Deputat jien kont attendejt għas-seduti fejn kienu saru d-deċiżjonijiet dwar SmartCity, li tinsab ftit kilometri 'l bogħod mis-sit ta' Żonqor.", "Dak iż-żmien kien ġie anke emendat il-Pjan ta' Struttura u l-Gvern mhux biss kien impona fuq l-Awtorità ta' dakinhar, imma l-proċess kien totalment differenti minn dan.", "Illum qed nieħu pjaċir nara lill-NGOs hawnhekk jistaqsu u jiddiskutu flimkien mal-Membri Parlamentari, filwaqt li dak iż-żmien konna jiena u l-Onor.", "Charles Buhagiar, flimkien ma' Dr. Austin Gatt u xi Membri tal-Partit Nazzjonalista preżenti meta ttieħdu d-deċiżjonijiet.", "Kważi kważi min kien joġġezzjona kontra dak l-iżvilupp kien jiġi mgħoddi bħala xi wieħed li jrid ixekkel l-investiment f'pajjiżna.", "F'dan l-iżvilupp rajt proċess demokratiku għall-aħħar fejn min-naħa tal-Prim Ministru għamel dak kollu possibbli biex jindirizza l-issues ambjentali marbuta miegħu.", "Rigward fejn intqal li Forti Ricasoli jinsab fi stat ħażin, ma jfissirx li għax jinsab f'dak l-istat – u ħadd ma jixtiequ f'dak l-istat – allura huwa l-iktar sit idoneu għal żvilupp bħal dan.", "Ejjew niftakkru li diġà għandna l-esperjenza ta' Forti Sant'Anġlu fejn dak iż-żmien ħajjarna żvilupp mill-privat u llum il-ġurnata qegħdin fi stadju fejn l-iżvilupp ma rnexxiex u kawża ta' hekk stajna tlifna ġawhra storika li diffiċli ġġibha lura lill-poplu Malti.", "Jien nippreferi kieku l-Gvern ikun qed jagħmel l-almu tiegħu biex Forti Ricasoli jingħata l-ħajja mill-ġdid bħala forti għall-poplu Malti u Għawdxi biex naraw l-aspett storiku, iktar milli jkun xi ħaġa ta' università li ma tistax tiggarantixxi li ma jiġrilha xejn għax ikun hemm bżonn tgħaddi l-infrastruttura u s-servizzi.", "Qegħdin inqisuhom dawn il-konsiderazzjonijiet jew le?", "Issemmiet ukoll l-agrikoltura fil-parti ta' Żonqor.", "Irrid ngħid li meta sar il-proċess ta' SmartCity, kien hemm raħħala li spiċċaw tilfu l-irziezet tagħhom u dak iż-żmien ħadd ma qabeż għalihom.", "F'dan il-proċess aħna tajna konsiderazzjoni għall-farmers li setgħu jkunu effettwati billi d-Dipartiment tal-Artijiet beda jara s-siti li huma ta' importanza agrikola sabiex ma jiġux effettwati, u tajna l-konferma wkoll li fis-sit in kwestjoni, fil-park, ikun hemm ukoll l-involviment tal-agrikoltura permezz tal-bdiewa eżistenti.", "Però rridu nifhmu li pajjiżna huwa ċkejken u jekk dan il-proġett ma jsirx f'ODZ imma jsir f'parti urbana, xorta ma narax lok addattat li jista' jkollu dawk ir-rekwiżiti mingħajr ma jħalli xi forma ta' impatt.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jien naħseb li kulħadd jaf fehemti x'inhi dwar l-ambjent, imma meta tħares minn fejn bdejna u fejn qegħdin illum, tara li bid-deċiżjoni li ttieħdet, l-ambjent ġie rrispettat ħafna iktar.", "Dan huwa proġett li jqiegħed f'bilanċ l-ekonomija sostenibbli li qiegħda tuża r-riżorsi umani tagħna u l-business friendly approach tal-Gvern lejn l-ambjent, u l-keffa l-oħra fejn inħarsu lejn il-beraħ, il-kampanja, li huwa wirt naturali li lkoll għandna ngħożżu.", "Dan huwa proġett li huwa utli.", "Irridu niftakru li tlaqna minn area li kienet ta' daqs ta' 20 football grounds u spiċċajna b'area li hija inqas minn ħames football grounds.", "Mhux hekk biss, imma wasalna wkoll biex użajna sit f'waħda mill-ibliet biex b'hekk se tiġġenera dik il-belt b'mod ekonomiku.", "Allura, meta nħares lejn dak kollu li seħħ u lejn il-kompromess li sar – u rridu niftakru li dan kien qed jiġi diskuss qabel ma daħal l-iStategic Plan for the Environment and Development (SPED) u fl-iSPED għandna l-garanzija tad-direzzjoni tal-Gvern li se jimxi b'sequential approach li se tħares lejn is-sostenibilità li, wara kollox, hija definita wkoll fl-Avviż Legali 311 tal-2006 –… Jekk il-Gvern irid jimxi b'governanza siewja, anke l-kelma feasible nemmen li għandna naddattawha b'tali mod u manjiera li din il-governanza tħares lejn dawn iż-żewġ kefef biex b'hekk ikollna proġetti bħal dawn, li jkunu meqjusa imma joħolqu bilanċ ġust u anke biex ikollna l-possibilità li f'pajjiżna jkollna a sustainable environmental society u ekonomija li tħares il-ġenerazzjoni futura billi nużaw ir-riżors kapitali li għandna, li huwa dak uman.", "Naħseb li minkejja l-inkwiet kollu li kellna, bħala Whip nixtieq nagħti mertu lill-Grupp Parlamentari għall-mod għaqli li mexa bih u għall-mod kif wasalna għal din id-deċiżjoni biex nippreżentaw din is-soluzzjoni li, fl-opinjoni tiegħi, hija waħda ġusta.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "LEO BRINCAT (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima): Madam Chair, nixtieq nirringrazzja lil kull min ħa sehem fid-diskussjoni.", "Jien naħseb li dan id-dibattitu huwa importanti fi kwalunkwe stadju ta' dan il-proċess.", "Irrid ngħid li meta ħareġ is-site selection preliminari jien ukoll kelli ċerti misgivings, però kont ikkonfortat mill-fatt li kif ġie mistqarr min-naħa tal-Gvern, din kienet biss a preliminary site selection.", "Għalkemm sal-ġimgħa li għaddiet stess kont qed niġi kkwotat ħażin fil-Plenarja għax intqal li I endorsed kompletament dak kollu li kien hemm propost oriġinarjament għall-AUM b'mod partikolari dak li jien allegatament stqarrejt meta saret il-konferenza stampa min-naħa tagħna f'Tal-Barkat… Jien m'iniex se noqgħod nieħu l-ħin tal-Membri hawnhekk imma f'idejja għandi t-traskrizzjoni ta' dak kollu li għedt fejn hemm ċar li jien kont għedt li kont inkun inkwetat kieku l-Gvern qal li ddeċieda fuq l-għażla tas-site and everything is cast in stone tgħid x'tgħid l-Oppożizzjoni u jgħidu x'jgħidu l-għaqdiet ambjentali u ċ-ċittadini nfushom.", "Anzi, kont żidt ngħid illi kieku kellu jkun hekk, jien kien ikolli kriżi ta' kuxjenza.", "U dak li għedt dakinhar għadni nemmnu sal-lum.", "Way back fis-26 ta' Mejju – u dan qed ngħidu for the record u m'iniex qed nirriferi għall-għaqdiet ambjentali għax l-għaqdiet ambjentali kienu ġusti ħafna fil-kritika tagħhom, anke lejja, imma kien hemm min, għal skopijiet politiċi għażel li jikkwota ħażin dak li għedt – jien kont ktibt fil-ġurnal The Times u mhux biss għedt li kont inkun inkwetat kieku l-Gvern qabad u mexxa regardless mill-concerns li kien hemm min-naħa tal-NGOs, imma għedt:", "Dakinhar, jiġifieri sitt xhur ilu, jien kont għedt li l-kritika li qamet dakinhar hija:", "u bi stakeholders m'iniex qed nirriferi għall-Gvern u l-investituri prospettivi biss imma għal kulħadd, inkluż l-NGOs, is-soċjetà ċivili, il-media and whoever,", "Issa x'ġara?", "Meta l-Gvern ħareġ b'verżjoni drastikament modifikata, inti, Madam Chair – u m'iniex ngħid dan biex nikkritikak, anzi konna on the same wavelength – ġejt ikkwotata minn The Malta Independent li għedt \"we finally have a Government that listens to the people\", għalkemm inti bqajt bir-riżervi tiegħek fuq l-ODZ kif għandi r-riżervi jien, jekk l-ODZ, minflok jintuża as a last resort, jibda jintuża as a blank cheque.", "Jien kontra l-abbuż tal-ODZ.", "Jekk l-ODZ, fil-prattika u mhux fit-teorija u fil-lip service biss, jintuża as a last resort, naħseb li kulħadd ikun favur, mill-Arċisqof sal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Anke l-Viċi Sindku ta' Marsascala qalet – dejjem qed nikkwota mill-gazzetta – li:", "jiġifieri ma' dak li qal il-Gvern,", "Allura meta nara lil xi ħadd li kien vocally critical kif kont int, Madam Chair – kif kellek kull dritt tagħmel – tiġi kkwotata mill-ġurnal The Times li inti sodisfatta with the new proposal u għedt – se nikkwota mill-ġurnal The Times, jekk forsi kkwotawk ħażin, ikkoreġini – li:", "ngħid li jien u inti, fuq din l-issue u l-istatement pubbliku li għamilt dakinhar, qegħdin eżattament on the same wavelength.", "Filwaqt li nħoss li d-dibattitu tal-lum kien interessanti u għaqli ħafna – u m'iniex qed ngħid dan bi kritika biex ħadd ma jaħseb li qed ngħid li kien ħela ta' ħin – kieku kien qed isir meta konna għadna mwaħħlin fuq il-preliminary site selection kont ngħid li kien highly topical and long overdue, imma llum, bir-rispett kollu, naħseb li huwa overtaken by events u jalla jkompli jiġi overtaken by events jekk l-affarijiet jiżviluppaw b'mod iktar pożittiv.", "Xorta waħda naħseb li it was a very healthy exercise u naħseb li l-Gvern ikun insensittiv jekk dawn l-affarijiet ma jagħtix kashom, imma naħseb li l-fatt li l-Gvern ta kas dak kollu li għadda bejn il-proposta oriġinali u sakemm ħareġ bil-proposta ta' Awwissu li għadda, diġà wera li lest li jisma' u jieħu on board is-suġġerimenti tan-nies.", "Għalhekk, eżerċizzji bħal tal-lum naħseb li għandhom ikunu an ongoing process f'kull tip ta' żvilupp li jkun hawn f'pajjiżna għax, at the end of the day, l-impenn tagħna… Aħna bħala Gvern kburin li diġà wettaqna parti kbira mill-manifest elettorali tagħna, u jien inkun kburi meta nwettqu dak kollu li għedna fil-manifest tagħna dwar l-ambjent.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak u nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'dan id-dibattitu.", "Xtaqt niċċara punt ċkejken.", "Fil-verità, aħna kellna appuntament magħkom kollha biex nagħmlu laqgħa fejn l-istudji li kienu saru biex ikun hemm ix-shortlisting jiġu preżentati f'dan il-Kumitat, però meta waslet dik il-laqgħa s-Sur Buttigieg ma setax ikun magħna u allura kellna nipposponu l-laqgħa u sadanittant il-Gvern għamel dik il-konferenza stampa.", "Wara dik il-konferenza stampa jiena xorta ħassejt, flimkien mal-NGOs li din id-diskussjoni għandha ssir, u fil-verità tant nemmen li l-Gvern jisma'… Jien, apparti milli jien Membru Parlamentari, jiena a business person, u meta nkun irrid negozju jew trattat jirnexxi, inżomm lill-parti l-oħra engaged.", "Fil-verità għalhekk meta ħareġ dak il-kompromess, jiena għedt li l-Gvern sema'.", "Il-fatt li l-area fl-ODZ se tonqos minn 90,000 metru kwadru għal 18,000 metru kwadru, huwa pass fid-direzzjoni t-tajba min-naħa ta' dan il-Gvern, però jien bqajt ngħid li jekk jista' jkun ma jittieħed xejn mill-ODZ.", "Illum iltqajna hawnhekk biex wara li dawk l-istudji ġew studjati bil-kwiet mill-esperti li jifhmu ħafna iktar fis-suġġett milli nifhem jien, naraw jekk hemmx lok fejn aħna nkomplu nirsistu biex anke dawk it-18,000 metru kwadru nsibu lok ieħor għalihom.", "Issa kulħadd sema', kulħadd ta l-opinjoni tiegħu, dan il-Kumitat se jgħaddi r-rapport tiegħu lill-Gvern, imbagħad nistennew li fl-EIA, li s-CEO assigurana li se jkun jinkludi wkoll dawn is-siti li ddiskutejna llum, naraw safejn il-Gvern tagħna fil-verità lest li jisma'.", "Ministru Brincat, jien naqbel miegħek li l-Gvern tagħna wera, anke bil-preżenza u bl-attività ta' dan il-Kumitat li llum miftuħ għall-pubbliku kollu u kulħadd jista' jiġi mal-mejda jitkellem magħna, li lest li jisma' u jalla nkomplu naqdu r-rwol tagħna bħala leġiżlaturi fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Issa nistedinkom tibqgħu magħna għad-diskussjoni dwar it-tieni item li għandna fuq l-aġenda.", "DISKUSSJONI DWAR IS-SOLAR FARMS POLICY KIF APPROVATA MILL-MEPA", "MADAM CHAIR: Perit Scalpello, tista' tibda bil-preżentazzjoni.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO (Assistant Director, MEPA): Madam Chair, illum qegħdin fl-aħħar parti tal-proċess ta' approvazzjoni ta' din il-policy.", "Infakkar li diġà ħriġna l-objectives fejn saret konsultazzjoni pubblika, ħriġna l-public consultation draft u reġgħet saret konsultazzjoni pubblika fuqha, imbagħad kellna l-verżjoni approvata mill-MEPA.", "L-istadju li kien fadal kien li l-policy tgħaddi għad-diskussjoni quddiem dan il-Kumitat, jekk ikun hemm xi tibdil dawn jistgħu jittieħdu on board, isir l-iStategic Environmental Assessment (SEA) screening biex naraw jekk hemmx bżonn strategic environmental assessment ta' din il-policy, imbagħad fl-aħħar ikollna l-final endorsement tal-Gvern.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri kif inhi, il-policy ma tistax tiġi applikata fil-mument.", "MADAM CHAIR: Biex nagħmluha ċara għal min qed isegwina.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Baqa' d-diskussjoni f'dan il-Kumitat, jekk ikun hemm bżonn xi tibdil li joħorġu minn hawn, l-SEA screening, u jekk jirriżulta li m'hemmx bżonn, imbagħad ikun hemm bżonn l-endorsement tal-Gvern.", "Jekk mill-SEA screening joħroġ li hemm bżonn SEA allura mbagħad we would need to go into a strategic environmental assessment tal-policy.", "MADAM CHAIR: Kważi kważi kien ikun aktar utli kienu l-SEA sar qabel ma ġejna għad-diskussjoni hawnhekk.", "IS-SUR JOSEPH SCALPELLO: Aħna, bħala tekniċi, qegħdin nissuġġerixxu li jsir f'dan l-istadju biex inkunu ċerti li dak li se nistudjaw l-impatt ambjentali tiegħu jkun dak li huwa agreed mid-decision makers.", "MADAM CHAIR: Allura d-decision makers iridu jkunu nfurmati bl-impatt.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Hekk hu, għax ladarba jkollna d-draft li d-decision makers jaqblu fuqu, allura nkunu nistgħu nistudjaw x'impatt jista' jkollu dak fuq l-ambjent.", "Jekk minn dak l-istadju joħroġ li se jkun hemm xi mpatti, is-cycle jerġa' jibda.", "Bħala kontenut, il-policy jisimha magħha, jiġifieri qiegħda tippromwovi l-iżvilupp ta' solar farms f'Malta.", "L-ewwel ħaġa hija d-definizzjoni ta' kif f'Malta qed inħarsu lejn solar farms, jiġifieri x'inhu solar farm.", "Id-definizzjoni li għamilna hawnhekk hija fejn għandek 1,000 metru kwadru okkupat minn panelli.", "Jiġifieri jekk issir proposta li l-area tkun inqas minn 1,000 metru kwadru, allura dak ma jitqiesx bħala solar farm u japplikaw policies oħra.", "Il-policy tagħmel żewġ proposti dwar dawk li qed insejħulhom \"appropriate locations\", jiġifieri l-areas jew il-postijiet fejn nixtiequ naraw dawn it-tip ta' solar farms.", "Bħala prijorità qegħdin nitkellmu fuq soqfa ta' binjiet eżistenti, imbagħad it-tieni prijorità hija fejn għandek areas li diġà huma committed minn żvilupp imma mhux bini, bħal pereżempju, car parks li jistgħu jkollhom potenzjal li jissaqfu u jkollok il-panelli fuqhom.", "Imbagħad hemm siti li huma zoned għall-iżvilupp industrijali, bħal pereżempju, l-areas tal-ismall and medium sized enterprises (SMEs) u l-areas of containment, landfills, quarries…", "MADAM CHAIR: Landfills jiġifieri bħal ta' Wied Fulija?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Il-policy titkellem dwar \"official disused landfills\".", "Qegħdin nimmiraw ukoll lejn barrieri, però għamilna kundizzjoni li jekk il-barriera ġiet restawrata, allura mhijiex se tkun eliġibbli għal solar farm.", "Jiġifieri jekk il-barriera, qabel daħlet din il-policy, ġiet restawrata u ngħatat użu ieħor, speċjalment jekk ikun agrikolu, ma tkunx tista' tiġi kkunsidrata.", "Imbagħad qed ngħidu x'inhuma inappropriate locations, li huma areas li m'għandhomx ikunu kkunsidrati għal solar farms.", "Ħafna minnhom huma żoni ambjentali, jiġifieri Natura 2000, good quality agricultural land, slopes – il-panelli għandhom bżonn areas ċatti u allura jkollok bżonn tħaffer fihom – widien, garigue, areas of archeological importance, ridges eċċ.", "It-tielet grupp ta' proposti huwa dak li qegħdin insejħu mitigation measures, jiġifieri ladarba s-sit ikun f'area li nixtiequ aħna, jiġifieri pereżempju f'barriera, imbagħad nagħmlu lista ta' kriterji li min ikun qed jiddisinja dan il-proġett irid jagħti kas, bħal pereżempju, l-għoli tal-panelli 'l fuq mill-art, li jrid isir landscaping, jekk tkun se ssir xi infrastruttura ġdida biex il-panelli jitqabbdu mal-grid, allura jagħmel żgur li b'dik l-infrastruttura ma ssirx ħsara lill-ambjent.", "Għamilna mbagħad il-kundizzjoni li jekk l-iżvilupp se jsir f'ODZ, ikollu lifespan ta' 30 sena, jiġifieri wara 30 sena l-użu jrid jiġi rescinded.", "Dik hija importanti biex ma noħolqux commitments perpetwi fl-ODZ.", "Dak huwa l-ġist tal-policy.", "MADAM CHAIR: Hawn kummenti?", "IL-PERIT SIMONE VELLA LENICKER: L-ewwel nett, niskuża ruħi talli ma pparteċipajtx fil-konsultazzjoni pubblika, imma la hawn din l-opportunità xtaqt neħodha.", "Fil-fatt għandi erba' kummenti x'nagħmel.", "Paragrafu 1.4 jgħid li dawn is-solar farms:", "Jien qed nifhimha li żvilupp residenjzali li m'għandux l-opportunità – u anke jekk għandu – jagħmel stallazzjoni ta' panelli fotovoltaiċi fuq dak is-sit ikun jista' jipparteċipa f'dawn is-solar farms.", "Dan li se ngħid ma tidħolx fih il-MEPA imma in parallel, il-building regulation office u l-building regulation board għaddejjin bi proċess fejn sal-2018 il-bini ġdid kollu jrid ikun kważi zero energy.", "Wieħed mill-kunsiderazzjonijiet biex wieħed jilħaq dik il-mira huwa li kull żvilupp ikollu l-panelli fotovoltaiċi fuq il-binja nnifisha.", "Issa hemm postijiet fejn dan jista' jsir u hemm postijiet oħra fejn dan ma jistax isir, jew għax qiegħed f'urban conservation area (UCA), jew għax huwa skedat, jew għax hemm issues ta' overshadowing minn ħaddieħor, eċċ, u allura jien xtaqt nara jekk nistgħux nipproponu, b'mod iktar wiesa' mill-policy innifisha, li jsiru skemi fejn min jipprova li ma jistax jipprovdi dawn is-solar panels fuq il-bejt tiegħu stess ikun kważi obbligat li jidħol f'xi tip ta' skema ta' dawn is-solar farms.", "Nifhem li l-MEPA ma tidħolx fiha imma naħseb bħala mod ġenerali…", "MADAM CHAIR: Nieħdu nota tagħha.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): It's not a planning issue.", "It-tieni punt huwa rigward paragrafu 3.10 li jitkellem dwar id-Development Control Policy and Design Guidance 2007, li issa nassumi li se jiġi ssuperat mid-Development Control Policy and Design Guidance 2015.", "Li xtaqt ngħid dwar dan il-paragrafu huwa li qed jitkellem fuq sloping panels biss mentri aħna nafu li l-panelli jistgħu jiġu stallati b'mod orizzontali u anke d-Development Control Policy and Design Guidance 2015 jikkunsidra din l-opporutnità u allura forsi l-policy tista' tiġi emendata biex tieħu dak into consideration.", "Dak li semma l-Perit Scalpello rigward paragrafu 7.4 li jgħid li installations li jkunu f'ODZ, wara 30 sena they will be required to be removed, sinċerament ma nifhmux, fis-sens li ladarba tkun ikkommettejt l-art, għal kwalunkwe żvilupp… Jekk din il-policy qed nagħmluha biex nilħqu l-miri tal-2020, wara 30 sena x'se jiġri?", "We're going back to square one u ma jibqagħlniex dawn is-solar farms?", "L-aħħar punt huwa rigward paragrafu 5.2 (vii) fejn jgħid li jista' jkun hemm solar farms f'ODZ fuq farm buildings u greenhouses, però f'waħda mill-esklużjonijiet hemm imsemmija l-open countryside.", "Tista' forsi ssir definizzjoni iktar ċara ta' xi tfisser open countryside fil-kuntest ta' din il-policy.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Sur Scalpello, tista' twieġeb.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Rigward paragrafu 3.10 fil-fatt l-aħħar sentenza tgħid \"different panel tilt angles could be used to mitigate visual impact\", jiġifieri t-30 degrees is the optimal f'termini ta' effiċjenza tal-panelli, però ovvjament nirrikonoxxu li tista' tuża tilt angles, anke orizzontali.", "Għar-rigward ta' fejn jissemma d-Development Control Policy and Design Guidance 2007, qed ngħidu fil-fatt \"as may be duly replaced\", jiġifieri we were aware li d-dokument se jiġi replaced b'dokument iktar aġġornat.", "Rigward l-open countryside aħna qed ngħidu li fejn għandek appropriate locations, jiġifieri greenhouses u farm buildings, dawk huma top priority, imbagħad l-open countryside tista' tuża bħala indikazzjoni l-ammont ta' nuqqas ta' bini li għandek fiha jew jekk hijiex area of high landscape value.", "Pereżempju, il-landscape study tal-2004 – veru ilu ftit però l-landscape over a wider area ma tantx inbidlet – jagħti indikazzjoni ta' x'nifhmu meta ngħidu \"open countryside\".", "Importanti li ma nagħtux definizzjoni ta' kollox imbagħad nindunaw li b'dik id-definizzjoni stajna żgarrajna jew stajna għamilniha aħjar.", "Allura l-aħjar issir interpretazzjoni on a case by case.", "Rigward tat-30 sena huwa ovvju li 30 sena huwa timeframe twil li fih jista' jkun li tant isiru effiċjenti li l-land area tkun tista' tkun ħafna iżgħar, però kif semmejt, l-intenzjoni tagħna kienet biex ma noħolqux commitments perpetwi, jiġifieri ma jistax jiġi xi ħadd jgħidli li tajtu permess għal solar farm, is-solar farm m'għadux vijabbli u jrid jagħmel żvilupp ieħor għax tajtu permess.", "L-objective tagħna kien li ladarba għandek a limited time ma tistax tiġi bl-argument li issa se tagħmel żvilupp alternattiv għax dak li kellek permess għalih m'għadux vijabbli.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "IS-SUR JOHN PORTELLI: Madam Chair, illum jeżistu ħafna teknoloġiji, qegħdin nitkellmu fuq it-30 degree angle, polysilcon normal solar panels, u hemm ukoll it-thin film solar li qed jagħmel avvanzi kbar fl-effiċjenza li naħseb hija option interessanti għal Malta.", "Din forsi se tinstema' estrema, imma fil-Ġappun qegħdin jesploraw u jinvestu fil-floating solar farms li tista' tkun option tajba għal Malta fil-kuntest tal-art limitata li għandna.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "EDWARD MALLIA: Is-solar farms li qed jissemmew li jistgħu jsiru f'ODZ x'tip ta' ODZ għandkom f'moħħkom?", "MADAM CHAIR: Semmew il-barrieri u l-landfills.", "EDWARD MALLIA: Landfills bħal Wied Fulija?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Aħna ma semmejniex Wied Fulija speċifikament, però semmejna \"official disused landfills\", u Wied Fulija huwa wieħed minnhom.", "Hemm ukoll il-Magħtab.", "Il-biċċa l-kbira tal-barrieri qegħdin fin-naħa t'isfel ta' Malta u aħna ilna nsofru sekli minħabba fihom.", "Issa meta kien hemm it-tama li se jiġu ritornati lill-poplu billi jsiru għelieqi, siġar, parks… Wied Fulija kemm-il darba ġejna mwegħdin li se jsir xi forma ta' park.", "L-istess il-barriera tal-Imnajdra fejn kien se jsir prehistoric park.", "Allura issa se nagħmluhom ileqqu u jirriflettu?", "Dan huwa żvilupp industrijali.", "We have to actually and really reconsider għax estetikament hija xi ħaġa li assolutament mhijiex aċċettabbli.", "Prof. Mallia, skużani, tista' tkompli.", "EDWARD MALLIA: Barrieri li għadhom in use se tikkunsidrawhom ukoll?", "EDWARD MALLIA: Jiġifieri min għandu barriera jista' jwaqqafha, jagħmel panelli għal 30 sena, imbagħad jerġa' jkompli?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Iva, jista', jekk dik hija l-għażla tiegħu.", "Fil-fatt għalhekk aħna għedna li l-importanti hu li ma tisterilizzax ir-riżorsa.", "Jiġifieri jekk inti b'dak il-mod tkun tista' żżarma il-farm u tkompli bl-iskavar nikkonsidrawha b'mod pożittiv.", "EDWARD MALLIA: Barrieri li għadhom ma ġewx irrestawrati mhux se tagħmlilhom panelli fil-qiegħ, imma trid l-ewwel tirrestawrahom.", "Hux hekk?", "MADAM CHAIR: Aesthetically it's extremely unpleasant, jiġifieri ma nistgħux naffordjaw li nippermettu li jsir dan it-tip ta' żvilupp f'ODZ.", "(Interruzzjonijiet) Xorta huwa żvilupp, u huwa ikrah ħafna.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, naqbel miegħek imma jekk tħalli l-barriera sular 'l isfel u tagħmel il-panelli, minn imkien mhuma se jidhru; trid tħares fuq il-barriera.", "MADAM CHAIR: Imma ma tkunx tista' timxi fuqhom u tmur passiġġata qalb is-siġar bħalma tkun tista' tagħmel jekk timla l-barriera sa fuq u tagħmel il-ħamrija.", "MICHAEL FALZON: Le, Madam Chair, fejn huma rrestawrati…", "MADAM CHAIR: Imma għad baqa' ħafna li qed jistennew biex jiġu rrestawrati bħal ruħ tal-Purgatorju.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, tista' tagħtini 30 sekonda biex nispjega?", "MADAM CHAIR: Iva, anke 30 minuta jekk hemm bżonn!", "L-ewwel nett, filwaqt li ngħid li kulħadd huwa welcome biex jagħmel il-kummenti, irrid ngħid li din kienet għall- konsultazzjoni darba, tnejn, tlieta, jiġifieri li nagħmlu domandi li qegħdin hemmhekk spjegati, we're beating the purpose.", "Dwar l-issue tat-30 sena li semmiet il-Perit Vella Lenicker kienet preokkupazzjoni li wrew nies li ħassew nies li għandhom iħarsu l-ambjent, li m'għandna qatt nagħtu commitment perpetwu.", "Din kienet xi ħaġa li kemm il-bord kif ukoll l-għaqdiet ambjentali, riedu jħarsu.", "Dwar il-quarries qed nagħmluha ċara li dawk li huma restored quarries huma speċifikament esklużi.", "Issa l-argument imur ukoll kontra, fis-sens li min ġie jitmellaħ u ħalliha kif inhi jista' jagħmel solar farm u min irrestawraha, irranġaha u għamilha bil-ħamrija, qegħdin nippenalizzawh.", "Meta ġiet għad-direzzjoni tal-Gvern, għalkemm kien hemm dak l-argument li aħna qegħdin nippenalizzaw lil min irrestawra, ħassejna li biex inħarsu fejn ġie rrestawrat, għalkemm inkunu qegħdin nippenalizzaw lil min irrestawra, neskluduhom.", "Din kienet ukoll rakkmandazzjoni tal-bord.", "L-iskop kien preċiżament biex nħarsu fejn ġie restawrat, għalkemm at the end of the day, qegħdin nippenalizzaw lil min irrestawra.", "MADAM CHAIR: Naħseb li dan l-argument idur mal-owners tal-barrieri.", "Aħna li jinteressana hu kif se tidher Malta b'dan l-iżvilupp li għandna in the pipeline u bil-policies li ntroduċejna aħna stess li se jagħtu ċerti riżultati.", "Allura issa, postijiet li l-parti l-kbira tagħhom huma ODZ u qegħdin jistennew biex jiġu mibdula f'areas biex isaffu l-arja, isaffu l-ilma u jagħtu beraħ biżżejjed għas-saħħa mentali u fiżika tal-bniedem, se nagħmluhom solar farms?!", "If anything, it's not conducive to psychological health li tmur fil-kampanja u taraha miksija b'solar farms.", "In-naħa tagħna, jiġifieri n-naħa t'isfel, huwa mimli barrieri u jien ma nserraħx rasi li dawk li huma rrestawrati se jibqgħu rrestawrati.", "Inserrraħ rasi jekk dawk il-barrieri li ilna nsofru trabijiet minħabba fihom għal sekli sħaħ, issa jiġu rrestawrati u jerġgħu jiġu ritornati għall-użu ta' ODZ għall-poplu; almenu jkunu qegħdin hemm bħala beraħ u siġar.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, l-iskop ta' din il-policy huwa biex noħolqu enerġija nadifa.", "MADAM CHAIR: Naqbel miegħek, imma what other options were properly explored u x'riżultati kien hemm?", "Pereżempju, meta konna se nagħmlu l-offshore wind farm, għal xi raġuni jew oħra, twaqqaf l-EIA li kien qed isir.", "Mela lili kif tista' tikkonvinċini li dak assoslutament jintnesa u lili se tagħtini minfloku s-soluzzjoni, għal dan l-għan nobbli li qed issemmi inti, ir-rovina tal-ftit kampanja li fadal?", "Għax xorta se nagħmlu impatt ħafna ikrah fuq il-kampanja li fadal.", "Il-Prof.", "Mallia, imbagħad wara l-Onor.", "EDWARD MALLIA: Hemm daqsxejn ironija li tgħid li min irrestawra se jiġi ppenalizzat, għax min ma rrestawrax u jrid jagħmel il-panelli, irid kważi jirrestawra għax dawn mhumiex se jagħmluhom fil-qiegħ, imma jridu jtellgħuhom viċin il-wiċċ.", "MADAM CHAIR: Hemm il-kwestjoni ta' x'se nagħmlu bl-iskart li nużaw biex nimlew il-barrieri.", "EDWARD MALLIA: Il-problema hija li l-Gvern, fil-każ taż-Żonqor qed jinsisti, kif qal is-Sur Alfred Baldacchino, li ma jikxifx x'hemm fil-kuntratt u allura jiddispjaċini ngħid li ħafna minn dan it-tpaċpiċ huwa fil-vojt.", "Jekk anke l-persuni li kienu nkarigati qed jgħidu li ma jafux x'fih il-kuntratt, allura verament… Liema kuntratt li għamel il-Gvern ma' Electrogas, ma' Shangai Electric…", "MADAM CHAIR: M'għandna xejn minnhom.", "EDWARD MALLIA: Allura d-diskussjoni, miż-żewġ naħat tal-Parlament, dwar xiri bl-irħis u \"hekk\" u \"hekk\", hija mainly vojta.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Xi ħadd jista' jwieġbu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, jien xtaqt nagħmel żewġ kummenti fuq l-affarijiet li jistgħu jsiru fil-barrieri bil-policies li għandna llum.", "MADAM CHAIR: Li kien ħażin qabel, in-nies sfiduċjawh.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, Madam Chair, imma sfortunatament il-policies għadhom hemm.", "MADAM CHAIR: Imma nistgħu nibdluhom għat-tajjeb.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Naqbel miegħek.", "Illum, fil-barrieri, wieħed jista' jagħmel open storage; jista' jagħmel żvilupp industrijali.", "Jiġifieri li qed ngħidu huwa li minflok dan, issa se jkun hemm dawn l-affarijiet.", "Ma ninsewx ukoll li l-pajjiż huwa obbligat li jilħaq mal-miri tal-2020 u jekk ma jkunx hemm din il-policy, huwa diffiċli ħafna li pajjiżna jilħaq dawn il-miri.", "MADAM CHAIR: Imma għax m'esplorajniex il-mezzi l-oħra.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, esplorajna l-mezzi l-oħra u kien proprju l-EIA li qal li m'għandhomx isiru.", "MADAM CHAIR: Safejn naf jien l-EIA ma tkompliex.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Madam Chair, il-kumment li xtaqt ngħaddi jirrelata mal-punt li għadek kemm semmejt inti dwar il-miri li rridu nilħqu sal-2020.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li jkollok il-policies, però ma nistgħux noħolmu b'policy imbagħad nivvintaw policy oħra biex nippruvaw nilħqu l-miri tagħna.", "Jien nippreferi li nkun naf x'inhi l-istrateġija tal-pajjiż, imbagħad niddeċiedi.", "Illum ma nafux il-Gvern x'direzzjoni jixtieq jieħu fejn tidħol ir-renewable energy.", "Kellna dokument tal-Enrip li ġie scrapped u sal-lum għad m'għandniex b'mod ċar ir-replacement tiegħu.", "Veru li quddiemna għandna din is-solar farm policy, però kieku nkun naf x'inhi l-viżjoni tal-Gvern, inkun nista' nikkummenta aħjar dwar din il-policy.", "Illum jien ma nafx x'inhuma l-alternattivi tal-Gvern, jekk hemm alternattivi.", "Jekk għandi nikkritika punt wieħed minn dan id-dokument huwa preċiżament illi we cannot keep coming up with policies in a vacuum, u issa nolqtu naħa, imbagħad forsi nolqtu naħa oħra.", "L-2020 qiegħed magħna, diġà qegħdin fl-2015.", "Għaliex għandna Nissagrifikaw il-barrieri meta forsi nistgħu nużaw renewable energy oħra li ma tikkreax l-eyesores li jistgħu jiġu kkreati b'dan?", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "RODERICK GALDES: Madam Chair, jekk fhimt sew se jkun hemm threshold ta' 'l fuq minn 1,000 metru kwadru.", "Għar-rigward tal-impatt fuq il-countryside naqbel li għandhom jiġu nklużi l-farms tal-agrikoltura għar-raġuni li għandna madwar 110 farm tal-baqar li għandhom it-tined lesti, kemm inwaħħlulhom il-panelli magħhom.", "Ħafna minnhom qegħdin f'ODZ imma diġà qegħdin hemm.", "Jien naħseb li għandna ninkoraġġixxu din l-idea, aktar u aktar għax l-Unjoni Ewropea għadha kemm tatna €138 miljun għal seba' snin, u 30% minn dawn il-fondi obbligati li nonfquhom fuq miżuri ambjentali, inkluż l-enerġija solari.", "Jekk ma nonfquhomx se nispiċċaw intellfu ħafna mill-fondi lill-bdiewa.", "MADAM CHAIR: Nonfquhom bil-għaqal.", "RODERICK GALDES: Hekk hu.", "Fuq il-kwestjoni tal-wind farms, jien dak iż-żmien kont fuq il-bord tal-MEPA u naf il-problemi li kien hemm partikolarment meta kienu qed jagħmlu t-testijiet.", "Issa jien naħseb li hawn Malta, l-issue tal-kaċċa hija waħda mill-issues li tiddomina.", "Hemm pajjiżi li laqtu infringement għax l-ammont ta' għasafar li joqtlu f'ġurnata huwa daqskemm noqtlu aħna f'sena sħiħa.", "Mela aħseb u ara xi problema jkollna kieku nagħmlu l-wind farms fir-route bejn Malta u Għawdex.", "(Interruzzjonijiet) Ara l-infringements li fetħet l-Unjoni Ewropea fuq ċerti pajjiżi u tara kif qed ngħidlek sewwa.", "Kieku wieħed kellu jiċċekkja, jara l-element ta' ħsara li dawn jagħmlu fuq in-natura.", "Bejn wind farm u solar farm nippreferi xi ħaġa li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u tħallilek inqas impatt għax wieħed mill-impatti ta' wind farm huwa li toqtol ħafna għasafar.", "Issa aħna nafu li l-issue tal-kaċċa f'pajjiżna diġà hija a hot potato, aħseb u ara kieku kellna noqtlu ammont ta' għasafar minħabba l-wind farms!", "Irrid ngħid li l-policy hija konservattiva ħafna; il-MEPA għamlet dak kollu possibbli biex ikun hemm l-inqas impatt fuq l-ambjent.", "Bħala punt ta' prinċipju, naħseb li huwa pass pożittiv ħafna li m'aħniex qegħdin nieħdu art verġni, imma qed induru fuq postijiet li għalkemm qegħdin f'ODZ, huma diġà committed jew inkella barrieri.", "L-eyesore ewlenija li joħolqu l-barrieri hija meta jkun qed isir it-tħaffir, u jien nippreferi li jekk jieqaf l-użu tagħha, jinstab użu alternattiv għalija bħalma huma s-solar farms li m'huma se jagħmlu ħsara lil ħadd, għax finalment dawn qed jiġġeneraw enerġija nadifa.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, xtaqt nistaqsi lill-Perit Scalpello jekk sarux kalkoli tal-areas meta ħarġu b'din il-policy.", "Aħna qed ngħidu li f'Malta jrid ikollna ċertu ammont ta' enerġija li ġejja minn sorsi rinovabbli.", "Meta nħadmet l-area, rajtu li hemm biżżejjed biex nissodisfaw id-domanda li għandna bżonn nissodisfaw sal-2020?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Il-policy saret minn kumitat magħmul bejn il-Ministeru responsabbli mill-enerġija u l-MEPA, u fuq il-kumitat kien hemm esperti tekniċi li waħda mill-issues li ħarsu lejha kienet proprju din.", "MADAM CHAIR: Fuq il-kumitat kien hemm rappreżentanza min-naħa tal-Ministeru responsabbli mill-ambjent?", "MARTHESE PORTELLI: Lanqas waqt is-seduta ma kien hemm; kien hemm preżenti rappreżentant tal-Ministeru responsabbli mill-enerġija li qal li they are going to scrap wind energy u se jimxu biss fuq solar panels.", "Qed ngħid hekk għax jien kont preżenti.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Irrid ngħid però li fuq il-kumitat kien hemm membru tal-EPD.", "MADAM CHAIR: X'kien l-input tal-membru tal-EPD?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Fil-fatt, bħala direttorat għamlu kummenti fuq il-policy espressi minn dan il-membru, liema kummenti ġew taken on board u l-kumitat qabel li dawk l-issues ambjentali kellhom jiġu ntegrati.", "Pereżempju, issue li saħqu fuqha kienet dwar il-waste management, l-importanza li nkunu nafu eżatt meta se jiġu żarmati dawn il-panelli, kif se jiġu riċiklati u fil-fatt żidna kundizzjoni li meta jingħata permess irid isir a waste management plan biex naċċertaw ruħna li ma noħolqux impatti oħra mill-waste li jiġġeneraw huma.", "Rigward l-areas, f'parti mill-input tal-membri tal-Ministeru responsabbli mill-enerġija intqal x'inhu l-kobor tal-area li għandna bżonn biex nilħqu l-miri tal-2020 biex nakkomodaw il-mira li kellna tas-solar panels.", "Ma rridux ninsew li l-mira tal-2020 mhijiex se tintlaħaq biss permezz tas-solar panels, imma hemm options oħra, bħal pereżempju, heat pumps, biogas, u oħrajn.", "Huma qalu li jekk wieħed iħares lejn it-trend ta' take-up within the development zone, ma konniex se nilħqu dik il-mira.", "Għalhekk the next best option kienet li nakkomodaw dak l-ammont li għandna bżonn, dejjem sal-2020.", "MADAM CHAIR: Kemm ikkalkulajtu li se jkollna bżonn areas f'ODZ jew barrieri biex nilħqu l-miri?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Meta għamilna l-konsultazzjoni pubblika oriġinali konna stedinna lill-pubbliku jissuġġerixxi siti li jistgħu jkunu available għall-wind farms.", "MADAM CHAIR: B'siti industrijali u bis-soqfa ta' cattle farms, eċċ. ma nkompruhomx?", "Jekk dik it-take-up ma kenitx se tiżdied b'mod drastiku, ma konniex se nilħqu l-mira sal-2020.", "Dik kienet l-ikbar concern u għalhekk għedna li rridu mmorru għall-ODZ, imma l-iktar punt importanti fil-policy hu li ma nikkommettux art ġdida, jiġifieri aħna dejjem qegħdin nitkellmu fuq previously developed land; qed nagħtu użu alternattiv lil siti li diġà huma żviluppati.", "Xtaqt nenfasizza l-punt li l-policy mhijiex qed tikkommetti art ġdida, imma dejjem qed titkellem fuq art li diġà hija żviluppata.", "Veru li kif intqal, barriera mhux bilfors trid tagħmilha solar farm, però rridu naraw x'inhuma l-prijoritajiet tal-pajjiż illum biex nilħqu l-mira tal-2020.", "Jekk hemm bżonn ta' spazju industrijali u spazju għal solar farm, jien nippreferi li nikkommetti barriera għal solar farm għax hija proġett ambjentali.", "Jiġifieri l-għan aħħari ta' solar farm huwa environmental friendly.", "Issa jekk jien għandi barriera x'se nagħżel li nagħmel?", "Nista' nagħmilha park għal pubbliku, nista' nagħmilha spazju industrijali u nista' nagħmilha solar farm.", "Anke fl-iSPED jingħad li l-prijorità għal barriera hija solar farm, jiġifieri jekk illum jiġi xi ħadd u jgħid li jrid jagħmel żvilupp ta' warehouses f'barriera, għandi l-għodda biex ngħidlu le għax il-prijorità tal-pajjiż m'għadhiex warehousing imma hija solar farms.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Hekk hu.", "U l-aħħar punt huwa fuq l-energy policy tal-Gvern.", "Waqt il-kumitat iddiskutejna wkoll l-energy policy tal-2012, li fil-fatt ma ġietx rescinded.", "Li ġara kien li f'dik il-policy taw options varji; option li tinkludi a wind farm proposal u option li ma tinkludix wind farm u allura r-ratio ta' minn fejn ġejja l-enerġija rinovabbli nbidel.", "Li ġara kien li wara l-2013 il-Gvern għażel option differenti, jiġifieri waqt li qabel l-2013 konna qed nimxu fuq l-option fejn il-parti l-kbira tal-enerġija rinovabbli kienet se tiġi mir-riħ, wara l-2013 qed insegwu l-option fejn il-parti l-kbira tal-enerġija rinovabbli tista' tiġi minn solar farm.", "MARTHESE PORTELLI: U x'persentaġġ mill-miri tal-enerġija rinovabbli li għandna għandkom f'moħħkom li tilħqu bis-solar farms?", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk fhimt tajjeb, meta għamiltu l-kalkoli tagħkom, intom rajtu t-take-up, jiġifieri mhux l-areas li huma available imma l-areas li huma available li jistgħu jsiru solar farms għax inutli li jkollok area kbira u ħadd ma japplika biex jagħmilha solar farm.", "Il-kwestjoni tal-barrieri tinkwetani ftit mhux għax ma nemminx li għandhom isiru solar farms fil-barrieri imma għax il-barrieri ma tantx huma rregolati b'mod tajjeb.", "Għalkemm suppost li hemm il-Minerals Advisory Board – li ma nafx x'sar minnu – u taħtu jaqgħu l-barrieri, dawn jaqgħu taħt il-Malta Resources Authority (MRA) u taħt il-Pulizija, u lanqas il-boundaries tagħhom ma nafu eżattament fejn qegħdin għax jiġu kkontestati l-ħin kollu.", "Jien ma nafx jekk tkellimtux mal-Malta Developers' Association (MDA), li tirrappreżenta lis-sidien tal-barrieri, fuq din il-policy għax naħseb li s-sidien tal-barrieri għandhom ikollhom input fuq din il-policy.", "Meta ngħidu barrieri, x'qed nifhmu eżatt?", "Qed ngħidu l-area fejn hemm il-ħofra jew qed nitkellmu fuq area iktar kbira li tista' tkun anywhere in the boundaries tal-barriera disturbata imma mhux imħaffra?", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq il-boundary tal-barriera, jew fuq il-ħofra nnifisha?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Il-ħofra.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri m'aħniex qed nirriferu għall-area li tkun ġiet disturbata, forsi mqatta' ftit, u mitluqa.", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Qed nitkellmu fuq il-parti li diġà hija mħaffra.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma l-problema hija li aħna ma nafux eżattament fejn huma l-boundaries tal-barrieri; il-MEPA għandha dokumenti li jgħidu mod, il-Pulizija għandhom dokumenti li jgħidu mod ieħor, u l-MRA għandha dokumenti differenti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Sfortunatament il-minerals subject plan ġie rescinded mill-Gvern, u ovvjament wieħed irid jaħdem bl-informazzjoni li għandu.", "Il-MEPA hija l-awtorità kompetenti li tiddeċiedi fejn qiegħed il-boundary.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "DEBORAH SCHEMBRI (f'isem il-Malta Developers' Association): Madam Chair, jien nirrappreżenta s-sezzjoni tal-enerġija rinovabbli fi ħdan l-MDA u li xtaqt nagħmel huwa iktar punt tekniku milli rigward il-policy bħala an environment issue.", "Issemma ħafna l-fatt li l-Gvern u l-MEPA qegħdin jagħtu iktar importanza u jimxu fuq it-triq li jmorru iktar lejn solar energy milli lejn wind energy.", "Jien ma nagħtihomx tort li jagħmlu hekk għax teknikament, li kieku wieħed kellu jieħu ċerti kalkoli ta' kemm se jirnexxielna nipproduċu enerġija permezz tas-solar u kemm se jirnexxielna nipproduċu enerġija permezz tar-riħ, nista' ngħidilkom li permezz tar-riħ ma nipproduċu xejn.", "Ir-raġuni hija li hawn Malta għandna an average wind speed ta' 3.5 metres per second li huwa ħafna ħafna 'l bogħod milli wieħed ikun jista' jipproduċi xi tip ta' enerġija bih.", "Biex jipproduċi enerġija, wieħed għandu bżonn ta' average speed iktar qawwi, u dan apparti l-fatt li aħna nbatu minn irjieħat li mhumiex kostanti, jiġifieri l-irjieħat dejjem iduru.", "Dawn huma fatti studjati; nafu fiċ-ċert li fl-ebda ħin u fl-ebda pożizzjoni f'Malta ma tista' tilħaq riħ iktar għoli biex tipproduċi xi tip ta' enerġija, u anke offshore.", "Apparti minn hekk dawn għandhom bżonn manutenzjoni qawwija u għandhom ukoll implikazzjonijiet ambjentali.", "EDWARD MALLIA: Mil-liema studji qed tikkwota?", "DEBORAH SCHEMBRI: Dawn huma studji, mhux xi ħaġa li vvintajt jien.", "Jekk tħares lejn l-average wind speed ta' dawn l-aħħar 30 sena hawn Malta, tara li qatt ma lħaqna iktar minn massimu ta' 5.5 metres per second li xorta huwa 'l bogħod biex nipproduċu xi ħaġa vijabbli li tagħmel tajjeb għall-flus li nkunu nfaqna għall-wind farms.", "Jekk qed nifhem sew, qed tqum l-issue li l-panelli se jkerrhu b'xi mod l-ambjent.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien naqbel li se jkun hemm xi tip ta' estetika li mhijiex sabiħa, però ma rridux ninsew li l-ikbar sors ta' enerġija li għandu pajjiżna huwa x-xemx.", "Aħna ffortunati li għandna x-xemx is-sena kollha u jekk hawn investiment li huwa verament b'saħħtu u li minnu nistgħu noħolqu ħafna enerġija nadifa huwa l-panelli solari.", "Jekk dan isibuh tajjeb il-pajjiżi Nordiċi, li għandhom ħafna inqas xemx minna, allura mhux tajjeb għalina?!", "Dażgur li huwa tajjeb għalina!", "MADAM CHAIR: Ħadd ma qal li mhux tajjeb.", "DEBORAH SCHEMBRI: Veru li rridu nissagrifikaw l-estetika u forsi anke ċerti postijiet f'Malta ma tantx se jidhru sbieħ, però għandna options oħra?", "MADAM CHAIR: Jien nifhem il-punt tiegħek.", "DEBORAH SCHEMBRI: Irridu nagħmlu differenza bejn prodotti li jiffrankaw l-enerġija u prodotti li jipproduċu l-enerġija, u fejn jidħlu prodotti li jipproduċu l-enerġija ma tantx għandna fejn induru hawn Malta.", "L-iktar ħaġa li hija effiċjenti għal dan il-pajjiż, bla dubju xejn huma l-panelli solari.", "Kif intqal tajjeb, irridu nagħżlu the lesser of two evils, fis-sens li nużaw post bħal barriera sabiex minnha noħolqu enerġija nadifa għax m'għandniex modi oħra kif nistgħu nagħmlu biex nilħqu l-miri tal-2020.", "Xtaqt qabel nispiċċa niċarra xi ħaġa li ntqalet waqt id-diskussjoni li kien hawn qabel.", "Is-Sur Portelli semma l-frażi li ntqalet mill-president tal-MDA u li ġiet irrapportata fil-gazzetti \"make hay while the sun shines\".", "Jien kont preżenti għar-riċeviment pubbliku fejn intqalet dik il-fażi u nista' ngħid li l-kuntest li fih użaha s-Sur Portelli, kien żbaljat, fis-sens li din il-frażi ma ntqalitx f'kuntest ta' ejjew ħalli nagħmlu li rridu u nibnu fejn irridu.", "Meta qal dan, il-president tal-MDA kien qed jisħaq li l-iżviluppaturi għandhom joqogħdu attenti u jagħmlu bini sostenibbli.", "Tant hu hekk li fforma r-renewable energy section fi ħdan l-MDA biex meta l-iżviluppaturi jkunu se jagħmlu l-bini tagħhom ikunu jistgħu jikkonsultaw lilna biex jieħdu informazzjoni iktar rilevanti ħalli jibnu b'mod iktar sostenibbli.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Madam Chair, il-policy ssemmi li jistgħu jsiru solar farms fuq tined ta' rziezet tal-baqar u anke serer.", "Dawn huma marbutin mal-minimu ta' 1,000 metru kwadru wkoll?", "IL-PERIT JOSEPH SCALPELLO: Iva.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri min għandu 950 metru kwadu u m'għandux 1,000...(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Imma mhux b'din il-policy.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Madam Chair, għalkemm dan mhuwiex suġġett li nifhem fih u nammetti li l-policy ma qrajthiex, qisni qed inħoss li qegħdin nippruvaw nagħmlu xi ħaġa li hija environmentally friendly u qegħdin nitfixxklu fuq x'inhu l-aħjar mod li nagħmluha.", "Jekk fhimt sew dak li kontu qegħdin tgħidu, hemm qisu skaletta ta' x'nistgħu nużaw biex inġibu din l-enerġija nadifa minn sorsi differenti, u hemm ukoll skaletta ta' mil-liema postijiet l-aħjar li jsir dan it-tip ta' żvilupp.", "Paragrafu 5.1, li semma wieħed mill-kelliema, jgħid ċar li aktar ma jkunu qrib… Nifhem sew li dan l-eżerċizzju sar b'mod xjentifiku?", "Kien sar xi paragun ta' postijiet jew sorsi alternattivi li nistgħu nużaw u nstab li dan huwa l-aħjar metodu?", "Il-kuntest li fih sar il-proċess kien li wieħed ra x'inhu l-aħjar, xi jħammeġ l-inqas jew xi jkerrah l-iktar?", "Għax din l-iskaletta qisha qed issir diġà u jien nixtieq inkun naf f'liema kuntest saret.", "MADAM CHAIR: Il-Ministru.", "LEO BRINCAT: Madam Chair, xtaqt nagħmel kumment ġenerali.", "Naħseb l-iktar ħaġa li rridu nħarsu lejha hija x'inhu l-prezz jekk niddeċiedu li ma nagħmlu xejn għax naħseb li dak huwa l-ogħla prezz li nkunu rridu nħallsu bħala pajjiż.", "Qed ngħid dan għas-sempliċi raġuni li jekk inħarsu lejn l-obbligi tagħna fuq climate change, dan waħdu ma jfisser xejn jekk ma norbtux miegħu l-enerġija rinovabbli u l-energy efficiency.", "M'iniex se noqgħod ngħid tort ta' Ċikku jew tort ta' Peppi, ngħid biss li qegħdin laggards f'dan is-settur, u l-energy mix li kellna sa ftit ilu – min hu tekniku iktar minni jikkoreġini jekk jiena żbaljat – kienet lopsided mhux għax għandna xi preġudizzju kontra l-enerġija prodotta mir-riħ, imma għax hija ħaġa naturali li x-xemx hija l-ikbar don li għandu dan l-imbierek pajjiż.", "Taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm diġà d-deċiżjoni li għandna nagħfsu fuq waste to energy.", "M'iniex qed ngħid li din hija triq li bilfors se tiġi abbandunata – għandna studji għaddejjin li huma EU funded u m'iniex qed neskludi li nistgħu nirrikorru għaliha – imma nirrikorru għaliha wara li nkunu għamilna l-istudji neċessarji, u mhux qisha kienet a natural course tant li ġieli ġejt ikkritikat li qed nipposponi to play for time.", "Irridu npoġġu kollox fil-miżinn għax għalkemm waste to energy, nerġa' ngħid, ma tistax tiġi eskluża bħala option anke ma' export of waste, fl-istess ħin, mill-aspett purament ambjentali – ejjew għall-mument ninsew l-impatt viżwali – rridu naraw x'inhi l-iktar ħaġa li tikkonfortana, jekk hux li jkollna thermal treatment plant ieħor ta' incineration – għalkemm illum it-teknoloġija avvanzat ħafna iktar mill-imgħoddi – jew inkella li jkollna solar farm li forsi viżwalment iweġġa' xi ftit imma taf li huwa environemntally friendly u jgħinek to redress l-iżbilanċ kbir li għandna fl-energy mix ta' pajjiżna.", "Jien naqbel li hija a necessary evil imma ngħid ukoll li hija a necessity given the state of play li jinsab fih pajjiżna bħalissa.", "Jiġifieri naħseb li rridu nħarsu lejn l-istampa kollha inġenerali, irridu nħarsu lejn l-obbligi li għandna, u rridu nħarsu wkoll lejn il-fatt li l-enerġija mix-xemx mhux biss hija untapped potential imma meta sal-lum għadna ma sibniex żejt jew riżorsi oħrajn, naħseb hija l-iktar ħaġa li ġiet untapped minn pajjiżna taħt kwalunkwe amministrazzjoni.", "Jekk tista' ssir kritika inġenerali lill-pajjiż din hija li diġà qegħdin tard wisq u għalhekk naħseb li għandu jsir kull sforz biex nimxu f'din id-direzzjoni.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Il-Prof.", "EDWARD MALLIA: L-ikbar problema tagħna hija li għandna dan il-vizzju li mmorru għal ħaġa waħda.", "Il-fatt hu li pajjiżna hu li hu u għandna bżonn noborxu… Din l-enfasi kbira fuq ix-xemx, li m'għandi xejn kontra tagħha, ġiet iġġenerata għax ir-riħ ġie abbandunat.", "U mhux veru dak li qalet is-Sinjura, assolutament qalet il-ħmerijiet.", "Jien naf għax għamilt ix-xogħol jien u kejjilt ir-riħ u mhux veru li qatt ma kellna riħ u sebaħ u dalam.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Biex nikkonkludi nixtieq ngħid li naħseb li lkoll naqblu li għandna nutilizzaw ix-xemx biex nipproduċu enerġija nadifa.", "Li ma naqblux huwa li ssemmew widien u garigues.", "Pereżempju, Wied Fulija kien wied u kien garigue, u l-Magħtab kien garigue.", "Wasal iż-żmien li jkollna a wider view tal-affarijiet.", "Il-Ministru semma t-tibdil fil-klima.", "L-użu ta' enerġija rinovabbli hija favorevoli ħafna għat-tibdil fil-klima, imma kemm hu iktar favorevoli jekk ikollna l-uċuħ tar-raba' jew l-uċuħ b'ħafna siġar biex tissaffa l-arja, jissaffa l-ilma u jkun hemm il-biodiversità li suppost qegħdin nassiguraw għal pajjiżna?", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li rridu nagħżlu waħda miż-żewġ options li t-tnejn huma koroh.", "Jekk qabel kien hemm permess li jkun hemm industrija fil-barrieri, inneħħu dik il-possibilità u nerġgħu nagħtuhom lura lill-poplu, speċjalment meta diġà qed jidher ċar li postijiet ODZ, minħabba l-policies li introduċejna – kellna l-eżempju ta' Żonqor Point – qegħdin jittieħdu għal żvilupp li wieħed jista' jgħid \"li ma kienx hemm other feasible options\" għalihom.", "Allura dawn il-postijiet għandhom jiġu riabilitati biex jerġgħu jingħataw lura lill-poplu.", "Jien se jkolli naġġorna hawnhekk għax sar il-ħin tal-aġġornament fil-Plenarja u rrid nitkellem hemmhekk.", "Id-data għal-laqgħa li jmiss tingħata dalwaqt; nagħmlu laqgħa mill-iktar fis possibbli.", "Nirringrazzja lil kulħadd.", "Fid-9:11p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20151102_021d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:40p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Marthese Portelli; u l-Onor.", "Toni Bezzina (sostitut) kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Leo Brincat (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima); l-Onor.", "Michael Falzon (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva); l-Onor.", "Roderick Galdes (Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali); l-Onor.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu wkoll rappreżentanti tal-NGOs u għaqdiet oħra.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 20 li saret fis-7 ta' Lulju 2015, ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ISTUDJI TAS-SITI SHORTLISTED GĦALL-AMERICAN UNIVERSITY OF MALTA", "Is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) ġie mistieden sabiex jieħu parti fid-diskussjoni u jirrispondi għad-domandi tal-Membri u ta' dawk preżenti.", "Ġew mistiedna wkoll sabiex jirrispondu għad-domandi s-Sur Mario Cutajar, Segretarju Permanenti Ewlieni u s-Sinj.", "Simone Mousù, Aġent Direttur Ġenerali fil-Government Property Division.", "Ħadu sehem ukoll fid-diskussjoni Dr. John Paul Cauchi f'isem l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar; is-Sur John Portelli f'isem il-Malta Organic Agriculture Movement; is-Sinj.", "Maria Grazzja Attard f'isem l-Għaqda Din l-Art Ħelwa; il-Professur Arnold Cassola, Chairman ta' Alternattiva Demokratika; is-Sur Alex Vella f'isem ir-Ramblers' Association; Dr. Colette Sciberras u s-Sur James Debono f'isem il-Front Ħarsien ODZ; u s-Sur Alfred Baldacchino.", "DISKUSSJONI DWAR IS-SOLAR FARMS POLICY KIF APPROVATA MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY", "Is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Joseph Scalpello, Chief Executive Officer u Assistent Director tal-MEPA, rispettivament, ġew mistiedna jieħdu parti fid-diskussjoni u jirrispondu għad-domandi tal-Membri u ta' dawk preżenti.", "Ħadu sehem ukoll fid-diskussjoni il-Perit Simone Vella Lenicker; il-Professur Edward Mallia; u s-Sinj.", "Deborah Schembri f'isem il-Malta Developers' Association.", "Id-diskussjoni dwar din il-policy ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9:11p.m. il-Kumitat ġie aġġornat għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIR TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20151102_021m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-FAMILJA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "LAQGĦA 14", "L-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015 fis-6:45 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament:", "Diskussjoni u approvazzjoni tar-rapport dwar l-età tal-kunsens sesswali; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151104_014a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 14", "L-Erbgħa, 4 ta' Novembru, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 14", "L-Erbgħa, 4 ta' Novembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.56 p.m.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis, Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja): Nixtieq nilqa' lill-Membri preżenti għal din il-laqgħa imma kif qed taraw m'hawnx rappreżentanza minn kull partit li qiegħed fil-Parlament u għalhekk se jkolli nipposponi din il-laqgħa għal ġurnata oħra.", "Konna se nibdew din il-laqgħa bil-preżenza ta' Membru wieħed min-naħa tal-Oppożizzjoni imma minħabba li qiegħda ssir laqgħa interna tal-Partit Nazzjonalista, anke dan il-Membru kellu jassenta ruħu.", "Skond il-proċeduri nistgħu nistennew 20 minuta qabel ma nħassru l-laqgħa imma għadhom kif spjegwali li min-naħa tal-Oppożizzjoni ma jistgħux jattendu.", "Għaldaqstant ma nistgħu nagħmlu xejn aktar ħlief li nipposponu din il-laqgħa għal ġurnata oħra billi niftiehemu man-naħa tal-Oppożizzjoni biex ikunu preżenti huma wkoll u jkunu jistgħu jissottomettu l-proposti tagħhom fuq dan ir-rapport.", "Nirringrazzja lill-Membri preżenti.", "Fis-6:54 p.m. il-laqgħa tal-Kumitat ġiet sospiża peress li ma kienx hemm Membri tal-Oppożizzjoni preżenti.", "Fis-6:58 p.m. il-laqgħa rriżumiet.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 13 li saret nhar l-Erbgħa 28 ta' Ottubru, 2015 ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT \"L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI\"", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzja lill-Onor.", "Frederick Azzopardi talli kien dispost li jiġi għal din il-laqgħa u b'hekk allura nistgħu nibdew bid-diskussjoni tagħna.", "Bħalma tafu l-laqgħa tal-lum hija diskussjoni u approvazzjoni tar-rapport \"L-Età tal-Kunsens Sesswali\".", "Għaldaqstant nitlob lill-Membri preżenti sabiex iressqu s-sottomissjonijiet tagħhom fuq dan ir-rapport.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI (Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali): Hawnhekk għandna r-rapport li ġie mħejji minn Dr Elaine Burmingham u fih insibu l-punti kollha li tkellimna fuqhom f'dawn il-laqgħat li għamilna fuq dan is-suġġett.", "Imbagħad f'sezzjoni 5 tar-rapport insibu l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan il-Kumitat konġunt.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ittieħdu minn dak li ntqal hawnhekk mill-Membri preżenti għal-laqgħat li għamilna u li tkellmu mad-diversi mistiedna li stedinna.", "Jiena naħseb li l-aħjar li nagħmlu hu li niddiskutu bejnietna kull paragrafu u naraw jekk naqblux miegħu jew le.", "Ovvjament min ikun irid iżid xi ħaġa nkunu nistgħu nżieduha llum.", "Tajjeb hekk?", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb ħafna.", "Nistgħu nimxu b'dan il-mod.", "Ħalli nibda naqra l-ewwel rakkomandazzjoni;", "\"Etajiet partikolari u attivitajiet sesswali li jkunu permessi għandhom jiġu indikati fil-liġi għaliex dak li huwa aċċettabbli għal leġiżlatur mhux neċessarjament ikun aċċettabbli għal ġudikant.", "Għandna kemm jista' jkun innaqqsu l-element ta' soġġettività.\".", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta konna qegħdin nitkellmu hawnhekk, konna qegħdin nitkellmu fuq l-età speċifika li tinżel għal meta jkollok il-partijiet li jkunu qegħdin jaqblu u jagħtu l-kunsens għal attività sesswali bejniethom.", "Kien hemm tħassib serju fuq affarijiet oħra, fosthom li wieħed jista' jabbuża minn persuna vulnerabbli li tkun taħt l-età.", "U għalhekk ridna nkunu ċerti - għallinqas dak kien il-ġist li ħadt jien mid-diskussjoni - li xejn minn dak li konna se nagħmlu biex innaqqsu l-età tal-kunsens sesswali ma kien se jimpatta fuq liġijiet oħra, fosthom fejn tidħol il-prostituzzjoni.", "Allura jekk hemm bżonn li nkunu ċari fl-etajiet proprju għal din ir-raġuni, naraw kif nistgħu nkunu ċari aktar u ma nħallux lok għal interpretazzjoni differenti.", "B'hekk meta l-ġudikant jiġi biex jiġġudika każ quddiemu, ma jkollux question mark fuq jekk dik taqax bħala reat jew le.", "Huwa l-leġiżlatur li jrid ikun ċar għax inkella nispiċċaw nagħmlu xi ħaġa li tissejjaħ \"judge made legislation\", li tmur kontra s-separation of powers li għandna fid-demokrazija tagħna.", "Nixtieq nitlob lil Dr Burmingham sabiex tagħtina spjegazzjoni.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Din kien spjegaha Dr Vincent Galea meta kien qalilna li kultant ikun hemm każijiet fejn il-liġi ma tkunx ċara u allura l-imħallef isib ruħu f'pożizzjoni fejn irid jieħu deċiżjoni hu jekk hux \"vi\" jew \"va\".", "U kompla jgħidilna li dak li forsi huwa aċċettabbli għal imħallef wieħed, dan jaf ma jkunx aċċettabbli għal imħallef ieħor, u allura jista' jkollok din il-varjazzjoni fis-sentenzi.", "Dr Galea ħass il-bżonn li l-liġi tkun ċara biżżejjed u fejn jidħlu dawn l-affarijiet ma jkunx hemm element ta' soġġettività li titħalla f'idejn l-imħallef.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qiegħda naħseb li din tagħmel riferenza wkoll għall-età li wieħed irid ikollu f'Malta biex ikun jista' jiżżewweġ, li bħalma nafu din hija ta' 16-il sena.", "Imma mbagħad xorta jibqa' il-fatt li jekk wieħed jagħmel is-sess taħt it-18-il sena jkun qed jikser il-liġi.", "Għalhekk hemm dik id-diskrepanza li għandek nies miżżewwġin, li strettament ikunu qegħdin jiksru l-liġi jekk dawn jagħmlu s-sess bejn is-16 u t-18-il sena.", "Għaldaqstant ma nistgħux inħallu dawn is-sitwazzjonijiet għax jekk dawn jiġu quddiem imħallef hija xi ftit inkrepattiva meta għandek tnejn min-nies miżżewwġin li qishom qegħdin jiksru l-liġi jekk ikollhom x'jaqsmu ma' xulxin!", "Naħseb li meta nagħmlu din ir-rakkomandazzjoni, dawn l-etajiet partikolari u dawn l-attivitajiet sesswali li jkunu permissibbli għandhom jiġu indikati b'mod ċar ħalli min ikun qed ifassal it-tibdil fil-liġi jara li jkun hemm din l-uniformità u jkun hemm ukoll ċarezza.", "Min-naħa tiegħi naqbel ma' din il-proposta.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH (Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa): Jiena niftakar ċar u tond meta kellna hawnhekk lil Dr Vincent Galea u lil Dr Franco Debono.", "Fil-fatt Dr Debono kien ġab miegħu wkoll il-ktieb tal-liġi u wriena wieħed mill-artikoli tal-Kodiċi Kriminali li kien jgħid li persuna li tmur ma' xi ħadd minorenni, din tkun qiegħda tikser il-liġi tad-defilement.", "U għamel enfasi fuqha din.", "Niftakar li kont staqsejtu jekk hemmx provisions oħra li jkunu jridu jitbiddlu fil-liġi u dan kien qalli li kien hemm.", "Dr Galea kien qalilna li fil-liġi – kien uża l-espressjoni li wieħed ikun qed jiżboħ kamra oranġjo imma jħalli naħa minnhom bajda - hemm ċerti diskrepanzi.", "Għalhekk jiena naqbel ma' din il-klawsola biex din l-età partikolari u l-attivitajiet sesswali jiġu indikati fil-liġi.", "L-ewwel nett issir differenza wkoll fuq jekk persuna hijiex minorenni jew maġġorenni f'affarijiet oħra li m'għandhomx x'jaqsmu mal-attività sesswali, bħal pereżempju meta wieħed iġib il-liċenzja tal-karozza, meta wieħed jista' jibda jikkonsma l-alkoħol, eċċ. U allura fejn jidħlu attivitajiet sesswali jridu jkunu definiti l-affarijiet ukoll biex ma jkunx hemm interpretazzjonijiet differenti mill-ġudikanti.", "U għal din ir-raġuni jiena wkoll naqbel ma' din il-klawsola.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq inqajjem punt żgħir hawnhekk.", "Jiena naqbel ma' dak li qalu l-kelliema qabli, imma apparti l-età, irridu niddefinixxu wkoll x'inhu l-att sesswali fil-liġi, fis-sens li l-att sesswali kif inhu spjegat bħalissa jista' jindika li anke bewsa taf tkun meqjusa bħala att sesswali!", "U allura, apparti li l-età li għandha tonqos minn 18 għal 16-il sena, irridu wkoll niddefinixxu l-att sesswali mill-aspett legali.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Mela jidher li hawn qbil fuq l-ewwel proposta però irridu wkoll inżidu xi tfisser meta ngħidu \"l-att sesswali\".", "Se ngħaddi issa għat-tieni rakkomandazzjoni:", "\"Kull emenda fil-liġi għandha ssir fil-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli\".", "Min se jikkummenta fuq din ir-rakkomandazzjoni?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jiena naqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni partikolari.", "Waqt is-sensiela ta' laqgħat li kellna hawnhekk ħareġ biċ-ċar li għalkemm jeżisti l-PSCD, u dan għandu jevolvi wkoll b'mod aktar tassattiv, nafu li jeżisti vacuum bejn dawk li għandhom bejn 16 u 18-il sena.", "Dan il-vacuum jista' jimlih it-tabib tal-familja imma bħalissa, kemm it-tabib tal-familja, kif ukoll il-healthcare workers u professjonisti oħra mhumiex protetti bil-liġi tal-professjoni medika.", "Mhux hekk biss imma anke meta tiġi għall-imdemnity, dawn suppost li jkollhom il-kunsens tal-ġenituri tagħhom.", "Din l-eċċezzjoni jidher li teżisti biss fil-każ tal-GU Clinic, avolja anke l- Medical Council kien bejn ħalltejn jekk l-affarijiet humiex mexjin kif suppost jew le f'din il-klinika.", "U dan qaluh meta ġew jitkellmu magħna fuq dan is-suġġett.", "Allura importanti, aktar minn qatt qabel, li jekk veru nemmnu li we have to empower youth, mela kull żagħżugħ u żagħżugħa għandhom id-dritt u ċ-ċans li mis-saħħa preventiva - mhux qegħdin nitkellmu fuq saħħa ta' mard hawnhekk - jkollhom l-opportunità u s-sapport meħtieġ biex imorru għand it-tabib tagħhom għax ikollhom fiduċja fih.", "U aħna nkunu qegħdin ngħinuhom mhux biss mill-aspett sesswali imma għas-saħħa komprensiva u ħolistika.", "Nemmen li minn dan l-aspett għandna nipproteġu lill-persuni taħt l-età billi nagħtuhom din l-opportunità ta' sapport.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta qegħdin ngħidu li kull emenda fil-liġi għandha ssir għall-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli, jiena nħossni ftit hekk għax bħalissa l-minuri diġà jinsab protett.", "U allura meta qiegħed tnaqqas l-età tal-kunsens sesswali qiegħed tipproteġi lil min imur mal-minuri.", "Mela jekk aħna se ngħidu li kull emenda fil-liġi għandha ssir għall-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli, inkunu qegħdin ngħidu li din il-liġi ma tridx tinbidel minn kif inhi.", "Irridu noqogħdu daqxejn attenti x'rakkomandazzjonijiet nagħmlu għax jista' jkun li dawn l-emendi jkunu dijametrikament opposti għal dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu hawn ġew!", "Jiena nħoss li jekk aħna se nkunu qegħdin naqblu fuq li tinżel l-età tal-kunsens, mela allura rridu nagħmlu rephrasing tal-emenda għax kif inhi mhux qiegħda tfisser dak li rridu ngħidu.", "ETIENNE GRECH: Meta kien hawn il-Medical Council niftakar li kienu ddeskrivew xi ħaġa li kienet għoġbitni ħafna.", "Fil-fatt dawn kienu qalu li jekk inti għandek 16 jew 17-il sena u għal xi raġuni jew oħra inti vulnerabbli, fis-sens li għandek inkapaċità mentali jew inkella m'intix kapaċi tieħu deċiżjoni għalik innifsek, ħaddieħor ma jistax ikollu x'jaqsam sesswalment miegħek minħabba l-inkapaċità tiegħek.", "Mela jekk nagħmlu mod li l-age of sexual consent tinżel minn 18 għal 16-il sena, u wieħed ta' 18 ikollu relazzjoni ma' waħda ta' 16-il sena li tkun tbati minn kondizzjoni mentali, dak ikun qed jagħmel xi ħaġa ħażina għax ikun qisu qed jagħmel abbuż.", "Issa veru li meta tagħlaq 18-il sena ma tista' tagħmel xejn aktar għax tkun saret maġġorenni.", "Mela l-liġi għandha turi li min hu vulnerabbli u m'għandux il-kapaċità mentali ma jkunx qed jiġi abbużat u għalhekk irid ikun hemm rewording tagħha din ir-rakkomandazzjoni ħalli tagħti protezzjoni mhux biss lil min hu minorenni imma tipproteġi wkoll lil dawk li huma vulnerabbli.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nistgħu nieħdu idea bejnietna għax fl-aħħar mill-aħħar irridu naraw jekk hux se nippermettu li tinżel l-età.", "Nistgħu nieħdu idea biex naraw min jaqbel u min ma jaqbilx ħalli mbagħad inkunu nistgħu nagħmlu r-rakkomandazzjoni tagħna.", "T THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiena nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Schembri fejn din mhijiex taqbel mal-liġijiet preżenti.", "Tista' tipeċifikalna ftit fejn mhijiex taqbel?", "DEBORAH SCHEMBRI: Waqt li konna għaddejjin bid-diskussjonijiet kien hemm din il-proposta sabiex l-age of sexual consent tinżel minn 18 għal 16-il sena u dan għal raġunijiet varji li nġiebu quddiem dan il-Kumitat, fosthom li ta' 16-il sena persuna tista' tiżżewweġ imma ma jistax ikollha x'taqsam mar-raġel tagħha jew mal-mara tiegħu sakemm jagħlqu t-18-il sena!", "Mela hawnhekk għandna diskrepanza kbira.", "Għandek nies li jkunu f'relazzjoni flimkien, liema relazzjoni forsi tkun waħda stabbli u tkun ilha għaddejja għal tul ta' żmien u dawn jispiċċaw f'dawn il-problemi.", "Ġieli kellna nies li spiċċaw iżżewġu l-mara li kienu akkużati li kellhom x'jaqsmu magħha taħt l-età u hemmhekk għandek ukoll dawn il-problemi.", "Imbagħad kienu nqalgħu problemi oħra minħabba affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' pariri mediċi.", "Meta inti tmur għand it-tabib tiegħek, dan ma jistax jieħu konjizzjoni tal-problema tiegħek jekk inti ma jkollokx 18-il sena minħabba li jkollu bżonn il-permess tal-ġenituri biex jarak.", "Pereżempju kellna sitwazzjoni ta' tfajla ta' 16-il sena li kellha tarbija u din ma tistax tmur għand it-tabib tagħha biex tieħu parir fuqha nnifisha!", "Din tista' tmur għand it-tabib biex dan jara lit-tarbija tagħha imma fuq l-affarijiet personali tagħha, inkluż problemi jew mard sesswali, din ma tistax tara t-tabib jekk ma jkollhiex il-kunsens tal-ġenituri tagħha.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia fuq dik is-sitwazzjoni kien qed jitkellem u hawnhekk għandna l-klawsola li jmiss li qed tgħid li l-liġi għandha temenda l-età tal-kura medika.", "Li nixtieq inkun naf jien hu jekk aħna naqblux li l-età tinżel minn 18 għal 16-il sena għax dak li se nirrakkomandaw hawnhekk huwa kollu bbażżat fuq din.", "Naħseb għandna nesprimu l-opinjoni tagħna l-ewwel u qabel kollok fuq jekk għandhiex tinżel għal 16-il sena l-liġi u mbagħad nagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħna wara.", "ETIENNE GRECH: Jiena naqbel li l-età tinżel fuq il-kura medika li għandha x'taqsam ma' problemi jew ma' mard ta' saħħa sesswali u mhux fuq saħħa ġenerali.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma – apparti l-aspett mediku – taqbel li l-età tal-kunsens sesswali tinżel minn 18 għal 16-il sena?", "ETIENNE GRECH: Jiena naqbel li l-età tal-kunsens sesswali tinżel minn 18 għal 16-il sena mingħajr banding.", "Imma kif konna qegħdin ngħidu aktar qabel, wieħed irid jara liema liġijiet iridu jitbiddlu.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jiena għandi opinjoni differenti mill-istatement li għadda l-Onor.", "Grech u se ngħid għalfejn.", "Meta pazjent jiġi quddiemek nafu li teżisti dik li ngħidulha the doctor patient relationship, fejn il-pazjent ġie għandek mhux biss biex taralu griżmejh jew biex tara jekk għandux sogħla jew dawn l-affarijiet u minn fejn ġejjin dawn is-sintomi, imma inti se tieħu dik l-opportunità biex titkellem miegħu wkoll fuq sensiela ta' affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dik il-parti taċ-ċiklu tal-familja.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żagħżugħ jew żagħżugħa, mela tista' tkellimhom fuq accidents, fuq tipjip, xorb, ħaxixa, sess, eċċ. Kull opportunità għandha tittieħed għax aħna qegħdin nitkellmu fuq prevenzjoni u fuq sapport, u allura rridu nedukaw liż-żagħżugħ jew liż-żagħżugħa mill-aspett ta' saħħa.", "Mela jekk aħna mhux se jkollna viżjoni wiesgħa u ningħalqu biss fuq is-sess, jien assolutament ma narax li b'hekk se nkunu qegħdin inħarsu s-saħħa vera tal-persuni li jaqgħu f'din il-kategorija, u li allura għandhom bżonn ta' attenzjoni akbar.", "Jiena ma jidhirlix li xi ħadd, minħabba riħ għandu jiġi bil-ġenituri tiegħu jew inkella minħabba prevenzjoni ta' sess għandu jiġi mal-ġenituri biex ikellimni fuq kontraċettivi!", "Jien għaliha dan aktar joħloq tfixkil.", "Għandu bżonn ikun hemm empowering taż-żgħażagħ u għandu jkun hemm uniformità.", "Ejjew niftakru wkoll li taħt is-16-il sena, jekk ikun hemm emerġenza, it-tabib għandu dritt li jara lil dik il-persuna anke mingħajr il-kunsens tal-ġenituri.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għal affarijiet li jkunu life threatening.", "Dik diġà teżisti fil-liġi u anke mill-aspett ta' etika.", "Imma mill-aspett ta' holistic approach, fejn inħarsu s-saħħa taż-żagħżugħ mill-aspett edukazzjonali … Din nistgħu nħarsu lejha wkoll mil-lat edukattiv, mill-aspett tal-ħajja soċjali kif ukoll mill-aspett psikoloġiku ta' dak iż-żagħżugħ jew żagħżugħa.", "Dwar jekk l-età għandhiex tkun ta' 16, 14, 17 jew whatever, jiena nara li l-green light għandu jkun fuq is-16-il sena.", "Hawnhekk tkellimna ħafna sew u qegħdin ngħidu 16-il sena minħabba s-pysco-sexual u s-pysco-physical trasformation u sakemm iż-żagħżugħ jew żagħżugħa taċċetta lilha nnifisha.", "U għalkemm nafu li llum il-ġurnata l-pubertà fiż-żgħażagħ qiegħda tiżviluppa aktar qabel, daqshekk ieħor għandna naċċertaw ruħna li għalkemm jistgħu jeżistu l-eċċezzjonijiet, l-età ta' 16-il sena tidher li hija l-aktar waħda vijabbli biex b'hekk we empower our youth and we support them.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Imma hawnhekk se nargumenta ftit fuq il-punt li semma' l-Onor.", "Farrugia meta qal li l-kura medika għandha tinżel għall-kura medika kollha.", "GODFREY FARRUGIA: La inti tabib, tista' tieħu azzjoni.", "Issa qegħdin ngħidu minn 16 sa 18 għall-kura li għandha x'taqsam ma' prevenzjoni, promozzjoni, kura ta' trattament jew kura ta' riabilitazzjoni, hi x'inhi, iż-żagħżugħ għandu d-dritt li jiddeċiedi għalih innifsu, jekk ikun hemm bżonn anke flimkien mal-ġenituri tiegħu, u t-tabib għandu jaġixxi minn dak l-aspett.", "If we are going to empower youth u jekk nemmnu fiż-żagħżugħ bħala dak l-istadju tal-ħajja fiċ-ċiklu tal-familja li għandu jkollu l-jedd fuqu nnifsu jew fuqha nnifisha, mela bħala tobba rridu nimxu b'dak il-mod u ma nistgħux niffokaw biss fuq parti waħda tas-saħħa tal-bniedem meta l-wellbeing tal-bniedem huwa ħafna aktar kompless!", "ETIENNE GRECH: L-ewwel nett jekk tkun persuna minorenni li tbati minn xi kondizzjoni mentali u m'għandhiex il-kapaċità mentali biex tiddeċiedi għaliha nnifisha, xorta waħda trid tkun mal-ġenituri tagħha u t-tieni nett jista' ikollok xi ħadd ta' 16-il sena li jkun irid jagħmel operazzjoni kożmetika, bħal pereżempju ġuvni jrid jagħmel operazzjoni biex jirranġa mnieħru jew tfajla tkun trid tkabbar sidirha, kif qed tgħid inti Onor. Farrugia, dawn jistgħu jagħmlu dawn l-interventi mingħajr l-indħil tal-ġenituri tagħhom.", "GODFREY FARRUGIA: Hemmhekk se tmur kontra l-parir mediku għax l-ebda tabib f'sensih mhu se jħalli lil xi ħadd ta' 16-il sena jagħmel operazzjoni simili meta taf li b'mod psyco-sexual and pysco-physical dan għadu qiegħed jiżviluppa.", "Jiġifieri l-ebda tabib mhu se jħalli tfajla tkabbar sidirha b'dak il-mod.", "U l-istess fuq xi ħadd li jrid jirranġa mnieħru.", "Jien ma naf lil ħadd, għallinqas mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li qatt ma tajt parir jew inkella qatt ma kelli żagħżugħ jew żagħżugħa li rranġa mnieħru ta' 16-il sena.", "Dik hija fid-dmir u r-responsabilità tal-kirurgu biex ma jagħmilx dawn l-operazzjonijiet, u jekk jagħmilhom, għandu jara li qabel dak iż-żagħżugħ ikun mar for pyscological analysis.", "Jien ġieli kelli żgħażagħ li jiġu għandi biex nagħmlilhom farret f'wiċċhom bil-blade!", "Issa jien żgur mhux se nagħmlilhom xi ħaġa bħal din!", "Anzi biex ngħin lil dak li jkun nipprova nibagħtu għand psikologu għax sinjal li hemm xi ħaġa fil-proċess tal-identità tiegħu biex jitlob għal xi ħaġa bħal din.", "Issa hemmhekk it-tabib għandu jkollu l-għodda biex ladarba huwa responsabbli minn xi ħadd, ikun responsabbli għalih b'mod komplet.", "It-tabib għandu jħares lejn il-wellbeing tal-persuna kollha kemm hi.", "Issa mbagħad hemm il-ġudizzju kliniku.", "B'ġudizzju kliniku responsabbli t-tabib se jagħti parir siewi liż-żagħżugħ, imma b'daqshekk ma jfissirx li għax iż-żagħżugħ jixtieq xi ħaġa ta' bilfors, it-tabib se jċedi għalih.", "It-tabib se jurih l-affarijiet kif inhuma; se jurih ir-riskji u se jurih il-vantaġġi wkoll.", "ETIENNE GRECH: Fejn tidħol il-kożmetika, bħal ngħidu aħna tkun trid tkabbar sidrek, hemmhekk trid tagħmel dik l-operazzjoni mhux għax klinikament hemm raġuni għaliha.", "GODREY FARRUGIA: Imma l-ebda kirurgu mhu se jagħmilha lil xi ħadd ta' 16-il sena!", "Jekk din se tkun permessibbli legalment, diment li tħallas tista' issib lil min jagħmililek ta' 16-il sena.", "Jien mhux se nindaħal - f'liġi bħal din - fl-integrità tal-professjoni medika u li tagħti l-clinical judgement b'mod dinjituż u skond il-prattika diċenti lil żagħżugħ jew żagħżugħa b'dak il-mod.", "Li ningħalqu biss fuq is-saħħa sesswali …", "ETIENNE GRECH: Kif nafu ż-żgħażagħ jistħu jitkellmu fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sess quddiem il-ġenituri tagħhom imma fuq mard għaliex il-minorenni m'għandhomx imorru mal-ġenituri tagħhom għand it-tabib?", "GODFREY FARRUGIA: Iva, dik tidħol ukoll imma mhux bilfors li żagħżugħ jista' jmur mal-ġenituri tiegħu għax dawn forsi jkunu xogħol u jkollu jmur għand it-tabib filgħodu.", "Dan forsi qam ma jiflaħx u ma marx l-Università u jrid imur għand it-tabib filgħodu meta l-ġenituri tiegħu qegħdin ix-xogħol.", "Allura hemmhekk it-tabib se jeżenta milli jarah u jkollu joqgħod jistenna lil ġenitur sa filgħaxija?!", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: L-ewwel nett irrid ngħid li bħala avukata xi ħaġa li naħseb fuqha hija l-liġi.", "Affarijiet oħra huma importanti wkoll imma bħalissa hemm diskrepanza redikola fil-liġi.", "Jekk xi ħadd jgħidli li m'għandniex inniżżlu l-età minn 18 għal 16-il sena u nħallu s-sitwazzjoni kif inhi, se nkunu qegħdin inħallu s-sitwazzjoni fejn xi ħadd jista' jiżżewweġ ta' 16-il sena imma mbagħad sa 18-il sena ma jistax ikollu x'jaqsam mal-mara tiegħu jew mar-raġel tagħha!", "U allura, bl-ebda stretch of the imagination ma nista' nasal biex ngħid \"le\" għal emenda fil-liġi sabiex tniżżel l-età tal-kunsens sesswali minn 18 għal 16-il sena.", "Għaldaqstant jiena favur li tinżel għal 16-il sena.", "Fuq jekk il-liġi għandhiex tiġi emendata biex min għandu bżonn il-kura medika, din tkun tista' tingħatalu minn 16-il sena, jiena naqbel ukoll ma' din l-emenda.", "U naqbel li din għandha tidħol fil-kura medika kollha u mhux biss fuq il-kura li għandha x'taqsam mas-saħħa sesswali.", "Ir-raġuni hi li jiena wkoll, bħala avukata, nara tfal u nara sitwazzjonijiet ta' tfal li xi kultant ikunu għaddejjin minn problemi familjari jew minn problemi ta' abbuż huma stess fil-familja.", "U jekk inti ġejt imsawwat jew inkella l-problema tiegħek ġejja mill-ġenituri, x'se tagħmel?", "Ma tistax tmur għand it-tabib mal-ġenituri tiegħek f'każi bħal dawn.", "Anzi xi kultant naħseb li din l-età għandha tkun iżgħar għax għandek ommijiet iżgħar minn 16-il sena imma ejja naqtgħu linja u ngħidu li għandha tkun ta' 16-il sena.", "Jiena nħoss li fejn l-affarijiet għandhom x'jaqsmu ma' affarijiet sesswali żgur li għandha tinżel sa 16-il sena imma nħoss li għandna nestenduha għall-kura medika kollha.", "Issa rigward plastic surgeries u affarijiet bħal dawn, aħna hawnhekk m'aħniex qegħdin niddubitaw mill-integrità tal-kirurgu li jkun qed jieħu deċiżjoni.", "Issa jekk hemm ċans ta' abbuż, jiena ngħid li hemm ċans ta' abbuż f'kollox.", "Kulmin jieħu deċiżjoni jista' jieħu deċiżjoni abbużiva imma aħna m'aħniex qegħdin hawn biex nirregolaw fuq min jabbuża.", "Inti tagħmel ir-regola u mbagħad min jabbuża minn dik ir-regola għandu jkun hemm sanzjonijiet, forsi anke min-naħa medika, imma l-liġi m'għandhiex tipprojbixxi xi ħaġa sempliċement biex min jabbuża ma jkunx jista' jagħmel hekk!", "Inkella nistgħu nneħħu s-skieken mill-kċejjen u dawn l-affarjiet kollha!", "THE CHAIRPERSON: Il-pożizzjoni tiegħi hija simili ħafna ma' tal-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "Jiena naqbel li l-age of sexual consent tinżel għal 16-il sena u ma narax kif il-qasam mediku nistgħu naqsmuh f'biċċiet u ngħidu li din tidħol u dik ma tidħolx għax inkella se jkollok pazjent li jmur għand it-tabib u t-tabib se joqgħod joħroġ il-ktieb tal-liġi biex jara jekk lil pazjent li għandu quddiemu jistax jgħinu jew inkella għandux jgħidlu biex jiġi mal-ġenituri biex jarah!", "Naħseb li liż-żagħżugħ irridu nagħtuh l-empowerment f'kollox u t-trend hi li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena nagħtuhom l-empowerment f'oqsma oħra biex ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet waħedhom, fosthom biex ikunu jistgħu jivvotaw fil-kunsilli lokali.", "Mela anke f'affarijiet oħra importanti qegħdin nagħtuhom il-poter li jiddeċiedu waħedhom.", "Issa jien ma nistax nara kif nistgħu ngħidu fuq din \"iva\" u fuq dik \"le\".", "Il-qasam mediku għandu jkollu l-poter assolut u l-professjonisti għandhom ir-responsabilitajiet tagħhom.", "Nafu li huma każijiet rari fejn ikun hemm min ma jwettaqx dawn ir-responsabilitajiet tiegħu u allura, iva, naqbel li l-età għandha tinżel għal 16-il sena, kif naqbel ukoll li għandha tkun fuq l-aspetti kollha tas-saħħa.", "B'hekk il-pazjent ikun jista' ifittex il-kura medika fuqu nnifsu għand it-tabib partikolari tiegħu.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiena naqbel miegħek u anke mal-Onor.", "Farrugia imma qisu li m'aħniex ċerti kif se nagħmlu liġi li tiddistingwi bejn kura u oħra għax qed ngħidu li ċerta kura, bħalma hi plastic surgery mhux suppost issir ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li aħna qegħdin ngħidu proprju li m'għandux ikun hemm din id-distinzjoni.", "L-Onor.", "Grech qed jgħid li għandu jkun hemm din id-distinzjoni imma aħna t-tlieta qed ngħidu li m'għandux ikun hemm din id-distinzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: Meta jiġru problemi bħal din għandha taqa' fuq l-integrità tal-kirurgu dwar x'għandu jsir.", "U dan jiddependi mill-età u mill-maturità tal-persuna nnifisha.", "Jekk aħna vera nemmnu li rridu nħarsu s-saħħa u l-wellbeing tal-persuna, mela rridu nħarsu bilfors lejn l-aspett tal-professjoni medika u lejn l-aspett tal-bniedem b'mod komplut.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq speċjalizzazzjoni ta' tabib tal-familja u mhux fuq speċjalizzazzjoni li tmur pereżempju fuq il-kliewi jew fuq il-qalb jew fuq parti oħra tal-ġisem.", "Iż-żagħżugħ għandu jkollu dak l-ambjent fejn kull problema jew sfida li jkollu f'ħajtu tiġi ċċarata u jekk ikun hemm bżonn anke b'riferenza siewja, imma mbagħad l-integrità tal-parir taqa' fuq it-tabib innifsu.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Deo Debattista talli ngħaqad magħna u nixtieq ngħidlu li qegħdin f'paġna 13 tar-rapport, kategorija 5 u qegħdin nimxu punt punt fuq ir-rakkomandazzjonijiet biex naraw naqblux magħhom jew le.", "Qegħdin niddiskutu bħalissa jekk għandniex nemendaw il-liġi - kien punt interessanti ħafna li qajmet l-Onor.", "Schembri – u qegħdin ngħidu wkoll li kull emenda fil-liġi għandha ssir għall-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli.", "L-Onor.", "Schembri qalet li jekk aħna se nressqu din il-liġi se nkunu qegħdin nagħtu protezzjoni lil min jabbuża minn minorenni jew minn nies vulnerabbli u allura tlaqna mill-punt jekk għandniex il-kunsens sabiex nipproponu li nniżżlu l-age of sexual consent minn 18 għal 16.", "Jekk naqblu fuq dik inkunu nistgħu nagħmlu t-tieni pass u naraw jekk din l-emenda nemendawhiex jew le.", "DEBORAH SCHEMBRI: Li qiegħda ngħid hu li se ngħinu jew naġevolaw lil min jabbuża u jiena qed ngħid li se naġevolaw lil min huwa over 18 bħalissa.", "Aħna l-ewwel ħaġa rridu ngħidu jekk naqblux li l-età tinżel minn 18 sa 16-il sena.", "Li qegħdin niddiskutu wkoll fl-istess ħin huwa meta xi ħadd imur jitlob parir mediku, għandhiex tinżel minn 18 għal 16 u kien hemm diskussjoni fuqha għax mhux kulħadd jaqbel mal-istess ħaġa.", "Iddiskutejna jekk għandhiex tinżel l-età minn 18 għal 16 għall-kura medika in ġenerali jew inkella għall-kura medika fuq affarijiet marbuta ma' saħħa sesswali biss.", "X'inhi l-opinjoni tiegħek fuq dawn iż-żewġ affarijiet?", "DEO DEBATTISTA: Grazzi.", "L-ewwel ħaġa naqbel perfettament li l-età tinżel għal 16-il sena għall-kura medika in ġenerali, u kif spjegajna fid-diversi laqgħat li għamilna, jiena naħseb li llum tifla ta' 16-il sena hija indipendenti totalment.", "Fil-fatt din tmurlek għax-xogħol, eċċ. u ma tippretendix li ommha … L-istess problema nsibuha fil-casualty, fejn ikollok lil xi ħadd li waqa' u weġġa' idu imma inti ma tistax tagħmillu sempliċi x-ray għax ma jkunx akkumpanjat mill-ġenituri jew mill-guardian tiegħu.", "Naħseb li ta' 16-il sena hija età raġjonevoli biex jingħata l-kura medika kollha.", "Illum ta' 16-il sena huma kważi adulti.", "Li jiġi xi ħadd għax għandu riħ ma nistax nifhem għalfejn ma nistax narah.", "U ġieli nħossni stramb li rrid inċempel lill-ġenituri tiegħu jew li ġieli jċemplu huma biex jgħiduli li se jiġi t-tifel tagħhom jarani.", "Nerġa' ngħid li lil dawn tajnihom il-vot.", "(Interruzzjonijiet) Bil-Knisja jista' jiżżewweġ anke ta' 14-il sena.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma legalment ta' 16-il sena.", "Biċ-ċivil jista' jiżżewweġ ta' 16.", "DEO DEBATTISTA: Il-liġi Kanonika tagħtik il-fakultà li tiżżewweġ ta' 14-il sena.", "Issa ladarba jista' jiżżewweġ ta' 14, dan għandu joqgħod jistenna sa 16 biex jagħmel is-sess?", "Issa fir-rigward tal-kunsens għal 16-il sena tkun tajba dejjem jekk - kif konna ddiskutejna – nagħmlu l-age banding.", "Jiena naħseb li mbagħad hemm nagħtu lok għal abbuż għax inti trid tqis ukoll il-maturità tal-koppja.", "Fuq banding intom diġà tkellimtu?", "DEBORAH SCHEMBRI: Fuq banding għadna ma tkellimniex imma se nitkellmuha aktar tard.", "Mela nistgħu ngħidu li l-liġi għandha temenda biex l-età tal-kunsens tinżel għal 16-il sena.", "U fir-rigward tat-tieni waħda, li qiegħda tgħid hekk; \"Kull emenda fil-liġi għandha ssir fil-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli\", jiena naħseb li kulma rridu nagħmlu hu li jsir rewording tagħha.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Infakkar biss li dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma extracts ta' dak li qalu l-mistednin waqt il-laqgħat jew inkella minn dak li nkiteb fil-preżentazzjonijiet li ressqulna hawnhekk u allura bl-ebda mod m'aħna marbutin li nżommu l-wording kif inhu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tajjeb.", "Mela jien nissuġġerixxi li din ir-rakkomandazzjoni tiġri taqra hekk:", "\"Kull emenda fil-liġi għandha tieħu in konsiderazzjoni l-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli filwaqt li tagħti lok għal aktar indipendenza u responsabbilizzazzjoni tal-istess persuni.\".", "Naħseb hekk inkunu covered.", "Ma nafx taqblux magħha?", "Aħna qegħdin naqblu li dawn il-persuni saru aktar indipendenti u tajnihom ukoll il-vot, eċċ. u allura fl-istess ħin meta qegħdin innaqqsulhom l-age of sexual consent inkunu qegħdin nirresponsabbilizzawhom aktar għax inkunu qed nagħtuhom ir-responsabilità li jiddeċiedu għalihom infushom.", "ETIENNE GRECH: Il-persuni vulnerabbli, speċjalment dawk li għandhom inkapaċità mentali, bl-ewwel biċċa qiegħed tagħtihom il-power li ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Dawk huma protetti dejjem u f'kull lok.", "Ma nafx jekk taqblux ma' din ir-rakkomandazzjoni?", "THE CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd li jrid jitkellem fuq kif ġiet emendata din ir-rakkomandazzjoni?", "(Onor. Membri: Le) Mela din ġiet aċċettata.", "Ma nafx jekk wara l-kliem \"kura medika\" fl-emenda l-oħra għandniex inniżżlu l-kliem \"b'mod ġenerali\"?", "Mela ħalli ngħaddu għat-tielet proposta.", "Issa fuq l-awareness campaign naħseb li għandna nagħmlu emenda biex tidentifika li aħna qegħdin ngħidu li jrid ikun hemm dawn il-kampanji fuq is-sens u l-valur veru tas-sesswalità, dwar mard infettiv, il-possibilità ta' tqala mhux mistennija, xi tfisser li tkun single mother u r-responsabilitajiet fil-ħajja intima u affettiva tal-koppja.", "Naħseb li jrid ikun hemm awareness campaign fuq kull issue minn dawn li semmejt.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naqbel jiena wkoll ma' din il-proposta.", "Xi ħaġa li forsi ma niżżilnihiex hi li l-ewwel rakkomandazzjoni għandha tkun li l-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel għal 16-il sena.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "It-tielet rakkomandazzjoni hija din;", "\"Il-formazzjoni u l-edukazzjoni m'għandhomx ikunu limitati biss għall-ħin tal-iskola iżda anke wara l-iskola obbligatorja, bħal pereżempju mill-Kunsilli Lokali u l-parroċċi, seminars, courses u counselling speċjalizzat għaż-żagħżagħ.\"", "Ma nafx għandniex inniżżlu hawnhekk il-media.", "Nafu li l-media għandha poteri kbar u allura nistgħux nipproponu sabiex nużaw il-mezzi moderni bħalma hi l-media biex nagħmlu kampanji fuqhom ħalli nkunu nistgħu nwasslu l-messaġġ tagħna.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena naħseb li din tista' tkun ta' rakkomandazzjoni għaliha u allura ngħidu li għandna nużaw il-media, is-social media, programmi, eċċ.", "GODFREY FARRUGIA: Fuq tal-awareness campaign, importanti qabel xejn li nitkellmu fuq is-single mothers, eċċ., imma rridu noqogħdu attenti ħafna li nkunu ċari li l-age of sexual consent mhux se żżid is-single mothers ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Qiegħda nassumi li billi nnaqqsu l-age of sexual consent ma tkunx qed tibdel l-istatistiċi li għandna llum għax l-istatistiċi diġà qegħdin juru li n-nies bdew jagħmlu atti sesswali bejniethom minn età baxxa.", "Qiegħda nifhmek sew?", "GODFREY FARRUGIA: Il-ħaġa l-oħra ma jfissirx li għax se nniżżlu l-age of sexual consent, mela r-relazzjonijiet sesswali taż-żgħażagħ se jiżdiedu.", "It-tnejn huma approvati b'mod xjentifiku f'pajjiżi oħra.", "Li mhijiex myth żgur hu meta niġu għas-social media nnifisha.", "Barra minn hekk għandna s-sexual abusive entertainment, fejn we devalue the female bħala persuna u għaldaqstant irid ikun hemm counter active mechanisms fil-public awareness campaigns biex innaqqsu dan l-effett tas-social media fuq iż-żgħażagħ tagħna għax illum il-ġurnata dan huwa rampanti.", "Apparti l-public awareness campaigns, importanti wkoll li jkollna help lines u importanti wkoll li jkollna working support groups ma' ġenituri anke ta' età bejn is-16 u t-18-il sena.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellem fuq l-iskola sekondarja, fil-PSCD, imma qed nitkellem fuq aspett ieħor.", "Aħna rridu nimxu skond il-mentalità - li bħalissa teżisti - ta' changing society, fejn aħna rridu nħarsu lejn venues oħra ġodda biex fil-public awareness campaigns tagħna naslu għal soluzzjoni u nagħtuhom dak li jistħoqqilhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jiena naqbel ma' dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet imma ma nafx jekk taqblux miegħi li magħhom tiżdied ukoll awareness campaign dwar relazzjonijiet LGBT.", "X'taħsbu?", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Mela ngħaddu għall-punt li jmiss li huwa fuq aktar sostenn għall-familji.", "Naħseb li dan il-punt irridu nagħtuh aktar laħam u jiġi spjegat aħjar.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li huwa importanti li nsostnu aktar lil familji, fis-sens lil dawk il-familji li jridu aktar għajnuna u sapport min-naħa tal-entitajiet governattivi ħalli min irid ifittex l-għajnuna, ikun jista' jsibha.", "Issa meta qegħdin ngħidu \"insostnu lill-familji\" naħseb li hija xi ftit wide ranging imma l-importanti hu li jkollok support services għal min ikun qiegħed f'xi diffikultà.", "Pereżempju jkollok lil xi ħadd li għandu tfajla għadha żgħira u jiġi f'diffikultà x'għandu jagħmel jekk din tinqabad tqila.", "Mhux kulħadd għandu l-istess background u mhux kulħadd għandu l-istess knowledge.", "Jiena naħseb li s-servizzi li forsi diġà jingħataw mill-Aġenzija Appoġġ jistgħu jitwessgħu ftit aktar, u jekk m'hemmx servizzi partikolari biex jgħinu lil dawn in-nies, naraw li noħolquhom.", "DEO DEBATTISTA: X'jiġifieri nwessgħu aktar mill-Appoġġ?", "Ma taħsibx li għandna nkunu aktar speċifiċi?", "Jekk hemm istanzi fejn wieħed jista' jċempel u jieħu l-għajnuna mill-Appoġġ jew inkella minn xi entità oħra governattiva … Pereżempju jkun hemm min ikollu xi mistoqsijiet jew forsi jkun inkwetat għax ikollu tfalja jew ġuvni li qiegħed ikollhom relazzjoni sesswali u allura qiegħed tinkwieta li dawn jistgħu jieħdu xi marda, dak li jkun jista' jċempel u jieħu s-sapport.", "Issa naħseb li aktar minn hekk ma nistgħux nagħmlu imma rridu nkunu ċerti li hemm dan is-servizz li qiegħed jiġi pprovdut.", "ETIENNE GRECH: Intom taqblu li l-kelma \"familja\" nħalluha hekk jew inkella nżiedu l-forom differenti ta' familji, bħal pereżempju dawk li mhumiex miżżewġin u dawk li qegħdin cohabiting?", "THE CHAIRPERSON: Meta ngħidu \"familja\" aħna nifhmu kull tip ta' familja.", "ETIENNE GRECH: Hemm għalfejn nippromovuha din il-kelma jew inħalluha kif inhi?", "THE CHAIRPERSON: Le, m'hemmx għalfejn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għaliex malli tibda tiddeskrivi se terħi lil xi ħadd barra żgur.", "Mela kulmin iħossu li huwa familja …", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fuq din tal-familja, li kien ingħad waqt il-laqgħat kien li aħna, aktar milli nsostnu l-familja, irridu nsaħħuha.", "Hekk kienu qalulna.", "Jekk ikollok familji b'saħħithom, anke fin-nukleu tagħhom, ikunu kapaċi jiggwidaw liż-żgħażagħ tagħhom fid-direzzjoni t-tajba u allura se jkollok inqas problemi.", "Għandek ċirkostanzi fejn familji jbatu minn viscious circles, bin-nanna tkun inqabdet tqila meta kienet żgħira, u spiċċat b'ċerti problemi, imbagħad it-tifla tagħha nqabdet hi wkoll tqila ta' età żgħira u għaddiet hi wkoll mill-istess problemi u dejjem jibqgħu għaddejjin f'dan it-tip ta' ċirku vizzjuż.", "U allura jekk issostni dawk il-familji …", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma kif se nagħmlu dan?", "Ta' xejn ngħidu li rridu nsaħħu lill-familji ...", "ETIENNE GRECH: Kieku ngħidu nsaħħu aktar lill-familji li huma fil-bżonn jew f'diffikultajiet u li jkun hemm aktar komunikazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal tagħhom …", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li nistgħu nissuġġerixxu wkoll li jsiru eżerċizzji u dawn l-eżerċizzji jsiru xi kultant f'ambitu differenti.", "Pereżempu jsir eżerċizzju biex jiġu pinpointed familji vulnerabbli u li jaqgħu f'dan iċ-ċirku vizzjuż ħalli tingħata lilhom iktar għajnuna personalizzata mill-awtoritajiet.", "DEO DEBATTISTA: Hawnhekk qegħdin nispeċifikaw għal dawk li jkunu single mothers?", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhux kwestjoni ta' single mothers imma jekk inti għandek familji li jkunu ġejjin minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni jinqabdu tqal taħt l-età u mbagħad ikollok it-tifla li tkun qiegħda tikber …", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri m'għandekx dritt li tkun single mother?!", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li m'għandekx dritt imma ħafna drabi li jiġri hu li tinqabad tqila mingħajr ma tkun ippreparata għal dik is-sitwazzjoni.", "Il-kwestjoni kollha hi li inti tinqabad tqila mhux għax trid inti, għax forsi qiegħda f'relazzjoni stabbli imma nqbadt tqila f'relazzjoni li mhijiex daqshekk stabbli …", "DEO DEBATTISTA: Mhux qed nifhem għalfejn se nidħlu fiha din?", "DEBORAH SCHEMBRI: Għaliex ħafna drabi min ikun f'dawn is-sitwazzjonijiet mhux qed jirrealizza li qiegħed f'pożizzjoni antipatika u allura ma joħroġx minnha għax ma jkollux għajnuna.", "DEO DEBATTISTA: Imma jista' jkun li huma kuntenti hekk?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk inhuma kuntenti m'għandniex problema imma aħna qegħdin nitkellmu fuq under age children.", "THE CHAIRPERSON: Forsi biex nipprovaw niġbru dan kollu nistgħu nemendaw din il-frażi u ngħidu xi ħaġa hekk; \"insostnu aktar lill-familji billi noffru strutturi neċessarji ta' sapport fuq sitwazzjonijiet relatati\".", "X'taħsbu?", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien nixtieq nagħmel suġġeriment; nistgħu ngħidu \"nagħtu sostenn lill-familji, speċjalment lil dawk li huma f'riskju jew f'diffikultajiet\"?", "ETIENNE GRECH: B'hekk inti tkun qiegħed tmur fuq dawk li l-aktar għandhom problemi.", "THE CHAIRPERSON: Tista' terġa' tirrepetiha Onor. Azzopardi?", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien kont se nissuġġerixxi li ngħidu hekk; \"nagħtu sostenn lill-familji, speċjalment lil dawk li huma f'riskju jew li għandhom problemi.\".", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Ngħaddu għar-rakkomandazzjoni li jmiss u li għandha x'taqsam mal-edukazzjoni sesswali tassattiva.", "Hawn xi kummenti fuqha?", "ETIENNE GRECH: Nistgħu nagħtu spjegazzjoni fuqha din?", "DEBORAH SCHEMBRI: Tassattiva tfisser ta' bilfors.", "L-iskejjel kollha bilfors iridu jagħmluha għax inkella jeħlu multa?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fl-iskejjel tal-Istat qalulna li diġà kienu qed jagħmluha filwaqt li fuq l-iskejjel tal-Knisja ma kenitx daqshekk ċara jekk issirx f'kull skola.", "DEBORAH SCHEMBRI: Bħalissa mhijiex tassattiva u allura għandek skejjel li jistgħu jagħżlu li ma jagħmluhomx.", "ETIENNE GRECH: Aħna qegħdin ngħidu li qed nisforzaw lill-iskejjel tal-Knisja u lill-iskejjel Indipendenti li bilfors iridu jagħtu l-edukazzjoni sesswali kif iridu huma?", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna mhux qed nisforzaw imma qegħdin nagħmlu rakkomandazzjoni li l-edukazzjoni sesswali għandha tkun tassattiva għat-tfal minuri kollha u mhux ikun hemm xi skola li tiddeċiedi li ma tridx tagħti l-edukazzjoni sesswali.", "DEO DEBATTISTA: Imma fl-iskejjel tal-Istat u mhux dawk privati hux?", "Se tagħmilha tassattiva fuq l-iskejjel tal-privat?", "DEBORAH SCHEMBRI: L-intenzjoni tal-Istat hu li jipproteġi lit-tfal kollha tiegħu u mhux biss parti minnhom.", "ETIENNE GRECH: Skejjel sekondarji jew primarji?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk l-iskola ma tieħux din l-inizjattiva u t-tfal jispiċċaw ma jingħatawx l-edukazzjoni sesswali, se jkunu t-tfal li jiġu mċaħħda.", "Jekk aħna ngħidu li se nagħmlu rakkomandazzjoni sabiex l-edukazzjoni sesswali tkun tassattiva, tkun qiegħed torbot lil kulħadd a benefiċċju tat-tfal.", "Issa t-tfal kollha Maltin u Għawdxin għandu jkollhom dan il-benefiċċju irrispettivament liema skola jkunu qegħdin.", "ETIENNE GRECH: It is a recommendation u jekk diġà issir din …", "DEO DEBATTISTA: Ma taħsibx li b'dan il-mod jistgħu jagħtuha xi aspett akkademiku u allura dak li jkun jiġi ċċertifikat li ħa l-edukazzjoni sesswali?", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta tkellimna fuq dan is-suġġett fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali konna tkellimna fuq din il-biċċa xogħol u l-mistednin li kellna, li kienu min-naħa tal-Awtorità, kienu qalulna li din mhijiex kwestjoni ta' eżami u ta' ċertifikati imma jekk tkun xi ħaġa tassattiva, aħna nistgħu nserrħu moħħna li għallinqas the most vulnerable of children se jkollhom dan iċ-ċans li jsiru jafu fuq l-edukazzjoni sesswali.", "B'hekk ma jkunux jiddependu fuq tad-dar biex jgħidulhom xi ħaġa fuq dan is-suġġett u jispiċċaw ma jgħidulhom xejn.", "Dawn it-tfal ikunu mgħallma b'ċerti standards fl-iskejjel kollha.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri intom qed tipproponu li l-iskejjel kollha, irrispettivament jekk humiex tal-Istat jew Indipendenti, iridu jagħtu numru ta' lezzjonijiet relatati ma' edukazzjoni sesswali.", "Issa se nispeċifikaw numru jew le?", "Jekk dawn jagħtu lezzjoni waħda se tkun biżżejjed?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk xi ħadd jgħidli li tista' tieħu l-edukazzjoni sesswali kollha f'lezzjoni waħda, bilfors li jkolli nistaqsih kemm se tkun twila dik il-lezzjoni!", "ETIENNE GRECH: U se nispeċifikaw fuq l-etajiet?", "Jiġifieri dawn il-lezzjonijiet se jingħataw fil-primarja jew fis-sekondarja?", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li din trid tkun xi ħaġa tassattiva, jiġifieri li trid issir bilfors?", "U se tingħata fil-primarja wkoll?", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna qegħdin nagħmlu rakkomandazzjoni li tkun tassattiva, issa mbagħad dawn ir-rakkomandazzjonijiet sta għal min jaħdem – fil-fehma tiegħi għandna nibagħtu dan ir-rapport lill-Ministeru tal-Edukazzjoni - f'dak il-kamp li jara f'liema etajiet l-aħjar li tingħata.", "Aħna hawnhekk il-policy in ġenerali nistgħu naffettwaw u naħseb li jekk nieqfu hekk inkunu għedna biżżejjed.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Naħseb li nistgħu nħalluha kif inhi din ir-rakkomandazzjoni.", "FREDERICK AZZOPARDI: Kont se nagħmel suġġeriment fuqha; minflok \"tassattiva\" ikunx aħjar jekk ngħidu \"obbligatorja\"?", "Tassattiva aktar tinftiehem li tista' iġġib il-multi magħha mentri obbligatorja m'aħniex qed ngħidu li min ma jagħmilx dawn il-lezzjonijiet se jeħel xi multa.", "THE CHAIRPERSON: Mela nagħmluha obbligatorja.", "THE CHAIRPERSON: Ir-rakkomandazzjoni li jmiss tgħid hekk;", "\"l-iskejjel u dawk kollha involuti fuq livell edukattiv jgħallmu lill-istudent x'jiġifieri meta jkollok x'taqsam ma' persuna li tkun parti minn organizzazzjoni LGBTI u l-inklużjoni tagħhom u l-modi ta' prevenzjoni kontra l-mard.\"", "Jiena nixtieq nagħmel punt hawnhekk għax se nitfgħu dawl fuq sezzjoni waħda tal-popolazzjoni u għalhekk din hija xi ħaġa diskriminatorja.", "Aħna għandna ngħallmu fuq is-sesswalita b'mod ħolistiku u m'għandniex noqogħdu nsemmu persuni li jkollhom orjentazzjoni sesswali partikolari.", "Jekk hemm HIV u tista' teħodha jekk tagħmel ċerti affarijiet, għandna ngħidulhom u ngħallmuhom fuq is-sexually transmitted diseases u m'għandniex għalfejn nidentifikaw sezzjoni waħda li jkollha orjentazzjoni sesswali partikolari.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri jiena ngħallem lit-tfal tiegħi li jekk ikollhom att sesswali, ikun ma' min ikun, hemm ċerti riskji u ngħidilhom bir-riskji kollha u mhux noqgħod nidentifika riskji partikolari jekk forsi jmorru ma' xi ħadd li jkun LGBTI.", "Jiena nagħtik ir-riskji kollha mingħajr ma nitfa' lenti fuq xi kategorija partikolari.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena naqbel li din għandha titneħħa minn rakkomandazzjoni.", "Nifhem li Dr Burmingham niżlet dawk ir-rakkomandazzjonijiet li għamlu l-mistednin li ġew ikellmuna imma mbagħad sta għalina x'naċċettaw u ma naċċettawx bħala rakkomandazzjonijiet.", "Bħala Gvern għamilna enfasi kbira biex l-inugwaljanzi li kien hemm fil-liġi - għadhom mhux lesti kollha – u li kienu qed joħolqu diskriminazzjoni fuq persuni LGBTI, inneħħuhom.", "Issa malli nibdew nerġgħu naqilgħu l-labels ta' LGBTI u mhux LGBTI se nkunu qegħdin nagħmlu disservice anke lil dak li qed jipprova jagħmel dan il-Gvern u ċjoè li jittratta lil kulħadd b'mod ugwali.", "U fl-aħħar mill-aħħar lanqas tkun qed tagħmel servizz lit-tfal billi tipponta subgħajk lejn nies partikolari għax kulħadd għandu jiġi meqjus indaqs.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "DEO DEBATTISTA: Ma nafx iddiskutejtuhiex iżda naf li fl-Olanda u fin-Norveġja jiġu diskussi wkoll is-sesswalità fin-nies bi bżonnijiet speċjali.", "Issa naf li mhux faċli imma naf li hawn Maltin li għandhom il-PHD fuq dan is-suġġett.", "Aħna dejjem nitkellmu fuq nies LGBTI u qed ngħidu li m'għandniex nagħmlu timbri imma dawn in-nies bi bżonnijiet speċjali għandhom sesswalità ftit partikolari.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li nkunu avant garde bħal dawn il-pajjiżi li semmejt u b'xi mod naraw li jkun hemm xi forma ta' lezzjonijiet għal dawn it-tfal bi bżonnijiet speċjali.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Il-paragrafu ta' taħt l-edukazzjoni sesswali tassattiva narah li huwa simili ħafna.", "Jiġifieri fejn qed ngħidu l-iskejjel u dawk kollha involuti fuq livell edukattiv jgħallmu lill-istudent x'jiġifieri meta jkollok x'taqsam ma' persuna … eċċ., għandha l-istess meaning tal-edukazzjoni sesswali tassattiva.", "U allura dik tista' tinqata' imma minħabba li kif konna qegħdin ngħidu li ħadd m'għandu jibqa' barra, inkluż l-LGBTI u l-persuni b'diżabilità, fejn hemm \"edukazzjoni sesswali tassattiva\" jien kieku nagħmilha \"edukazzjoni sesswali sekolari tassattiva\".", "Ħalli ngħidilkom għalfejn qed ngħid hekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Edukazzjoni sesswali sekolari x'taħbat?!", "ETIENNE GRECH: Għaliex inti jista' ikollok ċerta ideat reliġjużi li ma jkunux iridu jgħallmu ċerta affarijiet lit-tfal.", "Pereżempju jkunu jridu jgħallmuhom li s-sess irid isir fil-familja miżżewġa u dawn l-affarijiet, jiġifieri jgħallmu b'mod konservattiv.", "Meta ngħidu sekolari rridu nfissru b'mod miftuħ, b'mod modern u li jikkonsidra s-soċjetà moderna.", "Dak li ridt infisser.", "DEO DEBATTISTA: Imma xi trid tfisser biha \"sekolari\"?", "GODFREY FARRUGIA: Li qed jgħid l-Onor.", "Grech hu li dan it-tagħlim irid ikun il-bogħod mir-reliġjonijiet.", "Jekk għandek skola tal-Knisja jew skola Musulmana se ġġiegħelhom jagħmluha b'mod tassattiva li jitkellmu b'mod sekolari biss?", "Issa jekk inti mbagħad għandek skola mħallta, l-affarijiet hemmhekk differenti u allura wieħed irid joqgħod attent u jiżen l-affarijiet kif suppost.", "DEO DEBATTISTA: Imma jekk hija skola tal-Knisja naqbel miegħek …", "GODFREY FARRUGIA: Il-ġenituri jafu fejn bagħtuhom.", "L-istess jekk hi skola Musulmana bħalma għandna f'Malta.", "L-idea li jkollok edukazzjoni sesswali obbligatorja hi proprju biex it-tagħrif bażiku jkun simili għat-tfal kollha u dan ma jkunx tainted mir-reliġjon.", "Dik hija importanti ħafna għax it-tagħlim irid ikollu a scientific basis.", "Issa jekk għandhiex tkun edukazzjoni sesswali obbligatorja minflok tassattiva, dik irridu niddefinixxuha u forsi ma nużawx il-kelma \"sekolari\" għax tinstema' xi daqxejn anti-klerikali ...", "FREDERICK AZZOPARDI: Xtaqt nagħmel suġġeriment hawnhekk; forsi nistgħu ngħidu \"edukazzjoni sesswali minn persuni bi kwalifiki rikonoxxuti\" biex speċi dawk biss jistgħu jagħtu dawn il-lezzjonijiet.", "U naturalment ikollhom il-guidelines biex jimxu magħhom.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Azzopardi ressaq il-punt li aħna għandna nħallu lin-nies professjonisti biex ikunu huma li jagħmlu dawn il-lezzjonijiet.", "ETIENNE GRECH: Min huma dawn in-nies?", "Sesswologi jew għalliema?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Frederick Azzopardi imma naħseb li rridu nsemmu xi ħaġa importanti u li dawn iridu jkunu PSCD teachers, u allura teachers kwalifikati.", "Issa meta kienu ġew jitkellmu mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fuq l-edukazzjoni sesswali kienu qalulna li l-PSCD teachers fl-iskejjel privati ma kenux funded.", "L-iskola għandu jkollha PSCD teacher u bħalma l-iskola tħallas lit-teacher tal-Ingliż, tal-Malti u tas-suġġetti l-oħra, għandha tħallas ukoll lill-PSCD teacher.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jista' isir imbagħad ftehim bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-iskejjel tal-Knisja.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma d-Dipartiment tal-Edukazzjoni ma jħallasx lit-teacher tal-Ingliż!", "Allura għalfejn għandu jħallas lit-teacher tal-PSCD?", "Jekk aħna qegħdin ngħidu li din hija xi ħaġa importanti għat-tfal tagħna, mela trid titħallas mill-iskola li qegħdin fiha t-tfal.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiena qed ngħid li hemm skejjel tal-Knisja li jitħallsu u tal-privat le.", "DEO DEBATTISTA: L-Onor.", "Azzopardi għandu punt hawnhekk għax issa, jekk issir obbligatorja, any teacher can do it!", "U din li ma rridux aħna.", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: L-Onor.", "Azzopardi għandu raġun mija fil-mija.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena bdejt ngħid li naqbel ħafna miegħu.", "Jiġifieri hawnhekk irridu ngħidu li trid tkun edukazzjoni sesswali obbligatorja, min-nies professjonisti fil-qasam.", "ETIENNE GRECH: Imma skond x'tifhem biha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri kwalifikati fis-suġġett.", "Jiena nħoss li l-għalliem huwa professjonist u għalhekk li għedt professjonist fis-suġġett.", "Issa jekk tridu li ngħidu \"kwalifikati fis-suġġett\" xorta għalija.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Ħalli naqra r-rakkomandazzjoni li jmiss u li tgħid hekk;", "\"Li jkun hemm condom dispensers ġewwa skejjel post-sekondarji u ġol-universitajiet\"", "Hawnhekk nixtieq inżid il-kliem \"bi prezzijiet raġjonevoli ġewwa l-iskejjel post-sekondarji u ġewwa l-Università\" biex ikollna condom dispensers bi prezzijiet raġjonevoli.", "Ma tistax tagħmilli condom li jiswa €5 meta l-baġit tiegħi mhuwiex €5!", "Jekk inti se tagħtini cost għoli biex jien nuża l-condom, mela allura dak il-condom irrid inkun naffordjah għax inkella mhux se nużah.", "Jekk dawn se nobbligawhom jagħmlu condom dispensers imma mbagħad inħalluhom jagħmluhom bi prezzijiet għoljin, iż-żgħażagħ xorta mhux se jużawhom.", "L-iskop hu li jkun hemm edukazzjoni sesswali u protezzjoni imma din il-protezzjoni trid tkun fl-ambitu tal-pocket money li jkollhom iż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jixtruhom.", "DEO DEBATTISTA: Xtaqt ngħid xi ħaġa mhux biex nikkoreġġikom jew biex ninstema' xi bravu imma hawnhekk trid tqis li kollox relatat mal-kwalità.", "Jekk se tixtri t-tali ditta se toħroġ irħas mit-tali ditta l-oħra għax it-tali kwalità hija aktar tajba.", "Għalhekk jien ma naħsibx li għandna nispeċifikaw prezz u r-raġuni hija waħda sempliċi ...", "ETIENNE GRECH: Tal-Università trid tissorveljaha din imma.", "DEO DEBATTISTA: Talli tħallas tieħu u dan jgħodd f'kollox fil-ħajja.", "THE CHAIRPERSON: Jiena ma rridx li tkun qed iżżomm liż-żgħażagħ milli jużawhom għax jarawhom għoljin!", "Inti tmur x'imkien u ssib li mhumiex affordabbli biex tagħmel użu minnhom u allura tagħżel li ma tużahomx.", "Għalhekk f'dawn il-postijiet iffrekwentati miż-żgħażagħ irid ikun hemm xi ħadd li jara li dawn qed jinbiegħu bi prezzijiet raġjonevoli.", "Dawn tista' tixtrihom minn kullimkien imma l-problema hi li ż-żgħażagħ ma jgħidux lill-ġenituri li jkunu attivi sesswalment u allura ma jżommux condoms fuqhom.", "Imbagħad imorru jipprovaw jixtruhom minn dawn il-postijiet u jsibuhom għoljin, u allura ma jużawhomx.", "Mela dawn ma jkunux qed jilħqu l-iskop tagħhom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena naqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni.", "Issa jekk se ngħidu li jrid ikun hemm condom dispenser, - l-ewwel nett diġà nafu li nqalgħet kwestjoni fuq din l-issue – irridu ngħidu li dawn għandhom ikunu fl-universitajiet u fil-post-secondary schools.", "Issa li rridu naraw hu min se jkollu l-obbligu li jara li jkun hemm dawn id-dispensers.", "U naqbel ukoll mal-Onor.", "Debattista li m'għandux ikun hemm prezzijiet għax f'dawn l-affarijiet l-irħis għoli.", "DEO DEBATTISTA: Jiena bħala tabib qed nitkellem; ibqgħu ċerti li min ma jużax il-kontraċettivi mhux minħabba kwestjoni ta' prezz imma għax ma jkunx edukat biżżejjed u li meta jiġi għad-dunque ma jħossx li għandu jagħmel użu mill-kontraċettivi.", "Issib nies intelliġenti u li għandhom il-mezzi u xorta ma jużawx il-kontraċettivi għax mhumiex konxji tar-riskju tal-mard li jistgħu jieħdu.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellem fuq tqala mhux mixtieqa imma fuq riskju ta' mard.", "Jiena naħseb li jekk iż-żgħażagħ tagħna ngħallmuhom ikunu konxji dwar il-periklu tal-mard, – u mhux tat-tqala - ibqa' ċert li lanqas tgħaddilhom minn moħħhom li ma jużawx il-kontraċettivi.", "Fil-fatt meta tfiehem lil xi ħadd bil-kwantità ta' mard li jista' jiġi trażmess sesswalment, lanqas biss jgħaddilu minn moħħu li ma jużahomx il-kontraċettivi.", "Għal tqala jieħdu riskju imma meta tispjegalhom fuq l-HPV, il-human papillomavirus u kemm jista' jieħu forom differenti dan il-virus, fuq il-warths li jistgħu jinbidlu f'kanċer fl-għonq tal-utru, fuq il-hepatitis B, fuq l-HIV, fuq il-gonorrhea, fuq il-syphilis, eċċ., li kollha tista' teħodhom għax ma tużax il-kontraċettiv, lanqas biss jgħaddilhom minn moħħhom li jkollhom x'jaqsmu sesswalment mingħajr kontraċettiv.", "Għalhekk mhijiex kwestjoni ta' flus.", "Fl-opinjoni tiegħi hija proprju n-nuqqas ta' edukazzjoni li qed twassal biex ma jużawhomx u mhux il-€5.", "THE CHAIRPERSON: L-iskop li kelli f'moħħi u li hija waħda mill-affarijiet li kont sibt fir-riċerka tiegħi meta għamilt l-ewwel teżi fuq is-sexually transmitted diseases u ħaddiema li jaħdmu f'settur partikolari, kienet proprju minħabba riżorsi finanzjarji limitati li kellhom dawn in-nies.", "Jekk se jkun hemm over costing u l-profit margin se jkun minfuħ b'tali mod li min qiegħed joffri dak is-servizz se jipprova jieħu vantaġġ minnek għax jaf li inti trid dak l-oġġett, mela dak li jkun se jasal biex jagħżel li ma jużahx.", "Veru li talli tħallas tieħu imma anke t-tajjeb m'għandux ikun hemm profit margin esaġerat fuqu.", "Għalhekk l-istituzzjoni għandha tara li s-servizz jingħata u li min qiegħed jagħmel il-profit margin fuqhom, ma jisfruttax liż-żgħażagħ.", "Jiena f'dan l-isfond kont qed nitkellem u ċjoè biex liż-żgħażagħ tagħna noffrulhom is-servizz imma ma nisfruttawhomx u ma nabbużawx minnhom għax ikunu jridu jieħdu dak is-servizz.", "DEO DEBATTISTA: Mela se naraw aktar il-profit margin?!", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma jekk aħna ma nistgħux nagħmluha din f'affarijiet normali għax illum għandna an open economy, allura kif nistgħu niċċekkjaw il-profit margin ta' min ibiegħ il-condoms fl-iskejjel?!", "FREDERICK AZZOPARDI: Jimporta nagħmel suġġeriment; dawn jinbiegħu wkoll fl-ispiżeriji fejn għandek prezzijiet stabbli u allura f'dawn il-postijiet jistgħu jinbiegħu bl-istess prezzijiet li jinbiegħu fis-suq.", "ETIENNE GRECH: Jiena naqbel mas-sentenza imma naħseb li aħna mhux se noqogħdu nidħlu f'dan id-dettall għax imbagħad min se jamministrahom dawn il-condom dispensers?", "Il-privat jew l-Università stess?", "Dik hija xi ħaġa li jridu jarawha jekk tiġi implimentata l-proposta.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li tagħmel differenza kbira jekk aħna ngħidux li l-prezz għandu jkun tant u li dan li qed nirrakkomandaw jibqax fuq il-karta!", "(Interuzzjonijiet) Le, mhuwiex dettall inutli imma huwa dettall li jekk ma tniżżlux, stajna ma ktibna xejn!", "ETIENNE GRECH: L-ikbar contention hija jekk tagħmilx condom dispensers fl-Università jew le.", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, mhijiex dik l-ikbar contention.", "Il-prezzijiet huma xi ħaġa oħra imma jekk ngħidu li għandu jkun hemm condom dispenser, u wara ftit nindunaw li dawn ma sarux, fuq min se nduru u ngħidulu li kellu l-obbligu li jagħmilhom imma m'għamel xejn?", "Lil ħadd!", "Mela se nkunu qegħdin niktbu xi ħaġa li ma tistax tiġi sostnuta u għalhekk irridu niktbu li l-iskejjel post-sekondarji u l-universitajiet għandhom jassiguraw li jkun hemm condom dispensers ġewwa l-faċilitajiet tagħhom ħalli b'hekk tpoġġi r-responsabilità fuq xi ħadd.", "Jekk imbagħad tmur u ma ssibhomx, tista' ddur fuq ir-Rettur tal-Università u tgħidlu li dawn mhumiex f'posthom.", "Mentri jekk tibqa' kif inhi hekk, ma tista' tkellem lil ħadd, ma tista' tagħmel xejn u nkunu qegħdin hawnhekk għal xejn!", "Issa mbagħad fuq prezzijiet, għalkemm naqbel li huwa tajjeb li jkollok ċerti limiti fuq il-profit margin imma l-liġijiet li kien hemm fl-antik u li kienu jħarsu lejn il-profit margins, illum issorpassajnihom.", "ETIENNE GRECH: Kif se nagħmlu r-rewording tagħha din is-sentenza?", "DEBORAH SCHEMBRI: Tista' tgħidilna Dr Burmingham? (off mic)", "Ħalli ngħaddu għall-proposta li jmiss;", "\"Attività sesswali bejn minuri għandha tiġi dikriminalizzata (ħlief f'każi ta' esplojtazzjoni anke jekk ikun hemm il-kunsens tal-minuri)\"", "Hawn xi ħadd li jixtieq jgħaddi xi kummenti fuq din ir-rakkomandazzjoni?", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiena qiegħed naraha daqxejn iebsa wisq u naħseb li rridu nlaħħmuha u nfissruha aħjar għax kif inhi t-tifsira tagħha mhijiex ċara.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Esplojtazzjoni jista' jkollok teacher li tmur ma' xi ħadd ta' 14-il sena, anke jekk iż-żagħżugħ ikun ta l-kunsens tiegħu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Attività sesswali bejn il-minuri għandha tiġi dikriminalizzata.", "Jiena naqbel magħha imma hawnhekk irridu nagħmlu l-parentesi \"ħlief f'każi ta' esplojtazzjoni anke jekk ikun hemm il-kunsens.).", "L-ewwel nett esplojtazzjoni hija esplojtazzjoni u din hija ħażina minnha nnifisha u mhux għax tkun minuri jew le.", "Il-kunsens mod u l-esplojtazzjoni mod ieħor.", "Pereżempju jiena kelli każ speċifiku li ma nistax ninsih, fejn il-minuri kien jesplojta lil xi ħadd li kienet 10 snin akbar minnu!", "Dan kien mar magħha u ma qalilhiex kemm għandu żmien u mbagħad wara qalilha li kien se jikxifha u jġibha fl-inkwiet jekk ma tħallsux!", "U dan beda jitlobha l-flus biex jixtri l-ħwejjeġ u biex joħroġ, u jekk ma ttihx il-flus jheddida li se jmur għand il-pulizija għax hi maġġorenni u hu kien minorenni.", "Din spiċċat f'din is-sitwazzjoni!", "Aħseb u ara bejn żewġ minuri.", "L-esplojtazzjoni hija esplojtazzjoni u għandha tiġi kkundannata anke bejn il-minuri.", "Jiġifieri meta ngħidu mischevious discretion at age 14, - il-liġi telgħet minn 9 għal 14 - xorta bejn 14 u 16 għandek il-mischevious discretion.", "U għalija din ir-rakkomandazzjoni miktuba perfetta u m'għandhiex għalfejn tinbidel.", "ETIENNE GRECH: Hawnhekk qegħdin ngħidu attivitajiet sesswali bejn il-minuri imma għandna nispeċifikaw l-età?", "Pereżempju ngħidu jekk hux 10 snin, 11-il sena, 12-il sena, eċċ. Għax li tkun 7 year old tagħmel differenza.", "THE CHAIRPERSON: Imma taqblu li għandu jkun hemm xi età li għandna nikkriminalizzawha?", "ETIENNE GRECH: 'Il fuq minn 14-il sena.", "Attività sesswali bejn il-minuri 'l fuq minn 14-il sena.", "DEO DEBATTISTA: Ħa nkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Azzopardi għax veru li rridu nlaħħmuha din.", "U anke kif kien qed jgħid l-Onor.", "Grech għax bilfors li rridu nispeċifikaw liema età.", "Ma jistax ikollok ġuvnott ta' 15-il sena li għandu relazzjoni ma' xi ħadd ta' 9 snin jew ta' 10 snin.", "DEBORAH SCHEMBRI: Illum kif inhi?", "Illum jekk ikollok xi ħadd ta' 13 ma' xi ħadd ta' 9 snin mhijiex crime, allura kif se nagħmluha issa crime?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Imbagħad id-differenza hi li jekk inti għandek a 15 year old with mischevious intent li mar ma' xi ħadd ta' 9 snin, allura hemmhekk imbagħad ma jiġix liable għax tkun dicriminalised?", "DEBORAH SCHEMBRI: Mela allura rridu nħallu kollox kif inhu u ma ngħidux li se niddikriminalizzaw għax kif inhi bħalissa, over 14 with mischevious discretion ...", "DEO DEBATTISTA: La qed ngħidu we dicriminalise sinjal li hija kriminali.", "Jien hekk qed nassumi.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jekk inti tiddikriminalizza, tista' tagħmilha pereżempju minn 14 sa 16 u allura dawk il-14 year olds, 15 jew 16 year olds bejniethom mhux qed jagħmlu att kriminali.", "Issa mbagħad jekk għandek a 14 year old ma' a 13 year old …", "THE CHAIRPERSON: L-age of sexual consent se nniżżluha u issa se nneħħuha għal kollox jekk se nerġgħu nniżżluha għal 14 years!", "ETIENNE GRECH: Le, mhux l-age of sexual consent għax hemm differenza bejn discriminalisation u li tnaqqas l-age of consent.", "Hemm differenza.", "Hawnhekk qed ngħidu dicriminalisation u bilfors irridu niddeċiedu fuq età għax f'ċerti rħula nisimgħu b'każijiet fejn a 14 year old ikollu relazzjoni ma' 11 year old.", "DEBORAH SCHEMBRI: Bħalissa, u kkoreġuni jekk jien żbaljata, under 14 m'għandekx mischevious discretion anymore.", "Mela jekk ikollok lil xi ħadd ta' 10 snin ma' xi ħadd ta' 12-il sena diġà m'hemmx crime.", "Xi ħadd ta' 12 ma' xi ħadd ta' 13 and nine months diġà m'hemmx crime.", "Li rridu nkunu ċerti hi fuq 15 u 16 għax issa se tonqos sa 16.", "Mela l-problema minn 14 sa 16.", "Issa jekk qegħdin ngħidu li se niddikriminalizzaw minn 14 sa 16 għax dawk li huma crimes bħalissa, mela nneħħuhom.", "Issa aħna x'qegħdin ngħidu?", "Li nneħħu minn 14 sa 16 bejniethom?", "Tajjeb.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Għaliex dik id-differenza mbagħad bejn jekk tniżżel l-età u li tikkriminalizzaha.", "Inti se tniżżel l-età sa 16, jiġifieri minn 16 'il fuq jistgħu jagħmlu li jridu ma' min iridu għax għandek il-kunsens.", "Imma bejn 14 u 16 jekk se tiddikriminalizzaha, se tiddikriminalizzaha bejniethom biss.", "Mela ma jistax ikollok 14 year old ma' 18 year old għax il-14 year old xorta ma jistax jagħti kunsens ma' 18 year old ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Ħalli nistaqsi xi ħaġa; ejja ngħidu li niddikriminalizzaw minn 14 sa 16, mela għandek tfajla ta' 14 ma' ġuvni ta' 15.", "Jekk ikollhom x'jaqsmu bejniethom mhijiex crime.", "Issa dawn jikbru ftit u t-tfajla jkollha 15 u l-ġuvni jkollu 17.", "Hemmhekk imbagħad se nagħmluhielhom crime!", "Mela dawn ikunu joħorġu flimkien u jkun ilhom sentejn flimkien imma f'daqqa waħda se ngħidulhom li dak li kienu qed jagħmlu issa sar crime sakemm it-tfajla tagħlaq 18!", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna hawnhekk.", "Jien għalija din is-sitwazzjoni hija daqxejn stramba.", "THE CHAIRPERSON: Hawn proposta biex din ir-rakkomandazzjoni tinqata' u għalhekk se nneħħuha.", "Issa se ngħaddi għar-rakkomandazzjoni li jmiss;", "\"Minuri li huma attivi sesswalment għandhom jingħataw appoġġ fl-għażliet tagħhom\".", "Din naħseb diġà daħħalniha ħafna drabi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ħalli mmorru fuq ir-rakkomandazzjoni li għandha x'taqsam mal-banding u din qed tgħid hekk;", "Age banding u close-in-age exemption – għandhom jiddaħħlu b'mod kawt għaliex id-differenza fil-maturità tista' tkun ħafna ikbar mid-differenza fl-età;", "Age banding m'għandhiex tkun ta' iktar minn 3 snin (Kunsill Mediku);", "Nibda billi ngħid li jien ma naqbilx fuq l-age banding, fl-ebda ċirkostanza.", "Jien assolutament ma naqbilx li ndaħħluha bħala crime li tagħmel differenza fl-età!", "Jekk aħna qegħdin ngħidu li 16 year old - bħalma qal il-Psikologu Bernard Caruana - għandha l-intelliġenza meħtieġa u l-fakultà mentali sabiex tiddeċiedi hi jekk ikollhiex x'taqsam ma' xi ħadd, irrispettivament mill-età, jekk għandha l-fakultajiet mentali intatti biżżejjed biex teħodha dik id-deċiżjoni, allura għandha l-fakultajiet intatti biżżejjed biex teħodha ma' min trid.", "Li qal ukoll il-psikologu - u li vera tagħmel sens – hu li mhijiex biss l-età li tagħmel differenza.", "Mela ejja ngħidu li għandek a 16 year old ma' 18 year old li huwa traffikant tad-droga, pimp, jew ikun xi jkun, avolja dan m'għandux 40 sena, xorta jista' ikun ta' problema għal dik it-tfajla.", "Imma hi trid tieħu dik id-deċiżjoni.", "Jekk qegħdin ngħidu li għandha l-fakultajiet mentali intatti, li huma tajbin biżżejjed biex tieħu dik id-deċiżjoni, mela l-fakultajiet tagħha tajbin biex teħodha għal waħda u tajbin biex teħodha għal oħra.", "Għalhekk għalija l-banding absolutely out of the question u ma naqbilx magħha.", "ETIENNE GRECH: Jien ukoll ma naqbilx mal-banding u hawnhekk bażikament se nirrepeti dak li semmiet l-Onor.", "Jekk aħna qegħdin nagħtu l-empowerment liż-żgħażagħ - b'eċċezzjoni għal dawk li huma vulnerabbli jew li m'għandhomx il-kapaċità mentali – u qed nagħtuhom il-kunsens, mela dawn għandhom il-kunsens li jagħżlu l-età li jridu huma.", "Wara kollox ejja ngħidu li nagħmlu age banding ta' tliet snin u 16 year old imur ma' xi ħadd li huwa 20 year old.", "Hemmhekk nistgħu niġu wkoll f'dik is-sitwazzjoni li semmiet l-Onor.", "Schembri, u allura wara li jgħaddi ftit taż-żmien dawn jispiċċaw jiżżewġu u hawn ħafna nies li d-differenza bejn il-mara u r-raġel tkun ta' erba' snin jew aktar.", "Għalhekk ma naqbilx mal-age banding.", "DEBORAH SCHEMBRI: Din qisna qed ngħidu li se nagħtu l-vot lil żgħażagħ ta' 16-il sena imma mbagħad ma nħalluhomx jivvotaw lil partiti estremisti.", "L-istess kummiedja.", "Inti jekk qed tgħid li huma intelliġenti biżżejjed u għandhom il-fakultà mentali tajba biżżejjed biex jivvotaw, mela trid tħalli dik id-deċiżjoni f'idejhom.", "Issa jista' jkun li qed jagħmlu żball imma jista' jkun ukoll li jivvotaw lil xi ħadd li mhux estremist u xorta jagħmlu żball.", "Qed inġib dan l-eżempju biex nuri aktar id-differenza għax meta nitkellmu fuq etajiet it is a sensitive issue.", "ETIENNE GRECH: Ma ninsewx li cohersion and violence huma kollha punibbli bil-liġi u ma tistax tagħmilhom.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ta' 40 sena jmur ma' waħda ta' 16 jew ta' 17-il sena b'mod cohersive jew b'ingann jew b'esplojtazzjoni, diġà hemm il-liġi biex tilqa' għalihom dawn.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Fuq il-banding - mill-esperjenza professjonali tiegħi – il-problema li nara hu li ma nistax nimmaġina a 16 year old li tagħti kunsens lil wieħed li huwa a 45 year old jew a 50 year old.", "Issa tgħiduli ta' 18 allura tista'?", "Hemm ċirkostanzi soċjali u jien ma nixtieqx li lil dak li jkun nagħtuh il-mezzi biex ikollu aċċess għal dawk li għandhom 16-il sena.", "DEBORAH SCHEMBRI: Din mhijiex kwestjoni ta' mezzi.", "Jiena naf nies li bdew joħorġu flimkien at a very tender age, jiġifieri ta' 14 u 15 ma' xi ħadd ta' 45 u baqgħu flimkien.", "U dawn iżżewġu u damu miżżewġin aktar mill-maġġoranza tal-koppji li jiġu għandi għas-seperazzjonijiet.", "Issa dawn l-ebda wieħed minnhom ma kien xi sinjur.", "ETIENNE GRECH: Kemm kellha żmien?", "DEBORAH SCHEMBRI: Hi kellha 14 u hu kellu 49.", "Issa forsi tgħiduli li llum il-ġurnata dawn m'għadhomx flimkien imma xorta għamlu numru sabiħ ta' snin flimkien, iżżewġu, kienu kuntenti u kellhom ukoll it-tfal.", "Nista' ngħid li damu ħafna aktar miżżewġin minn ħafna nies li jiġu għandi għas-separazzjonijiet.", "Għalhekk ma tistax tgħid li kulmin hu akbar fl-età, neċessarjament irid jesplojtja jew ikun irid jabbuża.", "L-abbuż u l-esplojtazzjoni huma koperti bil-liġi.", "L-esplojtazzjoni hija ħażina u mhux l-età.", "Jekk tfajla tixtieq tkun ma' xi ħadd li huwa 30 sena ikbar minnha, li huwa 20 sena ikbar minnha, dik hija l-għażla tagħha.", "Aħna qegħdin ngħidulha li hija kbira biżżejjed mentalment u li kapaċi tieħu d-deċiżjoni tagħha.", "Ma nistgħux nieħdu aħna deċiżjoni għal xi ħadd li huwa kapaċi jieħu deċiżjoni.", "F'kull ħaġa oħra xi ħaġa simili hija inaċettabbli.", "Aħna qatt ma nimponu fuq ħadd u l-liġi qatt ma timponi fuq ħadd!", "Nieħdu deċiżjoni aħna ma' min tista' tmur jew ma tistax tmur f'każ li inti ma jkollokx fakultajiet mentali biżżejjed biex tieħu deċiżjoni.", "DEO DEBATTISTA: Imma din tal-banding aħna biss ivvintajniha?", "Għalfejn aħna daqshekk kontriha?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena waħda minn dawk in-nies li nemmen li mhux kulma jsir barra huwa tajjeb!", "U din hija waħda minnhom.", "DEO DEBATTISTA: Iva veru, imma jiena xorta ma nistax nifhem kif a 16 year old tmur ma' xi ħadd ta' 45.", "Issa tgħidli hemm differenza bejn 16 u 18 year old?", "Aħna se nagħu l-kunsens …", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma jekk din is-16 year old qegħdin ngħidulha li għandha l-kapaċitajiet mentali meħtieġa biex tieħu d-deċiżjonijiet … Jien naf persuni ta' 20 u ta' 30 sena li jieħdu deċiżjonijiet vera ħżiena!", "Qed tifhem x'jien nipprova ngħid?", "Il-fatt li xi ħadd għandu 16 ma jfissirx li ma jistax jieħu deċiżjonijiet tajbin.", "Dan jista' jieħu deċiżjonijiet responsabbli avolja ma jkunux daqhsekk deċiżjonijiet tradizzjonali.", "Imma min qed jgħid li din neċessarjament hija deċiżjoni ħażina?", "DEO DEBATTISTA: Xorta nħossni li għandna nipproteġuhom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma inti mingħalik li qed tipproteġi lil xi ħadd li fil-verità jista' jkun li tkun qed tneħħilu sentejn minn ħajtu!", "U qiegħda ngħid hekk għax jista' ikun li kif jagħlaq 18-il sena, xorta jibqa' bl-istess ħsieb u allura tkun ħassartlu sentejn minn dik ir-relazzjoni.", "Pereżempju aħna mhux qed ngħidu li l-age of sexual consent se nniżżluha għal 16 imma dak li jkun ma jistax joħroġ ma' drug addict, ma' pimp jew ma' xi ħadd li għandu kondotta maħmuġa.", "Dawn ma ngħiduhomx aħna u ma nillimitawx l-affarijiet, mela allura għalfejn irridu nagħmluha fuq l-età?", "Mhijiex l-età li tagħmel xi ħaġa ħażina imma hija l-attività li tkun qed tagħmel.", "Issa l-esplojtazzjoni ristretta u l-abbuż ristrett ukoll …", "DEO DEBATTISTA: Imma s-psychologist x'qalilna fuq il-banding?", "DEBORAH SCHEMBRI: Kontra l-banding għall-istess raġunijiet li qiegħda nsemmi jien.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fil-fatt dak li kont se nistaqsi jien għax meta ġiet diskussa din il-kwestjoni tal-age banding ma kontx preżenti għal-laqgħa.", "Dr Burmingham tista' tgħidilna eżatt ir-raġunijiet li kienu nġabu hawnhekk fuq l-age banding?", "DR ELAINE BURMINGHAM: L-ewwel nett nixtieq ngħid li l-persuna li kienet kontra l-age banding kien Dr Bernard Caruana filwaqt li kien hemm oħrajn li kienu favur tagħha.", "Il-Medical Council kienu favur l-age banding u qalulna li hemm pajjiżi li għandhom age banding ta' ħames snin, fosthom il-Kanada.", "Madankollu fil-fehma tagħhom aħna m'għandniex nagħmluha aktar minn tliet snin.", "Ir-raġunijiet li taw kienu dwar issues ta' maturità għaliex inti jista' ikollok 16 year olds li jkunu maturi ħafna imma jista' ikollok ukoll 16 year olds li ma jkunu maturi xejn.", "U allura jekk se tħalli 16 year old ma' 20 year old jew ma' 25 year old, se jkollok gap kbira ħafna, mhux mil-lat ta' età imma mil-lat ta' maturità.", "THE CHAIRPERSON: Għandna proposta mill-Onor.", "Schembri, li qiegħda tipproponi li dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet jinqatgħu.", "Għalhekk se nitlob vot biex naraw min jaqbel u min ma jaqbilx ma' din il-proposta.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena qiegħda nipproponi li dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet jiġu eliminati u minflok ngħidu li \"l-age banding m'għandux ikun permess\".", "ETIENNE GRECH: Naqbel ma' din il-proposta.", "THE CHAIRPERSON: U inti Onor. Azzopardi?", "Jiena naqbel mal-proposta tal-Onor.", "Schembri għaliex nemmen li we are going to empower young people at this age of 16, mela għandna nagħtuhom l-empowerment fuq kollox u mhux fuq biċċa waħda biss.", "DEO DEBATTISTA: Jiena kontra din il-proposta għax naqbel mal-parir tal-Medical Council u anke dak li pproponewli l-kollegi tiegħi t-tobba.", "ETIENNE GRECH: Qabel inkomplu xtaqt nagħmel intervent żgħir.", "Għal aktar minn darba aċċennajna dwar kif minkejja li naqblu li l-age of sexual consent għandha tinżel għal 16-il sena, xorta rridu naraw li jkun hemm protezzjoni għal dawk il-persuni li m'għandhomx il-fakultà mentali biex jieħdu d-deċiżjonijiet għalihom infushom.", "Imma safejn nista' nara din mhu qiegħda mniżżla fl-ebda rakkomandazzjoni.", "Hemm rakkomandazzjoni fuq dawn in-nies?", "DR ELAINE BURMINGHAM: It-tieni rakkomandazzjoni fejn qed jingħad hekk; \"Kull emenda fil-liġi għandha ssir għall-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli\" filwaqt li tagħti lok għal iktar indipendenza u responsabbilizzazzjoni tal-istess persuna.", "ETIENNE GRECH: Mela dik qiegħda hemm.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-liġi kif inhi bħalissa tipproteġi wkoll lil min m'għandux fakultajiet mentali intatti u saħansitra tippreżumi l-vjolenza fi stupru u tipproteġihom.", "ETIENNE GRECH: Tipproteġi lill-maġġorenni?", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, anke maġġorenni.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Naħseb li l-problema hi meta jkollok nies li mhux għax għandhom xi kondizzjoni partikolari li hija rikonoxxuta imma meta jkollok nies li forsi m'għandhomx daqshekk kapaċità biex jagħrfu għalxiex deħlin għax imbagħad hemmhekk jista' ikollok l-esplojtazzjoni.", "Imma sakemm ma jkollokx vjolenza ma tistax tgħid li hemm stupru għax imbagħad il-liġi tagħna ma tidħolx fuq kunsens imma tidħol fuq vjolenza.", "DEBORAH SCHEMBRI: Pereżempju sa 12-il sena l-vjolenza hija preżunta, jiġifieri anke jekk ma jkunx hemm vjolenza għax ikun hemm kunsens, din tiġi kkonsidrata bħala vjolenza.", "U tiġi preżunta jekk ikollok xi ħadd li għandu fakultajiet mentali li ma jkunux intatti.", "Din diġà qiegħda fil-liġi tagħna u kif għedt, dik tiġi kkonsidrata vjolenza minnha nnifisha.", "ETIENNE GRECH: Imma bħalissa, jekk persuna maġġorenni tmur ma' minorenni titqies bħala crime.", "Issa jekk aħna se nġibuha li a 16 year old jew a 17 year old jistgħu jagħmlu attività sesswali ma' persuna maġġorenni, imma dak is-16 year old jew dak is-17 year old ma jkollux il-kapaċità mentali tiegħu intatti, avolja ma jkunx hemm vjolenza ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-vjolenza preżunta anke under 12.", "Tista' tkun under 12 u jkun hemm kunsens imma l-liġi se tippreżumi li hemmhekk hemm il-vjolenza.", "Fil-każ ta' inkapaċità mentali l-liġi tippreżumi l-vjolenza anke jekk ikun hemm kunsens.", "Il-liġi tgħidlek jekk xi ħadd m'għandux kapaċitajiet mentali intatti, mela hemmhekk il-vjolenza hija waħda preżunta.", "Allura anke jekk jgħidlek \"iva\", qisu ma qallek \"iva\" xejn.", "DEO DEBATTISTA: Nista' nieħu l-opinjoni tiegħek?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ovvjament imbagħad you have to prove li din il-persuna ma kellhiex il-kapaċità mentali.", "Jiena naraha mbagħad skond il-livell għax jista' jkun li għandek dan il-livell u allura tiġi dikjarat li m'għandekx kapaċità mentali u jaf ikollok ftit inqas li ma tasalx s'hemm fuq, però fl-istess ħin xorta m'għandekx the full mental capacity.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta qegħdin ngħidu li minn 18 l-età se tinżel għal 16, mela dak kollu li kien japplika għal 18 year olds issa se japplika għal 16 year olds meta tinbidel il-liġi.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ta' 18 ma setax imur ma' xi ħadd ta' 12-il sena għax kien jiġi meqjus bħala rape, issa wkoll wieħed ta' 16 ma jistax imur ma' xi ħadd ta' 12-il sena għax jiġi meqjus bħala rape.", "Mela jekk inti għandek an 18 year old li llum ma jistax imur ma' xi ħadd li għandu inkapaċità mentali għax jiġi preżunt bħala vjolenza, għada pitgħada meta tgħaddi l-liġi, jekk ikun hemm xi ħadd li għandu 16 u jmur ma' xi ħadd li għandu inkapaċità mentali, li jista' jkun iżgħar minnu, daqsu jew akbar minnu, dak se jitqies bħala rape wkoll.", "Safejn naf jien koperti b'dan il-mod.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li din ir-rakkomandazzjoni \"Il-minuri għandhom jingħataw id-dritt li jfittxu pariri u trattament mediku mingħajr il-permess tal-ġenituri tagħhom, skond il-maturità tagħhom\" diġà daħħalniha u għalhekk għandna nneħħuha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Stenna ftit għax din differenti.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-minuri għandhom jingħataw id-dritt li jfittxu parir u trattament mediku mingħajr il-permess tal-ġenituri tagħhom, skond il-maturità li jkollhom.", "THE CHAIRPERSON: Minuri under 16 qegħdin ngħidu?", "ETIENNE GRECH: Bejn 16 u 18.", "THE CHAIRPERSON: Le, imma dik diġà neħħejniha bejn 16 u 18.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna qabel għedna li minn 16 'il fuq għandha tinfetaħ ...", "THE CHAIRPERSON: Allura hawnhekk x'qegħdin nifhmu bil-kelma \"minuri\"?", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, din hija differenti għax minflok qed tgħid 16, qed tgħid skond il-maturità tagħhom, jiġfieri l-age mhijiex defined.", "Din hija differenti minn dak li għedna aktar qabel.", "(Interuzzjonijiet) Din aħna konna diġà ħadna deċiżjoni li minn 16 'il fuq u mhux skond il-maturità tagħhom.", "ETIENNE GRECH: Niftakar li tal-Medical Council kienu għamlu paragrafu sħiħ fuqha, fis-sens li jekk inti trid tmur għand tabib jew professjonist ieħor biex titlob parir, jekk inti tkun bejn 16 u 18 u għandek inkapaċità mentali, it-tabib m'għandux dritt li jarak.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Huma kienu daħlu fl-issue tal-pill.", "ETIENNE GRECH: Fuq mentally disabled għax inti ma tistax tagħti l-pill avolja jkollhom 16-il sena.", "Jekk juru li mhumiex maturi ma tagħtihilhomx.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Huma li semmew kienet l-issue tat-tobba.", "ETIENNE GRECH: Niftakar li kienu semmew il-Fraser Guidelines.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-Gillick Guidelines ġew wara l-Fraser Guidelines u dan ma jgħidlekx biss li minn 16 sa 18 trid tkun taf x'qed jiġri u trid tkun ta' ċerta maturità imma jgħid li anke fuq 13 year olds it-tabib irid jassessja li għandek fakultajiet mentali li jistgħu jwasslu sabiex tieħu deċiżjoni fuqek innifsek qabel ma jagħtik parir.", "Jiġifieri din ir-rakkomandazzjoni mhijiex eżattament bħal dik li konna qegħdin ngħidu l-ewwel għax l-ewwel aħna ħadna deċiżjoni li l-liġi għandha tiġi emendata dwar l-età fuq il-kura medika u għedna li din għandha tinżel għal 16.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Imma ma ninsewx li din ir-rakkomandazzjoni li qed taraw hawnhekk intqalet fil-kuntest li kif qiegħda l-liġi llum, it-tabib ma jistax jagħti parir lil minorenni mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tiegħu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma nistgħux nirrakkomandaw iż-żewġ affarijiet f'daqqa.", "ETIENNE GRECH: M'aħniex ngħidu li a 15 year old jista' jmur għand it-tabib waħdu … Dawn huma punti li ssuġġerewlna l-Medical Council u l-mistednin li ġibna hawnhekk u żgur li mhumiex cast in stone!", "Anzi, jien qed ngħid li għandna niddeċiedu liema waħda għandna nħallu.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jekk se tagħmilha minn 16-il sena trid tneħħi tal-maturità.", "DEBORAH SCHEMBRI: Eżatt.", "(Interruzzjonijiet)", "ETIENNE GRECH: Il-liġi għandha temenda l-età għall-kura medika billi tinżel għal 16 ħlief għal dawk il-persuni li m'għandhomx kapaċità mentali intatta.", "Dik kienu semmewha tal-Medical Council u kienu qiesuha bħala parir importanti.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-Medical Council ma tkellmux minn 16-il sena 'l fuq imma tkellmu fuq il-Fraser Guidelines u l-Gillick Guidelines, li jitkellmu fuq persuni li huma iżgħar minn 16.", "Huma kienu qegħdin jgħidu li jekk imur minorenni għand tabib, – a 14 year old – huwa t-tabib li għandu jassessja jekk dak it-tifel huwiex f'pożizzjoni li jieħu parir.", "Dak li kienu qalulna.", "It-tabib l-ewwel jassessja jekk inti għandekx il-kompetenza u din se jaraha mhux skont l-età li għandek imma skont il-maturità tiegħek.", "Imbagħad jekk jaħseb li għandek il-kompetenza meħtieġa, jagħtik il-parir li għandek bżonn.", "ETIENNE GRECH: Min se jiddeċiedi imma?", "Għax it-tabib se jgħidlek li huwa għażel hekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Huma kienu qegħdin jgħidu li t-tabib għandu jassessja jekk intix matur biżżejjed.", "Issa jekk inti matur biżżejjed jagħtik il-parir filwaqt li jekk ma jħossx li inti matur biżżejjed, ma jagħtikx il-parir imma jgħidlek biex tmur mal-ġenituri tiegħek.", "Issa jekk aħna se naqblu ma' din il-proposta, irridu nneħħu l-proposta l-oħra fejn għedna li l-età għandha tinżel għal 16-il sena biss.", "Jekk qegħdin ngħidu li sa 16 u inqas minn 16 trid dejjem il-ġenituri miegħek u mhux skont il-maturità, mela allura din niskartawha u mmorru għall-oħra.", "Bilfors irridu nagħżlu waħda mit-tnejn.", "THE CHAIRPERSON: Jien naħseb li din aktar tagħmel sens għax hawnhekk qegħdin ngħidu li inti se timxi skond il-maturità tal-individwu u kif ilna nargumentaw, ikollok persuna ta' 14 li tkun matura u jkollok persuna ta' 20 li forsi ma tkunx daqshekk matura.", "Għalhekk irridu naraw jekk hemmx xi għodda biex biha nkunu nistgħu nkejlu l-maturità ta' dak li jkun għax lanqas irridu nitfgħuha f'ħoġor it-tobba din ir-responsabilità kollha biex imbagħad dawn jgħidulna li huma m'għandhomx l-għodda li biha jistgħu jissalvagwardjaw il-professjonalità tagħhom.", "DEO DEBATTISTA: Aħna hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-contraceptive pill?", "Jiena naħseb li xorta għandna nżommu l-età ta' 16-il sena, imbagħad taħt dik l-età nemmen li għandhom jiġu mal-ġenituri tagħhom.", "Irrispettivament kemm jidher matur it-12 year old jew il-14 year old li jkollok quddiemek jiena naħseb li l-ġenituri ta' tfal taħt is-16-il sena għandhom say.", "Jista' jkun l-aktar tifel jew tifla intelliġenti ta' 14-il sena imma xorta huwa dover tal-ġenituri.", "Imbagħad fl-istess ħin ma naħsibx li t-tabib għandu jerfa' dik ir-responsabilità kollha li jagħti l-pill lil waħda ta' 14-il sena għax din tkun tidher matura.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tagħmel differenza bejn xi ħadd li jmur għal parir u xi ħadd li jmur għal treatment?", "Mela għandek tfajla ta' 14-il sena li ma tixtieqx turi lill-ġenituri tagħha imma tixtieq tieħu parir fuq jekk għandux ikollha x'taqsam mal-boyfriend tagħha bil-contraception jew le.", "Għandna ngħidu li l-liġi tippermettilha li tmur għand it-tabib biex jagħtiha parir?", "Fuq kura tista' tibqa' ta' 16-il sena.", "Allura din id-differenza għandha ssir jew le?", "DEO DEBATTISTA: Ġieli t-treatment ikun proprju l-advice.", "Jiġifieri jekk inti ġejt għandi bħala tabib u jien tajtek parir, dak xorta huwa treatment għal dak li qed tiddiskuti miegħi.", "U jien xorta nħoss li jekk tiġi tfajla ta' 14-il sena għandi biex nagħtiha parir fuq jekk għandux ikollha relazzjoni mal-boyfriend tagħha, ma nħossx li għandi nkun marbut bis-sigriet professjonali u ma navżax lill-ġenituri tagħha b'dak li ġiet qaltli din it-tifla.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk għandna tfajla ta' 14-il sena li qiegħda titlob parir mingħand it-tabib tagħha u din taf li ommha se tispiċċa tkun taf bil-ħsieb tagħha … Għalkemm din minorenni, il-partijiet riproduttivi tagħha bħala mara hemm qegħdin u allura tista' tinqabad tqila.", "Issa min ikun jixtieq ifittex dak il-parir u ma jkunx irid li l-ġenituri tiegħu jkunu jafu, il-professjoni medika se taħsel idha kompletament minnha l-biċċa?!", "(Interruzzjonijiet) Imma hekk se tkun qiegħda tagħmel!", "Jekk din qiegħda tipprova titlob parir u aħna qegħdin ngħidulha li ma tistax tfittex dak il-parir jekk ma tkunx fil-preżenza tal-ġenituri tagħha, hekk se nkunu qegħdin ngħidulha!", "DEO DEBATTISTA: La minorenni għandhom jiġu mal-ġenituri.", "Jien ma naħsibx li nkun komdu għax din, imbilli għandha s-sistema riproduttiva tagħha matura, jien se nagħtiha parir ta' maturità.", "Hemm differenza bejn il-maturità fiżika u l-maturità mentali.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta kienu qed jitkellmu magħna niftakar li kienu qalulna li 41% taż-żgħażagħ minn 16-il sena 'l fuq huma sesswalment attivi.", "DEO DEBATTISTA: Vera li t-tfajliet mentalment jiżviluppaw qabel is-subien, fis-sens ta' empathy ukoll imma ma jfissirx li kulħadd jiżviluppa concommitently mas-sistema riproduttiva.", "(Interruzzjonijiet) Jiena bħala tabib qed nitkellem issa.", "Inti jkollok ċerti bżonnijiet minħabba l-effett tal-hormones tiegħek li jkunu jmorru oltre il-maturità mentali tiegħek.", "Jiġifieri dik it-tifla jew dak it-tifel li qed jiżviluppa, tant ikollu surge ta' hormones qawwija li l-bżonnijiet sesswali tiegħu jmorru oltre l-maturità tiegħu.", "Imma għax dan għandu ċerti bżonnijiet sesswali, se nassumi li huwa matur?!", "DEBORAH SCHEMBRI: Dak proprju li qed nipprova ngħid jien; għax mhux matur u għax forsi m'għandux min jiggwidah, he is seeking help and he is a minor and will not seek help if the parents are present!", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nixtieq nistaqsi xi ħaġa mil-lat mediku.", "Jekk inti għandek a 13 year old or a 14 year old girl, matura kemm hi matura, u kapaċi tieħu deċiżjoni jekk tridx il-pill jew le, imma din it-tfajla m'għandhiex in-knowledge kollu tal-medical history tal-familja tagħha.", "Issa jekk din ommha u n-nanna tagħha kienu jbatu bit-trombożi u hi suġġetta wkoll għat-trombożi, it-tabib se jieħu r-responsabilità li jagħtiha l-preskrizzjoni tal-pill mingħajr ma jkun jaf ċerti counter indications?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena mhux hekk qed ngħid.", "DR ELAINE BURMIMGHAM: Għax hemmhekk it-tabib qed jieħu responsabilità kbira.", "DEO DEBATTISTA: L-advice ġieli jkun parti mit-treatment.", "Inti fil-kamp mediku jien nista' nagħtik parir …", "DEBORAH SCHEMBRI: It-tħassib tiegħi hu li jekk dan iż-żagħżugħ mhux se jmur għand it-tabib tal-fiduċja tiegħu, l-alternattiva ġo moħħu mhux se tkun dik li jmur għand it-tabib m'ommu imma se jagħżel li jagħmel li jrid mingħajr ma jieħu parir!", "DEO DEBATTISTA: Imma tfajla mhux se jkollha prescription tal-pill mingħajr it-tabib.", "Se jkollha din il-pill mingħajr it-tabib?!", "DEBORAH SCHEMBRI: Forsi trid tkun taf x'inhuma l-problemi jekk ikollha x'taqsam ma' ġuvni u ma tużax condom.", "Dan mhux bilfors li tuża l-pill għax il-condom tista' tmur u ssibu fejn trid mingħajr ir-riċetta tat-tabib.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mela se taqbad u tfattar dak li trid mingħajr parir?", "DEO DEBATTISTA: Naħseb li qed ninsew li dawn it-tfal għandhom il-ġenituri!", "DEBORAH SCHEMBRI: Safejn naf jien il-GU Clinic ma qalulniex li jagħtuhomlhom il-pariri irrispettivament mill-età?", "Fid-8:54 p.m. il-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis, talab li jiġi skużat.", "Il-Kumitat qabel li l-Onor.", "Etienne Grech għandu jippresjedi fl-assenza tiegħu.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Etienne Grech): Fuq din ir-rakkomandazzjoni \"Il-minuri għandhom jingħataw id-dritt li jfittxu pariri u trattament mediku mingħajr il-permess tal-ġenituri tagħhom, skond il-maturità tagħhom\" veru li kien hemm il-Fraser Guidelines li fl-Ingilterra, għalkemm l-età tal-kunsens sesswali tagħhom hija ta' 16-il sena, il-pill jagħtuha wkoll lil dawk ta' 15-il sena.", "U skond dawk il-guidelines sta għat-tabib biex jieħu dik id-deċiżjoni.", "Issa għalija diġà mxejna pass fuq il-kultura tagħna għax minn 18 niżżilniha għal 16.", "U nistgħu nkomplu niġru u nniżżlu din ukoll, fis-sens li nagħtu l-possibilità lil 14 u 15 year olds il-possibilità li jmorru għand it-tabib basta jkunu maturi biżżejjed.", "Madankollu jiena nħoss li nkunu qed niġru wisq f'dan il-każ.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mela l-aħjar li nieħdu vot fuqha.", "Min jaqbel mar-rakkomandazzjoni \"Il-minuri għandhom jingħataw id-dritt li jfittxu pariri u trattament mediku mingħajr il-permess tal-ġenituri tagħhom, skond il-maturità tagħhom\"?", "THE CHAIRPERSON: Jiena ma naqbilx magħha.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien ukoll ma naqbilx magħha.", "THE CHAIRPERSON: Mela din ir-rakkomandazzjoni għandha titħassar.", "Ir-rakkomandazzjoni li jmiss tgħid hekk; \"Għandu jkun hemm suġġett skolastiku fuq is-sesswalità – ma jkunx biss parti mill-PSCD\".", "X'taħsbu fuqha?", "Din qisha relatata ma' rakkomandazzjonijiet oħra li diġà semmejna u għalhekk ma nafx jekk hijiex dupplikazzjoni tal-istess ħaġa.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-verità jekk ikun parti mill-PSCD imma jkun across board għal kulħadd, jiena naqbel.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn li jkun hemm xi ħaġa apposta.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien naqbel ukoll li jekk ikun il-PSCD li jiddiskuti dan is-suġġett, allura m'għandux għalfejn ikun hemm suġġett ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Mela allura din ir-rakkomandazzjoni nistgħu nħassruha?", "DEBORAH SCHEMBRI: Hekk hu.", "THE CHAIRPERSON: Mela nħassruha.", "Ir-rakkomandazzjoni l-oħra tgħid hekk; \"Tiġi inkluża l-ideja ta' family based sexual education\".", "Taqblu magħha?", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Meta qed insemmu l-familja ovvjament qed nirriferu għal kull tip ta' familja.", "U allura dik tista' titħalla kif inhi.", "Ir-rakkomandazzjoni li jmiss tgħid hekk; \"Nippromwovu s-servizzi ta' għajnuna bħal GU Clinic; servizzi sesswali aktar aċċessibbli, speċjalment fil-komunità\".", "Taqblu magħha?", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien ma nafx għaliex imma għadni mhux konvint għalfejn qed ngħidu li l-GU Clinic fil-preżent mhux qed jagħti ...", "THE CHAIRPERSON: Diġà hemm ħafna reklami fuq il-GU Clinic.", "Issa għal min ma jafx b'dan is-servizz, se jkun jaf bih.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fil-verità li qed tgħid mhux li m'hemmx għajnuna imma li tippromwovi dik l-għajnuna.", "Jiġifieri l-għajnuna diġà qed tingħata.", "FREDERICK AZZOPARDI: Meta ġew huma hawnhekk, kienu għamlu l-istess suġġeriment hux hekk?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Mhux tal-GU Clinic issuġġerewh dan il-punt għax dawk kienu ġew ikellmuna fuq edukazzjoni sesswali u fuq saħħa sesswali.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma meta ġew ikellmuna fuq saħħa sesswali kienu jaqblu li għandu jkun hemm aktar promozzjoni.", "Huma bħala Health Promotion Unit jagħmlu ħafna xogħol simili.", "FREDERICK AZZOPARDI: Issa qed nifhem.", "THE CHAIRPERSON: Din ir-rakkomandazzjoni tgħaddi wkoll.", "Ir-rakkomandazzjoni li jmiss tgħid hekk; \"Għandu jkun hemm ċentri fil-komunità li jipprovdu informazzjoni, pariri u forsi xi testijiet;\"", "DR ELAINE BURMINGHAM: Li kien intqal hu li jkun hemm postijiet fil-komunità fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jmorru hemmhekk u ma jkunux ittimbrati bħal meta kieku jkollhom imorru l-GU Clinic, fejn hemmhekk kulħadd se jassumi għalfejn qed imorru.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nagħmlu section apposta fil-health centres..", "DR ELAINE BURMINGHAM: Imma li speċi l-għan hu li inti tista' tmur hemmhekk għall-għajnuna mingħajr ma tiġi ttimbrat bħal meta tmur forsi l-GU Clinic.", "THE CHAIRPERSON: Din hija xi ħaġa pożittiva u ovvjament nimmaġina li l-Ministeru tas-Saħħa jkun irid jagħmilha wkoll.", "Huwa pożittiv li fil-komunità jkun hemm iktar informazzjoni, pariri u forsi xi testijiet.", "Ovvjament wieħed irid jara l-costs tagħha din ukoll.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien nippreferi li minflok il-kelma \"ċentri\" li tfisser xi ħaġa li mhijiex hemm, nagħmluha bħala xi ħaġa intrinsic ma' dak li diġà jeżisti llum.", "U allura ngħidu li għandu jkun hemm servizzi fil-komunità li jipprovdu informazzjoni, pariri u forsi xi testijiet, jiġifieri minflok il-kelma \"ċentri\" tkun il-kelma \"servizzi\".", "\"Għandu jkun hemm servizzi fil-komunità li jipprovdu informazzjoni, pariri u testijiet.\".", "THE CHAIRPERSON: Imma pereżempju, fil-komunità diġà hemm servizzi.", "Xi ħadd jista' pereżempju jmur u jkellem lit-tabib tal-health centre tiegħu u jgħidlu li jixtieq jagħmel it-test tal-HIV.", "Dak is-servizz diġà qiegħed hemm.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għandu jkun hemm servizzi fil-komunità li jipprovdu informazzjoni u pariri fuq l-edukazzjoni sesswali u dawn m'għandhomx ikunu segregati minn servizzi mediċi oħra biex l-utenti ma jkunux labelled.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Issa mbagħad jekk hemmx il-finanzi għaliha jew le, dik jaraha l-Ministeru.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna nagħmlu din ir-rakkomandazzjoni, imbagħad naraw.", "THE CHAIRPERSON: Dr Burmingham tista' tgħidilna l-wording tagħha kif ġie?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Qed ngħidu li \"Għandu jkun hemm servizzi fil-komunità li jipprovdu informazzjoni u pariri fuq l-edukazzjoni sesswali, li ma jkunux segregati minn servizzi mediċi oħra sabiex l-utenti ma jkunux labelled\".", "THE CHAIRPERSON: Taqblu ma' din ir-rakkomandazzjoni?", "Kemm jien u kemm l-Onor.", "Schembri naqblu magħha.", "FREDERICK AZZOPARDI: L-uniku kumment li rrid nagħmel hu li qisna qegħdin nirrepetuha din tal-awareness campaign għax qisu diġà semmejniha f'rakkomandazzjoni oħra.", "DEBORAH SCHEMBRI: As such l-oħra mhijiex awareness campaign għax b'awareness campaign inti qiegħed fid-dar tiegħek jew miexi bil-karozza jew qed tisma' r-radju u qed tisma' fuqha imma mhux għax tridha.", "Mentri l-oħra qegħdin ngħidu li inti tixtieq tuża' dak is-servizz, lest li tmur imma jekk se jkun hemm clinic - bħall-GU Clinic - fil-komunità u din tkun forsi fejn tal-pastizzi jew quddiem il-knisja, kulħadd se jkun jaf eżattament għalxiex dieħel hemm!", "Issa jekk ikun hemm dan is-servizz u inti għandek bżonnu, tkun rajt l-awareness campaign u …", "THE CHAIRPERSON: Il-health centre huwa l-aħjar post fejn inti tista' tmur għax hemmhekk ħadd ma jkun jaf għalxiex mort.", "DEBORAH SCHEMBRI: Pereżempju, il-parir li tista' tieħu mingħand il-GU Clinic tista' tieħdu mill-health centre wkoll.", "THE CHAIRPERSON: Dik hija xi ħaġa pożittiva.", "Ħalli naqra r-rakkomandazzjoni li jmiss u li tgħid hekk; L-età tal-kunsens sesswali jrid ikollu s-sapport ta' servizzi regolati, inkluż is-servizz mediku;\".", "Din hija xi ħaġa pożittiva wkoll għalkemm qed naraha repetittiva.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb mela nistgħu nneħħuha.", "Ir-rakkomandazzjoni li jmiss tgħid hekk; \"Il-liġi jrid ikollha linji gwida ċari.\".", "Din naħseb li nistgħu nneħħuha wkoll?", "DEBORAH SCHEMBRI: Dawn inkitbu kollha minħabba li ntqalu minn entitajiet differenti.", "Hawnhekk kellna aktar minn avukat u psikologu wieħed.", "Issa r-rakkomandazzjoni li jmiss \"Tobba u dentisti jrid ikollhom protezzjoni legali sabiex jaħdmu fl-aħjar interess taż-żgħażagħ\" xi tfisser?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fil-verità jekk se nagħtu bil-liġi d-dritt li ta' 16-il sena tista' tmur għand it-tabib, mela awtomatikament inti se tkun qiegħed tagħti konċessjoni lit-tabib.", "THE CHAIRPERSON: Mela din nistgħu nneħħuha wkoll.", "DEO DEBATTISTA: Stenna ftit qabel inneħħuha.", "Fejn hu speċifikat li t-tabib huwa protett legalment?", "THE CHAIRPERSON: Onor. Debattista, jekk qabel konna qed ngħidu li bħala tabib ma tistax tagħti mediċina lil żagħżugħ ta' 16-il sena jekk dan jiġi waħdu, issa qegħdin ngħidu li l-liġi se tippermettih dan.", "U fil-fatt tajna r-rakkomandazzjoni li l-liġi tippermetti a 16 year old sabiex ikun jista' jmur għand it-tabib mingħajr problema ta' xejn u t-tabib jagħtih il-mediċina mingħajr ma jkollu bżonn il-preżenza tal-ġenituri tiegħu.", "Għalhekk dik nistgħu naqtugħha.", "Ir-rakkomandazzjoni li jmiss tgħid hekk; \"Kampanji edukattivi anke għall-ġenituri u parenting skills;\".", "Din ukoll naħseb li hija repetizzjoni.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li fuq parenting skills ma konniex semmejnihom.", "Issa ovvjament meta nlestu r-rakkomandazzjonijiet kollha nitlob lil Dr Burmingham sabiex tagħmel ir-renumbering tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Parenting skills hija xi ħaġa pożittiva u nistgħu nħalluha.", "L-importanti hu li jekk hemm xi rakkomandazzjonijiet li huma ripetuti ma nħalluhomx biex min jara r-rapport u jaqra r-rakkomandazzjonijiet ma joqgħodx jgħid li dawn huma ripetizzjoni ta' xulxin.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-fatt mhux se jkun hemm ripetuti għax għalhekk qegħdin nagħmlu dan l-eżerċizzju llum.", "THE CHAIRPERSON: Importanti wkoll li jiġu reworded tajjeb biex ikunu readable.", "Mela r-rakkomandazzjoni li jmiss tgħid hekk; \"Prijorità lis-saħħa sesswali u riproduttiva fl-aġenda tas-saħħa pubblika.", "Din għandha tieħu ħsieb b'mod partikolari liż-żgħażagħ li jgħixu f'familji ta' ġenitur wieħed, li għandhom nuqqas ta' monitoraġġ mill-ġenituri jew li għandhom low socio econominic status;\".", "Min ħareġ b'din ir-rakkomandazzjoni?", "Din hija xi ħaġa edukattiva u allura qed tirriferi għall-public health.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien ma naqbilx li nniżżlu \"żgħażagħ li jgħixu f'familji ta' ġenitur wieħed\" għax hawn ħafna nies li jgħixu f'familja b'ġenitur wieħed u m'għandhomx problemi soċjali jew m'għandhomx nuqqas ta' moniteraġġ mill-ġenituri tagħhom.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiena naqbel mal-Onor.", "THE CHAIRPERSON: Mela din nistgħu nneħħuha.", "Ir-rakkomandazzjoni li jmiss tgħid hekk; \"Riċerka f'Malta dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva sabiex jiġu identifikati l-oqsma fejn hemm bżonn ta' tisħiħ;\".", "Din hija xi ħaġa pożittiva.", "U l-aħħar rakkomandazzjoni hija din; \"Appoġġ lil vittmi ta' trawma permezz ta' counselling u terapija;\".", "Aħna għandna a rape crisis centre jew xi ċentru ieħor għal vittmi ta' trawma?", "DEBORAH SCHEMBRI: Illum il-ġurnata għandna ċentru ġdid f'Mater Dei.", "THE CHAIRPERSON: Imma għandu jkun hemm appoġġ għal vittmi ta' trawma.", "Għal-liema trawma qed nirriferu hawnhekk?", "DEBORAH SCHEMBRI: Minn abbuż sesswali.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nimmaġina li qaluha f'kuntest ta' xi tip ta' abbuż sesswali.", "THE CHAIRPERSON: Aħjar nagħmlu r-rewording tagħha.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nistgħu minflok \"trawma\" ngħidu \"vittmi ta' abbuż sesswali\"?", "THE CHAIRPERSON: Jekk qed nitkellmu fuq minorenni nistgħu nagħmluha vittmi ta' abbuż.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma nafx jekk jingħatawx counselling f'Mater Dei.", "Ma nafx jekk jingħatawx biss servizz mediku.", "DEO DEBATTISTA: Naħseb li għandhom psychological service.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena naħseb li għandhom dan is-servizz għax proprju għalhekk li kien sar dan il-unit ħolistiku.", "U jekk se ngħidu li rridu nagħtu appoġġ lil vittmi ta' trawma permezz ta' counselling u terapija qisna qegħdin ngħidu li m'aħniex nirrikonoxxu dak li diġà jeżisti.", "Issa safejn naf jien dan il-unit qiegħed jaħdem u qiegħed on the right tracks.", "THE CHAIRPERSON: Persuni li jiġu abbużati sesswalment fejn jistgħu jmorru?", "DEBORAH SCHEMBRI: Hemm ċentru apposta li nfetaħ ftit ilu fil-Mater Dei.", "THE CHAIRPERSON: Allura din ir-rakkomandazzjoni nistgħu nneħħuha jew inħalluha?", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma naħsibx li għandna nħalluha għax inkella qisu qegħdin ngħidu li ma jeżistix dan iċ-ċentru.", "DEO DEBATTISTA: Appoġġ.", "DEBORAH SCHEMBRI: Diġà jeżisti dan iċ-ċentru.", "Illum għandek a multi disciplinary team li qed jieħu ħsieb dawn l-affarijiet u qiegħed jaħdem tajjeb.", "Dan iċ-ċentru jinsab fl-isptar Mater Dei.", "U jekk se nħallu din ir-rakkomandazzjoni qisu qed ngħidu li dan ma jeżistix.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fittixt malajr fuq dan is-servizz u jidher li f'Marzu tal-2014 tnieda servizz ġdid fl-isptar Mater Dei li huwa s-Sexual Assault Response Team.", "FREDERICK AZZOPARDI: La diġà jeżisti m'għandniex għalfejn nagħmluha din.", "THE CHAIRPERSON: Hawn aktar rimarki?", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiġifieri issa se toħroġ il-final draft ta' dan ir-rapport u tiġi diskussa hawnhekk?", "DEBORAH SCHEMBRI: Se joħroġ il-final draft biex inkunu nafu li dak li għedna llum u li vvotajna fuqu, qiegħed kollu hemm.", "THE CHAIRPERSON: Dr Burmingham ħadet nota ta' kulma għedna llum u se terġa' tagħmel ir-rewording tar-rakkomandazzjonijiet u se tqiegħed kollox f'postu skond kif tajniha l-pariri aħna.", "Imbagħad se tiċċirkola kopja tar-rapport finali lill-Membri kollha biex ikunu jistgħu jarawh.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna llum ħadna vot fuq kull rakkomandazzjoni u issa jonqos biss li nieħdu vot minn kulmin qiegħed hawnhekk fuq ir-rapport kollu kif inhu.", "THE CHAIRPERSON: Mela nistgħu nieħdu vot fuq ir-rapport kollu kif inhu?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien li nissuġġerixxi hu li dan il-Kumitat jerġa' jiltaqa' biex inkomplu niddiskutu r-rapport fuq is-saħħa mentali.", "Dakinhar se nassumi li jkun hawn aktar Membri preżenti milli għandna llum u allura - fuq ir-rakkomandazzjonijiet diġà ħadna vot u dawk ma jistgħux jinbidlu – nkunu nistgħu nieħdu vot sħiħ fuq ir-rapport.", "Jien nissuġġerixxi li nieħdu vot darb'oħra wara li Dr Burmingham tgħaddilna r-rapport sħiħ.", "THE CHAIRPERSON: U jekk hemm xi tibdiliet żgħar u jkun hemm kunsens bejn kulħadd, inkunu nistgħu nagħmluhom ukoll.", "DEBORAH SCHEMBRI: U nkunu nistgħu nieħdu vot fil-laqgħa li jmiss and it is only fair.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Issa ne nressaq xi korrispondenza li rċevejna bħala Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Irċevejna dan ir-rapport li ġie ċċirkolat lilkom ukoll;", "DEBORAH SCHEMBRI: Bħala ċ-Chair tal-Social Affairs Committee nixtieq inressaq din il-korrispondenza;", "Invit mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għall-annual event li se tikkomemora the World Children's Day li se ssir fit-18 u fid-19 ta' Novembru, 2015.", "Se naqra malajr l-ittra li rċevejna mingħand is-Sinjura Helen D'Amato, Kummissarju għat-Tfal;", "Għal din l-event ġejna mistiedna kemm bħala Social Affairs Committee u kemm bħala Family Affairs Committee.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Mela nistgħu naġġornaw din il-laqgħa għal darb'oħra biex nieħdu l-vot fuq ir-rapport u biex inkomplu l-laqgħa mal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20151104_014d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 14", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "L-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:56 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, ippreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Frederick Azzopardi (sostitut) kienu preżenti.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li kien irċieva din il-korrispondenza:", "21 Invit mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għall-annual event li se tikkomemora the World Children's Day li se ssir fit-18 u fid-19 ta' Novembru, 2015.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 13 li saret nhar l-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 ġew konfermati.", "Fis-6:54 p.m. il-laqgħa tal-Kumitat ġiet sospiża peress li ma kienx hemm Membri tal-Oppożizzjoni preżenti.", "Fis-6:58 p.m. il-laqgħa rriżumiet.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT \"L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI\"", "Il-Kumitat iddiskuta s-sezzjoni tar-rapport li titratta r-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi maqbul liema rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu adottati fir-rapport.", "Kien hemm qbil unanimu mill-Membri preżenti li l-Età tal-Kunsens Sesswali għandha tinżel għal 16-il sena.", "Il-Kumitat kompla jiddiskuti numru ta' rakkomandazzjonijiet li ġew proposti minn diversi esperti u wara li saru xi emendi u suġġerimenti mill-Membri preżenti, uħud mir-rakkomandazzjonijiet ġew inklużi fir-rapport filwaqt li oħrajn ġew imħassra.", "Matul id-diskussjoni, il-Membri tal-Kumitat konġunt iddiskutew il-kwestjoni tal-age banding.", "L-Onor.", "Deborah Schembri issuġġeriet li r-rakkomandazzjoni dwar l-age banding għandha titneħħa mir-rapport u minflokha tiddaħħal rakkomandazzjoni sabiex l-age banding ma jkunx permess.", "Din il-proposta ġiet aċċettata mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u mill-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Fredrick Azzopardi ma qablux ma' din ir-rakkomandazzjoni hekk kif ġiet imressqa mill-Onor.", "Din r-rakkomandazzjoni għaddiet u ġiet imdaħħla fir-rapport.", "Fid-8:54 p.m. il-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis, talab li jiġi skużat.", "Il-Kumitat qabel li l-Onor.", "Etienne Grech għandu jippresjedi fl-assenza tiegħu.", "Il-Kumitat qabel li wara li jiddaħħlu l-emendi hekk kif approvati, jiltaqa' darb'oħra sabiex japprova r-rapport finali intitolat \"L-Età tal-Kunsens Sesswali\".", "Fid-9:20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20151104_014m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 16", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Laqgħa Nru 16", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.14 p.m.", "LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI, MAROŠ ŠEFČOVIČ, RESPONSABBLI MILL-ENERGY UNION", "Fit-3.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20151109_016_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2:14pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, preżenti wkoll kien hemm l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm Dr Miriam Dalli Membru tal-Parlament Ewropew.", "LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI MAROŠ ŠEFČOVIČ, RESPONSABBLI MILL-ENERGY UNION", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Maros Šefčovič, responsabbli mill-Energy Union, kien akkumpanjat mis-Sur Bernd Biervert u s-Sinj.", "Nina Gareis, membri tal-cabinet tiegħu, u mis-Sinj.", "Diane Spiteri, Aġent Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Malta.", "Wara introduzzjoni mill-Onor.", "Silvio Schembri fejn aċċenna kemm is-settur tal-enerġija kien għoli fuq l-aġenda kemm ta' pajjiżna kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, il-Viċi President Šefčovič għamel id-diskors tiegħu li minnu, fost affarijiet oħra, ħarġu l-punti li ġejjin:-", "kienet ilha tinħass il-ħtieġa ta' politika Ewropea koordinata biex tgħaqqad id-diversi aspetti marbuta mal-enerġija, fosthom, is-sigurtà fil-provvista u l-prezz tal-enerġija u t-tibdil fil-klima, u kien għalhekk li l-Kummissjoni Junker inkludiet portafoll apposta dwar l-Energy Union;", "id-diversi Stati Membri kienu qegħdin jiffaċċjaw sfidi diversi, pereżempju, dawk tan-nofsinhar kellhom l-isfida tal-konnettività (interconnection) filwaqt li dawk tal-lvant kellhom problema ta' inċertzza fil-provvista;", "fis-suq tal-enerġija l-Unjoni Ewropea min-naħa kellha prezzijiet wholesale tajbin u min-naħa oħra kellha prezzijiet kemxejn għoljin għall-konsumatur minħabba taxxi u spejjeż marbuta ma' distribuzzjoni;", "fil-ġimgħat li kien imiss kien se jiġi adottat il-proġett ta' Malta għall-pipeline tal-gas ma' Sqallija li, meta wieħed iqis li normalment proġett simili kien jieħu bejn 7 u 10 snin, allura wieħed jinduna li f'każi bħal dawn il-proċess sar jimxi b'ċertu ħeffa;", "il-potenzjal ta' link bejn it-Tuneżija, Malta u l-Italja fi proġett ta' enerġija solari;", "il-Presidenza ta' Malta tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel nofs tal-2017 kienet se taħbat f'nofs it-terminu tal-Kummissjoni Junker u allura fi stadju importanti sabiex fuq l-aġenda jitressqu proposti konnessi mal-Energy Union sabiex jew jiġi reġistrat progress tajjeb fuqhom jew inkella jiġu saħansitra konklużi;", "is-suċċess tal-Energy Union kien se jitkejjel mill-effett li din ikollha fuq il-provvista u l-prezzijiet għall-konsumatur u fuq it-tkabbir ekonomiku; u", "ittieħdu u kienu qegħdin jittieħdu diversi inizjattivi, fosthom:", "kampanja dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija kif ukoll dwar metodi aħjar kif nikkontrollaw it-temperatura fil-binjiet;", "miżuri sabiex jinkoraġġixxu li l-konsumatur stess jiġġenera l-enerġija u anke li jkun jista' jaqbleb minn provditur għall-ieħor kif jaqbillu;", "ir-riforma fis-suq tal-elettriku u l-ħruġ tad-direttiva dwar il-gas;", "il-twaqqif tal-Agency for the Cooperation of Energy Regulators (ACER) sabiex ittejjeb l-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-qafas regolatorju;", "it-tnaqqis fil-kontenut tal-karbonju fil-produzzjoni tal-enerġija, speċjalment fit-trasport, sabiex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni Ewropea li sal-2050 jiġi eliminat l-użu tal-karbonju fis-settur tal-enerġija;", "il-ħsieb li l-Istati Membri jibda jkollhom National Draft Energy and Climate Plan; u", "l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-enerġija sabiex l-Unjoni Ewropea tkun kompetittiva fis-suq internazzjonali.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-3 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151109_016m_fin.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015 fis-2:00 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015 fis-2:00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Maros Sefcovic, responsabbli mill-politika dwar l-Enerġija.", "27 ta' Ottubru 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20151109_037a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 37", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 37", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.14 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa nru 36 li saret fl-14 ta' Ottubru 2015 kellhom jiġu kkonfermati f'laqgħa oħra.", "LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI, MAROŠ ŠEFČOVIČ, RESPONSABBLI MILL-ENERGY UNION", "Fit-3 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20151109_037d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 53", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 53", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 46 li saret nhar il-Ġimgħa 12 ta' Ġunju, 2015 ġew ikkonfermati.", "KONSULTAZZJONI B'REFERENZA GĦALL-ĦATRA TAL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum qegħdin niltaqgħu sabiex niddiskutu l-ħatra ta' Kummissarju għat-Tfal.", "Din it-talba toħroġ mill-Artiklu 3(1) tal-Att dwar il-Kummissarju għat-Tfal, li jgħid li \"Ikun hemm Kummissarju għat-tfal li jinħatar mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kumitat\".", "Fil-bidu meta beda jitlaqqa' il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet ħarġet il-proċedura li kienet se tibda tintuża f'dawn il-każijiet.", "Dak iż-żmien kienet diskussjoni mqanqla sew u hawnhekk qiegħda nitkellem fuq Diċembru tal-2003, fejn bħala Ministru kien hemm Dr Lawrence Gonzi, u flimkien mal-Kumitat kienu qablu dwar il-proċedura li għandha tibda tintuża f'dawn il-każijiet.", "Qiegħda nsemmi dawn l-affarijiet biex kulħadd ikun konxju tas-sitwazzjoni u biex tkunu tafu x'inhuma l-punti saljenti li kienu ħarġu minn dik il-laqgħa.", "Fil-fatt kien ġie deċiż li laqgħa bħal din għandha ssir fil-magħluq.", "Kien pinpointed out ukoll li dawn il-każijiet huma rari, fejn inti m'għandekx il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni li qegħdin jiddeċiedu fuq xi ħaġa jew li qegħdin jikkonsultaw ma' xulxin, imma għandek Ministru li qiegħed jikkonsulta ma' Kumitat Permanenti tal-Kamra.", "Bażikament il-konsultazzjoni mhijiex bejn Gvern u Oppożizzjoni imma hija mal-Kumitat Permanenti tal-Kamra.", "Il-Kumitat ma jintalabx jivvota u ma jkunx hemm vot.", "L-idea hi li l-Ministru jisma' x'għandna xi ngħidu bħala Membri tal-Kumitat, jiżen dak li se ngħidu u mbagħad jiddeċiedi jekk għandux jinnomina lil persuna jew le.", "In-nomina tal-persuna - waqt li nkunu għaddejjin bil-proċedura fil-magħluq – jgħid min hi l-Ministru u jgħaddilna l-inkartament kollu dwarha.", "Imbagħad ikun hemm diskussjoni interna wara li jintfew il-mikrofoni.", "Illum mhux se jkun hemm online streaming tal-laqgħa biex inkunu nistgħu nesprimu ruħna kif nixtiequ dwar il-persuna nominata.", "Dan huwa proċess ta' konsultazzjoni u mhux proċess ta' sottomissjoni ta' isem għall-vot, jiġifieri mhux se jkun hemm vot fuq persuna partikolari u lanqas se jkun hemm issue fejn xi ħadd jixtieq lit-tali filwaqt li xi ħadd ieħor jixtieq lil xi persuna oħra.", "Li se nagħmlu hu li se ningħataw isem partikolari u aħna niddiskutu lil dik il-persuna.", "Kienet qamet l-issue biex ma jixxandarx l-isem tal-persuna biex jekk imbagħad il-Ministru ma jagħżilhiex, isimha ma jixxandarx mal-erbat irjieħ u qisu ġiet sfiduċjata mill-Kumitat.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk xi ħadd ikollu xi ħaġa xi jżid, il-Ministru, minflok ma jgħaddi biex jieħu deċiżjoni immedjata, jista' jagħti ftit ġranet ċans, issa niddeċiedu f'dan il-Kumitat kemm nagħtu ġranet, biex jekk xi ħadd ikun irid iżid xi ħaġa oħra u jgħidha lill-Ministru, ikun jista' jagħmel hekk f'laqgħa oħra ta' dan il-Kumitat.", "Issa nitlob lil kulħadd biex ma tixegħlux il-mikrofoni ħalli nibdew id-diskussjoni fil-magħluq.", "Fis-6.58 p.m. il-Kumitat qabel li l-konsultazzjoni dwar il-proposta għan-nomina ta' Kummissarju għat-Tfal tinżamm fil-magħluq.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nerġgħu niftħu l-mikrofoni peress li se niddiskutu punt proċedurali.", "Qamet il-kwestjoni fuq jekk għandniex noqgħodu fuq il-proċedura stabbilita minn Kumitat ta' din il-Kamra fl-4 ta' Diċembru, 2003 meta l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kien iddiskuta l-proċedura għall-ewwel darba u li tali proċedura ġiet segwita wkoll fid-drabi sussegwenti, fosthom fis-27 ta' Frar 2007.", "Issa se nitlobkom tgħiduli jekk taqblux individwalment fuq jekk għandhiex titkompla l-proċedura kif ġiet deskritta hawnhekk.", "Wara dan il-vot se jittieħed vot ieħor dwar għandux ikun hemm addizzjoni ma' din il-proċedura.", "Il-mistoqsija hi fuq jekk il-proċedura elenkata fil-laqgħa tal-Kumitat tal-4 ta' Diċembru, 2003 għandhiex tiġi segwita fl-intier tagħha llum.", "U nitlob lil kull Membru sabiex jiddikjara l-vot tiegħu fuq il-mikrofonu.", "Taqblu jew ma taqblux magħha?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Naqbel.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Mela l-Kumitat jaqbel li għandha tiġi segwita din il-proċedura.", "L-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici se tressaq proposta dwar x'jista' jsir aktar ma' din il-proċedura u se jittieħed vot wara li nisimgħu x'għandhom xi jgħidu l-partijiet.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Sinjura President, filwaqt li qegħdin naqblu ma' din il-proċedura, li diġà intużat f'Kumitat preċedenti, jiena nixtieq li nżid xi ħaġa oħra ma' dik il-proċedura.", "Ġaladarba l-proċedura, kif stabilita fl-aħħar Kumitat, - fejn kien ġie diskuss proprju l-isem tal-Kumissarju għat-Tfal - ma teskludix milli tittieħed xi forma ta' proċedura oħra, basta din ma tkunx tikkuntrasta ma' dak li ġie deċiż f'dak il-Kumitat.", "Għalhekk jiena xtaqt li l-persuna li qiegħda tiġi nominata bħala Kummissarju għat-Tfal, ġaladarba l-liġi tippermetti li l-Prim Ministru se jkun qed jinnomina Kummissarju għat-Tfal wara li tkun saret konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, u ġaladarba jien inħoss li ma nafx biżżejjed fuq din il-persuna, nixtieq li aħna niddiskutu u nitkellmu magħha dwar il-potenzjal tagħha li tkun Kummissarju għat-Tfal.", "Għalhekk nipproponi li l-persuna li qed tiġi proposta bħala Kummissarju għat-Tfal titressaq fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali biex flimkien insiru nafu aktar lil din il-persuna.", "Jiena ngħid li jekk nagħmlu dan inkunu aktar trasparenti u nkunu qed nimxu wkoll ma' proċedura li l-Gvern stess wiegħed li se jkun qed jimxi biha u li allura, anke fl-għażliet li jkun qed jagħmel, ikun qed jagħmilhom a bażi ta' meritokrazija u a bażi ta' trasparenza.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li qed tgħid l-Onor.", "Jien insostni dak li qiegħda tgħid, anke fid-dawl li l-Membri, kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll min-naħa tal-Gvern, ma nafux biżżejjed fuq il-persuna li ġiet innominata.", "Allura jreġi ferm l-argument u l-proposta li għadha kif ressqet l-Onor.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Għalija l-liġi hija ċara u l-proċedura hija waħda trasparenti.", "Minn dak li ġie ppreżentat lilna llum nafu li għandna persuna ta' ħila, mhux biss akkademikament imma anke mill-esperjenzi tagħha.", "Apparti minn hekk hija wkoll omm.", "Għaldaqstant meta niġu għall-proċedura nnifisha huwa importanti li nieqfu fejn aħna għax l-affarijiet diġà qegħdin kif suppost.", "L-Onor.", "JOE FARRUGIA: Jiena naqbel li nkomplu nimxu mal-proċedura li għandna quddiemna, u ċjoè kif kienet qabel.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Irrid insostni li jien bl-ebda mod mhu qed innaqqas jew inżid mill-mertu tal-persuna nominata.", "Nerġa' ngħid li bl-ebda mod mhu qed innaqqas mir-rispett jew mill-kwalifiki li għandha l-persuna nominata.", "THE CHAIRPERSON: Issa nistaqsi lill-Kumitat jekk għandux oġġezzjoni sabiex jagħmel l-intervent tiegħu l-Ministru Farrugia.", "Il-permess ingħata.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali): Tlabt biex nikkummenta għax meta kien hemm diskussjoni fuq il-proċedura fl-2003, kien ipparteċipa l-Eks Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, u anke l-Eks Segretarju Parlamentari Dolores Crisitina.", "Naħseb li jkun tajjeb li nirrimarka li f'kull diskussjoni, meta jkun hemm konsultazzjoni, anke fuq livell ta' Prim Ministru u Kap tal-Oppożizzjoni, li mbagħad ikun hemm deċiżjoni mill-Plenarja biex tkun rikonoxxuta persuna f'livell kostituzzjonali, fl-ebda mument u fl-ebda ħin dik il-persuna ma tintalab biex tiġi fil-Plenarja ħalli nagħmlulha mistoqsijiet dwar każ partikolari.", "Naħseb tajjeb li nirrimarka wkoll li ħafna drabi l-persuna mhux kollha nkunu nafuha.", "Kapaċi nkunu nafuha biss mill-isem u ma nkunux nafu lilha per se.", "Imma xorta waħda jkun hemm id-diskussjoni li jkun hemm bżonn issir.", "Ħafna drabi, mill-voti li jittieħdu, ikun hemm deċiżjonijiet li jkunu diġà ttieħdu bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskussjonijiet li jkollhom.", "Bażikament hawnhekk qed nitkellmu fuq konsultazzjoni wkoll.", "U safejn naf jien huwa l-uniku każ fejn issir konsultazzjoni mal-Prim Ministru, irrappreżentat mill-Ministru responsabbli mill-Kummissarju għat-Tfal, u li dan jiġi quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u ssir id-diskussjoni kollha.", "Nemmen li bħalma kien hemm diversi rakkomandazzjonijiet fil-passat minn ministri responsabbli minn din il-ħatra, nixtieq nirrakkomanda u nagħmel is-suġġerimenti tiegħi bħalma kien sar dakinhar.", "U allura, bħal kull konsultazzjoni oħra, u l-liġi ssemmi l-konsultazzjoni, fl-ebda mument ma tiġi mistoqsija l-persuna li tkun qiegħda tissemma' bħala l-persuna idonea biex tokkupa dik il-pożizzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Min-naħa tiegħi ntenni wkoll li ma naqbilx li l-persuna nominata tiġi fil-Kumitat.", "L-ewwel nett għandek il-kwestjoni li dik il-persuna tista' ma tiġix magħżula u t-tieni nett naqbel li din ma ssir fl-ebda kariga oħra.", "Jien kont nattendi l-Kunsill tal-Ewropa u hemmhekk jeleġu diversi persuni f'karigi varji, fosthom anke judges għall-Qorti tad-Drittijiet Umani, u fl-ebda ħin ma mmorru nitkellmu mal-persuni nominati.", "Anzi pjuttost meta kien hemm xi ħadd li kien ġie biex joffri li nkellmuh biex insiru nafuh aktar, qalulu mill-ewwel li din il-ħaġa ma tistax issir.", "Huwa tajjeb li jkollna l-kredenzjali tal-persuna nominata, bħalma għandna llum, fosthom il-curriculum vitae u l-background ta' dik il-persuna.", "Hija xi ħaġa tajba wkoll dik il-prassi li diġà qbilna fuqha ftit tal-minuti ilu dwar li dan il-Kumitat ma jiltaqax darba fuq il-ħatra u daqshekk imma wara li jiġi ċċirkolat l-isem tal-persuna nominata, jingħata ftit taż-żmien u mbagħad nerġgħu niltaqgħu għal laqgħa oħra biex min ikollu xi mistoqsijiet, ikun jista' jagħmilhom dakinhar.", "B'hekk jekk ikun hemm xi ħaġa fuq il-persuna nominata, by all means insiru nafuha u niddiskutuha f'sessjoni oħra.", "Għalhekk naħseb li s-safeguards hemmhekk qegħdin u allura ma naqbilx li għandna nżidu xi ħaġa oħra ma' din il-proċedura.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: Le) Mela kulħadd kellu ċ-ċans biex jikkummenta dwar jekk għandniex nestendu din il-proċedura biex min jiġi nominat jiġi quddiem dan il-Kumitat u jitkellem magħna qabel ma nipproponu jekk għandux jiġi magħżul jew le.", "Peress li ma kienx hemm qbil, fit-8.26 p.m. il-President tal-Kumitat qiegħdet il-mistoqsija fuq din il-proposta u peress li ntalbet votazzjoni, il-Kumitat qabel li din tittieħed dak il-ħin stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-proposta m'għaddietx.", "THE CHAIRPERSON: Id-diskussjoni issa tista' tkompli fil-magħluq.", "Wara d-diskussjoni, il-Kumitat qabel li l-Membri kellhom jiflu n-nomina tal-persuna proposta u l-Kumitat jerġa' jiltaqa' biex ikompli bid-diskussjoni.", "Fid-8:39 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20151109_053d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 53", "L-Erbgħa, 9 ta' Novembru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, fis-6:52 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Kien preżenti wkoll il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 46 li saret nhar il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2015 ġew ikkonfermati.", "KONSULTAZZJONI B'REFERENZA GĦALL-ĦATRA TAL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "Fis-6.58 p.m. il-Kumitat qabel li l-konsultazzjoni dwar il-proposta għan-nomina ta' Kummissarju għat-Tfal tinżamm fil-magħluq.", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tkellem fuq dan is-suġġett.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel li tiġi segwita l-proċedura stabbilita fl-4 ta' Diċembru 2003 għall-konsultazzjoni fuq il-ħatra ta' Kummissarju għat-Tfal.", "L-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici ressqet din il-proposta:", "Li l-persuna li qiegħda tiġi proposta bħala Kummissarju għat-Tfal titressaq fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali biex il-Membri jsiru jafu aktar lil din il-persuna.", "Peress li ma kienx hemm qbil, fit-8.26 p.m. il-President tal-Kumitat qiegħdet il-mistoqsija fuq din il-proposta u peress li ntalbet votazzjoni, il-Kumitat qabel li din tittieħed dak il-ħin stess.", "Il-Kumitat ivvota hekk:", "VOTAZZJONI NRU: 1 ĦIN: 8.26 p.m.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-proposta m'għaddietx.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel li l-Membri kellhom jiflu n-nomina tal-persuna proposta u l-Kumitat jerġa' jiltaqa' biex ikompli bid-diskussjoni.", "Fid-8:39 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20151109_053m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 53", "It-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015 fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 9 ta' Novembru, 2015 fis-6.45 p.m. fil-Karma tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konsultazzjoni b'referenza għall-Ħatra tal-Kummissarju għat-Tfal; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151109a_053a_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 31", "It-Tnejn, 16 ta' Novembru 2015 fil-5.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 16 ta' Novembru 2015 fil-5.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "13 ta' Novembru 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20151116_031a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 31", "ItTnejn, 16 ta' Novembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 31", "ItTnejn, 16 ta' Novembru 2015", "Il-Kumitat iltaqa' filkamra tal-kumitati 3 fil-binja tal-Parlament, il-Belt Valletta, fid-5.05 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 30 li saret fid-29 ta' Settembru 2015, ġew konfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "MR SPEAKER(Onor. Anġlu Farrugia): Jekk jiġu membri tal-media qed jintalab permess biex jieħdu xi filmati fl-ewwel ftit minuti.", "Qabel ma nistieden rimarki dwar ix-xogħol tal-Kamra, ninformakom li llejla fil-bidu tas-seduta biħsiebni nsejjaħ għal minuta ta' silenzju bħala sinjal b'rispett lejn il-vittmi tal-inċidenti koroh li seħħew fi Franza f'dawn il-ġranet u se nagħmilha eżatt wara l-Minuti.", "Wara, jekk taqblu, nagħti l-ġurament lill-Onor.", "Ninforma lill-Kumitat li għadni kemm irċevejt envelope issa fejn għandi r-riżultat uffiċjali.", "Mela kif isir is-soltu, nibdew bit-talba, nikkonfermaw il-Minuti, imbagħad jittieħed il-ġurament, imbagħad se nagħmel minuta silenzju.", "Wara l-minuta silenzju se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ ittri li ktibt direttament lil Bartolone, l-iSpeaker tal-Assemblea Nazzjonali Franċiża u lil Larcher il-President tas-Senat Franċiż.", "Imbagħad, nistieden lill-Gvern għar-rimarki u ovvjament ikun hemm rimarki min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Ir-rimarki wara l-mistoqsijiet parlamentari.", "MR SPEAKER: Iva, wara l-mistoqsijiet parlamentari.", "Ovvvjament għandi ruling li rrid nagħtih.", "DAVID AGIUS: Għandek ruling wara l-mistoqsijiet parlamentari?", "MR SPEAKER: Għandi ruling tal-Onor.", "Robert Cutajar li jsir qabel il-mistoqsijiet parlamentari.", "DAVID AGIUS: Il-point of order tagħna fejn se nressquh biex ma jkollniex problema?", "Qabel il-mozzjonijiet?", "IS-SUR RAY SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Wara l-istqarrijiet.", "DAVID AGIUS: Wara l-istqarrija tal-Prim Ministru.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: L-iSpeaker jgħajjat mozzjonijiet, f'dak l-istadju suppost jersqu t-talbiet fuq ordni ta' ksur ta' privileġġ għax dawk jitqiesu bħala mozzjonijiet.", "DAVID AGIUS: Mela wara l-istqarrija se ssir.", "GODFREY FARRUGIA: L-ewwel l-istqarrija tal-Prim Ministru, imbagħad ikun hemm ir-risposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni, imbagħad nibdew is-seduta normali.", "Eżatt x'ħin tispiċċa l-istqarrija tal-Prim Ministru se jkollna stqarrija ministerjali oħra mingħand il-Ministru Carmelo Abela dwar l-inċidenti.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, f'okkażjonijiet bħal dawn, is-soltu b'turija ta' rispett naqblu li naġġornaw wara jew inkomplu s-seduta normali biex ma nagħmlux xi ħaġa differenti milli s-soltu nagħmlu?", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Minuta silenzju.", "Naġġornaw meta jkun hemm membru in kariga.", "MR SPEAKER: Anzi, bħalissa fi Franza qegħdin jiddiskutu l-inċidenti.", "DAVID AGIUS: Biex ma nagħmlu xejn inqas mis-soltu.", "MR SPEAKER: Għamilt sew li għamilt l-osservazzjoni.", "Min-naħa tiegħi, għandi l-osservazzjoni ta' minuta silenzju u se nippreżenta dokumentazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-inċidenti.", "Jidher li se jkun hemm il-ħsebijiet tiegħi, min-naħa tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni fuq dawn l-inċidenti.", "GODFREY FARRUGIA: Naħseb dak huwa biżżejjed.(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Jekk l-iSpeaker jew inti bħala Clerk taħseb li sa dak il-ħin nistgħu nimxu mod ieħor, nitkellmu u nimxu mod ieħor.", "MR SPEAKER: Xtaqt nittratta wkoll il-kondoljanzi tal-ex-membru parlamentari Gontran Borg.", "Kif tafu t-Tnejn, 9 ta' Novembru, tħabbret il-mewt tal-ex-Membru ta' din il-Kamra s-Sur Gontran Borg, u allura nitlob jekk hemmx ftehim biex isiru l-kondoljanzi fil-Kamra.", "Aħna ppreparajna kollox.", "Diġà lestejna l-pubblikazzjoni li nagħmlu s-soltu, ikun lest sa nhar il-Erbgħa ħalli ninformaw lill-membri tal-familja tas-Sur Borg li jkunu jistgħu jattendu għal dik il-parti tas-seduta għall-kondoljanzi.", "Imbagħad hemm ukoll l-Abbozz ta' Liġi li tkellimna diversi drabi fuqu dwar l-awtonomija amministrattiva tal-Parlament Malti.", "Nistaqsi jekk hawnx xi kummenti fuq dan l-Abbozz.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Aħna naqblu li din għandha titressaq, hija xi ħaġa li tkellimna b'mod pożittiv dwarha dan l-aħħar fid-dibattitu fil-Parlament u għaldaqstant nixtiequ li din tersaq għad-dibattitu u għall-Ewwel Qari tagħha imma mhux issa qabel ir-recess tal-Milied imma eżatt wara li nidħlu lura minn dan ir-recess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Aħna nistgħu nibdew, m'għandneix diffikultà, imma jekk jagħtuna data jkun aħjar.", "GODFREY FARRUGIA: Fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar.", "DAVID AGIUS: L-ewwel Tnejn li nidħlu nibdew biha.", "GORDFREY FARRUGIA: Ħarist ukoll lejn l-iskeda u rrealizzajt li l-ewwel Tnejn ta' Jannar jiġi l-4 ta' Jannar, u t-Tnejn ta' wara jiġi fil-11 ta' Jannar.", "Kont qed naħseb biex is-sessjoni tal-Parlament terġa' tibda fil-11 ta' Jannar.", "Dik id-data nistgħu ngħiduha.", "MR SPEAKER: Mhux se jkun hemm oġġezzjoni li jitressaq l-Ewwel Qari.", "MR SPEAKER: L-Ewwel Qari jitressaq qabel.", "GODFREY FARRUGIA: Nistgħu nressquh issa.", "MR SPEAKER: Għalhekk qed ngħid għax inkella rridu nippubblikawha.", "Aħna qed ngħidu li t-Tieni Qari jsir fil-11 ta' Jannar.", "(Interruzzjonijiet) Mela la m'hawnx oġġezzjoni nifhem li l-Gvern se jressaq l-Ewwel Qari kemm jista' jkun malajr biex jiġi pubblikat l-Abbozz.", "DAVID AGIUS: Dan huwa Abbozz li se jkun sekondat min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: Qegħdin naqblu li se jkun issekondat min-naħa tagħkom.", "MR SPEAKER: Fil-fatt, diġà kien hemm l-approvazzjoni min-naħa tal-Oppożizjzoni fuq l-Abbozz kollu.", "Kont diġà tkellimt mal-Onor.", "David Agius u dak iż-żmien kont tkellimt ukoll mal-Onor.", "Carmelo Abela min-naħa tal-Gvern.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Onor. Membri, xtaqt issa mmur fuq il-kwestjoni tar-rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussel.", "Fis-27 ta' Ottubru l-Iskrivan tal-Kamra rċieva komunikazzjoni mingħand is-Sur Kenneth Curmi li, kif tafu l-istess Kumitat kien appuntah bħala rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussel għal perijodu ta' sena.", "Dan ġie appuntat fis-6 ta' Novembru tal-2014 u l-ħatra tiegħu kienet konfermata sitt xhur wara, jiġifieri fl-10 ta' Lulju ta' din is-sena.", "Għalhekk, il-kuntratt jiskadi fit-12 ta' Jannar tal-2016 iżda l-kuntratt tiegħu jistipula li mhux iktar tard minn xahrejn qabel ma jiskadi, hu jinforma lill-Parlament, kif għamel, fil-każ li jkun jixtieq li jġedded il-kuntratt u hu jixtieq li jiġġeddidlu l-kuntratt.", "Illum irridu naraw jekk nilqgħux it-talba tas-Sur Kenneth Curmi għall-estensjoni tal-kuntratt jew inkella għandniex naraw jekk hemmx staff ieħor li jixtieq imur minfloku.", "Ilu sena imma ġie konfermat sitt xhur wara, fl-10 ta' Lulju.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Hemm il-fatt li qegħdin nersqu għas-sitt xhur tal-Presidenza ta' Malta, bil-parteċipazzjoni tagħna fit-Trio jibda minn Jannar li ġej.", "Ikun hemm bżonn il-parteċipazzjoni wkoll min-naħa tagħna fis-segretarjat tal-COSAC.", "Hemm numru ta' parlamenti li jaħtru lil xi ħadd ġdid għal din il-kariga tal-COSAC imma pereżempju konna qed nitkellmu mal-bniedem konċernat fil-Parlament Irlandiż li uża l-bniedem li għandna fi Brussel biex ħa ħsieb.", "MR SPEAKER: Jien segwejtu lil Kenneth, għamel xogħol tajjeb ħafna, kważi iktar minn dak li kont qed nistenna, issa sta għalina li jew napprovawh jew nerġgħu nibdew kollox mill-bidu.", "GODFREY FARRUGIA: Qed nifhem li se jkollu extra load?", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Jista' jagħti l-kas li jkun hemm bżonn tnejn, speċjalment għal waqt il-presidenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hemm ħafna affarijiet li jridu jsiru waqt il-presidenza.", "Din hija l-ewwel darba li se jkollna l-presidenza, jiġifieri sinċerament naħseb li jekk is-Sur Curmi diġà huwa mgħobbi, biex isir xogħol tajjeb u jkompli jsir xogħol tajjeb, jekk hemm bżonn għal waqt il-presidenza nżidu persuna oħra.", "Naħseb ikun aħjar milli ngħabbu lil persuna waħda doppjament.", "MR SPEAKER: Point taken u għandek raġun, imma għar-rigward il-persuna x'se nagħmlu?", "Se nġeddulu jew le?", "GODFREY FARRUGIA: Kien hemm xi prassi fejn jinbidel kull sena?", "MR SPEAKER: Meta kien hemm is-Sra Pauline Abela ġeddidnilha.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Le, qatt ma ġeddidna lil ħadd.", "MR SPEAKER: Mela Pauline kemm damet?", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Imma qatt ma ġeddidna lil ħadd, dejjem sena.", "MR SPEAKER: Kollox sew imma issa għandna din iċ-ċirkostanza tal-presidenza.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hemm xi ħaddieħor interessat?", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Għadna ma tlabniex.", "MR SPEAKER: Għax jekk se niftehmu li nġeddulu ma jkunx hemm skop li nagħmlu talba.", "GODFREY FARRUGIA: Dan ifisser li jekk inġeddulu se jibqa' hemmhekk għall-2017.", "Se jkun għamel tliet snin għax jekk se nagħżluh issa, dan irid jibqa' committed sal-2017, għajnuna u mhux għajnuna.", "MR SPEAKER: Għalhekk, araw intom, imma żomm ftit għax m'aħniex qegħdin nispjegaw l-affarijiet.", "L-Iskrivan qed jgħid li bħala additional tool ikun hemm xi ħaddieħor.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, imma idealment il-persuna li bdiet il-bidu tat-Trio tkompli hi.", "Ix-xogħol tat-Trio beda sew.", "Iffirmajna d-dikjarazzjoni tat-Trio f'Ruma ma nafx kemm ilu.", "GODFREY FARRUGIA: L- affarijiet jibdew jiżdiedu minn Jannar 'l hemm.", "MR SPEAKER: Diġà bdew jieħdu l-momentum.", "GODFREY FARRUGIA: L-għajnuna addizzjonali lil Kenneth Curmi ġejja waqt il-presidenza jew minn sitt xhur qabel?", "ONOR.DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb minn sena qabel.", "MR SPEAKER: S'issa għadu ma talabhiex però naħseb ikun hemm mumenti fejn ikollu bżonn.", "S'issa għadu għaddej.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Naħseb il-bneidem tagħna nistgħu ninnominawh direttament fuq il-COSAC.", "DAVID AGIUS: Għandna finanzi għall-għajnuna addizzjonali?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jiena tkellimt fil-Parlament.", "L-ammont ta' flus li għandu dan il-Parlament għall-ħaddiema huwa l-istess bħalma kien tas-sena li għaddiet.", "MR SPEAKER: Naħseb li nfiequ jekk ikollna wieħed part-time u mhux full-time.", "MR SPEAKER: Ma jkunx il-ħin kollu hemmhekk, tiela' u nieżel.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, nista' nipproponi xi ħaġa żgħira?", "Anke jekk ikun part-time, dan xorta jrid jintgħażel.", "Anke jekk inġeddu l-kuntratt lil Kenneth, irridu nagħżlu lil xi ħaddieħor.", "Allura fil-każ irridu naraw min hu interessat.", "MR SPEAKER: Jintgħażael u ma jintgħażilx it-tieni wieħed, dan żgur irid ikun hemmhekk u allura dan irridu niddeċiedu fuqu.", "Fuq l-ieħor importnati li nkomplu bix-xogħol li għaddej.", "Dwar il-kwestjoni jekk għandniex flus biżżejjed biex naraw indaħħlux għall-inqas part-time niddeċiedu darb'oħra.", "Rigward il-konferenza tal-parlament nazzjonali li tkellimna fuqha tat-Trattat ta' Lisbona se ssir fil-11 ta' Diċembru.", "Kif semmejt fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru se tiġi organizzata konferenza bejn il-Parlament Malti u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta dwar il-parlament nazzjonali u t-Trattat ta' Lisbona.", "Għal din il-konferenza se jkun hawn preżenti d-Direttur fil-Parlament Ewropew responsabbli mir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali, Christine Bergmann u flimkien magħha se jkun hemm il-kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta u l-president tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropew li se jindirizza l-konferenza.", "Xtaqt ninformakom ukoll li minn issa l-Membri kollha se jkunu fost il-mistednin jipparteċipaw f'din il-konferenza.", "Il-mistednin għal din il-konferenza dwar il-parlamenti nazzjonali u t-Trattat ta' Lisbona se jinkludu former Speakers ta' din il-Kamra, Membri tal-Parlament Ewropew, rappreżentanti tal-partiti kif ukoll għaqdiet tal-istudenti u lecturers.", "MR SPEAKER: Hawnhekk fis-sala tal-Parlament.", "DEBORAH SCHEMBRI: Se joqogħdu kollha dawn in-nies?", "Nużaw l-iStrangers Gallery.", "Għada għandi press conference mal-uffiċjali kemm mill-Commonwealth kif ukoll dawk li qegħdin jieħdu ħsieb l-attivitajiet tal-Commonwealth hawn Malta dwar id-djalogu għax ħallew għall-ewwel darba fl-istorja tal-Commonwealth l-elezzjoni u allura għażlu l-Parlament Malti bħala l-venue għad-dibattitu dwar min jilħaq Segretarju Ġenerali taċ-CHOGM.", "Fiċ-CHOGM il-Heads of State jivvotaw.", "Id-dibattitu se jsir fis-Sala u bħala moderator tad-dibattitu ġejt magħżula jiena.", "Se nkunu erbgħa.", "Se jkun hemm l-intervent tal-pubbliku u allura se jkun hemm domandi mill-membri li jkunu preżenti lill-istess kandidati li għandi l-lista tagħhom.", "Kważi kollha mill-Caribbean u hemm wieħed minn Guinea.", "Irid jintgħażel wieħed u jivvotaw il-Heads of State.", "L-attività se ssir il-ġimgħa d-dieħla, l-Erbgħa, 25 ta' Novembru mit-3.00 p.m. sal-5.00 p.m. Għal din l-attività diġà kellna laqgħat mal-organizzaturi kemm ta' barra kif ukoll ta' Malta flimkien fl-uffiċċju tiegħi u ġie propost li l-Membri l-iktar attivi fis-CPA jieħdu sehem ukoll f'dan id-dibattitu, ikunu preżenti u jistgħu jistaqsu domandi.", "Dawn huma l-Onor.", "Justyne Caruana, li qiegħda fil-Women Parliamentarians, l-Onor.", "Tonio Fenech li huwa l-ewwel chairman tal-COPAC, imbagħad imbagħad hemm l-Onor.", "David Agius min-naħa tal-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Godfrey Farrugia bħala Whip tal-Gvern.", "Onor. Godfrey Farrugia u Onor. David Agius, intom flimkien ma' oħrajn se tkunu mistednin tipparteċipaw f'dan id-dibattitu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għat-Turiżmu): Din x'inhi, panel discussion?", "MR SPEAKER: Għandi l-formular kif se ssir.", "Jien se nkun qed nippresjedi, nintroduċi l-kandidati wieħed wieħed, ikollhom ħin qasir biex jagħmlu d-diskors tagħhom, nistieden lis-soċjetà ċivili li jkunu preżenti biex jagħmlu d-domandi u I moderate the questions.", "Imbagħad jirrispondu l-mistoqsijiet skont lil min ikunu indirizzati, u wara jsiru d-diskorsi tal-għeluq u tingħalaq is-sessjoni.", "Is-sessjoni se tkun ta' 90 minuta, se tkun televised mhux Malta biss, jiġifieri se jitfgħuhom mill-ewwel fuq l-internet u se tkun across all the countries tal-Commonwealth.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ir-rwol tagħna x'inhu?", "MR SPEAKER: Iddiskutejna r-rwol ukoll mal-organizzaturi.", "Dawn il-Membri li semmejt għandhom esperjenza fil-Commonwealth.", "Partikolarment l-Onor.", "David Agius naħseb ilu jieħu sehem fil-Commonwealth ma nafx kemm.", "Jiena ġieli kont miegħu wkoll.", "L-Onor.", "Wieħed għadu fl-eżekuttiv tal-Commonwealth, imbagħad għandek l-Onor.", "Justyne Caruana li ħadet sehem fil-laqgħat tal-Women Parliamentarians tal-Commonwealth.", "Dawn aċċettaw li jagħtuna ħames siġġijiet oħra u dawn il-ħamsa huma l-Onor.", "Tonio fenech li huwa l-ewwel chairperson tal-Public Accounts Committee tal-Commonwealth, ħatra reċenti u li saret Malta u l-Kostituzzjoni tagħha saret hawn Malta wkoll, l-Onor.", "Godfrey Godfrey Farrugia bħala Whip tal-Gvern u l-Onor.", "David Agius li nzerta l-Whip tal-Oppożizzjoni però huwa persuna li diġà ħa ħafna sehem.", "Dawn dejjem se jkunu qegħdin hemmhekk biex jagħtu l-veduti min-naħa ta' parlamentari.", "Niġu issa għax-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "XOGĦOL TAL-KAMRA (Kont)", "DAVID AGIUS: Sur President, l-Abbozz 118 mhuwiex mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħalli nkunu ċari kif qiegħed imniżżel fix-sheet li għaddejtilna.", "Dik hija mill-Oppożizzjoni, mill-Onor.", "EDWARD ZANNUT LEWIS: Hemm waħda tal-Ministru Bonnici u l-oħra tal-Onor.", "DAVID AGIUS: Ħalli ma nfixkluhomx.", "MR SSPEAKER: Għadna kemm iċċekkjajna meta ġara l-każ ta' Spanja, il-Parlament Malti żamm minuta silenzju.", "GODFREY FARRUGIA: Mela, nibqgħu bħalma ftehmna.", "Sur President, se nagħti x-xogħol tal-Kamra sal-1 ta' Diċembru.", "Diġà ftehmna li l-Parlament se jieqaf fis-16 ta' Diċembru u jerġa' jiltaqa' fil-11 ta' Jannar.", "Miftehmin ukoll li fid-9 ta' Diċembru se jkollna l-votazzjoni tal-baġit.", "IIlejla se nibdew id-demerger min-naħa tas-sezzjoni tal-ambjent.", "David Agius kont tkellimt xi għaxart ijiem ilu li nixtieq ikollna extra sittings biex kemm jista' jkun il-liġijiet dwar id-demerger nispiċċawhom sal-aħħar tax-xahar.", "Qed nirreferi għal tliet liġijiet, u ċjoè tal-ambjent, tal-ippjanar u t-tribunal.", "Għandna bżonn extra sittings biex ipattu għall-festi u għal dawk il-ġranet li tlifna minħabba l-EU-African Summit.", "Waħda mill-proposti li kont għamilt lill-Onor.", "David Agius kienet li għada jkollna seduti itwal, li jibdew mis-2.00 p.m. sat-8.00 p.m jew jista' jkollna żewġ seduti, waħda filgħodu jew kmieni wara nofsinhar, u l-oħra tkun is-seduta normali tas-6.00 p.m. Jien nippreferi li jkollna seduti itwal fejn nibdew fis-2.00 p.m, fit-8.00 p.m jibda l-aġġornament u fit-8.30 p.m. nagħlqu s-seduta għax b'hekk ikollna iktar ħin f'idejna u nkunu nistgħu nkomplu bl-istadju ta' kumitat tad-demerger mill-aspett tal-ambjent.", "Miftehmin ukoll li fit-18 tax-xahar se niddiskutu ż-żewġ liġijiet tad-diżabilità, il-115 u l-101, waħda min-naħa tal-Gvern u l-oħra min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lilek u lill-iSkrivan tal-Kamra għall-mod kif qarribtu dan il-ftehim.", "Qed nipproponi li niftħu waħda mbagħad niftħu l-oħra, imbagħad id-diskussjoni ssir fuq iż-żewġ liġijiet u nibqgħu għaddejjin.", "Din mhux se tingħalaq dakinhar imma nkomplu f'seduta oħra.", "Il-ġurnata extra li qed nitlob se tkun il-Ġimgħa.", "Qed nitlob li jkun hemm ġurnata extra l-Ġimgħa fejn nibdew mis-2.00 p.m. sat-8.30 p.m. jiġifieri bħal tat-Tlieta, biex b'hekk ikollna seduti fis-16, fis-17, fit-18 u fl-20 ta' Novembru.", "Meta niġu għal ġimgħa ta' wara, jidhirli li sal-Ġimgħa l-klawsoli kollha tal-ambjent inkunu ħlisnihom kollha, jiġifieri dik il-liġi nkunu għalaqniha.", "Meta niġu għat-Tnejn nibdew id-demerger tal-ippjanar f'seduta normali li tibda fis-6.00 p.m. imma mbagħad is-seduta tat-Tlieta terġa' tibda mis-2.00 p.m. sat-8.30 p.m. fejn inkomplu bl-ippjanar.", "L-Erbgħa kelli ħsieb li nibdew kmieni imma billi għadek kemm semmejt tas-CPA…", "MR SPEAKER: L-Erbgħa nispiċċa l-laqgħa fil-5.00 p.m.", "GODFREY FARRUGIA: Minflok nagħmlu waħda twila jkollna nagħmlu żewġ sessjonijiet.", "Ma nistgħux nagħmlu mis-2.00 p.m. sat-8.30 p.m. u allura jkollna nagħmlu sessjoni filgħodu u sessjoni filgħaxija biex b'hekk inkunu komplejna l-ippjanar u forsi għalaqnih ukoll u bdejna tat-tribunal.", "Fit-30 ta' Novembru, li jkun it-Tnejn inkomplu l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "Hemm ħaġa li xtaqt u hija importanti u dan il-ftehim ilu hemm mill-ewwel ġimgħa ta' Ottubru.", "Illum se naqraw l-Ewwel Qari dwar emendi fl-Awtorità tat-Trasport għax hemm EU directive transpożizzjoni ta' liġi li għandha x'taqsam mat-trasport.", "Din mhijeix xi liġi komplessa, tirrigwardja l-ferroviji u għalkemm Malta m'għandniex ferroviji, huma esiġew li din il-liġi għandha tidħol xorta.", "MR SPEAKER: Jistgħu jidħlu ferroviji.", "GODFREY FARRUGIA: Jistgħu jidħlu u jista' jkun hemm xi investitur jitħajjar ikollu ferrovija barra minn Malta.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Qed jgħidu li m'għamilniex full transposition ta' din id-direttiva.", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq li biex kollox ikun magħluq sal-10 ta' Diċembru jridu jkunu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "L-10 ta' Diċembru huwa l-Erbgħa u jfisser li l-ġimgħa ta' qabel, il-Ġimgħa, trid tkun pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u allura nixtieq li jew il-Ġimgħa 20 ta' Novembru jew it-Tnejn 23 ta' Novembu, insibu dik is-siegħa biex nagħmlu din it-traspożizzjoni fl-istadju tat-Tieni Qari biex il-ġurnata ta' wara ngħaddu dan l-Abbozz ta' Liġi fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi.", "DAVID AGIUS: Għad m'għandna xejn fuq din.", "GODFREY FARRUGIA: Din illum se tinqara.", "DAVID AGIUS: Lanqas biss għandna draft ta' xi ħaġa.", "GODFREY FARRUGIA: Illum se titqiegħed.", "DAVID AGIUS: Apparti li titqiegħed, aħna għad m'għandna xejn.", "GODFREY FARRUGIA: Se nagħtukom.", "Bħalma dejjem għamilna.", "DAVID AGIUS: Naraw x'hemm, għax ma nistgħux nitkellmu fuq xi ħaġa li ma nafux.", "GODFREY FARRUGIA: Bħalma jaf l-Onor.", "David Agius, lil hemm mill-Kamra meta talabni brief statements min-naħa tal-Ministeri dwar kull abbozz li jkun hemm mhux biss tal-EU Directive jiena dejjem għaddejthom fil-ħin u kif suppost u ma jidhrix li għal din mhux se nagħmel l-istess.", "Marthese Portelli li bħalissa għandha tad-demerger għaddejja.", "Forsi nsibu ħin.", "MR SPEAKER: Jidher li qed jitolbu siegħa jew sagħtejn u nofs fuqha.", "GODFREY FARRUGIA: Anke inqas jekk hemm bżonn.", "M'hemm xejn, hija biss ħaġa teknika.", "GODFREY FARRUGIA: It-traspożizzjoni hiaj teknika ħafna.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki fuq l-aġenda?", "DAVID AGIUS: Jiena ma smajt imkien fejn huma l-abbozzi tagħna.", "Ma nistgħux nagħmlu biss l-aġenda tal-Gvern u min-naħa tal-Oppożizzjoni mkien.", "Il-101 bi qbil mal-iSpeaker se ssir nhar il-Ġimgħa f'nofs seduta.", "GODFREY FARRUGIA: Xorta hija parti mix-xogħol tal-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Għandna mozzjonijiet li ilhom hemmhekk mis-sena li għaddiet.", "GODFREY FARRUGIA: U d-demerger kemm ilu hemmhekk?", "DAVID AGIUS: Id-demerger intom tellajtuh mhux aħna.", "Dik aġenda tal-Gvern.", "Jiena għax-xogħol tan-naħa tal-Oppożizzjoni qed nitkellem.", "Mhux qed ngħidlek tlaqqax il-Parlament, jien qed ngħidlek tajtna aġenda li hija kollha tal-Gvern.", "Fejn huma tal-Oppożizjzoni?", "GODFREY FARRUGUIA: F'dawn is-sitt seduti daħħalna waħda tal-Oppożizjzoni.", "DAVID AGIUS: Imma mhux aċċettabbli.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk trid, nistgħu nużaw il-Ħamis.", "DAVID AGIUS: Mela nużaw il-Ħamis.", "Nibdew nużaw il-Ħamis.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk iridu jużaw il-Ħamis dik kwestjoni tagħhom imma min-naħa tagħna...(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Sur President, mhemmx qbil.", "GODFREY FARRUGIA: I rridu nirrealizzaw li f'din il-leġislatura biss iddiskutejna aktar minn 19-il mozzjoni tal-Oppożizzjoni waqt il-ħin tal-Gvern.", "DAVID AGIUS: Waqt il-ħin tal-Gvern xejn!", "GODFREY FARRUGIA: Għax il-Ħamis intom kontu...(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Skużi, dejjem kien hemm qbil.", "Issa jekk tridu tkissru dak il-qbil…", "MR SPEAKER: Anke issa se jkun hemm qbil.", "DAVID AGIUS: Mhemmx qbil, Sur President.", "Għandna mozzjoni tal-Onor.", "Jason Azzopardi li fis-7 ta' Novembru tal-2014 għalqet sena u ma tellajnihiex.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għal liema qed tirreferi?", "DAVID AGIUS: Għal mozzjoni 174, il-mozzjoni dwar żewġ inkjesti dwar l-operat tal-Pulizija.", "Għandna l-garanzija bankarja, mozzjoni 252 minn Ġunju li għadda.", "Għandna l-Avviz Legali wkoll, imma dak ħallih għax dak tieħdu ħsiebu intom għax jagħlaq iż-żmien tiegħu.", "GODFREY FARRUGIA: Liema avviż legali qed tgħid?", "DAVID AGIUS: Avviżi Legali 262 u 263, ilhom mill-30 ta' Ottubru, dak xahar għandu imma mkien ma jidher fl-aġenda.", "Għandna wkoll tal-public domain li għadni kemm semmejt il-mozzjoni nru.", "Mhux qed insemmi l-emendi kostituzzjonali li ilhom minn Mejju tal-2014.", "Ħalliha dik għax nifhem li l-Gvern għandu l-ħsebijiet tiegħu imma l-oħrajn…", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Forsi aħjar tgħidilna x'inhi l-prijorità għalikom ħalli nipprovaw naslu.", "DAVID AGIUS: Agħtuna waħda minnhom u nibdew.", "Kollha prijorità għalina, għax kieku ma tellajnihomx.", "GODFREY FARRUGIA: Il-prijorità ta' għaxart ijiem ilu kienet kienet il-liġi tad-diżabilità.", "Jekk hemm bżonn inkomplu dik sħiħa għall-inqas.", "GODFREY FARRUGIA: Inkomplu b'kontinwazzjoni ta' dik is-seduta għal darb'oħra.", "Is-sena d-dieħla?!", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jien għadni ma smajtx min-naħa tagħhom jekk jaqblux mal-pjan li għadni kemm ipproponejt dwar id-demerger.", "MR SPEAKER: Se ngħaddi suġġeriment.", "Ix-xogħol tal-Gvern huwa dak.", "Biex titkompla d-diskussjoni fuq dak li qed jgħid l-Onor.", "David Agius nużaw il-ġurnata tal-Ħamis.", "DAVID AGIUS: Fuq liema?", "MR SPEAKER: Iva, qed nagħmel proposta.", "Naħseb li għandna nimxu.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri l-Ħamis, 19 ta' Novembru.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hemm qbil.", "DAVID AGIUS: Imbagħad il-Ġimgħa x'qed ngħidu?", "MR SPEAKER: Il-Ġimgħa jitkompla x-xogħol.", "GODFREY FARRUGIA: Tkompli tad-demerger.", "MR SPEAKER: Mhux hekk.", "Jien qed ngħid biex f'dak li qed talludi inti jkun hemm verament kontinwazzjoni, titkompla l-Ħamis.", "GODFREY FARRUGIA: Tajjeb ħafna.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tajjeb.", "DAVID AGIUS: U t-Tnejn, 23 ta' Ottubru, x'qed ngħidu?", "X'ħinijiet qed ngħidu?", "MR SPEAKER: Għat-Tnejn għandek il-programm diġà.", "GODFREY FARRUGIA: Qiegħda ppjanata.", "Fis-6.00 p.m. bħas-soltu.", "DAVID AGIUS: It-Tnejn 23 ta' Ottubru?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, jista' jagħmilna daqsxejn resumè?", "S'issa għedna li għada s-seduta tibda fis-2.00 p.m. u tispiċċa fit-8.30 p.m. Mela dik tat-Tlieta 17 ta' Ottubru.", "L-Erbgħa 18 ta' Ottubru qegħdin ngħidu li se nibdew fis-6.00 p.m. bl-Abbozzi ta' Liġi nri 115 u 101 dwar id-diżabilità u se nkomplu bihom il-Ħamis fis-6.00 p.m.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Skużani, x'se jsir l-Erbgħa?", "GODFREY FARRUGIA: L-Erbgħa se nkomplu l-liġijiet nri 115 u 101 tad-diżabilità u se nkompluhom il-Ħamis.", "DAVID AGIUS: Sur President, int taf li ma nistgħux niftħu żewġ liġijiet f'daqqa.", "GODFREY FARRUGIA: Saret fil-passat.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, saret fil-passat.", "DAVID AGIUS: Ma jistax ikun.", "Mhux hekk ftehemna.", "Jien ftehemt li tibda l-101 tal-Onor.", "DAVID AGIUS: Mela mhux qed naqblu.", "(Interruzzjonijiet) Ministru, ma tistax tiftaħ żewġ liġijiet f'daqqa.", "Inti qatt rajt żewġ liġijiet jinfetħu f'daqqa?", "(Interruzzjonijiet) Liġi \"A\" u liġi \"B\" huma differenti, waħda ġiet preżentata mill-Ministru u l-oħra minn deputat.", "MR SPEAKER: Inutli nitkellmu f'daqqa.", "L-ewwel nett għal min qed isegwina ma naħsibx li huwa prudenti u t-tieni nett għax ma niftehmux.", "Onor. Farrugia, nitolbok tispjega daqsxejn il-pożizzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: Il-pożizzjoni hija din.", "Liġi nru.", "115 u Liġi nru.", "101 huma żewġ liġijiet li għalkemm jitrattaw l-istess kontenut, imma d-direzzjoni tagħhom hija differenti u l-ħsebijiet huma differenti.", "Irridu niftakru li f'Settembru tal-2014 il-KNPD kienet bdiet konsultazzjoni fil-pubbliku dwar din il-liġi, imma ġara li f'Diċembru l-Oppożizzjoni tefgħet il-mozzjoni tagħha fil-Kamra, liema konsultazzjonijiket imbagħad għalqu fi Frar tal-2015.", "S'intendi din imbagħad kellha l-proċess tagħha u qgħedniha wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jiġifieri minn dak l-aspett diġà kien magħruf mill-pubbliku li l-Gvern kien qiegħed jittratta din it-tema f'din il-Liġi tal-Opportunitajiet Indaqs.", "Dwar l-istess ħsieb hemm ideat differenti u l-ħsieb u l-għan tiegħi għalfejn iż-żewġ liġijiet għandhom ikunu mressqa fil-Kamra fl-istess ħin hu għax wara kollox id-dibattitu se jkun fuq l-istess kontenut b'fehmiet differenti min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Allura anke biex ma jinħeliex żmien fil-Kamra hemm bżonn li nittrattaw iż-żewġ liġijiet b'ċerta serjetà, imma fl-istess ħin naslu għal konklużjoni aħħarija favur dik id-direzzjoni li għandna nieħdu u fl-istess ħin il-pubbliku jkun informat u ma jitfixkilx billi l-affarijiet huma differenti fl-istess liġijiet.", "MR SPEAKER: Li jista' jsir huwa dan.", "Bħalma sar f'ħafna okkażjonijiet f'dawn l-aħħar ġimgħat, tibda waħda, tieqaf id-diskussjoni u tibda l-oħra.", "Mhux it-tnejn flimkien.", "Qed ngħid dan biex inkunu ċari.", "Jien qed nifhem lill-Onor.", "David Agius u qed nifhem lilek.", "Tibda b'waħda, tlesti d-diskussjoni, u tibda bl-oħra.", "DEBORAH SCHEMBRI: Le mhux tlesti d-diskussjoni.", "MR SPEAKER: (Interruzzjonijiet) Kollox sew, nofs is-seduta tiġi interrotta u tibda l-oħra.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Imma mhux it-tnejn flimkien.", "Qed ngħid dan biex inkunu ċari.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ikun hemm second readings imma d-diskussjoni tagħhom issir li tkun ugwali għat-tnejn.", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, se nerġa' nispjega.", "Mela għandek Liġi \"A\" u Liġi \"B\".", "Issir id-diskussjoni fuq \"A\", tiġi interrotta s-seduta u tibda d-diskussjoni fuq \"B\".", "GODFREY FARRUGIA: Jiġifieri se nibdew b'Abbozz nru.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, mhux Abbozz nru.115.", "GODFREY FARRUGIA: Nibdew bil-115 min-naħa tal-Gvern.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, aħna ma naqblux.", "Aħna ftehemna li nibdew bil-liġi tal-Oppożizzjoni nhar l-Erbgħa.", "Ilna ngħiduha, għandi bil-miktub.", "GODFREY FARRUGIA: Onor. Agius, bil-miktub hawn kif inhuma u kif qal l-iSpeaker.", "DAVID AGIUS: Le, m'hawn xejn bil-miktub.", "MR SPEAKER: X'inhi l-problema li m'aħniex qed naqblu?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jiġifieri aħna ftehmu li fuq liġi sempliċi bħal din min-naħa tal-Oppożizzjoni, ftehemna b'data, qbilna li nieħdu nofs seduta u issa se nerġgħu lura minn dak il-ftehim?", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, naħseb li m'għandux ikun hemm problema.", "Se naqblu li jibdew huma.", "MR SPEAKER: Kollox sew, mela hemm il-qbil.", "Jien kont se nerġa' nissuġġerixxi li nagħmlu Liġi nru.", "115 nhar l-Erbgħa u Liġi nru.", "101 il-Ħamis.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jibdew huma, imbagħad inkomplu aħna.", "(Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Tibda Liġi nru.", "101 f'dik is-seduta stess?", "MR SPEAKER: Iva, hemm il-ftehim.", "GODFREY FARRUGIA: Il-Ħamis x'se jiġri eżatt?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jiena ma nistax nifhem x'inhi l-problema li tibda Liġi nru.", "101 mill-bidu sal-aħħar u tispiċċa u kif tispiċċa tibda Liġi nru.", "X'inhi l-problema?", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna mhux hekk qegħdin ngħidu.", "DAVID AGIUS: Il-ftehim isir fil-House Business Committee.", "MR SPEAKER: M'għandniex għalfejn.", "DAVID AGIUS: (Interruzzjonijiet) Ma jimpurtax.", "Għalhekk qed nitkellem fil-House Business Committee.", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn.", "Jekk jogħġobkom.", "DAVID AGIUS: Kollox sew, Mr Speaker, m'hemm qbil fuq xejn.", "MR SPEAKER: Mela jekk m'hemm qbil fuq xejn nimxu mod ieħor, imma ma naħsibx li se nimxu hekk.", "Wasalna fuq kollox, wasalna fuq il-Ħamis… (Interruzzjonijiet) Ħudu paċenzja, m'għandkomx għalfejn tgħaddu kummenti lil xulxin għax bilfors ikun hemm reazzjoni.", "M'għandkomx għalfejn, la inti Onor. Agius u lanqas inti.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, ftit ilu konna qed nipprovaw naqblu u għedna li nagħmlu nofs seduta u nofs seduta.", "Id-diskussjoni kienet li riedu jibdew b'Liġi nru.", "101 tagħhom.", "Aħna qed inċedu u se nibdew minn Liġi nru.", "Qegħdin nagħtuhom li jridu u qed jerġgħu jgħidulna li ma jriduhiex.", "X'inhi l-problema?", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit jekk jogħġobkom.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ma nċedi xejn, hemm dritt jew m'hemmx.", "M'aħniex tfal hawn ġew.", "Hawnhekk mhux dritt, hawnhekk ftehim.", "DAVID AGIUS: Hekk ftehemna, li nibdew bil-liġi tagħna.", "Għedtlek agħtini data għal-liġi tagħna.", "Jekk ma tridx tagħti data, tagħtix.", "MR SPEAKER: Inutli noqogħdu ngħajtu u ngħollu leħinna.", "Ejja ħalli naslu.", "Lanqas qatt ma tgħidha fil-Parlament Malti u fid-dinja li nibdew żewġ liġijiet fl-istess ħin, simultaneously.", "(Interruzzjonijiet) U ma ngħidux ħmerijiet!", "MR SPEAKER: Onor. Agius, jekk jogħġbok.", "GODFREY FARRUGIA: Iċċekkja.", "DAVID AGIUS: Għidli fejn saret.", "GODFREY FARRUGIA: Iċċekkja, suppost li saret.", "Għidli fejn.", "Suppost ġejt preparat.", "GODFREY FARRUGIA: Suppost int ġejt ippreparat biex naħdmu.", "DAVID AGIUS: Għalhekk, qatt ma ġibt dawn l-affarijiet.", "GODFREY FARRUGIA: L-affarijiet mhumiex hekk.", "DAVID AGIUS: Għalhekk, mela mhux se ssir hekk.", "Anke l-iSpeaker jgħid li ma tistax tibda żewġ liġijiet f'daqqa.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit jekk jogħġobkom.", "Se nirreġistraw ftehim.", "Liġi nru.", "101 se nibdewha l-Erbgħa u Liġi nru.", "115 nibdewha l-Ħamis.", "Mela tibda l-ewwel tal-Oppożizzjoni, Liġi nru.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri nagħmlu siegħa u kwart u siegħa kwart tibda l-liġi l-oħra.", "MR SPEAKER: Tajjeb?", "GODFREY FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel point of information.", "Ma jistax ikun li hawnhekk jgħiduli li qed ngħid kelma b'oħra.", "Imbagħad dħalt inti u ktibtlek, \"Mr Speaker, nirringrazzjak tal-intervent tiegħek u tal-Iskrivan tal-Kamra biex jintlaħaq il-qbil neċessarju biex inkomplu ħidmietna.", "Se mmexxu bħalma jien ipproponejt fl-email li ktibt.\"", "GODFREY FARRUGIA: Imma fuq Liġi nru.", "115 konna qed ngħidu.", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn.", "DAVID AGIUS: Qatt m'għedtlek nibdew b'Liġi nru.", "Dak inti vvintajtu.", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom ikkalmaw ftit.", "GODFREY FARRUGIA: Imma mhux sewwa jgħidli hekk.", "MR SPEAKER: Kollox sew, imma issa hawn dan il-ftehim.", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Hekk jogħġobkom.", "Nibdew b'Liġi nru.", "101 tal-Oppożizzjoni mbagħad nagħmlu Liġi nru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Liġi nru.", "101 u Liġi nru.", "115 l-Erbgħa u l-Ħamis jerġa' isir l-istess proċess.", "MR SPEAKER: U l-Ħamis jitkompla.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Tajjeb hekk?", "MR SPEAKER: Tajjeb.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Wednesday tibda l-Liġi nru.", "Nbdew fis-6.00 p.m.", "DEBORAH SCHEMBRI: L-Erbgħa nibdew Liġi nru.", "101, imbagħad nieqfu, imbagħad nagħmlu Liġi nru.", "115 l-Ħamis l-istess.", "MR SPEAKER: Rigward ix-xogħol l-ieħor.", "GODFREY FARRUGIA: Il-Ġimgħa se nkomplu bid-demerger.", "MR SPEAKER: Dik konna ftehemna fuqha.", "GODFREY FARRUGIA: U se nibdew fis-2.00 p.m.", "L-istess bħat-Tlieta.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Iva. bħal Tuesday 17th.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Ħin tal-mistoqsijiet ikun normali u bl-aġġornament.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Bħat-Tlieta.", "It-Tlieta hekk ukoll.", "MR SPEAKER: Anke l-Ġimgħa għandna aġġornament ukoll.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Monday se nkomplu tad-demerger fil-planning.", "Dejjem semmejt li l-Liġi tat-Trasport dik tal-EU Directive issir jew il-Ġimgħa jew it-Tnejn skont il-preparazzjoni li jkun hemm, imma importanti li sa nhar it-Tnejn neħilsuha.", "Ir-raġuni hi għax jien nixtieq li t-Tlieta jew l-Erbgħa imma preferibbilment it-Tlieta jiltaqa' l-Kumitat tal-Abbozzi biex l-Erbgħa ngħaddu t-Tielet Qari u b'hekk tkun preparata għall-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 27 ta' Novembru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mhux aħjar kieku din tiġi dibattuta t-Tnejn, 23 ta' Novembru biex imbagħad isegwi l-kumitat mill-ewwel?", "GODFREY FARRUGIA: Nistgħu.", "Għalija tajjeb.", "Skont il-ħin li jkun fadal.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ġimgħa oħra ngħaddulu l-informazzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: Le le, mhux l-informazzjoni biss.", "U skont ukoll il-ħin li jkun fadal hawnhekk waqt id-diskussjoni tad-demerger u tal-klawsoli li jkun hemm, għax stadju ta' kumitat jista' jieħu ċertu ħin.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Kieku tingħata l-informazzjoni sa għada lill-Whip mill-ministru konċernat...(Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Skużi ftit.", "Hija l-prassi tagħna li ngħaddu l-informazzjoni mill-ewwel.", "Għadu kemm talabhieli issa u se ngħaddihilu sa għada.", "Illum stess trid tgħaddi wkoll l-informazzjoni – u għadni kemm bgħatt email qabel din il-laqgħa – dwar il-klawsoli li l-Gvern se jipproponi dwar id-demerger tal-ambjent.", "Għada se jkomplu jintefgħu iktar, anke jekk ikun hemm bżonn dwar l-ippjanar.", "Se jintefgħu b'mod regolari.", "Qed nistennew il-punti legali.", "B'hekk il-kelliem tal-Oppożizzjoni jkun jaf x'inhu l-ħsieb tagħna u l-għanijiet wara l-emendi li se jitressqu.", "BEPPE FENECH ADAMI: Jekk l-emendi tgħaddihomlna sa għada...", "GODFREY FARRUGIA: L-emendi tahomlna llum wara nofsinhar u ġejjin iżjed għada.", "BEPPE FENECH ADAMI: Ma taħsibx li forsi jkun iktar raġjonevoli u iktar prattiku li nagħmlu seduta nhar it-Tnejn flok nhar il-Ġimgħa, minn nofsinhar sas-6.00 p.m. jew sas-7.00. p.m?", "GODFREY FARRUGIA: Hemm bżonn li l-Ġimgħa nagħmlu seduta, inkella ma nlestux.", "BEPPE FENECH ADAMI: It-Tnejn xorta se tibda fis-6.00 p.m. Jien qed nissuġġerixxi dan għall-aspett prattiku ta' min għandu uffiċċju jaħdem.", "Inti taf li t-Tnejn hija ġurnata tal-Parlament u l-Ġimgħa mhijiex ġurnata tal-Parlament.", "Tista' tagħmel seduta t-Tnejn li flok tibda fis-6.00 p.m. kif qed jiġi propost, tibda fis-1.00 p.m. Xejn xejn l-Oppożizzjoni jkollha tlieta jew erbat ijiem oħra tixtarr fuq l-emendi li se jiġu preżentati.", "Ma naqqastlek xejn.", "Tajtek ġurnata oħra, flok il-Ġimgħa nagħmlu seduta t-Tnejn.", "Biex inkun onest, dan qed nissuġġerih għax huwa aktar prattiku għal ħafna membri parlamentari li mhumiex fil-Kabinett.", "GODFREY FARRUGIA: Din ħsibtha diġà.", "Għandi diffikultà għax il-Ministru Leo Brincat se jkun imsiefer fuq kunsill.", "BEPPE FENECH ADAMI: Filgħaxija xorta fuq l-ambjent se nagħmlu?", "DEBORAH SCHEMBRI: Filgħaxija nagħmlu l-Ippjanar.", "GODFREY FARRUGIA: Billi dik hija l-ġimgħa taċ-CHOGM ma nistgħux inżidu extra sittings lil hemm mill-Ħamis jew il-Ġimgħa.", "Jiena pproponejt il-Ġimgħa minħabba li t-Tnejn il-Ministru Leo Brincat se jkun imsiefer.", "MR SPEAKER: It-Tnejn, 23 Ta' Novembru x'se jkollna?", "IS-SUR RAY SCICLUNA: It-Tnejn, 23 Ta' Novembru għandha tibda ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz ta' Liġi dwar lIppjanar talIżvilupp kemm-il darba d-diskussjoni dwar l-Abbozz 108 tkun intemmet.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: It-Tnejn fis-6.30 p.m?", "It-Tlieta mis-2.00 p.m. sat-8.30 p.m. L-Erbgħa filgħodu u filgħaxija.", "DAVID AGIUS: Nistaqsi jekk kull seduta hijiex mill-mistoqsijiet parlamentari u aġġornament.", "MR SPEAKER: Bil-mistoqsijiet parlamentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-Erbgħa 25 ta' Novembru kif se naħdmu rigward mistoqsijiet u aġġornament?", "MR SPEAKER: L-Erbgħa se jkollna mistoqsijiet parlamentari filgħodu u mistoqsijiet parlamentari filgħaxija, u aġġornament filgħodu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mela allura nispiċċaw fin-12.30 p.m. jekk ħa jkollna mistoqsijiet parlamentari.", "GODFREY FARRUGIA: Imma jista' jagħti l-kas li dakinhar nidbew il-Bill li irrigwarda t-tribunal.", "MR SPEAKER: Bil-mistoqsijiet parlamentari u aġġornament.", "GODFREY FARRUGIA: Parti huwa ppjanar u parti huwa dwar it-tribunal.", "Pereżempju, tribunal nibdewh filgħaxija imbagħad inkomplu t-Tnejn, 30 ta' Novembru.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Qed nassumi li Bill 108 ikun cleared mill-Kumitat din il-ġimgħa.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Jekk le, nhar it-Tnejn nibdew minnu?", "(Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Jien qed nassumi li jispiċċa sal-aħħar ta' Novembru, biex ma nibqgħux għaddejjin f'Diċembru bid-demerger.", "Inkella ma nkunux nistgħu nkomplu għax il-Ministru Leo Brincat mhux se jkun hawnhekk.", "It-Tnejn 30 ta' Novembru inkomplu b'tat-tribunal u nagħlquh.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Is-seduta tkun normali?", "Imbagħad qed nitlob li jkollna kumitat tax-xogħol ieħor fl-1 ta' Diċembru fl-istess ħin, fil-5.00 p.m.", "GODFREY FARRUGIA: Hemm ħaġa oħra li m'għandhiex x'taqsam mas-seduti imma xi ħaġa oħra li għandha x'taqsam max-xogħol fil-Parlament dwar il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Bħalissa hemm 13-il abbozz kollha qegħdin pendenti.", "Jien nifhem li rigward l-abbozz li għandu x'jaqsam mal-IGA, kien hemm ftehim bejn il-Ministru Scicluna u l-Onor. de Marco li huwa indispost.", "Biex nonoraw dik il-kelma li kien hemm barra mill-House Business Committee dan l-Abbozz kellu jiġi diskuss illejla imma se nipposponuh għal ġurnata li hija tajba għal kulħadd, però sal-10 ta' Diċembru dan l-Abbozz ta' Liġi jrid ikun pubblikat flimkien mal-oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Għall-inqas minn dawn l-istess abbozzi li kien hemm tal-EU directives li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi, anke fl-istess kumitat permanenti tal-abbozzi, l-Onor. de Marco mhux dejjem attenda.", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm tlieta b'kollox.", "Anke fl-istess dibattiti, mhux dejjem ħa sehem, allura jien qed nagħti ċ-ċans lill-Whip tal-Oppożizzjoni biex jikkomunika mal-Onor. de Marco biex forsi nressqu dawn l-abbozzi mill-iktar fis.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Onor. Agius, qed jgħidlek li jekk hemm minnhom li jistgħu jsiru xorta...(Interruzzjonijiet) Jiena naf li hemm ħafna liġijiet finanzjarji għax jitilgħu quddiemi f'livell ta' kabinett ukoll, li huma sempliċement transpositions ta' direttivi Ewropej, mhumiex ta' xi natura ta' kontestazzjoni politika.", "Naf li hemm minnhom ta' natura facile spedizione, u allura forsi l-whip tal-Oppożizzjoni jista' jiċċekkja mal-Onor.", "De Marco biex forsi dawn ikunu jistgħu jgħaddu mingħajr il-parteċipazzjoni tiegħu.", "DAVID AGIUS: Diġà tkellimt mal-Ministru Scicluna, u hekk se jsir min-naħa tagħna.", "Se nitkellmu internament u naraw kif nistgħu nimxu.", "GODFREY FARRUGIA: Hemm backlog mhux ħażin ta' abbozzi oħrajn pendenti billi dan l-aħħar kważi ħmistax ma tlaqqax il-kumitat.", "Jien qiegħed nitlob għall-buon sens biex min-naħa tal-Oppożizzjoni jressqu l-membri tagħhom ħalli dawn l-abbozzi nipproċessawhom kif suppost.", "DAVID AGIUS: Din ma saritx għalxejn!", "Din saret għax kellna kumitat li kien ilu 17-il xahar biex jgħaddi liġi!", "Konna ilna xhur nistennew emendi min-naħa tal-Gvern!", "Il-bieraħ waslu u hemm diffikultajiet dwarhom ukoll.", "Jissolvew dawk il-problemi mbagħad inkunu nistgħu nkomplu bis-sistema li konna qabel.", "GODFREY FARRUGIA: Għall-korrettezza, id-diskussjoni dwar dan l-Abbozz fit-Tieni Qari spiċċat f'Mejju li għadda.", "Fuq proposta tiegħi - u dħalt jien anke bħala whip - din l-istess liġi se tinbidel f'enabling act b'tali mod u manjiera li ma tkunx titkellem biss fuq l-obeżità imma jkollha ċ-ċans to prosper, u fiha tidħol kwalunkwe legal notice li għandha x'taqsam ma' preventive health.", "Saru diskussjonijiet, hemm minuti privati bejn l-istess membri konċernati u jien kont preżenti.", "Minn Mejju 'l hawn din l-enabling Act ġiet preżentata lbieraħ mad-deadline lill-whip tal-Oppożizzjoni.", "Huwa veru li jista' jkun hemm diffikultajiet, imma aħna kommessi li minn issa sat-30 ta' Novembru niltaqgħu mal-Oppożizzjoni, anke barra l-kumitat, u nkomplu nillimaw il-liġi.", "MR SPEAKER: L-importanti huwa li x-xogħol jibqa' miexi.", "GODFREY FARRUGIA: Imma dwar l-abbozzi l-oħrajn x'se nagħmlu?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Tista' tiġi diskussa fil-laqgħa li ġejja.", "GODFREY FARRUGIA: Tkun spiċċat.", "Jien nemmen li fit-30 ta' Novembru għandna nkunu bdejna, u jekk barra mill-kumitat inkunu għamilna x-xogħol sew u b'mod siewi, għandu jagħlaq dakinhar.", "Qed nipprova nappella lill-Oppożizzjoni biex jagħtuna lista tal-membri biex b'hekk inkunu nistgħu nkomplu għaddejjin bl-Abbozzi l-oħra li hemm quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi.", "DAVID AGIUS: Sur President, kemm-il darba jkun hemm kollaborazzjoni magħna fuq din il-liġi, u narawha timxi, aħna mmexxu kif dejjem mexxejna.", "Kif naraw li l-affarijiet mhumiex mexjin, kif ma mxewx, aħna nieqfu!", "Ma jistax ikun li ndumu ġimgħat biex ningħataw tweġiba!", "Għad hemm diffikultajiet.", "Kif dawk id-diffikultajiet jinħallu, aħna ninħallu!", "MR SPEAKER: Se tiltaqgħu issa ħalli dawk id-diffikultajiet jiġu solvuti?", "GODFREY FARRUGIA: It-talba saret nhar it-2 ta' Novembru.", "Mit-2 ta' Novembru nista' nassigurak li jiena bħala whip ħdimt qatiegħ.", "Mhux talli hekk, imma talli sal-15 ta' Novembru, bħalma wgħedtu kmieni f'Novembru, jien tajtu l-abbozzi u ġrejt wara min kelli niġri.", "Fadal forsi xi affarijiet fejn wieħed jista' jirranġa.", "Lest li niltaqgħu din il-ġimgħa stess.", "Nistgħu anke niffissaw data hawnhekk.", "B'hekk inkomplu nħejju ħalli t-triq tkun waħda faċli.", "MR SPEAKER: Hawnhekk irridu naħdmu b'mod li x-xogħol jimxi.", "Jekk hemm diffikultajiet, allura niltaqgħu u nsolvuhom.", "DAVID AGIUS: Jekk l-affarijiet jimxu, nimxu.", "Jekk ma jimxux, ma nimxux!", "MR SPEAKER: Aħna qed nitkellmu li nimxu!", "GODFREY FARRUGIA: Imxew kif suppost l-affarijiet!", "Kelli nwaqqaf dawn l-affarijiet biex imxejna.", "MR SPEAKER: Onor. Agius u Onor. Farrugia, teħdux dan l-atteġġjament għax ma huwa healthy xejn!", "DAVID AGIUS: Inutli jkun hemm il-whip jekk sħabu ma jgħinuhx!", "Illum drajtha s-sitwazzjoni!", "GODFREY FARRUGIA: Qed jagħmel allegazzjoni li mhijiex minnha!", "DAVID AGIUS: L-allegazzjoni hija ċara: Konna ilna ġimgħat ma nimxu.", "Kif waqqaft l-affarijiet, imbagħad mexxew!", "Jalla nibqgħu sejrin hekk!", "GODFREY FARRUGIA: Ma jistax ikun li noqgħodu nimxu bl-iskossi!", "MR SPEAKER: Mhux se nitkellem fuq kif għandu jsir ix-xogħol!", "Għandi wkoll direzzjoni.", "Jien nixtieq li timxu aħjar.", "Il-Kumitat jieqaf hawnhekk.", "Grazzi.", "Fis6.09 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, l-1 ta' Diċembru 2015 fil-5.00pm."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20151116_031d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 31", "ItTnejn, 16 ta' Novembru 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filkamra talkumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fil5.05 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għatTuriżmu, lOnor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 30 tat28 ta' Settembru 2015 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "LIspeaker informa lillKumitat illi huwa kien għadu kif irċieva rriżultat uffiċjali talelezzjoni każwali li nżammet dakinhar, u li fiha ġie elett inNutar Anthony Abela sabiex jimla ssiġġu battal li rriżulta fis7 Distrett wara rriżenja ta' Dr Joe Cassar minn Membru Parlamentari.", "Għaldaqstant fisseduta ta' dakinhar, 16 ta' Novembru 2015, immedjament wara tTalba se jkun qed jingħata l-ġurament tal-ħatra lin-Nutar Abela.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li kien se jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' żewġ ittri li s-Sedja bagħtet lill-President tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Franċiża u lill-President tas-Senat tar-Repubblika Franċiża fis-16 ta' Novembru 2015 wara l-attakki terroristiċi li seħħew f'Pariġi, Franza, nhar il-Ġimgħa, fit-13 ta' Novembru 2015.", "Immedjatament wara huwa kien se jitlob li fil-Kamra tinżamm minuta silenzju bħala sinjal ta' rispett lejn ilvittmi ta' dawn lattakki terroristiċi.", "LIspeaker informa wkoll lill-Kumitat li fisseduta ta' dakinhar kien ser jagħti ruling dwar ittalba magħmula millOnor.", "Robert Cutajar dwar tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat illi fisseduta ta' dakinhar kienu ser isiru żewġ stqarrijiet ministerjali: waħda millPrim Ministru dwar lattakki terroristiċi ġewwa Pariġi u oħra millMinistru għallIntern u sSigurtà Nazzjonali dwar linċidenti li seħħew ġewwa Paceville fillejl tal15 ta' Novembru 2015.", "Godfrey Farrugia informa lillKumitat li fid-9 ta' Diċembru għandhom jittieħdu lvotazzjonijiet kollha dwar l-Estimi Ġenerali 2016 u ċjoè l-votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti kollha mressqa taħt kull Ministeru waqt il-Kumitat ta' Provvista, u fuq kull vot li jista' jintalab waqt l-Approprjazzjoni għas-sena 2016 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2015.", "Godfrey Farrugia informa lillKumitat ukoll illi lParlament kien ser jieqaf għallferjat talMilied nhar lErbgħa, 16 ta' Diċembru 2015, u jerġa' jirriżumi nhar itTnejn, 11 ta' Jannar 2015.", "Farrugia rrimarka illi lħsieb talGvern kien li jintlaħaq ftehim dwar numru ta' seduti li lGvern għandu bżonn sabiex jgħaddi numru ta' abbozzi qabel ilwaqfa talMilied, inkluż dawk relatati maddemerger talAwtorità għallAmbjent u lIppjanar, anke sabiex jikkompensaw għal numru ta' seduti li kellhom jintilfu.", "Wara diskussjoni lKumitat qabel li:", "Fisseduta ta' nhar itTnejn, 16 ta' Novembru 2015 għandha tibda ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz ta' Liġi dwar ilProtezzjoni talAmbjent (Abbozz 108).", "Fisseduta ta' nhar itTlieta, 17 ta' Novembru 2015 għandha tkompli ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz 108.", "Isseduta għandha tibda fis2.00 p.m. u lħin talinterruzzjoni taxxogħol għandu jkun fit8.00 p.m.", "Fisseduta ta' nhar lErbgħa, 18 ta' Novembru 2015, fis-6.30pm għandha tibda fi stadju ta' Tieni Qari d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilità (Abbozz 101) liema diskussjoni tibqa' sejra sat-7.45pm.", "Minnufih wara għandha tibda fi stadju ta' Tieni Qari d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilità) (Emenda Nru 2) (Abbozz 115) liema diskussjoni tibqa' sejra sad-9.00pm.", "Fisseduta ta' nhar ilĦamis, 19 ta' Novembru 2015 għandha tkompli ddiskussjoni fi stadju ta' tieni qari dwar l-Abbozzi 101 u 115 bil-ħin jinqasam l-istess bħal dak tas-seduta tal-Erbgħa, 18 ta' Novembru 2015.", "Fisseduta ta' nhar ilĠimgħa, 17 ta' Novembru 2015 għandha tkompli ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz Abbozz 108.", "Matul listess seduta għandu jinfetaħ u jingħalaq itTieni Qari lAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar lAwtorità għatTrasport f'Malta, liema abbozz għandu jkun ippubblikat wara li jsir lEwwel Qari tiegħu fisseduta ta' nhar itTnejn, 16 ta' Novembru 2015.", "Isseduta għandha tibda fis2.00 p.m. u lħin talinterruzzjoni taxxogħol għandu jkun fit8.00 p.m.", "Fisseduta ta' nhar itTnejn, 23 ta' Novembru 2015 għandha tibda ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz ta' Liġi dwar lIppjanar talIżvilupp (Abbozz 107) kemm-il darba d-diskussjoni dwar l-Abbozz 108 tkun intemmet.", "Fisseduta ta' nhar itTlieta, 24 ta' Novembru 2015 għandha tkompli ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz 107.", "Isseduta għandha tibda fis2.00 p.m. u lħin talinterruzzjoni taxxogħol għandu jkun fit8.00 p.m.", "Nhar lErbgħa, 25 ta' Novembru għandhom isiru żewġ seduti: fisseduta li tibda fid9.00 a.m. għandha tkompli ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz 107 u lħin talinterruzzjoni taxxogħol għandu jkun f'nofsinhar; u fisseduta li tibda fis6.00 p.m. għandha tkompli ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz 107 u jekk kemm-il darba tali diskussjoni tagħlaq tibda d-diskussjoni fl-istadju ta' kumitat dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (Abbozz 109) u lħin talinterruzzjoni taxxogħol għandu jkun fid9.00 p.m.", "Fisseduta ta' nhar itTnejn, 30 ta' Novembru 2015 għandha titkompla ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz 109), liema diskussjoni għandha tingħalaq dakinhar.", "IlKumitat qabel ukoll illi lħin talmistoqsijiet u talaġġornament jittieħed f'kull seduta.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-Kumitat qabel li wara li tħabbret ilmewt talex Membru Parlamentari s-Sur Gontran Borg nhar itTnejn, 9 ta' Novembru 2015, ilKamra għandha tagħti lkondoljanzi tagħha fisseduta ta' nhar lErbgħa, 18 ta' Novembru 2015.", "Abbozz ta' Liġi dwar lAwtonomija Amministrattiva talParlament", "LIspeaker talab irreazzjoni tażżewġ naħat għarrapport u labbozz ta' abbozz ta' liġi dwar lawtonomija amministrattiva talParlament li huwa kien qassam lillmembri talKumitat fid9 ta' Ġunju 2014.", "Iżżewġ naħat esprimew ilfatt li huma favur labbozz.", "Godfrey Farrugia qal li lħsieb talGvern huwa li tTieni Qari talAbbozz jibda jiġi diskuss flewwel ġimgħa meta lParlament jerġa' jiltaqa' wara lferjat talMilied.", "Il-Kumitat qabel li lEwwel Qari jista' jitressaq millaktar fis possibbli u li jkun sekondat min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Rappreżentant talParlament Malti ġewwa Brussell", "LIspeaker informa lillKumitat li fis27 ta' Ottubru 2015 lIskrivan talKamra rċieva talba mingħand isSur Kenneth Curmi sabiex jiġġeddidlu l-kuntratt b'sena fir-rigward tal-ħatra tiegħu bħala rappreżentant talParlament Malti ġewwa Brussell.", "Il-Kumitat qabel li lkuntratt għandu jiġi mġedded għal perjodu ta' sena, li f'dan iżżmien għandu wkoll jaqdi ddmirijiet ta' membru fissegretarjat talCOSAC u li possibilment għandha tiġi ndikata persuna oħra li tkun tista' tassisti wkoll f'dak ix-xogħol konness mal-COSAC.", "Konferenza dwar itTrattat ta' Liżbona", "LIspeaker informa lillKumitat li nhar ilĠimgħa, 11 ta' Diċembru, ser tiġi organizzata konferenza bejn ilParlament Malti u lUffiċċju talParlament Ewropew ġewwa Malta dwar ilparlamenti nazzjonali u tTrattat ta' Liżbona, liema attività ser tinżamm fisSala talParlament.", "Għal din ilkonferenza ser tkun preżenti Ms Christine Verger, Direttur filParlament Ewropew responsabbli mirrelazzjonijiet malparlamenti nazzjonali, li flimkien malIspeaker, ilKap talUffiċċju talParlament Ewropew f'Malta u lPresident talKumitat dwar lAffarijiet Barranin u Ewropej, ser tindirizza din ilKonferenza.", "Ilmistednin għal din il-konferenza ser jinkludu, fost oħrajn, former Speakers talKamra, ilMembri talParlament Ewropew Maltin, rappreżentanti talpartiti, għaqdiet talistudenti u lecturers.", "Djalogu bejn ilkandidati għallkariga ta' Segretarju Ġenerali tasSegretarjat talCommonwealth u sSoċjetà Ċivili", "LIspeaker informa lillKumitat li bħala parti millattivitajiet relatati maċCHOGM, filParlament ser jinżamm djalogu bejn ilkandidati għallkariga ta' Segretarju Ġenerali tasSegretarjat talCommonwealth u sSoċjetà Ċivili, liema attività qiegħda tiġi organizzata fi ħdan ilCommonwealth People's Forum 2015.", "Din lattività ser tinżamm nhar lErbgħa, 25 ta' Novembru, mit3.30 p.m. sal5.00 p.m. Għal din lattività ser ikunu mistiedna dawk ilMembri li huma laktar attivi fisCPA, ċjoè LOnor.", "Carmelo Abela bħala Membru talKumitat Eżekuttiv tasCPA, lOnor.", "Justyne Caruana bħala membru attiv talCommonwealth Women Parliamentarians, lOnor.", "Tonio Fenech bħala President talKumitat Eżekuttiv talCAPAC u lWhips lOnor.", "Fis6.09 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, l-1 ta' Diċembru 2015 fil-5.00pm.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20151116_031m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 54", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru 2015 fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 17 ta' Novembru, 2015 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konsultazzjoni b'referenza għall-Ħatra tal-Kummissarju għat-Tfal - Kontinwazzjoni; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151117_054a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 54", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 54", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.51 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 53 li saret nhar l-Erbgħa 9 ta' Novembru, 2015 ġew ikkonfermati.", "Konsultazzjoni b'rEferenza għall-ħatra tal-Kummissarju għat-Tfal", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Il-Kumitat se jkompli l-konsultazzjoni tiegħu b'referenza għall-ħatra tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Din hija kontinwazzjoni tal-laqgħa li kellna in camera l-ġimgħa l-oħra, u skond dak li ġie maqbul minn dan il-Kumitat, id-diskussjoni tal-lum se terġa' tkun in camera.", "U għalhekk se jintfew il-mikrofoni.", "Fis-6:56 p.m. il-Kumitat qabel li l-konsultazzjoni dwar il-proposta għan-nomina ta' Kummissarju għat-Tfal tinżamm fil-magħluq.", "Kien hemm qbil unanimu fuq il-persuna proposta għan-nomina ta' Kummissarju għat-Tfal.", "Fis-7:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20151117_054d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 54", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, fis-6:51 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Kien preżenti wkoll il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 53 li saret nhar l-Erbgħa, 9 ta' Novembru 2015 ġew ikkonfermati.", "Konsultazzjoni b'rEferenza għall-ħatra tal-Kummissarju għat-Tfal – kontinwazzjoni", "Ikompli minn nhar it-Tnejn, 9 ta' Novembru 2015", "Fis-6:56 p.m. il-Kumitat qabel li l-konsultazzjoni dwar il-proposta għan-nomina ta' Kummissarju għat-Tfal tinżamm fil-magħluq.", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tkellem fuq dan is-suġġett u l-Membri preżenti esprimew il-veduti tagħhom dwar din il-ħatra.", "Kien hemm qbil unanimu fuq il-persuna proposta għan-nomina ta' Kummissarju għat-Tfal.", "Fis-7:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151117_054m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 32", "ItTlieta, 1 ta' Diċembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 32", "ItTlieta, 1 ta' Diċembru 2015", "Il-Kumitat iltaqa' filkamra tal-kumitati 3 fil-binja tal-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.05 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa nru.", "31 li saret it-Tnejn 16 ta' Novembru, 2015 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kull min hawn preżenti għal dan il-kumitat.", "Nistieden lill-Membri min-naħa tal-Gvern biex iressqu r-rimarki dwar ix-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jiena prattikament xtaqt nistaqsi biss nikkonfermawx li l-Parlament se jieqaf għall-vaganzi tal-Milied fis-16 ta' Diċembru u jerġa' jiftaħ fil-11 ta' Jannar.", "MR SPEAKER: Il-cut-off date hija s-16 ta' Diċembru u fil-11 ta' Jannar jerġa' jiftaħ il-Parlament.", "Ngħaddu issa għax-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "GODFREY FARRUGIA: Illum it-Tlieta, se nibdew fis-6.00 p.m. u se nkomplu niddiskutu dwar l-ippjanar, imma qabel l-ippjanar se jkollna stqarrija ministerjali min-naħa tal-Prim Ministru dwar it-Turkija u l-COP21.", "DAVID AGIUS: Hija tassattiva li ssir illum peress li hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Viċi Kap imsefrin?", "Jiena qed ngħid mil-lum għal għada, jiġifieri mhux qed ngħidlek ġurnata oħra fil-bogħod.", "Ma nafx jekk hijiex urġenti imma biex inżommkom informati, illum mhux se jkun hawn il-Kap tal-Oppożizzjoni għax jinsab imsiefer u ġej illejla sbieħ għada filgħodu.", "MR SPEAKER: Sadanittant sakemm issir il-komunika, għalissa nħalluha pendenti u nkomplu bix-xogħol tal-Kamra.", "GODFREY FARRUGIA: Għada l-Erbgħa jien qed nissuġġerixxi li nibdew iktar kmieni, nibdew mis-2.00 p.m. sat-8.30 p.m. u niddiskutu tal-Ippjanar u bil-ħin tal-mistoqsijiet u bl-aġġornament.", "Tkun bħas-seduta li darba għamilna itwal mill-oħrajn u fiha nkomplu niddiskutu tal-ippjanar.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għat-Turiżmu): L-Abbozz nru.", "107 u jekk tlestu Abbozz nru.109?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Bħalissa qed jiġi diskuss l-Abbozz nru.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk jitlesta ngħaddu għall-ieħor.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk jitlesta ngħaddu għall-ieħor għall-ġurnata ta' wara, imma qegħdin ngħidu li għada l-Erbgħa se nkomplu bid-diskussjoni dwar l-ippjanar.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri s-seduta tibda fis-2.30 p.m. sat-8.30 p.m. minflok sad-9.00 p.m. Se nipprovaw nagħlquha għada.", "GODFREY FARRUGIA: Tajjeb ħafna.", "DAVID AGIUS: Taħseb li tlestihom?", "Kemm fadal?", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali): Peress li l-Kap tal-Oppożizzjoni jinsab imsiefer, l-istqarrija se ssir għada.", "DAVID AGIUS: Nistgħu nagħmluha fis-6.30 p.m?", "LOUIS GRECH: Jew fis-6.30 p.m.", "MR SPEAKER: Kollox sew, mela għada fis-6.30 p.m jkollna l-istqarrija ministerjali tal-Prim Ministru.", "DAVID AGIUS: Għax anke inti tkun preżenti.", "DAVID AGIUS: Trid tibdel liċ-chairman tal-Kumitat.", "DAVID AGIUS: Nipprovaw li bejn is-seduta tal-lejla u s-seduta ta' għada mis-2.30 p.m. sas-6.30 p.m. inkunu close ħafna li nagħlqu sa Abbozz nru.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qed ngħid li t-Tnejn 7 ta' Diċembru suppost nistgħu nibdew id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "DAVID AGIUS: Wisq probabbli nkunu bdejna d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, għax f'erba' sigħat għandna nagħlquha.", "LOUIS GRECH: Jekk taqblu Onor. Agius, inħalluha għad-diskussjoni tal-ippjanar, però nagħmlu nota Ippjanar/Tribunal.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qed nissuġġerixxi li l-Ġimgħa 4 ta' Diċembru jkollna laqgħa wara nofsinhar dwar l-Asian Infrastructure Investment Bank.", "DAVID AGIUS: Dik għadha lanqas tressqet.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ħafna minnhom dawn huma transposition ta' EU Legislation.", "MR SPEAKER: Kollha kemm hi, jiena rajtha.", "GODFREY FARRUGIA: Kollha traspożizzjoni.", "MR SPEAKER: Issir komunikazzjoni bejn il-Ministru u l-membru tal-Oppożizzjoni hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Komunikazzjoni dejjem se ssir bħalma dejjem nagħmlu.", "Din hija prassi b'mod partikolari f'dan il-Ministeru.", "Jien qed nissuġġerixxi li nagħmlu seduta extra l-Ġimgħa, 4 ta' Diċembru li l-ħin tagħha – għax il-Ministru se jsiefer dakinhar stess – ikun min-12.30 p.m. sal-4.00 p.m. Jew inkella nistgħu nagħmluha l-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru.", "LOUIS GRECH: Dakinhar se nagħmlu tat-Tribunal.", "Il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru konna se nagħmlu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar mis-1.30 p.m.", "DAVID AGIUS: U ma jkunx hemm l-Onor.", "LOUIS GRECH: M'għandniex bżonnu lill-Onor.", "It-Tribunal se jibqa' kif inhu.", "GODFREY FARRUGIA: Is-seduta tat-Tnejn għamilniha Ippjanar/Tribunal.", "DAVID AGIUS: Jiena nissuġġerixxi li għada s-seduta ntawluha ftit imqar sad-9.00 p.m. u ma neħdux l-aġġornament, u naraw li nagħlqu żgur dawn iż-żewġ liġijiet jew inkella nkunu viċin, ħalli mbagħad it-Tnejn 7 ta' Diċembru nkunu nistgħu nagħmlu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "GODFREY FARRUGIA: Jiġifieri inti qed tgħid li l-Ġimgħa, 2 ta' Diċembru nagħlqu d-diskussjoni dwar l-ippjanar totalment.", "DAVID AGIUS: Mhux hekk?", "Ikollna ħin għaliha.", "LOUIS GRECH: Jien m'għandix problema.", "Hu qed jissuġġerixxi li s'għada se jkun kollox magħluq mill-ippjanar u t-Tnejn se jibqgħalna d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, li nagħlquh ukoll u nispiċċaw din tal-Asian Infrastructure Investment Bank.", "DAVID AGIUS: Seba' klawsoli kulma hemm.", "GODFREY FARRUGIA: Jiġifieri l-Ġimgħa 4 ta' Diċembru nagħmlu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "LOUIS GRECH: Qed jgħid li d-diskussjoni dwar l-ippjanar jipprova jispiċċaha bejn illum u għada.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "U jekk tispiċċa, nibdew id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "LOUIS GRECH: Jekk imbagħad it-Tnejn tkun lesta d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, ngħaddu għad-diskussjoni dwar l-Asian Infrastructure Investment Bank.", "GODFREY FARRUGIA: L-importanti hu li l-Erbgħa nagħlqu d-diskussjoni dwar l-ippjanar għax il-Ġimgħa ma jkollix lill-Onor.", "DAVID AGIUS: Qed ngħidlek ma nagħmlux l-aġġornament.", "GODFREY FARRUGIA: Qed ngħid dan biex inkun ċar.", "IS-SUR RAY SCICLUNA: Estiża sad-9.00 p.m.?", "DAVID AGIUS: Jekk hemm bżonn nestendu sad-9.00 p.m.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius qed jgħid li jekk hemm bżonn ma neħdux l-aġġornament ħalli tagħlquha żgur.", "DAVID AGIUS: U jekk ikun hemm bżonn ftit iktar ħin, jekk taqbel is-Sedja, nistgħu ntawlu ftit, forsi sad-9.15 p.m.", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu għal għada l-Erbgħa, 2 ta' Diċembru.", "DAVID AGIUS: Biex żgur inkunu għalaqna d-diskussjoni dwar l-ippjanar.", "GODFREY FARRUGIA: Rigward il-Ġimgħa, 4 ta' Diċembru.", "LOUIS GRECH: Il-Ġimgħa qed ngħidu li mhu se jsir xejn għax se jkollhom problema.", "LOUIS GRECH: It-Tnejn se jkollok id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar u dwar l-Asian Infrastructure Investment Bank.", "Jekk inkunu spiċċajna d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar - u qed nassumu li jkun spiċċa - allura mbagħad nibdew id-diskussjoni dwar l-Asian Infrastructure Investment Bank.", "DAVID AGIUS: Hekk hu, naqblu.", "Jiġifieri t-Tnejn nagħlqu d-diskussjoni tal-Asian Infrastructure Investment Bank u d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "MR SPEAKER: Nhar it-Tlieta, 8 ta' Diċembru hija l-Festa tal-Kunċizzjoni.", "DAVID AGIUS: Id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar kemm fiha klawsoli?", "MR SPEAKER: Ma tantx hemm klawsoli.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mr Speaker, iktar jista' jinqala' dibattitu fid-diskussjoni tat-Tribunal milli f'din tal-finanzi.", "LOUIS GRECH: F'tal-finanzi m'hemm xejn.", "GODFREY FARRUGIA: Fil-każ nistgħu nibdew d-diskussjoni dwar l-Asian Infrastructure Investment Bank imbagħad inkomplu d-diskussjoni dwar it-Tribunal.", "Seba' klawsoli kulma hawn.", "GODFREY FARRUGIA: U ilna ngħidu l-Ministru Scicluna dejjem irid ikompli mal-prassi li diġà stabilixxa mal-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: L-Erbgħa 9 ta' Diċembru se jkollna l-voti tal-Estimi.", "MR SPEAKER: L-Erbgħa 9 ta' Diċembru għandna d-divisions kollha hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Sewwa, u se nagħmlu t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsilli Lokali.", "MR SPEAKER: If I may ask, ladarba qed issemmi t-Tielet Qari tal-Kunsilli, l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtonomija Amministrattiva tal-Parlament meta se tagħmluha?", "GODFREY FARRUGIA: Inti ppreżentajtha f'dawn it-tlett ijiem.", "MR SPEAKER: Iva, minħabba t-tlett ijiem.", "Tista' ttellagħha dakinhar.", "Ħalliha llejla.", "Intellgħuha għada?", "DAVID AGIUS: Iva, Mr Speaker, għada.", "MR SPEAKER: Ħalli nkunu nistgħu nikklerjawha.", "DAVID AGIUS: Se tkun bħala l-ewwel item għada?", "MR SPEAKER: L-Ewwel Qari.", "Qed nitkellmu fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Antonomija Amministrattiva.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Però mhux se ntellgħuha fuq l-aġenda għax mhemmx it-tlett ijiem.", "Tista ssir imma dejjem bi qbil miż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: Hawn qbil?", "DAVID AGIUS: Konna qbilna wkoll li meta tipproponiha, nissekondawha min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Qegħdin ngħidu li l-Erbgħa se nagħmlu l-voti tal-Estimi u t-Tielet Qari tal-Kunsilli Lokali.", "DAVID AGIUS: X'ħin se nibdew?", "MR SPEAKER: Se nibdew fit-3.30 p.m. din id-darba?", "MR SPEAKER: U neħilsu?", "GODFREY FARRUGIA: Naħseb li għandna neħilsu.", "LOUIS GRECH: Jekk se nieħdu l-massimu – li nisperaw li ma neħdux – probabbilment ikollok bejn erba' sigħat u erba' sigħat u nofs.", "MR SPEAKER: Jiġifieri mit-3.30 p.m. sat-8.30 p.m. għandna nlestuhomhom.", "DAVID AGIUS: Inti qed tikkalkola li nibdew fl-4.00 p.m.", "GODFREY FARRUGIA: Le, fit-3.30 p.m. bil-ħin tal-mistoqsijiet.", "DAVID AGIUS: Imma l-aġġornament fit-8.30 p.m. jew fit-8.00 p.m.?", "LOUIS GRECH: Naħseb aħjar tagħmel l-aġġornament fid-9.00 p.m. għal li jista' jkun.", "GODFREY FARRUGIA: Intawlu nofs siegħa oħra?", "DAVID AGIUS: Tridux naqblu flimkien li aħna qed naqblu li jittieħdu l-voti kollha tal-Baġit, jittieħdu l-voti tat-Third Reading u kif jispiċċa jittieħed l-aġġornament?", "DAVID AGIUS: Ministru, ma kien hemm l-ebda tibdil mill-Baġit tal-Unjoni Ewropea mhux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Mhux intom bdiltu biss?", "Il-11 ta' Diċembru.", "Id-diskussjoni dwar it-Tribunal inkunu għalaqniha sat-Tnejn?", "DAVID AGIUS: Din fiha 55 klawsola.", "GODFREY FARRUGIA: Qiegħed nissuġġerixxi żewġ laqgħat.", "LOUIS GRECH: Allura jkollok il-Ġimgħa wara nofsinhar mis-1.30 p.m. sal-5.00 p.m.", "MR SPEAKER: Fuqhiex qed titkellmu?", "GODFREY FARRUGIA: Qegħdin nitkellmu fuq il-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru.", "Qed ngħid li jkollna żewġ seduti, waħda mis-1.30 p.m sal-5.00 p.m. li tkun diskussjoni fuq it-Tribunal, imbagħad.… (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Skużi ftit, Onor. Farrugia, għax hemm xi konferenza.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Fil-11 ta' Diċembru għandna l-konferenza tal-Lisbon Treaty.", "GODFREY FARRUGIA: Mela fil-każ filgħodu nkomplu d-diskussjoni dwar it-Tribunal.", "DAVID AGIUS: X'inhi l-problema li nagħmlu t-Tnejn?", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru għandna bejn sagħtejn u tliet sigħat konferenza.", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu, għandna l-konferenza tal-Lisbon Treaty.", "LOUIS GRECH: U sa x'ħin għandek?", "GODFREY FARRUGIA: Jekk m'inix sejjer żball, mit-3.00 p.m. sal-5.00 p.m.", "MR SPEAKER: Bejn sagħtejn u sagħtejn nofs", "GODFREY FARRUGIA: Din bilfors irridu nagħmluha?", "MR SPEAKER: Din trid tibda fis-6.00 p.m.", "GODFREY FARRUGIA: Qiegħed nissuġġerixxi li diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fil-każ nispiċċawh filgħodu jekk ma tkunx spiċċat it-Tnejn 7 ta' Diċembru.", "LOUIS GRECH: Nagħmlu seduta filgħodu.", "DAVID AGIUS: Ħalli nipprovaw insibu soluzzjoni.", "Inti l-importanti li tagħlaq id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "Jekk ma tingħalaqx fis-7 ta' Diċembru, inti għandek bżonn seduta oħra hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Ħalli nġib il-programm ta' nhar il-Ġimgħa għax jista' jkollna clash fuq il-ħin.", "DAVID AGIUS: Qed nitkellmu fuq il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru.", "Ejja naqbżu ftit dik.", "Inti x'għandek f'moħħok għall-ġimgħa ta' wara, jiġifieri l-14, il-15 u s-16 ta' Diċembru?", "GODFREY FARRUGIA: Jien għandi f'moħħi li l-Ġimgħa nagħmel żewġ seduti, waħda wara nofsinhar li ma nistgħux nagħmluha u l-oħra tibda fis-6.00 p.m.", "DAVID AGIUS: Dejjem minħabba d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "GODFREY FARRUGIA: L-ewwel waħda minħabba d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar u t-tieni waħda tkun minħabba mozzjoni ta' proċedura.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri l-mozzjoni ta' proċedura għandha bżonn vot.", "MR SPEAKER: Dażgur.", "Nibdew fis-2.30 p.m. u nispiċċaw fil-5.30 p.m.", "GODFREY FARRUGIA: Għalhekk, mela fil-każ nagħmlu s-seduta fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar filgħodu.", "It-Tnejn 7 ta' Diċembru se nagħmlu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar bil-ftehim li nagħlquh.", "LOUIS GRECH: Fi ftit kliem, Onor. Agius konna se nagħmlu mis-2.00 p.m. sat-8.30 p.m., jiġifieri l-uniku ħin li tbiddel, minflok fit-8.30 p.m. se nagħmluh sad-9.00 p.m, allura nassumi li jkollna ħin biżżejjed biex nagħlqu.", "Qisu għandek żewġ seduti.", "GODFREY FARRUGIA: Qegħdin ngħidu li t-Tnejn se nagħmlu diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "Fid-9 ta' Diċembru m'aħna se nibdlu xejn.", "Il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru filgħodu m'hu se jsir xejn, u lanqas wara nofsinhar.", "Qegħdin ngħidu jkollna seduta extra fis-6.00 p.m. li se tkun fuq il-mozzjoni ta' proċedura.", "GODFREY FARRUGIA: It-Tnejn, 14 ta' Diċembru qegħdin ngħidu li se nagħmlu d-diskussjoni fuq l-Asian Infrastructure Investment Bank. .", "Qegħdin ngħidu li t-Tlieta 15 ta' Diċembru se niftħu l-Abbozz ta' Liġi nru.", "130 dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali u l-Erbgħa, 16 ta' Diċembru se naqbdu tliet abbozzi żgħar ħafna, wieħed tal-isport, u tnejn oħra tal-pulizija.", "Jekk inlestu dawn it-tliet abbozzi, fil-każ nibdew b'tas-servizzi tal-ivjaġġar tat-turiżmu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Li hija qasira wkoll.", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu.", "Mela hemmhekk għalaqna s-sena.", "Issa se ngħaddu għal Jannar tas-sena d-dieħla.", "Il-11, it-12 u t-13 ta' Jannar se nipproponi li niddedikawhom għall-Abbozz dwar is-Servizzi tal-Parlament.", "Ikun hemm bżonn tliet seduti?", "GODFREY FARRUGIA: Jekk jifdal ħin inkomplu tat-turiżmu li nkunu bdejniha dakinhar.", "MR SPEAKER: Mela d-dati tal-11, 12 u 13 ta' Jannar se jkunu allokati għall-awtonomija tal-Parlament.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk inkunu eżawrejniha qabel, nibdew tat-turiżmu biex inkunu covered.", "It-Tnejn 18 ta' Jannar se nagħmlu mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-Avviżi Legali nru.", "262 u 263.", "It-Tlieta 19 ta' Jannar se nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi nru.", "119 tal-Bank Ċentrali.", "L-Erbgħa 20 ta' Jannar nibdew id-diskussjoni fuq l-istandards ta' ħajja pubblika li konna għamilna l-First Reading tiegħu.", "LOUIS GRECH: Ovvjament jekk ikun hemm bżonn aktar ħin għad-diskussjoni dwar l-Abbozz dwar standards dwar ħajja pubblika neħduhom fis-seduti ta' wara.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Jiġifieri tgħaddi mill-istadji kollha jew just mis-Second Reading?", "GODFREY FARRUGIA: Kieku aħjar jekk ngħadduh mill-istadji kollha.", "GODFREY FARRUGIA: Ikollhom il-consultation bejniethom u niddeċiedu.", "Jekk nistgħu nagħmluha kollha f'seduta waħda, napprezza.", "DAVID AGIUS: Nagħtik risposta aktar tard.", "Rigward il-Mozzjonijiet nru.", "262/263, teknikament id-diskussjoni trid issir fi żmien 30 ġurnata minn meta jiġi ppreżentat l-avviż legali.", "MR SPEAKER: Jista' jkun hemm qbil fil-House Business Committee.", "F'kollox jista' jkun hemm qbil.", "Issa araw intom.", "Il-liġi tgħid kif qed tgħid inti, jiġifieri jiskatta l-perijodu, imma jekk ikun hemm qbil kollox jista' isir.", "DAVID AGIUS: Imma tidħol fis-seħħ sakemm hemm dan il-qbil jew le?", "Għax hi teknikament daħlet fis-seħħ, jiġifieri issa se tieqaf?", "Fhimt x'qed nipprova ngħid?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-Avviż Legali, from a strictly legal aspect daħal, diġà qiegħed fis-seħħ u ma ġiex sospiż.", "GODFREY FARRUGIA: Ma ġiex sospiż u ma ġiex attwat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-avviż legali qiegħed fis-seħħ.", "DAVID AGIUS: Għalhekk għandek it-30 ġurnata skont il-liġi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Però xorta jibqa' fis-seħħ anke waqt id-diskussjoni.", "DAVID AGIUS: Imma t-30 ġurnata se jkunu għaddew għax hi daħlet fit-30 ta' Ottubru.", "GODFREY FARRUGIA: Ma ninsewx ukoll li għalkemm l-avviż legali huwa fis-seħħ, ma ġie attwat xejn minnu.", "MR SPEAKER: Ħalli niċċekkjaw il-proċedura eżatt, għax aħjar hekk.", "GODFREY FARRUGIA: Allura f'dak il-każ nistgħu ntawlu.", "MR SPEAKER: Darba kelli tliet mozzjonijiet fuq it-tariffi tal-Qorti u ġew diskussi wara erba' xhur.", "DAVID AGIUS: Imma kien hemm tibdil fil-liġi issa.", "MR SPEAKER: Imma ħalli naraw il-proċedura għax aħjar hekk, ħalli ma noqogħdux naħlu l-ħin.", "Dak li jrid jiġi ppreżentat within 28 days hija l-mozzjoni.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jiena jidhirli li dan il-punt kien inqala' wkoll u saret emenda tal-individual investor programme.", "DAVID AGIUS: Wara dik għamilna l-emendi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għamiltu l-emendi.", "DAVID AGIUS: Il-Gvern għamel l-emendi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għamiltu l-emendi għax kien hemm diskrepanza bejn il-Liġi taċ-Ċittadinanza u bejn il-liġi kif tattakka avviż legali, u kien hemm intervent leġiżlattiv biex ġabhom streamlined u ċċara s-sitwazzjoni.", "DAVID AGIUS: Issa qiegħda li l-legal notice jidħol fis-seħħ, però jekk tiġi ppreżentata mozzjoni bħalma għandna f'dan il-każ, tiġi diskussa fi żmien 30 ġurnata minn meta tiġi ppreżentata.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Li jiskadu fit-30 ta' Novembru.", "MR SPEAKER: Ħalli naqraha eżatta.", "Il-working article huwa article 11(1) dwar l-Interpretation Act li jgħid hekk:", "\"Meta Att tal-Parlament jew att ieħor mgħoddi mill-Leġislatura ta' Malta jew Ordinanza tagħti setgħa għall-għemil ta' regoli jew regolamenti jew leġislazzjoni sussidjarja oħra ta' din ix-xorta, kull leġislazzjoni bħal dik li ssir bis-saħħa ta' dawk is-setgħat wara l-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u jekk, fuq mozzjoni mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fi żmien tmienja u għoxrin jum wara li hekk titqiegħed, il-Kamra, fi żmien sittin jum wara li tkun ġiet hekk imqiegħda, tirriżolvi li għandha tiġi annullata jew emendata, .......\".", "Mela jridu jgħaddu 60 jum", "MR SPEAKER: Mela l-mozzjoni trid titressaq within 28 days wara li jiġi tabled l-avviż legali.", "Imbagħad trid tiġi diskussa within 60 days.", "Irridu naħdmu 28+60.", "DAVID AGIUS: Hekk hu, għandek 60 days.", "Imma trid tibda tiġi diskussa!", "MR SPEAKER: Ministru, qabel kienet hekk, imbagħad saret emenda fl-2014.", "Fil-każ inħalluha pending sakemm wieħed jara.", "Issa Għandna xi ħaġa oħra pendenti apparti din li se tkun pendenti?", "Qed ngħidu li għada se jitressaq l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtonomija tal-Parlament.", "LOUIS GRECH: Biex niċċaraw, ma ġie attwat xejn u mhu se jiġi attwat xejn sakemm tibda d-diskussjoni.", "Għalkemm il-legal notice qiegħed hemm, qiegħed attiv, però ma ġie attwat xejn.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mr Speaker, nerġgħu nduruhom kollha?", "Ejja nagħmlu recapitalation.", "Nibdew minn għada u nibqgħu għaddejjin sa Jannar.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri sat-18 ta' Jannar meta niddiskutu l-mozzjoni, dan l-avviż legali mhux se jiġi utilizzat.", "LOUIS GRECH: Sakemm tiġi diskussa l-mozzjoni mhu se jiġi attwat xejn.", "Once li qed jiġi dikjarat li se jibqa' inattiv sakemm id-data tad-diskussjoni, allura m'għandux ikollna problemi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Anzi nista' nipproponi li ntawwal is-seduta minn dik għal iktar tard fl-aħħar ta' Jannar jew fl-ewwel ġimgħa ta' Frar?", "MR SPEAKER: Jekk se jkun hemm ftehim li sadanittant jibqa' inattiv ma naħsibx li għandu jkun hemm problema.", "L-importanti hi l-inattività tal-legal notice.", "GODFREY FARRUGIA: Mela nagħmluh l-ewwel ġimgħa ta' Frar.", "MR SPEAKER: Ejja nirreġistrawha.", "Dwar l-avviżi legali nru.", "262 u 263 qed jiġi dikjarat f'dan il-House Business Committee mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech li dawn se jibqgħu inattivi sakemm issir diskussjoni skont il-mozzjoni kif imqiegħda mill-Oppożizzjoni u d-data tidher fl-ewwel ġimgħa ta' Frar tas-sena d-dieħla.", "GODFREY FARRUGIA: Il-vojt li nħoloq tat-18 ta' Jannar inkomplu jew tal-ivjaġġar jew xi liġi oħra li tkun inbdiet, imma ma ngħalqitx.", "DAVID AGIUS: Għandna indikazzjoni meta se nibdew l-Abbozz nru.", "118 tal-Onor.", "Jason Azzopardi li jemenda l-Kodiċi Ċivili li diġà kont kellimtkom dwaru?", "Għax issa dak ilu ftit ukoll.", "Ilu minn Mejju li għadda.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dan huwa tal-Public Domain hux hekk?", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "Naħseb li nistgħu nsibulu slot x'imkien ukoll biex għallinqas nibdew id-debate.", "Ħalli ma nagħlquhx, imma għallinqas nibdewh.", "MR SPEAKER: Dan l-Abbozz ġie preżentat fis-6 ta' Mejju.", "GODFREY FARRUGIA: Ħalli nikkonsidraha ftit u nagħtik risposta.", "MR SPEAKER: Mela nkomplu nirrikapitolaw malajr.", "GODFREY FARRUGIA: Qegħdin nitkellmu t-3 ta' Jannar nibdew fis-6.00 p.m. bid-diskussjoni tkun fuq ippjanar.", "Għada l-Erbgħa se nibdew fis-2.00 p.m. u se nkomplu sad-9.30 p.m., se jkun hemm l-istqarrija parlamentari u se jkun hemm l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Dik nagħlquha?", "MR SPEAKER: Qed ngħid dan biex nagħmluha ċara.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk hemm bżonn intawlu ftit ieħor, intawlu wkoll.", "MR SPEAKER: Mela hemm dan il-ftehim.", "LOUIS GRECH: Intawlu sad-9.15 p.m u jekk jagħlaq qabel nibdew l-Abbozz nru.", "GODFREY FARRUGIA: It-Tnejn 7 ta' Diċembru se nibdew fis-2.00 p.m., se niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar u se nagħlquha wkoll.", "LOUIS GRECH: Però minflok sat-8.30 p.m. se nagħmlu sad-9.00 p.m..", "MR SPEAKER: Jiġifieri għandek kważi seba' sigħat.", "DAVID AGIUS: Jekk nagħlqu qabel, naġġornaw qabel.", "GODFREY FARRUGIA: L-Erbgħa 9 ta' Diċembru se nagħmlu l-vot tal-estimi u t-Tielet Qari tal-Kunsilli Lokali.", "DAVID AGIUS: Sa x'ħin nispiċċaw għax għandna l-voti...(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Sakemm nagħlqu.", "Għandna mnejn nieħdu sad-9.00 p.m. u għandna mnejn indumu sad-9.15 p.m. Mhux qed ngħidlek li m'għandniex inlestu sat-8.30 p.m., imma għandna erba' sigħat maratona.", "GODFREY FARRUGIA: Sakemm nagħlqu.", "MR SPEAKER: Mela ngħidu sakemm nagħlqu.", "DAVID AGIUS: U se nibdew bil-vot tal-Kunsilli Lokali jew se nagħmluh fl-aħħar?", "MR SPEAKER: Dak nagħmluh wara.", "DAVID AGIUS: Wara dan kollu nagħmlu t-Third Reading tal-Kunsilli Lokali.", "GODFREY FARRUGIA: Il-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru se jkollna extra sitting mis-6.00 p.m. sad-9.30 p.m. dwar mozzjoni ta' proċedura.", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru mis-6.30 p.m. sad-9.30 p.m. qegħdin ngħidu se jkollna d-diskussjoni dwar l-Asian Infrastructure Investment Bank.", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru se jkollna l-Abbozz ta' Liġi nru.", "130 dwar il-Professjoni u Xogħol Soċjali.", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru se jkollna l-Abbozz ta' Liġi nru.", "126 u l-Abbozz ta' Liġi nru.", "111 tal-pulizija u tal-isport u jekk ikun għad fadal ħin, nistgħu nibdew ukoll l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Turiżmu.", "Il-11, 12 u 13 ta' Jannar tas-sena d-dieħla dejjem seduti normali u se niddiskutu l-Abbozz dwar is-Servizz tal-Parlament u jekk inkunu spiċċajna se ndaħħlu tat-turiżmu biex inkompluh.", "It-Tnejn 18 ta' Jannar se ndaħħlu tat-turiżmu jew kwalunkwe abbozz li jkun inbeda u għadu ma ngħalaqx.", "It-Tlieta 19 ta' Jannar se jkun hemm l-Abbozz ta' Liġi nru.", "119 tal-Bank Ċentrali.", "L-Erbgħa 20 ta' Jannar se jkun hemm l-Abbozz ta' Liġi nru.", "63 dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "L-ewwel ġimgħa ta' Frar se jkun hemm il-mozzjoni dwar l-Avviżi Legali nru.", "262 u 263.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Għat-Tnejn 14 ta' Jannar dwar l-Asian Infrastructure Investment Bank għadkom tridu tikkonfermaw l-istadji kollha.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Għandna xi affarijiet oħrajn?", "LOUIS GRECH: Minn naħa tagħna le.", "Aħna se nagħmlu Kumitat tal-Verifika għax hemm numru ta' affarijiet li rridu ngħaddu.", "Jekk ikun hemm xi ħaġa li ma tgħaddix mill-kumitat għax l-Oppożizzjoni tkun trid li tiġi diskussa fil-Parlament, allura rridu nressquha f'waħda minn dawk il-ġranet li inti għedtli għandek spazju għalihom.", "MR SPEAKER: Jiena m'għandix problema.", "GODFREY FARRUGIA: Imma dawk jiġu f'Jannar.", "LOUIS GRECH: Le, għal Diċembru qed nitkellmu.", "MR SPEAKER: Sakemm isir ir-recess qed jgħidlek.", "GODFREY FARRUGIA: Qabel ir-recess.", "LOUIS GRECH: It-Tnejn 14 jew it-Tlieta 15 jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni.", "DAVID AGIUS: il-Mozzjoni ta' Proċedura se tiġi diskussa għaxart ijiem oħra.", "Qed nifhem li se tingħata lilna biex ngħadduha lill-Grupp Parlamentari.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'dan il-Kumitat.", "Fis5.45 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20151201_032d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 32", "ItTlieta, 1 ta' Diċembru 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fil5.05 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali lOnor.", "Louis Grech, ilMinistru għatTuriżmu lOnor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 31 tas16 ta' Novembru 2015 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "Wara li l-Whip tal-Gvern lOnor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat dwar il-programm tax-xogħol li kien beħsiebu jressaq il-Gvern ilKumitat qabel dwar liskeda ta' seduti kif ġej:", "Fisseduta ta' dakinhar, itTlieta, 1 ta' Diċembru 2015 kellha titkompla ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz ta' Liġi dwar lIppjanar talIżvilupp (Abbozz 107).", "Isseduta ta' nhar lErbgħa, 2 ta' Diċembru 2015, kellha tibda fis2.00 p.m. bilħin tal-talmistoqsijiet jibqa sejjer sas-2.30pm u bil-ħin tal-interruzzjoni taxxogħol ikun fid9.00 pm meta jittieħed l-aġġornament.", "Matul din is-seduta kellha titkompla ddiskussjoni flistadju ta' kumitat dwar lAbbozz ta' Liġi dwar lIppjanar talIżvilupp (Abbozz 107), liema diskussjoni kellha tagħlaq salħin talinterruzzjoni taxxogħol.", "IdDeputat Prim Ministru informa lKumitat li kien hemm qbil li lPrim Ministru kellu jagħmel Stqarrija Ministerjali għall-ħabta tal-5.30pm dwar isSummit bejn lUnjoni Ewropea u tTurkija u lCOP21.", "F'każ li ddiskussjoni dwar lAbbozz 107 tagħlaq qabel id9.00 p.m. kellha tibda ddiskussjoni fi stadju ta' kumitat dwar lAbbozz ta' Liġi dwar itTribunal ta' Reviżjoni talAmbjent u lIppjanar (Abbozz 109).", "Isseduta ta' nhar itTnejn, 7 ta' Diċembru 2015, kellha tibda fis2.00 p.m. bilħin tal-talmistoqsijiet jibqa sejjer sas-2.30pm u bil-ħin tal-interruzzjoni taxxogħol ikun fid9.00 pm meta jittieħed l-aġġornament.", "Matul din is-seduta kellha tkompli jew tiftaħ iddiskussjoni fi stadju ta' kumitat dwar lAbbozz ta' Liġi dwar itTribunal ta' Reviżjoni talAmbjent u lIppjanar (Abbozz 109), liema diskussjoni kellha tagħlaq qabel salinterruzzjoni taxxogħol.", "Jekk iddiskussjoni tagħlaq qabel id9.00 p.m. isseduta kellha tiġi aġġornata għallErbgħa, 9 ta' Diċembru 2015.", "Isseduta ta' nhar lErbgħa, 9 ta' Diċembru 2015, kellha tibda fit3.30 pm bil-ħin tal-mistoqsijiet ma jitteħidtx.", "Matul din is-seduta kellhom jittieħdu lvoti kollha konnessi mal-Estimi Ġenerali għas-sena 2016, kif ukoll fuq itTielet Qari tal Abbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar Kunsilli Lokali (Abbozz 84), lAbbozz ta' Liġi dwar lIppjanar talIżvilupp (Abbozz 107), lAbbozz ta' Liġi dwar ilProtezzjoni talAmbjent (Abbozz 108) u lAbbozz ta' Liġi dwar itTribunal ta' Reviżjoni talAmbjent u lIppjanar (Abbozz 109).", "Fisseduta ta' nhar ilĠimgħa, 11 ta' Diċembru 2015, li kellha tibda fis6.00 p.m. bilħin talinterruzzjoni taxxogħol ikun id9.00 p.m., kellha tiġi diskussa mozzjoni ta' proċedura li kien beħsiebu jressaq ilGvern.", "Fisseduta ta' nhar itTnejn, 14 ta' Diċembru 2015, li kellha tibda fis-6.00 p.m. bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fid-9.00 p.m., kellha tibda d-diskussjoni dwar lAbbozz ta' Liġi dwar idDħul ta' Malta bħala Membru flAsian Infrastructure Investment Bank, liema Abbozz kien għadu mhux ippubblikat.", "Il-Whips taż-żewġ naħat kellhom jilħqu ftehim fi stadju ulterjuri dwar jekk dan lAbbozz kellux jgħaddi biss mill-istadju tad-Tieni Qari jew millistadji tiegħu kollha matul din l-istess seduta.", "Fisseduta ta' nhar itTlieta, 15 ta' Diċembru 2015, li kellha tibda fis-6.00 p.m. bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fid-9.00 p.m. kellha tiftaħ iddiskussjoni dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar ilProfessjoni taxXogħol Soċjali (Abbozz 130).", "Fisseduta ta' nhar lErbgħa, 16 ta' Diċembru 2015, li kellha tibda fis-6.00 p.m. bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fid-9.00 p.m. kellha tiftaħ u tagħlaq id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar lIsports (Abbozz 128), dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lKodiċi talLiġijiet talPulizija (Abbozz 126) u dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar ilPulizija (Abbozz 111).", "Jekk iddiskussjoni dwar dawn labbozzi tingħalaq qabel il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol kellha tiftaħ iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar Servizzi talIvvjaġġar u tatTuriżmu għal Malta (Abbozz 122).", "Fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ta' din is-seduta il-Kamra kellha tiġi aġġornata għall-ferjat tal-Milied għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Jannar 2016 fis-6.00 p.m.", "Fisseduti ta' nhar itTnejn, 11 ta' Jannar, itTlieta, 12 ta' Jannar, lErbgħa, 13 ta' Jannar 2016 kellha tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi dwar isServizz Parlamentari, liema Abbozz kien għadu mhux ippubblikat.", "F'każ illi ddiskussjoni dwar dan labbozz tagħlaq, kellha tkompli jew tiftaħ iddiskussjoni dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar Servizzi talIvvjaġġar u tatTuriżmu għal Malta (Abbozz 122).", "Fisseduta ta' nhar itTnejn, 18 ta' Jannar 2016, kellha tiftaħ jew tkompli ddiskussjoni dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar Servizzi talIvvjaġġar u tatTuriżmu għal Malta (Abbozz 122), jew dwar xi abbozz ieħor li jkun infetaħ u għadu ma għalaqx.", "Fisseduta ta' nhar itTlieta, 19 ta' Jannar 2016, kellha tiftaħ iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi biex jemenda lAtt dwar ilBank Ċentrali (Abbozz 119).", "Fisseduta ta' nhar lErbgħa, 20 ta' Jannar 2016, kellha tiftaħ iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika (Abbozz 63).", "Flewwel ġimgħa ta' Frar 2016, kellha ssir iddiskussjoni dwar ilMozzjoni mressqa millOnor.", "Ryan Callus u millOnor.", "Marthese Portelli sabiex jiġu revokati lAvviż Legali numri 262 u 263 tal2015", "IdDeputat Prim Ministru informa lillKumitat illi kellu jiltaqa' lKumitat talKontijiet dwar lUffiċċju Nazzjonali talVerifika sabiex jgħaddi xi xogħol li kellu pendenti quddiemu u jekk jirriżulta li xi mozzjoni li tkun ġiet diskussa filKumitat tkun teħtieġ tittella' fuq laġenda talKamra, tali diskussjoni ssir itTnejn 14, jew itTlieta 15 ta' Diċembru minflok litem skedata.", "Għall-mistoqsija tal-Onor.", "David Agius dwar meta kellha tibda d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Abbozz 118) li kien tressaq mill-Onor.", "Godfrey Farrugia nforma lill-Kumitat li kien se jkun qed jagħti risposta dwar dan il-punt fi stadju ulterji.", "Fis5.45 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20151201_032m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 17", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2015 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2015 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni tal-Minuti;", "Preżentazzjoni mill-Prof.", "J. Bannister, Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20151202_017a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 17", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Laqgħa Nru 17", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 15 u 16 li saru fit-28 ta' Ottubru, 2015 u fid-9 ta' Novembru 2015 rispettivament, kienu konfermati.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Se naqralkom din il-korrispondenza li rċevejna;", "\"Il-Kumitat Permenanti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej kien irrefera l-Memorandum ta' Spjegazzjoni Nru 3502, dwar il-Proposta għal Regolament dwar il-Fond għall-Investimenti Strateġiċi datat 24 ta' Marzu 2015 sabiex isir aktar skrutinju.", "Sadanittant ir-Regolament dwar il-Fond għall-Investimenti Strateġiċi ġie adottat mill-Parlament Ewropew nhar l-24 ta' Ġunju 2015 u sussegwentement mill-Kunsill Ewropew nhar il-25 ta' Ġunju 2015.", "Dan daħal fis-seħħ fil-bidu ta' Lulju u l-ewwel operazzonijiet taħt dan ir-Regolament bdew jiġu approvati f'nofs Settembru.", "Dawn huma uħud mit-tibdiliet li saru mill-proposta oriġinali.", "Matul it-trijalogi inter-instituzzjonali kienu ġew indirizzati bosta elementi ta' tħassib, fosthom, li jkun hemm anqas tnaqqis mis-CEF u mill-Programm Horizon 2020 u li jiġu użati aktar il-fondi marġinali li jkun jifdal.", "Apparti dan, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija (Steering Board) se jkunu mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ewropew ta' Investiment u l-Kumitat ta' Investiment se jkun jikkonsisti minn tmien membri indipendenti.", "Dwar il-governanza, il-Parlament Ewropew se jkollu rwol fil-ħatra tad-direttur inkarigat mit-tmexxija u d-deputat tiegħu.", "Il-Parlament Ewropew se jkun qiegħed jinżamm aġġornat matul l-istadji kollha tal-proċess tal-għażla u se jkun qiegħed jorganizza smigħ mal-kandidati.", "Għaldaqstant m'hemmx il-ħtieġa li dan il-Kumitat jiddiskuti fil-fond il-Proposta dwar il-Pjan ta' Investiment.\"", "Issa nistgħu ngħaddu mill-ewwel għas-suġġett tad-diskussjoni tagħna.", "THE CHAIRMAN: Nilqgħu magħna lill-Professur Joe Bannister, Chairman tal-Malta Financial Services Authority kif ukoll lis-Sur Geoffrey Bezzina, Director Consumer Compliance Unit.", "Nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna sabiex tagħtuna preżentazzjoni fuq il-bank fees u l-bank charges wara li l-Gvern kien talab ukoll lill-MFSA sabiex tlesti dan ir-rapport ħalli eventwalment ikun jista' jgħaddi għand l-MCCAA u allura naraw x'miżuri jistgħu jittieħdu.", "Nistieden mill-ewwel lir-rappreżentanti tal-MFSA sabiex jibdew bil-preżentazzjoni tagħhom u mbagħad wara nkunu nistgħu nagħmlulkom xi mistoqsijiet fuq is-suġġett.", "Kif għedt tajjeb inti Sur President, dan huwa rapport li ġie nstigat primarjament mid-diskors tal-Baġit tal-2014, fejn il-Ministru tal-Finanzi kien stieden lill-awtoritajiet konċernati, lill-MCCAA u lill-MFSA sabiex jidħlu daqsxejn iktar fil-fond fuq iċ-charges u r-rati tal-imgħax, speċjalment fuq is-self.", "Fuq dan l-aħħar item hemm rapport tal-MCCAA li kien intavolat fuq il-Mejda tal-Kamra mad-diskors tal-baġit tas-sena d-dieħla kif ukoll hemm anness ir-rapport li aħna għaddejna lill-MCCAA li kien overview report preliminari b'osservazzjonijiet tagħna fuq ċerta aspetti, minn informazzjoni li konna ġbarna matul is-snin fuq it-tariffi tal-banek.", "Nibda mill-ewwel ngħid – ħalli l-affarijiet inżommuhom f'perspettiva - li l-banek huma fil-libertà li jistabilixxu t-tariffi tagħhom u m'għandhomx bżonn li jmorru għand l-MFSA għall-awtorizzazzjoni.", "Fil-fatt m'hemm l-ebda provision fil-liġi li tgħid li l-banek iridu jiġu l-MFSA għal xi permess jew għal xi awtorizzazzjoni sabiex jistabilixxu t-tariffi tagħhom.", "Naturalment il-banek huma fid-dmir li jinfurmaw lill-konsumaturi bit-tariffi li jimponu fuq id-diversi servizzi li joffru.", "Iktar minn qatt qabel hemm obbligu fuq il-banek li jridu jinfurmaw lill-konsumatur bit-tariffi relatati ma' dawk li jissejħu payments account.", "U jekk ikun hemm xi tibdil f'xi uħud mir-rati li huma se jimponu jew li se jbiddlu, iridu jinfurmaw lill-konsumatur imqar 60 ġurnata qabel mat-tariffa l-ġdida tidħol fis-seħħ.", "Dan minħabba l-provision li hemm f'dik li tissejjaħ il-payment service directive, il-PSD, u li għada pitgħada se tiġi l-PSD 2 hekk kif din tiġi ppubblikata fl-official journal tal-Unjoni Ewropea.", "Jekk mhux sejjer żball mistennija li tiġi ppubblikata fl-aħħar ta' dan ix-xahar.", "Id-dħul mill-banek minn dawn it-tariffi, minn fees and charges jidher bħala parti minn dik li tissejjaħ non interest income li l-banek jirrapportaw fl-accounts tagħhom.", "Hemm xi banek li jagħtuk ukoll indikazzjoni ta' kemm fil-verità jkunu daħħlu minn dawn it-tariffi li huma jimponu għad-diversi servizzi li jkunu qegħdin joffru.", "THE CHAIRMAN: Il-Professur Bannister.", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER (Chairman MFSA): Hawn korrelazzjoni bejn il-profitti tal-banek u n-non-interest charges u l-fatt li qed ngħidu li mhux qegħdin isellfu.", "Jidher ċar li f'dawn l-aħħar snin, mid-data li analizzajt, in-non-interest charges daqs ħames snin ilu filli kienu madwar 14% tal-profitti tagħhom u issa telgħu għal aktar minn 30%!", "Din qiegħda tidher biċ-ċar għax il-banek għad għandhom ħafna likwidità, so they are not making profits from lending.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Inti semmejt it-30% imma dawn żdiedu bi 30% jew saru 30%?", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Minn 14% u anke minn analiżi li kont għamilt dak iż-żmien there seems to be a general average fl-Ewropa … Issa f'daqqa waħda l-aħħar ċifri li rajt kienu qed juru over 30% non-interest ...", "THE CHAIRMAN: Profs. int użajt il-kelma shifting ...", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Jiġifieri l-profit base tagħhom ixxiftja rather than from ...", "THE CHAIRMAN: Jien shift nifhimha meta l-profitt tiegħek kont qed taqla' 50 minn naħa u 50 minn oħra u issa ġejt taqla' 80 u 20.", "Jekk naraw l-accounts naraw li l-profits qegħdin jiżdiedu tal-banek u mhux jonqsu.", "Allura naħseb li aktar tkun ġusta li ngħidu li qed iżidu l-profitti tagħhom billi jżidu n-non-interest income għax ix-shift jibqa' l-istess.", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Le, il-profitti żdiedu però dehret biċ-ċar li kieku żammew 14%, jiġifieri ċ-charges ma varjawx, allura l-profitti kienu se jonqsu għax there is less income being made from interest.", "THE CHAIRMAN: Qegħdin naqblu li żdiedu u mhux naqsu imma.", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Tidher ċara għax qed jippubblikawha.", "Imma meta tibda tara għaliex żdiedu tibda tara li għax qed jiżdied in-non-interest income.", "CHARLES BUHAGIAR: Fl-analiżi li għamilt inti s-self tagħhom żdied ukoll?", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Is-self tagħhom baqa' relattivament l-istess.", "Il-problema li hemm illum hi meta naraw il-loan to deposit ratio li roughly qiegħed madwar 60%, jiġifieri there is high liquidity.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti imma aħjar ma ngħaddix kummenti għalissa!", "IS-SUR GEOFFREY BEZZINA: Xi kultant tisma' nies jgħidu li hemm ċerta servizzi tal-banek li huma b'xejn imma there is no free banking.", "Li nista' ngħid hu li hemm ċerta tip ta' servizzi li m'għandhomx tariffi applikabbli fuqhom imma huwa ċar li hemm livell għoli ta' cross subsidisation.", "Pereżempju, m'hemmx miżata biex tiftaħ account jew biex topera current account sakemm iċ-ċekkijiet toħroġhom u ma jiġux bounced il-bank joffrilek dan is-servizz ta' current account b'xejn, - veru ma taqla' xejn għax m'hemmx rata ta' imgħax fuq il-current account - iċ-cheque book jipprovdihulek b'xejn u mhux qed jiċċarġjak għas-servizz ta' in cashing ta' cheques, però naturalment ir-rata tal-imgħax fuq il-current account hija zero.", "Insomma llum anke fuq saving accounts ħmerija jagħtuk.", "Hemm servizzi oħrajn li mit-tariffi tagħhom ikunu qegħdin jagħmlu tajjeb għal dawn it-tip ta' charges li ma jidhrux u l-konsumatur jaħseb li mhux qed iħallas għalihom u l-bank jidher li qiegħed jipprovdi xi ħaġa b'xejn.", "Fl-2007 l-MFSA kienet għamlet review tal-bank charges taż-żewġ banek ewlenin, jiġifieri tal-Bank of Valletta u tal-HSBC.", "Ir-rapport naturalment ma kienx ħareġ fil-pubbliku għaliex kien iffokat fuq dawn iż-żewġ banek biss u kien mess diversi aspetti relatati ma' diversi prattiċi li ż-żewġ banek il-kbar joffru.", "Imma naturalment anke ħafna mill-banek iż-żgħar joffru ċerti tipi ta' servizzi li jixbhu ħafna lil tal-banek il-kbar.", "Kien hemm ċerti aspetti li aħna konna qajjimna mal-banek u dawn kienu relatati ma' over charging għal ċerta servizzi, kif ukoll għall-bundling ta' servizzi bħal pereżempju, mal-credit card għandek bundling ta' servizzi oħrajn, fosthom open travel cover insurance u tipi ta' servizzi oħra li kienu qegħdin joffru.", "Kien hemm numru ta' miżuri u rakkmandazzjonijiet li aħna rrakkmandajna liż-żewġ banek li jieħdu u għamilna sensiela ta' laqgħat maċ-chairmen taż-żewġ banek ewlenin.", "Uħud minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet kienu ġew implimentati però kien hemm oħrajn li kienu posposti sine die.", "Kien hemm aspetti li kienu ġew aċċettati min-naħa tal-banek.", "Pereżempju kien hemm issue fl-2007 li kien hemm ħafna diskussjoni fuqha u din kienet fuq il-fatt li l-clearing taċ-ċekkijiet lokali kien qed jieħu madwar ħamest ijiem.", "Aħna ħassejna li kellu jkun hemm rieda li l-clearing taċ-ċekkijiet lokali għallinqas jinżel għal tlitt ijiem.", "L-MBA, li għandha l-code of conduct on dishonoured cheques, kienet għamlet revision tagħha.", "Ma tantx kien hemm xi tibdil enormi imma kienu missew ċerta aspetti.", "Kien hemm ukoll rieda mill-banek biex jippubblikaw iċ-charges tagħhom fuq il-websites tagħhom għal aktar disclosure u trasparenza però kien hemm ukoll push biex iż-żewġ banek - li dak iż-żmien kienu l-unika żewġ banek li kienu qegħdin jipproċessaw it-transazzjonijiet tal-cards, dawk li ngħidulhom card acquirers - jimmanuvraw naqra iktar u jbiddlu xi ftit iċ-charging structure tagħhom.", "Fil-fatt kien hemm xi tibdil ukoll.", "Però kif għedt kien hemm ċerta aspetti li l-banek kienu ħassew li forsi ma kellhomx għalfejn jintroduċuhom jew li nkella kien għadu kmieni biex jissawru l-prattiċi tagħhom.", "Ċerti aspetti li aħna qajjimna fir-rapport tagħna tal-2007 qegħdin jiġu featured illum f'direttiva ġdida li qegħdin fil-proċess li nimplimentaw.", "Fil-fatt se tidħol fis-seħħ is-sena d-dieħla dik li tissejjaħ il-payments account directive, biex aħna ngħidu lill-banek li fl-aħħar tas-sena fil-bank statement ikun hemm lista tat-tariffi li l-konsumatur ikun ħallas matul is-sena fuq il-payment account tiegħu.", "Dan se jkun requirement taħt id-direttiva l-ġdida.", "Kien hemm suġġerimenti oħrajn fosthom biex joqogħdu daqsxejn aktar attenti fuq ir-rati tat-tariffi fuq ċerta tip ta' loans, speċjalment fuq il-home loans.", "F'paġna 43 tar-rapport li għandkom quddiemkom u li ġie intavolat mill-Ministru għandkom liema kienu dawk it-tariffi jew dawk il-prattiċi li ħassejna li l-banek kellhom ibiddlu u kif kont qed ngħid kienu postposti sine die.", "Ħafna nies isostnu li t-tariffi tal-banek mhumiex trasparenti jew mhumiex aċċessibbli jew inkella li ma jidhrux.", "Jien ngħid li ċ-charges qegħdin hemmhekk imma l-problema hi li hemm ħafna charges għax hemm ħafna servizzi.", "U l-problema hi li ħafna drabi l-konsumatur ma jkunx jaf b'ċerta tariffi li jkunu qegħdin jiġu applikati għas-servizz li qed juża hu.", "Apparti t-tariff sheet li l-banek għandhom fuq il-website aħna konna ħadna wkoll l-inizjattiva bħala awtorità li nqabblu t-tariffi tal-banek online, il-comparative table, fuq it-tariffi.", "Kienet inizjattiva li ħadna, inbniet matul iż-żmien, u nista' ngħid li t-tariffi kważi kollha, jekk mhux kollha, tal-banek lokali, illum jistgħu jitqabblu.", "Ovvjament minn dak iż-żmien lil hawn żidna aktar servizzi.", "U fil-fatt aktar kmieni din il-ġimgħa introduċejna wkoll servizz biex wieħed iqabbel ir-rati tal-imgħax tal-fixed deposit accounts offruti mill-banek lokali għal tliet muniti ewlenin; l-ewro, l-isterlina u d-dollaru.", "Dan huwa parti minn proċess.", "Taħt il-payment account directive, il-comparative tables irid ikun hemm xi tip ta' servizz f'kull stat membru tal-Unjoni Ewropea.", "U aħna diġà qegħdin hemmhekk f'dak ir-rigward.", "S'issa ssemmew ċerta tip ta' aspetti li nħoss li hemm bżonn ta' ftit aktar push fuq ċerta prattiċi bankarji u ċerta tariffi li huma implimentati mill-banek.", "Waħda mit-tariffi li dejjem iqajmu l-konsumaturi kif ukoll tal-ħwienet hija dik ta' meta jibagħtu u jirċievu flus permezz ta' bank transfers.", "Jien niftakar fl-2007 meta kienet daħlet fis-seħħ is-SEPA, is-Single Euro Payment Area, fejn it-tariffi tal-banek sabiex tibgħat jew tirċievi l-flus permezz ta' bank transfers kienu jixbħu lil xulxin; €1 jew €4.", "Actually kienet €4 u mbagħad kien hemm xi tibdil u ddaħħlet tariffa oħra ta' €1 kemm għall-outgoing u kemm għall-incoming.", "M'hemmx xi varjazzjoni bejn il-banek fuq din it-tariffa.", "Li nista' ngħid ukoll huwa li aħna m'aħniex daqshekk mija fil-mija kuntenti li dawn it-tariffi ma tantx inbiddlu matul iż-żmien.", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Kien hemm xi direttiva mill-Commission sabiex dawk iċ-charges li kellhom qabel is-SEPA setgħu jżommuhom.", "Allura bażikament is-SEPA ma tantx għamlet effett fuq dawn it-tip ta' charges.", "IS-SUR GEOFFREY BEZZINA: Hemm regolament li naf li huwa implimentat lokalment għax huwa regolament tal-UE, fejn il-banek ma jistgħux jiddiskriminaw bejn pagamenti domestiċi u pagamenti li jsiru fiż-żona tal-ewro.", "Irid ikun hemm non-discrimination fuq livell ta' tariffi però r-regolament ma kienx isemmi kemm għandha tkun it-tariffa.", "Sakemm il-bank jimplimenta l-istess livell ta' charges u tariffi kemm għall-pagamenti domestiċi u kemm għall-pagamenti fiż-żona tal-ewro, dan huwa tajjeb, l-importanti li ma jkunx hemm diskriminazzjoni.", "Però r-regolament, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mas-SEPA, ma jidħolx fuq pagamenti u fuq bank transfers relatati ma' currencies oħrajn.", "Fil-fatt currencies oħrajn huma ogħla mit-tariffi tal-bank transfers fuq l-ewro.", "Fil-fatt biex tibgħat ammonti bl-isterlina huwa veru ogħla u anke għad-dollaru Amerikan, eċċ. Aħna nħossu li f'dawn l-affarijiet, f'dawn it-tip ta' muniti li mhumiex ewro, hemm bżonn li l-banek jagħmlu daqsxejn reviżjoni fuqhom.", "Inħossu li ilhom għal ħafna żmien f'dak il-livell.", "L-ATMs u l-electronic point of sales, jiġifieri l-cards, huwa suġġett tekniku ħafna.", "Ir-rapport tagħna jmiss ftit mill-aspetti li jeżistu, l-ewwel nett għax il-mod ta' kif jitħaddmu l-cards lokali, inti għandek żewġ acquirers, żewġ kumpaniji, bank u kumpanija privata li tipproċessa l-card payments lokalment.", "Issa min isiefer u jidħol fil-ħwienet barranin, meta jippreżenta l-card tiegħu, dejjem jara magna waħda mentri hawn Malta, ħafna drabi dejjem se jsib żewġ magni.", "Ir-raġuni hi li ħafna drabi card ta' bank ma tinqarax fuq l-EPOS ta' bank ieħor.", "U din hija l-istess ħaġa kemm għall-EPOS machnies li jkun hemm għand tal-ħwienet kif ukoll għall-ATMs.", "Fir-rapport tagħna ngħidu liema huma dawk il-machines li jaqraw il-cards ta' banek differenti.", "Ir-raġuni hi li jkollok dawn il-bilateral agreements bejn il-banek biex ATM ta' bank tkun taqra l-cards ta' banek oħra.", "Jien hawnhekk mhux qed nitkellem fuq dawk il-cards li huma abbinati ma' xi network internazzjonali, bħalma hija l-mastercard jew il-visa, li dawn jinqraw mill-ATMs u mill-EPOS kollha, imma qed nitkellem fuq dawk li aħna ngħidulhom il-closed loop, li jistgħu jintużaw biss hawn Malta u li mhumiex abbinati ma' xi network internazzjonali.", "Waħda mill-affarijiet li pprovajna nagħmlu fir-rapport tagħna tal-2007, u li għamilt referenza għalih aktar kmieni, kien biex ikun hemm reviżjoni fuq dik li tissejjaħ il-merchant service charge.", "Din hija t-tariffa li l-card acquirer jiftiehem ma' tal-ħanut għal kull transazzjoni li tgħaddi u hija t-tariffa tas-servizz li l-bank jiċċarġja lil tal-ħanut.", "Aħna dejjem sostnejna li għandu jkun hemm reviżjoni ta' dawn it-tariffi, l-ewwel nett għax statistikament l-użu tal-cards lokalment dejjem żdied matul iż-żmien, u allura għandek iktar transazzjonijiet għaddejjin minn fuq in-networks tal-banek lokali.", "Naturalment mill-informazzjoni li ġbarna rajna li r-rati jvarjaw, u għalkemm fir-rapport tagħna ktibna 1.75%, hemm rati differenti li jiddependi mil-liema tip ta' servizz u x'tip ta' card tiġi ppreżentata, eċċ. Imma hemm rati li huma ogħla mill-1.75%.", "Tariffi jew prattiċi oħrajn li aħna ħassejna li hemm bżonn li wieħed jidħol naqra iktar fihom huma l-quotations u r-renewals ta' ċerta loans, speċjalment tal-home loans.", "F'wieħed mir-rapporti tal-unit tiegħi, jekk m'iniex sejjer żball, ta' sentejn ilu, konna sħaqna li l-banek hemm bżonn li jagħmlu daqsxejn ta' reviżjoni tat-tariffi li jiġu charged meta jkun hemm account holder li jmut.", "Irċevejna diversi rapporti fejn t-tariffi li qed jiġu charged min-naħa tal-banek kienu pjottost on the high side.", "Il-bundling u t-tying ta' ċerta servizzi, l-interoperability fuq l-ATMs u l-EPOSs, u aħna fir-rapport tagħna konna għedna li hemm bżonn li jkun hemm introduzzjoni ta' prodotti u ta' servizzi ġodda, speċjalment biex wieħed jinkoraġġixxi l-użu ta' electronic means of payment.", "Waħda minn dawn l-inizjattivi li daħlet fis-seħħ iktar kmieni din is-sena b'regolamenti Ewropej u x'naf jien kienet fuq is-servizz tad-direct debit.", "Lokalment is-servizz tad-direct debit għall-konsumatur huwa b'xejn.", "Naf li l-banek investew f'sistemi ġodda biex ikunu iktar effiċjenti u biex ikunu in line ma' regoli u regolamenti Ewropej fuq is-SEPA direct debit.", "Però naħseb li għad hemm ftit tar-reżistenza min-naħa tal-konsumaturi meta jiġu biex jużaw jew jagħtu d-dettalji tagħhom lis-service providers biex pereżempju t-tip ta' servizz tat-telefonija jew affarijiet oħrajn jitnaqqas mill-ewwel l-ammont mill-account tagħhom.", "Id-direttivi Ewropej jagħtu drittijiet tajbin ħafna lill-konsumatur f'każ li jkun hemm xi problema b'direct debit transaction.", "Fir-rapport tagħna tal-2007 konna għamilna ċerta rakkmandazzjonijiet li kienu msejsa fuq uħud minnhom, prattiċi bankarji Ewropej, speċjalment il-prattiċi Ingliżi.", "Dak iż-żmien kellek il-banking code li llum m'għadhiex hemm għax il-banek Ingliżi neħħewha għax issa ħa over ir-regolatur u għandu l-conduct rules li huma applikati overall għall-banek kollha.", "Però dak iż-żmien lill-banek li jagħmlu xi tip ta' kaxxi, bħala informazzjoni dwar it-tariffi dwar kull kont li huma joffru, jagħmluha b'ċerta format biex il-konsumatur ikun iktar propens li jifhem it-tariffi li huwa jħallas għal dak it-tip ta' servizz.", "Il-payments account directive, li hija responsabilità tagħna biex nimplimentaw, ħadet over jew tinkludi fiha ċerta aspetti li aħna konna għamilna bħala rakkmandazzjoni liż-żewġ banek ewlenin fl-2007.", "Bħal pereżempju, l-istatement of fees, l-information document, il-comparative tables, u titkellem ukoll fuq id-direttiva Ewropea dwar l-iswitching, fejn hawn Malta ma tantx għandna konsumaturi li jimxu minn bank għal ieħor.", "Anzi aktar għandna konsumaturi li jkollhom kontijiet ma' diversi banek lokali.", "Waħda mill-affarijiet interessanti ħafna tal-payments account directive hija li qiegħda tintroduċi d-dritt li konsumatur jiftaħ basic payment account fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "Mela jista' ikollok talbiet minn persuni barranin sabiex jiftħu a basic payment account lokali, bl-ewro, bl-offerta wkoll tad-debit card però b'cheque book account jew inkella credit card.", "Issa nibdew nikkonsultaw fuq dan ir-regolament is-sena d-dieħla għax huwa legal notice u aħna se nimplimentaw id-direttiva.", "Qiegħed nagħmel referenza għar-regolament għaliex għandek il-MIF regulation, Merchant Interchange Fee Regulation, li huwa r-regolament li ġie ppubblikat din is-sena u huwa responsabbiltà tal-Bank Ċentrali li jimplimenta.", "Dan ir-regolament jidħol fil-fond ta' xi ħaġa li għamilt referenza għaliha aktar kmieni, u ċjoè tal-interchange fees li japplikaw il-banek għat-transazzjonijiet tal-cards.", "Dan ir-regolament jagħmel capping fuq id-debit cards kif ukoll fuq il-credit cards u allura se naraw ukoll kompetizzjoni għaliex l-acquirers jistgħu joffru s-servizzi tagħhom ukoll across border.", "Mela ħwienet lokali jista' jkollhom il-cards tagħhom ipproċessati minn kumpanniji barra u vici versa jista' ikollok barranin li jużaw is-servizzi ta' kumpanniji lokali.", "Fl-aħħar slide hemm il-PSD 2 li hija direttiva li ġiet maqbula mil-livelli kollha mill-istati kollha u għandha tiġi ppubblikata fl-aħħar ta' dan ix-xahar.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Issa ngħaddu għal round ta' mistoqsijiet.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Bażikament jien tliet mistoqsijiet għandni.", "Sur Bezzina, inti semmejt il-payments account directive li issa ovvjament se tkun imposta fuq il-banek Maltin.", "Min-naħa tagħkom intom għamiltu r-review fuq iż-żewġ banek ewlenin; kemm temmen li l-banek huma ppreparati biex jiġu implimentati l-miżuri skont din id-direttiva?", "U fil-frattemp intom għamiltu review fuq il-banek l-oħrajn u mhux biss fuq iż-żewġ banek ewlenin?", "Semmejt ukoll li tlabtu review għal quoting and renewing of loans; tista' telabora ftit fuq dan is-suġġett?", "Il-mistoqsija li jmiss hija għall-Professur Bannister.", "Inti semmejt ix-shift tan-non-interest charges from 14% to 30%, mhux bħala value imma bħala percentages; l-istructure kif inbidlet?", "Ovvjament jekk ma kontx ippreparat għaliha tista' ma tweġibx.", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Dik hija diffiċli għax ma jkunx hemm granular data.", "Inti kulma tkun taf li żdiedu t-tariffi però l-income mat-tariffi ma tkunx tafu għax ma jidhirx.", "Naħseb li jidher bħala management accounts u ma jiġix ippubblikat.", "Din id-direttiva fadlilha sentejn oħra biex tiġi implimentata u safejn naf jien għadha lanqas ġiet published.", "THE CHAIRMAN: Peress li fadlilna 20 minuta oħra ejjew nagħmlu l-mistoqsijiet kollha tagħna u mbagħad ipprovaw wieġbu kollox f'daqqa.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li l-pajjiż tagħna żgħir u għandna ftit banek ma tantx hemm kompetizzjoni fuq ir-rati għax prattikament il-banek jikkuppjaw lil xulxin u din hija ħażin għall-klijenti tal-banek.", "Intom għedtulna li aħna m'għandna l-ebda fakultà biex b'xi mod tista' tikkontrolla r-rati li jiġu charged mill-banek u allura, ladarba m'għandniex fakultà biex nikkontrollaw ir-rati, il-banek m'għandhomx interess li jikkompetu bejniethom.", "U din lili tinkwetani ftit.", "It-tieni punt li rrid nistaqsi fuqha hija li inti għedt li se jkun hemm opportunità li r-retailers Maltin ikun jistgħu jiftħu kontijiet barra minn Malta u jużaw sistemi ta' credit cards ta' banek barranin?", "Fhimtha tajjeb din?", "IS-SUR GEOFFREY BEZZINA: Hemm żewġ affarijiet; għandek id-dritt għall-individwu li jiftaħ kontijiet barra minn Malta, dak li ngħidulu basic bank account u dak jidħol taħt il-payment account directive.", "L-aspett l-ieħor li semmejt huwa li inti għandek il-MIF regulation, dak huwa regolament li jaqa' taħt il-Bank Ċentrali biex jiġi implimentat - u li jista' jkollok ħwienet lokalment li biex jiġu pproċessati l-cards tagħhom jistgħu jużaw acquirer barra minn Malta.", "Sal-lum dejjem kien acquirer lokali imma jista' jkun acquirer barrani wkoll.", "U viċi versa; jista' jkollok kumpanniji barra minn Malta li jużaw żewġ kumpanniji li jipproċessaw il-card payments lokali.", "CHARLES BUHAGIAR: Allura f'każ bħal dan li jintuża acquirer minn barra li jiċċarġja fees inqas milli jiċċarġjaw hawn Malta, ikun hemm il-fakultà li jintuża dan l-acquirer.", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Imma xorta inti trid titrasferixxi l-flus barra biex tħallsu l-account.", "Jiġifieri x-shift ma tkunx faċli daqskemm naħsbu.", "Fuq il-mistoqsija l-oħra li fil-pajjiż hawn monopolistic approach this is very clear għax iż-żewġ banek għandhom roughly 80% of the market.", "Però għalkemm aħna qed ngħidu li mhijiex kompetenza tagħna, hemm l-MCCAA, u hemmhekk tidħol l-awtorità l-oħra li trid tiddeċiedi what to enforce and not to enforce.", "U għalhekk ir-rapport sar min-naħa tagħna u mbagħad l-azzjoni trid tittieħed mill-Competition Authority.", "THE CHAIRMAN: Jien għandi xi mistoqsijiet ukoll.", "L-ewwel nett xtaqt nistaqsi jekk ir-regoli Ewropej, u anke forsi lokali, jippermettux li min-naħa ta' Gvern ikun jista' jistabilixxi ċerti maximum fees fuq ċerti servizzi?", "Jien ma nistax naċċetta kif hemm ċerti miżuri li jieħu l-bank fejn jaqbad jeħodlok il-flus mill-account tiegħek fuq ċerti fees li hu jiċċarġja mingħajr mal-konsumatur lanqas biss ikun avżat bihom, aħseb u ara kemm ikun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu!", "U inti tinduna biss jekk titlob statement u tara li t-tali fee ġiet imnaqqsa mill-kont tiegħek u ħafna drabi lanqas ikollok description biex wieħed ikun jista' jifhem għalfejn naqqsulek dak l-ammont.", "Imbagħad għandek charges oħra li naħseb irreferejtu għalihom ukoll u li sinċerament ma naħsibx li jagħmlu sens, fosthom jekk inti se tiftaħ overdraft … Forsi nifhimha li għandu jkun hemm ċerta charges.", "Jekk se tagħmel renewal u se tibqa' għaddej biha għandek charge, però jekk se tagħlaqha għandek charge oħra!", "Mela awtomatikament qed tgħidlek li tagħmel x'tagħmel bilfors li se teħel iċ-charges.", "Hemmhekk ma naħsibx li hija fair competition.", "Għalfejn għandi niġi charged biex nuża s-servizz tal-internet banking meta nafu li grazzi għalih qed innaqqas il-costs lill-bank u mhux inżidhom?", "Jekk eventwalment irridu x-shift sabiex immorru għal aktar internet use u għal aktar faċilitajiet hemmhekk, kif imbagħad il-bank jiġi jiċċarġjani kemm tal-card u kemm tal-fees?!", "Niġi charged kull sena u nkun naf biss b'dik iċ-charge jekk nitlob statement.", "Din ma nafx kemm hija legali u għalhekk xtaqt nisma' min-naħa tal-MFSA jekk din hijiex legali jew inkella tistgħux tintervjenu fuqha.", "Ħaġa żgħira oħra u mbagħad wara forsi tkun tista' tikkumenta fuq kollox.", "Naħseb xi ħaġa li forsi mhijiex daqshekk ċara l-legalità tagħha hija fir-rigward tal-free movement.", "Illum il-ġurnata, kif qegħdin iċ-charges tal-banek, tagħmililek diffiċli ħafna biex timxi minn bank għal ieħor!", "Biċ-charges li jkollok biex tagħlaq account u biex titrasferixxi flusek minn bank għal ieħor, they are hindering the process of movement from one bank to another.", "Naħseb li hemmhekk hemm linja li mhijiex ċara ħafna dwar jekk humiex legali ċ-charges imposti għax vera ma tistax timponi li ma jsirux charges però min-naħa l-oħra ma tistax twaqqaf il-free movement u l-fair competition bejn bank u ieħor.", "U allura hemmhekk, anke biex ikollok new entry of new banks, jekk għandek banek ġodda li qegħdin fis-suq, qiegħed tagħmilhielhom diffiċli ħafna biex ikunu jistgħu jattiraw new customers.", "U din fl-opinjoni tiegħi hija mċajpra ħafna kemm hija legali jew le.", "EDWARD SCICLUNA: The main question is institutional; mhux jekk hemmx charges jew le għax in-nies fin-negozju jafu u ilhom iħossuhom ir-rati tal-imgħax u ċ-charges u għalhekk kienu jilmentaw.", "Fil-fatt kien għalhekk li ħadt l-azzjoni meħtieġa u tlabt li jsir dan l-istudju.", "Imma l-konfużjoni hemm barra hija dwar il-kompetenza ta' liema istituzzjoni tista' tieħu azzjoni.", "Jiġifieri from now on min se jieħu azzjoni?", "Fil-każ ta' misselling kulħadd kien jassumi li għandu jmur għand is-Sur Bezzina.", "Issa fl-aħħar irrealizzajna li għandna bżonn istituzzjoni separata u se nagħmlu l-financial arbitrar.", "Qegħdin fi stadju ta' Kumitat għax għaddiet mis-Second Reading u allura nisperaw li ssir liġi dalwaqt.", "Rajna li jkun hemm istituzzjoni apposta biex jekk hemm xi każijiet ta' misselling ikunu jistgħu jsiru complaints b'mod iktar effiċjenti u irħis.", "Meta niġu għall-kompetizzjoni u l-monopolju naħseb li minn dejjem konna nafu li kull istituzzjoni li għandha iktar minn 30% tas-suq ifisser li għandha potenzjal għal monopolju.", "Issa ma jfissirx li se tużah jew iċ-charges tagħhom huma monopolistiċi imma l-potenzjal hemm qiegħed.", "Aħseb u ara jkollok żewġ banek li flimkien, bħalma qal iċ-Chairman tal-MFSA, għandhom kważi 80% tas-suq!", "Mela aħna dħalna fl-UE fl-2004 u bdilna l-leġislazzjoni tagħna dwar il-kompetizzjoni u rajna li jkun hemm l-istituzzjoni meħtieġa.", "Hija l-MFSA, li hija r-regolatur, l-istituzzjoni idonea, li jkollha s-snien u tieħu l-passi meħtieġa dwar il-competitiveness.", "Mela jekk ikun hemm monopolistic situation din tkun tista' tiftaħ każ u tmexxi u fejn ikun hemm bżonn anke timponi penalitajiet jew sanzjonijiet.", "Imma l-biċċa mhijiex ċara.", "Hija l-MFSA jew l-MCCAA?", "U l-MCCAA għandha r-riżorsi meħtieġa jew għandha bżonn tar-riżorsi?", "Tista' tuża r-riżorsi tal-MFSA?", "Aħna lil min se nistaqsu biex tieħu l-passi li hemm bżonn?", "Jiddependi l-mod kif taqra r-rapport.", "Dan mhuwiex ċar.", "Inutli noqogħdu ngħidu ...", "Issemma kif f'pajjiżna m'hemmx switching.", "Dażgur li m'hemmx switching jekk ma jħallukx tagħmel dan!", "Aħna qegħdin nistudjaw dan il-każ biex naraw li l-banek qegħdin jippermettu dan l-iswitching u li allura inti, bħalma tbiddel in-network tat-telefon jew tal-mobile tiegħek mingħajr ma tibdel in-numru tiegħek, issir l-istess ħaġa bil-mortgage u allura tkun tista' tbiddel minn bank għal ieħor mingħajr ma tiġi penalizzat.", "Qabel ma niċċaraw sew dik l-istituzzjoni li għandha tieħu fuqha l-affarijiet marbuta mal-kompetizzjoni, fosthom charges u rati ta' imgħax għoli … Issa din mhijiex xi ħaġa straight forward imma hija pjuttost diffiċli.", "Fl-aħħar mill-aħħar għand min se jmur il-konsumatur biex jagħmel ilment?", "U kif se jieħu s-sodisfazzjon tiegħu?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Għandkom 5 minuti biex twieġbu l-mistoqsijiet li sarulkom.", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Ħalli nwieġeb il-mistoqsija fuq kemm hija legali li jagħmlu hekk.", "Jien inqbadt darbtejn fihom dawn u in small print sibt li kien hemm kollox miktub.", "Għalhekk il-banek they cover themselves very well!", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Jien naħseb li l-font huwa legali.", "THE CHAIRMAN: Illum il-ġurnata l-MFSA m'għandhiex is-snien biex tigdem ...", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Mhijiex kwestjoni ta' snien imma jekk tħares lejn il-pajjiżi barranin issib li the regulator refers to the Competition Authority.", "Veru li r-regolatur jagħmel ix-xogħol kollu imma mbagħad he has to refer for a decision to the Competition Authority.", "IS-SUR GEOFFREY BEZZINA: Kien hemm mistoqsijiet oħra dwar jekk il-banek humiex ippreparati sabiex jimplimentaw id-direttivi.", "Il-banek għandhom ħafna direttivi x'jimplimentaw bħalissa imma mil-lat ta' consumer information, għada pitgħada, il-konsumatur se jkun iffaċċjat b'ħafna iktar informazzjoni xi jniżżel minħabba regolamenti ġodda Ewropej.", "Mhux biss fuq fees imma se jibda jirċievi wkoll informazzjoni speċifika dwar jekk l-account tiegħu huwiex kopert jew le mill-iskema ta' kumpens tad-depożitant, li huwa regolament li qiegħed fil-proċess li jiġi implimentat.", "Jekk il-Gvern jistax jintervjeni fuq it-tariffi, to the best of my knowledge ma jidhirlix li hemm xi direttiva imma l-MIF regulation titfa' r-responsabbiltà fuq il-competent authority li m'aħniex aħna imma huwa l-Bank Ċentrali ta' Malta, biex ikun hemm xi tariffi fuq id-debit cards u l-credit cards.", "Għada pitgħada nimmaġina li se jkun hemm xi ħaġa f'dan ir-rigward għaliex hemm aspetti mill-MIF regulation li se jiġu implimentati sa nofs Diċembru.", "Għandek il-capping fuq id-debit li hija ta' 0.2% u tal-credit cards li hija ta' 0.3%.", "Fir-rigward tal-kummenti li għamilt, għalija jekk għandek complaint għax indunajt li kien hemm xi transazzjoni mill-account tiegħek li ma kontx taf biha u l-bank ma nformakx biha, l-ewwel nett naraw it-termini u l-kondizzjonijiet, imma jekk hemm xi ħaġa li l-bank missu avżak fuqha, aħna nitolbu lill-bank sabiex jagħtik spjegazzjoni.", "Għallinqas il-bank irid ikun trasparenti f'dak ir-rigward.", "IL-PROFESSUR JOE BANNISTER: Jagħmel naqra redress u jammetti li ħa żball.", "Però in the global sense ta' Malta, kif qal il-Ministru, dan il-blurring irid jinqata' daqsxejn għax aħna ninqabdu fi tliet partijiet; fil-kwestjoni ta' competition, fil-kwestjoni ta' client complaints and resolution, li lanqas għandna poter u fil-kwestjoni ta' regolamenti.", "EDWARD SCICLUNA: Ta' min jgħid ukoll - għallinqas mill-esperjenza tiegħi - li kien hemm ħafna istanzi fejn il-banek ġew avviċinati bil-kwiet, the point was made and they took action.", "Jien naf każ fejn manager ta' bank partikolari kien qiegħed jagħmel mortgage u lil min kellu quddiemu qalilhom biex imorru fl-uffiċċju tagħhom, around the corner, sabiex jagħmlu l-insurance.", "U hemmhekk mill-ewwel ittieħdu l-passi ta' dixxiplina.", "Il-banek jieħdu wkoll azzjonijiet fuq affarijiet li jaraw li huma out of line.", "THE CHAIRMAN: Xtaqt inkompli daqsxejn id-diskussjoni però kif avżajtkom għandna division vote u se jkollna nikkonkludu hawnhekk.", "Nemmen li għandu jkun hemm follow-up meeting mal-MCCAA biex eventwalment wieħed jiddiskuti ukoll il-miżuri ta' azzjonijiet.", "U jista' ikun li jkollna nerġgħu nibagħtu għalikom.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7:41 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li għandha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20151202_017d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament il-Belt Valletta, fis-6:50 pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna, l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sinj.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 15 u 16 li saru fit-28 ta' Ottubru, 2015 u fid-9 ta' Novembru 2015 rispettivament, kienu konfermati.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej kien irrefera lilhom Memorandum ta' Spjegazzjoni numru 3502, dwar il-Proposta għal Regolament dwar il-Fond għall-Investimenti Strateġiċi sabiex issir diskussjoni fuqu imma peress li dan ir-Regolament ġie approvat għaldaqstant ma kienx hemm il-ħtieġa illi dan il-Kumitat jiddiskutih.", "Il-President tal-Kumitat qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dokument 18 Stqarrija dwar Memorandum ta' Spjegazzjoni Nru 3502 u kopja tal-ittra lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej biex tinformah dwar dan.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Joe Bannister u lis-Sur Geoffrey Bezzina Chairman u Director, Consumer Complaints Unit rispettivament mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Is-Sur Bezzina ta preżentazzjoni ntitolata:", "Ġie ċċirkolat ukoll:", "Dokument 20 Rapport intitolat \"Bank Fees and Charges in Malta\" maħruġ mill-MFSA f'April 2015.", "Wara il-preżentazzjoni, kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew il-mistoqsijiet tagħhom lill-Professur Bannister u lis-Sur Bezzina.", "Fit-7:41 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151202_017m_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 7 ta' Diċembru 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:52 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Deborah Schembri (sostitut tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "Din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u mal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li l-Onor.", "Presenti wkoll kien hemm l-Awditur Ġenerali, id-Deputat Awditur Ġenerali u uffiċjali mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MA' DR LOUIS GALEA, MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI, DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-UNJONI EWROPEA GĦAS-SENA FINANZJARJA 2014 U L-ĦIDMA TAL-MEMBRU MALTI TA' DIN IL-QORTI.", "Dr Louis Galea, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u li kien akkumpanjat mill-kap tas-segretarjat tiegħu s-Sur Jacques Sciberras, għamel preżentazzjoni fuq ir-rapport annwali dwar l-implimentazzoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) għas-sena 2014 u, fost affarijiet oħra, aċċenna għal dan li ġej:-", "l-obbligu li joħroġ mit-Trattat ta' Lisbona dwar ir-rwol ta' kontabilità tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea;", "il-Qorti teżamina l-ġbir u nfiq tal-flus tal-baġit tal-UE mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Verifika tal-Istati Membri;", "l-eżerċizzju li tagħmel il-Qorti jieħu inkonsiderazzjoni tliet aspetti partikolari, jiġifieri:", "l-affidabbilità tal-kontijiet (reliability of the accounts) – hawnhekk il-Qorti dejjem kkonfermat u ċċertifikat li l-kontijiet tal-Unjoni huma miżmuma u rrapportati korrettement u li jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni f'kull 31 ta' Diċembru tas-sena partikolari;", "il-legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji (legality and regularity of underlying transactions) - hawnhekk jidher li d-dħul kollu tal-Unjoni sar b'mod regolari (0% overall error rate) iżda fl-infiq ir-rapport juri rata ta' żbalji ta' 4.4% fil-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet finanzjarji.", "Il-Qorti awditjat parti mill-proġett tal-Coast Road li għalih Malta kienet qed tirċievi fondi mill-UE u li kien jikkonsisti f'żewġ proċeduri ta' provvista fejn l-offerti kienu jeċċedu il-valur tat-tender b'mod sinifikanti u li mbagħad, permezz ta' klawsola li kienet inkluża fid-dokumenti għall-offerti, saru negozjati mal-irħas offerent biex titraħħas l-offerta għal valur li kien jidher fit-tender bil-konsegwenza li l-ispeċifikazzjonijiet u x-xogħolijiet ġew mibdula jew imnaqqsa b'mod sostanzjali.", "Skont ir-regoli tal-akkwist pubbliku, peress li l-iskop tax-xogħolijiet inbidel sostanzjalment u l-valur tat-tender kien jaqbeż il-limiti legali, ma setgħetx tintuża l-proċedura negozjata u minflok it-tender suppost kellha terġa tiġi ppubblikata mill-ġdid.", "sommarju tal-prestazzjoni tal-baġit (performance) - dan jirreferi għall-kontabbilita' dwar kemm it-taxxi taċ-ċittadini qed jissarrfu f'riżultati u kemm qed jilħqu l-objettivi tal-policies adottati fil-kuntest tal-UE.", "Dan huwa rifless fix-xoghol li l-Qorti tagħmel biex tevalwa kemm in-nefqa tal-baġit mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet Ewropej issir b'mod ekonomiku, effiċjenti u effettiv, skond il-liġi, u kemm qed tikseb ir-riżultati u l-benefiċċji li jkunu ġew previsti – l-awditjar fuq il-prestazzjoni (performance audits).", "Il-Qorti tal-Awdituri regolarment tevalwa oqsma differenti tal-ħidma tal-Kummissjoni permezz ta' serje ta' rapporti speċjali li tippubblika kull sena.", "Fis-sentejn 2014 u 2015 il-Qorti ppubblikat 38 rapport speċjali.", "Dr Galea ta' ħarsa fuq fuq dwar il-ħidma tiegħu fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri li kienet se tiġi fi tmiemha f'Mejju 2016 u ppreżenta lill-Kumitat lista ta' sittax-il rapport/opinjoni li tagħhom huwa kien rapporteur.", "Dok 130 Lista ta' sittax-il rapport/opinjoni li tagħhom Dr Galea kien rapporteur.", "Wara kien hemm diskussjoni bis-sehem tal-Membri.", "Fit-8:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20151207_038m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "LAQGĦA 15", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2015 fis-6:45 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2015 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament:", "Diskussjoni dwar ir-rapport annwali tal-Kummissarju gћall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali - Kontinwazzjoni;", "Diskussjoni u approvazzjoni tar-rapport dwar l-età tal-kunsens sesswali - Kontinwazzjoni; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20151209_015a_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Owen Bonnici, Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Onor. Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali", "Onor. Jason Azzopardi MP", "Laqgħa Nru. 01", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015, fis-6.30 p.m.", "Il-President tal-Kumitat Permanenti Aġġunt għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' fid-data u fil-ħin hawn fuq indikati, fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Riforma Tal-Ġustizzja) (Proċedura Ċivili) – Abbozz Nru 124.", "11 ta' Diċembru 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20151216_001a_kun.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 1", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015", "Dan il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt ġie mwaqqaf skont ir-riżoluzzjoni Nru 293 tal-Kamra fis-Seduta Nru 340 tal-15 ta' Diċembru 2015.", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament fis-6.40 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (RIFORMA TAL-ĠUSTIZZJA) (proċedura ċivili) - Abbozz Nru 124", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 322 tal-4 ta' Novembru 2015 il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Bil-permess tal-Kumitat, l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech, l-Assistent Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg u n-Nutar Prinċipali tal-Gvern Dr Keith German ġew mistiedna biex jintervjenu fil-Kumitat.", "KLAWSOLI 2 u 3 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, l-Onor.", "Owen Bonnici, il-Kumitat qabel li Klawsola 4 tiġi posposta.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Kumitat qabel li Klawsola 5 tiġi posposta.", "KLAWSOLI 6, 7, 8, 9 u 10 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Kumitat qabel li Klawsola 11 tiġi posposta.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Kumitat qabel li Klawsola 12 tiġi posposta.", "KLAWSOLA 5 (Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"A\":-", "Il-klawsola 5 għandha tiġi emendata kif ġej:", "fil-paragrafu (b) tagħha, minflok il-kliem \"dik is-somma ta' ħamsa u għoxrin elf euro (€25,000)\".\", għandhom jidħlu l-kliem \"dik is-somma ta' ħamsa u għoxrin elf euro (€25,000)\"; u\"; u", "minnufih wara l-paragrafu (b) kif emendat għandu jidħol il-paragrafu (ċ) ġdid kif ġej:", "\"(ċ) minnufih wara s-subartikolu (6) tal-artikolu 166A tal-Kodiċi, għandu jiddaħħal is-subartikolu (7) kif ġej:", "\"(7) Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-artikolu, meta ittra uffiċjali ippreżentata skont dan l-artikolu ma tiġix notifikata fuq id-debitur f'sitt xhur minn meta l-istess ittra tiġi ppreżentata, il-proċedura provduta f'dan l-artikolu ma tibqax tapplika mingħajr preġudizzju għall-jedd tal-kreditur li jkun jista' jippreżenta ittra uffiċjali oħra skont dan l-artikolu b'referenza għall-istess debitu.\".\".", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 4 (Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"B\":-", "In-nota marġinali fit-test Malti ta' klawsola 4 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda tal-artikolu 152 tal-Kodiċi.\".", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali l-Kumitat qabel li jerġa' jikkonsidra klawsola 10.", "KLAWSOLA 10 (Konsiderazzjoni mill-ġdid)", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"Ċ\":-", "Fil-proviso propost għal klawsola 10, il-kliem \"il-qorti tal-appell\", għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"il-qorti fi grad ta' appell\".", "L-Emenda \"Ċ\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 11 (Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"D\":-", "Klawsola 11 għandha tiġi mħassra.", "L-Emenda \"D\" għaddiet nem. con. u klawsola 11 ġiet imħassra.", "KLAWSOLA 12 (Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Kumitat qabel li klawsola 12 terġa' tiġi posposta.", "KLAWSOLI 13 u 14 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 12 (Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"E\":-", "Il-Klawsola 12 għandha tiġi mħassra.", "L-Emenda \"E\" għaddiet nem. con. u klawsola 12 ġiet imħassra.", "KLAWSOLI 15, 16 u 17 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"F\":-", "Il-Klawsola 18 għandha tiġi mħassra.", "L-Emenda \"F\" għaddiet nem. con. u klawsola 18 ġiet imħassra.", "KLAWSOLA 19 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"G\":-", "Il-Klawsola 20 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fl-artikolu 357A ġdid kif propost fi klawsola 20, il-kliem \"sitt xhur\"għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma \"sena\".", "L-Emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 20, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"H\":-", "Klawsola 21 għandha tiġi emendata kif ġej:", "fl-artikolu 527 propost fil-Kodiċi, fis-subartikolu (2) tiegħu, il-kliem \"u jkun aċċessibbli għal avukati\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"u jkun aċċessibbli għall-Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali, għal avukati\";", "fl-artikolu 527 propost fil-Kodiċi, is-subartikolu (3) tiegħu, għandu jiġi sostitwit kif ġej:", "\"(3) Ir-reġistru għandu jkun maqsum fi tliet taqsimiet.", "L-ewwel taqsima jkun fiha lista ta' persuni interdetti, it-tieni taqsima jkun fiha lista ta' persuni inabilitati u t-tielet taqsima jkun fiha lista ta' persuni li jkun inħarġilhom ċertifikat ta' nuqqas ta' kapaċità mentali skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali.", "Kull taqsima tar-reġistru għandha tinżamm f'ordni alfabetiku.\";", "fl-artikolu 527 propost fil-Kodiċi, is-subartikolu (5) tiegħu, għandu jiġi sostitwit kif ġej:", "\"(5) Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli lill-pubbliku taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali tal-Qorti fl-edifiċju tal-Qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja.\"; u", "minnufih wara s-subartikolu (5) għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(6) Sakemm jiġi stabbilit reġistru elettroniku skont it-termini ta' dan l-artikolu, l-istess reġistru jista' jinżamm f'format manwali mir-Reġistratur tal-Qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja li għandu jipprovdi aċċess għalih fil-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru.\".", "L-Emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 21, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLI 22, 23, 24, 25 u 26 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"I\":-", "Il-Klawsola 27 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda tal-artikolu 1886 tal-Kodiċi.", "Fis-subartikolu (1) tal-artikolu 1886 tal-Kodiċi fil-paragrafu (e) tiegħu, il-kliem \"tal-mandatarju.\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"tal-mandatarju:\" u minnufih warajh għandu jidħol il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda:", "Fil-każ li mandat jispiċċa fejn il-mandatarju, li tkun persuna fiżika, kien awtorizzat li jittrasferixxi proprjetà immobbli f'isem il-mandant jew fejn il-mandat ikun wieħed ta' natura ġenerali li jkun ingħata bejn persuni fiżiċi, dik it-terminazzjoni tista' tiġi notifikata mill-mandant jew minn kull persuna oħra li jkollha interess fil-mandat lin-Nutar Ewlieni tal-Gvern li għandu jdaħħal id-dettalji ta' dik it-terminazzjoni f'reġistru li huwa għandu jżomm għal dak il-għan u li għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju;", "Il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja jista' joħroġ regolamenti sabiex jistabbilixxi reġistru elettroniku fejn tkun tista' ssir ir-reġistrazzjoni ta' mandati u tat-terminazzjoni tagħhom u biex jistabbilixxi dawk il-formalitajiet, drittijiet u proċeduri applikabbli għar-reġistrazzjoni fl-imsemmi reġistru elettroniku u biex jirregola l-aċċess għall-istess reġistru.\".\".", "L-Emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 27, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq proposta tal-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kumitat qabel li jikkonsidra l-klawsoli 28 sa 34 flimkien.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ressaq din l-Emenda \"J\":-", "Klawsoli 28, 29, 30, 31, 32, 33 u 34 għandhom jiġu mħassra.", "L-Emenda \"J\" għaddiet nem. con. u klawsoli 28, 29, 30, 31, 32, 33 u 34 ġew imħassra.", "KLAWSOLI 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 42 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA 1 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IT-TITOLU għadda nem. con. u kien ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet li jirrigwardaw ir-riforma tal- ġustizzja fil-qasam tal-proċedura ċivili\" għadda mill-istadju tal-Kumitat b'emendi.", "Fit-8:30 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20151216_001m_kun.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.14 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14 li saret nhar l-Erbgħa 4 ta' Novembru, 2015 ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-KUMMISSARJU GĦALL-PROMOZZJONI TAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻORDNI MENTALI - KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRPERSON (Onor. Etienne Grech): Nistgħu nagħtu bidu għal din il-laqgħa u se nibdew proprju bil-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar ir-rapport annwali tal-Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali.", "Dan ir-rapport ikopri s-sena 2014.", "Għal din id-diskussjoni għandna magħna lil Dr John Cachia, Kummissarju għas-Saħħa Mentali, lil Dr Miriam Camilleri u Dr Antonella Sammut mill-Uffiċċju tal-Kummissarju, lil Dr Anton Grech, Chairman Mental Health Services u lil Dr Clifton Grima, Chief Executive Officer tal-Isptar Monte Carmeli.", "Insejjaħ lil Dr John Cachia.", "Deborah Schembri, xtaqt inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Hawnhekk qiegħed inpoġġi analiżi aktar dettaljata ta' xi ħaġa li tkellimt fuqha fil-laqgħa preċedenti rigward il-pożizzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), li titkellem dwar fejn għandha tiġi offruta l-kura akuta u psikjatrika ġewwa s-servizzi tas-saħħa nazzjonali.", "Għandi f'idejja l-edizzjoni tas-27 ta' Mejju 2013 tad-WHO u fuq quddiem ħallejtilkom ir-reference pages biex wieħed ikun jista' jirriferi għaliha b'mod ċar.", "THE CHAIRPERSON: Hard copies biss għandek?", "DR JOHN CACHIA: Hard copies għandi hawnhekk imma jekk triduhom bħala soft copy, inkun nista' nibgħat kopja lis-Segretarju tal-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "B'hekk inkunu nistgħu niċċirkolawhom mal-Membri ta' dawn il-Kumitat b'mod aktar faċli.", "DR JOHN CACHIA: Il-kwotazzjonijiet relevanti qegħdin immarkati hawnhekk.", "Pereżempju fl-oġġettiv Nru 2 il-WHO tgħid hekk:", "Mela hawnhekk qed tgħid 'il bogħod mill-mudell istituzzjonalizzat li għadna qed nipprattikaw ġewwa pajjiżna fl-isptar Monte Carmeli.", "Il-WHO qiegħda tgħid li għandu jkun hemm servizzi bbażati fil-komunità u li magħhom ikun hemm integrati l-mental health care services u t-treatment fl-isptarijiet ġenerali u fil-kura primarja - li n-nies li jaħdmu fil-kura primarja jimpurtahom kemm kemm iżjed mis-saħħa mentali - u li jkun hemm kontinwità tal-kura bejn id-diversi livelli, b'tali mod li – hawnhekk għandi żewġ tobba tal-familja li żgur jaqblu miegħi - meta tibgħat persuna bi problemi ta' saħħa mentali għand psikjatri, ħafna drabi l-pazjent qatt - jew rari – ma jiġik lura.", "Dawn huma l-issues li wieħed naħseb irid jiftaħ dibattitu dwarhom.", "Għandek ukoll il-kollaborazzjoni bejn il-carers u l-formal carers.", "Dan huwa d-dokument tal-WHO fuq livell mondjali.", "Issa forsi xi ħadd jgħid imma dan fuq livell mondjali japplika b'mod ġenerali?", "Hawnhekk għandi wkoll il-corresponding document tal-kumitat reġjonali għall-Ewropa tal-WHO, fejn ħallejtilkom extract minn fejn wieħed jista' jara l-kwotazzjoni relevanti għax naħseb li jkun tajjeb li wieħed jara fejn irridu mmorru u fejn irridu naslu f'dik it-tip ta' sitwazzjoni.", "Il-WHO fl-Ewropa tgħid li l-outcomes tas-servizzi tas-saħħa psikjatriċi għandhom ikunu hekk:", "Il-WHO, fuq livell Ewropew qiegħda tirrakkomanda li istituzzjonijiet li jixbħu dak li qed noffru aħna fl-Isptar Monte Carmeli, idealment from a policy perspective, wieħed għandu jasal lejn deċiżjoni sabiex dawn jingħalqu jew inkella jiġu orjentati għal xi servizzi oħrajn, bħalma għamel ħaddieħor madwar l-Ewropa.", "Dawn huma r-rakkomandazzjonijiet li l-WHO qiegħda tipproduċi.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi suġġeriment sabiex l-acute physiactric treatment, minflok ma jingħata ġo sptar bħal Mount Carmel, jingħata f'acute hospital?", "DR JOHN CACHIA: Iva, fil-fatt qed jingħad hekk:", "U mbagħad ikomplu jgħidu hekk:", "Dawn huma żewġ rakkomandazzjonijiet li joħorġu minn żewġ dokumenti; wieħed fuq livell mondjali u l-ieħor fuq livell Ewropew.", "Naf ukoll - imma d-dokument għadu mhuwiex wieħed finali - li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel bħalissa joint action fuq is-saħħa mentali.", "Wieħed mill-pakketti dwar is-saħħa mentali huwa towards a community based and social inclusive mental health care.", "Jien għad għandi draft tiegħu dan imma ma nistax nikkwota minnu għax għadu mhuwiex finali.", "Dan id-dokument mistenni li jkun finali fl-aħħar ta' Jannar li ġej.", "U jidher li se jkun hemm ukoll rakkomandazzjoni ċara daqs il-kristall min-naħa tal-Unjoni Ewropea fuq din il-linja.", "Schembri talbitni biex nipprova nuri appoġġ u nagħti daqqa t'id lil dan il-Kumitat biex ikun jista' jagħmel ir-riċerki tiegħu ħalli jkun jista' jasal għall- policy reccomandations tiegħu meta jiġi mitlub biex jagħmel dan.", "U għalhekk li ppreżentajtilkom dawn iż-żewġ dokumenti fil-bidu.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR ANTON GRECH (Chairman Mental Health Services): Xtaqt nagħmel kumment fil-vesti tiegħi ta' psikjatra u mhux bħala Chairman tal-Mental Health Services.", "Din hija l-opinjoni tiegħi personali.", "Naqbel totalment li idealment il-kura għandha titbiegħed mill-istitutilisation u tingħata fi sptarijiet ġenerali.", "Nemmen li dik hi d-direzzjoni li għandna nsegwu.", "Ovvjament hemm kwestjonijiet loġistiċi li rridu naraw imma d-direzzjoni għandha tkun dik.", "Madankollu rridu noqogħdu attenti ħafna li ma jiġrilnix bħal ċertu pajjiżi, li they went to the other extreme u spiċċaw b'pazjenti b'mard mentali serju, bħal pereżempju skiżofrenja serja, homeless jiġru fit-toroq!", "Dan għaliex il-kura li tingħata jgħidu li hija biss waqt mument akut in a general hospital u dawn in-nies għandhom bżonnijiet speċjali.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija fuq kemm hemm pazjenti b'kondizzjonijiet kroniċi f'Monte Carmeli u r-risposta kienet li hemm madwar 250 pazjent.", "DR ANTON GRECH: Hekk hu.", "THE CHAIRPERSON: U kif għidt inti, ħafna minn dawn qegħdin hemm minħabba li kienu daħlu fi żmien fejn il-kura psikjatrika ma kenitx daqshekk effiċjenti bħalma hi llum …", "DR ANTON GRECH: Hekk hu.", "Imma wieħed ma jridx jinsa li l-akbar numru ta' admissions ġo sptar psikjatriku huwa minħabba l-iskiżofrenija.", "Din mhijiex l-aktar marda komuni imma hija l-aktar marda li twassal lin-nies għall-isptar.", "Din tinqasam f'żewġ stadji; għandek l-istadju fejn ikollok il-positive symptoms u hawnhekk il-pazjenti jkollhom ħafna hallucinations, delusions, eċċ., u mbagħad għandek l-istadju li jgħidulu d-deficit state jew in-negative symptoms, u hawnhekk dak li jkun jitlef il-kapaċità li jieħu ħsieb, li jorganizza, eċċ. Illum għandna kura għaliha din permezz ta' riabilitazzjoni u occupational therapy.", "Qabel ma kienx hemm dik il-kura u allura l-pazjenti li daħlu 40 jew 50 sena ilu sfortunatament weħlu hemm ġew.", "THE CHAIRPERSON: Jidher li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjanità attiva u d-drittijiet ta' persuni b'diżabilità ħabbret li se jinħareġ abbozz ta' liġi dwar l-awtiżmu.", "Vera li meta ngħidu l-kelma \"awtiżmu\" ħafna nies jaħsbu li din hija kondizzjoni fit-tfal biss imma jidher li anke fl-adulti tinsab għax ovvjament it-tfal li jkollhom din il-kondizzjoni se jikbru u allura se jġorruha magħhom.", "Issa l-awtiżmu fl-adulti hija xi ħaġa rikonoxxuta mill-psikjatri?", "Hemm biżżejjed riċerka fuqha?", "Inti semmejtli residenti kroniċi li qegħdin Monte Carmeli u li ħafna minnhom għandhom il-marda tal-iskiżofrenija.", "Issa hemm minnhom li għandhom l-awtiżmu jew forsi kellhom l-awtiżmu?", "Illum għandna ħafna mezzi kif naqbdu din il-marda fi tfal żgħar mentri fl-antik ma kellniex dawn il-mezzi biex nagħmlu dianjożi ta' awtiżmu fit-tfal u allura dawn kibru u baqgħu b'din il-kondizzjoni.", "DR ANTON GRECH: L-awtiżmu hija a developmental condition, u sfortunatament wieħed ma joħroġx minnha.", "Tista' ttejjeb l-aġir jew il-mod ta' kif wieħed jikkomunika imma dejjem se jibqgħu xi traċċi hemm.", "Ġor-residenza ta' Monte Carmeli għandna numru ta' persuni li daħlu hemmhekk f'età żgħira bl-awtiżmu.", "Hemm numru konsiderevoli minnhom li kienu ġo ward tissejjaħ il-juvenile ward minħabba li meta daħlu hemmhekk kienu tfal.", "Issa llum dawn għandhom 60 u 70 sena u għadhom hemmhekk ġol-istess ward li baqgħet tissejjaħ juvenile ward!", "Dawk kienu ċirkostanzi differenti.", "Aħna noffru kura u wens lil dawn in-nies, imma j'alla d-direzzjoni tal-pajjiż tkun waħda li kemm jista' jkun dawn ma jiġux istituzzjonalizzati.", "Ovvjament lanqas nippretendi li - kif ġara f'pajjiżi oħra - min ilu hemm 30 sena u 40 sena, f'daqqa dan se jsir kapaċi!", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Kemm huwa rakkomandat li jkollna sodod fi sptar mentali bħalma huwa Mount Carmel?", "Kemm huwa rakkomandat li jkollna sodod fi sptar ġenerali jew f'dawn il-health centres li qed issemmu?", "DR ANTON GRECH: Sentejn ilu kont għamilt analiżi xjentifika ta' din is-sitwazzjoni għax kont intlabt mill-Gvern sabiex nagħmel analiżi.", "Sodod għal każijiet akuti għal Malta għandna bżonn bejn wieħed u ieħor 140 jew 150.", "Jekk qed ngħidu a psychiatric hospital f'Malta b'150 sodda jkun biżżejjed.", "Però wieħed ma jridx jinsa li jrid ikun hemm proviso sabiex ikun hemm good community services supporting it.", "Dawn il-150 jistgħu jkunu parti minn sptar ġenerali.", "THE CHAIRPERSON: Mhux bilfors f'Mater Dei imma jistgħu jkunu f'health centres.", "Il-Psychiatric Unit ta' Mater Dei kemm tesa' sodod?", "DR ANTON GRECH: Dik tiflaħ 15-il pazjent.", "DR JOHN CACHIA: Jiena naqbel totalment li filwaqt li wieħed għandu jagħmel programm biex iċaqlaq u jibdel – għalija din hija a game changer - il-kura akuta għall-isptar akut … Forsi hawnhekk Dr Grech umilment ma semmiex dawn l-affarijiet imma għandek issues bħal pereżempju l-appoġġ ta' pazjenti ma' kura akuta ġenerali li jkollhom bżonn ukoll tal-kura mentali, li jista' jkun li din ma tkunx in the optimum level għax ma jkollokx is-servizz disponibbli on site peress li inti m'għandekx il-psikjatra residenti ġod-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Dik hija issue oħra.", "U aħna rridu naraw kif qed jiġu indirizzati dawk l-issues ta' psikjatrija fid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Hawnhekk irrid nagħmel enfasi kbira fuq dak li qal Dr Grech fuq dawk il-250 persuna li jkun għad fadal fl-Isptar Monte Carmeli li m'għandhomx prospetti u li jekk tiftħilhom il-bieb dawn se jgħidulek biex terġa' tagħlqu!", "Wieħed irid jieħu ħsiebhom u jrid ikompli jieħu ħsiebhom b'mod dinjituż, li jixraq il-kundizzjoni tagħhom, minkejja li kultant huma ma jkunux kapaċi jirrealizzaw fiex qegħdin.", "Hawn qed nirreferi speċifikament għal dak li għedna l-aħħar darba u ċjoè jiġri x'jiġri … Dak il-post huwa sabiħ u perfett biex wieħed joħloq ideat oħra, bħal pereżempju dak li rajna fin-Naxxar ftit tal-ġranet ilu, u allura wieħed jista' jipprova jikkonsidra dak it-tip ta' arranġament.", "Hemmhekk hemm estate sabiħ ħafna, b'ġonna bellezza u allura wieħed jista' jkollu dan it-tip ta' appoġġ u sostenn.", "Dan ovvjament iservi kemm għal dawn il-persuni kif ukoll għall-onslaught tal-anzjanità li se jkollna f'pajjiżna!", "Jista' jkun privat, jista' ikun f'partnership mal-Gvern, hu x'inhu.", "Hemm il-potenzjal f'dak il-post!", "Però irid ikun qiegħed jindokra wkoll lil dawk in-nies li għandhom problemi mentali kroniċi, dawk li jgħidulhom the old psychiatric patients, li nqabdu f'din it-tip ta' sitwazzjoni u li se jibqgħu hemm sa ma jmutu!", "Ma rridux ninsewhom lil dawn in-nies.", "Filwaqt li rridu nagħmlu the game changer biex inressqu l-psikjatrija lejn il-main stream, irridu nieħdu ħsieb lil dawn in-nies li għandhom dawn it-tip ta' kondizzjonijiet kroniċi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Xtaqt nagħmel żewġ punti differenti; l-ewwel punt fuq in-Draft National Standards for Residential Care Homes for Disabled Persons u fuq in-National Minimum Standards for Older People Residential Facalities.", "Għandek paġni 36, 37, u 38.", "Mir-rakkomandazzjonijiet li qed tagħmlu intom hija proprju li jkun hemm national standards fir-rigward ta' djar residenzjali għall-persuni b'diżabilità.", "Imbagħad titkellmu wkoll fuq in-national minimum standards for older people residential facilities.", "Hawnhekk qegħdin tgħidu li għandu jkun hemm liġi peress li s'issa din ma teżistix.", "Nafu li hemm abbozz ta' liġi li għandu jitressaq quddiem il-Parlament fuq il-minimum standards for older people residential facilities.", "Skont paġna 38 jiena ħadt l-intendere li meta qegħdin titkellmu fuq older people u residential facilities, intom qegħdin tinkludu kull residenza tal-anzjani.", "Qiegħda nifhem sew?", "Qegħdin tinkludu wkoll lir-residenza ta' San Vinċenz de Paul?", "Fl-opinjoni tiegħi huwa tajjeb li l-minimum standards ġewwa pajjiżna jkunu qegħdin hemmhekk għaliex nafu li sal-lum dawn m'hemmx liġi li tirregolahom.", "U allura ma nafx x'inhi l-opinjoni tagħkom fuq li jkollok ukoll il-Gvern li jkollu minimum standards anke fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul għax hemmhekk għandek ħafna u ħafna anzjani, u għandek ħafna anzjani li għandhom problemi ta' saħħa mentali u li ġeneralment ikunu hemmhekk fuq bażi long term.", "Ħafna mill-anzjani li jkunu qegħdin f'San Vinċenz ikunu hemmhekk għall-kura long term.", "Aħna ġbidna l-attenzjoni li meta wieħed jitkellem fuq diżabilità, hemm bżonn li nagħmlu d-definizzjonijiet għax id-definizzjoni tad-diżabilità tvarja skont minn min ikun qed jitkellem.", "U naħseb li b'dan il-mod inkunu qegħdin nagħmlu ħallata ballata bla bżonn.", "Jiena nemmen li d-diżabilità hija sitwazzjoni fejn persuna jista' jkollha problemi fiżiċi, problemi mentali u problemi psikoloġiċi.", "Irridu noqogħdu attenti għax hemm ukoll diżabilità fl-anzjanità.", "Mhux l-anzjani kollha għandhom problema ta' diżabilità imma pereżempju għamilt ftit riċerka fuq hekk u sibt li nofs il-blue stickers li toħroġ il-KNPD huma għall-użu ta' persuni anzjani.", "Meta wieħed jitkellem fuq id-diżabilità ma jistax ikollu f'moħħu framework li jgħid li se jinkludi tali persuni u lil oħrajn iħallihom kollha barra!", "Huwa importanti ħafna li nifhmu li meta qed nitkellmu fuq diżabilità, irridu nkunu ekwi ma' kulħadd.", "Huwa veru li ċerti setturi kellhom bżonn ċerta attenzjoni, u j'alla jkollhom ċerta attenzjoni, però meta nagħtu l-attenzjoni lil ċerti setturi, ma rridux inħallu setturi oħra barra!", "THE CHAIRPERSON: Inti tqis lil medical illness bħala diżabilità?", "Pereżempju jekk xi ħadd għandu asthma qawwija, dik tqisha bħala diżabilità?", "DR JOHN CACHIA: Jekk tħares lejn id-definizzjoni li hemm fil-Konvenzjoni, kif ukoll id-definizzjoni tad-diżabilità fil-liġi tagħna dwar l-opportunitajiet indaqs, hemmhekk hija l-problema tal-bniedem li għandu problemi fiżiċi, psikoloġiċi, soċjali, mentali li ma jistax jiffunzjona bħala persuna normali għall-età u għall-abilitajiet tiegħu.", "Hemm irridu noqogħdu attenti ħafna u fil-fatt hemm battibekk sħiħ fuq id-diżabilità vis-à-vis il-problemi tas-saħħa mentali.", "Mhux kull problema ta' saħħa mentali tipproduċi diżabilità, imma naħseb li lkoll kemm aħna li naħdmu f'dan il-qasam u rajna l-pazjenti, nafu li hemm pazjenti bi problemi ta' skiżofrenija li għandhom diżabilità li timpedihom żgur milli jaħdmu!", "Pereżempju naf li ma' dawn in-nies xi kultant qed issir diskriminazzjoni għax ma jkunux intitolati għall-pensjoni tad-diżabilità.", "Jagħtuhom l-allowance li hija ekwivalenti għall-pensjoni tad-diżabilità però ma jagħtuhomx il-pensjoni tad-diżabilità.", "Allura rridu noqogħdu attenti ħafna meta nitkellmu fuq id-diżabilità.", "Pereżempju hemm l-ispecial needs ta' dawk in-nies b'diżabilità li għandhom problema ta' saħħa mentali.", "Dr Grech jixba jara minn dawn is-sitwazzjonijiet ta' nies b'diżabilità fiżika li jkollhom ukoll problemi ta' saħħa mentali.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti għax is-saħħa mentali tista' tidħol f'kull qasam u f'kull livell.", "Insemmi pereżempju l-problemi ta' dawk li jkollhom kanċer, fejn hemmhekk għandek issues ta' saħħa mentali u ovvjament issues ta' saħħa fiżika.", "Issa jekk humiex disabling jew le l-mistoqsija hija din; dak li qed ibatu minnu, u hawnhekk nirrispondi għal dak li qed tistaqsi inti Sur President, fosthom l-asthma, qed iħallihom jiffunzjonaw kif normalment suppost jiffunzjonaw bħala bnedmin ta' dik l-età?", "Jekk iva, mela jien m'għandix diżabilità imma jekk le, il-marda tal-asthma qed iżżommni milli nkun persuna kompletament abbli u allura rridu nħarsu lejn l-individwu aktar milli nitfgħu lin-nies fil-kaxex tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Rigward dak li għadu kif qal Dr Cachia, naħseb li hemmhekk irridu noqogħdu attenti għax filwaqt li rridu nipproteġu lil dawk li verament huma vulnerabbli minħabba l-kundizzjonijiet akuti tagħhom, min-naħa l-oħra rridu ninkorraġġixxu wkoll sabiex il-pazjenti jkunu more empowered, u allura ma nressqux iktar nies lejn is-servizzi soċjali u lejn id-diżabilità meta dawn jistgħu jkunu abbli forsi within certain limits.", "Naħseb li hemmhekk irridu noqogħdu attenti għax il-bilanċ huwa fin.", "Forsi l-eżempju tal-asthma huwa wieħed minn dawn l-eżempji fini ħafna għax għandek nies li għandhom verament asthma akuta imma n-nuqqas tal-abilità tagħhom li jkunu attivi fis-soċjetà jista' jkun għal perijodu qasir biss.", "Dan is-sajf kelli l-opportunità li nżur l-Amerika u żort diversi istituzzjonijiet fi stati differenti marbuta kemm mas-saħħa mentali u kemm mad-diżabilità.", "Kien interessanti li f'post partikolari ltqajt ma' żewġ avukati, li t-tnejn ammettew pubblikament quddiemna li għandhom kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, and they run a disability organisation u kienu qed jispjegawlna li jħossuhom ħafna iktar komdi u protetti mil-liġijiet Amerikani meta tagħmel dan.", "DR JOHN CACHIA: Naqbel perfettament għax wieħed għandu jirrikonoxxi imma hawnhekk fejn jibda l-inkwiet tiegħi; jekk dik il-persuna għandha problema temporanja ta' diżabilità, wieħed irid jirikonoxxiha dik il-problema temporanja għax dik il-persuna tkun għaddejja minn fażi ta' dipressjoni.", "Mela allura għandha titlef il-ħobża tagħha ta' kuljum?", "Għandha titlef ix-xogħol tagħha?", "Għandna nħarsu lejha b'mod ikrah għax għandha bżonn tlieta jew erba' ġimgħat mistrieħ bħalma jkollha bżonn persuna li tkun kisret sieqha jew idejha jew inkella qiegħda tagħmel il-kimoterapija?", "Dawn huma l-issues li wieħed irid joqgħod attent minnhom għax inkella se nikkreaw sitwazzjonijiet li fil-moħħ tan-nies se jkollhom issues serji ħafna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma f'dak il-każ naħseb li għandna nkomplu nippromwovu li s-saħħa mentali hija kundizzjoni medika bħalma huma affarijiet oħra fil-ħajja.", "B'hekk inneħħu aktar it-taboos.", "Jien wisq nibża' li jekk ninkludu l-kundizzjonijiet ta' saħħa mentali bħala diżabilità, it-taboo se tikber aktar!", "Minn dak qiegħda nibża'!", "DR JOHN CACHIA: Però irridu noqogħdu attenti li mbagħad ma nkunux qed niżvantaġġaw lin-nies li verament ikollhom bżonn l-għajnuna!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fuq każijiet akuti iva.", "DR JOHN CACHIA: U anke ċerti nies b'kundizzjonijiet kroniċi jista' jkollhom bżonn l-għajnuna ...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imbagħad x'nagħmlu?", "Nitfgħu lil min ibati bid-dijabete f'dik il-kundizzjoni wkoll?", "Id-dijabete torbot magħha wkoll problemi psikoloġiċi u qiegħda nitkellem mill-esperjenza.", "Għalhekk ma naħsibx li għandna mmorru f'dik id-direzzjoni.", "Irridu nkunu kapaċi li niddistingwu bejn dawn it-tnejn u ċjoè bejn min qed jabbuża u min għandu bżonn l-għajnuna.", "U ovvjament din mhijiex xi ħaġa faċli.", "THE CHAIRPERSON: Jidhirli li bħalissa, jekk persuna jkollha l-pensjoni tad-diżabilità u taħdem, din ma titlifx il-pensjoni tad-diżabilità.", "DR ANTON GRECH: M'hemmx pensjoni tad-diżabilità għal mard psikjatriku.", "Hemm għal learning disability.", "Fl-opinjoni tiegħi rridu noqogħdu attenti li we empower the patients.", "Veru hemm numru li jispiċċaw b'diżabilità imma dan huwa verament numru minimu.", "Ma rridux nitilfu dak il-ftit u għalhekk irridu ngħinuhom, però irridu noqogħdu attenti li mbagħad l-affarijiet ma jitwessawx.", "Jekk xi ħadd ibati minn panic disorder jiena naħseb li jiġi stigmatised jekk se ngħidu li għandu diżabilità.", "THE CHAIRPERSON: Tiddependi mis-severità u kemm qed taffetwalek il-funzjoni tiegħek.", "DR ANTON GRECH: Hekk hu.", "THE CHAIRPERSON: Jista' jkun ukoll li 20 sena ilu kien mod, u llum, bil-kura li għandna, dak li kien diżabilità 20 sena ilu llum ġie kkontrollat ħafna aħjar.", "DR ANTON GRECH: Ftit snin ilu ħarġet kura ġdida għall-iskiżofrenija.", "Kien hemm min kien ilu 30 sena biha u rnexxielu joħroġ minnha!", "U allura iva, naqbel miegħek li ċ-ċirkostanzi jinbidlu.", "DR JOHN CACHIA: Fuq il-kwestjoni tar-residential care homes għall-persuni diżabli, aħna tajnihom daqqa t'għajn u bażikament l-unika ħaġa hemmhekk hija li jekk ikun hemm persuna b'diżabilità li jkollha partner, din għandu jkollha d-dritt li tmur hemmhekk flimkien mal-partner tagħha.", "U dan għaliex jista' jagħti l-każ li dak il-partner huwa l-akbar appoġġ li għandha dik il-persuna b'diżabilità.", "Mela wieħed irid joqgħod attent ħafna hawnhekk biex ma jmurx overboard.", "Jekk għandek sitwazzjoni fejn xi ħadd jista' jiġi sostnut biex joqgħod fid-dar tiegħu għax għandu l-partner tiegħu li jista' jieħu ħsiebu, ikun aħjar li jibqa' hemmhekk milli ddaħħlu f'residenza għal persuni b'diżabilità.", "THE CHAIRPERSON: L-istandards of care maħruġin mis-segretarjat tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità … (Interruzzjonijiet)", "DR JOHN CACHIA: Ma jidhirlix li rajthom imma t-tnejn jaqgħu taħt dik il-kappa.", "Rigward il-minimum standards tal-anzjani, l-unika rakkomandazzjoni li għamilna kienet li hemm bżonn li jkun hemm a legislative framework biex isiru dawn l-affarijiet.", "Jekk ma nitkellimx bħala Kummissarju għas-Saħħa Mentali, nista' nitkellem mill-esperjenzi tal-passat bħala Direttur responsabbli minn dawn id-djar.", "U jien inħoss il-bżonn li bħalma għamilna fuq sptarijiet privati, irridu bil-mod il-mod indaħħlu dan il-kunċett hawnhekk ukoll.", "U bħalma bdejna fl-isptarijiet privati way back meta bdejna bis-St Philip's u bil-Capua, imbagħad bil-mod il-mod komplejna bil-kliniċi ż-żgħar, li ma kinux vijabbli u għalqu għax ma setgħux ikomplu jagħmlu ċerti affarijiet, bil-mod il-mod hawnhekk ukoll irid ikun hemm din l-introduzzjoni.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm a structural approach għax ma tistax tagħmel a one size fits all type of situation.", "Irid ikollok a structural approach dwar xi kwalità ta' kura tkun qed toffri lil persuni li qed tikkura.", "Dan l-istess approach qegħdin nirrakkomandaw aħna meta niġu għal-liċenzjar ta' djar u postijiet oħra fejn tiġi offruta s-saħħa mentali.", "Fil-fatt bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet mal-Uffiċċju tas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika dwar il-liċenzjar ta' postijiet minn fejn tiġi offruta s-saħħa mentali.", "Filwaqt li s'issa qed joħorġu l-liċenzji, aħna nixtiequ naraw li l-proċess ta' liċenzjar ikun stratifikat ukoll.", "Altru qed tilliċenzja sptar li qed jagħti kura akuta bil-pazjenti psikjatriċi, bil-pazjenti tal-ħabs, bit-tfal, eċċ., u altru għandek residenza ġol-komunità, ġo nofs Raħal Ġdid pereżempju, li qiegħda tieħu ħsieb 11-il persuna bi problema ta' diżabilità ta' saħħa mentali.", "Inti trid tara x'inhu l-proċess ta' kura li qiegħda tingħata u skont il-proċess ta' kura u l-bżonn tal-persuna li qiegħda hemmhekk, għandu jkollok a structural approach of licensing, kemm fil-pubbliku kif ukoll fil-privat.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jiena xtaqt nagħmel mistoqsija fuq il-proposti tagħkom f'dan id-dokument \"A Framework for Poverty Reduction and for Social Inclusion\", paġna 35.", "Huwa evidenti li meta jkollok persuni bi problemi ta' saħħa mentali, din se ġġib magħha l-esklużjoni soċjali u ġeneralment il-faqar.", "U intom qegħdin tagħtu diversi rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Issa l-Gvern ukoll għandu strateġija dwar kif qiegħed jara li l-faqar ikun qiegħed jitrażżan.", "Imma intom timxu in line mal-istrateġija li qiegħed jagħmel il-Gvern?", "Ir-rakkomandazzjonijiet li qed tagħmlu hawnhekk huma abbażi tal-istrateġija li qed juża' l-Gvern jew inkella dawn huma affarijiet li intom taraw li jmorru oltre dak li effettivament qiegħed jipproponi?", "Intom taraw li l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'dan ir-rigward qegħdin jiżdiedu?", "Skont rapport li sar f'Novembru li għadda jirriżulta li f'Malta u fl-Iżvezja ż-żieda fil-faqar kienet aktar mill-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Din iż-żieda kienet tirrigwarda persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali?", "THE CHAIRPERSON: Għal liema sena qed tirreferi?", "PAULA MIFSUD BONNICI: Indipendentament minn liema sena kienet!", "Ir-rapport jindika li kien hemm żieda fir-rata ta' anzjani imma ma jidħolx fl-ambitu ta' jekk dawk il-persuni humiex qed ibatu minn problemi ta' saħħa mentali jew le.", "Intom taħsbu li jista' jkun li hemmhekk il-problema qiegħda tiżdied?", "Jista' jkun li mhijiex qed tiżdied ukoll imma x'qed isir u x'qed tirrakkomandaw li jsir biex din ir-rata titnaqqas?", "DR JOHN CACHIA: M'għandix data biex inkun nista' nirrispondi ċar u tond kemm hu l-element ta' nuqqas ta' saħħa mentali li jwassal għal dan il-faqar.", "Jekk wieħed iħares lejn il-letteratura jsib li nies li normalment ikollhom diffikultà ta' natura mentali, ikollhom diffikultajiet ta' income u ta' employability f'ċerti sitwazzjonijiet.", "Min-naħa tagħna dawn ir-rakkomandazzjonijiet saru.", "Ma ninsewx li aħna qed naraw ir-rapport tas-sena 2014 li qed jirrapporta fuq policies li kienu ħarġu fil-Green Paper ta' Frar jew Marzu 2014, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq kważi sentejn 'il bogħod.", "Dakinhar konna qegħdin ngħidu li hemm bżonn li n-nies li jkollhom problemi ta' saħħa mentali u diżordni mentali, jiġu faċilitati biex kemm jista' jkun malajr jirritornaw lura fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Dan għaliex hemm link kbira - minn dak kollu li wieħed jistudja u jara - bejn ir-ritorn malajr kemm jista' jkun lejn in-normalità u r-riabilitazzjoni tal-individwu.", "Ix-xogħol tajjeb ħafna li għamlu Dr Grech u l-kollegi tiegħu, huwa ċċentrat kemm jista' jkun u dan li qegħdin naraw bil-liġi tas-saħħa mentali l-ġdida u ċjoè li kemm jista' jkun jitnaqqas il-perijodu li l-persuna tagħmel barra mix-xogħol tagħha.", "F'dawn it-tip ta' ċirkostanzi u sitwazzjonijiet, meta bniedem ikun mgħejjun fuq il-post tax-xogħol, jaf jevita milli jkun hemm komplikazzjonijiet oħrajn.", "Però wieħed irid jitkellem ukoll fuq il-konsiderazzjoni.", "Hawnhekk nirrakkomandaw il-konsiderazzjoni massima f'sitwazzjonijiet bħal dawn u qegħdin nirrakkomandaw inċentivi għal min jimpjega persuni bi problemi ta' saħħa mentali.", "Naħseb li l-kollegi tiegħi, bl-esperjenza tagħhom mal-persuni fuq il-qasam tax-xogħol, aktar jistgħu jitkellmu minni.", "L-issue l-oħra hija l-kwestjoni tal-integrazzjoni ta' child and adoloscent psychatric services ma' work based u skilled based opportunities.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija kruċjali biex ngħinu lil dawn iż-żgħażagħ b'diffikultajiet ħalli jidħlu fil-qasam tax-xogħol.", "Naħseb li din trid tiġi indirizzata wkoll b'mod aggressiv għax huwa tajjeb li wieħed jara s-sitwazzjoni kif inhi.", "Wieħed irid jara wkoll, kif għidna hawnhekk, il-miżuri li qegħdin hemm biex jappoġġjaw lil nies b'familji żgħar, bħal single parents u persuni anzjani.", "Dawn huma klassikament dawk l-areas fejn inti trid issostni l-income biex dak li jkun ma jidħolx f'ċirku vizzjuż.", "Id-diffikultà kbira, li jien għad m'għandix risposta għaliha, hija l-long term unemployment u l-link tal-long term unemployment mas-saħħa mentali.", "Hija kwestjoni ta' qgħad minħabba problemi ta' saħħa mentali jew hija kwestjoni ta' saħħa mentali li tikkawża mbagħad l-unemployment?", "Inqerr magħkom li din hija l-ikbar enigma f'dan il-qasam kollu li għandi quddiemi!", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ħa niddevja daqsxejn imma dan l-aħħar ħareġ ir-rapport tal-NAO u s-sezzjoni fuq Monte Carmeli naħseb li hija inkwetanti sew.", "Issa hawnhekk għandna s-CEO ta' Monte Carmeli u allura nieħu gost nisma' mingħandu x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata.", "Imma bħala Kummissarju inti ssegwi l-andament min-naħa tal-operat tal-isptar Monte Carmeli?", "DR JOHN CACHIA: Min-naħa tiegħi nsegwi dak kollu li għandu x'jaqsam direttament mad-drittijiet tal-pazjenti u s-superviżjoni tal-operat mhijiex responsabilità tal-Uffiċċju tiegħi.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ma taħsibx li jista' jkollu effett jekk ir-riżorsi mhumiex qed jintużaw sew jew inkella jekk m'hemmx riżorsi biżżejjed?", "Tista' forsi tiġbed l-attenzjoni min-naħa tiegħek fuq dan?", "DR JOHN CACHIA: Kif jafu l-kollegi tiegħi maġenbi, jafu li fejn nara sitwazzjonijiet li wieħed għandu jara u jirrivedi r-riżorsi, jien se niġbed l-attenzjoni tagħhom.", "Għadni kif għamilt hekk illum stess fuq issue partikolari.", "Aħna nitkellmu, niddiskutu u naslu għas-soluzzjonijiet.", "Nemmen fl-ispirtu tad-djalogu però wieħed irid jirrispetta l-pożizzjoni rispettiva.", "Jien qiegħed hemm biex nara u nissalvagwardja d-dritt tal-pazjent u biex nara li dan ikollu d-drittijiet tiegħu salvagwardjati mill-a saż-ż!", "Fejn mhux qed isir dan jien se niġbed l-attenzjoni u nibqa' nsegwi l-affarijiet sakemm nara li jsiru.", "Kif jafu l-kollegi kien hemm issues li jien komplejt insegwihom sakemm sabu s-soluzzjoni tagħhom at the operative level.", "Imma rrid nagħmilha ċara li from an operational level.", "Tajjeb li nagħmilha ċara wkoll li from an operational perspective jien mhux responsabbli mill-operat ta' hemmhekk.", "Hemm id-Direttur Ġenerali, hemm is-Segretarju Permanenti, hemm iċ-Chief Executive, u hemm management structure sħiħa li tirrapporta lill-wing operattiva tal-Ministeru.", "Insejjaħ lis-Sur Clifton Grima.", "DR CLIFTON GRIMA (Chief Executive Officer Monte Carmeli): Jien nixtieq inkompli ma' dak li qal Dr Cachia qabel ma nwieġeb fuq il-kwestjoni tal-overtime.", "Dr Cachia, flimkien mat-team tiegħu, jagħmlu on site visits b'mod regolari, kif anke ġie diskuss fil-laqgħa preċedenti u kif ġie approvat fil-Minuti tal-istess laqgħa.", "Irrid ngħid li dawn ikunu suġġerimenti fuq il-proċeduri li jkun hemm fl-isptar stess.", "Waħda mill-proċeduri li saret reċentement kienet dik li saħħaħna t-team tal-customer care.", "Fejn qabel dan aktar kien team li jaħdem fuq il-paper work u kien eżistenti on paper; ir-realtà illum hi li dan qiegħed ikun proattiv, qiegħed imur fuq il-post u jitkellem ukoll mal-qraba tal-pazjenti kif ukoll mal-istaff.", "B'hekk nipprovaw li bir-riżorsi li għandna, kemm strutturali, kif ukoll dawk umani, nagħmlu dak kollu possibbli biex noffru l-aħjar servizz!", "Rigward ir-rapport li kien ippubblikat reċentement fil-media, jekk wieħed jara t-titolu forsi jista' jifhem li hemm abbuż rampanti fis-sistema tal-overtime ta' Monte Carmeli.", "Issa mhux qed ngħid li fil-passat kien hemm abbuż minn din is-sistema tal-overtime imma llum il-ġurnata, kull meta jiġi approvat kwalunkwe tip ta' overtime, dan ma jiġix approvat at ward level imma jiġi approvat f'livelli ogħla.", "Kull meta ħaddiem ikun se jagħmel l-overtime ovvjament trid tingħata l-ġustifikazzjoni għalfejn qiegħed isir dak l-overtime.", "On a daily basis – xi ħaġa li ma kinitx issir fil-passat – qed ikollna record keeping ta' kemm għandna sodod okkupati ħalli jien u sħabi tal-management, inkluż Dr Grech, inkunu nafu n-numru ta' sodod okkupati kif ukoll in-numru ta' ħaddiema li se jkunu qegħdin jaħdmu ma' dan l-istaff partikolari.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Biex inkunu ċari, jien ma qrajtx it-titolu imma qrajt ir-rapport!", "U r-rapport jiġbed attenzjoni serjissima; li min-naħa tal-amministrazzjoni mhux qed iżżommu record sew pereżempju tat-time off in lieu.", "Allura x'qed jiġri?", "Ir-rapport jagħti eżempju ċar tal-każ tan-nursing aid li jaħdimlek time off in lieu fil-ħin li suppost daħal għax-xogħol, jiġifieri mis-7.00 a.m. sas-6.00 p.m., u mbagħad joħroġ bl-overtime mis-7.00 p.m. sas-7.00 a.m. u jtella' kont ta' €21,000 skorruti fis-sena f'overtime!", "Naħseb li dawn huma affarijiet inaċċettabbli!", "Għamilhom min għamilhom!", "Jekk saru fil-passat u jidher anke mir-records li kien hemm ukoll kont tal-overtime li kien għoli, milli jidher dan issa sploda!", "Dawn l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu għaddejjin, speċjalment meta aħna nafu li għandna sitwazzjoni ġo Mount Carmel fejn kieku għandna aktar staff, il-pazjenti jkunu qed jinqdew aħjar!", "Ma naħsibx li huwa ġust li nippruvaw niġġustifikaw at this point ir-rakkomandazzjonijiet li hemm fir-rapport tal-NAO dwar li jkun hemm aktar kontroll.", "X'jiġifieri l-amministrazzjoni ma tafx kemm għandu time off in lieu ħaddiem?!", "Jien naħdem ma' kumpanija li jafu eżattament kemm għandi leave, kemm għandi sick leave u xi dritt għandi għal affarijiet oħra.", "It is not a free for all, fejn niġi jien u ngħidlek li fadalli dan l-ammont ta' sigħat u inti temminni.", "Ir-rapport jgħid li mxejtu fuq dak li qalulkom il-ħaddiema.", "Issa mhux qiegħda ngħid li l-ħaddiema kollha jqarqu imma jkun hemm min jabbuża.", "DR CLIFTON GRIMA: Nikkonferma u naqbel miegħek fuq dak li għedt.", "Huwa inaċċettabbli.", "Fil-fatt għandna nies li għandhom xogħol speċifiku, nies li għandi fiduċja assoluta fihom, u dawn kienu anke f'segretarjati privati taħt l-ammistrazzjoni preċedenti.", "U x-xogħol speċifiku tagħhom hu li jissorveljaw dan ir-record keeping tat-time in lieu.", "Kif qed tgħid inti, fil-passat jista' jkun hemm il-każ, ovvjament m'għandix provi f'idi imma one plus one kulħadd jaf jagħmilhom u kulħadd għandu l-knowledge tiegħu u allura jaf li kien hemm sistema li kienet wisq ibbażata fuq dak l-input li jagħti l-ħaddiem.", "Pereżempju meta għandek nursing aid, kif semmejt inti, li r-record keeping tiegħu ma kienx kif suppost, illum dan ir-record keeping qed jinżamm kif suppost u għandna persuna li ssegwi siegħa siegħa kif suppost.", "Saru diskussjonijiet ukoll mal-unions kollha konċernati fuq il-proċeduri u l-prassi li fl-opinjoni tiegħi ma kinux aċċettabbli.", "Irrid ngħid li sibna wkoll kollaborazzjoni mill-unions f'dan il-qasam partikolari u għalhekk, illum il-ġurnata dawk l-affarijiet saru xi ħaġa tal-passat.", "Issa bl-ebda mod mhu qiegħed niġġustifika li hemm nuqqas ta' staff, li dan joħroġ ukoll mill-capacity building li jsir hemmhekk b'mod annwali bħala sptar u mbagħad aħna nitolbu li niġu allokati numru ta' nurses u ħaddiema oħra f'oqsma differenti.", "Imma fl-istess waqt irrid ngħid li f'dak li għandu x'jaqsam ma' payroll u ma' awditjar – anke intern – ta' time off in lieu u tas-sigħat l-oħra, inkluż tal-overtime, hemm nies li x-xogħol tagħhom huwa proprju dak li jissorveljaw dan il-proċess u jevitaw milli jkun hemm l-abbużi.", "Nista' niggarantilek li s-sistema llum il-ġurnata, għalkemm forsi mhijiex sistema perfetta, qiegħda taħdem b'mod ħafna iktar effiċjenti minn dak li kien qabel.", "U llum, b'rasi mistrieħa nista' ngħid li jekk kien qed ikun hemm xi abbużi, illum m'għadx hemm dan il-lok!", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi policy f'Monte Carmeli dwar il-constant watches?", "Għandek pereżempju pazjenti li jbatu mill-Huntington's Chorea jew pazjenti li jkunu aggressivi li jkollhom bżonn għassa kostanti.", "Hemm xi policies jew protocols li jgħinu biex wieħed jiddiċiedi dwar dan?", "DR CLIFTON GRIMA: Fil-fatt din tkompli ma' dak li semmejna aktar qabel dwar l-overtime.", "Persentaġġ enormi tal-overtime jiġi ġġenerat proprju minħabba l-constant watches.", "B'mod tekniku dan jissejjaħ level one supervision, fejn inti jkollok pazjenti li b'ordni tal-konsulent mediku, tal-ispeċjalista, ikollhom imniżżel li jridu jingħataw one to one supervision minħabba li jistgħu jkunu ta' periklu għalihom infushom jew għal ta' madwarhom.", "Ovvjament dik hija issue li tajjeb li wieħed jikkonsidraha minħabba li kif semmejna, din se ttella' l-overtime għax ovvjament se jkollok iddaħħal nies over and above l-complement ta' dik il-ward partikolari biex proprju tkun tista' issir dik il-biċċa xogħol.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' policies, Dr Grech diġà ħadem fuq policies simili.", "Irrid ngħid li sa ftit tax-xhur ilu kien hemm vacuum assolut f'dak li għandu x'jaqsam ma' policies u protokolli, policies mhux biss fuq din il-level one supervision imma anke policies li għandhom x'jaqsmu mal-elementi bażiċi tas-servizz, bħal pereżempju l- admissions ġewwa l-isptar.", "Bħalissa qed jiġi abbozzat dokument - li għandu jkun lest għall-bidu tas-sena d-dieħla – li se jkun il-backbone, il-pedamenti ta' policies u protocols oħra li jinvolvu protocols li jkunu anċillari ma' dan l-istess protocol u li se jkunu jirrigwardaw il-wards partikolari.", "Dak hu li qed nitkellmu fuqu aħna.", "U filwaqt li ħarsina lejn numru ta' ideat differenti u ideat li ntużaw barra minn xtutna, li setgħu kienu effettivi u setgħu ma kinux … Bħalissa qiegħda tiġi diskussa policy simili u qegħdin nistennew li għall-bidu tal-2016 din tkun lesta biex inkunu nistgħu nimxu fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: Le) Mela nistgħu ngħidu li eżawrejna l-iskrutinju ta' dan id-dokument u għalhekk nirringrazzja lill-mistednin li kellna magħna.", "Min-naħa tagħna se ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-aġenda tagħna.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT \"L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI\" – KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar l-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015.", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għar-rapport li tħejja minn dan il-Kumitat konġunt.", "Wara numru ta' laqgħat u wara li ltqajna u ddiskutejna ma' ħafna esponenti differenti, ħriġna b'numru ta' rakkomandazzjonijiet.", "Il-Membri kollha ngħatalhom kopja ta' dan ir-rapport li jinkludi r-rakkomandazzjonijiet li ddiskutejna fl-aħħar laqgħa li għamilna.", "Issa l-iktar ħaġa importanti hi li naraw li jkun hemm qbil fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "Jekk hemm xi Membri li għandhom xi kummenti dwar dan ir-rapport jew fuq dak li ftiehmna fuqu fl-aħħar laqgħa, jista' jagħti l-kummenti tiegħu.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena niskuża ruħi li l-aħħar laqgħa ma stajtx nattendi imma kont imsiefra.", "Imma jidhirli li tal-age banding konna daħħalniha.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Fl-aħħar laqgħa ttieħed vot u ma daħlitx.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Mela se naqra r-rakkomandazzjonijiet li ħareġ bihom dan il-Kumitat;", "\"Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt", "Il-Kumitat konġunt sema' diversi entitajiet u persuni li setgħu jagħtu stampa ċara fuq is-suġġett.", "L-informazzjoni kollha ġiet evalwata u matul l-aħħar laqgħa, il-Membri ddiskutew u approvaw numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-età tal-kunsens sesswali:", "L-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel għal 16-il sena;", "Age banding u close-in-age exemption m'għandhomx jidħlu;", "Etajiet partikolari u attivitajiet sesswali li jkunu permissibbli għandhom jiġu indikati b'mod ċar fil-liġi għax dak li huwa aċċettabbli għal-leġiżlatur mhux neċessarjament ikun aċċettabbli għall-ġudikant.", "Il-liġi għandha wkoll tistabbilixxi x'jikkostitwixxi att sesswali u tnaqqas l-element ta' soġġettività;", "Kull emenda fil-liġi għandha tieħu in konsiderazzjoni l-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli filwaqt li tagħti lok għal iktar indipendenza u responsabbilizzazzjoni tal-istess persuna;", "Żgħażagħ minn 16-il sena 'l fuq għandu jkollhom aċċess għal kura medika mingħajr il-permess tal-ġenituri jew gwardjani tagħhom;", "Għandhom isiru kampanji edukattivi kemm għaz-żgħażagħ u anki għall-ġenituri, li jkopru suġġetti bħal: każijiet ta' mard infettiv; is-sens u l-valur veru tas-sesswalità; il-possibilità ta' tqala mhux mistennija; xi jfisser li tkun ġenitur waħdek, responsabilità fil-ħajja intima u affettiva tal-koppja.", "Fil-każ tal-ġenituri jew kustodji, għandhom jiġu offruti korsijiet ta' parenting skills;", "L-edukazzjoni sesswali għall-minuri għandha tkun obbligatorja fl-iskejjel kollha u għandha tingħata minn persuni kwalifikati fis-suġġett.", "Għandu jkun hemm ukoll lezzjonijiet speċifiċi għal tfal bi bżonnijiet speċjali;", "Il-formazzjoni u l-edukazzjoni m'għandhomx ikunu limitati biss għall-ħin tal-iskola iżda għandhom isiru wkoll permezz ta' seminars, korsijiet u counselling speċjalizzat għaż-żgħażagħ li jistgħu jiġu organizzati minn ħafna entitajiet, fosthom il-Kunsilli Lokali u l-parroċċi;", "Il-formazzjoni u l-edukazzjoni fuq is-saħħa sesswali għandha ssir anke permezz tal-midja, il-midja soċjali u programmi tat-televiżjoni.", "Għandu jkun hemm mekkaniżmu li jnaqqas l-impatt ħażin li jista' jkollha l-midja soċjali fuq iż-żgħażagħ kif ukoll helplines u gruppi ta' sapport għall-ġenituri;", "Għandha tiġi inkluża l-idea ta' family based sexual education;", "Il-familji, speċjalment dawk li huma fil-bżonn, għandhom jiġu sostnuti bl-istrutturi neċessarji.", "Dan jista' jsir permezz ta' reviżjoni ta' servizzi eżistenti u anke b'servizzi ġodda;", "Familji li jiġu identifikati bħala vulnerabbli u f'riskju li jaqgħu f'ċirku vizzjuż għandhom jingħataw għajnuna iktar personalizzata;", "L-iskejjel post-sekondarji u l-universitajiet għandhom jassiguraw li jkollhom condom dispensers fil-binjiet tagħhom;", "Nippromwovu s-servizzi ta' għajnuna bħal GU Clinic filwaqt li noħolqu servizzi ta' pariri u informazzjoni fuq l-edukazzjoni sesswali fil-komunità, li ma jkunux segregati minn servizzi mediċi oħra, sabiex utenti tas-servizz li jibżgħu mill-possibilità ta' stigma iħossuhom komdi li jagħmlu użu mis-servizz;", "Is-saħħa sesswali u riproduttiva għandha tingħata prijorità fl-aġenda tas-saħħa pubblika;", "Għandha ssir riċerka dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva f'Malta, sabiex jiġu identifikati l-oqsma fejn hemm bżonn ta' tisħiħ.\"", "Dawk kienu r-rakkomandazzjonijiet fuq l-età tal-kunsens sesswali.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Xtaqt nirreġistra biss li għalkemm kont assenti fl-aħħar laqgħa, jiena bħall-Onor.", "Deo Debattista, jiddispjaċini ħafna li l-issue tal-age banding se titħalla barra.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jien ukoll nixtieq nagħmel din id-dikjarazzjoni u għalkemm kont assenti naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Xtaqt ngħaddi kumment ukoll fuq rakkomandazzjoni Nru 4.", "Nixtieq daqxejn kjarifika fuqha din u xi rridu nfissru bil-kelma \"indipendenza\".", "Hawnhekk qed ngħidu:", "\"Kull emenda fil-liġi għandha tieħu in konsiderazzjoni l-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli filwaqt li tagħti lok għal iktar indipendenza u responsabbilizzazzjoni tal-istess persuna;\"", "Xi tfisser meta qed ngħidu \"għal iktar indipendenza\"?", "THE CHAIRPERSON: Forsi qiegħda tirreferi għal meta tmur tieħu pariri professjonali jew meta tmur għand it-tabib, din tista' tmur minn jhedda?", "Fil-fatt dik kien hemm qbil dwarha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: F'rakkomandazzjoni Nru 5 qed ngħidu mbagħad li jekk ikollha bżonn il-kura ma jkunx hemm bżonn il-permess tal-ġenituri tagħha.", "Allura qegħdin nirreferu għal hekk jew inkella qed ngħidu li l-minuri …", "THE CHAIRPERSON: Nimmaġina għal aktar empowerment ta' 16.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi hija wisq ġenerika biex ngħidu li minuri u persuna vulnerabbli għandu jkollha iktar indipendenza.", "Naqbel magħha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi tfixkilni ftit u mhux qiegħda nifhem ir-raison d'être warajha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li hemmhekk, aktar mill-kelma \"indipendenza\" imissna ndaħħlu l-kelma \"empowerment\" jew xi kelma oħra simili, però nafu li dik id-diskussjoni kienet saret fil-kuntest ta' debate sħiħ li kellna minħabba li l-minuri ma setgħux imorru għal parir mediku għand it-tabib mingħajr ma jdaħħlu lil dak it-tabib fi problema.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nużaw il-kelma \"empowerment\"?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fuq dik ir-rakkomandazzjoni partikolari kien hemm diskussjoni fuqha fl-aħħar laqgħa u jien ktibtha kelma b'kelma kif għedtuha intom.", "DR ELAINE BURMINGHAM: U mbagħad kont qrajtilkom biex tkunu ċerti kif triduha.", "THE CHAIRPERSON: Jekk kien hemm vot fuqha ma naħsibx li nistgħu nbiddlu l-kliem.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ma naħsibx li konna ħadna vot fuqha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Naħseb li rridu naqblu fuq il-kunċett.", "Nifhem li dawn huma rakkomandazzjonijiet u li jekk se tidħol il-liġi se jkun hemm diskussjoni u dibattitu fuqha.", "Imma jekk naħsbu li l-kelma \"empowerment\" hija aħjar mill-kelma \"indipendenza\" ma naħsibx li fiha xi ħaġa ħażina mbilli nbiddluha.", "THE CHAIRPERSON: Kieku nieħdu vot u naraw min jaqbel u min ma jaqbilx li nbiddlu dik il-kelma?", "Ikun hemm xi problema teknika biex inbiddlu kelma?", "DEO DEBATTISTA: Ma naħsibx li nistgħu nieħdu vot meta diġà ttieħed vot fil-laqgħa preċedenti!", "THE CHAIRPERSON: Hawn l-Onor.", "Ċensu Galea li jixtieq jitkellem.", "ĊENSU GALEA: Sur President, bħalma tafu jien mhux qed Membru f'dan il-Kumitat imma nixtieq nagħmel rimarka fuq din il-kwestjoni tal-age banding.", "Jien qed nisma' ir-reazzjonijiet tagħkom il-Membri.", "Issa ovvjament żgur li ma rridx noħloq xi problemi fil-mod ta' kif qegħdin tmexxu imma dan huwa suġġett li jmur lil hinn mill-politika.", "Żgur li m'hemmx kwestjoni ta' xi partit jew ieħor.", "Meta qed nara li l-Membri hawnhekk huma donnhom kontra dak li hemm miktub f'dan ir-rapport ...", "THE CHAIRPERSON: Mhux kontra imma ħafna mill-Membri li ħadu sehem fil-laqgħa meta vvotajna fuq ir-rakkomandazzjonijiet kienu differenti minn dawk li hawn illum.", "Jien hemm kont għal dik il-laqgħa u … (Interruzzjonijiet) Imma issa la qbilna mal-Minuti tal-aħħar laqgħa wkoll, ma nistgħux nerġgħu lura!", "ĊENSU GALEA: Irridu nfakkru li dan mhuwiex suġġett ta' politika partiġġjana u li ċertament ir-rakkomandazzjonijiet li se tagħmlu, iktar u iktar jekk se jkun hemm deċiżjonijiet oħrajn għall-quddiem, u li se jiġu f'forma ta' liġi, mela żgur li se toħolqu ċerti kontroversji fuq dan li għandkom hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Jien nissuġġerixxi li naraw jekk hemmx xi ħaġa grossolana li trid tinbidel u nieħdu vot fuq jekk nistgħux napprovaw ir-rakkomandazzjonijiet jew le ta' dan ir-rapport.", "ĊENSU GALEA: Imbagħad il-kumment li qed jingħad dwar fuq il-kelma \"empowerment\" jew inkella fuq il-kelma \"indipedenza\", jekk qegħdin taqblu li tistgħu tibdluha, allura biddluha.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien jidhirli li konna qbilna li jekk ikun hemm xi ħaġa li fis-sugu tibqa' l-istess u ma tbiddilx is-sens tar-rakkomandazzjoni, allura nistgħu nbiddluha.", "Li kelma tinbidel forsi għax ikollok kelma oħra li iktar tesprimi eżatt il-ħsieb tiegħek, naħseb li hemmhekk nistgħu nbiddluha.", "THE CHAIRPERSON: Ejjew niċċekkjaw il-Minuti tal-aħħar laqgħa.", "Hawnhekk hawn miktub li \"Il-Kumitat qabel li wara li jiddaħħlu l-emendi hekk kif approvati, jiltaqa' darb'oħra sabiex japprova r-rapport finali ntitolat l-Età tal-Kunsens Sesswali.\".", "Mela hawnhekk qed ngħidu li se napprovaw biss ir-rapport u li l-emendi ddaħħlu fl-aħħar laqgħa li kellna.", "DEO DEBATTISTA: Jekk jiftakru s-sinjuri, jiena kont staqsejt speċifikament fuq jekk dik il-laqgħa kinitix waħda finali u r-risposta kienet li dakinhar konna qegħdin nieħdu l-vot.", "Jien l-aktar li enfasizzajt minħabba tal-age banding.", "U mbagħad qaluli li ladarba l-Membri l-oħra ma ġewx għal-laqgħa, dik responsabilità tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Mhux għalikom qed ngħid jien għax fuq kollox il-Kumitat fih ħafna iktar Membri u dakinhar inzertajna li dawk favur tal-age banding konna f'minoranza!", "THE CHAIRPERSON: Dawn huma rakkomandazzjonijiet.", "Issa jekk fil-futur dawn se jispiċċaw fil-Plenarja, f'forma ta' liġi, ċertament li aħna stess se jkollna l-opportunità li niddiskutuhom u nagħtu l-veduti kollha tagħna fuq l-age banding.", "ĊENSU GALEA: Sur President, ma rridx inħarbat ix-xogħol li għamiltu fil-ġimgħat u fix-xhur li għaddew għax illum qiegħed hawnhekk b'kumbinazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Le, le, aħna rridu l-aħjar!", "Jien naħseb li aħjar nimxu mal-Minuti li ġew approvati u llum naraw jekk aħniex se napprovaw ir-rapport finali jew le.", "ĊENSU GALEA: Sakemm ma terġax tbiddel il-ħsieb tiegħek.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nieħdu vot fil-fatt.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu imma jekk illum se tgħiduli napprovax dan ir-rapport jew le, jien ngħidilkom li mhux se napprovah!", "DEO DEBATTISTA: Għandna għażla oħra?", "Dak li staqsejt jien.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jien ma napprovahx għax l-issue tal-age banding tant domna niddiskutuha u tant kienet issue serja … Ħalli nispjega għal min forsi ma segwiex u qed isegwina llum.", "L-issue tal-age banding hija meta inti għandek minuri li jmur ma' xi ħadd li hu ħafna ikbar minnu fl-età u dik inti ma tistax taċċettaha!", "Hemm il-vulnerabilità fl-età!", "Din kienet xi ħaġa sensittiva ħafna.", "Ħafna pajjiżi għandhom l-age banding.", "Dakinhar inzertajt li kont qiegħda nżur qarib tiegħi ġo sptar f'Londra u ma stajtx inkun hawnhekk.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar jekk illum se tistaqsini jekk napprovax dan ir-rapport se ngħidlek \"le, mhux se napprovah!\".", "U mhux se napprovah minħabba l-issue serja mmens tal-age banding.", "Naf li jista' jkun hemm ukoll każijiet quddiem il-Qorti u għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna minnhom dawn l-affarijiet!", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jidhirli li f'kull diskussjoni li kellna hawnhekk l-esperti li ġibna kienu kollha favur din l-issue, b'eċċezzjoni ta' Dr Nicholas Briffa.", "DEO DEBATTISTA: Dakinhar jien kont speċifiku ħafna u staqsejt x'se jkun qed jiġri fil-laqgħa li jmiss u qaluli li l-laqgħa tal-lum kienet se tkun speċi ta' formalità.", "THE CHAIRPERSON: L-aħħar darba konna vvutajna fuqhom.", "DEO DEBATTISTA: Jien staqsejt gwida għax ma nafx kif inhi l-prassi.", "Nistgħu nerġgħu nivvutaw fuq dak li diġà vvutajna fuqu?!", "THE CHAIRPERSON: Mela se nissospendi l-laqgħa għal ftit minuti, niftiehmu kif se nipproċedu u nieħdu deċiżjoni.", "Il-laqgħa hija sospiża għal ftit minuti sakemm nieħdu deċiżjoni dwar kif se nindirizzaw din il-biċċa xogħol dwar l-approvazzjoni tar-rapport finali.", "Jidher li qegħdin naqblu biex din il-laqgħa tiġi aġġornata għal data oħra biex nieħdu l-vot għall-approvazzjoni ta' dan ir-rapport.", "Grazzi u l-Milied it-tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20151216_015d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 15", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, fis-7:14 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ppreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Kien preżenti wkoll l-Onor.", "Ċensu Galea.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 14 li saret nhar l-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-KUMMISSARJU GĦALL-PROMOZZJONI TAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻORDNI MENTALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kummissarju John Cachia ppreżenta lill-Kumitat Konġunt dawn id-dokumenti:", "Wara l-interventi tal-mistednin, saru diversi mistoqsijiet mill-Membri preżenti.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT \"L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI\" – KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar l-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat Konġunt qara r-rakkomandazzjonijiet hekk kif ġew emendati fil-laqgħa preċedenti.", "L-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici wrew id-diżappunt tagħhom li l-issue tal-age banding ma kenitx se tidħol fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat.", "U għal din ir-raġuni ma kienux se japprovaw ir-rapport intitolat \"L-Età tal-Kunsens Sesswali\".", "Għaldaqstant il-laqgħa ġiet sospiża għal data futura.", "Fit-8:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20151216_015m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 55", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 55", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.14 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 52 li saret nhar l-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015, ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-KUMMISSARJU GĦALL-PROMOZZJONI TAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻORDNI MENTALI - KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar l-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Etienne Grech): Nagħtu bidu għal din il-laqgħa, u se nibdew proprju bil-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali tal-Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali.", "Dan ir-rapport ikopri s-sena 2014.", "Għal din id-diskussjoni għandna magħna lil Dr John Cachia, Kummissarju għas-Saħħa Mentali, lil Dr Miriam Camilleri u Dr Antonella Sammut mill-Uffiċċju tal-Kummissarju, Dr Anton Grech, Chairman – Mental Health Services, u lil Dr Clifton Grima, Chief Executive Officer tal-Isptar Monte Carmeli.", "Insejjaħ lil Dr John Cachia.", "Deborah Schembri, xtaqt inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat dawn id-dokumenti:", "Hawnhekk qiegħed inpoġġi analiżi aktar dettaljata ta' xi ħaġa li tkellimt fuqha fil-laqgħa preċedenti rigward il-pożizzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), li titkellem dwar fejn għandha tiġi offruta l-kura akuta u psikjatrika ġewwa s-servizzi tas-Saħħa Nazzjonali.", "Għandi f'idejja l-edizzjoni tas-27 ta' Mejju 2013 tad-WHO, u fuq quddiem ħallejtilkom ir-reference pages biex wieħed ikun jista' jirreferi għaliha b'mod ċar.", "THE CHAIRPERSON: Hard copies biss għandek?", "DR JOHN CACHIA: Hard copies għandi hawnhekk; imma jekk triduhom bħala soft copy, inkun nista' nibgħat kopja lis-Segretarju tal-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "B'hekk inkunu nistgħu niċċirkolawhom mal-Membri ta' dan il-Kumitat b'mod aktar faċli.", "DR JOHN CACHIA: Il-kwotazzjonijiet relevanti qegħdin immarkati hawnhekk.", "Pereżempju, fl-Oġġettiv Nru 2, il-WHO tgħid hekk:", "Mela hawnhekk qed tmur 'il bogħod mill-mudell istituzzjonalizzat li għadna qed nipprattikaw ġewwa pajjiżna fl-Isptar Monte Carmeli.", "Il-WHO qiegħda tgħid li għandu jkun hemm servizzi bbażati fil-komunità, u li magħhom ikun hemm integrati l-mental health care services u t-treatment fl-isptarijiet ġenerali u fil-kura primarja, fejn in-nies li jaħdmu fil-kura primarja jimpurtahom kemm kemm iżjed mis-saħħa mentali, u li jkun hemm il-kontinwità tal-kura bejn id-diversi livelli, b'tali mod li – hawnhekk għandi żewġ tobba tal-familja li żgur jaqblu miegħi – meta tibgħat persuna bi problemi ta' saħħa mentali għand psikjatra, ħafna drabi l-pazjent qatt, jew rarament, jiġik lura.", "Dawn huma l-issues li wieħed naħseb irid jiftaħ dibattitu dwarhom.", "Għandek ukoll il-kollaborazzjoni bejn il-carers u l-formal carers.", "Dan huwa d-dokument tad-WHO fuq livell mondjali.", "Issa forsi xi ħadd jgħid; Imma dan fuq livell mondjali japplika b'mod ġenerali?", "Hawnhekk għandi wkoll il-corresponding document tal-Kumitat Reġjonali għall-Ewropa tad-WHO, fejn ħallejtilkom extract minn fejn wieħed jista' jara l-kwotazzjoni relevanti, għax naħseb li jkun tajjeb li wieħed jara fejn irridu mmorru u fejn irridu naslu f'dik it-tip ta' sitwazzjoni.", "Id-WHO fl-Ewropa tgħid li l-outcomes tas-servizzi tas-saħħa psikjatriċi għandhom ikunu hekk;", "Id-WHO, fuq livell Ewropew, qiegħda tirrakkomanda li istituzzjonijiet li jixbħu dak li qed noffru aħna fl-Isptar Monte Carmeli, idealment – from a policy perspective – wieħed għandu jasal lejn deċiżjoni li dawn jingħalqu jew jiġu orjentati għal xi servizzi oħrajn, bħalma għamel ħaddieħor madwar l-Ewropa.", "Dawn huma r-rakkomandazzjonijiet li d-WHO qiegħda tipproduċi.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi suġġeriment sabiex l-acute psychiatric treatment, minflok ma jingħata ġo sptar bħal Mount Carmel, tingħata f'acute hospital?", "DR JOHN CACHIA: Iva, fil-fatt qed jingħad hekk:", "U mbagħad ikomplu jgħidu hekk:", "Dawn huma żewġ rakkomandazzjonijiet li joħorġu minn żewġ dokumenti: wieħed fuq livell mondjali u l-ieħor fuq livell Ewropew.", "Naf ukoll – imma d-dokument għadu mhuwiex wieħed finali – li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel bħalissa joint action fuq is-saħħa mentali.", "Wieħed mill-pakketti dwar is-saħħa mentali huwa 'Towards a community-based and social-inclusive mental health care'.", "Jien għad għandi draft tiegħu dan, imma ma nistax nikkwota minnu għax għadu mhuwiex finali.", "Dan id-dokument mistenni li jkun finali fl-aħħar ta' Jannar li ġej.", "U jidher li se jkun hemm ukoll rakkomandazzjoni ċara daqs il-kristall min-naħa tal-Unjoni Ewropea fuq din il-linja.", "Schembri talbitni biex nipprova nuri appoġġ u nagħti daqqa t'id lil dan il-Kumitat biex ikun jista' jagħmel ir-riċerki tiegħu ħalli jkun jista' jasal għall-policy recommendations tiegħu meta jiġi mitlub biex jagħmel dan.", "U għalhekk qed inpoġġi dawn iż-żewġ dokumenti għall-attenzjoni ta' dan il-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR ANTON GRECH (Chairman, Mental Health Services): Xtaqt nagħmel kumment fil-vesti tiegħi ta' psikjatra, u mhux bħala Chairman tal-Mental Health Services.", "Din hija l-opinjoni tiegħi personali.", "Naqbel totalment li idealment il-kura għandha titbiegħed mill-institutionilisation, u tingħata fi sptarijiet ġenerali.", "Nemmen li dik hi d-direzzjoni li għandna nsegwu.", "Ovvjament, hemm kwestjonijiet loġistiċi li rridu naraw imma dik għandha tkun id-direzzjoni li rridu nieħdu.", "Madankollu, irridu noqogħdu attenti ħafna li ma jiġrilniex bħal ċertu pajjiżi, li they went to the other extreme u spiċċaw b'pazjenti b'mard mentali serju bħal, pereżempju skiżofrenija serja, homeless jiġru fit-toroq!", "Dan għaliex il-kura li tingħata jgħidu li hija biss waqt mument akut fi sptar ġenerali mentri dawn in-nies għandhom bżonnijiet speċjali.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt, kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija fuq kemm hemm pazjenti b'kondizzjonijiet kroniċi f'Monte Carmeli, u r-risposta kienet li hemm madwar 250 pazjent.", "DR ANTON GRECH: Hekk hu.", "THE CHAIRPERSON: U kif għidt inti, ħafna minn dawn qegħdin hemm minħabba li kienu daħlu fi żmien fejn il-kura psikjatrika ma kenitx daqshekk effiċjenti bħalma hi llum …", "DR ANTON GRECH: Hekk hu.", "Imma wieħed ma jridx jinsa li l-akbar numru ta' admissions ġo sptar psikjatriku huwa minħabba l-iskiżofrenija.", "Din mhijiex l-aktar marda komuni, imma hija l-iktar marda li twassal lin-nies għall-isptar.", "Din tinqasam f'żewġ stadji: għandek l-istadju fejn ikollok il-positive symptoms, u hawnhekk il-pazjenti jkollhom ħafna hallucinations, delusions, eċċ.; imbagħad għandek l-istadju li jgħidulu d-deficit state jew in-negative symptoms, u hawnhekk dak li jkun jitlef il-kapaċità li jieħu ħsieb, li jorganizza, eċċ. Illum għandna kura għaliha din permezz ta' riabilitazzjoni u occupational therapy.", "Qabel ma kienx hemm dik il-kura, u allura l-pazjenti li daħlu 40 jew 50 sena ilu sfortunatament weħlu hemm ġew.", "THE CHAIRPERSON: Jidher li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Anzjanità Attiva u d-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ħabbret li se jinħareġ abbozz ta' liġi dwar l-awtiżmu.", "Vera li meta ngħidu l-kelma \"awtiżmu\" ħafna nies jaħsbu li din hija kondizzjoni fit-tfal biss; imma jidher li anke fl-adulti tinsab għax, ovvjament, it-tfal li jkollhom din il-kondizzjoni se jikbru u allura se jġorruha magħhom.", "Issa l-awtiżmu fl-adulti hija xi ħaġa rikonoxxuta mill-psikjatri?", "Hemm biżżejjed riċerka fuqha?", "Inti semmejtli residenti kroniċi li qegħdin Monte Carmeli u li ħafna minnhom għandhom il-marda tal-iskiżofrenija.", "Hemm minnhom li għandhom l-awtiżmu, jew forsi kellhom l-awtiżmu?", "Illum għandna ħafna mezzi kif naqbdu din il-marda fi tfal żgħar, mentri fl-antik ma kellniex dawn il-mezzi biex nagħmlu dijanjosi ta' awtiżmu fit-tfal, u allura dawn kibru u baqgħu b'din il-kondizzjoni.", "DR ANTON GRECH: L-awtiżmu hija a developmental condition, u sfortunatament wieħed ma joħroġx minnha.", "Tista' ttejjeb l-aġir jew il-mod ta' kif wieħed jikkomunika, imma dejjem se jibqgħu xi traċċi hemm.", "Ġor-residenza ta' Monte Carmeli għandna numru ta' persuni li daħlu hemmhekk f'età żgħira bl-awtiżmu.", "Hemm numru konsiderevoli minnhom li kienu ġo ward tissejjaħ il-Juvenile Ward, minħabba li meta daħlu hemmhekk kienu tfal.", "Issa llum dawn għandhom 60 u 70 sena u għadhom hemmhekk ġol-istess ward li baqgħet tissejjaħ Juvenile Ward!", "Dawk kienu ċirkostanzi differenti.", "Aħna noffru kura u wens lil dawn in-nies, imma jalla d-direzzjoni tal-pajjiż tkun waħda li kemm jista' jkun dawn ma jiġux istituzzjonalizzati.", "Ovvjament, lanqas nippretendi li – kif ġara f'pajjiżi oħra – min ilu hemm 30 sena u 40 sena, f'daqqa waħda dan se jsir kapaċi!", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Kemm huwa rakkomandat li jkollna sodod fi sptar mentali bħalma huwa Mount Carmel?", "Kemm huwa rakkomandat li jkollna sodod fi sptar ġenerali jew f'dawn il-health centres li qed issemmu?", "DR ANTON GRECH: Sentejn ilu kont għamilt analiżi xjentifika ta' din is-sitwazzjoni, għax kont intlabt mill-Gvern sabiex nagħmel analiżi.", "Sodod għal każijiet akuti għal Malta għandna bżonn bejn wieħed u ieħor 140 jew 150.", "Jekk qed ngħidu a psychiatric hospital f'Malta b'150 sodda għandu jkun biżżejjed.", "Però wieħed ma jridx jinsa li jrid ikun hemm proviso sabiex ikun hemm good community services supporting it.", "Dawn il-150 jistgħu jkunu parti minn sptar ġenerali.", "THE CHAIRPERSON: Mhux bilfors f'Mater Dei, imma jistgħu jkunu f'health centres.", "Is-Psychiatric Unit ta' Mater Dei kemm tesa' sodod?", "DR ANTON GRECH: Dik tiflaħ 15-il pazjent.", "DR JOHN CACHIA: Jien naqbel totalment li, filwaqt li wieħed għandu jagħmel programm biex iċaqlaq u jibdel – għalija din hija a game changer – il-kura akuta għall-isptar akut … Forsi hawnhekk Dr Grech umilment ma semmiex dawn l-affarijiet, imma għandek issues bħal, pereżempju, l-appoġġ ta' pazjenti ma' kura akuta ġenerali li jkollhom bżonn ukoll tal-kura mentali, li jista' jkun li din ma tkunx in the optimum level għax ma jkollokx is-servizz disponibbli on site, peress li inti m'għandekx il-psikjatra residenti ġod-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Dik hija issue oħra li aħna rridu naraw kif qed jiġu indirizzati dawk l-issues ta' psikjatrija fid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Hawnhekk irrid nagħmel enfasi kbira fuq dak li qal Dr Grech fuq dawk il-250 persuna li jkun għad fadal fl-Isptar Monte Carmeli li m'għandhomx prospetti, u li, jekk tiftħilhom il-bieb, dawn se jgħidulek biex terġa' tagħlqu!", "Wieħed irid jieħu ħsiebhom u jrid ikompli jieħu ħsiebhom b'mod dinjituż li jixraq il-kundizzjoni tagħhom, minkejja li kultant huma ma jkunux kapaċi jirrealizzaw fiex qegħdin.", "Hawn qed nirreferi speċifikament għal dak li għedna l-aħħar darba, u ċjoè jiġri x'jiġri … Dak il-post huwa sabiħ u perfett biex wieħed joħloq ideat oħra bħal, pereżempju, dak li rajna fin-Naxxar ftit tal-ġranet ilu, u allura wieħed jista' jipprova jikkonsidra dak it-tip ta' arranġament.", "Hemmhekk hemm estate sabiħ ħafna, b'ġonna bellezza, u allura wieħed jista' jkollu dan it-tip ta' appoġġ u sostenn.", "Dan ovvjament iservi kemm għal dawn il-persuni, kif ukoll għall-onslaught tal-anzjanità li se jkollna f'pajjiżna!", "Jista' jkun privat, jista' ikun f'partnership mal-Gvern, hu x'inhu.", "Hemm il-potenzjal f'dak il-post!", "Però irid ikun qiegħed jindokra wkoll lil dawk in-nies li għandhom problemi mentali kroniċi, dawk li jgħidulhom the old psychiatric patients, li nqabdu f'din it-tip ta' sitwazzjoni u li se jibqgħu hemm sa ma jmutu!", "Ma rridux ninsewhom lil dawn in-nies.", "Filwaqt li rridu nagħmlu the game changer biex irressqu l-psikjatrija lejn il-main stream, irridu nieħdu ħsieb lil dawn in-nies li għandhom dawn it-tip ta' kondizzjonijiet kroniċi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Xtaqt nagħmel żewġ punti differenti; l-ewwel punt fuq in-Draft National Standards for Residential Care Homes for Disabled Persons u fuq in-National Minimum Standards for Older People Residential Facilities.", "Għandek 36, 37, u 38.", "Mir-rakkomandazzjonijiet li qed tagħmlu intom, hija proprju li jkun hemm national standards fir-rigward ta' djar residenzjali għall-persuni b'diżabilità.", "Imbagħad titkellmu wkoll fuq in-national minimum standards for older people residential facilities.", "Hawnhekk qegħdin tgħidu li għandu jkun hemm liġi peress li s'issa din ma teżistix.", "Nafu li hemm abbozz ta' liġi li għandu jitressaq quddiem il-Parlament fuq il-minimum standards for older people residential facilities.", "Skont paġna 38, jiena ħadt l-intendere li meta qegħdin titkellmu fuq older people u residential facilities, intom qegħdin tinkludu kull residenza tal-anzjani.", "Qiegħda nifhem sew?", "Qegħdin tinkludu wkoll lir-residenza ta' San Vinċenz de Paule?", "Fl-opinjoni tiegħi, huwa tajjeb li l-minimum standards ġewwa pajjiżna jkunu qegħdin hemmhekk, għaliex nafu li sal-lum dawn m'hemmx liġi li tirregolahom.", "U allura ma nafx x'inhi l-opinjoni tagħkom fuq li jkollok ukoll il-Gvern li jkollu minimum standards anke fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule, għax hemmhekk għandek ħafna u ħafna anzjani, u għandek ħafna anzjani li għandhom problemi ta' saħħa mentali u li ġeneralment ikunu hemmhekk long term.", "Ħafna mill-anzjani li jkunu qegħdin f'San Vinċenz ikunu hemmhekk għall-kura long term.", "Aħna ġbidna l-attenzjoni li meta wieħed jitkellem fuq diżabilità, hemm bżonn li nagħmlu d-definizzjonijiet, għax id-definizzjoni tad-diżabilità tvarja skont minn min ikun qed jitkellem.", "U naħseb li b'dan il-mod inkunu qegħdin nagħmlu ħallata ballata bla bżonn.", "Nemmen li d-diżabilità hija sitwazzjoni fejn persuna jista' jkollha problemi fiżiċi, problemi mentali u problemi psikoloġiċi.", "Irridu noqogħdu attenti għax hemm ukoll diżabilità fl-anzjanità.", "Mhux l-anzjani kollha għandhom problema ta' diżabilità; imma, pereżempju, għamilt ftit riċerka fuq hekk u sibt li nofs il-blue stickers li toħroġ il-KNPD huma għall-użu ta' persuni anzjani.", "Meta wieħed jitkellem fuq il-diżabilità ma jistax ikollu f'moħħu framework li jgħid li se jinkludi tali persuni, u lil oħrajn iħallihom kollha barra!", "Huwa importanti ħafna li nifhmu li meta qed nitkellmu fuq diżabilità, irridu nkunu ekwi ma' kulħadd.", "Huwa veru li ċerti setturi kellhom bżonn ċerta attenzjoni, u jalla jkollhom ċerta attenzjoni però, meta nagħtu l-attenzjoni lil ċerti setturi, ma rridux inħallu setturi oħra barra!", "THE CHAIRPERSON: Inti tqis il-medical illness bħala diżabilità?", "Pereżempju, jekk xi ħadd għandu ażżma qawwija, dik tqisha bħala diżabilità?", "DR JOHN CACHIA: Jekk tħares lejn id-definizzjoni li hemm fil-Konvenzjoni, kif ukoll id-definizzjoni tad-diżabilità fil-liġi tagħna dwar l-Opportunitajiet Indaqs, hemmhekk hija l-problema tal-bniedem li għandu problemi fiżiċi, psikoloġiċi, soċjali, mentali li ma jistax jiffunzjona bħala persuna normali għall-età u għall-abbiltajiet tiegħu.", "Hemm irridu noqogħdu attenti ħafna, u fil-fatt hemm battibekk sħiħ fuq id-diżabilità vis-à-vis il-problemi tas-saħħa mentali.", "Mhux kull problema ta' saħħa mentali tipproduċi diżabilità; imma naħseb li lkoll kemm aħna li naħdmu f'dan il-qasam u rajna l-pazjenti nafu li hemm pazjenti bi problemi ta' skiżofrenija li għandhom diżabilità li timpedihom żgur milli jaħdmu!", "Pereżempju, naf li ma' dawn in-nies xi kultant qed issir diskriminazzjoni għax ma jkunux intitolati għall-pensjoni tad-diżabilità.", "Jagħtuhom l-allowance li hija ekwivalenti għall-pensjoni tad-diżabilità, però ma jagħtuhomx il-pensjoni tad-diżabilità.", "Allura rridu noqogħdu attenti ħafna meta nitkellmu fuq id-diżabilità.", "Pereżempju, hemm l-ispecial needs ta' dawk in-nies b'diżabilità li għandhom problema ta' saħħa mentali.", "Dr Grech jixba' jara minn dawn is-sitwazzjonijiet ta' nies b'diżabilità fiżika li jkollhom ukoll problemi ta' saħħa mentali.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti għax is-saħħa mentali tista' tidħol f'kull qasam u f'kull livell.", "Insemmi, pereżempju, il-problemi ta' dawk li jkollhom kanċer, fejn hemmhekk għandek issues ta' saħħa mentali u, ovvjament, issues ta' saħħa fiżika.", "Issa, jekk humiex disabling jew le, il-mistoqsija hija din: Dak li qed ibatu minnu – u hawnhekk nirrispondi għal dak li qed tistaqsi inti, Sur President, fosthom l-ażżma – qed iħallihom jiffunzjonaw kif normalment suppost jiffunzjonaw bħala bnedmin ta' dik l-età?", "Jekk iva, mela jien m'għandix diżabilità; imma, jekk le, il-marda tal-ażżma qed iżżommni milli nkun persuna kompletament abbli, u allura rridu nħarsu lejn l-individwu aktar milli nitfgħu lin-nies fil-kaxex tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Rigward dak li għadu kif qal Dr Cachia, naħseb li hemmhekk irridu noqogħdu attenti għax, filwaqt li rridu nipproteġu lil dawk li verament huma vulnerabbli minħabba l-kundizzjonijiet akuti tagħhom, min-naħa l-oħra rridu ninkoraġġixxu wkoll sabiex il-pazjenti jkunu more empowered, u allura ma rressqux iktar nies lejn is-servizzi soċjali u lejn id-diżabilità meta dawn jistgħu jkunu abbli, forsi within certain limits.", "Naħseb li hemmhekk irridu noqogħdu attenti, għax il-bilanċ huwa fin.", "Forsi l-eżempju tal-ażżma huwa wieħed minn dawn l-eżempji fini ħafna, għax għandek nies li għandhom verament ażżma akuta, imma n-nuqqas tal-abilità tagħhom li jkunu attivi fis-soċjetà jista' jkun għal perijodu qasir biss.", "Dan is-sajf kelli l-opportunità li nżur l-Amerika, u żort diversi istituzzjonijiet fi stati differenti marbuta kemm mas-saħħa mentali u kemm mad-diżabilità.", "Kien interessanti li f'post partikolari ltqajt ma' żewġ avukati, li t-tnejn ammettew pubblikament quddiemna li għandhom kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, and they run a disability organization, u kienu qed jispjegawlna li jħossuhom ħafna iktar komdi u protetti mil-liġijiet Amerikani meta tagħmel dan!", "DR JOHN CACHIA: Naqbel perfettament, għax wieħed għandu jirrikonoxxi … Imma hawnhekk fejn jibda l-inkwiet tiegħi: jekk dik il-persuna għandha problema temporanja ta' diżabilità, wieħed irid jirrikonoxxiha dik il-problema temporanja, għax dik il-persuna tkun għaddejja minn fażi ta' depressjoni.", "Mela allura għandha titlef il-ħobża tagħha ta' kuljum?", "Għandha titlef ix-xogħol tagħha?", "Għandna nħarsu lejha b'mod ikrah għax għandha bżonn tlieta jew erba' ġimgħat mistrieħ bħalma jkollha bżonn persuna li tkun kisret sieqha jew idejha, jew inkella qiegħda tagħmel il-kimoterapija?", "Dawn huma l-issues li wieħed irid joqgħod attent minnhom, għax inkella se nikkreaw sitwazzjonijiet li fil-moħħ tan-nies se jkollhom issues serji ħafna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma f'dak il-każ naħseb li għandna nkomplu nippromwovu li s-saħħa mentali hija kundizzjoni medika, bħalma huma affarijiet oħra fil-ħajja.", "B'hekk inneħħu aktar it-taboos.", "Jien wisq nibża' li jekk ninkludu l-kundizzjonijiet ta' saħħa mentali bħala diżabilità, it-taboo se tikber aktar!", "Minn dak qiegħda nibża'!", "DR JOHN CACHIA: Però, irridu noqogħdu attenti li mbagħad ma nkunux qed niżvantaġġaw lin-nies li verament ikollhom bżonn l-għajnuna!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fuq każijiet akuti, iva.", "DR JOHN CACHIA: U anke ċerti nies b'kondizzjonijiet kroniċi jista' jkollhom bżonn l-għajnuna ...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imbagħad x'nagħmlu?", "Nitfgħu lil min ibati bid-dijabete f'dik il-kundizzjoni wkoll?", "Id-dijabete torbot magħha wkoll problemi psikoloġiċi, u qiegħda nitkellem mill-esperjenza.", "Għalhekk ma naħsibx li għandna mmorru f'dik id-direzzjoni.", "Irridu nkunu kapaċi li niddistingwu bejn dawn it-tnejn, u ċjoè bejn min qed jabbuża u min għandu bżonn l-għajnuna.", "U ovvjament din mhijiex xi ħaġa faċli.", "THE CHAIRPERSON: Jidhirli li bħalissa, jekk persuna jkollha l-pensjoni tad-diżabilità u taħdem, din ma titlifx il-pensjoni tad-diżabilità.", "DR ANTON GRECH: M'hemmx pensjoni tad-diżabilità għal mard psikjatriku.", "Hemm għal 'learning disability'.", "Fl-opinjoni tiegħi rridu noqogħdu attenti li we empower the patients.", "Veru li hemm numru li jispiċċaw b'diżabilità, imma dan huwa verament numru minimu.", "Ma rridux nitilfu dak il-ftit, u għalhekk irridu ngħinuhom; però, irridu noqogħdu attenti li mbagħad l-affarijiet ma jitwessgħux.", "Jekk xi ħadd ibati minn panic disorder, jien naħseb li jiġi stigmatised jekk se ngħidu li għandu diżabilità.", "THE CHAIRPERSON: Tiddependi mis-severità u kemm qed taffettwalek il-funzjoni tiegħek.", "DR ANTON GRECH: Hekk hu.", "THE CHAIRPERSON: Jista' jkun ukoll li 20 sena ilu kien mod, u llum, bil-kura li għandna, dak li kien diżabilità 20 sena ilu llum ġie kkontrollat ħafna aħjar.", "DR ANTON GRECH: Ftit snin ilu ħarġet kura ġdida għall-iskiżofrenija.", "Kien hemm min kien ilu 30 sena biha u rnexxielu joħroġ minnha!", "U allura iva, naqbel miegħek li ċ-ċirkostanzi jinbidlu.", "DR JOHN CACHIA: Fuq il-kwestjoni tar-residential care homes għall-persuni diżabbli, aħna tajniehom daqqa t'għajn, u bażikament l-unika ħaġa hemmhekk hija li, jekk ikun hemm persuna b'diżabilità li jkollha partner, din għandu jkollha d-dritt li tmur hemmhekk flimkien mal-partner tagħha.", "U dan għaliex jista' jagħti l-każ li dak il-partner huwa l-akbar appoġġ li għandha dik il-persuna b'diżabilità.", "Mela wieħed irid joqgħod attent ħafna hawnhekk biex ma jmurx overboard.", "Jekk għandek sitwazzjoni fejn xi ħadd jista' jiġi sostnut biex joqgħod fid-dar tiegħu għax għandu l-partner tiegħu li jista' jieħu ħsiebu, ikun aħjar li jibqa' hemmhekk milli ddaħħlu f'residenza għal persuni b'diżabilità.", "THE CHAIRPERSON: L-istandards of care maħruġin mis-Segretarjat tal-Anzjani u tal-Persuni b'Diżabilità … (Interruzzjonijiet)", "DR JOHN CACHIA: Ma jidhirlix li rajthom, imma t-tnejn jaqgħu taħt dik il-kappa.", "Rigward il-minimum standards tal-anzjani, l-unika rakkomandazzjoni li għamilna kienet li hemm bżonn li jkun hemm a legislative framework biex isiru dawn l-affarijiet.", "Jekk ma nitkellimx bħala Kummissarju għas-Saħħa Mentali, nista' nitkellem mill-esperjenzi tal-passat bħala Direttur responsabbli minn dawn id-djar.", "U jien inħoss il-bżonn li bħalma għamilna fuq sptarijiet privati, irridu bil-mod il-mod indaħħlu dan il-kunċett hawnhekk ukoll.", "U bħalma bdejna bl-isptarijiet privati way back meta bdejna bis-St Philip's u bil-Capua u mbagħad bil-mod il-mod komplejna bil-kliniċi ż-żgħar, li ma kienux vijabbli u għalqu għax ma setgħux ikomplu jagħmlu ċerti affarijiet, hawnhekk ukoll, bil-mod il-mod irid ikun hemm din l-introduzzjoni.", "Jiena nemmen li għandu jkun hemm a structural approach għax ma tistax tagħmel a one-size-fits-all type of situation.", "Irid ikollok a structural approach dwar xi kwalità ta' kura tkun qed toffri lill-persuni li qed tikkura.", "Dan l-istess approach qegħdin nirrakkomandaw aħna meta niġu għal-liċenzjar ta' djar u postijiet oħra fejn tiġi offruta s-saħħa mentali.", "Fil-fatt, bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet mal-Uffiċċju tas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika dwar il-liċenzjar ta' postijiet minn fejn tiġi offruta s-saħħa mentali.", "Filwaqt li s'issa qed joħorġu l-liċenzji, aħna nixtiequ naraw li l-proċess ta' liċenzjar ikun stratifikat ukoll.", "Altru qed tilliċenzja sptar li qed jagħti kura akuta bil-pazjenti psikjatriċi, bil-pazjenti tal-ħabs, bit-tfal, eċċ., u altru għandek residenza ġol-komunità – ġo nofs Raħal Ġdid, pereżempju – li qiegħda tieħu ħsieb 11-il persuna bi problema ta' diżabilità ta' saħħa mentali.", "Inti trid tara x'inhu l-proċess ta' kura li qiegħda tingħata u, skont il-proċess ta' kura u l-bżonn tal-persuna li qiegħda hemmhekk, għandu jkollok a structural approach of licensing, kemm fil-pubbliku kif ukoll fil-privat.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jiena xtaqt nagħmel mistoqsija fuq il-proposti tagħkom f'dan id-dokument \"A Framework for Poverty Reduction and for Social Inclusion\", paġna 35.", "Huwa evidenti li meta jkollok persuni bi problemi ta' saħħa mentali, din se ġġib magħha l-esklużjoni soċjali u ġeneralment il-faqar.", "U intom qegħdin tagħtu diversi rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Issa l-Gvern ukoll għandu strateġija dwar kif qiegħed jara li l-faqar ikun qiegħed jitrażżan.", "Imma intom timxu in line mal-istrateġija li qiegħed jagħmel il-Gvern?", "Ir-rakkomandazzjonijiet li qed tagħmlu hawnhekk huma a bażi tal-istrateġija li qed juża l-Gvern, jew inkella dawn huma affarijiet li intom taraw li jmorru oltre dak li effettivament qiegħed jipproponi?", "Intom taraw li l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'dan ir-rigward qegħdin jiżdiedu?", "Skont rapport li sar f'Novembru li għadda jirriżulta li f'Malta u fl-Iżvezja ż-żieda fil-faqar kienet aktar mill-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Din iż-żieda kienet tirrigwarda persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali?", "THE CHAIRPERSON: Għal liema sena qed tirreferi?", "PAULA MIFSUD BONNICI: Indipendentament minn liema sena kienet!", "Ir-rapport jindika li kien hemm żieda fir-rata ta' anzjani, imma ma jidħolx fl-ambitu ta' jekk dawk il-persuni humiex qed ibatu minn problemi ta' saħħa mentali jew le.", "Intom taħsbu li jista' jkun li hemmhekk il-problema qiegħda tiżdied?", "Jista' jkun li mhijiex qed tiżdied ukoll; imma x'qed isir u x'qed tirrakkomandaw li jsir biex din ir-rata titnaqqas?", "DR JOHN CACHIA: M'għandix data biex inkun nista' nirrispondi ċar u tond kemm hu l-element ta' nuqqas ta' saħħa mentali li jwassal għal dan il-faqar.", "Jekk wieħed iħares lejn il-letteratura, se jsib li nies li normalment ikollhom diffikultà ta' natura mentali ikollhom diffikultajiet ta' income u ta' employability f'ċerti sitwazzjonijiet.", "Min-naħa tagħna dawn ir-rakkomandazzjonijiet saru.", "Ma ninsewx li aħna qed naraw rapport tas-sena 2014 li qed jirrapporta fuq policies li kienu ħarġu fil-Green Paper ta' Frar jew Marzu 2014, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq kważi sentejn 'il bogħod.", "Dakinhar konna qegħdin ngħidu li hemm bżonn li n-nies li jkollhom problemi ta' saħħa mentali u diżordni mentali jiġu faċilitati biex kemm jista' jkun malajr jirritornaw lura fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Dan għaliex hemm link kbira – minn dak kollu li wieħed jistudja u jara – bejn ir-ritorn malajr kemm jista' jkun lejn in-normalità u r-riabilitazzjoni tal-individwu.", "Ix-xogħol tajjeb ħafna li jagħmlu Dr Grech u l-kollegi tiegħu huwa ċċentrat kemm jista' jkun, u dan li qegħdin naraw bil-liġi tas-saħħa mentali l-ġdida, ċjoè li kemm jista' jkun jitnaqqas il-perijodu li l-persuna tagħmel barra mix-xogħol tagħha.", "F'dan it-tip ta' ċirkostanzi u sitwazzjonijiet, meta bniedem ikun megħjun fuq il-post tax-xogħol, jaf jevita milli jkun hemm komplikazzjonijiet oħrajn.", "Però, wieħed irid jitkellem ukoll fuq il-konsiderazzjoni.", "Hawnhekk nirrakkomandaw il-konsiderazzjoni massima f'sitwazzjonijiet bħal dawn, u qegħdin nirrakkomandaw inċentivi għal min jimpjega persuni bi problemi ta' saħħa mentali.", "Naħseb li l-kollegi tiegħi, bl-esperjenza tagħhom mal-persuni fuq il-qasam tax-xogħol, aktar jistgħu jitkellmu minni.", "L-issue l-oħra hija l-kwestjoni tal-integrazzjoni ta' child and adolescent psychiatric services ma' work-based u skill-based opportunities.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija kruċjali biex ngħinu lil dawn iż-żgħażagħ b'diffikultajiet ħalli jidħlu fil-qasam tax-xogħol.", "Naħseb li din trid tiġi indirizzata wkoll b'mod aggressiv, għax huwa tajjeb li wieħed jara s-sitwazzjoni kif inhi.", "Wieħed irid jara wkoll, kif għidna hawnhekk, il-miżuri li qegħdin hemm biex jappoġġjaw lil nies b'familji żgħar, bħal single parents u persuni anzjani.", "Dawk huma klassikament l-areas fejn inti trid issostni l-income biex dak li jkun ma jidħolx f'ċirku vizzjuż.", "Id-diffikultà kbira, li għad m'għandix risposta għaliha, hija l-long term unemployment u l-link tal-long term unemployment mas-saħħa mentali.", "Hija kwestjoni ta' qgħad minħabba problemi ta' saħħa mentali, jew hija kwestjoni ta' saħħa mentali li tikkawża mbagħad il-qgħad?", "Inqerr magħkom li din hija l-ikbar enigma f'dan il-qasam kollu li għandi quddiemi!", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ħa niddevja daqsxejn, imma dan l-aħħar ħareġ ir-rapport tal-NAO u s-sezzjoni fuq Monte Carmeli naħseb li hija inkwetanti sew.", "Issa hawnhekk għandna s-CEO ta' Monte Carmeli, u allura nieħu gost nisma' mingħandu x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata.", "Bħala Kummissarju inti ssegwi l-andament min-naħa tal-operat tal-isptar Monte Carmeli?", "DR JOHN CACHIA: Min-naħa tiegħi nsegwi dak kollu li għandu x'jaqsam direttament mad-drittijiet tal-pazjenti filwaqt li s-superviżjoni tal-operat mhijiex responsabilità tal-Uffiċċju tiegħi.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ma taħsibx li jista' jkollu effett jekk ir-riżorsi mhumiex qed jintużaw sew, jew inkella jekk m'hemmx riżorsi biżżejjed?", "Tista' forsi tiġbed l-attenzjoni min-naħa tiegħek fuq dan?", "DR JOHN CACHIA: Kif jafu l-kollegi tiegħi maġenbi, jafu li fejn nara sitwazzjonijiet li wieħed għandu jara u jirrivedi r-riżorsi, jien se niġbed l-attenzjoni tagħhom.", "Għadni kif għamilt hekk illum stess fuq issue partikolari.", "Aħna nitkellmu, niddiskutu u naslu għas-soluzzjonijiet.", "Nemmen fl-ispirtu tad-djalogu: però, wieħed irid jirrispetta l-pożizzjoni rispettiva.", "Jien qiegħed hemm biex nara u nissalvagwardja d-dritt tal-pazjent, u biex nara li dan ikollu d-drittijiet tiegħu salvagwardjati mill-A saż-Ż!", "Fejn mhux qed isir dan, jien se niġbed l-attenzjoni u nibqa' nsegwi l-affarijiet sakemm nara li jsiru.", "Kif jafu l-kollegi, kien hemm issues li jien komplejt insegwihom sakemm sabu s-soluzzjoni tagħhom at the operative level.", "Imma, irrid nagħmilha ċara li 'from an operational level'.", "Tajjeb li nagħmilha ċara wkoll li, from an operational perspective, jien mhux responsabbli mill-operat ta' hemmhekk.", "Hemm id-Direttur Ġenerali, hemm is-Segretarju Permanenti, hemm iċ-Chief Executive, u hemm management structure sħiħa li tirrapporta lill-wing operattiva tal-Ministeru.", "Insejjaħ lis-Sur Clifton Grima.", "DR CLIFTON GRIMA (Chief Executive Officer Monte Carmeli): Jien nixtieq inkompli ma' dak li qal Dr Cachia qabel ma nwieġeb fuq il-kwestjoni tal-overtime.", "Dr Cachia, flimkien mat-team tiegħu, jagħmlu on site visits regolari, kif anke ġie diskuss fil-laqgħa preċedenti, u kif ġie approvat fil-Minuti tal-istess laqgħa.", "Irrid ngħid li dawn ikunu suġġerimenti fuq il-proċeduri li jkun hemm fl-isptar stess.", "Waħda mill-proċeduri li saret reċentament kienet dik li saħħaħna t-team tal-Customer Care.", "Fejn qabel dan aktar kien team li jaħdem fuq il-paper work u kien eżistenti on paper; ir-realtà illum hi li dan qiegħed ikun proattiv, qiegħed imur fuq il-post u jitkellem ukoll mal-qraba tal-pazjenti, kif ukoll mal-istaff.", "B'hekk nipprovaw li bir-riżorsi li għandna, kemm strutturali kif ukoll dawk umani, aħna nagħmlu dak kollu possibbli biex noffru l-aħjar servizz.", "Rigward ir-rapport li kien ippubblikat riċentement fil-media, jekk wieħed jara t-titolu forsi jista' jifhem li hemm abbuż rampanti fis-sistema tal-overtime ta' Monte Carmeli.", "Issa mhux qed ngħid li fil-passat kien hemm abbuż minn din is-sistema tal-overtime; imma, illum il-ġurnata, kull meta jiġi approvat kwalunkwe tip ta' overtime, dan ma jiġix approvat at ward level, imma jiġi approvat f'livelli ogħla.", "Kull meta ħaddiem ikun se jagħmel l-overtime, ovvjament trid tingħata l-ġustifikazzjoni għalfejn qiegħed isir dak l-overtime.", "On a daily basis – xi ħaġa li ma kinitx issir fil-passat – qed ikollna record- keeping ta' kemm għandna sodod okkupati ħalli jien u sħabi tal-management, inkluż Dr Grech, inkunu nafu n-numru ta' sodod okkupati, kif ukoll in-numru ta' ħaddiema li se jkunu qegħdin jaħdmu ma' dan l-istaff partikolari.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Biex inkunu ċari, jien ma qrajtx it-titolu, imma qrajt ir-rapport!", "U r-rapport jiġbed attenzjoni serjissima li, min-naħa ta' amministrazzjoni, mhux qed iżżommu record sew, pereżempju, tat-time off in lieu.", "Allura x'qed jiġri?", "Ir-rapport jagħti eżempju ċar tal-każ tan-nursing aide li jaħdimlek time off in lieu fil-ħin li suppost daħal għax-xogħol, jiġifieri mis-7.00 a.m. sas-6.00 p.m., u mbagħad joħroġ bl-overtime mis-7.00 p.m. sas-7.00 a.m. u jtella' kont ta' €21,000 skorruti fis-sena bħala overtime!", "Naħseb li dawn huma affarijiet inaċċettabbli!", "Għamilhom min għamilhom!", "Jekk saru fil-passat – u jidher anke mir-records li kien hemm ukoll kont tal-overtime li kien għoli – milli qed jidher issa sploda!", "Dawn l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu għaddejjin, speċjalment meta aħna nafu li għandna sitwazzjoni ġo Mount Carmel fejn kieku għandna aktar staff, il-pazjenti jkunu qed jinqdew aħjar!", "Ma naħsibx li huwa ġust li nippruvaw niġġustifikaw at this point ir-rakkomandazzjonijiet li hemm fir-rapport tal-NAO dwar li jkun hemm aktar kontroll.", "X'jiġifieri l-amministrazzjoni ma tafx kemm għandu time off in lieu ħaddiem?!", "Jien naħdem ma' kumpanija li jafu eżattament kemm għandi leave, kemm għandi sick leave, u xi dritt għandi għal affarijiet oħra.", "It is not a free-for-all, fejn niġi jien u ngħidlek li fadalli dan l-ammont ta' sigħat, u inti temminni.", "Ir-rapport jgħid li mxejtu fuq dak li qalulkom il-ħaddiema.", "Issa mhux qiegħda ngħid li l-ħaddiema kollha jqarrqu, imma jkun hemm min jabbuża.", "DR CLIFTON GRIMA: Nikkonferma u naqbel miegħek fuq dak li għedt.", "Huwa inaċċettabbli.", "Fil-fatt, għandna nies li għandhom xogħol speċifiku, nies li għandi fiduċja assoluta fihom, u dawn kienu anke f'segretarjati privati taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "U x-xogħol speċifiku tagħhom hu li jissorveljaw dan ir-record-keeping tat-time in lieu.", "Kif qed tgħid inti, fil-passat jista' jkun li kien il-każ … Ovvjament, m'għandix provi f'idi, imma one plus one kulħadd jaf jagħmilhom, u kulħadd għandu n-knowledge tiegħu, u allura jaf li kien hemm sistema li kienet wisq ibbażata fuq dak l-input li jagħti l-ħaddiem.", "Pereżempju, meta għandek nursing aide, kif semmejt inti, li r-record-keeping tiegħu ma kienx kif suppost, illum dan ir-record-keeping qed jinżamm kif suppost u għandna persuna li ssegwi siegħa siegħa kif suppost.", "Saru diskussjonijiet ukoll mal-unions kollha konċernati fuq il-proċeduri u l-prassi li fl-opinjoni tiegħi ma kienux aċċettabbli.", "Irrid ngħid li sibna wkoll kollaborazzjoni mill-unions f'dan il-qasam partikolari, u għalhekk illum il-ġurnata dawk l-affarijiet saru xi ħaġa tal-passat.", "Issa bl-ebda mod mhu qiegħed niġġustifika li hemm nuqqas ta' staff, li dan joħroġ ukoll mill-capacity- building li jsir hemmhekk b'mod annwali bħala sptar, u mbagħad aħna nitolbu li niġu allokati numru ta' nurses u ħaddiema oħra f'oqsma differenti.", "Imma, fl-istess waqt, irrid ngħid li f'dak li għandu x'jaqsam ma' payroll u ma' awditjar – anke intern – ta' time off in lieu u tas-sigħat l-oħra, inkluż l-overtime, hemm nies li x-xogħol tagħhom huwa proprju dak li jissorveljaw dan il-proċess, u jevitaw milli jkun hemm l-abbużi.", "Nista' niggarantilek li s-sistema llum il-ġurnata, għalkemm forsi mhijiex sistema perfetta, qiegħda taħdem b'mod ħafna iktar effiċjenti minn dak li kien qabel.", "U llum, b'rasi mistrieħa nista' ngħid li jekk kien qed ikun hemm xi abbużi, illum m'għadx hemm dan il-lok.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi policy f'Monte Carmeli dwar il-constant watches?", "Għandek, pereżempju, pazjenti li jbatu mill-Huntington's Chorea jew pazjenti li jkunu aggressivi u li jkollhom bżonn għassa kostanti.", "Hemm xi policies jew protocols li jgħinu biex wieħed jiddeċiedi dwar dan?", "DR CLIFTON GRIMA: Fil-fatt, din tkompli ma' dak li semmejna aktar qabel dwar l-overtime.", "Persentaġġ enormi tal-overtime jiġi ġġenerat proprju minħabba l-constant watches.", "B'mod tekniku dan jissejjaħ level one supervision, fejn inti jkollok pazjenti li, b'ordni tal-konsulent mediku, tal-ispeċjalista, ikollhom imniżżel li jridu jingħataw one to one supervision minħabba li jistgħu jkunu ta' periklu għalihom infushom jew għal ta' madwarhom.", "Ovvjament dik hija issue li tajjeb li wieħed jikkonsidraha minħabba li, kif semmejna, din se ttella' l-overtime, għax ovvjament se jkollok iddaħħal in-nies over and above il-complement ta' dik il-ward partikolari biex proprju tkun tista' issir dik il-biċċa xogħol.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' policies, Dr Grech diġà ħadem fuq policies simili.", "Irrid ngħid li sa ftit tax-xhur ilu kien hemm vacuum assolut f'dak li għandu x'jaqsam ma' policies u protokolli, policies mhux biss fuq din il-level one supervision, imma anke policies li għandhom x'jaqsmu mal-elementi bażiċi tas-servizz, bħal pereżempju, l- admissions ġewwa l-isptar.", "Bħalissa qed jiġi abbozzat dokument – li għandu jkun lest għall-bidu tas-sena d-dieħla – li se jkun il-backbone, il-pedamenti ta' policies u protocols oħra, li jinvolvu protocols oħra li jkunu anċillari ma' dan l-istess protocol, u li se jkunu jirrigwardaw il-wards partikolari.", "Dak hu li qed nitkellmu fuqu aħna.", "U, filwaqt li ħarisna lejn numru ta' ideat differenti u ideat li ntużaw barra minn xtutna li setgħu kienu effettivi u setgħu ma kinux … Bħalissa qiegħda tiġi diskussa policy simili u qegħdin nistennew li, għall-bidu tal-2016, din tkun lesta biex inkunu nistgħu nimxu fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "(Onor. Membri: Le) Mela nistgħu ngħidu li eżawrejna l-iskrutinju ta' dan id-dokument, u għalhekk nirringrazzja lill-mistednin li kellna magħna.", "Min-naħa tagħna se ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-aġenda tagħna.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT \"L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI\" - KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar l-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015.", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għar-rapport li tħejja minn dan il-Kumitat konġunt.", "Wara numru ta' laqgħat, u wara li ltqajna u ddiskutejna ma' ħafna esponenti differenti, ħriġna b'numru ta' rakkomandazzjonijiet.", "Il-Membri kollha ngħatalhom kopja ta' dan ir-rapport li jinkludi r-rakkomandazzjonijiet li ddiskutejna fl-aħħar laqgħa li għamilna.", "Issa l-iktar ħaġa importanti hi li naraw li jkun hemm qbil fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "Jekk hemm xi Membri li għandhom xi kummenti dwar dan ir-rapport jew fuq dak li ftehmna fuqu fl-aħħar laqgħa, jista' jagħti l-kummenti tiegħu.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena niskuża ruħi li l-aħħar laqgħa ma stajtx nattendi għax kont imsiefra.", "Imma jidhirli li tal-age banding konna daħħalnieha.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Fl-aħħar laqgħa ttieħed vot, u ma daħlitx.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Mela, se naqra r-rakkomandazzjonijiet li ħareġ bihom dan il-Kumitat:", "\"Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt", "Il-Kumitat konġunt sema' diversi entitajiet u persuni li setgħu jagħtu stampa ċara fuq is-suġġett.", "L-informazzjoni kollha ġiet evalwata u, matul l-aħħar laqgħa, il-Membri ddiskutew u approvaw numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-età tal-kunsens sesswali:", "L-età tal-kunsens sesswali għandha tinżel għal 16-il sena;", "Age banding u close-in-age exemption m'għandhomx jidħlu.", "Etajiet partikolari u attivitajiet sesswali li jkunu permissibbli għandhom jiġu indikati b'mod ċar fil-liġi, għax dak li huwa aċċettabbli għal-leġiżlatur mhux neċessarjament ikun aċċettabbli għall-ġudikant.", "Il-liġi għandha wkoll tistabbilixxi x'jikkostitwixxi att sesswali, u tnaqqas l-element ta' soġġettività;", "Kull emenda fil-liġi għandha tieħu in konsiderazzjoni l-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli, filwaqt li tagħti lok għal iktar indipendenza u responsabbilizzazzjoni tal-istess persuna;", "Żgħażagħ minn 16-il sena 'l fuq għandu jkollhom aċċess għal kura medika mingħajr il-permess tal-ġenituri jew gwardjani tagħhom;", "Għandhom isiru kampanji edukattivi, kemm għaz-żgħażagħ u anki għall-ġenituri, li jkopru suġġetti bħal każijiet ta' mard infettiv, is-sens u l-valur veru tas-sesswalità, il-possibilità ta' tqala mhux mistennija, xi jfisser li tkun ġenitur waħdek, responsabilità fil-ħajja intima u affettiva tal-koppja.", "Fil-każ tal-ġenituri jew kustodji, għandhom jiġu offruti korsijiet ta' parenting skills;", "L-edukazzjoni sesswali għall-minuri għandha tkun obbligatorja fl-iskejjel kollha, u din għandha tingħata minn persuni kwalifikati fis-suġġett.", "Għandu jkun hemm ukoll lezzjonijiet speċifiċi għal tfal bi bżonnijiet speċjali;", "Il-formazzjoni u l-edukazzjoni m'għandhomx ikunu limitati biss għall-ħin tal-iskola, iżda għandhom isiru wkoll permezz ta' seminars, korsijiet u counselling speċjalizzat għaż-żgħażagħ li jistgħu jiġu organizzati minn ħafna entitajiet, fosthom il-Kunsilli Lokali u l-parroċċi;", "Il-formazzjoni u l-edukazzjoni fuq is-saħħa sesswali għandha ssir anke permezz tal-midja, il-midja soċjali u programmi tat-televiżjoni.", "Għandu jkun hemm mekkaniżmu li jnaqqas l-impatt ħażin li jista' jkollha l-midja soċjali fuq iż-żgħażagħ, kif ukoll Helplines u gruppi ta' sapport għall-ġenituri;", "Għandha tiġi inkluża l-idea ta' family-based sexual education;", "Il-familji, speċjalment dawk li huma fil-bżonn, għandhom jiġu sostnuti bl-istrutturi neċessarji.", "Dan jista' jsir permezz ta' reviżjoni ta' servizzi eżistenti u anke b'servizzi ġodda;", "Familji li jiġu identifikati bħala vulnerabbli u f'riskju li jaqgħu f'ċirku vizzjuż għandhom jingħataw għajnuna iktar personalizzata;", "L-iskejjel post-sekondarji u l-universitajiet għandhom jassiguraw li jkollhom condom-dispensers fil-binjiet tagħhom;", "Nippromwovu s-servizzi ta' għajnuna, bħal GU Clinic, filwaqt li noħolqu servizzi ta' pariri u informazzjoni fuq l-edukazzjoni sesswali fil-komunità, li ma jkunux segregati minn servizzi mediċi oħra, sabiex utenti tas-servizz li jibżgħu mill-possibilità ta' stigma iħossuhom komdi li jagħmlu użu mis-servizz;", "Is-saħħa sesswali u riproduttiva għandha tingħata prijorità fl-aġenda tas-Saħħa Pubblika;", "Għandha ssir riċerka dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva f'Malta, sabiex jiġu identifikati l-oqsma fejn hemm bżonn ta' tisħiħ.\"", "Dawk kienu r-rakkomandazzjonijiet fuq l-età tal-kunsens sesswali.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Xtaqt nirreġistra biss li, għalkemm kont assenti fl-aħħar laqgħa, jiena – bħall-Onor.", "Deo Debattista – jiddispjaċini ħafna li l-issue tal-age banding se titħalla barra.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jien ukoll nixtieq nagħmel din id-dikjarazzjoni u, għalkemm kont assenti, naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Xtaqt ngħaddi kumment ukoll fuq rakkomandazzjoni Nru. 4.", "Nixtieq daqsxejn kjarifika fuqha din, u xi rridu nfissru bil-kelma \"indipendenza\".", "Hawnhekk qed ngħidu:", "\"Kull emenda fil-liġi għandha tieħu in konsiderazzjoni l-protezzjoni tal-persuni taħt l-età, minuri jew vulnerabbli, filwaqt li tagħti lok għal iktar indipendenza u responsabbilizzazzjoni tal-istess persuna;\"", "Xi tfisser meta qed ngħidu \"għal iktar indipendenza\"?", "THE CHAIRPERSON: Forsi qiegħda tirreferi għal meta tmur tieħu pariri professjonali, jew meta tmur għand it-tabib, din tista' tmur minn jeddha?", "Fil-fatt, dik kien hemm qbil dwarha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: F'rakkomandazzjoni Nru 5 qed ngħidu mbagħad li, jekk ikollha bżonn il-kura, ma jkunx hemm bżonn il-permess tal-ġenituri tagħha.", "Allura qegħdin nirreferu għal hekk, jew inkella qed ngħidu li l-minuri ...?", "THE CHAIRPERSON: Nimmaġina għal aktar empowerment ta' 16.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi, hija wisq ġenerika biex ngħidu li minuri u persuna vulnerabbli għandu jkollha iktar indipendenza.", "Naqbel magħha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi tfixkilni ftit, u mhux qiegħda nifhem ir-raison d'être warajha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li hemmhekk, aktar mill-kelma \"indipendenza\", imissna ndaħħlu l-kelma \"empowerment\" jew xi kelma oħra simili; però nafu li dik id-diskussjoni kienet saret fil-kuntest ta' debate sħiħ li kellna minħabba li l-minuri ma setgħux imorru għal parir mediku għand it-tabib mingħajr ma jdaħħlu lil dak it-tabib fi problema.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nużaw il-kelma \"empowerment\"?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fuq dik ir-rakkomandazzjoni partikolari, kien hemm diskussjoni fuqha fl-aħħar laqgħa, u jien ktibtha kelma b'kelma kif għedtuha intom.", "DR ELAINE BURMINGHAM: U mbagħad kont qrajtielkom biex tkunu ċerti kif triduha.", "THE CHAIRPERSON: Jekk kien hemm vot fuqha, ma naħsibx li nistgħu nbiddlu l-kliem.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ma naħsibx li konna ħadna vot fuqha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Naħseb li rridu naqblu fuq il-kunċett.", "Nifhem li dawn huma rakkomandazzjonijiet u li, jekk se tidħol il-liġi, se jkun hemm diskussjoni u dibattitu fuqha.", "Imma, jekk naħsbu li l-kelma \"empowerment\" hija aħjar mill-kelma \"indipendenza\", ma naħsibx li fiha xi ħaġa ħażina billi nbiddluha.", "THE CHAIRPERSON: Kieku nieħdu vot u naraw min jaqbel u min ma jaqbilx li nbiddlu dik il-kelma.", "Ikun hemm xi problema teknika biex inbiddlu kelma?", "DEO DEBATTISTA: Ma naħsibx li nistgħu nieħdu vot meta diġà ttieħed vot fil-laqgħa preċedenti.", "THE CHAIRPERSON: Hawn l-Onor.", "Ċensu Galea li jixtieq jitkellem.", "ĊENSU GALEA: Sur President, bħalma tafu jien mhux qiegħed Membru f'dan il-Kumitat, imma nixtieq nagħmel rimarka fuq din il-kwestjoni tal-age banding.", "Jien qed nisma' ir-reazzjonijiet tagħkom il-Membri.", "Issa, ovvjament, żgur li ma rridx noħloq xi problemi fil-mod ta' kif qegħdin tmexxu, imma dan huwa suġġett li jmur lil hinn mill-politika.", "Żgur li m'hemmx kwestjoni ta' xi partit jew ieħor.", "Meta qed nara li l-Membri hawnhekk huma donnhom kontra dak li hemm miktub f'dan ir-rapport ...", "THE CHAIRPERSON: Mhux kontra, imma ħafna mill-Membri li ħadu sehem fil-laqgħa meta vvotajna fuq ir-rakkomandazzjonijiet kienu differenti minn dawk li hawn illum.", "Jien hemm kont għal dik il-laqgħa u … (Interruzzjonijiet) Imma issa, la qbilna mal-Minuti tal-aħħar laqgħa wkoll, ma nistgħux nerġgħu lura!", "ĊENSU GALEA: Irridu nfakkru li dan mhuwiex suġġett ta' politika partiġġjana u li, ċertament, ir-rakkomandazzjonijiet li se tagħmlu, iktar u iktar jekk se jkun hemm deċiżjonijiet oħrajn għall-quddiem u li se jiġu f'forma ta' liġi, mela żgur li se toħolqu ċerti kontroversji fuq dan li għandkom hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Jien nissuġġerixxi li naraw jekk hemmx xi ħaġa grossolana li trid tinbidel, u nieħdu vot fuq jekk nistgħux napprovaw ir-rakkomandazzjonijiet jew le ta' dan ir-rapport.", "ĊENSU GALEA: Imbagħad dak li qed jingħad fuq il-kelma \"empowerment\" jew inkella fuq il-kelma \"indipendenza\", jekk qegħdin taqblu li tistgħu tibdluha, allura biddluha.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien jidhirli li konna qbilna li jekk ikun hemm xi ħaġa li fis-sugu tibqa' l-istess u ma tbiddilx is-sens tar-rakkomandazzjoni, allura nistgħu nbiddluha.", "Li kelma tinbidel forsi għax ikollok kelma oħra li iktar tesprimi eżatt il-ħsieb tiegħek, naħseb li hemmhekk nistgħu nbiddluha.", "THE CHAIRPERSON: Ejjew niċċekkjaw il-Minuti tal-aħħar laqgħa.", "Hawnhekk hawn miktub li: \"Il-Kumitat qabel li, wara li jiddaħħlu l-emendi hekk kif approvati, jiltaqa' darb'oħra sabiex japprova r-rapport finali intitolat 'L-età tal-kunsens sesswali'.\"", "Mela hawnhekk qed ngħidu li se napprovaw biss ir-rapport, u li l-emendi ddaħħlu fl-aħħar laqgħa li kellna.", "DEO DEBATTISTA: Jekk jiftakru s-Sinjuri, jien kont staqsejt speċifikament fuq jekk dik il-laqgħa kinitix waħda finali, u r-risposta kienet li dakinhar konna qegħdin nieħdu l-vot.", "Jien l-aktar li enfasizzajt minħabba tal-age banding.", "U mbagħad qaluli li, ladarba l-Membri l-oħra ma ġewx għal-laqgħa, dik responsabilità tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Mhux għalikom qed ngħid jien għax, fuq kollox, il-Kumitat fih ħafna iktar Membri, u dakinhar inzertajna li dawk favur tal-age banding konna f'minoranza!", "THE CHAIRPERSON: Dawn huma rakkomandazzjonijiet.", "Issa, jekk fil-futur dawn se jispiċċaw fil-Plenarja f'forma ta' liġi, ċertament li aħna stess se jkollna l-opportunità li niddiskutuhom u nagħtu l-veduti kollha tagħna fuq l-age banding.", "ĊENSU GALEA: Sur President, ma rridx inħarbat ix-xogħol li għamiltu fil-ġimgħat u fix-xhur li għaddew, għax illum jien qiegħed hawnhekk b'kumbinazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Le, le, aħna rridu l-aħjar!", "Jien naħseb li aħjar nimxu mal-Minuti li ġew approvati, u llum naraw jekk aħniex se napprovaw ir-rapport finali jew le.", "ĊENSU GALEA: Sakemm ma terġax tbiddel il-ħsieb tiegħek.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nieħdu vot fil-fatt.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, imma jekk illum se tgħiduli napprovax dan ir-rapport jew le, jien ngħidilkom li mhux se napprovah!", "DEO DEBATTISTA: Għandna għażla oħra?", "Dak li staqsejt jien.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jien ma napprovahx għax l-issue tal-age banding tant domna niddiskutuha u tant kienet issue serja … Ħalli nispjega għal min forsi ma segwiex u qed isegwina.", "L-issue tal-age banding hija meta inti għandek minuri li jmur ma' xi ħadd li hu ħafna ikbar minnu fl-età, u dik inti ma tistax taċċettaha!", "Hemm il-vulnerabilità fl-età!", "Din kienet xi ħaġa sensittiva ħafna.", "Ħafna pajjiżi għandhom l-age banding.", "Dakinhar inzertajt li kont qiegħda nżur qarib tiegħi ġo sptar f'Londra, u ma stajtx inkun hawnhekk.", "Imma, fl-aħħar mill-aħħar, jekk illum se tistaqsini jekk napprovax dan ir-rapport se ngħidlek, \"Le, mhux se napprovah.\"", "U mhux se napprovah minħabba l-issue serja immens tal-age banding.", "Naf li jista' jkun hemm ukoll każijiet quddiem il-Qorti, u għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna minnhom dawn l-affarijiet!", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jidhirli li f'kull diskussjoni li kellna hawnhekk, l-esperti li ġibna kienu kollha favur dan is-sens, b'eċċezzjoni ta' Dr Nicholas Briffa.", "DEO DEBATTISTA: Dakinhar jien kont speċifiku ħafna u staqsejt darba oħra x'se jkun qiegħed jiġri, u qaluli li l-laqgħa tal-lum kienet se tkun speċi ta' formalità.", "THE CHAIRPERSON: L-aħħar darba konna vvutajna fuqhom.", "DEO DEBATTISTA: Jien staqsejt gwida għax ma nafx kif inhi l-prassi.", "Nistgħu nerġgħu nivvutaw fuq dak li diġà vvutajna fuqu?!", "THE CHAIRPERSON: Mela, se nissospendi l-laqgħa għal ftit minuti, niftehmu kif se nipproċedu, u nieħdu deċiżjoni.", "Il-laqgħa hija sospiża għal ftit minuti sakemm nieħdu deċiżjoni dwar kif se nindirizzaw din il-biċċa xogħol dwar l-approvazzjoni tar-rapport finali.", "Jidher li qegħdin naqblu biex din il-laqgħa tiġi aġġornata għal data oħra biex nieħdu l-vot għall-approvazzjoni ta' dan ir-rapport.", "Grazzi u l-Milied it-tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:30 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20151216_055d_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 39", "It-Tnejn, 18 ta' Jannar 2016 fis-6:45 pm", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 18 ta' Jannar 2016 fis-6:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Il-pożizzjoni tal-Gvern u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li nżamm fl-14 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Reviżjoni tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat (European Neighbourhood Policy).", "Żewġ proposti sottomessi taħt il-proċedura tal-'green card' mill-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kamra tad-Deputati ta' Franza dwar 'corporate social responsibility' u mill-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlament tal-Latvija dwar 'Revision of Audiovisual Media Services Directive 2010/13'.", "Affarijiet oħra.", "13 ta' Jannar 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160113_039a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 39", "It-Tnejn, 18 ta' Jannar 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 39", "It-Tnejn, 18 ta' Jannar, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 036, 037 u 038, li saru fl-14 ta' Ottubru, id-9 ta' Novembru u s-7 ta' Diċembru 2015 rispettivament, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Luciano Busuttil): Irċevejt invit mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Bulgaru għal konferenza tal-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa, li se tinżamm f'Sofija fit-8 u d-9 ta' Frar tal-2016.", "Flimkien mal-invit, hemm ukoll l-aġenda tal-laqgħa.", "Peress li din il-konferenza se taħbat eżatt mal-laqgħa taċ-chairpersons tal-COSAC f'The Hague, mhux se nkun nista' nattendi għaliha, u allura nistaqsi hawnx min jixtieq jattendi minfloki?", "Ovvjament, din dejjem soġġett li tiġi approvata mill-Whips u mill-iSpeaker.", "TONIO FENECH: Fit-8 u d-9 ta' Frar 2016, jien nista' mmur jekk hemm il-ħtieġa li xi ħadd minna jmur.", "Jekk hemm xi ħadd min-naħa tal-Gvern li jixtieq imur, ovvjament jieħu l-preċedenza, għax il-President tal-Kumitat huwa min-naħa tal-Gvern.", "Mhux se mmur noqgħod ngħid kontra l-Gvern, ngħid biżżejjed f'postijiet oħrajn!", "Irċevejna wkoll ittra datata 17 ta' Diċembru 2015, mibgħuta miċ-Chairperson tal-Konferenza Interparlamentari (IPC) dwar il-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà (CFSP) u l-Politika Komuni dwar is-Sigurtà u d-Difiża (CSDP), lil Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Unjoni Ewropea, fejn mehmuża magħha ntbagħtu wkoll suġġerimenti speċifiċi minn sitt Parlamenti Nazzjonali (Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, is-Slovenja u l-Ungerija) fuq il-politika Ewropea dwar Affarijiet Barranin u Difiża, liema proposti kienu se jiġu diskussi fil-laqgħa li jmiss tal-IPC f'The Hague fis-7 u t-8 ta' April 2016.", "L-invit tat-30 ta' Settembru biex il-parlamenti nazzjonali jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom kont ippreżentajtu f'dan il-Kumitat fil-laqgħa tal-14 ta' Ottubru.", "Hawnhekk wieħed jara li, minn 28 stat membru, sitta kienu li għamlu suġġerimenti.", "Fost l-isfidi li ssemmew fil-qasam tas-sigurtà li dejjem jevolvi u jinbidel hemm il-permanent structure cooperation and European global strategy, aktar koperazzjoni u pooling tar-riżorsi bejn il-forzi armati nazzjonali, is-sorveljanza ta' fruntieri fuq l-art u fuq il-baħar, rapid intervention force, it-terroriżmu, crisis intervention, immigrazzjoni u l-irwol tal-parlamenti nazzjonali f'dan kollu.", "Beħsiebni nattendi l-laqgħa li jmiss tal-IPC u, jekk ikun hemm xi żviluppi f'dan ir-rigward, nirrapporta dwarhom.", "Hawn kummenti?", "Ittra oħra li rċevejna hija kopja tad-diskors li l-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, għamel lill-Kunsill Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2015, fejn elenka kwestjonijiet ewlenin fuq l-aġenda tal-Kunsill, u għamel kummenti ġenerali li l-Unjoni Eworpea għandha bżonn tindirizza ċerti kwestjonijiet permezz tal-politika fit-tul.", "Huwa semma l-immigrazzjoni, counter-terrorism, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-klima u l-politika dwar l-enerġija, il-konflitt fl-Ukrajna u r-referendum fir-Renju Unit.", "IL-POŻIZZJONI TAL-GVERN U L-KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN LI NŻAMM FL-14 TA' DIĊEMBRU 2015 DWAR IR-REVIŻJONI TAL-POLITIKA EWROPEA DWAR IL-VIĊINAT (EUROPEAN NEIGHBOURHOOD POLICY)", "THE CHAIRMAN: Fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Gvern u l-konklużjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin, li ltaqa' fl-14 ta' Diċembru 2015, dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat (European Neighbourhood Policy), nistieden lis-Sinj.", "Rodianne Spiteri, Research Analyst, sabiex, jekk jogħġobha, tirapporta dwar il-każ.", "RODIANNE SPITERI (Research Analyst): Sur President, il-Working Group 1, fil-laqgħa tiegħu ta' Lulju 2015, kien irrefera għal EM 3514 – dwar il-konsultazzjoni konġunta intitolata Towards a New EMP (European Management Programme) – lill-FEAC sabiex isir aktar skrutinju minħabba li kien hemm xi nuqqasijiet fit-tweġibiet tal-Gvern; iżda, sadanittant, seħħew bosta żviluppi fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni Ewropea, fit-18 ta' Novembru 2015, ħarġet komunikazzjoni konġunta dwar ir-reviżjoni tal-EMP, li hija analiżi dettaljata ta' tweġibiet li nġabru matul il-konsultazzjoni.", "Wara dan, il-Kunsill ħareġ il-konklużjonijiet tiegħu dwar din il-komunikazzjoni.", "Il-messaġġ prinċipali huwa wieħed pożittiv, fejn il-Kunsill jilqa' l-komunikazzjoni, filwaqt li jsemmi bosta aspetti u punti pożittivi.", "Issa qed nistennew il-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-komunikazzjoni, u b'hekk inkunu nistgħu nkomplu l-iskrutinju b'dan il-mod.", "Għalhekk, l-EM 3514 dwar il-konsultazzjoni konġunta tista' tiġi cleared.", "Jien ippreparajt dokument qasir fejn nagħti aktar dettall dwar dan, u kkuntattjajt ukoll lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin biex jgħaddulna l-pożizzjoni tagħhom.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Sinj.", "Spiteri, inti ppreparajt dan ir-rapport dwar il-briefing.", "Fir-rapport għamilt numru ta' punti li ħarġu mill-iskrutinju fejn qisna qed nagħmlu numru ta' rakkomandazzjonijiet lill-Gvern dwar affarijiet li tħallew barra.", "Min-naħa tal-Gvern, irċevejna xi feedback dwar jekk dawn l-issues humiex se jiġu inklużi fil-pożizzjoni tagħna?", "RODIANNE SPITERI: Le, ma rċevejniex.", "TONIO FENECH: Sur President, is-Sinj.", "Spiteri għamlet dan ir-rapport li, fil-fehma tiegħi, huwa wieħed tajjeb ħafna, fejn ħarġet numru ta' punti fejn il-Kumitat qed jikkonsidra ċerti issues – nassumi li qed nagħmluhom tagħna, jekk qed naqblu ma' dan ir-rapport li ġie ppreparat – li forsi nixtiequ naraw il-Gvern jikkonsidra aktar fil-pożizzjoni tiegħu.", "Ma jagħmilx sens li l-Kumitat jaqbad dawn il-punti, jifformalizzahom u jgħaddihom lin-naħa tal-Gvern, biex il-Gvern jagħtina r-reazzjoni tiegħu jekk huwiex se jikkonsidrahom fil-pożizzjoni tiegħu u, jekk le, jinforma lill-Kumitat għaliex mhux qed jiġu kkonsidrati?", "Inkella naħseb li x-xogħol li qed isir ta' skrutinju hawnhekk, u r-rakkomandazzjonijiet ikunu sempliċiment saru biex tkellimna bejnietna.", "Naħseb li bħala Kumitat għandna jkollna għall-inqas feedback dwar jekk dawn il-punti humiex se jiġu inklużi jew le.", "THE CHAIRMAN: Naqbel miegħek.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT: Dawk kienu fid-dokument oriġinali.", "TONIO FENECH: Fid-dokument il-ġdid ġew jew ma ġewx ikkonsidrati?", "Jew forsi għad m'għandniex pożizzjoni ċara dwar dan?", "RODIANNE SPITERI: Il-Kummissjoni taqbad it-tweġibiet kollha li rċeviet fil-konsultazzjoni tagħha …", "TONIO FENECH: Biss, anke l-mod kif ġie worded id-dokument, pereżempju, naqraw li:", "RODIANNE SPITERI: Hemmhekk qed niffoka fuq il-pożizzjoni tal-Gvern fl-ewwel dokument.", "Dawk ma jiġux indirizzati mill-Kummissjoni.", "TONIO FENECH: Ovvjament, għax hi ma qaltilniex waħda waħda x'ħadet!", "TONIO FENECH: Ovvjament, ma jkollniex dak it-track record.", "RODIANNE SPITERI: Hemmhekk hemm l-iskrutinju tal-ewwel proposta u l-pożizzjoni tal-Gvern fuq l-ewwel proposta.", "TONIO FENECH: Biex nifhem sew il-proċedura ta' kif qed naħdmu, wara li ħriġna dawn il-punti, il-Gvern ta l-feedback jew mar direttament għand il-Kummissjoni?", "RODIANNE SPITERI: Lill-Gvern konna għednielu li mhux qed naqblu.", "TONIO FENECH: Jiġifieri, qed ngħidu li these were forwarded.", "RODIANNE SPITERI: Iva, u anke konna stedinna li jiġi xi ħadd min-naħa tal-Gvern biex jitkellem hawnhekk; imma, sfortunatament, dik ma saritx.", "Imbagħad, peress li kien hemm dawn l-iżviluppi, għedna li forsi jagħmel sens li nistennew il-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-komunikazzjoni, imbagħad nagħmlu skrutinju ta' dik il-pożizzjoni.", "Jekk dan it-tħassib jiġi indirizzat fil-pożizzjoni l-ġdida, imbagħad ikun kollox sew; però, jekk nibqgħu naraw l-istess problemi, ikollna …", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, dan huwa dwar l-iskrutinju tal-ewwel pożizzjoni.", "It-tieni pożizzjoni, kif qed jgħid l-Onor.", "Fenech, għad irridu narawha biex inkunu nistgħu ngħidu jekk dawn il-punti japplikawx jew le.", "TONIO FENECH: Nixtieq nara jekk dawn ġewx ikkonsidrati jew le.", "Naħseb tajjeb li jkollna dik il-follow-up; però rridu noqogħdu attenti li x-xogħol li jkun qed jagħmel il-Parlament tramite x-xogħol tajjeb li qed tagħmlu intom bħala research analysts ma jintilifx in the process, għax jidher li aħna qisna ma kkomunikajniex dawn il-punti mal-Gvern.", "Nifhmu li l-Kumitat kien għadu ma ltaqax li hija ħasra, imma qisu li x-xogħol li qed nagħmlu qed jintilef.", "THE CHAIRMAN: Però, aħna ressaqna l-pożizzjoni tagħna u l-iskrutinju lill-Gvern, mhux hekk?", "TONIO FENECH: Jiġifieri ressaqnihom.", "L-importanti li ressaqna s-sottomissjonijiet tagħna.", "THE CHAIRMAN: Naqbel mal-Onor.", "Fenech, li tajjeb li jkollna follow-up biex naraw l-eżitu tagħha.", "Dan il-protokoll jissupplementa l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kunsill Ewropew billi jpoġġi prinċipji ta' ugwaljanza bħala dritt fih innifsu.", "Dan il-protokoll kien infetaħ għall-firem mill-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa f'Novembru tal-2000.", "Fuq proposta tal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, il-Kabinett approva l-iffirmar u r-ratifika ta' dan il-protokoll.", "Skont il-provvedimenti ta' artiklu 5 tal-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati, dan il-protokoll m'għandux bżonn ratifika parlamentari: imma, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħass li kellu jġibu għall-informazzjoni ta' dan il-Kumitat.", "Nistgħu nipproċedu għall-item li jmiss.", "ŻEWĠ PROPOSTI SOTTOMESSI TAĦT IL-PROĊEDURA TAL-'GREEN CARD'", "THE CHAIRMAN: Għandna żewġ proposti sottomessi taħt il-proċedura tal-green card.", "L-ewwel waħda hija taċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kamra tad-Deputati ta' Franza, dwar corporate social responsibility.", "It-tieni waħda hija miċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Affarijiet Ewropej tal-Parlament tal-Latvja dwar Revision of Audiovisual Media Services Directive 2010/13.", "Nistieden lis-Sur Ian Paul Bajada, Research Analyst, sabiex jagħtina aktar informazzjoni dwar dawn iż-żewġ proposti.", "IS-SUR IAN PAUL BAJADA (Research Analyst): Sur President, bħala introduzzjoni ġenerali, irrid infakkar li dan il-Kumitat diġà kellu proposta ta' green card li hija inizjattiva ġdida u informali fejn il-parlamenti qed iħossu li għandhom jagħtu aktar l-irwol tagħhom bħala proposta għal-leġiżlazzjonijiet, jew inkella għat-tibdil f'leġiżlazzjoni li tkun saret tal-Unjoni Ewropea, aktar milli jużaw il-yellow card jew l-orange card, li hija aktar sistema li twaqqaf liġi tal-Unjoni Ewropea.", "Din hija sistema li għadha informali, mhijiex fit-trattati, u dan il-Parlament s'issa approva l-inizjattiva tal-House of Lords fuq is-circular economy.", "Niġi issa għall-proposti li għandna quddiemna.", "Għandna proposta mressqa mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża dwar corporate social responsibility.", "F'din il-proposta qed tingħata referenza għal dak li seħħ f'April tal-2013 f'Dhaka, il-belt kapitali tal-Bangladesh, fejn kienu mietu 'l fuq minn 1,000 ruħ, li kienu ħaddiema ta' subcontractors jew subsidiaries ta' ditti kbar multinazzjonali tal-ħwejjeġ.", "L-għan prinċipali ta' din il-proposta, permezz tal-green card, huwa li jidħlu ċerti obbligi, taħt il-qafas tal-corporate social responsibility, li jkunu japplikaw għal kull intrapriża li għandha l-headquarters fl-Ewropa u li hija ta' ċertu daqs.", "Jiġifieri, f'dan il-każ qed jeskludu intrapriżi żgħar bħalma huma l-SMEs u li għandhom sussidjarji f'pajjiżi 'l barra mill-Unjoni Ewropea.", "Irid ikun hemm obbligi ċari fejn għandu x'jaqsam ma' due diligence tal-kumpaniji, ir-relazzjonijiet tagħhom fil-qasam tal-kummerċ, il-kumpaniji sussidjarji u s-suppliers tagħhom sabiex jiġi assigurat li ma jkunx hemm riskji soċjali, ambjentali u anke umani.", "F'każ li ma jkunx hemm compliance ma' dawn l-obbligi, għandu jkun hemm sanzjonijiet.", "Dan huwa fil-qosor dak li qed tgħid il-proposta tal-Parlament Franċiż.", "Fl-ewwel parti tad-dokument kif ippreżentat, fit-tieni paragrafu nsibu referenza għal dak li s'issa sar fil-qasam tal-corporate social responsibility mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, jekk wieħed jara xi twettaq s'issa, issib li huwa ftit li xejn fil-qasam tal-corporate social responsibility, u li dak li sar s'issa huma aktar rakkomandazzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu segwiti guidelines maħruġa min-Nazzjonijiet Uniti.", "F'forum li kien sar fi Frar tal-2015 għall-intrapriżi, kien hemm talba sabiex il-Kummissjoni Ewropea jkollha aktar rwol importanti fil-qasam tal-corporate social responsibility; però, l-irwol huwa limitat sabiex il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi pjattaforma li fuqha jkun hemm djalogu, prattiċi tajbin u kollaborazzjoni.", "Fi kliem ieħor, s'issa, l-Unjoni Ewropea baqgħet daqsxejn 'il barra minn dawk li huma obbligi jew sanzjonijiet kif qed jiġu proposti mill-Parlament Franċiż.", "Dan ifisser li l-Unjoni Ewropea għadha daqsxejn 'il bogħod milli tistabbilixxi obbligi kif qed jiġi propost f'din il-green paper.", "Min-naħa l-oħra, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni li ħareġ f'għeluq is-sentejn mill-istess traġedja, talab li fit-trade agreements li jsiru fil-futur ma' pajjiżi terzi, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol għandhom jingħataw aktar importanza.", "Fl-opinjoni tiegħi, qed nara li din il-proposta tmur oltre minn dak li s'issa seħħ fil-prattika min-naħa tal-Unjoni Ewropea, peress li s'issa tkellimna biss fuq rakkomandazzjonijiet sabiex jintużaw ċerti prattiċi internazzjonali, aktar milli li l-Unjoni Ewropea tobbliga kumpaniji li għandhom il-headquarters fl-Unjoni Ewropea biex jagħmlu due diligence li tkun infurzata fuq is-sussidjarji tagħhom li joperaw f'pajjiżi terzi, speċjalment f'pajjiżi li m'għandhomx standards tajbin fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà.", "Naħseb li l-għan tal-Parlament Franċiż huwa għan nobbli u tajjeb.", "Fil-fatt, nixtieq nitlob lill-Kumitat sabiex ningħata aktar żmien ħalli, l-ewwel nett, nara x'qed jaħseb il-Gvern fuq dan id-dokument għax, s'issa, għadni ma ħadtx risposta dwar dan, u t-tieni nett, ikollna ċans naraw x'jaħsbu parlamenti oħrajn għax, s'issa, mill-informazzjoni li għandi, jidher li ħadd għadu ma ta risposta dwar dan.", "Għalhekk forsi nkunu nistgħu nerġgħu ntellgħu dan l-item fuq l-aġenda fil-laqgħa li jmiss biex ikollna aktar opinjoni raġunata, u nkunu nistgħu nieħdu deċiżjoni aħjar.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Jien m'għandix oġġezzjoni li ma neħdux deċiżjoni fuq il-pożizzjoni tagħna llum.", "Il-konċett tal-corporate social responsibility ma kienx imwelled mill-Kummissjoni, imma huwa konċett li żviluppa s-settur privat bħala mod kif hu jagħti l-kontribut tiegħu.", "Jien għandi d-dubji tiegħi fir-rigward tal-proposta li qed jagħmel il-Parlament Franċiż għax, jekk se mmorru għar-regolamentazzjoni tagħha, qed ngħidu li minn xi ħaġa li kienet volontarja, issa se nagħmluha obbligu fuq kulħadd.", "Issa, ir-realtà hija li l-kumpaniji diġà jħallsu għall-corporate social responsibility billi jħallsu t-taxxi tagħhom.", "Kull entità jkollha l-proġett tagħha li jkun aktar viċin dak li hija tħoss li hija l-missjoni tagħha.", "Li issa nibdew indaħħlu obbligu fuq kulħadd, u nkejlu jekk dak tax daqs l-ieħor, iqajjem ċertu tħassib.", "Però, naqbel li qabel ma l-Parlament tagħna jippronunzja ruħu, l-ewwel irridu naraw x'qed jingħad f'parlamenti oħrajn, u anke naraw x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan is-sens.", "Biss, irridu noqogħdu attenti li, meta jibdew jidħlu dan it-tip ta' standards, irridu niftakru li qed inżidu spejjeż ogħla fuq l-entitajiet.", "Issa, jkun hemm kumpaniji li jifilħu għal dawn l-ispejjeż – pereżempju, bank ikun jiflaħ jagħmel ċerti proġetti għax jagħmel profitt ta' €50 miljun – imma, għal kumpaniji oħrajn l-istorja tista' tkun differenti.", "Huwa minnu li qed jgħidu li hemm eżenzjonijiet għall-SMEs skont it-threshold, iżda mbagħad, ta' Franċiżi li huma, daħħlu l-konċett ta' holding companies.", "Għalhekk wieħed jibda jistaqsi għaliex daħħlu speċifikament il-kelma \"holding companies\"; jiġifieri, bla ma trid tibda taħseb li qegħdin jipprovaw jolqtu xi ħaġa oħra.", "Kif iħobbu jagħmlu l-Franċiżi, minflok sempliċiment qalu li hija corporate social responsibility, qed jgħidu li hija mod ieħor to try and get at structures li għalihom suppost qegħdin Franza u f'postijiet oħrajn, għax għandhom il-holding company xi mkien ieħor.", "Naħseb li rridu noqogħdu ftit aktar attenti dwar dan.", "THE CHAIRMAN: Naqbel perfettament.", "Aħna se nsegwu s-suġġeriment tiegħek.", "IS-SUR IAN PAUL BAJADA: Il-proposta l-oħra hija proposta għar-reviżjoni tal-Audiovisual Media Services Directive.", "Bħala żmien ta' meta din il-proposta trid titressaq huwa żmien tajjeb, anke peress li din id-direttiva se tiġi riveduta din is-sena peress li hija mniżżla fil-Commission Work Programme tal-2016.", "L-ewwel punt tal-proposta jitkellem fuq il-bidla tal-geographic scope.", "Hawnhekk jista' jkun hawn issue f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġurisdizzjoni, għax l-istess proposta qed tissuġġerixxi li l-Kummissjoni taddotta dik li qed insejħulha effects approach aktar milli establishment approach.", "Fil-qosor, id-differenza bejniethom qiegħda hawnhekk: artiklu 2 tad-Direttiva eżistenti jgħid li ġurisdizzjoni tiddependi skont fejn is-service provider għandu l-Head Office, fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet u fejn parti sostanzjali tal-ħaddiema joperaw.", "F'każ li dawn il-kriterji ma japplikawx, il-ġurisdizzjoni tiġi applikata skont fejn tkun is-satelllite uplink jew fejn is-satellite capacity tkun qed tiġi wżata.", "Il-limitazzjoni ġuridika ta' fejn tapplika din id-direttiva huwa s'intendi fil-parametri ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea biss.", "L-għan ta' din il-proposta huwa li jkun hemm libertà ta' ċirkolazzjoni ta' programmi awdjoviżivi fl-Unjoni Ewropea; però, f'każijiet fejn ikun hemm service provider li b'mod serju u gravi jikser il-provvedimenti dwar il-protezzjoni tal-minuri, jew jinċita mibegħda bbażata fuq razza, sess, reliġjon, u nazzjonalità, ir-receiving member, jiġifieri dak li jkun qed jirċievi l-istazzjon, jista' japplika d-deroga mill-freedom of reception and transmission.", "Fi kliem ieħor, id-direttiva li qed tapplika bħalissa għandha artiklu li jispjega x'inhi l-ġurisdizzjoni fejn tidħol l-Unjoni Ewropea u fejn irid ikun hemm reception jew re-transmission tal-audiovisual, jiġifieri televiżjoni, online TV u oħrajn.", "Hawnhekk l-issue hija li fil-proposta qed jgħidu li l-ġurisdizzjoni għandha tinbidel minn dak li huwa l-establishment approach, jiġifieri kif inhi mniżżla f'artiklu 2 tad-direttiva eżistenti, għall-effects approach, jiġifieri li ma nibqgħux ngħidu li l-ġurisdizzjoni għandha tiġi bbażata fejn hemm l-editorjal jew fejn qiegħed l-istazzjon, imma fejn in-nies qed jintlaqtu.", "Illum nafu li fil-qasam tal-media, it-televiżjoni u mezzi oħrajn li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea għandhom aċċess dirett għalihom.", "F'din il-green card qed jiġi propost li l-Unjoni Ewropea ma tibqax tħares lejn il-ġurisdizzjoni ta' aspetti fiżiċi ta' fejn ikun hemm il-Head Office jew is-server, imma mill-udjenza li qed tiġi affettwata.", "Waqt li minħabba avvanz fit-teknoloġija, bħall-firxa wiesgħa tal-Internet, smartphones u oħrajn, huwa minnu li l-kwestjoni tal-ġurisdizzjoni saret kwestjoni komplessa, wieħed għandu joqgħod attent kif u meta jista' japplika din id-deroga, peress li d-dritt tal-libertà tal-espressjoni jista' jiġi mxekkel.", "Hawnhekk jista' jkun hawn issue li għal kull ħaġa, pajjiż jibda jgħid li se jwaqqaf dik it-trasmissjoni għax hemm ksur tal-liġi.", "F'dan il-każ, qed nirreferu aktar għal dak li ngħidulu hatred speech minħabba razza, reliġjon u oħrajn, kif imsemmi fit-terminoloġija li hemm f'artiklu 2.", "Hemmhekk qed nara li jista' jkun hemm problema f'dak ir-rigward.", "Rigward it-tieni punt, qed jingħad li l-proċedura li trid tiġi applikata f'każijiet fejn ikun hemm inċitament għal mibegħda bbażata fuq razza, sess, reliġjon jew nazzjonalità hija kkomplikata u eċċessiva, u mhux effettiva f'każijiet fejn hemm ksur serju meta jkun hemm bżonn ta' risposta immedjata.", "F'dan il-każ, huwa importanti li tiġi faċilitata l-applikazzjoni ta' proċeduri, però dejjem huwa importanti li r-rekwiżiti tal-liġi jiġu rispettati.", "F'dan il-każ, qed ngħidu li, jekk pajjiż iħossu urtat għax hemm xi programm tat-televiżjoni jew on demand TV li qed jikser xi waħda minn dawn ir-regolamenti, ikun jista' japplika din id-deroga.", "Ovvjament, biex tapplika din id-deroga hemm ċerti proċeduri li l-Kummissjoni daħħlet f'din id-direttiva.", "Il-Parlament tal-Latvja qed jgħid li dawn il-proċeduri huma twal wisq; jiġifieri, xi kultant, tant kemm idumu biex jiddeċiedu dwarhom, li ma jibqax effettiv li twaqqaf dak il-programm.", "Jien qed ngħid li huwa tajjeb li jiġu faċilitati, però wieħed irid joqgħod attent li jekk hemm ċerti proċeduri, wieħed irid jimxi magħhom.", "Rigward it-tielet punt tal-green card, qed jiġi propost li fejn jidħlu l-linear services, jiġifieri bħat-televiżjoni tradizzjonali, jidħlu wkoll restrizzjonijiet fuq it-trasmissjoni anke fejn jidħol riskju gravi ta' aspetti oħrajn ta' public policy u public security, inkluż is-sigurtà nazzjonali.", "Din ir-restrizzjoni tkun tapplika fuq servizz on demand.", "F'dawn it-tliet punti, speċjalment fuq l-ewwel punt, naħseb li rridu noqogħdu daqsxejn aktar kawti.", "Mill-feedback ta' parlamenti oħrajn li ħadt s'issa, jidher li kien hemm żewġ parlamenti, inkluż il-Parlament tal-Latvja, li qalu li mhumiex se jissapportjaw din il-proposta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proposta tal-Latvja hija perikoluża u taqleb il-konċetti Ewropej rashom 'l isfel.", "Il-konċett ta' place of establishment huwa marbut mad-dritt fundamentali ta' freedom of movement.", "Jekk ninsew għal mument l-audiovisual media services u nieħdu, pereżempju, servizz finanzjarju li jkun stabbilit Malta u jiġi passported għal pajjiżi oħrajn Ewropej.", "Jekk il-pajjiżi l-oħrajn Ewropej jibdew jgħidu li se jerġgħu jiċċekkjaw jekk dak huwiex tajjeb jew le, imbagħad jiġri li s-sistema Ewropea tagħmel minimum standards li l-country of establishment trid tassigura.", "Fl-audiovisual hekk għamlu, sabu l-minimum standards, fejn ma tistax tagħmel racial incitement, hate speech, attakki kontra l-integrità u l-iżvilupp pożittiv tal-minuri u esplojtazzjoni fost l-oħrajn.", "Jekk, għall-argument, nibdew inxandru minn Malta fl-Italja, it-Taljani ma jistgħux jgħidulna li se jiġġammjawna, u l-istess japplika meta aħna nirċievu, pereżempju, ir-RAI.", "Hawn qed jaqilbu dan il-prinċipju rasu 'l isfel.", "Imbagħad, hemm provvedimenti fejn tgħid 'Le, dawn mhux qed josservaw il-minimum standards, u xi drabi tidher li l-proċedura hija ftit twila, imma din hija intenzjonata biex, l-ewwel nett, il-pajjiż li qed jagħmel l-ilment jipprova jasal fi ftehim mal-pajjiż li kontra tiegħu qed isir l-ilment u, jekk ma jaslux, imbagħad tkun il-Kummissjoni li tinvestiga u mhux il-pajjiż li jieħu l-liġi f'idejh sakemm ma jkunx xi każ estrem ħafna.", "Kieku jien noqgħod seba' mili 'l bogħod minn din il-proposta, waqt li naraw xi żviluppi oħra li se jkun hemm.", "Fil-footnotes hemm referenzi għall-Audiovisual Media Services Directive li kienet segwiet it-Television without Frontiers.", "The need to revise it is constant minħabba t-teknoloġija, imma li minn establishment-based tmur effects-based , naħseb li tkun qed tbiddel il-konċett kollu ta' what the European Union is all about.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "Naqbel ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, u naħseb li għandna naraw xi żviluppi se jkun hemm.", "Ovvjament, il-Gvern se jagħti l-pożizzjoni tiegħu; però, eventwalment, naħseb li dik tkun il-pożizzjoni tagħna li ma nkunux ta' support għal din it-tip ta' proposta li tirrestrinġi d-dritt per se tal-espressjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRMAN: L-item li jmiss huwa l-proposta leġiżlattiva mill-Parlament Ewropew dwar emendi għall-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew.", "Fil-11 ta' Diċembru 2015, irċevejna din il-proposta mill-Parlament Ewropew, li ħarġet minn riżoluzzjoni li għaddiet mill-istess Parlament fil-11 ta' Novembru 2015, u li dwarha għadu qed jiġi mħejji rapport għall-Working Group 1.", "Diġà hemm indikazzjoni li fit-13 ta' Jannar 2016, il-House of Commons għamlet draft reasoned opinion dwarha għax jidhirlu li, f'ċerti aspetti, qed tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Kopja tagħha din l-opinjoni qed titqassmilkom.", "Uħud mill-aspetti ta' din il-proposta jikkonċernaw li l-lista ta' kandidati tassigura l-ugwaljanza bejn is-sessi, tinkoraġġixxi l-introduzzjoni tal-electronic voting, u li kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea, anke dawk li jgħixu jew joqogħdu f'pajjiżi terzi, għandu jkollu d-dritt li jivvota fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew dwar data tal-elezzjoni fissa għal kulħadd.", "Il-Parlament Olandiż beħsiebu jitlob l-appoġġ tagħna b'ittra li beħsiebu jibgħat lill-Parlament Ewropew fejn qed jitlob r-raġunijiet għaliex din ma ġietx iċċirkolata mal-parlamenti nazzjonali kif stipulat, u allura l-parlamenti ma setgħux jagħmlu skrutinju tagħha anke mil-lat ta' sussidjarjetà, ħaġa li diversi parlamenti diġà qegħdin jagħmlu.", "Nitlob lill-Kumitat jekk jaqbilx li, jekk niġu mitluba, nagħtu appoġġ lill-Parlament Olandiż skont id-draft li jibagħtulna.", "Hawn xi rimarki?", "IS-SUR ANDRÉ VELLA (Research Analyst): Din kienet proposta pjuttost kontroversjali li ħarġet mill-Parlament Ewropew.", "It-Treaty on the Functioning of the European Union tathom għodda li jistgħu jagħmlu bypass tas-sussidjarjetà, u b'hekk jagħmlu emenda għal-liġi elettorali għall-Parlament Ewropew, fejn fiha qegħdin jagħmlu ċerti proposti.", "Uħud minnhom ma tantx huma daqshekk relevanti bħal, pereżempju, hemm proposta fuq il-logos, li kull tip ta' marketing fil-kampanja elettorali jrid bilfors ikollu l-logo tal-partit.", "Però, imbagħad għandek affarijiet oħrajn li huma aktar relevanti bħal, pereżempju, li jkun hemm threshold obbligatorju, li l-kampanja elettorali ddum 12-il ġimgħa u affarijiet oħrajn relatati mal-gender equality, skont kif iridu jiġu interpretati.", "Il-Parlament Ingliż donnu se jagħmel reasoned opinion, jiġifieri huwa kontra din il-proposta.", "Il-Parlament Olandiż fassal din l-ittra fejn mhux qegħdin jgħidu li l-proposta tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà, però qegħdin jitolbu spjegazzjoni dwar kif il-parlamenti nazzjonali ġew informati biha.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li fir-rigward ta' dawn il-proposti bħal, pereżempju, li kulħadd jivvota bl-electronic voting, wieħed jista' jkollu l-opinjoni personali tiegħu; però, dawn huma ambitu tal-istat per se li jiddeċiedi u mhux ikun hemm xi ħaġa li tkun komuni għal kulħadd.", "IS-SUR ANDRÉ VELLA: Sur President, prima facie jidhirli li l-proposta tagħhom hija legali, però nixtieq infakkar li xorta trid tgħaddi mill-Kunsill.", "THE CHAIRMAN: Hija ironika li l-Parlament Ewropew ma jibgħatx lill-parlamenti nazzjonali għall-iskrutinju.", "TONIO FENECH: Hawn qed ngħidu li it requires unanimity.", "Aħna għandna sistema f'dan il-pajjiż meta nitkellmu fuq emendi għal-liġi elettorali u sistema ta' kif nivvotaw tramite d-diskussjoni bejn il-partiti involuti, materja li, sa fejn naf jien, hija fir-responsabilità tal-Kummissjoni Elettorali.", "Naħseb li l-fatt li lanqas biss ingħatajna ċ-ċans li ssir dik id-diskussjoni, dan huwa nuqqas.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li l-proċedura tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew hija ggwidata mill-Kostituzzjoni ta' Malta.", "TONIO FENECH: Sa fejn naf jien, din issir skont ir-regoli tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Hekk hu jew le, Onor. Zammit Dimech, għax hawnhekk inti tifhem aktar minni?", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ħafna minnha hija żgur marbuta mal-Liġi Elettorali, però ma naħsibx li hija marbuta mal-Kostituzzjoni.", "F'dan il-każ, ikolli nirriċerka ftit aktar.", "TONIO FENECH: Jien qed nifhem li qed niġu mitluba li nappoġġjaw lill-Olanda fit-talba tagħhom biex il-parlamenti jiġu kkonsultati.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt, l-Olandiżi qegħdin jgħidu li qegħdin jagħmlu skrutinju tagħha sakemm qed jibagħtu din l-ittra.", "IS-SUR ANDRÉ VELLA: L-istess nistgħu nagħmlu aħna wkoll.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li din irridu ntellgħuha fil-Working Group 1.", "Fil-fatt, se titla' issa kif nispiċċaw minn dan il-kumitat.", "Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għal data u b'aġenda li jiġu kkomunikati aktar 'il quddiem.", "Nistieden lill-Membri li huma membri fil-Working Group 1 biex, jekk jogħġobhom, jibqgħu f'posthom ħalli ngħaddu għall-konsiderazzjoni ta' proposti leġiżlattivi mil-lat ta' sussidjarjetà u skrutinju, skont kif indikati fuq l-aġenda.", "Fis-7.15 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160118_039d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 18 ta' Jannar 2016.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Presenti wkoll kien hemm is-Sur Ian Paul Bajada, is-Sinj.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 36, 37 u 38 li saru fl-14 ta' Ottubru, id-9 ta' Novembru u s-7 ta' Diċembru 2015, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri b'din il-korrispondenza, li kopja tagħha diġà kienet ġiet mgħoddija lill-Membri:", "Invit mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Bulgaru għall-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa f'Sofia fit-8 u 9 ta' Frar, 2016.", "Peress li din il-laqgħa kienet se taħbat mal-laqgħa tal-COSAC f'The Hague, il-Kumitat qabel li l-Onor.", "Tonio Fenech jissostitwixxi lill-President tal-Kumitat għal din il-laqgħa.", "Dok 131 Ittra datata s-17 ta' Diċembru 2015 mibgħuta miċ-Chairperson tal-Konferenza Inter-Parlamentari (IPC) dwar il-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u Sigurtà (CFSP) u Politika Komuni dwar is-Sigurtà u d-Difiża (CSDP), lil Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-UE, fejn mehmuża magħha ntbagħtu wkoll suġġerimenti speċifiċi minn sitt Parlamenti Nazzjonali (Franza, Ġermanja, Italja, Olanda, Slovenja u Ungerija) fuq il-Politika Ewropea dwar Affarijiet Barranija u Difiża, liema proposti kienu se jiġu diskussi fil-laqgħa li jmiss tal-IPC f'The Hague fis-7 u t-8 April 2016.", "Il-President informa li huwa kien beħsiebu jattendi għal din il-laqgħu u li jekk jiġu reġistrati żviluppi f'dan ir-regward jirrapporta dwarhom.", "Dok 132 Kopja tad-diskors li l-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, għamel lill-Kunsill Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2015, fejn elenka l-kwestjonijiet ewlenin fuq l-aġenda tal-Kunsill u ħeġġeġ li dawn jiġu indirizzati permezz ta' politika fit-tul.", "IL-POŻIZZJONI TAL-GVERN U L-KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN LI NŻAMM FL-14 TA' DIĊEMBRU 2015 DWAR IR-REVIŻJONI TAL-POLITIKA EWROPEA DWAR IL-VIĊINAT (EUROPEAN NEIGHBOURHOOD POLICY)", "Il-Kumitat ikkonsidra r-rapport tar-research analyst u l-pożizzjoni tal-Gvern dwar id-dokument intitolat Joint Consultation Paper 'Towards a new ENP' (JOIN (2015)", "6 final) u talab informazzjoni dwar jekk il-punti mqajma fir-rapport tar-research analyst itteħidx jew kienx se jittieħed kont tagħhom mill-Gvern u/jew mill-Kummissjoni fir-reviżjoni ta' din il-politika.", "Il-Kumitat innota l-informazzjoni pprovduta mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranain dwar ir-ratifika ta' Protocol No. 12 to the Council of Europe Convention for the Protection of Human Rights and Fundamental Freedoms u apprezza l-fatt li għalkemm skont il-provvedimenti ta' Artiklu 5 tal-Att dwar Ratifika ta' Trattati ma kienx hemm ħtieġa ta' ratifika parlamentari, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin xorta ġabu għall-attenzjoni tal-Kumitat.", "ŻEWĠ PROPOSTI SOTTOMESSI TAĦT IL-PROĊEDURA TAL-'GREEN CARD'", "Dok 134 Proposta dwar 'corporate social responsibility' mill-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kamra tad-Deputati ta' Franza dwar id-dħul ta' obbliġi fil-qafas tal-Corporate Social Responsibility fuq kumpaniji multinazzjonali li jkollhom il-headquarters tagħhom fl-Unjoni Ewropea sabiex jiġi assigurat li s-sussidjarji tagħhom li joperaw f'pajjiżi terzi jieħdu miżuri xierqa biex ma jseħħux diżastri ambjentali u/jew ta' dannu għall-ħajja.", "Il-Kumitat esprima r-riservi tiegħu dwar li l-kunċett ta' corporate social responsibility jiġi regolat b'ċertu mod li minn wieħed volontarju jsir obligatorju għaliex f'ċerti każi jekk wieħed jgħolli ħafna l-istandards ikun qed iżid l-ispejjeż li mhux l-intrapriżi kollha jifilħu għalihom u allura jaf ikun hemm intenzjonijiet oħra wara proposta bħal din.", "Għaldaqstant, il-Kumitat qabel li tinkiseb il-pożizzjoni tal-gvern u tinġabar aktar informazzjoni dwar kif jaħsbuha parlamenti nazzjonali oħra.", "Dok 135 Proposta dwar Revision of Audiovisual Media Services Directive 2010/13 mill-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlament tal-Latvija.", "Il-Kumitat qabel li għalkemm is-settur audioviżiv jenħtieġ reviżjoni kontinwa fid-dawl tal-avvanzi fit-teknoloġija, biss wieħed ried joqgħod attent mill-proposta li qegħda ssir sabiex il-Kummissjoni taddotta l-effects approach aktar milli l-establishment approach liema bidla taf tikkuntrasta mal-prinċipji bażiċi tal-freedom of movement and establishment u għaldaqstant kien hemm bżonn ta' aktar informazzjoni u ta' ċerta kawtela.", "AFFARIJIET OĦRA", "Proposta leġislattiva mill-Parlament Ewropew dwar emendi għall-Att dwar l-elezjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew.", "Il-Kumitat qabel li jitħejja rapport mil-lat ta'sussidjarjetà dwar din il-proposta peress li kienet tittratta ċerti aspetti sensittivi u forsi ta' kompetenza nazzjonali bħal, lista ta' kandidati li tassigura ugwaljanza bejn is-sessi, thresholds biex ikollok rappreżentanza, tinkoraġġixxi l-introduzzjoni tal-electornic voting u li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, anke dawk li jgħixu jew joqogħdu f'pajjiżi terzi, għandu jkollhom id-dritt jivvotaw fl-elezzajonijet tal-Parlament Ewropew.", "Barra minn hekk, jittieħed kont ukoll tal-pożizzjonijiet meħuda minn Stati Membri oħra.", "Il-Kumitat qabel li l-President jagħti l-appoġġ tiegħu, ġaladarba jiġi mitlub formalment, għall-ittra li l-Parlament Olandiż kien beħsiebu jibgħat lill-Parlament Ewropew fejn talab raġunijiet għaliex din il-proposta ma ġietx trasmessa lill-Parlamenti Nazzjonali f'konformità mat-Trattat li allura tellfet ċerti parlamenti milli jagħmlu skrutinju tagħha kif suppost u fejn ġie mitlub jirrimedja s-sitwazzjoni.", "Dok 136 Abbozz ta' ittra li l-Parlament Olandiż kien beħsiebu jibgħat lill-Parlament Ewropew dwar il-mod kif ġiet trasmessa lill-Parlamenti Nazzjonali dwar emendi għall-Att dwar l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Fis-7.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160118_039m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 33", "L-Erbgħa, it-3 ta' Frar 2016 fil-5.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar L-Erbgħa, it-3 ta' Frar 2016 fil-5.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "31 ta' Jannar 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160203_033a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 33", "LErbgħa, 3 ta' Frar 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 33", "LErbgħa, 3 ta' Frar 2016", "Il-Kumitat iltaqa' filkamra tal-kumitati 3 fil-binja tal-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.11 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Rimarki?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, f'paġna 3, fil-paragrafu ta' qabel tal-aħħar, fl-aħħar sentenza hemm:", "\"Ma kienx hemm oġġezzjoni għal din il-proposta.\"", "Jien imkien ma nara, fl-ebda punt ta' qabel, jekk kienx hemm qbil jew le ma' xi ħaġa.", "Jekk irridu noqgħodu ngħidu jekk kienx hemm qbil jew oġġezzjonijiet għal kull proposta li ssir, m'għandix problema li nagħmluha, però...", "MR SPEAKER: Hawnhekk qed tagħmel referenza għal...", "DAVID AGIUS: Naf x'hemm miktub Sur President, qrajtu erba' darbiet.", "Jien qed ngħid li jekk se noqgħodu nniżżlu li ma kienx oġġezzjoni għal kull proposta jew kull item li titressaq mill-Gvern, għidli ħalli nibda nieħu pożizzjoni ċara kull darba.", "MR SPEAKER: X'inhija l-problema tiegħek?", "DAVID AGIUS: Dan kien fl-aħħar tal-laqgħa.", "Lanqas kienet diskussa.", "Jekk nisimgħu r-recording nirrealizzaw x'ġara.", "MR SPEAKER: Din mhux fuq l-istess kwestjoni bħalma qlajna l-aħħar darba?", "DAVID AGIUS: Imma l-kliem \"ma kienx hemm oġġezzjoni\" m'għandux ikun hemm, inkella nibda noġġezzjona għal kollox.", "MR SPEAKER: Jiġifieri inti tiġi l-House Business biex toqgħod toġġezzjona?", "DAVID AGIUS: Le, niġi l-House Business biex naqblu u mhux biex nitkbu hawnhekk li m'hemmx oġġezzjoni għal din il-proposta!", "MR SPEAKER: Xi problema għandek hawnhekk?", "Qed issib oġġezzjoni għall-frażi \"ma kienx hemm oġġezzjoni\"?", "DAVID AGIUS: Inti taf li ma kienx hemm diskussjoni, imma kemm intefgħet hemmhekk fl-aħħar tas-seduta.", "Mhuwiex korrett li niktbu li ma kienx oġġezzjoni għal din il-proposta meta lanqas biss ġie mistoqsi jekk kienx hemm xi oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Ħalli nisma' l-parti l-oħra.", "Diġà għandi xi ngħid fuqha.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għat-Turiżmu): Dwar x'ġie diskuss, illum hawn il-mezzi awdjoviżivi però l-iskop tal-minuti, iktar milli xi tniżżel jew ma tniżżilx, huwa fedelment dak li ġara waqt il-laqgħa.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Hemm oġġezzjoni li fejn hemm \"ma kienx hemm oġġezzjoni\" tinqata'?", "Il-Kumitat qabel li f'paġna 2 tal-Minuti tal-aħħar laqgħa tal-Kumitat, fittieni paragrafu millaħħar, l-aħħar sentenza li kienet tgħid \"Ma kienx hemm oġġezzjoni għal din ilproposta.\" għandha titħassar.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 32 tal-1 ta' Diċembru 2015 kif emendati, ġew konfermati.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Nhar il-5 ta' Ottubru l-Ombudsman ippreżentalna kopja tal-Ombudsplan 2016 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dakinhar stess.", "Dan irid jiġi diskuss minn dan il-Kumitat.", "Għalhekk nitlob biex insibu data li tkun konvenjenti għal kulħadd.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nista' nikkomunika miegħek iktar tard jew bilfors id-data rridu nagħmluha illum?", "Biex nara dwar is-safar.", "MR SPEAKER: M'hemmx għalfejn immedjatament, imma jrid ikolli data kemm jista' jkun malajr ħalli nkun nista' ninforma lill-Ombudsman.", "GODFREY FARRUGIA: Jiena nara li jista' jkollna data l-ġimgħa d-dieħla.", "Aktar tard ngħidlek meta.", "MR SPEAKER: Tridu taraw jekk tridux taħtru xi membri għal waqt din id-diskussjoni?", "GODFREY FARRUGIA: Nikkomunika miegħek, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "GODFREY FARRUGIA: Il-ġimgħa d-dieħla se nkun imsiefer.", "Ma tistax tkun il-ġimgħa d-dieħla.", "Hemm il-festa u l-Parlament se jiltaqa' biss darba.", "Nikkomunika dirett miegħek.", "ĊELEBRAZZJONI TA' JUM IL-COMMONWEALTH", "MR SPEAKER: Jidhirli li diġà għaddejtilkom kopja tad-dokument li rċevejt mill-Commonwealth Parliamentary Association dwar l-osservanza tal-ġurnata tal-Commonwealth għall-fergħat kollha, Malta inkluża.", "Din se tkun fl-14 ta' Marzu.", "Għandkom kopja tal-korrespondenza datata 14 ta' Diċembru.", "Qed niġu mistiedna biex nieħdu l-opportunità li nfakkru din il-ġurnata billi norganizzaw attività intiża biex tqajjem l-għarfien taż-żgħażagħ dwar il-Commonwealth u s-CPA.", "Mal-korrespondenza rċevejna wkoll numru ta' suġġerimenti dwar x'jistgħu jkunu dawn l-attivitajiet.", "Nissuġġerixxi li nilqgħu din l-istedina min-naħa tal-Commonwealth billi fl-14 ta' Marzu fl-aġenda jkun hemm inkluż diskussjoni ġenerali bla vot dwar il-Commonwealth anke fid-dawl taċ-CHOGM li nżamm Malta s-sena l-oħra, fejn ittieħdet deċiżjoni li f'Malta jitwaqqaf l-Small States Centre of Excellence.", "Qed nissuġġerixxi li qabel ma nibdew ix-xogħol tal-Parlament, bejn il-5.00p.m. u s-6.00 p.m, fl-14 ta' Marzu niddiskutu din it-tema.", "Ma nafx għandkomx ideat oħra dwar kif taħsbu li nistgħu niċċelebraw dan il-jum.", "L-Onor.", "Dan l-aħħar kellna ċ-CHOGM hawn Malta.", "Huwa importanti li nkomplu nemfasizzaw ir-rabta tagħna mal-Commonwealth u l-istorja tagħha.", "Hija inizjattiva tajba u pożittiva u jidhirli li din l-attività m'għandhiex tkun limitata biss għal diskussjoni bejn id-deputati.", "Naħseb li huwa iktar importanti li essenzjalment ikun hemm għarfien dwar il-Commonwealth anke mal-istudenti u mal-komunità in ġenerali Maltija.", "Fil-programm huma stess li jiġu kuntattati l-iskejjel taż-żona u jintbgħatu żewġ persuni żgħażagħ jagħmlu żjara tal-Parlament on Commonwealth Day imbagħad ikun hemm diskussjoni.", "Naħseb li nistgħu nagħmluha iktar miftuħa u wiesa iktar milli nillimitawha bejnietna.", "Nistgħu niddiskutu kemm trid fuq il-Commonwealth, imma ma naħsibx li n-nuqqas ta' għarfien huwa fost id-deputati.", "MR SPEAKER: Fuq is-suġġeriment li qed jagħmel l-Onor.", "Mario de Marco, meta kellna d-dibattitu bejn il-kandidati għas-segretarju ġenerali taċ-CHOGM, kellna wkoll żgħażagħ Maltin jistaqsu d-domandi u jipparteċipaw.", "Dakinhar nistgħu forsi nistiednu xi żgħażagħ mill-iskejjel jipparteċipaw flimkien mal-membri parlamentari, bħalma ġieli jkollna fil-jum tad-diżabilità, fil-jum tal-Ekoskola u meta jkollna Science In The House?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għat-Turiżmu): Min-naħa tal-Gvern naqbel mal-Onor. de Marco fis-sens li jekk wieħed jifli l-programm, jara li l-ispirtu tiegħu mhuwiex limitat għal kwestjoni ta' siegħa dibattitu imma huwa xi ħaġa usa, li jmur lil hinn minna d-deputati u mill-attività tagħna bħala deputati fil-Kamra tad-deputati.", "Naqbel mas-suġġeriment.", "Irridu naraw jekk allura l-ħin ta' siegħa huwiex biżżejjed biex din l-attività wiesa loġistikament tkun tista' ssir f'siegħa biss.", "MR SPEAKER: Dejjem fl-14 ta' Marzu.", "Fil-kas nibdew qabel il-5.00 p.m. Nibdew fl-4.00 p.m. u naraw li nlestu sas-6.00 p.m.", "MARIO DE MARCO: Jistgħu jiġu żgħażagħ li jkunu mdawra mal-bini mill-istaff tal-Iskrivan tal-Kamra, imbagħad id-diskussjoni tkun ta' siegħa.", "Jistgħu anke jiltaqgħu mal-whips u nuruhom xi jsir hawnhekk.", "Dan għax għandu jsir mhux biss għarfien tal-Parlament tagħna, però l-importanza tal-Commonwealth anke għall-pajjiżna u l-importanza ta' Malta għall-Commonwealth.", "Naħseb li għandu jkun hemm konverġenza tal-istaff tal-Parlament flimkien mad-deputati ma' dawn iż-żgħażagħ.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Forsi jistgħu anke jiltaqgħu ma' xi nies li kienu protagonisti fl-aħħar CHOGM li nżamm hawn Malta u anke jkun hemm diskussjoni magħhom u jkun hemm xi wirjiet awdjoviżivi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Kif qed jgħid l-Onor. kollega tinżamm, imma din il-ġurnata ma tkunx limitata biss għal dan id-dibattitu.", "MARIO DE MARCO: Għandna wkoll deputati dejjem isiefru fuq żjarat tal-Commonwealth.", "Naħseb li huwa importanti li dawn ikunu preżenti, mhux biss tant għad-diskussjoni, imma anke biex jitkellmu ma' min ikun mistieden dwar l-esperjenza tagħhom f'dawn il-laqgħat, dwar x'isir f'dawn iż-żjarat, u għaliex huma importanti.", "Jista' jkun utli wkoll li r-rapporteurs fil-varji laqgħat li saru waqt iċ-CHOGM – u smajt li kien suċess il-business forum – jagħtu l-espejenza tagħhom dwar dawn l-affarijiet.", "Kważi kważi wieħed jista' wkoll jiltaqa' wkoll ma' nies mill-Kamra Kummerċ dwar din il-ħaġa u ma nillimitawhiex biss għaż-żgħażagħ, imma anke għall-imprendituri.", "Inti għandek il-Young Chamber.", "Huwa importanti li nagħmlu kuntatt magħhom biex anke dawn ikunu fost il-mistiedna.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Naqbel.", "Fiċ-CHOGM kellna wkoll il-Women's Forum li kien l-ewwel darba li nżamm.", "Għandek ukoll l-Onor.", "Tonio Fenech li għandu kariga tal-Commonwealth.", "Għandek is-Sinjura Phyllis Muscat li loġistikament ħadet ħsieb is-Summit.", "Dawn in-nies kollha jistgħu jiġu kuntattjati biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom.", "MR SPEAKER: Naħdmu hekk?", "Nimxu fuq din l-attività li semmejna.", "Nifformulaw programm, nikkomunikaw maż-żewġ naħat tal-Kamra, u nimxu minn hemmhekk.", "GODFREY FARRUGIA: Se ntellgħu xi wirja awdjoviżiva?", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li se jkollna ċans.", "Issir seduta fil-Parlament u dak li ssuġġerew l-Onor. de Marco u l-Ministru Zammit Lewis.", "SEGRETARJAT TAL-CAPAC", "MR SPEAKER: La qed nitkellmu fuq il-Commonwealth, tajjeb li ninfurmakom li lbieraħ ġie ffirmat il-CAPAC Co-ordinating Unit bejn il-Parlament Malti u l-assoċjazzjoni tal-kumitati dwar il-kontijiet pubbliċi tal-Commonwealth, presedut mill-Onor.", "Il-ftehim jipprovdi li l-Parlament Malti joffri l-istruttura ta' segretarjat għal din l-assoċjazzjoni ġdida u li l-kumitat eżekuttiv tagħha, li huwa presedut mill-Onor.", "Tonio Fenech, ovvjament jikkordina ma' dan is-segretarjat.", "Il-ftehim huwa għal tliet snin, liema terminu jista' jiġġedded.", "Dak kien ftehim li aħna lħaqna wkoll ma' Londra.", "JUM DINJI DWAR L-GĦARFIEN DWAR L-AWTIŻMU 2016", "MR SPEAKER: Tajjeb li ngħid ukoll li l-Parlament Malti għal din is-sena ntagħżel li jkun il-bini għall-jum dinji dwar l-għarfien tal-awtiżmu.", "L-aħħar bini li ntagħżel kien l-Empire State Building ta' New York u ntagħżlu wkoll Trafalgar Square f'Londra u l-piramidi fl-Eġittu.", "Din se tkun xi ħaġa fuq tlett ijiem.", "Meta imbagħad fl-1 ta' April ikollna l-ġurnata tal-jum dinji ta' l-awtiżmu, il-Parlament ikun mixgħul bil-blu, li huwa dawl apposta dwar l-għarfien għal din il-kundizzjoni.", "Se tkun okkażjoni bi programm mal-fondazzjoni dwar l-assoċjazzjoni tal-ġenituri u tfal bl-awtiżmu li se jkunu preżenti.", "Se jkun hemm id-diskorsi tiegħi u tal-assoċjazzjoni.", "Nistieden ukoll il-whips min-naħa tal-Kamra.", "GODFREY FARRUGIA: 'Il quddiem kont se nissuġġerixxi meta se jagħlaq u jerġa' jiftaħ il-Parlament wara l-Easter recess.", "Il-ftuħ tal-Easter recess se jkun waqt dik il-ġimgħa.", "Nissuġġerixxi li nibdew b'liġi li għandha x'taqsam mal-awtiżmu.", "MR SPEAKER: Eċċellenti!", "GODFREY FARRUGIA: Niftħu l-Parlament biha.", "MR SPEAKER: Ovvjament se jkun hemm din l-assoċjazzjoni flimkien mal-fondazzjoni.", "Isir diskors miċ-Chairperson ta' dik il-fondazzjoni u minni.", "Fil-Parlament se nagħtu l-premises fuq il-bejt biex issir attività ta' fund raising.", "Aħna ma noħorġu xejn, sempliċement jintuża l-istess Parlament.", "Jien privileġġjat li ġie magħżul dan il-Parlament din is-sena ovvjament wara l-piramidi tal-Eġittu, Trafalgar Square u l-Empire State Building.", "Hija xi ħaġa li tagħtina sodisfazzjon.", "PROĠETT MILL-ORKESTRA FILARMONIKA TA' MALTA", "MR SPEAKER: Hemm ukoll proġett mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta.", "Xtaqt ninforma lill-Kumitat li hemm inizjattiva li ttieħdet mill-uffiċju tiegħi biex tiġi esplorata attività fil-Parlament flimkien mal-Orkestra Nazzjonali.", "Kellna laqgħat magħhom.", "Apparentament saret talba minnhom biex din il-performance tkun tifforma parti minn programm edukattiv li bis-saħħa tiegħu l-istess Parlament ikun qed jirrikonoxxi s-siwi u l-benefiċċji tal-iżvilupp ta' edukazzjoni mużikali.", "Kif qed taraw fil-korrespondenza, dan il-programm se jkun kompost fi tliet sessjonijiet u workshops, fejn l-aħħar waħda huwa maħsub li tinkludi l-parteċipazzjoni tal-membri parlamentari.", "X'se jiġri?", "Iqum deputat fil-Kamra, jagħmel xi ħaġa b'idejh, u jiġi qisu qed juża l-mużika.", "It's a wonderful excercise u hija xi ħaġa li qaluli kif taħdem u jkun hemm l-istudenti.", "Din tkun fl-24 ta' Frar bejn il-5.00 p.m. u l-5.30 p.m. qabel ma nibdew is-seduta.", "Huwa importanti li jkun hemm numru ta' deputati preżenti.", "B'hekk nibagħtu messaġġ kemm lis-soċjetà li tħobb il-mużika hawn Malta u anke s-soċjetà nfisha li l-parlamentari wkoll jirrikonoxxu u jagħrfu l-importanza tal-orkestra u l-mużika, li tista' wkoll tkun kontribut għad-demokrazija fil-pajjiż, li tista' tgħin biex tibgħat messaġġ.", "Hija xi ħaġa interessanti.", "Se nkun hemm xi strumenti fil-Kamra, jidħlu għal nofs siegħa.", "DEBORAH SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Sur President, int se tkun il-maestro fil-Kamra?", "MR SPEAKER: Tkellimt magħhom u jixtiequ l-kontribut tagħkom.", "Ma niddejjaqx li nkun parti.", "L-esperti b'esperjenza ta' barra minn Malta li ġew qaluli li bejn it-3.00 p.m u l-4.30 p.m. isiru l-provi mal-parlamentari u jgħidulhom x'għandu jsir.", "Bejn il-5.00 p.m. u l-5.30 p.m. ikun hemm is-sessjoni mal-membri, fejn kulħadd ikollu xi ħaġa x'jagħmel.", "Pereżempju f'mument minnhom tqum u jgħidlek x'għandek tagħmel.", "Tkun xi ħaġa li qed tibgħat messaġġ kemm lil dawk involuti fil-mużika u kemm lil dawk li qed jaraw it-televiżjoni.", "(Interruzzjonijiet) Ma bdejtx bik biex nagħti eżempju.", "Se tkun maqsuma fuq tlett ijiem.", "Se ssir bejn il-22 u l-24 ta' Frar u intom bħala parlamentari tidħlu fl-24 ta' Frar.", "MARIO DE MARCO: Iktar milli tkun limitata għad-deputati, ma nara xejn ħażin li billi din mhux se tkun parti minn sessjoni anke nistiednu tfal minn ċertu skejjel.", "MR SPEAKER: Se jkun hemm l-istaff tal-Parlament ukoll.", "Mill-iskejjel se jkun hemm imma huwa importanti li din il-parti tkun marbuta mal-Parlament.", "MARIO DE MARCO: Jekk deputat irid jiġi, bil-qalb kollha, però naħseb li iktar jagħmel sens li nistiednu tfal minn istituti jew nies oħrajn li jistgħu jiġu u jkunu parteċipi.", "Fair enough li ssir fis-sala tad-deputati, però naħseb li hekk verament qed nagħtu messaġġ tal-mużika x'tista' tfisser.", "MR SPEAKER: Dak li qed tgħid inti se jkun kollu hemm.", "Se jkun hemm kemm studenti kif ukoll parlamentari.", "Mhux qed nippretendi d-69 deputat, imma jekk ikun hemm a good handful ta' għaxra jew 12-il parlamentari tkun xi ħaġa sabiħa.", "Jekk ma jkunx hemm, nibagħtu messaġġ li l-parlamentari ma jridux jipparteċipaw.", "Dan l-esperiment sar f'xi pajjiż ieħor u rnexxa u issa jixtiequ jagħmluh Malta.", "Mhux Maltin biss, imma l-esperti li ħarġu b'dan il-programm.", "Il-parti tal-parlamentari se tkun biss nofs siegħa fil-preżenza ta' oħrajn, bejn il-5.00 p.m. u 5.30 p.m. fl-24 ta' Frar.", "Li qed jgħid l-Onor. de Marco kollha se tkun inkluż.", "Se jkun hemm l-istudenti ta' Johann Strauss u studenti oħra u anke staff mill-Parlament.", "JUM Il-KARNIVAL", "MR SPEAKER: Qed ngħaddilkom il-programm tal-Karnival.", "Niġbidilkom l-attenzjoni li nhar fit-8 u 9 ta' Frar aħna ġejna infurmati li żgur fit-8 ta' Frar il-karrijiet se jkunu qed jitilqu minn Triq Ġilormu Cassar u fl-aħħar se jgħaddu minn quddiem il-Parlament, u żgur waqt il-ħin li tkun għaddejja s-seduta.", "Dan ifisser li se jkun hemm problema kbira ta' parkeġġ għall-membri u ċertament se jkun hemm disturb waqt il-ħin tas-seduta.", "Għaldaqstant nistaqsi jekk tarawx li huwa l-kas li ma jiltaqax il-Parlament it-Tnejn 8 ta' Frar.", "Mhux qed ngħid biex ma jiltaqax, imma naħseb li se jkollna problema kbira.", "GODFREY FARRUGIA: Min-naħa tagħna m'hemmx dubju li naqblu li nhar it-8 ta' Frar, bħalma ġara anke fi snin oħra, ma jkunx hemm seduta fil-plenarja.", "MARIO DE MARCO: Żgur li għandna nżommu l-Parlament għal nhar id-9 ta' Frar.", "GODFREY FARRUGIA: Mela fuq it-Tnejn 8 ta' Frar naqblu.", "MARIO DE MARCO: Qed nifhem minħabba raġunijiet ta' loġistika, aċċess, ħsejjes, eċċ.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nuqqas ta' flessibilità u inkonvenjent.", "MARIO DE MARCO: Jekk l-Iskrivan tal-Kamra qed jinfurmana li waqt il-ħinijiet ta' bejn is-6.00 p.m. u d-9.00 p.m. se jkun impossibbli biex aħna nesegwixxu l-funzjonijiet tagħna normali fi ħdan il-Parlament.", "MR SPEAKER: Qed ngħid dan wara li kellna diskussjonijiet mal-pulizija.", "Mhuwiex kapriċċ imma neċessità fiċ-ċirkostanzi, kemm loġistikament u kemm biex inti tista' tiddibatti.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, l-istess ammont ta' ġranet li ħadu fi snin oħra bħala btala tal-Għid qegħdin nerġgħu neħduhom din id-darba.", "Din id-darba l-perijodu minn meta bdejna minn Jannar sa meta nispiċċaw qabel il-vakanza tal-Għid huwa iqsar minn tas-sena l-oħra u allura għandna programm impenjattiv.", "Bħalma semmejt iktar kmieni bħala suġġeriment meta s-Sedja semmiet l-awtiżmu, tkun xi ħaġa sabiħa li meta nerġgħu niftħu l-Parlament nhar il-4 ta' April niftħuh bl-Abbozz ta' Liġi 136, li huwa Abbozz ta' Liġi dwar l-empowerment ta' persuni fuq firxa wiesa ta' awtiżmu.", "Se nidħol issa għal dak li ppreparajt dwar l-iskeda parlamentari t'issa.", "Aħna qegħdin ngħidu li nhar it-Tnejn m'hemmx Parlament.", "Id-9 ta' Frar inkomplu bil-miżuri tal-Baġit fis-6.00 p.m u l-Erbgħa hija festa pubblika.", "It-Tnejn 15 ta' Frar se nkomplu bil-miżuri tal-Baġit u l-istess it-Tlieta 16 ta' Frar.", "Hawnhekk hija x-xewqa tiegħi li fis-16 ta' Frar nagħlqu t-Tieni Qari bid-diskors tal-Ministru Scicluna dwar il-miżuri tal-Baġit.", "DAVID AGIUS: M'għandkomx kelliema intom?", "GODFREY FARRUGIA: Ħallini nispiċċa.", "DAVID AGIUS: Għax dawk it-tlet seduti neħduhom aħna biss.", "GODFREY FARRUGIA: Dan ifisser li jien u l-Onor.", "David Agius irridu niltaqgħu u naraw is-seduta minn meta għandha tibda, jekk għandhiex tibda iktar kmieni jew le skont in-numru ta' kelliema.", "Dan qiegħed ngħidu b'mod partikolari għall-15 u 16 ta' Frar għaliex irridu niftakru li l-ġimgħa ta' qabel, it-8 u l-10 ta' Frar aħna se nitilfu żewġ seduti.", "Allura qed nipproponi li nhar it-Tnejn 15 ta' Frar jew it-Tlieta 16 ta' Frar is-seduta tibda iktar kmieni mbagħad jittieħed l-aġġornament fit-8.00 p.m. Nibdewha minn kmieni wara nofsinhar pereżempju mis-2.00 p.m. jew it-3.30 p.m. Jiddependi skont il-kelliema li jkollna.", "Imma t-Tnejn 15 u s-16 ta' Frar ikunu dwar il-miżuri tal-Baġit.", "L-Erbgħa 17 ta' Frar nidħlu fi Stadju ta' Kumitat dwar l-istess miżuri tal-Baġit.", "L-istess nagħmlu fit-22 ta' Frar, biex b'hekk nagħlqu dan l-Abbozz sat-22 ta' Frar.", "Irrid infakkar lil dan il-Kumitat li din id-darba d-diskors tal-Baġit kien iktar kmieni, u allura hemm anke t-terminu ta' sitt xhur minn meta sar il-Baġit, li sar f'nofs Ottubru.", "Barra minnhekk l-Easter recess ġej iktar kmieni u allura hija waħda mill-prijoritajiet li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Miżuri tal-Baġit neħilsu f'waqtu.", "It-Tlieta 23 ta' Frar qiegħdin ngħidu li nkomplu l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz Parlamentari.", "L-Erbgħa 24 ta' Frar niftħu abbozz ta' liġi tal-Oppożizzjoni li huwa l-Abbozz ta' Liġi 118, dwar emendi għall-Kodiċi Ċivili.", "Inkomplu l-istess Abbozz ta' Liġi t-Tnejn 29 ta' Frar.", "Nemmen li f'żewġ seduti għandna nagħlquh.", "It-Tlieta l-1 ta' Marzu niftħu Abbozz ta' Liġi li diġà ngħata lill-Oppożizzjoni imma s'issa m'għandux numru għax għadu se jiġi pubblikat dwar id-donazzjoni tal-organi.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li ġie diskuss anke fil-kumitati permanenti tas-Saħħa, tal-Affarijiet Soċjali u anke tal-Familja.", "Il-membri huma infurmati dwaru.", "L-istess Abbozz ta' Liġi diġà ingħata lix-shadow minister.", "Għaldaqstant qed nipproponi li għalkemm mhux pubblikat sal-1 ta' Marzu nibdew niftħu lilu.", "Nhar il-Erbgħa 2 ta' Marzu qed nipproponi li niftħu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni.", "Skont id-diskussjonijiet li jistgħu jkunu għaddejjin bejn id-Deputat Prim Ministru u l-Onor. de Marco fit-Tnejn 7 ta' Marzu qiegħed nipproponi li niddiskutu jew l-Ordnijiet Permanenti jew il-mozzjoni tal-proċedura.", "Dwar l-Ordnijiet Permanenti nfakkarkom li t-tibdil tagħhom ilu fuq din il-Mejda kważi sentejn.", "Tajna s-suġġerimenti tagħna lill-Oppożizzjoni iktar minn sena u nofs ilu.", "F'Jannar li għadda kont mitlub li nippreżentahom in tabulation form.", "Konna tlabna feedback ukoll dwarhom.", "S'issa għad m'għandniex feedback imma se tinbeda diskussjoni bejn id-Deputat Prim Ministru u l-Onor. de Marco.", "Naraw dik id-diskussjoni fejn twassalna imbagħad naraaw jekk ikollniex mozzjoni ta' proċedura jew Ordnijiet Permanenti.", "It-Tlieta 8 ta' Marzu nipproponi li nagħmlu Abbozz ta' Liġi 139 li għandu x'jaqsam mal-Istitut tal-Istudju Turistiċi (ITS).", "Idealment jiftaħ u jagħlaq.", "L-Erbgħa 9 ta' Marzu niftħu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-iStandards tal-Ħajja Pubblika.", "Dwar dan bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn id-Deputat Prim Ministru u r-rappreżentant tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Infakkar ukoll li bħala Gvern dejjem abbinajna flimkien id-diskussjonijiet dwar l-Ordnijiet Permanenti u l-iStandards tal-Ħajja Pubblika.", "Qiegħed inħalli d-9 ta' Marzu bħala ġurnata riżervata għall-voti elettroniċi.", "Hemmhekk qed nara li jkollna votazzjonijiet fuq l-Abbozz dwar Miżuri tal-Baġit u l-Abbozz ta' Liġi 118 li jemenda l-Kodiċi Kriminali, abbozz ta' liġi tal-Oppożizzjoni ppreżentat mill-Onor.", "DAVID AGIUS: Tista' tirrepeti tal-voti?", "GODFREY FARRUGIA: Qiegħed nirriżerva l-ġurnata tad-9 ta' Marzu għall-voti elettroniċi.", "Jien qiegħed nara li jkun hemm il-voti tal-Baġit dakinhar.", "DAVID AGIUS: Ma jistax ikun.", "GODFREY FARRUGIA: Għalfejn?", "DAVID AGIUS: Għax dawk suppost jittieħdu fis-sittax ta' qabel tmur kumitat!", "Qabel ma tmur kumitat trid tgħaddih mit-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Il-voti wara t-Tieni Qari meta se jittieħdu?", "GODFREY FARRUGIA: Hawnhekk se jkun hawn vot, imma qed inħalli ġurnata oħra riżervata… Għandna s-16 ta' Frar li se jkun vot, u se jkolli ġurnata oħra riżervata, li hija d-9 ta' Marzu li se tkun għall-Kodiċi Ċivili, Abbozz ta' Liġi 118.", "Jien semmejt ukoll il-Baġit u xi affarijiet oħra li forsi jkunu jistgħu jingħalqu sa dak iż-żmien.", "MR SPEAKER: Fis-16 Frar se jkun hemm it-Tieni Qari tal-Baġit.", "DAVID AGIUS: Il-voti jittieħdu meta jingħajtu mill-Oppożizzjoni.", "Jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat nagħmlu differed vote imma jrid isir qbil bejn iż-żewġ naħat.", "GODFREY FARRUGIA: Nistgħu naqblu hawnhekk, għalhekk qed nippreżentahom jien.", "DAVID AGIUS: Ma tistax tagħmel hekk!", "Mela jien naf x'se jiġri rigward affarijiet oħra minn dakinjar sad-9 ta' Marzu?", "Mela jien nista' nintrabat b'vot fid-9 ta' Marzu!", "MR SPEAKER: Jittieħed dejjem vot.", "GODFREY FARRUGIA: L-istess jiġri lili!", "Aħseb u ara lili!", "MR SPEAKER: Il-vot jitgħajjat, imbagħad hemmhekk isir vot.", "La wieħed u lanqas l-ieħor.", "X'ħin jitlesta jitgħajjat il-vot.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qed nipprova nirriżerva ġurnata għall-mistrieħ tal-moħħ min-naħa tiegħi u tal-Oppożizzjoni biex jekk ikun hemm il-bżonn, ngħidu li dik hija blokkata.", "MR SPEAKER: It's not on. Nimxu skont il-proċedura.", "Il-proċedura qiegħda stabilita.", "(Interruzzjonijiet) It's not on. Aħna qed nippruvaw naslu.", "Hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Ifhimni kien hemm mozzjonijiet ta' proċedura li kienu jiddettaw meta jittieħed vot imma qed nipprova nilħaq qbil fil-Kumitat Permanenti biex ikun hemm ġranet li huma fissi dwar il-vot.", "MR SPEAKER: M'intix qed timponi s-16 ta' Frar, imma qed ngħidu li jkun hemm il-possibilità li dakinhar jittieħed il-vot.", "Mingħajr preġudizzju.", "Jekk kemm-il darba ma jkunx il-kas, allura ma jitteħidx.", "Hija ħaġa stabilita li meta tispiċċa d-diskussjoni jingħata l-vot.", "GODFREY FARRUGIA: Onor. Agius, qed nipprova nilħaq ftehim b'mod uffiċjali biex ikun hemm serħan tal-moħħ min-naħa tiegħek u serħan tal-moħħ min-naħa tiegħi.", "B'hekk meta jkollna membri imsefrin fuq xogħol jew fuq btala jew imkella mard, inkunu nistgħu ngħidu li dik il-ġurnata fejn aħna rridu noqgħodu iktar attenti, anke meta niġu biex nagħtu l-permess tas-safar jew le.", "Issa jien għandi maġġoranza, allura hija inqas problema għalija, imma xorta qed nipprova noħloq ftehim minn qabel.", "Jekk inti ma taqbilx, ma jkun ġara xejn!", "MR SPEAKER: Meta jkun hemm l-iStadju ta' Kumitat, jekk ikun hemm ftehim, dejjem jittieħed fid-9.00 pm il-vot.", "Nagħmluha ċara: Skont l-Ordnijiet Permanenti tagħna l-vot jittieħed meta mitlub.", "Issa, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat għax l-affarijiet ikunu mixjin sew m'hemmx problema, kif dejjem sar, però jiena ma nistax nintrabat fil-House Business Committee mil-lum dwar x'se jiġri għada u pitgħata.", "MR SPEAKER: Dan ifisser li m'hawnx ftehim.", "Nitlob lill-Onor.", "Farrugia jibqa' għaddej fuq l-aġenda.", "GODFREY FARRUGIA: Ma kienx hemm ftehim fil-laqgħa ta' qabel li saret qabel Diċembru?", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Lanqas dawn l-affarijiet ma ġew quddiemi qabel ma ġejna hawn!", "Qed nismagħhom illum għall-ewwel darba!", "MR SPEAKER: Issa qed nisimgħuhom.", "DAVID AGIUS: Allura kif nista' nagħti l-go ahead tiegħi għall-voti minn issa?", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, mexxi bl-aġenda!", "Ejja ħa nimxu!", "GODFREY FARRUGIA: Għandi riżerva għal dak li qed l-Onor.", "MR SPEAKER: Ma rridx dibattitu fuq riżervi!", "DAVID AGIUS: Jien kont naf bihom qabel dawn id-dati?", "M'għandix riżerva.", "Dak li qed ngħid huwa ġust!", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn, kulħadd jibqa' kif inhuwa!", "Mexxi bil-programm tiegħek!", "GODFREY FARRUGIA: It-Tnejn, 14 ta' Marzu nkomplu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali bil-possibilita li nagħlquh.", "It-Tlieta, 15 ta' Marzu nipproponi l-Abbozz ta' Liġi li għandu x'jaqsam l-Att dwar id-Donazzjoni tal-Organi, bil-possibilità li nagħlquh.", "MR SPEAKER: Dak nibdewh fil-1 ta' Marzu.", "GODFREY FARRUGIA: Nemmen li nistgħu nagħlquh ukoll.", "L-Erbgħa 16 ta' Marzu nagħmlu l-mozzjoni dwar l-Avviżi Legali 262 u 263 tal-2015.", "Dawn għadhomx mhumiex in vigore skont ftehim li konna għamilna mal-Oppożizzjoni.", "Qiegħed nipproponi li dakinhar issir seduta waħda li tkun maqsuma bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nifhem li jittieħed ukoll vot li jista' jittieħed dakinhar.", "MR SPEAKER: Għandek iktar xi tgħid, Onor. Farrugia?", "DAVID AGIUS: L-ewwel ħaġa, meta qed ngħidu li jingħalqu ċerti liġijiet, l-ewwel irrid nara kemm għandi kelliema, imbagħad inkun nista' nikkommetti ruħi.", "Ma nistax nikkommetti ruħi u ngħid li l-għeluq isir meta qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Meta se tiġi dibattuta l-mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni rigward il-ħatra ta' Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent?", "GODFREY FARRUGIA: Se nitkellem b'mod separat fuq dik.", "DAVID AGIUS: Aħna rridu diskussjoni fuqha.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, iva, se nagħtik id-diskussjoni wkoll.", "DAVID AGIUS: Data għad-diskussjoni.", "Se nippruvaw naqblu fuq dan ukoll.", "MR SPEAKER: Mela tlaqna mid-9 ta' Frar u għandna pjan sas-16 ta' Marzu.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jiena ma nistax nagħti commitments fuq din l-aġenda qabel ma nkellem lill-grupp parlamentari tiegħi.", "Din issa sirt naf biha!", "Ma nafx min se jkun imsiefer.", "Napprezza li tad-donazzjoni tal-organi tkun fl-1 ta' Marzu, imma rrid nara jekk il-kelliem ewlieni tagħna tkunx preżenti.", "M'għandix first hand information biex inkun nista' ngħidlek li n-nies tiegħi se jkunu hawnhekk.", "Irrid nitkellem magħhom.", "Kieku din ingħatat għandi qabel, kont niġi hawnhekk b'risposta!", "Jekk hemm bżonn niltaqgħu għada u nagħti risposta f'House Business Committee għada.", "MR SPEAKER: Nimxu għall-ġimgħa d-dieħla u ta' wara.", "Il-ġimgħa d-dieħla fuq il-miżuri tal-Baġit.", "Tajjeb?", "DAVID AGIUS: M'għandix diffikultà.", "MR SPEAKER: Tajjeb.", "X'għandna l-ġimgħa ta' wara?", "GODFREY FARRUGIA: Miżuri tal-Baġit ukoll.", "Is-seduta tista' titwal ukoll.", "MR SPEAKER: Hawn qbil li jistgħu jitwalu s-seduti fuq tal-miżuri tal-Baġit?", "GODFREY FARRUGIA: Skont in-numru ta' kelliema.", "MR SPEAKER: Jekk l-Oppożizzjoni se jkollha iktar, ovvjament se jitwalu s-seduti.", "DAVID AGIUS: Sal-lum fadalli żgur xi għaxar kelliema oħra.", "MR SPEAKER: Se nirreġistra qbil fuq din.", "DAVID AGIUS: Imma jiena ma nistax nikkommetti ruħi minn issa.", "MR SPEAKER: Il-qbil se jkun li jekk ikun hemm bżonn, niftehmu li jitwalu s-seduti.", "MARIO DE MARCO: U jekk ikun hemm bżonn, jiżdiedu s-seduti.", "GODFREY FARRUGIA: Jiena nippreferi li minflok tibda fis-6.00 p.m. s-seduta tibda iktar kmieni wara nofsinhar, tibqa' sejra u tispiċċa bl-aġġornament b'kollox sat-8.30 p.m. Dawn huma miżuri tal-Baġit, biex kulħadd jesprimi fehemtu dwarhom.", "Huwa parti mill-proċess.", "Qed intawwal is-seduti għax se nitilfu żewġ seduti.", "MR SPEAKER: Hawn qbil li jitwalu s-seduti?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Qed nipprova nifhem x'inhija l-problema li nżidu s-seduti jekk jirriżulta li għandna bżonn iktar seduti milli ppjanati.", "MR SPEAKER: Ifisser li m'intkomx taqblu li jitwalu s-seduti.", "MARIO DE MARCO: Qabel ma ngħidu naqblux jew le, irridu nifhmu x'inhija l-problema li nżiduhom.", "MR SPEAKER: Diġà spjega l-Onor.", "MARIO DE MARCO: Imma ma qalx x'inhi l-problema li nżidu s-seduti.", "GODFREY FARRUGIA: Il-problemi li nżidu s-seduti għedthom fil-bidu nett u huma tnejn.", "L-ewwel nett, dan it-terminu ta' skeda parlamentari huwa qasir ferm meta pparagunat mal-oħrajn, allura x-xogħol tal-Kamra rridu iktar nagħmluh b'mod kompatt.", "It-tieni nett, il-Baġit tħabbar ferm iktar kmieni mis-soltu, hemm iż-żmien kif inhu stipulat bil-proċedura, u s-sitt xhur malajr jaħarbu.", "Fl-aħħar nett, jekk Alla jrid, il-ġimgħa d-dieħla għandna żewġ seduti neqsin u għaldaqstant qed inpattu għalihom il-ġimgħa ta' wara.", "MR SPEAKER: Jiġifieri m'hemmx possibbiltà li nżidu s-seduti.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qed ngħid biex intawwal is-seduti.", "MR SPEAKER: Kollox sew, imma ħu paċenzja rrispondi d-domanda.", "Jiġifieri ntawwlu mhux inżidu s-seduti.", "Kollox sew, mela dik hija sollevata min-naħa tal-Gvern.", "MARIO DE MARCO: Ma tistax iżżid is-seduti wara s-16 ta' Frar jew wara t-22 ta' Frar.", "Dan li qed nistaqsuk.", "Jiġifieri inti għandek timeframe li bilfors trid tagħlaq il-vot tal-Baġit fih.", "GODFREY FARRUGIA: Jien għandi timeframe li bilfors irrid nagħlaq il-vot tal-Baġit sat-22 ta' Frar.", "MR SPEAKER: Aħna qed ngħidu li t-Tieni Qari trid tagħlqu sas-16 ta' Frar, imbagħad għandek il-kumitati u l-kumitati trid tagħlaqhom sad-29 ta' Frar.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, u għedna li se nagħlquh sat-22 ta' Frar.", "MARIO DE MARCO: Ma nafux kemm hemm emendi proposti, imma apprezza li diffiċli biex naqbdu ngħidulkom qed naqblu li ntawlu s-seduta.", "Jiena sal-lum għadni ma nafx jekk hux se jiġri bħas-sena li għaddiet fejn kien hemm mijiet ta' emendi għal-liġi proposta għall-implimentazzjoni tal-estimi.", "It's a bit unfair li taqbdu tgħidulna jekk taċċettawx dawn id-dati jew le.", "Trid tapprezza li kulħadd għandu l-committments u l-bżonnijiet tiegħu.", "Jekk m'aħniex nirrealizzaw dan u nkunu konxji tal-fatt li sfortunatament aħna għandna sistema....(Interruzzjonijiet).", "Nerġa' ngħid, huwa faċli tgħid ntawwlu s-seduta, però forsi l-iktar ħaġa faċli hija li nżidu s-seduti.", "Farrugia diġà spjegalek dwar aktar seduti.", "MARIO DE MARCO: Bir-rispett kollu, ma spjegalix jekk għandux deadline impost, minn xiex u minn fejn, tat-22 ta' Frar.", "GODFREY FARRUGIA: Id-deadline imposta tat-22 ta' Frar huwa minħabba xogħol tal-Ministru Scicluna li jirrigwarda l-Presidenza u xogħol ieħor fi Brussels.", "Wara dik il-ġurnata se jkun diffiċli ħafna biex ikolli l-Ministru Scicluna preżenti fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Ħalli nerġa' nistaqsi domanda: Hawn qbil jew le li jekk ikun hemm bżonn, intawwlu s-seduti?", "GODFREY FARRUGIA: Jien qatt ma semmejt filgħodu, dejjem semmejt wara nofsinhar.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, tajt il-ħin, semmejt il-ħin, is-2.00 p.m. l-iktar skont in-numru ta' kelliema għall-miżuri tal-Baġit.", "MR SPEAKER: Jekk m'aħniex niftehmu issa, forsi jkun hemm abbokkament wara l-laqgħa u tinformawni accordingly għaliex diġà saru s-6.00 p.m.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Il-punto di partenza hu li taraw kemm hemm speakers għax dak se jiddetermina l-ħin.", "Issa qbadna fuq xi ħaġa oħra, l-Erbgħa 17 u t-Tnejn 22 ta' Frar, qegħdin nitkellmu fuq l-istadju tal-kumitat tal-miżuri tal-Baġit.", "Jiena pproponejt dawk iż-żewġ dati, jista' ikun hemm dati oħrajn, imma naf li wara jien se jkolli diffikultà biex ikolli lill-Ministru Scicluna preżenti.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: The best way to proceed hu li jkun hemm abbokkament informali bejn iż-żewġ whips, taraw l-ammont ta' nies li se jitkellmu u minn hemmhekk jiġi determinat il-ħin.", "GODFREY FARRUGIA: Hawnhekk l-Onor. de Marco qed jitkellem fuq il-punti tekniċi tal-17 u t-22 ta' Frar u għandu raġun.", "MR SPEAKER: Ara taqblux miegħi.", "At this stage ma jsir l-ebda qbil ħalli jkun hemm daqsxejn abbokkament.", "DAVID AGIUS: Aħna m'għandniex diffikultà li naqblu li nhar it-Tlieta – ħalli jkollna l-ġimgħa d-dieħla clear - għandna l-miżuri tal-Baġit u t-Tnejn ta' wara għandna l-miżuri tal-Baġit ukoll.", "Rigward x'ħin nibdew u x'ħin se nispiċċaw niltaqgħu ftit u naraw kemm għandna kelliema fil-grupp parlamentari.", "Imbagħad jekk il-Ministru Scicluna jkellem lill-Onor.", "Mario de Marco dwar kemm għandna emendi nkunu nistgħu nieħdu idea ta' fejn qegħdin.", "MR SPEAKER: Tajjeb hekk, prosit.", "Tajjeb ħafna.", "MARIO DE MARCO: Din l-ewwel darba li se nkun informat.", "Qed nassumi li nhar it-Tlieta se jibdew jinformawni x'emendi hemm, però jekk hemmx ftit jew hemmx ħafna iktar qiegħed f'pożizzjoni inti li tgħidli milli ngħidlek jiena.", "MR SPEAKER: Kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Agius, naħseb rightly so nistgħu nimxu bil-ġimgħa d-dieħla u l-ġimgħa ta' wara, sadanittant ikun hemm l-abbokkament u nkomplu mexjin minn hemm.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk għandna niffissaw minn issa data ta' dan il-kumitat, ikun aħjar.", "DAVID AGIUS: Qabel ma nagħlqu nixtieq nisma' x'inhi l-pożizzjoni rigward iċ-chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.", "Ħu paċenzja għax diġà saru s-6.05 p.m..", "Suppost diġà ftaħt is-seduta jien.", "DAVID AGIUS: Il-mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Mozzjoni nru.", "GODFREY FARRUGIA: Mozzjoni nru 305 ilna ħafna li ppreżentajniha u waqfet hemmhekk, imbagħad fid-19 ta' Novembru 2015 kien hemm il-Mozzjoni Nru 285 preżentata mill-Oppożizzjoni.", "L-idea tagħna hija iva, nistgħu niddiskutuha.", "GODFREY FARRUGIA: Apparti d-data se ngħid il-mod u l-manjiera kif niddiskutu din il-mozzjoni.", "Jiena jidhirli li għandna niddiskutu l-mozzjoni tal-Gvern li diġà tressqet fil-Kamra imma ma resqitx bi ftehim, nagħtu ħin diviż li huwa ugwali bejn iż-żewġ naħat u dan ikun ta' siegħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Imma meta qegħdin ngħidu?", "GODFREY FARRUGIA: Dik il-ġurnata.", "Din hija l-proposta li qed nagħtik jiena.", "DAVID AGIUS: Li ma tiġix diskussa l-mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tiġi diskussa biss il-mozzjoni tal-Gvern?", "GODFREY FARRUGIA: Niddiskutu l-ewwel tal-Gvern fejn qed tagħmel il-ħatra ta' chairperson.", "DAVID AGIUS: Jekk għandek mozzjoni ta' ħatra ta' chairperson li daħlet qabel, trid tiddiskutihom għallinqas it-tnejn.", "Suppost lanqas tista' teknikament tagħmel mozzjoni fuq l-istess suġġett, imma ħalliha dik għall-mument.", "GODFREY FARRUGIA: Ma naqbilx miegħek, għandi r-riżervi.", "MR SPEAKER: Ejja ma nidħlux fuq kwestjonijiet tal-mozzjoni.", "MR SPEAKER: F'dik is-seduta jiġi diskuss kemm il-mozzjoni tal-Gvern...", "GODFREY FARRUGIA: Le, il-mozzjoni tagħna biss.", "Għall-inqas għandek id-data?", "GODFREY FARRUGIA: Nistgħu niffissaw data.", "MR SPEAKER: Ejja niffissaw id-data ħalli għallinqas ikollna data.", "GODFREY FARRUGIA: Qiegħed jaqbel mal-preżentazzjoni kif qiegħed nipproponi jiena li jkollna diskussjoni ta' siegħa bil-ħin li jkun maqsum indaqs bejn iż-żewġ naħat?", "MR SPEAKER: Jiġifieri siegħa kull wieħed?", "GODFREY FARRUGIA: Le, siegħa kollox.", "MR SPEAKER: Mela seduta ta' siegħa.", "GODFREY FARRUGIA: Biex tagħmel chairperson qegħdin nitkellmu.", "DAVID AGIUS: Dwar iċ-chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed nagħmlu proposta konkreta min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Jiena niddejjaq niftaħ il-Parlament tard u bħalissa l-ħin huwa s-6.05 p.m. Nistgħu fuq din titkellmu ftit u you come back to the Chair?", "GODFREY FARRUGIA: Jiena xtaqt nilħaq deċiżjoni fuq din la ftaħniha.", "MARIO DE MARCO: Taħseb jagħmel sens li jkollok seduta mhux sħiħa biex tiġi diskussa mozzjoni fuq l-iktar kumitat importanti li għandna?", "GODFREY FARRUGIA: Jekk iridu jżidu l-ħin biex b'hekk nagħtuhom il-ħin għad-dispożizzjoni tagħhom biex juru fehemthom iva, imma ma jidhirlix li għandna nużaw il-ħin ta' seduta sħiħa fuq din il-mozzjoni.", "Jiena rrestrinġejtha għal siegħa.", "Jekk tridu, nistgħu nżiduha ftit ieħor imma naħseb kulħadd jista' joħloq il-punt dwar il-ħatra ta' chairperson wieħed minflok l-ieħor fil-ħin stipulat, jiġifieri m'għandniex għalfejn nieħdu seduta sħiħa.", "Kien hemm mozzjonijiet li ġew diskussi f'qasir żmien, din mhux l-ewwel waħda.", "MARIO DE MARCO: Fuq importanza inqas minn din.", "DAVID AGIUS: Għall-inqas ipproponi data, issa niġi lura bil-ħin wara li nitkellmu fil-Grupp Parlamentari.", "GODFREY FARRUGIA: Niddeċiedu fuq il-ħin.", "Mela m'hawnx qbil, Sur President.", "MR SPEAKER: Kollox sew, fuq din il-mozzjoni m'hemmx qbil.", "DAVID AGIUS: Sur President, jekk m'hemmx qbil jiġifieri ma titressaq l-ebda mozzjoni f'din il-Kamra.", "Jekk mhux se jagħmel hekk, imbagħad nieħdu l-passi tagħna aħna wkoll.", "Aħna għandna l-Ħamis u nistgħu nużaw il-Ħamis.", "Onor. Agius, il-kumment tiegħek ġie reġistrat.", "Issa nistgħu naqblu fuq data għall-House Business Committee?", "M'hawnx qbil f'dan il-Kumitat dwar dak li qed jgħid l-Onor.", "Il-prerogattiva hija dejjem tal-Gvern, imma m'hawnx qbil.", "Ejja niddeċiedu fuq data tal-House Business Committee.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Kun ċert li l-Onor. de Marco ikollu l-emendi biex nirregolaw ruħna wara, biex meta niġu jkollna l-informazzjoni f'idejna.", "MR SPEAKER: Jiena se nissuġġerixxi d-data tat-22 ta' Frar.", "(Interruzzjonijiet) Kif 'il bogħod?", "Dan ix-xahar qed nitkellmu, mhux f'Marzu.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, 'il bogħod.", "Ejja niffissaw data iktar fil-viċin.", "Nagħmluha fil-15 ta' Frar?", "Tajjeb?", "Kollox sew, qbilna.", "Jekk niltaqgħu fil-5.00 p.m. tajjeb għalikom?", "GODFREY FARRUGIA: It-Tnejn 15 ta' Frar jista' jkollna l-miżuri tal-Baġit fejn is-sessjoni tkun itwal, allura jekk niftehmu fuq in-numru ta' kelliema, nistgħu niftehmu ħin bejnietna jien u l-Onor.", "Agius fi x'ħin tibda s-seduta?", "GODFREY FARRUGIA: Grazzi.", "Fis-6.08 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Frar 2016."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160203_033d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 33", "LErbgħa, 3 ta' Frar 2016", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fil5.11 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għatTuriżmu lOnor.", "Edward Zammit Lewis, isSegretarju Parlamentari għallIppjanar u sSimplifikazzjoni Amministrattiva, lOnor.", "Fuq talba talOnor.", "David Agius il-Kumitat qabel li f'paġna 2 tal-Minuti tal-aħħar laqgħa tal-Kumitat, fittieni paragrafu millaħħar, l-aħħar sentenza li kienet tgħid 'Ma kienx hemm oġġezzjoni għal din ilproposta.' kellha titħassar.", "IlMinuti tallaqgħa numru 32 tal1 ta' Diċembru 2015, kif emendati, kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "Godfrey Farrugia, informa lill-Kumitat li lParlament ser jieqaf għallferjat talGħid nhar lErbgħa, 16 ta' Marzu u għandu jerġa' jiltaqa' nhar itTnejn, 4 ta' April 2016.", "LIspeaker irrimarka li nhar itTnejn, 8 ta' Frar 2016 kien ser ikun hemm problemi ta' aċċess u disturb għallParlament minħabba lattivitajiet talKarnival li kienu ser ikunu qed jinżammu ġewwa lBelt u għalhekk ilKumitat qabel illi ma għandhiex tinżamm seduta parlamentari dakinhar.", "Godfrey Farrugia informa lillKumitat li salwaqfa talGħid il-Gvern kien beħsiebu jressaq ilprogramm taxxogħol li ġej:", "Nhar itTlieta, 9 ta' Frar 2016 tkompli ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri talEstimi (Abbozz 120).", "Nhar itTnejn u t-Tlieta, 15 u 16 ta' Frar 2016 tkompli ddiskussjoni fi stadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz 120 bis-seduti jkunu bejn 2.00pm u t-8.30pm u dan sabiex dan l-istadju jingħalaq nhar it-Tlieta.", "Nhar lErbgħa u t-Tnejn, 17 u 22 ta' Frar 2016 tiftaħ u tagħlaq iddiskussjoni fi stadju ta' Kumitat talAbbozz 120.", "Nhar itTlieta, 23 ta' Frar 2016 tkompli ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi dwar isServizz Parlamentari (Abbozz 137).", "Nhar lErbgħa, 24 ta' Frar 2016 tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lKodiċi Ċivili (Abbozz 118).", "Nhar itTnejn, 29 ta' Frar 2016 tkompli, u possibilment tagħlaq iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz 118.", "Nhar itTlieta, 1 ta' Marzu 2016 tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz dwar idDonazzjoni ta' Organi, Tessuti u Ċelloli Umani, liema Abbozz kien għadu jrid jiġi ppubblikat.", "Farrugia rrimarka illi dan lAbbozz jibni fuq ixxogħol li kien sar filkumitati parlamentari u li lOppożizzjoni diġà tqassmilha t-test talAbbozz.", "Nhar lErbgħa, 2 ta' Marzu 2016 tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi biex jemenda lAtt dwar lEdukazzjoni (Abbozz 140).", "Nhar itTnejn, 7 ta' Marzu 2016 issir diskussjoni jew dwar emendi għallOrdnijiet Permanenti talKamra tadDeputati jew inkella dwar Mozzjoni ta' Proċedura.", "Dan kellu jiddependi middiskussjonijiet li kienu għaddejja bejn idDeputat Prim Ministru, lOnor.", "Louis Grech, u lOnor.", "Mario de Marco dwar l-emendi proposti mill-Gvern għall-Ordnijiet Permanenti.", "Nhar itTlieta, 8 ta' Marzu 2016 għandha tibda, u possibilment tagħlaq, iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi dwar lIstitut għal Studji Turistiċi (Abbozz 139).", "Nhar lErbgħa, 9 ta' Marzu 2016 għandha tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika (Abbozz 63).", "Dakinhar għandhom jittieħdu voti relatati malAbbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri talEstimi (Abbozz 120) u malAbbozz ta' Liġi li jemenda lKodiċi Ċivili (Abbozz 118).", "Nhar itTnejn, 14 ta' Marzu 2016 għandha tkompli, u possibiliment tingħalaq, iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi li jemenda lKodiċi Kriminali (Abbozz 113).", "Nhar itTlieta, 15 ta' Marzu 2016 għandha tkompli, u possibilment tingħalaq, iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz dwar idDonazzjoni ta' Organi, Tessuti u Ċelloli Umani.", "Nhar lErbgħa, 16 ta' Marzu 2016 għandha ssir iddiskussjoni dwar ilMozzjoni biex jiġu revokati lAvviż Legali 262 u 263 tal2015 imressqa millOnor.", "Marthese Portelli u millOnor.", "Ryan Callus, bilħin tasseduta jinqasam indaqs bejn iżżewġ naħat, bilvot dwar din ilmozzjoni jittieħed dakinhar stess.", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li filwaqt li kien hemm qbil dwar li fis-seduti tad-9 u l-15 ta' Frar tkompli ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri talEstimi (Abbozz 120), ma setax jikkommetti ruħu dwar il-bqija tal-programm qabel ma jikkonsulta malgrupp parlamentari.", "Dwar it-teħid tal-voti fid-9 ta' Marzu 2016, lOnor.", "David Agius irrimarka li ma hemm lebda arranġament dwar deferred voting u sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor bejn iż-żewġ naħat ilvoti għandhom jittieħdu meta mitluba skont kif jipprovdu lOrdnijiet Permanenti.", "Wara diskussjoni lKumitat qabel li ż-żewġ naħat kellhom jikkomunikaw flimkien kemm dwar in-numru ta' kelliema kif ukoll dwar l-emendi li hemm proposti għall-Abbozz 120 u dan sabiex jintlaħaq qbil dwar il-ħin li għandu jiġi allokat għad-diskussjoni dwar dan l-Abbozz.", "Dwar il-Mozzjoni 305 imressqa mill-Gvern u l-Mozzjoni 285 tal-Oppożizzjoni dwar ilħatra talPresident talKumitat dwar lAmbjent u lIppjanar, lOnor.", "Godfrey Farrugia ppropona li lMozzjoni 305 tiġi allokata diskussjoni ta' siegħa, maqsuma ndaqs bejn ilGvern u lOppożizzjoni.", "Fuq talba talOppożizzjoni għall-allokazzjoni ta' aktar ħin, l-Onor.", "Farrugia informa lill-Kumitat li n-naħa tal-Gvern kienet lesta li talloka iktar ħin imma mhux seduta sħiħa.", "L-Oppożizzjoni rreġistrat nuqqas ta' qbil mal-proposta tal-Gvern.", "AFFARIJIET OĦRA", "LIspeaker informa lillKumitat li nhar il5 ta' Ottubru 2015 lOmbudsman ippreżenta kopja talOmbudsplan għassena 2016, li tqiegħed fuq ilMejda talKamra flistess ġurnata.", "Huwa fakkar lill-Membri li dan iddokument irid jiġi diskuss minn dan ilKumitat qabel ma jista' jkun approvat millKamra.", "L-Onor.", "Farrugia informa lill-Kumitat illi kien ser jikkomunika data lillIspeaker fi stadju ulterjuri.", "Ċelebrazzjoni ta' Jum ilCommonwealth", "LIspeaker għadda lillKumitat kopja ta' korrispondenza li kien rċieva millAġent Segretarju Ġenerali talCommonwealth Parliamentary Association dwar iċċelebrazzjoni ta' Jum ilCommonwealth, li din issena ser issir fl14 ta' Marzu bittema 'An Inclusive Commonwealth'.", "B'din il-korrispondenza lParlament Malti ġie mistieden ifakkar din ilġurnata billi jorganizza attivitjiet intiżi li jqajmu għarfien dwar ilCommonwealth u sCPA.", "Wara diskussjoni kien hemm qbil li lattività għandha tkun tinkludi lparteċipazzjoni ta' numru ta' żgħażagħ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f'diskussjoni malMembri.", "IlKumitat qabel illi għandu jiġi abbozzat programm għal din lattività.", "Segretarjat talCAPAC", "LIspeaker informa lillKumitat illi fit2 ta' Frar 2016 kien iffirma, flimkien malPresident talKumitat dwar ilKontijiet Pubbliċi, lOnor.", "Tonio Fenech, Memorandum of Understanding li permezz tiegħu lParlament Malti ser ikun qiegħed jospita lCoordinating Unit talAssoċjazzjoni talKumitati dwar ilKontijiet Pubbliċi talCommonwealth.", "Ilftehim jipprovdi li lParlament Malti joffri listruttura għas-segretarjat ta' din lAssoċjazzjoni ġdida, li lKumitat Eżekuttiv tagħha huwa ppresedut millOnor.", "Ilftehim huwa għal tliet snin, liema terminu jista' jiġġedded.", "Jum Dinji dwar lGħarfien dwar lAwtiżmu 2016", "LIspeaker informa lillKumitat li kien avviċinat millMarigold Foundation flimkien malAssociation of Parents of Children with Autism biex ilParlament jingħaqad ma' binjiet oħra madwar iddinja sabiex ikun iċċelebrat ilJum Dinji dwar lGħarfien talAwtiżmu.", "Din lattività ser issir fl1 ta' April 2016 u għandha tinkludi diskorsi millIspeaker u minn rappreżentant tal-Assoċjazzjoni.", "Barra minn hekk fitterrazzin talParlament hu ppjanat li tinżamm attività sabiex jinġabru fondi għal din ilkawża.", "Fid-dawl ta' din l-attività l-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat illi kien qiegħed jipproponi li nhar l-4 ta' April 2016, ċjoè l-ewwel darba li jiltaqa' l-Parlament wara l-waqfa tal-Għid, tibda d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar lempowerment talPersuni fuq il-Firxa Wiesgħa ta' Awtiżmu (Abbozz 136) sabiex tikkumplimenta din l-inizjattiva.", "Proġett millOrkestra Filarmonika ta' Malta", "LIspeaker informa lillKumitat dwar inizjattiva li ttieħdet millUffiċċju tiegħu sabiex tiġi espolorata lpossibbiltà li lOrkestra Nazzjonali tagħti performance filParlament, bħalma ġieli jsir f'Parlamenti oħra.", "Huwa żied jgħid li waqt li kienu għaddejja dawn id-diskussjonijiet rappreżentanti mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta pproponew li jsir programm edukattiv li bissaħħa tiegħu listess Parlament ikun qed jirrikonoxxi ssiwi u lbenefiċċji taliżvilupp fledukazzjoni mużikali.", "Ilprogramm għandu jikkonsisti fi tliet sessjonijiet u workshops, bejn it-22 u l-24 ta' Frar, blaħħar waħda tkun tinkludi lparteċipazzjoni talMembri Parlamentari.", "Lattività li tinvolvi lMembri Parlamentari hi ppjanata li tinżamm fl24 ta' Frar bejn l4.30 p.m. u l5.30 p.m. LIspeaker appella għall-parteċipazzjoni talMembri Parlamentari f'din l-attività.", "Fis6.08 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar itTnejn, 15 ta' Frar 2016, fil-5.00pm", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160203_033m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 34", "It-Tnejn, 15 ta' Frar 2016 fil-5.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar It-Tnejn, 15 ta' Frar 2016 fil-5.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "11 ta' Frar 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160215_034a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 34", "It-Tnejn, 15 ta' Frar 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 34", "It-Tnejn, 15 ta' Frar 2016", "Il-Kumitat iltaqa' filkamra tal-kumitati 3 fil-binja tal-Parlament, il-Belt Valletta, fil-5.34 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 033 li saret fit-3 ta' Frar 2016 ġew konfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "MR SPEAKER: Qabel ma nibdew nixtieq ninforma lill-membri tal-Kumitat li għandna talba minn Medialink Communications biex jidħlu jiffilmjaw parti mil-laqgħa.", "(Onor. Membri: Iva) Kif jiġu jistgħu jidħlu jiffilmjaw għal ftit minuti.", "L-Onor.", "XOGĦOL TALKAMRA", "GODFREY FARRUGIA: Għada se jkollna seduta extra fuq il-miżuri tal-Estimi fid-9.00 a.m. u s-seduta bħas-soltu fis-6.00 p.m. bil-mizuri tal-Estimi wkoll.", "Iż-żewġ seduti jkunu jinkludu l-mistoqsijiet parlamentari u l-ħin tal-aġġornament.", "L-Erbgħa se jkollna l-miżuri tal-Estimi.", "Ftehemna ukoll li l-Ġimgħa ta' wara, jiġifieri l-ġimgħa d-dieħla, xi ġurnata minnhom se jkun hemm seduta li se tkun itwal mis-soltu li tista' tibda mis-2.00 p.m. Għadna ma ftehemniex dwar x'ħin tispiċċa imma se niftehemu.", "DAVID AGIUS: Nagħmluha kmieni biex nakkomodaw il-kelliema kollha u nkomplu bil-kumitat.", "GODFREY FARRUGIA: Mela t-Tnejn se naħdmu bħas-soltu, it-Tlieta filgħodu u filgħaxija u l-Erbgħa filgħaxija.", "Il-ġimgħa d-dieħla, waħda mill-ġranet tal-ġimgħa d-dieħla li m'għedniex liema hi se tkun seduta itwal mis-soltu bil-ħsieb li nispiċċaw il-miżuri tal-Estimi kollha.", "Jekk waqt dik is-seduta li tkun twila l-mizuri tal-estimi jispiċċaw, imorru mill-ewwel għall-vot u mill-vot ngħaddu għall-istadju ta' kumitat fil-Kamra.", "Dwar il-ġurnata se niftehmu i waqt din il-laqgħa.", "DAVID AGIUS: Aħna flessibbli wkoll li kemm-il darba ma nlaħqux kollox pereżempju t-Tnejn, it-Tlieta nibdew kmieni wkoll ħalli mmexxu.", "Aħna fadlilna 14-il kelliem.", "GODFREY FARRUGIA: Fadal ħames sigħat u nofs ħin.", "MR SPEAKER: Kelliema kemm fadal?", "GODFREY FARRUGIA: Jien ukoll għandi 14-il kelliem.", "MR SPEAKER: Jiġifieri qed nitkellmu fuq 28 kelliem.", "Jekk kulħadd jieħu 40 minuta ....", "DAVID AGIUS: Jekk trid, it-Tnejn 22 ta' Frar nistgħu nibdew kmieni fis-2.00 p.m.", "GODFREY FARRUGIA: Jien qed nipproponi li t-Tnejn nibdew fis-6.00 p.m, it-Tlieta 23 ta' Frar nibdew fis-2.00 p.m. u tibqa' sejra sa 8.30 p.m. bil-ħsieb li nlestu t-tieni qari u ngħaddu mill-ewwel għall-istadju ta' kumitat.", "MR SPEAKER: Tajjeb.", "Imbagħad l-Erbgħa.", "DAVID AGIUS: Jien qed ngħidlu wkoll li jekk irid, nistgħu nżidu l-ħin tas-seduta tat-Tnejn u nibdewha fis-2.00 p.m.", "MR SPEAKER: Qegħdin naqblu li jekk ikun hemm bżonn nagħmluha fis-2.00 p.m. L-Oppożizzjoni qegħda taqbel.", "Rigward l-Erbgħa, 24 ta' Frar skont l-aħħar Minuti għandi li tibda d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, Abbozz Nru. 118.", "Se ngħidlek xi tibdil żgħir ieħor.", "Ħalli nibdew bil-maqlub, naqblu żgur li l-1 ta' Marzu se jkollna tad-dominju pubbliku, dik li għandha x'taqsam mal-emenda tal-Kodiċi Ċivili.", "Dik nagħmluha t-Tlieta u t-Tnejn.", "MR SPEAKER: Monday 29th February u 1st March se nagħmlu t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar id-Donazzjoni tal-Organi bil-ħsieb li kemm jista' jkun nagħlqu t-Tlieta l-1 ta' Marzu.", "GODFREY FARRUGIA: Issa l-Erbgħa, 24 ta' Frar qed nipproponu li niddiskutu abbozz totalment ġdid, l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali\".", "MR SPEAKER: Iva, fil-fatt se nesebixxi d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali proprju issa kif immorru għas-seduta.", "Agius talabni biex illum inressaq il-mozzjoni li poġġew il-ġimgħa li għaddiet minħabba li t-tlett ijiem jiskattaw għada.", "Għaldaqstant qegħdin nikkonċedu li dik tersaq illum għall-Ewwel Qari, u tista' tmur għall-pubblikazzjoni imma bil-kondizzjoni wkoll li aħna nressqu ukoll first reading ta' Mozzjoni li hi l-Abbozz ta' liġi dwar ir-Riforma Kostituzzjonali fil-qasam tal-Ġustizzja.", "Jekk jikkonċedulna nressquha llum.", "Forsi l-Ministru Owen Bonnici jista' jispjega aħjar.", "MR SPEAKER: Ħalli nibda biċċa biċċa.", "Il-Private Members Bill hija dwar it-twaqqif ta' awtorità dwar l-għażla tas-sedi ġudizzjarji u għandek l-emenda kostituzzjonali, dik qegħdin naqblu li jkun hemm il-first reading tagħha llum.", "GODFREY FARRUGIA: Minflok tajtu risposta l-Ġimgħa, tajtu risposta llum għax spiċċajt mingħajr mobile phone weekend sħiħ.", "Dik kienet ir-raġuni.", "DAVID AGIUS: Aħna qed naqblu li l-Ewwel Qari tal-abbozz ta' liġi min-naħa tal-Oppożizzjoni jsir llum u miegħu jkun hemm ukoll l-Ewwel Qari ta' Bill ieħor.", "MR SPEAKER: Mela dik fuq il-kwestjoni tal-mozzjoni privata u l-mozzjoni tal-Gvern.", "Mela titla' l-item l-ewwel min-naħa tal-Oppożizzjoni u t-tieni item min-naħa tal-Gvern.", "Dwar dan hawn il-qbil ukoll.", "GODFREY FARRUGIA: Punt ieħor ta' diffikultà li qed insib f'dawn il-ġranet, jirrigwarda kumitat partikolari tal-abbozzi li pposponejna b'seba' ġimgħat u li għandu x'jaqsam mal-liġi tal-arbitru.", "Jien jidhirli li għandna nsibu ftehim biex dan il-kumitat jiltaqa' u jmexxi fuq dan l-abbozz.", "Għandna nipprovaw insibu t-triq tan-nofs.", "DAVID AGIUS: Huwa l-mod kif qed jaħdmu l-kumitati kollha li jrid jinbidel.", "Inutli nitfgħu email fejn jiġi mistoqsi naqblux jekk isir fit-tali data.", "Ma nistgħux nagħmlu hekk.", "Irridu jkun hemm iż-żewġ persuni li huma spokesperson l-iktar importanti bil-Ministru u s-shadow tiegħu, u jiltaqgħu maċ-Chairman.", "MR SPEAKER: Kien hemm tentattiv f'dan is-sens?", "GODFREY FARRUGIA: Kien hemm ħafna tentattivi.", "Nistqarr li daqqa kien hemm membri min-naħa tal-Oppożizzjoni u daqqa kien hemm membri min-naħa tagħna.", "DAVID AGIUS: Ic-chairman, hu min hu, irid jiltaqa' maż-żewġ persuni importanti, li huma l-ministru u s-shadow minister, jgħidulu biex isibu data, imbagħad dwar l-oħrajn nistgħu nsibu substitute għalihom.", "MR SPEAKER: Ejja naslu b'xi mod naqblu li nlaqqgħu dan il-kumitat.", "DAVID AGIUS: In-nies tagħna huma available.", "MR SPEAKER: La l-Oppożizzjoni hija available, ara li dan ikun available għas-7 ta' March għal dan il-kumitat.", "(Interruzzjonijiet) Mela min-naħa tal-Oppożizzjoni kollox sew.", "Min-naħa tal-Gvern irid jara li l-affarijiet jakkomodahom.", "MR SPEAKER: Aħna wasalna sal-24 ta' Frar", "DAVID AGIUS: Aħna għandna diffikultà, Mr Speaker.", "L-abbozz li se jkollu first reading illum ovvjament għandhom sebat ijiem biex jarawh, imma aħna nixtiequ li jitressaq malajr kemm jista' jkun u jagħtuna d-data l-iktar viċina li jistgħu jressquh.", "MR SPEAKER: Illum il-first reading u mil-lum jiskatta li jmur għall-pubblikazzjoni.", "Nagħtu l-kelma lill-Ministru.", "GODFREY FARRUGIA: Hu qed jgħid li jixtieq li dan l-abbozz jitla' fil-Kamra qabel l-1 ta' Marzu?", "MR SPEAKER: Ħalli nagħti l-kelma lill-Ministru Bonnici.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Jien nixtieq nagħmel punt qasir.", "Ma ġejtx hawn biex nagħmel punti politiċi imma rrid nagħmel punti ta' fatt. Illejla se nressqu first reading ta' abbozz ta' liġi li se jitkellem dwar riforma kostituzzjonali fl-qasam tal-ġustizzja li hi iktar wiesgħa mill-proposta tal-Oppożizzjoni.", "Il-proposta tal-Oppożizzjoni titkellem dwar bidla fil-metodu tan-nomina tal-ġudikanti f'pajjiżna.Il-wegħda elettorali tal-Gvern u allura l-obbligu skont il-mandat li għandu hija li jkun hemm riforma mhux biss fin-nomina imma anke fl-operat tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kemm biex inżidu l-accountability tal-ġudikatura kif ukoll biex intejbu l-kondizzjonijiet tal-ġudikanti.", "Dan jinsab fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li għandna obbligu li aħna nimplimentawh.", "Nerġa' ngħid li l-Bill tal-Oppożizzjoni jolqot biss parti waħda minn dan kollu, jiġifieri n-nomina tal-ġudikanti u allura jonqos ż-żewġ punti l-oħrajn.", "Aħna bħala Gvern ninnotaw li l-Bill tal-Oppożizzjoni jwarrab prattikament kompletament il-proposti tal-Kummissjoni Bonello.", "Mela hawnhekk smajna li se jitressqu l-proposti Bonello, fil-fatt ma tressqux dawk imma tressqu proposti oħrajn.", "Fil-fatt aħna bħala Gvern għandna riservi kbar fuq pereżempju l-proposta li hemm fil-mozzjoni tal-Oppożizzjoni li fil-Kummissjoni għall-ħatra tal-ġudikanti jkun hemm rappreżentanti tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni, li fil-prattika tfisser rappreżentant taż-żewġ partiti politiċi ewlenin.", "Il-Kummissjoni Bonello ma pproponietx hekk.", "Ipproponiet li jkun hemm rappreżentanti tal-pubbliku u mhux tal-partiti politiċi.", "Aħna għandna riservi fuq din il-kwestjoni.", "Aħna llejla se nipproponu l-first reading ta' dan l-abbozz imma jiena nittama li ż-żewġ naħat nitkellmu bejnietna fuq dawn it-tliet punti.", "Dan hu tibdil kostituzzjonali li hemm bżonn isir u li ilu ħafna biex isir u għandi nifhem li l-Oppożizzjoni taqbel miegħi li dan it-tibdil għandu jkun ħolistiku, u jkun jolqot mhux biss in-nomina imma anke l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u l-kondizzjonijiet tal-ġudikatura.", "Naħseb li b'dan il-mod inkunu tajna lill-pajjiż riforma ħolistika li effettivament aħna għandna obbligu li nagħtu u li se nimplimentaw.", "Naħseb li din hija opportunità biex inkunu nistgħu nagħmlu d-differenza f'affarijiet importanti f'pajjiżna.", "Kif innotajtu jien ma kontx politiku, anzi fattwali, waqaft biss fuq il-fatti u allura naħseb li għandna naraw flimkien dwar kif nistgħu nipproċedu 'l quddiem u sa House Business Committee ieħor imbagħad inkunu nistgħu niffissaw id-dati ta' kif nistgħu noperaw.", "Jekk naħmlu hekk naħseb inkunu għamilna biċċa xogħol tajba b'mod matur u b'mod tajjeb.", "Jekk il-ħbieb tiegħi tal-Oppożizzjoni jaqblu, jien nobbliga ruħi li niltaqa' mal-Onor.", "Jason Azzopardi jew xi ħaddieħor li jixtiequ huma biex fil-House Business Committee li jmiss inkunu nistgħu nirrapportaw fiex wasalna bejnietna u jekk ikun hemm bzonn nitkellmu fuq dawn il-punti kollha.", "Naħseb li b'dan il-mod inkunu għamilna xi ħaġa tajba u naħseb il-poplu hemm barra jgħid: Isma, il-Parlament għamel il-bidliet li hemm bżonn b'mod miftuħ u mingħajr ħafna dibattiti politiċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DEMARCO: Sur President, filwaqt li nieħu gost li jidher li llum il-ġurnata jeżisti kunsens politiku dwar il-bżonn li nirriformaw kif il-mod tiġi appuntata l-ġudikatura ġewwa pajjiżna, miniex qed naqbel mal-kollega tiegħi li r-riforma fil-mod ta' kif jiġu appuntati l-ġudikanti qisna qed norbtuha mar-riforma fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u r-riforma fil-kondizzjonijiet tal-ġudikanti.", "M'aħniex qed ngħidu li m'hemmx bżonn ta' riforma fil-kondizzjonijiet ta' ġudikanti, lanqas m'aħna qed ngħidu li m'hemmx bżonn ta' riforma fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, imma mhuwiex neċessarjament li dawn ir-riformi huma marbutin ma' xulxin u waħda ma tistax issir mingħajr l-oħra.", "Riforma fl-appointment ta' ġudikanti ma jfissirx li ma tistax isir jekk ma naslux fuq ir-riforma tal-kondizzjonijiet tal-ġudikanti u fuq ir-riforma fuq il-kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Huma kollha oqsma relatati mar-riforma fil-ġustizzja.", "Dan bħal meta kellu 450 proposta tal-Kummissjoni Bonello.", "Filwaqt li dawn huma kollha marbutin mal-qasam tal-ġustizzja ma jfissirx li għandna nagħmluhom kollha f'daqqa.", "Fil-fatt m'għamilhomx kollha f'daqqa u mhux qed jagħmilhom lanqas issa kollha f'daqqa.", "Għal din ir-raġuni ma nistgħux naqblu li bilfors waħda hija marbuta mal-oħra.", "Mhux għax ma jfissirx li l-oħrajn mhumiex bżonjużi imma mhux neċessarjament huma linked sine qua non.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Il-biċċa xogħol hi din.", "Dan jinsab fil-programm tal-Gvern, kien dejjem fil-programm tal-Gvern u allura se jitressaq.", "Jiena napprezza li hemm private members bill min-naħa tal-Oppożizzjoni, imma dan huwa idjeq fl-iskop minn dak li għandu propost il-Gvern.", "Imma l-Gvern għandu programm ma' xiex jimxi u l-programm tiegħu qed imexxih irrespettivament mit-timing tal-Oppożizzjoni.", "Dan huwa t-timing li ħass li kellu bżonn il-Gvern biex jagħmel din il-parti tar-riforma.", "Fil-verità bħalma diġà qal l-Onor.", "DeMarco kien hemm varji proposti li bdejnihom diġà u this is just another step.", "Issa l-Gvern iħoss li għandu jkun iktar wiesgħa fl-iskop tiegħu u fil-proposti tiegħu u ma naħsibx li għandu jkun hemm problema sempliċement għax l-iskop tal-proposta tal-Oppożizzjoni nzertat idjaq minn hekk.", "L-iktar ħaġa importanti għalina hi li dak li jsir, isir b'mod li jirrifletti l-animu li bih jixtieq jimxi dan il-Gver.", "Bħalma qal l-Onor.", "Owen Bonnici, waħda mill-iktar affarijiet importanti hi li pereżempju qegħdin nistaqsu jekk għandux jidħol fin-nofs il-politiku meta fil-fatt qegħdin nipprovaw nimxu l-bogħod minn dik il-linja.", "Filwaqt li napprezza l-private member's bill, naħseb li huwa tajjeb li jkollna żmien ukoll biex l-Onor.", "Jason Azzopardi, or whoever mill-Oppożizzjoni, jitkellmu bejniethom biex fejn ikun hemm punti li nistgħu nqarrbu li huma l-istess miż-żewġ naħat, nippruvaw naslu.", "Fuq dawk li ma jkunx hemm qbil imbagħad naraw.", "OWEN BONNICI: Kemm ngħid il-veduti tiegħi u għalfejn inħoss li dawn huma marbutin ma' xulxin.", "L-ewwel nett, anke l-Kummissjoni Vanni Bonello kienet ċara li dawn it-tliet bidliet idealment imorru flimkien.", "Għandhom imorru flimkien għal żewġ raġunijiet, waħda minnhom għaliex ħafna minnhom dawn jeħtieġu l-kunsens taż-żewġ terzi tal-Kamra.", "Hemm partijiet iva u hemm partijiet le.", "Idealment kull ħaġa għandha tattira l-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra, jiġifieri on paper ċerti proposti li hawn la l-Oppożizzjoni waħedha u lanqas il-Gvern waħdu ma jista' jagħmilhom.", "Allura jidhirli li ladarba qed nitkellmu fuq tibdil istituzzjonali tal-Kostituzzjoni għandna kemm jista' jkun niddiskutuhom flimkien ħalli jkun hemm pakkett jekk jista' jkun ta' qbil.", "It-tieni ħaġa hija li jekk se nbiddlu l-mod tan-nomina tal-ġudikanti - u fil-fatt fil-Private Member's Billi hemm proposta li tiżdied l-età tal-irtirar tal-ġudikanti - mela diġà missejna l-kwestjoni tal-kondizzjonijiet.", "Ma rridx nidħol f'ħafna dettall, imma jekk aħna se ngħidu li ġudikant għandu jaħdem sa 68 sena però jista' jirtira ta' 65 sena u jibqa' bil-pensjoni li għandu, this is a scenario, imma jekk se ngħidu li għandu jkollu pensjoni tas-servizz kif il-Gvern preċedenti kien ikkommetta ruħu mal-ġudikantura, u naħseb għamel sew, hemmhekk ix-xenarju jinbidel kompletament.", "Jekk se ngħidu li biex tinħatar maġistrat jew imħallef irid ikollok iktar età nkunu qed inbiddlu daqsxejn il-goalposts fejn jidħlu l-persuni li huma mħajrin biex jidħlu fil-ġudikatura, u allura din torbot ukoll mal-kwestjoni tal-kondizzjonijiet.", "Sur President, għal dawn ir-raġunijiet il-parir tiegħi huwa li dwar dan kollu nitkellmu b'mod spassjonat.", "Għandna opportunità fejn iż-żewġ partiti qegħdin jaqblu fuq il-bidliet kostituzzjonali.", "Iddiskutejna ħafna affarijiet, u allura jekk hemm ċans li naqblu fuq dawn it-tliet punti kruċjali, għalfejn se nitilfu dan iċ-ċans?", "Jiena nixtieq li nitkellmu ż-żewġ naħat tal-Kamra u naraw kif immorru u jista' jkun niltaqa' mal-ħbieb tiegħi u jgħiduli li m'huma qed niftehmu fuq xejn.", "Ma ġara xejn, niġu hawnhekk u nerġgħu nirrapportaw kif morna.", "Naħseb li din tkun opportunità biex nagħmlu xi ħaġa sewwa.", "Issa jekk irridu noqogħdu niddiskutu politically, dik hemm fora oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DEMARCO: Aħna m'aħniex kontra d-diskussjoni u nassigurak li m'hemm xejn fl-abbozz ta' liġi li huwa cast in stone.", "Aħna lesti li niddiskutu mal-Gvern biex naraw kif nistgħu naslu għall-proposti però jrid ikun hemm diskussjoni u jkun hemm bidu ta' diskussjoni anke fil-Parlament.", "Jekk aħna nipposponu l-Private Member's Billi, dak se jevita d-diskussjoni.", "Għalhekk qed ngħidu li għandu jkun hemm id-diskussjoni, għaliex jekk m'aħniex se niddiskutu allura qatt ma nistgħu naslu għal xi forma ta' kunsens politiku.", "Importanti li d-diskussjoni tibda llum qabel għada.", "Li nagħmlu l-ewwel qari huwa l-ewwel pass importanti, imma nafu biżżejjed li d-diskussjoni tibda fit-tieni qari, u allura naħseb li għandna bżonn hu li nifethmu meta se jsir it-tieni qari.", "Għax inkella bir-rispett kollu se nkunu qegħdin nipposponu d-diskussjoni.", "MR SPEAKER: Ovvjament wara l-Ewwel Qari jmur mill-ewwel għall-publikazzjoni.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Forsi se nirrepeti xi affarijiet imma biex nipprovaw nilħqu kompromess.", "Li qegħdin nissuġġerixxu hu li jkun hemm żmien tranżitorju ta' ftit jiem sakemm jitlaqqa' House Business Committee ieħor.", "Jiltaqgħu Gvern u Oppożizzjoni dwar is-suġġett, jaraw x'hemm li huwa komuni fl-ideoloġija tagħhom, niġu hawnhekk u dakinhar fid-29 ta' Frar fil-House Business Committee niffissaw data ta' dibattitu.", "DAVID AGIUS: Qed nitkellmu fuq affarijiet li lanqas nafu x'inhuma.", "M'għandna xejn bil-miktub.", "Il-Ministru seta' ġie hawnhekk u tana abbozz, imma lanqas abbozz m'għandna quddiemna.", "L-abbozz tagħna qiegħed hemmhekk u allura aħna nibqgħu ninsistu għad-drittijiet li għandna bħala Oppożizzjoni.", "Jippubblika l-abbozz u mbagħad wara, jekk hemm bżonn, isiru d-diskussjonijiet.", "Però in the meantime l-Oppożizzjoni għandha d-drittijiet tagħha u se tużahom.", "MR SPEAKER: Kollox sew, m'hawnx qbil.", "Hawn iktar kummenti?", "DAVID AGIUS: Aħna kellna wegħda min-naħa tal-Gvern li l-Abbozz ta' Liġi Nru. 118 tad-dominju pubbliku tal-Onor.", "Jason Azzopardi jibda fl-24 ta' Frar.", "Ilna nipposponuh għal numru ta' xhur, kellna l-kelma min-naħa tal-Viċi Prim Ministru u d-data kienet li nagħmluh fl-24 u fid-29 ta' Frar.", "MR SPEAKER: Iva, fil-24 ta' Frar jibda t-Tieni Qari.", "Fil-Minuti għandi nhar it-Tnejn 29 ta' Frar tkompli d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz Nru. 118.", "GODFREY FARRUGIA: Aħna ssuġġerejna li flok niddiskutuhom l-Erbgħa ta' ġimgħa u t-Tnejn tal-ġimgħa ta' wara, nagħmluhom it-Tnejn u t-Tlieta wara xulxin, jiġifieri fid-29 ta' Frar u fl-1 ta' Marzu.", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn.", "DAVID AGIUS: Mela d-29 ta' Frar u l-1 ta' Marzu se jkunu għad-dominju pubbliku.", "L-Erbgħa 2 ta' Marzu se jkollna tal-edukazzjoni?", "GODFREY FARRUGIA: Le, qed ngħidu li nagħmlu l-abbozz ta' liġi li għad irid jiġi pubblikat dwar impjiegi u relazzjonijiet industrijali.", "Imma rrid nerġa' mmur għas-suġġett li konna qed nitkellmu fuqu ftit tal-ħin ilu...(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: M'hawnx qbil.", "Il-pożizzjoni tal-Onor.", "David Agius kienet li se titlob ir-rimedji tagħha.", "GODFREY FARRUGIA: X'soluzzjoni hemm la m'hawnx qbil?", "DAVID AGIUS: Jekk mhux se tagħtuna data sal-aħħar tax-xahar l-Oppożizzjoni se tuża d-drittijiet tagħha parlamentari.Qed nirreferi għat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "MR SPEAKER: Iridu data ċara għal meta se tmur Second Reading.", "OWEN BONNICI: Jien infurmat li l-Onor.", "Farrugia se jipproponi li nerġgħu niltaqgħu House Business Committee dan ix-xahar stess, fid-29 ta' Frar.", "Jekk hemm il-possibiltà li niftehmu fuq affarijiet li jirrikjedu d-due terzi, ejja nagħmlu xi ħaġa sewwa.", "DAVID AGIUS: Aħna lanqas biss għandna quddiemna l-abbozz ta' liġi.", "Illum kulma hemm huwa l-abbozz tal-Oppożizzjoni.", "OWEN BONNICI: Għandkom raġun.", "MR SPEAKER: Jiskatta kollox mal-Ewwel Qari.", "Illum se jsir l-Ewwel Qari min-naħa tal-Oppożizzjoni u l-istess se jkun hawn min-naħa tal-Gvern.", "OWEN BONNICI: Li qed ngħid huwa dak kollu li qed nitkellmu diġà nafu x'hemm għaliex ir-rapport Bonello ilu pubblikat numru ta' xhur.", "DAVID AGIUS: Hawn qegħdin fuq ix-xogħol tal-Kamra.", "Kif ikollna l-abbozz quddiemna mbagħad inkunu nistgħu nipproċedu.", "OWEN BONNICI: Kemm niċċara din biss.", "Jien mhux qed ngħid li kulma hemm fir-rapport Bonello l-Gvern se jipproteġih ex tunc.", "Li qed ngħid huwa li ħafna mill-emendi huma ispirati minnu u nixtieq li niltaqa' mal-Oppożizzjoni ħalli niftehmu fuq il-parametri ġenerali mbagħad nidħlu fl-ispeċifiku tat-tliet oqsma istituzzjonali ħalli nagħmlu biċċa xogħol tajba.", "MR SPEAKER: Ħalli nagħti l-kelma lill-Onor.", "MARIO DEMARCO: Jiena kont smajt lill-Ministru fil-Kamra dakinhar tal-istqarrija.", "Hu kien wera riservi fuq ċerti proposti tar-riforma tal-Kummissjoni Bonello, għalhekk ovvjament jekk ma narawx l-abbozz ma nistgħux ngħidu iva.", "(Interruzzjonijiet) S'issa kulma nafu hu li m'intix qed taqbel mal-proposta li jkollok rappreżentant tal-Gvern u rappreżentant tal-Oppożizzjoni biex jassiguraw l-oġġettività ta' dak li jkun qed isir.", "Fair enough, subject to discussion, m'aħniex ngħidu li m'għandhiex tiġi diskussa, però tneħħi din ir-rappreżentanza fl-awtorità, qed nifhmu li mhemmx differenzi oħrajn.", "Kif jgħidu l-Ingliżi, the devil is in the detail, jiġifieri għandna bżonn naraw l-abbozz tal-Gvern.", "Però fl-istess ħin hemm bżonn, anke tenut kont il-klima ta' diskussjoni li teżisti anke barra minn din il-Kamra, li kemm jista' d-diskussjoni tibda malajr u tibda ukoll għal dak li għandu x'jaqsam ukoll it-tieni qari tal-Abbozz li ressqet l-Oppożizzjoni.", "Fit-tieni Qqari jistgħu jitilgħu affarijiet li naqblu jew affarijiet oħra li forsi ma naqblux dwarhom.", "Ikun hemm affarijiet oħra li ma jkunx hemm qbil inizjali dwarhom imma wara diskussjoni naslu biex inbiddlu.", "Jiena nifhem li kif qak il-Ministru din hija riforma sensittiva u importanti u li huwa importanti li jkun hemm consensus politiku fuqha.", "Ara taħseb li l-Oppożizzjoni mhijiex sensittiva għall-bżonn ta' consensus politiku għal riforma f'istituzzjoni daqshekk importanti u daqshekk sensittiva.", "Iva, konxji ta' dan u se nerfgħu r-responsabbiltà tagħna f'dan ir-rigward, però apprezza li bħalissa qed titlobna biex nipposponu diskussjoni fl-għama.", "Għalhekk aħna f'dan l-istadju qed ninsistu għad-diskussjoni tat-Tieni Qari.", "OWEN BONNICI: Ma naqbilx li fl-għama għaliex jien mhux qed ngħid li għandna nipposponu indefinittivament.", "Jien qed ngħid li għandna laqgħa oħra tal-House Business Committee fid-29 ta' Frar u in the meantime niltaqgħu privatament ħalli nkunu nistgħu naraw jekk naqblux mal-prinċipji ġenerali.", "Imbagħad minn hemm inkunu nistgħu nibnu xi ħaġa komuni fejn il-Parlament ikun ta riforma importanti lill-pajjiż.", "Jien anke fejn tidħol tan-nomini, mhux se niġi hawnhekk biex niddiskuti abbozz li fih affarijiet li naqbel u hemm affarijiet li jista' jkun ma naqbilx magħhom u forsi hemm affarijiet li hemm bzonn jiġu diskussi iktar.", "Pereżempju, saret konsultazzjoni mal-ġudikatura dwar l-abbozz?", "Fuq xi ħaġa importanti daqshekk ta' min jagħmel laqgħa mal-Prim Imħallef u mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Ġudikaturi.", "Jiena napprezza li b'ħeffa esaġerata jista' jkun li ma nagħmlux xi ħaġa tajba, imma meta l-affarijiet isiru bil-għaqal nistgħu nagħmlu l-istess ħaġa fi żmien qasir.", "Jiena qed ngħid għandna din l-atmosfera pożittiva, qed nieħu gost ħafna li l-qasam tal-ġustizzja tela' fuq fl-aġenda għax kont ilni nixtieqha ħafna żmien, u allura ejja nagħmlu dawn l-inkontri mbagħad fil-laqgħa li jmiss tal-House Business Committee dan ix-xahar stess, nagħmlu aġġornament lil xulxin fiex wasalna.", "Jekk ma niftehmux jew naraw li wieħed iswed u l-ieħor abjar, by all means nibqgħu għaddejjin bid-diskussjoni li tixtiequ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Nissuġġerixxi li jsir House Business Committee ieħor fi tmiem din il-ġimgħa u sadanittant issir id-diskussjoni informali.", "Hawn qbil li għandu jkun xi ħaġa kollettiva.", "(Interruzzjonijiet) Hawn din l-atmosfera, ma naħsibx li ngħidu li m'hawnx qbil fuq ġurnata jew tnejn.", "(Interruzzjonijiet) Nagħmlu House Business Committee it-Tlieta fis-6.30 p.m. flok it-Tnejn.", "DAVID AGIUS: It-Tlieta, 23 ta' Frar jien kont se nipproponi jsiru l-kondoljanzi tal-ex Ministru Guzè Spiteri, minħabba raġunijiet tal-familja.", "Peress li fis-6.30 p.m. ikollna l-kondoljanzi, l-House Business Committee nagħmluh immedjatament wara.", "MR SPEAKER: Fuq l-agenda għandna xi affarijiet oħra?", "GODFREY FARRUGIA: L-unika ħaġa li ddeċidejna dwarha hija l-Erbgħa, 16 ta' Marzu l-mozzjoni dwar l-avviżi legali 262 u 263 mressqa mill-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "MR SPEAKER: Dik tibqa' kif inhi.", "Mela l-mozzjoni tal-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Ryan Callus se tibqa' għas-16 ta' Marzu.", "Dik deċiża.", "Xi ħaġa oħra?", "DAVID AGIUS: Id-dati l-oħrajn mhemmx diffikultà fuqhom, nistgħu narawhom fil-laqgħa li jmiss.", "GODFREY FARRUGIA: Dawk narawhom fil-laqgħa li jmiss, anke jekk ikunx hemm bżonn seduti żejda jew le.", "Sas-16 ta' Marzu nixtieq li għallinqas niftħu d-diskussjoni fuq emendi għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Idealment aħna miż-żewġ naħat nabqlu u nagħmlu update tal-Ordnijiet Permanenti, xi ħaġa li ilha ma ssir 35 sena.", "Issa jekk ma naslux hemmhekk, jekk hemm bżonn, nistgħu nkomplu l-laqgħat li diġà nbdew bejn id-Deputat Prim Ministru u l-Onor.", "L-ideat tagħna huma diġà għandkom.", "Min-naħa tagħkom m'għandniex feedback.", "Jekk ma naslux fuq l-Ordnijiet Permanenti jkollna nidħlu f'mozzjoni ta' proċedura.", "Aħna bħala Gvern nixtiequ li nibdlu l-Ordnijiet Permanenti.", "MARIO DEMARCO: Dik diġà kellna diskussjoni dwarha.", "Nista' nissuġġerixxi li jiltaqgħu l-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Dwar tal-ħajja pubblika għandna d-data.", "S'intendi f'Marzu rrid niddiskuti l-ħatra taċ-chairperson tal-Kumitat Permanenti tal-Ambjent u l-Izvilupp.", "Hemm żewġ mozzjonijiet u nistgħu niddiskutuhom imma dawn huma l-affarijiet li narahom ta' importanza għas-16 ta' Marzu.", "Miniex insemmi l-oħrajn li fosthom hemm l-Abbozz ta' Liġi dwar l-edukazzjoni u dak tad-donazzjoni tal-organi.", "Konna tajna data imma hija flessibbli.", "AFFARIJIET OĦRA", "Ombudsplan għas-sena 2016", "MR SPEAKER: Meta jkollna House Business Committee nhar it-Tlieta nistgħu mmorru għalihom mill-ewwel.", "Fl-aħħar laqgħa għedtilkom biex tindikawli data meta dan il-kumitat jista' jiltaqa' biex jiddiskuti l-Ombdusplan.", "Nistaqsi jekk hemmx data f'moħħkom.", "Tajjeb jekk nhar it-Tlieta nagħmlu l-Ombudsplan ukoll?", "DAVID AGIUS: Fil-ġranet li ġej se jkollok miegħek lill-Onor.", "Clyde Puli u suppost għandna niftehmu fuq data miegħek.", "Il-kondoljanzi tal-ex Ministru Guzè Spiteri se jkunu fit-23 ta' Frar, u se nieħu ħsieb nagħmel il-pubblikazzjoni.", "Hu serva fil-Parlament mill-1962 sal-1976.", "Ċelebrazzjoni ta' Jum il-Commonwealth", "Rigward iċ-ċelebrazzjoni tal-Commonwealth mxejna fuq dak li semmejt inti, Onor. DeMarco, u se jkun hemm il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.", "Għamilna l-programm, għaddejtlek il-programm, tkellimna ukoll mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u ma' min kien organizza ċ-CHOGM.", "Naħseb nistgħu nipproċedu għax jiena mxejt proprju fuq dak li ssuġġerejtu.", "Se nibgħat ittra – se ngħaddiha issa lill-Onor.", "Godfrey Farrugia – tal-membri involuti fil-Commonwealth u kull membru jkun mistieden li jattendi għal din l-attività.", "Se tkun fil-ġurnata tal-Commonwealth, 14th, u l-attività tibda fit-3.15 p.m. u se tkun all inclusive commonwealth.", "Carmelo Abela, imbagħad iż-żgħażagħ.", "Imbagħad nagħlaq il-konferenza jiena.", "Din tkun fl-14 ta' Frar.", "Jiena mxejt fuq dak li ssuġġerejtuli intom u tkellimt anke mal-esperti tal-Commonwealth, imma jekk jidhrilkom li għandna nżidu xi ħaġa oħra, nitlobkom tgħiduli issa.", "Anke kellna direzzjoni minn barra u they are very keen li jaraw il-parteċipazzjoni taż-żagħżagħ fil-Parlament.", "L-Onor.", "Mistoqsijiet parlamentari", "DAVID AGIUS: Nixtieqek tiġbed l-attenzjoni tal-istaff tal-Parlament responsabbli minn mistoqsijiet parlamentari biex apparti spelling mistakes il-mistoqsijiet jgħadduhom eżatt kif jiġu miktuba mid-deputat.", "Dwar dan qed ikollna problemi min-numru ta' deputati.", "M'għandu jinbidel xejn mill-mistoqsija oriġinali għax inkella jista' jinbidel is-sens.", "MR SPEAKER: Kien żball ġenwin min-naħa tagħna.", "DAVID AGIUS: Kien hemm oħrajn u kellna oħrajn fil-passat.", "Naf li jkun hemm eluf ta' pqs, imma jekk ikun hemm tibdil mill-mod kif issir il-mistoqsija oriġinali d-deputat konċernat għandu jiġi nfurmat.", "Nifhem ix-xogħol kbir li jsir mill-ħaddiema, ma nafx kemm-il elf mistoqsija parlamentari jkun hemm u allura faċli taħrab waħda jew tnejn, imma xi kultant jinqalgħu problemi għax deputat ikun għamel mistoqsija mod, u jinbidel is-sens...", "MR SPEAKER: Onor. Agius, nirringrazzjak.", "Ibqa' ċert li....", "DAVID AGIUS: Nifhem li dan isir bl-intenzjonijiet tajbin kollha, imma jekk tagħmel kelma qabel oħra jew wara oħra jinbidel is-sens kollu.", "Għandna l-mozzjoni 262 u 263 li se tkun fis-16 ta' Marzu, però hawnhekk hawn l-Onor.", "Fredrick Azzopardi li xtaq jagħmel punt partikolari dwar avviż legali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "FREDRICK AZZOPARDI: Ħarġet emenda għall-Gozo and Comino Local Plans u s-submissions għal din l-emenda l-pubbliku jista' jibgħathom sal-4 ta' Marzu.", "Jien xtaqt nistaqsi jekk ikunx hemm konflitt.", "Il-MEPA ħarġet public consultation fuq emenda għal-local plans ta' Għawdex u qed tirreferi għall-isptar ta' Għawdex.", "Issa min irid jagħmel is-submissions jista' jibgħathom sal-4 ta' Marzu, jiġifieri wara l-4 ta' March ma jistgħux jintbagħtu submissions aktar.", "Aħna se niddiskutu l-Avviżi Legali 262 u 263 li għandhom x'jaqsmu mal-istess pjanti u l-istess suġġett.", "Ma nafx jistax ikun hemm xi konflitt minħabba li se tkun għalqet is-submission.", "Forsi wara li jiġu diskussi avviżi legali 262 u 263, jinbidel xi ħaġa.", "B'dan il-mod, min ikun irid jagħmel is-submissions ma jkunx jista' jibgħathom għax iż-żmien ikun diġà għalaq.", "GODFREY FARRUGIA: Nagħtih risposta mhux iktar tard minn nhar it-Tlieta.", "MR SPEAKER: Mela aħna miftehmin għal nhar it-Tlieta fis-6.45 p.m..", "Grazzi ħafna.", "Fil-5.55 pm ilKumitat aġġorna għal nhar itTlieta, 23 ta' Frar 2016, fis-6.45 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160215_034d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 34", "It-Tnejn, 15 ta' Frar 2016", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fil5.32 pm.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali l-Onor.", "Owen Bonnici, isSegretarju Parlamentari għallIppjanar u sSimplifikazzjoni Amministrattiva lOnor.", "Kienu preżenti wkoll l-Onor.", "Frederick Azzopardi u l-Onor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 33 tat-3 ta' Frar 2016, kienu kkonfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva talba mill-media.link communications għall-permess biex jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat li l-programm ta' xogħol li l-Gvern beħsiebu jressaq, kien kif ġej:", "Nhar it-Tlieta, 16 ta' Frar 2016 jinżammu żewġ seduti, waħda filgħodu fid-9.00 am u l-oħra fis-6.00 pm biex tkompli d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi (Abbozz Nru 120).", "Fiż-żewġ seduti jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet u l-aġġornament.", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar, is-seduta tkun fis-6.00 pm u fiha tkompli d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nhar it-Tlieta, 23 ta' Frar, tinżamm seduta bejn is-2 ta' wara nofsinhar u t-8.30 pm li matulha jiġi konkluż l-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz Nru 120.", "Hekk kif jintemm l-istadju tat-Tieni Qari, titqiegħed il-mistoqsija, jittieħed il-vot, jekk jintalab, u l-Kamra tgħaddi minnufih għall-istadju ta' Kumitat.", "Il-Kumitat qabel li jekk ikun meħtieġ, anke t-Tnejn, 22 ta' Frar, tinżamm seduta twila bħal dik tat-Tlieta, li tibda mis-2 ta' wara nofsinhar.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Gvern kellu bżonn xi ħames sigħat u nofs ta' dibattitu għal kelliema tal-Gvern waqt li l-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Oppożizzjoni kien fadal madwar 14-il Membru li jridu jipparteċipaw fid-dibattitu.", "Nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar, tibda d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.", "L-Ewwel Qari ta' dan l-Abbozz kien għad irid jitressaq fil-Kamra.", "Is-seduti ta' nhar it-Tnejn, 29 ta' Frar u tat-Tlieta, 1 ta' Marzu kienu qed jiġu allokati għad-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-abbozz ta' liġi dwar id-dominju pubbliku mressaq mill-Onor.", "Jason Azzopardi, Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Abbozz Nru 118).", "Il-Kumitat qabel li fis-seduta parlamentari ta' dakinhar stess, 15 ta' Frar 2016, kellhom jitressqu żewġ mozzjonijiet tal-Ewwel Qari mingħajr avviż, ċjoè, il-mozzjoni għall-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta u li jwaqqaf b'liġi l-Awtorità dwar l-Għażla għas-Servizzi Ġudizzjarji, imressqa mill-Onor.", "Jason Azzopardi; u mozzjoni għall-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Riformi Kostituzzjonali (Qasam tal-Ġustizzja), imressqa mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, l-Onor.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat li fil-laqgħa tal-Kumitat li jmiss kellu jindika data meta kellha tiġi diskussa din il-materja.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia rrimarka dwar id-diffikultà li qed ikun hemm biex jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, b'mod partikolari sabiex jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (Abbozz Nru 100), u appella biex il-Ministru kkonċernat, ix-Shadow Minister dwar dan is-settur u ċ-Chairman tal-Kumitat jiltaqgħu biex jaslu għal ftehim dwar data u ħin.", "L-Onor.", "David Agius, filwaqt li ssuġġerixxa li d-dati għal-laqgħat tal-Kumitati kollha għandhom jiġu ffissati wara li jsiru laqgħat bejn iċ-Chairman u l-Membri li jkunu se jipparteċipaw fid-diskussjonijiet rispettivi, ippropona li l-laqgħa li fiha jiġi diskuss l-Abbozz Nru 100 ssir fis-7 ta' Marzu 2016.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia kellu jikkonferma li din id-data hija konvenjenti għall-Ministru għall-Finanzi.", "B'riferenza għall-Abbozz ta' Liġi propost mill-Onor.", "Jason Azzopardi, Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta u li jwaqqaf b'liġi l-Awtorità dwar l-Għażla għas-Servizzi Ġudizzjarji, l-Oppożizzjoni insistiet li dan l-abbozz ta' liġi jibda jiġi diskuss b'mod immedjat u sa qabel l-1 ta' Marzu 2016.", "L-Onor.", "Owen Bonnici qal li l-abbozz ta' liġi li se jressaq il-Gvern huwa aktar wiesa' minn dak propost mill-Oppożizzjoni u jkopri riformi istituzzjonali fil-qasam tal-ġustizzja.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia ppropona li sakemm jerġa' jiltaqa' l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-Ministru Owen Bonnici u l-kelliem tal-Oppożizzjoni jiltaqgħu bil-għan li jinstabu punti ta' konverġenza u li ż-żewġ naħat jiftehmu fuq parametri ġenerali dwar dan il-qasam.", "L-Oppożizzjoni ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li l-Gvern kien għadu m'għaddiex kopja tal-abbozz ta' liġi li kien beħsiebu jippubblika bil-proposti tiegħu.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia kkonferma li, kif kien avża fil-laqgħa preċedenti, id-diskussjoni fuq il-mozzjoni Nru 281 (Mozzjoni biex jiġu revokati l-Avviżi Legali Nri 262 u 263 tal-2015) imressqa mill-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Ryan Callus, se ssir nhar l-Erbgħa, 16 ta' Marzu.", "Fuq dan il-punt intervjena l-Onor.", "Frederick Azzopardi fejn qal li peress li l-MEPA kienet nediet konsultazzjoni pubblika dwar emendi għall-pjanijiet lokali ta' Għawdex li hemm referenza għalihom fil-mozzjoni Nru 281, liema konsultazzjoni pubblika kienet tagħlaq fl-4 ta' Marzu, forsi kien ikun aħjar kieku d-dibattitu fuq il-Mozzjoni 281 isir qabel id-data li fiha tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika sabiex min ikun jixtieq jagħmel xi sottomissjoni jkun fiż-żmien li jieħu konsiderazzjoni ta' xi emendi li jistgħu jidħlu b'riżultat tad-dibattitu parlamentari.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat li dwar dan kien se jikkomunika mal-Onor.", "Azzopardi fi stadju ulterjuri.", "Għall-punt imqajjem mill-Onor.", "Godfrey Farrugia dwar il-possibbiltà li d-diskussjoni fuq emendi għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tibda sas-16 ta' Marzu 2016, l-Onor.", "Mario de Marco ppropona li l-Whips jikkomunikaw bejniethom sabiex jipprovaw jaslu għal ftehim.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li sal-ferjat tal-Għid, tkun infetħet id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Abbozz Nru 63) u l-ħatra ta' President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u lIppjanar talIżvilupp.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-Kumitat qabel li t-tifkira ta' l-eks Ministru Joseph Spiteri, li serva fil-Parlament bejn l-1962 u l-1976, issir fis-seduta parlamentari ta' nhar it-Tlieta, 23 ta' Frar, u għaldaqstant, il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ssir immedjatament wara.", "Ombudsplan għas-sena 2016", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li l-Membru min-naħa tal-Oppożizzjoni meta l-Kumitat ikun qed jiddiskuti l-Ombudsplan, huwa l-Onor.", "Id-data ta' meta kellu jiġi diskuss l-Ombudsplan kellha tiġi kkomunikata possibbilment fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat.", "Ċelebrazzjoni ta' Jum il-Commonwealth", "L-iSpeaker qassam il-programm tal-attività li se ssir fil-Parlament nhar it-Tnejn, 14 ta' Marzu fit-3.15 pm biex tiġi kommemorata Jum il-Commonwealth, u li fiha numru ta' Membri kienu se jagħmlu diskors tal-okkażjoni.", "Huwa informa lill-Kumitat li għal f'din l-attività kien se jkun hemm il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u stieden lil kull Membru Parlamentari jattendi għal din l-attività.", "Mistoqsijiet parlamentari", "L-Onor.", "David Agius ġibed l-attenzjoni tal-iSpeaker għal każijiet fejn it-test ta' mistoqsijiet parlamentari sottomessi minn Membri Parlamentari ġew mibdula mill-istaff tal-Parlament mingħajr ma jiġi avżat il-Membru kkonċernat.", "L-iSpeaker ħa nota ta' dan il-punt filwaqt li rrimarka li dawn il-każijiet huma minimi meta mqabbla mal-ammont ta' mistoqsijiet li jiġu sottomessi.", "Madankollu huwa kien se jġib dan il-kumment għall-attenzjoni tal-uffiċjali kkonċernati.", "Fil-5.55 pm ilKumitat aġġorna għal nhar itTlieta, 23 ta' Frar 2016, fis-6.45 pm.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160215_034m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "LAQGĦA 56", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 2016 fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Frar, 2016 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Rapporteurs tal-Kunsill tal-Ewropa Greta dwar it-Traffikar tal-Bnedmin; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20160217_056a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 56", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 56", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.51 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 47 li saret nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 2015 ġew ikkonfermati.", "LAQGĦA MA' RAPPORTEURS TAL-KUNSILL TAL-EWROPA GRETA DWAR IT-TRAFFIKAR TAL-BNEDMIN", "THE CHAIRPERSON (L-Onor.", "Anthony Agius Decelis): Nixtieq nilqa' lill-Membri ta' dan is-sotto-kumitat tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għal din il-laqgħa.", "Bħalma tafu llum se niddiskutu t-traffikar tal-bnedmin u fuq talba min-naħa tal-mistednin li għandna magħna llum, din il-laqgħa mhijiex se tiġi rekordjata.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li laqgħat ta' dan it-tip jinżammu fil-magħluq minħabba n-natura tagħhom.", "Il-mistednin li għandna magħna llum huma rapporteurs mill-Kunsill tal-Ewropa GRETA u kif diġa għedtilkom, se nittrattaw is-suġġett tat-traffikar tal-bnedmin.", "Għaldaqstant nistgħu nitfu l-mikrofoni ħalli nibdew din il-laqgħa in camera.", "Grazzi.", "Fis-7:35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20160217_056d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI – IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI", "LAQGĦA NRU 56", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 2016", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta fis-6:51 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 47 li saret nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 2015 ġew konfermati.", "LAQGĦA MA' RAPPORTEURS TAL-KUNSILL TAL-EWROPA GRETA DWAR IT-TRAFFIKAR TAL-BNEDMIN", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti s-Sur Ryszard Piotrowicz, is-Sur Mats Lindberg u s-Sinj.", "Fuq talba tal-mistednin din il-laqgħa nżammet in camera u għaldaqstant iċ-Chairperson ordna lit-tekniċi sabiex jintfew il-mikrofoni.", "Fis-7:35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20160217_056m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 35", "It-Tlieta, 23 ta' Frar 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 35", "It-Tlieta, 23 ta' Frar 2016", "Il-Kumitat iltaqa' filkamra tal-kumitati 3 fil-binja tal-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.59 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kull min hawn preżenti għal dan il-kumitat.", "Nitlobkom tagħtu titwila l-Minuti tal-aħħar laqgħa li saret biex napprovawhom.", "Jekk hemm xi problemi għiduli.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nirreferi għat-tieni paġna tal-Minuti, speċifikament għal-paragrafu li jitkellem fuq il-kumitat fis-seduta parlamentari ta' dakinhar stess, fil-15 ta' Frar, 2016.", "MR SPEAKER: Il-paragrafu jgħid hekk:", "\"Il-kumitat qabel li fis-seduta parlamentari ta' dakinhar stess 15 ta' Frar, 2016 kellhom jitressqu żewġ mozzjonijiet tal-Ewwel Qari mingħajr avviż, il-mozzjoni tal-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta u li titwaqqaf b'liġi l-Awtorità dwar l-Għażla għas-Servizzi Ġudizzjarji mressqa mill-Onor.", "Jason Azzopardi u mozzjoni għall-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Riformi Kostituzzjonali fil-Qasam tal-Ġustizzja mressqa mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Ministru Owen Bonnici.\"", "Xi trid iżżid magħha, Onor. Farrugia?", "GODFREY FARRUGIA: Li llum kellna nagħtu data ta' meta se niddiskutu tal-ġudikatura.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, inti daqshekk għandek korrezzjonijiet?", "MR SPEAKER: Onor. Agius, hawn xi korrezzjonijiet oħra?", "MR SPEAKER: Mela nistgħu nemendaw il-minuti b'dan il-mod:", "\"Fl-ewwel paragrafu wara punt numru 4, tiżdied is-sentenza \"L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat li fil-laqgħa tal-Kumitat li jmiss kellu jindika data meta kellha tiġi diskussa din il-materja.\".", "Hawn qbil li l-Minuti kif emendati qed jiġu konfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa nru.", "34 li saret fil-15 ta' Frar, ġew konfermati.", "AFFARIJIET OĦRA", "Proġett millOrkestra Filarmonika ta' Malta", "MR SPEAKER: Qabel ma ngħaddu għal xogħol ieħor, nixtieq neħles ċerti affarijiet ta' malajr.", "Għada se jkollna l-Orkestra Filarmonika ta' Malta.", "Dawn diġà ilhom tlett ijiem għaddejjin, jien kellimthom il-bieraħ u għadhom għaddejjin bil-workshop tagħhom dwar attività li se tkun organizzata mill-Orkestra Nazzjonali fil-Parlament li ġiet imnedija l-bieraħ.", "Illum it-tieni ġurnata tat-tielet jum.", "L-għan ta' dan il-Music Education Programme hu li jżid l-għarfien u l-empowerment tal-mużiċisti żgħar u udjenzi permezz ta' esperjenza ta' vivaċità u drama ta' mużika klassika.", "L-għan tal-proġett huwa li jwassal is-saħħa tal-involviment inklussiv u attiv ma' skala sinfonika tal-mużika.", "Is-sessjoni finali se ssir għada bejn il-5.00 p.m. u l-5.30 p.m. fil-plenarja u fl-iStrangers Gallery, bil-mużiċisti flimkien mal-Membri Parlamentari, allura tajjeb li jkun hemm a good attendance miż-żewġ naħat tal-Kamra għal din is-sessjoni speċjali li bla dubju se tkun waħda interessanti.", "Se jkun hemm il-media kollha mistiedna.", "Ovvjament dan apparti li din se tixxandar ukoll fuq l-istazzjon tal-Parlament.", "SPEAKER: Niġi issa għall-Ombudsplan.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni nformawni li l-Membru se jkun l-Onor.", "Min-naħa tal-Gvern min se jkun?", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali): Se tkun il-Ministru Helena Dalli.", "MR SPEAKER: Jekk ikun hemm sostituzzjoni, imbagħad tgħiduli wkoll.", "Trid tinstab data biex jiġi diskuss id-dokument biex jgħaddi għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "LOUIS GRECH: Naħseb l-aħjar hu li jiddiskutuha bejniethom.", "GODFREY FARRUGIA: Jien kellimthom it-tnejn li huma u għedtilhom joqorbu lejn xulxin biex jiftehmu dwar data.", "Kellimt kemm lill-Onor.", "Żjara minn delegazzjoni mis-CPA Branch Kanadiż", "MR SPEAKER: L-importanti hu li jiġi komunikat kemm jista' jkun malajr.", "Ħalli ngħaddi għal xi ħaġa oħra interessanti, ovvjament għax aħna parlamentari u rridu nitkellmu wkoll fuq xogħol tal-Parlament li għandu x'jaqsam mal-Commonwealth.", "Se jkollna żjara minn erba' Membri tas-CPA Canada Branch, wieħed mill-House of Commons Yasmin Ratansi, Kelly McCauley mill-House of Commons, tal-aħħar Konservattiv u l-oħra Liberali, imbagħad mis-Senat ġej David Smith mil-Liberali u Claude Cunningham li huwa Konservattiv mis-Senat.", "Dawn se jiġu bejn il-15 u t-18 ta' Marzu u se jiltaqgħu mal-Membri Parlamentari, speċjalment dawk li jieħdu sehem fil-Commonwealth, fosthom l-Onor.", "Naħseb m'għandux ikun hemm problema li nilqgħu t-talba li fil-ġranet li ġejjin jagħmlu kuntatt ma' dawn il-membri biex kemm jista' jkun ikun hemm l-attività tas-CPA Kanadiża u Maltija flimkien.", "Talba mis-Sur Joe Magro", "SPEAKER: Qabel ma ngħaddi għal xogħol ieħor tal-Kamra, il-bieraħ irċevejna komunikazzjoni mill-preżentatur ta' Xarabank, Peppi Azzopardi fejn waslitli ittra dwar is-Sur Joe Magro li huwa persuna li jbati mill-marda tal-ALS.", "Naf li din intbagħtet liż-żewġ Whips, għalhekk nifhem li għandkom kopja tagħha.", "Xtaqt nagħmel din l-osservazzjoni.", "Jiena diġà esklamajt ruħi, ovvjament sta għall-kumitati.", "It-talba tas-Sur Magro hi li jingħata l-opportunità jesprimi ruħu u jgħid xi jħoss – u naħseb għandu jingħata ċ-ċans li jgħid xi jħoss – fil-laqgħa tal-kumitat jew kumitat li jkun konġunti bejn il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat tal-Familja u l-Kumitat tas-Saħħa.", "Jien naqbel li s-Sur Magro għandu jingħata dan iċ-ċans.", "Jiena nformat bl-assenza tal-Onor.", "Claudette Buttigieg li se tkun imsiefa fuq xogħol parlamentari fit-2 ta' Marzu, allura mhux se ssir il-laqgħa konġunta dakinhar.", "Din f'idejkom.", "DAVID AGIUS: Hemm qbil fuq data oħra.", "GODFREY FARRUGIA: Fid-9 ta' Marzu?", "MR SPEAKER: Id-9 ta' Marzu?", "DAVID AGIUS: Iva, safejn naf jien hemm email dwar id-data tad-9 ta' Marzu.", "LOUIS GRECH: Però naħseb l-ewwel irridu naqblu mal-prinċipju li kulħadd jgħid li jaqbel li għandhom jiltaqgħu, dik tiġi rreġistrata, imbagħad niftehmu dwar id-data.", "MR SPEAKER: L-importanti hu li ċ-chairpersons ta' kull kumitat li se jkun konġunt jaraw huma bejniethom, kif qed jgħid id-Deputat Prim Ministru.", "LOUIS GRECH: Aħna definittivament naqblu u nassumi l-Oppożizzjoni wkoll, imma mbagħad jaraw huma.", "MR SPEAKER: Ovvjament ir-Ruling tas-Sedja qiegħda ċara li ċ-chairpersons jiddeċiedu.", "Jiena qed ngħid x'nissuġġerixxi jien, imbagħad iċ-chairpersons jiddeċiedu jekk wieħed hux se jagħtih ċans jitkellem jew le.", "GODFREY FARRUGIA: Bħala point of information dwar it-tliet chairpersons irrid ngħid li dan il-kumitat konġunt se mmexxih jien fid-9 ta' Marzu u dakinhar għandna aġenda li hija totalment differenti minn dak li ppropona s-Sur Magro.", "Aħna xtaqna li dik l-aġenda tibqa' kif inhi u jekk niġu biex nagħtuh opportunità, nagħtuh opportunità f'aġenda oħra bejn il-kumitati konġunti.", "Ma nixtiqux li dik l-aġenda tiġi mħallta ma' issue li hija ġdida.", "Skeda ta' attivitajiet parlamentari", "MR SPEAKER: Fil-karti li qassamtilkom għandkom ukoll l-attivitajiet tal-Parlament.", "Kif tafu, ix-xogħol extra-parlamentari f'din il-binja ma jiqafx.", "Kif diġà għedt, għada hawn kunċert, imbagħad għandna diversi affarijiet oħra li ma jiqfux hawnhekk, jiġifieri għandna attivitajiet jibqgħu għaddejjin kull tlett ijiem, erba', imma l-importanti hu li intom tkunu informati wkoll dwar x'qed isir ħalli.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Issa niġi għall-mozzjoni privata dwar l-Abbozz li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta u li jwaqqaf b'liġi l-Awtorità dwar l-Għażla għal Servizzi Ġudizzjarji.", "Kif jaf il-kumitat, l-Ewwel Qari tal-Abbozz imressaq mill-Onor.", "Jason Azzopardi sar fis-seduta tal-15 ta' Frar.", "Fl-istess seduta sar ukoll l-Ewwel Qari tal-Abbozz dwar Riformi Kostituzzjonali għall-Qasam tal-Ġustizzja li kien imressaq mill-Gvern.", "L-Abbozz propost mill-Onor.", "Jason Azzopardi, kif tafu intom, ġie ppubblikat fid-19 ta' Frar u l-Parlament, bħalma jiġri ssoltu, għaddieh lill-Avukat Ġenerali għall-parir tiegħu dwar jekk il-liġi tirrikjedix jew le messaġġ tal-President tar-Repubblika u dan kif isir f'kull liġi appena tiġi pubblikata.", "Illum stess waqt li kont qed immexxi s-seduta fit-3.15 p.m. irċevejna ittra bl-Ingliż miktuba by hand.", "Irċeviha l-Iskrivan tal-Kamra mbagħad għaddihieli u fiha l-parir tal-Avukat Ġenerali datat 23 ta' Frar, 2016.", "Din l-ittra taqra hekk:", "MR SPEAKER: Din hija l-ittra li bagħat l-Avukat Ġenerali.", "Ovvjament inħallihielkom għad-diskussjoni.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Forsi bħala update mill-aħħar darba li ltqajna, jiena ltqajt mal-Onor Jason Azzopardi, kif wegħedt li nagħmel u nifhem li l-Onor.", "Azzopardi rrapporta lill-Grupp Parlamentari dwar il-laqgħa tagħna.", "Jiena spjegajtlu l-prinċipji ġenerali tal-Bill tal-Kabinett, għax il-Kabinett ovvjament għandu l-liġi tiegħu, li fil-fehma tal-Kabinett hija aħjar mill-Bill li ġie propost mill-Oppożizzjoni għal żewġ raġunijiet.", "Waħda anke fid-dettalji tal-metodu tal-ħatra fejn hemm punti li huma iktar maħsuba, huma aħjar u t-tieni nett għaliex il-Bill tal-Gvern ma jolqotx biss il-metodu tal-ħatra, imma jitkellem ukoll dwar id-dixxiplina tal-ġudikanti u dwar il-pensjonijiet tal-ġudikanti.", "Dan kollu għedtu lill-Onor.", "Azzopardi u nifhem li rrapportah lura lill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan li qed ngħid, jiġifieri li jkun hemm a holistic exercise huwa riflessjoni tar-rakkomandazzjonijiet Bonello.", "Il-Kummissjoni Bonello qalet ċar li dawn it-tibdiliet għandhom isiru en bloc għar-raġunijiet li spjegajt lill-Onor.", "Azzopardi u l-Onor.", "Azzopardi qabel magħha.", "Jiena meta kont rajt il-Bill tal-Oppożizzjoni nnotajt li l-Oppożizzjoni pproponiet mhux biss bidla fil-metodu tal-ħatra, imma li tiżdied l-età tal-irtirar tal-ġudikaturi.", "Issa qed nara dan il-parir tal-Avukat Ġenerali.", "Jiena meta rajtha okkorrietli għax jien kont ippreżentajt per eżempju l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kunsill Malti għall-Arti li wkoll ġie meqjus bħala money bill.", "Kont staqsejthom għalfejn dan kien money bill u kienu tawni r-raġuni, jiġifieri din għaddejt minnha jien.", "Meta l-Oppożizzjoni f'dak il-Bill iddeċidiet li żżid l-età tal-pensjoni, ovvjament ħalliet impatt fuq in-nefqa tal-pajjiż u allura dak tirrendih money bill u l-Avukat Ġenerali qed jgħid dan.", "Anzi jsemmi raġuni oħra li biex inkun onest, ma rajthiex.", "Qed jgħid hemm żewġ raġunijiet għalfejn dan l-abbozz huwa money bill.", "Issa jien qatt ma smajt li oppożizzjoni f'ebda Parlament tal-Commonwealth, tista' tippreżenta money bill.", "L-Oppożizzjoni tista' tippreżenta private members bills bil-qalb kollha, tista' tippreżenta mozzjonijiet bil-qalb kollha, però li l-Oppożizzjoni tippreżenta money bill dik hija xi ħaġa li jien onestament qatt ma smajt, u se ngħid għalfejn.", "Biex tippreżenta money bill, kif qed jgħid l-Avukat Ġenerali f'dan il-parir, inti trid il-kunsens u l-permess, skont il-Kostituzzjoni, tal-President ta' Malta.", "Trid il-kunsens għal diversi raġunijiet u jekk hemm bżonn nidħlu fihom.", "Il-President, skont kif tgħid il-Kostituzzjoni, trid taġixxi fuq il-parir tal-Kabinett.", "Il-President ma tistax tqum filgħodu u tgħid: Iva, se nagħmel hekk,imma trid taġixxi fuq il-parir tal-Kabinett.", "S'intendi l-Kabinett għandu l-liġi tiegħu li spjegajt lill-Onor.", "Azzopardi li intom tafu biha, li jekk Alla jrid fis-sigħat li ġejjin se nippubblikawha skont ma jridu r-regoli tal-Kamra.", "Dik hija l-pożizzjoni, imma jiena qiegħed hawnhekk biex nisma' x'għandha xi tgħid l-Oppożizzjoni ħalli nkunu nistgħu nimxu.", "Aħna ġejna hawnhekk b'data fejn nistgħu nibdew id-dibattitu dwar il-Bill tal-Gvern u nistgħu nikkomunikawha lilek fi stadju ulterjuri.", "LOUIS GRECH: Fit-8 ta' Marzu.", "OWEN BONNICI: Id-data li qed tiġi proposta għal-liġi tal-Gvern hija, kif qed jgħid il-kollega tiegħi, fit-8 ta' Marzu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien qed nifhem li l-Ministru kellu bejn sagħtejn u tliet sigħat diskussjoni mal-Onor.", "Jason Azzopardi dwar dawn iż-żewġ liġijiet.", "OWEN BONNICI: Għandi noqgħod ngħid kemm domna?", "DAVID AGIUS: Jiġifieri f'din is-siegħa u nofs jew sagħtejn kemm domtu, ma tkellimtux bejnietkom dwar dan il-punt li qed jitkellem fuqu l-Avukat Ġenerali?", "MR SPEAKER: Dwar l-ittra li bagħat l-Avukat Ġenerali?", "MR SPEAKER: Ma nafx, il-Ministru jrid jgħid.", "OWEN BONNICI: L-Oppożizzjoni għandha ħafna avukati bravi.", "DAVID AGIUS: Iva jew le, qed nistaqsi biss.", "MR SPEAKER: Ministru, ħu paċenzja.", "L-Onor.", "David Agius qed jagħmel domanda speċifika dwar jekk tqajjimx il-punt waqt li kontu qed tiddiskutu, dwar jekk dan huwiex money bill jew le.", "OWEN BONNICI: Dr. Azzopardi ma qallix li dan huwa money bill.", "Jiena naf li Dr. Azzopardi huwa avukat bravissimu.", "DAVID AGIUS: Aħna ġejna hawnhekk fl-aħħar House Business Committee u waqafna milli mmorru għal dibattitu għaliex kien hemm il-ħsieb li l-Onor.", "Azzopardi jiltaqgħu u jsibu a way forward.", "Jiena qed nifhem li ltaqgħu.", "Waqt din il-laqgħa pożittiva ħafna, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tkellem mal-Onor.", "Azzopardi dwar dan il-punt?", "Iva jew le, ħalli din nara ġietx cleared.", "OWEN BONNICI: L-għan ta' dik il-laqgħa kienet li jiena nispjega lill-Onor.", "Azzopardi r-raġunijiet tal-Bill tal-Gvern, fejn irridu mmorru, u nispjega t-tliet punti ta' tibdil Kostituzzjonali li rrid ngħid.", "Għalkemm ma qbilniex fuq kollox, qbilna fuq 95% ta' dak li pproponejna.", "It-taħdita kienet dwar x'qed jipproponi l-Gvern.", "Ma kenitx dwar x'ipproponiet l-Oppożizzjoni għax l-Oppożizzjoni s'intendi naf li għandha ħafna avukati fi ħdanha u naf li huma kienu jafu li meta qed jipproponu żieda fil-pensjoni, kif qed jagħmlu, effettivament ikunu qed idaħħlu l-abbozz fil-kategorija ta' money bill.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, m'hemmx għalfejn naħlu l-ħin ta' dan il-kumitat.", "M'għandix f'moħħi li naħli l-ħin, la tiegħi u ta' ħadd.", "Jiena lill-Ministru qed ngħidlu ċar li aħna fl-aħħar seduta ġejna hawnhekk u kellna lill-Ministru jgħidilna li jrid jaqbel magħna u joħroġ l-id ta' ħbiberija u biex jipprova jsib soluzzjoni biex naslu.", "Jien qed nistaqsi: Fil-ħin kollu li qal li għamlu jiddiskutu biex isibu a way forward, il-Ministru qajjimha din il-materja mal-Onor.", "Azzopardi jew ma tkellmu xejn dwarha?", "(Interruzzjonijiet) Intom kellkom tiġi hawnhekk bi ftehim.", "Forsi jiena ma spjegajtx ruħi.", "L-uffiċċju tagħna bilfors irid jibgħat kull pubblikazzjoni għand l-Avukat Ġenerali biex naraw tirrikjedix il-messaġġ.", "L-uniku komunikazzjoni li kelli kienet illum stess fejn irċevejtha fit-3.30 p.m. Dik wara li saret il-pubblikazzjoni fid-19 ta' Frar.", "Issa nħalli f'idejk għax ovvjament hemm id-domanda .....", "OWEN BONNICI: Aħna ddiskutejna l-emendi li għandu f'moħħu jagħmel il-Gvern, li biex isiru jrid ikun hemm kemm jista' jkun kunsens fil-Kamra.", "Hemm minnhom li biex jidħlu jrid ikun hemm vot ta' two thirds majority.", "Id-diskussjoni kienet fuq il-Bill tal-Gvern, fuq xi jrid jagħmel il-Gvern.", "Irrid ngħid li fuq 95% tal-affarijiet irreġistrajna progress u I'm looking forward li fit-8 ta' Marzu nibdew id-dibattitu ,u jekk Alla jrid, jiġi reġistrat progress għall-ġid tal-poplu kollu at the end of the day.", "MR SPEAKER: It-8 ta' Marzu hija meta se nibda d-diskussjoni fuq il-Ġudikatura.", "DAVID AGIUS: Le, dik hija l-proposta tal-Gvern.", "Aħna ma naqblux.", "Aħna tal-Oppożizzjoni nħossu li din għandha ssir nhar il-Ħamis li ġej f'ħin li huwa dedikat għall-Oppożizzjoni skont ruling li jingħata hawn.", "OWEN BONNICI: Jiena spjegajt għalfejn.", "Lil Dr. Azzopardi għedtlu jien nixtieq li l-Bill ikolli round ta' konsultazzjoni mal-Ġudikatura u spjegajthielu u tajtu r-raġunijiet għalfejn, u naħseb tkun idea tajba.… (Interruzzjonijiet) Jiena se nippubblikah immedjatament il-Bill, però nixtieq li bejn il-pubblikazzjoni tal-Bill u bejn il-ġurnata li fiha jibda d-dibattitu dwaru niddiskuti mal-ġudikatura.", "Ma naħsibx li l-kelma \"tikkonsulta\" hija kelma ħażina, hija kelma tajba.", "Meta tkellimt mad-Deputat Prim Ministru għedtlu li jien għandi bżonn perjodu qasir fejn nikkonsulta l-ġudikatura.", "Ma ninsewx li hawnhekk qegħdin immissu affarijiet delikatissimi u nixtieq li l-ġudikatura jkunu on board.", "Jiena naħseb li sat-8 ta' Marzu din hija xi ħaġa li nista' nagħmilha u nkunu nistgħu nipproċedu dwar xi ħaġa tajba li qatt ma saret, ilha biex issir u nkunu tajna biċċa xogħol tajba lill-poplu Malti.", "Jekk l-Oppożizzjoni taqbel magħna, naħseb inkunu għamilna biċċa xogħol tajba ħafna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Fil-laqgħa preċedenti konna ddeċidejna li għandhom jiltaqgħu l-Ministru Owen Bonnici u l-Onor.", "Jason Azzopardi biex jaraw il-kontenut tal-abbozz li kien se jitressaq min-naħa tal-Gvern u biex b'hekk insibu l-art, biex ngħid hekk, komuni bejn iż-żewġ naħat.", "Safejn naf jien dik kienet id-direzzjoni.", "Issa għadu kemm tqajjem punt min-naħa tal-Onor.", "David Agius dwar il-possibbiltà li jiddiskutu l-Private Members Bill f'seduta urġenti tal-Ħamis.", "Fhimtek tajjeb?", "DAVID AGIUS: Huwa d-dritt tal-Oppożizzjoni li jitressaq xogħol tal-Oppożizzjoni.", "Dan skont l-iStanding Orders tal-Kamra.", "GODFREY FARRUGIA: Hekk hu.", "Safejn naf jien, id-darba li jmiss huwa tan-naħa tal-Gvern.", "DAVID AGIUS: Le, tal-Oppożizzjoni.", "GODFREY FARRUGIA: Se nispjega għalfejn.", "DAVID AGIUS: L-aħħar seduta ħadtuha intom.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, ħalli naraw x'se jgħid l-Onor.", "Apparti li hemm il-parir tal-AG.", "DAVID AGIUS: Allaħares naċċettaw dan il-parir tal-AG.", "Inkella l-Oppożizzjoni ma tista' tressaq l-ebda bill.", "MR SPEAKER: Kollox sew, issa niġu għaliha.", "OWEN BONNICI: Hawnhekk irridu nimxu skont il-liġi.", "Hawnhekk dwar il-Kostituzzjoni qed nitkellmu u ma nistgħux niksru l-Kostituzzjoni.", "DAVID AGIUS: Ksirtuha diġà il-Kostituzzjoni, tinkwetax.", "OWEN BONNICI: Fejn ksirt il-Kostituzzjoni, Onor. Agius?", "OWEN BONNICI: Meta ksirt il-Kostituzzjoni?", "Hawnhekk ma nistgħux niksru l-Kostituzzjoni u rridu nimxu mal-liġi.", "DAVID AGIUS: Imkien ma nistgħu niksruha l-Kostituzzjoni.", "OWEN BONNICI: Hawnhekk għandna parir li dan huwa money bill.", "Biex tibda diskussjoni trid il-go ahead mill-President – u hemm raġuni għalfejn imma mhux se noqgħod nispjegaha biex ma naħlix il-ħin tal-Kumitat – li jrid jaġixxi fuq parir tal-Kabinett.", "Il-Kabinett diġà għandu l-Bill tiegħu u fil-parti tan-nomina u l-ħatra ta' ġudikanti hemm affarijiet li ma naqblux mal-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Ma naqblux fuq din, u jekk hemm bżonn nitlob li jingħata ruling.", "OWEN BONNICI: Itlob li trid.", "Jekk hemm bżonn, nitlob ruling.", "OWEN BONNICI: Itlob dak kollu li tixtieq qalbek.", "DAVID AGIUS: Mhux ovvja!", "OWEN BONNICI: Jiena, Onor. Agius, qiegħed hawnhekk biex insib soluzzjoni.", "DAVID AGIUS: Imissek sibt soluzzjoni.", "Ilek ġimgħa biex issib soluzzjoni u ma sibthiex.", "OWEN BONNICI: Il-Bill intom ipproponejtuh, intom għamiltuh money bill.", "Għandkom ħafna avukati, dan stajtu tarawh.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri l-avukat li kellimt inti ma kellekx id-diċenza tgħidlu xi ħaġa fuq dawn l-affarijiet.?", "Jiġifieri lanqas inti ma kont tafha din?", "OWEN BONNICI: Mela jien kont naf li se tiġi hawn.....(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Jiġifieri inti ma ndunajtx?", "X'konsultazzjoni din!", "OWEN BONNICI: L-aħħar darba li ltqajna hawnhekk jien għedt li se nagħmlu data fejn jibda d-dibattitu.", "Nhar il-Ħadd il-Kap tal-Oppożizzjoni skont rapportaġġ fil-gazzetti qal li jrid li d-dibattitu jibda l-Ħamis u llum smajt il-ħabib tiegħi jgħid li jixtieq li d-dibattitu jibda nhar il-Ħamis.", "Jien qed ngħid li hawn dan il-parir tal-Avukat Ġenerali li hemm problema legali peress li l-Oppożizzjoni għażlet hi, ħadd ma ġegħelha, li tagħmel money bill.", "DAVID AGIUS: Aħna l-Parlament qegħdin mhux Gvern, Onor. Bonnici.", "OWEN BONNICI: Ipprova ifhem il-punt.", "DAVID AGIUS: Aħna awtorità ta' Parlament hawnhekk mhux Gvern.", "OWEN BONNICI: Jien qed ngħid kieku l-Oppożizzjoni tirtira l-mozzjoni, tneħħi dik il-parti li tirrendiha money bill u terġa' tressaq l-abbozz 'il quddiem, hemmhekk inkunu nistgħu nitkellmu fuq data fejn jibda d-dibattitu.", "Nista' nkun iktar raġjonevoli minn hekk?", "Qed ngħidlek x'inhi s-soluzzjoni!", "Qed niftaħlek għajnejk!", "Irtira l-bill, neħħi dik il-biċċa li rrendietu money bill, jekk trid erġa' ippreżenta bill ieħor, imma kif inhi llum ma tistax tibqa' għaddej.", "DAVID AGIUS: Ma naqblux ma' dan il-parir għax iż-żieda fl-età tal-irtirar m'hi se żżid l-ebda spiża.", "DAVID AGIUS: Le, mhu se żżid l-ebda spiża għax mhux se jinħatru ġudikanti ġodda sakemm… (Interruzzjonijiet) Jimporta nitkellem, jekk jogħġbok?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "DAVID AGIUS: Hawnhekk House Business qegħdin.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, kompli bl-argument tiegħek.", "DAVID AGIUS: Mela tinterrompix f'dan il-kumitat.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "OWEN BONNICI: Jiena la qed ngħajjat u lanqas qed ngħolli leħni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Aħna qed immorru għal fatt sempliċi.", "Nhar il-Ħamis huwa xogħol tal-Oppożizzjoni u aħna għandna dan l-abbozz u rridu niddiskutuh nhar il-Ħamis.", "Issa jekk il-Gvern ma jridx, jien lest nitlob ruling u jekk inti, Mr Speaker, bħala Sedja tħossok li m'intix f'pożizzjoni li tagħti dan ir-ruling, nitolbu lid-Deputy Speaker biex jagħti ruling hu.", "Se nagħmel referenza għal Standing Order no. 69 u Standing Order no. 70.", "Jekk ma jimpurtax, segwuni ftit.", "Meta jkun hemm xogħol finanzjarju:", "Ħlief fuq rakkomandazzjoni tal-President ta' Malta murija minn Ministru, il-Kamra ma għandhiex –", "(a) timxi 'l quddiem dwar xi abbozz ta' liġi (kif ukoll kull emenda għal abbozz ta' liġi) li, fil-fehma tal-persuna li tkun tippresjedi fil-Kamra, jipprovdi biex issir jew tiżdied xi taxxa, biex isir jew jiżdied xi piż fuq id-dħul jew fondi oħra ta' Malta jew dwar it-tibdil ta' xi piż bħal dak ħlief fejn jiġi mnaqqas, jew dwar il-ftehim jew maħfra ta' xi dejn dovut lil Malta;", "(b) timxi 'l quddiem dwar xi mozzjoni (inkluża xi emenda għal mozzjoni) li l-effett tagħha, fil-fehma tal-persuna li tkun qed tippresjedi fil-Kamra jkun li tagħmel provvediment dwar xi wieħed mill-finijiet imsemmija qabel; u...\"", "Imbagħad hemm l-iStanding Order no. 70 dwar kif tiġi komunikata rakkmandazzjoni tal-President ta' Malta.", "Kull rakkomandazzjoni tal-President ta' Malta tiġi kkomunikata minn Ministru kif ser jingħad: \"L-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta, billi ġie mgħarraf bis-suġġett tal-abbozz ta' liġi propost (jew vot jew riżoluzzjoni) jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra\", u dan għandu jiġi hekk imniżżel fil-minuti tal-proċeduri tal-Kamra..", "Dik hija l-proċedura u aħna marbutin ma' din il-proċedura.", "Għandna dan il-parir tal-Avukat Ġenerali fejn qed jgħid li qed jagħmel referenza għall-Kostituzzjoni.", "Il-Kostituzzjoni f'Artikolu 73 hija dwar ir-restrizzjoni ta' ċerti miżuri finanzjarji.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ħu paċenzja bija.", "L-Avukat Ġenerali mhuwiex l-Avukat tal-Parlament.", "L-Avukat Ġenerali hu l-Avukat tal-Gvern.", "Aħna hawnhekk qegħdin fil-Parlament.", "Jekk inti tixtieq timxi mod ieħor, imxi mod ieħor.", "Anzi hawnhekk inti qiegħed biex tħares lill-Oppożizzjoni u allura Allaħares nimxu ma' dan il-ħsieb, għax inkella l-Oppożizzjoni qatt ma tista' tippreżenta private members bill li b'xi mod jimpatta fuq dak li għandu x'jaqsam ma' consolidated fund jew ħaġa jew oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġbok, Ministru Bonnici, ħu paċenzja.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, nindirizzaw lil xulxin sew.", "OWEN BONNICI: Jiena qed ngħinek.", "DAVID AGIUS: Ministru, għin lil sħabek u lilek innifsek.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, jekk jogħġobkom, m'hemmx battibekki.", "DAVID AGIUS: Għin lil sħabek u lilek innifsek.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross-debate.", "OWEN BONNICI: Jiena tajtu soluzzjoni prattika.", "DAVID AGIUS: Il-parir tagħna bħala Parlament neħduh mingħand l-avukati tal-Parlament se mai, mhux mingħand l-avukat tal-Gvern.", "At the end of the day jekk inti ma tridx timxi mal-proċedura li nhar il-Ħamis huwa xogħol tal-Oppożizzjoni, tinkwetax, aħna nitolbu ruling u nitolbu li dawn l-affarijiet jimxu skont ir-ruling tiegħek.", "MR SPEAKER: Mhux problema, imma jiena rrid nisma' lil kulħadd, Onor. Agius.", "LOUIS GRECH: Jekk fhimtek sew, il-proċedura mhijiex xi ħaġa li għażilt int li tagħmilha.", "Kull abbozz li jkun hemm tibagħtu għand l-AG.", "Din hija prassi normali, mhijiex kwestjoni li int għażilt li tmur għand l-AG.", "Bilfors trid tagħmel hekk.", "Il-proċedura tgħidlek li inti tibagħtha għand l-AG, irrispettivament jekk hux l-avukat tal-Gvern jew le, u l-AG jagħti l-opinjoni tiegħu.", "Din ma ssirx f'dan il-każ biss.", "Din il-proċedura naħseb trid tiġi cleared.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jien għandi fehma differenti dwar il-Ħamis.", "Forsi se naqbeż għal suġġett ieħor bħala parenteżi.", "Il-proċedura fhimniha, għallinqas hija ċara f'moħħi li intom min-naħa tagħkom tridu tmorru għand l-AG u l-AG jgħidilkom jekk hux money bill jew le u dan huwa money bill u allura jrid imur quddiem il-Kabinett.", "Il-proċedura minn dak l-aspett hija ċara.", "Il-ħaġa l-oħra li mhijiex ċara hi ta' min imiss is-seduta l-Ħamis li ġej.", "Jekk miniex sejjer żball, il-proċedura hi li nalternaw Ħamis għall-ieħor, daqqa Gvern u daqqa l-Oppożizzjoni.", "L-ewwel waħda li kienet ittieħdet kienet fil-bidu lin-naħa tal-Gvern ta' din il-leġiżlatura, imbagħad ittieħdet oħra f'Novembru li għadda meta kien imiss tal-Oppożizzjoni, fejn dakinhar ..…", "MR SPEAKER: Iċċekkjahom dawn id-dati.", "GODFREY FARRUGIA: Mr Speaker, ma niftakarx id-data eżatt, imma kienet għal nofs Novembru.", "Dakinhar f'nofs Novembru kellna żewġ abbozzi t-tnejn tad-diżabilità, wieħed preżentat mill-Onor.", "Stephen Spiteri u l-ieħor ippreżentat mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana u ddeċidejna li l-ġurnata tal-Ħamis niltaqgħu – mingħalija kien filgħodu wkoll – u niddiskutu ż-żewġ abbozzi f'daqqa, nibdew b'wieħed u nkomplu bl-ieħor.", "Safejn naf jien, qegħdin fi stadju ta' kumitat dwarhom.", "Dik kienet il-ġurnata li jmiss tal-Oppożizzjoni u l-kompromess kien hekk.", "Allura l-Ħamis li jmiss huwa dak tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Irrid niċċekkja fuq dawn id-dati li semmejt għax qed tqajjmu din il-kwestjoni issa u...", "LOUIS GRECH: Tridx insibu kompromess?", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Se nieħu spunt minn dak li qal l-Onor.", "Bonnici, fejn hu qal li jekk ikun preżentat abbozz ieħor li jeskludi dik il-parti li jirrendih money bill, allura mbagħad fit-8 ta' Marzu nkunu disposti li jiġu diskussi ż-żewġ abbozzi, kemm l-Abbozz tan-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll l-Abbozz tan-naħa tal-Gvern.", "Allura b'hekk ikun qed jiġi diskuss in toto kemm min-naħa tagħkom kif ukoll min-naħa tagħna.", "Iż-żmien huwa viċin, fit-8 ta' Marzu, jiġifieri qed ngħidu li se jkun it-Tlieta, u naħseb b'dak il-mod insibu soluzzjoni għax finalment aħna rridu nsibu soluzzjoni biex nagħmlu r-riforma fil-ġudikatura.", "Jekk iż-żewġ abbozzi għandhom l-istess għan, allura f'dik il-ġurnata nkunu qed narawhom it-tnejn imma ovvjament intom tirtiraw u tneħħu dik il-parti li tagħmel lil dan l-abbozz money bill.", "Imbagħad aħna nkunu f'pożizzjoni li niddiskutuh fit-8 ta' Marzu.", "Naħseb li din hija proposta ġusta għaż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: Nistgħu nissospendu ftit forsi wieħed jagħmel konsultazzjoni.", "OWEN BONNICI: Aħna naqblu li l-età minn 65 sena titla' għal 68 sena, però that makes our bill a money bill as well.", "S'intendi l-Kabinett se jagħti parir lill-President biex jagħti permess lill-Ministru, f'dan il-każ jiena, biex nibda d-dibattitu.", "Fil-każ tal-Oppożizzjoni, peress li hawnhekk si tratta ta' money bill, tajna – ħalli nuża l-kelma \"tajna\" – soluzzjoni.", "Neħħu l-element ta' money bill mill-abbozz tagħkom.", "Jien mhux qed nagħlaq il-bieb f'wiċċ ħadd.", "MR SPEAKER: Ministru, mhux biex nikkoreġik, imma hemm ukoll biċċa oħra li qed isemmi l-Avukat Ġenerali.", "OWEN BONNICI: Iridu joqogħdu attenti ħafna u jieħdu parir.", "Kif għedt, hemm ħafna avukati bravissimi fl-Oppożizzjoni.", "Meta jirtiraw il-Bill li għamlu u jagħmlu Bill ġdid, iridu joqogħdu attenti li jagħmlu wieħed li ma jkunx money bill.", "Altrimenti tirtiraw tagħkom u niddiskutu tagħna.", "Jiena naħseb li se tkunu qed taqblu magħna fuq ħafna punti li qegħdin fl-abbozz tagħna għaliex dak huwa s-sentiment li kelli fl-aħħar laqgħa ma' Dr. Azzopardi li kienet pożittiva, kordjali u tajba ħafna.", "MR SPEAKER; L-Onor.", "DAVID AGIUS: Il-pożizzjoni tagħna hija ċara u b'saħħitha.", "Jekk kemm-il darba rridu nieħdu parir, aħna nieħdu parir minn avukati tal-Parlament, u min-naħa tagħna qed ninsistu li jekk il-Ħamis li ġej ma tiġix diskussa din il-private members bill, allura nitolbu ruling u jekk inti tħossok li m'għandekx tagħti dan ir-ruling, ovvjament ..…", "MR SPEAKER: Le, m'għandi l-ebda problema.", "Qed nitkellmu fuq private members bill.", "Diġà kien hemm rulings oħrajn.", "DAVID AGIUS: Nhar ta' Ħamis huwa xogħol tal-Oppożizzjoni u jmiss lill-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Ħalli nibdew biċċa biċċa.", "Qabel ma nimxu għar-ruling, l-Onor.", "LOUIS GRECH: Nixtieq ngħid xi ħaġa fondamentali.", "Jekk hemm bżonn immorru għand l-Avukati tal-Parlament immorru kemm irridu, però ma tistax tinjora l-fatt li hija l-prassi li meta jiġi pubblikat, abbozz jiġi referut lill-Avukat Ġenerali.", "DAVID AGIUS: Qabel ma tmur għall-pubblikazzjoni tmur għand l-Avukat Ġenerali mhux wara.", "Mid-dehra hija l-proċedura ..… (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja.", "Il-proċedura qegħda hekk.", "LOUIS GRECH: Qed jgħidlek wara.", "Biex ma nikkomplikawx l-affarijiet, għandek żewġ affarijiet, waħda li ssir proċedura stabilita, li jrid bilfors imur għand l-Attorney General u ma jistax lanqas jekk irid iċ-chairman ta' dan il-kumitat jinjora x'jgħidlu l-Attorney General.", "Jekk l-iSpeaker jidhirlu li għandu bżonn imur anke għand l-avukat tal-Parlament, dik hija xi ħaġa oħra, però ma jistax jinjora l-messaġġ li jkun tah l-AG.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva.", "DEBORAH SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amminstrattiva): Fil-verità hawnhekk l-issue mhijiex tinqala' min-naħa tal-Gvern, imma tinqala' mill-Kostituzzjoni.", "Is-soluzzjoni qed tingħata minn naħa tal-Gvern.", "Jiġifieri ma nistax nifhem għalfejn qed tinstab problema, meta l-Gvern qed joffri soluzzjoni biex jaslu fejn xtaqu jaslu, to be quite honest – kompromess li huwa vijabbli anke Kostituzzjonalment, biex ma tinkisirx il-Kostituzzjoni, biex dan il-Parlament jimxi fuq prassi li dejjem mexa u biex insibu soluzzjoni u naslu għal dak illi bażikament fuq ħafna punti qablu fuq kemm l-Oppożizzjoni kif ukoll il-Gvern.", "MR SPEAKER: Se nissuġġerixxi xi ħaġa.", "Tridu nissospendu mqar nofs siegħa biex ....", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Ħalli nagħmel punt ċar li joħroġ mill-Minuti.", "Fl-aħħar laqgħa hawnhekk iddeċidejna li kemm l-Onor.", "Jason Azzopardi jiltaqgħu bil-għan – u qed nikkwota mill-Minuti – li jinstabu l-punti ta' konverġenza li ż-żewġ naħat jiftehmu fuq parametri ġenerali dwar dan il-qasam u ġbidna l-attenzjoni għal fatt li l-Gvern kien għadu m'għaddiex kopja tal-abbozz ta' liġi li beħsiebu jippubblika bil-proposti tiegħu.", "Jiġifieri suppost minn dakinhar sakemm ġejna għal din il-laqgħa kellna l-Bill f'idejna u kellu jkun hemm qbil dwar il-Bill tagħna u dawn iż-żewġ affarijiet il-Gvern naqas li jagħmilhom.", "Allura konsegwenza ta' dan hemm l-iStanding Orders, huma ċari u nhar il-Ħamis niddiskutu l-Bill tagħna.", "OWEN BONNICI: Qegħda ċara, il-punti ta' konverġenza u fil-fatt iddiskutejna l-punti ta' konverġenza li rrid nirrapporta bi pjaċir li kienu ħafna, ngħidlek 95% qbilna.", "Dawn il-punti ddiskutejnihom.", "Tajtu retroxena, jiġifieri Dr. Azzopardi kien jaf dwar id-dettalji qabel l-Onor.", "Nista' inkun iktar onest minn hekk?", "Tajtu d-dettalji kollha bl-iktar mod miftuħ u rrid nirrapporta li kien hemm qbil.", "Kif diġà għedt, fis-sigħat li ġejjin se nippubblikaw il-Bill skond il-proċedura għax għamilna l-First Reading u dik se tagħmilha biex tkun in time għad-data tat-8 ta' Marzu.", "Jiġifieri minn naħa tagħna mxejna perfettament ma' dak li ftehemna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Irrid infakkar fuq timeline, għalfejn iltqajna llum it-Tlieta u mhux it-Tnejn bħalma kien oriġinalment propost.", "Ir-raġuni kienet biex nagħtu spazju lill-Ministru Owen Bonnici biex jippreżentah illum Kabinett, jiġi approvat illum mill-Kabinett u għaldaqstant jiġi ppubblikat u dik hija r-raġuni għalfejn ma ġiex ippubblikat fl-interim period.", "Imma l-Ministru Owen Bonnici qabel ma mar quddiem il-Kabinett, mar għand l-Oppożizzjoni bil-proposti ta' dan il-memo li kellu biex l-affarijiet ikunu fiċ-ċar.", "GODFREY FARRUGIA: biex nagħtu spazju lill-Ministru Bonnici biex jippreżentah kabinett illum, jiġi pprovat fil-kabinett u għaldaqstant jiġi pubblikat.", "Dik hija r-raġuni għalfejn ma ġiex pubblikat fl-interim period!", "Imma l-Ministru Bonnici, qabel ma mar il-kabinett mar għand l-Oppożizzjoni bil-proposti ta' dan il-memo li kellu, biex l-affarijiet ikunu fiċ-ċar!", "Dik qed nagħmilha bħala time line, biex inkunu ċari wkoll!", "OWEN BONNICI: L-Oppożizzjoni kienet taf.", "Jien mort hemmhekk biex jekk kien hemm l-affarijiet u l-Onor.", "Jason Azzopardi jgħidli li ma jistax jaqbel magħha, nbiddilha minn qabel ħalli meta nitla' kabinett ikolli xi ħaġa li tkun palatibbli għaż-żewġ naħat!", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, jien naħseb li dan huwa suġġett fejn aħna qed ninsistu li nhar il-Ħamis jiltaqa' l-Parlament fuq xogħol tal-Oppożizzjoni.", "Dik item a. Item b hija li jiġi diskussjoni dan il-bill tagħna.", "Ovvjament jekk nieħdu pariri, nieħdu pariri mill-avukati tal-Parlament!", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nista' nitlob ruling fuq item a jekk jogħġbok Sur President?", "GODFREY FARRUGIA: Dwar min imissu l-Ħamis li jmiss.", "Jien totalment għandi ideat differenti!", "DAVID AGIUS: Jien komdu li jingħata ruling li l-Gvern diġà għamel użu mill-Ħamis.", "Issa jmiss lill-Oppożizzjoni … Dakinhar kienet għażla tal-Gvern u mhux tal-Oppożizzjoni!", "Din id-darba hija għażla speċifika tal-Oppożizzjoni għal nhar il-Ħamis li ġej!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Sur President, sewwa, intalab ruling fuq id-data tal-Ħamis, però minbarra d-data tal-Ħamis, l-importanza ta' din id-diskussjoni, allura dik tista' ruling fuqha, però huwa importanti li wieħed jistax jinjora dak id-dokument jew le!", "Irrispettivament jekk l-avukati tal-Parlament … Arahom, ikkonsultahom kemm trid, dik hija prerogattiva tiegħek, però ma tistax tinjora x'qed jgħidlek l-Avukat Ġenerali!", "MR SPEAKER: Fuq it-tieni waħda qed jintalab ruling ukoll?", "Tiġi awtomatika.", "LOUIS GRECH: Tiġi awtomatika.", "Mhux qed nitlob ruling, imma jekk hemm bżonn ruling għax mhux qed naqblu ...", "MR SPEAKER: Qed titlob direzzjoni?", "Lanqas jekk rridu ma nistgħu naħseb!", "(Interruzzjonijet) Id-differenza qiegħda hawn, għax hija importanti, li ma tistax … Jekk xi ħadd tak il-parir lil-Avukat Ġenerali fuq talba tiegħek stess u tak dak ir-ruling tiegħu, lanqas ma nista' niġi hawnhekk u ngħid li dan ir-ruling jien nista' ...", "DAVID AGIUS: Ix-xogħol tal-iSpeaker huwa li jħares lill-Oppożizzjoni, li tkun tista' tagħmel private member's bill hi!", "Issa jekk ikun hemm qbil mal-Gvern, għandha ssir!", "MR SPEAKER: Naħseb li ġie eżawrit id-dibattitu!", "LOUIS GRECH: (Interruzzjonijet) Imur oltre minn hekk!", "Però hawnhekk iffaċċjati li qed jgħidlek li l-argument prinċipali huwa fuq żewġ binarji: l-argument tal-money bill u l-argument l-ieħor li semma' li kien hemm a new establishment.", "Dawk iż-żewġ punti prinċipali.", "Irrispettivament x'taħseb l-Oppożizzjoni jew il-Gvern, dik hija deċiżjoni li tmur kontra l-Kostituzzjoni għax qed jgħidlek il-proċedura kif għandha tkun!", "Ma naħsibx li aħna f'pożizzjoni li ngħidu le!", "Issa jekk hemm bżonn ruling fuqha, jsir ruling fuqha; però ma naħsibx li wieħed jista' jinjora (Interruzzjonijet)", "MR SPEAKER: Jien qed nifhem li ntalab ruling fuq il-kwestjoni tal- (Interruzzjonijet)", "LOUIS GRECH: Però jien nixtieq naf ukoll li … Il-proposta uffiċjali hija li jekk inthom anke tirtiraw u tneħħu dawk iż-żewġ partijiet, jekk hemm bżonn b'diskussjoni mal-Onor.", "Azzopardi wara u ma' min huwa responsabbli min-naħa tagħkom, imbagħad fit-8 ta' Marzu ż-żewġ abbozzi jiġu diskussi bħala żewġ abbozzi.", "DAVID AGIUS: Twegħdu li dak iż-żmien jiġu ffriżati l-appointments kollha?", "Jekk fil-kas, naqblu!", "Sekonda, dawn il-kundizzjonijiet … Anki din, bil-kundizzjonijiet!", "Mela jien qatt kont fl-Oppożizzjoni u għamilt kundizzjoni lill-gvern biex ma jeżerċitax dak li huwa fid-dritt tiegħu?", "Anke din tal-kundizzjonijiet: inkunu raġonevolissimi, għax stajt niġi hawn u ngħidlek: għandek problema legali, solviha!", "Ma għamilniex hekk!", "Ġejna hawn u qed ngħidulek: isma' minni, rregola ruħek legalment, irtira l-mozzjoni li għamiltu; jew tagħmlu xejn waħda ġdida, jew tagħmlu waħda ġdida li tkun in line mal-Kostituzzjoni.", "Fit-8 ta' Marzu ħa jibda d-dibattitu, imma tiġix imbagħad iżżidli kundizzjonijiet; tagħmilx lil dik … Jekk huwa fid-dritt tal-Gvern?", "Onor. Agius, ipprova aprezza fitt li qed nippruvaw nagħmlu effort kbir biex naslu għal ftehim!", "Jien, irrid inżid mad-Deputat Prim Ministru huwa li l-Onor.", "Godfrey Farrugia talab ruling li qed jgħid li l-Ħamis li jmiss huwa tal-Gvern.", "Ejja ngħidu – għall-grazzja tal-argument – li Mr Speaker jgħid li hija tal-Oppożizzjoni, li l-Onor.", "Godfrey Farrugia ma jaqbilx għax qed jgħid li hija tal-Gvern; imma għall-grazzja tal-argument xorta ma jistax jibda dan il-bill, għax hemm problema kostituzzjonali!", "DAVID AGIUS: Sur President, aħna nafu wkoll, u għalhekk irriduk tagħti dan ir-ruling, għaliex meta kien hemm l-età tal-irtirar minn 60 għal 65 ma kien l-ebda messaġġ mingħand il-President!", "L-istess ukoll għandu japplika f'dan il-kas!", "Huwa ovvju li dan mhuwiex minnu!", "Sur President, aħna ninsistu f'din il-ħaġa; vverifikaw ir-records tal-Parlament; 100% li m'hemmx u ma kienx hemm messaġġ mill-President meta l-età tal-irtirar telgħet minn 60 għal 65!", "Allura lanqas f'dan il-kas m'għandu jkun hemm!", "Allura Sur President, nhar il-Ħamis qed ninsistu li l-Oppożizzjoni tgħaddi dan il-bill!", "Ejja ħa ngħaddi għar-rulings.", "OWEN BONNICI: Mhux se nidħol fil-mertu tas-60, però hawnhekk qed toħolqu awtorità wkoll!", "Dak il-parti tal-parir tinsewhx ukol!", "This is a first fis-sistema legali tagħna: ma kien ebda bill simili li toħloq awtorità bi private member's bill!", "Noqgħodu attenti!", "Dik tfisser li qed tinkorri nefqa fuq il-Gvern!", "Il-Kostituzzjoni hija ċara!", "Għalhekk tajna dak il-parir biex niżblukkaw is-sitwazzjoni.", "Issa jekk trid teżerċita d-drittijiet tiegħek, ovvjament ...", "DAVID AGIUS: Sur President, id-drittijiet huma ċari: l-ewwelnett meta kien hemm retirement age minn 60 għal 65 ma kien hemm bżonn l-ebda messaġġ mingħand il-President!", "It-tieni: s-Sedja taf li huwa tibdil kostituzzjonali wkoll u allura hemm bżonn li jkun hemm il-qbil bejn iż-żewġ naħat u at the end of the day anke l-Gvern irid ikun jaqbel ma' dawn l-affarijiet!", "Allura hija ċara: nhar il-Ħamis imiss lill-Oppożizzjoni, anke skont rulings li ngħataw fejn next one tkun tal-Oppożizzjoni; kif ukoll li jiġi diskuss dan il-bill u li m'għandu bżonn ebda messaġġ mill-President!", "Għamilt lilek innifsek ċar ħafna!", "DAVID AGIUS: Se mai, jekk trid, nissospendu ħalli niċċekkjaw!", "MR SPEAKER: Mhux problema, ħa niċċekkjawha.", "Hemm xi affarijiet oħra fuq l-aġenda?", "LOUIS GRECH: L-aġenda normali (Interruzzjonijet)", "MR SPEAKER: Qabel ma nissospendu, hawn talba mill-istampa li talbu kopja tal-ittra tal-Avukat Ġenerali.", "Naħseb li m'għandniex problema.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Se mmorru għal nhar it-Tnejn li ġejjin, fejn diġà qbilna u għaldaqstant qegħdin nerġgħu naffermaw ...", "LOUIS GRECH: Sa meta għandna qbil?", "GODFREY FARRUGIA: Sal-1 ta' Marzu.", "DAVID AGIUS: Naħseb aħjar terġa' tirrepetihom.", "LOUIS GRECH: Għada se jkollna t-tribunal industriali; u jista' jkun ma nagħlqux.", "It-Tnejn 29 ta' Frar se nibdew l-emendi tal-Kodiċi Ċivili, 118, li kienet private motion bill tal-Onor.", "Se nkompluha l-għada l-ewwel ta' Marzu.", "Imbagħad l-Erbgħa 2 ta' Marzu se nibdew Abbozz ta' Liġi numru 118 dwar l-emendi tal-Kodiċi Kriminali.", "Hemm il-possibilità li nagħlqu dakinhar.", "Kien diġà mituħ qabel.", "DAVID AGIUS: Sur President, jekk jogħġbok, ħa nerġa' mmur għall-kas ta' qabel, għax huwa importantissimu għall-pajjiż u għal kulħadd.", "DAVID AGIUS: L-Ewwel Qari kien sar fit-3 ta' Ottubru 2006 u ma kienx hemm messaġġ tal-President.", "It-Tielet Qari sar f'Lulju 2007, fejn ukoll ma kienx hemm ...", "MR SPEAKER: Qed tagħmel referenza għall-argument ...", "(Interruzzjonijet) Qed ngħidlek meta sar.", "Biex jiċċekkjaw id-data preċiża.", "MR SPEAKER: Mhux problema, għandna r-records hawnhekk.", "3 ta' Ottubru 2006.", "GODFREY FARRUGIA: Bħala point of observation, wieħed jista' jirrimarka li fil-Bill li hemm bħalissa min-naħa tal-private motions bill, apparti l-irtirar hemm ukoll it-twaqqif ta' awtorità! 050:12", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Ejja nkomplu.", "GODFREY FARRUGIA: Bħala point of observation tajjeb wieħed jirrimarka li fl-Abbozz li hemm bħalissa, fil-Private Member's Bill apparti l-irtirar hemm ukoll it-twaqqif ta' awtorità u jinkludi wkoll …", "MR SPEAKER: Diġà ġie sollevat.", "LOUIS GRECH: Inkella se nerġgħu nibdew id-dibattitu.", "Il-pożizzjoni mhux aħna qed ngħiduha; inutli niġu … Dik hija ittra uffiċjali li għandha tinterpreta l-Kostituzzjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Louis Grech, m'għandneix għalfejn nirrepetu ruħna.", "GODFREY FARRUGIA: Fid-29 ta' Frar għedna l-Abbozz Nru. 118 emendi tal-Kodiċi Ċivili u l-istess fl-1 ta' Marzu.", "Niftħuh it-Tnejn u nkomplu t-Tlieta bil-possibilità li nagħlqu fl-1 ta' Marzu u jista' jkun hemm ukoll vot fuqu.", "L-Erbgħa 2 ta' Marzu, Abbozz Nru. 113, emendi għall-Kodiċi Kriminali relatati maċ-ċensura, li diġà ftaħnieh u allura nkompluh bil-possibilità li nagħlquh u jista' jkun hemm vot fuqu wkoll għax kien hemm xidifferenzi.", "Għat-Tnejn 7 ta' Marzu kont se nipproponi li niftħu d-dibattitu fuq l-Abbozz Nru. 141 dwar id-donazzjoni tal-organi.", "It-Tlieta, 8 ta' Marzu, se nitkellmu fuq l-Abbozz tal-ġudikatura.", "L-Erbgħa 9 ta' Marzu, l-Abbozz dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, jiġifieri se niftħu d-diskussjoni fuq Abbozz ġdid.", "It-Tnejn 14 ta' Marzu, nistgħu niddibattu l-ħatra taċ-chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp f'seduta waħda, bil-ħin maqsum; niddiskutu l-mozzjoni u jkun hemm il-vot.", "DAVID AGIUS: Liema mozzjoni?", "GODFREY FARRUGIA: Tal-ħatra taċ-chairperson.", "DAVID AGIUS: Liema waħda?", "Għax hemm tnejn.", "GODFREY FARRUGIA: Niddiskutu l-mozzjoni tal-Gvern.", "Hemm tal-Oppożizzjoni fuq l-istess suġġett li daħlet qabel, u trid tagħmel tal-Gvern?", "GODFREY FARRUGIA: Niddiskutu l-mozzjoni tal-Gvern.", "DAVID AGIUS: Niddiskutu l-mozzjoni tal-Gvern jekk tal-Oppożizzjoni fuq l-istess suġġett daħlet qabel?!", "Il-ħatra taċ-chairperson tal-Kumitat dwar l-ambjent; fuq l-istess suġġett.", "GODFREY FARRUGIA: Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, li daħlet f'Novembru li għadda, tiddikjara isem ta' persuna biex tibqa' chairperson ta' dak il-Kumitat.", "Imbagħad hemm mozzjoni oħra tal-Gvern li konna ppreżentajnirha fuq il-karta imma ma nqratx, li tinnomina persuna differenti bħala chairperson.", "Hu staqsieni x'se niddiskutu fl-14 ta' Marzu, jekk hux il-mozzjoni tal-Gvern jew il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni u jien għedtlu li l-mozzjoni tal-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Il-mozzjoni biex l-Onor.", "Marlene Farrugia tinħatar bħala chairperson tal-Kumtiat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-Kap tal-Oppożizzjoni saret fid-19 ta' Novembru tas-sena li għaddiet.", "Ma tistax tiġi llum u tgħidli li se tressaq tal-Gvern l-ewwel, li ġiet warajha, gaħx inkella ma jagħmilx sens!", "Trid tiġi diskussa din; jekk ma tgħaddix, aħtru lil ħaddieħor.", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni hija prerogattiva tal-Gvern imma jekk se jintlaħaq ftehim ikun hemm ftehim.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Id-direzzjoni tagħna hija li nibqgħu għaddejjin bil-mozzjoni tagħna u niddiskutu l-mozzjoni tal-Gvern.", "Il-mozzjoni hija ppreżentata bi kliem differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jekk m'hemmx diffikultà għall-Gvern għax hija l-istess mozzjoni bi kliem differenti, allura titressaq dik ippreżentata mill-Kap tal-Oppożizzjoni, jittieħed il-vot fuqha; jekk tgħaddi tgħaddi, jekk ma tgħaddix imbagħad tiġi ppreżentata tal-Gvern.", "Inkella inutli wieħed joqgħod iressaq il-Private Member's Bills u mozzjonijiet f'dan il-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Id-differenza hija skont il-proċedura tal-Parlament, min jiftaħ u min jagħlaq.", "Hekk id-dritt se jkun tal-Gvern, li ċ-chairperson jinħatar mill-gvern u allura jiftaħ u jagħlaq id-diskussjoni hu.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri se tagħmel mozzjoni li daħlet erbat ijiem ilu u mhux l-oħra fuq l-istess suġġett li daħlet f'Novembru għas-sempliċi raġuni biex jiftaħ u jagħlaq il-gvern!", "Din l-argumetnazzjoni kollha.", "GODFREY FARRUGIA: Erbat ijiem ilu!", "Il-kelma ġġib hekk, daħlet f'Jannar.", "Biex ma nagħtux l-impressjoni li erbat ijiem ifissru four days.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Il-prassi dejjem kienet - mhux illum, mhux ħaġa li qed nivvintaw aħna – li mozzjoni tal-Gvern tieħu preċedenza.", "DAVID AGIUS: Jekk trid tagħtiha preċedenza.", "LOUIS GRECH: Dejjem hekk kien, sa fejn naf jien.", "DAVID AGIUS: Le, mhux hekk kienet.", "LOUUIS GRECH: Kważi dejjem, meta ġiet ipprattikata.", "DAVID AGIUS: Deputat Prim Ministru, għandek mozzjoni tal-Oppożizzjoni fuq l-istess suġġett u għandek mozzjoni tal-Gvern; ibda minn tal-Oppożizzjoni, waqqagħha, tapprovahiex, imbagħad tgħaddi tiegħek.", "LOUIS GRECH: Ma tistax taħgmel l-istess diskussjoni li trid tagħmel waqt li tkun qed tiddiskuti l-mozzjoni tagħna?", "DAVID AGIUS: Għalhekk għandek tibda minn tal-Oppożizjzoni, imbagħad tressaq tal-Gvern.", "LOUIS GRECH: Le, naħseb li hija prerogattiva tal-Gvern …", "DAVID AGIUS: M'hemmx koperazzjoni, ma ġara xejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, għandek mozzjoni tal-Oppożizzjoni u mozzjoni tal-Gvern fuq l-istess susġġett.", "(Interruzzjonijiet) Irrelevanti.", "DAVID AGIUS: Mhux irrelevanti.", "DEBORAH SCHEMBRI: Irrelevanti għax hemm żewġ mozzjonijiet li t-tnejn mhumiex deċiżi, waħda min-naħa tal-oppożizzjoni, waħda min-naħa tal-gvern, il-poplu hemm barra maġġoranza strepituża għażel il-gvern biex jiggverna u jekk hemm żewġ mozzjonijiet tal-istess suġġett għandha tieħu preċedenza l-mozzjoni tla-gvern.", "Għalhekk il-poplu jagħżel gvern.", "DAVID AGIUS: X'għandu x'jaqsam?", "Hawnhekk qegħdin fil-Parlament.", "Issa jekk irridu nagħmlu House Business Committee, jekk se nitkellmu fuq ix-xogħol tal-Parlament, jekk qed tgħid il-gvern imexxi, imexxi l-gvern u ma nidħlux hawn ġew iktar f'dna il-Kumtiat ħalli l-gvern jagħmel li jrid.", "Hawnhekk qegħdin biex nitkellmu.", "Jekk ma tridux nitkellmu, ma nitkellmux.", "DAVID AGIUS: Jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni ressaq mozzjoni fuq dan il-Kumitat, speċifikament fuq dan il-Kumitat, u fuq waħda li kienet magħkom sa erbat ijiem ilu, qegħdin nitkellmu fuq Membru Parlamentari li kinet Labaurista mhux qegħdin nitkellmu fuq xi ħadd li ma tafux u lanqas tridu tiddiskutu din qabel ma nitkellmu fuq xi ħaġa oħra tal-istess suġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, aħna m'aħneix qegħdin hawn biex ngħidu lill-Oppożizzjoni ma titkellimx u ħadd hawn ġew ma qal lill-Oppożizjzoni biex ma titkellimx.", "Aħna qegħdin ngħidu x'għandu jieħu preċedenza, mhux li l-Oppożizzjoni m'għandhiex titkellem.", "Tieħu preċedenza l-mozzjoni tal-Gvern, wara tiġi l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, that's all.", "Jekk qed nirraġunaw b'dan il-mod, illum, f'din il-Kamra jfisser li l-ewwel nagħlaqlek ħalqek għax kont diġà poġġejt lil xi chairman, imbagħad wara ddiskuti magħna!", "GODFREY FARRUGIA: Mhux il-fatt.", "Ħa tagħtini data għall-mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizjzoni biex l-Onor.", "Marlene Farrugia tinħatar chairperson tal-Kumtiat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?", "Se tagħtini data?", "GODFREY FARRUGIA: Jien naf x'se jiġri fid-diskussjoni?", "DAVID AGIUS: Qed tara kif qed tagħlqulna ħalqna!", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni qiegħda hawn, il-Gvern qed jimxi għall-mozzjoni tal-ħatra tal-Onor.", "Franco Mercieca u għandek din id-data …", "GODFREY FARRUGIA: Id-data hija l-14 ta' Marzu.", "Fil-15 ta' Marzu inkomplu bl-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz Parlamentari.", "Imbagħad, l-Erbgħa 16 ta' Marzu, se jkollna l-mozzjoni tal-oppożizjzoni dwar l-Avviżi Legali 262 u 263.", "Ta' min jaċċenna l li f'dan il-perijodu qasir li għandna qabel ir-recess tal-Għid, min-naħa tal-oppożizzjoni ddiskutejna mozzjonijiet.", "DAVID AGIUS: Ilhom jiġu mwiegħda xhur mill-istess Deputat Prim Ministru u minnek.", "Issa se tiġi tgħidli għax fl-aħħar ġimagħtejn se tagħmilhom ilna nipposponuhom dawn il-ġimgħat kolha?", "Apparti minn hekk, ...", "Fix-xhur ta' qabel iddiskutejna 20 mozzjoni minn tal-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Għax l-Oppożizzjoni taħdem u għax l-Oppożizzjoni hija attiva.", "GODFREY FARRUGIA: U għax għandek gvern … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Ma tistax tagħmel mod ieħor!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma nagħmlux cross debate.", "DAVID AGIUS: Sur President, ħa nerġ'a mmur fuq il-punt ta' qabel.", "Fis-seduta 509 rigward il-messaġġ tal-President li saret fil-21 ta' Marzu 2007, kien hemm it-Tieni Qari u ma kienx hemm il-messaġġ tal-President.", "Barra minn hekk, meta l-Onor.", "Justyne Caruana ressqet Private Members Bill fl-aħħar leġiżlatura biex Għawdex ikollu mħallef għalih, ma kienx hemm lanqas ilmessaġġ tal-President.", "Hemm ukoll id-dibattitu li qiegħed għandi wkoll.", "Dawn huma ċirkostanzi fejn ...", "Justyne Caruana għandek in-numru tas-seduta?", "DAVID AGIUS: Le, m'għandix.", "L-aħħar leġiżlatura?", "DAVID AGIUS: L-aħħar leġiżlatura.", "M'għandix is-seduta imma hemm id-dibattitu, tista' tarah, preċedent li dan il-Parlament qed jimxi fuqu.", "LOUIS GRECH: Irrespettivament, napprezza x'inhu jgħid l-Onor.", "David Agius, imam quddiemna hemm deċiżjoni li tlabtha int bħalma titlob il-preassi dejjem u wieħed ma jistax jinjoraha għax qiegħda hemm quddiemna.", "Kieku kienet qabel, forsi wieħed kien jgħid jgħid jagħmiilha imma la għandek dik id-deċiżjoni wieħed irid jonoraha.", "MR SPEAKER: Hemm xi ħaġa oħra fuq l-aġenda?", "OWEN BONNICI: Wieħed irid jara kull każ.", "MR SPEAKER: Għamel sew l-Onor.", "David Agius għax jiffaċilitalna r-riċerka.", "DAVID AGIUS: Ma jistax ikun li f'ċirkostanza nimxu mod u f'ċirkostanza oħra nimxu mod ieħor.", "Mela qebħdin naqblu li nharil-Ħamis filgħodu hija xogħol tal-oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Aħna qed nifhmu li inti se tagħti r-ruling, Sur President, fuq dawn l-affarijiet sa għada?", "DAVID AGIUS: Nista' nistaqsi?", "Forsi jħoss li għandu konflitt t'a interess.", "MR SPEAKER: Sew għamilt.", "M'għandi l-ebda konflitt t'a interess.", "Il-proċedura hija stabbiblita, l-iStanding Orders huma stabbiliti, hemm diversi rulings.", "DAVID AGIUS: Sur President, nista' ngħidlek ħaġa oħra, bix tidħol f'dan ir-ruling tekniku ara l-età tal-irtirar.", "MR SPEAKER: Barra dak li tajtni?", "DAVID AGIUS: Iva, din oħra.", "Meta kellna dibattitu fl-2006 tal-età tal-irtirar tla-AG kien ġie fil-Parlament mingħajr il-messaġġ tla-President.", "MR SPEAKER: Għandek is-seduta?", "DAVID ASGIUS: M'għandix is-seduta imma din informazzjoni li għandi.", "Meta ġiet mgħollija l-età bħalma qed jgħid f'dan il-każ, ma kein hemm l-ebda messaġġ tal-President.", "Barra minn hekk, għadna m'aħniex qed naqblu mal-14 ta' Marzu fir-rigward tal-mozzjoni tal-gvern għal ħatra taċ-chairperson.", "Aħna għadna qed ninsistu u jekk mhux se jkun hemm qbil fuq din, l-oppożizzjoni se tieħu l-passi neċessarji.", "MR SPEAKER: Mela, fuq il-kwestjoni tla-14 ta' Marzu m'hemmx qbil imma l-gvern irid ...", "OWEN BONNICI:b Nixtieq nistaqsi jekk għandux preċedenti dwar il-kreazzjoni ta' new independent bodies għax semmejt ...", "MR SPEAKER: Hu għamel referenza fuq tla-imħallfin u tal-età.", "OWEN BONNCI: Fuq il-kwestjoni tal-istabbiliment ta' new independent bodies li l-AG qed jgħid li joħolqu import finanzjarju u alura jrendih Money Bill, dik sibt xi preċedent?", "DAVID AGIUS: Jiena tajt l-informazzjoni kollha.", "MR SPEAKER: M'għandux.", "DAVID AGIUS: Jekk hemm bżonn nagħmel iktar riċerka, nagħmilha.", "MR SPEKAER: Ibqa' ċert li s-Sedja se tagħmel ir-riċerki kollha inkluż dak li għaddieli l-Onor.", "Jekk m'hemmx iktar rimarki, il-House Business Committee huwa konkluż."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160223_035d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 35", "It-Tlieta, 23 ta' Frar 2016", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fis6.59 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Louis Grech, isSegretarju Parlamentari għallIppjanar u sSimplifikazzjoni Amministrattiva, lOnor.", "Għal din il-laqgħa kien preżenti wkoll ilMinistru għall-Ġustizzja, l-Onor.", "Fuq talba talOnor.", "Godfrey Farrugia l-Kumitat qabel li f'paġna 2 tal-Minuti tal-aħħar laqgħa tal-Kumitat, fl-ewwel paragrafu wara punt numru 4, tiżdied is-sentenza 'L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat li fil-laqgħa tal-Kumitat li jmiss kellu jindika data meta kellha tiġi diskussa din il-materja.'.", "IlMinuti tallaqgħa numru 34 tal15 ta' Frar 2016, kif emendati, kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-Onor.", "Owen Bonnici informaw lill-Kumitat li nhar itTlieta, 8 ta' Marzu 2016 għandha tibda d-diskussjoni dwar il-ġudikatura bit-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Riformi Kostituzzjonali (Qasam tal-Ġustizzja), liema abbozz kellu jkun ippubblikat dalwaqt.", "L-Ispeaker qara ittra datata 23 ta' Frar 2016 mibgħuta mill-Avukat Ġenerali lill-Iskrivan tal-Kamra fejn qed jiġi ndikat li l-Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorità dwar l-Għażla għas-Servizzi Ġudizzjarji (Abbozz 142) imressaq mill-Onor.", "Jason Azzopardi għandu jiġi meqjus bħala money bill u li biex jibda jiġi diskuss, dan l-Abbozz kien hemm bżonn li jiġi referut lill-Kabinett għal deċiżjoni dwar jekk għandux jiġi rrakkomandat għall-messaġġ tal-President.", "Bil-permess tal-Kumitat kopja ta' din l-ittra tqassmet lill-membri tal-media preżenti.", "L-Onor.", "David Agius irreġistra nuqqas ta' qbil mal-parir mogħti u talab li l-Abbozz ta' Liġi ppreżentat mill-Onor.", "Jason Azzopardi jiġi diskuss fil-ġurnata tal-Ħamis li jmiss.", "Fin-nuqqas ta' dan l-Onor.", "Agius qal li jitlob ruling.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia talab li jingħata ruling dwar jekk il-Parlament jiltaqa' l-Ħamis, kellux isir xogħol tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni.", "Wara diskussjoni n-naħa tal-Gvern ipproponiet li l-Oppożizzjoni tippreżenta Abbozz ta' Liġi ieħor wara li tneħħi dawk il-partijiet li jirrenduh money bill, f'liema każ fit-8 ta' Marzu l-Gvern ikun dispost li jiddiskuti kemm l-Abbozz ta' Liġi tiegħu kif ukoll dak imressaq mill-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Agius informa lill-Kumitat li l-Oppożizzjoni tkun lesta li taqbel ma' din il-proposta jekk il-Gvern jiffriża l-ħatriet tal-ġudikatura kollha.", "In-naħa tal-Gvern ma qablitx ma' din il-kundizzjoni.", "Il-Kumitat qabel li l-Ispeaker kellu jagħti ruling dwar:", "jekk id-darba li jmiss li jiltaqa' l-Parlament nhar ta' Ħamis kellux jittella' xogħol tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni fuq l-aġenda; u", "jekk l-Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorità dwar l-Għażla għas-Servizzi Ġudizzjarji (Abbozz 142) imressaq mill-Onor.", "Jason Azzopardi jistax jgħaddi għad-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari mingħajr messaġġ tal-President.", "Godfrey Farrugia informa lillKumitat li salwaqfa talGħid il-Gvern kien beħsiebu jressaq ilprogramm taxxogħol kif ġej:", "Nhar lErbgħa, 24 ta' Frar 2016 tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Abbozz 143).", "Nhar itTnejn, 29 ta' Frar 2016 tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz ta' Liġi li jemenda lKodiċi Ċivili (Abbozz 118) imressaq mill-Onor.", "Nhar itTlieta, 1 ta' Marzu 2016 tkompli, u possibilment tagħlaq iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz 118, bil-possibiltà li jittieħed vot fuq dan l-Abbozz.", "Nhar lErbgħa, 2 ta' Marzu 2016 għandha tkompli, u possibiliment tingħalaq, iddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi li jemenda lKodiċi Kriminali (Abbozz 113) bil-possibiltà li jittieħed vot fuq dan l-Abbozz.", "Nhar itTnejn, 7 ta' Marzu 2016 tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari dwar lAbbozz dwar idDonazzjoni ta' Organi, Tessuti u Ċelloli Umani (Abbozz 141).", "Nhar itTlieta, 8 ta' Marzu 2016 għandha tibda d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Riformi Kostituzzjonali (Qasam tal-Ġustizzja), liema abbozz kellu jkun ippubblikat dalwaqt.", "Nhar lErbgħa, 9 ta' Marzu 2016 għandha tibda ddiskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika (Abbozz 63).", "Nhar itTnejn, 14 ta' Marzu 2016 għandha tiġi diskussa l-Mozzjoni dwar is-Sostituzzjoni tal-President u ta' Membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Mozzjoni 305) imressqa mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali.", "L-Onor.", "David Agius qal li ġaladarba l-Oppożizzjoni kienet ippreżentat mozzjoni dwar il-ħatra ta' Chairperson talKumitat Permanenti dwar lAmbjent u lIppjanar talIżvilupp (Mozzjoni 285) ferm qabel dik ippreżentat mill-Gvern, il-Parlament kellu l-ewwel jiddiskuti l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni.", "L-Ispeaker irrimarka li sakemm ma jintlaħaqx ftehim, il-prerogattiva ta' x'jitla fuq l-aġenda hija tal-Gvern.", "In-naħa tal-Gvern baqgħet tinsisti li tiġi diskussa l-Mozzjoni 305", "Nhar itTlieta, 15 ta' Marzu 2016 għandha tkompli d-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar isServizz Parlamentari (Abbozz 137).", "Nhar lErbgħa, 16 ta' Marzu 2016 għandha ssir iddiskussjoni dwar ilMozzjoni biex jiġu revokati lAvviż Legali 262 u 263 tal2015 imressqa millOnor.", "Marthese Portelli u millOnor.", "AFFARIJIET OĦRA", "Proġett millOrkestra Filarmonika ta' Malta", "LIspeaker informa lill-Kumitat dwar il-programm edukattiv li kien qed jiġi organizzat fil-binja tal-Parlament mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta u ħeġġeġ lill-Membri Parlamentari sabiex jipparteċipaw fis-sessjoni speċjali li kellha tiġi organizzata fil-Kamra l-għada l-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016, bejn il-5.00 u l-5.30 p.m.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat illi meta l-Kumitat jiltaqa' biex jiddiskuti l-Ombudsplan 2016 il-Membru min-naħa tal-Gvern ser tkun il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, l-Onor.", "L-Onor David Agius informa lill-Kumitat li l-Membru min-naħa tal-Oppożizzjoni kellu jkun l-Onor.", "L-Onor.", "Farrugia informa wkoll illi huwa kien tkellem kemm mal-Onor.", "Helena Dalli kif ukoll mal-Onor.", "Clyde Puli sabiex jifthiemu dwar data meta l-Kumitat ikun jista' jiddiskuti dan id-dokument.", "Żjara minn delegazzjoni mis-CPA Branch Kanadiż", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat illi kienet saret talba mis-CPA Branch Kanadiż sabiex delegazzjoni parlamentari tagħmel żjara lill-Parlament Malti bejn il-15 u t-18 ta' Marzu 2016, fejn esprimew ix-xewqa li jiltaqgħu ma' Membri Parlamentari Maltin involuti fil-ħidma tal-Commonwealth Parliamentary Association.", "Huwa informa l-Kumitat li l-Membri kkonċernati ser ikunu infurmati b'din it-talba.", "Talba mis-Sur Joe Magro", "L-Ispeaker qassam kopja ta' ittra li huwa rċieva mingħand is-Sur Joe Magro - persuna li jbati mill-marda amyotrophic lateral sclerosis (ALS) – fejn qiegħed jitlob li jindirizza l-laqgħa konġunta ta' tliet kumitati permanenti.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat illi huwa kien ser jgħaddi din it-talba lit-tliet chairpersons tal-Kumitati inkwistjoni għal deċiżjoni jekk jilqgħux it-talba tas-Sur Magro.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat illi kien huwa ċ-chairperson li kien ser imexxi l-laqgħa konġunta u li fid-dawl tal-aġenda estensiva ma kienx ser ikun possibbli li jinstema' fil-laqgħa li jmiss.", "Skeda ta' attivitajiet parlamentari", "L-Ispeaker qassam lill-Membri skeda ta' attivitajiet li ser jinżammu fil-Parlament fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fis8.02 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160223_035m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 20", "L-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016 fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Affarjiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20160224_020a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7:23 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħat Nru 5 u Nru 10 li saru fit-13 ta' Ottubru 2014 u fil-11 ta' Marzu 2015 rispettivament ġew konfermati.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Anthony Vassallo, Konsulent fl-Uffiċċju tal-Ombudsman u lis-Sur Charles Messina, Kummissarju għas-Saħħa biex jagħtu preżentazzjoni dwar ir-rapport intitolat:", "Dan ir-rapport kien maħruġ f'Awwissu 2015 mill-Ombudsman flimkien mal-Kummissarju għas-Saħħa.", "Dr Vassallo spjega kif dan ir-rapport investiga erba' każijiet li kienu jikkonċernaw pazjenti li skont il-liġi tas-Sigurtà Soċjali kienu ntitolati għall-mediċina b'xejn, imma dawn il-mediċini xorta ma ġewx mogħtija min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Andrew Borg, Chairman tal-Government Formulary List Advisory Committee biex jieħu sehem fid-diskussjoni.", "Wara l-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet fuq ir-rapport lil Dr Vassallo.", "Fit-8:01 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni fuq dan is-suġġett.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Martin Scicluna, Direttur Ġenerali tat-Today Public Policy Institute (TPPI) biex jagħti preżentazzjoni dwar ir-rapport maħruġ f'April 2015i ntitolat:", "Wara l-Kumitat stieden lis-Sur Lee Roberts, l-Inġinier Marco Cremona u l-Ġeologu Gordon J Knox, l-awturi prinċipali tar-rapport, biex jagħtu spjegazzjoni teknika dwar ir-rapport.", "Huma taw preżentazzjoni lill-Kumitat intitolata:", "Il-Kumitat stieden lis-Segretarju Parlamentari Ronald Mizzi fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa biex jieħu sehem fid-diskussjoni.", "Wara l-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lill-mistednin.", "Fid-9:06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20160224_020m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 40", "It-Tnejn, 29 ta' Frar 2016 fis-6:45 pm", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 29 ta' Frar 2016 fis-6:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' opinjoni motivata fir-rigward ta' proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea.", "Diskussjoni dwar ir-ratifika mill-Gvern tal-Ftehim dwar Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali skont Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea.", "Affarijiet oħra.", "24 ta' Frar 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160224_040a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 29 ta' Frar 2016.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.05 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Deo Debattista (sostitut tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin), l-Onor.", "Presenti wkoll kien hemm is-Sinj.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 39 li saret fit-18 ta' Jannar, 2016, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informa li l-Onor.", "Michael Falzon nħatar Membru fuq dan il-Kumitat minflok l-Onor.", "Marlene Farrugia permezz ta' mozzjoni nru 309 approvata mill-Kamra fil-15 ta' Frar, 2016.", "Fuq proposta tal-President, il-Kumitat qabel li jikkonsidra l-korrispondenza aktar tard sabiex ma jżommx lill-Uffiċjali tal-Gvern li kienu mistiedna aktar milli meħtieġ.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RATIFIKA MILL-GVERN TAL-FTEHIM DWAR KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-AMERIKA ĊENTRALI SKONT ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA", "Wara li l-Kumitat ikkonsidra l-memorandum imħejji mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u approvat mill-Cabinet fid-19 ta' Jannar 2016, kif ukoll sema' l-ispjegazzjonijiet tas-Sur David Sammut, Direttur fil-Ministeru għall-Finanzi, u tas-Sur Jeffrey Bugeja, Direttur fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar dwar ir-ratifika mill-Gvern tal-Ftehim dwar Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali datat il-31 ta' Lulju 2015, li jagħmel parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn iż-żewġ naħat, kien hemm qbil li l-President tal-Kumitat jirrapporta lill-Kamra li kienet saret id-diskussjoni skont id-diżpożiizzjonijiet tal-Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea fejn ġie reġistrat qbil unanimu ma' din ir-ratifika u li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim.", "Dok 137 Kopja tal-Ftehim dwar Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali datat il-31 ta' Lulju 2015, li jagħmel parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn iż-żewġ naħat.", "PROPOSTA GĦAL OPINJONI MOTIVATA", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:-", "Dok 138 Il-pożizzjoni tal-Gvern fir-rigward ta' (KUMM(2015)613); u", "Dok 139 Abbozz ta' opinjoni motivata fir-rigward ta' (KUMM(2015)613) mibgħuta mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura.", "Il-Kumitat, wara li kkonisdra dawn id-dokumenti, u sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mis-Sinj.", "Lucienne Meilak, Direttur fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, mis-Sur George Borg Marks, Direttur Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili u mis-Sinj.", "Emma Zammit, research analyst mal-Kumitat, qabel unanimament li jirrakkomanda lill-Kamra li tibgħat din l-opinjoni motivata lit-tliet Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u li l-President tal-Kumitat jikkomunika dan lill-iSpeaker skont il-proċedura stabbilita.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri b'din il-korrispondenza, li kopja tagħha diġà kienet ġiet mgħoddija lill-Membri:", "ittra tat-3 ta' Frar 2016, dwar l-invit mingħand il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kunsill tal-Assemblea Federali Russa, Konstantin Kosachev, għal żjara fir-Russja minn delegazzjoni tal-Kumitat lejn l-aħħar ta' Marzu u l-bidu ta' Apirl 2016.", "Il-Kumitat, wara li reġa' ra l-parir tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tad-9 ta' Marzu 2015 u dak aktar riċenti tat-23 ta' Frar 2016, tenna li jilqa' dan l-invit u li ż-żjara ssir b'konformità mal-miżuri ristrettivi tal-Unjoni Ewropea li kienu fis-seħħ kif ukoll li d-dati proposti ma kienux konvenjenti.", "Kien hemm qbil li l-President tal-Kumitat jikkomunika dan lill-Ambaxxatur Russu kif ukoll jipproponi dati oħra u li d-delegazzjoni tkun magħmula minn ħamsa, jiġifieri, mill-President u żewġ Membri minn naħa ta' Gveru u żewġ Membri min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "invit li l-iSpeaker għadda lill-Kumitat biex Membru tal-Kumitat jirrappreżenta l-Parlament fil-laqgħa fi Brussell bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament Ukren bejn id- 29 ta' Frar u t-2 ta' Marzu 2016.", "Il-Kumitat innota li l-Onor.", "Michael Falzon kien fil-fatt imsiefer biex jattendi għal din il-laqgħa.", "ittra datata t-3 ta' Frar 2016 mingħand il-President tal-Parlament Ewropew b'risposta għall-ittra tal-1 ta' Frar 2016 tal-Parlament Olandiż, iffirmata wkoll mill-President ta' dan il-Kumitat, dwar il-mod kif kien trasmess l-abbozz ta' proposta leġislttiva biex jemenda l-att dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Il-Kumitat innota li dan id-dokument kien diġa' ġie mgħoddi mill-Grupp ta' Ħidma mil-lat ta' sussidjarjetà u li kien se jsir l-iskrutinju tiegħu meta tasal il-pożizzjoni tal-Gvern fuqu skont il-proċedura stabbilita.", "Dok 140 Ittra datata t-3 ta' Frar 2016 mingħand il-President tal-Parlament Ewropew b'risposta għall-ittra tal-1 ta' Frar 2016 tal-Parlament Olandiż dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "talba verbali mill-Ambaxxata Taljana u oħra bil-miktub mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan Paolo Gentiloni, nhar il-Ħamis l0 ta' Marzu, 2016 fis-2.30pm.", "Il-Kumitat ikkonferma din il-laqgħa.", "Dok 141 Email mibgħuta mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fit-23 ta' Frar 2016 fejn talbu laqgħa tal-Kumitat mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan.", "talba verbali mill-Ambaxxata Taljana għal laqgħa mal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tas-Senat Taljan, Vannini Chiti u żewġ senaturi oħra mill-istess kumitat, nhar il-Ħamis 12 jew il-Ġimgħa 13 ta' Mejju 2016.", "Il-Kumitat aċċetta din it-talba u li d-dettalji dwarha jiġu diskussa aktar qrib id-data.", "email mis-segretarjat tal-Kummissarju Karmenu Vella, responsabbli mill-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd, fejn ġiet milqugħa' t-talba li saritlu biex jindirizza l-Kumitat dwar il-Programm Leġislattiv tal-Kummissjoni għall-2016 u dwar kif sejrin l-inizjattivi ewlenin li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu nhar il-Ġimgħa 18 ta' Marzu 2016 fl-10.30am.", "Dok 142 Email mibgħuta fit-8 ta' Frar 2016 mis-segretarjat tal-Kummissarju Karmenu Vella fejn ġiet milqugħa t-talba sabiex jindirizza lill-Kumitat.", "AFFARIJIET OĦRA", "REVIŻJONI TAL-POLITIKA EWROPEA DWAR IL-VIĊINAT (EUROPEAN NEIGHBOURHOOD POLICY - ENP)", "Il-Kumitat ikkonsidra s-sottomissjoni tar-research analyst fuq il-punt imqajjem mill-Onor.", "Tonio Fenech dwar jekk il-concerns li kien hemm fir-rigward tad-dokument intitolat Joint Consultation Paper 'Towards a new ENP' (JOIN (2015) 6 final) ippubblikata fl-4 ta' Marzu 2015 kienux ġew indirizzati fil-Joint Communication for the Review of the European Neighbourhood Policy (JOIN (2015) 50 final) ippubblikata fit-18 Novembru 2015 u qabel li d-dokument bir-referenza Join(2015) 6 jiġi mgħoddi.", "Fit-8.06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160224_040m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 40", "It-Tnejn, 29 ta' Frar 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 40", "It-Tnejn, 29 ta' Frar, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.05 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 39, li saret fit-18 ta' Jannar 2016, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Luciano Busuttil): Nissuġġerixxi li naqbżu item 2 tal-aġenda - nagħmluh aktar tard - u ngħaddu mill-ewwel għal items 3 u 4 peress li stedinna uffiċjali mill-Ministeri konċernati, sabiex ma nżommuhomx hawn aktar milli meħtieġ billi diġà kienu ġew l-aħħar darba.", "Item 3 huwa dwar id-diskussjoni fuq ir-ratifika mill-Gvern tal-Ftehim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali, skont artiklu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, diġà ġie ċċirkolat mal-Membri memorandum approvat mill-Kabinett.", "Nistieden li jiġu mal-Mejda lis-Sur David Sammut mill-Ministeru għall-Finanzi, u lis-Sur Jeffrey Bugeja mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni qasira dwar dan il-ftehim, u x'effett jista' jkollu fuq Malta.", "Imbagħad, nistieden lill-Onor.", "Membri biex jagħmlu l-kummenti u mistoqsijiet tagħhom.", "Meta tagħmlu l-interventi, jekk jogħġobkom, identifikaw ruħkom.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RATIFIKA MILL-GVERN TAL-FTEHIM DWAR KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-AMERIKA ĊENTRALI SKONT ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA", "IS-SUR DAVID SAMMUT (Economic Policy Department fil-Ministeru għall-Finanzi): Sur President, jien nieħu ħsieb id-Direttorat tal-International Economic Relations, fejn naraw dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Common Commercial Policy tal-Ewropa.", "Il-Common Commercial Policy hija l-area fejn it-trattati u l-ftehim kummerċjali jiġu nnegozjati min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea għan-nom tal-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-każ partikolari, qegħdin nitkellmu fuq association agreement li fih element ta' kummerċ, jiġifieri hemm ftehim ta' kummerċ mal-Amerika Ċentrali.", "Meta qed ngħidu Amerika Ċentrali, qegħdin ninkludu lista ta' pajjiżi li huma l-Costa Rica, El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama.", "Dan il-ftehim partikolari jinkludi element ta' tariff reduction, jiġifieri bejn l-EU u l-Amerika Ċentrali qegħdin jinqatgħu tariffi fuq ċerti prodotti, bħalma huma manufactured goods, fisheries u agrikoltura.", "Issa, hemm ċerti setturi sensittivi fejn xorta ma jinqatgħux id-duties, jew inkella jinqatgħu abbażi ta' tariff rate quotas, jiġifieri jkollok quotas fejn jinqatgħu t-tariffi imma, beyond those quotas, jibdew japplikaw ċerti tariffi.", "Dawn huma salvagwardji għaż-żewġ partijiet.", "Apparti l-element tat-tariffi, hemm ukoll element ta' ċerti standards, partikolarment fejn għandek technical barriers to trade.", "In-negozjati jipprovaw jindirizzaw dawn it-technical barriers to trade, u ħaġa li tista' ssir hija li jkun hemm armonizzazzjoni fir-regolamentazzjoni u standards bejn il-partijiet.", "Biex inżid ma' dan li qed ngħid fuq l-istandards, element importanti huwa mhux biss l-istandardisation bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali, imma standardisation fl-Amerika Ċentrali stess, għax wieħed mill-impedimenti biex tkun tista' tinnegozja u tikkrea l-kummerċ huwa l-kummerċ bejn il-pajjiżi stess tal-Amerika Ċentrali.", "Apparti minn dawn l-elementi, hemm ukoll elementi ta' market access tas-servizzi u fl-investiment, inkluż, pereżempju, moviment ta' nies, intra-corporate transferees mill-Ewropa għall-Amerika Ċentrali jew bil-kontra.", "Dawn il-pajjiżi huma f'livell ta' żvilupp inqas mill-Ewropa, jiġifieri ekonomikament mhuwiex l-aktar reġjun kbir fl-Amerika, għax qegħdin nitkellmu fuq popolazzjoni ta' 42 miljun ruħ f'dan ir-reġjun.", "Bħala trattat mhuwiex trattat li se jkun hemm xi benefiċċji enormi minnu; però, il-benefiċċji xorta se jkunu pożittivi.", "Apparti dawn l-affarijiet li semmejt fuq servizzi, market access u oħrajn, għandek elementi ta' anti-competitive practices, fejn it-trattat jipprova jindirizza issues fejn jidħol aktar ...", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed tirreferi għat-technical barriers?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Hemm aktar kompetizzjoni u inqas sussidji li jagħmlu ħsara lill-kummerċ.", "Pereżempju, jekk pajjiż fl-Amerika Ċentrali qed jissussidja settur partikolari ta' interess għalina, dan ovvjament se jagħmlilna l-ħsara.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għax mhux qed jikkompeti on a level playing field.", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Eżattament!", "Hemm ukoll l-idea ta' trasparenza.", "Aktar kemm navvanzaw fin-negozjati – dan it-trattat ovvjament hu magħluq – hemm din l-idea ta' trasparenza li qed tidħol f'ħafna ftehim ta' negozjati ma' pajjiżi terzi.", "Għandek ukoll l-element ta' dispute settlement bejn il-partijiet; jiġifieri, jekk ċerti partijiet mill-ftehim mhumiex qed jiġu rispettati mill-partijiet f'dan il-ftehim, għandek dispute settlement system fejn waħda min-naħat tista' ttella' lill-oħra biex tissettilja din il-problema li hemm.", "Element importanti ta' dan il-ftehim huwa l-idea li nipprovaw niżviluppaw south trade wkoll.", "Kif għedt qabel, għandek l-integrazzjoni tal-pajjiżi fl-Amerika Ċentrali bħala element importanti ta' dan il-ftehim.", "Pereżempju, hemm l-idea li jkollok single administrative document għad-dwana, jiġifieri min se jesporta lejn dawn il-pajjiżi jaf ma xiex se jiltaqa'.", "Ikollok anke duties li japplikaw għar-reġjun kollu fl-Ewropa, jiġifieri d-duties fuq ċerti prodotti japplikaw mal-Ewropa kollha.", "Din hija l-intenzjoni li se tapplika anke fl-Amerika Ċentrali.", "F'dan il-ftehim għandek ukoll l-element ta' żvilupp sostenibbli.", "Din hija xi ħaġa li daħlet f'dawn l-aħħar seba' snin fejn hemm l-idea li jkollok kapitlu fi ftehim li jkopri l-iżvilupp sostenibbli.", "Żvilupp sostenibbli jinkludi, pereżempju, rikonoxximent ta' ċertu labour standards u environmental multilateral agreements.", "Apparti minn hekk, għandek l-element li dan il-ftehim qed jistimula l-idea ta' konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, anke b'kumitati speċifiċi li jinkludu s-soċjetà ċivili.", "Bħala kummerċ, biex nagħtikom idea fuq l-aħħar ħames snin, mill-2010 sal-2015 kellna total ta' import value ta' ftit aktar minn €30 miljun mill-Amerika Ċentrali.", "Bħala export value kellna €9 miljun, u kien hemm trade gap ta' €21.5 miljun.", "Mhijiex eżattament fil-memo; il-memo … (Interruzzjonijiet) Bħala data ta' exports, jista' jkun li tinkludi r-re-exports, jiġifieri xi prodotti li qegħdin nimportaw u nesportaw, partikolarment għandek fuel oils.", "Naħseb li din hija a re-export ta' €4.35 miljun lejn il-Panama.", "Aħna naħsbu li dan huwa a re-export; fil-fatt, kienet transazzjoni waħda lejn il-Panama fl-2014, jiġifieri ma naħsibx li … (Interruzzjonijiet) Aħna dħalna fi ftit aktar fid-dettall, u din id-data li qegħdin taraw hawnhekk forsi hija ftit aktar antika; però, anke …", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt, fir-rapport hemm li fl-2010 kien hemm import ta' €20 miljun mill-Panama.", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Eżattament!", "Mill-informazzjoni li ġibna mill-NSO jirriżulta li ħafna mill-imports mill-Panama huma ships, boats and floating structures.", "Naħseb li din tirrifletti l-ekonomija tal-Panama u l-focus li għandhom fuq is-settur marittimu.", "Hawnhekk irreferejna wkoll għal printed materials, books u newspapers bħala major export.", "Bħala imports, nimportaw ħafna banana mill-Costa Rica fejn, pereżempju, kien hemm valur ta' €2 miljun fl-importazzjoni.", "Jekk tara d-data, tara ħafna one-offs; pereżempju, kien hemm one-off ta' €1.337 miljun f'settur wieħed speċifiku.", "THE CHAIRMAN: Qegħdin nitkellmu wara l-2013?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Qegħdin nitkellmu …", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bilfors li wara l-2013 għax qabel m'għandekx dawn iċ-ċifri.", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Skont hawnhekk, dan kien fl-2013.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sal-2013, it-total tas-snin kollha li għandek huwa inqas minn €0.5 miljun, jiġifieri jekk kellek €1 miljun imports, bilfors li kienu mill-2014 'il quddiem.", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Għandna export €1.3 miljun.", "THE CHAIRMAN: Export ta' €1.3 miljun lejn in-Nikaragwa.", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Eżatt, lin-Nikaragwa.", "Fil-fatt, lejn in-Nkaragua għandna €1.37 miljun exports f'bank notes.", "Hawnhekk dħalna f'aktar dettall fis-CN codes biex naraw ir-relazzjonijiet kummerċjali.", "(Interruzzjonijiet) Jekk taqta' dak l-ammont partikolari, overall ġieli jkun hemm trade surplus.", "Fil-fatt, dan kien fl-2010.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistaqsi jekk l-Onor.", "Membri għandhomx mistoqsijiet jew kummenti x'jagħmlu wara l-preżentazzjoni tal-uffiċjal mill-Ministeru.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Il-Messiku qiegħda kklassifikata man-North America?", "F'liema ftehim taqa'?", "Il-Messiku qiegħda fin-NAFTA, u issa hemm ukoll it-TPP, jiġifieri t-Trans-Pacific Partnership.", "TONIO FENECH: Inti semmejt issues ta' trasparenza.", "X'inhuma l-issues li speċifikament l-Unjoni Ewropea qed titlob minn dawn il-pajjiżi?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Pereżempju, hemm it-trasparenza fuq is-sussidji.", "Dan xogħol li ġej fil-multilateral fid-WTO; jiġifieri, hemm ħafna xogħol biex, kemm jista' jkun, jiżviluppaw dixxiplina ħalli, fi ftehim partikolari, pajjiż jgħid x'qed jagħmel bħala sussidji, u dan biex il-pajjiż l-ieħor ikun jaf fejn qed ikun uncompetitive fil-pajjiż l-ieħor.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar mistoqsijiet jew kummenti?", "(Onor. Membri: No) Nirringrazzja lis-Sur Sammut u lis-Sur Bugeja tal-għajnuna u anke tal-preżenza tagħhom fil-laqgħa preċedenti.", "Hawn xi kummenti kuntrarji għal din ir-ratifika?", "(Onor. Membri: No) Għalhekk, se nirrapporta lill-Kamra li saret id-diskussjoni, kif jitlob l-artiklu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea, u li ġie rreġistrat qbil.", "Se nkun qed inqiegħed kopja ta' dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PROPOSTA GĦAL OPINJONI MOTIVATA", "F'dan ir-rigward, diġà ġiet iċċirkolata l-pożizzjoni tal-Gvern approvata mill-Kabinett, kif ukoll abbozz ta' opinjoni motivata sottomessa mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura.", "Lucienne Meilak u s-Sur George Borg Marks mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura sabiex jispjegawlna kif din il-proposta se tolqot lil Malta, u l-ħtieġa li tintbagħat opinjoni motivata lill-President ta' tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex tirrifletti t-tħassib tagħna.", "LUCIENNE MEILAK (Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura): Meta konna qegħdin neżaminaw il-proposta, ħadna inkonsiderazzjoni li din hija waħda mill-proposti fil-qafas tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea fuq l-avjazzjoni.", "L-għan ta' din l-istrateġija u proposta huwa li tlesti s-settur tal-avjazzjoni għal sfidi li se jkollu fil-ġejjieni.", "Il-proposta stess tagħmel referenza għal forecasts fejn hu mistenni li s-settur tal-avjazzjoni se jikber b'50% sal-2035.", "Għalhekk, hemm diversi komponenti ta' din il-proposta.", "Hemm il-komponent tas-sigurezza, fejn is-safety jiġi dejjem l-ewwel u qabel kollox.", "Hemm il-possibilità li jitneħħew dawk ir-regolamenti li huma żejda.", "Hemm ukoll l-aspett ta' tkabbir ta' impjiegi f'dan is-settur.", "Il-problema li qed naraw fl-avjazzjoni ċivili fejn aħna wrejna t-tħassib tagħna kienet fuq l-oversight, għax qed tagħti poteri lill-European Aviation Safety Agency (EASA) f'qasam li s'issa huwa fil-kompetenza tal-istat u mhux tal-EU.", "Fuq dan il-punt, se nistieden lir-rappreżentant tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili biex jispjega l-oġġezzjoni tagħna.", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS (Direttur Ġenerali, Avjazzjoni Ċivili, Transport Malta): Kif qalet tajjeb is-Sin.", "Meilak, qegħdin noġġezzjonaw għal din il-proposta fuq tliet punti prinċipali.", "L-ewwel wieħed huwa fuq min hu responsabbli għas-sorveljanza fuq is-sigurezza tal-avjazzjoni ċivili.", "It-tieni huwa fuq kif, fl-opinjoni tagħna, hemm żidiet fil-piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda, kemm għall-pajjiż kif ukoll għall-operaturi li jkollhom iħallsu għas-servizz tal-aġenzija tal-Ewropa.", "It-tielet punt kważi kważi huwa l-aktar wieħed li jdejjaqna, u dan jittratta l-introduzzjoni ta' Atti Delegati li jippermettu lill-European Aviation Safety Agency (EASA) li tidħol direttament fuq l-Istat.", "Aħna nħossu li b'hekk, is-sovranità tal-istat qed tiġi mfixkla.", "Jekk naraw l-ewwel punt, ir-responsabilità tas-sorveljanza fuq is-sigurezza toħroġ direttament mill-International Civil Aviation Organisation u mhux mill-EU.", "Issa, l-entità f'pajjiżna li hija responsabbli għal din it-tip ta' sorveljanza hija d-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili f'isem l-Istat.", "Għalhekk inħossu li d-dritt li jinħarġu liċenzji u ċertifikati lill-operaturi biex joperaw taħt il-bandiera Maltija għandu jkun dritt tal-Istat u mhux tal-EU.", "Barra minn hekk, peress li din hija sorveljanza fuq l-operaturi – il-piloti u l-kontrolluri – u fuq l-affarijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-avjazzjoni ċivili, jekk dan id-dritt jingħata lill-EASA, allura għandna problema.", "Illum, ninsabu f'sitwazzjoni fejn nagħmlu sorveljanza fuq dawn in-nies kollha li għandhom x'jaqsmu mal-avjazzjoni ċivili, u regolarment inkunu sorveljati mill-EASA f'dan ir-rigward; jiġifieri, aħna għandna xi ħadd li jieħu ħsieb li jara li aħna nagħmlu l-affarijiet sew.", "Jekk l-EASA tingħata dan id-dritt biex tagħmel ix-xogħol hi, allura min se jawditja lill-EASA?", "Il-funzjoni tagħna x'se tkun?", "Se niġu funzjonarji tal-EASA?", "Jien inħoss li m'għandniex nerħu dan id-dritt minn taħt idejna.", "Jekk l-EASA tagħmel dan ix-xogħol, se jkun hemm proċeduri u piżijiet amministrattivi li joħorġu mill-operat tal-EASA.", "Dawn min se jħallas għalihom?", "Parti minnhom se jħallashom l-Istat, jiġifieri hemm piżijiet finanzjarji fuq l-Istat u fuq l-operatur.", "L-operatur, biex juża s-servizzi tal-avjazzjoni ċivili li jingħataw mill-Istat, kemm mid-Direttorat tiegħi kif ukoll mill-kontrolluri tal-ajru, se jkollu jħallas skont it-tip ta' ajruplan u skont minn fejn jidħol sa fejn joħroġ mill-ispazju tal-ajru li jimmaniġġja l-control tower Malti.", "Għalhekk, inħossu li biex l-EASA tkun tista' tkompli taħdem u tagħmel dan ix-xogħol, tkun trid titħallas mill-Istat u mill-operaturi.", "Fil-preżent, aħna kompetittivi ħafna u nistgħu nattiraw operaturi li jgħaddu mill-ispazju tal-ajru immaniġġjat minn Malta u, jekk l-ispejjeż tagħna jogħlew, l-operatur se jħallas aktar u jippreferi jgħaddi minn spazji oħrajn.", "Illum, kif tafu, l-ispazju tal-ajru Libjan huwa magħluq; però, ladarba jinfetaħ, dan se jkun kompetitur kbir tagħna.", "Diġà għandna t-Tuneżija li hija kompetitur tagħna u, jekk jinfetaħ l-ispazju tal-ajru Libjan, se jkollna kompetitur ikbar, speċjalment jekk l-ispejjeż tagħna jogħlew.", "L-ispejjeż li jħallsu l-operaturi huma relattivament baxxi, u nħossu li żieda fl-ispejjeż u fil-prezzijiet li jħallsu l-operaturi tkun ta' detriment għall-pajjiż.", "L-aħħar punt li semmejt kien fuq dawn id-drittijiet li jingħataw lill-EASA.", "Illum, l-EASA, bħala awtorità tal-EU, għandha d-dritt li, jekk tħoss li aħna, bħala r-regolatur, m'aħniex nagħmlu dak li suppost nagħmlu, tiġi tagħmlilna audit fi kwalunkwe ħin u, jekk tħoss li hemm safety concerns, l-EASA għandha d-dritt li twaqqafna.", "S'issa, nirringrazzjaw lill-Mulej, dejjem kellna riżultati tajbin.", "Jien niftaħar bl-operat tad-Direttorat u tal-kontrolluri tal-ajru.", "Aħna nħossu li jekk nagħtu d-dritt lill-EASA biex tagħmel dan it-tip ta' xogħol, din tista', fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma toqgħod tagħti kas jekk hemmx safety concerns jew le, taqbad u tgħidli biex nagħlaq il-bieb, immur id-dar għax se taħdem hi.", "Inħoss li jekk dan id-dritt jittieħed minna, allura qed ittellfilna mis-sovranità tal-pajjiż.", "Għalhekk, nitolbu lill-Parlament biex joġġezzjona għal din il-proposta taħt il-prinċipju tas-sussidjarjetà li joħroġ mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'hekk, din il-proposta għandha tintbagħat lura u ma ssirx aktar diskussjoni fuqha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn xi kummenti jew mistoqsijiet?", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: X'inhu l-iskop tal-EASA li tagħmel dan?", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: Se nitkellem mill-opinjoni personali tiegħi.", "Jien ilni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili għal kważi 38 sena u, meta dħalna fl-EU, kont involut ħafna fl-affarijiet relatati mal-EU.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-EASA aktar qed tingħata drittijiet u funzjonijiet li qabel ma kellhiex, a skapitu ta' entitajiet oħra, fosthom l-Eurocontrol, li forsi ġieli smajtu biha.", "Jien nibża' li jekk nibqgħu sejrin hekk, l-EASA se tiġi s-super power fl-avjazzjoni ċivili.", "Jien ma naqbilx ma' dan.", "Naħseb li fit-territorju Malti għandu jkun il-Gvern Malti u l-Istat Malti li jżomm dan id-dritt.", "DEO DEBATTISTA: Taħseb li hemm skop li l-EASA tagħmel hekk?", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: L-iskop huwa l-kontroll assolut li, fl-opinjoni tiegħi, il-Kummissjoni Ewropea tipprova dejjem teżerċita fuq l-Istati membri.", "DEO DEBATTISTA: Tonqsilna l-area li nieħdu ħsieb?", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: Le, dik m'għandhiex x'taqsam!", "Dik toħroġ mill-International Civil Aviation Organization u jekk, allaħares qatt, ikun hemm – u kellna fil-passat każi min-naħa tat-Tuneżini – proposta jew talba biex l-ispazju tal-ajru mmaniġġjat – mhux tagħna, għax l-ispazju tagħna huwa territorju plus l-ibħra territorjali, li huwa bejn wieħed u ieħor 5%, 6% mill-ispazju kollu li nimmaniġġjaw – iridu jsiru diskussjonijiet u aħna, bħala pajjiż, se noġġezzjonaw, u allura l-proposta ma tgħaddix.", "THE CHAIRMAN: Qabel ma nkomplu, se ngħaddi għal aktar kummenti mir-Research Analyst wara x-xogħol li għamlet fuq din il-kwestjoni.", "EMMA ZAMMIT (Research Analyst): Nirringrazzjakom talli ġejtu biex tispjegaw f'aktar dettall.", "Onor. Debattista, forsi nista' nirrispondi l-mistoqsija tiegħek fir-rigward tal-EASA u l-irwol tagħha.", "L-irwol tal-EASA huwa li jipprovdi sigurtà fuq bażi Ewropea meta Malta taqa' wkoll taħt l-ICAO, li huwa l-International Civil Aviation Organization.", "Forsi l-EASA qed tidħol fi rwol li diġà qed tidħol fih l-ICAO, jiġifieri qed tirrepeti ċerti affarijiet li diġà qegħdin isiru fuq bażi Ewropea.", "Din diġà kienet ippreżentata lill-Kumitat ftit ilu; fil-fatt, kien hemm mistoqsija fuq l-air space li għandi risposta għaliha, u f'din il-proposta, ma jiġix challenged l-air traffic ta' Malta.", "Jien għamilt ir-riċerka tiegħi u qbilt mar-reasoned opinion; però, għandi ftit punti żgħar li nixtieq inżid mat-text, jekk taqblu.", "Jien rajt li t-text huwa tajjeb, imma l-Italja għamlu wkoll ir-riċerka tagħhom – għandi ftit kopji għalikom – u fir-reasoned opinion tagħhom, it-Taljani taw breakdown tal-artikli.", "Għalhekk, is-suġġeriment tiegħi huwa li ma' din ir-reasoned opinion inżidu wkoll speċifikament fejn Malta ma taqbilx ma' din il-proposta.", "THE CHAIRMAN: It-Taljani qed jagħmlu l-istess bħalna, jiġifieri qed jagħtu reasoned opinion?", "EMMA ZAMMIT: Eżattament!", "It-Taljani żiedu l-artikli fejn spjegaw għalfejn ma jaqblux.", "Jien ma mxejtx eżatt mat-Taljani, għax il-liġi Taljana tvarja mil-liġi ta' Malta.", "Mistoqsija li għandi għall-Kummissjoni hija fuq il-ground handling services fejn għalissa din hija inizjattiva volontarja tal-Istati membri, u fejn qed jipproponu li s-certification of service providers, li bħalissa qed issir mill-Unjoni Ewropea, tibda ssir self-certified.", "Imbagħad, hemm dawk il-mistoqsijiet li …", "TONIO FENECH: It-Taljani qed jitolbu hekk?", "EMMA ZAMMIT: Le, il-proposta stess qed titlob li l-Istati membri jagħmlu self-certification, jjiġifieri out of the blue, però din mhijiex ċara.", "TONIO FENECH: Meta qed tgħid self-certification, jiġifieri d-direttorat Malti jibda jiċċertifika hu, jew qed jgħidu li se nibdew naċċettaw xi sistema ta' self-regulation min-naħa tal-operaturi?", "EMMA ZAMMIT: Jekk tridu, nista' naqrahielkom bl-Ingliż:", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: Il-ground handling huwa s-servizz li jingħata minn operatur.", "Ħa naraw fil-kuntest Malti, għax kważi aħjar biex nifhmu dan il-punt.", "Illum, l-operatur tal-ajruport huwa l-Malta International Airport.", "Il-Malta International Airport għandha l-obbligu li jipprovdi servizzi ta' posta, baggage handling, fuel, cargo, cleaning tal-ajruplani u affarijiet anċillari.", "L-MIA ma tagħmilx dan ix-xogħol hi imma tingaġġa operaturi: hawn Malta għandna tnejn, l-Air Malta u l-Aviaserve.", "Dawn iż-żewġ operaturi, bejniethom, jieħdu ħsieb dan it-tip ta' operat, ħlief għall-posta, għax il-posta tiġi direttament mill-Maltapost u titgħabba fuq l-ajruplan minn dawn iż-żewġ operaturi.", "Għandek ukoll is-supply tal-aviation fuel li llum tingħata mill-Enemed bil-bowser tagħhom, jiġifieri l-Aviaserve u l-Air Malta m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan.", "Il-proposta hija li dawn iż-żewġ operaturi jkunu ċertifkati mill-operatur tal-ajruport.", "Jien ma naqbilx ma' din il-proposta.", "Inħoss li s-sorveljanza tagħna bħala direttorat għandha tkun fuq l-operatur tal-ajruport, għax il-ground handling hija direttiva u mhijiex regolamentazzjoni, jiġifieri aħna bħala stat, kellna l-obbligu li nagħmlu t-traspożizzjoni tagħha li diġà saret.", "L-Istat, kif inhu llum, għandna l-operatur tal-ajruport li qed jagħmel ix-xogħol li għandu jagħmel, u aħna naraw li qed jagħmel dan ix-xogħol sew.", "Għalija, dik hija l-aħjar sitwazzjoni li jista' jkollna.", "Jien ma naqbilx li se nidħlu biex noqogħdu niċċertifikaw lil dawn l-operaturi, jew li l-MIA toqgħod tiċċertifikahom: l-ewwel nett, għax l-MIA m'għandhiex il-kompetenza li tiċċertifika, għax din hija kumpanija privata; jiġifieri, jekk hawn xi ħadd li jrid jiċċertifika, dan huwa l-Istat li jrid joħroġ ċertifikat u mhux kumpanija privata.", "Inħoss li jekk din iċ-ċertifikazzjoni se tibda ssir, din għandha tinżamm f'idejn l-Istat.", "Jien ma naqbilx li bħala Stat, għandna noħorġu ċ-ċertifikat.", "Is-sitwazzjoni kif inhi hija ideali għax l-operatur għandu l-obbligu, jiġifieri l-operatur jitgħabba bir-responsabilità li jara li dan ix-xogħol isir, waqt li aħna, bħala r-regolatur, naraw li l-operatur qed jagħmel xogħlu sew.", "Għall-inqas, din hija l-loġika tiegħi.", "TONIO FENECH: Ġeneralment, meta l-Istat jintalab biex jiċċertifika xi ħaġa, jagħmel dan għax ikun hemm xi riskju fejn jidħol safety eċċ. Qed ngħidu li l-EASA qed tipprova telimina li ma tużax bagalja?", "Naħseb li l-operatur diġà għandu l-obbligu li jara li s-servizz huwa tajjeb u ta' kwalità, għax inkella jiġi fl-inkwiet mal-operaturi tal-ajru.", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: Fil-fatt, l-Onor.", "Fenech għandu raġun.", "L-operatur, dak li qed jipprovdi s-servizz ta' ground handling, għandu l-obbligi tiegħu li, pereżempju, jekk hemm merkanzija li titgħabba fil-hold tal-ajruplan, din titgħabba b'mod sew u b'mod sigur.", "Pereżempju, jekk qed iġorr jew jgħabbi dawk li nsejħulhom dangerous goods, li jistgħu jkunu varji – anke ġejjin mill-kamp mediku, fejn jista' jkollok radioactive isotopes li jintużaw fil-mediċina – l-operatur għandu l-obbligu li jara li l-ground handler jgħabbi l-bagalji kif suppost, jiġifieri li jkun żgur li l-metodu kif jitgħabbew huwa sigur.", "Kien hemm każi ta' ajruplani – nirringrazzjaw 'il-Bambin li ma kienux ħafna – li diżgrazzjatament waqgħu għax kellhom cargo shift, jiġifieri ma kienx tgħabba sew l-ajruplan u kellu shift tal-cargo waqt il-manuvrar, speċjalment meta jitla', għax jitlef s-centre of gravity.", "Irridu niftakru li biex l-ajruplan ikun jista' jtir, dan irid ikun bilanċjat.", "Fil-fatt, meta jitgħabbew il-bagalji, ma jitgħabbewx kollha fl-istess hold – għax l-ajruplan għandu tnejn jew tlieta holds skont it-tip ta' ajruplan – u għalhekk ftit bagalji jitgħabbew quddiem, ftit fin-nofs u ftit fuq wara, biex iżomm dejjem dan il-bilanċ.", "L-istess japplika għall-passiġġieri, jekk tosserva, meta jkun hemm ajruplan mhux mgħobbi kollu, il-passiġġieri jkunu despersed 'l hawn u 'l hemm.", "L-operatur għandu l-obbligu li jara – u hawnhekk hija l-concern li semmejt inti, Onorevoli – li dak il-ground handler qed jagħmel ix-xogħol kif suppost.", "Jien inħoss li m'hemmx għalfejn tiċċertifika lill-operatur għax, jekk qed nagħtu ċertifikat bħala regolatur lill-operatur tal-ajruport, din qed tiġi inkluża fis-sorveljanza li aħna nagħmlu fejn, fost affarijiet oħrajn, hemm ir-rescue and fire fighting services, id-dwal tal-aerodrome, l-asfalt tar-runway u tat-taxiway, kif jipparkjaw l-ajruplani u l-metodoloġija, li hija responsabilità tal-MIA.", "Dawn kollha jagħmlu parti miċ-ċertifikazzjoni tal-MIA.", "Jekk diġà qed nagħmlu dan ix-xogħol, allura ma nara l-ebda skop li għandu jingħata ċertifikat ieħor lill-ground handler.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt, illum qiegħda fl-aħbarijiet li l-MIA hija t-tieni l-aqwa fl-Ewropa meta qed nitkellmu fuq din iċ-ċertifikazzjoni.", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: Aħna neżerċitaw – kultant iż-żejjed naħseb, imma qatt mhu biżżejjed – sorveljanza stretta kemm fuq il-MATS, kif ukoll fuq l-MIA.", "Aħna żgħar u allura għalina huwa faċli li nagħmlu dan l-eżerċizzju għax l-uffiċini tagħna huma kważi fejn it-terminal tal-Ajruport, u allura biex immorru u nagħmlu s-sorveljanza, għalina mhijiex diffiċli.", "Nassigurakom li neżerċitaw dak id-dritt bl-aktar mod effiċjenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech kellu mistoqsija fuq dan il-punt.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq nagħmel punt simili għal dak li għamel l-Onor.", "Jekk naqblu li dawn huma issues li jistgħu jkunu ta' sigurezza – mhux qed ngħid fuq it-totalità tal-argument jekk wieħed għandux jagħmel reasoned opinion jew le, dak argument ieħor – m'iniex konvint li dan huwa l-aħjar parti tal-argument, għaliex wieħed m'għandux ikollu din il-forma ta' kontroll Ewropew fis-sens li, jekk inti tajt lill-MIA l-faċilità li tagħmel dawn is-servizzi kollha, imbagħad l-MIA tiddelega wħud minn dawk is-servizzi lil ħaddieħor, xi mkien, l-obbligu ta' dak li trid tagħmel l-MIA jrid jiġi trasferit lil min qed jagħmel is-servizz.", "Issa, jekk jiġix trasferit kuntrattwalment – jiġifieri, probabbilment, fil-kondizzjonijiet ikun hemm dawn ir-regoli kollha – huwa argument ieħor.", "Inti tajt eżempju tajjeb ħafna ta' kif tgħabbi l-bagalji fil-holds differenti tal-ajruplan.", "Jekk, għal xi raġuni – allaħares qatt dejjem – l-MIA ma tgħaddix dik il-kondizzjoni, is-sistema ma tibqax dik li tixtieq int żgur, u allura, jekk tgħaddix dan l-obbligu b'mod kuntrattwali, meta tgħid li ċċertifikajtu lill-MIA, mela l-MIA tkun responsabbli hi.", "Irrid nassumi li ċ-ċertifikazzjoni tinkludi anke dawn l-obbligi.", "Fir-rigward tat-tieni aspett ta' dak li kont qed tgħid dwar jekk tiċċertifikax is-subcontractors mill-kuntrattur jew mill-originating regulatory authority, nista' nifhem aktar x'qed tgħid.", "Inti tista' tgħid li jien qed niċċertifika lill-MIA u nobbligaha li fejn hi tiddelega, jiġifieri fejn hi ddaħħal subcontractors, dawk is-subcontractors – kif nagħmlu fi proġetti ta' natura li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn mal-avjazzjoni – iridu jkunu approvati minni, u mhux tqabbad lil min trid u żżid il-bażi tal-approvazzjoni mhux dwar l-element finanzjarju, it-tariffa jew kemm-il siegħa jaħdmu, imma l-elementi bażiċi ta' sigurezza fost l-oħrajn.", "Naħseb li taqbel li f'xi stadju, dan l-obbligu jrid jgħaddi dejjem.", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: Għandek raġun perfettament!", "Dan jiġi fil-bidu nett għax dan joħroġ bħala tender, u aħna naraw it-tender ukoll.", "Meta jkun hemm ground handler li jissottometti t-talba tiegħu biex jagħmel dan is-servizz, dan jiġi vvettjat ukoll.", "Aħna naraw li l-liġi Maltija bħala traspożizzjoni tal-Ground Handling Directive tiġi osservata.", "Inċidentalment, il-Kummissjoni Ewropea qed tikkonsidra wkoll direttivi oħrajn, peress li sabet li l-Ground Handling Directive ma tantx hija faċli biex tkun osservata fit-totalità tagħha minn kważi l-Istati membri kollha tal-EU.", "Għalhekk l-EU qed tikkonsidra li tagħmel overhaul kompleta ta' dan il-Ground Handling Directive.", "Dan ifisser li probabbilment ġejja xi regolamentazzjoni.", "Meta tiġi regolamentazzjoni, jkun ferm aħjar għal kulħadd.", "Nassigura lill-Onor.", "Membri ta' dan il-Kumitat li aħna, bħala direttorat, nagħmlu sorveljanza fuq l-MIA anke inkwantu għal dawn il-ground handlers, u għalhekk ma nara l-ebda inkwiet dwar dan.", "Jien nara li din hija superfluwa, għax hija xi ħaġa żejda li m'għandniex bżonn nidħlu fiha.", "Jekk issir, imbagħad nagħmluha wkoll, mhux problema.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hawnhekk qed nifhem li qed tagħmlu l-oġġezzjoni tagħkom fuq il-proposta li qed tagħmel Malta, hux hekk?", "EMMA ZAMMIT: Skużani, ma fhimtekx.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hawnhekk għandna x'se tkun il-pożizzjoni tal-Parlament Taljan li, jekk qed nifhem tajjeb, hija simili għall-proposta ta' Malta.", "EMMA ZAMMIT: Eżattament!", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandek elenku dwar x'qed jagħmlu Parlamenti oħrajn apparti l-Italja?", "EMMA ZAMMIT: S'issa, nafu biss dak li qed jagħmel il-Parlament Taljan.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Greċja?", "EMMA ZAMMIT: S'issa ma ppubblikaw xejn.", "S'issa, għandi biss il-pożizzjoni tal-Italja.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: La għandek tal-Italja, ma ċċekkjajtx x'inhi l-pożizzjoni ta' Parlamenti oħrajn?", "EMMA ZAMMIT: Iċċekkjajt, imma ma ppubblikaw xejn.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fhimtek tajjeb li l-Italja qed tagħmel referenza għall-każ ta' Malta?", "L-Italja qed tieħu l-każ tal-Italja.", "Jien staqsejt il-kollega tagħna li jaħdem Brussell, imma ma kienx hemm ħafna kummenti fuqha, anzi qalli l-pożizzjoni tal-Italja biss.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ovvjament li se niddiskutu.", "Imma, jekk naqblu, nisperaw li jkun hemm parlamenti oħrajn, anke għas-sigurtà ta' dak li qed nagħmlu hawn.", "EMMA ZAMMIT: Id-deċiżjoni jekk nissottomettux din ir-reasoned opinion jew xi ħaġa oħra hija f'idejkom.", "Jien elenkajt dawk l-artikli li kieku nżid, però sta għalikom biex tagħżlu jekk tissottomettux din ir-reasoned opinion jew jekk għandkomx xi kummenti oħrajn.", "L-artikli qegħdin hawnhekk fin-noti tiegħi, imma huma simili ħafna tal-pożizzjoni Taljana, jiġifieri Delegated Acts, fuq l-EASA bħala exclusive competence, dawk il-mistoqsijiet li semmew il-kollegi tagħna, u dawk il-financial requirements li diġà ssemmew.", "THE CHAIRMAN: Dawn mhumiex qegħdin fir-reasoned opinion li għandna hawnhekk?", "EMMA ZAMMIT: Le, cjoé huma, però kieku jien, nelenka l-artikli biex ikunu aktar speċifiċi u nżidu iżjed is-saħħa tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li nagħmlu tajjeb li nżidu l-artikli.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li tagħti aktar weight lill-argument tagħna, u m'hemm xejn ħażin li jkun hemm element ta' aktar sinkronizzazzjoni bejn iż-żewġ parlamenti li jkunu qegħdin joġġezzjonaw.", "EMMA ZAMMIT: Tistgħu ma taqblux li nagħmlu din ir-reasoned opinion abbażi ta' parlamenti oħrajn x'għamlu, għax …", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Imma aħna dejjem nivverifikaw anke fejn qegħdin, però nistgħu nagħmluhom waħedna jekk naqblux.", "THE CHAIRMAN: Il-pożizzjoni tagħna hija ad hoc, ma nimxux man-ngħaġ ta' Ġanni!", "Ma nafx jekk is-Sur Borg Marks iridx jgħid xi ħaġa oħra.", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: Jekk intom tixtiequ li nelenkaw l-artikli, għalina mhijiex problema.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bi ftit drafting bejnietkom, tistgħu tiċċirkolawha u normalment l-assenza ta' tweġiba tkun kunsens.", "Nawtorizzaw liċ-Chairman.", "LUCIENNE MEILAK: Mir-rapport li għandna fuq l-andament ta' diskussjoni ta' min jgħid li, pereżempju, Franza diġà wriet it-tħassib fuq artiklu 75, u qed tistaqsi jekk l-EASA għandhiex tkun il-competent authority għal ħafna affarijiet, u anke fuq il-punt ta' sussidjarjetà, jiġifieri waqt l-andament tal-Working Party diġà hemm ħafna tħassib.", "Hemm numru ta' pajjiżi oħrajn – pereżempju, Franza, l-Awstrija, il-Latvja, id-Danimarka, Spanja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, il-Polonja, il-Belġju, il-Bulgarija u l-Greċja – urew it-tħassib tagħhom fuq in-numru ta' Delegated Acts fil-proposta.", "Naħseb li hemm wisq.", "TONIO FENECH: Fil-fatt, nixtieq inqajjem il-punt li, waqt li jista' jkun tajjeb li noqogħdu nikkwotaw il-klawsoli li qegħdin noġġezzjonaw għalihom, f'dan l-istadju fejn mhux il-livell li se tiġi diskussa l-issue klawsola klawsola, imma hija aktar fuq jekk il-proposta hijiex se ssib is-support tal-Istati membri jew le, personalment, naħseb li jkun aħjar li nibqgħu daqsxejn ġeneriċi, jiġifieri ngħidu fuq fejn m'aħniex qed naqblu, imma mhux nippontaw il-klawsoli, għax tista' tiġi interpretata li l-klawsoli l-oħra qegħdin naqblu magħhom, u fl-għaġġla, ma nafx f'jumejn inkunux analizzajna kull klawsola biex naraw jekk hux qed naqblu magħha jew le.", "Għalhekk, jekk ma noqogħdux nelenkaw il-klawsoli, aħna dejjem nistgħu ngħidu li fl-ittra tagħna konna qed nirreferu għall-klawsoli li ma jogħġbuniex; imma, jekk ma nniżżluhiex fil-lista li nniżżlu, allura jgħidulna li dik ma semmejnihiex.", "Jekk hemm ħafna Delegated Acts, ma naħsibx li għandna noqogħdu ngħidu liema Act togħġobna jew ma togħġobniex, imma għandna ngħidu li aħna kontra l-prinċipju ta' dawn id-Delegated Acts.", "IS-SUR GEORGE BORG MARKS: Jekk tippermettuli, meta konna qegħdin niddiskutu bejnietna kif se nifformolaw din ir-reasoned opinion, għall-ewwel konna qegħdin ngħidu li nelenkaw l-artikli.", "Personalment, jien il-listi jdejquni, għax kif qal l-Onor Membru, il-problema hija li jekk tħalli punt barra, ifisser li qed taqbel miegħu.", "Nippreferi li noqgħod ġeneriku, u mbagħad nara x'se jiġri.", "Peress li m'għandniex ħin, kważi kważi nirrakkomanda li tintbagħat kif inhi, għax veru li hija idea tajba li nagħmlu l-artikli kollha, però tant hemm li nħoss li, at this point in time, naħseb li ma tanx hija l-aħjar għażla.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Forsi nagħmel kumment żgħir ieħor.", "Fhimt l-argument li qed jagħmel il-kollega tiegħi u huwa veru li hemm dak il-periklu.", "Forsi wieħed jista' jagħti ftit eżempji biex juri li daħal aktar fil-fond, u jgħid li qed jagħmel dan bħala eżempji u mhux eżawrjenti, jiġifieri tista' tagħmel dik is-salvagwardja wkoll.", "L-importanti li nżommu dan il-ġist.", "THE CHAIRMAN: L-importanti li nwasslu dan il-messaġġ għax din irridu rressquha sa jumejn oħra.", "Aħjar inħalluha hekk ħalli ngħadduha llejla lill-iSpeaker.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nistgħu nżidu sentenza li ninsabu disposti nagħtu spjegazzjonijiet ulterjuri jekk mitluba, biex nużaw trick tal-avukati!", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar kummenti?", "(Onor. Membri: No) Jekk naqblu li tintbagħat din l-opinjoni motivata, allura l-Kumitat irid jara jekk tintbagħatx din l-opinjoni kif inhi jew jemendahiex.", "Naħseb li hawnhekk qed naqblu li se nħalluha kif inhi.", "Skont il-proċedura, se ngħaddiha lill-iSpeaker tramite l-Iskrivan tal-Kamra li, min-naħa tiegħu, irid iġib l-approvazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, u wara jqegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra u jibgħatha lill-President tat-tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sat-2 ta' Marzu 2016.", "Nirringrazzjakom talli ġejtu hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Għandna invit mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kunsill tal-Assemblea Russa.", "Kif tafu, il-Kumitat diġà kien iddiskuta djalogu u skambju bejn iż-żewġ kumitati fil-laqgħa tal-1 ta' April 2015, u dan wara li rċevejna l-parir mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fid-9 ta' Marzu 2015 – għandkom kopja tiegħu – fejn intqal li ma kienx hemm projbizzjoni għall-kuntatti fuq livell parlamentari, u allura ma kienx hemm problemi salv li fil-programm ma jkunx hemm inklużi laqgħat ma' persuni li jidhru fil-lista ta' sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, dik tal-15 ta' Settembru 2015, u li ma tkunx tista' tinħareġ visa għal Malta għal min ikun fuq din il-lista.", "L-istess parir ġie mtenni reċentement mill-istess Ministeru fit-23 ta' Frar 2016, u dan għandkom ukoll kopja tiegħu.", "Fid-19 ta' Awwissu 2015, iċ-Chairman tal-Kumitat Russu ħareġ invit ikkomunikat lili mill-Ambaxxatur waqt laqgħa tal-15 ta' Settembru 2015 u, wara skambju ta' emails magħkom membri ta' dan il-Kumitat, jien irrispondejt fit-22 ta' Settembru 2015, fejn aċċettajt u qbilt li l-arranġamenti jsiru through diplomatic channels.", "Għandna ittra datata 2 ta' Frar 2016, li għaddihieli l-Ambaxxatur Russu, fejn in-naħa Russa qed tissuġġerixxi li ż-żjara tad-delegazzjoni ta' dan il-Kumitat issir jew bejn it-28 u 31 ta' Marzu 2016, inkella fl-ewwel għaxart ijiem ta' April 2016.", "L-Ambaxxatur verbalment indikali li d-delegazzjoni se tkun ta' erba' Membri tal-Kumitat, u allura tnejn minn kull naħa.", "Diġà ġie miftiehem li l-aġenda u l-laqgħat isiru through diplomatic channels, anke biex min-naħa tagħna naċċertaw li f'dan ir-rigward jiġu osservati miżuri ristretti imposti mill-Unjoni Ewropea fuq ir-Russja.", "Jekk taqblu, ninforma lill-Ambaxxatur Russu għal Malta bil-miktub li d-delegazzjoni tal-Kumitat lesta tagħmel żjara fir-Russja, kif ukoll nispeċifikaw id-dati, basta li l-programm tal-laqgħat isir bi ftehim minn qabel bejn iż-żewġ naħat u li jkun jirrispetta r-restrizzjonijiet jew sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li aħna marbutin bihom.", "Qed ngħaddilkom draft tal-ittra għall-kummenti tagħkom.", "Jekk hemm qbil dwar dan, irridu naraw dwar il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, biex imbagħad naslu għal dati għaliex l-Ambaxxatur Russu ta' sikwit qed jistaqsini dwar dan.", "Biex naraw min se jkun qed jagħmel parti mid-delegazzjoni, jien għandi email hawnhekk fejn l-Onor.", "Michael Falzon qed jinformani li huwa interessat.", "Nimmaġina li kulħadd huwa interessat li jitla' r-Russja, ma nafx kif se nagħmlu.", "Se nagħmlu polza?", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb la hu interessat jitla', min-naħa tal-Oppożizzjoni żgur għandu jkun hemm l-Onor.", "Imbagħad, kif jitkellmu l-oħrajn, l-għażla tista' ssir f'livell ta' grupp parlamentari.", "Ikollna data sa meta nikkomunikaw miegħek.", "Jien għamilt il-każ tal-kollega tiegħi filwaqt li jien interessat ukoll, basta nkun bħala t-tieni u mhux l-ewwel.", "THE CHAIRMAN: La qed naqblu fuq il-prinċipju, se nagħmel laqgħa mal-Ambaxxatur Russu fejn se ninformah li l-grupp huwa entużjast ħafna li jmur għal din il-laqgħa.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq żjara ta' tlett ijiem.", "Ħa nibqgħu ffokati, għax diġà qegħdin neċitaw ruħna bir-Russja!", "Rigward is-suġġetti li se jkunu diskussi, minbarra dawk li jikkonċernaw il-politika barranija fejn ir-Russja hija protagonista f'diversi inħawi, allura tajjeb li wieħed jisma' x'għandhom xi jgħidu dwarhom.", "Hemm setturi oħrajn mhux kontroversjali li nistgħu nidddiskutu, bħat-turiżmu, skambji kulturali u oħrajn.", "Għalhekk, nitlob is-suġġerimenti tagħkom dwar temi li tixtiequ li jiġu diskussi.", "Tistgħu tikkomunikaw miegħi – mhux bilfors issa – imma anke permezz ta' email.", "Għandna wkoll invit li għaddielna l-iSpeaker dwar ir-rappreżentanza tal-Parlament tagħna fil-laqgħa bejn l-EPU u l-Parlament Ukren dwar institution building, li se ssir bejn id-29 ta' Frar u t-2 ta' Marzu 2016.", "Fil-fatt, diġà ġie ċċirkolat dan l-invit, u qed jattendi għal din il-laqgħa l-Onor.", "Għandna ittra datata 3 ta' Frar 2016 mill-President tal-Parlament Ewropew b'risposta dwar il-mod kif ġiet trasmessa l-proposta leġiżlattiva dwar l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, fejn ta l-verżjoni tiegħu kif din għaddiet skont il-parlamenti nazzjonali.", "Fil-frattemp, din il-proposta għaddejnieha mit-test tas-sussidjarjetà, u eventwalment se jsir ukoll skrutinju tagħha hekk kif nirċievu l-poiżizzjoni tal-Gvern fuqha.", "Għandna wkoll talba mill-Ambaxxata Taljana u mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta' Malta għal laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Paolo Gentiloni, li se jkun fuq żjara hawn Malta nhar il-Ħamis, 10 ta' Marzu 2016.", "Il-ħin disponibbli huwa bejn is-2.30 p.m. u t-3.30 p.m., għax imbagħad jitlaq fil-5.00 p.m. Qed nilqgħu din it-talba.", "Għandna talba oħra mill-Ambaxxata Taljana għal laqgħa mas-Senatur Vannino Chiti, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tas-Senat u żewġ senaturi oħrajn, membri tal-istess kumitat, li se jkunu hawn Malta nhar il-Ħamis, 12 u l-Ġimgħa, 13 ta' Mejju 2016.", "Naħseb li b'mod ġenerali għandna nilqgħu din it-talba u, jekk naqblu, nipprovaw naslu għal ġurnata bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.", "Imbagħad, id-dettalji nħalluhom għal aktar tard.", "Għandna wkoll skambji ta' emails mis-segretarjat tal-Kummmissarju Karmenu Vella fejn laqa' talba li għamiltlu biex jindirizza l-Kumitat dwar il-prijoritajiet tal-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2016 dwar kif sejrin l-inizjattivi ewlenin taħt ir-responsabilità diretta tiegħu.", "Din il-laqgħa tista' ssir nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu, fl-10.30 a.m. Is-segretarjat tal-Kummissarju qed jitlob konferma min-naħa tagħna.", "Fil-fatt, numru ta' parlamentari oħrajn jagħmlu prijoritizzazzjoni, kif jidher fit-tabella li għandkom, fejn ikompli l-COSAC.", "Nistaqsi jekk hemmx kummenti dwar din il-laqgħa.", "Naħseb li l-laqgħa mal-Kummissarju Karmenu Vella għandha ssir.", "Anzi, huwa importanti li ssir.", "Għalhekk nitlobkom tieħdu nota ħalli jkollna attendenza tajba.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRMAN: Fl-aħħar laqgħa, l-Onor.", "Tonio Fenech talab tagħrif dwar il-punti li tqajmu dwar ir-reviżjoni tal-European Neighbourhood Policy, u r-Research Analyst is-Sinj.", "Rodianne Spiteri għandha dik l-informazzjoni.", "Rodianne Spiteri biex tingħaqad magħna fuq il-mejda.", "RODIANNE SPITERI: Nixtieq niċċara xi punti għall-Onor.", "Biex nagħti ftit l-isfond, f'Lulju tas-sena li għaddiet, il-Working Group 1 kien għamel skrutinju tal-EM dwar il-Joint Consultation Paper \"Towards a new ENP\" (JOIN (2015) 6 final).", "Kien hemm xi nuqqas ta' issues li ma ssemmewx, fejn konna bgħatna email lill-MFA biex nagħrrfuhom bit-tħassib tagħna; fosthom, pereżempju, niftakar tajjeb li ma kenux issemmew il-human rights, kien hemm focus qawwi fuq is-South u s-Southern Neighbourhood, filwaqt li l-East ma kien issemma xejn.", "Kien hemm anke, pereżempju, ċerti mistoqsijiet kif se tassigura li jkun hemm oġġettività, ugwaljanza, il-mod kif tittratta mal-imsieħba, u allura, minħabba f'hekk, kien ġie ssuġġerit li dan jgħaddi quddiem l-FEAC.", "Iżda, imbagħad, fuq livell Ewropew ġraw ċerti żviluppi, fejn kienet ħarġet il-Joint Consultation Paper Nru. 50 tal-2015 (JOIN (2015) 50 final).", "Din hija communication paper li tidħol f'ħafna dettall.", "Jien qgħadt attenta li nara li, mit-tħassib li konna qajjimna, ma kienx hemm ċerti issues imsemmija fl-EM u fil-pożizzjoni tal-Gvern, imma jissemmew f'ħafna dettall fil-communication.", "Bħala stadju li jmiss, se nibagħtu dan ir-rapport li ktibt lill-MFA ħalli huma jkunu jafu minn liema stadji għaddejna dawn id-dokumenti, u se nkunu qegħdin nistennew il-pożizzjoni tal-Gvern għal dik li hija l-communication.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għal data oħra.", "Fit-8.06 p.m,. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160229_040d_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 16", "It-Tlieta, 8 ta' Marzu 2016 fis-6.45 p.m.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 8 ta' Marzu 2016 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Parenting in a Changing Society – Diskussjoni mal-Kummissarju għat-Tfal.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20160308_016a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 16", "It-Tlieta, 8 ta' Marzu, 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 16", "It-Tlieta, 8 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.54 p.m.", "IT-TROBBIJA TAT-TFAL F'SOĊJETÀ LI QED TINBIDEL – DISKUSSJONI MAL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "THE CHAIRPERSON (Onor. Godfrey Farrugia): Nixtieq nibda billi nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom f'din il-laqgħa.", "Bħalma tafu llum se nibdew id-diskussjoni fuq il-parenting u t-trobbija tat-tfal.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna numru ta' organizzazzjonijiet u wara dawn is-sensiela ta' laqgħat li se nagħmlu beħsibna noħorġu rapport li ngħadduh lill-Ministeru konċernat.", "Magħna qiegħed nara wkoll lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor.", "Michael Farrugia, u ta' dan nirringrazzjah.", "Barra minn hekk nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju għat-Tfal tal-preżenza tagħha u li llum se tagħmel l-ewwel intervent tagħha hawnhekk.", "Jekk forsi hawn xi ħadd li mhux qiegħed hawnhekk, aħna kkomunikajna magħkom u lkoll se jkollkom id-dritt li tipparteċipaw f'dawn il-laqgħat.", "Il-preżenza tagħkom issaħħaħna bħala Membri Parlamentari u bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja.", "Naħseb li kulħadd jaf min aħna kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni u kemm min-naħa tal-Gvern.", "U naħseb li jkun tajjeb li nibdew l-ewwel laqgħa fuq dan is-suġġett billi proprju nitkellmu fuq id-drittijiet tat-tfal.", "Għaldaqstant issa se nħalli f'idejn is-Sinjura Miceli biex tiftaħ din id-diskussjoni.", "PAULINE MICELI (Kummissarju għat-Tfal): Ma nafx jekk hijiex kumbinazzjoni li din l-ewwel preżentazzjoni li qiegħda ssir fuq dan is-suġġett inzertat proprju f'Jum il-Mara u li kif nafu, ħafna drabi t-tfal nassoċjawhom man-nisa.", "Imma llum, in this changing society, irridu nfakkru li t-tfal huma taż-żewġ ġenituri.", "U forsi la llum ħabat Jum il-Mara, kumbinazzjoni jien u ġejja fit-triq kont qiegħda nisma' r-radju u smajt id-diska ta' Helen Redding, li kont inħobb nużaha bħala s-signature tune tiegħi 40 jew 45 sena ilu, I am woman, I am strong, I am invincible, li kienet tagħti ħafna u ħafna kuraġġ.", "Din id-diska ħarġet fi żmien il-femminiżmu u kellha raġuni warajha għax il-femminiżmu xegħel lin-nisa mad-dinja kollha u ġiegħel lis-soċjetà tinbidel.", "L-affarijiet li qed ingawdu llum - anke meta nitkellmu dwar bilanċ u possibilità li n-nisa u l-irġiel jaħdmu fuq xi ħaġa - huma kollha frott ta' dak il-moviment qawwi u naħseb li kulmin jistudja s-soċjoloġija jaf li l-movimenti tan-nisa biddlu l-wiċċ tas-soċjoloġija u l-mod ta' kif naħsbu dwar is-soċjetà moderna tal-lum.", "Aħna se niffokaw l-aktar fuq it-trobbija tat-tfal u dik kienet dwar in-nisa u t-tfal.", "Ħafna minna hawnhekk ommijiet u aħna wkoll nisa imma kollha kellna familja.", "It-tfal kollha jkollhom xi tip ta' familja però mhux kulħadd igawdi l-istess drittijiet fil-familja tiegħu.", "Malta għandna madwar 80,000 tifel u tifla fostna u l-biċċa l-kbira minnhom għandhom il-familja tagħhom u jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom.", "Madankollu għandna numru ta' tfal li qegħdin jgħixu f'istituzzjoni jew f'xi dar oħra li mhijiex tal-familja naturali tagħhom.", "Fil-fatt għandna madwar 200 tifel u tifla li mhux qed igawdu l-istess vantaġġi li għandhom tfal oħra.", "Inti qatt ma tista' tissostitwixxi l-familja naturali tiegħek u nafu li meta qed titrabba f'istituzzjoni jew f'foster family …", "Issa x'inhuma l-karatteristiċi tal-familja moderna fis-soċjetà tal-lum?", "Dawn huma differenti.", "L-ewwel nett aħna f'moħħna għandna l-kunċett ta' familja li hija magħmula mill-omm, mill-missier u mit-tfal biss, jiġifieri l-familja tradizzjonali, il-familja tal-istampi jew il-familja tal-American dream.", "Madankollu rridu nkunu konxji li l-familja mhux dejjem kienet hekk u fil-fatt kellek familji naqra waħda differenti tul is-sekli u anke f'kulturi differenti.", "U għad hawn kulturi li għandhom arranġamenti jew strutturi ta' familja li hija daqsxejn differenti minn dik tradizzjonali.", "Imma qisu li l-karratteristika tal-familja llum hija ddominata mill-individwaliżmu u l-moviment tan-nisa ġab ċerta qawwa fl-individwaliżmu, fejn kulħadd irid jirrealizza l-potenzjal tiegħu.", "U allura kien hemm tibdil fl-irwoli u dawn ma baqgħux stretti kif kienu qabel, bil-mara d-dar fil-kċina u trabbi t-tfal u l-missier jaħdem biex iġib il-flus ħalli jmantni u jipproteġi l-familja tiegħu.", "Illum dawn iż-żewġ rwoli qishom daħlu f'xulxin u kulħadd qiegħed iġorr ftit mill-piż, però għadna m'aħniex eżattament f'bilanċ u dan narawh permezz ta' statistiċi li joħorġu minn żmien għal żmien.", "Karatteristika oħra hija l-konsumiżmu.", "Bil-konsumiżmu ddur l-ekonomija moderna u tagħmel ukoll ħafna pressjoni fuq il-familja għax meta qegħdin nikkonsmaw kollox, bħal servizzi u affarijiet oħra li aħna mdorrijin nixtru, mela allura rridu naħdmu aktar.", "Dan ibiddel ukoll il-ħin tagħna, l-istruttura tal-familja u l-istress li nsibu fid-dinamika tal-familja kollha.", "Ibiddel xi ftit ukoll il-valuri li aħna mdorrijin bihom, il-valuri tal-flus u l-valur tal-konsum huwa ta' materjaliżmu qawwi ħafna.", "L-aspettattivi tagħna kibru wkoll u m'għandniex naċċettaw livell ta' għixien baxx.", "Hemm ukoll tibdil ieħor li rajnih iseħħ anke b'mod aktar qawwi f'dawn l-aħħar snin mad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea, meta beda jsir ħafna iktar taħlit u bdejna noħorġu u niċċaqilqu ħafna iktar minn pajjiżna u l-barranin bdew jiġu jgħixu hawnhekk ukoll.", "Għaldaqstant it-taħlit bejn il-popli u l-ġnus differenti qiegħed iġib tibdil fis-soċjetà u qiegħed iħalli l-effett tiegħu fostna u fuq it-tfal li qed jikbru f'familji mħalltin, kemm bħala razez kif ukoll bħala reliġjonijiet.", "Żvilupp ieħor huwa s-sekulariżmu, fejn illum ma bqajniex pajjiż bir-reliġjon Kattolika daqshekk dominanti imma dawk li trabbew fi żmieni jiftakru bil-quddies filgħodu, filgħaxija, rużarju, azzjoni kattolika, mużew, eċċ. Għad hemm influwenza qawwija mir-reliġjon imma llum qed inkunu aktar sekulari u aktar tolleranti lejn reliġjonjiet oħrajn.", "Issa niġu għat-trobbija tat-tfal f'soċjetà li qed tinbidel.", "Rigward l-istruttura tal-familja diġà aċċennajt għaliha però fattur importanti li jgħin u li jikkontribwixxi bil-kbir fit-trobbija tat-tfal hija l-istabilità.", "Il-familja toffri nukleu ta' stabilità għal dawn it-tfal u meta t-tfal ikunu qed jitrabbew fil-familja naturali tagħhom, - anke f'foster family imma l-aktar fil-familja naturali tagħhom – ikunu qed jirċievu l-imħabba li tagħti familja, il-kura u d-drittijiet tagħhom għall-kenn, għall-ħwejjeġ, għall-ikel u għall-affarijiet kollha li jekk noqogħdu nifluhom naraw li dawn huma drittijiet li jittieħdu for granted għax ikunu moqdijin fil-familja naturali.", "Tispikka u tinduna li dawn mhumiex xi ħaġa li għandna neħduhom for granted meta tagħmilha ma' tfal li jitrabbew fl-istituti.", "Dawn it-tfal l-aktar ħaġa li jkunu jixtiequ hija li jkollhom familja!", "Jien kelli esperjenza f'Għawdex fejn għamilna kważi sentejn telgħin u neżlin f'istitut tas-subien hemmhekk u ċerti xeni baqgħu ttimbrati ġo moħħi.", "Dawn it-tfal kienu jistennew bil-ħerqa li jasal nhar ta' Ħadd jew meta kien imisshom jaraw il-familji tagħhom.", "Dawn il-familji ma kinux familji kif naħsbuhom aħna u ma setgħux iżommuhom lit-tfal tagħhom, kienu familji bi problemi, familji li rriġettaw lill-uliedhom imma dawn it-tfal kienu jagħmlu ġimgħa sħiħa b'antiċipazzjoni kbira biex imorru jaraw lill-ommhom jew lill-missierhom.", "Imbagħad l-iktar xena ta' swied il-qalb kienet tkun meta t-tfal jiġu lura l-istitut, fejn ħafna drabi kienu jiġu lura kmieni aktar milli tkun qed tistenna li jiġu u tarahom qishom kelb b'denbhom bejn saqajhom, imħawwdin u ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu.", "Kienet tkun xena li ngħid il-verità kont nikkommwovi ruħi kull darba li nitkellem dwarha għax kienet taqsamli qalbi meta narahom hekk!", "Aħna t-tfal tagħna huma indukrati u qegħdin jingħataw l-imħabba tagħna u dawn it-tfal ma jistgħux jieħdu dik l-imħabba tal-familja.", "L-istil u t-trobbija tat-tfal.", "Jiena qiegħda nsib adulti li meta nitkellmu fuq id-drittijiet tat-tfal mill-ewwel jaqbżu fuqek u jgħidulek fuq l-obbligi tat-tfal.", "Fil-fatt dawn jgħidulek \"Fejn huma l-obbligi tat-tfal?", "Mela dawn m'għandhomx obbligi?!\"", "Forsi ngħidu hekk għax trabbejna f'sistema li kienet iktar awtoritarja, fejn is-saħħa u l-awtorità tal-missier ħadd ma kien jiddiskutiha.", "Jekk aħna ma nobdux kienu jbeżżgħuna biċ-ċintorin!", "Issa ħalliha li rarament konna naqilgħu xi daqqa biċ-ċintorin imma dik kienet l-awtorità.", "Inti trid tagħmel hekk għax hekk qed ngħidlek jien u kien ikollok tobdi bla ebda raġuni.", "Illum napprezzaw li t-tfal ukoll għandhom il-vuċi tagħhom u hemm aktar demokrazija fil-familja.", "Għaldaqstant it-trobbija tagħna trid tinbidel u qiegħda tinbidel.", "Imma xi kultant għadna ma nafux eżatt xi tfisser din għax meta konna nrabbu b'mod aktar demokratiku ma jfissirx li t-tfal tagħna issa saru mserrdqin meta jgħidulna fuq id-drittijiet tagħhom.", "Trobbija tajba tfisser ukoll li ntellgħuhom responsabbli u jkunu empowered biex mhux biss jaħsbu fuq id-drittijiet tagħhom imma li jagħrfu li ħaddieħor għandu drittijiet daqshom ukoll.", "Wara kollox id-drittijiet tagħhom huma d-drittijiet umani.", "L-elementi esterni barra l-familja li jinfluwenzaw ħafna l-andament u r-relazzjonijiet fil-familja.", "Għandek żgur dħul finanzjarju suffiċjenti, u llum aktar minn qatt qabel.", "Għandna madwar 17,000 tifel u tifla li jgħixu f'familji li huma fqar u għandek numru minnhom li huma mċaħda mill-iktar affarijiet bażiċi.", "Dawn it-tfal ma jkunux jidhru mċerċrin, b'xi żarbun imqattà imma kull min imur fl-iskejjel jaf li dejjem għandek numru ta' tfal li ma jġibux il-lunch magħhom jew ma jkollhomx biex jixtru l-lunch.", "Ħafna drabi jkollna lmenti minn xi ġenituri għax l-iskejjel ineffquhom ħafna flus fuq photocopies għal xejn jew fuq affarijiet oħra abbinati mal-iskola, bħal ngħidu aħna kotba, stationery u pitazzi u jgħidulna li ma jifilħux iħallsulhom dawn l-affarijiet lit-tfal tagħhom.", "U xi kultant qisu ma jkunx hemm raġuni għal dawn l-affarijiet.", "Illum għandek familji li għandhom żewġ ġenituri u għandek familji fejn il-koppja hija miżżewġa.", "Għadna kif għaddejna wkoll liġi fejn koppji tal-istess sess issa jistgħu japplikaw biex jadottaw.", "Jista' ikun ukoll li hemm xi ġenitur li kien f'relazzjoni jew inkella kien miżżewweġ u mbagħad wara skopra l-identità tal-ġeneru tiegħu u diġà kellu t-tfal miż-żwieġ li kien fih.", "Għandna numru konsiderevoli ta' koppji li qegħdin jikkoabitaw jew inkella li kienu miżżewġin u issa separati u qegħdin jgħixu mas-sieħeb jew is-sieħba tagħhom għax ma jridux jerġgħu jiżżewġu.", "Qegħdin naraw ukoll li għadha kif tpoġġiet għall-konsultazzjoni l-liġi l-ġdida biex persuni li qegħdin jikkoabitaw flimkien, it-tfal tagħhom ikollhom status wieħed u allura għandek ukoll l-obbligi, ir-responsabilitajiet u d-drittijiet, speċjalment fejn jidħlu t-tfal.", "Għalhekk naħseb li din se tkun liġi importanti ħafna.", "Il-biċċa l-kbira tal-familji għandhom żewġ ġenituri imma kif nafu żdiedu wkoll il-familji b'ġenitur wieħed.", "Għandna madwar 207 tfal li qegħdin fl-istituti u 35 minnhom għandhom inqas minn tlitt snin!", "Issa mir-riċerka li saret instab li tfal ta' dik l-età m'għandhom qatt jitpoġġew f'istituzzjoni għaliex nafu li l-ewwel tlitt snin tal-ħajja huma importanti mmens għall-bonding ma' a significant other fil-familja.", "Hemm numru ta' trabi li huma mwielda minn bniet taħt l-età, tista' tgħid minn tfal stess għax sa 18-il sena għadhom ikkonsidrati bħala tfal.", "U allura nistgħu ngħidu li dawn huma tfal li jkollhom it-tfal!", "L-iżgħar waħda li bħalissa għandha t-tfal hija ta' 14-il sena.", "Allura tifla ta' 14-il sena kif jista' jkun li trabbi tarbija meta hi stess għandha bżonn lil min jieħu ħsiebha ta' dik l-età!", "Imbagħad hawnhekk għandna l-Appoġġ li huma aktar intiżi minni fuq dan is-suġġett.", "Għandek ukoll tfal li jitpoġġew f'kura alternattiva.", "Taħt ordni ta' ħarsien, jiġifieri taħt care orders li joħorġu mill-Advisory Board hemm 308 tfal mentri taħt ordni tal-Qorti hemm 43 tfal.", "Imbagħad għandek dawk il-ġenituri li jċedu t-tfal tagħhom b'mod volontarju għax ikollhom xi problema jew oħra u allura jaċċettaw li t-tfal tagħhom imorru jgħixu ma' foster parents.", "Minn dawn għandna 147 tifel u tifla.", "Fl-2015 kien hemm 187 li ġew fostered.", "Minn 0 sa 3 snin kien hemm 30 li ġew fostered.", "Tfal adottati kien hemm 7.", "Nafu li hemm ħafna ġenituri li jixtiequ jadottaw però tfal għall-adozzjoni m'hemmx.", "Hemm ukoll is-servizzi tal-Għożża.", "U llum sar ukoll possibbli li koppji tal-istess sess japplikaw għall-adozzjoni u dawn jiġu kkonsidrati.", "X'hemm bżonn li jsir?", "Naħseb li jekk verament nemmnu li t-tfal għandhom jitrabbew f'xi tip ta' familja l-aktar ħaġa li għandna nagħmlu hi li nagħtu aktar appoġġ lill-familji, kemm lill-familji naturali kif ukoll lill-foster families.", "Irid ikun hemm ukoll aktar taħriġ kemm għall-ġenituri naturali kif ukoll għal dawk li jkunu se jagħmlu l-fostering.", "Dan għaliex ħadd ma jitwieled bil-kapaċità li jaf irabbi t-tfal imma ġeneralment nitgħallmu kif inrabbu minn dak li nkunu rajna mill-ġenituri tagħna stess.", "Issa kien hemm affarijiet fit-trobbija tagħna li ma kinux jogħġbuna u dawk nipprovaw nevitawhom però hemm affarijiet li mhux bilfors li jgħinu lit-tfal fit-trobbija tagħhom imma inkonxjament nagħmluhom xorta waħda.", "Għaldaqstant, anke min se jkollu t-tfal, għandna nkunu ċerti li jieħdu parenting skills biex b'hekk jiġu evitati ċerti problemi.", "Ovvjament il-foster parents iridu jingħataw ukoll ħafna taħriġ u jkunu sensittivi wkoll.", "L-idea tal-fostering hi li t-tfal jeħduhom għal ftit - qishom qed jissellfuhom - biex jagħtuhom familja, biex jagħtuhom upbringing f'ambjent ta' familja, imma fl-istess waqt anke t-tfal naturali tagħhom iridu jiġu ppreparati għal meta jidħol tifel jew tifla ġdida fil-familja tagħhom.", "L-aktar affarijiet li nixtiequ naraw li jkun hemm fil-fostering hu li jkun hemm qafas regolatorju aktar b'saħħtu.", "Naf li qegħdin jiġu mħejjija strutturi ġodda biex jissaħħaħ dan il-qafas għax l-istudji kollha jindikaw li hemm ħafna short comings f'dan il-qasam.", "Meta t-tfal ikunu ġew fostered għal numru ta' snin ikunu jixtiequ li jibqgħu f'dik il-familja għax qiegħda tagħtihom instabilità meta jafu li dawn se jerġgħu jmorru mal-familja tagħhom wara li jkunu bnew relazzjonijiet tajbin ħafna mal-foster family tagħhom.", "Dik hija xi ħaġa li qiegħda tagħmilhom ambivalenti u qiegħda tħawwadhom ukoll.", "L-istabilità tal-familja.", "Hemmhekk qed taraw il-punt fuq l-istabilità tal-familja, fejn it-tfal jitrabbew fl-istess familja però meta dawn ikunu qegħdin ma' ġenituri oħrajn minħabba xi deċiżjoni tal-Qorti, il-ġenituri naturali tagħhom dejjem jibqgħu responsabbli tagħhom.", "Hemmhekk xi kultant jinħolqu daqsxejn ta' problemi.", "Irridu niftakru llum li wieħed minn kull ħames żweġijiet qed jispiċċa.", "Issa jista' ikun wara ftit tas-snin u jista' ikun wara numru sabiħ ta' snin li jkunu miżżewġin.", "U meta jsir hekk ħafna drabi l-irwol tal-missier jispiċċa wieħed aktar marġinali.", "Sfortunatament it-tfal, f'dawn il-każijiet – ikollna ammont ta' persuni li jiġu jilmentaw magħna fuq dawn il-problemi - qed jintużaw bħala arma bejn il-koppja li tkun qiegħda tissepara.", "Din tweġġa' ħafna lit-tfal u nkunu verament qegħdin nagħmlu ħażin meta nużaw dawn it-tattiċi.", "Dik hi s-sitwazzjoni u forsi b'xi mod jew ieħor irridu nibnu kultura fejn naċċettaw li ż-żweġijiet jistgħu jfallu u li t-tfal għandhom jiġu protetti għax wara kollox t-tfal huma tal-missier u tal-omm.", "Fl-opinjoni tiegħi għandu jkun hemm tibdil fil-liġi biex nevitaw milli jintużaw it-tfal għall-fini ta' ġlied bejn il-koppja.", "Ħaġa oħra li ħarġet mill-istudji li saru mal-familji u t-tfal li jiġu fostered hi li dawn it-tfal l-aktar li jbatu hu meta l-placement tagħhom ma' foster family ifalli u jkollhom imorru ma' familja oħra.", "Ġieli anke jkollhom sa tlitt foster families sakemm ikollhom 18-il sena u jkunu qishom ballun!", "Din hija xi ħaġa li tweġġagħhom ħafna lit-tfal.", "Għalhekk dawn iridu aktar stabilità f'ħajjithom u jridu dak is-sense of belonging li għandu jkollhom it-tfal kollha.", "Meta tkellimna fuq tfal li jkollhom it-tfal, bilfors li jkollna nitkellmu fuq is- sesswalità.", "Illum minn fejn qegħdin neħduhom il-valuri?", "Dawn mhux qed neħduhom aktar mill-knisja jew mill-quddies jew mill-priedki imma llum għandek ħafna social media u mezzi oħra li qegħdin joffru immaġini differenti jew inkella - mhux eżattament - immaġini distorta ta' kif għandhom ikunu r-relazzjonijiet sesswali.", "Mill-banda l-oħra għadna nsibuna skomdi bħala ġenituri biex nitkellmu fuq dan is-suġġett mat-tfal tagħna.", "Anke fl-iskejjel għandek numru ta' għalliema li minkejja li fis-sillabu għandhom li jridu jitkellmu dwar ir-relazzjonijiet u s-sesswalità biex iħejju liż-żgħażagħ ħalli jkollhom relazzjonijiet sesswali responsabbli, dawn jibqgħu lura milli jitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Naħseb li hemmhekk inkunu qegħdin inċaħħdu lit-tfal mill-edukazzjoni li għandhom bżonn u li hija neċessarja ħafna għalihom.", "Bħalissa għandna l-korsijiet ta' Kana bħala preparazzjoni għaż-żwieġ u li joffru wkoll servizz ta' marriage counselling.", "Għandek ukoll servizz ta' terapija għall-familja u bħalissa għaddejja l-liġi tal-koabitazzjoni.", "Hawnhekk diġà għamilna aċċenn fuq x'hemm bżonn isir, fosthom aktar sapport lill-familji f'diffikultà, edukazzjoni dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet li għandha titkompla anke f'livell post-sekondarju, tħejjija għall-koppji li se jkunu deħlin għaż-żwieġ, b'mod speċjali għal dawk li se jidħlu għaż-żwieġ ċivili u iktar terapija tal-familja.", "Diġà semmejt kif fil-proċeduri ta' separazzjoni t-tfal għandhom jieħdu l-priorità.", "L-ewwel nett ħafna mill-ġenituri li jkunu qegħdin jisseparaw, l-aktar problemi li jiffaċċjaw huma problemi finanzjarji u l-ġlied ta' bejniethom żgur li mhux se jgħinhom.", "U l-avukati tagħhom, - ma rridx ngħid kontra l-avukati - biex jaqbżu għall-klijenti tagħhom, qisu li għal kull ħaġa ta' xejn ikollhom jagħmlu rikors!", "Ġieli ġew ġenituri jgħidulna li għandhom mazz rikorsi għax daqqa l-missier ma jridx jiffirma għall-passaport tat-tifel, daqqa għal ħaġa u daqqa għax qed jigdeb fuqi, eċċ. Allura kemm l-ispejjeż tal-avukati, kemm it-tul taż-żmien li jagħmlu l-Qorti u kemm l-ispejjeż żejda qed ifaqqru lill-ġenituri.", "X'inhu l-istil tat-trobbija tat-tfal?", "Ħafna jitkellmu b'mod ġenerali dwar trobbija pożittiva u mhux dik awtoritarja, kif konna mdorrijin biha fl-imgħoddi.", "Għandek in-nuqqas ta' komunikazzjoni bejn it-tfal li hija xi ħaġa naturali.", "Hawnhekk qiegħda nara lil Profs Angela Abela li ħadmet ħafna fuq riċerka dwar il-komunikazzjoni u l-adoloxxenti fil-familja.", "Kollha nafu li meta l-adoloxxenti qegħdin jikbru, dawn se jipprovaw jinfattmu minn mal-ġenituri tagħhom u dak id-disengagement minn mal-familja tagħhom joħloq nuqqas ta' komunikazzjoni u joħloq ukoll ċerta mġieba ribelluża għal ftit tas-snin.", "Dik hija xi ħaġa li l-ġenituri, bħala adulti responsabbli, iridu jkunu verament attenti biex l-adoloxxenti ma jbegħduhomx minnhom.", "Hemmhekk l-aktar li jkollhom bżonn tas-sapport u tal-appoġġ it-tfal adoloxxenti.", "Bħala stili ta' trobbija għandna l-internet u s-social media llum li qed joħolqu ħafna problemi ġodda.", "Fil-fatt hemm il-proġett Be Smart Online li issa ilu għaddej mhux ħażin u se nkomplu għaddejjin bih għax ma nistgħux nibqgħu nħallu lit-tfal jużaw dawn il-mezzi jekk ma jkollhomx superviżjoni.", "Tiskanta kif fuq l-internet anke fuq il-cartoons għat-tfal jitilgħu reklami li jagħtu messaġġ negattiv.", "Sal-bieraħ stess in-neputi tiegħi ta' erba' snin kien qiegħed fuq site - illum it-tfal kollha jafu jużawh l-internet u jafu jfittxu s-sites – suppost tal-cartoons imma kultant ħin beda jitla' reklam b'werqa tal-cannabis u fuqha l-messaġġ \"smoke weed\"!", "U x'ħin staqsejtu x'inhu jara beda jgħidli li dak il-messaġġ jitla' spiss u għalhekk għedtlu li dik mhijiex xi ħaġa tajba u ma ħallejtux aktar fuq dik is-site.", "Madankollu llum hawn ħafna mezzi oħra u tara cartoons bl-armi pereżempju fejn jgħidulek \"kill the sheriff\" jew \"kill peppa pig\" u jkolli nammetti li meta rajthom ixxokkjajt ruħi.", "Naħseb li hawnhekk verament irridu nagħtu daqxejn aktar kas tagħhom.", "Ma nistgħux nikkontrollaw l-iżvilupp teknoloġiku li qed isir però bħala ġenituri u bħala adulti għandna ngħinu lit-tfal tagħna sabiex jagħmlu għażliet responsabbli.", "Bħalissa hemm l-abbozz ta' liġi fuq il-politika nazzjonali dwar it-trobbija pożittiva li ġiet imnedija mill-Ministeru għall-Familja u Servizzi Soċjali.", "Fil-fatt hawnhekk qiegħda nara wkoll lill-Ministru Michael Farrugia.", "Għandna wkoll il-Kampanja Ċoff Blu li ssir f'Mejju u jsiru wkoll b'mod regolari taħdidiet fl-iskejjel.", "Illum bdejna nirrankaw sew fil-korsijiet ta' ħiliet għall-ġenituri, li numru minnhom isiru wkoll mill-kunsilli lokali biex jilħqu iktar ġenituri.", "Ovvjament għandek ukoll il-materjal edukattiv għax il-ġenituri dejjem ikollhom għatx kbir biex ikunu jafu x'inhu l-aħjar mezz ta' trobbija, speċjalment f'dawn iż-żmenijiet li qegħdin jinbidlu.", "Hawnhekk forsi qegħdin nirrepetu xi ftit imma hemm bżonn li tingħata għajnuna lil dawk il-ġenituri li qegħdin waħedhom, lil ġenituri żgħażagħ u anke lin-nanniet għax għandek numru ta' nanniet li għadhom qegħdin jerfgħu ftit mill-piż tat-trobbija tan-neputijiet tagħhom meta t-tfal tagħhom ikunu qegħdin jaħdmu t-tnejn.", "Issa hawnhekk se niġu għal kwestjoni li tinkwieta lil kulħadd u li għallinqas f'dawn l-aħħar snin bdejna nammettu li teżisti l-problema tal-faqar fost it-tfal tagħna.", "Fil-fatt il-persentaġġ ta' tfal li qegħdin fil-faqar mhuwiex daqstant żgħar.", "Għandek familji b'numru ta' tfal li jistgħu jkunu f'riskju ta' faqar, fosthom familji b'ġenitur wieħed li dejjem għandhom iktar ċans li jaqgħu f'riskju ta' faqar.", "U naraw l-effetti kemm jistgħu jkunu kbar fuq it-tfal.", "L-aktar waħda hija l-esklużjoni soċjali, speċjalment f'soċjetà konsumista bħal dik tal-lum, li din żgur se taffettwa bil-kbir l-iżvilupp tat-tfal.", "Hawnhekk għandna ftit statistika fuq żewġ tipi ta' familji, dawk b'ġenitur wieħed u dawk b'żewġ ġenituri u li għandhom iktar minn tlitt itfal, li huma l-aktar f'riskju ta' faqar.", "Id-dħul finanzjarju.", "Nafu li l-paga minima hija ta' €168 fil-ġimgħa u mbagħad jista' ikollok xi allowances oħra biex l-income tiegħek jiżdied xi ftit u b'hekk il-familja ma tbatix daqshekk.", "Hemm ukoll it-tapering tal-benefiċċji għax instab li fejn m'għandekx ġenituri jaħdmu, ovvjament hemm iktar ċans li dawn it-tfal jispiċċaw jgħixu fil-faqar.", "Għaldaqstant ċerti inizjattivi bħal dik li kienet bdiet l-ETC jgħinu lil dak li jkun sabiex jibqa' jieħu l-benefiċċji imma jibda jinqata' ftit ftit sakemm jidra jaħdem u mbagħad jinduna li bix-xogħol ikun jista' jinqala' mill-faqar.", "Naħseb li hawnhekk Profs Angela Abela tista' telabora ftit aktar imma mir-riċerka li bdiet issir qed naraw kif in-nies jgħinu ruħhom biex jinqalgħu mill-faqar.", "Aħna nixtiequ naraw li meta jkun hemm il-benefiċċji tat-tfal, il-ġenituri jonfquhom fuq it-tfal għax ġieli jkollna każi fejn il-ġenituri jqiegħdu l-ħteġijiet tat-tfal wara l-ħteġijiet tagħhom!", "Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.", "Hemmhekk qegħdin naraw li għadna m'aħniex daqshekk f'armonija għax m'hemmx daqshekk bilanċ.", "U l-bilanċ irridu naħdmu għalih aħna.", "Il-koppja jridu jifhmu u jridu jibdew jgħinu lilhom infushom biex jilħqu dan il-bilanċ.", "Mhijiex xi ħaġa faċli biex ir-raġel jitgħallem isajjar u lanqas hija faċli biex iġġiegħlu jifhem li l-ħasil tal-ħwejjeġ jista' jsir mit-tnejn.", "Lanqas huwa faċli biex jifhmu li l-management tad-dar huwa responsabilità tat-tnejn u li jridu jaqsmu x-xogħol.", "Imma dawn huma affarijiet li fejn hemm ir-rieda u l-kooperazzjoni se jsiru.", "Illum qed naraw li filwaqt li n-nisa qed joħorġu jaħdmu, l-irġiel qegħdin ftit ftit jitrawmu biex jagħmluha ta' housewives.", "Forsi l-akbar problema li jħossu hi dik biex jintlaħaq dan il-bilanċ biex iqattgħu ftit ħin mat-tfal u din hija xi ħaġa li qiegħda taffettwahom lit-tfal.", "Issa ngħiduha kif inhi, wara ġurnata twila tax-xogħol taf li meta se tasal lura d-dar għandek xogħol ieħor qed jistennik għax trid issajjar, trid tipprepara lit-tfal għall-għada, trid tara li l-homework għamluh kollu u għamluh sew u bosta xogħol ieħor fid-dar.", "U forsi nazzarda ngħid li l-ħinijiet tax-xogħol xi kultant qegħdin iżommu lura l-armonija fil-familja u qed iġibu wkoll il-problemi fl-istess familja.", "Kien hemm pajjiżi li ppruvaw jintroduċu ħinijiet iqsar tax-xogħol u jiena naf numru ta' nisa li rrifjutaw milli jieħdu promozzjoni!", "Dan għaliex fis-soċjetà u fl-ekonomija tal-lum, ċerti kumpaniji jippretendu li inti mhux biss tagħmel l-40 siegħa tax-xogħol tiegħek imma jekk titlaq fil-ħin li suppost titlaq xorta jqisuk bħala li m'intix leali lejn il-kumpanija għax ikunu qegħdin jippretendu li taħdem aktar sigħat milli suppost!", "Li jkun jonqos hu li torqod ukoll fuq il-post tax-xogħol!", "Għalhekk naf min irrifjuta promozzjoni sempliċement minħabba dik l-attitudni.", "Meta aħna qegħdin ngħidu li l-irwoli nbiddlu u li n-nisa qed joħorġu jaħdmu, mela allura x-xogħol kbir li kienu jagħmlu n-nisa fil-kura tat-tfal u tal-familja, issa jrid jagħmlu xi ħadd ieħor.", "U dak ma nistgħux nieħduh aktar for granted.", "Bir-raġun kollu n-nisa ma kinux joħorġu jaħdmu meta ma kellhomx mezzi ta' childcare.", "Jien ma kellix mezzi ta' childcare u dak iż-żmien meta kelli t-tifla niftakarni kont għadni fuq ir-radju u dak il-ftit li kont naqlà minn hemm kont nużah biex inħallas lil xi ħadd biex joqgħodli mat-tifla għal dawk il-ftit sigħat biss.", "Illum għandna iktar mezzi u għandna iktar affarijiet li jgħinu biex iktar nisa joħorġu jaħdmu.", "Ic-childcare b'xejn ta mbuttatura kbira u l-istess il-leave tal-maternità.", "Hawnhekk irrid ngħid li f'xi pajjiżi barranin, b'mod speċjali dawk Nordiċi, għamlu liġi fejn il-missier irid jieħu bilfors sitt xhur parental leave meta l-mara tiegħu jkollha t-tarbija biex hu wkoll jgħin fit-trobbija ta' tfal żgħar ħafna.", "Hemm diversi kampanji mmirati biex jieħdu ħsieb tat-tfal meta l-ġenituri jkunu x-xogħol.", "Għandek pereżempju l-Kampanja Nista', il-Breakfast Clubs li huma mmirati l-aktar għal dawk il-ġenituri li joħorġu kmieni għax-xogħol, Klabb 3-16 li nittamaw li jkun mifrux ma' Malta kollha għax dan jgħin biex it-tfal ikollhom mhux biss superviżjoni imma attivitajiet oħra wara l-ħinijiet tal-iskola meta l-ġenituri tagħhom ikunu għadhom ix-xogħol.", "Hemm ukoll SkolaSajf.", "Hawnhekk irrid insemmi xi affarijiet li jistgħu jkomplu jgħinu, fosthom ħinijiet itwal taċ-childcare centres għax sfortunatament mhux kollha joffru ħinijiet twal u li jkunu adattati għall-ġenituri.", "Nixtiequ naraw ukoll sorveljanza taċ-ċentri tal-kura għat-tfal biex naraw li l-affarijiet qed isiru sew u kif suppost.", "Anke f'każ ta' mard tat-tfal irid ikun hemm leave speċjali għax xi ħadd irid joqgħod mat-tfal u hemmhekk insibu problemi għaż-żewġ ġenituri.", "Il-barranin għandhom affarijiet differenti fejn iżommu t-tfal tagħhom.", "Għandhom iċ-ċentri ta' matul il-jum, l-iskejjel u n-nannies.", "Issa aħna għandna numru ta' nannies f'pajjiżna imma dawn mhumiex regolati.", "Barra għandhom ukoll il-familja estiża u l-ħbieb tal-ġenituri li jieħdu ħsieb tat-tfal.", "Aħna f'Malta għadna ffortunati għax qegħdin within reach tal-membri tal-familja tagħna u anke tal-ħbieb tagħna.", "Ta' min jgħid li sal-aħħar tas-sena l-oħra kien hemm 5,000 tfal żgħar li qegħdin imorru ċ-childcare u mbagħad għandek fenomenu ġdid, fejn aktar anzjani qegħdin jibqgħu jaħdmu u allura ma jkunux jistgħu joffru s-servizzi supplimentari li kienu joffru lit-tfal tagħhom biex jieħdu ħsieb tan-neputijiet.", "Iċ-childcare centres suppost kollha jaħdmu bil-liċenzja u nittamaw li kollha għandhom liċenzja!", "Dawk li ħadu l-iskema taċ-childcare b'xejn bilfors irid ikollhom liċenzja, però għandi suspett li hemm childcare centres li mhumiex liċenzjati.", "U dak ifisser li jistgħu ma jkunux qegħdin joffru post adegwat għat-tfal li jmorru hemmhekk.", "Min-naħa tagħna nitolbu li jkun hemm reġistrazzjoni mandatorja għal dawn iċ-childcare centres u li jkunu wkoll regolati, bir-regolatur ikun xi ħadd indipendenti mill-Istat biex ikun verament tajjeb.", "Irid isir awditjar fuq il-ħarsien u fuq l-attivitajiet li jsiru fiċ-childcare centres għax dawn mhumiex sempliċement postijiet fejn inti tmur tipparkja lit-tfal żgħar tiegħek hemmhekk.", "Għandu jkollna nannies reġistrati u forsi jkollna childcare b'xejn għall-familji kollha, speċjalment għal dawk li qegħdin f'riskju ta' faqar biex ngħinuhom joħorġu minn dan il-faqar u fejn ikun hemm diffikultajiet oħra, bħal mard fiżiku u mentali li ma jħallix lill-ġenituri milli jagħtu l-kura neċessarja u b'mod adegwat.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lis-Sinjura Miceli tal-preżentazzjoni tagħha.", "Nixtieq niftaħ issa d-diskussjoni, b'mod partikolari għalikom l-osservaturi li ġejtu llum hawnhekk.", "Li xtaqt nagħmel hu li nistaqsi min irid jitkellem u se nagħtikom żewġ minuti jew tlieta sabiex tagħmlu l-kummenti tagħkom.", "Kif għedtilkom aktar 'il quddiem se jkollkom iċ-ċans terġgħu tiġu hawnhekk biex tressqu l-preżentazzjoni tagħkom.", "Tistgħu jekk tridu tagħmlu xi mistoqsijiet lill-Kummissarju għat-Tfal.", "Imbagħad wara ngħaddu xi kummenti aħna l-Membri ta' dan il-Kumitat u fl-aħħar nitolbu lill-Ministru Farrugia sabiex jagħtina l-kummenti tiegħu fuq dan is-suġġett.", "Sadanittant fil-Plenarja jidher li hemm nuqqas ta' kelliema u allura, bħala l-Whip tal-Gvern se jkolli nwarrab ftit u għaldaqstant se nċedi posti lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jien se niġi lura mill-aktar fis possibli biex inkompli nisma' l-kontribut pożittiv tagħkom.", "Grazzi ħafna.", "Fit-7.42 p.m. il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Godfrey Farrugia talab biex jiġi skużat u l-Kumitat qabel li jinħatar l-Onor.", "Anthony Agius Decelis bħala Aġent President tal-Kumitat fl-assenza tiegħu.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Nixtieq nitlob lil dawk li jixtiequ jagħmlu l-intervent tagħhom sabiex jersqu mal-mejda.", "Tistgħu wkoll tistaqsu lis-Sinjura Miceli xi mistoqsijiet jew inkella titolbuha biex tiċċara xi affarijiet partikolari.", "Inħeġġeġ biex kulħadd jagħmel żewġ minuti li takom l-Onor.", "Farrugia għalkemm naf li dawn huma ftit wisq għax naħseb li kulħadd għandu teżijiet sħaħ x'jikteb fuq is-suġġett.", "Imma naħseb li d-diskussjoni nagħmluha iktar interressanti jekk kulħadd jagħti l-biċċa tiegħu.", "Sinjura Miceli, xtaqtek tamplifika ftit fejn jidħlu t-tfal f'dan kollu għaliex smajna ħafna aspetti differenti, anke ta' riċerka differenti u xtaqtek tgħidilna jekk din l-informazzjoni hijiex ibbażata fuq riċerka lokali jew inkella hijiex kemm minn riċerka lokali kif ukoll minn riċerka internazzjonali.", "U l-Kummissjoni li tmexxi inti kif taħdem ma' istituzzjonijiet oħra?", "Tixtieq tara li jkun hemm aktar improvement jew aktar ħidma kontinwa bejnek u bejn l-Università jew bejn entitajiet oħra biex fl-aħħar mill-aħħar ikollna riżultati aħjar?", "Ir-riżultati meta jinkisbu x'isir minnhom?", "Tixtieq li tara aktar riżultati u li nimplimentaw aktar fejn qed neħlu biex fl-aħħar mill-aħħar ikollna servizzi aħjar għat-tfal tagħna?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura Miceli, nirringrazzjak ta' din l-ewwel laqgħa uffiċjali tiegħek anke man-naħa tal-Oppożizzjoni.", "U hawnhekk nixtieq naċċenna li bħala Oppożizzjoni aħna tajna s-sapport tagħna għan-nomina tiegħek u għaldaqstant nixtieq nawguralek fil-ħidma tiegħek.", "Ovvjament jiena segwejt b'attenzjoni dak li kont qiegħda tgħid fil-preżentazzjoni tiegħek u xtaqt nibda billi nsellem lis-sinjuri kollha li hawn preżenti imma kont qed nistenna – fil-fatt inti semmejt mill-inqas għaxar darbiet is-suġġett tal-fostering u l-adozzjoni - li nara wkoll l-Assoċjazzjoni tal-Fostering kif ukoll il-PAPs.", "Ikkonfermajt magħhom u dawn qaluli li ma rċevew l-ebda stedina biex ikunu preżenti magħna llum u fl-opinjoni tiegħi, mingħajr ma nkun negattiv, dan kien nuqqas meta fid-diskors tant tajjeb tiegħek inti semmejt għal diversi drabi l-fostering u l-adozzjoni.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk ma ġie ħadd li jirrappreżenta lil dawn l-assoċjazzjonijiet rispettivi.", "Semmejt il-fostering li huwa suġġett li jiena nixxedowja u tajjeb li niġbdu l-attenzjoni fuq xi ħaġa li ma kinitx imsemmija fil-preżentazzjoni tiegħek.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għal-liġi marbuta mal-ħarsien tat-tfal, liema liġi ilha sentejn fuq l-ixkaffa!", "Din kienet tressqet mill-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, meta kienet Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u proprju dan ix-xahar se tagħlaq sentejn!", "U tajjeb, mingħajr ma nitfa' xi obbligu fuqek għax m'għandi l-ebda poter biex nagħmel hekk, li inti tagħmel il-pressjoni tiegħek biex din il-liġi tiġi diskussa u tgħaddi mill-fażijiet meħtieġa biex issir waħda finali.", "Din hija l-unika liġi li tħares l-interessi tat-tfal u ma nistax nifhem kif tħalliet hemmhekk minn dan il-Gvern meta kienet tressqet proprju mill-Gvern stess!", "Li kieku tressqet mill-amministrazzjoni preċedenti jew forsi kien hemm xi raġunijiet kont inkun nista' nifhem ir-raġuni imma din tressqet mill-istess Gvern, mill-istess kabinett li fih hemm il-Ministru preżenti u li fih kien hemm l-Eċċellenza Tagħha.", "Ikun tajjeb li din il-liġi tittieħed bis-serjetà.", "Hawn ukoll il-Whip tal-Gvern u qed ngħid lilu wkoll li l-liġi dwar il-ħarsien tat-tfal ilha sentejn u għadha ma nħassitx il-ħtieġa li tiġi diskussa.", "Apparti li l-konsultazzjoni ma teżistix, ikun tajjeb li f'dan l-intervent tiegħek tara wkoll li fl-interess tat-tfal u ta' ħadd iktar … L-assoċjazzjonjiet mhumiex jiġu kkonsultati u lanqas l-Oppożizzjoni mhu qiegħda tiġi kkonsultata.", "U naħseb li dan ma jibgħatx messaġġ tajjeb hemm barra.", "Fil-fostering jeżistu problemi serji u l-Oppożizzjoni jaslulha diversi allegazzjonijiet, b'ħafna minnhom ma jkunux allegazzjonijiet biss u għalhekk - mill-preżentazzjoni tiegħek jidher li l-qasam tal-fostering tajtu importanza kbira - nittama li tara bis-serjetà x'inhuma dawn in-nuqqasijiet għax fl-aħħar mill-aħħar qed ibatu t-tfal.", "Huwa obbligu tagħna u mill-Oppożizzjoni se nibqgħu nibagħtu dan il-messaġġ ħalli dawk in-nuqqasijiet li qegħdin isiru fil-qasam tal-fostering - mingħajr ma noqgħod nipponta subgħajja lejn ħadd f'dan l-istadju – nindirizzawhom.", "Ovvjament, b'rispett lejn il-professjonisti, ma nistgħux nitkellmu fuq it-tfal jekk ma jkunx hemm rispett lejn min qed jaħdem mat-tfal.", "Anke hawnhekk irrid niġbed l-attenzjoni li qed jaslulna rapporti dwar deċiżjonijiet li qed jittieħdu u jinbidlu minn dan il-bord partikolari li għandu x'jaqsam mal-fostering!", "Qed ikun hemm rapporti u rakkomandazzjonijiet minn nies professjonisti, minn social workers, li mbagħad, minħabba raġunjiet misterjużi, dawn jinbidlu meta jaslu quddiem dan il-bord!", "Allura x'inhu l-irwol tal-professjonisti dejjem fl-interess tat-tfal?", "Semmejt il-valuri u naħseb li niżbaljaw jekk il-valuri hekk imsejħa tradizzjonali nwarrbuhom u ma nagħtux kashom.", "Ikun żball jekk ma nsibux il-bilanċ meħtieġ bejn il-valuri hekk imsejħa tradizzjonali u l-valuri l-oħra f'din is-soċjetà li qed tinbidel.", "Ikun żball jekk min qiegħed imexxi llum, li min għandu xi forma ta' poter, iħalli dawn il-valuri tradizzjonali jintilfu.", "Semmejt fuq fuq il-family measures però tajjeb li naraw li l-family measures ma jiġux imnaqra imma jiġu msaħħa.", "Huwa importanti li għall-ġid tat-tfal ikollna qafas li bis-serjetà noħolqu family measures ġodda u nsaħħu dawk li diġà hemm.", "Sinjura Miceli, inti semmejt punt interessanti ħafna li huwa l-mard fost it-tfal.", "Ftit tal-ġranet ilu l-Oppożizzjoni ressqet l-ewwel liġi għas-sena 2016 li hija marbuta mal-ħajja sana u ma' mard li ma jitteħidtx.", "L-ewwel kapitlu ta' din il-liġi jitratta proprju t-tfal u t-tieni kapitlu - ikun tajjeb li fil-preżentazzjonijiet futuri tiegħek jibda jkun hemm aċċenn għal dan – jitratta dawk l-ommijiet futuri biex b'mod obbligatorju, b'legal notice li se tkun qed toħroġ paripassu ma' din il-liġi, dawn l-ommijiet ikunu obbligati jagħmlu korsijiet ma' dawk li diġà jeżistu dwar l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku u t-tip ta' ikel li għandhom jagħtu lit-tfal tagħhom.", "Hawnhekk ma ssemma mkien l-eżerċizzju fiżiku però dan huwa importanti ħafna jekk irridu nagħtu daqqa bis-serjetà lill-obeżità, lid-dijabete u lil mard ieħor li qed ibatu minnu t-tfal tagħna.", "It-tfal tagħna huma fost l-aktar li għandhom problemi ta' obeżità u allura naħseb li jkun tajjeb li inti wkoll tkun fuq quddiem nett sabiex timbotta din l-issue 'l quddiem.", "Jien se nieqaf fuq dan l-aħħar punt li se nsemmi.", "Semmejt il-faqar u qed jirriżulta wkoll il-faqar fost l-anzjani tagħna.", "Fl-2014 kien hemm rapport tal-Unjoni Ewropea li għadu ma ħariġx però l-Oppożizzjoni għandha kopja ta' xi punti li ħarġu minn dan ir-rapport fejn jirriżulta li issa mhux biss qed nitkellmu fuq riskju ta' faqar imma hemm żieda allarmanti ta' nies li diġà qegħdin fil-faqar!", "Kif aċċennajt inti wkoll, fl-2014 l-Unjoni Ewropea ħarġet studju li jien kelli ċ-ċans li nsemmih ukoll fil-Plenarja, fejn jidher li l-faqar mhux biss qed jirrifletti fuq dawk li għandhom aktar minn 60 sena imma issa qed jirrifletti wkoll fuq it-tfal.", "Għalhekk għandna għalfejn ninkwetaw bis-serjetà.", "Nirringrazzjak.", "Fit-7:46 p.m. il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Godfrey Farrugia ħa postu lura bħala President tal-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Ma nixtieqx nagħmel punti politiċi però nixtieq nikkjarifika xi ħaġa.", "Iva, hemm ċerti liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tfal li ġew ippreżentati min-naħa tal-Gvern, fejn l-Ewwel Qari tagħhom tressaq imma t-Tieni Qari għadu ma tressaqx fil-Parlament.", "Imma nista' nassigurakom li dan mhux b'nuqqas ta' entużjażmu min-naħa tal-Ministru Michael Farrugia imma minħabba li l-aġenda tal-Parlament hija waħda intensiva ħafna.", "Kien il-ħsieb li nitkellmu fuq it-tlett liġijiet partikolari li għandhom x'jaqsmu mat-tfal, bi tnejn minnhom, li huma simili ħafna ta' xulxin, niddiskutuhom flimkien.", "U din dejjem kienet ix-xewqa tal-Ministru u anke tiegħi.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien tat-Tfal (Ħarsien barra mid-Dar) u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien.", "Imma x'ġara?", "Kien il-ħsieb li nressquhom f'dan il-perjodu ta' din is-sena imma dan inzerta wieħed qasir għax l-Għid ġie kmieni.", "Allura mit-8 ta' Jannar sas-16 ta' Marzu, meta l-Parlament jaġġorna għar-recess tal-Għid kien kumpatt wisq b'ċerti issues importanti.", "Għalija dawn huma wkoll importanti ħafna għax jolqtu l-qofol tas-soċjetà futura imma l-aġenda kienet mimlija b'issues oħrajn u għaldaqstant kellna nirriferuhom għal wara l-Għid.", "Huwa l-ħsieb tiegħi - il-Ministru xeba' jgħidli dwar dan - li dawn inressquhom qabel ma jkollna r-recess tas-sajf u t-tlieta ngħadduhom mit-tlett stadji tagħhom qrib xulxin.", "Ngħid ukoll li meta se jiftaħ il-Parlament, nhar l-4 ta' April, se jinzerta qrib il-ġimgħa li għandha x'taqsam mal-awtiżmu u għalhekk se jkun hemm xi attivitajiet fil-Parlament dwar din il-kondizzjoni.", "U fil-fatt se niftħu l-Parlament bl-Abbozz ta' Liġi dwar l-empowerment tal-Persuni fuq il-Firxa Wiesgħa ta' Awtiżmu.", "Din hija xi ħaġa li diġà ġiet deċiża mill-Kumitat Permanenti dwar il-Xogħol tal-Kamra.", "L-esperjenza tiegħi bħala tabib tal-familja rajtha tinbidel quddiem għajnejja matul dawn it-30 sena.", "Rajtha tinbidel b'tali mod u manjiera li fejn qabel is-single mothers ma kinux aċċettati, maż-żmien dawn bdew jiġu aċċettati u anzi jkunu kburin jimbottaw il-pushchair fit-triq.", "Ġie aċċettat aktar il-prinċipju tal-koabitazzjoni meta qabel kienet xi ħaġa skandaluża.", "Illum saret kważi r-regola.", "Qegħdin naraw li n-normi tal-familja dejjem jinbidlu, bħalma nbiddlu n-normi tal-ġenituri.", "Jien niltaqa' ma' ħafna tfal li jindirizzaw lin-nanna jew lin-nannu tagħhom bħala \"ma\" jew \"pa\" tant it-tfal iħossuhom aktar qrib tan-nanniet milli tal-ġenituri.", "Rajt ukoll tfal li baqgħu fil-familja tagħhom imma ġew imrobbijin totalment min-nanniet infushom għax ikunu ġew abbandunati minn xi ġenitur jew ieħor minħabba raġunijiet varji.", "U hemmhekk il-piż fuq il-familja tarah, u għalkemm it-tfal jitilgħu xorta f'dik l-għożża u mħabba, jiena nemmen li għandu jkun hemm drittijiet u għajnuniet għan-nanniet.", "Sintendi l-ikbar diffikultà li dejjem iffaċċjajt bħala tabib hi meta jkun hemm is-separazzjonijiet għax kif għedt tajjeb inti Sinjura Miceli, it-tfal jispiċċaw bħall-ballun u jintużaw għall-aġenda tal-ġenituri stess.", "Naħseb li hemmhekk l-aktar li ssir ħsara b'mod permanenti fuq it-tfal, partikolarment fuq dawk li jkunu ta' età żgħira jew teenagers u l-aktar meta jkunu qrib l-eżamijiet.", "Jien waħda mill-affarijiet li dejjem dejqitni meta jkun hemm is-single mothers hija l-kwestjoni tal-unknown father.", "Hija xi ħaġa li min jaf kemm iddiskutejtha ma' koppji u jkolli ngħid li xi kultant aktar ħarisna lejn il-vantaġġ tal-ġenitur milli lejn il-vantaġġ tat-tfal.", "Tħares lejn il-vantaġġ tal-ġenitur għax tkun taf li t-tfal tkun qed tagħtihom iktar chances u drittijiet f'ħajjithom u allura l-miżien ixaqleb lejn dik in-naħa.", "Imma l-irwol tat-tabib tal-familja llum huwa totalment differenti minn meta bdejt jien 30 sena ilu.", "Illum it-tabib tal-familja jħares aktar mill-aspett soċjali u għaldaqstant il-kelma hemmhekk hija primary healthcare.", "L-ewwel kuntatt tal-familja ġeneralment fis-soċjetà huwa mat-tabib.", "Il-problemi tagħhom jinfetħu hemmhekk u t-tabib għandu dik ir-relazzjoni pożittiva jew negattiva mal-membri kollha tal-familja.", "U t-tabib mhux biss ikun jafhom b'mod individwali imma jkun jaf fejn joqogħdu, kif jiekluha u kif jgħixu.", "Għaldaqstant huwa proprju dak il-bniedem li naħseb kull entità li tħares l-interessi tat-tfal għandha tisfrutta għaliex inti għandek bniedem li diġà qiegħed hemm u ħafna persuni diġà għandhom fiduċja fih.", "Għalhekk jekk hemm soluzzjonijiet, apparti counselling innovattiv li rridu nadottaw, nistgħu nisfruttaw is-sitwazzjoni tat-tim mediku kollu, b'mod partikolari tat-tabib tal-familja.", "Fil-fatt jien ma tantx inħobb insejjaħlu general practitioner imma family practitioner.", "Illum bis-saħħa tal-Malta College of Family Doctors speċjalizzajna wkoll f'dan il-qasam u allura t-tabib tal-familja ma jispiċċax tabib tal-familja għax ma jridx jispeċjalizza f'oqsma oħra imma proprju għax ikun speċjalizza f'dak il-qasam partikolari.", "Mela hemm barra għandek l-expertise meħtieġ li qiegħed on the ground u nemmen li iva, għandu jintuża aktar.", "Jien ġieli kelli kwestjonijiet ma' ċerti entitajiet fuq għalfejn ma jkunx ġie kkunsidrat it-tabib tal-familja għax nemmen li dan għandu jintuża iktar.", "Mhux hekk biss imma għandna naraw kif nisfruttaw din il-professjoni biex tgħin aktar f'ambitu ġdid u modern lil dawn it-tfal.", "Waħda mill-affarijiet li tkellimna f'dan il-Kumitat, kif ukoll fil-Kumitat Konġunt meta tkellimna fuq is-sesswalità, kien proprju fuq l-age of sexual consent u l-mod ta' kif it-tabib tal-familja jista' jipprevjeni u jgħin fil-vakum li jeżisti wara l-età ta' 16-il sena.", "Hemmhekk hemm vakum enormi, fejn kull żagħżugħ jew żagħżugħa bejn is-16 u t-18-il sena - ejjew ninsew l-age of sexual consent u s-sexual health – qegħdin jiġu mċaħħda milli jikkonsultaw mat-tabib.", "U għalhekk dawn iż-żgħażagħ m'għandhomx dak l-empowerment sabiex jieħdu ħsieb saħħithom mill-aspett ta' lifestyle diseases b'mod ħolistiku u b'mod komprensiv.", "Din hija opportunità li nemmen li għandna nagħtu bis-saħħa tal-Medical Council billi tinbidel il-Medical Health Profession Act biex b'hekk dak li jkun jista' imur għand tabib anke jekk ikollu bejn is-16 u t-18-il sena.", "Kif qalet il-Kummissarju għat-Tfal il-liġi tqis bħala tfal dawk kollha li għadhom m'għalqux 18-il sena u allura naħseb li dan huwa dritt fundamentali li b'daqqa ta' pinna, mingħajr ma jinħarġu flejjes u mingħajr ma jinħolqu strutturi differenti, nużaw il-qafas li diġà jeżisti, kemm fis-saħħa pubblika u kemm fis-saħħa privata, biex ngħinu lis-soċjetà Maltija, b'mod partikolari lil dak l-age group.", "Ovvjament irridu nagħtu dak id-dritt biex it-tabib ikun jista' jgħin b'mod komplet.", "It-tabib jista' jgħin tfal iżgħar minn 16-il sena meta dawn ikollhom problema akuta.", "Ġieli jagħti l-każ li għand it-tabib marru tfal jirrapportaw lill-ġenituri jew inkella tiżloqilhom xi kelma u jirrapportawhom.", "Dawn huma kollha sitwazzjonijiet diffiċli, sitwazzjonijiet li llum minħabba l-indemnity professjonali xi kultant iġibuk dahrek mal-ħajt fuq kif għandek tindirizzahom.", "Jiena naħseb li għandu jkun hemm ukoll dik l-orjentazzjoni.", "Naturalment jien issa qiegħed nitkellem mill-aspett ta' professjoni, aktar milli mill-aspett politiku, ta' kif għandna nħarsu lejn dan l-andament ġdid fejn it-tfal huma ħafna outspoken at an early age u qed isiru jafu bid-drittijiet tagħhom ħafna aktar kmieni fil-ħajja.", "Xi kultant jafu kif jużaw ukoll is-sitwazzjoni biex idaħħlu dubji fuq persuni oħra, b'mod partikolari meta jkun hemm każijiet li jista' jkun hemm abbuż fuqhom, kemm fiżikament u kemm sesswalment.", "Dawn huma affarijiet li t-tobba tal-familja jiltaqgħu magħhom il-ħin kollu u għaldaqstant jiena naħseb li dawn il-gwidi huma importanti, b'mod partikolari mill-Kummissarju għat-Tfal imma anke minn aġenziji oħra, biex b'hekk nagħrfu kif dawn id-diffikultajiet moderni nħarsu lejhom b'lenti iktar wiesgħa għall-ġid tat-tfal u għall-ġid tal-familji.", "Jiena nemmen li b'hekk inkattru aktar l-imħabba u nemmen ukoll li nkunu qed noħolqu dik il-prosperità ta' ġenerazzjoni futura, li tkun waħda b'sisien aktar sodi minkejja l-isfidi li għandna fil-ħajja tal-lum.", "Dawk huma l-ħsibijiet tiegħi u pprovajt nitkellem b'mod totalment differenti minn dak li kont semmejt fl-aġġornament dwar it-trobbija tat-tfal.", "PAULA MIFSUD BONNICI: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju għat-Tfal għall-preżentazzjoni tagħha u jiena wkoll xtaqt inressaq erba' punti li naħseb li huma importanti ħafna.", "Kif nafu llum huwa Jum il-Mara u niċċelebraw dan il-jum mhux biex noqogħdu ngħidu li ċċellebrajnih imma biex nikkomemoraw u niċċellebraw u naraw x'nistgħu nagħmlu aktar biex dawk in-nisa li forsi għadhom suġġetti għal diskriminazzjoni u għal nuqqas ta' ugwaljanza nkunu nistgħu ngħinuhom.", "L-istess it-tfal.", "Jiena nemmen li hemm tfal li sfortunatament qegħdin ibatu anke meta jkunu fil-familji tagħhom.", "Skont il-preżentazzjoni li għamilt għandek tfal li jgħixu lil hinn mill-familji tagħhom u sfortunatament għandek tfal ukoll li minkejja li qegħdin fil-familja tagħhom xorta waħda għandhom in-nuqqas tal-familja minħabba li qegħdin jgħixu f'sitwazzjonijiet li mhumiex tajbin għalihom u aħna lanqas biss inkunu nafu bihom.", "Fil-fatt jista' jkun li dawn it-tfal qegħdin f'sitwazzjoni fejn naħsbu li qegħdin jgħixu ħajja normali imma fil-verità jkunu qegħdin jiġu suġġetti għal ħafna u ħafna affarijiet.", "Jiena naraha bħala sfida kbira kif se nkunu qegħdin nilħqu dawk it-tfal li qegħdin jgħixu dawn it-tip ta' sitwazzjonjiet.", "Ovvjament l-iskola tista' tkun qed tgħin biex dawn it-tfal ikunu qed jgħixu din is-sitwazzjoni ġod-dar tagħhom billi tiġi riflessa fl-iskejjel tagħna.", "Li nħoss u li jrid isir aċċenn għaliha huwa dwar l-eżistenza u ż-żieda f'dawk li huma social workers.", "Mill-esperjenza tiegħi qiegħda nara li l-iskejjel qegħdin jiġu ffaċċjati b'sitwazzjoni fejn hemm tfal li għandhom bżonn l-għajnuna imma minħabba n-nuqqas ta' social workers dawn qed jispiċċaw ibatu.", "Anke bejn session u oħra qed jgħaddi aktar żmien u qed ikollna sitwazzjonijiet differenti fid-djar.", "Għalhekk naħseb li dak huwa punt importanti ħafna li għandna nsegwuh.", "Hawnhekk tkellimna ħafna fuq il-family friendly measures u fl-opinjoni tiegħi kull gvern kien ta' xprun fihom dawn.", "In-nuqqas li nara - u din toħroġ mill-istatistika – hu li minkejja li għandek ħafna nies li jagħmlu użu minn dawn il-miżuri, huma ftit wisq l-irġiel li jagħmlu użu minnhom!", "U allura wieħed irid jistaqsi għalfejn għandek daqstant ftit irġiel li qegħdin jagħmlu użu minn dawn il-miżuri.", "Forsi ma jixtiqux joqogħdu d-dar mat-tfal għax jaħsbu li jistgħu jkunu ta' xkiel fl-ambizzjonijiet għall-karriera tagħhom?", "Dawn huma mistoqsijiet li wieħed għandu jagħmel u nixtieq nara kif ikollna aktar missirijiet li jagħmlu użu minn dawn il-miżuri.", "Jiena ngħid li dan jiddependi wkoll mill-persuna li tkun qiegħda tħaddmek u għalhekk, f'dan ir-rigward huwa importanti li l-Gvern jidħol ukoll f'diskussjonijiet mal-privat għax minkejja li għandek ħafna employers fil-privat li għandhom ħafna family friendly measures, għandek ukoll employers oħra li m'għandhomx dawn il-miżuri u allura qegħdin ixekklu lill-ġenituri milli jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom.", "Nixtieq li tagħmel aċċenn fuq l-abbozz tal-politika nazzjonali dwar it-trobbija għax naħseb li dan huwa parti mill-edukazzjoni li hemm bżonn li ssir.", "Jien nara li dan in-nuqqas ġej ukoll mill-edukaturi nfushom għax ġeneralment jiddependi mill-edukatur min ikun.", "Jien naf skejjel fejn għandek edukatur li jagħmel ruħu disponibbli ħafna dwar kif jagħti l-istruzzjonijiet u għandu idea wiesgħa ta' kif idaħħal ċerti lezzjonjiet fil-kurrikulu.", "Imbagħad għandek edukaturi li għadhom jirreżistu dan it-tip ta' tagħlim u meta jiġri hekk se jbatu t-tfal.", "Imbagħad għandek in-nuqqas ta' edukazzjoni u informazzjoni min-naħa tal-familji u min-naħa tal-ġenituri.", "Xi ħaġa li nesperjenza ħafna hi li anke meta jkollok skejjel li jagħmlu attivitajiet li fihom jinvolvu lill-ġenituri, ikollok ġenituri li ma jmorrux għal dawn l-attivitajiet għax forsi jħossu li huma attivitajiet li għadhom ta' taboo għalihom!", "Allura rridu naraw kif se nkunu qegħdin nilħqu wkoll lill-ġenituri b'dan il-mod.", "Xtaqt nitkellem ftit fuq il-benefiċċji soċjali.", "Jiena dejjem ngħid li sfortunatament għandek nies hemm barra li ħaqqhom jingħataw il-benefiċċji soċjali imma sfortunatament ma jkunux jafu li jeżistu u allura ma jieħdu xejn a skapitu tal-familji tagħhom.", "Hawnhekk wieħed irid jistaqsi wkoll jekk dawn il-benefiċċji soċjali li qed nagħtu humiex biżżejjed biex ngħollu 'l fuq il-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna.", "Xtaqtek ukoll li tieħu in konsiderazzjoni dawk il-familji bi sfidi differenti, fosthom familji bi tfal morda jew b'xi diżabilità u li dawn għandhom bżonn ta' ħafna aktar għajnuna.", "Nixtieq li bħala Kummissarju għat-Tfal inti tkun qiegħda tiffoka fuq dawn il-familji li verament għandhom bżonn din l-għajnuna.", "Xi ħaġa li niġi ħafna in kuntatt magħha hija dwar familji bi tfal li għandhom bżonn il-fiżjoterapija u li kull darba jridu jmorru l-isptar biex jingħataw din il-kura u li għalihom dan l-iskariġġ ikun diffiċli ħafna.", "Ovvjament teżisti fiżjoterapija li tista' tingħata d-dar bi ħlas.", "U dan ifisser li għandek familji li mhumiex qegħdin jibbenefikaw minnha din.", "Fl-opinjoni tiegħi wasal iż-żmien li naraw li jsiru l-konsultazzjonijiet li hemm bżonn ħalli dawn il-familji jibda jingħatalhom dan is-servizz.", "Dawk huma l-punti li xtaqt insemmi u naħseb li għandu jkun hemm diskussjoni qawwija fuqhom biex naraw kif se ntejbu dawn is-sitwazzjonijiet.", "THE CHAIRPERSON: Jien nixtieq nirringrazzjakom individwalment u xtaqt nibqa' għal din il-laqgħa sal-aħħar imma għandi dmir ieħor fil-Plenarja.", "Qabel xejn nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom u ngħid ukoll li apprezzajt ħafna l-introduzzjoni li tatna l-Kummissarju għat-Tfal.", "Issa se nerġa' inċedi posti lill-Onor.", "Min-naħa tiegħi se nkolli nħallikom għax irrid nitkellem fuq it-trapjanti fil-Plenarja.", "Fid-8.40 p.m. il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Godfrey Farrugia talab biex jerġa' jiġi skużat u l-Kumitat qabel li jinħatar l-Onor.", "Anthony Agius Decelis bħala Aġent President tal-Kumitat fl-assenza tiegħu.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Ma nafx jekk il-Kummissarju għat-Tfal tixtieqx tirrispondi issa l-mistoqsijiet li saru jew inkella jitkellimx il-Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Jidher li għandna xi mistednin li jixtiequ jitkellmu u għalhekk nitlobkom tersqu mal-Mejda u tintroduċu lilkom infuskom qabel titkellmu.", "IS-SINJURA CHARLOT CURMI (Għaqda SOAR): Jiena nista' ngħid li bbenefikajt mill-iskema taċ-childcare u bbenefikajt ukoll mill-family friendly measures.", "Illum il-ġurnata nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lis-single parents għax jiena waħda minnhom imma din ma kinitx l-għażla tiegħi!", "I am a domestic violence survivor u qiegħda hawnhekk f'isem l-Għaqda SOAR.", "Napprezza ħafna li qiegħda hawnhekk u se nsemmi xi nuqqasijiet li nara.", "Pereżempju hemm gap kbira fiċ-childcare.", "Jiena civil servant u kelli l-għażla bejn il-karriera u l-family friendly measures.", "Min-naħa tiegħi għażilt il-karriera u għalhekk ma stajtx inkompli nieħu l-family friendly measures.", "Nirringrazzja lil Alla li għandi l-ġenituri tiegħi li jieħdu ħsieb lit-tifel meta nibqa' naħdem ħinijiet twal u nitlob lil Alla li ma jiġrilhom xejn għax sinċerament ma nafx x'nagħmel mingħajrhom.", "Għalhekk inħoss il-bżonn li jsiru childcare centres b'ħinijiet itwal.", "Issa mhux qiegħda nimmaġina li jkun hemm wieħed f'kull raħal għax mhijiex vijabbli.", "Però nemmen li għandna ħafna nurses, pulizija, eċċ. li jagħmlu xogħol imprezzabbli.", "Aħna t-taxpayers investejna fl-Università, eċċ., u we have to give something back.", "Nemmen li għandu jkun hemm Region A u Region B li jkollhom childcare centre li jekk jien inkun ta' bil-lejl u ommi ma tkunx tista' iżżommli t-tifel, jien ikolli moħħi mistrieħ għax naf li nista' inħallih f'dan iċ-ċentru.", "Semmejtu wkoll it-talks li jorganizzaw l-iskejjel.", "Issa l-leave tiegħek ikollok tużah jekk forsi tkun qiegħda tistudja, jekk ikollok it-tfal ma jifilħux u tkun trid toqgħod magħhom, eċċ., u allura inti ma tistax tattendi t-talks tat-tifel tiegħek jekk dawn dejjem isiru fl-10.00 a.m.!", "Jiena dejjem bla leave nispiċċa.", "Min jagħmel dawn it-talks jew m'għandux familja jew inkella mhuwiex prattiku għax dawn huma affarijiet ta' loġistika bażika.", "Jien mhux għax ma rridx nattendi għal dawn it-talks imma għax m'għandix alternattiva oħra.", "Fl-aħħar nett nemmen li l-familja kulħadd jaf kemm hi importanti u għalhekk nitlobkom biex tagħtuna s-sapport meħtieġ biex nimxu 'l quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi tal-onestà tiegħek u ta' dawn il-punti li ressaqtilna.", "Żgur li dawn se jittieħdu in konsiderazzjoni.", "IS-SINJURA MARCHITA MANGIAFICO (Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità): Xtaqt inkompli ma' dak li kien qed jingħad għax huwa importanti.", "Għalhekk dejjem isir id-dibattitu fuq jekk il-persuni b'diżabilità għandhomx jissemmew separatament imma żgur li rridu niġbdu l-attenzjoni fuq il-bżonnijiet over and above biex nieħdu ħsieb tat-tfal tagħna.", "L-ewwel nett semmejt l-importanza tas-sapport u semmejt ukoll l-istatistika ta' dawk it-tfal ta' taħt it-tlitt snin imma naħseb li rridu nsaħħu daqxejn aktar is-sapport għal dawk il-familji li jitwildulhom tfal b'diżabilità.", "Jiena kelli esperjenza differenti u naħseb li llum il-ġurnata qiegħda hawnhekk għax ingħatajt is-sapport – jien kont qiegħda fi sptar fl-Ingilterra - psikoloġiku li kien hemm bżonn, xi ħaġa li sfortuntament għadna sal-lum il-ġurnata neqsin minnu.", "Huwa fil-bidu fejn inti trid issalvahom il-familji biex ikollhom il-kuraġġ meħtieġ biex ikomplu għaddejjin.", "Semmejtu wkoll il-lezzjonijiet fuq is-sesswalità u din ukoll hija importanti li tiġi estiża u mmodifikata biex tali lezzjonijiet jibdew jingħataw ukoll lill-persuni b'diżabilità, speċjalment lil dawk li għandhom diżabilità intellettwali.", "Fuq l-age of sexual consent hemm dik id-daqxejn ta' grey area għax aħna qed ngħidu li dawk taħt it-18-il sena huma meqjusa bħala tfal.", "Imma meta għandek tfal b'diżabilità intellettwali nemmen li dik l-età ta' 18-il sena ma tibqax daqshekk valida u trid togħla aktar 'il fuq.", "Il-fostering għandu jiġi estiż - ġieli saret kampanja dwar dan – biex jekk ikun hemm persuni b'diżabilità dawn ikunu jistgħu jidħlu għall-fostering.", "U mhux fostering biss, fis-sens li l-fostering jista' ikun ukoll mod ta' sapport għall-familji li għandhom tfal b'diżabilità għax filwaqt li t-tfal tagħhom xorta jibqgħu mal-familji tagħhom, però l-fostering jista' jagħti xi forma ta' respite għal dawn il-familji.", "Meta forsi jkollna l-istatistika nibdew insemmuha bħalma semmejna fuq kemm hemm tfal taħt it-tlitt snin li qed jiġu fostered.", "Dan huwa mezz ieħor ta' kif wieħed jista' jibda jikkrea l-pożittività u l-awareness fuq din l-issue.", "Issemmiet il-workload li għandhom is-social workers u kif qiegħed ikun impossibbli biex dawn ilaħħqu magħha.", "Issa xi kultant il-problema tal-social workers hi għax isibu jdejhom litteralment marbutin u ma jkunux jistgħu jmorru oltre, avolja jkunu jixtiequ!", "Jien għadni kemm għamilt il-kors tas-social work u naf minn xiex għaddejjin il-kollegi tiegħi.", "Pereżempju kont qiegħda nagħmel placement f'shelter - qabel kont facilitator fuq il-parental skills - u tajt dan il-kors fil-parenting skills lil dan il-grupp ta' nisa.", "Imma dawn baqgħu jħarsu lejja għax kienu ġejjin minn familji mkissrin u ma jafux aħjar!", "Speċi dawn ħarsu lejja u qaluli \"inti se tiġi toqgħod tgħidilna kif tagħti trobbija tajba meta aħna lanqas nafu x'inhi!\".", "Ġeneralment dawn ikunu ħamest aħwa minn ġenituri differenti!", "Naħseb li meta wieħed ikun qed jagħmel dawn il-korsijiet, għandu jara - għalkemm m'għandekx tiddistingwi – li dawn ikunu ftit aktar speċjalizzati biex jolqtu lil dawn it-tip ta' nies.", "Importanti wkoll li l-courses fuq il-parental skills jiġu estiżi għall-ġenituri ta' persuni b'diżabilità.", "U dawn ukoll għandhom ikunu ftit aktar speċjalizzati.", "L-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici semmiet il-kwestjoni tal-fiżjoterapija u hawnhekk nixtieq ngħid li l-problema mhijiex biss li t-terapiji jsiru waqt il-ħin tax-xogħol għax għall-ġenituri ta' persuni b'diżabilità dik hija xi ħaġa regolari ħafna, speċjalment ta' dawk li għandhom taħt is-16-il sena, u l-leave għal dawn il-ġenituri mhuwiex biżżejjed.", "Bħala għaqda dejjem tlabna li għallinqas dawk il-ġenituri li għandhom tfal b'diżabilità u jkollhom bżonn jeħduhom għat-terapija għandu jingħatalhom extended leave u mhux jittieħed mil-leave tagħhom.", "Hemm pajjiżi li għandhom dawn il-benefiċċji u parti mill-family friendly measures hija proprju dik li jkun hemm numru ta' sigħat żejda għal dawn il-familji biex ikunu jistgħu jieħdu lit-tfal tagħhom għat-terapija.", "Nirringrazzjakom tal-opportunità li tajtuna.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SINJURA JEANETTE SCHEMBRI (Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà): Nixtieq nirringrazzja ħafna lis-Sinjura Miceli tal-informazzjoni tant interessanti li tatna fuq dan is-suġġett.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Robert Cutajar isemmi l-liġi fuq il-ħarsien tat-tfal u l-liġi dwar l-istandards, speċjalment fejn jidħlu ċ-childcare.", "U ħadt gost aktar nisma' li dawn iż-żewġ liġijiet se jitqanqlu wara l-vakanzi tal-Għid.", "Nirringrazzjakom.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn xi ħaddieħor li jixtieq jgħaddi xi kummenti?", "IS-SUR CHRIS CAMILLERI (Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità): Jiena qiegħed nirrappreżenta lill-KNPD u nixtieq insemmi xi ħaġa li għadkom ma semmejtux u li nħoss li hija importanti ħafna.", "Din ħdimna fuqha bħala kummissjoni s-sena li għaddiet u hawnhekk qed nirreferi għall-bżonn li nagħtu aktar importanza lit-tagħlim fuq id-diżabilità fl-iskejjel tagħna u fost iż-żgħażagħ biex dawn jitgħallmu jikbru f'soċjetà li fiha aktar diversità.", "Jiena kont l-Università u ltqajt ma' żgħażagħ ta' 18-il sena u akbar li kienu jgħiduli li l-ewwel darba li ltaqgħu miegħi ma kinux jafu kif se jirrelataw miegħi bħala persuna b'diżabilità!", "Naħseb li din hija lakuna gravi u hemm bżonn li nibdew nindirizzawha.", "Sa ċertu punt inħoss ukoll li hemm ċerta nuqqas fejn jidħlu familji ta' persuni b'diżabilità għax għalkemm għandna stejjer ta' suċċess, dawn għadhom mhumiex jingħataw is-sapport meħtieġ fejn tidħol it-trobbija tat-tfal.", "Naħseb li għandek kemm ġenituri b'diżabilità li jagħżlu li jrabbu familja kif ukoll persuni oħra li jkollhom an acquried disability li jridu jiġu kkunsidrati.", "Issemma' ukoll il-faqar imma fortunatament, permezz tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità u l-fatt li qed tkompli tingħata l-pensjoni lill-persuni b'diżabilità, dak l-aspett naħseb li qegħdin nindirizzawh.", "Mill-banda l-oħra naħseb li l-ġenituri b'diżabilità li jkollhom it-tfal għandhom jingħataw aktar sapport biex ikunu jistgħu jrabbu lil uliedhom b'mod adegwat.", "Nirringrazzjakom.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SINJURA RUTH SCIBERRAS (Direttriċi tal-Aġenzija Appoġġ): Nirringrazzja lis-Sinjura Miceli talli ltaqgħet mal-ħaddiema u mal-mangement tal-Appoġġ għax b'hekk stajna nfiehmuha x-xogħol tagħna x'jinvolvi u aħna naħdmu wkoll mat-tfal.", "Kumment li xtaqt nagħmel biex inserraħ lis-Sinjura li tkellmet fuq il-qasam tad-diżabilità hu li l-fostering huwa miftuħ ukoll għal tfal b'diżabilità.", "Fil-fatt għandna tfal kemm b'awtiżmu, kemm b'down syndrome u kemm b'diżabilità oħra.", "Għandna fergħa speċjali li jgħidulha Specialised Foster Care, fejn hemmhekk il-kumpens li jingħataw dawn il-foster carers ikun jirrifletti proprju l-impenn tagħhom.", "Ovvjament ma noqogħdux insemmuha għax għalina dawn huma kollha tfal u nqisuhom l-istess.", "Imma nassiguraha li dan is-servizz huwa miftuħ għalihom ukoll.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar kummenti nsejjaħ lill-Ministru sabiex jagħmel l-intervent tiegħu.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali): Bażikament kien hemm żewġ punti partikolari li ħarġu mid-dibattitu fuq id-divorzju u meta kellna r-referendum tad-divorzju f'pajjiżna.", "U dawn kienu l-kwestjoni tal-parenting u r-relazzjonijiet.", "Fil-fatt konna tlabna lill-Profs.", "Angela Abela sabiex tagħmel riċerka fuq il-positive parenting.", "Ir-rapport kien tressaq għall-konsultazzjoni pubblika u konna ħadna l-feedback ta' diversi setturi tas-soċjetà f'pajjiżna.", "U llum nista' ngħid li għandna policy li qiegħda fil-final tagħha u se tkun parti mill-bidla ħolistika li se jkollna.", "Parti minn din il-bidla għandha x'taqsam ma' żewġ liġijiet li qegħdin fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jiġu diskussi.", "Aħna evalwajna u dħalna fid-dettall biex il-liġijiet li se jkunu qed jitressqu jkunu attwalment prattiċi imma jkunu jilħqu l-aspettattivà tad-diversi problemi fis-soċjetà tagħna.", "Waħda mill-akbar problemi li jeżistu hija li ħafna drabi nipproteġu lit-tfal, u tajjeb li nipproteġuhom u hekk għandu jkun, imma dan m'għandux isir a skapitu tal-ġenituri.", "Tingħata attenzjoni lill-ġenituri naturali imma nemmnu li mhux qed tingħata biżżejjed.", "Bażikament din l-istruttura se taħdem billi jkollok il-parti investigattiva, fejn ikun qed jiġi deċiż jekk issirx care order jew le.", "Anke l-follow-ups li llum isiru miċ-Child Advisory Board mhux se jibqgħu jaqgħu aktar taħt il-Ministeru tiegħi.", "Illum il-Ministru jrid jiffirma l-care orders u jkollu joqgħod fuq numru ta' persuni speċjalizzati fix-xogħol tagħhom u x-xogħol tagħhom irid jiġi endorsed mingħajr ma jkollu ċ-ċans li jagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa.", "Din mhijiex l-iktar sitwazzjoni idonea ta' kif isiru l-care orders f'pajjiż żviluppat u għal din ir-raġuni issa se tkun il-Qorti li tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa.", "Din se jkollha l-esperti kollha għad-dispożizzjoni tagħha.", "Id-diskussjoni se ssir quddiem maġistrat jew imħallef – dan se jiġi deċiż mill-Ministeru tal-Ġustizzja – u mbagħad dan se jara li jkollu x-xhieda kollha quddiemu u se jagħmel il-mistoqsijiet kollha meħtieġa qabel jieħu d-deċiżjoni aħħarija.", "Il-parti investigattiva u l-parti tal-Qorti se jkollhom rwol verament importanti.", "Ikun hemm mijiet ta' każijiet li jitressqu quddiem l-Appoġġ u huma ftit biss il-każijiet li jispiċċaw jersqu għal care order.", "Għalhekk se niffokaw ukoll fuq iż-żewġ setturi; dawk li jispiċċaw b'care order u dawk li ma jispiċċawx b'care order biex jingħataw l-attenzjoni meħtieġa u dak li jkun ikun jista' jidħol f'kuntratt ta' family plan.", "Parti mill-family plan se jkun il-positive parenting, fejn wieħed irid jgħaddi minn proċess u juri li lest li jimxi 'l quddiem.", "Ħafna drabi l-każijiet li jaqgħu f'idejn l-Appoġġ ikunu marbuta ma' kwestjonijiet ta' neglect u jkollok każijiet oħra li tant ikunu gravi li dawn jimxu mill-ewwel għal care order.", "Imma fil-maġġor parti tagħhom ikunu fuq neglect.", "Hemmhekk hemm bżonn li l-ġenituri naturali jingħataw l-attenzjoni kollha meħtieġa u jingħataw l-opportunità sabiex ikunu jistgħu jqumu fuq saqajhom.", "Din l-istruttura tal-positive parenting se tkun qiegħda tidħol bħala parti integrali mill-preparazzjoni ta' dawk il-ġenituri li jkunu qegħdin f'sitwazzjoni li ma jkunux eżattament in line fuq il-kura tat-tfal tagħhom.", "Aħna se nagħtuhom l-opportunità biex iżommu lit-tfal magħhom fi ħdan il-familja naturali tagħhom.", "Se nipprovaw insalvaw il-familji.", "L-istess ħsieb u l-istess skop għandna fuq il-kwestjoni tar-relazzjonijiet, fejn aħna nipprovaw kemm jista' jkun il-problemi nilħquhom fil-bidu u nagħtuhom l-attenzjoni fil-bidu u mhux meta l-affarijiet ikunu daħlu fil-fond.", "Meta l-affarijiet ikunu daħlu fil-fond ikun tard wisq u ċ-ċansijiet li ssalva r-relazzjoni jkunu inqas.", "Allura rridu nagħmlu l-preparamenti minn meta t-tfal ikunu għadhom żgħar dwar ir-relazzjoni ta' bejniethom, ir-relazzjoni mal-għalliema u r-relazzjoni mal-ġenituri tagħhom biex jibdew jirrispettaw aktar lil xulxin.", "Il-co-education se tkun qiegħda tgħin ħafna wkoll biex juru rispett lejn persuni ta' sess differenti u li minn età żgħira jkollhom il-possibiltà li jagħrfu lil xulxin u li jgħixu flimkien ħalli ma tkunx xi ħaġa estranea għalihom.", "Ħalli nerġa' immur għas-sitwazzjoni tal-positive parenting.", "Waħda mill-affarijiet importanti f'din l-istruttura hi li din se taqa' f'idejn l-Appoġġ.", "Waħda mill-affarijiet li dejjem konna nisimgħu anke mill-ġenituri naturali tat-tfal li jispiċċaw b'care order hi li huma ma jistgħux jafdaw lil dawk il-persuni li jkunu ħadulhom lit-tfal tagħhom.", "Issa fil-verità dawn ma jkunux ħadulhom it-tfal b'kapriċċ imma għaliex kien hemm bżonn li jittieħdu minn dik il-familja għall-ġid tagħhom u biex inkunu nistgħu nipproteġuhom.", "L-istruttura se tkun li ċerti responsabbiltajiet se jkunu taħt is-settur tal-Ġustizzja filwaqt li l-kura, l-attenzjoni, il-family plans u l-follow-ups se jkunu qegħdin isiru min-naħa tal-Appoġġ, min-naħa tal-FSWS.", "Mal-istess bidla se nkunu qegħdin naħdmu wkoll fuq il-kwestjoni tal-fostering u se nkunu qed naqsmuh fi tlitt setturi; il-fostering għall-ewwel xhur li allura jaqa' taħt fostering normali, il-long term care fostering u mbagħad il-permanent fostering.", "Il-permanent fostering jista' jingħata wkoll mill-ewwel ġurnata u dan jgħodd għal dawk il-każijiet fejn ikun jidher b'mod ċar li ċ-ċansijiet li dak it-tifel jew tifla jerġa' jsib ruħu fi ħdan il-familja tiegħu tkun waħda minima jekk mhux ukoll negliġibbli.", "Dan jista' iservi wkoll bħala l-ewwel pass għall-possibiltajiet ta' adozzjoni ta' dawk it-tfal li jkunu ttieħdu minn ħdan il-familja tagħhom.", "Jekk ma jinqala' xejn dawn il-bidliet se nkunu qegħdin nikkonkluduhom din il-ġimgħa stess u fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin niddiskutu ma' diversi assoċjazzjonijiet li b'xi mod jew ieħor għandhom din ir-responsabiltà, fosthom l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Foster Care u aġenziji tal-adozzjoni.", "Se nkunu qegħdin nitkellmu mal-Ministeru tal-Ġustizzja u nittama li sal-bidu ta' April inkunu f'pożizzjoni li l-emendi kollha għall-abbozzi ta' liġi li hemm fuq il-Mejda jkunu qed jiġu ppreżentati lill-Oppożizzjoni biex ikollhom l-emendi kollha bil-lest f'idejhom.", "Se nkunu qegħdin inressqu wkoll l-abbozz ta' liġi dwar l-Awtorità tal-Istandards.", "Irrid ngħid li l-istandards li għandhom x'jaqsmu maċ-childcare se nkunu qed ngħadduhom f'idejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni għax ma jagħmilx sens li dawn jaqgħu taħt id-DSWS.", "Huwa l-Ministeru tal-Edukazzjoni li għandu jirregola l-istruttura li attwalment hija taħtu u mhux tiġi taħt il-Ministeru tagħna.", "Issa aħna għandna numru ta' setturi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabilitajiet tagħna.", "Mela se nkunu qegħdin niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l-Awtorità tal-Istandards u se mmexxuhom flimkien dawn il-liġijiet għax hemm ħafna cross references min-naħa għall-oħra!", "Jekk niddiskutu liġi waħda għaliha u l-oħra niddiskutuha tmien xhur wara se jkollok cross references li ma jkunux jeżistu aktar.", "Fil-fatt diġà tkellimt mal-Whip tal-Gvern u se nkunu qegħdin inressqu ż-żewġ liġijiet prinċipali flimkien minħabba diversi cross references li għandek.", "Sadanittant fuq l-istruttura fi ħdan il-Ġustizzja diġà qed nieħdu l-passi meħtieġa biex it-tim investigattiv inkunu diġà qed nifformawh u għalissa se jkun qiegħed fl-istruttura tagħna.", "Imbagħad dan ikun jista' jiġi ssekondat mal-Ministeru tal-Ġustizzja għalkemm l-impjegati xorta waħda se jibqgħu taħt ir-responsabilità tagħna.", "Jien nittama li dawn il-bidliet iwasslu għal aktar għajnuna għal diversi familji u nittama wkoll li jkun hemm inqas każijiet fejn ikun hemm bżonn tal-care orders.", "Nixtieq nagħlaq fuq l-aħħar punt li smajt waqt din id-diskussjoni u ċjoè fuq il-kwestjoni tal-faqar.", "Aħna qed nagħtu numru ta' inċentivi biex min ikun fil-faqar iqum fuq saqajh.", "Imma mhux hekk biss għax se jkun hemm struttura fi ħdan l-FSWS li se tkun qiegħda taħdem fil-komunità.", "Fil-fatt aħna nemmnu li bħal kull settur ieħor, ix-xogħol fil-komunità huwa l-aqwa intervent li inti tista' tagħmel.", "Ħafna drabi meta tmur għal speċjalizzazzjoni l-affarijiet ikunu diġà daħlu 'l ġewwa u għalhekk nemmnu li l-interventi jridu jiġu identifikati fil-komunità u nagħtu l-attenzjoni fil-komunità.", "Ma nistennewx lin-nies jiġu għandna imma għandna mmorru aħna għand in-nies.", "Hemm sistema ta' networking ma' diversi setturi tas-soċjeta u hawnhekk qed nirriferi għall-proġett LEAP.", "Din hija sistema ta' networking bejn il-Gvern, il-Knisja, l-NGOs, il-kunsilli lokali, il-Pulizija, is-settur tas-saħħa u s-settur tal-edukazzjoni li qiegħda twassal għall-programm proprja biex inkunu nistgħu ngħinu lil diversi familji vulnerabbli fil-komunità.", "Bħalissa qed nagħmlu dak li ngħidulu l-profiling ta' dawk il-persuni li kienu intitolati għall-ikel tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt qed joħorġu ħafna riżultati interessanti minn dan il-profiling u qed naraw ukoll li dawk li suppost huma l-ifqar fost l-ifqar, m'huma l-ifqar fost l-ifqar xejn!", "Dawn in-nies għal diversi raġunijiet qed jgħaddu minn ċerti passaturi u qed jirriżultalna wkoll li hemm nies li huma sinjuri li qed jiġu għal skop ta' statistika, eċċ. u sa ċertu punt lanqas jersqu biex jirċievu ċerti benefiċċji!", "Dawn ġew identifikati bħala li ħaqqhom jieħdu l-benefiċċji għax huma l-ifqar fost l-ifqar imma fil-fatt m'huma l-ifqar fost l-ifqar xejn u għal din ir-raġuni qed nagħmlu l-investigazzjonijiet tagħna.", "Apparti minn hekk sibna network ieħor li nistgħu nużaw ħalli – inti dejjem titgħallem mill-istrutturi li jkollok – nimxu 'l quddiem u nnaqqsu ċerti abbużi li kienu qed iseħħu.", "Kif kont qed ngħid se jkun hemm dan it-tip ta' networking għaddej u se nkunu qegħdin nagħmlu diversi inċentivi oħra.", "Naf li llum huwa Jum il-Mara u għalhekk nixtieq nagħti l-awguri tiegħi lin-nisa kollha.", "Bdejna struttura oħra riċenti li hija xi ħaġa ġdida fejn bażikament dawk in-nisa li jkunu vittmi ta' vjolenza domestika u li jkunu spiċċaw f'xi shelter bħal Dar Merħba Bik, Casa Spinelli u postijiet oħra, se nipprovaw nagħmlu l-empowerment tagħhom billi nressquhom lejn id-dinja tax-xogħol.", "Għandna wkoll programm ta' housing speċjali għal dawn il-persuni, fejn għalkemm ikunu daħlu fid-dinja tax-xogħol, se nissussidjawlhom il-kirjiet tagħhom mis-settur privat wara li ħriġna espressjoni ta' interess.", "Se nkomplu naħdmu kemm għal dawn it-tip ta' nisa kif ukoll għal dawk li jkunu ħerġin mir-rijabilitazzjoni tad-droga jew li jkunu ħerġin mill-ħabs u li jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Dawn iridu juru huma stess li għandhom ċerta empowerment li jimxu 'l quddiem u aħna se nagħtuhom l-assistenza kollha biex joħorġu mill-ħajja li forsi jkunu sabu ruħhom fiha, jista' jkun tort tagħhom u jista' ma jkunx tort tagħhom.", "Aħna se ngħinuhom jimxu 'l quddiem u se nkomplu ngħinu lil dawn it-tip ta' familji.", "Qegħdin nipprovaw noħolqu numru ta' inċentivi għall-persuni li jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Kellna l-persuni b'diżabilità li jieħdu l-benefiċċju soċjali li mhux se jitilfu l-benefiċċji jekk jibdew jaħdmu, irrispettivament minn kemm jaqilgħu.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru numru ta' benefiċċji sostanzjali oħra u se nkunu qegħdin inbiddlu l-kultura tal-benefiċċji tal-wens u l-benefiċċji tal-carers.", "Hemmhekk se nagħmlu bidla sostanzjali fejn mhux talli se nżidu imma talli se nwessgħu d-diversi benefiċċjarji biex ikomplu jgħinu lill-familjari tagħhom.", "Din se tkun rivoluzzjoni fil-kunċett kollu ta' dak li qed jingħad u se nolqtu iktar nies biha.", "Bħalma għadu kif tkellem is-Sinjur, aħna se nibdew nersqu lejn il-persuni b'diżabilità billi nagħrfu dawk il-persuni li qed jieħdu ħsieb lil persuni b'diżabilità li ma jistgħux joħorġu minn darhom u li ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-fatt se nkunu qegħdin insaħħu lil dawk il-persuni li qed jieħdu ħsiebhom, irrispettivament jekk humiex miżżewwġin jew le.", "Nemmnu wkoll li għandna nkomplu nsostnu lil dawk il-persuni b'diżabiltà għaliex nafu li tagħmel x'tagħmel, f'ċerti każijiet partikolari, huwa impossibli li dawn jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk se nkunu qegħdin nagħtuhom l-għajnuniet neċessarji.", "Ħafna minn dawn ir-riformi hemm bżonn li jsiru għax mhux sewwa li nħallu l-istaġnar f'dan is-settur.", "Dan is-settur għandna bżonn nimbuttawh 'il quddiem u m'għandniex nibżgħu milli nagħmlu l-bidliet kollha meħtieġa, fosthom fiċ-Child Advisory Board, li issa mhux se jibqa' l-istess.", "Jien ma naqbilx li kien hemm dak il-kumment li għadda ftit tal-ħin ilu fuq li ċ-Child Advisory Board f'daqqa waħda jibdel id-deċiżjonijiet u jekk ikun hemm każi simili naħseb li huwa importanti li nkun naf bihom għax jien m'inix parti minn dan il-bord.", "Jien nirċievi r-rapporti taċ-Child Advisory Board fuq każijiet individwali biss.", "Imma issa se jkun hemm struttura fi ħdan il-Ġustizzja stess, fejn se jkun hemm avukat ta' ċerta esperjenza u persuni oħra f'dan it-tim ħolistiku, li se jieħdu huma d-deċiżjonijiet dwar il-kwestjoni tas-supervised visits.", "U jekk ikun hemm bżonn se jiltaqgħu mal-ġenituri u se jaraw jekk il-programm tal-ġenituri jkunx għaddej b'mod normali jew le, u se jaraw jekk l-istruttura tal-positive parenting li qed nippruvaw inrawwmu hijiex qed tirnexxi jew le.", "Dan il-bord se jkun qed jiddeċiedi jekk it-tfal għandhomx imorru lura mal-ġenituri, jekk il-care order għandhiex tiġi revokata jew le, jekk it-tfal għandhomx jibqgħu taħt care order u jekk il-care order għandhiex tmur għal pass ieħor, speċjalment jekk ikunu qed jiġu fostered it-tfal.", "Nista' ngħid ukoll li l-istandards li se nkunu qed nissettjaw se jolqtu wkoll lil diversi istituzzjonijiet li jagħtu a caring service, fosthom l-istituti.", "Naturalment mhux se nippretendi li dawn l-istandards jibdew jgħoddu mill-għada imma se jkun hemm perjodu ta' żmien sakemm dawn il-bidliet iridu jseħħu.", "Nittamaw ukoll li dawn it-tfal, jekk ma jkollhomx xorti fi ħdan il-familja tagħhom, almenu nippruvaw noffrulhom futur aħjar.", "Nirringrazzjakom.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi Ministru.", "Issa nitlob lill-Kummissarju għat-Tfal sabiex tagħmel il-winding-up tagħha.", "Nitolbok tkun fil-qasir kemm tista' għax minn hawn u ftit minuti oħra għandi nressaq l-aġġornament fil-Kamra.", "Naf li kienet laqgħa interessanti mmens u li minnha ħarġu ħafna punti li nistgħu nirriflettu fuqhom.", "IS-SINJURA PAULINE MICELI: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Godfrey Farrugia ta' din l-istedina għax verament ħadt pjaċir illejla nisma' is-suġġerimenti u l-queries tagħkom.", "Issa se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid ukoll x'għamel l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Onor. Aguis Decelis inti staqsejtni jekk naħdmux ma' entitajiet oħra u nista' ngħidlek li x-xogħol ewlieni tagħna huwa li naħdmu mal-entitajiet kollha, NGOs, mal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, mal-Appoġġ, mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u ma' kulmin għandu x'jaqsam mat-tfal.", "L-entitajiet kollha li għandhom għal qalbhom it-tfal aħna nħossu li għandna niltaqgħu u naħdmu magħhom.", "Dik hija ċara.", "F'dawn ix-xahrejn iltqajt ma' bosta entitajiet u għad fadalli ħafna oħrajn li għadni ma ltqajtx magħhom.", "Xi kultant jiġu huma stess biex niltaqgħu magħhom u xi kultant immorru aħna.", "Ħaġa oħra li forsi ma ssemmietx illejla hi dwar it-tfal tal-immigranti li qed jgħixu fostna, fejn mal-ħatra tiegħi skoprejt li hemm ċerti diffikultajiet.", "Dawn it-tfal qed jgħixu hawnhekk u qed jikbru magħna, bi wħud minnhom ikunu twieldu hawnhekk stess.", "Biex naraw x'inhi s-sitwazzjoni tat-tfal qegħdin niltaqgħu mal-entitajiet kollha li jirrappreżentaw lill-immigranti u qed naraw x'qed isir mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fejn jidħlu tfal ta' immigranti li jistgħu jkunu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew inkella li huma third country nationals.", "Nisperaw li nkunu nistgħu noħorġu position paper fuqhom wara li nkunu għamilna r-riċerka tagħna.", "Ħafna minn dak li kkwotajt huwa bbażat fuq riċerka, ħafna minnha lokali u ġeneralment l-overview hija akkumulazzjoni ta' esperjenzi tiegħi minn dak li għaddejt minnu matul is-snin.", "Fil-fatt ipprovajt nikkombina t-tnejn flimkien.", "Naħseb li nonfqu parti sostanzjali mill-baġit miżeru tagħna sabiex nagħmlu r-riċerka u din issir mill-professjonisti nfushom wara li nagħtuhom id-direzzjoni.", "Nixtiequ nagħmlu riċerka fuq it-tfal tal-immigranti għax kellna osservazzjoni mir-riċerka li se nippubblikaw issa, li bdietha l-Kummissarju preċedenti, dwar it-tfal li huma fostered.", "Dan huwa studju daqsxejn differenti imma li jikkumplimenta u jibni fuq dak l-istudju li sar fl-2012 għax inħossu li hemmhekk hemm affarijiet x'jitranġaw u nieħu pjaċir nisma' li qed ikun hemm proposti kemm biex tgħaddi l-liġi kif ukoll biex l-istrutturi jitjiebu ħalli dawk it-tfal li jkollhom bżonn il-kura barra mid-dar, ikollhom dak li jistħoqqilhom.", "L-Uffiċċju tagħna huwa punt ta' riferiment għal ħafna nies, li jiġu għandna jew iċemplulna biex jagħmlu appuntamenti u jgħidulna bl-ilmenti li jkollhom jew inkella biex jgħidulna x'titjib jixtiequ jaraw fit-tali settur.", "Aħna ma nistgħux insolvu l-problemi għax m'għandniex l-istatus legali biex inkunu nistgħu nieħdu ħsieb tal-complaints imma diġà għamilna l-proposta biex eventwalment, l-Uffiċċju tagħna jespandi ftit mir-rwol ristrett li għandu u b'hekk ikun jista' jmexxi dawn l-ilmenti.", "Madankollu għalina xorta huma importanti dawn l-ilmenti għax b'hekk naraw eżattament x'inhuma d-diffikultajiet tal-ġenituri u tat-tfal.", "Dak li għedtu intom ħadt nota tiegħu u nispera li nkun nista' nimbuttah għax l-irwol tagħna huwa li nimbottaw kemm jista' jkun biex il-liġijiet tat-tfal jingħataw prijorità.", "Fil-fatt l-ewwel ħaġa li għamilt kienet dik li nimbotta - għax kont ilni nisma' li hemm din il-liġi fuq l-ixkaffa - biex din il-liġi tiġi mgħoddija mill-Parlament u tiġi fis-seħħ.", "Fl-aħħar nett nixtieq ngħidilkom li l-bieb tagħna dejjem miftuħ għal kulħadd.", "Nirringrazzjakom.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Min-naħa tiegħi nixtieq nirringrazzja lil kulmin attenda għal din il-laqgħa.", "Nirringrazzja lilek Sinjura Miceli u nawguralek suċċess fil-karriera tiegħek.", "Naf li għamilt ħafna ġid anke meta kont f'karigi oħra u konvint li se tagħmel ħafna ġid f'din il-kariga ġdida tiegħek.", "Grazzi lil kulħadd.", "Fid-8:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20160308_016d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 16", "It-Tlieta, 8 ta' Marzu 2016", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.54 p.m.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Etienne Grech kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Għal din il-laqgħa kien preżenti wkoll il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "PARENTING IN A CHANGING SOCIETY – DISKUSSJONI MAL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "Il-Kumitat stieden lill-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinj.", "Pauline Miceli biex tagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Min-naħa tagħha, is-Sinj.", "Miceli ressqet lill-Kumitat il-preżentazzjoni tagħha intitolata:", "24 It-Trobbija tat-tfal f'soċjetà qed tinbidel", "Fit-7.42 p.m. il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Godfrey Farrugia talab biex jiġi skużat u l-Kumitat qabel li jinħatar l-Onor.", "Anthony Agius Decelis bħala Aġent President tal-Kumitat fl-assenza tiegħu.", "Fit-7:46 p.m. Il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Godfrey Farrugia ħa postu lura bħala President tal-Kumitat.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Il-Kumitat stieden ukoll bħala osservaturi għal din il-laqgħa lis-Sinj.", "Charlotte Curmi mill-għaqda SOAR, is-Sinj.", "Janet Schembri mill-President's Foundation for the Wellbeing of Society, is-Sur Chris Camilleri rappreżentant tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita u is-Sinj.", "Il-Ministru Michael Farrugia ta spjegazzjoni tad-diversi bidliet li d-Dipartiment għall-Familja u Solidarjeta Soċjali beħsiebu jieħu fil-futur qarib.", "L-Onor.", "Robert Cutajar issuġġerixxa lill-Kumitat sabiex fil-laqgħat sussegwenti jiġu mistiedna l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Foster Care u l-Adoption Opportunities.", "Fid-8.40 p.m. il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Godfrey Farrugia talab biex jerġa' jiġi skużat u l-Kumitat qabel li jinħatar l-Onor.", "Anthony Agius Decelis bħala Aġent President tal-Kumitat fl-assenza tiegħu.", "Fid-8:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20160308_016m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 17", "L-Erbgħa, 9 ta' Marzu, 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 17", "L-Erbgħa, 9 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.18 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 14 u 15 li saru fl-4 ta' Novembru 2015 u fis-16 ta' Diċembru 2015 rispettivament ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT \"L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI\" – KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRPERSON (Onor. Godfrey Farrugia): Illum qegħdin niltaqgħu f'din il-laqgħa sabiex niffinalizzaw is-sensiela ta' laqgħat li kellna dwar l-età tal-kunsens sesswali billi se napprovaw ir-rapport sħiħ.", "Nixtieq infakkar lill-Membri li qabel din il-laqgħa kont iċċirkolajt email permezz tas-Segretarju ta' dan il-Kumitat u f'dik l-email għamilt żewġ punti; l-ewwel nett tlabt biex nagħmlu introduzzjoni għall-konklużjoni tar-rapport fejn qed nirrakkmandaw il-klawsoli kollha li hemm fil-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport.", "Jekk m'inix sejjer żball ir-rapport huwa miktub bil-Malti mentri jien ktibt is-suġġerimenti tiegħi bl-Ingliż imma l-għan ta' dik l-email kien li għalkemm qed jissemmew il-liġijiet li għandhom jinbidlu, dawn se jinbidlu għax huwa fl-interess pubbliku peress li din hija problema tas-soċjetà u għax huwa fl-interess taż-żgħażagħ, li aħna, bħala policy makers nixtiequ nissapportjawhom u nagħtuhom l-empowerment u d-dritt li jkunu informati u d-dritt tal-espressjoni.", "Għalhekk, minħabba ċ-changing trends fis-soċjetà u minħabba li qegħdin nitrattaw il-behavioural sciences, aħna qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm aġġustamenti fil-liġijiet tagħna, kemm fil-Kodiċi Kriminali billi jkun hemm dekriminalizzazzjoni, u kemm fil-Kodiċi Ċivili billi ma jkunx hemm aktar blanket statements imma jkunu iktar definiti.", "U allura, meta ċċirkolajt din l-email, il-ħsieb tiegħi kien li qabel ma jkun hemm dawk ir-rakkmandazzjonijiet kollha, nagħmlu introduzzjoni qasira fuq dan l-aspett li sservi ta' statement konklużiv.", "Naħseb li mhu qed inbiddel xejn mill-kontenut tar-rapport, anzi qiegħed nafferma bi ftit sentenzi l-ħsieb ewlieni tagħna.", "Jekk taqblu magħha ninkluduha fir-rapport, jekk le nħalluha barra.", "ETIENNE GRECH (Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa): Sur President, liema parti se ninkludu fir-rapport?", "Dik il-parti fejn qed tgħid \"no more blanket statements\" jew inkella dik il-parti fejn qed issemmi l-age banding?", "THE CHAIRPERSON: Jiena qed nirriferi għal din il-parti:", "ETIENNE GRECH: Din se tidħol fl-introduzzjoni tar-rapport.", "Issa li nissuġġerixxi hu li fejn qed ngħidu \"it is a society problem\" ngħidu \"it is a society issue\" għax fl-opinjoni tiegħi din aktar hija issue milli problema.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li jkun tajjeb li niddeċiedu fuq il-verżjoni Maltija ħalli ma jkollniex …", "L-ewwel waħda nistgħu ngħidu \"Huwa fl-interess pubbliku peress li din tolqot lis-soċjetà.\".", "Issa fuq it-tieni waħda ma nafx jekk hemmx kelma bil-Malti għal \"empowerment\"?", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali): Forsi \"tagħti poteri\"?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Tagħti poter imma naħseb li f'dan il-każ il-kelma \"empowerment\" għandna nżommuha.", "THE CHAIRPERSON: Mela l-kelma \"empowerment\" tibqa' kif inhi.", "Issa minflok tagħti sapport nistgħu ngħidu \"tagħti wens\"?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Le, aħjar nużaw il-kelma \"sostenn\".", "THE CHAIRPERSON: \"Sostenn liż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni\".", "PAULA MIFSUD BONNICI: Apparti l-edukazzjoni, li fir-rapport per se tissemma, imma naħseb li fid-dover li qabel ma nkunu qegħdin nagħmlu u nintroduċu din il-liġi, irid ikun hemm kampanja soda u qawwija dwar …", "THE CHAIRPERSON: Fil-każ din nagħmluha fil-konklużjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għandna ninkluduha.", "THE CHAIRPERSON: \"Iż-żgħażagħ għandhom id-dritt li jkollhom opinjoni ...\"", "PAULA MIFSUD BONNICI: \"… li jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa.\"", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jew inkella ngħidu li \"Iż-żgħażagħ għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għall-informazzjoni biex jieħdu deċiżjoni ...\"", "ANTHONY AGIUS DECELIS: U s-support neċessarju se nsemmuh?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Iva, fl-ewwel biċċa fejn qed ngħidu \"sostenn\".", "THE CHAIRPERSON: Dr Burmingham tista' tgħidilna kif ktibtha?", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): \"Nagħtu sostenn u empowerment liż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni.\".", "THE CHAIRPERSON: Ma nafx jekk irridux inżidu l-kliem \"saħħa preventiva\" wkoll.", "Fuq l-edukazzjoni qisu qed nikkwalifikawha sakemm għandek l-iskola sekondarja imma mbagħad wara qisu għandek vakuum minn 16 sa 18-il sena.", "U fil-fatt konna ssuġġerejna …", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imbagħad għandna r-rakkmandazzjonijiet li qed jitkellmu fuq dawk il-punti.", "THE CHAIRPERSON: Kollox sew, mela nistgħu nħalluha hekk billi ngħidu \"permezz tal-edukazzjoni\".", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Nistgħu ngħidu \"biex tkun tista' tittieħed l-aħjar deċiżjoni b'mod ħolistiku\" u b'hekk inkunu qegħdin indaħħlu s-settur tas-saħħa wkoll?", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb ħafna.", "ETIENNE GRECH: Fil-fatt, parti mill-argumenti kienu li ż-żgħażaqgħ minn 16-il sena 'l fuq jirċievu kura medika mingħajr …", "THE CHAIRPERSON: Issa nsibu s-soluzzjoni kif qal l-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Anzi it was a big issue tat-tobba u li ż-żgħażagħ ikollhom id-dritt li jmorru għal viżta mingħajr ma jkunu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Biex nipprevjenu l-lifestyle diseases u s-sexual health hija waħda minnhom.", "Aħna qed nirrakkmandaw li l-policy tagħna tkun waħda diretta …", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Minflok \"aħna\" nistgħu ngħidu \"ir-rakkmandazzjonijiet ta' dan il-Kumitat ...\".", "THE CHAIRPERSON: Mela \"Ir-rakkmandazzjonijiet ta' dan il-Kumitat Konġunt huma li d-direzzjoni tagħna hi intiża favur ix-xjenza tal-imġiba (behavioural sciences) ...\".", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Xi kultant insiru tekniċi wisq fil-kliem li nużaw u naħseb li n-nies ma jkunux qed jifhmu dak li nkunu qegħdin ngħidu.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Forsi nistgħu ngħidu \"imġiba informata\".", "ETIENNE GRECH: Le, \"behavioural sciences\" ma tiġix \"imġiba informata\".", "THE CHAIRPERSON: Jiena kieku \"behavioural sciences\" nagħmilha fil-brackets għax inkella ma tinftehimx.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Allura naqilbu x'hemm fil-brackets ma' dak li hemm barra u ngħidu \"Lejn bidliet fis-soċjetà (behavioural sciences).\"", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu, u tkun spjegata b'dak il-mod; \"Lejn bidliet fis-soċjetà (behavioural sciences) li minħabba f'hekk twassal għal tibdil fil-leġiżlazzjoni li tinkludi kemm il-Kodiċi Kriminali kif ukoll il-Kodiċi Ċivili kull fejn hemm bżonn, b'mod partikolari ...\"", "DR ELAINE BURMINGHAM: \"… li tinkludi tibdil neċessarju fil-leġiżlazzjoni.\"", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb ħafna.", "Tista' taqraha kollha jekk jogħġbok?", "DR ELAINE BURMINGHAM: \"Huwa fl-interess pubbliku peress li din tolqot lis-soċjetà tagħna, tagħti sostenn u empowerment liż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni.", "Iż-żgħażagħ għandhom dritt li jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-aħjar deċiżjoni b'mod ħolistiku.", "Ir-rakkmandazzjoni ta' dan il-Kumitat Konġunt hija li d-direzzjoni għandha tkun lejn bidliet fis-soċjetà (behavioural sciences) li għandha mbagħad twassal għat-tibdil neċessarju fil-leġiżlazzjoni.\".", "ETIENNE GRECH: Din in-nota se tiġi fl-aħħar tar-rapport jew fil-bidu?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-bidu se tiġi u se tkun bħala introduzzjoni.", "Issa fuq il-kwestjoni tal-banding kif se nibqgħu?", "THE CHAIRPERSON: Rigward il-banding jien għaddejt ukoll suġġeriment fl-email u għedt li meta niġu għar-rakkmandazzjoni tal-age banding aħna nirrikkmandaw li fuq il-banding innifsu għandu jkun hemm analiżi u konsultazzjoni aktar wiesa' biex b'hekk ikollna deċiżjoni aktar ...", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi r-rakkmandazzjoni li ktibna hawnhekk hija waħda speċifika u fil-fatt qiegħda tgħid li l-age banding and close in age exemption m'għandhomx jidħlu.", "Mela dik hija tassattiva ħafna kif inhi u allura rridu nagħmlu kwalifika tagħha.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu ngħidu li għalkemm il-Kumitat qal hekk, xorta waħda jidhirlu li għandu bżonn … Jew inkella nagħmlu recommittal tagħha u nibdluha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi rakkmandazzjoni Nru 2 għandha titneħħa u nagħmlu rakkmandazzjoni oħra fejn ngħidu li fuq il-banding għandu jkun hemm diskussjoni qawwija u profonda mal-esperti kollha u diskussjoni kif suppost.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Din id-deċiżjoni se tidher fil-Minuti imma fir-rapport se jkollna biss l-aħħar verżjoni.", "Jiġifieri min se jara r-rapport, mhux se jara kif kienet qabel u kif ġiet wara imma se jara biss l-aħħar verżjoni.", "THE CHAIRPERSON: Din se titniżżel fil-Minuti imma fir-rapport se nniżżlu r-rakkmandazzjoni l-ġdida li se nfasslu llum.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Din id-deċiżjoni trid tiġi riflessa fil-Minuti.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Din tiġi fil-Minuti imma fir-rapport se niktbu r-rakkmandazzjoni l-ġdida.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dik ir-rakkmandazzjoni se titħassar u minflokha se tiġi waħda ġdida.", "PAULA MIFSUD BONNICI: U ngħidu li fir-rigward tal-banding għandu jsir studju.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dr Burmingham, naħseb li rridu ngħidulek xi trid tniżżel hux hekk?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Naħseb li hekk ridtu tgħidu: \"L-age banding għandu bżonn analiżi u konsultazzjoni aktar wiesgħa.\".", "Ma nafx jekk tridux iżżidu xi ħaġa oħra magħha?", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nżidu \"… konsultazzjoni u riċerka aktar wiesgħa mal-esperti\".", "DR ELAINE BURMINGHAM: \"Analiżi u konsultazzjoni.\"", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għall-Minuti aħna qed ngħidu li rakkmandazzjoni Nru 2 se titneħħa u mbagħad se ngħidu li \"age banding u close in age exemption għandhom bżonn ta' analiżi u konsultazzjoni iktar wiesgħa ma' esperti qabel ma tiġi fformolata l-liġi.\".", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Nistgħu ngħidu li \"… għandhom bżonn konsultazzjoni aktar wiesgħa\" mingħajr ma ngħidu ma' min.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jiġifieri nneħħu l-kliem \"ma' esperti\"?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li rridu noqogħdu attenti hawnhekk.", "ETIENNE GRECH: Mhux l-esperti biss imma anke maż-żgħażagħ stess.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Il-konsultazzjoni għandha tkun iktar wiesgħa u naħseb li għandna nispeċifikaw li qabel ma tiġi fformolata l-liġi rridu nisimgħu lill-esperti u lill-pubbliku, speċjalment liż-żgħażagħ.", "Ir-rakkmandazzjoni tal-esperti li kellna hawnhekk kienet across board - ħlief għal persuna waħda – li għandna noqogħdu attenti minnha.", "ETIENNE GRECH: Tajjeb li nsemmi hawnhekk li madwar jumejn ilu fuq il-ġurnal The Times kien hemm il-kummenti tal-Kummissarju għat-Tfal il-ġdida, is-Sinjura Pauline Miceli, fejn din semmiet ukoll l-issue li qegħdin niddiskutu llum.", "U filwaqt li l-Kummissarju għat-Tfal preċedenti kienet kontra the lowering of the age of sexual consent, – għalkemm kienet issuġġeriet ukoll id-dekriminalizzazzjoni – is-Sinjura Miceli taqbel magħha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi l-konsultazzjoni pubblika ssir meta jkollok abbozz ta' liġi.", "ETIENNE GRECH: Le, meta jkun hemm il-White Paper.", "PAULA MIFSUD BONNICI: L-ewwel irid ikollok id-draft tal-liġi.", "Il-White Paper issir abbażi tar-riċerka, tal-konsultazzjoni mal-esperti, eċċ. Wara li jkun hemm il-proċess tal-konsultazzjoni pubblika, li fl-opinjoni tiegħi fuq xi ħaġa bħal din għandu jkun hemm konsultazzjoni bl-iktar mod ampju u bl-iktar mod wiesgħa, naħseb li fl-aħħar mill-aħħar huma proprju l-esperti u r-riċerkaturi li jistgħu jagħtuna l-ġist tagħha.", "Issa mbagħad il-pubbliku ħalli jinfluwenzani f'dak li nkun qed jingħad fil-White Paper …", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Imma mhux l-esperti jagħmluha l-White Paper?", "PAULA MIFSUD BONNICI: Għalhekk.", "L-Onor.", "Grech qed jgħid li għandu jkun hemm il-pubbliku.", "Fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li l-kwestjoni tal-banding għandu jkun il-pubbliku - senza offesa - li jista' b'xi mod jew ieħor jinfluwenzani imma l-abbozz tal-liġi għandu jkun ibbażat fuq ir-riċerka u fuq l-expertise.", "Il-konsultazzjoni għandha tkun bl-iktar mod wiesgħa …", "ETIENNE GRECH: Meta tagħmel konsultazzjoni se jkollok ħafna veduti differenti imma fl-aħħar mill-aħħar trid tiddeċiedi permezz tal-esperti fuq liema direzzjoni se tmur.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li trid tgħid l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici hu li dan il-Kumitat kellu l-esperti li qalulu biex jagħmel mod u l-Kumitat għamel mod ieħor.", "U allura rridu noqogħdu attenti li jekk se nagħmlu liġi, ma nkunux għaġġellin fid-deċiżjoni tagħna u nagħmlu dawn it-tip ta' affarijiet meta hemm rakkmandazzjonijiet ċari ħafna, b'esperjenza ta' ħafna pajjiżi oħra, li qalulna biex noqogħdu attenti.", "Fil-fatt ir-rakkmandazzjonijiet kienu mhux li nneħħu l-banding imma li niddeċiedu fuq l-età.", "Dik kienet ir-rakkmandazzjoni u hemm pajjiżi li daħħlu l-banding fuq ħames snin, għaxar snin jew 15-il sena imma mhux li neħħewha.", "Imbagħad ittieħdet deċiżjoni li titneħħa!", "Naħseb li l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici qiegħda tgħid li għandna noqogħdu attenti u let us not get carried away with doing the wrong thing.", "Din hija liġi responsabbli ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Nemmen li għandna nkunu kawti f'din u hemm bżonn li nirriflettu aktar.", "Ejjew ninsew lilna nfusna bħala leġiżlaturi u bħala policy makers għax hemm barra hemm esperti li ġew hawnhekk u jista' jkun li hemm oħrajn li jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom ukoll.", "Mela ejjew nagħmlu riċerka fuq dak li hemm f'pajjiżi oħrajn li għandhom l-età tal-kunsens li tbaxxiet matul iż-żmien u fejn hemm min għandu l-banding u fejn m'hemmx u naraw il-konsegwenzi li nħolqu.", "ETIENNE GRECH: Banding ta' numru ta' snin differenti.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu, banding ta' snin differenti u hemm min il-banding irristrinġih għal ċerta sezzjoni u mhux għal kulħadd.", "Għalhekk hemm varjetà sħiħa.", "Dan il-Kumitat mhux se jieħu deċiżjoni finali dwarha imma qed jistenna li wara li jiġi ppreżentat dan ir-rapport, issir dik ir-riċerka u l-analiżi biex b'hekk naslu għal deċiżjoni li tkun fl-interess tas-soċjetà tagħna.", "Issa l-kif u l-come ta' kif trid issir hemm żewġ metodi.", "Hemm waħda fejn tagħmel konsultazzjoni pubblika permezz ta' White Paper u hemm l-oħra fejn l-istess Ministeru jista' juża' n-nies tekniċi tiegħu - li jistgħu jkunu biased ukoll - u ma jkollux konsultazzjoni wiesgħa kif suppost imma ejja ngħidu li ssir at both ends għax in-nies tekniċi lanqas huma pprojbiti milli jagħtu l-input tagħhom fil-konsultazzjoni pubblika tal-White Paper … F'kull livell jistgħu jagħtu l-input tagħhom u hekk għandu jkun u ma jfissirx li jekk ikun hemm abbozz ta' liġi, dan ma jkunx jista' jinbidel fl-istadju tal-Kumitat Permanenti dwar l-Abbozzi ta' Liġi, fejn in-nies tekniċi jistgħu jerġgħu jipparteċipaw fl-istess Kumitat.", "Hemm diversi livelli fejn in-nies tekniċi jistgħu jipparteċipaw.", "U hawnhekk se nieħu l-ispunt tal-Onor.", "Anthony Agius Decelis meta qal li hemm bżonn li jkun hemm konsultazzjoni u analiżi b'mod l-iktar wiesgħa u profond u nieqfu hemm mingħajr ma nidħlu fejn, kif u come.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Kif qalet l-Onor.", "Buttigieg hawnhekk ġew ħafna esperti u allura l-fatt li r-rakkmandazzjoni tagħna se tkun li hemm bżonn ta' iktar konsultazzjoni qabel ma niddeċiedu, jien naħseb li dik iġġorr ħafna piż għaliex aħna wasalna għal din id-deċiżjoni wara ġimgħat sħaħ ta' diskussjonijiet mal-esperti differenti li ġew hawnhekk.", "Aħna mhux qed ngħidu li m'aħniex kapaċi niddeċiedu jew li rridu naħarbu mir-responsabilità imma dik hija l-aħjar deċiżjoni li ħassejna li għandna nipproponu.", "THE CHAIRPERSON: Mela qegħdin naqblu li dawn indaħħluhom fir-rapport.", "Issa r-rakkmandazzjoni fuq il-banding kif se tiġi tinqara?", "DR ELAINE BURMINGHAM: L-aħħar verżjoni hi li \"L-age banding u l-close in age exemption għandhom bżonn analiżi u konsultazzjoni iktar wiesgħa qabel ma tiġi fformulata l-liġi.\".", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb ħafna.", "Ngħaddu issa għall-vot fuq ir-rapport kollu kif emendat.", "Taqblu mar-rapport kif inhu?", "(Onor. Membri: Iva) Mela r-rapport għadda b'mod unanimu.", "ETIENNE GRECH: Sur President, nixtieq nagħmel kumment.", "Peress li t-titolu tar-rapport huwa \"L-Età għall-Kunsens Sesswali\" u dan ir-rapport se nippreżentawh lill-Ministru, wieħed jistaqsi liema Ministru se nippreżentawh?", "Din hija a multi-ministerial issue u allura lil min se nippreżentawh?", "THE CHAIRPERSON: Dan huwa rapport ta' Kumitat, li meta ttrattajnieh, ittrattajnieh b'mod konġunt, u allura diġà huwa multi-settorjali.", "Għaldaqstant se nqiegħduh fuq il-Mejda tal-Kamra għall-Ministri kollha involuti u għandu an all government approach.", "Naħseb li hekk għandu jkun biżżejjed.", "Issa niġbdu l-attenzjoni b'email lill-Ministri kollha fuq dan ir-rapport u li aħna poġġejnieh fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ETIENNE GRECH: Imbagħad to get the ball rolling … Is-soltu meta jkun hemm xi ħaġa inter-ministerjali, bħalma kienet dik tal-Unjoni Ċivili, li taqa' taħt il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali … X'taħsbu?", "Għandek tant Ministri differenti li jekk ma jkunx hemm wieħed minnhom li he gets the ball rolling dwar l-issue …", "THE CHAIRPERSON: Fl-aħħar mill-aħħar se jkun hemm persuna li se tieħu l-ownership tiegħu imma xorta se jkun multi-settorjali u wisq probabbli dak il-Ministeru se jkun il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali.", "Jien ma naqbilx li għandu jiġi ppreżentat lil xi ħadd partikolari.", "ETIENNE GRECH: Aħna li qed ngħidu hu li dak li qed nagħmlu hawnhekk qed nagħmluh mhux biex narawh jitqiegħed fuq xi xkaffa u daqshekk imma li eventwalment l-affarijiet jinbidlu.", "THE CHAIRPERSON: Aħna se niktbu ittra lill-Ministri kollha biex nuruhom li tqiegħed dan ir-rapport u m'hemmx dubju li se jkun hemm ownership minn xi ħadd minnhom biex b'hekk, bħala Kumitat inter-ministerjali jiġi ppreżentat with all the possible changes li jeżistu.", "Aħna qegħdin nippreżentaw dan ir-rapport mill-aspett ta' behavioural sciences u secondary to that se jkun hemm it-tibdiliet fil-liġijiet u allura qed nara li l-Ministeru li se jieħu l-leading role se jkun aktar wieħed li għandu x'jaqsam mal-behavioural sciences milli wieħed li għandu x'jaqsam mal-liġijiet.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-7:47 p.m id-diskussjoni fuq ir-rapport ġiet konkluża."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20160309_017d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 17", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa u mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali", "L-Erbgħa, 9 ta' Marzu 2016", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7:18 p.m.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja ppreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Deo Debattista kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kien hemm preżenti wkoll: l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nru 14 u 15 li saru fl-4 ta' Novembru 2015 u fis-16 ta' Diċembru 2015 rispettivament ġew konfermati.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT \"L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI\" – KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar l-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ċċirkola mal-Membri tal-Kumitat Konġunt:", "25 E-mail datata 9 ta' Marzu 2016 bl-emendi proposti għall-konklużjoni tar-Rapport \"L-Età tal-Kunsens Sesswali\"", "Il-Kumitat Konġunt qabel li fil-Konlużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tar-rapport għandhom jiddaħħlu l-proposti kif ġew issuġġeriti mill-Onor.", "Il-Kumitat Konġunt qabel ukoll li l-proposta dwar l-age banding li kien hemm fir-rapport, għandha tiġi mibdula kif propost mill-Onor.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-rapport \"L-Età tal-Kunsens Sesswali\" kif emendat.", "Fit-7:47 p.m. id-diskussjoni fuq ir-rapport ġiet konkluża.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20160309_017m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU 21", "Laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali", "L-Erbgħa, 9 ta' Marzu 2016", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta fis-7:18 p.m", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja ppresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Deo Debattista kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Min-naħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kienet preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nru 18 u 19 li saru fl-4 ta' Novembru, 2015 u fis-16 ta' Diċembru, 2015 rispettivament, ġew konfermati.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT \"L-ETÀ TAL-KUNSENS SESSWALI\" – KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar l-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ċċirkola mal-membri tal-Kumitat Konġunt:", "Dok 45 E-mail datata 9 ta' Marzu 2016 bl-emendi proposti għall-konklużjoni tar-Rapport \"L-Età tal-Kunsens Sesswali\"", "Il-Kumitat Konġunt qabel li fil-Konklużjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tar-rapport, għandhom jiddaħħlu l-emendi proposti kif ġew issuġġeriti mill-Onor.", "Il-Kumitat Konġunt qabel ukoll li l-proposta dwar l-age banding li kien hemm fir-rapport, għandha tiġi mibdula kif proposta ukoll mill-Onor.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-rapport intitolat \"L-Età tal-Kunsens Sesswali\" kif emendat.", "Fit-7:47 p.m id-diskussjoni fuq ir-rapport ġiet konkluża.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20160309_021m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 41", "It-Ħamis, 10 ta' Marzu 2016 fis-2:35 pm", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 10 ta' Marzu 2016 fis-2:35 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Onor.", "Paolo Gentiloni Silveri, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Italja.", "1 ta' Marzu 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160310_041a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 41", "Il-Ħamis, 10 ta' Marzu 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 41", "Il-Ħamis, 10 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.355 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 40, li saret nhar it-Tnejn, 29 ta' Frar 2016, kellhom jiġu kkonfermati f'laqgħa oħra.", "LAQGĦA MAL-ONOR.", "PAOLO GENTILONI, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-ITALJA", "PAOLO GENTILONI (Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Italja): Mr Chairman, thank you very much.", "Fit-3.35 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160310_041d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 10 ta' Marzu 2016.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2.55 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAL-ONOR.", "PAOLO GENTILONI, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-ITALJA", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan, l-Onor.", "Paolo Gentiloni, kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur għal Malta Giovanni Umberto de Vito, Michele Baiano, Deputy Chief of Staff, Vincenzo de Luca, DG għall-Promozzjoni tal-Ekonomija u l-Kultura, Carlo lo Cascio, Direttur għall-Ewropa, u Dr Flaminia Lais, konsulent għall-komunikazzjoni.", "Wara introduzzjoni qasira mill-Onor.", "Luciano Busuttil, żviluppat diskussjoni fuq diversi temi, fosthom:-", "ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u l-Italja kemm politiċi, ekonomiċi, kulturali u fuq livelli oħra;", "il-kriżi finanzjarja u ekonomika li l-effetti negattivi tagħha kienu għadhom jinħassu;", "il-migrazzjoni irregolari: ma kienx hemm soluzzjoni waħda għaliha imma kien hemm bżonn jittieħdu sensiela ta' miżuri, fosthom, ftehim xieraq mat-Turkija, ħarsien tal-fruntieri tal-UE, aktar kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini fl-Afrika u mkejjen oħra u aġenda komuni tal-UE fuq il-migrazzjoni;", "il-bżonn li l-migrazzjoni mir-rotta tal-Mediterran Ċentrali tibqa' tingħata l-prijorità li jixirqilha fuq l-aġenda tal-UE;", "id-diżappunt li mill-160,000 persuni li kien miftiehem bejn l-Istati Membri tal-UE li jiġu rilokati, sa dik id-data kienu biss xi 700 li fil-fatt ġew rilokati, uħud minnhom f'Malta, u l-ħtieġa li deċiżjoni tal-Kunsill tiġi implimentata inkella jaf jinħoloq preċedent u deċiżjonijiet oħra tal-Kunsill jisfaw injorati bil-konsegwenzi li dak iġib miegħu;", "il-Libja: il-konflitt intern fil-Libja kellu diversi aspetti u allura ma kienx hemm soluzzjoni waħda imma sensiela ta' azzjonijiet, pereżempju, azzjoni kontra t-terroriżmu min-naħa tal-ISIS u Daesh u l-ħtieġa li l-Libjani nfushom jaslu għall-formazzjoni ta' Gvern ta' unità nazzjonali li jkun verament rappreżentativ; u", "il-bżonn li wieħed jippromwovi aġenda pożittiva fir-relazzjonijiet tal-UE u l-ġirien tagħha, speċjalment fin-naħa t'isfel fejn l-iskambji bejn iż-żewġ naħat kienu f'livell baxx ħafna.", "Fit-3.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160310_041m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 18", "It-Tnejn, 14 ta' Marzu, 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 18", "It-Tnejn, 14 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Nirringrazzjakom talli għoġobkom tattendu għal din il-laqgħa.", "Minħabba raġunijiet personali l-Onor.", "Farrugia, iċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat ma jistax imexxi din il-laqgħa.", "Insejjaħ lill-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Fuq il-Minuti ta' Laqgħa Nru 16 nixtieq nagħmel korrezzjoni żgħira.", "F'dik il-laqgħa jiena kont ressaqt il-punt li ma kinux ġew mistiedna żewġ rappreżentanti mal-lista li kienet ġiet imħejjija u allura forsi jkun tajjeb li titniżżel din ir-rimarka.", "Hawnhekk qed nirriferi għal PAPs għaliex fil-preżentazzjoni li għamlet il-Kummissarju għat-Tfal aċċennat għal diversi drabi l-adozzjoni u l-fostering.", "Għalhekk nixtieq li f'dawn il-Minuti jiġi mniżżel li dawn iż-żewġ għaqdiet ma ġewx mistiedna.", "Issa jiena ġejt informat ukoll li sar kuntatt magħhom wara l-istess laqgħa sabiex jiġi spjegat lilhom li kienu se jiġu mistiedna fil-laqgħat segwenti.", "Xtaqt ngħid ukoll li l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici ma setgħetx tattendi llum għax qiegħda fuq xogħol ieħor parlamentari.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Mela tista' issir dik l-emenda għal dawn il-Minuti u mbagħad neħduhom bħala approvati.", "Grazzi.", "IT-TROBBIJA TAT-TFAL F'SOĊJETÀ LI QED TINBIDEL – DISKUSSJONI MA' DR RUTH FARRUGIA, DIRECTOR GENERAL PRESIDENT'S FOUNDATION - KONTINWAZZJONI", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Nistgħu mela ngħaddu għad-diskussjoni tal-lum, fejn magħna għandna lil Dr Ruth Farrugia, Direttur Ġenerali tal-President's Foundation for the Wellbeing of Society.", "Dr Farrugia, qabel ma nagħtik il-kelma nixtieq infakkarkom li din il-laqgħa qiegħda tiġi trażmessa live fuq iċ-channel tal-Parlament.", "Grazzi.", "DR RUTH FARRUGIA (Direttur Ġenerali tal-President's Foundation for the Wellbeing of Society): Qabel xejn nixtieq niskuża ruħi li l-ġimgħa li għaddiet ma stajtx nattendi imma bħalma tafu kien Jum il-Mara u kellna diġà attivitajiet oħra ppjanati.", "Nirringrazzjakom ħafna ta' din l-opportunità sabiex naqsmu magħkom ftit mix-xogħol li nagħmlu fil-qasam tat-trobbija u t-tfal.", "Fil-fatt aħna qassamna din il-preżentazzjoni b'dan il-mod; għandkom spjegazzjoni żgħira fuq il-Fondazzjoni u kif tidħol f'dan it-tip ta' xogħol, x'jagħmlu l-fora tal-Fondazzjoni u x'jagħmlu l-istituti tar-riċerka.", "Hemm ukoll il-pożizzjoni tal-esperti li jaħdmu fil-core team tal-Fondazzjoni.", "Issa miegħi llum għandi tlieta min-nies li qegħdin fil-core team.", "Fuq il-lemin tiegħi hawn Dr Sharon Attard, Antropologa u għandha esperjenza fil-qasam tat-tfal, fuq in-naħa l-oħra hawn is-Sinjura Jeannette Schembri, li għandha ħafna snin ta' esperjenza fiċ-childcare u fl-assessjar tac-childcare u ħdejha hawn is-Sinjura Elaine Balzan, l-Office Manager tagħna u li għandha ħafna esperjenza fil-qasam tal-management.", "Mhux se jkolli ħin biex nitkellem dwar l-opinjoni tagħna fuq dan il-qasam u vera nixtieq li ssibu l-ħin …", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Jekk ikun hemm bżonn nagħmlu laqgħa oħra u forsi jkollna l-Membri kollha tal-Kumitat.", "DR RUTH FARRUGIA: Nirringrazzjak.", "Personalment, bħala avukata u li għandi ftit tal-esperjenza f'dan il-qasam nixtieq li naqsam il-ħsibijiet tiegħi magħkom imma m'għandix ħin biżżejjed għax irrid inressaq din il-preżentazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Nistgħu nagħmlu hekk; ressqu l-preżentazzjoni llum u mbagħad nagħti l-feedback tiegħi liċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat, l-Onor.", "Godfrey Farrugia, li kif diġà spjegajt ma setax jattendi għal din il-laqgħa, u mbagħad isir follow up meeting fejn tkun tista' issir diskussjoni iktar libera u fejn kulħadd ikun jista' ileħħen il-ħsebijiet tiegħu.", "DR RUTH FARRUGIA: Grazzi.", "Il-Fondazzjoni ġiet fis-seħħ fil-25 ta' Ġunju, 2014 u fl-ewwel sena tagħha ltqajna ma' aktar minn 3,000 persuna!", "Iktar minn 1,000 minnhom kienu tfal u naħseb dak huwa punt importanti ħafna li nsemmuh għax aħna niltaqgħu ma' nies, skont l-ethos tagħna, f'dawn l-ispazji rispettużi u sikuri, fejn in-nies verament jiftħu qalbhom magħna.", "Il-fatt li aħna Fondazzjoni tal-President qisu tagħti liċenzja lin-nies sabiex jiftħu qalbhom magħna u ma jħossux li aħna nxeqilbu lejn naħa jew oħra u allura jgħidulna affarijiet veru interessanti u xi kultant delikati wkoll.", "Issa x'ħareġ minn uħud minn dawn l-inkontri?", "L-ewwel rapport tagħna wasal biex joħroġ u bħalissa qiegħed għall-pubblikazzjoni.", "Naturalment malli joħroġ nippreżentawlkom kopja tiegħu biex tkunu tistgħu taqrawh bil-kwiet.", "Fuq din l-organigramma tistgħu taraw kif naħdmu u għalkemm tidher xi ftit ikkumplikata, nista' ngħidilkom li mhi kkumplikata xejn.", "Naf li hemm minnkom li għandkom aċċess għal ħafna entitajiet li jeżistu.", "Hemm ħames entitajiet ta' riċerka li se nsemmi u dak iż-żmien kien hemm tmien entitajiet.", "Għandna twin fora li jiltaqgħu ma' gruppi ta' persuni differenti u mbagħad għandna l-core team innifsu li jaħdmu fuq proġetti individwali.", "Issa jien kulma se nagħmel hu li se niffoka fuq uħud minnhom.", "Għandna wkoll platforms fejn inġibu flimkien l-NGOs.", "Pereżempju għandna platform ta' NGOs fil-qasam tas-saħħa mentali, li ħafna minnhom huma ġenituri u li esprimew it-tħassib tagħhom dwar min se jieħu ħsieb tat-tfal tagħhom meta huma jikbru jew ma jibqgħux f'din id-dinja.", "Hemm minnhom li għandhom it-tfal tagħhom stess.", "Għalhekk żgur li s-saħħa mentali hija issue li għandha tiġi meqjusa meta wieħed jitkellem fuq it-trobbija tat-tfal.", "Fuq l-immigranti għandna wkoll platform ta' NGOs immexxija minn immigranti stess.", "Mela dawn mhumiex NGOs Maltin li qed jirrappreżentaw lil min qed jitlob l-ażil jew xi tip ta' status ieħor imma huma gruppi li qed jirrappreżentaw lilhom infushom u ġejjin minn ħafna setturi differenti.", "Hemm NGO partikolari li hija tan-nisa li dawn jaqsmu magħna l-ħsebijiet tagħhom dwar it-trobbija ta' uliedhom.", "Platform li qed issir hija fuq l-awtiżmu imma dik għadha qed titħejja u hija għall-persuni li għandhom nuqqas ta' viżta u għal nisa żgħażagħ fil-politika.", "Nagħmlu wkoll diversi round tables, fejn inlaqqgħu madwar il-mejda tal-ikel tal-Eċċellenza Tagħha l-President diversi persuni minn ambjenti differenti.", "L-aktar li kellna nies hemmhekk kien meta ltqajna fuq l-immigrazzjoni.", "Fil-fatt dakinhar kellna madwar 42 ruħ għax irnexxielna nlaqqgħu l-NGOs, l-entitajiet governattivi u l-entitajiet il-kbar bħall-IOM u l-UNHCR.", "Fil-kuntest ta' dan is-suġġett irrid insemmi round table li kellna ftit taż-żmien ilu għal koppji minn kulturi differenti.", "Hemmhekk laqqajna Maltin miżżewġin ma' persuni barranin.", "L-iskop kien dak li nħarsu lejn l-issues li jinqalgħu bejn Maltin miżżewġin ma' persuni ta' reliġjon Musulmana jew ta' karnaġġjon aktar skura.", "U nista' ngħid li ħarġu ħafna affarijiet interessanti.", "Jiena elenkajt ftit minnhom, fosthom l-isfidi minħabba d-differenzi fil-familja, l-iskola u fil-komunità.", "Tkellmu ħafna dwar it-tħassib tagħhom minħabba wliedhom u minħabba l-impatt ta' reliġjonijiet differenti fi ħdan il-familja nnifisha.", "X'jiġri meta r-relazzjoni tmur għall-agħar?", "Pereżempju esprimew it-tħassib tagħhom fuq x'jiġri jekk xi darba jiġġieldu jew inkella jinqala' xi ħaġa u l-parti li mhijiex Maltija tispiċċa mkeċċiha minn Malta jew saħansitra tiddeċiedi hi stess li titlaq minn Malta.", "U mbagħad jekk ikun hemm it-tfal tinħoloq il-problema ta' kif se jkomplu jrabbu t-tfal flimkien.", "Għandek kwestjonjiet ta' vjolenza domestika u ideat kulturali.", "Għandek iċ-child abduction, meta t-tifel jittieħed kontra r-rieda tal-ġenitur l-ieħor u x'jiġri meta l-ġenituri jkunu mbegħdin minn xulxin.", "X'tip ta' kuntatt ikun hemm bejniethom?", "Pereżempju ġieli jintuża l-iSkype u ġieli jintuża t-telefon, però jekk ikunu l-bogħod ħafna din ma tantx hi soluzzjoni tajba.", "U dejjem hemm din is-sensazzjoni li m'hemmx biżżejjed kuntatt daqskemm wieħed jistenna li jkun hemm.", "Huwa minnu li x-xogħol li qed nagħmlu aħna jħares lejn l-issue tat-trobbija mil-lenti tal-ġenituri però kollha kemm aħna tinteressana l-aktar l-issue tat-trobbija mil-lenti tat-tfal.", "Avolja l-ġenituri għandhom id-dritt li jqattgħu xi ħin mat-tfal tagħhom u li jkunu mat-tfal tagħhom, daqstant ieħor it-tfal għandhom id-dritt li jqattgħu l-ħin mal-ġenituri tagħhom u li jżommu kuntatt magħhom, sakemm ma jkunx hemm xi raġunijiet gravi li ma jħallux li jkun hemm kuntatt.", "(Interruzzjonijiet)", "Interessanti li qed tqajjem dan il-punt għax il-persuna li inti jista' ikollok relazzjoni magħha mhijiex bilfors il-ġenitur bijoloġiku tiegħek.", "Fil-fatt se nsemmi issue li qiegħda fl-abboz ta' liġi li qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u ċjoè l-issue tax-shared parenting.", "Din l-idea ma tapplikax f'civil law countries imma f'common law countries u fl-Ingilterra u l-Awstralja hija idea komuni ħafna.", "Fil-fatt kollha kemm aħna għandna kontribut x'nagħtu fit-trobbija tat-tfal.", "M'hemmx għalfejn tiġi minnu t-tifel imma jekk inti għalliem u tqatta' sitt sigħat kuljum miegħu, mela inti qed tikkontribwixxi fit-trobbija tiegħu.", "Nagħmlu wkoll kampanji nazzjonali u hawnhekk se nsemmi biss tlieta minnhom.", "Għandek il-HeforShe Campaign li hija kampanja tal-Ġnus Magħquda dwar l-ugwaljanza.", "Ċertament li l-issues tal-ugwaljanza fit-trobbija huma importanti ħafna, sija l-missier u l-omm, it-tnejn għandhom ħafna x'jagħtu fit-trobbija ta' uliedhom.", "Għandek in-No Hate Campaign fejn qed nagħmlu riċerka bejn il-ħames entitajiet tal-Fondazzjoni dwar relazzjonijiet mingħajr diskriminazzjoni.", "Hawnhekk ukoll it-trobbija tat-tfal hija parti integrali imma hija biss parti mill-idea kollha.", "It-tielet waħda li xtaqt insemmi hija l-President's Secret Garden.", "Din l-inizjattiva bdiet is-sena l-oħra u fit-2 ta' April se nniedu t-tieni sensiela.", "Jien minn hawnhekk nixtieq nisteddinkom tiġu għal din l-attività.", "L-Onor.", "Cutajar ġie s-sena li għaddiet u veru ħadna gost bil-preżenza tiegħu.", "Dawn huma attivitajiet mit-tfal għat-tfal u jsiru fil-ġnien tal-President.", "L-iskop tagħhom hu li nrawmu l-prinċipju tad-dritt Nru 12 tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal li huwa dwar il-parteċipazzjoni attiva.", "Il-ġenituri jieħdu sehem fil-bidu biex ikunu jafu t-tfal għalxiex deħlin imma prinċiparjament din l-attività hija għat-tfal.", "U ssir minn April sal-aħħar ta' Ġunju.", "Nagħtu kas ukoll tal-ġranet ta' osservanza u hawnhekk semmejt ftit minnhom.", "Għandek l-Interface Harmoning Week li ssir mill-Ġnus Magħquda, il-memorja tal-Holocaust u Jum il-Mara.", "Dalwaqt se jkollna pubblikazzjoni oħra biex naqsmu magħkom ir-rakkmandazzjonijiet kollha li ħarġu f'Jum il-Mara.", "U għandek is-Ceilac Day.", "Dawn qiegħda nsemmihom għaliex f'kull waħda minnhom il-ġenituri jgħidu kemm huma inkwetati dwar x'jiġri mit-tfal tagħhom jew inkella kif il-kondizzjoni tagħhom se tolqot il-mod ta' kif se jrabbu lit-tfal tagħhom.", "Għalhekk kull fejn tmiss il-ġenituri se jidħlu u t-trobbija tat-tfal b'xi mod jew ieħor tidħol ukoll.", "Għandek Jum l-Anzjani, Jum it-Tfal, Jum il-Familja, eċċ. Kemm trid hemm minn dawn il-ġranet.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid dwar il-Fondazzjoni hi li aħna għandna rabtiet internazzjonali ma' diversi entitajiet.", "Hemm minnhom li huma ffokati biss fuq it-tfal, imma hemm minnhom li huma ferm usa, kif tistgħu taraw minn din il-lista.", "M'inix se noqgħod nidħol f'kull waħda minnhom, imma ngħid biss li qegħdin nagħmlu xogħol ferm interessanti ma' ħafna minnhom.", "Pereżempju l-Kunsill tal-Ewropa waslu biex iniedu strateġija ġdida dwar it-tfal – din se toħroġ fil-bidu ta' April – għall-ħames snin li ġejjin.", "Il-UNESCO u l-ISISCO – din hija l-counterpart tal-UNESCO li titratta mal-pajjiżi Musulmani – għandhom 52 pajjiż membru.", "U aħna għandna memorandum of understanding mal-ISISCO u naħdmu tajjeb magħhom kollha.", "Fuq il-fora tal-Fondazzjoni tal-President se nagħmel referenza għal tmien fora, li minnhom bħalissa hemm seba' li qed jaħdmu u wieħed li qiegħed on hold.", "Għandek il-fora fuq id-diżabilità, il-komunità, it-transkulturaliżmu, l-interfaith, il-familja, it-tfal u l-kultura u l-anzjani.", "X'ħareġ mill-fora tad-diżabilità dwar it-trobbija tat-tfal?", "Għandek il-ħtieġa ta' appoġġ għal familji li għandhom persuna b'diżabilità fi ħdanhom.", "Issemma wkoll l-impatt tad-diżabilità fuq il-ġenituri li għandhom tfal, kemm minuri u kemm adulti, b'diżabilità.", "Aħna nlaqqgħu lin-nies u jgħidulna x'iġibilhom il-ġid.", "Fil-fatt nistaqsuhom dejjem fuq il-pożittiv u ngħidulhom sabiex jgħidulna dwar dak li qed jaħdem.", "Però filwaqt li jkellmuna fuq dak li qed jaħdem, ħafna drabi jaqsmu magħna dak li ma jkunx qed jaħdem.", "Pereżempju, jekk inti għandek tfal b'diżabilità, l-impatt fuq il-ġenituri u fuq il-koppja huwa kbir ħafna.", "Imbagħad għandek l-impatt tad-diżabilità fuq tfal li għandhom ħuthom b'diżabilità.", "Kellna forum riċenti fejn dawn it-tfal qasmu magħna sentimenti ta' iżolament u esklużjoni.", "Il-focus meta jkun hemm tfal b'diżabilità ġeneralment ikun fuq dawk it-tfal b'diżabilità u allura t-tfal li m'għandhomx diżabilità jsibuha diffiċli ħafna sabiex jikkompetu għall-attenzjoni.", "Dak il-forum kien interessanti ħafna.", "Għandek l-impatt ukoll tad-diżabilità fuq il-ġenituri b'diżabilità li qed irabbu l-ulied.", "Bħalissa jinsab għaddej forum ta' ommijiet li għandhom diżabilità sabiex niskopru eżattament x'jaħdem u ma jaħdimx għal dawn il-persuni, li minkejja d-diżabilità tagħhom, huma wkoll qed irabbu l-ulied.", "Il-forum tal-komunità.", "Ir-rakkmandazzjonijiet li ħarġu minnu kienu dwar il-ħtieġa ta' solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.", "Din hija xi ħaġa li aħna qed nippruvaw nagħmlu u llum tgħallimt ukoll li l-intergenerational jinkludi wkoll it-transgenerational għax għandek persuni anzjani li huma inqas anzjani minn anzjani oħra.", "U naħseb li rridu niffukaw ftit fuqhom ukoll.", "Għandek il-ħtieġa li l-kbar u ż-żgħar jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u dwar dan kien hemm rakkmandazzjonijiet speċifiċi.", "It-tfal huma identifikati bħala sors pożittiv ta' ġid kif ukoll ta' nuqqas tiegħu.", "Huma identifikati wkoll bħala sors ta' ferħ kif ukoll ta' stress.", "Eżempji konkreti huma meta inti qed tieħu lit-tfal tiegħek xi mkien bil-karozza, fejn l-istress li jaqbdek fit-traffiku huwa tremend imma mbagħad, meta twassalhom u tarahom qed jieħdu gost b'dik l-attività, inti se tieħu gost ukoll.", "U l-ħin kollu għaddejjin hekk.", "Din se terġa' tiġi replikata f'riċerka li saret miċ-Ċentru għar-Riċerka dwar il-Familja.", "Għandek il-bżonn ta' spazji u ħin għat-tfal fejn jilagħbu.", "Fil-fatt il-President's Secret Garden huwa r-risposta għall-concern tal-ispazju.", "Imma għandek ukoll il-concern tal-ħin.", "Issemmiet ħafna l-bżonn tat-tfal li jilagħbu ma' tfal oħra.", "Ħafna tfal iħossuhom verament li m'għandhomx l-opportunità li jilagħbu ma' tfal tamparhom.", "Għandek it-trobbija tat-tfal man-nanniet.", "Din issemmiet ta' sikwit u għandha impatt fuq il-komunità.", "In-nies isemmu n-neputijiet bħala s-sors ewlieni tal-ferħ tagħhom imma li jikkawżawlhom ukoll l-istress.", "Ħafna drabi jilmentaw li mhux qed jifilħu għalihom u l-fatt li m'għandekx kuntatt mal-ġenituri daqskemm għandek man-nanniet qed joħloq effett differenti fuq il-komunità u fuq kif inħarsu lejha.", "Ma rridx noffri anetodi imma anke jekk tħares matul il-ġurnata min ikun għaddej bil-buggies mat-tfal, issib li ħafna minnhom huma nies ta' ċerta età.", "U fil-fatt, fl-aħħar laqgħat li kellna mal-anzjani, ipprovdejna wkoll iċ-childcare.", "Mill-forum fuq it-transkulturaliżmu ħareġ li l-ġenituri barranin jew inkella ta' ġenituri Maltin li jkunu f'relazzjoni ma' persuni barranin qed jaffaċjaw sfidi partikolari.", "Hemmhekk għandek relazzjoni b'aktar sfidi, speċjalment meta t-tfal isiru adoloxxenti.", "Għandek fatturi ġejjin barra mid-dar u għandek rabtiet ma' kulturi oħra.", "Pereżempju persuni li għandhom ċerta kultura jistennew li t-tfal tagħhom jitrabbew fl-istess kultura tagħhom u l-komunità Maltija tista' ma tkunx l-istess komunità li jkunu trabbew fiha huma.", "Għalhekk isibuha diffiċli ħafna biex iżommu kontroll fil-familja tagħhom u biex iżommu r-relevanza li kellhom fil-pajjiż li ġew minnu.", "Hemm vulnerabilità speċjali li xxejjen l-impatt tal-ġenituri u t-trobbija li qed jagħtu minħabba l-lingwa.", "Fil-fatt it-tfal jitgħallmu l-Malti mentri l-ġenituri tagħhom ma jkunux tgħallmuh.", "Għandek metodi differenti ta' trobbija marbutin ma' kulturi differenti, ma' sens ta' identità konfliġġenti għax ma tkunx taf jekk għadekx tappartjeni għall-kultura tal-ġenituri tiegħek jew le.", "It-tfal għandhom l-isfidi għax iħossu li mhumiex parti mill-komunità peress li mhumiex Maltin u lanqas iħossuhom eżattament parti mill-kultura tal-ġenituri tagħhom.", "Ġenituri mingħajr status huma inkwetati li t-tfal ma jistgħux ikomplu l-edukazzjoni tagħhom mingħajr ħlas u ħafna drabi dawn ma jkollhomx il-flus biex iħallsulhom għall-edukazzjoni.", "Fil-forum dwar l-interfaith kellna l-komunità Musulmana li esprimiet diversi xewqat dwar it-trobbija tal-ulied, speċjalment dwar il-kwestjoni li meta t-tfal imorru l-primarja u jmorru skola Musulmana, dawn ikunu protetti ħafna fi ħdan il-kultura partikolari tagħhom imma malli jmorru s-sekondarja, dik il-protezzjoni tispiċċa.", "Komunitajiet reliġjużi oħra qasmu x-xewqa tagħhom għal ambjent nadif u sabiħ biex uliedhom ikunu jistgħu jagħtu qima lill-ħallieq.", "Din kienet interessanti ħafna għax ma kontx ħsibt li hemm reliġjonijiet li jiċċelebraw il-ħallieq fil-miftuħ u li allura, jekk m'għandekx ambjent fejn tagħmel dan, inti ma tistax tikkomunika din il-kultura mat-tfal tiegħek.", "Issemmiet ukoll il-ħtieġa ta' aktar informazzjoni u għarfien dwar reliġjonijiet oħra u r-rispett reċiproku u li nifhmu u nagħdru lil xulxin.", "Fil-forum dwar il-familja semmew il-bżonn ta' korsijiet ta' preparazzjoni għal min se jiżżewweġ biċ-ċivil, ta' servizzi nazzjonali, inklużi ta' NGOs għall-familji bi bżonnijiet partikolari, kif ukoll appoġġ psiko-soċjali, għajnuna għall-għarfien ta' ħiliet għall-ġenituri biex ikunu jistgħu jrabbu lil uliedhom u mezzi li jgħinu lil single parents li jaħdmu barra mid-dar.", "Issemmiet ukoll il-ħtieġa ta' NGO apposta li tappoġġja lil ġenituri waħedhom, li titneħħa l-istigma fuq tfal b'ġenitur wieħed u li tingħata attenzjoni partikolari meta l-ġenitur waħdu jkun il-missier.", "Fil-fatt kellna attività għas-single parents u kien hemm madwar tliet missirijiet preżenti.", "Dawn ħassewhom skomdi fil-konfront tan-nisa kollha li kien hemm sabiex jitkellmu fuq l-isfidi partikolari li kellhom huma u għalhekk spiċċajna nagħmlu forum ieħor għalihom.", "Fil-fatt għal din il-laqgħa ġew aktar missirijiet.", "Kien hemm għarfien dwar numru ta' missirijiet li għandhom problema biex iqattgħu ħin ma' uliedhom meta ma jgħixux mal-omm.", "Jiġifieri din hi l-issue ta' kura u kustodja u l-aċċess għat-tfal li semmejt aktar qabel.", "Appoġġ lil ġenituri li għandhom tfal LGBTIQ u l-importanza li dawn iħossuhom aċċettati.", "Din tgħodd mhux biss għat-tfal imma anke għall-ġenituri.", "Fil-fatt kellna forum għall-persuni transesswali li kienet interessanti ħafna.", "Għal dan il-forum kien hemm nies differenti; kien hemm min diġà għadda mit-transizzjoni, kien hemm min qiegħed fl-istadju tat-transizzjoni, kien hemm omm u kien hemm nannu wkoll.", "Dawn il-persuni kollha milqutin minn din il-bidla.", "Meta qed nitkellmu fuq issues partikolari tat-tfal, dawn se jaffettwaw lill-familja kollha.", "Mill-forum tal-familja ħareġ il-punt interessanti dwar li għandna nieqfu milli nużaw it-terminu \"familja ideali\".", "X'inhi din il-familja ideali?", "Mill-forum tat-tfal ħarġet l-importanza tal-appoġġ mill-familja u l-ħbieb, il-ħtieġa li jkun hemm aktar għarfien dwar it-trobbija tat-tfal, il-bullying u l-inkwiet li dan joħloq fuq it-tfal u l-ġenituri.", "Kif forsi tafu għamilna konferenza nazzjonali dwar il-bullying mil-lenti tat-tfal, li saret f'Novembru li għadda.", "Minn din il-konferenza ħarġu ħafna affarijiet interessanti.", "U x-xahar li għadda għamilna follow-up fuq is-cyber bullying għax it-tfal ftit imfarfrin qalulna li din hija xi ħaġa li veru tinkwetahom.", "Fil-fatt meta offrejnilehom rimedju jew suġġerimenti qalulna li aħna mhux qed nifhmu dak li kienu qed jgħidulna u li xtaqu jitkellmu ma' min verament jista' jgħinhom.", "Għalhekk laqqajnihom mal-Pulizija.", "Għamilna stedina lill-Pulizija li ġenilment aċċettaw u għamilna speċi ta' round table magħhom, fejn it-tfal għamlulhom diversi mistoqsijiet fuq is-suġġett.", "Verament kienet xi ħaġa interessanti ħafna.", "Ix-xewqa ta' iżjed ħin flimkien mal-ġenituri.", "Din hija xi ħaġa li ħarġet repetutament għax it-tfal verament iħossu li m'għandhomx biżżejjed ħin mal-ġenituri tagħhom.", "Ma nafx eżattament x'jikkwalifika bħala ħin biżżejjed imma dik kienet ix-xewqa tat-tfal.", "Imbagħad kellek ukoll ix-xewqa għal ambjent sabiħ fejn it-tfal jistgħu jilagħbu.", "Rigward l-istituti ta' riċerka hemm ħamsa; l-Istitut Nazzjonali għat-Tfulija, iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Etnobotanika, l-Osservatorju Nazzjonali għall-Għixien Xieraq, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Ħelsien mill-Vizzji u l-Istitut Nazzjonali għar-Riċerka fuq il-Familja.", "Ħallejt din għall-aħħar għax kif forsi tafu għadhom kif għamlu biċċa riċerka preċiżament fuq ir-relazzjoni bejn il-koppji u allura ridt nagħlaq biha.", "L-Osservatorju Nazzjonali għall-Għixien Xieraq għamel studju dwar dawk li jħallu l-iskola f'età bikrija u x'impatt iħallu fuq il-well being.", "Bħala studju huwa affaxxinanti u jekk m'għandkomx kopja tiegħu tistgħu tniżżluh minn fuq il-website tagħna x'ħin tridu.", "Issa qed inħarsu wkoll lejn aċċess għall-ikel ta' kwalità tajba, bnin, nadif u ġust.", "L-idea hi li kulħadd għandu jkollu l-istess aċċess u aħna qed naraw jekk huwiex minnu li fil-fatt kulħadd ikollu l-istess aċċess.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Skont il-preferenza tal-individwu l-aċċess tiegħu ...", "DR RUTH FARRUGIA: Għandek raġun li l-finanzi huma importanti però mhux biss il-finanzi imma ...", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Jiġifieri intom qed tistudjaw x'jikkawża l-faqar?", "DR RUTH FARRUGIA: Aħna qed nitkellmu biss fuq l-ikel.", "Pereżempju kellna round table li għaliha ġew il-bdiewa u diversi persuni oħra, u f'ħin minnhom xi ħadd qal li llum għandek il-farmers' market minn fejn wieħed jista' imur jixtri l-ħaxix.", "U fil-pront qabeż xi ħadd ieħor li qal li hu għandu erbat itfal u biex jaqbad tal-linja u jmur jixtri l-ħaxix bl-irħis minn hemmhekk mhuwiex daqshekk faċli għalih.", "Apparti l-fatt li biex tipprovdi ikel ta' kwalità tajba, bnin, nadif u ġust mhijiex neċessarjament xi ħaġa li kulħadd jaf jagħmilha.", "Jista' jkun li għandek bżonn l-għajnuna biex tagħraf issajjar b'mod iktar ekonomiku.", "Mhux biżżejjed li mmaqdru lil min ma jistax jagħmilha u ngħidulu li hu dejjem ikun għand tal-pastizzi għax ikun hemm raġunijiet għalfejn din issir u aħna rridu nkunu nafu għalfejn.", "Ovvjament l-impatt tal-aċċess għal dan l-ikel fuq it-tfal huwa enormi.", "Fil-fatt hemm studju interessanti li sar mill-Università ta' Malta dwar l-impatt tal-ikel li jaffettwa l-brain cells tagħna u fuq kemm aħna intelliġenti.", "Hemm ukoll studju interessanti li jħares lejn iċ-ċomb fl-ilma – dan huwa studju barrani u qiegħed fuq barra - u jagħmel konnessjoni bejn iċ-ċomb fl-ilma u l-vjolenza.", "Dan studju kbir ħafna u sar fuq persuni li qegħdin il-ħabs għal delitti vjolenti.", "Fil-fatt instab li dawn in-nies għandhom livelli għoljin ta' ċomb.", "(Interruzzjonijiet) Issa ħaddieħor jista' jxejjinhom b'xi mod dawn l-istudji imma huwa interessanti li tkun taf jekk huwiex minnu jew le.", "L-Osservatorju Nazzjonali għall-Għixien Xieraq jagħmel ukoll xogħol dwar l-immigrazzjoni u dawn ir-rakkmandazzjonijiet li qed taraw ħarġu proprju minn hemmhekk.", "Pereżempju għandek l-isfida li jiffaċċjaw ir-refuġjati, dawk li qed ifittxu l-ażil, dawk li għandhom xi forma ta' protezzjoni, il-migranti regolari, eċċ. fit-trobbija tal-ulied.", "L-iktar bidla għalihom hija fid-dinamika familjali, bidla fl-irwoli tal-ġenituri, impatt ta' kultura differenti, dissonanza mat-trobbija tal-ġenituri nfushom u mpatt fuq ir-relazzjoni tal-koppja li għandha effett fuq it-trobbija.", "Dan kollu ingħad ukoll band'oħra, jiġifieri interessanti li tara kif f'fora differenti qed jgħidu l-istess affarijiet.", "Għandek ukoll il-bżonn ta' servizzi u appoġġ speċjalizzat għax s'issa dan ma jeżistix.", "Din l-idea ta' appoġġ transkulturali donnu għadha ma qabditx biżżejjed.", "Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Ħelsien mill-Vizzji s'issa ħares lejn l-użu problematiku tal-internet.", "Dan kien ma' persuni ta' 18-il sena 'l fuq però xorta waħda, l-idea ta' kif din tista' tintuża għall-popolazzjoni ta' etajiet differenti hija xi ħaġa interessanti.", "U bħalissa qed jaħdmu wkoll fuq is-sewqan taħt l-influwenza tad-droga.", "Iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Etnobotanika waslet biex tippubblika ktieb dwar il-Kjostru u l-Ġid (Cloistered Spaces: A Journey through Sacred Gardens in the Maltese Islands).", "Ovvjament dan ma jitkellimx fuq il-parenthood u t-trobbija.", "Dawn ħarsu lejn 19-il kjostru li hawn f'Malta u Għawdex, u f'dan il-ktieb hemm ħafna ritratti sbieħ u tistgħu taraw is-sensazzjoni ta' ġid li inti tħoss meta tkun f'dan l-ispazju kwiet li qed nitilfu bil-mod il-mod.", "Taw ħarsa wkoll lejn l-impatt tal-użu tal-olejandru, li huwa velenuż u li kien jintuża mir-Rumani sabiex joqtlu lil min ma kellhomx grazzja miegħu!", "Però hawn xi immigranti li jużaw iz-zkuk tal-olejandru biex inaddfu snienhom bla ma jafu bid-deni li qed jagħmlu!", "Imbagħad imorru għand it-tobba Maltin li ma jkollhomx idea tas-sintomi li jkunu qed iħossu.", "Għandhom ukoll il-proġett dwar it-tqassim taż-żerriegħa.", "Din tinstema' bħala xi ħaġa vera żgħira imma fil-fatt hija dwar il-qsim ta' esperjenzi, ideat bejn kulturi u bejn il-ġenerazzjonijiet kif ukoll dwar iż-żamma tal-heritage tagħna.", "L-Istitut Nazzjonali għat-Tfulija qed ilesti riċerka dwar ir-relazzjonijiet bejn it-tfal u l-għalliema.", "Imbagħad iħares lejn l-ispazji u r-relazzjonijiet tat-tfal mal-persuni li jiltaqgħu magħhom.", "Fl-aħħar hemm l-Isitut Nazzjonali għar-Riċerka fuq il-Familja.", "Dawn għamlu riċerka dwar il-koppji, is-sostenn tar-relazzjonijiet bejn koppji u nies single f'soċjetà li qed tinbidel.", "Fil-letteratura jgħidu li t-trobbija flimkien, il-co-parenting u l-involviment tal-ġenituri huwa marbut ma' kwalità ogħla fir-relazzjoni ta' bejniethom.", "Fl-istudju nazzjonali rriżulta li ma kienx hemm differenza sinifikanti bejn dawk li kellhom it-tfal u dawk li ma kellhomx.", "Dan kien interessanti bħala punt għax ma ħsibniex li se jsibu hekk.", "Kien hemm nuqqas ta' sodisfazzjon fil-ħajja ta' dawk li jrabbu t-tfal waħedhom.", "Huwa aktar diffiċli li trabbi t-tfal waħdek però is-sodisfazzjon fir-relazzjoni u fil-ħajja tonqos mat-trobbija tal-adoloxxenti.", "Għal min għandu l-adoloxxenti ma naħsibx li din hija xi sorpriża …", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Imma x'inhi r-raġuni?", "Studjajtu x'inhi r-raġuni?", "DR RUTH FARRUGIA: Huma li għamlu hu li identifikawha.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Aħna nkunu rridu nissoċjalizzaw lit-tfal kif irridu aħna u t-teorija tiegħi hi li jekk inti terġa' tagħmel resocialisation tal-ġenituri biex dawn jadottaw għal dak li jridu t-tfal, se jkollok inqas stress milli kieku jkollok jekk il-ġenituri jgħidu lit-tfal x'għandhom jagħmlu u jipprovaw jikkondizzjonawhom b'mod li jridu jobdu.", "Li jiġri mbagħad hu li jekk ma jobdux iħossuhom stressjati, eċċ. Jien ġenitur ukoll imma qatt ma kelli problemi għax ma kontx ġenitur li t-tfal iridu jħarsu lejja u jobdu dak kollu li ngħidilhom.", "Aħna rridu naqsmu l-poter bejnietna għax f'relazzjoni ma jistax ikollok naħa li trid tgħid lin-naħa l-oħra x'għandha tagħmel, u jekk in-naħa l-oħra ma tagħmilx dak li qed tgħid din in-naħa, din se tispiċċa tħoss l-istress fuqha.", "DR RUTH FARRUGIA: Forsi dan l-eżempju ta' good practise u ta' ġid nistgħu nużawh u naqsmuh ma' persuni oħra.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Jien li kelli tajjeb hu li għamilt degree fil-youth work u allura stajt nifhem x'għandhom f'moħħhom iż-żgħażagħ u kont naf li dawn ikunu għaddejjin minn stress kbir.", "Għalhekk inti ma tistax toqgħod fuqhom qisek pulizija u tgħidilhom li jridu jagħmlu hekk bilfors għax inkella …", "DR RUTH FARRUGIA: Naħseb li hemm ħafna fatturi; ma' min jagħmluha t-tfal, x'ikun għaddej l-iskola, x'ikun għaddej f'ħajjithom, il-karattru tagħhom, il-karattru tal-ġenituri tagħhom, eċċ.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Imma l-approach huwa importanti wkoll, jiġifieri kif inti tħares lejn is-sitwazzjoni u tindirizzaha.", "DR RUTH FARRUGIA: Dażgur.", "Però ħafna nies m'għandhomx l-iskills li kellek inti u allura jekk nafu li dak huwa żmien fejn il-koppji jista' ikollhom problema bejniethom minħabba issues fuq kif se jrabbu l-adoloxxenti … Jista' jkun li l-missier irid mod u l-omm trid mod ieħor u allura se jinħoloq ħafna diżgwid bejn il-koppja.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Dik lanqas hija ġusta għax l-affarijiet għandhom jiġu diskussi bejn kulħadd.", "DR RUTH FARRUGIA: Fair mhux dejjem ikun però hekk jiġri.", "Dan is-sample kien ta' 2,469 ...", "DR SHARON ATTARD (Antropologa): Hemm statistiċi dwar dan u l-istudju kien sar proprju mill-NSO.", "Fil-fatt ħadmu l-formulas biex ikunu validi għal-livell nazzjonali.", "DR RUTH FARRUGIA: Jekk tridu taqrawh dan l-istudju tistgħu tarawh ukoll.", "Naf ukoll li fil-Parlament tqassam l-istudju li kien sar fuq it-tfal.", "Li sabu f'dan l-istudju hu li l-ġenituri waħedhom jammontaw għal 16.5% tal-familji kollha u din hija tikka ogħla minn tal-EU 28.", "Ġenituri waħedhom bi tfal dipendenti għandek 4.1% u din hija ftit inqas minn tal-EU 28.", "Għandek ukoll 41.9% tal-ġenituri waħedhom li jirrapportaw dħul ta' inqas minn 60% tal-median nazzjonali.", "Ġenituri waħedhom li jgħixu mal-ġenituri tagħhom mhux inklużi fl-istudju l-NSO kkalkolaw li dawn kieku jtellgħu l-4.1% għal 12%!", "U f'dan l-istudju ħareġ ukoll li 48.1% tal-ġenituri waħedhom kienu qegħdin f'relazzjoni.", "L-Istitut Nazzjonali għar-Riċerka fuq il-Familja għamel diversi rakkmandazzjonijiet għall-policy, fosthom li tiġi prijoritizzata l-edukazzjoni dwar ir-relazzjonijiet, li jkun hemm żvilupp ta' iktar policies li jinkludu l-ġid tal-familji fid-dinja tax-xogħol, li jkun hemm l-implimentazzjoni tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal tnaqqis fil-faqar u għall-inklużjoni soċjali, li jkun hemm programmi ta' edukazzjoni li jiffokaw fuq ir-relazzjonijiet bejn il-koppja fit-trobbija tat-tfal u li jkun hemm training għall-membri tal-kleru fuq kif jingħata s-sapport lill-koppji.", "Fil-fatt ħareġ biċ-ċar ħafna li meta koppja jkollha problema, din tmur għand xi membru tal-kleru u mhux għand xi counsellor.", "Se ngħaddi għat-tabella li jmiss intitolata \"Li Fadal\".", "Hawnhekk għandek; ħarsa lejn it-trobbija mil-lenti tat-tfal, sehem kontributorju ekwu mill-ġenituri u din torbot ħafna mal-proċes li qed ngħaddu minnu fil-HeforShe Campaign, ħarsa lejn l-impatt tal-waqfien fir-relazzjoni bejn il-ġenituri fosthom vjolenza domestika, vjolenza psikoloġika, nuqqas ta' manteniment, kwestjonijiet dwar kura u kustodja u aċċess kif ukoll abduction, aċċess tat-tfal infushom lejn għajnuna soċjali, psikoloġika u legali dwar it-trobbija.", "Imbagħad għandek sensiela ta' tfal imrobbija minn persuni li mhumiex il-ġenituri tagħhom bħal fostering, kura istituzzjonali, detenzjoni, sptar, childcare u adozzjoni.", "Hemm tfal imrobbija minn ġenitur wieħed jew b'għażla jew b'mewt, mard, ħabs, separazzjoni, divorzju u annullament.", "Aħna nitkellmu fuqhom bħallikieku kienu kollha l-istess imma mhumiex.", "Imbagħad għandek il-kunċett tax-shared parenting.", "(Interruzzjonijiet) Fiċ-Child Rights u fiċ-Child Law ma nitkellmu qatt fuq it-tfal in ġenerali imma nitkellmu fuq tifel jew tifla bħala individwi.", "Bil-Malti diffiċli biex tesprimiha din imma ma nitkellmux fuq \"children\" imma nitkellmu fuq \"child\" għax kull tifel huwa individwu.", "SILVIO SCHEMBRI: Nifhem id-differenza bejn persuna li tkun single parent għax ikun hemm mewt jew separazzjoni però x'differenza hemm bejn separazzjoni, divorzju u annullament?", "DR RUTH FARRUGIA: Fuq it-tifel?", "Fuq it-tifel tagħmel differenza għax jiddependi mit-tip ta' separazzoni jew divorzju jew annullament li għaddejt minnu.", "Jista' jkun li għaddejt minn separazzjoni ċivili u ma kienx hemm ġlied.", "SILVIO SCHEMBRI: Imma dik tista' tkun l-istess fit-tlieta li huma!", "DR RUTH FARRUGIA: Dażgur imma fis-separazzjoni inti għadek ma waqaftx mill-irbit tiegħek mal-persuna l-oħra.", "U allura għandek tipi ta' kuntatti differenti.", "Fid-divorzju għandek waqfien komplet tar-relazzjoni.", "Hija differenza li għandha impatt ħafna fuq it-tfal, speċjalment jekk għandek kawża għaddejja.", "SILVIO SCHEMBRI: Imma dik tista' tkun l-istess fil-kawża ta' annullament u fil-kawża ta' separazzjoni.", "DR RUTH FARRUGIA: L-aggressjoni li jkun hemm u n-nuqqas ta' ftehim normalment ma jkunx l-istess f'kull każ.", "Fil-każ ta' annullament u fil-każ ta' divorzju r-relazzjonijiet ta' bejn il-ġenituri normalment ma jkunux l-istess.", "Ovvjament hemm min jiddivorzja b'mod ċivili ħafna u hemm min jannulla bi ġlied.", "Hija l-eċċezzjoni għar-regola.", "Li qiegħda ngħid jien hu għal min jiġi mrobbi minn ġenitur wieħed u qed nagħti l-kawża.", "SILVIO SCHEMBRI: Imma jekk fhimt sew inti għedt li anke bejniethom l-effett huwa differenti.", "Issa nifhem id-differenza tal-effett fuq tifel jew tifla li trabba ma' ġenitur wieħed minħabba kawża ta' mewt jew minħabba ħabs imma li t-tfal jagħmlu distinzjoni bejn separazzjoni, annullament jew divorzju ma nistax nifimha!", "DR RUTH FARRUGIA: Jiena mhux qed nagħmel distinzjoni imma tajt biss numru ta' raġunijiet għalfejn jista' jkollok tifel imrobbi minn ġenitur wieħed.", "Madankollu xorta nħoss li hemm differenza u għalhekk għamilt il-punt li mhux kull separazzjoni hija l-istess u mhux kull divorzju huwa l-istess.", "U avolja qiegħda ngħid li dak it-tifel ġie mrobbi minn ġenitur wieħed, f'dak il-kuntest it-tifel se jirreaġixxi b'mod differenti.", "U terġa' u tgħid mhux dak it-tifel biss imma anke t-tfal l-oħra fl-istess familja se jirreaġixxu b'mod differenti.", "L-aħħar punt f'dik it-tabella huwa fuq l-Istat bħala ġenitur.", "Ħafna drabi din inħalluha barra però l-Istat huwa responsabbli għal ħafna tfal.", "U dik hija issue għal qalbi ħafna.", "(Interruzzjonijiet) Meta qed ngħid \"l-Istat\" qiegħda nirreferi għall-Ministru li joħroġ ordni ta' ħarsien fuq it-tifel.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: U s-soċjetà in ġenerali ma tidħolx fiha?", "DR RUTH FARRUGIA: Hemmhekk għandek shared parenting fejn l-Istat se jdur fuqek u jgħidlek li m'intix tajba biex tieħu ħsieb it-tfal tiegħek minħabba diversi raġunjiet u għalhekk jidħol hu biex jieħu ħsieb tat-tfal.", "Fil-fatt bħalissa hemm madwar 350 tifel u tifla taħt il-kustodja tal-Istat.", "It-tfal għandhom dritt għal trobbija tajba u allura x'risposta għandu l-Istat għat-trobbija li għandhom bżonn dawk it-tfal b'mod individwali.", "U għalhekk, kif tkellimna fil-bidu, il-pożizzjoni u l-kontribut tal-esperti fi ħdan il-core team tista' forsi tgħin biex dawn l-issues li semmejt f'din it-tabella namplifikaw ftit fuqha.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Dr Farrugia, aħna xtaqna norganizzaw din il-laqgħa mod ieħor għax dalwaqt se jkollna l-vot fil-Plenarja.", "L-Onor.", "Cutajar xtaq jgħaddi xi kummenti u mbagħad wara ma nafx kemm jifdal ħin.", "Li kont se nipproponi hu li nkellmu lill-Onor.", "Farrugia, li huwa ċ-Chair ta' dan il-Kumitat u wara l-intervent tal-Onor.", "Cutajar nagħmlu session oħra li fiha niftħu d-diskussjoni fuq kull punt.", "B'hekk ma nkunux stressjati biex nipprovaw inlaħħqu ma' kull punt imma jkollna diskussjoni aktar rilassata għax ikollna ċans li neżawrixxu l-punti kollha.", "DR RUTH FARRUGIA: Dan huwa x-xogħol tal-Fondazzjoni u li xtaqt nagħmel hu li nagħti overview tax-xogħol tagħna.", "Ovvjament jekk għandkom xi mistoqsijiet xi nwieġbu, bil-qalb kollha nwieġbuhom, però aħna għadna ma missejniex ma' x'għandna x'noffru aħna dwar it-trobbija tal-ulied.", "Bħala expertise tagħna għadna ma kkontribwejniex s'issa.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Mela jien se nipproponi lill-Onor.", "Farrugia sabiex darb'oħra kull wieħed minnkom jagħmel preżentazzjoni żgħira tax-xogħol li għamel hu u mbagħad nagħmlu diskussjoni mat-tim kollu.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Grazzi.", "Qabel xejn nixtieq nirringrazzjakom f'isem l-Oppożizzjoni u rrid nirrikonoxxi l-ħidma kbira li qegħdin tagħmlu fis-soċjetà.", "Dr Farrugia rrid ukoll nirrikonoxxi l-ħidma li tajt inti fis-snin li għaddew fuq dan il-qasam u qabel ma ġejt mgħobbija bit-tmexxija tal-Fondazzjoni, liema responsabilità qiegħda taqdiha tajjeb ħafna wkoll.", "Din il-preżentazzjoni kienet waħda interessanti u fiha ħafna fuqiex naħsbu.", "Min-naħa tiegħi se nkun qiegħed ngħaddi fuq fuq xi punti li semmejt inti u se nagħmel ukoll xi punti ta' osservazzjoni li forsi ma rajtx fil-preżentazzjoni tiegħek.", "Nemmen li l-Fondazzjoni li tmexxi inti flimkien mat-tim validu tiegħek … Jiena kelli l-okkażjoni li nkun preżenti għal diversi inizjattivi tagħkom.", "Inti semmejt it-2 ta' April imma għandi problema għax ridt nieħu din il-laqgħa biex nagħmillek stedina għall-konferenza nazzjonali fuq il-ħarsien tat-tfal, b'aċċenn fuq il-fostering u l-adoption, li se tkun qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni.", "Għalhekk xtaqt nieħu din l-okkażjoni biex nistieden b'mod uffiċjali lill-Fondazzjoni.", "F'din il-preżentazzjoni ma tantx kien hemm aċċenn għall-adozzjonijiet u l-fostering.", "B'rabta ma' dawn iż-żewġ oqsma hemm abbozz ta' liġi li inti semmejtu ftit ftit u nifhem li inti jista' jkollok kunflitt ta' interess peress li inti kont il-moħħ wara dan l-istess abbozz meta dak iż-żmien kienet Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca.", "Imma naħseb li lil hinn mill-kunflitt ta' interess, l-Oppożizzjoni tħeġġeġ li intom ukoll issemmgħu leħinkom fuq din il-materja.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex verament inħarsu l-ħarsien tat-tfal bis-serjetà.", "Aħna l-politiċi nitkellmu ħafna fuq it-tfal u l-familja imma hemm bżonn li intom tkunu preżenti wkoll ħalli nieħdu din il-liġi bis-serjetà.", "Mingħajr ma nkun kritiku b'mod dirett fil-konfront tal-Gvern imma issa ilna nisimgħu ħafna …", "Erbat ijiem ilu kien hawn il-kollega tiegħek preżenti fuq din l-istess mejda - hawnhekk qiegħed nirreferi għall-Kummissarju għat-Tfal - u dakinhar ukoll għamilt l-istess appell.", "Mhuwiex aċċettabbli li fil-Parlament tagħna llum ikollna liġijiet, fosthom fuq il-MEPA, passaporti, eċċ., li naraw kif ngħadduhom u jekk ikun hemm bżonn nagħmlu 14-il siegħa niddiskutuhom fil-Parlament, imma mbagħad l-unika liġi fuq il-ħarsien tat-tfal, ħallejniha sentejn!", "Dan mhuwiex aċċettabbli!", "Issa aħna għandna l-limits tagħna safejn nistgħu naslu imma min-naħa tal-Oppożizzjoni ilna għal dawn l-aħħar sena u nofs intambru biex din l-imbierka liġi niddiskutuha.", "Għalhekk nistedinkom biex il-vuċi tagħkom isemmgħuha wkoll u dan qed ngħidu lil hinn mill-fora politika għax meta qed nitkellmu fuq it-tfal il-politika għandna nħalluha fil-ġenb u nitkellmu bis-serjetà.", "Għalija dan huwa nuqqas kbir u naħseb li kieku jkollok tistaqsini x'inhu l-akbar diżappunt tiegħi kemm ilni nsegwi s-suġġett tal-ħarsien tat-tfal, kont ngħidlek li huwa proprju dan, u ċjoè li din il-liġi ma telgħetx għad-diskussjoni.", "Dan l-abbozz ta' liġi kien hemm konsultazzjoni wiesgħa fuqu però mhux qed isir l-istess fuq din il-liġi.", "L-Oppożizzjoni għandha informazzjoni li dan l-abbozz ta' liġi li ġie mressaq se jiġi sparparljat u se jinqasam fi tliet liġijiet separati!", "U hija ħasra jekk ix-xogħol li għamilt inti u t-tim tiegħek se jispiċċa ma jingħatax widen.", "Għalhekk nerġa' ngħid li napprezza li l-vuċi tagħkom tissemma' hawnhekk u dan qed ngħidu fl-interess tat-tfal.", "Il-fostering u l-adoption ma tantx kien hemm referenza għalihom imma dawn huma żewġ suġġetti għal qalb l-Oppożizzjoni u huwa proprju għalhekk li se nagħmlu din il-konferenza.", "Dakinhar se nkunu qegħdin nirċievu wkoll il-proposti biex inħejju d-dokument fuq l-adozzjonijiet u fuq il-fostering biex naraw fejn irridu mmorru.", "Se naraw minn fejn tlaqna, fejn ninsabu u fejn sejrin.", "U jkun tajjeb li intom taraw x'inhu għaddej fl-organizzazzjonjiet u fl-entitajiet tal-Gvern li jmissu mal-qasam tat-tfal.", "Fl-aħħar kummenti tiegħek inti semmejt \"l-Istat ġenitur\" u naħseb li jkun tajjeb li nagħmlu interpretazzjoni ċara jew kjarifika fuqha din.", "Jiena fhimtek imma rrid inkun ċert għal min forsi qiegħed isegwina.", "Meta qed ngħidu \"l-Istat ġenitur\", jien nifhem li l-Gvern għandu jieħu l-passi fuq dak li kont qiegħda taċċenna għalih inti però m'għandu jkun l-ebda politiku, ġej minn fejn ġej, kemm jekk mill-Gvern u kemm jekk mill-Oppożizzjoni, li jintervjeni fuq il-pariri tal-professjonisti!", "Fil-fatt hemm allegati każijiet fejn il-politiku jindaħal biex jintervjeni fuq deċiżjoni jew rakkmandazzjoni ta' nies professjonisti.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-Aġenzija Appoġġ u naħseb li jkun tajjeb li tkunu tafu bihom ukoll.", "Naf li fl-aħħar mill-aħħar intom taqgħu taħt il-President ta' Malta u jien konvint li l-President qiegħda hands on fuq dan is-suġġett.", "Nerġa' ngħid li hemm problemi ta' burokrazija.", "Faċċata tiegħi qed nara rappreżentanti tal-PAPs u fejn jidħlu l-adozzjonijiet għandek ħafna red tape, burokrazija u nuqqas ta' informazzjoni.", "Jiena naħseb li fl-aħħar mill-aħħar għandna naraw l-interessi tat-tfal għax kull ġurnata li tgħaddi mingħajr ma nagħmlu xejn qed ibatu proprju t-tfal.", "Jien nista' inħares lejn din il-kwestjoni min-naħa l-oħra tal-munita għax jien ukoll ġenitur u nista' ngħid li hemm barra hemm koppji li jixtiequ li jsiru ġenituri billi jadottaw u l-Gvern suppost li qed jagħmel il-parti tiegħu biex iħaffef dawn il-proċeduri.", "Jien ngħid jekk l-Awstrija, Spanja u l-Italja qed jaslu, aħna x'għandna inqas minn ħaddieħor?!", "Għalhekk ikun tajjeb li anke l-Fondazzjoni tintervjeni fuqha din il-kwestjoni.", "Ma nafx jekk huwiex fir-remit tagħkom però intom dħaltu f'ħafna issues li suppost daħal ħaddieħor fihom, u allura ma nara xejn ħażin, ladarba qed tagħmlu l-ġid, sabiex jekk tistgħu, tintervjenu fuqhom intom ukoll.", "Mingħajr ma ninstema' kritiku imma suġġett ieħor li huwa assolutament nieqes f'din il-preżentazzjoni huwa s-suġġett tal-obeżità.", "Kif taf l-obeżità huwa suġġett għal qalbi ħafna u kelli diversi okkażjonijiet fejn stajt niskambja miegħek ftit ħsebijiet.", "U f'isem l-Oppożizzjoni ressaqt liġi li l-abbozz oriġinali tagħha kien biex nikkumbattu l-obeżità u b'diskussjonijiet maturi - kif għandhom isiru l-affarijiet - mal-Gvern, u hawnhekk irrid insellem lill-Onor.", "Godfrey Farrugia u lill-Onor.", "Christopher Fearne, ħdimna flimkien biex din il-liġi nwessgħuha.", "Tajjeb ngħid li din il-liġi kienet endorsed mill-WHO u dan huwa ta' sodisfazzjon għalina għax għall-ewwel darba tressqet liġi sħiħa mill-Oppożizzjoni.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax it-tfal għandhom rwol importanti.", "Kif nafu t-tfal tagħna, anke new borns, għandhom piż żejjed u allura din il-liġi ħadet a whole society approach.", "U kien proprju għalhekk li t-tfal daħħalnihom fiha bħalma daħħalna those mothers to be għax huwa importanti li l-edukazzjoni tibqa' ċ-ċavetta ta' kollox.", "Hawnhekk ukoll bħala Oppożizzjoni ma niddejqu xejn li jkollna l-opportunità li nispjegaw anke lill-Fondazzjoni proprju x'inhi din il-liġi li issa għaddiet mill-istadji kollha b'mod unanimu.", "Hawnhekk urejna maturità politika kemm bħala Gvern u kemm bħala Oppożizzjoni, u tajna l-kontribut tagħna.", "Aħna lesti nagħtu l-kontribut tagħna fejn u meta nintalbu.", "Naf li nirċievu ħafna inviti, però anke meta jkun hemm xi papers li jkunu qed jinħmew, ma niddejqux milli nagħtu s-sehem tagħna.", "U għalhekk jekk tħossu li l-Oppożizzjoni tista' tikkontribwixxi fihom, lil hinn mill-arena politika, aħna lesti li nikkontribwixxu.", "Ovvjament it-tfal jibqgħu jilagħbu parti importanti mill-faxxa vulnerabbli ta' pajjiżna u allura dan ipoġġi fuqna l-politiċi, u fuq dawk kollha involuti, responsabilità kbira għax dak li se nkunu qegħdin nagħmlu llum se naraw il-frott tiegħu fil-ġenerazzjonijiet futuri.", "Nixtieq nagħlaq l-intervent tiegħi b'dan il-ħsieb.", "Inti għedtilna li ma stajtx tkun preżenti l-aħħar darba minħabba li kien Jum il-Mara.", "U hawnhekk nixtieq ngħid li filwaqt li aħna l-politiċi naħdmu biex ngħollu kemm jista' ikun lill-mara fid-dinja tax-xogħol, ejjew ma ninsewx u nżommu wkoll l-element ta' bilanċ u naraw x'effett qed iħalli fuq it-tfal dan il-fenomenu li l-mara qed tfittex il-karriera.", "Jiena naħseb li għandna naraw li noħolqu bilanċ anke permezz ta' kampanji edukattivi.", "Huwa tajjeb li jkollna ċ-childcare imma għandna stanzi fis-soċjetà moderna tal-lum fejn it-tfal qed imissu ma' tliet age groups differenti f'temp ta' 12-il siegħa matul il-ġurnata.", "U naħseb li din ukoll qiegħda taffettwa ħażin lit-tfal tagħna għax għandek ġenituri ta' etajiet varji.", "Pereżempju jien għandi 44 sena u għandi tifla ta' 9 snin li tmur l-iskola filgħodu.", "Ġieli nużaw is-servizz ta' Klabb 3-16 u allura filli għandek età ta' ġenitur ta' 44 sena, filli għandek età ta' teacher li għandha 22 sena u jekk ma tmurx fi Klabb 3-16 din it-tifla tkun man-nanna tagħha.", "Hawnhekk irridu nippreparaw u nħejju pjan biex naraw li t-tfal ta' età tenera … Jien semmejt l-età ta' 9 snin imma hemm ħafna tfal iżgħar, pereżempju ta' 4 u 5 snin, u naħseb li dan kollu qed iħalli impatt negattiv fuq it-tfal tagħna.", "Dan ir-riżultat mhux se narawh illum imma se narawh 15, 20 sena oħra.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR RUTH FARRUGIA: Onor. Cutajar, nirringrazzjak tal-kliem sabiħ tiegħek.", "Fit-2 ta' April se nniedu s-Secret Garden u jien se nitlifha għax se nkun imsiefra u bl-istess mod jiddispjaċini ngħid li se jkolli nitlef ukoll din il-konferenza sabiħa li se tagħmlu intom, li tinteressani immensament għax kif għedt inti, l-abbozz ta' liġi ma semmejniehx imma l-metodoloġija li ntużat għalih aħna qed nużawha b'mod konsistenti fil-Fondazzjoni.", "Is-smiegħ, il-konsultazzjoni u l-ġabra ta' informazzjoni bottom-up, dak huwa l-qofol tax-xogħol kollu li nagħmlu aħna.", "Nemmnu bis-sħiħ li jekk ma tismax il-persuni involuti m'inti se tkun taf qatt eżatt x'inhu jiġri.", "Fil-fatt qabel ma tfassal dak l-abbozz ta' liġi aħna konna tkellimna mat-tfal in care.", "Tkellimna wkoll mal-professjonisti u mal-ġenituri biex ikollna idea u ħafna mis-suġġerimenti li kien hemm fl-abbozz ta' liġi ħarġu direttament mill-esperjenza tat-tfal.", "Jiena konvinta li l-vuċi tat-tfal irridu nisimgħuha jekk irridu nitgħallmu x'għandu jsir.", "Veru li l-fostering u l-adozzjoni ftit semmejnihom imma fuq l-adozzjoni s'issa ma missejniex magħha bħala Fondazzjoni.", "Dwar il-fostering għandna forum ġej dalwaqt u se nlaqqgħu b'talba tagħhom stess persuni adulti li għaddew minn foster care sabiex jaqsmu l-esperjenza tagħhom magħna.", "Pereżempju xi ħaġa vera interessanti li qajmu u li jien onestament qatt ma ħsibt fuqu kien li min qatta' ħafna żmien fil-foster care, iqis lill-foster carer bħala l-ġenitur tiegħu.", "U allura llum jekk huma għandhom it-tfal u jeħduhom għand in-nanniet, ma jmorrux għand in-nanniet bijoloġiċi tagħhom imma jmorru għand in-nanniet li kienu l-foster carers tagħhom.", "Imma legalment m'hemm l-ebda rabta u relazzjoni bejniethom.", "Dan huwa punt interessanti ħafna u naħseb li intom il-politiċi għandkom taħsbu fuqu.", "Fil-liġi ma teżisti mkien safejn naf jien.", "ROBERT CUTAJAR: Din hija l-issue wkoll tal-permanent fostering … Fuq din ukoll safejn għandna naslu?", "Mhux qed ngħid li naqbel jew ma naqbilx imma hemm lok ta' diskussjoni.", "Dan li qiegħda tgħid inti jilgħab ukoll logħba importanti għax sal-lum ma teżistix fil-liġi imma qiegħda tiġi kkonsidrata u hopefully se tkun inkluża fid-diskussjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "U allura l-permanent fostering jagħti lok sabiex dan li qed tgħid inti jidħol f'dan il-qafas ukoll.", "DR RUTH FARRUGIA: L-idea ta' permanent fostering kien hemm suġġeriment fuqu meta l-abbozz ta' liġi tfassal, però ħafna drabi l-idea tal-foster care tieqaf malli inti jkollok 18-il sena mentri dawn ir-relazzjonijiet ovvjament ikomplu għaddejjin.", "Onor. Cutajar jiena xtaqt nifraħlek dwar l-inizjattiva li ħadt fuq l-obeżità.", "Veru li ma semmejnihiex fil-preżentazzjoni però kien hemm affarijiet oħra li ma semmejtx.", "Pereżempju waħda mill-affarijiet li saret fis-Secret Garden Project kienet proprju fuq tisjir u ikel tajjeb.", "Fil-fatt kellna l-Fonzu l-Fenek jgħallem lit-tfal kif isajru u japprezzaw ikel minn kulturi differenti.", "Kull attività kellha ħafna layers.", "Ma semmejtx ukoll l-eżerċizzju, il-kultura, il-qari u ż-żfin.", "Fil-fatt kellna proġett ta' żfin vera sabiħ u li ħaseb ukoll għat-tfal neqsin mis-smigħ u fuq il-fatt li l-movimenti xorta tista' tagħmilhom avolja nieqes mis-smigħ.", "Kien hemm diversi minnhom dawn il-proġetti u veru kienu sbieħ.", "It-tfal li setgħu jisimgħu tgħallmu wkoll ftit sign language u għadhom jiltaqgħu xi kultant mat-teacher u għadhom jipprattikaw.", "Xi ħaġa li qed nagħmlu aħna bl-esperjenza li kellna s-sena l-oħra hi li qed inħejju tool kit tas-Secret Garden biex inħajru lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex biex jużaw l-istess prinċipji u jagħmlu attivitajiet mat-tfal.", "Din is-sena għandna attivitajiet differenti li ħolmu bihom it-tfal stess għaliex nemmnu ħafna fil-parteċipazzjoni tat-tfal u fil-vuċi tagħhom.", "Issa se naraw kif se mmorru din is-sena u mbagħad nerġgħu nkomplu nżidu magħhom.", "Ħalli nagħmel l-aħħar żewġ kummenti.", "L-ewwel wieħed fuq in-nisa u fuq l-impatt tal-ommijiet li jaħdmu.", "Naħseb li ta' min it-tfal jitgħallmu fl-aħħar li l-missier u l-omm it-tnejn għandhom x'jagħtu fil-familja, u Jum il-Mara aħna ċċelebrajnieh b'dak il-mod u ċjoè billi pprovajna nissensitivizzaw lil kulħadd li l-irġiel li ma jkollhomx l-opportunità li jgawdu lit-tfal tagħhom se jkunu qed jitilfu xi ħaġa sabiħa ħafna.", "Din mhijiex kwestjoni biss tal-ommijiet mat-tfal imma hija kwestjoni wkoll tal-missirijiet mat-tfal u jekk il-ġenituri t-tnejn jaħdmu, mela jridu jsibu l-ħin flimkien biex iqattgħuh mat-tfal tagħhom.", "Issa jien għedt fil-preżentazzjoni tiegħi li t-tfal ilmentaw dwar kif ma jqattgħux biżżejjed ħin mal-ġenituri tagħhom.", "Jien ma nafx x'inhi s-soluzzjoni.", "Kif tafu aħna ma naħdmux biss mat-tfal imma naħdmu ma' ruxxmata nies oħra.", "L-aħħar kumment huwa fuq l-Istat ġenitur fejn hemmhekk tista' tibqa' tgħid fuqu bla ma tieqaf.", "Jien għadni kif ktibt fil-fond dwar dan is-suġġett u nieħu gost li jkolli l-opportunità li nitkellem fuqu għax meta tagħti care order qed tagħti piż enormi fuq persuna waħda fil-gvern, li mbagħad ikollha tfittex l-għajnuna ta' diversi practitioners oħra biex jgħinuha.", "U dan mhux neċessarjament l-aħjar mod kif trabbi lil dak it-tifel.", "Naħseb li flimkien tridu ssibu soluzzjoni – u forsi aħna nistgħu b'xi mod nagħmlu suġġerimenti – fuq kif dak it-tifel li qiegħed f'residential care jew f'alternative care jew f'out of home care jkollu verament l-aħjar trobbija li tixraq lilu.", "U din hija differenti għal kull tifel jew tifla.", "Li t-tifel jiġi trattat bħala individwu hija l-qofol tal-argument kollu kemm hu.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Jien nixtieq nirringrazzjakom ħafna.", "Naħseb li l-aħjar li niefqu hawnhekk għax irridu nibdew nippreparaw għall-vot li għandna fil-Plenarja.", "Biss nitlobkom tilqgħu l-istedina tagħna.", "Issa jikkomunika magħkom il-President ta' dan il-Kumitat ħalli nkunu nistgħu nagħmlu forum miftuħ fejn kulħadd jippreżenta s-suġġetti li jixtieq jitkellem fuqhom.", "Nista' ngħid li kienet preżentazzjoni interessanti ħafna u bdejt nara l-input tal-President li jien ukoll ħdimt magħha għal sena sħiħa meta kienet għadha ministru.", "DR RUTH FARRUGIA: It-tfal minn dejjem kienu għal qalba.", "In-nies kollha huma għal qalba imma t-tfal għandhom post parikolari f'qalbha.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Hemm dik l-enerġija kollha għaddejja.", "Jien niftakarkom l-università l-antika fejn kien hemm sala ppakkjata bit-tfal.", "U niftakar li għat-tfal kienet esperjenza sabiħa għax għalihom il-Ministru kien xi ħaġa l-bogħod u allura meta rawha hemmhekk ħassewhom importanti li hemm il-Ministru qed tismagħhom.", "Żgur li dik kienet esperjenza pożittiva ħafna.", "Naħseb li dan jista' iservi ta' għodda biex forsi l-kbar li jifhmu f'kollox jibdew jadottawh aktar across board ħalli fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm parteċipazzjoni vera.", "Dan jgħodd mhux biss għas-settur tat-tfal imma fi kwalunkwe settur ieħor.", "Naqbel kompletament ma' a bottom-up approach u dan għandu jkun l-għodda li aħna bħala politiċi għandna nużaw.", "Grazzi tal-eżempju sabiħ li qegħdin tagħtu.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:09 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20160314_018d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 18", "It-Tnejn, 14 ta' Marzu 2016", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7:00 p.m.", "Fl-assenza taċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja, l-Onor.", "Godfrey Farrugia, skont l-Ordni Permanenti 130, il-Kumitat ħatar lill-Onor.", "Anthony Agius Decelis biex jippresiedi din il-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici kienet impenjata fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "Robert Cutajar il-Kumitat qabel li fil-Minuti tal-Laqgħa Nru 16 li saret nhar it-Tlieta, 8 ta' Marzu 2016 għandhom jidħlu l-kliem:", "\"L-Onor.", "Robert Cutajar issuġġerixxa lill-Kumitat sabiex fil-laqgħat sussegwenti jiġu mistiedna l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Foster Care u l-Adoption Opportunities.\"", "Il-Kumitat qabel li l-Minuti tal-Laqgħa Nru 16 għandhom jiġu kkonfermati fil-laqgħa li jmiss.", "PARENTING IN A CHANGING SOCIETY – DISKUSSJONI MA' DR RUTH FARRUGIA, DIRECTOR GENERAL PRESIDENT'S FOUNDATION - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat kompla d-diskussjoni fuq is-suġġett minn nhar it-Tlieta, 8 ta' Marzu 2016.", "Għal din il-laqgħa kienet mistiedna Dr Ruth Farrugia, Direttur Ġenerali tal-President's Foundation for the Wellbeing of Society u kienet akkumpanjata minn Dr Sharon Attard, is-Sinj.", "Jeanette Schembri u s-Sinj.", "Dr Farrugia ppreżentat lill-Kumitat il-preżentazzjoni intitolata:", "Dok 26 It-trobbija tat-tfal f'soċjetà li qed tinbidel", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lill-mistiedna.", "Fit-8:09 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20160314_018m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Joe Mizzi MP, Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura", "Onor. Ċensu Galea MP", "Onor. Marthese Portelli MP", "Laqgħa Nru 02", "It-Tlieta, 15 ta' Marzu 2016", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' fid-data hawn fuq indikat, fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi - Abbozz Nru 144.", "15 ta' Marzu 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160315_002a_kun.docx"} {"text": ["GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "LAQGĦA NRU 2", "It-Tlieta, 15 ta' Marzu, 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL- KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 2", "It-Tlieta, 15 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt , fis-7.46 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 1 li saret fis-16 ta' Diċembru 2015 kienu konfermati.", "EMANUEL MALLIA): Ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA' ĊERTI XOGĦLIJIET F'UTILITAJIET U SERVIZZI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 369 tal-15 ta' Marzu 2016 il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat għandu quddiemu l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, biex jimplimenta miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta' networks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja, biex jagħmel dispożizzjonijiet dwar affarijiet anċillari għalihom jew konnessi magħhom u biex jipprovdi dwar ċerti miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-komunikazzjonijiet elettroniċi\".", "Ngħaddu għal klawsola 2.", "Klawsola 2 - Għan.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Sur President, b'dan l-Abbozz ta' Liġi se jiġi emendat Kap. 81, biex jimplimenta d-Direttiva tal-2014/61 tal-Unjoni Ewropea u biex jiġu emendati liġijiet eżistenti oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-miżuri u mal-provdiment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, fosthom Kap. 399 l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi, u Kap. 418 l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, qabel ma nibdew, jista' l-Ministru jagħtina ftit rendikont tal-konsultazzjoni li kien hemm u jekk il-punti li kien hemm, ġewx riflessi f'dan l-Abbozz ta' Liġi?", "U jekk ma ġewx riflessi, x'kienu dawn ir-raġunijiet?", "Jien kont nippreferi li fl-istadju ta' Kumitat ikun hawn l-operaturi jew min irid ikun preżenti, kif nagħmlu meta nemendaw il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, minħabba li finalment din se timpatta lill-operaturi.", "Però llum ma kienx possibbli minħabba t-timeframes li kien hemm.", "Nixtieq li jkollna a good understanding għax ovvjament bħala risposta għall-consultation document li kien inħareġ, aħna m'għandniex x'ġie sottomess lill-Awtorità.", "Jien għandi l-consultation document, id-Direttiva u l-brief reference li għamel il-Ministru fuq il-consultation waqt l-istadju tat-Tieni Qari.", "Napprezzaw jekk il-Ministru jgħidilna x'tip ta' punti tqajmu u kif dawn ġew riflessi jew le.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Preżenti hawn it-tekniċi li kkoordinaw u, bil-permess tal-Kumitat, ikunu jistgħu jispjegaw eżatt iktar fid-dettall.", "Ovvjament l-Abbozz ta' Liġi mexa fuq dawk is-suġġerimenti li saru wara li kien hemm il-konsultazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Claudio Grech għamel punt validu ħafna u, jekk jistgħu, nitlob lill-esperti jagħtu tweġiba.", "Insejjaħ lil Dr Paul Edgar Micallef.", "Il-permess ingħata", "DR PAUL EDGAR MICALLEF (Chief Legal Advisor mal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni (MCA)): Hawnhekk m'għandix x'kienu eżatt il-punti li tqajmu, però in tandem ma' Transport Malta kienu saru diskussjonijiet ħalli naraw kif l-aħjar għandha tiġi indirizzata din id-Direttiva partikolari.", "F'Ottubru 2015 kien ħareġ l-Abbozz u l-perjodu ta' konsultazzjoni mingħalija kien ta' ħames ġimgħat.", "Kif spjega l-Ministru Mizzi, ir-respondents kienu t-tliet operaturi l-kbar, jiġifieri il-Vodafone, il-GO u l-Melita u ma kienx hemm ħadd ieħor.", "Overall ir-response tagħhom kienet pożittiva.", "Fost l-emendi li pproponejna issa hemm emenda li saret wara suġġeriment mingħand wieħed mill-operaturi, il-Vodafone, fejn qed nipproponu li titneħħa r-referenza għall-perjodu ta' 20 ġurnata li fih isir l-appell; imma dik nispjegawha meta niġu għall-emenda proprja.", "Li staqsew il-Vodafone jekk fil-fatt kienx hemm bżonn dawn l-20 ġurnata minn meta tqum kwestjoni li l-operatur aggravat jista' jqajjem il-punt.", "Forsi qed nantiċipa ftit.", "Meta rajnieha internament, ħassejna li ma kienx jagħmel daqshekk sens li jkun hemm terminu għal min għandu jqajjem kwestjoni, l-ewwel nett għax bit-terminu konna qed nillimitaw iż-żmien li tista' ssir xi forma ta' negozjar u medjazzjoni bejn l-operaturi u allura wieħed jiskapula l-bżonn li tmur quddiem dispute resolution board li qed jiġi propost.", "Allura qed nagħtu iżjed lok u iżjed żmien biex l-operaturi jitkellmu bejniethom u jaslu għal soluzzjoni aħħarija.", "Jekk, pereżempju, hemm kwestjoni fuq il-prezz biex wieħed jieħu l-aċċess u l-operatur aggravat ma jasalx, dejjem se jkollu l-possibilità li jista' jagħmel każ quddiem id-disputes board.", "CLAUDIO GRECH: Jekk hemm xi aspetti li inti tħoss li kien hemm diverġenzi dwarhom tista' ssemmihom aħna u mexjin.", "Jekk inti qed tgħid li, by and large, dawn qablu ma' dak propost ...", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Ma kienx hemm xi punti ...", "CLAUDIO GRECH: Jien ħa noqgħod fuq il-kelma tiegħek!", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Kif jista' jikkonferma l-kollega tiegħi s-Sur Patrick Vella, il-biċċa l-kbira tas-suġġerimenti li kienu saru, were taken on board.", "Fil-fatt uħud minnhom kienu validi, u kienu punti li lanqas indunajna bihom.", "Però nkun qed inħarref jekk naqbad u ngħidlek x'kienu bl-amment!", "Ma kontx ippreparat għal dan.", "THE CHAIRMAN: Insejjaħ lis-Sur Patrick Vella.", "Il-permess ingħata", "IS-SUR PATRICK VELLA (Chief Policy and Planning MCA): Ir-responses kienu fuq żewġ binarji; kien hemm ġeneriċi, imbagħad kemm hemm punti fejn daħlu daqsxejn fin-nitty gritties, imma ma kien hemm l-ebda kuntrasti fuq dak li huwa l-ispirtu tal-kontenut u l-kontenut per sè.", "CLAUDIO GRECH: Le, le, hawnhekk mhux fuq l-ispirtu qed niddiskutu.", "L-ispirtu ġie diskuss fl-istadju tat-Tieni Qari.", "THE CHAIRMAN: Id-domanda tal-Onor.", "Grech hija jekk kienx hemm nuqqas ta' qbil in sostanza?", "THE CHAIRMAN: Allura importanti - jien naħseb li l-Onor.", "Grech qed jissuġġerixxi hekk - li aħna u għaddejjin, jekk jidhrilkom li għandkom tikkummentaw dwar xi osservazzjoni li huma għamlu, in sostanza jew le, u forsi tgħidulna dwarha, tkunu tistgħu tintervjenu.", "CLAUDIO GRECH: Ir-raġuni hija sempliċi, ma rridx li ngħaddu dan l-Abbozz ta' Liġi u jqum xi ħadd u jgħid li ma tajniex kas dak li qal hu!", "JOE MIZZI: Onor. Grech, jien nista' ngħid li meta ltqajt magħhom biex nikkonsultaw ġejt assigurat, l-istess kif qed jgħidu l-esperti, li in sostanza m'hemmx diffikultajiet.", "Fil-fatt l-emendi li saru wara, kienu fuq xi kummenti min-naħa tal-operaturi saru biex itejbu u biex immorru għal dik il-linja li xtaqu huma.", "Jekk hemm xi ħaġa li kien hemm xi kontestazzjoni dwarha għidulna; għax wara kollox irridu li ntejbu l-liġi.", "M'għandix oġġezzjoni!", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nissuġġerixxi li forsi niċċaraw id-diverġenzi li hemm bejn dik li hija t-transpożizzjoni tad-Direttiva u dak li ġie home-grown minħabba l-bżonnijiet ta' Malta, biex ma noqgħodx nagħmel l-istess domanda kull darba.", "Forsi intom stess tirrelevawlna x'inhuma d-differenzi jew diverġenzi li kien hemm.", "THE CHAIRMAN: Punt tajjeb.", "Ċara l-osservazzjoni tal-Onor.", "Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Żjieda ta' intestatura minnufih qabel l-artikolu 1 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Permezz ta' klawsola 3 se tidħol intestatura minnufih qabel l-artikolu 1 tal-Att prinċipali.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: B'din il-klawsola qed nemendaw Kap. 81, liġi li ġejja minn qabel il-gwerra u li kienet ilha ma tiġi riveduta.", "Is-sitwazzjoni, bħala provvista ta' servizz u anke regolamentazzjoni, kienet totalment differenti; kellek dipartiment wieħed tal-gvern li kien jirregola.", "Dik il-liġi qsamnieha f'erba' taqsimiet ġodda.", "L-Ewwel Taqsima hija dwar it-tifsiriet, it-Tieni Taqsima hija l-liġi attwali fejn ma biddilnihiex b'mod radikali, it-Tielet Taqsima għandek l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva proprja u r-Raba' Taqsima tipprovdi għall-ħolqien ta' bord li se jieħu ħsieb il-kwestjonijiet li jqumu.", "Imbagħad hemm il-miscellaneous.", "THE CHAIRMAN: Klawsola 3 qed tipprepara biss għal li ġej fi klawsola 4.", "Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Sostituzzjoni tal-artikolu 2 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Klawsola 4 qed tissostitwixxi l-artikolu 2 tal-Att prinċipali li jittratta dwar t-tifsiriet ta' kliem użati fil-liġi fejn insibu diversi tifsiriet ġodda.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: M'iniex ċert jekk il-broadcasting u l-infrastruttura li tintuża għall-broadcasting humiex koperti b'din il-leġiżlazzjoni.", "F'ħafna pajjiżi naraw li l-arbli u l-masts tal-broadcasting huma meqjusin bħala infrastruttura.", "Dawk jistgħu jkunu relevanti speċjalment f'teknoloġiji li qegħdin jevolvu għall-finijiet ta' wireless communication.", "F'dan l-abbozz jissemmew arbli, però meta tħares lejn id-definizzjoni ta' \"utilitajiet\" qed tillimitawha għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, u meta tħares lejn \"operatur ta' network\", it-tnejn li huma ma jinkludux l-infrastruttura li tintuża għall-broadcasting.", "Jiġifieru arblu tal-broadcasting jaqa' fir-remit ta' din il-leġiżlazzjoni?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Hawnhekk qed nitkellmu fuq utilities.", "Fil-każ tal-broadcasting, hemm liġi oħra separata.", "CLAUDIO GRECH: Imma anke għall-portijiet hemm liġi, hux hekk?", "JOE MIZZI: Imma l-infrastruttura tal-broadcasting mhijiex inkluża f'din, hemm regolamenti għalihom.", "Però jekk se jgħaddu cable minn hemmhekk, hekk iva, għax se jgħaddu data minnha. imma bħala arbli, eċċ. għall-broadcasting hemm regolamenti għalihom.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Fir-rigward ta' telekomunikazzjonijiet konna qed nitkellmu fuq awtorizzazzjoni.", "Fl-ewwel tifsira titkellem fuq \"awtorità kompetenti għall-għoti ta' permess\".", "Qegħdin inbiddlu l-kunċett ta' awtorizzazzjoni, għall-kunċett ta' għoti ta' permessi?", "Jew il-kelma \"permessi\" hija l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet normali li kważi kważi huwa mistenni li jingħataw f'dawn iċ-ċirkostanzi?", "THE CHAIRMAN: Għax-xogħlijiet ċivili l-iktar.", "ĊENSU GALEA: Sur President, għal dawk li huma telekomunikazzjonijiet ħafna drabi konna nitkellmu fuq awtorizzazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' permess, awtorizzazzjoni b'mod iktar wiesgħa milli permess.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Dan huwa terminu ġeneriku.", "Il-każ klassiku huwa l-Awtorità tal-Ippjanar, imma ma użajniex l-Awtorità tal-Ippjanar as such, għax dawn jistgħu jinbidlu.", "L-idea hija li jkun hemm il-kunċett ġenerali ta' awtorità kompetenti għall-għoti ta' permess.", "Dik l-entità fil-pajjiż, li skont il-liġijiet li jkun hemm dak iż-żmien, tkun responsabbli għall-għoti tal-permess, taqa' taħt din id-definizzjoni.", "Bil-Malti l-idea hija li wieħed juża definizzjoni flessibbli għax jista' jkun li minn amministrazzjoni għal oħra min ikun responsabbli jista' jinbidel.", "Naħseb li ma tantx kien ikun għaqli li kieku wieħed jaqbad u jagħmel il-MEPA, eċċ.", "ĊENSU GALEA: Sur President, forsi l-punti li qed nagħmel mhumiex ċari biżżejjed.", "M'iniex qed nitkellem fuq liema awtorità jew liema organizzazzjoni ta' gvern b'xi mod se tkun responsabbli biex tagħti l-permess jew l-awtorizzazzjoni.", "Ħafna drabi konna nitkellmu dwar għoti ta' awtorizzazzjoni u mhux ta' permessi.", "Kif ċertament tiftakar, kellna diskussjonijiet fit-tul dwar il-kunċett li ma jkunx meħtieġ permess imma tkun meħtieġa awtorizzazzjoni; li hija ħafna iktar wiesgħa u liberali.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Wieħed jagħmel distinzjoni bejn dik li hija general authorisation li qed tirreferi għaliha inti, fejn operatur ta' komunikazzjoni elettronika jkollu d-dritt li jiġi u jopera, javżana (Interruzzjonijiet) Hawnhekk qed nitkellmu fuq permit granting għal xogħlijiet ta' trenching, infrastruttura, eċċ. Jiġifieri t-term \"permess\" hawnhekk huwa ferm iktar wiesa' minħabba li jinvolvi wkoll xogħlijiet ċivili.", "Dik hija effettivament id-distinzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "RODERICK GALDES: Nixtieq nistaqsi żewġ mistoqsijiet.", "Fil-każ ta' communications, speċjalment fejn tidħol antenna fuq high rise building - naf li darba minnhom kellkom issue in-naħa ta' Paceville wkoll – li jista' jtellef it-trasmissjoni ta' signal, il-MEPA se tkun l-awtorità li tirregola l-bini jew l-għoli tiegħu, partikolarment kif jaffettwa s-signal ta' dak l-apparat?", "Jew inkella intom bħala awtorità f'din il-liġi partikolari?", "JOE MIZZI: Meta wieħed japplika għal-liċenzja, jekk hemm il-bini eżistenti u qiegħed fil-line of sight irid ibiddel il-pożizzjoni hu u jara fejn se jagħmel l-apparat biex is-signal ma jkunx ibblokkat, imma hija l-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni li tagħti permess għal equipment of communication as such.", "Fejn jidħol permess fejn tista' tpoġġi l-apparat tidħol il-MEPA, imma l-liċenzja għall-apparat as such tidħol l-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni.", "Issa fejn tidħol problema ta' line of sight, il-bini li jkun eżistenti jekk ikun bil-permess, ma tistax tneħħih.", "Imma l-awtorità partikolari, se jkollha l-poter li twaqqaf il-MEPA milli toħroġ permessi ta' bini li jaffettwaw is-servizz?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Nixtieq nikkummenta rigward id-definizzjoni ta' \"permess\".", "Din hija maximum harmonization directive u qgħadna kemm jista' jkun fidili mal-kliem użat fid-Direttiva stess.", "Fil-fatt il-kelma \"permess\" qiegħda fid-Direttiva u bażikament qgħadna ad litteram magħha, għax ovvjament ma nistgħux invarjaw mid-direttiva.", "Fil-fatt il-maġġoranza tad-definitions li hawn, mhux kollha huma riprodotti mid-Direttiva u qgħadna anke fuq il-verżjoni Maltija tad-Direttiva, biex inkunu ċerti li qed naddottaw il-kliem ħalli ma jkunx hemm diżgwid.", "THE CHAIRMAN: Rigward l-osservazzjoni li saret dwar liema huma l-awtoritajiet responsabbli, niġbdilkom l-attenzjoni li fit-tifsira tal-kliem \"regolatur kompetenti ta' utilitajiet\" jingħad li dawk il-korpi tas-settur pubbliku li huma responsabbli skont il-liġi biex jirregolaw is-servizzi tal-utilitajiet huma elenkati skont it-Tieni Skeda.", "Meta qed nara t-Tieni Skeda sibt li hawn elenkati tlieta, l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), ir-Regolatur għall-Enerġija u Servizzi tal-Ilma u l-Awtorità għat-Trasport f'Malta.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Dawn huma attwalment ir-regolaturi kompetenti fil-pajjiż responsabbli għal dak li tradizzjonalment jiġu deskritti bħala \"utilities\": jiġifieri l-MCA, ir-Regolatur għall-Enerġija u Servizzi tal-Ilma u l-Awtorità għat-Transport f'Malta.", "Ovvjament dawn maż-żmien jinbidlu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Dr Micallef, naħseb li aħjar tgħidilna mill-ewwel liema definizzjoni hija dik trasposta mid-Direttiva, għax inutili noqogħdu niddiskutu.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar kummenti fuq klawsola 4?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: It-traduzzjoni ta' \"dark fibre\" taħsbu li tiġi \"fibra skura\"?", "Se mai hija \"fibra mitfija\", jew jekk trid verament tuża l-kelma Maltija \"fibra mudlama\", però mhux fibra skura, it's not a shade.", "THE CHAIRMAN: Ħalli naraw jekk tgħidx hekk id-direttiva.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Imma jekk id-direttiva tgħid hekk ....", "JOE MIZZI: Dik hija d-Direttiva uffiċjali tagħna bil-Malti.", "Naqbel magħkom dwar dak li qed tgħidu, imma rridu nżommu mad-Direttiva għax ....", "THE CHAIRMAN: Imma t-test Malti qiegħed hekk.", "JOE MIZZI: It-test Malti tad-Direttiva, dik hija uffiċjali.", "CLAUDIO GRECH: Però mhumiex infallibli dawn ...", "JOE MIZZI: M'għedtlekx infallibbli.", "Naqbel magħkom mija fil-mija, imma naħseb ...", "THE CHAIRMAN: Ħalli naraw ftit.", "CLAUDIO GRECH: Intom l-esperti, però \"fibra skura\" żgur li ma tagħmel sens ta' xejn.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Qiegħda fid-definizzjoni ta' \"infrastruttura fiżika\".", "THE CHAIRMAN: Hekk qiegħda fid-Direttiva?", "JOE MIZZI: Jivvintaw kliem bil-Malti?", "CLAUDIO GRECH: Mhux jivvinta l-kelma bil-Malti, imma \"fibra skura\" ma tagħmilx sens, għax \"skur\" huwa kulur.", "Meta qed tgħid dark fibre mhux għax huwa kulur skur, dark fibre huwa mitfi, jiġifieri ma jkollux ...", "THE CHAIRMAN: Dottoressa, tista' taqraha daqsxejn?", "DR MELANIE VELLA: Mhux se naqraha kollha, imma fost il-lista hemm miktub \"cables, inkluża l-fibra skura, kif ukoll l-elementi ta' networks ...\"", "ĊENSU GALEA: It-traduzzjoni tad-Direttiva.", "CLAUDIO GRECH: Allura nistgħu nibqgħu għaddejjin, jekk kollox huwa bħad-Direttiva, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Le mhux kollox, għax hemm affarijiet oħrajn li ...", "JOE MIZZI: Jien għalhekk għedtlek, għandek tifsiriet li qegħdin bħad-Direttiva.", "CLAUDIO GRECH: Imma għandna leeway fejn .....", "Fejn hemm l-awtoritajiet naħseb wieħed jista' jispjega … (Interruzzjonijiet) Le le, dik uffiċjali bil-Malti.", "CLAUDIO GRECH: Għalhekk id-direttiva mhijiex il-linja, però fibra skużi, mhux kelma .....", "THE CHAIRMAN: Però ma naħsibx li għandna leeway li nistgħu nbiddlu.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Sfortunatament meta jsiru t-translations, bl-intenzjoni tajba kollha ta' min ikun qed jagħmel it-translation mhux dejjem ikollu l-background neċessarju għal ċertu terminoloġija.", "Din ċertament mhijiex l-unika translation li mhijiex it-tifsira preċiża ta' dak li jkun meħtieġ.", "L-Onor.", "Grech mil-lat tekniku qed jispjegalna li dark fibre m'għandu x'jaqsam assolutament xejn mal-kulur, imma għaliex hija mejta, hija mitfija.", "Però ċertament li min ikun għamel it-translation …", "JOE MIZZI: Huwa veru, però għalhekk importanti li hawnhekk nispjegaw x'qed infissru u x'nifhmu aħna għax, minkejja li jista' jkun hemm min jinterpretaha mod ieħor, dak li qed ngħidu fil-kumitat aħna jgħodd.", "Jiġifieri minkejja li tibqa' dik it-traduzzjoni li hemm fid-Direttiva, għax huma hekk kitbuha, dak li qed ngħidu li nifhmu aħna hawnhekk jgħodd.", "Meilak biex tintervjeni.", "Il-permess ingħata", "LUCIENNE MEILAK (Director Policy Development And Programme Implementation fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Jekk aħna naħsbu li t-traduzzjoni mhijiex qiegħda kif għandha tkun, aħna dejjem nistgħu niġbdu l-attenzjoni f'dan il-każ lis-services tal-Council u jsir it-tibdil li hemm bżonn u ma nirrestrinġux ruħna li jekk ikollna l-liġi bil-lingwa tagħna, ma tagħmilx sens.", "Jiġifieri jiena ta' l-opinjoni li dan isir.", "Mela jekk fil-każ wieħed jista' jagħmel din l-osservazzjoni.", "Ministru, hemm xi kummenti oħrajn?", "JOE MIZZI: Sewwa qegħda tgħid, li fil-każ aħna dejjem nistgħu niġbdu l-attenzjoni tal-Kunsill.", "Imma jekk nagħmlu emenda rridu nerġgħu nbiddlu l-liġi.", "Jekk aħna qed nispjegaw xi tfisser u x'qed nifhmu biha hawnhekk,, allura qed nassiguraw li dik hija l-interpretazzjoni li trid tingħata.", "Dik importanti ħafna.", "THE CHAIRMAN: Mit-test Ingliż joħroġ ċar x'irridu nifhmu.", "Hemm xi kummenti oħra?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Hemm kelma oħra fit-tifsira ta' \"infrastruttura fiżika fil-bini\" il-kelma \"sjieda\" li l-istess …", "IS-SUR PATRICK VELLA: Dik mid-Direttiva meħuda.", "CLAUDIO GRECH: Naħseb \"sidien konġunti\" għandha tiġi.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Kif ġie osservat qabel, il-biża' hi li jekk konna nużaw xi ħaġa differenti minn tad-Diretteva tal-UE … Onorevoli, jien ukoll tatni f'għajni.", "CLAUDIO GRECH: Bl-Ingliż hija \"joint ownership\".", "Il-kelma lanqas teżisti.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Jien m'għandix pretensjonijiet kbar fl-ortografija tal-Malti, biex niftiehmu.", "CLAUDIO GRECH: Lanqas jien, u meta tara liġi bħal din, jekk ikollok xi pretensjonijiet jitilqu.", "THE CHAIRMAN: Anke jekk ikun hemm emendi aktar tard, naħseb irridu nieħdu s-suġġeriment tas-Sinj.", "Dan huwa eżempju ieħor u nistgħu nimxu fuq dak is-suġġeriment.", "Hawn qbil dwar dan fil-Kumitat?", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed kummenti fuq klawsola 4?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 4.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Tħassir tal-artikolu 3 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Din il-klawsola qed tħassar artikolu 3 tal-Kap.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Żjieda ta' intestatura mal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Klawsola 6 tipprovdi għal żjieda ta' intestatura ġdida: \"Taqsima II Regolament ta' Aċċess għall-Infrastruttura ta' Utilitajiet\".", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Sostituzzjoni tal-artikolu 4 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Klawsola 7 tissostitwixxi artikolu 4 tal-Kap.", "81 biex ikun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "L-artikolu 4 ġdid jirrifletti fis-sustanza dak li hemm f'subartikolu 4(1) bid-differenza li l-ħidma tkun f'idejn ir-regolatur kompetenti tal-infrastruttura, liema ħidma fil-preżent se tkompli ssir minn Transport Malta.", "Il-bqija ta' artikolu 4 attwali se jiġi sostitwit bid-dispożizzjonijiet ġodda riflessi fl-artikoli ġodda 4A sa 4E introdotti permezz ta' klawsola 8.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Il-Ministru għadu kif qal li għalissa tkun Transport Malta li tibqa' responsabbli minn din il-funzjoni li qed nagħmlu referenza għaliha hawnhekk.", "Billi Transport Malta hija meqjusa bħala li hija s-sid ta' dak kollu li hemm fit-triq, fil-ġenb tat-triq u taħt wiċċ it-triq, hawnhekk qegħdin ngħidu li possibbilment jista' jkun xi ħaddieħor li jibda jamministra partijiet minn dik l-infrastruttura, jew nibqgħu ngħidu li se mai tkun dik l-organizzazzjoni responsabbli mill-infrastruttura, inkluż it-toroq, li jkollha dan il-poter?", "Mhux bilfors jibqa' jisimha Transport Malta, jista' jkun jisimha xi ħaġa oħra, imma se tkun dik l-organizzazzjoni li għandha funzjonijiet ta' Transport Malta illum jew Transport Malta jkollha parti mill-funzjonijiet u l-organizzazzjoni l-ġdida jkollha funzjonijiet oħrajn?", "Veru li hemm ċerti funzjonijiet oħrajn, imma Transport Malta se tibqa' bħala regolatur.", "Fil-fatt Transport Malta qed titlaq minn taħt idejha ċerti affarijiet, bħall-operazzjoni tal-lift, biex tiġi aktar regolatur.", "L-iskop ta' Transport Malta hu li tkun ir-regolatur komplet.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Sur President, lil hinn minn liema partijiet tal-funzjonijiet jew drittijiet li għandha Transport Malta qiegħda bil-mod il-mod titlaq, però nistgħu niġu f'pożizzjoni fejn ċerti elementi marbutin mas-servizzi li hemm taħt it-toroq ta' pajjiżna jew fit-toroq ta' pajjiżna jkunu amministrati minn awtoritajiet separati u diversi?", "Jiġifieri mhux bilfors tkun l-istess organizzazzjoni għaliex il-punt li semmejt fl-istadju tat-Tieni Qari hu li nistgħu nsibu ruħna f'pożizzjoni ferm iktar ikkumplikata minn dik li għandna llum, fejn diġà bil-liġi hija Transport Malta li tikkontrolla kollox, però, kif nafu lkoll, imbagħad għandek organizzazzjonijiet oħrajn li mhux dejjem jitolbu l-permessi neċessarji u jimxu mal-permessi neċessarji li suppost joħorġu minn Transport Malta.", "Jiġifieri to which extent se nassiguraw li tkun organizzazzjoni waħda li qiegħda tikkontrolla dak kollu li hemm fit-toroq ta' pajjiżna?", "JOE MIZZI: Nassigurak li Transport Malta se tibqa' tikkontrolla hi kif qed tikkontrolla llum.", "Fejn jidħlu toroq hi responsabbli bħala regolatur, u anke bħala infrastruttura tat-toroq li hija taħt il-Ministeru tal-Infrastruttura.", "Issa ħalliha li għal ċerti affarijiet jiddelega lil Transport Malta, imma dawk huma affarijiet li wieħed irid jiddiskutihom.", "L-aim ta' Transport Malta hu li tkun ir-regolatur.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar kummenti?", "L-Onor.", "RODERICK GALDES: F'każ ta' twaħħil ta' cables fuq binjiet storiċi, naf li dan l-artikolu qed jgħid li \"regolatur kompetenti ta' infrastruttura jista' jordna li jiġu mqiegħda cables\" u kulma jkun hemm bżonn mal-bini mill-operaturi wara li jinnotifikaw lis-sidien.", "Però mhux qed jiddistingwi bejn binjiet li għandhom ċerti valuri li tista' ssirilhom ħsara jekk ma jsirx xogħol kif suppost.", "F'dak il-każ il-liġi se tibqa' kif inhi jew inkella tagħti xi dritta lis-sidien biex ikunu jistgħu jikkontestaw?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Dawn huma dispożizzjonijiet li kienu hemm qabel, però mhijiex kwestjoni dwar jekk il-bini hux antik jew le, hija kwestjoni dwar is-sit as such.", "Pereżempju jekk hemm xi cables fuq il-proprjetà tiegħi u jien irrid nagħmel xi modifikazzjoni, f'dak il-każ għandi dritt ċivilment li nieħu l-passi, però rrid inġib ġustifikazzjoni li m'għandix alternattiva għal dak li se nagħmel u jridu jiġu notifikati wkoll l-operaturi konċernati.", "Jiġifieri d-dispożizzjoni diġà qiegħda fil-liġi prinċipali, però biddilnieha ftit għax il-proċedura kif inhi bħalissa hija kemxejn vaga.", "Issa qed ngħidu li individwu li għandu xi cables fuq il-proprjetà tiegħu jista' jagħmel talba quddiem il-qorti, jiġi nnotifikat l-operatur u l-operatur għandu tliet xhur ċans biex joġġezzjona, però jekk ma jġibx oġġezzjonijiet validi individwu jista' jibqa' sejjer bix-xogħlijiet.", "Però l-aspett li qed tgħid inti, mhuwiex b'xi mod catered for.", "THE CHAIRMAN: Hemm ukoll sentenzi tal-kumpanija General Soft Drinks.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Kif inhi bħalissa l-liġi tgħid li kontestazzjoni f'dan il-każ għandha ssir quddiem il-Qorti tal-Appell, u issa qed ngħidu li ssir quddiem il-Prim'Awla.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar kummenti?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 7.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Żjieda ta' artikoli ġodda mal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Klawsola 8 qed tintroduċi l-artikoli ġodda 4A sa 4E, li fis-sustanza qed jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet attwali fil-Kap.", "81 ta' subartikoli 4(2) sa 4(11), fejn qed isiru xi emendi biex jipprovdu għal regolamenti aktar flessibbli u koordinament bejn id-diversi operaturi.", "Artikolu 4A qed jipprovdi għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' kollokazzjoni eċċ. fir-rigward ta' infrastruttura u l-proċedura li għad trid tiġi segwita.", "Skont artikolu 4(Ċ) \"Ir-riċevitur ta' ordni magħmul taħt l-artikolu 4A għandu jitħalla jitlob ħlas għall-kollokazzjoni jew l-użu ta' faċilitajiet imwaħħla jew imtella' minnha b'rati bbażati fuq spejjeż relevanti raġonevoli.\"", "Artikolu 4D jistabbilixxi prinċipji li fuqhom ir-regolatur kompetenti tal-infrastruttura għandu jsegwi fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu u artikolu 4E jipprovdi li persuna jew ir-regolatur kompetenti tal-infrastruttura li jħossu ruħhom aggravati b'xi deċiżjoni regolatorja tista' tappella quddiem it-Tribunal:", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Dan li għandna f'din il-klawsola hawnhekk huwa proprju dak li kont qed nirreferi għalih waqt l-intervent tiegħi fit-Tieni Qari.", "Meta tħares lejn il-mekkaniżmu, li huwa pjuttost burokratiku, tara li min irid, jista' jagħmel delays biex parti oħra taċċedi għall-infrastruttura għax it-termini li qed jingħataw, huma xorta relattivament lax fl-opinjoni tiegħi.", "Dan għaliex operatur li jitlob biex jaċċedi infrastruttura ta' xi ħaddieħor, kull darba se jgħaddi minn dan il-proċess għal kull istanza u għal kull istanza inti se tibda żżid il-burokrazija li ftit ftit se tispiċċa għandek bejn tlieta u erba' xhur għal kull istanza.", "Hawnhekk qed ngħidu, anke fit-titolu tal-liġi, li rridu nagħmlu leġiżlazzjoni biex tiffaċilità l-implimentazzjoni ta' high speed networks, però mbagħad qed nagħtu l-fakultà li min għandu r-riżorsi biex jagħmel delay waħda wara oħra, jista' jibqa' jtawwal sakemm imur għall-appell quddiem it-Tribunal.", "Li l-kalkolu tiegħi huwa bejn erba' u ħames xhur għal kull …", "THE CHAIRMAN: It-termini huma fid-Direttiva?", "CLAUDIO GRECH: Le, fil-liġi.", "Naħseb it-termini għamiltuhom intom, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Għalhekk qed nistaqsi.", "Meta jkun hemm kwestjoni bejn żewġ operaturi, allura skont in-natura tal-kwestjoni se naqgħu fit-taqsima l-ġdida li qed timplimenta d-Direttiva, fejn f'kull istanza hemm terminu partikolari meta jistgħu jmorru quddiem bord indipendenti u tingħata deċiżjoni u t-terminu jvarja minn xahrejn sa erba' xhur.", "Se nerġa' mmur fuq l-ispirtu tal-liġi għax fl-istadju tat-Tieni Qari l-Ministru u jien kellna kważi l-istess atunement.", "L-ispirtu tal-liġi hu li aħna niffaċilitaw id-deployment ta' high speed networks.", "Iż-żewġ elementi fundamentali li bihom tiffaċilita d-deployment ta' high speed networks - hawnhekk tgħallmuna intom għax intom esperti u tgħixu fihom – huma l-ewwel nett li l-cost tiegħek ikun kemm jista' jkun baxx u inti tagħmel il-profitt tiegħek mhux mill-infrastruttura, imma mis-servizz li qed tagħti, u t-tieni nett li l-aspett amministrattiv, l-aspett regolatorju, l-aspett infrastrutturali biex tpoġġi n-network tiegħek ikun faċilitat biex tagħmel deployment fi żmien relattivament qasir.", "Kif nafu, biex tgħaddi fibra min-naħa għall-oħra tat-triq ma teħux ammont kbir ta' ħin, però the disproportionate amount of time li qed nitkellmu fuqu hawnhekk fuq xi ħaġa li jiena nifhem should be second nature.", "Jien naħseb li d-design tal-liġi huwa daqsxejn zopp għaliex sakemm m'hemmx raġuni għalfejn jibblokka – u naħseb ir-raġunijiet nistgħu nartikolawhom – operatur m'għandux ikollu l-fakultà li jibblokka.", "It-tieni nett fir-rigward taċ-charges, meta hawnhekk tgħid \"the reasonable relevant costs\", tant jista' jkollok immaġinazzjoni dwar what is the reasonable u what is relevant li se jkollok ħafna disputes fuq x'inhuma ċ-charges, għalkemm hawnhekk tipprovaw tagħmlu xi exclusions.", "Fil-verità - with no disrespect at all - naħseb li hawn qed nagħmlu sempliċement transposition tad-Direttiva, però meta nidħlu fiha u naraw kif se taħdem on a day-to-day basis, naraw li jekk għada operatur irid jgħaddi fibra, jgħaddi cable minn ġo duct li llum huwa ta' xi ħadd, irid japplika u l-ieħor għandu 20 ġurnata biex iwieġeb minn meta jirċeviha.", "Għaliex għandu 20 ġurnata biex jgħid jekk jaqbilx jew le biex jgħaddi cable mill-infrastruttura tiegħu?", "Imbagħad jekk ma jkunx hemm il-qbil suppost għandek xahrejn oħra within … Let's be honest.", "M'aħniex qed nindirizzaw is-sustanza issa.", "Fl-ispirtu qbilna u ħadt pjaċir li jien u l-Ministru qegħdin exactly on the same page.", "THE CHAIRMAN: Kif wasaltu għalihom it-time frames?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Fejn tidħol il-parti l-ġdida, it-time frames fid-Direttiva qegħdin.", "Ir-raġunament kien li nibdew nimxu mad-Direttiva, naraw l-affarijiet kif jimxu, imbagħad fil-każ nipproponu tibdil iktar 'il quddiem.", "Din hija xi ħaġa li għadha ma ġiet transposed imkien u fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi lanqas hemm esperjenza tagħha.", "Jiġifieri naħseb li d-Direttiva ħadet minn dak li hu l-best practice li hemm preżenti u aħna ddeċidejna li nimxu magħha, nibdew minn hemm u mbagħad naraw.", "Rigward il-punt l-ieħor li semmejt, aħna ttrappjantajna d-Direttiva f'Kap. 81 minħabba li tittratta collocation fiż-żewġ każi għax irraġunajna li jkun tajjeb li jkollok qafas wieħed għal dak li huwa collocation.", "Fl-ewwel biċċa tal-liġi preżenti pjuttost milli operatur qed jitlob bi dritt – għax issa ġejja bi dritt – l-aċċess lill-operatur ieħor, hemm il-prerogattiva tal-infrastructure regulator li jgħid li int trid tikkolloka.", "Jiġifieri dik il-prerogattiva tat-transport regulator li jagħti ordni, dik trid tinżamm u żammejnieha hemmhekk.", "Żidna wkoll biċċiet minn Direttiva ta' qabel li ma konniex għamilna traspożizzjoni tagħhom daqshekk ċara u issa għamilnieha ċara għalfejn fil-fatt for town and country planning, health purposes, etc. jista' jkun hemm refusal.", "Jiġifieri ħallejna dik il-prerogattiva ta' Transport Malta li tgħid li inti ma tistax tgħaddi cable ġdid minn hawnhekk għal raġunijiet li jistgħu jkunu varji, imma trid tikkolloka ma' ħaddieħor.", "Però t-time frames li mbagħad użajna fil-biċċa l-ġdida huma effettivament dawk li hemm fid-Direttiva.", "CLAUDIO GRECH: Però apparti l-legaliżmi, intom tafu li llum is-sitwazzjoni hija waħda unworkable.", "Nispera li tafuha għax intom qegħdin fiha u tafu li meta xi ħadd japplika biex jagħmel xi forma ta' collocation jew juża infrastruttura ta' ħaddieħor, illum il-proċess tat-toing and froing bejn iż-żewġ operaturi huwa ad infinitum.", "Nispera li din tafuha għax jekk ma tafuhiex għandna problema li qed tressqu leġiżlazzjoni hawnhekk li m'aħniex … (Interruzzjonijiet) Agħtini ċans nispiċċa l-argument.", "Aħna rridu nilleġiżlaw biex niffaċilitaw il-high speed networks u l-investiment fihom.", "L-argument tiegħi hu li jekk tafu li għandna din is-sitwazzjoni llum, intom temmnu li dan li qed nagħmlu hawnhekk se jindirizzaha dik is-sitwazzjoni u mhux kull istanza se nerġgħu nagħmlu xhur twal biex tiġi indirizzata?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Kif spjega s-Sur Patrick Vella, it-terms huma ffissati mid-Direttiva, la stajna nżidu u lanqas stajna nnaqqsu għax hija maximum harmonization directive.", "Però wieħed irid japprezza wkoll li din hija xi ħaġa relattivament ġdida, fis-sens li qed jissemmew kwestjonijiet li jistgħu jqumu u qed jiġu ffissati terms partikolari li fihom dawn iridu jiġu deċiżi.", "Diġà kien hemm xi ħaġa fil-liġi attwali, però tirrelata biss ma' min qiegħed fis-settur tat-telefonija.", "Din issa qed testendi l-aċċess għall-utilities l-oħrajn, però t-terms huma dawk li huma.", "Fil-verità ż-żmien se jagħtina parir.", "Nifhem l-ispirtu ta' dak li qed tgħid, però naħseb irridu nimxu pass pass.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Jekk it-termini li għandna huma parti mid-Direttiva naqbel magħkom, ikollok for a moment tagħlaq ħalqek u ma tgħid xejn, però jekk mhumiex, anke mill-esperjenzi tal-passat, nagħmlu sewwa li nqassru dawn it-termini.", "Il-piki qegħdin kullimkien u, kif nafu, f'Malta huma daqsxejn iktar minn kullimkien, allura huwa importanti li dak inżommuh quddiem għajnejna.", "Ma nafx jekk il-kollega tiegħi hux qed jagħmel referenza għall-iffissar tal-ħlasijiet imsemmija f'artikolu 4Ċ għaliex, kif intom ċertament tafu, din bilfors tiftaħ il-kwestjonijiet li kellna ma nafx kemm-il darba, fejn anke l-awtorità nnifisha suppost iddaħħal preċiż kemm tagħmel spejjeż, meta fir-realtà nafu li mhux hekk għaliex jiġu stabbiliti b'modi … M'iniex qed nitkellem dwar illum, imma tradizzjonalment, jiġifieri mhux xi sitwazzjoni tal-2016.", "Jekk il-ħlasijiet mhux se jkunu stabbiliti b'mod ċar probabbilment ikollna d-diffikultajiet li għamel referenza għalihom l-Onor.", "Ħalli mmur pass lura għall-artikolu 4A, fejn fit-test Malti għandna l-kelma \"poli\" li hija traduzzjoni tal-kelma \"poles\", imma ċertament li \"poli\" bil-Malti ma tfisser xejn.", "Fit-test Ingliż hemm \"poles, masts, antennae\", allura għall-kelma \"poles\" għamilna l-kelma \"poli\" u għall-kelma \"masts\" għamilna l-kelma \"arbli\".", "Fil-fatt \"masts\" huma arbli ta' fuq il-bjut u \"poles\" huma l-arbli tat-toroq.", "Hawnhekk ukoll wieħed irid jiġbed daqsxejn l-attenzjoni ta' ...", "JOE MIZZI: Huwa tajjeb li tinġibed l-attenzjoni.", "Però nixtieq nerġa' nagħmel referenza għat-time frames imsemmija għax fil-fatt din il-kwestjoni kienet diġà laqtitni.", "Jiena wieħed minn dawk li ngħid li l-burokrazija għandha tiġi tackled.", "Però meta staqsejt f'dan il-każ ġie spjegat lili li dawk it-time frames qegħdin fid-Direttiva.", "Ovvjament la hemm id-Direttiva naħseb li għalissa għandna nimxu magħha, imbagħad naraw x'jiġri maż-żmien.", "Jiena bħalkom nemmen li maż-żmien wieħed irid jara kif jirranġa.", "L-aim hu li ma jkunx hemm dewmien u ħafna burokrazija b'tali mod li minflok niffaċilitaw l-affarijiet iktar indumu.", "ĊENSU GALEA: Sur President, ħaġa oħra fil-qosor, intqal li huma ftit jew inkella kważi xejn il-pajjiżi fejn din id-Direttiva ġiet transposed, mentri safejn naf jien qed jingħad li sal-aħħar tax-xahar suppost tkun transposed.", "Naf li baqa' ftit ġranet sal-aħħar tax-xahar.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Sa Ottubru li għadda meta kont fil-Communications Committee … Bħala direttiva hija kkumplikata biex ...", "ĊENSU GALEA: Fair enough, imma llum, il-15 ta' Marzu 2016, hemm pajjiżi li għamlu transposition ta' din id-direttiva?", "Hemm deadline tat-transposition tagħha?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Id-deadline kien sa Diċembru 2015.", "Sa Ottubru li għadda l-biċċa l-kbira kienu għadhom m'għamlux it-transposition tad-Direttiva.", "Jien semmejt dan il-fatt mhux għall-punt li m'għamlux it-transposition, imma biex nuri li għad m'hemmx l-esperjenza.", "JOE MIZZI: Irridu mmexxu biex aħna niġu in line, għax inkella jkollna infringement ieħor ma' li diġà għandna!", "IS-SUR PATRICK VELLA: Nixtieq nagħmel kumment żgħir fuq dak li bdejt issemmi qabel.", "Jeżistu agreements bejn operaturi, pereżempju anke bejn l-Enemalta u operaturi oħrajn, imma l-importanti li l-agreements ikunu miftuħin għal kulħadd.", "Dak huwa l-għan prinċipali.", "It-tieni punt hu li naqbel perfettament ma' dak li qed tgħid int li jekk ma tlaħħamx il-liġi tibqa' ittra mejta.", "Fil-livell tal-liġi għandek il-prinċipji u s-sustanza, però mbagħad going one, two levels down, ix-xogħol jaqa' fuqna biex nibdew nartikolaw dawk li huma pricing mechanisms, l-aspetti tekniċi ta' kif tista' tgħaddi l-infrastruttura pereżempju minn ġod-ducting, hemm 101 affarijiet illi rridu nagħmlu u fil-fatt qed naħdmu ma' Transport Malta wkoll, għandna kumitat konġunt magħhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Artikolu 4E, kif propost fi klawsola 8, jibda bil-kliem \"Persuna jew regolatur kompetenti\".", "Għaliex f'daqqa waħda ġiet il-kelma \"persuna\", mentri fil-paragrafu, il-ħin kollu nitkellmu fuq \"regolatur kompetenti\"?", "THE CHAIRMAN: Għax jekk tħossok aggravat ...", "ĊENSU GALEA: Imma fuq individwu qegħdin nitkellmu jew fuq xi operatur partikolari?", "Għal li jista' ikun, din hija referenza għal operatur jew regolatur kompetenti?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Taħt din il-parti jistgħu joħorġu ordnijiet fejn jien, bħala operatur, ngħaddi xi cable fuq proprjetà privata, allura dik il-persuna li hija s-sid ta' dik il-proprjetà trid tikkontesta dik l-ordni, f'dak is-sens.", "ĊENSU GALEA: Lanqas fid-definizzjonijiet ma hemm it-tifsira ta' \"persuna\", ma teżistix.", "Id-domanda li qed nagħmel hi jekk il-kelma \"persuna\" hijiex qed tirreferi għal operatur u regolatur?", "THE CHAIRMAN: Il-kelma hija \"jew\".", "ĊENSU GALEA: Kollox sew, imma jekk hux operatur jew regolatur kompetenti.", "Ma nafx x'suppost għandna.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: \"Persuna\" tista' tkun operatur ukoll għax il-persuna hija persuna legali jew naturali.", "Hemm id-definizzjoni anke fl-Interpretation Act li tispjegalek li, sakemm ma jingħadx mod ieħor f'dik il-liġi partikolari, \"persuna\" fil-liġijiet tinkludi natural and legal person.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar kummenti?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Emenda tal-artikolu 5 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Din hija emenda għall-artikolu 5 ta' Kap. 81 fejn qed ngħidu li kontestazzjonijiet dwar kwestjoni ċivili se jibdew isiru quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili minflok quddiem il-Qorti tal-Appell.", "THE CHAIRMAN: Ovvjament dejjem bi dritt ta' appell.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Bħalissa qiegħda li min jikkontesta, mill-ewwel imur il-Qorti tal-Appell li ma tagħmilx sens.", "THE CHAIRMAN: Din mhux l-unika liġi.", "Fil-każ tal-MEPA, pereżempju, il-Qorti tal-Appell tmur.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Jien ħriġt ordni bħala regolatur u xi ħadd ried jikkontesta dik l-ordni, ma tagħmilx sens li tmur quddiem il-Qorti tal-Appell għax l-ewwel tmur Prima Stanza.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri hawnhekk mhux qed tmur fuq punt ta' liġi, tista' tmur fuq kollox.", "Hawn iktar kummenti?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Emenda tal-artikolu 6 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Klawsola 10 temenda l-artikolu 6 tal-Att prinċipali, u subartikolu (3) kif sostitwit, jgħid \"Qabel ma tittieħed xi deċiżjoni ulterjuri għal xi talba taħt dan l-artikolu, ir-regolatur kompetenti tal-infrastruttura meta jiġi biex jittratta din it-talba\" għandu jikkonsulta ma' regolaturi oħrajn u ma' kull min iqis li jista' jintlaqat b'mod negattiv mid-deċiżjoni.", "Tajjeb ngħid li skont artikolu 4E ġdid kull min iħossu aggravat b'deċiżjoni regolatorja meħuda taħt it-Taqsima ta' Kap. 81 jista' jagħmel appell quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Subartikolu 6(3) kif sostitwit bi klawsola 10 jgħid dan li ġej:", "\"(3) Qabel ma tittieħed xi deċiżjoni ulterjuri għal xi talba taħt dan l-artikolu, ir-regolatur kompetenti tal-infrastruttura meta jiġi biex jittratta din it-talba, għandu –", "fejn ikun meħtieġ, jikkonsulta bil-miktub mar-regolatur jew regolaturi kompetenti ta' infrastruttura;\" ....", "Jiġifieri jien se nikkonsulta miegħi nnifsi?", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk kien Transport Malta, issa mhux bilfors se jkun Transport Malta.", "JOE MIZZI: Le, le, ikun hemm regolatur … Għax jien kont qed ngħid Transport Malta tkun … (Interruzzjonijiet) Le, le, għandek raġun għax mhux kollox se jkun f'idejn Transport Malta.", "Għal din il-klawsola nagħmlu emenda verbali.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Nirringrazzja lill-Onor.", "Fit-test Ingliż qiegħda tajba u bil-Malti qegħda ħażina.", "Ħalli nagħmel korrezzjoni.", "Jiġifieri fejn hemm infrastruttura ...", "ĊENSU GALEA: Dr Micallef, fil-Kumitat, kif taf inti, mhux qegħdin hawnhekk to gain points, imma biex il-liġijiet nipprovaw nagħmluhom l-aħjar possibbli.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Anzi, nirringrazzjak.", "JOE MIZZI: L-emenda trid tgħid li minflok \"regolatur kompetenti tal-infrastruttura\" irid jidħol il-kliem \"regolatur kompetenti ta' utilitajiet\".", "ĊENSU GALEA: Hemm diskrepanza fit-traduzzjoni kemm fil-paragrafu (a) u kemm fil-(b).", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi li klawsola 10 tiġi posposta sakemm tinkiteb l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li Klawsola 10 tiġi posposta.", "Klawsola 11 - Żjieda tal-artikolu ġdid mal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Klawsola 11 qed iżżid l-artikolu 6A ġdid li jirrifletti fis-sustanza subartikolu 4(9) tal-Kap.", "81 kurrenti, biex b'hekk tingħata iktar prominenza għal din id-dispożizzjoni bħala regola għal rasha.", "JOE MIZZI: Sur President, qed ngħid li s-sustanza ta' subartikolu 4(9) ta' Kap. 81 ġiet riprodotta bħala artikolu 6A ġdid .", "THE CHAIRMAN: Dan qed jagħmel applikabbli artikolu 471 tal-Kodiċi Ċivili.", "JOE MIZZI: Hekk hu.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Dan l-artikolu 6A ġdid jinsab fil-liġi attwali Kap. 81 bħala parti mill-artikolu 4 li għandu madwar 13-il subartikolu.", "Qlajnieh minn fejn kien u għamilnieh għal rasu biex ma jkunx qisu moħbi.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Sur President, għandi diffikultà bit-traduzzjoni fit-test Malti.", "It-test Ingliż tal-artikolu 6A, kif propost fi klawsola 11, jgħid hekk:", "filwaqt li bil-Malti qegħdin ngħidu hekk:", "Għall-finijiet tal-ispezzjoni, ittestjar jew manutenzjoni fi stat tajjeb ta' tiswija ta' xi ħidma mwettqa ...\".", "Jien qed nifhem li l-kelma \"work\" qed tirreferi għal infrastructural work.", "X'tip ta' ħidma trid tkun biex iżżommu fi stat tajjeb?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Għall-infrastruttura qed tirreferi.", "ĊENSU GALEA: Imma bil-kelma \"ħidma\" imkien m'hemm referenza għal \"xogħol\", jiġifieri the physical work.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Fil-fatt l-Onor.", "Galea għandu raġun għax qed niċċekkja wkoll it-test tal-liġi attwali u l-kelma li tintuża hija \"xogħlijiet\".", "Allura nissuġġerixxi li ssir bidla f'dak is-sens, minflok il-kelma \"ħidma\" tidħol il-kelma \"xogħlijiet\".", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "Fit-test Malti, fl-artikolu 6A li hemm fil-klawsola 11, minflok il-kelma \"ħidma\" għandha tidħol il-kelma \"xogħlijiet\".", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata verbalment.", "Klawsola 11, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Sostituzzjoni tal-artikolu 7 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Artikolu 7 ta' Kap. 81 qed jiġi sostitwit biex jipprovdi għal proċess iżjed ċar meta jkun hemm kwestjonijiet fejn is-sid ta' art jixtieq ineħħi xi cable, eċċ. minħabba xi alterazzjonijiet li jixtieq jagħmel fuq il-proprjetà tiegħu.", "Trid issir talba quddiem il-Prim'Awla li tiġi notifikata lill-operatur konċernat u dan jingħata pre-avviż ta' tliet xhur li matulhom jista' jikkontesta t-talba tas-sid tal-art.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk qed nifhem sew, jiġifieri jsir rikors quddiem il-Prim'Awla, jiġi nnotifikat l-individwu u l-individwu għandu tliet xhur?", "Għaliex f'kawża normali quddiem il-Prim'Awla, għandek 20 ġurnata.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Din ibbażajnieha fuq id-dispożizzjoni ta' Kap. 81 kif inhi bħalissa.", "THE CHAIRMAN: Imma ma jidhirlekx li tliet xhur huma wisq?", "CLAUDIO GRECH: Però l-operatur 20 ġurnata biss għandu biex jirrispondi, hux hekk?", "Is-sid irid jagħti avviż minn tliet xhur qabel tal-intenzjoni tiegħu li jagħmel l-alterazzjonijiet.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: L-artikolu tal-liġi preżenti jgħid hekk: \"Iżda s-sid għandu f'kull każ jagħti qabel avviż ta' tliet xhur li beħsiebu jagħmel il-bdil fil-fond kif jingħad hawn fuq.\"", "Aħna ma rridux invarjaw it-termini li diġà hemm iffissati fil-liġi domestika.", "Dik kienet ir-raġuni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 12.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Emenda tal-artikolu 8 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Din il-klawsola temenda l-artikolu 8 fejn minflok il-kliem \"u tat-telegrafu\" għandhom jidħlu l-kliem \"u networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi\".", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 13.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Emenda tal-artikolu 9 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: F'artikolu 9 tal-Kap.", "81 il-multa massima ta' €232.94 ġiet miżjuda għal massimu ta' €5,000.", "Il-multa ta' qabel kienet marbuta ma' sitwazzjoni ta' diversi snin ilu.", "Però l-piena ta' xahar priġunerija qed titneħħa.", "THE CHAIRMAN: Imma qed tiżdied il-multa.", "JOE MIZZI: Qed tiżdied il-multa ovvjament.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 14.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Emenda tal-artikolu 10 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Din hija simili għall-klawsola ta' qabel imma għall-artikolu 10 tal-Kap.", "U bħalma għamilna f'artikolu 9, il-multa massima ta' €232.94 ġiet miżjuda għal massimu ta' €5,000.", "Il-piena ta' tliet xhur priġunerija qed titneħħa wkoll.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 15.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Tħassir tal-artikoli 11 u 12 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: F'din il-klawsola artikoli 11 u 12 qed jiġu mħassra.", "L-artikolu 11 kien jittratta dwar fakultà li jsiru regolamenti mill-Ministru.", "Dan issa qed jiġi rifless fl-artikolu l-ġdid 73 li jinsab fit-Taqsima IV taħt il-mixxellanji.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 16.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 - Emenda tal-artikolu 13 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Klawsola 17 temenda l-artikolu 13 tal-Att prinċipali biex minflok il-kliem \"l-artikolu 11\" jidħlu l-kliem \"l-artikolu 37\".", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Żjieda tat-Taqsimiet u artikoli ġodda mal-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Ministru, jien nixtieq nirrakkomanda li għal-lum nieqfu sa klawsola 17 u nagħmlu klawsola 18 għada għaliex klawsola 18 hija l-klawsola prinċipali ...", "JOE MIZZI: Jiena kont qed naħseb li naqbżu klawsola 18 u ngħaddu għall-oħrajn, però għada se jkolli problema għar-raġuni li għandi commitment u ma nistax niġi hawnhekk.", "CLAUDIO GRECH: Klawsola 18 ma lħaqniex rajnieha.", "(Interruzzjonijiet) Klawsola 18 tiġbor kollox fiha.", "JOE MIZZI: Mela għalissa naqbżu klawsola 18 u nkomplu mexjin bil-klawsoli l-oħrajn.", "Imbagħad niftiehmu fuq xi ħin, imma, kif diġà għedtlek, filgħaxija huwa impossibbli.", "CLAUDIO GRECH: Anke jekk forsi niltaqgħu ġurnata oħra.", "THE CHAIRMAN: Ministru, inti għandek xi żmien?", "JOE MIZZI: Iva, għax peress li l-Parlament se jaġġorna għar-recess għada nistgħu nressqu t-Tielet Qari u rrid nerġa' niġi minn fejn inkun biex inressaq it-Tielet Qari, għax għandi commitment li ilu confirmed ħafna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Fil-verità s-sustanza tal-liġi hija fi klawsola 18, jiġifieri ġenwinament inkunu qed ngħadduha mingħajr ...", "Jien m'għedtlekx biex ngħadduha bl-addoċċ, sempliċement qed ngħidlek li filgħaxija għandi daqsxejn problema.", "CLAUDIO GRECH: Forsi nistgħu niltaqgħu f'xi ħin qabel?", "JOE MIZZI: Ħalli nara x'għandi għada.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nissospendu għal ftit minuti.", "Il-kumitat ġie sospiż għal ħames minuti.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat se jkompli.", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi li klawsola 18 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li klawsola 18 tiġi posposta.", "Klawsola 10 - Emenda tal-artikolu 6 tal-Att prinċipali.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Sur President, inressaq din l-emenda:", "\"A\" Fil-klawsola 10 fis-subartikolu (ċ) tiegħu l-kelma \"infrastruttura\" li tidher kemm fis-subparagrafu (a) u (b) għandha fit-test Malti tinbidel bil-kelma \"utilitajiet\".", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 10 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10 kif emendata.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Jidher li hawn qbil li din il-laqgħa, fuq talba tal-Onor.", "Claudio Grech, titkompla għada fis-5.45 p.m. Din il-laqgħa hija aġġornata għal għada.", "Grazzi lil kulmin ħa sehem f'din il-laqgħa.", "Fid-9.10 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat ġie aġġornat għall-għada, l-Erbgħa 16 ta' Marzu, 2016 bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160315_002d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 2", "It-Tlieta, 15 ta' Marzu 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament fit-19.46 p.m.", "L-Onor.", "Emanuel Mallia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor.", "Joe Mizzi, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali l-Onor.", "Ċensu Galea u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 1 li saret fis-16 ta' Diċembru, 2015 kienu konfermati.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA' ĊERTI XOGĦLIJIET F'UTILITAJIET U SERVIZZI - Abbozz Nru 144", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 369 tal-15 ta' Marzu 2016 il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sinj.", "Lucienne Meilak Director Policy Development and Programme Implementation fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u s-Sur Patrick Vella, Dr Melanie Vella u Dr Paul Edgar Micallef Chief of Policy and Planning, Legal Advisor u Chief Legal Advisor rispettivament mal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni, ġew mistiedna biex jintervjenu fil-Kumitat.", "KLAWSOLI 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8 u 9 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, il-Kumitat qabel li Klawsola 10 tiġi posposta.", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, ressaq din l-emenda verbali:", "Fit-test Malti, fl-artikolu 6A li hemm fil-Klawsola 11, minflok il-kelma \"ħidma\" għandha tidħol il-kelma \"xogħlijiet\".", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 11, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLI 12, 13, 14, 15, 16, u 17 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, il-Kumitat qabel li Klawsola 18 tiġi posposta.", "KLAWSOLA 10 (Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"A\":", "Fil-klawsola 10 fis-subartikolu (ċ) tiegħu l-kelma \"infrastruttura\" li tidher kemm fis-subparagrafu (a) u (b) għandha fit-test Malti tinbidel bil-kelma \"utilitajiet\".", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.10 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat ġie aġġornat għall-għada, l-Erbgħa 16 ta' Marzu 2016 bl-istess aġenda.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160315_002m_kun.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Joe Mizzi MP, Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura", "Onor. Ċensu Galea MP", "Onor. Marthese Portelli MP (Membru Sostitut)", "Laqgħa Nru 3", "l-Erbgħa, 16 ta' Marzu 2016 fis-5.45 pm", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' fid-data u l-ħin hawn fuq indikat, fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi - Abbozz Nru 144 (Kont).", "15 ta' Marzu 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160316_003a_kun.docx"} {"text": ["GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "LAQGĦA NRU 3", "L-Erbgħa, 16 ta' Marzu, 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL- KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 3", "L-Erbgħa, 16 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, fis-5.50 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret it-Tlieta, 15 ta' Marzu 2016, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Emanuel Mallia): Ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA' ĊERTI XOGĦLIJIET F'UTILITAJIET U SERVIZZI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 369 tal-15 ta' Marzu 2016 il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ikompli mil-Laqgħa Nru 2 tat-Tlieta, 15 ta' Marzu 2016.", "Klawsola 18 - Żjieda tat-Taqsimiet u artikoli ġodda mal-Att prinċipali.", "(Posposta fil-Laqgħa 2 tal-15 ta' Marzu 2016)", "THE CHAIRMAN: Immorru għal klawsola 18 li kienet ġiet posposta fl-aħħar laqgħa.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Sur President, klawsola 18 tipprovdi għall-inklużjoni ta' tliet taqsimiet ġodda.", "Taqsima III li tirrigwarda \"Faċilitar ta' Elementi ta' Networks tal-Komunikazzjoni Elettronika b'Veloċità Għolja\", liema taqsima tirrifletti fis-sustanza Artikolu 3 sa 9 tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Taqsima IV tittratta \"Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet\" u Taqsima V hija ntitolata \"Mixxellanji\".", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, kif wegħedt lill-Kumitat, dort ftit klawsola 18 għax din hija l-qofol tal-bidliet li qegħdin isiru f'din il-liġi.", "L-ikbar concern li għad għandi - u kważi kibret ftit iktar minn dak li ddiskutejna lbieraħ - huwa l-punt dwar it-time windows li jeżistu.", "Jien ipprovajt inħares lejn xenarju ta' - ejja ma ngħidilhomx id-delays - l-itwal perjodi li jistgħu jittieħdu.", "Fil-fatt mill-kalkoli tiegħi, jekk jibqa' jkun hemm l-oġġezzjonijiet għal xi talba tista' ddum minn 16 sa 18-il xahar biex tipproċessa talba.", "Jiġifieri jekk ma tingħatax l-informazzjoni meħtieġa għandhom xahrejn, wara x-xahrejn jistgħu jmorru quddiem id-Dispute Resolution Board, imbagħad għandek is-civil works… Qabel ma nidħlu iktar fid-dettall u noqogħdu niddibattu, jekk intom tagħtuni l-assigurazzjoni li dawn huma t-time frames li huma imposti fid-Direttiva, mhux se noqgħod inqajjem kull darba dan il-punt.", "Imma, biex inkunu ċari, il-metodoloġija artikolata hawnhekk u l-proċess elenkat hawnhekk defeats the whole purpose li aħna rridu naċċelleraw l-aċċess għall-infrastruttura, għax hawnhekk hawn xalata għal min irid jimblokka l-proċess.", "Jekk għamilt dawn il-kalkoli ħażin, għiduli intom, imma jien ikkalkolajt li tista' ddum minn 16 sa 18-il xahar sakemm tiġi pproċessata t-talba.", "Nafu kif jagħmlu l-avukati, talba wara talba wara talba wara talba, tiċħadha u mbagħad tmur quddiem id-Dispute Resolution Board.", "Dak huwa l-ewwel punt li xtaqt nagħmel biex ma noqgħodx inqajmu kull darba għax hawn xi seba' istanzi fejn nista' nqajmu.", "JOE MIZZI: Jien preokkupat bħalek għax l-għan kien li ma jkunx hemm dewmien, imma kif spjegawli, l-Abbozz qed jimxi mad-Direttiva għax hemm ċerti żmien li huma marbutin mad-Direttiva.", "Imma hemm ċerti affarijiet li mhumiex marbutin mad-Direttiva fejn qed jgħidu li se nagħtu ċans ħalli nibdew, u mbagħad wieħed jara kif nistgħu mmexxu.", "Dan huwa qasam li għadna qegħdin nesperjenzawha u inti taf daqsi li hemm problemi kbar u li mhux faċli ssolvihom.", "Anke jekk kollox ikun jidher li mhux se jieħu ż-żmien, naċċertak li f'dan il-qasam żgur li jinqalgħu xi problemi li jieħdu fit-tul.", "Mill-esperjenza tiegħi meta kont responsabbli ta' dan il-qasam, dejjem jitfaċċaw kwestjonijiet li ma tkunx taf dwarhom u jdumu biex jiġu riżolti.", "Jiġifieri dan veru qasam li fih jinħolqu problemi u iktar ma wieħed jista' jiffaċilita l-affarijiet u jnaqqas iż-żmien, iktar aħjar.", "Issa jistgħu jagħtuna spjega t-tekniċi, imma naqbel li għandna nieħdu l-inqas żmien possibbli.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF (Chief Legal Advisor mal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni (MCA)):: Ħalli nibda mill-punt kruċjali li ġustament qed iqajjem l-Onor.", "It-time frames fl-abbozz huma strettament bħal dawk li hemm fid-Direttiva.", "Huma time frames massimi, jiġifieri d-direttiva tgħidlek up to two months, up to four months.", "Ma stajniex invarjaw.", "CLAUDIO GRECH: Imma d-Direttiva ma tħallikx tagħmel time frames iktar effettivi, favur l-għan tad-Direttiva?", "CLAUDIO GRECH: Jekk tara l-għan tad-Direttiva, dan mhuwiex sempliċement kemm tagħmel il-liġi u tagħmel il-proċess, imma li jitħaffef il-proċess tal-aċċes għall-infrastruttura ta' operatur li għandu dik l-infrastruttura in place.", "Jiġifieri jien insibha ftit diffiċli li tgħidli jekk id-Direttiva qed tagħti, pereżempju, erba' xhur żmien għal ċertu proċess, u aħna bħala Gvern ngħidu li dan il-pajjiż irridu nagħtu xahrejn minflok erba' xhur għal ħafna raġunijiet u li ż-żewġ partiti qegħdin naqblu magħhom, dan mhux se jkun possibbli.", "Nerġa' ngħidlek li meta kkalkolajt kemm jieħu l-proċess rajt li - correct me if I'm wrong - jista' jkollok istanza ta' sena u nofs li tibqa' tkarkar bejn operatur u ieħor.", "U nafu li din il-leġiżlazzjoni mhux qegħdin nagħmluha in abeyance, jiġifieri mhux qed nagħmluha f'kontest li dawn l-affarijiet ma nafux kif jiġru, għax nafu li għandek operaturi li jagħmlu u jużaw il-mezzi kollha biex jimblokkaw l-aċċess għall-infrastruttura lill-operaturi l-oħrajn.", "Li huwa proprju dan li qegħdin nipprovaw neliminaw, permezz ta' din il-liġi.", "JOE MIZZI: Naqbel mal-Onor.", "Claudio Grech u għalhekk kont staqsejt speċifikament kif torbotna eżatt id-Direttiva.", "Jien kelli l-istess preokkupazzjoni tiegħek imma la d-Direttiva tgħid hekk, u qed tmur kontra dak li qed tgħid, naħseb li nkunu qegħdin nirriskjaw li jkollna infringement, jiġifieri rridu noqogħdu attenti.", "Imma naqbel miegħek fil-prinċipju, u naħseb li 'l quddiem, minkejja li issa rridu nobdu din id-Direttiva, tajjeb li nissottomettu l-osservazzjonijiet għax fil-każ ta' Malta sibna dawn id-diffikultajiet, imbagħad naraw jekk jagħtuniex dritt li nemendaw il-liġi kif qed tgħid inti.", "Fil-prinċipju naqbel miegħek imma meta staqsejt għal spjegazzjoni ġejt informat li d-Direttiva hekk tgħid.", "CLAUDIO GRECH: Le, jien m'iniex qed immerik, imma ejja nieħdu eżempju biex inkunu prattiċi.", "Id-Direttiva tistipula lin-network operator xahrejn żmien minn meta ssir it-talba biex ikun jista' jirrifjutaha, imma hemm xi ħaġa li żżomm lill-Parlament tagħna biex dawk ix-xahrejn tagħmilhom xahar?", "Kieku qed tgħidu biex nagħmluha tliet xhur, nifhem li ma tistax issir għax inkunu qed intawlu iktar, imma jekk politikament qed naqblu, hemm xi ħaġa li żżommna milli nagħmlu perjodu inqas?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Meta l-Unjoni Ewropea tagħti lok li jistgħu jsiru varjazzjonijiet, id-Direttiva tgħidlek dan, però f'dan il-każ, l-istati membri ma ngħataw l-ebda leeway li jistgħu jvarjaw minn dawk it-time frames.", "Id-Direttiva tgħidlek x'inhuma l-perjodi massimi li fih il-każ irid jiġi deċiż – within two months - ovvjament jista' jiġi deċiż qabel.", "Il-punt l-ieħor huwa li l-ballun se jkun f'idejn l-operatur aggravat.", "Jekk, pereżempju, ingħatajt aċċess imma ma nistgħux niftiehmu fuq il-prezz – u dan marbut ma' emenda li qed nipproponu issa – se nħalluha kemm jista' jkun wiesa' f'idejn l-operatur aggravat.", "Jekk, pereżempju, irid jagħmel il-każ illum jista' jagħmlu llum, jekk irid jagħmlu three months down the line jista' jagħmel hekk.", "Fil-fatt, għamilna emenda biex inneħħu dawn l-għoxrin ġurnata u l-iskop huwa li aħjar ikollok soluzzjoni miftiehma bejn iż-żewġ partijiet milli tmur quddiem a neutral third party u ma tafx x'se jiġri.", "Għamilna enfasi qawwija – u d-direttiva tħallik liberament – biex nagħtu lok għall-medjazzjoni, imma l-parti aggravata għandha ir-riedni f'idejha.", "Jekk ma tasalx, jew jekk il-parti l-oħra qed tgħaddiha biż-żmien, tista' taqbad u tagħmel id-dispute.", "Kif tagħmel id-dispute hemm it-terminu stabbilit mid-Direttiva u jridu jżommu miegħu.", "Naħseb li hawnhekk kollox jiddependi jekk nistgħux jew le.", "Grech li jekk l-iskop ta' dan kollu huwa biex inkunu iktar spedjenti u naċċelleraw il-proċess, meta qed nitkellmu b'dawn it-termini li naħseb huma kontro-produttivi.", "Naqbel perfettament mal-Onor.", "Grech u anke mal-Ministru, imma issa kollox jiddependi jekk nistgħux jew le.", "Naħseb li la m'għandniex risposta ċara li nistgħu, ma naħsibx li għandna nazzardaw li mmorru kontra, allura aħjar nibqgħu kif aħna.", "Ilbieraħ rajna li hemm xi diffikultajiet oħra u jekk fil-każ - ma ġara xejn, mhux l-ewwel darba li jiġu emendati – jekk ikun hemm bżonn li nemendaw nemendaw.", "Ma nafx jekk taqblux miegħi, Onor. Membri, imma ma naħsibx li għandna …", "CLAUDIO GRECH: Jien għalhekk qed inqajjem il-punt għax il-liġi kif inhi, nerġa' ngħid, defeats its own purpose u intom tafu li on the ground, on a day-to-day basis, il-mod ta' kif titħaddem ir-relazzjoni bejn min għandu l-infrastruttura u min m'għandux u jrid jaċċediha, hija a daily nightmare.", "Din il-liġi, u anke d-Direttiva, hija ispirata biex forsi dak li ma jkunx irid jagħmel operatur ikollu jagħmlu b'mod tassattiv.", "Meta aħna qed ngħidu – u għalhekk semmejt it-terminu u la għedtli iva u lanqas le – li jista' jkollok każijiet fejn l-operaturi jistgħu jibqgħu jtawlu u jwasslu sa 18-il xahar biex jingħataw l-aċċess, meta qegħdin nitkellmu f'xenarju - kif iddiskutejna lbieraħ fit-Tieni Qari – meta anke xahar, xahrejn huma ħafna, 18-il xahar oħra l-Bambin biss ikun jaf.", "Issa fl-abbozz qegħdin ngħidu 18-il xahar biex tagħti aċċess għal trinka, biex ma ngħaddux iż-żmien b'xulxin!", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit.", "Qegħdin niddiskutu issa, u diġà ddiskutejniha lbieraħ u m'hemm l-ebda dubju li qegħdin naqblu fuq dak li qed jgħid l-Onor.", "Il-punt għamilnih, jiġifieri ma nerġgħux nirrepetu.", "Imma naħseb la m'għandniex risposta ċara min-naħa tal-esperti li nistgħu nvarjaw mid-Direttiva, l-aħjar ħaġa hija - jekk ovvjament naqblu - li nimxu skont ma tindika d-Direttiva għax għandna time frame li rridu nagħlquha sal-lum.", "Jekk fil-futur naraw li huwa possibbli li nvarjaw, allura naqbel perfettament ma' dak li qed jingħad u naħseb li intom ukoll għandkom tkunu katalisti li tiġu 'l quddiem għax fil-prattika jista' jkollna dawn iċ-ċirkostanzi li qed jgħidilna l-Onor.", "Hawn iktar kummenti imma fuq linji differenti?", "JOE MIZZI: Dak li qed tgħid huwa korrett, u diġà ntqal ukoll, imma nerġa' ngħid li dan il-perjodu huwa marbut mad-Direttiva.", "Jien bħalek naħsibha, imma rridu immur oltre minn hekk.", "La jgħaddi dan l-Abbozz, tajjeb li l-awtorità kompetenti tiġbed l-attenzjoni tal-Unjoni Ewropea, li l-iskop tad-Direttiva biex l-affarijiet jimxu malajr biex tkun fair ma' kulħadd, mhux qed jintlaħaq, għax hawn Malta l-każ jista' jdum ix-xhur biex jiġi riżolt u naraw jekk tistax issir xi ħaġa u fil-każ niġu nemendaw il-liġi.", "Fil-prinċipju naqbel ma' dak li qed tgħid, imma ma nistgħu nagħmlu xejn minħabba l-mod kif qiegħda d-Direttiva llum.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li l-punt sar.", "CLAUDIO GRECH: Nistgħu nistiednu lis-Sinj.", "Meilak biex tintervjeni?", "Il-permess ingħata", "LUCIENNE MEILAK (Director Policy Development and Programme Implementation fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura): L-artiklu 15 fi Klawsola 18, fil-verżjoni Ingliża jgħid:", "Qed jingħad \"within two months\".", "Jekk nagħmluha iktar, tmur lil hinn mid-Direttiva, imma jekk nagħmluha inqas minn xahrejn, nifhem li ma nkunux qed immorru kontra d-Direttiva.", "Naħseb to play it safe, se jkollkom tistaqsu għall-interpretazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Bir-rispett kollu, meta d-Direttiva qed tagħti l-massimu, jekk id-dritt ta' xahrejn, jitnaqqas b'xahar persuna jista' jikkontesta, għax jista' jgħid li suppost għandu xahrejn u ġie mnaqqas b'xahar.", "Għall-inqas jien hekk ninterpretaha.", "JOE MIZZI: Hekk hu.", "Anke jien hekk fhimtha.", "LUCIENNE MEILAK: Imma jekk se nqassru l-perjodu, ikun iktar safe jekk nistaqsu għall-interpretazzjoni.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Żgur se jkun hemm problema mill-Unjoni Ewropea jekk issir varjazzjoni, għax ir-regola tapplika għall-pajjiżi membri kollha.", "Jekk xi ħadd minnhom se jagħmel termini iqsar fil-liġijiet domestiċi tiegħu, se jkollna diffikultà.", "Dik hi s-sitwazzjoni.", "Mhux l-ewwel darba li ħdimt fuq direttivi u fejn l-Unjoni Ewropea tagħti leeway lill-pajjiżi membri biex ivarjaw, tgħidlek espressament, imma hawnhekk ma tagħtix dik il-leeway.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit, peress li klawsola 18 twila ħafna, għax hemm 24 artikoli ġodda fiha, irridu nimxu artikolu artikolu.", "Nibdew b'artikolu 14 fejn hemm emenda għaliha.", "JOE MIZZI: Permezz ta' klawsola 18 qed jidħol artikolu 14 ġdid li jittratta dwar aċċess għal infrastruttura fiżika eżistenti biex jiġi implimentat artikolu 3 tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "F'din l-emenda se tinbidel il-kelma \"jħares\" fis-subartikolu (1), apparti l-emenda biex titneħħa r-referenza għall-20 jum f'subartikolu (4).", "THE CHAIRMAN: Irrid ninforma lill-kumitat li preżenti għal din il-laqgħa, għandna osservaturi membri tal-Vodafone.", "Jekk eċċezzjonalment tkunu tridu tgħidu xi ħaġa, jien irrid nitlob il-permes tal-Kumitat, imma jekk taraw li m'hemmx għalfejn ma jkunx hemm bżonn.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Il-kelma \"iħares\" fis-subartikolu (1) qed tiġi sostitwita bil-kelma \"iqis\" għax il-liġijiet l-ewwel ikunu drafted bl-Ingliż u l-kelma kienet \"considered\".", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Fil-klawsola 18, l-artikolu 14 tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:", "fis-subartikolu (1) fit-test Malti l-kelma \"jħares\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"jqis\"; u", "fis-subartikolu (4) tal-artikolu 14 tiegħu, il-kliem \"għaldaqstant kull parti tista' tirreġistra tilwima mal-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim u dik it-tilwima għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-Bord fi żmien għoxrin jum minn meta jiskadi l-perjodu ta' xahrejn imsemmi f'dan is-subartikolu.\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"għaldaqstant kull parti tista' tirreġistra tilwima mal-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim u dik it-tilwima għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-Bord minn meta jiskadi l-perjodu ta' xahrejn imsemmi f'dan is-subartikolu.\"", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"Ċ\" Fil-klawsola 18, fis-subartikolu (7) tal-artikolu 15 fit-test Malti l-kliem \"regolaturi kompetenti ta' infrastruttura\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"regolaturi kompetenti ta' utilitajiet\".", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Fil-klawsola 18, l-artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) fit-test Malti fis-subartikolu (2) il-kliem \"regolaturi kompetenti tal-infrastruttura\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"regolaturi kompetenti ta' utilitajiet\";", "(ii) il-proviso għas-subartikolu (3) għandu jitneħħa; u", "(iii) fit-test Malti fis-subartikolu (5) il-kliem \"regolaturi kompetenti tal-infrastruttura\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"regolaturi kompetenti ta' utilitajiet\".", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Fil-klawsola 18, l-artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:", "fis-subartikolu (5) il-kliem \"tista' fi żmien għoxrin jum minn meta jiskadu l-erbatax-il jum imsemmija hawn qabel\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"tista' minn meta jiskadu l-erbatax-il jum imsemmija hawn qabel\"; u", "fis-subartikolu (6) fit-test Malti il-kliem \"regolaturi kompetenti ta' infrastruttura\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"regolaturi kompetenti ta' utilitajiet\".", "Sur President nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Fil-klawsola 18, l-artikolu 24 għandu jiġi emendat kif ġej:", "fis-subartikolu (1) il-kliem \"li jkun maġistrat jew ex-maġistrat\" u \"ikun ex-maġistrat\" għandhom jiġu sostitwiti rispettivament bil-kliem \"li jkun imħallef jew ex-imħallef, jew maġistrat jew ex-maġistrat\" u \"ikun ex-imħallef jew ex-magistrat\"; u", "fis-subartikolu (4) il-kliem \"u dak iż-żmien ta' kariga ma jistax jiġġedded.\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"u dak iż-żmien ta' kariga jista' jiġġedded għal żmien wieħed ieħor li ma jeċċedix ħames snin.\"", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Aħna se nagħmlu klawsola 18 kollha?", "Għax inqrat l-emenda għall-artikolu 14(1) u morna għall-artikolu 24.", "Niddiskutu waħda waħda u nibdew mill-artikolu 14(1)?", "L-emenda għal subartikolu 14(4), biex inkunu ċerti fuqiex … (Interruzzjonijiet) Naħseb hawn xi ħadd mill-osservaturi li jrid jitkellem.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma jekk ma jimpurtax ħa jkompli l-Onor.", "JOE MIZZI: Nixtieq ngħaddi rimarka, Sur President.", "Qed ninkwieta għax ladarba hawn dawn l-operaturi preżenti, inħoss li l-operaturi kollha kellhom jiġu informati li jistgħu jkunu preżenti hawnhekk.", "M'għandi oġġezzjoni għal ħadd, imma li ħaddieħor ma jkunx avżat naraha daqsxejn perikoluża.", "M'għandkomx x'taqsmu intom.", "CLAUDIO GRECH: Jiena naqbel miegħek u diġà semmejtha 'lbieraħ - u meta semmejtha 'lbieraħ kważi ġejt injorat - u għedtilkom kif nimxu fil-proċess tal-liġijiet marbutin mas-servizzi finanzjarji.", "Meta jkollna liġijiet tas-servizzi finanzjarji, ir-rappreżentanti tal-industrija kollha jkunu mistednin.", "Ġeneralment fil-Kamra tal-Kumitati jkun hawn mal-25, 30 persuna għax tkun xi ħaġa li tolqot lill-industrija.", "Jien naqbel miegħek, Ministru, u m'għandi l-ebda problema li, jekk hemm bżonn nipposponu, nipposponu biex ikun hawn l-industrija kollha rappreżentata u nistiednu lil kulħadd.", "JOE MIZZI: Għal daqshekk biss, mhux għax għandi oġġezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili, l-ewwel nett ilbieraħ ma ġejtx injorat Onor. Grech, anzi 'lbieraħ għamilt mistoqsija lill-esperti ta' quddiemi u huma assigurawk li effettivament in the run-up kellhom diskussjonijiet ma' kulħadd, imma inti m'għidtx biex xi ħadd ikun preżenti hawnhekk.", "Inti għamilt dik il-mistoqsija u ġiet imwieġba.", "Jiġifieri li tgħid li ġejt \"injorat\", bir-rispett kollu, ma naqbilx miegħek.", "Le, le, semmejtha żgur.", "THE CHAIRMAN: Ma naħsibx li għandna għalfejn nipposponu.", "Dan, wara kollox, huwa kumitat pubbliku li huwa avżat u meta inti qed tavża, min għandu interess biex jiġi hawnhekk mhux neċessarjament għandek tagħmillu invit.", "Jekk is-sinjuri qegħdin hawnhekk għax ħadu interess biex ikunu hawn, l-avviż kien pubbliku u jekk bħala osservaturi dan il-Kumitat jixtieq jismagħhom jew le hija deċiżjoni tagħkom.", "Imma ma nħossx li għandna nissospendu, din hija laqgħa pubbliku, kulħadd kien jaf, is-sinjuri qegħdin hawn u jekk jixtiequ jagħmlu xi osservazzjonijiet fil-mument opportun, dan il-Kumitat jara għandux jismagħhom jew le.", "Jiena ma nara xejn ħażin li nisimgħuhom.", "L-Onor.", "CHARLÒ BONNICI: Xtaqt nistaqsi forsi l-esperti jgħidulna b'liema mod saret il-konsultazzjoni mal-operaturi dwar ...", "THE CHAIRMAN: Jiddispjaċini, mhux se nidħol f'dak il-mertu.", "CHARLÒ BONNICI: Jidher li hemm ċaħda li saret, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Jiddispjaċini, ma naħsibx li hawnhekk għandna noqogħdu nagħmlu question and answer mal-pubbliku jew l-osservaturi li jiġu.", "CHARLÒ BONNICI: Mhux lilhom qed nistaqsi, qed nistaqsi lill-avukat.", "THE CHAIRMAN: Dik iddiskutejnieha 'lbieraħ u naħseb li spjegaw biżżejjed.", "Ejja ma niddevjawx.", "L-Onor.", "Grech tista' tkompli titkellem fuq l-emendi.", "CLAUDIO GRECH: Fl-emenda għal subartikolu 14(4) se nkunu qegħdin inneħħu t-terminu li fih iridu jagħmlu l-lodging tad-dispute, jiġifieri jistgħu jagħmluh meta jridu.", "M'hemmx terminu għalih, hux hekk?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Fil-fatt kienet osservazzjoni fis-sottomissjonijiet li għamlu r-rappreżentanti tal-Vodafone.", "Ikkritikaw il-kwestjoni tal-20 ġurnata u fil-fatt, wara diskussjoni, l-parir tagħna kien li nħallu r-riedni …", "THE CHAIRMAN: Dr Micallef, ejja nibqgħu mal-mistoqsija.", "L-Onor Grech qed jistaqsi: Jien qed nifhem sew, dak li hekk qed tgħidu intom?", "U inti weġibt iva.", "Mhux noqogħdu nidħlu f'digressions għalfejn għamilna hekk u m'għamilniex hekk.", "Għandek iktar rimarki fuq l-emendi?", "CLAUDIO GRECH: F'subartikolu 14(2) il-lista tar-raġunijiet li wieħed jista' jagħti għar-refusal tal-aċċess, tista' tgħid hija għal kull raġuni li teżisti taħt il-kappa tax-xemx.", "Kif jista' jiġi regolat li klawsola bħal din with such an expansive criteria, tista' ma timblokkax kull talba li jkollok?", "IS-SUR PATRICK VELLA (Chief Policy and Planning, MCA): Din diġà semmejta 'lbieraħ.", "Naqbel perfettament miegħek li jekk tiftaħhom u tanalizzahom waħda waħda u tikkonsulta fuqhom, tista' ssib l-iskuża li trid taħthom.", "Issa rridu niftħuhom waħda waħda, flimkien ma' Transport Malta u r-regolaturi l-oħrajn u nispeċifikaw x'ifissru.", "Dak ix-xogħol regolatorju jrid isir.", "THE CHAIRMAN: Mhux xi ħaġa ġdida.", "F'kull leġiżlazzjoni jsir hekk.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Fil-fatt, fir-risposta għall-konsultazzjoni li ġiet ippubblikata aħna qbilna mal-ħtieġa …", "CLAUDIO GRECH: X'inhu l-proċess li se tagħmlu?", "Din il-liġi meta se tidħol fis-seħħ, Ministru?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Partijiet f'Lulju u partijiet fl-aħħar tas-sena.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri sakemm tidħol fis-seħħ se tkunu ...", "IS-SUR PATRICK VELLA: Diġà qed naħdmu ma' Transport Malta dwar proċeduri anke ta' kif wieħed...", "JOE MIZZI: Diġà tajna data.", "Mingħalija x-xahar li ġej, imbagħad hemm ix-xahar ta' wara.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Qed nitkellmu wkoll mal-esperti fis-settur biex naraw l-aspetti tekniċi għax kultant anke l-ispazju … Id-direttiva stess tgħidlek li trid tieħu kont tal-ħteġijiet tal-operaturi futuri eċċ. Dawk kollha rridu niftħuhom u nispeċifikawhom.", "THE CHAIRMAN: Iżjed kummenti?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Bdejna naħdmu fuq proġett simili wkoll li jidhru anke fil-business plan tagħna.", "Il-prinċipji tal-pricing huma xi ħaġa li trid taħdimhom.", "Bħala MCA qegħdin naħdmu l-linji gwida ta' prezzijiet ta' bejn networks ta' operaturi fl-electronic communications, imma mbagħad għandek l-utilitajiet l-oħra.", "Wieħed irid jara li jaħdem fuq prinċipji li huma applikabbli across the board.", "Jiġifieri nibdew aħna għax aħna qegħdin fis-sitwazzjoni ...", "THE CHAIRMAN: Nimmaġina li anke pajjiżi oħra ...", "IS-SUR PATRICK VELLA: M'aħniex qed naħdmu in splendid isolation, qed niġbdu l-expertise minn barra wkoll.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "CLAUDIO GRECH: Meta nħarsu lejn subartikolu 14(6), u hija repetuta f'ħafna stanzi oħrajn, l-erba' xhur se jibqgħu hux hekk?", "Għax huma fid-Direttiva.", "THE CHAIRMAN: Imma għandek ukoll \"fl-iqsar żmien possibbli u\".", "CLAUDIO GRECH: Imma for the record nibqa' nikkontestaha u nibqa' nikkontestaha serjament biex meta tiġi interpretata din il-liġi, din l-osservazzjoni tkun irrekordjata fir-records ta' dan il-Kumitat li jien ikkontestajt serjament it-terminu ta' erba' xhur.", "Dan għax nemmen li stat membru għandu l-poter li biex itejjeb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, jista' jqassar, imbagħad tiddeċiedi l-qorti meta niġu …", "THE CHAIRMAN: Se jkollok is-soljev li naħseb kulħadd qed jaqbel miegħek.", "Jiġifieri mhux se tkun a loner meta inti tgħid hekk.", "Il-kwestjoni hija li dan il-Kumitat m'għandux risposta jekk dan huwiex possibbli jew le.", "S'issa hija biss opinjoni, aħna naħsbu li nistgħu, imma ma nafux jekk nistgħux u allura fin-nuqqas li ma nafux jekk nistgħux, għalhekk qed nieħdu din il-linja.", "Hawnhekk kollha qegħdin naqblu.", "CLAUDIO GRECH: Jekk ma nafux, nistgħu nilleġiżlaw?", "THE CHAIRMAN: Tista' tilleġiżla fuq dak li qed tgħid id-Direttiva, għax huma qed jgħidulna li dan it-terminu joħroġ mid-Direttiva.", "CLAUDIO GRECH: Għalhekk għandna l-esperti.", "THE CHAIRMAN: Tista' tilleġiżla.", "Illeġiżlat l-Unjoni Ewropea, ma nilleġiżlawx aħna?", "L-Unjoni Ewropea qed tistabbilixxi dak it-time frame hi, mhux xi time frame li huwa vvintat.", "Se mai mbagħad naraw entro …", "CLAUDIO GRECH: Naħseb li qed tissettja parametri.", "JOE MIZZI: Aħna se nimxu mad-Direttiva għax jien ukoll naqbel miegħek, imma …", "THE CHAIRMAN: Ħudu paċenzja, għax se nerġgħu niftħu l-istess argument meta qegħdin naqblu.", "Jekk ma jimpurtax inkomplu bir-rimarki rigward din il-klawsola.", "CLAUDIO GRECH: Fuq l-artikolu 14 m'għandix iktar rimarki.", "THE CHAIRMAN: Tista' tmur għal artikolu 15, għax l-emendi għamilhom across.", "CLAUDIO GRECH: Fis-subartikolu 15(2) meta qegħdin nistabbilixxu s-Single Information Point, imma jimpatta f'ħafna postijiet fejn hemm referenza għas-Single Information Point.", "Hawnhekk jidher li a public sector body se jkun ittrattat b'mod differenti minn operatur ieħor.", "Fis-subartikolu 15(2) qed nagħmlu kwalifika għall-public sector body b'rabta ma' kif trid tgħaddi l-informazzjoni lis-Single Information Point.", "X'inhi d-distinzjoni bejn a public sector body u entità ekonomika privata?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: A public sector body hemm definizzjoni ...", "CLAUDIO GRECH: Naf x'inhi d-definizzjoni imma fuq il-provision tal-informazzjoni lis-Single Information Point …", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: L-iskop tas-Single Information Point huwa kif jgħid l-isem, jiġifieri l-punt fokali fejn ikun hemm it-tagħrif kollu li jkun available fuq l-istrutturi.", "Anke biex jiffaċilita aċċess għall-infrastruttura għall-operaturi li jkunu interessati, dan primarjament jinġabar minn dan is-Single Information Point li, skont il-liġi, issa se tiġi designated lil Transport Malta.", "Jiġifieri l-public sector body li qed jirreferi għalih subartikolu 15(2) ...", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Hemm id-definizzjoni ta' public sector body …", "CLAUDIO GRECH: Jien qed ngħidlek għal 15(2), mhux id-definizzjoni.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Jista' jkun hemm entitajiet oħra, pereżempju l-MEPA, li jkollhom dik l-informazzjoni in electronic format.", "F'dak il-każ …", "F'dak il-każ il-MEPA għandha l-obbligu li tgħaddih lil Transport Malta bħala entità governattiva.", "CLAUDIO GRECH: Allura l-informazzjoni tas-Single Information Point se tidħol fuq sistema fejn l-operaturi mano a mano se jibdew jipprovdu l-infrastructure layer kollu tagħhom, jew biss meta jkun hemm talba għal dik l-informazzjoni?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Jien ma jirriżultalix li hemm dan l-obblligu, le.", "Jekk hemm entità governattiva li għandha dik l-informazzjoni trid tagħmilha online in whatever ...", "CLAUDIO GRECH: L-Enemalta, pereżempju, trid taqbad l-infrastructure layer tagħha kollu u tgħaddih lis-Single Information Point għax it is a public sector body.", "Kienet a public sector body, illum dubjuża x'inhi.", "(Interruzzjonijiet) Enemed tal-fuel m'għandhiex x'taqsam.", "IS-SUR PATRICK VELLA: F'dan l-istadju nimmaġina li taqa' taħt dik il-kategorija.", "CLAUDIO GRECH: Naħseb li taf fejn irrid nasal.", "Dan li qed ngħidu hawnhekk huwa fundamentali, għax kull pajjiż għandu infrastructure layer li kulħadd jaf li se tkun xi ħaġa li se tiffaċilita ħafna l-implimentazzjoni ta' ċerti xogħolijiet.", "Issa niġi għall-mistoqsija tiegħi.", "Allura hawnhekk qed ngħidu li public sector body …", "IS-SUR PATRICK VELLA: Dejjem jekk dik l-informazzjoni hija miżmuma elettronikament.", "Ħadd m'għandu l-obbligu li jibni database elettronika minħabba … Kien hemm ħafna dibattitu fuqha meta kienet qed tinħema d-Direttiva.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "CLAUDIO GRECH: Allura l-uniku obbligu li għandu operatur privat biex jipprovdi l-informazzjoni huwa meta jkun hemm it-talba għal dik l-informazzjoni?", "CLAUDIO GRECH: U ġaladarba tingħata dik it-talba, dik it-talba tibqa' maħżuna fis-Single Informatioin Point?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Fil-fehma tiegħi subartikolu 15(2) huwa ċar.", "Dan jgħid li \"(2) Korp tas-settur pubbliku li jkollu f'format elettroniku, minħabba l-kompiti tiegħu, elementi tal-informazzjoni minima msemmija fis-subartikolu (1) dwar l-infrastruttura fiżika ta' operatur tan-network, għandu jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli\" tramite s-Single Information Point.", "Din qed tirrifletti l-Artiklu 4 tad-direttiva.", "Jekk wieħed jaraha, jekk m'iniex sejjer żball, is-subartikolu(2) tiegħu…", "CLAUDIO GRECH: Naqblu, imma mhux dik kienet il-mistoqsija tiegħi.", "Il-mistoqsija tiegħi kienet: Meta operatur privat se jintalab minn operatur ieħor li jaċċedi għall-infrastruttura tiegħu l-ewwel obbligu huwa li jrid jagħtih l-informazzjoni.", "Ejja ngħidu li għadda l-proċess, bix-xhur kollha li hemm, u l-informazzjoni kellu jagħtiha, dik l-informazzjoni, ġaladarba tingħata, tidħol fis-Single Information Point?", "Imbagħad minn hemm 'il quddiem dik tibqa' aċċessibbli għal kull utility operator ieħor?", "CLAUDIO GRECH: Se tibqa' hemmhekk.", "Minn fejn toħroġ din?", "THE CHAIRMAN: Jiena naħseb mill-bonsens.", "CHARLÒ BONNICI: Mhux se jagħtiha fuq il-bonsens biss.", "THE CHAIRMAN: Fil-liġi hemm bonsens.", "CLAUDIO GRECH: Is-subartikoli (2) u (3) huma marbutin mal-public sector bodies.", "Terġa' hawnhekk public sector body hija limitatissima.", "L-interpretazzjoni tiegħi fis-subartikolu 15(4) …", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Is-Single Information Point hemm referenzi għaliha f'artikoli sussegwenti.", "CLAUDIO GRECH: Dan se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar tal-2017, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Iva, hekk hemm.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri għandkom is-sistemi diġà qegħdin in place.", "Xtrajtuhom bħala GIS layers biex din tkun tista' titħaddem u tkun aċċessibbli peress illi l-1 ta' Jannar 2017 qegħdin ngħidu disa' xhur oħra?", "Jien nispera li hawnhekk kulħadd qed jifhem x'qed ngħidu.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Imxejna la inqas u lanqas iżjed minn dak li hemm fid-Direttiva.", "THE CHAIRMAN: Imma, Onorevoli, aħna qegħdin hawn biex nilleġiżlaw.", "Issa jekk dik hija d-data ta' meta tidħol fis-seħħ din il-liġi sta għalihom li jaraw li dak li hemm miktub …", "CLAUDIIO GRECH: Imma jien għandi obbligu li nistaqsi.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma baqa' disa' xhur, jaraw huma.", "CLAUDIO GRECH: Billi nistaqsi jekk għandhomx is-sistema in place, naħseb hija mistoqsija pertinenti.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Id-Direttiva ma tagħtix obbligu li jinħolqu sistemi minn karta għall-elettronika, iridu jkunu eżistenti.", "CLAUDIO GRECH: Is-subartikolu 15(3) ma tgħidx hekk.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Imma jekk jeżistu in electronic format.", "CLAUDIO GRECH: Imma s-Single Information Point irid ikun aċċessibbli promptly in electronic format.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Jekk naraw is-subartikolu 19(2), intitolat Punt Waħdieni ta' Informazzjoni, dan jgħid li: \"Kull persuna li - kull persuna jiġifieri kemm persuna legali kif ukoll persuna naturali li tinkludi operaturi - kif hawn f'dan l-Att, tkun meħtieġa tipprovdi xi informazzjoni tkun kif tkun deskritta, għandha tiżgura li dik l-informazzjoni tiġi provduta lill-Punt Waħdieni ta' Informazzjoni f'waqtha ...\", jiġifieri għandu l-obbligu.", "Aħna qgħadna strettament għar-requirements tad-Direttiva.", "CLAUDIO GRECH: Il-liġi qed tgħid il-minimum information u dak huwa stabbilit f'subartikolu (1).", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Imbagħad hemm is-subartiklu (2) u jekk ma jagħtix l-informazzjoni hemm is-subartikolu (3) u teħel piena.", "CLAUDIO GRECH: Subartikolu 15(2) jitkellem fuq kif tiġi pproċessata l-informazzjoni li jagħti public sector body.", "Din hija l-mistoqsija tiegħi: Saret talba minn operatur A lil operatur B biex dan jagħtih aċċess għal ċerta infrastruttura.", "Wara li għaddew ix-xahrejn u operatur B baqa' jkaxkar saqajh biex jagħtih l-informazzjoni mar it-Tribunal eċċ. u l-informazzjoni tahielu.", "Dik l-informazzjoni tidħol fis-Single Information Point jew le?", "Dak li qed nistaqsi.", "Jiġifieri hemm ikkontemplat proċess li iktar ma jgħaddi żmien, sena wara oħra l-informazzjoni li qed tiġi mgħoddija bejn il-partijiet tmur f'post tas-Single Information Point?", "Din hija idea li hemm ħafna leġiżlazzjoni dwarha.", "Ftit ilu fil-Parlament għaddejna liġi fuq il-GIS layers, għax kienet traspożizzjoni, li kienet qed tikkontempla dawn l-affarijiet għax bħala pajjiż suppost għandna layer ta' informazzjoni li huwa l-infrastruttura tat-telecom.", "Dak li qed nistaqsi.", "X'se jiġri?", "Dawn jiġu maħżuna għand is-Single Information Point jew le?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Ma jidhirlix.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri dawn jmorru u jitilqu u daqshekk, imbagħad trid terġa' titlobhom.", "IS-SUR PATRICK VELLA: L-informazzjoni mhux neċessarjament tkun miżmuma in electronic format.", "Jiġifieri dak huwa punt ieħor li wieħed irid jara.", "CLAUDIO GRECH: Din hija fid-Direttiva wkoll li ma tistax iżżommhom?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Le, mhux ma tistax, naħseb li hija silent fuqha.", "Nimmaġina li m'hemm xejn x'iżommok milli tagħmel hekk.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "CLAUDIO GRECH: Għall-finijiet ta' record - għax naħseb min se jiġi biex jiddeċiedi fuq din il-liġi se jkollu bżonn ċerti spjegazzjonijiet - skont din il-liġi li għandna quddiemna meta operatur privat jipprovdi informazzjoni lis-Single Information Point tista' tispjegali x'se jiġri minnha?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Jekk is-Single Information Point għandu l-informazzjoni diġà in electronic format, irid jagħmilha available.", "Ma nafx jekk fhimtekx ħażin …", "CLAUDIO GRECH: Spjega xi tfisser meta tgħid li jagħmilha available.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Available lil kull min għandu bżonn dik l-informazzjoni.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri l-informazzjoni kollha jew l-informazzjoni li tintalab?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Le, l-informazzjoni għandha tliet kriterji …", "CLAUDIO GRECH: Il-minimum information.", "Pereżempju, jien operatur tat-telecoms u għandi GIS layer bin-network tiegħi kif inhu mqassam.", "Inti qed tgħidli li jien obbligat li dak il-GIS layer, għax huwa elettroniku, inpoġġih available lis-Single Information Point biex imbagħad l-operaturi l-oħrajn jistgħu jaċċeduh?", "Jew jekk issir talba lili biex fi Triq ir-Repubblika tgħaddi minn fuq dak tiegħi, jien nagħtik l-aċċess ta' Triq ir-Repubblika?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Jekk is-Single Information Point għandu l-informazzjoni ...", "CLAUDIO GRECH: Mhux is-Single Information Point qed ngħidlek, fuq l-operatur.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Ma jirriżultalix li hemm xi obbligu li l-operatur jaqbad l-informazzjoni li għandu u jagħtiha lis-Single Information Point.", "CLAUDIO GRECH: Le, għalhekk qed ngħidlek.", "Allura ejja ngħidu inti tagħmel talba lili bħala operatur biex nagħtik l-aċċess għall-informazzjoni tan-network tiegħi fi Triq ir-Repubblika għax trid tagħmel implimentazzjoni ta' equipment ta' high speed network.", "Hekk isir il-proċess, hux hekk Dr Micallef?", "Tista' tgħidli x'isir minnha dik l-informazzjoni?", "Dik tmur fis-Single Information Point u tibqa' hemm jew le?", "Jekk il-ġurnata ta' wara jiġi operatur ieħor u jkun irid l-istess informazzjoni, x'se jiġri?", "Dik se tkun hemmhekk u tibqa' għand is-Single Information Point?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Tista' terġa' tispjega għax ma fhimtekx sew?", "CLAUDIO GRECH: Mela operatur għandu l-informazzjoni diġitali tan-network tiegħu, irrispettivament f'liema format hu, imma ejja ngħidu li huwa f'format elettroniku.", "Għandek operatur ieħor li jagħmel it-talba biex jaċċedi għal parti minn dik in-network.", "Tajtek eżempju li dan irid jinstalla high speed network il-Belt u talab id-data ta' Triq ir-Repubblika.", "IS-SUR PATRICK VELLA: Jiddependi lil min talabha.", "CLAUDIO GRECH: Lill-operatur ieħor.", "Dak l-operatur, wara li għadda l-proċess ikkontemplat hawnhekk, kellu jagħti dik l-informazzjoni.", "Imma dik l-informazzjoni ma jagħtihiex lill-operatur, imma jagħtiha lis-Single Information Point.", "Ġaladarba dik l-informazzjoni tmur għand is-Single Information Point, x'se jsir minnha?", "Se tibqa' aċċessibbli għal kulħadd?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Iva, tkun aċċessibbli.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri kull darba li s-Single Informatioin Point tingħata biċċa informazzjoni fuq biċċa network ta' operatur, dik tibqa' aċċessibbli sussegwentement.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Ikun hemm ġustifikazzjoni biex jitlob it-tagħrif, imma tkun aċċessibbli.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri se tibqa' hemmhekk.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Ovvjament it-tagħrif jinbidel maż-żmien u nistenna l-operatur jaġġorna.", "CLAUDIO GRECH: L-operatur għandu l-obbligu li jagħmel l-update ta' dik l-informazzjoni?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Irrid nara l-liġi għax ma nafx il-liġi bl-amment.", "Imma min qed jagħti t-tagħrif għandu l-oneru li jagħmel ċert li qed jagħti tagħrif tajjeb.", "CHARLÒ BONNICI: Irid jaġġornaha din l-informazzjoni?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Is-Single Information Point, sa ċertu punt, għandha poteri regolatorji biex tkun tista' taqdi l-funzjoni tagħha u taċċerta ruħha li ċertu tagħrif dwar in-networks ikun available f'terminu raġunevoli.", "CLAUDIO GRECH: Inti għedt li l-informazzjoni tinżamm u tibqa' aċċessibbli.", "THE CHAIRMAN: Jekk jista' jkun ma nirrepetux.", "Hawn iktar rimarki?", "Għaliex qed issir distinzjoni bejn xogħlijiet li huma finanzjati minn fondi pubbliċi u xogħlijiet li jkunu privati?", "Ħafna minnhom ikunu privati.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Dan il-kliem ittieħed direttament mid-Direttiva.", "CLAUDIO GRECH: Imma trid tispjegali daqsxejn.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Nispjegalek imma d-direttiva ma ktibthiex jien.", "CLAUDIO GRECH: Jien naf naqraha d-Direttiva.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Għax qed tistaqsini biex nispjegalek il-kliem li adottajna mid-Direttiva, meta d-Direttiva m'għamilthiex jiena.", "CLAUDIO GRECH: Dr Micallef, lilek qed nistaqsi.", "Inti qed tistaqsih għaliex min kiteb id-Direttiva kitibha b'dan il-mod.", "CLAUDIO GRECH: Mhux qed nistaqsi hekk.", "Jien qed nistaqsih jispjegali x'fiha l-liġi, dak li qed nistaqsih.", "CLAUDIO GRECH: Jista' jgħidli għaliex hemm differenza fuq public means?", "Dak li qed ngħidlu.", "THE CHAIRMAN: Onor. Grech, ħu paċenzja, le mhux hekk biss.", "Hu qallek li qiegħda eżattament kif inhi fuq id-Direttiva u inti għedtlu: Imma trid tispjegali inti kif qiegħda fid-Direttiva.", "Kif tridu jispjegalek jekk hija fid-direttiva?", "Id-direttiva qiegħda hekk.", "CLAUDIO GRECH: Jien qed ngħidlu biex jispjegali l-liġi.", "Għaliex il-liġi qed tagħmel distinzjoni bejn civil works li huma ffinanzjati …", "THE CHAIRMAN: Mhux biss.", "Is-subartikolu 16(2) jgħid li jiġu \"finanzjati sew għal kollox sew biss f'parti minn fondi pubbliċi\", qed tkopri …", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Kieku ngħidlek x'hawn miktub, imma li jiena nispjega …", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġbok, Dr Micallef, hawnhekk kulħadd qed jagħmel xogħlu u kulħadd għandu dritt jistaqsi l-mistoqsijiet u għalhekk hawn jiena bħala Chairman biex nikkontrolla.", "CLAUDIO GRECH: Il-mistoqsija tiegħi kienet: Tistgħu tgħiduli x'inhi d-distinzjoni bejn civil works li huma mis-settur pubbliku, jiġifieri finanzjati mill-Gvern, u xogħlijiet li huma ffinanzjati mill-privat?", "Għall-finijiet tal-liġi qed ngħidu.", "THE CHAIRMAN: Jekk tistaqsi lili, mill-ispirtu ta' min kiteb dan, ried ikun kemm jista' jkun komprensiv, jiġifieri biex ma jħalli xejn barra, …", "CLAUDIO GRECH: Sur President, qed tħalli parti barra, jekk hu finanzjat privatament qed tħalliha barra.", "THE CHAIRMAN: Le, għax hu qed jgħidlek \"direttament jew indirettament - jiġifieri qed ikoprilek a very wide interpretation - xogħlijiet ċivili, finanzjati sew għal kollox sew biss f'parti minn fondi pubbliċi\", mela \"biss f'parti\" jiġifieri hemm parti oħra li mhumiex minn fondi pubbliċi.", "CLAUDIO GRECH: Imma, safejn naf jien, ħafna mix-xogħlijiet li jsiru min-network operators ma jkunux iffinanzjati mill-Gvern.", "Issa ma nafx din il-liġi hijiex se tbiddel kif isiru l-affarijiet, imma safejn naf jien it-trinek li jagħmlu l-operaturi jagħmluhom huma privatament.", "Hemm obbligu li Transport Malta tagħmel ċerta infrastruttura għan-network.", "CLAUDIO GRECH: Imma meta tagħmel toroq ġodda.", "JOE MIZZI: Le, hemm obbligu biex tagħmel l-infrastruttura tan-network.", "Dażgur li għandna obbligi.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri int qed tgħid li meta operatur tat-telecoms irid jgħaddi trinka, il-Gvern iħallaslu parti minnha llum?", "Hemm dawk l-affarijiet li jiena writhom.", "JOE MIZZI: Imma jiena naf u, sfortunatament, hemm partijiet li jkollna nagħmluhom, mhux ta' kulħadd, għax għad hemm ċerti obbligi.", "Meta jsiru t-toroq minn Transport Malta għad hemm ċerti obbligi marbutin ma' kriterji li ġejjin minn żmien it-Telemalta meta kulħadd kien jista' jieħu servizz … Veru hija ironija u jien staqsejt għalfejn, għax bħalek ma stajtx nifhimha, imma kien hemm ċerti obbligi.", "THE CHAIRMAN: Imma, qed tassigurawna, Dr Micallef u inti Sinj.", "Meilak, li din meħuda eżattament mid-Direttiva.", "LUCIENNE MEILAK: Qiegħda hekk fl-Artikolu 5 tad-Direttiva fejn jitkellem fuq il-co-ordination of civil works.", "CLAUDIO GRECH: Fil-liġi, fejn qed tipprovdi, jekk is-civil works ikunu privati?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xogħlijiet li jkunu se jsiru.", "Ma naħsibx li fejn ikunu privati tipprovdi għalihom.", "Hemm l-obbligu li jikkoordina s-civil works meta jkun hemm xi forma ta' public financing.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Subartikolu (2) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva jgħid hekk:", "\"L-istati membri għandhom jiżguraw li kull operatur tan-network li direttament jew indirettament jagħmel xogħlijiet ċivili ffinanzjati kollha jew parzjalment minn flus il-poplu jwieġeb għal kwalunkwe talba raġunevoli biex jikkoordina x-xogħlijiet ċivili fuq termini trasparenti ...\"", "Imma, nerġa' ngħid, dan mhux xogħli.", "JOE MIZZI: L-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-Abbozz huma biex tiġi implimentata d-Direttiva 2014/61.", "M'hemmx għalfejn nerġgħu nirrepetu miljun darba Dr Micallef.", "L-esperti qegħdin hawn biex iwieġbu l-mistoqsijiet, imma dak li hu ovvju huwa ovvju, nafuh.", "Hawn iktar rimarki?", "CLAUDIO GRECH: Allura bl-istess argument f'subartikolu 16(3) li jgħid: \"Jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar il-koordinament ta' xogħlijiet ċivili\", bejn min ma jintlaħaqx l-agreement?", "Qed nifhem bejn entitajiet pubbliċi, hux hekk?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Għandek referenza għal subartikolu (2) li jagħtik eżempju fejn għandek network operator complying…", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri artikolu 16 japplika biss - correct me if I'm wrong – għal xogħlijiet li jkun hemm xi forma ta' public finance fihom, il-bqija artikolu 16 ma japplikax għal xogħlijiet privati.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "CLAUDIO GRECH: Artikolu 17 jidħol fuq il-forward planning tax-xogħlijiet li se jsiru fit-toroq.", "Dan huwa punt fundamentali għal żewġ raġunijiet.", "Wieħed pertinenti ħafna għal pajjiżna biex mhux kulħadd x'ħin ifettillu jaqbad u jċarrat it-toroq biex jgħaddi trinka u, it-tieni, għax jekk tikkoordina x-xogħlijiet biex tagħmel dawn it-tip ta' networks, ħafna drabi se tkun ħafna iktar effiċjenti fl-ispejjeż li jkollok għar-raġuni li, kif intom tgħallmuna, l-ikbar spiża biex jiġu implimentati dawn in-networks mhijiex il-components tat-teknoloġija jew il-fibre, imma huma s-civil works.", "Allura, bl-istess loġika li għadna kemm għedna fl-argument ta' qabel, artikolu 17 ma japplikax għax-xogħlijiet tas-settur privat iżda japplika biss għax-xogħlijiet tas-settur pubbliku.", "Dawn iż-żewġ punti …", "THE CHAIRMAN: Bilfors għax isegwi.", "CLAUDIO GRECH: Iva, għalhekk, għax isegwi.", "THE CHAIRMAN: Għadna kemm għedna li l-artikolu 16 kien qed jirreferi għalhekk.", "Artikolu 17 qed jgħidlek xogħlijiet ċivili msemmijin f'artikolu 16.", "Isegwi.", "CLAUDIO GRECH: Imma, again for the record, mhijiex loġika, għax li qed tgħid huwa li l-koordinament isir biss fil-każ li għandek network operators li qed jagħmlu xogħlijiet li huma finanzjati pubblikament.", "Issa, safejn naf jien - and I stand to be corrected - m'hawn l-ebda entità pubblika li tagħmel xogħlijiet marbutin ma' implimentazzjoni ta' networks ta' komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja.", "Artikoli 16 u 17 …", "JOE MIZZI: Fir-realtà issa meta xi ħadd japplika biex jagħmel xogħlijiet f'ċerti toroq, irid jieħu permess minn Transport Malta li għandha sistema li meta jkun se jsir xi ħaġa hekk, tibgħat għall-entitajiet kollha biex jikkooridnaw.", "Fil-prattika din qiegħda ssir.", "Barra minn hekk, anke meta se jkunu se jsiru t-toroq, jien bħala Ministru responsabbli mill-infrastruttura nagħmel ukoll co-ordination meeting fejn jiġu l-entitajiet kollha biex naraw xi proġetti se jkollhom fis-snin li ġejjin biex it-toroq li jkunu saru ma jerġgħux jinqalgħu.", "Fir-realtà dawk l-affarijiet qegħdin isiru u se jibqgħu jsiru.", "CLAUDIO GRECH: Imma aħna qegħdin nitkellmu fuq din il-leġiżlazzjoni li ma tapplikax għall-operaturi li ma jkunux qed jiffinanzjaw ix-xogħlijiet tagħhom b'fondi pubbliċi.", "Niġi issa għal subartikolu 18(3) li jgħid: \"The competent authority shall grant or refuse a permit within four months\".", "Jiġifieri biex japprova jew jirrifjuta permess, għandu erba' xhur?", "Din toħroġ mid-Direttiva wkoll?", "IS-SUR PATRICK VELLA: Iva, toħroġ mid-direttiva.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Fis-7.00 p.m. għandna vot fil-Plenarja.", "Fil-każ nissospendu għal ftit u nerġgħu niġu.", "CLAUDIO GRECH: Nerġgħu niġu għax fadalli xi punti.", "JOE MIZZI: Jien ma nistax wara għax, kif għedtilkom 'ilbieraħ, għandi commitment li ilni li kkommettejt ruħi.", "Għalhekk ftehemna li niltaqgħu xi ħin qabel illum, għax 'kieku konna nkomplu sal-11.00 p.m. 'ilbieraħ.", "CLAUDIO GRECH: Ministru, jien illum offrejt li niġi fl-4.30 p.m. Ma nafx għalfejn qed tindirizza lilna.", "JOE MIZZI: Anke jien kont niġi fl-4.30 p.m.", "CLAUDIO GRECH: Skużi, mela mhux tort tagħna!", "Allura ma nagħmlux xogħolna!", "Għalaqna fid-9.00 p.m. ilbieraħ.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni kienet sospiża peress li l-membri ġew imsejħa biex jieħdu vot fil-plenarja.", "THE CHAIRMAN: Il-laqgħa se tiġi aġġornata peress li l-Membri ġew imsejħa biex jieħdu vot fil-plenarja.", "Fis-7.17 p.m. id-diskussjoni fuq klawsola 18 u l-emendi għaliha kienet interrota u l-Kumitat ġie aġġornat għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160316_003d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 3", "L-Erbgħa, 16 ta' Marzu 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament fis-17.50 p.m.", "L-Onor.", "Emmanuel Mallia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor.", "Joe Mizzi, l-Onor Godfrey Farrugia, l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret fil-15 ta' Marzu, 2016 kienu konfermati.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA' ĊERTI XOGĦLIJIET F'UTILITAJIET U SERVIZZI - Abbozz Nru 144", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 369 tal-15 ta' Marzu 2016 il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ikompli mil-Laqgħa Nru 2 tat-Tlieta, 15 ta' Marzu 2016.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sinj.", "Lucienne Meilak Director Policy Development and Programme Implementation fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u s-Sur Patrick Vella, Dr Melanie Vella u Dr Paul Edgar Micallef Chief of Policy and Planning, Legal Advisor u Chief Legal Advisor rispettivament mal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni, ġew mistiedna biex jintervjenu fil-Kumitat.", "KLAWSOLA 18 (Posposta fil-Laqgħa 2 tal-15 ta' Marzu, 2016)", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"B\":", "Fil-klawsola 18, l-artikolu 14 tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:", "fis-subartikolu (1) fit-test Malti l-kelma \"jħares\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"jqis\"; u", "fis-subartikolu (4) tal-artikolu 14 tiegħu, il-kliem \"għaldaqstant kull parti tista' tirreġistra tilwima mal-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim u dik it-tilwima għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-Bord fi żmien għoxrin jum minn meta jiskadi l-perjodu ta' xahrejn imsemmi f'dan is-subartikolu.\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"għaldaqstant kull parti tista' tirreġistra tilwima mal-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim u dik it-tilwima għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-Bord minn meta jiskadi l-perjodu ta' xahrejn imsemmi f'dan is-subartikolu.\"", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"C\":", "Fil-klawsola 18, fis-subartikolu (7) tal-artikolu 15 tiegħu fit-test Malti l-kliem \"regolaturi kompetenti ta' infrastruttura\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"regolaturi kompetenti ta' utilitajiet\".", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"D\":", "Fil-klawsola 18, l-artikolu 16 tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:", "fit-test Malti fis-subartikolu (2) il-kliem \"regolaturi kompetenti tal-infrastruttura\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"regolaturi kompetenti ta' utilitajiet\";", "il-proviso għas-subartikolu (3) għandu jitneħħa; u", "fit-test Malti fis-subartikolu (5) il-kliem \"regolaturi kompetenti tal-infrastruttura\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"regolaturi kompetenti ta' utilitajiet\".", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"E\":", "Fil-klawsola 18, l-artikolu 17 tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:", "fis-subartikolu (5) il-kliem \"tista' fi żmien għoxrin jum minn meta jiskadu l-erbatax-il jum imsemmija hawn qabel\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"tista' minn meta jiskadu l-erbatax-il jum imsemmija hawn qabel\"; u", "fis-subartikolu (6) fit-test Malti il-kliem \"regolaturi kompetenti ta' infrastruttura\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"regolaturi kompetenti ta' utilitajiet\".", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"F\":", "Fil-klawsola 18, l-artikolu 24 tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:", "fis-subartikolu (1) il-kliem \"li jkun maġistrat jew ex-maġistrat\" u \"ikun ex-maġistrat\" għandhom jiġu sostitwiti rispettivament bil-kliem \"li jkun imħallef jew ex-imħallef, jew maġistrat jew ex-maġistrat\" u \"ikun ex-imħallef jew ex-magistrat\"; u", "fis-subartikolu (4) il-kliem \"u dak iż-żmien ta' kariga ma jistax jiġġedded.\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"u dak iż-żmien ta' kariga jista' jiġġedded għal żmien wieħed ieħor li ma jeċċedix ħames snin.\"", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni kienet sospiża peress li l-membri ġew imsejħa biex jieħdu vot fil-plenarja.", "Fis-7.17 p.m. id-diskussjoni fuq Klawsola 18 u l-emendi għaliha kienet interrotta u l-Kumitat ġie aġġornat għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160316_003m_kun.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 42", "L-Erbgħa, 16 ta' Marzu 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 42", "L-Erbgħa, 16 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.22 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 40 u 41, li saru fid-29 ta' Frar u fl-10 ta' Marzu 2016, ġew ikkonfermati.", "KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZ TA' OPINJONI MOTIVATA FIR-RIGWARD TA' 'PROPOSAL FOR A COUNCIL DIRECTIVE LAYING DOWN RULES AGAINST TAX AVOIDANCE PRACTICES THAT DIRECTLY AFFECT THE FUNCTIONING OF THE INTERNAL MARKET (COM(2016) 26'", "THE CHAIRMAN (Onor. Luciano Busuttil): L-item tal-lum huwa l-konsiderazzjoni ta' abbozz ta' opinjoni motivata fir-rigward ta' proposta għad-direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli kontra l-prattiċi ta' evitar ta' taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern – COM(2016)26.", "Diġà ġew iċċirkolati fost il-Membri l-abbozz tal-pożizzjoni tal-Gvern dwar din il-proposta, li bħalissa tinsab quddiem il-Kabinett għall-approvazzjoni, l-abbozz ta' opinjoni motivata, u r-rapport tar-Research Analyst.", "Nagħmel referenza wkoll għall-istqarrija ministerjali li l-Ministru għall-Finanzi għamel fl-1 ta' Frar 2016 dwar l-Anti-Tax Avoidance Package fejn, fil-konklużjoni tiegħu, b'mod ġenerali, qal hekk:", "\"Mr Speaker, bħala konklużjoni nerġgħu intennu l-pożizzjoni ta' pajjiżna fil-konfront ta' dan il-pakkett fit-totalità tiegħu.", "Malta lesta li tikkopera biex jintlaħaq ftehim, bħalma għamlet fil-passat, fejn jirrigwarda t-trasparenza u l-bdil ta' informazzjoni fuq it-taxxa mal-Awtoritajiet tat-Taxxa ta' pajjiż ieħor li miegħu għandna ftehim.", "Dan jinkludi l-Membri Stati kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Dan għax Malta hija kontra l-evażjoni tat-taxxa, sew jekk tiġi minn individwi u sew minn kumpaniji.", "Min-naħa l-oħra, m'aħniex lesti li nċedu għal xi armonizzazzjoni tar-rati tat-taxxa jew xi tibdil fis-sistema tat-taxxa ta' pajjiżna, magħrufa bħala full imputation system.", "Dan kien u jibqa' argument bażiku u kruċjali għalina.", "Mhu se nħallu lil ħadd jaqsam din il-linja l-ħamra li kienet u tibqa' għall-parlament nazzjonali li jiddeċidiha.\"", "Nistieden lis-Sur Ian Paul Bajada sabiex jikkummenta fuq il-punti li Malta qiegħda tqajjem; imbagħad, il-Membri jagħmlu r-rimarki tagħhom, jekk ikun il-każ.", "IS-SUR IAN PAUL BAJADA (Research Analyst): Sur President, l-ewwel ħaġa li rrid niċċara hi li l-għan li ltqajna għalih illum huwa biex niddiskutu r-reasoned opinion kif inhi abbozzata, u li qiegħda annessa mar-rapport li għaddejtilkom.", "Peress li d-deadline ta' tmien ġimgħat tiskadi fl-aħħar ta' Marzu, u peress li issa l-Parlament jieqaf għar-recess, kien għaqli li ngħadduha mill-Kumitat qabel ir-recess ħalli, jekk il-Kumitat jaqbel, nibagħtuha lill-istituzzjonijiet Ewropej.", "Kif diġà semmejt, il-pożizzjoni tal-Gvern għadha abbozzata u għadha ma ġietx konsolidata, u allura l-proposta tiegħi hi li, ladarba tiġi konsolidata, tmur bħalma jmorru l-proposti l-oħra f'Working Group 1, u hemmhekk inkunu nistgħu nagħmlu skrutinju sħiħ tal-proposta kif inhi, anke fid-dawl li l-Gvern, kif qal il-Ministru għall-Finanzi fl-istqarrija ministerjali, qed jaħdem fuq impact assessment ta' din il-proposta.", "Għalhekk, ikun għaqli li nistennew iktar żviluppi, ħalli jkollna l-verżjoni konsolidata tal-pożizzjoni ta' Malta, u f'dak il-lat l-iskrutinju jsir f'Working Group 1.", "Niġi għad-dokument innifsu.", "Kif spjegat fl-explanatory memoranda tal-proposta leġiżlattiva, l-għan ta' din id-direttiva hu li tibni fuq il-Pjan t'Azzjoni għal tassazzjoni korporattiva ġusta u effiċjenti, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2015.", "Din tistabbilixxi regoli li jippermettu lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod effettiv l-evitar tat-taxxa korporattiva b'mod li jippreserva l-kompetittività kollettiva tagħhom u jirrispetta s-suq uniku, il-libertajiet tat-trattati, it-trattat tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi tal-Unjoni Ewropea in ġenerali.", "F'dan ir-rigward, l-għan huwa bbażat fuq żewġ oqsma ewlenin ta' ħidma fil-livell tal-Unjoni Ewropea u f'dak internazzjonali.", "L-ewwel nett, fil-kontest tal-OECD, fil-Base Erosion and Profit Shifting (BEPS), il-parti l-kbira tal-Istati Membri ntrabtu li jimplimentaw il-miżuri li jinsabu fir-rapporti finali tal-BEPS li ġew ippubblikati fil-5 t'Ottubru 2015 u li ġew approvati mill-mexxejja tal-G20 f'Novembru 2015.", "F'Ġunju tal-2015, il-Kummissjoni ħabbret pjan t'azzjoni li se jniedi mill-ġdid il-proposta għal bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (Common Consolidated Corporate Tax Base), magħrufa bħala CCCTB, bħala soluzzjoni ħolistika għall-ħolqien ta' tassazzjoni iktar ġusta u iktar effiċjenti.", "Meta niġu għall-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-iktar punt importanti huwa l-bażi legali li qed jiġi kkwotat fil-każ ta' din id-direttiva, li huwa Artiklu 115.", "It-trattati tal-Unjoni Ewropea ma jipprovdux b'mod dirett għal dispożizzjonijiet li jirregolaw l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni diretta, imma jipprevedu biss għal dispożizzjoni ġenerika li titkattar l-approssimazzjoni tal-liġi, u dan meta jkun hemm ġustifikazzjoni għall-fini tas-suq intern.", "L-argument li qed jinġieb f'din l-opinjoni motivata huwa li, bażikament, m'hemmx raġuni biżżejjed sabiex il-Kummissjoni Ewropea tikkwota dan l-artiklu bħala bażi legali.", "Il-fatt li jeżistu differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali mhijiex ġustifikazzjoni biżżejjed sabiex isir rikors għal dispożizzjoni għat-trattat dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet.", "Barra minn hekk, l-argument li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-OECD fl-Istati Membri b'mod separat tista' twassal għal iktar frammentazzjoni tas-suq intern ma jfissirx li għandek tmur biex tikkwota l-Artiklu 115 u tgħid li għandek bżonn tagħmel armonizzazzjoni tal-liġijiet.", "Artiklu 4 jittratta dwar l-interest limitation rule.", "Fl-opinjoni motivata qed jiġi kkontestat il-punt li din il-miżura tmur kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità.", "Dan minħabba li r-regola dwar it-tnaqqis ta' imgħax taffettwa wkoll sitwazzjonijiet purament nazzjonali.", "F'dan il-każ, is-sitwazzjonijiet nazzjonali m'għandhomx x'jaqsmu mas-suq intern, u għalhekk din il-proposta tmur 'il hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex tipproteġi dan is-suq.", "Artikli 8 u 9 jittrattaw fuq il-controlled foreign company.", "F'dan il-każ, azzjoni 3 tal-BEPS hija ċara fejn qed tirrimarka, u nikkwota:", "Dan ifisser li, filwaqt li l-OECD qed tħalli flessiblità fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha, min-naħa l-oħra, din id-direttiva qed tipproponi sett wieħed ta' regoli li ma jagħtix lok għal flessibilità.", "Nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt.", "Artiklu 2 tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huwa ċar billi jgħid li, qabel ma tipproponi Att leġiżlattiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjoni wiesgħa.", "F'każijiet ta' urġenza eċċezzjonali, il-Kummissjoni teżenta ruħha milli tagħmel din il-konsultazzjoni.", "Il-Kummissjoni qed tgħid li r-raġunijiet għalfejn ma saritx din il-konsultazzjoni huma li hemm rabta b'saħħitha mal-ħidma tal-OECD, il-BEPS.", "L-iStaff Working Document li ppubblikat l-istess Kummissjoni jipprovdi evidenza u analiżi sostanzjali: il-partijiet interessati kienu involuti b'mod estensiv fil-konsultazzjonijiet dwar l-elementi tekniċi tar-regoli proposti fi stadju preċedenti, u b'mod partikolari hemm domanda attwali urġenti għal azzjoni koordinata fl-Unjoni Ewropea dwar din il-kwestjoni ta' prijorità ta' politika internazzjonali.", "Il-kontro-argument li qed ningħataw f'din l-opinjoni motivata huwa li Malta mhijiex membru tal-OECD, u għalhekk kwalunkwe studju li setgħet għamlet l-OECD ma kienx se jieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi ta' Malta.", "Barra minn hekk, fir-rapporti tagħha l-OECD ma rrakkomandatx li l-miżuri kollha li ġew rakkomandati għandhom japplikaw għal kulħadd bħala minimum standard, hekk kif qiegħda tipproponi l-Kummissjoni Ewropea b'din id-direttiva.", "L-imsemmi Staff Working Document ma fih l-ebda valutazzjoni tal-impatt ta' din il-proposta fuq Malta.", "Artiklu 3 jgħid li d-diskussjonijiet fil-kontest ta' CCCTB ma jistgħux jitqiesu bħala ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt, peress li l-oġġettivi u l-iskop tad-direttiva tas-CCCTB huma kompletament differenti minn dawk tad-direttiva preżenti.", "Il-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet sodisfaċenti għalfejn attwalment teżisti urġenza eċċezzjonali li wasslet lill-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni li ma tagħmilx valutazzjoni ta' impatt, imma semmiet biss il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2014.", "Dawn jgħidu li xi stati tal-Unjoni Ewropea, li huma wkoll membri tal-OECD, intrabtu sabiex jimplimentaw l-output tal-proġett BEPS tal-OECD fil-liġijiet nazzjonali tagħhom b'mod urġenti.", "Dawn il-fatturi waħedhom mhumiex raġunijiet konvinċenti sabiex ma ssirx valutazzjoni tal-impatt dwar din il-proposta.", "Għalhekk, ġbart sommarju ta' dak li qed tgħid din id-draft reasoned opinion, u naħseb li jien ukoll naqbel mal-punti li hemm imniżżlin f'din id-draft, jiġifieri li l-Parlament Malti għandu jressaq opinjoni motivata f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: M'hemmx dubju li din hija direttiva li għandha impatt kbir fuq pajjiżna.", "L-Oppożizzjoni hija konsonanti mal-pożizzjoni tal-Gvern fuq din il-materja.", "Xtaqt nistaqsi jekk il-pożizzjoni tal-Parlament tikkomprendix il-pożizzjoni totali tal-Gvern, u jekk hemmx xi diverġenzi f'dan is-sens, jekk għandna idea tal-pożizzjoni nnifisha.", "IS-SUR IAN PAUL BAJADA: Ir-reasoned opinion ġiet drafted mill-Gvern u fiha hemm ir-raġunamenti tal-pożizzjoni tal-Gvern; però, jidħlu biss dawk ir-raġunamenti li għandhom x'jaqsmu mas-sussidjarjetà.", "Il-Parlament, through it-Trattat ta' Lisbona, għandu l-irwol li fi żmien tmien ġimgħat minn mindu tkun ħarġet il-proposta, iressaq dik li ngħidulha opinjoni motivata.", "Jibqa' wkoll il-fatt – dan jidher ukoll mid-draft position tal-Gvern – li hemm affarijiet oħrajn li mhumiex issue ta' sussidjarjetà, imma li jista' jkollhom impatt.", "F'dak il-każ – u jien qed ngħid li dan l-eżerċizzju jista' jsir 'il quddiem peress li m'hemmx deadline – il-Parlament jista' jiddeċiedi li jagħmel dak li ngħidulu political dialogue, fejn bażikament niktbu ittra lill-Kummissjoni Ewropea u ngħidulha li din il-proposta se taffettwa lil Malta b'mod negattiv f'dawn l-oqsma.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "TONIO FENECH: Naħseb li huwa importanti li nkunu in sync biex ma jkun hemm l-ebda lok li l-Kummissjoni tkun tista' b'xi mod tuża l-pożizzjoni tal-Parlament kontra l-pożizzjoni tal-Gvern.", "Għalhekk qajjimt dan il-punt.", "Jekk aħna konsonanti huwa tajjeb ħafna, għax huwa importanti li fuq din il-materja nkunu, kemm jista' jkun, singing from the same hymn sheet għax, għalkemm għandna rwoli differenti, għandna interess wieħed.", "Irrid nenfasizza li l-pożizzjoni tagħna bħala Malta mhijiex kontra li jkun hemm ġlieda kontra min jevadi t-taxxa; però, ma nistgħux nużaw sistema ta' one size fits all, li mbagħad timpinġi fuq il-kompetenzi tagħna u fuq dawk li huma d-drittijiet tagħna tat-Trattat li jirrikonoxxu li kull pajjiż għandu jkollu s-sistema ta' tassazzjoni tiegħu, u li s-sistema ta' tassazzjoni nnifisha mhijiex kompetenza tal-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li xi mkien fil-pożizzjoni tagħna rridu ngħidu li aħna m'aħniex kontra l-ġlieda.", "Bħala Parlament, m'għandniex nibagħtu dan il-messaġġ, imma fl-introduzzjoni għandna nagħmlu d-djalettika li l-kummenti tagħna m'għandhomx jittieħdu fl-ispirtu li aħna ma rridux niġġieldu.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li ma rridux nimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-OECD.", "Dan jorbot mal-kummenti li saru li l-OECD ma jpoġġix minimu, imma jgħid li kull pajjiż għandu jaddatta dawn ir-rakkomandazzjonijiet skont iċ-ċirkostanzi tiegħu u skont kif japplikaw għalih.", "Meta jkun hemm xi ħaġa li l-OECD innifsu jkun irrikonoxxa li kellu jagħti lill-pajjiżi, ma nistgħu qatt niġu fuq livell Ewropew u nkunu iktar restrittivi minn ħaddieħor, bl-iżvantaġġ li jkun hemm impatt negattiv li – naqbel mija fil-mija – il-Kummissjoni Ewropea għadha ma kkwantifikatx.", "Anzi, meta kien hemm rapport – mhux fuq dawn il-miżuri, imma fuq is-CCCTB – ta' Ernst & Young tal-Irlanda fuq il-proposta li kienet għamlet il-Kummissjoni, kienet uriet li l-pajjiżi tal-periferija tal-Ewropa, bit-tibdiliet impost, kienu jkunu l-iktar li jbatu u kien ikollhom l-ikbar impatt.", "Sfortunatament, irrid ngħid li meta tisma' lill-Membri Parlamentari Ewropej jitkellmu – mhux ta' pajjiżna, imma ta' pajjiżi oħrajn – din jieħduha fuq livell emottiv u filosofiku.", "Ir-realtà hija li pajjiż żgħir bħal tagħna – u jien ngħid il-pajjiżi kollha fil-periferija tal-Ewropa – għandhom bżonn iżommu l-flessibilità fis-sistema tat-taxxa tagħhom jekk ma rridux nispiċċaw niddependu kompletament fuq l-Ewropa f'dawk li huma social transfers minħabba li ma jkollniex taxxi biżżejjed.", "Fir-realtà, din ma tiġrix; allura, huwa importanti li l-Ministru għall-Finanzi tagħna u l-Gvern tagħna jibqagħlhom il-flessibilità li għandhom bżonn biex jagħmlu politika fiskali għall-ġid ta' pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se nagħmel punt daqsxejn tekniku.", "Jidhirli li l-closing date hija immedjata, hux hekk?", "IS-SUR IAN PAUL BAJADA: Il-closing date hija t-30 ta' Marzu.", "Jiġifieri, baqa' żmien.", "Ir-raġuni li qegħdin niddiskutuha llum hija minħabba r-recess.", "Mela hemm ftit iktar ħin għal dak li kont se nissuġġerixxi.", "Jekk isir paragun ma' opinjonijiet motivati oħrajn, ma nafx jekk jonqosx f'xi partijiet – hekk ħassejt meta kont qed naqra – jew f'xi forma ta' konklużjoni, jew anke fil-bidu, fejn ngħidu preċiżament dak li hemm fil-kaxxa magħluqa li hemm fil-bidu, li din qed tintbagħat skont il-proċedura fuq l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, u li qed nibagħtuha għall-finijiet ta' Artiklu 6 tal-Protokoll Nru 2 bħala pożizzjoni tal-Parlament ta' Malta.", "Normalment, meta tibgħat ilment jew tagħmel proċedura li qed tikkontesta xi ħaġa u qed tagħti r-raġunijiet – hawnhekk, il-memorandum ta' spjegazzjoni dan kollu jagħmlu – sa fejn naf jien u soġġett għall-korrezzjoni, tagħmel dik l-ispjegazzjoni jew, wara li tagħmel paragrafu introduttorju fejn tgħid li qed tuża din il-proċedura – tgħidli 'il-kaxxa tal-bidu mhux biżżejjed?' imma jiena ħadtha iktar qisha spjega ġenerali ta' li hemm f'dak l-artiklu – jew bħala konklużjoni fejn tgħid li l-Parlament ta' Malta qed jissottometti l-oġġezzjoni tiegħu għar-raġunijiet kollha mogħtija hawn fuq.", "Din hija xi ħaġa teknika, u forsi nistgħu naraw x'għamilna f'opinjonijiet motivati oħrajn, jekk użajniex dak il-format jew le.", "Speċjalment, għandna xi numru minnhom fil-leġiżlatura preċedenti meta kien jgħinna bid-drafting il-Prof.", "Peter Xeureb li, kif nafu, huwa espert fil-liġi tal-Unjoni Ewropea, u wieħed jara ftit il-format.", "M'iniex ngħid li għandna bżonn nikkonsultaw lill-Prof.", "Xuereb, imma qed ngħid li għandna opinjonijiet motivati li kienu ġew drafted minnu, fejn nistgħu naraw il-format b'mod paragunattiv.", "IS-SUR IAN PAUL BAJADA: Kif se nimxu bħala proċedura?", "Se nibdluha u nibagħtuha lill-Membri?", "FRANCIS ZAMMIT DIMEH: Is-soltu konna niddelegaw liċ-Chairman u jagħti ġurnata biex, jekk xi ħadd irid jagħmel kumment, jagħmilha f'dak it-terminu.", "No comment ikun ifisser li nkunu qed naqblu.", "L-ISKRIVAN TAL-KUMITAT: Nagħmluha fil-konklużjoni fejn ngħidulhom li ma tgħaddix it-test tas-sussidjarjetà?", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dejjem jekk, meta tarawha, taqblu li hemm il-ħtieġa.", "Jien qed nistaqsi iktar milli ħaġa oħra.", "IS-SUR IAN PAUL BAJJADA: Isiru l-emendi u niċċirkolawha.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Hawn qbil li nibagħtu din l-opinjoni motivata?", "(Onor. Membri: Iva) Mela, se nirrapporta lill-iSpeaker li dan il-Kumitat qed jaqbel li din l-opinjoni motivata tintbagħat lilu biex, min-naħa tiegħu, wara li jġibha għall-kunsens fil-House Business Committee, jibgħatha lill-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew, u tal-Kunsill Ewropew sal-31 ta' Marzu, 2016 u, peress li se nkunu fir-recess tal-Għid, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel opportunità.", "Nirringrazzjakom.", "Kif diġà ġejtu informati, il-Kumitat huwa aġġornat għal pitgħada, il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2016, fl-10.30 a.m. b'laqgħa mal-Kummissarju Karmenu Vella li hu responsabbli mill-Ambjent, is-Sajd u Affarijiet Marittimi, dwar il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2016 u l-andament tal-inizjattivi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu.", "Għal din il-laqgħa ġie ċċirkolat b'email ir-rapport tar-Research Analyst, li kopja stampata tiegħu tqassmitilkom waqt din il-laqgħa.", "Nappella sabiex tattendu, iktar u iktar peress li din il-laqgħa miegħu tlabniha aħna stess.", "Fis-7.42 p.m., il-Kumitat aġġorna għall-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2016, fl-10.30 am bil-laqgħa mal-Kummissarju Karmenu Vella, responsabbli mill-Ambjent, is-Sajd u Affarijiet Marittimi."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160316_042d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 16 ta' Marzu 2016.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.22 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Ian Paul Bajada, research analyst mal-Kumitat.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 40 u 41 li saru fid-29 ta' Frar u l-10 ta' Marzu 2016, kienu konfermati.", "KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZ TA' OPINJONI MOTIVATA FIR-RIGWARD TA' 'PROPOSAL FOR A COUNCIL DIRECTIVE LAYING DOWN RULES AGAINST TAX AVOIDANCE PRACTICES THAT DIRECTLY AFFECT THE FUNCTIONING OF THE INTERNAL MARKET (COM(2016) 26'", "Apparti l-'Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiċi ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (KUMM(2016) 26)', il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:", "Dok 143 Abbozz ta' pożizzjoni tal-Gvern dwar il-proposta (KUMM(2016)26);", "Dok 144 Abbozz ta' opinjoni motivata provduta mill-Ministeru għall-Finanzi dwar il-proposta (KUMM(2016)26); u", "Dok 145 L-istqarrija ministerjali li l-Ministru għall-Finanzi għamel fil-Kamra fis-seduta tal-1 ta' Frar 2016 dwar l-Anti-Tax Avoidance Package maħruġ mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2016.", "Is-Sur Ian Paul Bajada, research analyst mal-Kumitat, għamel preżentazzjoni dwar din il-proposta.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel mal-abbozz ta' opinjoni motivata kif ippreżentat biż-żieda ta' dan li ġej:", "żewġ paragrafu fil-bidu li jaqraw hekk:", "\"Filwaqt li wieħed jinnota li l-għan ewlieni tal-Proposta huwa li jistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa, il-Parlament Malti hu tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea qed tmur oltrè minn dak li hu permess fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Parlament Malti huwa favur miżuri li permezz tagħhom jiġi miġġieled l-evitar tat-taxxa, però jisħaq li s-soluzzjoni m'għandhiex tkun ibbażata fuq il-ħolqien ta'sett ta' regoli komuni għal kulħadd l-istess mingħajr ma jippermettu element ta' flessibiltà.", "L-element ta' flessibiltà huwa preżenti f'numru ta' azzjonijiet rakkomandati mill-OECD però huwa nieqes f'din il-proposta.", "Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jsiru relevanti fejn l-Unjoni u l-Istati Membri jikkondividu l-kompetenza f'xi qasam skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Jekk dan ma jkunx il-każ, il-kwistjoni ma tqumx.", "Il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni hi ovvjament eskluża f'materji fiskali.", "Għaldaqstant, l-unika possibbiltà oħra (kif il-Kummissjoni tassumi) hi li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kompetenzi kondiviżi f'affarijiet fiskali, kif jippermetti t-Trattat dwar is-suq intern in ġenerali.", "Il-kwistjoni hi jekk l-Unjoni għandhiex is-setgħa li tadotta miżuri ta' armonizzazzjoni fiskali tan-natura ta' din il-miżura partikolari proposta.\"", "paragrafu fl-aħħar bħala konklużjoni li jaqra hekk:", "\"Minħabba l-impatt fuq is-sovranità tal-Istat, minħabba l-konsegwenzi serji antiċipati minn din il-miżura kif inhi, partikolarment għal dawk l-ekonomiji li jiddependu mis-servizzi li ilhom jiġu ppjanati għexieren ta' snin, minħabba li l-benefiċċji, kemm għal diversi Stati Membri kif wkoll għall-Unjoni, ma jeżistux meta mqabbel mad-dannu jew, huma jekk xejn spekulattivi u dubjużi:", "Il-Parlament Malti ddeċieda li joġġezzjona għall-Proposta u li jwassal din l-opinjoni motivata skont il-proċedura definita fl-Artiklu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji ta' Sussidjarjetà u Proporzjonalità, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.\"", "Skont il-proċedura stabbilita l-Kumitat qabel li l-President jgħaddi lill-iSpeaker ir-rakkomandazzjoni unanima tal-Kumitat li tintbagħat din l-opinjoni motivata li mbagħad min-naħa tiegħu l-iSpeaker ifittex il-kunsens tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u, ġaladarba jingħata, l-opinjoni motivata tintbagħat lill-Presidenti tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, peress li kien se jkun ir-recess tal-Għid, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel okkażżjoni.", "Fis-7.42 p.m. il-Kumitat aġġorna għall-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2016, fl-10.30am bil-laqgħa mal-Kummissarju Karmenu Vella, responsabbli mill-ambjent, affarijiet marittimi u sajd.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160316_042m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 43", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2016 fl-10:30 am", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2016 fl-10:30 am fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Kummissarju Karmenu Vella, responsabbli mill-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd, dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016 u l-andament tal-inizjattivi ewlenin li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.", "Affarijiet oħra.", "11 ta' April 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160318_043a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 43", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 43", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-10.40 a.m.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA, RESPONSABBLI MILL-AMBJENT, AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD, DWAR IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2016 U L-ANDAMENT TAL-INIZJATTIVI EWLENIN LI JAQGĦU TAĦT IR-RESPONSABBILTÀ TIEGĦU", "THE CHAIRMAN (Onor. Luciano Busuttil): Nilqgħu fostna lill-Kummissarju Karmenu Vella, responsabbli mill-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd, li jinsab akkumpanjat minn Dr Gabriella Pace, Deputy Head of Cabinet, mis-Sur Brian Synnot, Communications Adviser, u mis-Sinjura Therese Zahra.", "Nibda billi nirringrazzjakom talli ġentilment ilqajtu din l-istedina u qed tiltaqgħu magħna.", "Kif nafu, Onor. Vella, inti għandek portafoll importanti ħafna għax jinkludi l-qasam tal-ambjent – liema qasam qed jikber fl-importanza tiegħu dejjem u kullimkien – kif ukoll il-qasam tal-affarijiet marittimi u sajd, li bħala gżira ovvjament huma importanti ħafna għal pajjiżna, kemm mil-lat ekonomiku, kif ukoll mil-lat ambjentali.", "Waħda mill-akbar inizjattivi fil-programm tal-Kummissjoni Juncker hija proprju s-circular economy, u dan għaliex hija intenzjonata li ttejjeb il-kompetittività permezz ta' provvista adegwata ta' materja prima bi prezzijiet favorevoli billi jkun hemm sistema ta' riċiklaġġ fil-mod ta' kif wieħed jipproduċi u jikkonsma dawn il-prodotti.", "Din tnaqqas ukoll il-ġenerazzjoni tal-iskart – xi ħaġa li hi importanti ħafna – u fl-istess ħin tikkontribwixxi lejn tkabbir sostenibbli għax tnaqqas l-użu ta' riżorsi naturali ġodda, liema riżorsi qegħdin dejjem jonqsu.", "Toħloq ukoll aktar xogħol fil-modi ġodda u innovattivi ta' produzzjoni, u tħalli effett pożittiv anke fuq oqsma oħra, bħall-enerġija.", "F'dan ir-rigward, ilbieraħ stess ħareġ anke regolament COM(2016) 157 favur prodotti ta' fertilizzant.", "Onor. Vella, waqt li qiegħed magħna xtaqniek tagħtina l-kummenti tiegħek dwar inizjattivi oħra fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni li huma ta' ċerta prijorità u importanza għal pajjiżna.", "Dik kienet introduzzjoni qasira min-naħa tiegħi.", "Nagħtik il-kelma, u mbagħad, wara li tagħmel il-preżentazzjoni u tgħaddi l-kummenti tiegħek, niftaħ il-floor għad-diskussjoni jew għall-mistoqsijiet min-naħa tal-Onor.", "IS-SUR KARMENU VELLA (Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd): Sur President, l-ewwel nett irrid ngħid li qed nieħu gost niltaqa' miegħek u ma' sħabi l-antiki.", "Din hija t-tieni darba li qed nitkellem u nindirizza lil dan il-Kumitat tal-Parlament.", "Bħalma qed nagħmel hawnhekk, għamilt żjarat oħra f'parlamenti oħrajn, bħal fi Franza, fl-Italja, eċċ., u ovvjament qed ikun hemm ħafna interess fil-parlamenti nazzjonali għal dak li jkun qed jiġri fi Brussell.", "Aħna ltqajna madwar sena ilu, u minn dik is-sena 'l hawn sar ħafna progress fuq id-diversi oqsma li tkellimna dwarhom.", "Fil-Commission Work Programme għas-sena d-dieħla, il-prijoritajiet tal-portafoll tiegħi huma prinċipalment tlieta.", "L-ewwel prijorità hija l-blue growth u l-green growth, li għalkemm jidhru li huma daqsxejn distakkati, jikkomplementaw ħafna lil xulxin, and they overlap each other.", "It-tieni prijorità, li mhijiex tiegħi biss imma hija tal-kummissarji kollha, hija li rridu nkunu aktar qrib iċ-ċittadin permezz tas-Citizens' Dialogues li qed norganizzaw, u permezz ta' aktar laqgħat mal-parlamenti fejn, kull meta jkun hemm xi ħaġa, jkun hemm aktar djalogu u konsultazzjoni mal-istakeholders.", "At the end of the day, iċ-ċittadini huma l-akbar stakeholders tagħna, u kull ma jiġri l-aktar li se jaffettwa huwa lilhom.", "Fil-każ tal-portafoll tiegħi, meta qed ngħidu li għandna nkunu qrib iċ-ċittadin, irridu naraw kif il-policies fil-portafoll tiegħi jaffettwaw direttament liċ-ċittadin, l-aktar – pereżempju –meta nkunu qed nitkellmu fuq l-air package, il-kwalità tal-arja, il-kwalità tal-ilma, li fil-prodotti ma jkunx hemm toxic materials u hazardous chemicals, kif nevitaw il-biodiversity losses, eċċ.", "It-tielet prijorità hija dik li jgħidulha \"policy throughout the college\", jiġifieri hija dik li naraw illi l-liġijiet jiġu implimentati aħjar, kif ukoll illi l-policies ikunu fit for purpose.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq implimentazzjoni, aktar milli nkejlu s-suċċess tagħna bl-ammont ta' liġijiet li nagħmlu, irridu nkejlu s-suċċess tagħna bl-ammont ta' output li r-riżultati ta' dawn il-liġijiet ikunu qed jagħtu.", "Irridu noqogħdu attenti għax, biex il-policies tagħna jkunu implimentati aħjar, iridu jinftiehmu aħjar, u allura, ovvjament, aktar ma jkun faċli biex jinftiehmu, aktar ikun faċli biex jiġu implimentati.", "Ħalli nibda mill-qasam tal-ambjent.", "L-Unjoni Ewropea (UE) dejjem kellha r-road map tagħha dwar l-ambjent.", "L-iskop prinċipali tas-7th Environment Action Programme (EAP) huwa li jipproteġi, jikkonserva u jtejjeb in-natural capital tagħna; dak li aħna nsejħulu l-kapital naturali.", "It-tieni skop huwa li niżviluppaw ekonomija li tkun low carbon, aktar resource-efficient u aktar kompetittiva, u hawnhekk tidħol is-circular economy, li issa nitkellmu fuqha aktar tard.", "It-tielet skop huwa li jkollna policies li nipprovdu lifestyles u well-being aħjar għaċ-ċittadini tagħna.", "Ovvjament, dak li jsir hemmhekk jaffettwa lil Malta wkoll, bħalma jaffettwa lil kull Stat Membru ieħor, għalkemm f'ċerti affarijiet naħseb li Malta tista' tiġi affettwata aktar minn stati membri oħra.", "Pereżempju, sal-lum għadna lanqas inkejluha l-blue growth ta' kull Stat Membru, u li kelli nistaqsi lil xi Stat Membru x'inhu l-persentaġġ mill-GDP kollu tiegħu li ġej mill-blue economy, issib li dawn lanqas biss naqsmuhom.", "Madanakollu, ninsab persważ li f'ċerti Stati Membri, bħal f'Malta, diġà jeżisti persentaġġ ta' blue economy.", "Jekk qed nitkellmu fuq coastal tourism … U t-turiżmu tagħna kważi kollu huwa coastal.", "Għandek il-lukandi, għandek is-sajd, għandek it-transhipment, għandek ix-ship repair, u għandek ħafna affarijiet.", "Ovvjament, kollox huwa marbut mal-konċett tas-sostenibbilità.", "Irridu noqogħdu attenti ħafna li dak li nippriedkaw internament inkunu qed nattwawh anke esternament.", "Ma nistgħux li fl-UE ngħidu mod, u mbagħad barra ngħidu mod ieħor, aktar u aktar meta s-sena l-oħra kien hemm żewġ avvenimenti globali importanti ħafna, għax kien hemm il-COP21 u kien hemm il-commitment for sustainable development goals, fejn kien hemm 17-il goal ta' sostenibbilità.", "Dawn mhumiex commitments tal-UE biss, imma huma commitments globali, u allura rridu nkunu ċerti li dak li qed naħdmu fuqu internament fl-Ewropa jissinkronizza mal-commitments tagħna li nkunu ħadna fuq bażi globali.", "Is-circular economy se tkun importanti ħafna għax mhijiex xi ħaġa li se teħodna għall-ħames snin jew għall-għaxar snin li ġejjin, imma hija xi ħaġa li trid teħodna fit-tul.", "L-idea ta' circular economy nbdiet madwar 50 sena ilu bħala konċett ekonomiku fl-Amerka, u fil-bidu kienet tissejjaħ \"spaceman economy\", imbagħad bdiet tissejjaħ \"cradle to cradle\", filwaqt li llum qed insejħulha \"circular economy\".", "Id-differenza bejn linear economy u circular economy hija li, fil-każ tal-linear economy, inti taqbad ir-riżorsi u l-materja prima, tipproduċi l-prodotti u, wara li tuża dawk il-prodotti, tarmihom bil-materja prima b'kollox, filwaqt li fil-każ tas-circular economy,taqbad il-prodotti u terġa' tagħmel użu minnhom.", "Għaliex fl-UE hemm bżonn qbil f'dan ir-rigward?", "Biex nagħtikom idea, l-UE timporta sitt darbiet aktar riżorsi u materji primi milli tesporta, bil-konsegwenza li llum l-UE għandha resource deficit qawwi.", "Issa, hawn min jgħid li meta pajjiż fl-UE jaqbeż it-3% deficit, jibdew telgħin ir-red flags u ħafna affarijiet bħal dawn, filwaqt li meta jkollok a resource deficit ta' 30% u 40%, ħadd ma jitkellem fuqu!", "Ir-raġuni prinċipali hija li inti ma tistax iġġib il-jobs, il-growth u l-investment jekk kemm-il darba ma tkunx kompetittiv, u aħna ma nistgħux inkunu kompetittivi ma' pajjiżi oħra bħall-Asja, l-Amerka eċċ., billi rraħħsu s-salarji tal-ħaddiema tagħna, imma nistgħu nkunu aktar kompetittivi jekk irraħħsu l-ispejjeż tal-materjal.", "Ovvjament, is-circular economy mhijiex ir-risposta għall-economic challenges biss, imma hija risposta għall-environmental challenges ukoll, għax tkun qed tieħu aktar ħsieb tan-natural capital tiegħek, tar-riżorsi tiegħek, u għandek tiffranka ħafna emissjonijiet u enerġija.", "Biex nagħtikom idea, meta tkun qed tipproċessa recycled aluminium, tkun qed tuża one-tenth tal-enerġija li tuża li kieku kellek tipproċessa aluminium pur; jiġifieri, minbarra li tkun qed tiffranka fuq il-materjal, tkun qed tiffranka wkoll fl-ipproċessar tiegħu.", "Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, tfajna l-proposta tagħna rigward is-circular economy, u l-proposta qiegħda maqsuma fi tnejn: għandna r-revised legislative waste package, li jittratta l-mod kif nimmaniġġjaw l-iskart, u mbagħad għandna an action plan, li mhux biss iħares lejn il-waste, imma jħares lejn il-bidu nett tal-produzzjoni, anke mill-extraction tal-materja prima.", "Li hemm differenti u aktar ambizzjuż f'dan il-pakkett li għamilna issa huwa li l-focus mhux qiegħed biss fuq kif se timmaniġġja l-waste li tipproduċi, imma anke kif se tevita l-waste.", "Dan wieħed jista' jagħmlu permezz ta' eco-designs, jiġifieri billi tipproduċi prodotti li jservu aktar.", "Fil-fatt, illum ċerti prodotti għandhom dik l-hekk imsejħa \"planned obsolescence\".", "Pereżempju, illum jekk tixtri iPad jew mobile phone, is-software tiegħu stess iġiegħlu ma jaħdimx aktar minn tliet snin jew ħamsa, jiġifieri jkun ipprogrammat hekk apposta biex, wara li jgħaddu dawk it-tliet snin jew ħamsa, ikollok tixtri mudell ieħor.", "Anke f'dak li hu disinn, il-prodottur jara kif se juża anqas materjal, filwaqt li l-materjal li juża jkun aktar durable.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li s-circular economy mhux biss se tbiddel il-mod kif nipproduċu, imma anke kif nikkonsmaw.", "Sur President, illum qegħdin nersqu aktar lejn konċett li mhuwiex ġdid.", "Qed nirreferi għax-sharing economy fejn, minflok ma wieħed jixtri l-oġġett, huwa jikrih.", "Dan mhuwiex xi konċett ġdid.", "Pereżempju, jekk jien irrid ikolli dar fejn noqgħod, għandi quddiemi żewġ options: jew nixtri dar, jew nikri waħda.", "Hemm min imur għax-xiri, u hemm min imur għall-kiri.", "Il-konċett diġà qiegħed hemm, imma issa dan il-konċett se jiġi applikat kważi fil-qasam kummerċjali kollu.", "Biżżejjed ngħid li llum hemm kumpaniji li, minflok ma jbigħulek fridge jew washing machine, jikruhomlok.", "Fil-fatt, jekk wieħed irid jista' jikri mingħandhom il-household appliances kollha, jiġifieri l-konċett ta' sharing dieħel sew ukoll.", "Li hemm tajjeb u li hemm ambizzjuż aktar minn qabel huwa li dan l-action plan se jkun backed ukoll by technical and funding assistance ukoll.", "Pereżempju, bħala funding fil-Horizon 2020, hemm xi €650 miljun għas-circular economy; fl-istructural funds għandek madwar €5.5 biljun; u dan minbarra li l-European Fund for Strategic Investments (EFSI), flimkien mal-European Investment Bank (EIB), qed jippromwovu recycling projects, green projects u circular economy projects.", "Din id-darba l-pakkett huwa ambizzjuż ukoll għax, filwaqt li qabel konna niffokaw fuq erba' tipi ta' materjali – il-plastik, il-ħġieġ, il-metall u l-karta.", "Issa, f'dan il-pakkett m'aħniex qed niffokaw fuq it-tipi ta' materjal, imma fuq setturi, u daħħalna setturi ġodda, fosthom, pereżempju, is-settur tal-construction.", "Fil-fatt, jekk irridu nistgħu ma nitkellmux aktar fuq demolition – għadna ġejjin minn seminar fuq hekk – u nistgħu niddisinjaw il-bini tagħna to be dis-assembled minflok demolished, jiġifieri tippjanah b'mod li tpoġġi biċċa biċċa u, meta trid, terġa' tieħdu lura biċċa biċċa.", "(Interruzzjonijiet) Eżatt, bħal-Lego!", "Fil-fatt, illum qed jinħadmu vapuri sħaħ b'dan il-mod.", "Daħħalna wkoll ir-recycling fis-settur tal-ikel għax fl-Unjoni Ewropea madwar 30% tal-ikel li jiġi prodott qed jispiċċa f'food waste.", "Immaġinaw dik l-enerġija u l-labour kollu biex tipproduċi l-ikel ...!", "(Interruzzjonijiet) Imma inti qed tagħmel tajjeb minnha kollha għax ma taħlix!", "Fl-Amerka, il-food waste jammonta għal madwar 40%, imma hemm affarijiet li qed ixekklu anke l-użu tal-leftovers, li ma jkunx waste imma jkun għadu jista' jintuża.", "Meta catering establishments kbar jifdlilhom l-ikel, huma jibżgħu jgħadduh lill-istituti u lill-orfanatrofji għax, jekk jinqala' xi ħaġa, huma jibqgħu liable, u allura hemm bżonn nirranġaw dawn il-liġijiet.", "Pereżempju, l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għal-labelling għax, anke hawnhekk, għad hawn misconceptions kbar.", "Fil-fatt, ħafna għadhom jaħsbu li meta tgħaddi d-data tal-best before – hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq l-expiry date – allura l-prodott trid tarmih.", "Qed indaħħlu wkoll is-settur tal-ilma għax dan huwa settur problematiku ħafna.", "Fil-fatt, fis-settur tal-ilma għandna żewġ problemi għax, mhux biss għandna problema ta' kwantità, imma għandna wkoll problema ta' kwalità.", "Ta' min jgħid ukoll li ħafna mill-ilma li jiġi wżat qed jintrema l-baħar.", "Fis-circular economy huwa importanti ħafna li s-settur pubbliku jaħdem mas-settur privat.", "Is-settur privat jemmen ħafna fis-circular economy, u fil-fatt sibna ħafna sapport min-naħa ta' dan is-settur.", "Tant hu hekk li ħafna mill-kumpaniji kbar diġà investew sew biex jerġgħu jirriċiklaw il-parts.", "Li hemm tajjeb huwa li s-savings ma jmorrux kollha għall-kumpanija, imma parti mis-savings jgħaddi wkoll għand il-konsumatur.", "Pereżempju, meta l-kumpanija tal-BMWs irriċiklaw xi parts, huma għamlu madwar 10% savings, biex b'hekk parti minn dawk l-10% reġgħu għaddew għand il-kumpanija, filwaqt li l-parti l-oħra għaddiet għand il-konsumatur.", "Is-settur pubbliku u s-settur privat iridu jaħdmu flimkien għaliex għall-parti tal-produzzjoni jidħol l-aktar is-settur privat, fosthom il-kumpaniji u l-industrija, eċċ. Min-naħa l-oħra, għas-settur tal-waste management, biex il-prodott jerġa' jiġi riċiklat, ħafna drabi jidħol is-settur pubbliku, u allura jekk, pereżempju, hawn Malta m'aħniex qed nimxu tajjeb f'dak li għandu x'jaqsam ma' recycling, allura we are letting down il-private sector, għax il-private sector m'għandux l-economies of scale ta' recycled material biex imbagħad dan jerġa' jintefa' għall-produzzjoni.", "Rigward il-waste management, ir-rilevanza ta' Malta in terms of recycling kienet u għadha lura ħafna, għax sa ftit xhur ilu ħafna mill-prodotti tagħna kienu sejrin għal-landfill.", "Hawnhekk m'iniex qed nirreferi għal Malta biss, imma t-target sal-2030 hija li l-landfilling ma jeċċedix l-10%.", "Issa, bin-North Waste Treatment Plant, il-landfill tniżżel sew u, jekk m'iniex sejjer żball, il-landfilling diġà tniżżel għal madwar 50% jew 55%, jiġifieri jekk ikollna impjant ieħor ta' dik il-kwalità ...", "Sur President, fil-waste management għandna piramida wkoll.", "Aħna qed ngħidu li l-ewwel nett għandek terġa' tipprova tuża l-materjal.", "Jekk le, għandek tirriċiklah, u mbagħad, jekk jibqagħlek il-materjal, dan tista' taħarqu biex iġġib l-enerġija minnu.", "Imbagħad, fil-qiegħ nett ta' din il-piramida għandek il-landfilling.", "Naħseb li 'l quddiem se nipprovaw ngħaddu anke fondi away mill-waste to energy għax ħafna stati membri qed jinvestu in waste to energy, fejn jaħarqu l-waste permezz ta' inċineratur eċċ. u mbagħad, meta jkunu għamlu l-investiment u jsibu li m'għandhomx biżżejjed materjal x'jaħarqu, allura jibdew jitfgħu kollox, anke dak il-materjal li jista' jiġi riċiklat.", "Ovvjament, mhux dik hi l-idea.", "L-idea hija li fl-inċineratur titfa' biss dak il-materjal li ma jistax jiġi riċiklat; imma, sfortunatament, illum hawn din it-tentazzjoni li ġaladarba investejt f'inċineratur, minflok nirriċikla, għandi nagħmel użu kbir minnu.", "Issa nixtieq nerġa' nagħmel xi ftit aċċenn fuq il-blue growth.", "Id-Directorate-General for Maritime Affairs and Fisheries, li huwa magħruf ukoll bħala d-DG Mare, huwa assoċjat aktar mal-fisheries: imma jien ipprovajt nagħmel enfasi li l-fisheries għandu jkun parti minn perspettiva akbar, mill-oċean.", "Irridu u ma rridux, aħna f'dan is-seklu rridu nduru lejn l-oċean għal ħafna soluzzjonijiet li għandna quddiemna.", "Pereżempju, illum irridu nitimgħu popolazzjoni ta' seba' biljun persuna fuq il-pjaneta tagħna, u għada dawn is-seba' biljun persuna se jitilgħu għal disa' biljuni, filwaqt li pitgħada se jitilgħu għal ħdax-il biljun.", "Meta niġu għall-Feeding the Planet, Energy for Life, kif kienet it-tema tal-Expo, diġà qed ikollna ħafna problemi fuq il-food production mill-art.", "Qed naraw problemi tal-agrikoltura, problema ta' intensive farming fejn kollox irid jikber malajr, GMOs, eċċ., u dan meta l-oċean jista' jikkontribwixxi biex jgħin għall-ikel tal-pjaneta.", "Sal-lum, għalkemm l-oċean diġà qed jagħti kontribut kbir, dan l-awareness mhux qiegħed hemm.", "Biżżejjed ngħid li meta mort l-Expo ta' Milan – fejn, kif għedt diġà, it-tema kienet Feeding the Planet, Energy for Life – fejn kull pajjiż kellu l-pavilion tiegħu, lanqas biss kien hemm pavilion wieħed li esebixxa ikel li ġej mill-oċean!", "Fil-fatt, il-focus tal-pavilions kollha kien fuq il-prodotti li ġejjin mill-farming u mill-qasam tal-agrikoltura, u mbagħad fuq l-oċean forsi li kien hemm kien biċċa screen bil-ħut għaddej!", "Għalhekk, irridu nibnu anke dan l-awareness u nitgħallmu nduru għall-oċean, mhux għall-ikel biss, imma anke, pereżempju, għar-renewables.", "F'COP21 aħna kkommettejna ruħna li rridu mmorru għal ċertu persentaġġ ta' renewables; imma, ġeneralment meta nitkellmu fuq renewables, l-uniċi żewġ affarijiet li jiġu f'moħħna ġeneralment huma solar u wind, mentri mill-baħar għandek tides, currents, waves, salinity differentiation, temperature differentiation, eċċ. Din mhijiex xi ħolma għax ħafna stati membri, bħal Franza, l-Irlanda u l-iSkozja, speċjalment dawk li qegħdin fuq il-Baħar Atlantiku, diġà għandhom proġetti għaddejjin f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-waves u t-tides huma predictable centuries or years in advance, jiġifieri, filwaqt li llum nistgħu nbassru x'se jkun it-temp minn ġimgħa sa l-aktar għaxart ijiem oħra, il-mewġ, it-tides, jistgħu jiġu predicted with precision minn snin twal qabel.", "L-istess nistgħu ngħidu fil-qasam tar-riżorsi, Sur President.", "Aħna identifikajna li mill-oċean jista' jkun hemm ħames setturi importanti fejn l-ekonomija tagħna tista' tikber.", "Dawn huma l-coastal tourism – għax billi l-Ewropa għandha waħda mill-akbar u l-isbaħ kosti, allura l-coastal tourism jista' jagħti kontribut kbir lill-ekonomija tagħna.", "Għandna wkoll l-ocean energy; il-biotechnology; l-aquaculture; u r-resources għax, ovvjament, daqskemm għandna riżorsi fuq l-art għandna riżorsi fil-baħar.", "Għalhekk, l-economic opportunity qiegħda hemmhekk, u qiegħda hemmhekk bil-kbir.", "Biex nagħtikom idea, jekk il-pjaneta tagħna għandha 30% minnha art u 70% minnha baħar, in economic terms 95% tal-ekonomija globali ġejja biss mit-30% tal-art, jiġifieri mill-baħar qed nieħdu biss 5%.", "Hawnhekk aħna qed ngħidu żewġ affarijiet: li għandna diversi opportunitajiet ekonomiċi, imma ejjew ma ninsewx li għandna wkoll environmental responsibilities, biex waħda ma timxix at the cost tal-oħra.", "Matul is-sajf li għadda niedejna an international public consultation globalment fejn, minbarra mal-istati membri tagħna, għamilna kuntatti maċ-Ċina, mal-Amerka, mal-Brażil, m'entitajiet u organizzazzjonijiet bħall-United Nations, u kellna feedback tajjeb ħafna minn dawn il-kuntatti.", "Waħda miż-żewġ mistoqsijiet li għamilna, speċjalment meta niġu għall-economic opportunities u għall-environmental responsibilities, kienet jekk aħna għandniex the marine legal framework li mhux biss jindirizza l-problemi u l-isfidi tal-lum, imma jindirizza wkoll il-problemi u l-isfidi ta' għada.", "Bħala avukat, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech forsi jaf iżjed minni li hemm il-United Nations Convention on the Law of the Sea (UNCLOS), li hija xi ħaġa tajba li għandha tibqa' hemm biex inkunu nistgħu nibnu fuqha.", "Però, din għandha ċerti gaps minħabba li dak iż-żmien li twaqqfet l-UNCLOS lanqas konna nitkellmu fuq marine litter, lanqas konna nitkellmu fuq climate change, u lanqas konna nitkellmu fuq areas beyond national jurisdiction, mentri llum nofs dik is-70% tal-pjaneta tagħna li hija magħmula mill-oċean hija magħmula minn areas beyond national jurisdiction fejn kulħadd hu responsabbli u ħadd mhu responsabbli.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur!", "Fil-fatt, Malta bdiet minn (Arvid) Pardo, u l-ewwel konferenza f'dan ir-rigward kienet saret Malta.", "Niftakar li dik il-konferenza kienet organizzata minn Elisabeth Mann Borgese, li mbagħad spiċċat toqgħod hawnhekk ukoll.", "Fil-fatt, ħafna pajjiżi jirrikonoxxu li Malta dejjem kienet leader fuq dawn l-affarijiet.", "Li rrid ngħid ukoll huwa li fl-oċean qed isiru ħafna affarijiet li jekk m'aħniex se noqogħdu attenti għalihom se nispiċċaw nirripetu l-istess żbalji li għamilna fuq l-art.", "Fuq l-art għamilna ħafna żbalji, speċjalment fejn jidħol il-qasam ambjentali, u qegħdin nieħdu remedial action.", "Ħafna drabi tfeġġ il-problema, u mbagħad we have to rectify and to remedy.", "Għalhekk, jekk nibdew noqogħdu attenti minn issa f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-oċean, għandna ftit ċans li nibdew nieħdu a preventive action minflok a remedial action, għalkemm dan mhux dejjem hu possibbli għax diġà għaffiġnieha fuq ħafna affarijiet, fosthom fuq il-marine litter u fuq it-toxic waste.", "Pereżempju, 80% tal-marine litter huwa kollu plastik, u għalkemm dan insejħulu bħala \"marine litter\", fir-realtà dan huwa litter li joriġina mill-art u mbagħad jispiċċa l-baħar.", "Is-circular economy se tgħin ħafna f'dan ir-rigward għax il-plastik kollu li huwa waste fuq l-art issa se jinżamm u jiġi riċiklat, minflok ma jiġi mormi u jispiċċa fil-baħar.", "Biex nagħtikom idea ta' kemm hija kbira l-problema tal-marine litter, speċjalment fin-naħa tas-south oceans, għandek five gyre litter continents li l-area tagħhom tiżboq lill-area tal-Ewropa.", "Issa, meta nitkellmu fuq marine litter ma nkunux qed nirreferu għal dak il-plastik li jkun qiegħed fil-wiċċ, għax il-plastik jiddiżintegra, jinżel 'l isfel xi 30 metru jew 35 metri u joqtol il-biodiversity, il-ħut, l-għasafar, il-mammals, eċċ. Din hija problema li kulħadd jaf biha, imma hija problema ta' kulħadd, waqt li fl-istess ħin mhi problema ta' ħadd!", "Għalhekk aħna, bħala Ewropa, qed nimbottaw ħafna dik li ngħidulha \"a better ocean governance\" għax illum din hija issue globali bħalma hu l-ambjent.", "Illum, ma nistgħux noqogħdu nirreferu għall-ambjent bħala ambjent tal-Ewropa, ambjent taċ-Ċina jew ambjent tal-Amerka għax illum nafu li l-ambjent huwa globali, l-issues huma globali, u s-soluzzjonijiet li nsibu jridu jkunu globali, u l-istess irridu nagħmlu fir-rigward tal-oċean: irridu naħdmu on a global ocean governance.", "Fis-sustainable development goals, minn 17-il development goal fil-portfolio tal-ambjent u tal-oċeani għandek, pereżempju, it-tieni goal fuq food security – mela jidħlu l-oċeani għal dak li hu ikel, bħall-akwakultura, eċċ.; għandek it-tielet goal biex kulħadd jimxi għal better and healthier living fejn hemmhekk għandna l-liġijiet tal-arja, tal-ilma eċċ.; għandek is-sitt goal fuq better management of water as a resource – u fl-Ewropa għandna l-Water Framework Directive, ir-River Basin Management Plans, eċċ. – sustainable energy – u jien qed nitkellem mal-commissioners l-oħrajn dwar il-kontribut li jistgħu jagħtu l-oċeani fuq ir-renewables – il-promozzjoni tas-sustainable economic growth u s-sustainable production and consumption, li hija proprju s-circular economy.", "To combat climate change, … Pereżempju, anke fil-COP21, l-oċean ma kienx preżenti, u jien ilni nħambaq fuq dan il-punt.", "Imbagħad, parallel mal-COP21, organizzajna wkoll xi konferenzi, għax inti kif tista' titkellem fuq climate change u ma ddaħħalx l-oċean, when the oceans are absorbing 30% of the planet's CO2 u qegħdin jagħtuna bejn 50% u 80% tal-planet's oxygen?!", "Ħafna drabi aħna nemmnu li l-ossiġnu ġej mill-foresti u mis-siġar.", "Sa ċertu punt dan huwa minnu; imma l-foresti jagħtuna xi 25% tal-ossiġnu tal-pjaneta, filwaqt li l-oċeani qed jagħtuna … Mela, ma tistax tiddiskuti l-climate change u ma ddaħħalx l-oċeani!", "Rigward il-fisheries, għandna l-Common Fisheries Policy (CFP), u l-ġlieda tagħna hija kontra l-Illegal, l-Unreported and Unregulated Fishing (IUU).", "Aħna qed nimmiraw li l-istocks tal-ispecies tagħna jibdew ikunu sostenibbli sal-2020.", "Ovvjament, l-aktar li jolqotha lil Malta huwa x'qed jiġri fil-Mediterran.", "L-Onor.", "Roderick Galdes jaf li fil-Mediterran għandna kaos sħiħ u mhuwiex organizzat bħalma organizzati areas oħrajn, bħall-Baltiku, l-Atlantiku, eċċ. Xi kultant inġibu ħafna raġunijiet li għalija dawn ma jkunu raġunijiet xejn, imma jkunu skużi.", "Biex nagħtikom idea, fil-Mediterran 90% tal-fish stocks tagħna huma overfished.", "Issa hawnhekk irridu napprezzaw li mhijiex xi ħaġa faċli biex tikkontrolla l-fisheries fil-Mediterran, għax inti għandek mixed fisheries.", "Pereżempju, meta inti toħroġ fil-Mediterran u titfa' xibka, inti ma tistax tgħid li se titfa' xibka għall-inċova jew inkella li se titfa' xibka għas-sardin, għax l-istocks kollha jgħixu flimkien.", "Għandna wkoll problema fis-sens li ħafna mill-istati membri jgħidulna li jekk se nipprovaw norganizzaw il-baħar Mediterran billi nitfgħu r-regolamenti, ir-regolamenti se jkunu jgħoddu għalihom biss, filwaqt li, pereżempju, mhumiex se jgħoddu għan-North Africa.", "Xi kultant jien nagħtihom raġun, imma xi kultant ngħidilhom li din hija skuża wkoll għax, fejn għandna fisheries li they are being fished minn tlieta jew erba' stati membri biss, xorta għandna l-istess problema, u allura ma jistgħux jitfgħu dejjem il-ħtija fuq in-North Africa.", "Fil-fatt, tlajna Katanja, fejn l-ewwel laqqajna lill-istati membri biss, fejn hemmhekk riedna nieħdu tliet deċiżjonijiet.", "L-ewwel mistoqsija li għamilna kienet din: Naqblu li l-istocks fil-Mediterran għandhom problema?", "It-tieni nett, jekk qed nagħrfu li l-istocks fil-Mediterran għandhom problema, kulħadd lest li jagħmel xi ħaġa fuqha?", "Meta qbilna fuq dawk it-tnejn, imbagħad għaddejna għat-tielet mistoqsija: X'se nagħmlu, u meta se nibdew?", "Issa, bħala follow-up, jien se nibda laqgħat bilaterali mal-pajjiżi tan-North Africa biex inġibuhom in line mat-thinking tagħna wkoll.", "Ovvjament, hemm link qawwija bejn il-blue growth u l-green growth.", "Pereżempju, jekk qed nitkellmu fuq food waste, aktar ma naħlu ikel fuq l-art, aktar se nitfgħu pressure fuq il-fishing.", "Issa, hawn ta' min jgħid li fuq fishing l-Ewropa timporta 60% tal-ħut li nikkonsmaw.", "Mela, immaġinaw: l-ewwel nimportaw 60% tal-ħut, u mbagħad 30% minnu qegħdin naħluh.", "Jiġifieri, kif diġà semmejt, hemm link bejn is-CO2 emissions fuq l-art u l-heat-up fuq l-oceans, u l-heat-up tal-oceans qed tkisser ħafna mill-istocks.", "Pereżempju, fl-Artiku s-salamun tagħhom qed jimrad kollu għax b'daqsxejn varjazzjoni fit-temperatura toqtlu u, naturalment, il-climate change qed tagħmel l-istess effett ukoll.", "Imbagħad, qed nagħmlu fitness checks fuq il-Birds and Habitats Directive, fuq in-natura, fuq il-biodiversità, fuq in-natural capital, fuq il-wildlife trafficking – fil-fatt, bħalissa fuq il-wildlife trafficking hemm a combined attack min-naħa tal-Amerka, l-Ewropa, iċ-Ċina, eċċ. – fuq l-ambjent u fuq il-ħarsien tal-arja, tal-ilma, tan-natura, eċċ.", "Qabel ma nikkonkludi, nixtieq nagħmel dan l-aħħar punt.", "Ħafna drabi meta tkellem lin-nies fuq l-ambjent u tgħidilhom li hemm bżonn li kull stat membru jilħaq it-targets against air pollution għax dan jagħmel ħażin lill-ambjent, tkun qisek qed tkellimhom in aria.", "Huwa biss meta tgħidilhom li, jekk ma nilħqux dawn it-targets, il-probabbilità hi li jew huma, jew uliedhom, jew inkella l-ġenituri tagħhom jimirdu li jwaqqfu widnejhom u jisimgħuk.", "Ara meta tgħidilhom li fl-Ewropa kull sena jkollna 400,000 premature deaths mill-kwalità tal-arja biss, u allura dawn jirrealizzaw li din hija xi ħaġa li se tolqot lil kull familja, hemmhekk jibdew jisimgħu.", "Issa, hawnhekk se nitkellem open u ngħid li llum l-UE mhijiex għaddejja minn żminijiet faċli fis-sens li ħafna ċittadini qegħdin ikunu diżillużi: però dawn mhux dejjem qed ikunu diżillużi b'dak li qed timponi l-UE, imma ħafna drabi qed ikunu diżillużi fuq il-kwalità tal-arja, fuq il-mard eċċ., jiġifieri dawn ikunu diżillużi because their country is not complying with the EU, whereas, on the other hand, the EU is not doing anything about it.", "Ħafna drabi ċ-ċittadin ikun irid li jsir dak li tkun qed tfassal l-UE, u jirrabja meta jara li pajjiżu ma jkunx qed jattwah, filwaqt li, min-naħa tagħha, l-UE ma tkunx qed tieħu azzjoni għal dan in-nuqqas.", "Għalissa se nieqaf hawn ħalli nagħti ċans lill-oħrajn biex jgħaddu r-rimarki jew il-mistoqsijiet tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lill-Kummissarju Vella għall-preżentazzjoni tiegħu, filwaqt li nistieden lil sħabi d-Deputati biex, jekk iridu, jgħaddu r-rimarki jew jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sur President, l-ewwel nett nixtieq niskuża ruħi għall-fatt li ma nistax nibqa' sal-aħħar minħabba impenji ministerjali.", "Però, ġaladarba l-Kummissarju Vella qiegħed hawnhekk fostna, se nieħu l-opportunità biex inqajjem xi concerns, u anke nagħmel punt importanti.", "L-ewwel nett, irrid ngħid lill-Kummissarju Vella li aħna, bħala pajjiż, lesti li f'Jannar, waqt il-Presidenza tal-UE, nagħtuh l-appoġġ kollu, partikolarment fuq suġġett importanti bħalma hu l-qasam tas-sajd.", "Nifhem li l-problemi tal-UE huma li tipprova timmaniġġja riżors importanti bħalma hu s-sajd b'interessi differenti.", "Pereżempju, l-interess li hemm in-naħa ta' fuq tal-Ewropa mhuwiex l-istess interess li għandna aħna fil-Mediterran, u l-istess nistgħu ngħidu għall-problemi ambjentali relatati magħhom, jew inkella għal meta tkun qed taqsam riżors ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea jew m'għandhomx l-istess qafas ta' regolamenti.", "Kif jaf il-Kummissarju Vella, għalina huwa red line li jkollna … Fil-fatt, dan il-punt konna semmejnieh ukoll meta konna qed niddiskutu l-Common Fisheries Policy (CFP) taħt l-eks-Kummissarju Damanaki, il-kummissarju ta' qabel il-Kummissarju Karmenu Vella, fejn konna għedna li ma jistax ikun inkomplu nagħfsu lis-sajjieda tagħna b'regolamenti stretti meta nafu li 99% tal-flotta tagħna hija artiġjanali, u ma jkunx hemm l-istess level playing field ma' pajjiżi Afrikani li qegħdin jaqsmu r-riżorsi tagħna u għandhom riżorsi aħjar minna biex jaqbdu l-ħut.", "Nifhem ukoll li aħna, kemm bħala pajjiż, kif ukoll bħala Gvern, għandna rwol li nikkomunikaw mas-sajjieda, filwaqt li l-Unjoni Ewropea trid tgħin biex twassal il-messaġġ lil min hu l-aktar milqut.", "Fuq kollox, hawnhekk qed nitkellmu fuq l-għajxien tal-familji, qed nitkellmu fuq l-aspett soċjali tan-nies li jaħdmu f'dan is-settur, settur li hemm sagrifiċċju relatat miegħu, u allura wieħed irid jara l-mod kif nistgħu nimmaniġġjawh.", "Però, min-naħa tagħna, bħala pajjiż aħna lesti li nagħtu l-appoġġ kollu lill-Kummissarju Vella, partikolarment waqt il-Presidenza, biex naslu għal forma ta' ftehim, anke Mediterranju, ħalli jkun hemm level playing field anke mal-pajjiżi Afrikani.", "Aħna nieħdu pjaċir naraw lill-Kummissarju Vella jimpenja ruħu biex il-Kummissjoni Ewropea tibda dawn id-diskussjonijiet mal-pajjiżi Afrikani.", "Min-naħa l-oħra, nemmnu wkoll li għandna sfidi importanti, fosthom l-isfida li semma l-Kummissarju Vella stess, dik li ninċentivaw il-qasam tal-akwakultura.", "Huwa stmat li, sa għaxar snin oħra, 'il fuq minn 55% tal-produzzjoni tal-ħut ma tkunx ġejja mis-sajd tradizzjonali imma mill-mod kif jitkabbar il-ħut fil-qasam tal-akwakultura.", "Malta hija meqjusa bħala waħda mill-pajjiżi avvanzati tal-Mediterran f'dan il-qasam, u aħna beħsiebna nkomplu nużaw il-fondi li tatna l-Unjoni Ewroepa biex immexxu lil dan is-settur 'il quddiem.", "Għandna sfidi oħrajn, fosthom sfidi ambjentali.", "Il-fatt li Malta hija gżira ċkejkna meta pparagunata ma' pajjiżi oħrajn huwa ta' piż għalina biex nimmaniġġjaw ir-riżorsi ambjentali tagħna, għalkemm imbagħad aħna għandna l-vantaġġ li, peress li aħna pajjiż żgħir, allura nistgħu nammaniġġjaw aħjar.", "Bħalissa għaddejjin inizjattivi fil-qasam tal-iskart tal-annimali li ġej mal-agrikoltura li huwa ta' piż kbir għax ħafna minnu kien qed jaffettwa saħansitra n-nitrates, jiġifieri l-water table, minħabba li dan kien qed jintefa' fis-sistemi tad-drenaġġ.", "Għalhekk, aħna ħadna ħsieb nagħmlu pjan u nibgħatuh lill-Kummissjoni biex Malta wkoll tkun tista' tibda timmaniġġja din is-sitwazzjoni, u dan billi tibda tiġġenera l-enerġija permezz ta' dan ir-riżors.", "Naturalment, wieħed irid jifhem ukoll li, biex tiġi ttekiljata problema bħal din se tiġi tiswina l-flus.", "Ma ninsewx illi aħna m'għandniex il-fakultà li għandhom pajjiżi oħrajn illi nieħdu dak l-iskart x'imkien ieħor minħabba l-problema ta' nuqqas ta' spazju, imma rridu nesportawh u, biex nesportawh, irridu nħallsu ammont enormi ta' flus.", "Fil-fatt, huwa stmat li l-ispiża biex sempliċement dan l-iskart ikun jista' jiġi esportat taħt ir-regolamenti Ewropej tista' tlaħħaq anke l-€14-il miljun.", "Dawn huma kollha problemi li jkollu jiffaċċja kull pajjiż żgħir.", "L-istess nistgħu ngħidu fil-qasam tal-ilma.", "Għandna shortage kbira ta' ilma u, kif spjegajna lill-Kummissarju Ewropew Hogan meta ġie hawn Malta, bħalissa l-Gvern qed jimpenja ruħu biex ikun hemm re-use tas-second class water mill-ilma tad-drenaġġ biex dan jerġa' jiġi kkonsmat fil-qasam tal-agrikoltura.", "Qegħdin ukoll naħdmu mal-bdiewa biex intejbulhom il-mentalità, minħabba li forsi l-esperjenza li kellhom fil-passat f'dan ir-rigward ma tantx kienet waħda pożittiva.", "It-teknoloġija tas-sebgħinijiet mhijiex it-teknoloġija tal-lum, u allura l-esperjenza tagħhom dak iż-żmien kienet xi ftit jew wisq qarsa; imma nifhem li, kemm bit-teknoloġija li investa fiha l-Gvern preċedenti, kif ukoll bit-teknoloġija li investa fiha l-Gvern preżenti, se naslu biex nibdew dan il-proġett u ngħinu lill-bdiewa tagħna.", "Nixtieq nagħmel aċċenn ukoll fuq il-problema li hemm fil-qasam tal-wildlife.", "Riċentement, aħna għadna kemm nedejna liġijiet qawwija ħafna biex ma nħallux influss ta' wildlife animals jaslu f'pajjiżna permezz tal-freedom of movement, u dan għamilnieh kemm minħabba li l-pajjiż m'għandux spazju, kif ukoll minħabba li marbuta ma' dan il-qasam hemm ukoll issue ta' animal welfare.", "Fir-rigward ta' wildlife, aħna qed nieħdu wkoll miżuri ta' konservazzjoni u, fil-fatt, se nniedu fond għall-improvement tal-wildlife f'pajjiżna relatat mal-impatt li forsi ġieli wieħed jikkummenta dwaru fir-rigward tal-kaċċa u l-insib.", "Aħna qegħdin ngħidu li, jekk ikun hemm multi li ġejjin minn issues marbuta mal-kaċċa u l-insib, issa dawn se jintefgħu f'fond apposta biex jerġgħu jmorru favur il-konservazzjoni tal-wildlife f'pajjiżna.", "Fir-rigward tal-food waste, jien naqbel mal-Kummissarju Vella.", "F'Malta l-problema mhijiex qawwija daqskemm hi qawwija fil-medja tal-pajjiżi tal-UE, u tlaħħaq madwar 20%.", "Bħalissa, qegħdin naħdmu anke mal-bdiewa tagħna biex dawn jibdew jippjanaw l-ikel li jipproduċu.", "Ma jistax ikun li, għax bidwi jkabbar il-pastard u llum qed iġib il-prezz tiegħu, kulħadd jagħmel bħall-bidwi ta' maġenbu u jibda jipproduċi l-istess ikel, biex imbagħad insibu li m'hemmx domanda għalih.", "Madanakollu, din hija xi ħaġa li biex tfehemha lill-bidwi trid impenn u r-riżorsi, u allura d-dipartimenti tagħna, permezz tal-RDP, qegħdin jiġu geared għal dan il-għan ħalli l-bidwi Malti jifhem il-bżonn li jibda jippjana x'ikel jipproduċi.", "B'hekk ma jkollniex aktar ħela, imma jkollna sostenibbilità, innaqqsu l-impatt ambjentali u, fuq kollox, il-bdiewa tagħna jibdew iġibu prezzijiet aħjar għal dak li jipproduċu.", "Nikkonkludi dan l-intervent billi nirringrazzja lill-Kummissarju Vella talli qiegħed fostna.", "Nemmnu li ma nistgħux naħdmu bil-mod kif ġieli jħares lejna ċ-ċittadin komuni – fejn hemm \"aħna\" u \"huma\" – imma rridu naħdmu bħala stakeholders flimkien biex naslu għal għan wieħed.", "Meta jkollok setturi konservattivi, bħalma huma l-oqsma tas-sajd u tal-agrikoltura, mhuwiex faċli li tbiddel prattiċi, imma nemmen li b'daqsxejn investiment, u billi l-Kummissjoni tikkomunika, bħalma qed jikkomunika l-Kummissarju Hogan fil-kriżi tal-agrikoltura li għaddejja bħalissa madwar l-Ewropa, jeħtieġ li anke f'dan is-settur inkomplu nikkomunikaw ħalli naslu għall-għanijiet ewlenin tagħna.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju Vella għall-preżenza tiegħu.", "Il-preżentazzjoni tiegħu kienet waħda estensiva u turi wkoll li għandu responsabbiltajiet wesgħin ħafna.", "Huwa importanti li fil-Parlament Malti, kif ukoll f'pajjiżi oħrajn, isir djalogu bħal dan għax dan huwa mod kif il-Kummissjoni twassal il-ħidma tagħha aktar viċin iċ-ċittadini Ewropej.", "Ħafna drabi parti mid-diffikultà tal-ħidma Ewropea hija li n-nies jifhmu li din hija ħidma direttament rilevanti għalihom, li qed taffettwahom kuljum, u li anke tolqothom b'mod pożittiv.", "Din il-mentalità ġejja wkoll mill-fatt li fil-passat ħafna gvernijiet Ewropej kienu jagħtu l-impressjoni lin-nies li dak li huwa tajjeb huwa dak li għamlu huma, filwaqt li dak li huwa ħażin ġej minn Brussell.", "(Interruzzjonijiet) Għall-każ ta' Malta, forsi nqiegħdu l-argument ftit differenti!", "Din hija parti minn dak li qed jolqot movimenti politiċi fis-sens verament wiesa' tal-kelma fl-Ewropa bħalissa.", "Nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet qosra dwar l-affarijiet li jolqtu l-mansjoni tal-Kummissarju Vella direttament, dwar elementi oħra tal-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni, billi nuża l-konċett ta' responsabbiltà kollettiva mill-angolu Malti.", "Bla ebda dubju, kull ma semma l-Kummissarju Vella fuq il-blue economy lilna jolqotna b'mod dirett, u naħseb li dan wieħed jista' jorbtu mal-ħidma li Malta għamlet tradizzjonalment fil-qasam tal-liġi dwar il-baħar.", "Il-konċett li tkellem fuqu l-Kummissarju Vella, jiġifieri li l-baħar huwa tal-umanità kollha, huwa valur li aħna nemmnu fih, aktar u aktar għax dan huwa ta' vantaġġ għal dawk il-pajjiżi li m'għandhomx il-vantaġġi ekonomiċi ta' pajjiżi akbar.", "Kif nafu, dan huwa prinċipju stabbilit li fuqu hemm ukoll żviluppi oħra, mhux l-anqas dwar li eventwalment wieħed jista' japplika dak il-konċett anke għall-ispazju.", "Għalhekk naħseb li aktar ma dan il-konċett ikun enfasizzat, aktar huwa ta' vantaġġ għal pajjiżna.", "Sur President, il-Kummissarju Vella semma ħafna l-element ta' waste management, ta' costs, ta' circular economy, eċċ. Bla ebda dubju, fl-aħħar mill-aħħar, parti mill-problema hija dejjem l-element tal-ispejjeż.", "Hawnhekk, il-Kummissarju Vella laqat problema sensittiva ħafna, bħal meta rrefera għad-dumping tal-iskart, u anke għall-ammont ta' plastik li jiġi mormi fl-ibħra tagħna.", "Meta dan isir fil-livell ta' nies individwali, dan huwa sinjal ta' traskuraġni u ta' egoiżmu; però, meta jsir fil-livell massiċċ tal-industrija, għalkemm ovvjament dan xorta waħda jibqa' aġir mill-iktar egoist, ħafna drabi jkun qed isir minħabba li l-cost of dumping fil-baħar huwa ħafna anqas milli jidħlu fi proċess ta' riċiklaġġ.", "Għalhekk, bla ebda dubju, il-programmi Ewropej, apparti fil-livell internazzjonali, iridu jindirizzaw dan l-element bażiku wkoll; jiġifieri, idealment m'għandux ikun hemm dak id-distakk enormi bejn il-prezz għal min qed jipproduċi, bejn wieħed mill-modi tal-immaniġġjar tal-iskart li jkun parti mill-ekonomija ċirkolari u bejn l-aktar mod faċli u sempliċi, minħabba li f'dik l-industrija partikolari, mhux biss ma jkunx hemm l-awareness, imma wisq anqas il-kuxjenza dwar l-effetti ta' dak l-aġir.", "Jistgħu jiddaħħlu wkoll miżuri leġiżlattivi aktar iebsa.", "Sur President, hawnhekk ma nistax ma nirreferix ukoll għal mansjoni aktar wiesa' billi naċċenna għall-qasam tal-immigrazzjoni, anke għax jien il-kelliemi ewlieni tal-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett.", "Nemmen li hawnhekk qegħdin f'mument kruċjali, għax dak li qed ikun indikat bħala ftehim mat-Turkija – u jien persważ li l-Kummissarju Vella, bħala Kummissarju Ewropew li oriġina minn Malta, din iħossha b'sensittività akbar minn ta' ħaddieħor – huwa periklu kbir li ġie identifikat minn numru ta' nies, anke min-non-governmental organisations.", "Pereżempju, laqatni ħafna l-paragun li għamlet NGO partikolari fejn qalet li dan huwa bħall-ilma – jekk inti tagħlaq il-flow tal-ilma f'post, l-ilma jiskulalek xi mkien ieħor.", "U hawnhekk il-periklu għal Malta huwa kbir għax, jekk inti tagħlaq rotta … Issa dan apparti implikazzjonijiet oħra, bħal jekk humiex qed jiġu mħarsa d-drittijiet umani tal-bniedem skont iċ-Charter Ewropew u skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, apparti policies u apparti l-livell internazzjonali, imma anke dan l-element prattiku jirrikjedi li dak li jkun jistaqsi x'qed jiġri fil-livell tal-Kummissjoni biex nindirizzaw dan il-periklu li għal Malta, għall-Italja u għal pajjiżi oħra fil-Mediterran żgur huwa imminenti ħafna.", "Mistoqsija oħra b'mod wiesgħa li nixtieq nagħmel tittratta dwar il-forecasts ekonomiċi b'mod ġenerali għax bħalissa, minn naħa waħda qed nisimgħu ċertu livell ta' ottimiżmu, u min-naħa l-oħra hemm forecasts ta' warning signs.", "Pereżempju, x'impatt qed ikun previst wara r-riduzzjoni tal-prezz taż-żejt fuq l-ekonomija; x'inhuma l-problemi li l-istituzzjonijiet finanzjarji qed jerġgħu jiffaċċjaw; u wieħed x'qed jara f'dan ir-rigward?", "Hawnhekk żgur li ma tonqosx il-mistoqsija dwar l-isfida li għandna matul ix-xhur li ġejjin minħabba li għadna ma nafux jekk l-Ingilterra hijiiex se tibqa' membru tal-UE jew le, u allura wasal iż-żmien li wieħed jibda jagħmel ftit contingency plans f'dan ir-rigward.", "Dak hu li kelli xi ngħid min-naħa tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Jekk tistgħu, ipprovaw kunu aktar konċiżi fid-domandi u fir-rimarki tagħkom.", "MICHAEL FALZON: Jien se nkun fil-qosor ħafna, u se nitkellem ftit mill- aspett legali.", "Ħadt pjaċir li bid-diskors li għamel il-Kummissarju Vella ħadni 25 sena lura għax, għalkemm jien kaċċatur, 25 sena ilu jien għamilt teżi li kienet tirrigwarda l-environmental protection fi spazji li ma jaqgħu taħt ħadd.", "Fil-fatt, it-teżi tiegħi kienet iġġib l-isem ta' Legal Regime Environmental Protection in Extra-territorial Spaces.", "Din kienet tittratta l-high seas, l-Arctic, l-outer space u t-transboundary pollution, li huma kollha affarijiet li għadu kif semmiehom il-Kummissarju Vella.", "Għalhekk, nista' nirrimarka li, wara 25 sena, it-teżi għadha tgħodd sal-lum għax, legalment, f'25 sena ma nbidel assolutament ...", "IS-SUR KARMENU VELLA: Jew jekk inbidel, probabbli li morna għall-agħar!", "MICHAEL FALZON: Legalment għadna nsemmu l-istess affarijiet, fosthom l-UNCLOS III.", "Għalhekk, hawn nixtieq nieħu spunt billi ngħid li, fuq bażi Ewropea, u forsi anke fuq bażi internazzjonali, għad hemm l-istess tgħassid, għad hemm l-istess problemi, għad hemm l-istess teknoloġiji … Il-Kummissarju Vella semma ħafna l-oċean, u jien niftakar suġġetti li dak iż-żmien kienu passjoni, bħalma naħseb li għadhom sal-lum, bħalma huma l-famużi nodules tal-qiegħ tal-oċean.", "Dawn għadhom ta' problema sal-lum, u għalhekk naħseb li jekk mhux se jkun hawn xi reġim legali li b'xi mod jew ieħor nipprovaw … Fejn jidħol l-oċean, qisu minn dejjem kien hemm reżistenza u, believe it or not, din hija xi ħaġa li ilha ġejja minn żmien ir-Rumani.", "Għalhekk naħseb li llum l-aspett legali huwa kruċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment tan-natura transboundary jew tal-famużi extra-territorial spaces.", "Forsi din tista' tkun inizjattiva li jibdieha l-Kummissarju Vella u jibqa' jissemma għaliha.", "B'hekk, minflok ma nsemmu lil Dr Arvid Pardo, nibdew insemmu lill-Onor.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex le?", "Biex nagħlaq, il-punt prinċipali tiegħi hu li, għalkemm issa ilni 25 sena li għamilt din it-teżi, għadha rilevanti sal-lum għax, jekk wieħed jara t-trattati, se jsib li ftit li xejn inbidlu affarijiet.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Anke jien, min-naħa tiegħi nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju Vella għall-preżentazzjoni wiesgħa ħafna li għamel minħabba l-kompetenzi li huwa responsabbli minnhom; però, jien se niffoka biss fuq tliet punti biex ma nirripetix dak li qalu sħabi.", "L-ewwel nett, irrid nirrimarka dwar il-fatt li l-Kummissarju Vella semma l-EFSI b'rabta mal-blue and green economy, u tkellem anke dwar l-impatt li dan jista' jkollu.", "Mil-lenti ta' pajjiżna jkun interessanti għalina li nkunu nafu jekk il-Gvern Malti huwiex jipparteċipa fil-fond, anke b'relazzjoni mal-istrateġija li pajjiżna jista' jintlaqat minnha f'dak li għandu x'jaqsam mal-blue economy.", "It-tieni issue tirrigwarda l-kooperazzjoni man-North Africa li ssemmiet fuq ċerti issues li huma sensittivi, bħalma hi l-issue tas-sajd.", "Ma nafx jekk il-Kummissjoni hijiex qed iddaħħal ukoll ċerti konċetti ta' expectations fin-neighbourhood policy tagħha.", "Nafu li ħafna drabi, meta l-UE tiġi biex tagħti assistenza, tiftaħ is-suq u toffri kooperazzjoni, tpoġġi ċerti kondizzjonijiet, anke kondizzjonijiet ta' ċerti valuri demokratiċi.", "Għalhekk, f'aspetti prattiċi bħal dawn huwa importanti li meta tinfetaħ triq għal ċerta kooperazzjoni fuq l-issue tas-sajd, nipproteġu l-ibħra Mediterranji tagħna u ma jkunx hemm sfruttament inġust billi l-Ewropa tkun restrittiva u n-North Africa ma tkunx.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa relatat ma' dak li semma l-Onor.", "Francis Zammit Dimech dwar il-kwestjoni tal-prezz taż-żejt.", "Jista' l-Kummissarju Vella jgħidilna x'impatt fit-tul il-Kummissjoni qed tara li dan jista' joħloq f'dik li hija enerġija rinovabbli?", "Għax, kif nafu, anke meta l-prezzijiet taż-żejt kienu għoljin, l-enerġija rinovabbli xorta għadha għolja u dipendenti ħafna fuq is-sussidji li jagħtu l-istati biex jaraw ċertu żvilupp.", "Allura l-prezz taż-żejt x'impatt fit-tul qed iħalli fuq din l-industrija?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Nixtieq nagħmel punt żgħir għax ma tantx ħallewli xi ngħid!", "L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju Vella tal-preżentazzjoni interessanti li għamlilna.", "Il-Kummissarju Vella huwa min-naħa t'isfel ta' Malta u allura lis-sajjieda ta' Marsaxlokk naħseb li jafhom daqsi.", "Peress li llum dawn is-sajjieda għadhom jużaw mezzi tradizzjonali biex jistadu, u dawn iridu jikkompetu ma' sajjieda li għandhom opri tal-baħar ħafna ikbar minnhom, jgħidulek li jħossuhom żvantaġġjati meta jqabblu lilhom infushom ma' sajjieda oħra, anke ma' sajjieda ta' stati membri tal-UE.", "Pereżempju, l-UE qed tieħu inkonsiderazzjoni l-qisien tal-opri tal-baħar tagħhom?", "Kif nafu, fil-qasam tas-sajd, hemm tliet xhur closed season għal kulħadd: imma, is-sajjieda Maltin, minbarra li għandhom dawn it-tliet xhur closed season, għandhom tliet xhur oħra ma jistgħux joħorġu jistadu minħabba li d-dgħajsa tagħhom ma tippermettilhomx.", "Għalhekk jien nistaqsi: L-UE qed tieħu inkonsiderazzjoni dawn l-affarijiet meta jsiru ċerti regolamenti u hemm xi għajnuniet f'dan is-sens?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: No) Mela jien se nerġa' nagħti l-kelma lill-Kummissarju biex tikkonkludi fuq dawn ir-rimarki u l-mistoqsijiet li għadhom kif għamlulu l-Onor.", "IS-SUR KARMENU VELLA: L-Onor.", "Roderick Galdes tkellem fuq xi concerns rigward il-Presidenza, u jien lest li ngħin, speċjalment fejn jidħlu s-setturi tiegħi.", "Malta għandha rwol importanti x'tilgħab fejn jidħol l-oċean, it-trasport marittimu, eċċ., u, kif qalu sħabi, hija ilha tilgħab dan l-irwol minn żmien Dr Arvid Pardo.", "Illum, jien għadni nikkuntattja spiss lill-Prof.", "Busuttil, għax huwa intiż ħafna fejn jidħol il-baħar, eċċ.", "Meta niġu għas-sajd fil-Mediterran, bħala Malti jien irrid noqgħod attent li ma jkunx hemm pajjiżi kbar ħafna qed jinħbew wara l-issues ta' Malta.", "L-unika kwota li hawn fil-Mediterran hija fuq it-tonn, li mhijiex kwota tal-UE, imma hija kwota tal-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT).", "L-UE hija parti mill-ICCAT għax it-tonn jimxi mill-Arctic sal-Antarctic.", "Issa, minflok it-tonn, ejjew nimmaġinaw il-pixxispad.", "Ta' min jgħid li 70% tal-vessels li joħorġu għall-pixxispad qegħdin fl-Italja biss.", "Issa, mal-Italja għandek il-Marokk u lil Spanja.", "Bejniethom, dawn it-tliet pajjiżi jaqbdu madwar 82% tal-pixxispad.", "Malta taf tkun qed taqbad inqas minn 1%, u allura jitfgħu lil Malta fuq quddiem biex jipproteġuna, mentri l-intenzjoni tagħna ma tkunx Malta.", "Irridu niffokaw fuq il-big players, u allura ma nkunx nixtieq li, pereżempju, Malta … Fil-Mediterran, l-unika policy li ttieħdet fuq il-kwoti kienet dik tat-tonn, u llum qed naraw li it paid back għax, filwaqt li t-tonn fil-Mediterran kien dejjem nieżel, meta ħarġet l-istrateġija għar-recovery plan tat-tonn mal-ICCAT, illum qed isemmulna problema akbar, dik li fil-Mediterran tant hemm tonn illi dan qed jiklilhom il-ħut l-ieħor li jaqbdu, u allura naħseb li hawnhekk qed immorru fl-estrem l-ieħor.", "Fir-rigward ta' small scale fisheries, bħalma hi Malta, jien qed ninħanaq ngħid illi aħna ma nistgħux nittrattaw lill-Mediterran bħall-Atlantiku.", "Jien ma nistax nittratta sajjied li għandu dgħajsa ta' tliet metri bħala owner ta' bastiment li jiswa €80 miljun u li jdum sitt xhur barra fuq il-baħar.", "Għall-ismall scale fishermen diġà hemm ċerti inizjattivi u exemptions; imma, ħafna drabi dawn huma affarijiet li jkun jista' jittekiljahom anke l-istat membru waħdu mingħajr l-UE.", "Fejn, pereżempju, jidħlu l-ismall scale fisheries, aħna qegħdin nippromwovu wkoll l-idea li jkun hemm diversifikazzjoni, li għall-UE hija xi ħaġa ġdida.", "Pereżempju, inti tista' tgħid sajjied li bil-bastiment jew bid-dgħajsa tiegħu mhux biss jista' jistad, imma jista' jagħmel affarijiet oħra.", "Jista', pereżempju, iġorr it-turisti.", "Din jien naf x'jiġifieri għax jien ġej minn Wied iż-Żurrieq u dawk li qabel kienu sajjieda llum kollha saru barklori jew tour organisers, jiġifieri hemm possibilitajiet ta' diversifikazzjoni fejn huma jistgħu jagħmlu living aħjar.", "Jeħtieġ bidla anke fil-mentalità tas-sajjieda, u meta qed ngħid dan m'iniex qed nirreferi għas-sajjieda Maltin.", "Ħafna drabi, is-sajjieda barranin ikunu operaturi tajbin, imma bħala ekonomisti ma jkunu tajbin xejn għax mingħalihom li l-uniku mod kif tagħmel aktar flus huwa biss billi taqbad aktar ħut.", "Issa, xi kultant din tmur kontra tagħhom ukoll għax l-ewwel joħorġu biex jaqbdu aktar ħut, u mbagħad, aktar ma jaqbdu ħut, aktar jitbaxxa l-prezz.", "L-ewwel jien għalhekk semmejt lill-Afrika għax, fejn jidħol il-Mediterran, hemm areas li qed jistadu fihom l-Ewropej biss u xorta hemm din il-problema.", "Jien naf li, peress li Malta hija żgħira, għandna ċerta sfortuna u għandna wkoll ċerti sfidi; imma mbagħad aħna vvantaġġjati għall-fatt li billi Malta hija żgħira, hija tista' tiddeċiedi u timplimenta much faster minn ħafna pajjiżi akbar minna u li għandhom reġjuni akbar minn Malta.", "Rigward il-qasam tal-agrikoltura, jien naf bl-issues li qed jiġu diskussi, għalkemm din mhijiex l-area tiegħi.", "L-idea li tipprova tevita milli tikkrea l-iskart milli toqgħod tara kif timmaniġġja l-iskart tgħodd għall-qasam tal-agrikoltura wkoll.", "Għalhekk, anke f'dan il-il-qasam irid ikun hemm aktar ippjanar.", "Erbat ijiem ilu konna nbaxxu rasna quddiem min jaħdem fil-qasam tal-agrikoltura u nħarsu lejhom bħala l-protetturi tal-ambjent; imma llum qed insibu li ħafna mill-problemi ambjentali, bħall-pestiċidi u l-fertilizzanti, ħerġin proprju mill-qasam tal-agrikoltura.", "Aħna nitkellmu ħafna fuq l-għasafar u fuq il-kaċċa, imma llum l-akbar biodiversity loss ġejja mill-qasam tal-agrikoltura.", "Pereżempju, illum qed ikollok monocultures fejn l-għasafar lanqas qed isibu x'jieklu jew inkella fejn ibejtu.", "Qed insibu wkoll li llum l-aktar tliet elementi li tiddependi fuqhom l-agrikoltura qed ikunu huma stess jniġġżuha, u hawnhekk qed nirreferi għall-arja, għall-ħamrija u għall-ilma.", "Ma rridx nidħol f'dan il-mertu matul din id-diskussjoni, imma huwa fatt li terz tal-budget Ewropew qed imur għall-qasam agrikolu.", "Illum, ħafna NGOs qed jistaqsu: Aħna nistgħu nkomplu nissussidjaw fuel li jniġġeż l-arja?", "Aħna nistgħu nibqgħu nissussidjaw settur li qed iħammeġ l-ambjent tagħna bl-arja, bl-ilma, eċċ.?", "(Interruzzjonijiet) Meta nitkellmu fuq il-qasam tal-agrikoltura ma rridux niġġeneralizzaw għax għandek good practices u għandek bad practices.", "Fil-fatt, hemm setturi fl-agrikoltura li qegħdin itejbu l-qasam ambjent.", "Li rridu nagħmlu huwa li nnaqqsu l-bad practices u mmexxu l-good practices 'il quddiem, anke jekk l-inċentivi li hemm tagħmilhom conditional skont ċerti kriterji.", "Pereżempju, jekk fil-qasam tal-agrikoltura hemm metodu li qed jikkomplementa l-ambjent, filwaqt li hemm metodu ieħor li qed jeqred l-ambjent, għaliex għandi niddedika l-istess ammont ta' flus għal dawn iż-żewġ metodi?", "Dan huwa biss eżempju.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed nirreferi għal hawn Malta, għax hawnhekk l-economies of scale jippermettulna niffokaw fuq l-agrikoltura b'aktar added value.", "Jien għadni niftakar li meta sar l-ewwel impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin u bdejna nirriċiklaw is-second-class water għall-qasam tal-agrikoltura, il-bdiewa ma ridux jeħduh għax il-perception hi li, ladarba dan kien ilma ġej mid-drenaġġ, allura mhuwiex tajjeb.", "Issa llum it-teknoloġija tista' ssaffi d-drenaġġ up to drinking water level, imma jekk lin-nies tgħidilhom li dan l-ilma huwa ffiltrat mid-drenaġġ, ibqgħu ċerti li mhux se jmissuh!", "Rigward il-wildlife, il-problema hija maqsuma fi tlieta: għandek il-problema tal-wildlife fis-sors, li hija prinċipalment l-Afrika; il-problema tat-transit tal-wildlife, li hija l-Ewropa; u l-problema tal-marketing, li prinċipalment hija l-Asja.", "(Interrruzzjonijiet) L-Onor.", "Francis Zammit Dimech l-ewwel semma li dak li jsir tajjeb ikun għamlu l-istat membru, filwaqt li dak li hu ħażin tkun għamlitu l-UE, u jien l-istess nagħmel – dak li hu tajjeb inkun għamiltu jien, filwaqt li dak li hu ħażin ikunu għamluh in-nies tiegħi, jiġifieri dik tibqa' nieżla sa dan il-livell!", "Dak li għamlet Malta fuq l-UNCLOS għadu rikonoxxut ħafna, u fil-fatt illum li tgħid li ġej minn Malta f'dan is-settur għandek qisu a plus point.", "Minħabba l-economies of scale, għalina s-circular economy jista' jkollha spejjeż li ħaddieħor m'għandux.", "Ħafna drabi d-differenza tafu xi tkun?", "Illi, pereżempju, jekk investitur ikun irid jinvesti in a recycling plant fil-Ġermanja, dan imur hemm, iħares lejn area kbira, u l-ewwel mistoqsija tkun kemm jipproduċu skart.", "Jekk dawn jgħidulu li jipproduċu 100 tunnellata kuljum, mela l-economies of scale qegħdin hemm u dan jinvesti.", "Issa, meta l-istess investitur jiġi Malta u jistaqsina kemm nipproduċu skart, aħna nafu li l-economies of scale ma jaħdmux, u allura dak li qed jagħmel il-privat barra minn Malta, hawn Malta dan se jkollu jagħmlu s-settur pubbliku.", "Issa hawnhekk, minflok m'għandek an investment giving you a return, din tista' tfisser li inti għandek an initial investment with a recurrent expenditure.", "(Interruzzjonijiet) Tgħin ħafna.", "Pereżempju, l-impjant li sar ġie ffinanzjat b'fondi mill-Unjoni Ewropea, u aħna ma neskludux li jista' jsir ieħor.", "L-opinjoni tagħna hija li jekk se jsir ieħor, ma jsirx fil-waste to energy imma jsir fir-recycling.", "Aħna nitkellmu fuq il-cost of doing; imma, xi kultant ikun hemm ċirkostanzi fejn ikollok a bigger cost of not doing.", "Pereżempju, x'inhu l-cost li tħares l-ambjent?", "X'inhu l-cost li jkollok arja nadifa?", "Biex iżżomm l-arja nadifa, din tiġik at a cost; imma, jekk ma tagħmilhiex, il-cost ikun akbar minħabba mard, imwiet, eċċ., u allura l-parir tagħna dejjem ikun li nagħmlu a cost-benefit analysis ta' kollox.", "Rigward l-immigrazzjoni, jien naħseb li bħalissa din hi l-akbar kriżi li għaddejja minnha l-Ewropa.", "Din bdiet bħala kriżi ta' immigrazzjoni; imma, jekk ma noqogħdux attenti, se nispiċċaw niddiskutu kriżi Ewropea, għax kważi aktar hi a divisive issue milli a reuniting issue.", "Però, sar ħafna progress f'dan ir-rigward.", "Sfortunatament, l-UE għadha ma waslitx, anzi għadha 'l bogħod, imma fejn dak li kien isir qabel, … Għax qabel kellna biss a management by crisis, mentri għallinqas illum l-UE qed tipprova toħroġ bi strateġija ppjanata.", "Din hija issue li lili tinteressani għax, ovvjament, jien ġej minn din l-area, u l-warning tiegħi hu li għandna noqogħdu attenti li, filwaqt li qed nipprovaw nirranġaw is-sitwazzjoni tat-Turkija, tal-Greċja, eċċ., ma nitilfux il-focus minn fuq il-Mediterran u l-Libja, għax din mhux biss tista' tkun geographically different, imma … L-ewwel nett, dawn l-immigranti huma totalment differenti minn dawk li ħerġin mis-Sirja għax ma tkunx taf minn fejn huma ġejjin.", "Wieħed jista' jgħidlek li ġej mill-Eritrea; imma, jekk dan jiġi mingħajr ma jkollu xi karta li tipprova dak li qed jgħid, inti ma tistax tkun taf jekk dan huwiex qed jgħid il-verità.", "It-tieni nett, jekk inti għandek pjanijiet għat-Turkija jew għall-Greċja, għallinqas f'dan il-każ għandek gvern ma' min tista' titkellem biex twettaq dawk il-pjanijiet.", "Imma, jekk illum se nagħmlu pjan għal-Libja, ma' min se niddiskutuh?", "Hawn ta' min jgħid ukoll li x-shift beda fil-Mediterran, mar lejn il-Greċja, imma mhux bilfors se jerġa' jiġi 'l hawn.", "Qabel, fil-Mediterran kien hemm pipe ħiereġ mill-Marokk għal Spanja, imbagħad mil-Libja għall-Mediterran, imbagħad mit-Turkija għal … Issa, diġà bdew għaddejjin pipes mir-Russja għall-Finlandja; jiġifieri, kif qal l-Onor.", "Zammit Dimech, din bħall-ilma, meta inti tagħlaq il-flow tal-ilma minn naħa, l-ilma se jiskulalek xi mkien ieħor.", "Illum aħna kkonċentrajna fuq ir-resource efficiency; imma ,fl-Ewropa hemm politika ta' energy efficiency fejn l-industrija tagħna tkun aktar kompetittiva billi tkun aktar effiċjenti fl-enerġija.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li twaqqfu fil-Kummissjoni kienet l-Energy Union, għax l-Ewropa hija miftuħa ħafna fejn tidħol energy security, li aħna m'għandniex.", "Fil-fatt, ħafna drabi aħna nimportaw l-enerġija mill-aktar pajjiżi li huma instabbli, u allura l-idea tal-Energy Union kienet li l-Ewropa tfittex sorsi alternattivi minn dawk li għandha llum biex tnaqqas id-dipendenza fuq area waħda.", "Rigward l-Ingilterra, dik hija xi ħaġa interna li lanqas qed nidħlu xejn fiha biex ħadd ma jgħid li aħna għedna hekk, hekk jew hekk.", "Ovvjament, naħseb li ħadd ma jixtieq li l-Ingilterra ma tibqax membru tal-UE: però, li tixtieq mod, u x'se tagħmel fuqha mod ieħor, għax għallinqas aħna ma nistgħu nagħmlu xejn f'dan ir-rigward.", "Michael Falzon ngħidlu li, jekk jgħaddili dik it-teżi li għamel, napprezzaha ħafna għax dak li qal huwa kollu minnu.", "Jien kont l-Arctic meta l-Amerikani waqqfu … Ir-rat-race li hemm illum fl-Arctic ...!", "Biżżejjed ngħid li llum ikollok pajjiż bħar-Russja li jgħidlek: I claim one million square kilometres fl-Arctic Area!", "Issa, dik il-mentalità tista' tibda tmur anke f'dawn l-areas beyond national jurisdiction, u huwa għalhekk li aħna rridu a better ocean governance.", "Anke r-riċerka hija importanti għax, filwaqt li huwa veru li llum aħna qed ngħidu li rridu nersqu lejn l-oċeani, huwa fatt li sal-lum aħna għadna lanqas nafu xejn fuq l-oċeani!", "Mela, nitkellem mar-researchers u li ngħidilhom huwa li mill-art morna għall-qamar and we bypassed the oceans, jiġifieri aktar nafu x'hemm fil-qamar milli nafu x'hemm fl-oċeani!", "Ir-research għaddejja galor.", "Fil-fatt, bħalissa l-UE qed tinvesti ħafna f'riċerka kullimkien, fosthom fl-Atlantiku u fl-Artiku, u dan minbarra li l-Unjoni Ewopea għandha ħafna stati membri – bħall-Ġermanja, l-Irlanda, in-Netherlands, Spanja u l-Portugal – li anke huma qed jagħmlu ħafna riċerka.", "Li jonqos – u li qed nipprova nimbotta – huwa li xi ħadd jibda jikkoordina din ir-riċerka, għax għandek ħafna universitajiet u ocean institutes … Xi darba anke l-UE trid tibda tagħti kas l-oċeani.", "Darba, il-Professur Salvinu Busuttil qalli li l-good news hi li l-Università ta' Malta hija waħda mill-ewwel universitajiet li qed tagħti degree in ocean governance, u ovvjament jien ħadt gost b'dan.", "Imbagħad, meta staqsejtu x'inhi l-bad news, huwa qalli li tliet kwarti mill-istudenti tagħna mhumiex ġejjin mill-Ewropa imma miċ-Ċina, u dan meta ċ-Ċina għandhom two very big ocean institutes li qed jagħmlu l-istess ħaġa.", "Għalhekk, l-UE trid tagħmel enfasi akbar f'dan ir-rigward.", "Rigward l-EFSI, ta' min jgħid li din saret mal-EIB.", "Biex nippromwovu l-blue growth u l-green growth, jien kelli anke laqgħat mal-Viċi President tagħhom, u dawn aċċettaw li jagħmlu a Blue Growth Unit fejn proġetti li jew huma of a blue growth nature, jew inkella of a green growth nature, imorru hemmhekk.", "Wieħed jifhimha li, peress li l-banek kummerċjali jaraw li dan is-settur huwa ġdid u huwa daqsxejn riskjuż, ma jidħlux weħidhom: imma issa, li qed jaraw li l-EIB qed tersaq ukoll u li qed tikkonsidrahom, huma qed jgħidulna li, filwaqt li ma kenux lesti jidħlu waħedhom, jekk tidħol l-EIB huma lesti li jagħmlu co-financing ma' dan il-bank.", "Safejn naf jien, Malta kienet applikat għal xi żewġ proġetti jew tlieta li ġew diskussi, però l-approvazzjoni jew l-għażla ta' dawn il-proġetti mhijiex qiegħda f'idejn il-Kummissjoni, imma qiegħda f'idejn l-EIB, għax huma qegħdin jagħmlu l-assessments.", "Rigward in-North Africa u l-kondizzjonijiet tal-funding tagħna, jien qed nimbotta biex … Pereżempju, aħna bħala DG Mare nagħmlu ħafna fishing partnership agreements ma' pajjiżi barra l-Ewropa, u aħna nimponulhom li s-sajd tagħhom irid ikun sostenibbli, li bħalma aħna niġġieldu l-illegal fishing hawnhekk, l-istess huma jridu jiġġieldu l-illegal fishing hemmhekk, u li, filwaqt li parti mill-kumpens tal-fishing licence tmur fi flus, aħna nesiġu li l-parti l-oħra trid tmur biex jinbena controlling effort, eċċ. Hawnhekk ta' min jgħid li, pereżempju, il-fishing partnership agreement li għandna mal-Marokk ilu hemmhekk u jaħdem tajjeb ħafna.", "Rigward in-Neighbourhood Policy, illum qed nitkellmu fuq green funds, jiġifieri fuq fondi biex imorru għal green projects; però, jien qed nimbotta wkoll the de-greening of the funds; jiġifieri, li kull fejn l-UE qed tgħin finanzjarjament, hija timponi ċerti kondizzjonijiet biex dawk l-istess fondi ma jintużawx f'affarijiet li ma jkunux environmentally acceptable.", "Niġi issa għall-prezzijiet taż-żejt u tar-renewables.", "Bħalissa r-renewables qed jieħdu daqqa ta' ħarta.", "Irridu nifhmu li r-renewables mhumiex biss xi ħaġa ta' prezz, imma huma wkoll xi ħaġa ta' availability of resource.", "Illum, il-problema taż-żejt mhijiex biss it-tniġġiż tiegħu, jew inkella l-prezz tiegħu, imma hija li għada dan mhux se jkun hemm.", "Ara fil-każ tar-renewables, ix-xemx se tibqa' hemm – almenu nisperaw! – ir-riħ se jibqa' hemm u l-kurrenti se jibqgħu hemm ukoll.", "Dak li qal l-Onor.", "Bezzina jien qed niġġieled għalih hemmhekk, għax qed nisħaq fuq il-punt li ma nistgħux nittrattaw sajjied Malti bl-istess mod kif nittrattaw lil dak li, pereżempju, investa fi flotta ta' għaxar bastimenti f'pajjiżi bħan-Netherlands.", "Illum, fl-Atlantiku hemm conglomerates kbar li għandhom vapuri kullimkien, u jien ma nistax nittratta lil dawn kif nittratta sajjied … Il-ġimgħa l-oħra kont is-Slovenja.", "Kull ma għandhom is-Slovenja huma xi 93 jew 95 sajjied, kollha b'dgħajjes ta' xi erba' jew ħames metri.", "Fl-Adriatic, fejn prinċipalment għandek il-Kroazja, is-Slovenja u l-Italja, is-Sloveni qed jistadu 1% biss tal-Adriatic.", "Allura, jien kif nista' nittratta lil dawn is-sajjieda bħal sajjieda oħra?!", "Għalhekk, jien naqbel mal-Onor.", "Bezzina li jridu jibdew jittieħdu ċerti konsiderazzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjawk.", "Il-Kumitat se jaġġorna għal data u b'aġenda li se jiġu kkomunikati aktar tard.", "F'12.05 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li għandhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160318_043d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2016.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, fl-10.40 a.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor.", "Roderick Galdes, Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMMISSARJU KARMENU VELLA, RESPONSABBLI MILL-AMBJENT, AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD, DWAR IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2016 U L-ANDAMENT TAL-INIZJATTIVI EWLENIN LI JAQGĦU TAĦT IR-RESPONSABBILTÀ TIEGĦU", "Il-Kummissarju Karmenu Vella, responsabbli mill-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd, kien akkumpanjat minn Dr Gabriella Pace, Deputy Head of Cabinet, mis-Sur Brian Synnott, communications adviser, u mis-Sinj.", "Therese Zahra mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta.", "Wara introduzzjoni mill-Onor.", "Luciano Busuttil, Chairman tal-Kumitat, il-Kummissarju Karmenu Vella għamel preżentazzjoni fuq firxa ta' inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni, b'enfasi fuq dawk taħt ir-responsabbiltà diretta tiegħu, fosthom:", "il-vantaġġi tas-circular economy vis-a-vis il-linear economy, e.g. il-protezzjoni tal-ambjent kif ukoll il-provvista ta' enerġija u materja prima rħisa li għall-Ewropa għandhom importanza partikolari meta wieħed iqis dan il-kontinent huwa sinjur fir-riżorsi umani imma fqir fir-riżorsi naturali;", "il-blue economy, jiġifieri l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-ibħra u l-oċeani li jkopru mas-70% tal-wiċċ tad-dinja, u l-potenzjal enormi li din toffri biex nilqgħu għall-isfidi speċjalment fid-dawl tal-fatt li r-riżorsi ta' fuq l-art qed jonqsu b'rata mgħaġġla;", "il-ħtieġa li ssir regolamentazzjoni internazzjonali tal-ibħra fid-dawl tal-fatt li l-parti l-kbira tagħhom jinsabu lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali ħalli dawn jiġu amministrati b'mod sostenibbli u bħala parti mill-wirt dinji komuni; u", "is-sajd: uħud mill-isfidi ta' dan is-settur kienu kif is-sajd isir b'mod sostenibbli u l-bilanċ bejn sajd fl-oċeani u minn sajjieda kbar vis-a-vis sajd minn sajjieda artiġġjanali f'ibħra żgħar, partikolarment fil-Mediterran fejn is-sajd ma jsirx għal speċi partikolari imma sajd imħallat u jsir minn sajjieda tal-Ewropa tan-Nofsinhar marbuta bir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minn sajjieda mill-Afrika ta' Fuq mingħajr l-irbit ta' dawk ir-regolamenti.", "Il-Kummissarju Vella għarraf li kien beda jżur il-pajjiżi fl-Afrika ta' Fuq għal taħdidiet f'dan ir-rigward.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "F'12.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160318_043m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "AVVIŻ LILL-", "Onor. Joe Mizzi MP, Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura", "Onor. Josè Herrera MP, Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku", "Onor. Ċensu Galea MP", "Onor. Marthese Portelli MP (Membru Sostitut)", "Laqgħa Nru 04", "L-Erbgħa, 23 ta' Marzu 2016 fl-12.00 pm", "Il-President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' fid-data u l-ħin hawn fuq indikat, fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi - Abbozz Nru 144 (Kont).", "18 ta' Marzu 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160323_004a_kun.docx"} {"text": ["GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "LAQGĦA NRU 4", "L-Erbgħa, 23 ta' Marzu, 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL- KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 4", "L-Erbgħa, 23 ta' Marzu, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, f'12.06 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 3 li saret fis-16 ta' Marzu 2016, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (ONOR SILVIO PARNIS) Ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA' ĊERTI XOGĦLIJIET F'UTILITAJIET U SERVIZZI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 369 tal-15 ta' Marzu 2016 il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ikompli mil-Laqgħa Nru 3 tat-Tlieta, 16 ta' Marzu 2016.", "Klawsola 18 – Żjieda tat-Taqsimiet u artikoli ġodda mal-Att prinċipali.", "(Posposta fil-Laqgħa Nru 3 tas-16 ta' Marzu, 2016)", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Sur President, fl-aħħar laqgħa ż-żewġ naħat esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom li, bit-time frames stipulati f'dan l-Abbozz ta' Liġi, jista' jkun hemm xi dewmien biex operatur jingħata aċċess operator ieħor għall-infrastruttura tiegħu ta' networks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja.", "Fil-fatt illum se nressaq emenda li tolqot subartikoli 14(3), 15(2) u 15(4) biex il-Ministru, permezz ta' avviż legali, ikun jista' jnaqqas it-time frames stipulati f'dan l-Abbozz.", "Wara li fl-aħħar laqgħa tkellimna u anke wara s-sottomissjonijiet bil-miktub tal-Vodafone li kienu diġà ġew diskussi mill-kumitat tekniku, ġie deċiż li permezz ta' avviż legali l-Ministru jkun jista' jnaqqas dawk it-time frames.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Jien xtaqt nagħmel punt dwar il-korrispondenza li għadditilna s-Segretarja.", "Fl-aħħar laqgħa, kellna diversi diskussjonijiet fuq l-issue tat-termini għaliex effettivament l-għan ta' din id-Direttiva hi li kemm jista' jkun it-terminu biex jingħata l-aċċess għall-infrastruttura minn operator għall-ieħor, ikun terminu raġunevoli u li jiffaċilita l-implimentazzjoni u t-twettiq, kif issejħilhom il-liġi stess, marbut mal-installazzjoni ta' networks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja.", "Fl-aħħar laqgħa l-esperti qalulna li din hija Direttiva li dwarha kellna nimxu bil-prinċipju tal-maximum harmonization.", "Naħseb kulħadd jiftakar x'kien intqal hawnhekk.", "Għaldaqstant kont sorpriż meta mbagħad fl-ittra li bagħtu l-Vodafone rajt li d-Direttiva qed tgħid, anzi, li din hija minimum harmonization directive.", "Jien għall-inqas nixtieq spjegazzjoni dwar liema waħda hi, jekk hux dak li qed jgħidu l-esperti jew dak li qed jgħidu l-Vodafone, peress li huma żewġ verżjonijiet kompletament differenti.", "B'dan il-mod għall-inqas inkunu qed naqblu fuq dak li qed niddiskutu u jekk kien hemm żball - għax dak kien recorded ukoll fit-transcripts ta' dan il-Kumitat - dak l-iżball jiġi kkoreġut mill-esperti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mizzi.", "JOE MIZZI: Li nista' ngħid hu li l-Vodafone kienu diġà għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub meta kienu qed isiru d-diskussjonijiet, jiġifieri m'hemm xejn differenti fil-korrispondenza tal-lum.", "Issa nerġa' ngħid li jien għamilt din l-emenda inkwantu ta' time frames - li tirrifletti kemm is-sottomissjonijiet tagħhom li kienu ġew diskussi u kemm dak li għedna aħna fl-aħħar laqgħa - biex jekk ikun hemm lok li jitnaqqsu t-time frames, dan isir permezz ta' avviż legali, inkella rridu noqogħdu niġu kull darba hawnhekk biex nemendaw il-liġi, proċess li jieħu ż-żmien.", "Din hija r-raġuni.", "CLAUDIO GRECH: Però l-mistoqsija tiegħi ma kenitx fuq l-emenda li se tipproponi, dik l-emenda issa naslu għaliha u niddiskutuha.", "Hawnhekk, f'dan il-Kumitat, l-esperti tekniċi qalulna li f'din il-liġi kkopjaw it-time frames li huma stipulati fid-Direttiva għaliex obbligati bil-maximum harmonization.", "Nerġa' nirreferi għall-ittra tal-Vodafone li qed tgħid li hija minimum harmonization, mhux maximum harmonization.", "Ministru, il-mistoqsija tiegħi hija - ma nafx kemm tista' tirrispondiha inti għax hija mistoqsija teknika - liema hi l-verżjoni l-korretta ħalli għall-inqas dan il-Kumitat ikun jaf fuqhiex qegħdin nitkellmu.", "Finalment Ministru din hija liġi li qed tagħmel traspożizzjoni ta' direttiva..", "JOE MIZZI: Hekk hu, b'din il-liġi qed indaħħlu in vigore d-Direttiva.", "Iż-żewġ naħat konna ppreokkupati fuq id-dewmien li jista' jkun hemm bit-termini stipulati u allura qed nissuġġerixxu soluzzjoni biex ma jkunx hemm dewmien.", "Issa fuq dik il-mistoqsija teknika, jirrispondik l-avukat, però nerġa' ngħid li dak li qalet il-Vodafone fil-korrispondenza tagħha tal-lum kien diġà ġie diskuss f'dak il-kumitat tekniku.", "Se nagħmel emenda biex jekk naraw li jkun hemm xi dewmien, permezz ta' avviż legali, il-Ministru jista' jaqbad u jbiddel it-time frames.", "Id-Direttiva ma torbtokx eżatt għax imbagħad għandek il-minimum.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Id-domanda x'inhi?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Ħalli nerġa nagħmel il-mistoqsija għat-tielet darba.", "L-aħħar darba f'dan il-kumitat, l-esperti– li kontu intom, one, two, three – għidtulna li kellna nimxu bil-maximum harmonization dwarha.", "L-ittra li ssottomettew il-Vodafone – naħseb għandek kopja tagħha għax kont inkluż fl-email circulation list – qed tgħid kompletament bil-maqlub, li hija minimum harmonization directive.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Jekk qed nifhem tajjeb, id-diffikultà tiegek hija għalfejn fil-laqgħa li għaddiet, tajt il-parir li kienet maximum harmonization directive u issa fil-fatt ...", "CLAUDIO GRECH: Nixtieq li xi ħadd jistabbilixxi hijiex maximum jew hijiex minimum harmonization directive?", "Inti għedtilna – mhux inti biss, l-esperti kollha – li hija maximum harmonization, l-ittra tal-Vodafone qed tgħid li hija minimum harmonization.", "Issa għall-inqas aħna bħala leġiżlaturi nixtiequ nifhmu x'inhi?", "JOE MIZZI: Naħseb li l-aħħar darba kien hemm misunderstanding.", "CLAUDIO GRECH: Jekk sar żball kemm nikkoreġuh, daqshekk biss, imma għall-inqas nistabbilixxu … Nixtieq sempliċement ikun hemm l-ispjegazzjoni recorded.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva jgħid hekk:", "Jiġifieri hawn qed jgħidlek li fid-Direttiva hemm dispożizzjonijiet li jirrelataw għal dawk li huma xogħlijiet pubbliċi u ta' infrastruttura u tistabbilixxi dak li huwa l-minimu.", "Jiġifieri ħalli niċċaraw dan il-punt.", "Forsi jien ma interpretajthiex b'mod xieraq.", "Imbagħad paragrafu 3 jgħid:", "Issa l-ewwel paragrafu bażikament jgħid", "Issa jien għandi l-ideat tiegħi fuqha din u ninterpretaha li jekk tista' ssir xi varjazzjoni hija fit-terms, imma wieħed irid joqgħod kawt fuq it-terms.", "Il-varjazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll f'aspetti oħrajn, pereżempju kif semmejt inti fl-aħħar laqgħa Onorevoli, fir-rigward ta' paragrafu 3 ta' artikolu 3 tad-Direttiva li jittratta fuq ir-refusal of access fejn tagħtik lista ta' ċirkostanzi.", "Qed nelabora ftit biex nispjega l-punt għax kellek raġun tagħmel dik l-osservazzjoni min-naħa tiegħek u niskuża ruħi, però ċertament ma kienx intenzjonat.", "Kif kont qed ngħid, l-Artikolu 3 li jittratta dwar ir-refusal of access, id-Direttiva tagħti lista ta' ċirkostanzi.", "Issa jekk fhimt sew x'qed jiġi ribattut minn operator partikolari, dan qed jgħid li din għandha tkun lista exhaustive.", "Fil-fehma tiegħi, din hija perikoluża u ma naħsibx li wieħed hawn se jidħol fil-kwestjoni tal-maximum ...", "CLAUDIO GRECH: Ejja nħallu l-interess tal-operatur separatament għaliex naħseb l-operaturi kulħadd jara l-biċċa tiegħu.", "Il-punt huwa ċar ħafna u naħseb jispjega wkoll il-loġika tal-argumentazzjoni li għamilna l-aħħar darba fuq kull punt, Ministru, li t-time frames li hemm fil-liġi jmorru kontra l-prinċipju bażiku għalxiex qed tidħol din il-liġi, jiġifieri li jkun hemm aċċess għal kull infrastruttura malajr kemm jista' jkun.", "Din saret għaliex operator li jkollu the fixed infrastructure jagħmel minn kollox biex itawwal l-aċċess għal dik l-infrastruttura.", "Issa jien qed nifhem li inti se tressaq emenda f'dan is-sens, però naħseb li dik l-emenda trid tiġi ukoll f'kontest li l-Gvern jagħmel commitment li dawn it-time frames se jirrevedihom f'dan il-kontest, mhux ngħaddu l-emenda u mbagħad jgħaddu xi tliet snin oħra biex nerġgħu nemendawhom.", "Fl-aħħar laqgħa għal kull mistoqsija li bdejt nistaqsi, ir-risposta li kont qed ningħata kienet li dawn huma stabbiliti fid-Direttiva.", "Issa stabbilixxejna li dawk ir-risposti kienu kompletament out of order għax kull gvern kellu l-fakultà li jistabbilixxi t-time frames li jrid fl-interess nazzjonali tiegħu.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari, kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li l-interess nazzjonali huwa li aħna nħeġġu lil min jinvesti aktar f'dawn it-tip ta' infrastrutturi għaliex l-ekonomija tagħna tibbaża ruħha fuq it-tkabbir ta' dawn l-infrastrutturi.", "Dak hu l-punt li qed nagħmel jien.", "Jekk ista' telabora ftit fuq x'commitment se jieħu l-Gvern biex jirrevedi dawn it-time frames, dik tkun soluzzjoni loġika għal dak li qed tressaq inti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Kif għedt inti, fl-istadju tat-Tieni Qari mill-ewwel kien ċar li kellna l-istess viżjoni u għadna bl-istess ħsieb, però fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat kien hemm misunderstanding li issa solvejnieh.", "Matul ir-recess tal-Parlament tkellimt mat-tekniċi konċernati, u wasalna għall-konklużjoni li nagħmlu din l-emenda.", "Jiġifieri aħna impenjati li kemm jista' jkun innaqqsu dawk it-time frames u naraw li l-affarijiet jimxu malajr fl-interess ta' kulħadd.", "Għalhekk għamilna din l-emenda, però ma rridx inkun iktar prużuntuż u nitlaq niġri qabel nitlaq nimxi.", "Għandi l-għodda biex meta jkun hemm il-bżonn li nnaqqas it-time frames stipulati f'dan l-Abbozz ma jkollix għalfejn niġi l-Parlament nemenda l-liġi, imma nbiddel permezz ta' avviż legali u nimxu.", "L-intenzjoni hemm qiegħda però fl-istess ħin irrid inkun daqsxejn kawtel.", "Lestejna l-għodda biex meta jiġi l-mument naġixxu fuq dak li għedna u qbilna fuqu fil-prinċipju.", "Filwaqt li nirrikonoxxu li ma nistgħux inħallu l-affarijiet jeħlu, irridu nirrikonoxxu li ħadd ma kien espert mill-bidu, allura hemm bżonn ċerta kawtela.", "Nassigurak li meta naraw li hemm bżonn, nieħdu passi mal-ewwel.", "L-Onor.", "JOSÉ HERRERA: L-ewwel nett huwa tajjeb li dan il-punt ġie ċċarat.", "Naħseb li l-argument tal-Onor.", "Claudio Grech huwa tajjeb però huwa żbaljat fuq premessa waħda.", "Li wieħed jgħid li l-iskop ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huwa kontro-produttiv minħabba din il-kwestjoni huwa argument fallaċi għas-sempliċi raġuni li qabel ma saret din it-traspożizzjoni ma kienx hemm time frames, jiġifieri tajjeb jew ħażin għandek time frame.", "L-ispirtu tad-Direttiva huwa appuntu li tagħmel time frame tassattiv fuq dawn il-kwestjonijiet.", "Mela l-ispirtu tat-traspożizzjoni qiegħed hemmhekk, jiġifieri llum kulħadd jaf li jekk se japplika għandu perjodu pjuttost qasir jistenna biex ikun jista' jesegwixxi x-xogħol tiegħu.", "Qabel ma kienx hemm din il-fakultà, issa l-liġi qed tiċċara dan.", "Qabel kien hemm perjodu definit.", "It-tieni nett naħseb li l-argument tal-Onor.", "Mizzi li ndaħħlu klawsola fakultattiva li l-Ministru jkun jista' jagħmel avviż legali biex iqassar dan il-perjodu, hija modus vivendi tajjeb, billi qed jaqbel mal-argument tal-Oppożizzjoni u tal-Onor.", "Claudio Grech meta qal li forsi t-time frames huma pjuttost itwal milli forsi wieħed jixtieq, però fl-istess nifs irid juża dik il-kawtela neċessarja f'dan l-istadju biex ma jikkreax turbolanza fl-industrija.", "Naħseb li wieħed idaħħal il-fakultà li jista' jnaqqas it-time frame b'mod spedit, permezz ta' avviż legali, huwa modus vivendi tajjeb.", "Ma naħsibx li tista' żżid li l-Ministru jagħmel dan għal din ir-raġuni jew l-oħra.", "Mhix il-prassi li nikkomplikaw l-artikoli tal-liġi, però kulħadd jaf li d-debates huma reġistrati u jekk għada pitgħada ssir kritika kontra inertia daparti tal-Gvern, wieħed faċilment jista' jagħmel referenza għad-debates li jkunu saru fil-plenarja u anke quddiem dan il-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt naħseb il-punt li għamel l-Onor.", "Grech huwa marbut ma' dak li ġara fl-ewwel seduta tal-Kumitat iktar milli waqt l-aħħar laqgħa, għaliex fl-ewwel seduta konna qegħdin ngħidu – ibda minni l-ewwel wieħed - li din hija Direttiva li jew taċċettaha lock, stock and barrel inkella ma tagħmel xejn.", "Però milli jidher fl-aħħar laqgħa tal-kumitat irrealizzajna - ilkoll kemm aħna, inutli noqogħdu nippuntaw subgħajna - li fil-verità d-Direttiva nnifisha tagħti l-possibbiltà li l-istati membri jistabbilixxu huma t-time frames.", "Jekk dan huwa l-każ, filwaqt li veru li kif qal l-Onor.", "Herrera qabel ma kien hemm xejn u issa se jkun hemm time frames, naħseb wieħed irid joqgħod attent li ma nagħtux lok li l-perjodu jiġġebbed sa sena jew sena u nofs b'riżultat tad-diversi modi ta' kif tiġi implimentata l-liġi, inkella mhux se jintlaħaq l-għan ta' speditezza.", "Forsi żbaljat, imma jekk hu dan il-każ tajjeb li wieħed jiċċarah ħalli nqassru kemm jista' jkun il-perjodu li wieħed jista' japplika f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Kif diġà spjegajt, fit-Tieni Qari qbilna t-tnejn fil-prinċipju, il-messaġġ kien ċar.", "Però mbagħad kien hemm misunderstanding li issa ġie ċċarat u għalhekk se ssir emenda biex ikun hemm il-possibbiltà li l-Ministru jkun jista' jbiddel it-time frames permezz ta' avviż legali.", "Però m'għandniex nitilqu niġru qabel nitilqu nimxu għax l-esperjenza għallmitna li aħjar inkunu kawti u nagħmlu l-pass li għandna nagħmlu meta jkun il-waqt.", "Fil-prattika jista' jkun li naslu hemm, imma ejja nkunu kawti.", "Se nipproponi din l-emenda appuntu għax qed naqblu ma' dak li qed tgħidu intom.", "Kien hemm misunderstanding fil-bidu u għalhekk għamilna din l-emenda.", "JOSÉ HERRERA: L-argument li t-time frames huma twal ħafna huwa bbażat fuq premessa li, fl-opinjoni tagħna, mhijiex daqstant mija fil-mija tajba li l-partijiet jinvolvu ruħhom f'argument matul il-proċess kollu.", "Fil-verità milli qed jinfurmawni anke l-Communications Authority ħafna drabi hija l-eċċezzjoni li jkollok din it-tip ta' argumentazzjoni.", "Jiġifieri fil-prattika ħafna drabi l-perjodu li se jiġi utilizzat se jkun ferm inqas.", "It-time frame qed jagħmel ceiling, ma tistax iddum iżjed, li ma kienx jeżisti qabel.", "Fil-prattika m'għandniex għalfejn indumu daqshekk, qed nagħmlu ceiling biex jekk ikun hemm oġġezzjonijiet u kwestjonijiet matul il-proċess ikun hemm deadline.", "Imma wieħed jispera li jirrenja l-bonsens u fil-prattika ma jkunx hemm għalfejn dan it-tip ta' dewmien żejjed.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Kieku nħallu kollox f'idejn il-bonsens, żgur li ma jkollniex għalfejn nagħmlu dawn is-sigħat kollha hawn.", "Jien xtaqt nikkoreġi lill-ħabib tiegħi l-Onor.", "Herrera għaliex qabad u qal li għedt jien u wasslu f'xi ħaġa li jien m'għedtx.", "Hu qal li jien għedt li din il-liġi hija kontroproduttiva.", "Anzi, jien li għedt hu - u dan għedtu wkoll fis-seduti preċedenti meta konna bdejna niddiskutuha u għalhekk qbilna ż-żewġ naħat - li l-għan li għalih qed issir il-liġi mhux se jintlaħaq bit-termini - mhux bil-liġi għax il-liġi hija tajba – li qed jiddaħħlu fil-liġi.", "Jien ma naqbel assolutament xejn miegħek - xejn ma naqbel miegħek - li aħna qed nibbażaw l-argumentazzjoni tagħna fuq il-premessa żbaljata li jqumu ħafna issues bejn l-operaturi biex jaċċedu l-infrastruttura ta' xulxin.", "Inħeġġek tidħol daqsxejn fihom u tirrealizza li mhuwiex il-każ għaliex fejn jidħol l-aċċess għall-infrastrutturi naħseb anke għall-iċken ħaġa jieħu terminu ta' żmien li huwa disproportionate, però dak inħalluh għal min forsi għandu xi data hawn u jista' jispjegahielna.", "Però fil-verità l-għan kollu għaliex qed issir il-liġi hu biex jitħaffef l-aċċess tal-infrastrutturi.", "Għalhekk qed issir il-liġi, u qed issir għaliex id-dinja kollha rrealizzat - u hawnhekk ma tantx għandna żmien aħna bħala pajjiż li noqogħdu nistennew li nitgħallmu nimxu flok niġru, niġru rridu flok nimxu fil-verità - li dan l-investiment f'dawn it-tip ta' infrastrutturi jieħu ż-żmien biex isir.", "Il-gvernijiet, ir-regolaturi fid-dinja kollha qed jagħmlu minn kollox biex kemm jista' jkun iqassru ż-żmien biex isiru dawn l-infrastrutturi.", "Dan għaliex meta inti għandek dawk it-tip ta' infrastrutturi se joħolqu aktar ambjent b'saħħtu biex isir aktar investiment fin-knowledge based economy u f'setturi li jużaw it-teknoloġija biex ikabbru l-ekonomija.", "U kif tafu tajjeb ukoll intom, dawk huma s-setturi li l-ekonomija tagħna qiegħda tikber fihom.", "Għaldaqstant l-argument li naraw kif immorru u mbagħad nimxu 'l quddiem meta jkollna l-esperjenza ma jreġix għax aħna diġà għandna l-esperjenza.", "Din mhix xi ħaġa ġdida, kulma qed tagħmel il-liġi hu li qed tirrikonoxxi fuq skala Ewropea li l-operaturi bejniethom qed jieħdu ħafna żmien meta jiġu biex jagħtu l-aċċess tal-infrastruttura lil xulxin.", "Għaliex?", "Hemm raġuni loġika; għax kulħadd irid jipproteġi l-investiment li għamel fl-infrastruttura tiegħu.", "U aħna naqblu magħha dik, għax l-agħar ħaġa hi li inti tagħmel diżinċentiv lil min jinvesti fl-infrastruttura.", "Aħna naqblu mija fil-mija ma' dik, però fejn għandek infrastruttura ta' entità pubblika m'għandux għalfejn ikollok ċerti time frames li bihom anke l-Gvern, meta jiġi biex jagħti l-aċċess għall-infrastruttura tiegħu, allura se jkun qiegħed ikaxkar saqajh.", "Ministru, jien naf li fl-istadju tat-Tieni Qari inti kont ċar ħafna.", "Illum qed nieħu gost li qed tkun ċar ħafna wkoll għaliex żgur li dan li qed ngħidu hawnhekk irid jiġi interpretat eventwalment u jekk aħna - il-Gvern u l-Oppożizzjoni - naqblu li dan il-Parlament mhuwiex qed joħloq din il-liġi biex joħloq vejikoli ġodda ta' delaying tactics, biex kulħadd jieħu sal-aħħar tal-erba' xhur, imbagħad wara dawk l-erba' xhur kulħadd jibda jsib il-mekkaniżmu ta' kif imur quddiem id-Dispute Resolution Board u nagħmlu xalata oħra u nkarkru erba' xhur oħra biex taċċedi għal biċċa waħda ta' infrastruttura.", "It-talba tiegħi hi li l-Gvern jirrevedi dawn it-time frames u għandu jħares lejhom flimkien mal-industrija u mal-operaturi kollha, mhux ma' wieħed jew ma' tnejn, imma mal-operaturi kollha.", "Il-Gvern għandu jibda bl-eżempju li fejn tidħol l-infrastruttura tiegħu - u nafu li l-Gvern għandu ħafna infrastruttura tiegħu - jintrabat b'time frames qosra li fihom isir l-aċċess għall-arbli tal-Gvern, għall-brackets tal-Gvern, għad-ducting tal-gvern u tal-entitajiet tiegħu.", "B'dan il-mod aħna nkunu nistgħu nagħtu indikazzjoni li verament irridu li jsir investiment akbar f'dan is-settur.", "Jien se nieqaf hawn, għax il-punt għamilnieh .", "JOSÉ HERRERA: Il-fatt li llum qed tiġi ċċarata l-pożizzjoni legali, se tnaqqas id-dewmien.", "Ħalli nispjega għalfejn.", "Qabel ma kienx jeżisti l-konċett ta' min suppost jagħti aċċess lil ħaddieħor, din il-pożizzjoni legali ma kenitx teżisti.", "Qabel kienu jinħolqu disputi jew oġġezzjonijiet għax il-liġi ma kenitx ċara.", "Illum l-liġi qed tiċċara l-pożizzjoni fis-sens li kulħadd jaf l-obbligi, id-drittijiet u d-doveri tiegħu.", "Mela min għandu dik l-infrastruttura jaf li jrid jikkonċedi ċerti drittijiet lil operaturi oħrajn.", "Qabel dawn id-drittijiet ma kenux jeżistu, allura kien hemm dewmien sakemm wieħed jasal bonarjament u jiftiehem mal-operaturi eċċ. Illum il-pożizzjoni legali ġiet iċċarata.", "Mela l-element ta' speditezza qed tiġi imposta minħabba żewġ aspetti, l-ewwel minħabba li l-liġi nnifisha qed tiċċara d-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi fis-suq u t-tieni qed nagħmlu time frames ta' kemm irid idum il-proċess.", "It-tielet nikkondividi l-ħsieb tiegħek li wieħed irid forsi jirrevedi dawn it-time frames għax naqbel perfettament miegħek li l-ispeditezza hija aspett importanti ta' din id-Direttiva.", "Din id-Direttiva ma titkellimx biss fuq l-ispeditezza – jien naf għax kont involut mill-bidu sal-aħħar, fil-fatt jien kont li ressaqt il-memo fil-Kabinett – u l-iskop ta' din il-liġi mhuwiex biss l-ispeditezza imma hija l-kjarezza tal-pożizzjoni legali.", "Pereżempju qed jinħoloq bord fejn jiġu riżolti d-disputi, u ddeċidejna kif għandu jopera u l-kompożizzjoni ta' dan il-bord.", "Konna qed nikkonsidraw li neliminaw id-dritt ta' appell - infatti l-ewwel verżjoni kienet mingħajr dritt ta' appell – imma ma stajniex, anke minħabba sentenzi tal-Qorti Ewropea.", "Aħna dehrilna li kieku għamilna hekk, konna qed immorru kontra l-corpus juris Ewropew u allura kellna bilfors nagħtu d-dritt tal-appell quddiem it-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva.", "At the end of the day jekk ikun hemm buona volontà, il-proċess isir bi speditezza, jekk le, kif għedt tajjeb inti, Onor. Claudio Grech, dak li jkun jista' jagħmel kontestazzjoni quddiem id-Dispute Resolution Board u jista' jerġa' jappella mid-deċiżjoni ta' dan il-Bord quddiem il-qrati.", "Ma tistax iżżommu dan id-dritt ta' litiġju.", "Jiġifieri fil-ħajja, u l-esperjenza hekk turina, dejjem tista' timminimizza l-inkonvenjent, imma ma tistax teskludi ċerti affarijiet.", "Il-liġijiet jagħmluhom il-bnedmin, l-operat isir mill-bnedmin u aħna fid-dmir tagħna li nimminimizzaw id-diffikultajiet.", "Il-fatt li qegħdin nipproponu din l-emenda huwa in linea mal-ħsieb tiegħek.", "Issa l-Ministru jagħmel iktar konsultazzjonijiet, jara kif qed jimxu l-affarijiet u jekk ikun il-każ - u probabbilment hekk se jiġri - li t-time frames jiġu mnaqqsa, wieħed inaqqashom.", "JOE MIZZI: Ma rridx nirrepeti - issa jista' jispjega l-espert tekniku għax kuljum qed niffaċċjaw dawn il-problemi min-naħa ta' Transport Malta - però din l-emenda li se nipproponi hija ċara u tonda.", "Jekk tħossu li għandna nikkonsultaw m'għandix diffikultà li nikkonsultaw u, jekk naraw li għandhom jitnaqqsu t-time frames, mhix problema għax b'avviż legali nistgħu nnaqqsuhom, m'għandniex għalfejn nerġgħu ngħaddu minn din il-proċedura kollha.", "Kif tkellimna t-tnejn li aħna fit-Tieni Qari, l-intenzjoni hi li m'għandniex għalfejn intawlu.", "Naħseb iktar ċari minn hekk ma nistax inkun.", "Imma jkun tajjeb li s-Sur Grima jispjega daqsxejn dawn l-affarijiet għaliex naċċertakom li anke qabel ma tressaq dan l-Abbozz ta' Liġi l-intenzjoni tagħna dejjem kienet li nnaqqsu d-dewmien biex jitwettqu dawn ix-xogħlijiet.", "Mhux dejjem faċli imma għall-inqas issa għandna l-linji gwida u se nibdew minn hemmhekk biex intejbu s-sitwazzjoni.", "Fil-prattika qed nitkellem issa, mhux fit-teorija.", "THE CHAIRMAN: Nistieden lis-Sur Grima biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata", "IS-SUR SIMON GRIMA (Chief Officer mad-Direttorat tat-Toroq fi ħdan Transport Malta): Rigward il-punt li għamel l-Onor.", "Grech dwar l-użu tal-infrastruttura tal-Gvern minn dawn l-entitajiet tal-komunikazzjoni, nixtieq nassigurah li kull meta nkunu qed nagħmlu toroq jew infrastruttura ġdida, il-koordinament li jkollna ma' dawn l-entitajiet huwa estensiv.", "Ikollna laqgħat flimkien, u għaldaqstant mhux għax il-Gvern ma jkunx irid jagħti aċċess għall-infrastruttura tiegħu, imma jekk ikun hemm challenge, ikunu dawn l-entitajiet stess li ma jkunux iridu jaħdmu magħna.", "Kull meta jkollna request minn xi entità biex dawn jużaw culverts eżistenti, speċjalment dawk li jinbnew fuq it-TEN-T, aħna nagħtuhom open cheque li jużawhom.", "Għad m'għandniex tariffa ...", "CLAUDIO GRECH: Inti għal Transport Malta hux, qed tgħid?", "Imma Transport Malta m'għandhiex ġurisdizzjoni fuq l-Enemalta pereżempju, hux hekk?", "IS-SUR SIMON GRIMA: Imma Transport Malta għandha ċertu ammont.", "Jekk il-culverts ikunu tagħna ...", "CLAUDIO GRECH: Kieku kellek tieħu t-territorju nazzjonali u tħares lejn kemm għandna toroq bil-culverts mqabbel ma' … Ma ninsewx li hawnhekk qed nitkellmu fuq deployment of high speed networks, li l-ikbar challenge tiegħu mhuwiex fejn għandna l-culverts, imma fejn m'għandniex culverts.", "Fejn hemm il-culverts deċiżjoni tagħkom, naqbel miegħek mija fil-mija.", "Ma kontx qed nirreferi għal Transport Malta vis-à-vis il-culverts.", "Però nafu li ċ-challenge tkun fejn m'hemmx culverts, fejn diġà jkun hemm infrastruttura eżistenti ta' xi ħadd u fejn hemm il-poles tal-Enemalta.", "Jiġifieri definittivament il-problema mhux fejn hemm il-culverts, anzi kieku t-toroq kollha huma bil-culverts. kieku l-biċċa l-kbira ta' dawn il-problemi ma jeżistux.", "JOE MIZZI: Jien l-iktar għedtilkom biex tħalluh jispjega, biex nurikom li aħna ...", "CLAUDIO GRECH: Trid tagħmel il-culverts Ministru.", "JOE MIZZI: Fit-toroq il-ġodda kollha qed nagħmlu culverts.", "Imma jekk forsi kien hemm min qed jaħseb li aħna ma nikkoordinawx, huwa żbaljat.", "Hemm żewġ livelli ta' koordinament li jsiru.", "L-ewwel nett minn Transport Malta - li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħi – ikun hemm koordinament biex jien inkun naf x'inhu jiġri u nikkoordinaw anke mat-Traffic Management Committee li nippresedih jien.", "Imbagħad meta proġett ikun ta' ċertu daqs u jkun hemm investiment ta' xi ħaġa oħra għaddej hemm il-Coordinating Committee.", "Allura nkunu rridu nafu s-servizzi li se jingħaddu, insejħu l-entitajiet kollha kkonċernati biex ngħidulhom x'ikun hemm bżonn, u anke aħna bħala Gvern nikkejterjaw għalihom fl-infrastruttura tat-toroq.", "Imma once li jkunu lesti dawn il-konsultazzjonijiet, ma nippretendux li jiġi xi ħadd u jgħidilna se jerġa' jiftaħ triq.", "S'issa, meta mxejna b'dan il-koordinament, mhux qed nerġgħu naqilgħu toroq.", "Kien hemm kwestjonijiet mal-WSC għax l-għada li lestejna ċertu toroq riedu jerġgħu jaqilgħuhom, imma ma tajnihomx permess.", "Imma dawk huma affarijiet differenti.", "Nerġa' ngħid fil-prinċipju qbilna magħkom u tafu x'inhi l-intenzjoni.", "Jekk hemm bżonn li nikkonsultaw, m'għandniex diffikultà bħalma diġà kien hemm konsultazzjonijiet.", "CLAUDIO GRECH: L-aħħar punt li għandi huwa marbut ma' artikolu 24 li hemm fi klawsola 18 fejn qed jitkellem fuq il-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim.", "Jien nixtieq nara fejn qegħdin il-penali meta l-Bord jiddeċiedi kontra operator jew ieħor.", "Safejn naf jien mhux qegħdin f'artikolu 24, hux hekk?", "JOE MIZZI: Ma' xi skeda qegħdin.", "JOSÉ HERRERA: L-iskop ta' dan il-Bord, iktar milli ta' natura penalistika, huwa iktar biex jiddeċiedi ħaġa jew oħra, jikkwantifika kemm hemm kumpens u affarijiet simili.", "Għal liema artikolu qed tirreferi?", "CLAUDIO GRECH: Qed nirreferi għal artikolu 24 li jitkellem fuq il-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim.", "Issa jien li qed nistaqsi – għax forsi mhux qed naraha– x'jiġri fejn ikollok owner ta' infrastruttura li manifestament juża t-termini kollu tal-liġi għal kull talba għal aċċess li jkollu, sempliċement for mere delay.", "L-istandard operating procedure tiegħu tkun li kif jirċievi t-talba ma jilqagħhiex, jappella, jerġa' ma jagħtix aċċess u jgħaddi l-proċess kollu li hawn stipulat fil-liġi.", "Teknikament ikun qed jimxi mal-liġi, imma jekk jirriżulta li the infrastructure owner qed juża l-parametri li tagħtih il-liġi sempliċement biex jittardja l-aċċess, se jkun hemm penali kontra dan l-owner li allura jkun qed juża din il-liġi in bad faith u mhux għax kellu raġunijiet vera?", "JOSÉ HERRERA: Din hija liġi speċifika u trid tiġi interpretata fil-korp tal-qafas tal-leġiżlazzjoni ċivili.", "Il-poteri ta' dan il-Bord - li issa se jiċċarahom aktar l-Avukat Micallef - huma limitati fis-sens li ma jeskludux fuq materja oħra l-aċċessibilità għal qrati oħra.", "Jekk jien għandi infrastruttura u għal xi raġuni jew oħra u b'mod illegali u b'mod skorrett, nuri intransiġenza biex naderixxi ruħi mal-liġi, jien inkun qiegħed nesponi ruħi għad-danni ċivili.", "Jekk għandix dritt naċċedi għal dik l-infrastruttura partikolari jew oħra jiddeċiedi dan il-Bord, kemm għandi nieħu kumpens jiddeċiedi dan il-Bord, però jekk il-parti l-oħra turi intransiġenza li ma tkunx waħda leċita, m'hemm xejn li ma jagħtix id-dritt li dak li jkun jintavola azzjoni għad-danni ċivili quddiem il-Qrati Superjuri jew il-Qrati Inferjuri għad-danni.", "Għaliex?", "Il-liġi ċivili tagħna hija sempliċi ħafna, min minħabba traskuraġni jew għax ma jobdix ir-regolamenti jagħti lok għal danni, jesponi lilu nnifsu għal azzjoni għad-danni.", "At the end of the day min ma jsegwix il-liġi ikun qed jesponi ruħu għad-danni.", "Ma nafx jekk dan il-Bord jistax jimponi wkoll dawn il-penali.", "Nitlob lil Dr Paul Micallef biex jintervjeni.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Ħalli nibda mill-ewwel punt.", "Kif qal sewwa l-Onor.", "Herrera, l-iskop tal-Bord hija kwestjoni ċivili, qisek mort quddiem il-Qorti Ċivili.", "Pereżempju jien u Dr Vella ma nistgħux naqblu, jien irrid prezz u hi lesta li toffri servizz bi prezz ieħor u l-Bord, għandu poteri bħalma għandha Qorti Ċivili li jiddeċiedi.", "Imbagħad naqbad mat-tieni punt li semma' l-Onor.", "Jekk operatur irid aċċess għal network ta' operatur ieħor - jista' jkun anke l-Enemalta għall-grazzja tal-argument - hemm artikolu 33 li espressament jgħid li l-operatur ikkonċernat għandu dritt li anke jfittex għad-danni.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-loġika hija l-operatur, jekk jien ingdimt, ma jinteressanix kemm il-Gvern se jġib penali punittivi, li jinteressani hu kemm fil-fatt bħala danni se nirkupra, minħabba t-telf li sofrejt minħabba l-intransiġenza tan-network operator li rrid li nabbona mas-sistema tiegħu.", "JOSÉ HERRERA: Imbagħad hemm ħaġa oħra, m'hemm xejn li jimpedixxi lir-regolatur - li qed jagħti liċenzji lill-operatur - qua regolatur b'poteri kważi ġudizzjarji li jissospendi liċenzji.", "Dawk il-poteri tar-regolatur se jibqgħu hemm, jiġifieri r-regolatur li huwa l-Malta Communications Authority għandha poteri li tirregola u għandha poteri li timponi penali eċċ. Il-poteri tar-regolatur m'għandhomx jiġu mittiefsa, mela inti trid biss tribunal b'poteri limitati lex specialis biex tirrisolvi d-disputi bejn l-operaturi, però mingħajr preġudizzju kemm għall-artikolu 33 - jiġifieri d-dritt għal rimedju fil-qrati ċivili, inklużi talbiet għal danni, li jibqa' dejjem hemm - u t-tieni - li forsi qed inżid fuq dak li qal Dr Micallef, u nirringrazzjah talli he pinpointed that particular article - li r-regolatur jibqagħlu l-poteri li jirregola l-liċenzja.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Ovvjament ħadd ma jista' jżomm lil ħadd milli jmur il-qorti, hija ħaġa naturali u ma kienx hemm għalfejn nistabbilixxuha fil-liġi, però hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq drittijiet legali jew ta' kumpens.", "Again we are missing the point u nerġa' niġbed l-attenzjoni li l-għan tal-liġi mhux li wieħed jara x'danni se jieħu, imma biex jimplimenta miżuri biex tonqos l-ispiża għall-istallazzjoni ta' networks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja.", "Il-mistoqsija tiegħi hi x'qed indaħħlu f'din il-liġi biex ikun ta' deterrent biex it-time frames esaġerati – u huma esaġerati - li hawn, ma jkomplux jintużaw sempliċement as a mere delaying tactic.", "Ir-risposta ta' Dr Micallef u tal-Onor.", "Herrera kienet li f'artikolu 33 hemm id-dritt għal rimedju ċivili, inklużi talbiet għal danni sofferti.", "Issa f'din il-liġi mhux qed nitkellmu biex nipproteġu lil xi operatur kontra d-danni li jsofri, l-għan tal-liġi huwa bil-maqlub.", "Din il-liġi hija intiża biex toħloq a positive action, mhux biex toħloq xi ħaġa li tista' tintuża biex dik il-positive action tista' ttawwalha ad infinitum.", "Artikolu 33 jgħid li jekk bħala operatur japplika biex ikollu aċċess għall-infrastruttura ta' provider ieħor u dak l-infrastructure provider juża t-termini kollha li tagħtih din l-liġi li jkun jista' jtawwal għal sena u nofs biex jagħti aċċess għal dik l-infrastruttura, l-operatur jista' jmur il-qorti ifittex għad-danni li jkun sofra.", "Imma skużi, hawnhekk aħna mhux qed nilleġiżlaw għall-interess tal-operatur f'dawk li huma danni?", "Aħna hawn irridu ninċentivaw lil min jinvesti f'networks ta' veloċità għolja.", "Hawnhekk aħna qed nagħtu l-fakultà, biex min għandu l-infrastruttura, ikun jista' jkaxkar saqajh sa 18-il xahar, imma jekk jiġi ppruvat li bil-barka tagħna, dan uża t-termini kollha li aħna tajnieh fil-liġi u kaxkar saqajh għal dak il-perjodu kollu, dan m'hemmx penalitajiet għalih għax persuna tkun trid tipprova quddiem il-Qorti Ċivili li sofriet id-danni.", "Issa għidli kif operatur jista' jipprova li sofra d-danni?", "Id-danni jkun sofrihom il-pajjiż, għal raġuni li ma jkunx laħaq l-għan ta' din il-leġiżlazzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-għan ta' din il-leġiżlazzjoni huwa li l-aċċess għall-infrastruttura limitata tagħna, f'dan l-ispazju limitat li għandna, flok kull darba kulħadd jerġa' jkisser it-triq biex jgħaddi fibre, f'dan il-pajjiż għal darba jkollna l-kuraġġ li l-infrastruttura li għandna nieħdu ħsiebha.", "Kif qal tajjeb il-Ministru Mizzi, ħafna mid-disruptions li aħna jkollna fit-toroq ikun ġej mill-fatt li operatur ma jkollux option oħra ħlief li jkisser it-triq, iwaħħal affarijiet ġodda fit-toroq l-ewwel nett minħabba l-intransiġenza ta' min diġà għandu l-infrastruttura u t-tieni nett minħabba t-toothless legislation u toothless regulation li minn dejjem – mhux qed ngħid għal dan il-Gvern biss – kellna f'dan il-pajjiż fuq dan is-settur.", "Kulħadd jagħmel l-infrastruttura tiegħu mill-ġdid u mbagħad ibati t-taxpayer, għaliex kull darba li titkisser it-triq nafu l-ispejjeż x'inhuma, u jerġa' jbati r-resident għaliex ikun hemm iktar twaħħil fl-infrastruttura tagħna.", "Jien qed ngħid li llum għandna opportunità - u naħseb li din l-opportunità ma tkunx daqshekk komuni - li ż-żewġ naħat qed jaqblu fuq il-prinċipji u allura kulma rridu nagħmlu hu li dawk il-prinċipji nittraduċuhom f'xi ħaġa li verament taħdem għal dan il-pajjiż, mhux f'xi ħaġa li llum, at the outset, qed nammettu li mhux se taħdem għaliex nafu li min irid juża l-mere delaying tactics se jkollu sena u nofs biex jilgħab.", "JOSÉ HERRERA: L-ewwel nett nibda biex nikkondividi kompletament il-ħsieb u r-rimarki li qed jagħmel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Però rrid niġbed l-attenzjoni għal żewġ affarijiet.", "Sfortunatament fl-ordinament ġuridiku tagħna m'għandekx tribunal u qrati ta' ġurisdizzjoni misti.", "Tradizzjonalment – u jien li ddraftjajt din il-parti tal-liġi pjuttost tradizzjonali - qatt ma jkollok tribunal jew qorti vestita b'poteri ċivili, li jkollha wkoll poteri dixxiplinarji/kriminali.", "Huwa pjuttost inkonċepibbli li ġuridikament ikollok forum ġudizzjarju li jkollu l-poteri li jirriżolvi disputes u fl-istess nifs jimponi penali favur l-Istat jew favur xi entità governattiva.", "Dik mhijiex it-tradizzjoni tas-sistema Maltija fil-kamp ġuridiku.", "Ma jfissirx li ma nistgħux nbiddluha u ndaħħluha.", "Dan il-konċett, daħħalnih ftit fil-Qorti Kriminali meta l-qrati tagħna jimponu sentenzi ta' ħabs sospiżi bl-obbligu ta' ħlas u allura għandek tribunal kriminali li qed ikollu wkoll ambjanza ta' tribunal ċivili.", "Meta kont shadow minister ġieli ktibt fuq din l-idea li wasal iż-żmien li jkollna tribunali b'poteri misti.", "Pereżempju fil-kawżi tal-kolliżjonijiet għaliex għandek ikollok kawża fejn bniedem jinstab ħati li kiser ir-regolamenti tat-traffiku u jeħel €500 multa u mbagħad trid tiftaħ kawża ċivili għall-kumpens tad-danni?", "Sfortuntament dak huwa l-ordinament ġuridiku u naħseb li wasal iż-żmien – naqbel miegħek – li t-tribunali jibdew jingħataw dan it-tip ta' poter.", "Issa fin-nuqqas ta' deċiżjoni fuq dan il-punt, naħseb li l-poter li jimponi penali jew li jissospendi l-liċenzji, għandu jkun vestit fir-regolatur.", "Taħt il-qafas legali tagħna u universalment, ir-regolaturi huma meqjusa bħala entitajiet b'poteri kważi ġudizzjarji, allura dan għandu dritt jimponi penali anke amministrattivi.", "Tant għandhom portata dawn l-awtoritajiet kważi ġudizzjarji li qed jiġi propost li biex jintgħażlu ċ-chairpersons ta' dawn l-entitajiet, se jibdew jgħaddu process ta' selection quddiem dan il-Parlament.", "Jiġifieri meta qed nitkellmu fuq entità li għandha dawn il-poteri, qed nitkellmu fuq kważi poteri ġudizzjarji, allura jien nemmen li idealment niċċaraw ftit jew indaħħlu klawsola li tgħid li jekk ikun hemm nuqqas ta' osservazzjoni ta' dawn ir-regolamenti, iċ-Chairman tal-Communications Authority jista' jissospendi jew jista' jwaħħal penali.", "Jien naħseb li dawk il-poteri diġà huma inferiti għaliex ir-regolatur diġà għandu l-poter li min ma jaderixxix ruħu mal-liġi jista' jitlef il-liċenzja, jew jista' jkollu l-liċenzja sospiża.", "Jien naħseb li l-Awtorità diġà għandha dawn il-poteri u allura l-preokkupazzjoni tiegħek tista' tiġi ċċarata jew indirizzata b'dan il-mod, u nistieden lill-Avukat Micallef biex jiċċaraha.", "It-tieni nett l-artikolu 33 kellu jiddaħħal għaliex sfortunatament il-qrati they always take the easy way out li meta jkollok tribunal jgħidu: Lex specialis derogat lex generali, u la hemm tribunal aħna m'għandniex poteri, m'għandniex kompetenza.", "Allavolja m'hemmx dritt tfittex għall-kumpens, jgħidulek li ladarba hemm tribunal, jaraha t-tribunal.", "Allura biex naħsbu għal tali eventwalità, ridna li jkun hemm klawsola skjaċċanti fil-liġi li tgħidlek li l-poteri tat-tribunal huma tali, però ma jfissirx li jekk inti sofrejt €1 miljun danni għax waqqaflek proġett ta' miljuni, allura inti ma tistax tfittex għad-danni.", "Imma ma naħsibx li għandek tfittex għad-danni quddiem dan it-tribunal.", "Skont il-ġerarkija dawn it-tribunali għandhom ikollhom poter inqas mill-qrati inferjuri.", "Allura jekk id-danni jkunu kbar ma nemminx li għandu jkun tribunal ad hoc li jiddetermina dawn il-kwestjonijiet.", "Però naħseb li huwa importanti li ssir kjarifika għall-punt li għamel l-Onor.", "Forsi Dr Micallef jista' jaraha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Onor. Herrera, l-ewwel nett forsi inti mil-lat legali tara x'inhuma l-implikazzjonijiet tal-artikolu 34 li hemm fi klawsola 18, għax hemmhekk qed ngħidu li: \"Il-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim għandu jkollu dawk is-setgħat kollha li huma, bis-saħħa tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, vestiti fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.\"", "Qisu qed jingħad li għandu l-istess drittijiet tal-Kodiċi Ċivili.", "JOSÉ HERRERA: Dik mingħajr preġudizzju, u dejjem għall-finijiet ta' proċedura u għall-finijiet ta' garanziji ta' imparzjalità, awtonomija u dawn l-affarijiet.", "ĊENSU GALEA: It-tieni nett, l-isfortuna hija li m'għandniex tradizzjoni ta' tribunali misti – skont it-terminoloġija li qed tuża inti - speċi ta' sistema kif insolvu l-problemi li jistgħu jiġu kkawżati.", "Però rridu niftakru li qed nipprovaw nagħmlu xi ħaġa li kieku konna qegħdin nitkellmu fuqha 20 sena ilu, lanqas konna noħolmu li nsemmuha għaliex il-konċett li kemm jista' jkun nħaffu l-proċess biex jibdew jaħdmu iktar operaturi, daħal f'Malta wara s-sena 2000.", "Allura bilfors irridu nħaffu l-proċess għax l-ikbar danni ma jsofrihomx operatur A jew operatur B imma jsofrihom il-pajjiż.", "At the end of the day lil hemm mid-danni li jista' jsofri wieħed mill-operaturi, ikun il-pajjiż li jbati, konsegwenza ta' nuqqas ta' ftuħ għal dawk li huma l-metodi l-ġodda.", "Ma nistgħux nirraġunaw li ma jiġri xejn billi ndumu sitt xhur, għax perjodu ta' sitt xhur jista' jfisser rivoluzzjoni sħiħa fis-sistemi kollha tat-telekomunikazzjoni.", "Għaldaqstant, kif insista l-Onor.", "Grech u kif insista anke l-Ministru aktar kmieni f'din il-laqgħa kif ukoll fit-Tieni Qari, fil-verità hawnhekk irridu nsibu sistema li l-proċess veru jitħaffef u tkun indirizzata, kif inhi x-xewqa taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "U jekk nistgħu, flok massimu ta' sena u nofs ikollna massimu ta' sitt xhur u nassiguraw li dak il-massimu jiġi mnaqqas kemm jista' jkun u mhux inħalluh li jista' jiġġebbed u jiġġebbed ad infinitum.", "Il-ħsara tkun li lil hemm minn kull operatur, tkun lil dan il-pajjiż u lill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Naħseb iż-żewġ naħat naqblu li mingħajr ir-rivoluzzjonijiet li saru f'dawn l-aħħar ftit snin, l-ekonomija tagħna kienet tkun ferm u ferm iktar lura minn kif fil-fatt avvanzat illum.", "Dan irridu nżommu quddiem għajnejna, u mhux is-soluzzjonijiet ta' tribunali misti u mhux misti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JOSÉ HERRERA: Punt wieħed biss, l-ewwel nett naqbel perfettament mal-argument tiegħek Onor. Galea, però wieħed ma jridx jiddisturba l-ordinament ġuridiku mhux minħabba l-formaliżmu, imma minħabba l-aspett sostantiv.", "ĊENSU GALEA: Kieku ma ddisturbajniex l-ordinament ġuridiku fis-sena 2000, kieku qegħdin mitt sena lura u mhux mitt sena 'l quddiem.", "JOSÉ HERRERA: Imma ħallini nispjegalek għaliex.", "Ir-raġuni hija għaliex l-apprezzament tal-provi f'kamp kriminali huwa differenti mill-apprezzament tal-provi fil-kamp ċivili, anke għal dak li huwa grad ta' prova, anke għal dik li hija awtonomija.", "Għaldaqstant filwaqt li jien irid ikolli tribunal b'ċerti garanziji ta' awtonomija għall-finijiet ta' penalità, fiċ-ċivil m'hemmx għalfejn.", "Pereżempju ma jistax ikollok tribunal li jitfa' bniedem il-ħabs, ma jistax ikollok tribunal li jwaħħal ċerti multi - hemm sentenzi minn Strasbourg u mill-Qorti Kostituzzjonali dwar dan - filwaqt li fil-kamp ċivili jista' jkollok tribunali.", "Jiġifieri hemm distinzjoni mhux biss formalistika, imma anke sostantiva ta' kif jiġu apprezzati l-provi.", "It-tieni nett l-artikolu 35 jgħid ċar li kull persuna li tippreżenta każ quddiem il-Bord hija marbuta li tavża wkoll lill-MCA b'dik it-tilwima li tkun ippreżentat.", "Ladarba l-MCA tkun konxja li hemm tilwima għaddejja, din suppost issegwiha.", "Issa kif qiegħed jissuġġerixxi l-Onor.", "Mizzi, anke in linja ma' dak li qal l-Onor.", "Claudio Grech, naħseb li jrid isir biex ma ngerfxux dak li qed insejjaħ l-ordinament ġuridiku, huwa li nagħmluha ċara li l-MCA qua regolatur jkollha dawn il-poteri.", "Anzi l-artikolu 36 jikkonvalida l-argument tiegħi kollu għax fih naraw li l-MCA fuq talba ta' parti jew minn jeddha f'każ li hemm deċiżjoni penali daparti tal-Bord li ma tkunx ġiet osservata, tista' tieħu dawk il-passi regolatorji li tqis li huma xierqa skont il-poteri tagħha taħt dan il-kap, fejn allura tali kontinwità ta' nuqqas ta' konformità hija meqjusa wkoll li hi simili għan-nuqqas ta' konformità mad-deċiżjoni tal-istess MCA.", "Hawn qed ngħidu li at the end of the day il-passi mill-aspett penali - u dan minħabba r-raġunijiet li jien argumentajt fuqhom b'mod forsi akkademiku żżejjed - u mill-aspett dixxiplinarju teħodhom l-MCA qua regolatur.", "Mela jekk ikun hemm deċiżjoni ta' dan it-tribunal li wieħed irid jagħti aċċess u dan jiġi jaqa' u jqum jew itawwal iżjed, dan jiġi rrapportat lill-istess awtorità regolatorja li għandha dritt li tissospendilu jew teħodlu l-liċenzja, jew timponi fuqu penali kif tagħmel meta jkun hemm intransiġenza fuq aspetti oħra.", "Jiġifieri r-rimedju dixxiplinarju huwa, kif qed ngħid jien, f'idejn r-regolatur.", "Fl-opinjoni tiegħi, m'għandux jiġi rimess għal quddiem dan it-tribunal ċkejken li qiegħed hemmhekk b'definizzjoni ċara ta' x'inhuma l-funzjonijiet tiegħu għax inkunu qegħdin inħarbtu l-ordinament ġuridiku li huwa palesi fis-sistema tagħna.", "CLAUDIO GRECH: Not to belabour the point, però artikolu 36 – u mhux se nibqa' sejjer biha għax we are on two different planes completely – jitkellem jekk infrastructure provider ma jkunx mexa mad-deċiżjoni tad-Dispute Resolution Board.", "Jien mhux dak li qed ngħid.", "Li kont qed ngħid kien - u inti fhimtni u fhimtni tajjeb, m'għandix dubju - li m'għandniex inħallu li l-parametri li tagħti l-liġi li nerġa' ngħid – int ikkalkolajthom bħali żgur – tagħtik sa kważi sena u nofs minn meta jibda sa meta jispiċċa l-proċess, jiġu wżati mill-infrastructure provider manifestament to merely delay.", "F'dak il-każ għandu jkun hemm provisions kontra dak l-infrastructure provider.", "Skont dan li hawn fl-Abbozz dan jista' jibqa' jkarkar u jkarkar għax jgħidlek li qed jimxi mal-provisions tal-liġi.", "Allura juża l-erba' xhur sħaħ li jkollu kull darba u jibqa' sejjer sal-aħħar ġurnata - u inti bħala avukat, Onor. Herrera, taf preċiżament kif tinħadem il-logħba - u jkun qiegħed sempliċement jimxi mal-liġi, ma jkun qed jagħmel xejn li huwa kontra l-liġi.", "Però qiegħed tagħmel xi ħaġa - biex inkunu ċari u nerġa' nkun recorded u nibqa' ngħidha till we turn blue in the face - li tmur kontra l-għan ta' din il-liġi.", "Fil-kontest li għalih qegħdin inressqu liġi li hija intiża biex tiffaċilita l-aċċess tal-infrastruttura, li tagħti erba' xhur żmien lill-infrastructure provider biex jasal biex jagħti risposta ta' refusal u biex jagħti r-raġunijiet, qed tagħmel xi ħaġa li żgur mhux se tlaħħaq dak l-għan.", "I will not belabour the point, naħseb il-punt tagħna għamilnieh ċar u intom għamiltuha ċara.", "JOSÉ HERRERA: Qed nieħu l-punt tiegħek u anke fuq suġġeriment tal-Onor.", "Mizzi hawn ħdejja li naħseb li ma tkunx idea ħażina Dr Micallef jekk nagħmlu emenda ċkejkna biex niċċaraw il-poteri tar-regolatur biex jekk ikun hemm dan it-tip ta' delungar illegali jista' jimponi penali fuq l-operatur.", "Qed naqbel ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Claudio Grech li m'hemm xejn ħażin li wieħed jiċċara l-pożizzjoni, imma li mhux qed naqbel mal-Onor.", "Grech - però għalih ma tagħmilx differenza għax hija a procedural nicety - hu li dan il-poter m'għandux ikun vestit f'dan it-tribunal li għandu ġurisdizzjoni u kompetenza ċivili, imma għandu jkun vestit fir-regolatur.", "Jiġifieri jien naqbel li iva, m'hemm xejn ħażin, u qed nabbraċċja s-suġġeriment tal-Onor.", "Grech li forsi nagħmlu emenda biex niċċaraw u nagħtu ftit aktar poteri lir-regolatur, li jekk hemm bżonn iwaħħal il-penali, anke jekk ikunu penali ħorox, ma nsibx diffikultà li jsir dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Jien nissuġġerixxi li fi klawsola 35 indaħħlu l-provision li qiegħed tirreferi għaliha inti, ħalli jkun ċar li hawnhekk qed norbtuha mal-Malta Communications Authority, imma rridu naraw kif nagħmlu wkoll ħalli ma nħallux il-lok li dawn itawlu kemm iridu.", "Forsi tissuġġerixxi xi emenda hemmhekk, u sadanittant ngħaddu għall-emendi l-oħrajn li huma wkoll għal klawsola 18.", "Tajjeb?", "Ngħaddu għall-emendi tal-artikoli l-oħra.", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi din l-emenda \"G\":", "\"G\" Fil-klawsola 18, fis-subartikolu (4) tal-artikolu 25 tiegħu, il-kliem:", "\"Iżda wkoll parti aggravata li jkollha tilwima taħt din it-Taqsima għandha, meta jkun possibbli, tagħmel mill-aħjar biex issolvi kull tilwima bħal dik billi tmur għall-medjazzjoni tar-regolatur jew regolaturi kompetenti ta' infrastruttura kif jista' jkun il-każ mingħajr preġudizzju għal kull terminu stabbilit taħt din it-Taqsima li biha parti aggravata tista' tkun meħtieġa tippreżenta tilwima quddiem il-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim.\", għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:", "\"Iżda wkoll parti aggravata għandha qabel ma tirreġistra tilwima taħt din it-Taqsima, meta jkun possibbli, tagħmel mill-aħjar biex issolvi kull tilwima bħal dik billi tmur għall-medjazzjoni tar-regolatur jew regolaturi kompetenti ta' utilitajiet jew ta' infrastruttura kif jista' jkun il-każ.\".", "Sur President, nipproponi din l-emenda \"H\":", "\"H\" Fil-klawsola 18, fis-subartikolu (1) tal-artikolu 31 tiegħu fit-test Malti l-kliem \"sakemm ma tiġix appellata quddiem il-Qorti tal-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri)\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"pendenti appell quddiem il-Qorti tal-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri)\".", "Sur President, nipproponi din l-emenda \"I\":", "\"I\" Fil-klawsola 18, wara l-artikolu 38 tiegħu, għandu jiżdied l-artikolu ġdid li ġej:", "Sur President, nipproponi li klawsola 18 tiġi posposta sakemm titlesta l-emenda għal artikolu 35 li semmejna qabel, ħalli mbagħad ngħaddu klawsola 18 kollha f'daqqa.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil li klawsola 18 u l-emendi jiġu posposti?", "Il-Kumitat qabel li Klawsola 18 u l-emendi jiġu posposti.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għal klawsola 19.", "Klawsola 19 – Żjieda ta' Skedi Ġodda mal-Att prinċipali.", "JOE MIZZI: Klawsola 19 se żżid erba' skedi ġodda mal-Att prinċipali.", "Sur President, nipproponi din l-emenda \"J\":", "\"J\" Fit-test Malti tal-klawsola 19 fir-rigward tat-Tieni Skeda kull fejn hemm il-kelma \"infrastruttura\" din għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"utilitajiet\".", "Sur President, nipproponi din l-emenda \"K\":", "\"K\" Fil-klawsola 19 fir-Raba' Skeda tagħha l-kliem \"li hi ex-maġistrat\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"li hi ex-imħallef jew ex-maġistrat\".", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda \"J\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"K\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 19 kif emendata.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 – Emendi għal liġijiet oħra.", "JOE MIZZI: Din il-klawsola tipprovdi skeda b'emendi għal liġijiet oħra apparti l-Kap 81, li huma Kap. 399, Kap. 418 u Kap. 499.", "Issa Sur President se nipproponi din l-emenda \"L\":", "\"L\" Fil-klawsola 20 fit-tieni paragrafu tal-Iskeda tagħha fis-subartikolu (3) tal-artikolu 12A għandu jitneħħa t-tieni proviso li ġej:", "\"Iżda wkoll kull referenza bħal dik minn parti aggravata lill-Bord għandha ssir fi żmien għoxrin jum mill-iskadenza tal-perjodu ta' xahrejn imsemmi f'dan is-subartikolu.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 20 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 20 kif emendata.", "Klawsola 20, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Nipproponi li l-Kumitat jiġi sospiż għal ftit minuti.", "Fis-1.20 p.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fis-1.34 p.m.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat se jirriżumi.", "Immorru lura għal klawsola 18?", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Ħalli niċċara xi ħaġa biex nara jekk fhimtekx sew.", "(Interruzzjonijiet) L-iskop tad-Direttiva huwa biex tiffaċilita li l-operaturi tat-telefonija jkollhom aċċess għan-networks kollha.", "CLAUDIO GRECH: Mhux networks tat-telefonija biss.", "ĊENSU GALEA: Tas-setturi differenti.", "DR PAUL EDGAR MICALLEF: Imma biex inkun ċar l-iskop tad-Direttiva huwa jekk jien noffri servizz tat-telefonija, ikolli aċċess għan-networks of whatever utilities,.", "Issa klawsola 36 - imbagħad naraw x'emenda se nagħmlu - hija limitata għall-MCA għax l-MCA għandha d-dover biex fl-aħħar mill-aħħar tiffaċilita s-settur tat-telefonija.", "Din qed ngħidha biex neskludi għax … (Interruzzjonijiet) Jien qed nara l-problema li tiġi estiża għar-regolaturi l-oħrajn.", "Qed ngħid li l-emenda tiffoka fuq l-MCA abbażi tal-poteri li għandha u jiġi emendat dak.", "Fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk diġà qed ngħidu li l-MCA għandha d-dover, jew minn jeddha jew meta jmur xi ħadd jagħmel każ magħha li ma jistax jaċċedi n-networks ta' ħaddieħor - hu min hu, Enemalta, Melita, whatever - li tieħu l-miżuri li jkunu xierqa.", "JOE MIZZI: Apparti t-telefonija hemm infrastruttura ta' utilities oħra u allura naħseb li nistgħu ndaħħlu xi klawsola – u għalhekk qed inressaqha jien bħala l-Ministru responsabbli mill-infrastruttura, għax l-MCA mhux jien responsabbli minnha - li tkopri l-utilitajiet l-oħra li tgħid li jekk wieħed jabbuża l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-passi kontrih.", "Mhux l-MCA, l-awtorità kompetenti.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhijiex problema għax tagħmel emenda fuq quddiem.", "Issa niddraftjawha bil-kwiet.", "ĊENSU GALEA: Sur President, ladarba qed nitkellmu fuq klawsola 18 nixtieq ngħid xi ħaġa fuq subartikolu 24(14) - skużawni forsi ddiskutejtuha l-aħħar darba però ma kontx hawnhekk – li titkellem fuq x'ma jistax jagħmel il-membru ordinarju tal-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim mhux biss waqt il-perjodu tal-kariga imma anke wara, mingħajr ma jgħid għal kemm żmien wara.", "Jiġifieri għal elf sena wara jibqa' responsabbli għal dak li jagħmel?", "Imbagħad inqis ukoll li hemm diskrepanza bejn il-President u l-membri ordinarji għax donnu fuq il-President ma jitkellimx, jitkellem biss fuq il-membri ordinarji.", "Ma naħsibx li l-President għandu xi indulġenza plenarja iktar milli għandhom il-membri ordinarji.", "Nieqaf hawnhekk, arawha ftit, jekk m'għandix raġun jien, tikkonfondux ħalluha kif inhi.", "JOE MIZZI: Narawha ladarba għadna ma għalaqnihiex.", "ĊENSU GALEA: Iva, Ministru qed inqajjimha għax għadna ma kkonkludejnihiex.", "Fl-MCA stess konna stabbilixxejna l-perjodu ta' sena, mhux ad infinitum, araw jekk tridux tmorru aktar 'il bogħod minn daqshekk.", "THE CHAIRMAN: Se nħallu f'idejn l-avukat biex ilesti l-emendi għal-laqgħa li jmiss.", "Se naġġornaw għal ġurnata li tikkomunikalkom is-segretarja aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-1.40 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160323_004d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 4", "L-Erbgħa, 23 ta' Marzu 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament f'12.06 p.m.", "Fl-assenza tal-Onor.", "Emmanuel Mallia President tal-Kumitat għall-Kunsiderazzjoni tal-Abbozzi Aġġunt, ġie nnominat l-Onor.", "Silvio Parnis bħala Chairman.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor.", "Joe Mizzi, is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku l-Onor.", "Ċensu Galea u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 3 li saret fis-16 ta' Marzu, 2016 kienu konfermati.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA' ĊERTI XOGĦLIJIET F'UTILITAJIET U SERVIZZI - Abbozz Nru 144", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 369 tal-15 ta' Marzu 2016 il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ikompli mil-Laqgħa Nru 3 tal-Erbgħa, 16 ta' Marzu 2016.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sinj.", "Lucienne Meilak, Director Policy Development and Programme Implementation fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, is-Sur Simon Grima Chief Officer ma' Malta Transport u Dr Melanie Vella u Dr Paul Edgar Micallef Legal Advisor u Chief Legal Advisor rispettivament mal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni, ġew mistiedna biex jintervjenu fil-Kumitat.", "KLAWSOLA 18 (Posposta fil-Laqgħa 3 tas-16 ta' Marzu, 2016)", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"G\":", "Fil-klawsola 18, fis-subartikolu (4) tal-artikolu 25 tiegħu, il-kliem:", "\"Iżda wkoll parti aggravata li jkollha tilwima taħt din it-Taqsima għandha, meta jkun possibbli, tagħmel mill-aħjar biex issolvi kull tilwima bħal dik billi tmur għall-medjazzjoni tar-regolatur jew regolaturi kompetenti ta' infrastruttura kif jista' jkun il-każ mingħajr preġudizzju għal kull terminu stabbilit taħt din it-Taqsima li biha parti aggravata tista' tkun meħtieġa tippreżenta tilwima quddiem il-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim.\", għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:", "\"Iżda wkoll parti aggravata għandha qabel ma tirreġistra tilwima taħt din it-Taqsima, meta jkun possibbli, tagħmel mill-aħjar biex issolvi kull tilwima bħal dik billi tmur għall-medjazzjoni tar-regolatur jew regolaturi kompetenti ta' utilitajiet jew ta' infrastruttura kif jista' jkun il-każ.\".", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"H\":", "Fil-klawsola 18, fis-subartikolu (1) tal-artikolu 31 tiegħu fit-test Malti l-kliem \"sakemm ma tiġix appellata quddiem il-Qorti tal-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri)\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"pendenti appell quddiem il-Qorti tal-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri)\".", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"I\":", "Fil-klawsola 18, wara l-artikolu 38 tiegħu, għandu jiżdied l-artikolu ġdid li ġej:", "Fuq mozzjoni tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, il-Kumitat qabel li Klawsola 18 tiġi posposta.", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"J\":", "Fit-test Malti tal-klawsola 19 fir-rigward tat-Tieni Skeda kull fejn hemm il-kelma \"infrastruttura\" din għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"utilitajiet\".", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"K\":", "Fil-klawsola 19 fir-Raba' Skeda tagħha l-kliem \"li hi ex-maġistrat\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"li hi ex-imħallef jew ex-maġistrat\".", "L-Emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "L-Emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ressaq din l-Emenda \"L\":", "Fil-klawsola 20 fit-tieni paragrafu tal-Iskeda tagħha fis-subartikolu (3) tal-artikolu 12A għandu jitneħħa t-tieni proviso li ġej:", "\"Iżda wkoll kull referenza bħal dik minn parti aggravata lill-Bord għandha ssir fi żmien għoxrin jum mill-iskadenza tal-perjodu ta' xahrejn imsemmi f'dan is-subartikolu.\".", "L-Emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "KLAWSOLA 20, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fis-1.20 p.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fis-1.34 p.m.", "Fis-1.40 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160323_004m_kun.docx"} {"text": ["GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "LAQGĦA NRU 5", "It-Tnejn, 5 ta' April, 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL- KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 5", "It-Tnejn, 4 ta' April, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, fis-7.05 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 4 li saret fit-23 ta' Marzu 2016 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Emanuel Mallia): Ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA' ĊERTI XOGĦLIJIET F'UTILITAJIET U SERVIZZI", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 369 tal-15 ta' Marzu 2016 il-Kumitat iltaqa' biex ikompli jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ikompli mil-Laqgħa Nru 4 li saret fit-23 ta' Marzu 2016.", "THE CHAIRMAN: Fl-aħħar laqgħa li ppresedejt jien kellna talba biex ikunu preżenti rappreżentanti tal-Vodafone.", "Kienu avżati għal-lum?", "JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Fl-aħħar laqgħa kienu ġew u tkellimna fuq is-sottomissjonijiet tagħhom, imma ftehemna li llum sempliċement se niġu biex inressqu l-emendi li konna tkellimna fuqhom .", "Qed ngħid hekk biex ikun on record dak li ġie miftiehem.", "Ngħaddu għal klawsola 18 li kienet posposta.", "Klawsola 18 – Żjieda tat-Taqsimiet u artikoli ġodda mal-Att prinċipali.", "(Posposta fil-Laqgħa tat-23 ta' Marzu, 2016)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi din l-emenda \"M\":", "\"M\" Fl-artikolu 24 tiegħu fis-subartikolu (14) il-kliem \"Il-membri ordinarji tal-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim għandhom, matul u wara ż-żmien tal-kariga tagħhom\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"President li jkun ex-imħallef jew ex-maġistrat u l-membri ordinarji tal-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim għandhom, matul iż-żmien tal-kariga tagħhom\".", "Sur President, nipproponi din l-emenda \"N\":", "\"N\" Fil-klawsola 18 fl-artikolu 34 tiegħu wara s-subartikolu (2) għandu jidħol is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(3) Meta jiddeċiedi tilwima taħt it-Taqsima III ta' dan l-Att, il-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim jista', fejn iqis li parti fit-tilwima naqset b'mod frivolu jew vessatorju li taderixxi ma' xi obbligu taħt din it-Taqsima, jitlob lir-regulatur kompetenti ta' utilitajiet biex jieħu dawk il-miżuri li tali regolatur jista' skont il-poteri tiegħu fil-liġi, iqis li huma xierqa fiċ-ċirkustanzi, inkluż l-impożizzjoni ta' penalitajiet amministrattivi:", "Iżda meta jiġi biex jiddeċiedi x'miżuri għandu jieħu, jekk jieħu, ir-regolatur kompetenti għandu jqis jekk tali att jew ommissjoni jimpatta b'mod negattiv fuq l-aċċess għal networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b' veloċità għolja.\".", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Rigward l-emenda għall-artikolu 24 hemm qbil.", "Rigward subartikolu (3) tal-artikolu 34 naħseb li l-prinċipju huwa rifless perfettament, imma naħseb li meta qed titkellem fuq \"jimpatta b'mod negattiv fuq l-aċċess għal networks\"; irridu norbtu mal-għan tal-leġiżlazzjoni li huwa li jimplimenta miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta' networks tal-komunikazzjoni.", "Kif qiegħda hawnhekk tfisser li l-miżuri li se jittieħdu se jkunu miżuri relatati ma' impatt negattiv fuq l-aċċess għan-networks.", "Il-leġiżlazzjoni hawnekk mhijiex sempliċement għall-aċċess, imma biex tonqos l-ispiża tal-installazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Ma nafx, imma fl-opinjoni tiegħi kif inhi hija vasta iktar, għax se tkopri anke lil min jabbuża minn xi ħaġa oħra.", "Naħseb li għandna nħalluha hekk, għax qed tkopri kollox.", "JOSÉ HERRERA (Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku): Għal liema section qed tirreferi?", "JOE MIZZI: Dawn l-emendi li għamilna issa.", "CLAUDIO GRECH: Jekk m'iniex sejjer żball id-Direttiva hija intiża mhux sempliċement għall-aċċess, imma biex … (Interruzzjonijiet)", "JOSÉ HERRERA: Qed tirreferi għall-proviso ta' subartikolu 34(3)?", "Jiena qed ngħid li għandha tintrabat mal-għan tal-liġi.", "JOSÈ HERRERA: Li nixtieq ngħid hu li wara r-rakkomandazzjoni tiegħek fl-aħħar seduta, ġiet inserita din l-emenda.", "L-idea tagħna kienet li ma kienx hemm għalfejn, għax diġà kien hemm pre-dispożizzjoni oħra li tagħti overriding power lir-regolatur li jekk iħoss li għandu jieħu passi dixxiplinarji, jista' jieħu.", "Però, biex il-klawsola tkun ċara, issa qed nobbligaw ukoll lid-Dispute Resolution Board li jekk huwa jħoss li hemm raġuni valida, huwa jirreferi lir-regolatur biex ir-regolatur imbagħad jipprovdi passi dixxiplinarji.", "Aħna konna argumentajna li ma dehrilniex li kellu jkun il-Bord stess li jipprovdi għall-passi dixxiplinarji għax għedna li dan huwa Bord b'ġurisdizzjoni purament ċivili, tant li għandu dritt ta' appell quddiem il-Qorti ta' Appell Sede Inferjuri minn kull deċiżjoni tiegħu.", "Allura, jekk ikun hemm xi passi dixxiplinarji, dawn kellhom jiġu rimessi għand ir-regolatur innifsu, li xogħlu huwa kważi ġudizzjarju, u għandu dan il-poter.", "Il-proviso huwa pjuttost vag.", "Fl-aħħar mill-aħħar kollox huwa fid-diskrezzjoni tar-regolatur.", "Qed ngħidu li l-omission jew l-act trid tkun waħda pjuttost ta' sustanza biex jieħu l-miżuri.", "Jekk l-ommissjoni ma tkunx ta' sustanza jew mhijiex gravi, allura r-regolatur m'għandux għalfejn jieħu passi dixxiplinarji.", "Dak huwa l-ħsieb ta' klawsola 18.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Nerġa' ngħid li fuq il-prinċipju qed naqblu perfettament, imma li qed nirreleva huwa l-punt marbut mal-kliem użat, għax ma jirriflettix dak li għandna l-intenzjoni li nagħmlu.", "Nispjega għaliex.", "Il-proviso qiegħed jgħid li:", "\"Iżda meta jiġi biex jiddeċiedi x'miżuri għandu jieħu, jekk jieħu, ir-regolatur kompetenti għandu jqis jekk tali att jew ommissjoni jimpatta b'mod negattiv fuq l-aċċess għal networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b'veloċità għolja.\"", "Inti jista' jkollok xenarju fejn l-aċċess mhuwiex għal network b'veloċità għolja.", "Jekk pereżempju hemm arblu tal-Enemalta, dak l-arblu mhuwiex jipprovdi network ta' komunikazzjoni elettronika b'veloċità qawwija, imma qed jipprovdi infrastruttura li ma fihiex data, allura mhijiex infrastruttura fejn għandek network ta' velocità qawwija.", "L-għan ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u tad-Direttiva huwa biex tonqos l-ispiża tal-installazzjoni, allura l-proviso għandu jirreferi li jekk l-aġir frivolu – li hawnhekk huwa mirqum tajjeb - jew vessatorju huwa għad-detriment tal-għan ta' l-Abbozz ta' Liġi li titnaqqas l-ispiża tal-installazzoni ta' networks ta' velocità għolja, hemmhekk jidħol in force dak il-proviso.", "Għax mhux neċessarjament li jkollok network ta' komunikazzjoni elettronika b'veloċità qawwija, imma li tagħti aċċess għal networks ta' velocità għolja.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu dwar aċċess għall-infrastruttura u mhux aċċess għan-network.", "Jien qed ngħid li wara \"jimpatta b'mod negattiv\" jiżdied b'dan li ġej:", "\"Iżda meta jiġi biex jiddeċiedi x'miżuri għandu jieħu, jekk jieħu, ir-regolatur kompetenti għandu jqis jekk tali att jew ommissjoni jimpatta b'mod negattiv fuq it-tnaqqis tal-ispiża għall-installazzjoni ta' networks ta' komunikazzjoni elettronika b' velocità għolja.\"", "Dak huwa l-għan: li nnaqqsu l-ispiża.", "Nerġa' nsemmi l-eżempju ta' qabel, arblu tal-Enemalta mhux neċessarjament għandu high speed network fuqu, imma jkollu cable tal-elettriku fuqu.", "Għal dak li qed ngħid.", "Il-bqija tal-emenda hija perfettament kif iddiskutejna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru għandu diffikultà dwar l-inklużjoni tal-Onor.", "JOE MIZZI: M'għandix problema.", "CLAUDIO GRECH: Kif kont qed ngħid l-aħħar parti tiġi hekk:", "\" … b'mod negattiv fuq it-tnaqqis tal-ispiża għall-installazzjoni ta' networks ta' komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja.\"", "Għaliex l-għan tal-Abbozz ta' Liġi huwa li min irid jagħmel dak l-investiment, jista' jagħmlu bl-inqas spiża possibbli.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq open access, li wieħed jiftaħ in-network tiegħu għal ħaddieħor, dak huwa argument separat:.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JOSÉ HERRERA: Ma naħsibx li għandna nsibu diffikultà fuqha.", "Mill-aspett ta' policy naqblu, għax diġà hija diskrezzjonali.", "Jista' l-Onor.", "Grech jgħaddi l-emenda lill-Ministru?", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat huwa sospiż sakemm isiru l-emendi neċessarji.", "Fis-7.18 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fis-7.22 p.m.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jirriżumi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, se nipproponi li l-Emenda \"N\" tiġi rtirata.", "Il-permess ingħata u l-Emenda \"N\" ġiet irtirata.", "\"O\" Fil-klawsola 18 fl-artikolu 34 tiegħu wara s-subartikolu (2) għandu jidħol is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(3) Meta jiddeċiedi tilwima taħt it-Taqsima III ta' dan l-Att, il-Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim jista', fejn iqis li parti fit-tilwima naqset b'mod frivolu jew vessatorju li taderixxi ma' xi obbligu taħt din it-Taqsima, jitlob lir-regulatur kompetenti ta' utilitajiet biex jieħu dawk il-miżuri li tali regolatur jista' skont il-poteri tiegħu fil-liġi, iqis li huma xierqa fiċ-ċirkustanzi, inkluż l-impożizzjoni ta' penalitajiet amministrattivi:", "Iżda meta jiġi biex jiddeċiedi x'miżuri għandu jieħu, jekk jieħu, ir-regolatur kompetenti għandu jqis jekk tali att jew ommissjoni jimpatta b'mod negattiv fuq l-ispiża għall-installazzjoni ta' networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b'veloċità għolja.\".", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"C\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"D\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"E\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"F\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"F\" għaddiet nem.con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"G\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"H\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"I\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"M\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Emenda \"O\" għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"O\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 18 kif emendata.", "Klawsola 18, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija u jagħmel ir-renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta` Liġi msejjaħ \"ATT biex jemenda l-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, biex jimplimenta miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta' networks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċita għolja biex jagħmel dispożizzjonijiet dwar affarijiet anċillari għalihom jew konnessi magħhom u biex jipprovdi dwar ċerti miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-komunikazzjonijiet elettroniċi\" għadda mill-istadju tal-Kumitat b'emendi.", "Fis-7:28 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees kuna", "source": "Extracted from 20160404_005d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 19", "L-Erbgħa, 6 ta' April 2016 fis-6.45 p.m.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' April 2016 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20160406_019a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 19", "L-Erbgħa, 6 ta' April, 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 19", "L-Erbgħa, 6 ta' April, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7.04 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 16, 17 u 18, li saru nhar it-Tlieta, 8 ta' Marzu, nhar l-Erbgħa, 9 ta' Marzu, u nhar it-Tnejn, 14 ta' Marzu 2016, ġew ikkonfermati.", "IT-TROBBIJA TAT-TFAL F'SOĊJETÀ LI QED TINBIDEL - KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar it-Tnejn, 14 ta' Marzu 2016.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Godfrey Farrugia): Ngħaddu mill-ewwel għad-diskussjoni tal-lum, fejn se nkomplu niddiskutu s-suġġett marbut mat-'Trobbija tat-Tfal f'Soċjetà li Qed Tinbidel'.", "Illum hawn preżenti numru ta' entitajiet li se jaqsmu magħna l-ewwel ħaġa s-sinifikat tal-entità tagħhom, u mbagħad se jgħidulna ftit fuq kif jaħsbuha dwar dan is-suġġett.", "Għalhekk se nibda bl-ewwel entità, li hija ċ-Ċentru Tbexbix, u nsejjaħ lis-Sinjura Catherine Azzopardi.", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI (Ċentru Tbexbix): Insellmilkom.", "Jiena mmexxi dan iċ-ċentru li huwa proġett edukattiv fil-komunità ta' Bormla.", "Din is-sena se nagħlqu l-għaxar sena minn mindu nfetaħ dan iċ-ċentru.", "Aħna norganizzaw programmi u attivitajiet għat-tfal wara l-ħin tal-iskola.", "Xi wħud mit-tfal jiġu direttament mill-iskola għax forsi jkollhom ommhom taħdem, u allura l-ewwel nagħmlu siegħa homework help, mis-2.30 p.m. sat-3.30 p.m. Wara, it-tfal jinġabru f'circle time, fejn kulħadd jesprimi dak li jkun qiegħed iħoss dak il-ħin, u forsi nuru wkoll xi video qasir u nipprovaw ngħinuhom biex jirriżolvu xi emozzjonijiet li jkunu għaddejjin minnhom.", "Nipprattikaw ukoll ftit ħin fis-silenzju li ngħidulu silent time; ngħinuhom jivviżwalizzaw billi naqrawlhom storja u ngħidulhom biex jivviżwalizzawha.", "Imbagħad, fl-4.00 p.m. naqsmuhom fi gruppi skont l-età tagħhom.", "It-tfal li jattendu f'dan iċ-ċentru huma bejn il-5 snin u t-12-il sena u jinqasmu fi gruppi, kif għedt, skont l-età tagħhom, u nagħmlulhom diversi attivitajiet kreattivi, fosthom sports, mużika, drama u affarijiet oħra li ma tantx isibuhom l-iskola.", "Ikollna kuntatt regolari mal-ġenituri fuq bażi informali, pereżempju, meta jġibu t-tfal jew meta jiġu għalihom.", "Norganizzaw attivitajiet għall-ġenituri wkoll, u nistednuhom meta jkollna xi performance mit-tfal.", "Nagħmlu ċerti programmi ta' għajnuna għall-ġenituri, fejn ngħallmuhom ċertu self help, techniques ta' rilassament, yoga, eċċ. Nipprovaw ngħinuhom isibu ftit ħin għalihom infushom, kif ukoll ftit ħin mat-tfal b'mod regolari, u nipprovaw ngħinuhom biex ikollhom ċertu kwiet u paċi fil-familja.", "THE CHAIRPERSON: Minn liema rħula jiġu t-tfal tagħkom?", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Il-maġġoranza tagħhom jiġu minn Bormla, imma aħna naċċettaw minn kullimkien.", "Għandna xi wħud mill-Birgu u mill-Isla, imma l-maġġoranza jiġu minn Bormla.", "L-iktar attendenza għolja tkun fis-sajf meta jkollna Klabb Sajf.", "Fil-fatt, hemmhekk nagħmlu xahrejn intensivi, Lulju u Awwissu, fejn ikollna attivitajiet simili kuljum.", "Il-massimu ta' tfal li nistgħu nżommu huwa ta' 50, mentri fix-xitwa l-attendenza tvarja.", "Ġieli jkollna 15 u ġieli jkollna 20 minħabba li t-tfal ikollhom impenji oħrajn bħal, pereżempju, lezzjonijiet tad-duttrina, privatijiet, eċċ., u ġieli ma jkunux jistgħu jattendu kuljum imma jattendu f'ċerti ġranet biss.", "Hemm min jiġi darba fil-ġimgħa, u hemm min jiġi ħames darbiet fil-ġimgħa.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura, nirringrazzjak talli għoġbok tilqa' l-istedina tagħna llum.", "Min-naħa tiegħi xtaqt nagħmillek xi mistoqsijiet.", "Is-servizzi li toffru intom huma lokalizzati f'lokalità partikolari, jew inkella mifruxin ma' Malta kollha?", "U jekk ikun hemm ċentri oħrajn li jixtiequ jitgħallmu mill-esperjenza vasta tagħkom, jew inkella jkollhom bżonn din it-tip ta' għajnuna … Professjonalment, jiena għandi degree fil-youth work, u allura nista' nifhem kemm l-irwol tagħkom huwa importanti.", "Intom tifformaw parti mill-Knisja jew inkella NGO għal raskom?", "Qed nistaqsi għax din il-laqgħa qiegħda tiġi mxandra fuq il-mezzi tal-Parlament, u allura jekk ikun hemm xi ħadd li forsi qiegħed isegwina, ikun jista' jgħin ruħu u jgħin lis-soċjetà tiegħu.", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Aħna bbażati f'Bormla għax l-uniku ċentru li għandna qiegħed Bormla.", "Aħna nixtiequ niftħu kullimkien għax is-servizz li noffru mhuwiex relatat biss mas-sitwazzjoni ta' Bormla, imma jista' jiġi offrut kullimkien.", "Pereżempju, għandna ċerti programmi għall-iskejjel ta' Malta kollha, fejn ġieli jkollna school visits filgħodu minn xi klassi ta' 35 student, flimkien ma' żewġ għalliema, u nagħmlu programm ta' yoga, kreattività, intercultural experience, eċċ., u ndewquhom din il-kwalità ta' edukazzjoni li noffru.", "U allura miftuħin għal kull possibiltà.", "Jekk hemm xi gruppi li forsi jixtiequ jiġu, aħna għandna voluntiera li huma mħarrġin bħala yoga teachers.", "Ġieli kellna talbiet minn xi ċentru li jkun jixtieq jagħmel xi klassi tal-yoga.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Intom parti mill-Knisja jew le?", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Le, m'aħniex.", "Aħna rreġistrati bħala NGO.", "ETIENNE GRECH: X'inhuma l-iktar tip ta' problemi komuni li ssibu fil-familji li jkollkom kuntatt magħhom?", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Hemm varjetà kbira ta' problemi.", "Fuq Bormla hemm ċerta stigma, u hemm ċertu ammont ta' problemi; imma, nistgħu ngħidu wkoll li dawn il-problemi ssibhom f'postijiet oħra.", "Pereżempju, għandna tfal li ġejjin minn one-parent families, u għandna omm partikolari ta' 32 sena b'sitt itfal.", "Hemm ħafna problemi ta' faqar, u allura ċerti servizzi impossibbli li jaċċessawhom jekk ikunu bi ħlas.", "Għalhekk, kemm jista' ikun, il-programmi tagħna nagħtuhom kollha bla ħlas.", "Il-prijoritajiet naħseb li mhux dejjem ikunu dawk li għandhom ikunu.", "Pereżempju, kieku lill-ommijiet tistaqsihom x'inhu l-aħjar għat-tfal tagħhom, kollha se jagħtuk prijoritajiet differenti.", "Niftakar f'omm li ġġib it-tifla tagħha għall-homework help, u mbagħad tħalliha hemmhekk għall-attivitajiet l-oħra, u din kienet tgħidli li kważi kważi tħossha guilty li tħalli lit-tifla hemmhekk għall-homework għax tixtieq toqgħod tagħmel il-homework magħha.", "Din l-omm għandha ċerti ħsebijiet li nieħu gost nismagħhom.", "Imbagħad tiġi omm oħra li ddur fuq it-tifla tagħha u tgħidilha li jekk ma tlestix il-homework fiċ-Ċentru jkun ħażin għaliha għax ma tibqax tibgħatha aktar!", "Jiġifieri, għal din l-omm l-importanti li t-tifla tiġi hemmhekk u tagħmel il-homework tagħha.", "Hawnhekk ma tantx nista' noqgħod insemmi ċerti affarijiet, imma l-aktar komuni huma relatati ma' faqar u ma' livell baxx ta' edukazzjoni.", "ETIENNE GRECH: Ċentru Tbexbix qiegħed biex jgħin lill-familji, biex isolvilhom il-problemi, jew inkella biex jeduka?", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Aħna l-iktar li niffokaw hija fuq l-edukazzjoni, però aħna wkoll a social project.", "Fil-fatt, bdejna wkoll proġett mal-anzjani għaliex nafu li hemm ħafna anzjani li jinsabu f'sitwazzjoni li lanqas biss joħorġu mid-dar.", "U allura qegħdin nagħmlu outreach biex min għandu bżonn ta' servizz soċjali nipprovaw ngħinuh.", "Għandna wkoll counsellor li tagħmel counselling mat-tfal, mal-ġenituri u mal-anzjani.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Xtaqt nistaqsi xi ħaġa fuq is-sinerġija u l-koordinament.", "Kif għedt inti, ġeneralment ikollok tfal li jkollhom xi problemi.", "Issa nafu li fl-iskejjel jeżistu ċerti servizzi li jingħataw lit-tfal, fosthom is-servizz tal-LSAs.", "U allura dawn it-tfal ikollhom l-LSAs tagħhom li tkun taf kif inhi l-imġieba tagħhom u kif tittratta ma' dik l-imġieba: imma jeżisti koordinament bejn dak li jsir fil-klassi u dak li jġibu magħhom għandkom u xi jridu jagħmlu d-dar?", "Li tikkonfondi l-iktar hu li jekk għandek tifel jew tifla li forsi għandhom imġieba partikolari u dawn għandhom pjan xi jsegwu … Sfortunatament, għalkemm l-LSAs mhumiex imħarrġin speċifikament fuq problemi partikolari, imma nafu li lit-tfal tista' tħarbathom jekk ma jkunux qegħdin jimxu ma' pjan partikolari.", "Milli qiegħda nifhem, dawn it-tfal huma l-istess tfal li jmorru fl-iskola ta' Bormla, u allura nixtieq inkun naf jekk jeżistix dan it-tip ta' koordinament.", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Il-professjoni tiegħi hi ta' għalliema, u kelli esperjenza fl-iskejjel qabel ma bdejna dan il-proġett.", "Jiena kont fi skejjel ta' tfal b'imġieba diffiċli, u għandi esperjenza kbira fuq dan ix-xogħol.", "Nikkoordina wkoll mal-Head of School ta' Bormla, kif ukoll mal-Principal, u meta jkolli xi diffikultà fuq xi imġieba ta' xi tifel jew tifla navviċinaha, u jekk ikun hemm xi affarijiet li nistgħu ngħinu lil xulxin fihom għall-ġid ta' dan it-tifel jew tifla, dejjem nikkoordinaw flimkien.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Naf li intom taħdmu bis-sistema ta' voluntiera, u anke l-mod ta' kif qed nifhem li tagħmlu l-fund raising tagħkom, dan iġġibuh permezz ta' donazzjonijiet u attivitajiet oħra li tagħmlu.", "Issa, li kieku kelli nistaqsik x'sostenn tixtieq li jkun hemm mill-Gvern u minn entitajiet oħra biex tkunu aktar effettivi bis-servizzi tagħkom, x'tixtiequ l-aktar li tingħataw?", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: L-ikbar problema li nsib hi l-akkwist tal-fondi.", "Aħna niddependu mill-fondi.", "Pereżempju, jiena rriżenjajt minn għalliema biex immur immexxi Ċentru Tbexbix.", "Għandi ħafna voluntiera għax nuża l-iskema tal-European Volontary Service tal-European Union Agency, u bħalissa għandi għaxar voluntiera barranin mill-Ewropa.", "Dawn jintagħżlu minħabba l-iskills differenti li jkollhom.", "Fil-fatt, hemm minnhom social workers u oħrajn student teachers.", "Ħafna minnhom studjaw fuq l-isports u l-kreattività, suġġetti li nieħdu gost bihom minħabba t-tfal.", "Imbagħad, f'ċerti affarijiet bilfors irid ikollok l-impjegati, għax ma tistax tmexxi NGO bil-voluntiera biss.", "Illum, ma tistax tkun professjonali jekk ma jkollokx ammont minimu ta' nies li jkunu impjegati full time.", "U l-problema hi kif se tħallas lil dawn in-nies.", "Meta ġieli napplikaw għall-fondi tal-Gvern, dejjem ikollok il-proviso biex tagħtihom project proposal li ma jinkludix il-pagi tal-istaff!", "Allura diffiċli ssib fondi biex tħallas lill-istaff.", "Pereżempju, jien għandi counsellor kwalifikata u din ma tistax toqgħod tagħmel il-counselling bla ħlas għax trid tgħix ukoll.", "Il-problema hi li jrid ikollna xi ħaġa biex insostnu lill-istaff għax dawn bilfors irridu nħallsuhom.", "ETIENNE GRECH: Minn fejn iġġibuhom il-fondi?", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Aħna għandna voluntiera mħallsin mill-Unjoni Ewropea, u mbagħad, fuq kull proġett li jkun hemm, dejjem inkunu rridu naraw kif se nagħmlu biex nibnu project proposal, li kważi kważi jkollok bżonn bniedem full time biex joqgħod fuqhom, għax imbagħad trid tagħmel ukoll ir-rapporti fuqhom.", "Kollox irid jiġi audited kif suppost, u dejjem irid ikollok il-co-funding.", "Issa, biex ikollok co-funding capacity trid tara minn fejn se ġġib il-flus.", "Pereżempju, jekk għandi proġett ta' €36,000, l-'Istrina' ma tagħtinix iktar minn €20,000 u, ħafna drabi, il-problema hi li tispiċċa taħli ħafna enerġija fuq dawn l-affarijiet, meta dik l-istess enerġija nkun nixtieq nużaha fl-edukazzjoni.", "Jiena għalliema, u rrid ngħallem u ngħin lit-tfal: imma, minflok ngħallem, ikolli noqgħod kull darba nagħmel dan ix-xogħol.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Nifhem ħafna dan il-punt li qiegħda ssemmi, u forsi nista' nissuġġerixxi xi ħaġa żgħira.", "Jiena naħseb li għandna ħafna NGOs li kieku jaqsmu l-amministrazzjoni ta' dawn l-issues ikunu jistgħu jagħmlu aktar burden sharing bejniethom, għax iktar ma jkollok nuklei żgħar, fejn kulħadd jipprova jagħmel kollox waħdu, aktar se jkollok riżorsi ddedikati għal oġġett wieħed biss.", "Allura, ma titħajrux bħala NGO li taqsmu n-knowledge u l-manpower ma' xulxin ħalli jkun hemm iktar expertise fuq kif forsi timlew il-karti u fuq kif tagħmlu l-applikazzjonijiet tagħkom, u allura jkun hemm iktar sinerġija f'din l-enerġija li kulħadd qiegħed jipprova jagħmel u juża b'mod individwali?", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Jien m'għandi l-ebda problema sabiex noħolqu network bejnietna.", "Hemm anke l-Forum tal-NGOs tal-Kottonera, li niltaqgħu regolarment flimkien.", "Fil-fatt, niltaqgħu qisu darba fix-xahar.", "Ħafna mill-NGOs huma part-time.", "Jiena full-time NGO għax niftħu minn filgħodu sa filgħaxija kuljum, u ovvjament dik tinvolvi ħafna xogħol.", "Imma, jekk ikun hemm dawn il-possibbiltajiet lili ma jdejqunix.", "THE CHAIRPERSON: Kieku kellek tagħti tliet prijoritajiet li huma importanti għat-trobbija tat-tfal f'din is-soċjetà li qed tinbidel, liema jkunu dawn il-prijoritajiet?", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: L-edukazzjoni hija importanti wkoll għall-ġenituri.", "Aħna nibbażaw ħafna fuq it-tfal; però, il-ġenituri huma importanti wkoll, u nħoss li hemm bżonn li nagħtu edukazzjoni għall-ġenituri.", "It-tieni ħaġa hija l-faqar.", "Hemm bżonn li nindirizzaw iktar l-issue tal-faqar.", "Naf li diġà qed isir xogħol f'dan ir-rigward, imma mhux biżżejjed.", "L-affarijiet l-oħra mbagħad jaqgħu taħt l-edukazzjoni.", "Pereżempju, kif jitgħallmu jgħixu ħajja b'inqas stress.", "Għandek ħafna affarijiet li ġejjin minħabba l-faqar u minħabba nuqqas ta' edukazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak ħafna tas-sehem tiegħek, u napprezza ħafna ħidmietek.", "Jalla ssib dik il-koperazzjoni li tant tixtieq, anke minn entitajiet oħra u minn istituzzjonijiet governattivi.", "IS-SINJURA CATHERINE AZZOPARDI: Nirringrazzja lilkom u napprezza l-fatt li smajtuni.", "Dak huwa d-dover tagħna.", "Issa nsejjaħ lil Fr Charles Attard, Direttur ta' Cana Movement.", "FR CHARLES ATTARD (Cana Movement): L-ewwel nett, nixtieq insellmilkom u nirringrazzjakom talli qed tistiednu lill-Cana Movement sabiex nagħtu l-veduti tagħna dwar dan is-suġġett.", "Xahrejn ilu sirt id-Direttur tal-Moviment ta' Kana, u għalhekk għadni qiegħed nibda f'din il-kariga.", "Imma x'inhi l-ħidma tal-Moviment ta' Kana?", "L-ewwel nett, din is-sena dan il-Moviment jagħlaq 60 sena mwaqqaf minn Dun Charles Vella, u l-iskop prinċipali tiegħu kien it-tisħiħ tal-familja nisranija.", "Ovvjament, dik hi l-viżjoni ġenerali; però, il-Moviment ta' Kana għandu wkoll diversi sub-groups.", "Minbarra l-veduti ġenerali, il-Moviment għandu fi ħdanu prinċipalment il-formazzjoni taż-żgħażagħ għaż-żwieġ, u jsiru diversi korsijiet ta' tħejjija għaż-żwieġ.", "Fil-fatt, wieħed mis-suġġetti tal-kors huwa proprju dak fuq \"ġenituri responsabbli\".", "Meta ngħid \"ġenituri responsabbli\", mhux qed nirreferi biss għad-daqs tal-familja, imma anke għal ġenituri responsabbli f'kull qasam.", "Inkunu ġenituri responsabbli fil-mod ta' kif se nkunu ġenituri.", "Il-korsijiet jitmexxew minn koppji mħarrġa apposta f'kors speċjalizzat li jorganizzah il-Moviment ta' Kana, u t-trainers huma wkoll nies professjonisti u li ħafna minnhom jagħtu din it-tip ta' ħidma b'mod volontarju.", "Għandna wkoll Gruppi Familji Insara.", "Dawn huma gruppi f'diversi parroċċi li jiltaqgħu darba fix-xahar biex jieħdu formazzjoni, u waħda mill-formazzjoni hija proprju fuq kif se nkunu ġenituri nsara.", "Waħda mill-affarijiet li tajjeb insemmi hawnhekk hi li l-Papa Franġisku, f'ħafna mill-udjenzi li kien jagħmel matul is-sena l-oħra, kien proprju jisħaq ħafna fuq il-bżonn tal-ġenituri li jkunu verament lesti li jagħtu trobbija nisranija kif irid Ġesù, imma wkoll trobbija umana, li hija l-bżonn li l-ġenituri jkollhom ħin ta' kwalità fil-familja.", "U din il-Papa jinsisti ħafna fuqha u semmieha f'bosta mill-udjenzi tiegħu matul is-sena li għaddiet.", "Il-Gruppi Familji Insara jindirizzaw ħafna dan it-tip ta' suġġett fil-laqgħat li jagħmlu.", "Jiena mmexxi grupp minnhom, u ħafna drabi dawn il-koppji jitkellmu fuq il-concerns tagħhom fil-familja.", "Kważi kważi, dawn il-koppji ma tantx jitkellmu fuq ir-relazzjoni ta' bejniethom, imma aktar jitkellmu fuq it-tfal, fuq kemm jinkwetaw għalihom, fuq kemm ikunu ta' sapport għalihom, u li għalihom ikunu kollox.", "F'dawn il-gruppi, ikun hemm ukoll din it-tip ta' diskussjoni; imma mhux hekk biss, għax wara kull laqgħa, ikun hemm speċi ta' homework li kull koppja trid timpenja ruħha li tagħmel minn laqgħa għal oħra.", "Il-Moviment ta' Kana jagħti wkoll servizz ta' sub-group, li ngħidulu l-Mother & Baby Club.", "Aħna nixtiequ li dan ikun f'ħafna parroċċi f'Malta, imma s'issa qiegħed f'għaxar parroċċi biss.", "Dan il-grupp jiltaqa' darba fil-ġimgħa, skont l-esiġenzi, u l-iskop tiegħu hu li fih nistiednu ġenituri, u xi kultant anke nanniet bi tfal żgħar - minn sena u nofs sa tliet snin - ikun hemm.", "F'dawn il-laqgħat, it-tfal jiġu mħarrġa biex jissoċjalizzaw, u allura dan il-club jgħin lit-tfal sabiex iħejju ruħhom għall-iskola.", "Tiskanta kemm it-tfal li jkunu qed jattendu dawn il-clubs isibuha faċli biex imbagħad jidħlu fl-iskola.", "Minħabba li dan is-servizz qiegħed għall-ommijiet u t-tfal, allura kemm lill-ġenituri kif ukoll lin-nanniet isservihom bħala okkażjoni biex jaqsmu bejniethom l-esperjenzi li jkunu għaddejjin minnhom waqt it-trobbija tat-tfal.", "Fl-aħħar nett, il-Moviment ta' Kana jagħti wkoll servizz ta' counselling, u jiena nitkellem ukoll mal-coordinators tal-counselling li jgħiduli li waħda mill-issues li jkunu diskussi f'dawn is-sezzjonijiet hija proprju dik tar-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied.", "Il-counselling ftit minnu jingħata b'mod volontarju, imma diversi counsellors jitħallsu wkoll.", "Hemm min jieħu onorarja, u hemm min jitħallas tas-sigħat li jagħti.", "Il-Moviment jagħti wkoll support lil persuni separati.", "Għandna żewġ gruppi ta' persuni separati u għandna facilitator f'kull grupp.", "Għandna grupp minn dawn is-separati li huma mħalltin, u mbagħad għandna grupp ieħor ta' separati li fih hemm nisa biss.", "Forsi 'l quddiem noħolqu wkoll grupp ieħor għall-irġiel separati.", "L-issue li tqum f'dawn il-gruppi hija d-diffikultà li jkollhom, speċjalment fir-relazzjoni tal-ġenitur ma' uliedu jew ma' uliedha f'din is-sitwazzjoni tas-separazzjoni.", "Imbagħad, hemm servizzi oħrajn li l-Moviment ta' Kana joffri, fosthom għandna grupp ieħor jismu \"Wanting and Waiting\", li huwa grupp għal dawk il-koppji li jkunu qed jistennew tarbija u li jkunu għaddejjin minn sitwazzjoni ta' infertilità.", "Madankollu, mhux se noqgħod nitkellem fuqu għax mhuwiex marbut mas-suġġett tal-lum.", "THE CHAIRPERSON: Fr Attard, inti għandek baggage ta' ħafna snin fi tliet parroċċi, u allura żgur li għandek esperjenza tal-familji.", "Apparti minn hekk, issa inti wkoll id-Direttur ta' Kana.", "X'inhu l-pjan tiegħek bħala l-way forward fir-raġunament ta' kif inhi s-soċjetà Maltija llum, b'mod partikolari meta nafu li ż-żwiġijiet qegħdin imorru wkoll lil hinn minn dak tal-Knisja, u meta nafu li għandna wkoll il-koabitazzjoni, kif ukoll ammont akbar ta' single mothers?", "Ħadt pjaċir nisma' li intom taċċettaw ukoll nanniet fil-Mother & Baby Club, però qegħdin taċċettaw ir-realtà tas-sitwazzjoni tal-familja jew tal-ġenitur proprja min hu?", "Nixtieq nisma' l-kummenti tiegħek dwar dan.", "FR CHARLES ATTARD: Mela, ħalli nitkellem fuq il-viżjoni tiegħi għall-Moviment ta' Kana għas-snin li ġejjin.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li l-Moviment ta' Kana ma jkunx xi ħaġa statika, imma jrid ikun xi ħaġa li dejjem tiġġedded.", "U waħda mill-affarijiet importanti hi dik li niftħu t-tieqa biex ikollna djalogu ma' kull qasam jew ieħor tal-familja.", "Kif kont qed nitkellem qabel ma dħalna għal din il-laqgħa, kemm hemm bżonn li l-Moviment ta' Kana jidħol ma' gruppi oħrajn li qed jaħdmu b'risq il-familja.", "Dik hija l-ewwel ħaġa.", "It-tieni haġa hi li jien nagħmel enfasi kbira fuq it-taħriġ tal-koppji mexxejja.", "Waħda mill-affarijiet sbieħ li għandu l-Moviment hi li dawn il-koppji mexxejja jiltaqgħu ma' żgħażagħ u, kif nafu, ħafna għarajjes huma proprju żgħażagħ.", "Jien se nagħmel enfasi kbira fuq il-bżonn tal-formazzjoni – mhux għax qabel ma kinitx – proprju minħabba l-fatt li r-realtajiet qegħdin jinbidlu, u allura se nagħti enfasi speċjali biex il-koppji mexxejja jieħdu wkoll taħriġ professjonali.", "Barra minn hekk, irrid nieħu ħsieb ukoll il-membri tal-Moviment u li, allura, ikun hemm formazzjoni regolari għall-membri tal-Moviment, fosthom għall-koppji mexxejja, għall-Grupp Familji Insara u għal dawn in-nies li jifformaw is-sub-groups.", "Il-formazzjoni hija xi ħaġa ongoing għax l-isfidi huma kbar, u għalhekk huwa importanti ħafna li dawn is-sub-groups ikollhom din il-formazzjoni skont il-ħteġijiet u skont l-isfidi li qiegħda tiltaqa' magħhom il-familja llum.", "Dawn huma ż-żewġ affarijiet li għandi f'moħħi li nixtieq nagħmel.", "THE CHAIRPERSON: U bħala prijoritajiet x'inhuma?", "FR CHARLES ATTARD: Minħabba li qed nitkellmu fuq il-parenting, u minħabba li ħafna drabi l-parenting jaqa' fuq l-omm, naħseb li dik hija l-ewwel prijorità.", "Jekk taqra l-istatistika ssib li kważi kważi hija l-omm li tieħu r-responsabilità tat-trobbija tal-ulied.", "Ma nafx jekk għandix nazzarda ngħid fuq jekk ix-xogħol tal-omm fil-familja li ma toħroġx taħdem għandux jiġi kkumpensat.", "Għalhekk, bħala prijorità, naħseb li għandu jkun hemm kumpens għall-omm li tibqa' id-dar biex tieħu ħsieb il-familja.", "Naturalment, hija xi ħaġa tajba u importanti li l-mara toħroġ taħdem, imma din qed tkun a skapitu tan-nuqqas tal-preżenza tal-omm fil-familja għax, wara li tmur lura d-dar, il-mara jkollha tagħmel ukoll ix-xogħol tad-dar.", "L-omm li tibqa' id-dar jista' ikun li qiegħda tiġi kkunsidrata bħala omm tas-second division għax forsi mhijiex qiegħda tkun ikkumpensata biżżejjed.", "Din niftakar li kien semmieha wkoll il-mibki Arċisqof Ġużeppi Mercieca, u kien hemm ħafna li ħaduh biċ-ċajt; però naħseb li din hija prijorità jekk irridu li l-parenting ikun verament parenting.", "It-tieni prijorità hija l-bżonn tal-formazzjoni tal-ġenituri.", "Kultant jiġri li l-ġenituri, minħabba dan il-burden kbir li għandhom għax iridu joħorġu jaħdmu, mhux qed ikollhom ċans ta' formazzjoni.", "Issa hawnhekk qed nitkellem mhux biss fuq il-formazzjoni tal-valuri nsara, imma anke fuq il-formazzjoni tal-valuri umani.", "Sfortunatament, xi kultant qed jiġri li l-ġenituri, minħabba dan il-piż, qegħdin jabdikaw minn din ir-responsabilità, u allura hemm bżonn li din nagħtu kasha wkoll.", "It-tielet prijorità hi li, wara li għaddiet il-Liġi tad-Divorzju, kien sar impenn min-naħa tal-Gvern sabiex nagħtu formazzjoni lil dawk il-koppji li ma ridux jiżżewġu bil-Knisja.", "Allura din hija importanti li tingħata, u naħseb li wasal iż-żmien li nerġgħu verament naħsbu fuqha.", "Jekk għandna koppji li jagħmlu l-għażla tagħhom li jiżżewġu biċ-ċivil jew inkella li jikkoabitaw, mela dawn għandhom jingħataw xi forma jew oħra ta' formazzjoni.", "ETIENNE GRECH: Smajtek tgħid li l-Moviment ta' Kana joffri edukazzjoni u assistenza lill-familji separati u lis-single parents, u li tħaddnu wkoll familji li jkunu jikkoabitaw jew li nkella jkunu miżżewġin biċ-ċivil.", "FR CHARLES ATTARD: Le, għalissa ma semmejniex li l-Moviment ta' Kana qed jagħti dak it-tip ta' support.", "Ħalli nikkjarifika ftit; fil-parroċċi hemm dik li ngħidulha l-Kummissjoni Familja, li taqa' ukoll taħt l-awspiċi tal-Moviment ta' Kana.", "Il-Kummissjoni Familja fil-parroċċa tieħu ħsieb li fiha jkun hemm ukoll persuni separati u anke persuni li qegħdin jikkoabitaw flimkien.", "U dan għaliex, kif jgħid il-Papa stess, huwa importanti ħafna li jkollna Knisja inklussiva.", "Issa, dak ma jaqax direttament taħt il-Moviment ta' Kana, imma pjuttost tkun esperjenza tal-kappillan jew tal-Kummissjoni Parrokkjali.", "ETIENNE GRECH: Dawk il-koppji gay li jkunu miżżewġin biċ-ċivil, jew inkella dawk il-koppji eterosesswali miżżewġin, imma li jkunu jħaddnu reliġjon oħra, xorta jistgħu jidħlu u jgawdu mis-servizzi tal-Moviment ta' Kana?", "FR CHARLES ATTARD: Waħda mill-affarijiet importanti hi li niftħu l-bieb għal kulħadd.", "Waħda mill-affarijiet li qegħdin naħsbu fuqha hi li niltaqgħu ma' ġenituri ta' persuni gay – u f'Malta diġà għandna l-grupp Drachma – għax hemm bżonn li l-Knisja tkun miftuħa għal kulħadd u għal dawn ir-realtajiet.", "U din ukoll hija waħda mill-viżjonijiet tiegħi għall-Moviment ta' Kana.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Father, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjak talli għoġbok tiġi hawnhekk.", "Naf li bħala d-Direttur tal-Moviment ta' Kana jkollok ħafna xogħol.", "Bla dubju ta' xejn, il-koppji għandhom rwol importanti fit-trobbija tat-tfal, u jien inħoss dispjaċir kbir jekk xi wieħed mill-ġenituri ma jkunx qiegħed ikopri l-irwol tiegħu li jagħti lill-uliedu dak kollu li jista' biex jagħtihom formazzjoni tajba.", "Issa, meta qed tgħid li l-omm qiegħda tieħu r-responsabilità, f'dan ix-xenarju fejn ikollok in-nanniet li qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom ukoll, kemm tħoss li n-nanniet qegħdin iġorru parti mir-responsabilità tat-trobbija tan-neputijiet?", "U meta niġu biex nitkellmu fuq il-familja, inti titkellem fuq il-familja b'mod li tinvolvi t-tfal u n-nanniet jew inkella li tinvolvi biss lill-ġenituri u lit-tfal?", "FR CHARLES ATTARD: Illum irridu bilfors nitkellmu fuq in-nanniet, u rridu ninkluduhom.", "Dan huwa xenarju ġdid għax illum għandna wkoll nanniet li qed joħorġu jaħdmu; imma, huwa importanti li dan ix-xenarju ninkwadrawh, għax in-nanniet, kif jgħid il-Papa stess, jgħallmuna wkoll bl-esperjenzi tagħhom.", "U ħafna drabi, l-esperjenza tan-nannu jew tan-nanna tkun esperjenza li ġġorr magħha r-rakkonti tat-tfulija u li, sfortunatament, dawn qegħdin nitilfuhom.", "In-nannu jirrakkonta kif trabba' – ejja ngħidu li din forsi tista' tkun nostalġija artifiċjali – u naħseb li huwa importanti li n-nannu jew in-nanna jirrakkonta dwar l-għeruq tiegħu.", "Għalhekk, iva, irridu ninkwadrawhom bilfors lin-nanniet.", "Fil-Mother & Baby Club nista' ngħid li jkun hemm ħafna nanniet, u dan għaliex il-ġenituri jkunu t-tnejn għax-xogħol.", "Ħafna mill-Mother & Baby Club sessions jiltaqgħu filgħodu, u jidhirli li hemm parroċċa waħda biss li jiltaqgħu filgħaxija.", "Xi kultant dawn jimxu skont l-esiġenzi tal-facilitator li jkun qed imexxi l-grupp; imma ħafna minnhom jiltaqgħu filgħodu u jaqgħu taħt l-awspiċi tal-parroċċa, imma huma kkoordinati mill-Moviment ta' Kana.", "Imma, biex inwieġbek fuq il-punt li semmejt, iva, l-irwol tan-nannu qed ikun ħafna iktar importanti milli kien sa ftit taż-żmien ilu, u allura bilfors li rridu ninkwadrawhom taħt l-awspiċi tal-Moviment ta' Kana.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Father, meta għedt li huwa importanti li nibdew noffru korsijiet għal dawk il-koppji li ma jiżżewġux bil-Knisja, dan ifisser li s'issa l-korsijiet ta' Kana mhumiex miftuħin għal dawk li ma jridux jiżżewġu bil-Knisja?", "FR CHARLES ATTARD: Le, għax il-korsijiet ta' Kana huma proprju għal dawk il-koppji li beħsibhom jiżżewġu bil-Knisja.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Fil-pjanijiet tiegħek, bħala Direttur tal-Moviment ta' Kana, beħsiebek tiftħu dan is-servizz għal dawk il-koppji li mhux se jiżżewġu bil-Knisja?", "FR CHARLES ATTARD: Naturalment, irrid nikkonsidraha din il-proposta għax tmur lil hinn mill-iskop oriġinali ta' dawn il-korsijiet.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: L-istess prinċipju tal-Papa li rridu ninfetħu ...", "FR CHARLES ATTARD: Din hija xi ħaġa li rrid niddiskutiha u nitkellimha mas-superjuri tiegħi.", "Issa, wara li għaddiet il-liġi, kien ingħata l-impenn li dawk il-koppji li jixtiequ jiżżewġu biċ-ċivil, kien se jieħu ħsieb l-Istat għalihom sabiex joffrilhom dawn il-korsijiet, imma s'issa din ma seħħitx.", "Ovvjament, jien irrid nitlob lill-Arċisqof jiggwidani fuqha, u ma nistax naqbad u nagħtik risposta issa.", "Nerġa' ngħid li l-għan speċifiku tal-Moviment ta' Kana huwa l-formazzjoni tal-koppja għal żwieġ nisrani, mentri dik hija realtà ġdida u għalissa ma nistax ngħidlek iva jew le.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Father, nista' nagħmillek sfida oħra?", "FR CHARLES ATTARD: Għidli.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Taħseb li huwa biżżejjed f'dinja li l-ħin kollu qed tinbidel li lill-koppji tagħna nagħmlulhom biss ftit lezzjonijiet qabel iż-żwieġ, u mbagħad inħalluhom waħedhom?", "FR CHARLES ATTARD: Le, mhuwiex biżżejjed.", "Fil-fatt, aħna wkoll, wara li jispiċċa l-kors ta' Kana, nistiednu lill-għarajjes biex, jekk iridu, jingħaqdu ma' gruppi oħra ta' għarajjes jew miżżewġin ġodda biex jieħdu l-formazzjoni tagħhom.", "Nista' ngħidlek li fil-Moviment ta' Kana għandna wkoll grupp ieħor jismu \"Jiena Dejjem Magħkom\", li huwa grupp ta' żgħażagħ miżżewġin li jiltaqgħu darba fix-xahar biex jieħdu formazzjoni ħolistika.", "Għandna wkoll gruppi ta' għarajjes.", "Kumbinazzjoni nhar it-Tnejn iltqajt ma' kappillan partikolari li qalli li, wara li spiċċaw il-kors ta' Kana, kien hemm grupp ta' għarajjes li baqgħu jieħdu l-formazzjoni.", "Jien naqra wkoll l-evaluation sheets ta' kull kors, u ħafna jgħidu li jixtiequ jibqgħu jattendu, però skont il-ġranet u l-ħinijiet.", "Fil-fatt, dik hija waħda mid-diffikultajiet kbar li għandhom il-koppji żgħażagħ, għax illum dawn qed jitgħabbew bi spejjeż enormi, u allura jkun diffiċli għalihom biex jattendu b'mod regolari għal dawn il-laqgħat.", "Apparti minn hekk, irridu ngħidu wkoll li xi kultant issib ċerta allerġija għal dawn il-laqgħat u, meta ċċemplilhom biex tfakkarhom għal laqgħa partikolari, jgħidulek li ma jistgħux għax ikollhom xi impenn ieħor.", "Għalhekk għandek ċerti diffikultajiet, imma hija xi ħaġa li diġà qiegħda ssir f'diversi parroċċi.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Father, naħseb li din hija problema kullimkien.", "Bl-Ingliż ngħidu \"prevention is better than cure\", u f'kollox hekk.", "Fil-fatt, in-nies ġeneralment jirrikorru għand il-professjonisti meta jkun tard.", "Pereżempju, imorru għand l-avukat meta tkun fatta la zorba, u jmorru għand it-tabib meta jibdew iħossu l-uġigħ ma' kullimkien.", "U naħseb l-istess jiġri f'dak li jirrigwardja l-Knisja u l-Moviment ta' Kana, għax ġeneralment il-problemi jkunu jeżistu diġà, u mbagħad jiġu għandkom meta jiggravaw.", "Allura, l-isfida l-kbira li nħoss jien li għandha l-Knisja u l-Moviment ta' Kana hija l-outreach, kif il-Knisja, permezz tal-parroċċi, permezz tal-kappillani u permezz tal-komunità kollha jkunu jafu verament x'inhuma l-isfidi tal-familji ġewwa l-parroċċi stess.", "Ovvjament, trid il-manpower u r-riżorsi biex tagħmilha xi ħaġa bħal din.", "Xi kultant dan ikun jiddependi wkoll mill-kappillan li jkollok fil-parroċċa.", "Dan, bħal kull ħaġa oħra, għax inti jista' ikollok għalliem li trid tħallsu biex ikellmek, u mbagħad jaf ikollok għalliem ieħor li mill-ewwel jagħraf li għandek problema, u jiġi hu minn jeddu fuqek.", "Allura, kif se nkunu qegħdin ninvestu fir-riżorsi tagħna biex immorru aħna għand il-familji u, jekk jista' ikun, naraw li dawk il-familji li qegħdin potenzjalment fi kriżi nkunu nistgħu nilħquhom minn qabel?", "Jiena naħseb li dik hija waħda mill-isfidi l-kbar li għandkom quddiemkom.", "FR CHARLES ATTARD: Il-mistoqsija nistgħu naqsmuha fuq żewġ punti.", "Inti semmejt li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura.", "Issa fil-korsijiet ta' Kana nkunu ċari ħafna, u lill-għarajjes ngħidulhom li jekk ma jħossuhomx ċerti, aħjar jaqbdu u jieqfu.", "U mhux l-ewwel darba li jkollok koppji li jieqfu meta jkunu qegħdin fil-kors, u dik hija xi ħaġa li aħna nħossuha ta' sodisfazzjon.", "Il-kors ta' Kana huwa challenging ħafna.", "Ħafna drabi l-Kummissjoni Parrokkjali Familja tagħmel dan it-tip ta' outreach.", "Ħafna drabi l-kappillan ikollu dawn it-tip ta' koppji li jkunu mħarrġin, għax illum mhux faċli li tmur tħabbat il-bibien tan-nies peress li, jekk dawn jaraw wiċċ mhux familjari, lanqas biss jiftħulek il-bieb.", "Għalhekk il-kappillan javża minn qabel li se jkun hemm dawn il-koppji li se jagħmlu kuntatt magħhom u li se jkellmuhom fuq diversi issues.", "Is-sena l-oħra, id-Direttur ta' qabli beda esperjenza ġdida billi għamilna ikona, stampa tas-Sagra Familja, u qegħdin nipprovaw niħduha parroċċa parroċċa billi l-kappillan isibilna koppji biex imorru b'din l-ikona għand il-familji, u jitkellmu magħhom fuq l-istat tal-familja u, jekk jinnotaw xi ħaġa li forsi ma tkunx qiegħda ddoqq sew, jirrapportaw lill-kappillan biex ikun jista' jieħu azzjoni.", "Dan ix-xogħol isir b'mod volontarju u b'imħabba kbira għall-familja.", "Fil-fatt, minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja ħafna lill-kappillani li qegħdin jagħmlu dan it-tip ta' xogħol, u nirringrazzja wkoll lil dawn il-koppji li qed jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom għal dan il-għan.", "Ħafna minn dawn il-koppji li qed jieħdu fuqhom din l-isfida huma żgħażagħ, u jagħmluha għax verament iħobbu l-familja.", "Dawn huma r-riżorsi li l-kappillan jiskoprihom ftit ftit meta jkun qed jiltaqa' mal-familji fit-tberik.", "ETIENNE GRECH: Father, xtaqt nistaqsi xi ħaġa fuq il-prinċipji li tħaddnu intom bħala Moviment ta' Kana.", "Jekk ikollok familji li tant sejrin ħażin li bażikament ma jkunux qegħdin jiffunzjonaw bħal, pereżempju, ikollok vjolenza domestika ripetuta u, għalkemm tipprova tfejjaqha billi tagħti servizz ta' counselling, eċċ., xorta waħda jibqgħu jsiru dawn l-abbużi, intom il-parir li tagħtu hu dak li ma jkomplux, jew inkella dejjem timxu bil-prinċipju li akkost ta' kollox, ladarba huma miżżewġin, mela jridu jibqgħu flimkien?", "X'inhu l-parir li tagħtu f'każijiet bħal dawn?", "FR CHARLES ATTARD: Naturalment, l-ewwel ħaġa li nissuġġerixxu aħna huwa l-counselling.", "U għalhekk nistidnuhom biex jiġu għandna ħalli jitkellmu magħna fuq din l-issue.", "Naturalment, jien ma nidħolx fis-sessions tal-counselling, imma nimmaġina li l-Counsellor, meta jara li hemm din it-tip ta' sitwazzjoni, żgur li mhux se jħalli dik it-tbatija għaddejja.", "Anke meta jien kont kappillan u kont niltaqa' ma' sitwazzjonijiet bħal dawn, ġieli tajthom il-parir biex jieqfu minn dik ir-relazzjoni għax ma jistax ikun li l-vittma tibqa' tbati!", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu biss fuq swat, imma qed nitkellmu wkoll fuq diversi tipi ta' vjolenza u abbuż.", "ETIENNE GRECH: Inti ġieli tajt parir lil parti mill-koppja biex titlaq minn dik ir-relazzjoni?", "FR CHARLES ATTARD: Iva, ikollha titlaq għax ma tistax tħalli din it-tbatija tipperpetwa ruħha.", "(Interruzzjonijiet) Għandek id-drittijiet tat-tfal u għandek kollox, jiġifieri bilfors li trid tagħti dak it-tip ta' parir u tgħidilha biex tara x'se tagħmel.", "FREDERICK AZZOPARDI: Father, jien ukoll nixtieq nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek fostna.", "Issa, bħala Għawdxi, ma nistax ma nitkellimx fuq il-post tagħkom f'Għawdex, għax jidher li s-servizz tagħkom naqas ħafna f'Għawdex.", "Ma nafx x'inhu l-pjan tagħkom u jekk forsi 'l quddiem intomx se terġgħu ddaħħlu dan is-servizz; imma hemmhekk għandkom post modern ħafna u li kontu akkwistajtuh wara ħafna taħbit.", "Imma llum jidher li s-servizz tagħkom mhux qed jinħass f'Għawdex.", "FR CHARLES ATTARD: Qiegħed nieħu gost li qed issemmi dan il-punt għax il-Moviment Kana kellu dar f'Għawdex, u issa din ħadha l-Isqof f'idejh.", "FREDERICK AZZOPARDI: U tlifna s-servizz tad-Dar ta' Kana!", "FR CHARLES ATTARD: Ħadha l-Isqof f'idejh, imma suppost hemm l-Istitut ...", "FREDERICK AZZOPARDI: Hemm strutturi f'Għawdex, imma s-servizz li kontu qed tagħtu intom kien aktar speċjalizzat.", "Jiena naħseb li dan il-punt għandu jiġi ssuġġerut.", "FR CHARLES ATTARD: Hekk hu.", "Din hija xi ħaġa li rridu niddiskutuha mal-Isqof; però, kien hemm żmien fejn kien hemm il-Moviment ta' Kana f'Għawdex u kienu jaħdmu ħafna flimkien.", "Naturalment, din hija xi ħaġa li rridu nitkellmuha ma' Mons. Victor Grech ħalli naraw kif nistgħu nerġgħu nagħtu l-ħajja lid-Dar ta' Kana f'Għawdex.", "Naf żgur li bħalissa hemm Dun Anton Theuma li qed jieħu ħsieb dan l-Istitut.", "FREDERICK AZZOPARDI: Intom għandkom l-esperjenza, u ilkom ħafna mwaqqfin.", "Dun Anton għandu esperjenza wkoll, imma m'għandux il-grupp ta' nies li jista' jikkoordina x-xogħol, bħalma kienet tagħmel id-Dar ta' Kana.", "FR CHARLES ATTARD: Hekk hu.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn li nerġgħu naraw ftit is-sitwazzjoni tagħna f'Għawdex, u din irridu nitkellmuha mal-Isqof.", "(Interruzzjonijiet) Ħadt gost li semmejt dan il-punt għax anke lilna tinkwetana wkoll.", "FREDERICK AZZOPARDI: Irridu naħdmu flimkien biex jerġa' jidħol dan is-servizz f'Għawdex.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna, Father, u napprezza l-preżenza tiegħek.", "Naħseb li miegħek tkellimna ma' istituzzjoni u ma' pilastru f'dak li għandu x'jaqsam mal-formazzjoni tal-koppji, kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam mal-manteniment tal-familja bħala struttura.", "L-uniku appell li nista' nagħmillek hu li jalla l-Gvern ikompli jikkoopera magħkom fuq dan l-aspett ta' servizzi, ħalli dak li forsi intom ma tistgħux toffru, joffrih il-Gvern, f'ambitu differenti u mingħajr ma jkun hemm kumplikazzjonijiet, imma billi titħalla l-għażla ħielsa tal-individwu.", "Grazzi.", "Issa nsejjaħ lil Fr Vincent Magri mill-Paulo Freire Institute sabiex jagħtina l-preżentazzjoni tiegħu.", "FR VINCENT MAGRI (Direttur, Paulo Freire Institute): L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-opportunità li qed tagħtuna.", "Ma nafx jekk tafux min kien Paulo Freire?", "THE CHAIRPERSON: Nammetti li jien ma nafx min hu.", "FR VINCENT MAGRI: Paulo Freire kien edukatur Brażiljan, filosofu tal-edukazzjoni, u kien kontroversjali ħafna, imma kien ukoll ta' fama mondjali.", "Fil-fatt, Paulo Freire kien jgħid li l-edukazzjoni trid tkun minn isfel għal fuq u mhux minn fuq għal isfel!", "(Interruzzjonijiet) Aħna hawn Malta għandna wieħed mill-aħjar esperti ta' Paulo Freire.", "L-edukazzjoni suppost li għandha t-tir li tifforma ċittadini li jikkontribwixxu b'mod sħiħ fis-soċjetà.", "Issa l-edukazzjoni tal-lum hi li hi.", "Huwa importanti wkoll li titgħallem is-suġġetti u l-ħiliet akkademiċi, imma dik it-tip ta' edukazzjoni mhux bilfors teduka biex wieħed ikun verament ċittadin u li jipparteċipa fis-soċjetà politika.", "Il-Paulo Freire Institute huwa wieħed mill-ewwel NGOs li kien hawn f'pajjiżna.", "Fil-fatt, aħna niffokaw fuq il-problema tal-illiteriżmu.", "Ilna stabbiliti mis-sena 2000, u qegħdin lokalizzati fiż-Żejtun.", "Naturalment, qegħdin iż-Żejtun mhux għax hemmhekk hemm xi problema partikolari.", "Pereżempju, jekk nieħdu l-istatistika, naraw li l-problema qiegħda wkoll in the Harbour area, fis-South, u anke fin-North.", "Meta morna ż-Żejtun biex naħdmu fil-qasam soċjali, skoprejna li kien hemm problema kbira fit-tfal, u fil-fatt bdejna naħdmu mat-tfal.", "Illum, naħdmu wkoll mal-adulti, u noffru servizz biex ngħinu lil dawk li għandhom learning difficulties u jixtiequ jitgħallmu jiktbu bil-Malti jew bl-Ingliż.", "Illum, għandek nisa li qed joħorġu jaħdmu u jitolbuhom xi ftit background fl-Ingliż.", "Il-problemi tal-illitteriżmu f'Malta huma varji, u hemmhekk se tmiss il-familja u l-problemi soċjali tagħha.", "Ħalli nibdew minn hemmhekk.", "Bħala appoġġ u backup għandna social work service.", "Għandna żewġ part-time social workers tal-Appoġġ li qegħdin jaħdmu ma' dawn il-familji.", "Fuq din il-problema hemm ħafna xi tgħid, imma jien se niffoka fuq it-tfal.", "Intom tafu li anke l-Ministru Evarist Bartolo għandu problema kbira b'ħafna żgħażagħ li ma nafux x'se naqbdu nagħmlu bihom!", "Issa dawn ma jsirux hekk wara 11 jew wara 16-il sena skola, imma jkunu bdew juru xi sinjali minn ħafna qabel, u jkunu ġejjin ukoll minn ambjenti diffiċli.", "Bħalissa għandna proġett għal dawn it-tfal li għandhom problemi emozzjonali.", "Issa għalfejn it-tfal ma jitgħallmux l-iskola?", "Għandek diversi raġunijiet.", "Pereżempju, jista' ikollok tfal li jbatu mid-Dyslexia.", "Jekk nidħlu f'dan il-kamp ma nispiċċawx, imma ħafna drabi t-tfal qegħdin f'sitwazzjonijiet diffiċli u allura l-iżvilupp tagħhom jiġi bblokkjat.", "Dawn imorru l-iskola, imma ma jkunux jistgħu jikkonċentraw biex jitgħallmu għax għandhom problemi emozzjonali.", "Jien dawn nibda narahom fi tfal li qegħdin fiċ-child centres, għax jien qiegħed ukoll fil-Bord taċ-Child Care Centre taż-Żejtun.", "Illum tara tfal li l-ġenituri tagħhom jitfgħuhom hemmhekk biex ikunu jistgħu jmorru jaħdmu.", "U xi kultant tara tfal li they behave differently u juruk li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Jien għandi liaison tajjeb ħafna mal-iskola, speċjalment mal-Primarja, u allura wara l-ħin tal-iskola nagħtu lil dawk it-tfal ftit aktar għajnuna.", "Dawn l-affarijiet ma tistax tindirizzahom b'mod amatorjali għax inkella ma tasal imkien!", "Ma ninsewx li l-Paulo Freire Institute huwa NGO, u niddependu ħafna mill-fondi.", "U jien nipprova nsib il-fondi biex lil dawn it-tfal inkun nista' noffrilhom għajnuna professjonali.", "Pereżempju, bħalissa għandna proġett għal dawn it-tfal li qegħdin fil-Primarja u li jkunu qegħdin juru xi emotional problems.", "Aħna nipprovaw nagħtuhom after-school help bħal drama therapy, emotional literacy u hydrotherapy fil-pool.", "Jien naf li aħna noffru ħafna servizzi, u hemm ħafna riżorsi oħra fl-iskejjel; imma dawn huma biżżejjed?", "M'aħniex noffru biżżejjed!", "Aħna nassessjaw mill-ewwel lil dawn it-tfal u nkunu nafu x'inhuma l-problemi tagħhom.", "Għandek imbagħad il-follow-up.", "Jekk inti evalwajt tifel u sibt li għandu emotional problems, inti qed tagħtih għajnuna darba fil-ġimgħa għal sena sħiħa.", "Jekk se jarah il-psikologu jew it-terapista …", "L-ewwel ħaġa nafu li dan is-servizz lanqas għandna biżżejjed fl-iskejjel, u allura jrid jiġi pprovdut.", "Il-filosofija tiegħi hija din u qed naraha mil-lat pożittiv għax, jekk dawn it-tfal illum għandhom 16-il sena, nafu li għandhom il-problemi u ma nafux x'se nagħmlu bihom, jiena ngħid li jekk naqbduhom minn meta jkunu għadhom żgħar u naħdmu magħhom … Inti għandek sentejn Kindergarten, għandek sitt snin Primarja, u għandek ħames snin Sekondarja, so that is a long time.", "Jekk aħna niffukaw fuq dawn it-tfal bir-riżorsi li għandna, jiena konvint li, sa meta jaslu għas-16-il sena, dawn ikunu differenti.", "Din it-tip ta' għajnuna għandhom bżonn dawn it-tfal u, ovvjament, irridu naħdmu wkoll mal-familji.", "U għalhekk irridu noffru wkoll family therapy.", "Jiġifieri, irid ikollok combination ta' dawn l-affarijiet, u bħalissa qegħdin nikkonċentraw fuqhom.", "Għandek ħafna counselling u therapy.", "L-NGO tagħna qiegħda taħdem biex tipprova teradika l-faqar mis-soċjetà tagħna.", "Dan hu l-għan ewlieni tiegħi.", "Issa, li kieku ma tħallsilhomx inti għal ċertu servizzi, dawn il-familji ma jkunux jistgħu jħallsuhom minn buthom.", "Kemm hawn familji li jistgħu jħallsu minn tal-inqas €30 biex jaraw terapista?", "U allura b'xi mod irridu noffruhulhom aħna.", "Jien nitkellem fuq dawn l-affarijiet, u nixtieq li nippromwovi din il-proposta biex ikun hemm dawn it-tip ta' riżorsi fl-iskola.", "Jekk il-Gvern ma jistax jagħtihom fl-iskejjel, he can outsource these problems bħalma nagħmlu f'affarijiet oħra.", "Nerġa' ngħid li dawn huma affarijiet importanti ħafna.", "Issa, għandi xi mistoqsijiet fuq dak li staqsejtu qabel, jew inkella, jekk tridu, tistgħu tagħmluli xi mistoqsijiet intom.", "THE CHAIRPERSON: Xi tgħidilna fuq il-prijoritajiet għat-trobbija tat-tfal?", "FR VINCENT MAGRI: Bħalma nafu, għandna single mothers li qed irabbu t-tfal tagħhom, u dawn għandhom responsabilità kbira fuqhom, u ovvjament għandhom ħafna pressure u stress.", "Għalhekk għandhom bżonn ta' ħafna għajnuna.", "Trid tingħata l-għajnuna lit-tfal ukoll għax l-istress qiegħed ukoll fuqhom.", "Semmejtu wkoll il-problemi tas-separazzjonijiet.", "Aħna rridu nkunu nafu s-separazzjonijiet x'impatt qed iħallu fuq it-tfal, imma żgur li dan l-impatt huwa wieħed negattiv.", "Għandek ukoll l-istili ta' parenting differenti, għax it-tfal daqqa jkunu mal-missier, u daqqa jkunu mal-omm.", "Għandek dawk it-tfal li jkunu fil-fostering, fejn xi kultant indumu sitt xhur sakemm niddeċiedu x'se nagħmlu bihom, u t-tfal ma jafux x'se jagħmlu.", "Waħda mill-prijoritajiet għalija huma t-tfal batuti u t-tfal fqar.", "Aħna naħdmu fuq il-faqar, imma l-faqar f'Malta ma jidhirx.", "ETIENNE GRECH: Jien għandi esperjenza kbira ż-Żejtun għax ilni 20 sena naħdem bħala tabib hemmhekk.", "Inti m'għandekx biss l-illitteriżmu, imma għandek ukoll il-faqar.", "Intom ġieli ċempiltuli meta jkun hemm dawn it-tip ta' problemi soċjali.", "FR VINCENT MAGRI: Fil-fatt, is-social workers huma mimlijin b'każijiet ta' generic social work, u aħna ngħinu lil ħafna nies.", "ETIENNE GRECH: U naħseb għandkom ukoll nuqqas ta' riżorsi.", "FR VINCENT MAGRI: Waħda mill-problemi tagħna hi li, minn din is-sena, xi ħadd waqqfilna l-grant li konna nieħdu.", "Aħna konna nirċievu grants mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, imma xi ħadd din is-sena qalilna li mhux se jagħtuhulna aktar is-service agreement.", "Aħna ilna mis-sena 2000 noffru dan is-servizz.", "Dan mhux proġett imma huwa servizz, u jien għandi bżonn service agreement biex inkompli bix-xogħol tiegħi.", "Ix-xogħol hemm qiegħed, u kulħadd jista' jarah!", "Aħna mhux qed naħlu l-flus!", "Din is-sena kelli napplika għall-VOPS, u ma nafx jekk humiex se jagħtuni l-flus jew le.", "Jekk ma jagħtunix dawn il-flus, se jaqtgħuli s-social work service li ningħata.", "L-Appoġġ se jibagħtuli l-invoices, u jien mhux se nkun nista' inħallashom.", "Dan huwa mudell sabiħ, fejn l-Appoġġ joffruli żewġ social workers, u jien inħallashom tas-servizz li jagħtu.", "Dawn iż-żewġ social workers qed joffru servizz fil-lokalità, u qed jindirizzaw il-bżonnijiet ta' ħafna min-nies.", "Issa, terġa' li jien ma nieħu l-ebda ċenteżmu minn dawn il-fondi.", "Mhux qed nesaġera, imma jiena naħdem aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa.", "Iddedikat aktar minn full-timer, u nipprova nġib il-fondi.", "Is-Sinjura li hawn maġenbi hija għalliema, u hija sekondata miegħi.", "Għandi wkoll ġuvni li kien qiegħed fuq l-iskema tal-ETC, issa tawh full-time job u qiegħed jaħdem miegħi.", "U t-tnejn huma ta' għajnuna kbira.", "L-ewwel xi ħadd staqsa għalfejn aħna l-NGOs ma naħdmux flimkien; imma tajjeb ngħidu li l-Gvern kellu s-sistema tal-LEAP.", "X'sar minnha dik is-sistema?", "Jien kont nemmen fiha, u kont nemmen fil-filosofija tal-LEAP.", "Fil-fatt, kont bdejt nipparteċipa fiha wkoll għax hija sistema tajba.", "Huwa tajjeb li l-NGOs jersqu lejn xulxin u jaħdmu flimkien għall-bżonnijiet tan-nies.", "Imma x'sar mis-servizz tal-LEAP?", "Kien hemm ħafna riżorsi mill-Ewropa, imma fejn marru dawn?", "Din qiegħda mal-Ministeru għall-Familja Soċjali.", "ETIENNE GRECH: Lejn in-naħa taż-Żejtun hemm xi ċentru, jekk mhux sejjer żball.", "Aħna konna fil-LEAP.", "Il-LEAP iġib miegħu l-NGOs u l-entitajiet kollha li qed jaħdmu fil-komunità.", "Miegħu jżid ukoll l-entitajiet tal-Gvern li jaħdmu wkoll bħala servizzi soċjali.", "U konna naħdmu flimkien.", "Imma f'daqqa waħda l-LEAP sparixxa.", "Jien ma nafx x'sar minnu!", "(Interruzzjonijiet) Le, iż-Żejtun qiegħed mas-South East Region bħala LEAP.", "Issa jien qiegħed nagħmel din il-kritika b'sens kostruttiv.", "X'qed isir mil-LEAP?", "Aħna suppost bdejna noffru servizz biex naħdmu għan-nies foqra.", "Aħna drop-in centre, u kulħadd jista' jiġi hemmhekk għall-għajnuna.", "X'sar f'daqqa waħda?", "Jien qed inħossni waħdi!", "PAULA MIFSUD BONNICI: X'qegħdin tagħmlu differenti mis-sena l-oħra?", "Sas-sena l-oħra, kontu qegħdin tingħataw il-grants.", "Mela x'hemm differenti?", "FR VINCENT MAGRI: Issa applikajt għall-VOPS bħala proġett, u nittama li jagħtuni l-flus li għandi bżonn.", "Jien noħroġ aktar flus ma' dawk li jagħtuni, u rrid insib minn fejn se nġib il-fondi.", "Nittama li l-NGOs verament narawhom bħala għajnuna fis-soċjetà, għax xi kultant nibda niddubita jekk verament irridux ngħinuhom lill-NGOs!", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Personalment jiena naħseb li l-NGOs għandhom rwol importanti ħafna.", "Father, l-ewwel inti għedt li l-faqar huwa moħbi, u din lili laqtitni.", "Inti li tkun aktar qrib ta' din il-problema minn nies oħra li jaraw biss l-istatistika u li mhumiex daqshekk hands-on fuq il-problema.", "Tista' tgħidilna kif tista' attwalment tikkalkula li hi kbira l-problema?", "X'inhuma s-soluzzjonijiet biex tindirizza din il-problema?", "Ġieli kif tibda tara kif jikkalkulaw il-faqar, ikun hemm affarijiet li lilna forsi ma jolqtuniex daqshekk, bħal, pereżempju jaraw jekk għandekx kamra tal-banju, televixin, eċċ., u allura ma tkunx qiegħed tikkumpara like with like.", "Issa jien mhux għall-istatistika qed nirreferi, imma għall-ħajja veru tal-individwu.", "Naf ċert li xi ħadd li jkun fil-faqar se jgħaddi ħajja ta' tbatija aktar milli kieku ma kienx fil-faqar.", "Aħna jinteressana li l-faqar nindirizzawh ħalli kemm jista' jkun in-nies ma jbatux.", "Kif taħseb li għandha tiġi mkejla l-problema tal-faqar la hija daqshekk moħbija?", "Kif għedna, forsi minn barra l-affarijiet jidhru sbieħ, imma mbagħad meta tidħol ġewwa, inti ssib realtà differenti.", "FR VINCENT MAGRI: L-ewwel nett, għandek id-dħul medju.", "Jekk bniedem ma jaqlax 60% tal-paga medja nazzjonali, dan se nqisuh bħala li qiegħed f'riskju ta' faqar.", "Imbagħad, għandek il-fattur ta' jekk familja għandhiex ċerti affarijiet materjali.", "Issa jiena naħseb li, biex tkun taf min verament qiegħed fil-faqar, trid tkun viċin ta' dawn in-nies u jrid ikollok kuntatt magħhom.", "Il-faqar huwa relattiv għax jista' jkollok familja li għandhom washing machine, imma jekk din tinkiser ma jkollhomx biex jixtru oħra l-għada.", "Għandek ukoll il-problema kbira bil-kera tal-postijiet.", "Bħalma tafu, il-kera is always flactuating.", "Jien naf b'postijiet il-Qajjenza fejn in-nies qed jgħixu f'garaxxijiet, u qed iħallsu l-kera tagħhom!", "Ejjew nieħdu kera medja ta' €400 fix-xahar.", "Kemm hija l-pensjoni minima?!", "Għalhekk bħalissa l-kera qed issir problema.", "Pereżempju, is-single mothers huma fost it-tliet kategoriji ta' nies li huma fil-faqar.", "Fil-fatt, għandek it-tfal, is-single mothers u l-anzjani – speċjalment dawk li qegħdin bil-pensjoni minima – li huma meqjusin li qegħdin fil-faqar.", "Issa mhux qed ngħidu li ma jkollhomx x'jieklu, għalkemm xi kultant issib lil min lanqas ikollu x'jiekol ukoll.", "Ġieli jiġu nies ikellmuni u jgħiduli li għamlu xirja lil xi ħadd għax m'għandux biex jixtri x'jiekol, jew inkella jgħiduli li jżommu ħafna affarijiet tal-ikel biex ikollhom xi jqassmu!", "Jekk pereżempju, għandek familja bi tlett itfal li għandhom il-kondizzjoni tal-awtiżmu, u l-omm ma tistax toħroġ taħdem biex toqgħod mat-tfal, u r-raġel qiegħed fuq il-paga minima, kif jistgħu jlaħħqu mal-ħajja?!", "U hemm ħafna familji bħal din li semmejt.", "Apparti minn hekk, jista' ikollok lil xi ħadd li jaqa' fil-faqar mil-lum għal għada!", "Hemm ħafna familji li jkunu sejrin tajjeb għax ikunu qegħdin jaħdmu; imma, hekk kif xi ħadd minnhom jiġi bla xogħol, jaqgħu mill-ewwel fil-faqar!", "Jekk inti tiddependi fuq żewġ salarji u, għal xi raġuni jew oħra, titlef wieħed minnhom, inti se taqa' awtomatikament fil-faqar għax ma tkunx tista' tlaħħaq mal-impenji tiegħek.", "Tiġi iebsa ħafna l-ħajja.", "ETIENNE GRECH: Father, qiegħed nisma' kemm fir-realtà hawn problemi ta' familji, problemi ta' faqar relattiv, jew ta' faqar fejn it-tfal ma jsibux min jgħinhom jitgħallmu jew lil min jikkonduċihom iktar biex isegwu l-edukazzjoni, u problemi ta' familji li mhumiex flimkien jew miġġildin.", "Imma, xi ħaġa li nnutajt mis-social media hi dik li hawn Malta għandna ħafna psikologi kkwalifikati.", "Fil-fatt, kont sorpriż kemm għandna professjonisti f'pajjiżna.", "Imma, donnu li mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mad-Dipartiment tas-Saħħa m'hemmx biżżejjed psikologi li jagħtu kontribut kbir fil-problemi soċjali.", "Il-psikologi huma parti mit-tim biex jagħtu pariri lill-familji.", "Pereżempju, il-Gvern ingaġġa miegħu l-LSAs, u dan l-aħħar rajt li ngaġġa numru ta' social workers mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.", "Kien hemm numru kbir ta' Junior Social Mentors li ġew ingaġġati.", "Dawn iduru biex jaraw x'inhuma l-problemi soċjali.", "Issa jiena nħoss li apparti li għandhom jiġu ngaġġati mal-Gvern u mal-iskejjel, ikun tajjeb li jkun hemm minnhom li jiġu sekondati ma' NGOs bħalkom.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel appell biex, jekk il-Gvern sab il-flus għal affarijiet oħra, jara li jagħti l-istess importanza għal dan il-għan ukoll.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-kwestjoni tal-kera tad-djar.", "Jien inħoss li, minħabba li l-Gvern kien għamilha obbligatorja, xi baġit jew tnejn ilu, li dawk li għandhom postijiet għall-kiri għandhom iħallsu taxxa ta' 15%, din awtomatikament għolliet il-kera tagħhom.", "Jien nisma' b'ħafna nies li huma mweġġgħin biha din, u hija problema soċjali prominenti ħafna.", "Nisma' b'nies li qed isibu problemi kbar biex iġibuha żewġ għax qed jonfqu minimu ta' €350 fix-xahar biex jikru post. Din is-sena l-Gvern alloka €50 miljun għall-Housing, imma jiena naqbel li għandu jkun hemm xi forma ta' sussidju; u allura, bħalma ġiet inforzata t-taxxa fuq dawk li jikru l-proprjetà, għandu jkun hemm xi forma ta' għajnuna billi parti minn dik it-taxxa li tinġabar tmur biex tgħin lil dawk in-nies l-aktar li huma fil-bżonn.", "U nixtieq nagħmel appell li jien naqbel magħha din il-ħaġa.", "PAULA MIFSUD BONNICI: L-ewwel semmejt ħafna n-NEETS, u allura nixtieq inkun naf jekk inti, fix-xogħol li twettaq, din hijiex qiegħda tkun riflessa fil-familji, u ċjoè li t-tfal jirtuha din mingħand il-ġenituri tagħhom?", "Mela għandek tifel jew tifla li, għax jara lill-ommu jew lill-missieru qatt ma jaħdmu u bla ħiliet ta' xejn, dan it-tifel jispiċċa aktar inklinat biex ma jagħmel xejn f'ħajtu.", "Issa x'tistgħu tagħmlu intom biex naraw li ma jkunx hemm din it-trend li t-tfal jaraw fil-familja tagħhom?", "FR VINCENT MAGRI: Prosit, dik hija importanti ħafna.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-intergenerational poverty.", "Pereżempju, hawnhekk nixtieq nagħmel appell fuq iċ-childcare centres.", "Ovvjament, dan huwa proġett tajjeb ħafna.", "Jien qiegħed fl-Antipoverty Network li għandu l-bażi tiegħu fi Brussell, fejn jiġu mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa biex jitkellmu fuq il-problemi ta' faqar li hemm f'ċerti pajjiżi fl-Ewropa.", "U dawn, meta ssemmilhom ic-childcare centres jarawha bħala xi ħaġa inkredibbli.", "Issa bħalissa, għaċ-childcare centre jikkwalifikaw dawk li jkunu qegħdin jaħdmu jew jistudjaw.", "Biex tkisser iċ-ċirku vizzjuż ta' faqar jien inħoss li dan huwa wieħed minnhom.", "Fejn għandek l-unemployment u fejn għandek problemi soċjali, it-tfal se jkunu esposti.", "Issa, ikun tajjeb li t-tfal mhux immorru u nwaddbuhom fiċ-childcare minn filgħodu sa filgħaxija, mit-Tnejn sal-Ġimgħa!", "Jien inħoss li wieħed għandu jindirizza ċ-childcare centres mill-punto di vista tat-tfal, u mhux narawhom biss mill-vantaġġ li jagħtu lill-ġenituri biex dawn imorru jaħdmu.", "U għalhekk irridu naraw x'qegħdin nagħmlu.", "Jien personalment inħoss li hija xi ħaġa negattiva li inti tieħu lit-tfal minn filgħodu sa filgħaxija, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, biex inti tkun tista' tmur taħdem, għax jista' ikun li mbagħad inkunu qed nagħmlu ħsara lit-tfal.", "Inti għandek exposure ta' tfal f'ambjent soċjalment vulnerabbli u, fejn hemm il-faqar, li qed tagħtihom il-possibiltà li jkunu ma' tfal oħra u ma' child carers li jafu jrabbu aktar aħjar, u li jafu jgħallmu lit-tfal aktar aħjar.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq tfal taħt it-tliet snin, u jien inħoss li hemmhekk lit-tfal tkun ftaħtilhom ftit tieqa biex tagħtihom xi ħaġa oħra differenti minn dak li jaraw fl-ambjent tagħhom, u b'hekk kemm jista' jkun tkisser xi ftit l-images negattivi li jkunu qegħdin jassorbu fil-familja tagħhom, li hija totalment dysfunctional.", "Jien inħoss li dawn għandhom bżonn l-għajnuna tal-Gvern u li dan, b'xi mod jew ieħor, irid jipprova jara kif jista' jagħti din l-opportunità lil dawn in-numru ta' familji li qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "Naħseb li dik hija waħda minnhom.", "Fuq it-tfal, f'Malta għandna problema oħra li hija marbuta mar-rata tal-fertilità.", "I think this is a concern għax il-fertility rate ta' pajjiżna hija ta' 1.42, li hija rata ferm inqas mill-medja tal-Ewropa.", "Issa aħna nafu li xjentifikament din ir-rata trid tkun ta' 2.1 biex tkun fuq livell normali.", "Mhux ta' b'xejn li ngħidu li għandna tfal waħedhom u li jilagħbu biss bil-gadgets!", "Dan qed ngħidu mill-aspett demografiku u mhux mill-aspett morali.", "Dik hija importanti ħafna.", "U nixtieq nagħmel appell ieħor; intom tafu li de facto l-iskola hija s-sena kollha għax fis-sajf għandek ukoll is-summer school, li hija xi ħaġa tajba.", "Fis-sajf se tagħti a non-formal education, imma nispera li tkun a non-formal education li verament tkun edukattiva, u mhux naraw lit-tfal jilagħbu biss.", "Hemmhekk għandek iċ-ċans biex lit-tfal nesponuhom għal affarijiet oħra, fosthom kultura, mużika, palk, eċċ. Jiġifieri, hemmhekk lit-tfal nistgħu nagħtuhom xi ħaġa differenti u li tkun tinteressahom.", "FREDRICK AZZOPARDI: Ħalli nistaqsi xi ħaġa żgħira.", "Mill-esperjenza tiegħi nnutajt ukoll li jkun hemm ċertu tfal li jkunu sejrin tajjeb ħafna l-iskola, imma minħabba l-bullying dawn jibdew jaqgħu lura.", "Intom tidħlu biex tagħtu din it-tip ta' għajnuna fuq bullying?", "FR VINCENT MAGRI: Iva, tidħol għax meta jiġu l-ġenituri għandna u jgħidulna li t-tifel tagħhom waqa' lura, li ma jafx jaqra u mhu jaqbad xejn, ninduna li dan għandu xi problemi emozzjonali u nagħtuh drama therapy.", "U mit-terapija jista' joħroġ li t-tifel qed jiġi bullied.", "Illum importanti ħafna li l-NGOs ikollhom il-possibiltà u r-riżorsi meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħtu servizz professjonali.", "Jekk naħsbu li l-NGOs huma xi ftit volontiera li jagħmlu xi ftit affarijiet hekk, żgur li qed naħsbu ħażin.", "Il-volontiera dejjem tridhom, u fil-fatt jien għandi ħafna volontiera miegħi.", "Pereżempju, nagħti possibilità lill-istudenti li qegħdin fis-Sixth Form sabiex jiġu jgħinu lit-tfal żgħar.", "B'hekk lit-tfal tkun qed tagħtihom exposure, u dawn l-istudenti jiġu jgħinuhom fil-homework tagħhom u jagħtuhom xi ftit tal-coaching ukoll.", "Għandi teacher li huwa wkoll koordinatur li jagħti ftit training lit-tfal, u jkun ta' mentor għalihom ukoll.", "Fl-istess ħin, għalihom hija esperjenza, u aktar ma tagħtihom one to one attention lil dawn it-tfal, aktar aħjar.", "Speċi qisek qed tagħtihom lezzjonijiet tal-privat b'xejn.", "IS-SINJURA CHRISTINE GRECH (Għalliema, Paulo Freire Institute): L-istudenti li qegħdin jiġu biex jgħinuna qed isiru huma stess konxji tal-faqar edukattiv li hawn fostna.", "Għalhekk, din taħdem minn kull angolu għax it-tfal qed jieħdu servizz, u dawn l-istudenti qed jagħtu servizz lil dawn it-tfal u fl-istess ħin qed jaraw b'għajnejhom stess kemm hawn tfal u ġenituri batuti.", "Meta aħna naħdmu mat-tfal, naħdmu wkoll mal-ġenituri.", "Ġieli jiġu ġenituri u jgħidulna li t-tifel tagħhom ilu bullied minn Year 1, u bħalissa jkun qiegħed Year 3!", "Issa l-proċess biex jgħaddu minn Statementing Board huwa wieħed twil, u aħna hawnhekk inkunu xi ftit antipatiċi u nibqgħu niffittaw lin-nies permezz tal-e-mails biex il-proċess jitħaffef.", "Dawn in-nies ma jafux jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom u ta' uliedhom, u allura nidħlu aħna biex niġġieldu għad-drittijiet tagħhom, u biex almenu jidhru quddiem l-iStatementing Board.", "Jekk hemm bżonn LSA, tiġi meta jkun hemm bżonnha, u mhux dan it-tifel jasal Year 6 u jibda s-Sekondarja bi problemi kbar.", "Aħna ngħallmu lill-ġenituri biex ikunu assertivi.", "Ma nistax għaliha meta tiġi xi omm quddiemi u tgħidli l-kliem; \"Għax jien ma nafx\".", "Meta jgħiduli hekk, indur fuqhom u ngħidilhom li la huma ġenituri ma jistax ikun li ma jafu xejn.", "Pereżempju, tgħidli li anke jekk xi ħadd jistaqsiha għall-indirizz tinfixel, u ma tkunx taf x'se twieġeb.", "Min-naħa tiegħi ngħidilha li m'hemmx fiex titfixkel għax kulma trid tagħmel hu li toħroġ il-Karta tal-Identità, u dak li jkun jista' jieħu d-dettalji li jkollu bżonn minn fuqha.", "B'hekk la għandek għalfejn turi x'taf u lanqas x'ma tafx.", "Dawn huma affarijiet żgħar, u huma affarijiet bażiċi.", "U iva, aħna nagħtu parenting skills, u xi kultant lanqas inħallulhom għażla, imma speċi nimbuttawhom biex jattendu għal dawn il-lezzjonijiet.", "Jekk inkunu se nagħmlu xi kors fil-First Aid, ngħidulhom li dan huwa importanti għax, jekk ma jkollhom xejn, inkunu nistgħu nlaħħmulhom xi ftit is-CV tagħhom, u min jarah se jgħid li almenu pprovaw jagħmlu xi ħaġa.", "Għalhekk ngħinu lill-ġenituri biex ikunu assertivi.", "Pereżempju, jgħiduli li xi ħadd partikolari, meta tirċievi telefonata, taqbad il-mobile u tagħtihulek biex titkellem inti għaliha!", "Imma jien ngħidilha li għandha bżonn titgħallem twieġeb hi, u allura meta jċemplilha l-mobile għandha tirrispondi u tistaqsi min qed iċemplilha.", "Ngħidilha li, jekk għandha bżonn l-għajnuna, titkellem ftit tgħajjat ħalli nkun nista' niggwidaha.", "U jekk ikollha bżonn iċċempel lil xiħadd, ma nħallihiex tagħtini l-mobile biex inċemplilha jien, imma nuriha x'għandha tagħmel ħalli ċċempel hi.", "Aħna ma nagħmlulhomx kollox, u qegħdin ngħallmuhom l-affarijiet.", "Qegħdin naħdmu ħafna mal-ġenituri, l-ewwel nett biex jgħinu lilhom infushom, u biex ikunu kapaċi jgħinu lill-uliedhom.", "Anke quddiem uliedhom, il-ġenituri m'għandhomx jgħidu li ma jafux, imma l-pitazz għandhom jarawh xorta waħda daqslikieku jkunu fehmu kollox.", "Imbagħad, jekk ma fhimtx ma jimpurtax, ġib il-pitazz minn taħt u ngħidlek jien x'kien fih.", "Aħna ma nagħtuhomx ċans jinżlu daqshekk 'l isfel.", "Jiena nagħti wkoll il-pool therapy.", "Issa tgħiduli x'għandha x'taqsam il-pool therapy?", "Iva, għandha x'taqsam ukoll.", "L-ewwel nett, l-ilma, minnu nnifsu, huwa rilassanti u se jgħinek tirrilassa.", "Apparti minn hekk, jien se nagħtik one to one attention, xi ħaġa li forsi mid-dar mhux qed teħodha minħabba l-ħafna konfużjoni u ġenn li ssib hemmhekk.", "F'din it-terapija għandek ir-regoli li trid issegwi.", "Pereżempju, trid iġġib l-affarijiet miegħek u, jekk se tinsa xi ħaġa, se terġa' tmur lura.", "Trid toqgħod f'lane waħda u, jekk taqbeż għal lane oħra, se jkollok titla' mill-pool.", "Jien skoprejt li hemm tfal ta' 10 u 11-il sena li għadhom lanqas biss jafu jinħaslu waħedhom, jew lanqas jafu jixxuttaw lilhom infushom!", "Hemm tfal li lanqas jafu jaqraw il-kelma \"shower\" jew \"toilet\"!", "Kemm skoprejna affarijiet minn mindu bdejna nduru b'dawn it-tfal!", "Jien kont immur quddiem il-Father, u ngħidlu, \"Father, taf li lanqas jilbes u lanqas jinħasel ma kien jaf dak it-tifel?!\"", "Pereżempju, it-temperatura tal-ilma ma kinux jafu jimmoderawha, u allura jew jinstamtu jew jinħaslu bil-kiesaħ.", "Dawn it-tfal tgħallmu jinħaslu waħedhom u tgħallmu jilbsu waħedhom.", "Kien hemm omm li kienet tgħidli li lit-tifel tridu jidħol magħha, u jien kont ngħidilha li t-tifel mhux se jidħol fiċ-changing room tan-nisa, imma għandu jidħol mas-subien l-oħra.", "L-iskuża tagħha kienet li t-tifel ma jafx jinħasel waħdu, imma jien għedtilha li xi ħaġa jirranġa żgur.", "U kien jiġi mxarrab minn rasu sa saqajh, mela jkun daħal żgur taħt l-ilma!", "Fl-aħħar mill-aħħar, mill-pool ikun ħareġ, u allura nadif żgur se jkun.", "Imma almenu nħallih waħdu.", "Imbagħad, xħin jiġi ħdejja kont nistaqsih jekk ġabarx l-affarijiet kollha tiegħu, u għalhekk kont inġiegħlu jħares fil-basket u, jekk ikun nesa xi ħaġa, kont inġiegħlu jmur għaliha.", "Ġieli kont insib xi tifel li ma jafx jaqfel iż-żarbun, imma kont inħallih jipprova jilbsu waħdu, u mbagħad, jekk ikollu xi diffikultà biex jaqflu, kont inkellem lil ommu biex tixtrilu wieħed bil-velcro ħalli ma jkollux problema bil-lazz.", "Aħna affarijiet prattiċi ngħallmuhom.", "Jien ma kontx nemmen li hawn il-faqar, imma minn mindu mort il-Paulo Freire Institute, sirt naf x'inhu l-faqar!", "Bkejt meta kien hemm familja li ma bagħtitx it-tfal l-iskola għax ma kellhiex ħobż x'tagħtihom magħhom għal-lunch!", "Iva, għad hawn dan il-faqar f'pajjiżna.", "U bdejt nistaqsi għala qed ikunu f'dan l-istat?", "Meta kelli bżonn, fuq il-parir siewi li tana l-Father, kien hemm ammont ta' flus … U allura, lil din il-mara neħduha biex tagħmel ix-xirja, u jien ma nindaħal xejn biex nara kif tagħmilha x-xirja tagħha.", "U hemmhekk tibda tinduna li huwa l-istess faqar edukattiv li jwasslek f'din il-problema, għax din hija kwestjoni ta' money management.", "Il-problema hija waħda ta' money management.", "Inti trid tidra tixtri dak li verament għandek bżonn, u allura l-ewwel ħaġa li trid tagħmel hi li taħseb x'se jkollhom bżonn it-tfal għall-iskola.", "Kif iqumu filgħodu, se jkollhom bżonn li jieklu xi ħaġa tajba.", "Nagħmlu wkoll il-healthy breakfast, u ngħallmu lill-ġenituri x'għandhom jagħmlu biex dan it-tip ta' faqar innaqqsuh kemm nistgħu.", "B'hekk il-ħajja tal-familja tiġi 'l quddiem.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Il-mezzi tax-xandir, bħalma huma t-televiżjoni u r-radju, li huma aċċessibbli għal ħafna u ħafna nies, taħsbu li għandu jkollhom rwol akbar fl-edukazzjoni?", "FR VINCENT MAGRI: Ovvjament, il-media hija influwenti ħafna, u allura, jekk din tkun influwenti f'affarijiet li mhumiex edukattivi, tista' tkun influwenti wkoll fuq affarijiet edukattivi.", "Għalhekk, il-media hija importanti ħafna.", "Parti mill-problema tal-parenting hija dik li donnu l-ġenituri qegħdin jaqtgħu qalbhom biex jiggwidaw lit-tfal tagħhom, u allura hemm ċerta laissez faire.", "Fuq l-Internet u fuq dawn l-affarijiet hemm problemi kbar.", "Illum hemm bżonn li l-ġenituri jkunu media literate.", "Jekk il-ġenituri mhux se jkunu jafu jiggwidaw lit-tfal, se jkollna dan il-laissez faire, u t-tfal se jkunu jafu jagħmlu kollox u jkunu aħjar mill-ġenituri tagħhom.", "Jiena naħseb li l-media żgur li tista' toffri ċerta edukazzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel kritika fuq il-media għax it-tfal qed jitħallew jaraw dawn is-soap operas Maltin li suppost huma għall-kbar!", "Jiena ma naħsibx li dawn qed ikunu ta' ġid għat-tfal, fis-sens ta' edukazzjoni u fil-mod ta' kif trabbi lit-tfal biex jikbru f'persuni maturi.", "Lit-tfal ma tistax tesponihom għal dak it-tip ta' affarijiet meta jkunu għadhom żgħar.", "Għalhekk il-media tista' tgħin ħafna f'dawn l-affarijiet.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid hu li nixtieq li l-Gvern jibqa' verament jgħin lill-NGOs, għax veru li aħna tkellimna ħafna fuq il-bżonnijiet, fuq ir-riżorsi u affarijiet bħal dawn, però l-NGOs joffru xi ħaġa li hija imprezzabbli u li ma tistax tikkwantifikaha.", "Aħna qegħdin hemm għan-nies il-ħin kollu, u din hija importanti ħafna.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi lilkom.", "Nistieden issa lis-Sinjura Nora Macelli mis-St Jeanne Antide Foundation u lis-Sinjura Elaine Compagno mis-Servizz SOAR.", "IS-SINJURA NORA MACELLI (Kap Eżekuttiv, St Jeanne Antide Foundation): Jiena xtaqt l-ewwel ħaġa nirringrazzjakom tal-istedina, u xtaqt nagħtikom din iċ-chart bil-punti li xtaqt inqajjem.", "Aħna wkoll NGO u ilna mwaqqfin mill-2007.", "Aħna committed ħafna u naħdmu mal-iktar nies vulnerabbli fil-pajjiż, mingħajr ma niddupplikaw is-servizzi.", "Naħdmu fuq livelli ta' komunità u anke fuq livell nazzjonali.", "Għandna wkoll proġetti fuq livell internazzjonali.", "Għandna numru ta' servizzi mmirati lejn kategoriji ta' nies vulnerabbli, u hawnhekk xtaqt nidentifika kategoriji ta' ġenituri li għandhom bżonnijiet differenti, li għandhom sfidi kbar f'ħajjithom u li, allura, minħabba dawk l-isfidi, għandhom ħtiġijiet u support għal parenting kompletament differenti minn ta' ġenituri oħra.", "F'paġni 1 u 2, għandkom numru ta' kategoriji li aħna naħdmu magħhom, u fuq ix-xellug għandkom is-servizzi li noffru aħna.", "Fuq il-lemin, għandkom lista ta' uħud mill-ħtiġijiet li aħna jidhrilna li bħala pajjiż għandna nippruvaw nagħmlu xi ħaġa dwarhom.", "Kif tistgħu taraw, l-ewwel kategorija ta' ġenituri li nixtieq li nitkellem fuqhom huma dawk li għandhom tfal b'mard mentali sever.", "Il-mard mentali ftit li xejn jissemma, anke fil-politika, u l-care givers li jieħdu ħsieb lil xi ħadd fil-familja b'mard mentali jinsabu moħbijin u m'għandhomx servizz ta' għajnuna.", "L-uniku servizz li jeżisti huwa tagħna.", "Aħna fondi mill-Gvern qatt ma kellna, u dejjem nittalbu biex nieħdu xi grant.", "Nirringrazzjaw lil Alla li nsibu l-fondi minn diversi kumpaniji.", "Is-servizz li noffru għall- care givers ta' persuni mentally ill huwa s-servizz 'Ilwien'.", "Fil-fatt, għandna tlett ijiem fil-ġimgħa fejn il-familji minn Malta kollha jiġu u jpoġġu mas-Psychiatric Nurse, li għandha mat-30 sena esperjenza, u magħha jitkellmu dwar l-issues kollha li jiffaċċjaw bħala familja, it-triggering tal-marda u d-diagnosis, għax hemm min lanqas ikun mar biex isirlu diagnosis.", "Allura aħna naħdmu ħafna mal-familja biex fl-aħħar imorru jaraw psikjatra.", "Nitkellmu magħhom fuq il-medikazzjoni, fuq is-side effects tal-medikazzjoni, u fuq kif għandhom jikkomunikaw ħalli ma jkunx hemm relapse.", "Ikollhom ħafna issues fuqiex jitkellmu.", "Pereżempju, kif jikkomunikaw mat-tfal l-oħra li mhumiex morda, imma li jkun qed jinbena fihom ħafna resentment għax ikunu qed jiġu neglected.", "Dan is-servizz qed joffri għajnuna ta' tip ieħor fuq il-parenting ta' tfal li għandhom mard mentali sever.", "Aħna nagħmlu ħafna mediation mal-educational establishment, kif ukoll meta t-tfal ikunu teenagers u jkunu bdew jistudjaw jew jaħdmu wara 16-il sena, għax dawn ikunu f'riskju li jitilfu x-xogħol tagħhom jew li ma jkomplux jistudjaw.", "Għandna wkoll ħafna case studies ta' meta jkollok wieħed mill-ġenituri li jkun marid mentalment, u x'jiġri mit-tfal f'dal-każ.", "Hemm ħafna sitwazzjonijiet fejn it-tfal stess jassorbu l-irwol tal-ġenituri, u jsiru l-ġenituri tal-ġenituri tagħhom!", "Fil-fatt, xtaqt inħallilkom żewġ kotba hawnehkk, għax parti mill-għajnuna li noffru fil-parenting huma pubblikazzjonijiet u letteratura bil-Malti biex dak li jkun jitgħallem aktar fuq il-mard mentali, u fuq kif jista' jissaħħaħ hu bħala ġenitur li qed jieħu ħsieb lil xi ħadd fil-familja b'mard mentali.", "Aħna għandna żewġ Family Resource Centres, wieħed minnhom ilu miftuħ mill-2007 u qiegħed Ħal Tarxien.", "Dan jagħti servizz lill-familji minn Santa Luċija, Ħal Tarxien, Paola u Fgura.", "Imbagħad, għandna sub-office f'Ħaż-Żabbar, u għandna Family Resource Centre ieħor f'Birżebbuġa, li qed jara ħafna familji hemmhekk.", "Issa se niftħu ieħor f'Marsaxlokk.", "Kif qal Fr Vince, aħna wkoll kellna service agreement fil-passat, imma minn din is-sena waqqfuhulna!", "U dan meta aħna konna qegħdin noffru wkoll taħriġ lin-nies tal-Gvern li kienu se jkunu involuti fil-proġett LEAP.", "Il-pjan tal-proġett LEAP kien li jinfetħu sitt Regional Community Development Centres u taħthom ikun hemm il-Family Resource Centres.", "Fil-pjan kien hemm ukoll li l-Family Resource Centres setgħu jkunu mmexxijin mill-NGOs jew mill-Istat.", "Fil-każ tagħna, qegħdin żewġ NGOs li għandna tliet Family Resource Centres, u allura konna f'dan in-network ta' servizzi offruti mill-Istat, mill-NGOs, kunsilli lokali, parroċċi, eċċ. U nerġa' ngħid li din is-sena waqqfulna l-fondi!", "Madankollu ma naqtgħux qalbna għax b'xi mod jew ieħor insibu soluzzjoni.", "Aħna nixtiequ nisħqu fuq il-Family Resource Centres għaliex dawn huma hubs fejn il-familji jaqbdu u jmorru fihom peress li jkunu qegħdin viċin ta' fejn jgħixu u għandhom a drop-in function.", "Mela, in-nies jistgħu jiġu xħin iridu, mingħajr appuntament, għax dejjem se jsibu lil xi ħadd li se jarahom.", "U, apparti milli jsibu l-għajnuna, se jkollhom ħafna opportunitajiet li jmissu ma' kull settur.", "Hemm learning support għall-ġenituri fuq kif jgħinu lit-tfal fl-istudji tagħhom, hemm self-esteem groups, depression support groups, care givers support groups u learning support għat-tfal sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jistrieħu ftit matul il-ġimgħa, b'moħħhom mistrieħ li t-tfal għandhom magħhom mentor li qed jgħinhom il-ħin kollu darba fil-ġimgħa.", "Issa dak jistgħu jibqgħu jarawh matul is-snin.", "Aħna għandna servizz għal dawk in-nisa vulnerabbli ħafna li jaħdmu bħala prostituti fit-toroq.", "Dik hija kategorija ta' ġenituri oħrajn, u hawnhekk għandek persentaġġ għoli minnhom li tilfu t-tfal tagħhom għax ovvjament ikunu ttieħdu miċ-Child Protection Services u jkunu qegħdin in-care jew fostered.", "Imma hemm oħrajn li jkollhom it-tfal magħhom, u għalhekk għandna Drop-in Centre – mhux se ngħidu fejn qiegħed – li fih jiġu bejn tmienja u 13-il mara kuljum.", "U magħhom jistgħu jġibu lit-tfal.", "Lil dawn in-nisa noffrulhom ħafna servizzi biex jilħqu l-ħteġijiet basiċi tagħhom, imma mbagħad hemm ukoll sapport ieħor biex jilħqu ħteġijiet ogħla.", "Pereżempju, għandhom social work support, għandhom accompaniment għas-servizzi u appuntamenti, screening għal sexually-transmitted infections, kif ukoll jingħataw sexual health education minn tabiba li hija esperta fuq is-saħħa sesswali.", "Imma, fejn jidħlu l-ħteġijiet bażiċi tagħhom, dawn jistgħu jinħaslu hemmhekk, jistgħu jieklu u jistgħu jaħslu l-ħwejjeġ, jistgħu jistrieħu, u għandhom ma' min jitkellmu fuq issues personali u fuq issues li jirrigwardaw it-tfal tagħhom.", "Dawn irridu nħarsu lejhom ukoll għax jinsabu moħbija.", "Jekk tistaqsi lin-nies fl-iskejjel jgħidulek li dak il-ġenitur huwa drug addict, jew dak il-ġenitur hekk, imma ħadd ma jkun jaf jekk omm hijiex sforzata biex taħdem bħala prostituta fit-toroq.", "Aħna qegħdin nipprovaw modi differenti biex insiru nafu dawn in-nisa u nħajruhom jiġu d-Drop-in Centre.", "S'issa, f'sena u nofs ħdimna u tajna s-sapport tagħna lil madwar 64 mara.", "Kif għedt fil-bidu, il-Family Resource Centres huma importanti ħafna, u jalla jkun hemm aktar minnhom, kemm mill-Gvern, kif ukoll minn NGOs oħra.", "Aħna niffrankaw eluf kbar ta' flejjes għax ħafna mill-affarijiet inġibuhom b'xejn.", "Pereżempju, l-għamara għall-Family Resource Centre ta' Ħal Tarxien u ta' Birżebbuġa ġibnieha kollha b'xejn.", "U aħna qatt ma nixtru office furniture jew affarijiet oħra.", "Għandek l-ikel ukoll li nagħtu lil dawk in-nies li jiġu għandna flimkien mat-tfal tagħhom, speċjalment wara l-ħinijiet tal-iskola, għax ma jkollhomx x'jieklu.", "Għalhekk importanti li l-Gvern jirrikonoxxina bħala partners fil-proċess ta' għajnuna lill-aktar familji vulnerabbli fil-pajjiż.", "F'paġna 2, in-naħa t'isfel għandek ħteġijiet oħra, u xtaqt nagħmel il-punt li Malta ilha tħoss il-bżonn għal programm edukattiv fuq kif tibni relazzjoni.", "Hawnhekk mhux qiegħda nitkellem fuq parenting skills jew fuq life skills, imma fuq programm edukattiv fejn inti tifhem sew kif għandek tibni u tmantni r-relazzjoni tiegħek.", "Dik għandna bżonnha, u hemm bżonn li kollha kemm aħna niġbdu ħabel wieħed ħalli noħolqu dan il-programm u nibdew naraw kif nistgħu noffruh permezz tal-media, kotba, skejjel, parroċċi, eċċ.", "Fuq dawk il-ġenituri li jkunu għaddejjin minn separazzjoni jew minn proċess ta' divorzju, aħna nħossu li għandhom isiru korsijiet bħal dawk, pereżempju, li jsiru l-Amerika, biex il-ġenituri jitgħallmu jitkellmu ma' uliedhom fuq is-separazzjoni.", "Ħafna drabi, meta jitkellmu mat-tfal fuq dawn l-affarijiet, they do it badly, u t-trawma li jħallu fuq it-tfal hija kbira.", "Jien nixtieq inkun naf l-istatistika ta' kemm hawn tfal li qed ibatu minn anxiety disorder.", "Fil-fatt, illum din id-dianjosi qiegħda ssir anke f'età ta' erba' snin, u ħafna mill-anxiety disorders tat-tfal jibdew mill-biżgħat kbar li jkollhom għax missierhom mhux se jkun aktar id-dar, jew li ommhom mhux se tkun aktar id-dar.", "Issa se nħalli f'idejn is-Sinjura Compagno, li qiegħda tagħmel biċċa xogħol kbira fost is-survivors tad-domestic violence.", "Fil-fatt, f'Diċembru li għadda għamilna l-ewwel konferenza nazzjonali dwar il-vjolenza domestika, li ġiet irriċerkata u ppreżentata totalment minn survivors u mhux mill-esperti.", "Għandna ħafna riċerka li qegħdin nippubblikaw bil-mod il-mod, u intom tistgħu tidħlu fil-website tagħna fejn għandna a monthly magazine, u kull darba qed inġibu paper fih.", "U dalwaqt se nippubblikaw ktieb.", "Għalhekk issa se nħalli f'idha biex titkellem fuq il-parenting ta' din il-kategorija ta' nisa li huma vittmi ta' vjolenza domestika.", "IS-SINJURA ELAINE COMPAGNO (Service Coordinator, SOAR): Grazzi.", "Jiena nikkoordina s-servizz tas-SOAR li huwa maqsum prinċiparjament fuq erba' branki.", "L-ewwel servizz huwa dak ta' peer to peer support, jiġifieri n-nisa survivors ta' vjolenza domestika, li jkunu ħarġu mill-esperjenza tagħhom jew li jkunu qegħdin joħorġu minnha, jingħaqdu fi grupp ma' nisa oħra li jkunu at various stages tal-journey tagħhom.", "Għandek persuni li jkunu diġà għaddew mill-esperjenzi tal-Qorti u jkunu għaddew mis-separazzjoni; għandek oħrajn li forsi jkunu pprovaw il-counselling u ma jkunx ħadem u għalhekk ikunu jistgħu jitkellmu ma' persuni oħra li jkunu għadhom se jibdew dan il-proċess.", "Dawk in-nisa li jkunu se jibdew dan il-proċess ikollhom ħafna biża'.", "Apparti minn hekk, fil-ħajja ta' survivor ħafna drabi jinqalgħu affarijiet li ma tkunx qed tistenna kultant żmien.", "Pereżempju, jgħaddu sentejn, tlieta, u jkollok ċerta kalma f'ħajtek, u mbagħad f'daqqa waħda tinqala' xi ħaġa u jkollok terġa' titla' il-Qorti u terġa' tiġi mhedda jew ma jitħallasx il-manteniment, eċċ!", "U allura jerġa' jinqala' dan kollu.", "Aħna identifikajna ċerti problemi, pereżempju, ħafna mis-survivors ikunu ommijiet u, fil-każ tas-SOAR, hija a female-only service, and we accept only females minħabba l-fatt li aħna qed nagħtu sapport ibbażat fuq l-esperjenza tagħna bħala nisa li għaddejna mill-vjolenza domestika.", "Ħafna drabi dawn ikunu ommijiet bit-tfal.", "Għandek problemi għax dawn l-ommijiet ma jkunux jafu kif se jispjegaw dak li qed jiġri lit-tfal tagħhom f'każ ta' separazzjoni u, meta jispjegawlhom xi ħaġa, jista' jkun li jagħmluha b'mod ħażin, kif qalet is-Sinjura Macelli.", "Imma fi vjolenza domestika, l-affari hija aktar sensittiva għax hawnhekk għandek il-missier – ħafna drabi l-omm tkun il-vittma, waqt li l-missier ikun il-perpetrator – li jkun għamel ċerta ħsara, u t-tfal ikunu rawh.", "Mela dawn se jistaqsu ħafna mistoqsijiet, u inti ma tkunx taf x'se taqbad tagħmel.", "Hemm ċerti nies li jgħidulek li jekk inti tivverifika dak li jkunu raw it-tfal tkun qed tikkommetti parent alienation, imma fil-verità it-tfal għandhom bżonn li jkunu jafu li dak li raw huwa minnu.", "Madankollu, il-ġenituri ma jafux kif se jagħmluha din mingħajr ma jkun hemm parent alienation.", "Apparti minn hekk, meta nitkellmu fuq familji, ħafna drabi naħsbu fuq il-familja tradizzjonali, komposta minn mara u raġel u żewġt itfal.", "Issa, fejn għandek vittma ta' vjolenza u kellha titlaq 'il barra bit-tfal magħha, il-parenting se jinbidel.", "Terġa', hija differenti minn koppja normali li sseparat għar-raġuni li ħafna drabi l-perpetrator ikun irid xorta jżomm xi forma ta' kontroll u poter!", "U dan se jagħmlu billi jwettaq ċerti affarijiet li bihom se jbatu t-tfal.", "Pereżempju, li ma jagħtux kunsens għat-tfal biex ikunu jistgħu jagħmlu extra-curricular activities fejn ikun hemm bżonn tal-kunsens miż-żewġ ġenituri, jew fejn ikun hemm bżonn ta' xi terapija, u jkun hemm bżonn il-kunsens tat-tnejn.", "Il-withdrawal tal-kunsens hija metodu kif il-missier jibqa' in control tas-sitwazzjoni tal-familja.", "Mod ieħor huwa billi ma jħallsux iċ-child support.", "Veru li l-omm tista' tmur l-għassa u tagħmel rapport, imma mbagħad trid terġa' tqabbad avukat, trid terġa' titla' il-Qorti u, fl-aħħar mill-aħħar, tispiċċa titlef!", "U allura taqta' qalbha li toqgħod tmur il-Qorti jew l-għassa kull darba biex tagħmel rapport.", "B'dan il-mod il-missier jikkontrolla l-financial capabilities tal-familja, u hemmhekk jispiċċaw ibatu t-tfal.", "Mela għandek mara b'żewġt itfal żgħar, u din qiegħda d-dar magħhom, mela tgħix fuq ir-relief u forsi tieħu €400.", "Il-manteniment tat-tfal huwa ta' madwar €300, imma dan ma jitħallasx.", "Mela din l-omm se jkollha tgħaddi b'€400 fix-xahar!", "Issa jekk jekk se jkollha tħallas il-kera tal-post, biex se tgħix?!", "Il-problema tal-faqar hija waħda massiva fost in-nisa vittmi ta' vjolenza domestika, speċjalment minħabba l-fatt li minħabba l-problema tal-vjolenza dawn ikollhom jitilqu mid-dar tagħhom.", "Kien hemm punt li ssemma aktar kmieni fejn xi ħadd qal li jkun tajjeb li dawk in-nisa li jagħżlu li jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb tat-tfal ikunu mħallsa ta' dan ix-xogħol li qed jagħmlu.", "Aħna naraw problema kbira, speċjalment fejn tidħol il-vjolenza domestika, fejn ikollok mara li tkun ħadet ħsieb tal-familja tagħha tul ħajjitha kollha, u ta' 50 jew 60 sena tagħżel li titlaq mid-dar għax it-tfal ikunu kibru, imma tispiċċa bla bolol imħallsa u allura l-pensjoni tagħha se tkun verament baxxa u ma tkunx tista' issostni ruħha, speċjalment jekk se jkollha tħallas il-kera.", "U allura dik hija problema oħra.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Gvern kif jippjana li jkompli jgħin finanzjarjament to empower mothers and survivors.", "Qed nistaqsi dan għax, jekk l-omm ma tkunx empowered finanzjarjament, se jispiċċaw ibatu t-tfal magħha.", "FREDRICK AZZOPARDI: Intom tipprovdu servizz domestiku?", "Jiġifieri, jekk mara jkollha problema u titlaq mid-dar tagħha, din tista' tiġi għandkom u toffrulha post fejn toqgħod?", "Jew intom tagħtu biss pariri?", "IS-SINJURA NORA MACELLI: Ġeneralment, aħna nagħmluha ta' bridge mal-Aġenzija Appoġġ fejn jidħlu d-domestic violence services għax ħafna nisa jibżgħu jmorru għall-għajnuna.", "Imma, b'ħafna djalogu magħhom, aħna ngħinuhom biex fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedu li jmorru għand l-Appoġġ ħalli jieħdu parir fuq x'għandhom jagħmlu.", "U kif qalet is-Sinjura Compagno, min ikun ħareġ mix-shelter imma wara ftit ikollu jerġa' jiġi lura huwa proċess trawmatiku ħafna.", "Meta joħorġu mix-shelter u jiddeċiedu li jibnu ħajjithom mill-ġdid, ħafna drabi jieqfu s-servizzi offruti, kemm tal-Istat u kemm tal-NGOs.", "Jispiċċaw dawn is-servizzi għax ikunu daħlu fil-kera, u allura ma jkollhomx aktar fejn imorru għall-għajnuna.", "Għalhekk, aħna qed noffru post-shelter support permezz ta' support groups, therapeutic groups u modi oħra.", "IS-SINJURA ELAINE COMPAGNO: Aħna nissuġġerixxu li jkun hemm korsijiet għall-ommijiet li jkunu survivors ta' vjolenza domestika.", "Tajjeb ukoll li meta nikkreaw xi servizzi, ma nitilqux mill-idea li dejjem se jkun hemm iż-żewġ ġenituri involuti u li dawn se jkunu qed jikkoperaw.", "Ħafna drabi, f'dawn il-każijiet, ġenitur wieħed ma jikkoperax apposta, u hemmhekk l-omm ma tkunx tista' tieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Pereżempju, jekk għandek it-tfal l-iskola u wieħed minnhom jimrad, l-omm bilfors ikollha titlaq mix-xogħol għax m'hemmx il-ġenitur l-ieħor, jew ma jkunx irid jikkopera biex jeħdilha ħsieb ta' dak it-tifel meta hi ma tkunx tista'.", "Hemm ċertu affarijiet li huma inkwetanti fejn jidħlu l-missirijiet.", "Issa l-biċċa l-kbira tal-missirijiet mhumiex perpetrators ta' vjolenza, imma l-ftit li huma perpetrators huwa importanti li anke huma jkunu jafu kif għandhom jimxu mat-tfal.", "Ħafna mill-irġiel li jkunu perpetrators ta' vjolenza fuq il-mara jkunu vjolenti wkoll mat-tfal.", "Il-fatt biss li t-tfal raw u semgħu l-vjolenza, dik hija vjolenza fuqhom ukoll.", "Allura, importanti ħafna li jkunu jafu kif jitkellmu fuq is-sitwazzjoni quddiem it-tfal tagħhom, ħalli ma jkunx hemm parent alienation, kif għedna aktar qabel.", "Importanti li nsibu mod kif għandha tiġi indirizzata l-problema tal-aċċess tal-missier, fejn dan, biex jikkontrolla s-sitwazzjoni, jagħżel li ma jmurx għall-aċċess.", "Mela, ikollok it-tfal lesti u qegħdin jistennew lil missierhom jiġi, imma dan ma jitfaċċax.", "U l-missier jagħżel li jagħmel hekk mingħajr ma javża, imma sempliċement biex ikollu kontroll fuq l-omm u jżommha d-dar tistenna sakemm jiġi!", "Ħafna drabi, meta tmur l-għassa biex tistaqsi lill-pulizija x'għandha tagħmel għax ir-raġel ma marx għat-tfal, il-pulizija jagħtu conflicting advice.", "Hemm min jgħid li tista' tmur għax-xogħol, u hemm min jgħid li hi għandha tibqa' tistenna sakemm jgħaddi l-ħin tiegħu.", "Hemm ħafna minn dawn l-issues fejn qed ibatu l-ġenituri u qed ibatu t-tfal.", "Kif għedt l-ewwel, li ma jitħallasx iċ-child support bħala għodda biex jikkontrollaw, dik tista' tiġi solvuta jekk il-Gvern, pereżempju, jieħu over iċ-child support, u allura dan is-support jiġi mħallas lill-Gvern u mbagħad il-Gvern joħroġ il-pagamenti taċ-child support bħalma jinħarġu l-pagamenti tal-welfare.", "U b'hekk jiġu garantiti.", "Jekk illum iċ-child support ma jitħallasx, trid tkun l-omm li toqgħod tiġri wara l-missier biex jagħtiha ċ-child support.", "Issa, kif għedna, l-omm tkun diġà f'sitwazzjoni ta' faqar u lanqas tkun trid tarah quddiemha lil missier it-tfal minħabba fear, threats, stalking, eċċ. L-omm se jkollha tiġġieled hi biex tieħu s-support, u jkollha titla' il-Qorti, tqabbad avukat, u forsi anke titlef xi ġurnata xogħol, mentri jekk il-pagamenti joħorġu mill-Gvern, ikun il-Gvern li jiġri wara l-missier bl-istess mod li jiġri wara dawk li ma jħallsux il-multi tagħhom.", "U allura tkun aktar effettiva, u nkunu qegħdin inħarsu lit-tfal.", "Fuq il-kunsens, huwa importanti ħafna li nibdew naraw li ma jkunx hemm missirijiet li huma perpetrators li jistgħu jikkompromettu l-well-being tat-tfal meta ma jagħtux il-kunsens tagħhom fuq affarijiet li huma ta' benefiċċju għat-tfal, speċjalment fejn tidħol is-saħħa u l-edukazzjoni.", "L-omm ma tistax tirrapporta lil dawk il-missirijiet perpetrators li ma jħallsux l-ispejjeż tal-edukazzjoni jew tas-saħħa, u trid il-flus biex tiftaħ kawża l-Qorti ħalli tfittxu personalment.", "U ħafna drabi dan ma jsirx għax ma tkunx tiflaħ tagħmel dan.", "Importanti li l-irwol tal-missirijiet in ġenerali tkun meqjusa aktar, u nagħtuha aktar valur fis-soċjetà.", "Bħalma smajna, l-ewwel għandna mother and baby groups, imma m'għandniex father and baby groups.", "Huwa importanti li anke fejn jidħlu d-duties tad-dar, dawn jinqasmu, u naraw li hemm valur fihom għax, kif issemma aktar qabel, il-fatt li l-mara qiegħda d-dar u qiegħda titlef il-paga li kieku toħroġ taħdem … Who wants to do that job when it is unpaid and it is undervalued?", "Importanti li biex ikollna familja b'saħħitha dan ix-xogħol ikun shared.", "ETIENNE GRECH: L-ewwel nett, nixtieq ngħidilkom prosit tax-xogħol importanti ħafna li tagħmlu.", "Issa, intom tagħtu servizz lil dawk il-ġenituri normali biex tgħallmuhom ħalli jtejbu l-parenting skills tagħhom?", "IS-SINJURA NORA MACELLI: Hawn entitajiet oħra, bħas-Sedqa u l-Appoġġ, li joffru dawk it-tip ta' servizzi.", "Għandek ukoll il-Caritas u ta' Kana.", "ETIENNE GRECH: Ġieli niltaqa' ma' koppji li as such m'għandhomx problemi imma, minħabba low IQ, ma jkunux jafu kif għandhom jieħdu ħsieb tat-tfal tagħhom.", "U f'dan ir-rigward it-tobba tal-familja jieħdu dan l-irwol biex jgħinuhom għax bażikament dawn il-koppji jkollhom bżonn ta' ftit tagħlim bażiku.", "IS-SINJURA NORA MACELLI: Aħna nagħmlu ħafna outreach fil-komunità, u mmorru nħabbtu bieb bieb biex nidentifikaw dawk il-persuni li huma outside the radar tas-servizzi mainstream eżistenti.", "U, permezz tal-outreach li nagħmlu f'ħafna żoni u lokalitajiet, nidentifikaw madwar 13% tal-familji vulnerabbli kull sena.", "Lil dawn il-familji nibqgħu ngħinuhom għax xi wħud minnhom ikollhom bżonn ħafna għajnuna li tibqa' għaddejja fuq medda ta' tliet snin jew aktar.", "Fil-fatt, noffrulhom opportunitajiet differenti.", "Pereżempju, għal ħafna snin ħloqna klabb jismu \"Familti\", fejn ħafna min-nies li konna naħdmu magħhom offrejnielhom b'mod regolari kull tip ta' opportunità, inkluż kif jagħmlu deċiżjonijiet għaqlin, fuq kif jużaw il-flus tagħhom, x'jixtru, eċċ. Issa, dan it-tip ta' servizz qed joffrih il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali permezz ta' fondi li hemm għall-pjan nazzjonali kontra l-faqar.", "ETIENNE GRECH: Hemm imbagħad ġenituri li tant huma tajbin li jkunu protettivi ż-żejjed fuq it-tfal tagħhom, u allura, fl-istess ħin, they spoil them.", "U allura, dawn it-tfal xi kultant jispiċċaw ibatu ċerta konsegwenzi bħal, pereżempju, ma jkunux kapaċi jiffaċċjaw ċerti sitwazzjonijiet, jew inkella jsiru sensittivi ż-żejjed.", "Issa din mhijiex xi ħaġa li ġiet mill-faqar, imma dawn it-tip ta' koppji xorta għandhom bżonn ċerta gwida.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Xtaqt nagħmel kumment żgħir, u ngħaddi wkoll suġġeriment.", "Jiena kont attendejt għal dik il-konferenza fuq il-vjolenza domestika u, fl-opinjoni tiegħi, nista' ngħid li kienet konferenza eċċezzjonali.", "Anke kif saru l-preżentazzjonijiet mis-survivors kienet xi ħaġa ta' barra minn hawn, għax stajt tmiss b'idejk u tara b'għajnejk dak li kienu qed iħossu s-survivors.", "Ma nafx kienx hemm follow-up ta' dik il-konferenza, u jekk kienx hemm xi findings ...", "IS-SINJURA NORA MACELLI: Se jkollna pubblikazzjoni dan is-sajf ...", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jiena kieku nieħu pjaċir jekk tippreżentawha lil dan il-Kumitat għax, fl-opinjoni tiegħi, huwa mod kif you can reach out to those mothers and parents li qegħdin isofru fis-silenzju l-vjolenza domestika u għad ma kellhomx il-kuraġġ biex jiġu għandkom għall-għajnuna.", "Anke l-mod ta' kif saret dik il-preżentazzjoni, forsi nsibu mod ta' kif nagħmluha xi mkien ieħor fejn ikun jista' jaraha kulħadd.", "B'hekk, min ikun għaddej minn dawk is-sitwazzjonijiet jagħmel il-kuraġġ u jitkellem.", "IS-SINJURA NORA MACELLI: Grazzi tas-suġġeriment tiegħek, u nista' ngħidlek li se nagħmluh.", "IS-SINJURA ELAINE COMPAGNO: Nixtieq nagħmel l-aħħar punt billi nsemmi l-issue tal-paternity leave.", "Jiena naħseb li l-missirijiet għandhom bżonn ta' aktar ġranet bħala paternity leave jekk irridu nsaħħu verament il-familji.", "Wieħed mill-kotba li qed jintużaw mill-counsellors huwa proprju dak il-ktieb li ppubblikajna, u li huwa dwar storja ta' tifla mill-perspettiva tagħha li qed tgħix f'ambjent ta' vjolenza domestika fid-dar tagħha.", "Imbagħad, meta 'l quddiem tiltaqa' ma' ġuvni li jkun controlling u possessiv, din it-tifla tagħmel link bejn dak li huwa dating violence u dak li huwa domestic violence.", "Xi kultant iż-żgħażagħ jaħsbu li l-vjolenza domestika hija xi ħaġa tal-kbar, u li lilhom mhux se taffettwahom.", "U fil-work shops li nagħmlu fl-iskejjel ikun hemm engagement kbir ta' studenti li dejjem ikunu entużjasti biex jipparteċipaw.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq nirringrazzjakom tas-sehem tagħkom, u nagħtikom prosit tax-xogħol li qed tagħmlu.", "Napprezza l-preżentazzjoni ta' kulħadd, u li bqajtu hawnhekk sa dan il-ħin tard filgħaxija.", "Il-Parlament ma tantx għandu family-friendly hours, u naħseb li rridu nibdew minn hawnhekk stess u nagħtu l-ewwel sinjali ta' trobbija aktar aħjar, għax xi kultant ikollna nuqqas ta' relazzjoni b'saħħitha mal-familja tagħna stess biex inkunu nistgħu nagħtu s-sehem tagħna hawnhekk.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.11 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20160406_019d_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "LAQGĦA NRU 19", "L-Erbgħa, 06 ta' April 2016", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-7:05 p.m.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħat Nri 16, 17 u 18 li saru nhar it-Tlieta, 8 ta' Marzu, nhar l-Erbgħa, 9 ta' Marzu u nhar it-Tnejn, 14 ta' Marzu 2016 ġew ikkonfermati.", "Il-Kumitat kompla d-diskussjoni fuq is-suġġett minn nhar it-Tnejn, 14 ta' Marzu 2016.", "Għal din il-laqgħa kienu mistiedna s-Sinjura Catherine Azzopardi miċ-Ċentru Tbexbix, Father Charles Attard, Direttur ta' Cana Movement, Father Vincent Magri u s-Sinjura Christine Grech minn Paolo Freire Institute, is-Sinjura Nora Macelli, Kap Eżekuttiv ta' St. Jeanne Antide Foundation u s-Sinjura Elaine Compagno, Service Coordinator tas-Servizz SOAR.", "Is-Sinjura Macelli ppreżentat lill-Kumitat:", "Dok 28 Ktieb intitolat \"Bdoti fil-Maltemp - kif tieħu ħsieb qarib b'mard mentali\" Edituri Nora Macelli u Connie Magro.", "Dok 29 Ktieb intitolat \"Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu – Vjaġġ ta' tama mterrqa minn qraba ta' persuni b'mard mentali\" Edituri Connie Magro u Nora Macelli.", "Is-Sinjura Elaine Compagno ppreżentat lill-Kumitat:", "Dok 30 Ktejjeb għat-Tfal intitolat \"Caterpillar in a Jar\" miktub minn Elaine Compagno.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet lill-mistiedna.", "Fid-9:11 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20160406_019m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 22", "Il-Ġimgħa, 8 ta' April 2016 fis-2:00 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 8 ta' April 2016 fis-2:00 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Laqgħa mar-Rt Hon Nick Herbert, President tal-Global TB Caucus.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20160408_022a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 8 ta' April 2016", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Kamra tal-Kumitati fil-Binja tal-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2.20 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 20 u tal-Laqgħa Nru. 21 li saru fl-24 ta' Frar, 2016 u fid-9 ta' Marzu 2016 rispettivament, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-membri li huwa kien irċieva talba mill-media sabiex jittieħdu ritratti għall-ewwel ftit minuti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "LAQGĦA MAR-RT HON NICK HERBERT", "Il-Kumitat stieden lir-Rt.", "Hon Nick Herbert MP, Membru Parlamentari Ingliż biex jindirizza lill-Kumitat.", "Is-Sur Herbert, fundatur u wieħed mill-Presidenti tal-Global TB Caucus ta preżentazzjoni fuq it-twaqqif u diversi inizjattivi li tieħu l-Global TB Caucus favur l-eradikazzjoni tal-marda tat-tuberkulożi.", "Waqt id-diskussjoni, il-Kumitat stieden ukoll lis-Sur Matthew Oliver, Kap tas-Segretarjat tal-Global TB Caucus li ta statistika u dettalji tekniċi dwar il-marda tat-tuberkulożi.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn fost l-oħrajn Rt Hon.", "Nick Herbert issuġġerixxa lill-Kumitat dwar is-Saħħa biex il-Parlament Malti jwaqqaf kumitat parlamentari ad hoc magħmul minn membri kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Oppożizzjoni bil-għan li jiddiskutu l-marda tat-tuberkulożi fuq bażi nazzjonali.", "Herbert wera x-xewqa wkoll li l-Anti-Microbial Resistance tkun fuq l-aġenda meta Malta jkollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017.", "Waqt il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll is-Sur Jason Eades.", "Fit-3.14 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20160408_022m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 36", "It-Tnejn, 11 ta' April 2016 fis-6.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 11 ta' April 2016 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "9 ta' April 2016 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160411_036a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 36", "It-Tnejn, 11 ta' April 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 36", "It-Tnejn, 11 ta' April 2016", "Il-Kumitat iltaqa' filkamra tal-kumitati 3 fil-binja tal-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.42 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kull min hawn preżenti għal-laqgħa ta' dan il-Kumitat.", "Hawn xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "Għandek xi ħaġa arising fuq il-Minuti?", "GODFREY FARRUGIA: Għandi arising dwar l-Ombudsplan tal-2016.", "Fil-fatt, dan għadu ma ltaqax minħabba li l-persuna li tieħu ħsieb min-naħa tagħna, jiġifieri l-Ministru Helena Dalli, kienet indisposta kemm mis-Seduta tal-Parlament kif ukoll mill-uffiċċju, u għaldaqstant jien nistenna li fil-jiem li ġejjin għandna nagħmlu komunikazzjoni magħkom biex b'hekk inkunu nistgħu niltaqgħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru weġġgħet u kellha xi ksur f'saqajha.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Issa li llum għandna Ombudsman ġdid, se jkollna ż-żewġ Ombudsman preżenti, jew dak attwali biss?", "MR SPEAKER: Naħseb l-attwali.", "DAVID AGIUS: Peress li huwa x-xogħol ....", "DAVID AGIUS: Kif inhi l-proċedura?", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): L-Ombudsplan huwa speċi l-estimi għal din is-sena.", "GODFREY FARRUGIA: Il-ħaġa l-oħra hija dwar it-talba tas-Sur Joe Magro li għadha in consideration, qegħdin inlestu x-xogħol tal-Kumitat tal-Familja u għaldaqstant ma l-ewwel opportunità li jkun hemm se nsejħulu wkoll.", "Biex ma jaħsibx hu jew il-media li nsejnih.", "MR SPEAKER: Għamilt sewwa li osservajtha.", "Grazzi.", "Dwar dik ftehemna wkoll.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Kif jaf il-Kumitat, l-Onor.", "Karl Gouder huwa Deputat ġdid u nixtiequ li jkun fil-Grupp Parlamentari rigward Valletta 18, biex jieħu post l-Onor.", "MR SPEAKER: Hawn talba min-naħa tal-Oppożizzjoni li l-Onor.", "Karl Gouder jissostitwixxi lill-Onor.", "Hawn qbil?", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 35 li saret fit-23 ta' Frar, 2016 ġew konfermati", "MR SPEAKER: Issa ngħaddu għax-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jien min-naħa tiegħi, bħala Leader of the House sejjaħt din il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti biex niddiskutu l-Mozzjoni ta' Sfiduċja u biex nagħtu l-ġurnata meta għandna niddiskutu.", "Kif intqal fil-pubbliku, aħna qegħdin ngħidu li din għandha tiġi diskussa mal-ewwel opportunità, li hija l-Ġimgħa ta' din il-ġimgħa.", "Qed ngħid hekk għax bħalissa l-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru huma msefrin u għaldaqstant aħna nixtiequ niddiskutu din il-mozzjoni f'seduta waħda, li se ssir nhar il-Ġimgħa u tibda mid-9.00 a.m.", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu fuq il-Ġimgħa, 15 t'April, hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Iva, l-Ġimgħa 15 t'April, jiġifieri ta' din il-ġimgħa stess, f'seduta waħda li tibda mid-9.00 a.m.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jien, li r-rappreżentant tal-Gvern l-Onor.", "Godfrey Farrugia jissuġġerixxi li nibdew il-Ġimgħa għax il-Prim Ministru jinsab imsiefer lest nifhimha u naċċettaha, però li jiġi jgħidilna li mozzjoni trid tiġi dibattuta f'seduta waħda, ma naħsibx li hu aċċettabbli, għas-sempliċi raġuni li min-naħa tagħna għandna numru ta' kelliema, u ma naħsibx li hu għaqli l-Gvern jiġi u jiddetta kemm-il seduta tiġi diskussa .....", "GODFREY FARRUGIA: Naħseb li l-Onor. de Marco fehemni ħażin.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ħu paċenzja, ħalli nisma lill-Onor.", "Għandek numru kemm se tkunu?", "MARIO DE MARCO: Iva, għandna żgur iktar minn 20 kelliem.", "Aħna nixtiequ li l-Oppożizzjoni u l-Membri tal-Oppożizzjoni kollha jipparteċipaw f'din id-diskussjoni.", "Ħalli nibda minn 29, u nassumi li l-Onor.", "Marlene Farrugia wkoll tixtieq titkellem, allura nistgħu ngħidu li hemm 30 kelliem.", "MR SPEAKER: Kulħadd se jitkellem, inkluż il-Membru indipendenti.", "MARIO DE MARCO: Allura forsi nista' nagħmel tliet suġġerimenti.", "L-ewwel wieħed hu li minflok tibda tiġi diskussa nhar il-Ġimgħa, tibda nhar it-Tnejn.", "Jiġifieri mingħajr ma nibdew nhar il-Ġimgħa, l-ewwel seduta parlamentari disponibbli għall-mozzjoni teknikament hija llum.", "Issa llum nifhmu li l-Prim Ministru jinsab imsiefer, għada se jkun imsiefer, u l-Erbgħa se jkun imsiefer, allura nieħdu the following Monday bħala the first available sitting.", "Issa bejn il-Ġimgħa u t-Tnejn ma naħsibx li se taqa' id-dinja, allura l-ewwel suġġeriment tagħna hu li nibdew it-Tnejn, u jekk ikun hemm bżonn inkomplu din id-diskussjoni nhar it-Tlieta u l-Erbgħa b'seduti normali.", "Dan huwa l-ewwel suġġeriment tagħna.", "Issa jekk l-Onor.", "Farrugia jgħidilna li dan huwa aċċettabbli, inkunu nistgħu naslu għal ftehim mill-ewwel.", "MR SPEAKER: L-Onor. de Marco qed jgħid li t-30 Membru jridu jitkellmu.", "Nifhem li f'seduta waħda mhux se jitkellmu 30 Membru, mhux hekk?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jiena nifhem il-punt tiegħu, imma għalkemm din hija mozzjoni importanti ferm u l-Gvern irid jagħtiha l-prijorità tagħha, irridu nifhmu wkoll li għandna x-xogħol tal-Kamra.", "Bħalissa għandna 18-il Att ippreżentati, li sitta minnhom huma miftuħin.", "Irridu niftakru li sal-aħħar ta' Ġunju rridu ngħaddu r-rapporti ta' seba' entitajiet.", "Għandna erba' transpożizzjonijet tal-Unjoni Ewropea li tnejn minnhom suppost iddiskutejnihom qabel u għalaqnihom qabel it-30 ta' Marzu.", "Jiġifieri rridu nressqu l-aġenda nnifisha u nagħtuha l-prijorità tagħha.", "Aħna, min-naħa tagħna, ukoll għandna numru ta' kelliema ġmielhom li jridu jitkellmu.", "Fil-fatt, hemm madwar 30 persuna li jridu jitkellmu.", "MR SPEAKER: Mela hemm 60 b'kollox.", "GODFREY FARRUGIA: Għaldaqstant, meta semmejt seduta, ma kontx qed nirreferi għal seduta normali ta' tliet sigħat, imma seduta li tista' tieħu l-ħin kollu possibbli matul dik il-ġurnata.", "MR SPEAKER: Jiġifieri qed tgħid li nibdew minn filgħodu u ma tafx x'ħin nikkonkludu.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, nibdew fid-9.00 a.m. u ma tgħidx il-ħin tal-għeluq.", "DAVID AGIUS: Jekk ikun hemm qbil, għax din tmur kontra l-iStanding Orders.", "MR SPEAKER: Jekk ikun hemm qbil ovvjament.", "Dan x'qed jissuġġerixxi l-Onor.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, nifhem li l-Gvern ikollu l-aġenda tal-liġijiet tiegħu, però ma jfissirx li għax għandu l-aġenda tal-liġijiet tiegħu, il-mozzjoni għandha tiġi diskussa f'ħinijiet straordinarji.", "Jien naħseb li min-naħa tagħna nifhmu li hemm dawn il-liġijiet, u ninsabu disponibbli li jekk hemm bżonn, il-Parlament jiltaqa' it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa filgħodu, biex l-aġenda normali tal-Gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' liġijiet ma nitilfuhiex.", "Jekk se jkun hemm 60 kelliem, jien nissuspetta li għandna bżonn tliet seduti.", "Jien qed ngħid li t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa filgħaxija niddiskutu l-mozzjoni li ġiet ippreżentata, filwaqt li t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa filgħodu, il-Parlament jiltaqa' bl-aġenda normali li kien se jkollna l-ġimgħa d-dieħla.", "B'hekk ma tintilifx minuta mill-aġenda parlamentari normali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Meta qal li hija kontra l-iStanding Orders, għal liema Standing Orders qiegħed jirreferi?", "DAVID AGIUS: Sempliċi, dawk għall-ħinijiet tal-Parlament.", "MR SPEAKER: Ħalli ma nidħlux fiha għalissa.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li meta ttieħdet in konsiderazzjoni li tkun il-Ġimgħa, ittieħdet ukoll in konsiderazzjoni li llum il-ġurnata għandek xogħol tal-Gvern li jsir ukoll barra minn Malta.", "Jiġifieri ma tistax twaqqaf nies li jkunu ġejjin u sejrin barra minn Malta fuq xogħol importanti biex issir ħidma f'dawk it-tlett ijiem ukoll.", "M'aħniex ngħidu li se tagħti ftit ħin u b'xi mod tnaqqas mill-ħin tal-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri jekk tgħodd it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa bi tliet sigħat f'kull ġurnata, li jiġu disa' sigħat, nistgħu nagħmluhom il-Ġimgħa mhux problema, u jekk hemm bżonn anke iktar.", "L-Oppożizzjoni tista' titkellem kemm trid, imma l-kwestjoni hi li l-Gvern irid jiftaħ u jagħlaq f'ġurnata waħda.", "Issa jekk l-Oppożizzjoni, b'xi mod, ma tkunx trid taqbel, allura tkun qed twaqqaf lilha nnifisha milli titkellem, għax il-Gvern bl-ebda mod mhu qed iwaqqafha milli titkellem.", "Hemm il-ħin, jistgħu jieħdu l-ħin u nistgħu nieħdu l-ħin aħna wkoll.", "Kulħadd irid jitkellem, mhux problema, imma ssir f'sessjoni, biex ma jkunx hemm stultifikazzjoni tal-ħidma tal-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, jekk niltaqgħu t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa bis-seduti filgħodu, kif qed nissuġġerixxu aħna, mhu se jkun hemm l-ebda stultifikazzjoni min-naħa tal-Gvern.", "Jiġifieri l-aġenda parlamentari tal-Gvern tista' issir bl-istess mod u manjiera, bl-unika differenza li biex niddiskutu l-liġijiet, il-Parlament minflok ma jiltaqa' filgħaxija, se jiltaqa' filgħodu, u filgħaxija niddiskutu l-mozzjoni ta' sfiduċja, però donnu l-Gvern, għal xi raġuni jew oħra, ma jixtieqx jiltaqa' il-ġimgħa d-dieħla filgħaxija.", "Li nagħmlu mozzjoni maratona l-Ġimgħa, ma naħsibx li tagħmel sens.", "Ejja nitkellmu bis-sens.", "Irridu li jsir dibattitu ta' vera f'din il-mozzjoni jew le?", "Jekk hemm serjetà għal dan id-dibattitu, the first available sitting teknikament hija llum.", "Aħna, min-naħa tagħna, jekk tridu nitkellmu llum, jew nitkellmu għada jekk hemm bżonn.", "M'aħniex se nitkellmu għada, għax aħna stess bħala Oppożizzjoni konxji tal-fatt li l-Prim Ministru jinsab imsiefer.", "Mela aħna qed ngħidu ejja nipposponu, però bir-rispett kollu the first available sitting mhijiex il-Ġimgħa għax il-Prim Ministru jiġi lura mis-safar il-Ħamis, imma hija t-Tnejn.", "Allura ejja niddiskutu t-Tnejn, u jekk hemm bżonn, it-Tlieta u l-Erbgħa, mingħajr ma nħarbtu l-aġenda parlamentari u niltaqgħu filgħodu f'dawk il-ġranet ukoll.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, għadni mhux qed nifhem x'inhi l-problema tal-Oppożizzjoni dwar nhar il-Ġimgħa.", "S'issa għadha ma ħarġitx x'inhi l-problema tal-Oppożizzjoni biex kif qal l-Onor.", "Godfrey Farrugia, ikollna seduta li ssir il-Ġimgħa, tibda fid-9.00 a.m. u tibqa' sejra sakemm jitkellmu l-kelliema bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra jew aktar, għax għandna l-Membri indipendenti li jistgħu jkunu interessati li jitkellmu.", "Allura għadni ma fhimtx x'inhi d-diffikultà biex niltaqgħu l-Ġimgħa.", "It-tieni punt tiegħi hu li naħseb li rridu naqblu wkoll fuq tul ta' ħin ugwali bejn in-naħa tal-Gvern u n-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Ma naħsibx li huwa lok – għax naħseb is-Sedja mbagħad ikollha tirregola hi – li jkollna ħafna diskorsi ripetuti miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Mhux qed ngħid għal naħa waħda, ħalli nagħmilha ċara, imma qed ngħid b'mod ġenerali.", "Allura naħseb li għandu jkollna daqsxejn indikazzjoni dwar dan.", "Jekk se noqogħdu nitkellmu fuq l-iStanding Orders, teknikament u skont il-prassi u l-proċedura tas-soltu, it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa huwa għax-xogħol tal-Gvern, kif jiġri normalment, imbagħad hemm ġurnata oħra li fiha jkun hemm ix-xogħol tal-Oppożizzjoni, jew xogħol li mhuwiex tal-Gvern, għax kif taf is-Sedja jista' jkun hemm xogħol ta' backbencher tal-Gvern.", "Issa l-Gvern qed jgħid li l-Ġimgħa d-diskussjoni tibda fid-9.00 a.m., naraw il-ħin li hemm bżonn għaż-żewġ naħat tal-Kamra u għall-Membri indipendenti, għax għandna żewġ Membri indipendenti u naħseb li huwa fl-interess tad-demokrazija li jekk iż-żewġ Membri indipendenti jixtiequ jitkellmu għandhom jingħataw il-ħin tagħhom, però għadni ma fhimtx għalfejn l-Oppożizzjoni qed toġġezzjona li nibdew il-Ġimgħa fid-9.00 a.m. u d-diskussjoni tibqa' sejra.", "Fl-opinjoni tiegħi, dibattitu li jibda u jispiċċa, qed tagħtih aktar importanza milli tifirxu fuq numru ta' ġranet.", "Naħseb li l-Gvern hekk qed jagħmel, qed jissuġġerixxi l-ewwel ġurnata li hi available minħabba raġunijiet li lkoll nafu, biex tibda d-diskussjoni.", "Aħna mhu se nżommu lil ħadd milli jitkellem, la miż-żewġ naħat tal-Kamra u lanqas lill-Membri indipendenti, imma d-diskussjoni tibda, naqblu kemm iddum, jinqasam il-ħin skont il-ħteġijiet ta' kulħadd, u tiġi deċiża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Il-Matematika titkellem waħedha.", "Jekk se jitkellmu 60 Deputat fi tliet seduti, ifisser li għandhom disa' minuti kull wieħed.", "CARMELO ABELA: Jekk irridu nagħmlu diskussjoni, nafu x'jagħmlu parlamenti oħrajn, imma aħna drajna nitkellmu għal 40 minuta, siegħa u nofs, eċċ.", "MR SPEAKER: Ministru, mhux biex inwaqqfek, imma ħalli nkunu preċiżi għax l-Onor. de Marco qajjem punt importanti.", "Din hija mozzjoni ta' sfiduċja.", "Fejn tidħol mozzjoni ta' sfiduċja, kull kelliem ma nistax nikkontrollah u jekk irid jista' jagħmel sa siegħa, għax Standing Order 49 hija partikolari.", "Jiġifieri mhux 40 minuta, imma jista' jibqa' għaddej jitkellem għal 60 minuta.", "Mela jekk jekk qed ngħidu 60 Membru u jagħmlu siegħa jitkellmu kull wieħed – j'Alla ma jagħmlux siegħa, imma jekk jagħmlu siegħa – dawk ifissru 60 siegħa.", "(Interruzzjonijiet) Le, naf Onor. Godfrey Farrugia, imma rrid ngħidha.", "Anzi ħalli naqra l-artikolu.", "L-artikolu jgħid hekk:", "\"Ebda membru ma għandu jitkellem għal iżjed minn erbgħin minuta f'ħin wieħed waqt diskussjoni fil-Kamra ħlief fuq mozzjoni diretta ta' nuqqas ta' fiduċja, meta membru jkun jista' jitkellem għal siegħa:\".", "Din qiegħda ċara.", "Dwar ir-Ruling, hemm Ruling partikolari li qiegħed ċar u jgħid li sakemm ma jkunx hemm ftehim, l-aġġornament ikun it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, u jista' jaġġorna għal filgħodu.", "Ovvjament, jista' jaġġorna għall-Ħamis, għax il-prerogattiva hi li la l-Gvern imissu seduta l-Ħamis, jista' jgħid li jibda l-Ħamis u jkompli ġurnata oħra.", "(Interruzzjonijiet) Qed nipprova nasal.", "Dwar dik araw intom.", "Ir-Ruling huwa preċedent li qiegħed ċar u qiegħed studjat, jiġifieri mhux kwestjoni li se nitilqu għax hekk u mhux hekk.", "It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, però ir-Ruling jitkellem ċar li jista' jaġġorna mit-Tlieta għall-Erbgħa filgħodu, jew mill-Erbgħa għat-Tnejn filgħodu.", "Onor. Agius, dan hu marbut fuq Rulings oħra.", "Huwa l-aħħar Ruling li tajt proprju bħal daż-żmien sena.", "Jekk qed nitkellmu fuq il-Ħamis, l-aħħar Ruling li tajt huwa li s-seduta li jmiss tal-Ħamis hija tal-Gvern.", "Issa qed nitkellmu fuq Rulings li huma friski, fosthom dik tal-Ħamis.", "Jekk il-Gvern irid jibda l-Ħamis, imbagħad nifhem li jista' jkompli għal ġurnata oħra bi ftehim li tkompli l-Ġimgħa.", "MARIO DE MARCO: L-iktar, l-iktar tistgħu titolbu li taġġornaw għall-Ħamis filgħodu, jekk qed nifhem sew, hux hekk?", "DAVID AGIUS: L-Erbgħa filgħodu, jew il-Ħamis.", "MARIO DE MARCO: Jew il-Ħamis filgħodu jew filgħaxija, però minn hemmhekk imbagħad ikollna bżonn naġġornaw għat-Tnejn tal-ġimgħa d-dieħla.", "CARMELO ABELA: Sur President, għadna ma smajniex x'inhi r-raġuni għall-oġġezzjoni tal-Oppożizzjoni li niltaqgħu l-Ġimgħa.", "DAVID AGIUS: Ma nistgħux ngħiduha pubblikament, imma għandna problema.", "MARIO DE MARCO: Nerġa' ngħid li s-seduti tal-Parlament skont l-iStanding Orders huma t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa.", "Ejjew inżommu ma' dawn l-iStanding Orders.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, jekk nimxu strettament mal-iStanding Orders it-Tnejn u l-Ħamis insemmu, imbagħad hemm ir-Ruling tal-Ispeaker.", "Jiġifieri huwa r-Ruling tal-Ispeaker, mhux l-iStanding Oders.", "CARMELO ABELA: Huwa r-Ruling tal-Ispeaker li għandna t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, però mhux skont l-iStanding Orders.", "DAVID AGIUS: Mela mmorru għall-Ħamis.", "CARMELO ABELA: Le le, il-Ħamis hemm diffikultà li ovvjament nafu x'inhi.", "DAVID AGIUS: Mela mmorru għat-Tnejn.", "X'inhi d-diffikultà tagħkom li mmorru t-Tnejn?", "CARMELO ABELA: Il-Gvern qed jissuġġerixxi li nibdew l-Ġimgħa fid-9.00 a.m.", "DAVID AGIUS: Aħna għandna diffikultà.", "X'inhi d-diffikultà tagħkom li mmorru għat-Tnejn?", "CARMELO ABELA: Jekk intom għandkom diffikultà għall-Ġimgħa, aħna għandna diffikultà għat-Tnejn.", "Kulħadd għandu x-xogħol tiegħu.", "MR SPEAKER: Mingħajr preġudizzju se nitkellem, se nipprovaw ....", "MARIO DE MARCO: Thinking aloud, forsi se mai tista' tinstab soluzzjoni, però se jkun impossibbli li niftħu u nagħlqu l-Ġimgħa.", "L-iktar li nistgħu nikkonsidraw hu li nibdew il-Ġimgħa filgħodu u nkomplu d-diskussjoni t-Tnejn u t-Tlieta, kif issuġġerejna aħna.", "Naħseb li ma nistax inkun iktar prattiku minn hekk, però għal raġunijiet loġistiċi se jkun impossibbli li nibdewha u nagħlquha l-Ġimgħa.", "Trid tapprezza li mhijiex ġurnata li normalment jiltaqa' l-Parlament fiha, imma għax nifhem li l-aġenda tal-Gvern għandha tkompli, jiġifieri mhux qed ngħid niġi naqa' u nqum mill-aġenda leġiżlattiva tal-Gvern, qed nissuġġerixxi li minbarra li nużaw il-ġranet normali, qed ngħid li aħna d-Deputati ilkoll kemm aħna għandna nagħmlu sforz u niltaqgħu it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa filgħodu wkoll, biex ngħinu l-aġenda leġiżlattiva mhux tal-Oppożizzjoni, iżda tal-Gvern.", "Iktar minn hekk ma nistax noffri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Se nitkellem fuq il-ħin.", "Jekk naraw mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern u naraw x'ġara b'mod prattiku fil-passat, insibu li fl-aħħar waħda li saret, dik tat-13 ta' Jannar 2012, ħadet erba' seduti.", "MR SPEAKER: Dik kienet mozzjoni ta' sfiduċja f'Ministru?", "Jien dejjem inqabbel like with like, kif qed nagħmel hawnhekk.", "Kont qed ngħid li l-aħħar mozzjoni ta' sfiduċja li saret fit-13 ta' Jannar 2012, ħadet erba' seduti, jiġifieri qed nitkellmu fuq three times four hours,li jiġu 12-il siegħa.", "Mela, jekk nibdew il-Ġimgħa fid-9.00 a.m. (Interruzzjonijiet) u nieħdu erba' seduti ta' tliet sigħat kull waħda, allura għandek four hours times three, li jiġu twelve.", "Aħna rridu nitkellmuha fil-Parlament b'mod demokratiku, fejn kulħadd jingħata l-ħin tiegħu, allura qegħdin ngħidu li 12-il siegħa jistgħu jsiru f'seduta waħda u dan għandu jkun biżżejjed biex niddiskutuha l-Ġimgħa.", "(Interruzzjonijiet) Mela x'inhu l-argument?", "CARMELO ABELA: Il-Gvern irid jagħmel l-arranġamenti tiegħu wkoll għal nhar il-Ġimgħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, jien nifhem li għandna quddiemna vot ta' sfiduja fil-Gvern li fih ċerta urġenza.", "Issa ma nistax nifhem kif f'daqqa waħda l-Oppożizzjoni, wara din l-urġenza kollha li għandha biex tressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern, trid iddum tistenna ġimgħa oħra, meta aħna qegħdin ngħidulha li din il-ġimgħa lesti li nagħmlu ġurnata sħiħa mid-9.00 a.m. sad-9.00 p.m. jew anke nieħdu iktar ħin jekk hemm bżonn, biex ikollna iktar ħin niddibattu milli kien hemm meta ħadna erba' sessjonijiet ta' tliet sigħat il-waħda.", "Jiġifieri aħna lesti li ndumu iktar, biex din il-mozzjoni ta' sfiduċja li għamlet l-Oppożizzjoni, niddibattuha u neħilsuha l-Ġimgħa.", "Issa m'għadx hemm urġenza għall-Oppożizzjoni?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Bir-rispett kollu, kieku kien hemm daqshekk urġenza min-naħa tal-Gvern, kieku l-Prim Ministru ma marx il-Ġordan u l-Libanu, imma kien jibqa' hawnhekk biex jiddiskuti dan kollu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-problema hija tagħkom.", "Intom qed tarawha l-urġenza.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Kull mozzjoni ta' sfiduċja hija ta' natura urġenti, u nifhmu li hija ta' natura urġenti għal kull gvern u anke għalina.", "Din hija mozzjoni li ppreżentajna b'sens qawwi ta' responsabbiltà, però ladarba intom stess qed titolbu li tiġi diskussa in the first available sitting, the first available sitting skont l-iStanding Orders hija nhar it-Tnejn.", "Dawk huma l-iStanding Orders u ma nistgħux noqogħdu nġebbduhom u nużawhom bħal-lastiku.", "The first available sitting wara li jiġi l-Prim Ministru, fuq talba tagħkom stess tkun nhar it-Tnejn.", "CARMELO ABELA: The first available day hija nhar il-Ġimgħa, meta jiġi l-Prim Ministru, imma jidher li l-Oppożizzjoni ma tixtieqx tiddiskutiha l-Ġimgħa.", "CARMELO ABELA: The first available date hija l-Ġimgħa.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, the first available date hija l-Ġimgħa.", "MARIO DE MARCO: The first available date kienet tkun illum, għada, u pitgħada.", "Iss jekk tixtiequ li l-mozzjoni tiġi diskussa għada u pitgħada, ma jimpurtax għalina, imma tiġux tgħidulna li aħna m'għandniex sens ta' urġenza, għax aħna lesti li nibdew id-dibattitu għada.", "CARMELO ABELA: Mela allura jekk intom lesti għal għada, lesti għall-Ġimgħa, hux hekk?", "Għax hekk għandek jumejn jew tlett ijiem oħra biex tipprepara u torganizza ruħek aħjar.", "MARIO DE MARCO: Inti qed tgħid li hija urġenti.", "Mela no problem, jekk hija daqshekk urġenti, nibdewha għada.", "CARMELO ABELA: Kif tafu, il-Prim Ministru jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Gvern li ilu ppjanat, u numru ta' Ministri qegħdin miegħu.", "Għalhekk aħna disponibbli li mhux biss niltaqgħu t-Tnejn, imma qed nissuġġerixxi wkoll li niltaqgħu t-Tnejn filgħodu u filgħaxija, biex ma nisfruttawx l-aġenda tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Se nissospendi l-laqgħa għal ħames minuti.", "Il-Kumitat ġie sospiż fis-7.09 p.m. u rriżuma fis-7.41p.m.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Skont is-suġġeriment li għamel l-Onor. de Marco, jien ħarist lejn it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, u meta rajt ix-xogħol impenjattiv li għandu l-Gvern dwar kunsilli fi Brussell u t-trio tal-Presidenza eċċ. il-ġimgħa d-dieħla, it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, hemm ċerti affarijiet ta' importanza li jaffettwaw l-interess nazzjonali.", "Għaldaqstant inkunu qegħdin nonqsu jekk ma nagħmlux preżenza hemmhekk.", "Pereżempju, Onor. Carmelo Abela, inti li qiegħed hawnhekk tista' tgħid x'għandek min-naħa tiegħek biss?", "CARMELO ABELA: Jien għandi żewġ kunsilli l-ġimgħa d-dieħla, dak tad-difiża, u dak tal-justice and home affairs.", "Naf ukoll li fl-ewwel parti tal-kunsill tad-difiża hemm il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, għax jinqasam b'mod li l-ewwel ikun hemm il-Foreign Minister, imbagħad iż-żewġ Ministri flimkien, imbagħad tkompli l-formazzjoni tad-difiża.", "Nafu li s-sena d-dieħla għandna l-Presidenza, nafu li hemm commitments li ilhom avżati u faqqsux issa, għalhekk il-proposta tagħna għall-Ġimgħa mhijiex frivola għall-aħħar, assolutament.", "GODFREY FARRUGIA: Fil-fatt, kien f'dak l-ambitu li pproponejna l-Ġimgħa, meta rajna x-xogħol tal-Kamra kollu li għandna fix-xahrejn li ġejjin u ċertu xogħol ta' urġenza li jinkludi transpożizzjonijiet tal-liġijiet Ewropej, inkluż tal-entitajiet li għandna timeframe ristrett dwarhom ukoll, kif ukoll is-safar li għandu l-Gvern.", "Allura konna qegħdin inħarsu lejn il-Ġimgħa bħala l-ewwel opportunità fejn inkunu nistgħu niddiskutu b'mod demokratiku.", "Jien semmejt ukoll numru ta' seduti li saru qabel din like with like.", "Għaldaqstant aħna ma konniex qegħdin nonqsu mill-proposta tagħna li nagħtu l-ħin adegwat biex din tiġi diskussa, bid-differenza li tiġi diskussa f'seduta waħda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk jien infurmata sew hemm xi disa' Ministri u Segretarji Parlamentari msefrin.", "Jiġifieri hemm xogħol sostanzjali tal-Gvern li jkun ħażin li biex ma nagħmluhiex nhar il-Ġimgħa minħabba l-Oppożizzjoni .… Bl-ebda disrispett, imma l-Oppożizzjoni m'għandhiex xogħol tal-Gvern, u ma nistgħux inwaqqfu x-xogħol tal-Gvern frivolożament.", "Din mhijiex kwestjoni li twaqqaf lil xi ħadd milli jitkellem, għax se nagħtu ħin kemm hemm bżonn.", "Naqblu fuq dan il-ħin, imbagħad kulħadd jitkellem to their heart's content.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "L-appell qiegħed ċar.", "MARIO DE MARCO: Nerġa' ngħid li napprezza dan kollu, però jekk nieħdu l-aħħar mozzjoni ta' sfiduċja li kienet saret fil-2012, li ħadet erba' seduti, il-Gvern kellu l-istess impenji ta' safar, kif għandu dan il-Gvern, u napprezza l-impenji li għandu l-Gvern, però din kienet ġiet dibattuta on Monday, Tuesday, Wednesday, and Thursday.", "Jiġifieri ma saritx seduta l-Ġimgħa, minkejja li anke l-Gvern preċedenti kellu impenji ta' safar mal-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa tagħna, biex inkunu iktar flessibbli, li nistgħu nipproponu huwa li nikkomettu ruħna għall-ġurnata meta jittieħed il-vot, biex il-Ministri jkunu jistgħu jirregolaw is-safar tagħhom skont dik il-ġurnata, fejn ngħidu li jekk nibdew bid-debate Monday, il-vot jittieħed Wednesday evening.", "Aħna lesti ukoll li biex ma ntawluhiex nieħdu tleit seduti, Monday, Tuesday, Wednesday, imbagħad l-ħin u l-ammont ta' kelliema nirregolawhom skont is-seduti.", "Jien naħseb nistgħu nagħmlu data u ngħidu li l-vot jittieħed Wednesday evening jew Thursday evening biex min għandu bżonn isiefer jitkellem Monday, imbagħad jerġa' jkun hawnhekk Thursday evening.", "Aħna lesti li nagħmlu hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwelnett, jien napprezza li qed isir tqabbil mal- mozzjoni li kienet ġiet ippreżentata fl-2012, u filwaqt li napprezza dak li qal l-Onor.", "De Marco, illum ninsabu fis-sena 2016 lejliet il-Presidenza, jiġifieri nifhem li l-Gvern ta' dak ż-żmien ukoll kellu l-impenji tiegħu, mela le.", "U fil-fatt konna tkellimna fuq dan anke fil-passat, però apparti minn dan l-istat ta' fatt llum ninsabu lejliet presidenza li jekk forsi anke aħna stess sa' sena ilu stajna naffordjaw biex ma nattendux meeting, ħalli nżomm il-paragun ma' din l-amministrazzjoni, jekk sa sena ilu jien stajt ma mmurx kunsill – aħseb u ara erba' snin ilu – illum lejliet il-Presidenza tapprezzaw li hija aktar diffiċli li ma nattendix għall-kunsill.", "Jekk tippermettili, Sur President, irrid nagħmel punt fuq dak li qed nitkellmu rigward in-numru ta' seduti u numru ta' sigħat.", "Il-Gvern mhuwiex qed jirrestrinġi l-ħin tad-dibattitu, jiġifieri meta ngħidu erba' seduti l-importanti nitkellmu fuq numru ta' sigħat.", "Aħna qed ngħidu li nhar il-Ġimgħa s-seduta tibda fid-9.00 a.m. u tibqa' għaddejja sakemm nagħmlu l-ammont ta' sigħat li jakkomoda lil kulħadd, Gvern, Oppożizzjoni, u Membri Indipendenti, irrespettivament minn kemm ikollna seduti.", "Jiġifieri din mhijiex kwestjoni jkollniex tnejn, tlieta, jew erbgħa seduti, l-aktar importanti huwa l-ħin tad-dibattitu.", "Din tista' tkun kif issuġerixxa l-Onor.", "Farrugia fil-bidu, s-seduta li tibda nhar il-Ġimgħa fid-9.00 a.m. u tibqa' għaddejja sal-ħin li hemm bżonn, imbagħad wara naslu għad-deċiżjoni li kull min għandu bżonn jitkellem, jitkellem.", "Ma nixtieqx li norbtuha man-numri ta' seduti, aktar milli man-numru ta' sigħat, allura għandna nitkellmu fuq numru ta' sigħat li għandna bżonn għad-dibattitu.", "Il-proposta tal-Gvern hi li nibdew nhar il-Ġimgħa fid-9.00a.m. u nibqgħu sejrin kemm hemm bżonn dakinhar stess, imbagħad meta d-dibattitu fuq il-mozzjoni jkun konkluż, naturalment jittieħed il-vot.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nerġa' nappella għall-buon sens min-naħa tal-Gvern ukoll.", "Is-safar tiegħek f'liema ġranet hu?", "CARMELO ABELA: Jien se nitlaq it-Tnejn filgħodu, biex nasal għat-Tnejn filgħaxija, u jkompli t-Tlieta, imbagħad l-Erbgħa għandi meetings oħrajn.", "Il-ġimgħa d-dieħla kompletament barra.", "Jien qed ngħid għalija biss bħala Ministru, imma naf li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin se jkun imsiefer qabli għall-istess meeting, imbagħad nibqgħu għaddejjin.", "Il-Ġimgħa wkoll jista' jkollna vot, Onor. Agius, jiġifieri s'issa għadni ma nafx x'inhi l-oġġezzjoni tal-Oppożizzjoni li naqblu li l-mozzjoni ssir nhar il-Ġimgħa.", "Mela ħalli nsemmu ġurnata oħra minbarra l-Ġimgħa, ma nafx jixtiequx jiġu s-Sibt allura.", "Qed nitfagħha hekk, la għall-Ġimgħa hemm oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Din eżawrejniha u issa rridu nimxu mal-proċedura.", "Xi mkien irridu niddeċiedu.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Il-Gvern mhuwiex qed jikkonsidra li nibdewha l-Ġimgħa filgħodu, u se mai nkompluha jew it-Tnejn u t-Tlieta filgħaxija, jew it-Tlieta u l-Erbgħa filgħaxija, jew jekk hemm bżonn minħabba s-safar nagħmluha l-Erbgħa u l-Ħamis.", "Jiġifieri jien qed nissuġerixxi li nibdewha l-Ġimgħa filgħodu, imbagħad inkompluha – qed nassumi li nillimitaw ruħna għal tliet seduti, għal skopijiet ta' prattiċita, mhux biex noħnoq ħalq xi ħadd – t-Tnejn jew it-Tlieta, skont l-esiġenzi tas-safar tagħkom, jew jekk hemm bżonn l-Erbgħa u l-Ħamis.", "CARMELO ABELA: Nista' nistaqsi mistoqsija lill-Onor.", "CARMELO ABELA: Jekk qed nifhem tajjeb, l-Onor.", "Kemm tissuġerixxi li nagħmlu sigħat Friday?", "MARIO DE MARCO: Is-suġġerimenti tiegħi kien li nagħmlu seduta waħda Friday.", "CARMELO ABELA: Tista' tkun seduta ta' tliet sigħat, tista' tkun seduta ta' disa' sigħat, u tista' tkun seduta ta' 12-il siegħa.", "MARIO DE MARCO: Is-suġġerimenti tiegħi hu li jew nagħmlu seduta normali ta' tliet sigħat, l-iktar l-iktar ntawluha sa erba' sigħat, imbagħad jew inkomplu Monday u Tuesday, jew Tuesday u Wednesday, jew jekk hemm bżonn Wednesday u Thursday.", "Dak li qed nissuġerixxi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-kas kemm tissuġġerixxi li nagħmlu sigħat nhar il-Ġimgħa?", "MARIO DEMARCO: Mid-9.00 a.m. sa nofsinhar jew mid-9.00a.m sa 1.00p.m.", "CARMELO ABELA: Naħseb li l-Ġimgħa mhux mpossibbli għall-Oppożizzjoni, għax donnhom qed jgħidu li nistgħu nagħmlu ċertu ħin, però qisna mhux qed naqblu li nagħmlu ....", "MARIO DEMARCO: Qed nissuġerixxu li tibda l-Ġimgħa filgħodu, imma qed narawha impossibbli li nagħlquha dakinhar.", "Allura qed nissuġerixxi li nkompluha jew it-Tnejn u t-Tlieta, jew it-Tlieta u l-Erbgħa, jew l-Erbgħa u l-Ħamis.", "CARMELO ABELA: Il-proposta tagħna hija li nibdew fid-9.00a.m u nibqgħu sejrin sal-11.00p.m. jekk hemm bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Kieku kellna nibdew nhar l-Erbgħa ta' din il-ġimgħa u nkomplu l-Ġimgħa filgħaxija, mhux filgħodu.", "Naf li m'għandniex il-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru.", "Peress li huma jriduha maqsuma, jien qed nissuġġerixxi li nibdew nhar l-Erbgħa, nagħmlu seduta daqsxejn itwal mis-soltu, ma fiha xejn b'daqshekk, biex it-tliet seduti li qegħdin jiftehmu dwarhom b'total ta' 12-il siegħa jitqassmu bejn L-Erbgħa, Il-Ġimgħa filgħodu, u t-Tnejn nagħmluha filgħaxija.", "MR SPEAKER: Naħseb li l-Onor.", "Farrugia għandu proposta tajba li wieħed għandu jikkonsidraha.", "Nhar l-Erbgħa jkun hemm seduta itwal mis-soltu biex ikun hemm aktar ħin u l-Ġimgħa tkun aktar mis-soltu biex ikun hemm biżżejjed ħin għal tliet seduti.", "Jiġifieri nibdewha nhar l-Erbgħa u nagħlquha l-Ġimgħa.", "MARIO DE MARCO: Nagħmlu seduta twila jekk hemm bżonn.", "GODFREY FARRUGIA: Hemm problemi loġistiċi ta' Whip li rridu nirraġunawhom.", "Hemm problemi loġistiċi li għandhom x'jaqsmu ma' safar fuq xogħol tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Tajjeb, għamilt l-punt tiegħek.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien smajt lill-Onor.", "De Marco jgħid li għalikom mhux problema li nhar it-Tnejn nagħmlu seduta twila, hux hekk?", "Mela nagħmlu s-seduta t-Tnejn minn filgħodu, u dak li pproponejna għall-Ġimgħa nagħmluh nhar It-Tnejn.", "Jiġifieri nagħmlu mid-9.00 a.m. sal-11.00 p.m. Naqblu fuq il-ħin, nieħdu nofs siegħa kull wieħed, nitkellmu kollha amply, araw kemm għandkom nies u nieħdu mid-9.00a.m. sal-11.00p.m.", "It-Tnejn hija ġurnata tal-iStanding Orders u għandna naslu.", "MR SPEAKER: Naħseb li issa għandna naslu bis-suġġeriment tal-Onor.", "Se nissospondi ftit sakemm jikkonsultaw mal-Oppożizzjoni.", "Il-Kumitat ġie sospiż fis-7.57 p.m. u rriżuma fit-8.01 p.m.", "MR SPEAKER: Onor. Mario de Marco, hemm qbil fuq l-aħħar proposta li ressqet l-Onor.", "MARIO DE MARCO: Iva, hemm qbil.", "Is-suġġeriment tagħna hu li s-seduta ssir nhar It-Tnejn, imma m'hemmx bżonn li nibqgħu għaddejjin sal-11.00 p.m. Nippreferu li tkun seduta mid-9.00 a.m sa 9.00 p.m u l-vot jittieħed fid-9.00 p.m. u naqsmu l-ħin bejnietna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Wieħed irid jirrealizza li għandna numru ta' kelliema, fejn huma proponew 20 u jien ipproponejt 30.", "Għalhekk qiegħed nenfasizza li kemm jista' jkun ikollna seba' sigħat kull wieħed, jiġifieri 14-il siegħa.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-proposta tagħna hija mid-9.00 a.m. sal-11.00 .p.m.", "MR SPEAKER: Issa nħalluha hekk, anke jekk ma jitteħdux.", "Mingħajr aġġornament u mingħajr, hux hekk?", "Għax inkella nkunu qegħdin nerġgħu nnaqqru minnhom.", "MARIO DEMARCO: Ejja inżommu daqsxejn ta' auto control tagħna nfusna.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li b'xi mod jew ieħor nieħdu l-vot fid-9.00p.m minflok fil-11.00p.m.", "Għalhekk jien qed nissuġerixxi li nibdew fid-9.00a.m., ma nieħdux ħin għall-mistoqsijiet, biex nippruvaw nkunu flessibbli, u nagħmluha mid-9.00a.m. sad-9.00p.m.", "Jien ukoll kont ipproponejt li min-naħa tagħna jitkellmu 30 kelliem, però lest li nagħmlu l-isforz biex il-kelliema tagħna nnaqqsuhom, u minflok 30 jitkellmu 20 persuna.", "Nerġa' ngħid, jien 30 għandi available, però ejja nkunu daqsxejn self restraint u nikkommettu ruħna mid-9.00a.m. sad-9.00p.m.", "MR SPEAKER: Onor. Deborah Schembri, l-Oppożizzjoni qiegħda taqbel mal-proposta tiegħek, u issa qed nitkellmu fuq il-ħin.", "L-Onor.", "Farrugia qed jgħid li hemm bżonn nagħmlu seduta itwal.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jien x'ħin għamilt l-kompitu tiegħu dwar il-ħin u n-numru ta' kelliema li għandi, jien għandi 38 kelliem, allura qiegħed ngħid li għandi tal-inqas 30 kelliem.", "Issa x'ħin tagħmel il-ħin biex dak li jkun jagħmel l-argument tiegħu kif suppost u b'mod adegwat, la żejjed u lanqas nieqes, wasalt għal seba' sigħat.", "Issa sintendi sintendi jekk se nagħti 7 sigħat lin-naħa tal-Gvern, bi dritt irrid bilfors nagħti seba' sigħat lill-Oppożizzjoni.", "Mela jekk nibdew fid-9.00a.m. ...", "MR SPEAKER: Nistgħu nibdew aktar kmieni, u minflok fid-9.00 a.m. nibdew fit-8.30 a.m.", "DEBORAH SCHEMBRI: Aħna nixtiequ li tkun seduta mid-9.00a.m. sal-11.00p.m.", "MR SPEAKER: Ma rridux nitfixklu f'naqra ħin issa.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fejn fil-maratona li kellna l-aħħar darba li għamilna sat-3.00a.m. u sad-9.00 a.m. ma naħsibx li għandna ngħidu li mid-9.00 a.m sal-11:00 p.m. għandha tkun problema, biex kulħadd ikun jista' jiddibatti kif suppost.", "Ma naħsibx hija daqshekk problematika.", "MR SPEAKER: Nixtieq li jkun hawn kunsens u ftehim.", "Issa mxejna biċċa li morna għat-Tnejn filgħodu.", "MARO DE MARCO: Forsi nistgħu nagħmluha sad-9.30p.m. minflok il-ħin tal-aġġornament.", "Mela qegħdin inċedu l-ħin tal-aġġorament u qegħdin inċedu l-ħin tal-mistoqsijiet, jiġifieri ggwadanjajna siegħa oħra.", "Mela nibdew fid-9.00a.m. sad-9.30p.m. mingħajr mistoqsijiet u mingħajr ħin tal-aġġornament.", "MR SPEAKER: Mela qed naqblu li l-mozzjoni ta' sfiduċja se tiġi diskussa t-Tnejn li ġej.", "It-Tnejn, 18 ta' April, ikollna l-ġurnata mid-9.00 am. sal-10.00 p.m. Il-ħin tal-aġġornament u tal-mistoqsijiet ma jittieħdux.", "Il-ħin jinqasam ugwalment, u la l-mozzjoni hija tagħkom tiftħu intom u tagħlqu intom.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Billi se nitlef ġurnata mill-ħidma tal-iskeda tal-Parlament kif inhi, nista' nitlob li 'l quddiem nagħmel seduta żejda biex dik li nitlef nerġa' neħodha?", "MR SPEAKER: M'għandhiex tkun problema, għax skont ir-Ruling li ngħata fis-seduta 285, inti tista' taġġorna għal filgħodu.", "Għandek ir-Ruling li inti tista' taġġorna għal filgħodu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naġġornaw għal filgħodu ta' liema ġurnata?", "GODFREY FARRUGIA: Kif niddeċiedi jien aktar 'l quddiem.", "Imbasta jkun t-Tnejn, Tlieta u l-Erbgħa biex ikun hemm seduta extra.", "MR SPEAKER: Mela miftehmin fuq il-mozzjoni.", "Mela nista' nimxi għal xi ħaġa oħra?", "Inti x-Xogħol tal-Kamra kollox mqassam jew trid tgħid xi ħaġa fuq ix-Xogħol tal-Kamra.", "Diġà ddiskutejtha mal-Onor.", "David Agius fuq l-ġimgħa d-dieħla?", "GODFREY FARRUGIA: Fuq il-ġimgħa d-dieħla le.", "Il-ġimgħa d-dieħla kelli f'rasi li nkompli...", "CARMELO ABELA: Ma nistax ma nirrimarkax, Sur President, li hemm insensittività għax-xogħol tal-Gvern mhux fil-Parlament imma barra mill-Parlament.", "Din setgħet saret il-Ġimgħa.", "Nista' ngħaddi ħafna ġudizzji fuq din.", "Kulħadd għandu l-ġudizzju tiegħu u jien qed nagħmel rimarka.", "Għandi dritt nagħmel dan il-kumment u qed nindirizza lis-Sedja.", "MR SPEAKER: Onorevoli kollha kemm intom, kemm jista' jkun nipprovaw naslu fi ftehim fuq il-House Business.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ġaladarba s-suġġeriment għas-seduta tat-Tnejn għamiltu jien, nixtieq li jidher fil-Minuti li għalkemm jien issuġġerejt li ssir it-Tnejn, dan għamiltu biex nippruvaw naslu għal ftehim bejn iż-żewġ naħat, għax jien ukoll naħseb li mhuwiex ġust li l-Gvern għandu jitlef ġranet tax-xogħol daqshekk importanti waqt il-Presidenza.", "Għamilt dan is-suġġeriment biex forsi naslu għal kompromess.", "MR SPEAKER: Onor. Deborah Schembri, is-Sedja tirrikonoxxi ħafna l-isforz li għamlu l-membri min-naħa tal-Gvern biex sar dan il-ftehim.", "Dan is-Sedja qed tirrimarkah b'mod ċar, biex jismagħni kulħadd.", "Dik hi l-intenzjoni ta' dan il-kumitat, li kemm jista' jkun naslu għal ftehim, u issa wasalna.", "CARMELO ABELA: Il-ftehim wasalna għalih, imma hemm prezz.", "Li qed nipprova ngħid hu x'inhu l-prezz, u l-prezz tal-Gvern lejn din il-presidenza huwa dan li għedt.", "MARIO DE MARCO: Kulħadd għandu x-xogħlijiet tiegħu.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni wkoll għandu x-xogħlijiet tiegħu.", "CARMELO ABELA: Jien nirrispetta x-xogħol tal-Oppożizzjoni, u għamilt ħafna żmien fl-Oppożizzjoni, però napprezza wkoll li jkun hemm rispett lejn ix-xogħol tal-Gvern li qed jirrappreżenta lill-pajjiż kollu.", "MARIO DE MARCO: Aħna nirrispettaw ix-xogħol tal-Gvern ukoll, għax għamilna ħafna snin fil-gvern ukoll.", "CARMELO ABELA: Napprezzah ukoll, imma lejliet presidenza din hija unfair ħafna.", "MARIO DE MARCO: Aħna li ħdimna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u għall-Presidenza, napprezzaw ukoll l-impenn tal-Presidenza.", "CARMELO ABELA: Mela jekk tapprezzaw imissna ftehemna għall-Ġimgħa.", "MR SPEAKER: Ix-xogħol ta' din il-Ġimgħa lest, mela nimxu għax-xogħol tal-ġimgħa d-dieħla.", "GODFREY FARRUGIA: Irrid nitkellimha mal-Onor.", "David Agius, jien bħala premura milli qed nara huwa li l-ġimgħa d-dieħla b'xi mod nagħlqu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Nru 113, li se jkompli l-Erbgħa.", "Jekk ma jagħlaqx l-Erbgħa, nixtieq li l-ġimgħa d-dieħla b'xi mod nagħlqu.", "Il-ħaġa l-oħra li kelli bħala premura hi li se nagħti erba' affarijiet li kelli f'moħħi, fosthom wieħed mir-rapporti tal-entitajiet biex nidħol fih.", "DAVID AGIUS: Dan qed nitkellmu fuq l-Erbgħa 20 t'April, inqas minn għaxart ijiem oħra.", "Mela fit-18 t'April għandna l-mozzjoni, u fid-19 t'April irridu nagħlqu l-Kodiċi 113....", "GODFREY FARRUGIA: Għad-19 u l-20 t'April jien għandi xi affarijiet li rrid ....", "MR SPEAKER: Tista' tagħmel seduta filgħodu wkoll.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, imma għandi affarijiet f'rasi u li rrid nħares lejhom.", "Għandi l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Riforma Kostituzzjonali tal-Qasam tal-Ġustizzja, Nru 145, li jrid jitkompla, l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tribunal Industrijali, Nru 143, u f'rasi kelli r-rapport ta' waħda mill-entitajiet.", "Dawn se niddiskutihom fil-grupp parlamentari u kont nikkomunika bħas-soltu mal-Onor.", "David Agius, imma l-ħsieb huwa dirett lejn dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġi u r-rapport ta' entità li xtaqt inressaq għal deċiżjoni.", "Sintendi, fid-19 u fl-20 bilfors irrid inressaq tnejn minn dawk l-erbgħa, jien nilħaq nagħti risposta sa nhar l-Erbgħa li ġejjin.", "Navża wkoll lill-Onor.", "David Agius barra mill-House Business Committee, meta se tkun il-ġurnata extra tal-Parlament.", "DAVID AGIUS: Biex nagħtih avviż, dawn l-abbozzi li semma hemm voti fihom, jiġifieri dak kollu li konna qegħdin ngħidu, il-ġimgħa d-dieħla jista' jkollna l-voti.", "Qed ngħid dan biex ix-xogħol tal-Gvern jippjanawh tajjeb, hux hekk?", "GODFREY FARRUGIA: Għalhekk ħallejtha miftuħa jien.", "DAVID AGIUS: Nhar it-Tnejn deċiża, mil-lum, għada u Wednesday deċiża nafu x'se nagħmlu.", "Monday nafu x'se nagħmlu.", "Issa Tuesday u Wednesday għidli inti x'tiddeċiedi li tagħmel u jien mill-ewwel se ngħidlek jekk hemmx vot jew le, jekk hemmx vot għalih jew le.", "MR SPEAKER: Qabel ma nispiċċaw.", "Ix-xogħol tal-Kamra għal ġimgħa d-dieħla lest.", "Issa niġu fuq 9 ta' Mejju ...", "DAVID AGIUS: Se jibda l-kumitat tal-Abbozz ta' Liġi mressaq mill-Onor.", "Jason Azzopardi, Abbozz Nru 118, li qiegħed quddiem il-Kumitat Permanenti biex forsi nkunu nistgħu ....", "GODFREY FARRUGIA: Jien għandi d-diffikultajiet ukoll dwar abbozz 130 u 131 .....", "DAVID AGIUS: Le, m'għandniex problema, meta tridu nlaqqgħuh", "GODFREY FARRUGA: Abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar l-Opportunita' Indaqs ...", "DAVID AGIUS: Dak tagħna, m'għandniex problemi lanqas.", "MR SPEAKER: Dak hemm tnejn, għax hemm l-emenda ukoll.", "GODFREY FARRUGIA : Abbozz ta' liġi dwar l-Opportunità Indaqs ...", "DAVID AGIUS: M'għandniex problemi lanqas.", "GODFREY FARRUGIA: U l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili.", "DAVID AGIUS: Aħna m'għandniex diffikultà dwar il-130, il-101, u l-105, imma naħseb li kien hemm xi ħaġa li ridtu taraw.", "Min-naħa tagħna, kif qalu l-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Stephen Spiteri, m'hemmx diffikultà biex immexxu.", "MR SPEAKER: Qed isir ftehiem li għandu jiltaqa' l-kumitat?", "DAVID AGIUS: Barra minn hekk, kellu jsir xi abbokkament rigward Abbozz ta' Liġi dwar l-istandards fil-ħajja pubblika Nru 63.", "GODFREY FARRUGIA: Fil-Liġi dwar l-istandards fil-ħajja pubblika bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet bejn id-Deputat Prim Ministru u l-Onor.", "Id-Deputat Prim Ministru kellu jieħu xi fehma wara li jikkonsulta l-AG Office, u ried jiġi bir-riżultat ta' dik l-fehma lill-Onor.", "Jason Azzopardi, u għaldaqstant qegħdin nistennew li ssir dik il-laqgħa, imma għalissa għaddejjin b'diskussjonijiet interni.", "MR SPEAKER: Jien naf li għaddej xi diskussjonijiet fuq dak ir-rapport.", "Mela nistgħu nimxu għal xi ħaġa oħra?", "Niġi għaċ-ċelebrazzjoni ta' Jum l-Ewropa.", "Fid-9 ta' Mejju huwa l-jum li fih jiġi ċċelebrat Jum l-Ewropa, u nitlob liż-żewġ naħat tal-Kamra biex kif ġieli ġara tikkonsidraw li parti mid-dibattitu fil-plenarja jiġi ddedikat għall-Ewropa.", "DAVID AGIUS: Kemm kienet id-darba l-oħra?", "MR SPEAKER: Issa nitkellmu fuq kemm.", "Jien se naqra estratt tal-Minuti tat-12 ta' Mejju, 2014 fis-sens li Malta kienet qed tiċċelebra l-10 anniversjarju mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-estratt jgħid hekk:", "Il-Kamra fakkret Jum l-Ewropa li jaħbat 9 ta' Mejju ta' kull sena u waqt il-kommemorazzjoni saru diskorsi mill-Onor.", "Marthese Portelli min-naħa tal-Oppożizzjoni, mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza u Fondi Ewropej, l-Onor.", "Ian Borg, imbagħad minni bħala Speaker.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li l-ħin tal-aġġornament jinqasam bejn iż-żewġ naħat u jkun hemm temi relatati mal-Ewropa.", "Issa dwar il-ħin niftehmu jekk nagħmlux 10 minuti jew kwarta kull wieħed.", "DAVID AGIUS: Forsi nistgħu nagħmlu kwarta kull wieħed mis-6.30 p.m. sas-7.00p.m. fid-9 ta' Mejju?", "MR SPEAKER: Dakinhar stess, it-Tnejn 9 ta' Mejju, waqt l-Aġġornament, mid-9.00 p.m sa 9.30 p.m. li jinqasam bejn il-partijiet u nitkellmu fuq l-Ewropa.", "DAVID AGIUS: Irrespettivament minn min ikun imissu l-aġġornament, jekk ikunx Gvern jew Oppożizzjoni, jaqbeż it-turn tiegħu u tiġi diskussa din.", "MR SPEAKER: Tajjeb hekk.", "Il-bqija, kif diġà ddiskutejna, l-Onor.", "Karl Gouder se jkun qiegħed fil-Kumitat Parlamentari dwar il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.", "Nirringrazzjakom.", "Nirringrazzja l-kollaborazzjoni tal-membri, insellmilkom u nirringrazzjakom.", "Grazzi ħafna.", "Fit8.23 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160411_036d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 36", "It-Tnejn, 11 ta' April 2016", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filKamra talKumitati 3 filbinja talParlament, ilBelt Valletta, fis6.42 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Intern, l-Onor.", "Carmelo Abela, isSegretarju Parlamentari għallIppjanar u sSimplifikazzjoni Amministrattiva, lOnor.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti wkoll l-Onor.", "Frederick Azzopardi u lOnor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 35 tat23 ta' Frar 2016, kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "Il-Kumitat iddiskuti d-data li fiha għandha tiġi diskussa l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern imressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni - Mozzjoni 322.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat illi l-ħsieb tal-Gvern kien illi l-mozzjoni tiġi diskussa nhar il-Ġimgħa, 15 ta' April 2016 f'seduta waħda li tibda fid-9.00 a.m. u li tieħu l-ħin kollu possibbli ta' dik il-ġurnata.", "L-Onor.", "Mario de Marco rrimarka li l-Oppożizzjoni ma kenitx qed taqbel ma' din il-proposta u ssuġerixxa li d-diskussjoni ssir matul is-seduti tat-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa tal-ġimgħa ta' wara bil-Parlament jiltaqa' anke filgħodu biex isir xogħol tal-Gvern.", "Segwit diskussjoni fejn ġew konsiderati numru ta' alternattivi, u li matulha l-Kumitat ġie", "sospiż fis-7.09 p.m. u rriżuma fis-7.41 p.m. u mill-ġdid sospiż fis-7.57 p.m. u rriżuma fit-8.01 p.m.", "Fuq proposta tal-Onor.", "Deborah Schembri l-Kumitat qabel li l-Mozzjoni 322 tiġi diskussa f'seduta waħda nhar it-Tnejn, 18 ta' April 2016, li tibda fid-9.00 a.m. u tagħlaq fl-10.00 p.m., bil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari u tal-aġġornament ma jitteħidtx.", "Il-ħin tad-diskussjoni kellu jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat, bil-ftuħ u bil-għeluq ikun għall-Oppożizzjoni, u l-vot jittieħed fi tmiem is-seduta.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa l-Kumitat li għall-ġimgħa ta' wara – ċjoè nhar it-Tlieta, 19 ta' April 2016 u l-Erbgħa, 20 ta' April – il-prijoritajiet għall-Gvern kienu:", "Approvazzjoni tal-estimi finanzjarji ta' xi waħda mill-korporazzjonijiet li jridu jgħaddu mill-Parlament;", "Abbozz ta' Liġi dwar Riformi Kostituzzjonali (Qasam tal-Ġustizzja) (Abbozz 145);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Abbozz 143); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda lKodiċi Kriminali (Abbozz 113), liema abbozz għandu possibilment jingħalaq sa nhar l-Erbgħa, 20 ta' April 2016; jekk ma jingħalaqx nhar l-Erbgħa għandu jingħalaq il-ġimgħa ta' wara.", "L-Onor.", "Farrugia informa wkoll lill-Kumitat illi peress li l-Mozzjoni 322 kienet se tiġi diskussa t-Tnejn, 18 ta' April 2016, seta' jagħti l-każ li l-Parlament jitlaqqa' filgħodu fi ġranet oħra.", "L-Onor.", "Agius informa lill-Kumitat illi fuq uħud mill-materji proposti seta' jintalab vot.", "Fuq proposta tal-Onor Farrugia għal qbil dwar differiment tal-vot, l-Onor.", "Agius informa lill-Kumitat illi kien ser jirreferi dan il-punt lill-grupp parlamentari tiegħu u li se jkun qed jinforma lill-Whip tal-Gvern bid-deċiżjoni li tkun ittieħdet.", "L-Onor.", "Agius ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat għall-Abbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika (Abbozz 63).", "L-Onor.", "Farrugia informa lill-Kumitat illi għaddejjin diskussjonijiet interni dwar dan l-Abbozz bejn id-Deputat Prim Ministru u l-Onor.", "L-Onor.", "Agius għamlu wkoll referenza għall-abbozzi ta' liġijiet li kien hemm quddiem il-Kumitat Permanenti dwar Abbozzi ta' Liġi.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat illi l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, l-Onor.", "Helena Dalli, li ser tkun il-Membru sostitut min-naħa tal-Gvern meta l-Kumitat jiltaqa' biex jiddiskuti l-Ombudsplan 2016, kienet tinsab indisposta u li kien se jikkomunika aktar 'il quddiem f'dan ir-rigward.", "Talba mis-Sur Joe Magro", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa lill-Kumitat illi meta l-Kumitat dwar il-Familja jlesti x-xogħol li għandu quddiemu, kienet se tintlaqa' t-talba tas-Sur Joe Magro, persuna li jbati mill-marda amyotrophic lateral sclerosis (ALS), biex jidher quddiem kumitat Parlamentari", "Tifkira ta' Jum l-Ewropa", "Wara diskussjoni qasira l-Kumitat qabel illi l-ħin tal-aġġornament tas-seduta ta' nhar it-Tnejn, 9 ta' Mejju 2016, jinqasam b'mod indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, sabiex ikun mfakkar Jum l-Ewropa.", "Sostituzzjoni ta' Membru fil-Grupp Parlamentari dwar ilKapitali Ewropea talKultura", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat illi l-Onor.", "Karl Gouder kien ser ikun qiegħed jieħu post l-Onor.", "Clyde Puli fil-Grupp Parlamentari dwar ilKapitali Ewropea talKultura.", "Fit8.23 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20160411_036m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 44", "L-Erbgħa, 13 ta' April 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 44", "L-Erbgħa, 13 ta' April, 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 42 u 43, li saru fis-16 u fit-18 ta' Marzu 2016 rispettivament, ġew ikkonfermati.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRMAN (Onor. Luciano Busuttil): Nippreżenta komunikazzjoni li rċevejt mingħand il-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tal-Parlament tal-Armenja, fejn qed jingħad li fl-1 ta' April 2016 kien hemm vjolazzjoni min-naħa tal-Ażerbajġan tal-waqfien mill-ġlied fir-reġjun ta' Nagorno Karabakh.", "Jekk hawn qbil, se nirrispondi fis-sens li l-Kumitat ħa nota tal-ittra u jemmen li din il-kwestjoni, bħal kull kwestjoni tax-xorta taħgha, għandha tiġi riżolta permezz ta' mezzi paċifiċi u, f'dan il-każ, b'diskussjonijiet u negozjati fil-proċess tal-OSCE Minsk Group.", "Nippreżenta wkoll kopja tal-ittra li bgħatt lill-Ambaxxatur tal-Federazzjoni Russa biex ninformah li l-Kumitat laqa' l-invit sabiex delegazzjoni minn dan il-Kumitat iżżur ir-Russja, u li għandha tinstab data oħra minħabba li fid-data indikata se jkun hemm dibattitu importanti fil-Parlament tagħna, liema dibattitu se jdum 13-il siegħa!", "KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZ TA' OPINJONI MOTIVATA DWAR 'PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IT-TWAQQIF TA' MEKKANIŻMU TA' SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-FTEHIMIET INTERGOVERNATTIVI U STRUMENTI MHUX VINKOLANTI BEJN L-ISTATI MEMBRI U PAJJIŻI TERZI FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA, U LI TĦASSAR ID-DEĊIŻJONI NRU 994/2012/UE (KUMM(2016)53) FIR-RIGWARD TAL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ'", "THE CHAIRMAN: Niġu għall-konsiderazzjoni ta' abbozz ta' opinjoni motivata dwar 'Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Eworpew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju u ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija, u li tħassar id-deċiżjoni nru 994/2012/UE (Kumm(2016)53)', li trid tintbagħat sal-20 ta' April 2016.", "Dan l-abbozz diġà tkellimna dwaru fil-laqgħa ta' nhar it-Tnejn, 11 ta' April 2016, tal-Grupp ta' Ħidma I, u qbilna li kellu jitla' quddiem dan il-Kumitat għax jidher li hemm lok sabiex issir rakkomandazzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex dan jitressaq quddiem il-Kamra.", "Però, din il-ħaġa trid issir sal-20 ta' April.", "Għaldaqstant, nistieden lis-Sinj.", "Rodianne Spiteri sabiex tippreżenta r-rapport tagħha f'dan ir-rigward u tgħidilna x'qed isir minn parlamenti oħrajn.", "RODIANNE SPITERI (Research Analyst): Sur President, dan ir-rapport se nippreżentah f'isem is-Sur Ian Paul Bajada, li jinsab imsiefer.", "Qabelxejn, irrid ngħid li r-reviżjoni tad-deċiżjoni dwar l-Intergovernmental Agreements (IGAs) għandha żewġ għanijiet prinċipali: l-ewwel nett, għandha l-għan li tiżgura l-konformità tal-IGAs mad-dritt tal-Unjoni Ewropea biex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq intern u biex ittejjeb is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni; u t-tieni biex ittejjeb it-trasparenza tal-IGAs u żżid l-effettività tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea u s-solidarjetà bejn l-Istati membri.", "Din il-proposta tagħmel żewġ tibdiliet importanti.", "L-ewwel nett, din il-proposta ma tikkonsidrax biss IGAs bejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, iżda tikkonsidra wkoll strumenti mhux vinkolanti – non-binding instruments – bħalma huma l-memorandum ta' qbil, dikjarazzjoni konġunta, dikjarazzjoni ministerjali, azzjoni konġunta, jew kodiċi ta' kondotta konġunt.", "It-tieni, qed jiġi propost li jsir compliance check qabel l-iffirmar tal-IGA jew strumenti mhux vinkolanti.", "Ir-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni qed tipproponi din il-proposta huma bbażati fuq rapport ta' studju ta' impatt, li kien ġie ppubblikat fi Frar ta' din is-sena.", "Il-Kummissjoni tgħid li l-evalwazzjoni tal-Istati membri waħedhom mhijiex biżżejjed sabiex jiġi assigurat li l-liġi tal-Unjoni Ewropea qed tiġi osservata.", "Wara diskussjonijiet b'mod informali li kellna mal-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa, kien hemm punti ta' qbil li din il-proposta qed tikser il-prinċipji ta' sussidjarjetà u l-proporzjonalità fuq dawn il-punti.", "Biss biss, l-istudju ta' impatt li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea jagħti impressjoni aktar imwiegħra milli fil-fatt hi.", "60% tal-IGAs ikopru l-kooperazzjoni ġenerali fil-qasam tal-enerġija, u f'dawn ma kienx hemm problemi.", "Mill-40% l-oħra, f'dawk li għandhom x'jaqsmu mal-infrastruttura fil-qasam tal-enerġija u l-energy supplies biss kien hemm indikazzjonijiet ta' problemi.", "Fil-fatt, minn dawn l-40%, f'14% biss ġie identifikat li jista' jkun hemm xi problemi.", "Mis-17-il IGA li l-Kummissjoni ddikjarat bħala faulty, sitta kellhom x'jaqsmu mal-każ tas-South Stream Gas, proġett abbandunat, u dan ifisser li l-persentaġġ totali tal-IGAs li jistgħu jitqiesu li ġew identifikati problemi fihom huwa ta' 8.9%.", "Dan huwa persentaġġ pjuttost baxx, u allura ma jiġġustifikax proposta ġdida għal deċiżjoni tal-Kunsill.", "Il-Kummissjoni qed tipproponi li jsir skrutinju ex-ante tal-IGAs u ta' strumenti mhux vinkolanti; f'dan il-każ, it-Trattati diġà jipprovdu rimedju jekk ikun hemm ksur tal-liġi Ewropea.", "Fil-fatt, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għal artiklu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jittratta l-infringement proceedings u, fil-każ tal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni, hemm rimedju mniżżel f'dan it-trattat.", "Finalment, rigward l-artiklu 7 tal-proposta, li jitkellem dwar obbligazzjonijiet u assessjar mill-Kummissjoni fuq strumenti mhux vinkolanti, peress li dan it-tip ta' ftehim ma jkollux irbit legali, l-eżerċizzju li ssir compliance check minn qabel biex jiġi assigurat li dan il-ftehim mhux qed jikser il-liġi tal-Unjoni Ewropea mhuwiex neċessarju.", "Nixtieq ninformakom li ħarġet ir-reasoned opinion tal-Awstrija, u li Franza ddikjarat li tixtieq toħroġ reasoned opinion ukoll, iżda l-problema hi li ma jaqblux mal-evalwazzjonijiet ex-ante tal-Kummissjoni Ewropea.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "RODIANNE SPITERI: Franza ddikjaraw li se jagħmluha.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Imma għadhom ma sottomettewhiex, hux hekk?", "RODIANNE SPITERI: Le, għax għalihom l-evalwazzjonijiet ex-ante jmorru kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Il-Federal Council tal-Awstrija wkoll ma jaqbilx mal-evalwazzjonijiet ex-ante, u jaħseb li l-involviment tal-Kummissjoni Ewropea għandu jkun limitat għal opinjoni legali u daqshekk.", "Imbagħad, kien hemm riżoluzzjoni ta' Spanja; però, għalihom l-Ispanjoli m'hemmx problemi, jiġifieri m'għamlux reasoned opinion li tidentifika xi problemi.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk niftakar tajjeb, l-evalwazzjonijiet ex-ante aħna kemm qed nirreferu għalihom fit-tieni paragrafu; però, ma jidhirx li qed noġġezzjonaw, hux hekk?", "RODIANNE SPITERI: Qed tissemma l-interpretazzjoni tal-istatistika bħala raġuni, u qed jissemma wkoll li diġà hemm mekkaniżmi f'posthom...", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-każ, kemm insemmuhom fil-paragrafu (i) li jibda, \"the Maltese Parliament has its reservations on the impact assessment report ...\" u jispiċċa \"for the Commission to participate in negotiations as an observer (ex-ante notification)\", u ngħidu li dik il-proċedura tmur kontra l-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità.", "Għaldaqstant, nissuġġerixxi li, jekk diġà hemm żewġ pajjiżi li qed jagħfsu l-aktar fuq dan, strateġikament anke aħna jaqblilna li nżidu l-argument tagħna fuq dik il-parti.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Jidher li hawn qbil unanimu, u għaldaqstant se ngħaddi din l-opinjoni motivata lill-iSpeaker għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u, jekk dan jaqbel magħha, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u tintbagħat lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita.", "Grazzi.", "Fis-7.10 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20160413_044d_bar.docx"}